ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 256

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
1 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1743 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ovos Moles de Aveiro (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1744 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Limone di Siracusa (IĠP))

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1745 tat-30 ta' Settembru 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (Hollandse maatjesharing/Hollandse Nieuwe/Holländischer Matjes (STG))

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1746 tat-30 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014 billi jtawwal il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea epidemika porċina ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1747 tat-30 ta' Settembru 2015 li jikkoreġi l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1748 tat-30 ta' Settembru 2015 li jidderoga fir-rigward tas-sena tat-talba 2015 mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-livell ta' ħlasijiet bil-quddiem għal pagamenti diretti kif ukoll għal miżuri ta' żvilupp rurali relatati mal-erja u mal-annimali u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) ta' dak ir-Regolament fir-rigward ta' pagamenti diretti

9

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1749 tat-30 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1750 tad-29 ta' Settembru 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/607 (ATALANTA/5/2015)

13

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1751 tad-29 ta' Settembru 2015 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih il-bromadjolon imressqa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 6516)  ( 1 )

15

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1752 tad-29 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (notifikata bid-dokument C(2015) 6519)  ( 1 )

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1753 tat-30 ta' Settembru 2015 dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Italja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja

19

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/786 tad-19 ta' Mejju 2015 li jiddefinixxi l-kriterji ta' aċċettabilità għall-proċessi ta' detossifikazzjoni applikati għal prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 125, 21.5.2015 )

21

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1743

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ovos Moles de Aveiro (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Portugall għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ovos Moles de Aveiro”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 286/2009 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Ovos Moles de Aveiro” (IĠP) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 286/2009 tas-7 ta' April 2009 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melva de Andalucía (IĠP), Caballa de Andalucía (IĠP), Ovos Moles de Aveiro (IĠP), Castagna di Vallerano (DPO)] (ĠU L 94, 8.4.2009, p. 15).

(3)  ĠU C 170, 23.5.2015, p. 10.


1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1744

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Limone di Siracusa (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Limone di Siracusa”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 96/2011 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Limone di Siracusa” (IĠP) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 96/2011 tat-3 ta' Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Limone di Siracusa (IĠP)] (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 25).

(3)  ĠU C 165, 20.5.2015, p. 5.


1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1745

tat-30 ta' Settembru 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (Hollandse maatjesharing/Hollandse Nieuwe/Holländischer Matjes (STG))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni mressqa min-Netherlands għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Hollandse maatjesharing”/“Hollandse Nieuwe”/“Holländischer Matjes” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Hollandse maatjesharing”/“Hollandse Nieuwe”/“Holländischer Matjes”, għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Hollandse maatjesharing”/“Hollandse Nieuwe”/“Holländischer Matjes”, (STG) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.7 — Ħut frisk, molluski u krustaċji friski u prodotti magħmulin minnhom — tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 156, 12.5.2015, p. 19.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1746

tat-30 ta' Settembru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014 billi jtawwal il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea epidemika porċina

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (7) tagħha,

Billi:

(1)

Ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2014 (2) wara rapporti ta' marda ġdida tal-koronavajrus enterika tal-ħnieżer ikkawżata mill-alfakoronavajrusis porċini emerġenti inkluż il-vajrus tad-dijarea epidemika porċina u d-deltakoronavajrus porċin ġdid li feġġet fl-Amerika ta' Fuq. Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jistabbilixxi miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħnieżer ħajjin għat-tgħammir u l-produzzjoni minn dawk iż-żoni fejn il-mard ikkawżat minn dawk il-vajrusis huwa preżenti sabiex jipprevedi t-twettiq tal-garanziji meħtieġa fl-istabbiliment tal-oriġini u biex jipprevjeni l-introduzzjoni tad-dijarea epidemika porċina kkawżata minn dawk il-vajrusis fl-Unjoni. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni huma applikabbli sat-12 ta' Jannar 2015.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014 ġie emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1306/2014 (3) sabiex jestendi d-data ta' applikazzjoni sal-31 ta' Ottubru 2015 peress li l-qagħda epidemjoloġika f'pajjiżi terzi milquta mill-marda ġdida tal-koronavajrus enterika tal-ħnieżer ikkawżata mill-alfakoronavajrusis porċini emerġenti inkluż il-vajrus tad-dijarea epidemika porċina u d-deltakoronavajrus porċin, ma kinetx inbidlet f'termini ta' riskju ta' tixrid ta' dawk il-koronavajrusis enteriċi porċini mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014.

(3)

Fid-dawl ta' kif żviluppat il-qagħda tal-marda fil-pajjiżi terzi kkonċernati u fin-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika ġdida, il-miżuri ta' protezzjoni stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 750/2014 għandhom jiġi estiżi sa tmiem Ottubru 2016. Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014, id-data “31 ta' Ottubru 2015” tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar il-miżuri ta' protezzjoni f'rabta mad-dijarea porċina epidemika fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni tal-annimali porċini fl-Unjoni (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 91).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1306/2014 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 750/2014 billi jtawwal il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea epidemika porċina (ĠU L 351, 9.12.2014, p. 1).


1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1747

tat-30 ta' Settembru 2015

li jikkoreġi l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-vitamina E kienet soġġetta għal evalwazzjoni mill-ġdid u awtorizzata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 (3) sal-4 ta' Frar 2021 bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali.

(3)

Għalkemm l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 jirreferi għall-preparazzjonijiet tal-vitamina E li huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness tiegħu, f'dak l-Anness m'hemm l-ebda referenza għal preparazzjonijiet. Din l-inkonsistenza twassal biex l-awtoritajiet tal-kontroll ta' xi Stati Membri jqisu li l-preparazzjonijiet bil-vitamina E mhumiex awtorizzati.

(4)

Sabiex ir-Regolament (UE) Nru 26/2011 jiġi interpretat sew, l-Anness jeħtieġ ikun fih referenza għal dak ir-Regolament li tkun tiċċara l-użu u t-tqegħid fis-suq ta' preparazzjonijiet bil-vitamina E, għax dan kien il-ħsieb meta r-Regolament kien ġie adottat.

(5)

Barra minn hekk, mill-esperjenza tal-kontrolli uffiċjali fuq it-tikkettar tal-vitamina E ħareġ fid-dieher li jeħtieġ issir kjarifika rigward l-isem speċifiku mogħti lill-addittiv.

(6)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 26/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 għandhom jiġu emendati kif ġej:

1.

fil-kolonna tal-intestatura “Addittiv”:

“Vitamina E/all-rac-alpha-tocopheryl acetate” tinbidel bi “‘Vitamina E’ jew ‘all-rac-alpha-tocopheryl acetate’” ;

“Vitamina E/RRR alpha tocopheryl acetate” tinbidel bi “‘Vitamina E’ jew ‘RRR alpha tocopheryl acetate’” ;

“Vitamina E/RRR alpha tocopherol” tinbidel bi “‘Vitamina E’ jew ‘RRR alpha tocopherol’” .

2.

fil-kolonna tal-intestatura “Dispożizzjonijiet oħra”, jiżdied dan il-punt:

“3.

Il-vitamina E tista' titqiegħed fis-suq u tintuża bħala addittiv magħmul minn preparazzjoni.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda l-addittivi fl-għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 18).


1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1748

tat-30 ta' Settembru 2015

li jidderoga fir-rigward tas-sena tat-talba 2015 mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-livell ta' ħlasijiet bil-quddiem għal pagamenti diretti kif ukoll għal miżuri ta' żvilupp rurali relatati mal-erja u mal-annimali u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) ta' dak ir-Regolament fir-rigward ta' pagamenti diretti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(3)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 50 % fir-rigward ta' pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u sa 75 % għal miżuri ta' appoġġ relatati mal-erja u mal-annimali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (3).

(2)

L-Artikolu 75(2) tar- Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprovdi li pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż ħlasijiet bil-quddiem għall-pagamenti diretti, m'għandhomx isiru qabel ma jiġu ffinalizzati l-verifiki amministrattivi u fuq il-post li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 74 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward ta' miżuri ta' appoġġ relatati mal-erja u mal-annimali fil-qafas tal-iżvilupp rurali, l-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jippermetti li l-ħlasijiet bil-quddiem isiru wara li jkunu ġew iffinalizzati l-verifiki amministrattivi skont l-Artikolu 59(1) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Il-gravità tas-sitwazzjoni ekonomika f'ċerti setturi agrikoli, b'mod partikolari fis-suq tal-ħalib, ħolqot diffikultajiet finanzjarji serji u problemi ta' likwidità għall-benefiċjarji. Din is-sitwazzjoni tikkoinċidi mal-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskemi l-ġodda ta' pagament dirett. Minħabba d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fl-implimentazzjoni prattika ta' dawk l-iskemi, dawn ittardjaw fl-amministrazzjoni tagħhom tal-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew għaż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku. B'konsegwenza ta' dan, il-verifiki meħtieġa x'aktarx li jitlestew aktar tard mis-soltu u l-pagamenti lill-benefiċjarji x'aktarx jiġu diferiti.

(4)

Minħabba n-natura eċċezzjonali ta' dawn iċ-ċirkostanzi f'daqqa u minħabba d-diffikultajiet finanzjarji li jirriżultaw għall-benefiċjarji, huwa neċessarju li jittaffew dawn id-diffikultajiet billi jsir possibbli għall-benefiċjarji li jassorbu t-telf sakemm tintlaħaq stabilizzazzjoni tas-swieq.

(5)

Huwa għalhekk iġġustifikat li tingħata deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar- Regolament (UE) Nru 1306/2013, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu livell ogħla ta' ħlasijiet bil-quddiem lill-benefiċjarji għas-sena tat-talba 2015.

(6)

Il-prinċipju tal-ħlas ta' pagamenti diretti biss wara li jkunu saru verifiki amministrattivi u fuq il-post huwa l-pedament tal-assigurazzjoni miksuba mis-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll. Madankollu, fid-dawl tad-diffikultajiet serji li jiltaqgħu magħhom il-benefiċjarji, huwa meħtieġ, bħala miżura eċċezzjonali għas-sena tat-talba 2015, li ssir deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li tippermetti ħlas bil-quddiem għal pagamenti diretti li jsiru wara li jkunu tlestew il-verifiki amministrattivi msemmija fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 809/2014 (4). Madankollu, huwa essenzjali li din id-deroga ma tfixkilx il-ġestjoni finanzjarja soda u r-rekwiżit ta' livell suffiċjenti ta' assigurazzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu evitati ħlasijiet żejda u li kwalunkwe ammont mhux dovut jiġi irkuprat malajr u effettivament. Barra minn hekk, l-użu ta' din id-deroga għandu jkun kopert minn dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu 7(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għas-sena finanzjarja 2016.

(7)

Fid-dawl tal-gravità tad-diffikultajiet finanzjarji li bħalissa qed jiġu ffaċċjati mill-benefiċjarji, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-rigward tas-sena tat-talba 2015, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 70 % fir-rigward ta' pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u sa 85 % għall-appoġġ mogħti fil-qafas tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 2

B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-rigward tas-sena tat-talba 2015, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem fir-rigwrd tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 wara li jkunu ġew iffinalizzati l-verifiki amminstrattivi kif imsemmija fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 3

Għal Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, għas-sena finanzjarja 2016 id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni skont l-Artikolu 7(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tinkludi konferma li kienu evitati ħlasijiet żejda lill-benefiċjarji u li l-ammonti mhux dovuti ġew irkuprati malajr u effettivament, abbażi tal-verifika tal-informazzjoni kollha meħtieġa.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).


1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1749

tat-30 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

46,6

MA

232,5

MK

48,7

TR

81,7

XS

39,0

ZZ

89,7

0707 00 05

AL

46,1

MK

41,5

TR

122,2

ZZ

69,9

0709 93 10

TR

134,1

ZZ

134,1

0805 50 10

AR

139,9

BO

148,1

CL

167,0

EG

55,4

UY

103,7

ZA

137,2

ZZ

125,2

0806 10 10

BR

257,8

EG

177,1

MK

32,3

TR

145,4

ZZ

153,2

0808 10 80

AR

264,2

BR

35,7

CL

134,5

NZ

142,6

US

107,9

UY

48,0

ZA

144,4

ZZ

125,3

0808 30 90

AR

131,9

CL

148,3

NZ

175,8

TR

129,3

XS

96,2

ZA

220,9

ZZ

150,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1750

tad-29 ta' Settembru 2015

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/607 (ATALANTA/5/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fil-15 ta' April 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/607 (2) li taħtar lill-Kaptan (Forza Navali) Alfonso GÓMEZ FERNÁNDEZ DE CÓRDOBA bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tar-Rear Admiral Stefano BARBIERI bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex biex jieħu post Captain (Forza Navali) Alfonso GÓMEZ FERNÁNDEZ DE CÓRDOBA.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/607 għandha għalhekk titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Rear Admiral Stefano BARBIERI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-6 ta' Ottubru 2015.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/607 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Ottubru 2015.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/607 tal-15 ta' April 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 (Atalanta/3/2015) (ĠU L 100, 17.4.2015, p. 79).


1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1751

tad-29 ta' Settembru 2015

dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih il-bromadjolon imressqa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 6516)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' April 2014, il-kumpanija Rentokil Initial 1927 plc (“l-applikant”) bagħtet applikazzjoni sħiħa lill-Ġermanja (“l-Istat Membru kkonċernat”) għar-rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjoni mogħtija mir-Renju Unit (“l-Istat Membru ta' referenza”) fir-rigward ta' prodott bijoċidali rodentiċida li fih is-sustanza attiva bromadjolon, bħala formulazzjoni ta' blokka tax-xama' (“il-prodott ikkontestat”).

(2)

L-Istat Membru ta' referenza awtorizza l-prodott ikkontestat fis-17 ta' Frar 2014 għall-użu fil-bini u l-madwar kontra l-ġrieden u l-firien u fil-kanali tad-drenaġġ kontra l-firien. Imbagħad, l-awtorizzazzjoni ngħatat rikonoxximent reċiproku mill-Estonja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands u n-Norveġja.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fid-9 ta' Settembru 2014, l-Istat Membru kkonċernat ressaq lill-Grupp ta' Koordinazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 35 ta' dak ir-Regolament, tliet punti ta' nuqqas ta' qbil li jindikaw li l-prodott ikkontestat ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament.

(4)

L-Istat Membru kkonċernat huwa tal-fehma li (a) għall-użu fil-bini u l-madwar kontra l-firien, ma ġiex muri li l-prodott huwa effikaċi billi r-riżultati ta' tnejn mit-tliet provi fuq il-post imressqa mill-applikant ma wrewx livell aċċettabbli ta' effikaċja; (b) għall-użu fil-kanali tad-drenaġġ kontra l-firien, l-approċċ li uża l-Istat Membru ta' referenza biex jistabbilixxi l-effikaċja tal-prodott mhuwiex aċċettabbli b'konsegwenza tal-ewwel punt ta' nuqqas ta' qbil; (c) għall-użu kontra l-ġrieden, il-ġabra ta' studji tal-laboratorju u waħda miż-żewġ provi fuq il-post imressqa mill-applikant ma jissodisfawx il-kriterji għall-wiri tal-effikaċja.

(5)

Is-Segretarjat tal-Grupp ta' Koordinazzjoni stieden lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant biex jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub dwar din il-komunikazzjoni u l-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, Spanja u r-Renju Unit bagħtu xi kummenti. Il-komunikazzjoni ġiet diskussa wkoll bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-prodotti bijoċidali fil-laqgħa tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-11 ta' Novembru 2014.

(6)

Billi ma ntlaħaq l-ebda ftehim fil-Grupp ta' Koordinazzjoni, fit-13 ta' Marzu 2015, l-Istat Membru ta' referenza bagħat lill-Kummissjoni dikjarazzjoni ddettaljata tal-kwistjonijiet li dwarhom l-Istati Membri ma rnexxilhomx jiftiehmu u r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħhom, skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Inbagħtet ukoll kopja ta' din id-dikjarazzjoni lill-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikolu 35(2) ta' dak ir-Regolament u lill-applikant.

(7)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-effikaċja kontra l-firien fil-bini u l-madwar, ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju u ta' waħda mill-provi fuq il-post ipprovduti mill-applikant, juru livell aċċettabbli ta' effikaċja meta mqabbel mal-kriterji stabbiliti fil-gwida tal-UE dwar l-evalwazzjoni tal-effikaċja tar-rodentiċidi (minn hawn' il quddiem, “il-gwida tal-UE”) (2). Barra minn hekk, f'każ simili preċedenti l-Grupp ta' Koordinazzjoni kien tal-fehma li d-disponibbiltà ta' mill-inqas prova fuq il-post valida waħda hija konformi mal-gwida tal-UE u hija aċċettabbli biex turi l-effikaċja ta' rodentiċida (3).

(8)

F'dak li għandha x'taqsam l-effikaċja kontra l-firien fil-kanali tad-drenaġġ, biex jegħleb ir-riżultati inkonklussivi tal-istudji tal-palatabilità, l-Istat Membru ta' referenza uża r-riżultati ta' waħda mill-provi fuq il-post ipprovduti mill-applikant li juru livell aċċettabbli ta' effikaċja. L-istess approċċ kien intuża qabel mill-Istat Membru kkonċernat waqt l-evalwazzjoni ta' prodott simili, iżda b'riżultati pożittivi minn tliet provi fuq il-post.

(9)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-użu kontra l-ġrieden, l-istudji tal-laboratorju ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-gwida tal-UE. Madankollu, din il-gwida tal-UE tistabbilixxi wkoll li r-riżultati tal-provi fuq il-post jista' jkollhom aktar piż minn dawk tal-provi fil-laboratorju. F'dan il-każ, ir-riżultati ta' waħda minn dawn il-provi fuq il-post turi livell aċċettabbli ta' effikaċja meta mqabbel mal-kriterji stabbiliti fil-gwida tal-UE disponibbli.

(10)

Fid-dawl tal-elementi msemmija fil-premessa 7 sal-premessa 9, il-Kummissjoni tqis li l-konklużjonijiet milħuqa mill-Istat Membru ta' referenza dwar it-tliet punti ta' nuqqas ta' qbil huma validi.

(11)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-konklużjonijiet milħuqa mill-Istat Membru ta' referenza fuq il-bażi ta' dawn l-elementi u l-ġudizzju tal-esperti tiegħu, kif previst mill-paragrafu 12 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, kienu appoġġati minn dawk l-Istati Membri li awtorizzaw il-prodott ikkontestat permezz ta' rikonoxximent reċiproku.

(12)

Peress li l-bażi legali għal din id-Deċiżjoni hija l-Artikolu 36(3) ta' dak ir-Regolament, din id-Deċiżjoni għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha bis-saħħa tal-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-prodott identifikat min-numru tal-assi UK-0005252-0000, kif previst fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali.

Artikolu 2

Il-prodott jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 19(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jiġifieri huwa effettiv biżżejjed għall-użu fil-bini u l-madwar għal kontra l-ġrieden u l-firien u fil-kanali tad-drenaġġ għal kontra l-firien.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ara n-Noti Tekniċi għall-Gwida dwar l-Evalwazzjoni tal-Prodotti. L-Appendiċijiet tal-Kapitolu 7. Tip ta' Prodott 14: Evalwazzjoni tal-Effikaċja tal-Prodotti Bijoċidali Rodentiċidi, (Product Type 14: Efficacy Evaluation of Rodenticidal Biocidal Products), disponibbli fuq: http://echa.europa.eu/documents/10162/16960215/bpd_guid_revised_appendix_chapter_7_pt14_2009_en.pdf

(3)  Ara l-ftehim li ntlaħaq fl-għaxar laqgħa tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-effikaċja ta' prodott bijoċidali rodentiċida li fih il-kumatetralil kontra l-ġrieden, disponibbli fuq: https://circabc.europa.eu/sd/a/0ca55b45-1c74-4c78-b125-de52fd53c08c/Racumin%20Paste_disagreement%20to%20CG_formal_with%20outcome_public.pdf


1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1752

tad-29 ta' Settembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE

(notifikata bid-dokument C(2015) 6519)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa infezzjoni li tittieħed ħafna u fatali tal-ħnieżer domestiċi u l-qżieqes selvaġġi, li għandha l-potenzjal tinfirex malajr, l-aktar minn prodotti miksuba minn annimali infettati u oġġetti mhux ħajjin ikkontaminati.

(2)

Minħabba s-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Russja u fil-Bjelorussja, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/426/UE (2) li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni li jipprevedu fost l-oħrajn tindif u disinfettar xieraq tal-“vetturi tal-bhejjem” wara li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u għalf u li jidħlu fl-Unjoni minn dawn iż-żewġ pajjiżi.

(3)

Wara notifiki riċenti ta' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ukrajna, il-miżuri eżistenti ta' tindif u disinfettar previsti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2013/426/UE għandha tiġi estiża wkoll għall-vetturi li jidħlu fl-Unjoni mill-Ukrajna.

(4)

Lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi fejn il-preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija konfermata, kif previst fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/426/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE tapplika sal-31 ta' Diċembru 2015. Minħabba s-sitwazzjoni mhux favorevoli tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'pajjiżi ġirien mal-fruntieri tal-Unjoni, u filwaqt li titqies l-epidemjoloġija tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-miżuri applikabbli fl-Unjoni fir-rigward ta' dik il-marda, huwa xieraq li dan il-perjodu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2019.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/426/UE, il-kelma “l-Ukrajna” qed tiddaħħal wara l-kelma “ir-Russja”.

Artikolu 2

L-Artikolu 4a tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4a

Din id-deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2019.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta' Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).


1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1753

tat-30 ta' Settembru 2015

dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Italja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 328(1) u 331(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE tal-10 ta' Marzu 2011 li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja (1),

Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Italja tal-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2011, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza kooperazzjoni msaħħa bejn l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Iżvezja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit u l-Ungerija fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja.

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 (2).

(3)

Fis-17 ta' Diċembru 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1260/2012 (3).

(4)

L-Italja nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja b'ittra datata t-2 ta' Lulju 2015, li l-Kummissjoni rreġistrat li rċevietha fl-20 ta' Lulju 2015.

(5)

Il-Kummissjoni tinnota li la d-Deċiżjoni 2011/167/UE u lanqas ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 ma jippreskrivu ebda kundizzjoni partikolari tal-parteċipazzjoni f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja u li l-parteċipazzjoni tal-Italja għandha ssaħħaħ il-benefiċċji ta' din il-kooperazzjoni msaħħa.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni tal-Italja f'kooperazzjoni msaħħa

1.   Il-parteċipazzjoni tal-Italja f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja awtorizzata bid-Deċiżjoni 2011/167/UE, hija kkonfermata.

2.   Ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 għandu japplika għall-Italja skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Notifika li trid tingħata mill-Italja

1.   L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 sad-data tal-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament:

2.   L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 sad-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament jew fil-każ fejn il-Qorti Unifikata tal-Privattivi ma jkollhiex ġurisdizzjoni esklussiva fl-Italja fir-rigward tal-privattivi Ewropej b'effett unitarju fid-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, sad-data li minnha l-Qorti Unifikata tal-Privattivi jkollha tali ġurisdizzjoni esklussiva fl-Italja.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 fl-Italja

1.   Ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 jidħlu fis-seħħ fl-Italja fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 għandhom japplikaw għall-Italja fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar Qorti Unifikata tal-Privattivi

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 53.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 tas-17 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1260/2012 tas-17 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 89).


Rettifika

1.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/21


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/786 tad-19 ta' Mejju 2015 li jiddefinixxi l-kriterji ta' aċċettabilità għall-proċessi ta' detossifikazzjoni applikati għal prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 125 tal-21 ta' Mejju 2015 )

F'paġna 13, fl-Artikolu 8:

minflok:

“qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament,”,

aqra:

“qabel ma jibda japplika r-Regolament,”.