ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 113

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
1 ta' Mejju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/702 tat-13 ta' Lulju 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

1

 

 

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/703 tat-30 ta' April 2015 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk għar-Regoli dwar l-Interoperabbiltà u l-Iskambju ta' Dejta ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/704 tat-30 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 rigward il-livell massimu ta' PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ ( 1 )

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/705 tat-30 ta' April 2015 li jistabbilixxi metodi ta' teħid tal-kampjuni u kriterji ta' rendiment għall-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' aċidu eruċiku f'oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva 80/891/KEE ( 1 )

29

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/706 tat-30 ta' April 2015 li jniedi investigazzjoni dwar il-possibilità ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkunsinnati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

38

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/707 tat-30 ta' April 2015 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-estratt tal-għerq Rheum officinale bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

44

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/708 tat-30 ta' April 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

46

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/709 tal-21 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 3 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/710 tal-21 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 1 għal dak il-Ftehim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/711 tat-28 ta' April 2015 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat Terz għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) ATALANTA/4/2015

58

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/702

tat-13 ta' Lulju 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2003 u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Frar 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Libanu biex isir aġġustament tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra (1), biex titqies l-adeżjoni tal-Istati Membri ġodda fl-UE.

(2)

Dawn in-negozjati ntemmu għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

(3)

It-test tal-Protokoll negozjat mar-Repubblika tal-Libanu jipprovdi, fl-Artikolu 9(2), għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(4)

Soġġett għall-possibilità tal-konklużjoni tiegħu aktar tard, il-Protokoll għandu jigi ffirmat f'isem il-Komunità u l-Istati Membri u applikat b'mod provviżorju,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat biex jaħtar persuna(i) li għandha/għandhom is-setgħa tiffirma/jiffirmaw, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Protokoll japplika b'mod provviżorju soġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard.

Magħmul fi Brussel, it-13 ta' Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

E. A. SANTOS


(1)  ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.


1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “Stati Membri tal-KE” rappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Komunità” rappreżentata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

fuq naħa, u

R-REPUBBLIKA TAL-LIBANU minn hawn 'il quddiem “il-Libanu”

min-naħa l-oħra

BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, kien iffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006.

BILLI t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea u l-Att tieghu kienu ffirmati f'Ateni fis-16 ta' April 2003 u daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004;

BILLI Ftehim Interim dwar il-kummerċ u dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ tal-Ftehim Ewro-Mediterranju daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2003;

BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003, l-adeżjoni ta' Partijiet Kontraenti l-ġodda fil-Ftehim Ewro-Mediterranju ikun hemm qbil dwarha bil-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju;

BILLI saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 21 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju biex jiġi żgurat li kienu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u tal-Libanu;

FTIEHMU kif ġej:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka saru Partijiet Kontraenti fil-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Libanu, fuq in-naħa l-oħra, u għandhom jadottaw u jinnotaw rispettivament, bl-istess mod tal-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim, kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri.

Artikolu 2

Biex jitqiesu l-iżviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet ftiehmu li wara li jiskadi t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Ftehim dwar il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li jirreferixxu għall-Komunità Ewropea, li adottat id-drittijiet u l-obbligi li daħlet għalihom il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

KAPITOLU I

EMENDI GĦAT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU, INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Artikolu 3

Regoli tal-oriġini

Il-Protokoll 4 għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 18 (4) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Iċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa b'mod retrospettiv għandhom ikunu annotati b'waħda minn dawn il-frażijiet li ġejjin:

ES

‘EXPEDIDO A POSTERIORI’

CS

‘VYSTAVENO DODATEČNĚ’

DA

‘UDSTEDT EFTERFØLGENDE’

DE

‘NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT’

ET

‘VÄLJA ANTUD TAGANTJÄRELE’

EL

‘ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ’

EN

‘ISSUED RETROSPECTIVELY’

FR

‘DÉLIVRÉ A POSTERIORI’

IT

‘RILASCIATO A POSTERIORI’

LV

‘IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI’

LT

‘RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS’

HU

‘KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL’

MT

‘MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT’

NL

‘AFGEGEVEN A POSTERIORI’

PL

‘WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE’

PT

‘EMITIDO A POSTERIORI’

SL

‘IZDANO NAKNADNO’

SK

‘VYDANÉ DODATOČNE’

FI

‘ANNETTU JÄLKIKÄTEEN’

SV

‘UTFÄRDAT I EFTERHAND’

AR

Image

2.

L-Artikolu 19(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-kopja (duplicate) maħruġa b'dan il-mod trid tiġi annotata b'waħda minn dawn il-kelmiet li ġejjin:

ES

‘DUPLICADO’

CS

‘DUPLIKÁT’

DA

‘DUPLIKAT’

DE

‘DUPLIKAT’

ET

‘DUPLIKAAT’

EL

‘ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ’

EN

‘DUPLICATE’

FR

‘DUPLICATA’

IT

‘DUPLICATO’

LV

‘DUBLIKĀTS’

LT

‘DUBLIKATAS’

HU

‘MÁSODLAT’

MT

‘DUPLIKAT’

NL

‘DUPLICAAT’

PL

‘DUPLIKAT’

PT

‘SEGUNDA VIA’

SL

‘DVOJNIK’

SK

‘DUPLIKÁT’

FI

‘KAKSOISKAPPALE’

SV

‘DUPLIKAT’

AR

Image

3.

L-Anness V għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“ANNESS V

DIKJARAZZJONI TAL-FATTURA

Id-dikjarazzjoni tal-fattura, li t-test tagħha qed jidher hawn taħt, għandha ssir b'konformità man-noti f'qiegħ il-pagna. Madankollu, in-noti f'qiegħ il-paġna m'hemmx għalfejn jerġgħu jinkitbu.

Il-verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera no (1).) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

Il-verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Il-verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Il-verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Il-verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr. … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

Il-verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ' αριθ. … (1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Il-verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Il-verżjoni Franċiża

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière no (1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2)).

Il-verżjoni Taljana

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. … (1)) dichiara che, salvo espressa indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Il-verżjoni Latvjana

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. … (1)), deklarē, ka, iznemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no … (2).

Il-verżjoni Litwana

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

Il-verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk preferenciális … (2) származásúak.

Il-verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2).

Il-verżjoni Olandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

Il-verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

Il-verżjoni Portugiża

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira no. … (1)), declara que, salvo indicação clara em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Il-verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Il-verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia … (1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

Il-verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2).

Il-verżjoni Żvediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

Il-verżjoni Għarbija

Image

 (3)

(Post u data)

 (4)

(Il-firma tal-esportatur, kif ukoll, l-isem tal-persuna li ttiffirma d-dikjarazzjoni għandhom ikunu indikati b'mod ċar)

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(1)  Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela' minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt."

(2)  L-oriġini tal-prodotti li għandha tiġu indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’."

(3)  Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu."

(4)  Ara l-Artikolu 22(5) tal-Protokoll. F'każijiet fejn l-esportatur m'għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.”"

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 4

Provi ta' Oriġini u kooperazzjoni amministrattiva

1.   Il-provi ta' oriġini maħruġa kif suppost mil-Libanu jew minn Stat Membru ġdid skont ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom għandhom ikunu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi skont dan il-Protokoll, sakemm:

(a)

l-akwiżizzjoni ta' tali oriġini tagħti trattament ta' tariffa preferenzjali fuq il-bażi ta' miżuri ta' tariffi preferenzjali li jinsabu fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Libanu jew fis-Sistema Komunitarja ta' Preferenzi Ġeneralizzati;

(b)

il-prova tal-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni;

(ċ)

il-prova tal-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali f'perjodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

Meta prodotti ġew dikjarati għall-importazzjoni fil-Libanu jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta' adeżjoni, skont ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejn il-Libanu u dak l-Istat Membru ġdid f'kull żmien, il-prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament skont dawn il-ftehim jew arranġamenti tista' wkoll tkun aċċettata sakemm tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali f'perjodu ta' erba' xhur mid-data ta' adeżjoni.

2.   Il-Libanu u l-Istati Membri l-ġodda huma awtorizzati li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ingħata l-istatus ta' “esportaturi approvati” skont ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom sakemm:

(a)

tali dispożizzjoni tkun stipulata wkoll fil-ftehim konkluż qabel id-data tal-adeżjoni bejn il-Libanu u l-Komunità; kif ukoll

(b)

l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli tal-oriġini fis-seħħ f'dak il-ftehim.

Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jinbidlu, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-adeżjoni, b'awtorizzazzjonijiet ġodda maħruga skont il-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

3.   It-talbiet għall-verifika sussegwenti tal-prova ta' oriġini maħruġin skont ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi li saret referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Libanu jew tal-Istati Membri l-ġodda għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' oriġini kkonċernata u jistgħu jkunu ppreżentati minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara l-aċċettazzjoni tal-prova ta' oriġini sottomessa lil dawk l-awtoritajiet b'appoġġ għad-dikjarazzjoni ta' importazzjoni.

Artikolu 5

Merkanzija fi tranżitu

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu japplikaw għal merkanzija esportata mil-Libanu lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda lil-Libanu, li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 u li fid-data tal-adeżjoni huma fi triqithom jew qed jinħażnu temporanjament, f'maħżen fid-dwana jew f'żona ħielsa fil-Libanu jew f'dak l-Istat Membru ġdid.

2.   Trattament preferenzjali jista' jingħata f'każijiet bħal dawn, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba' xhur mid-data ta' adeżjoni, tal-prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 6

Il-Libanu jimpenja ruħu li la jagħmel xi pretensjoni, talba jew referenza u lanqas jibdel jew jirtira xi konċessjoni skont GATT 1994 l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII dwar dan it-tkabbir tal-Komunità.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju. L-Annessi u d-dikjarazzjoni għal dan il-Protokoll għandhom jagħmlu parti integrali minnu.

Artikolu 8

1.   Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunità, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mil-Libanu skont il-proċeduri tagħhom.

2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti li jirreferi għalihom il-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar ta' wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.

2.   Il-Protokoll għandu japplika provviżorjament mill-1 ta' April 2006.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll qiegħed isir f'żewġ kopji f'kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti, b'kull wieħed minn dawn it-testi ikun awtentiku bl-istess mod.

Artikolu 11

It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Prokolli li jiffurmaw parti integrali tiegħu, u l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet mehmuża miegħu għandhom isiru fil-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka, Slovena u Ungeriża u dawn it-testi għandhom ikunu awtentiċi bl-istess mod bħat-test oriġinali. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu japprova dawn it-test.

Съставено в Брюксел на първи април две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el uno de abril de dos mil quince.

V Bruselu dne prvního dubna dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den første april to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am ersten April zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta aprillikuu esimesel päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, την πρώτη Απριλίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the first day of April in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le premier avril deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu prvog travnja dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì primo aprile duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada pirmajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų balandžio pirmą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év április havának első napján.

Magħmul fi Brussell, fl-ewwel jum ta' April tas-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de eerste april tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia pierwszego kwietnia roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em um de abril de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la întâi aprilie două mii cincisprezece.

V Bruseli prvého apríla dvetisícpätnásť.

V Bruslju, dne prvega aprila leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä ensimmäisenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den första april tjugohundrafemton.

Image

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

Image

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

За Република Ливан

Por la República Libanesa

Za Libanonskou republiku

For Den Libanesiske Republik

Für die Libanesische Republik

Liibanoni Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Λιβάνου

For the Republic of Lebanon

Pour la République libanaise

Za Libanonsku Republiku

Per la Repubblica del Libano

Libānas Republikas vārdā –

Libano Respublikos vardu

A Libanoni Köztársaság részéről

Għar-repubblika tal-Libanu

Voor de Republiek Libanon

W imieniu Republiki Libańskiej

Pela República do Líbano

Pentru Republica Libaneză

Za Libanonskú republiku

Za Republiko Libanon

Libanonin tasavallan puolesta

För Republiken Libanon

Image

Image



TRADUZZJONI

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

mill-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data l-Unjoni Ewropea teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea.

Għalhekk, ir-referenzi għal “il-Komunità Ewropea” fit-test tal-Protokoll imsemmi qabel, għandhom, fejn ikun adatt, jinqraw bħala “l-Unjoni Ewropea”.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' April 2015.

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika tal-Libanu


REGOLAMENTI

1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/703

tat-30 ta' April 2015

li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk għar-Regoli dwar l-Interoperabbiltà u l-Iskambju ta' Dejta

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(11) tiegħu;

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jiddefinixxi diversi kompiti għan-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema ta' trażmissjoni tal-Gass (“ENTSO tal-Gass”) u għall-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (l-“Aġenzija”). Fost dawn insibu l-iżvilupp ta' Kodiċijiet tan-Netwerks Ewropej fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 li għandhom jiġu applikati mill-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass.

(2)

Sabiex jitħeġġu u jiġu ffaċilitati l-kummerċ u t-trażmissjoni effiċjenti tal-gass fis-sistemi tat-trażmissjoni tal-gass fl-Unjoni, u għalhekk biex tikber l-integrazzjoni tas-suq intern, għandu jiġi stabbilit kodiċi tan-netwerk għar-regoli dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju ta' dejta kif imsemmi fl-Artikolu 8(6)(e) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, fuq il-bażi ta' abbozz żviluppat mill-ENTSO tal-Gass u rrakkomandat mill-Aġenzija u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

(3)

In-nuqqas ta' armonizzazzjoni f'oqsma tekniċi, operattivi u ta' komunikazzjoni jista' joħloq ostakli għall-fluss ħieles ta' gass fl-Unjoni, u b'hekk itellef l-integrazzjoni tas-suq. L-interoperabbiltà u r-regoli dwar l-iskambju ta' dejta tal-Unjoni għandhom jippermettu l-armonizzazzjoni meħtieġa f'dawk l-oqsma, u għalhekk iwasslu għal integrazzjoni effettiva tas-suq. Għal dak il-għan u sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni kummerċjali u operattiva bejn l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni, dan ir-Regolament għandu jindirizza ftehimiet ta' interkonnessjoni, unitajiet, kwalità tal-gass, għoti ta' riħa u skambju ta' dejta. Għandu jipprovdi regoli u proċeduri biex jilħaq livell xieraq ta' armonizzazzjoni lejn kummerċ u trasport effiċjenti tal-gass bejn sistemi tat-trażmissjoni tal-gass fl-Unjoni.

(4)

L-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom isaħħu t-trasparenza kif ukoll il-kooperazzjoni bejniethom meta d-differenzi fil-prattiki tal-kwalità tal-gass u tal-għoti ta' riħa fuq kull naħa ta' punt ta' interkonnessjoni jistgħu joħolqu ostaklu għall-integrazzjoni tas-suq tal-gass. L-obbligi previsti f'dan ir-Regolament b'mod partikolari rigward il-kwalità tal-gass u l-għoti ta' riħa huma mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri.

(5)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament relatati mal-kwalità tal-gass għandhom jipprovdu soluzzjonijiet effettivi mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta' standard fl-Ewropa għall-gass b'valur kalorifiku għoli kif qed jiġi żviluppat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (is-CEN) skont il-proċess ta' standardizzazzjoni taħt il-mandat M/400.

(6)

Ir-regoli dwar l-interoperabbiltà ffissati fl-Artikoli 13, 17 u 18 jimmiraw li jiżguraw l-integrazzjoni fis-suq kif preskritt mill-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u għandhom kamp ta' applikazzjoni usa' minn sempliċiment punti ta' interkonnessjoni.

(7)

L-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament ma jaffettwax l-unitajiet jew il-kundizzjonijiet ta' referenza użati mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Il-partijiet ikkonċernati jistgħu jużaw it-tabella ta' konverżjoni fl-Anness b'konformità mal-EN ISO 13443 “Gass Naturali –Kundizzjonijiet ta' referenza standard”.

(8)

Il-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament għandu jiżgura l-livell xieraq ta' armonizzazzjoni tal-iskambju ta' dejta għall-appoġġ tal-ikkompletar u l-funzjonament tas-suq intern tal-gass Ewropew, is-sigurtà tal-provvista u l-aċċess xieraq u sikur għall-informazzjoni, l-iffaċilitar ta' attivitajiet ta' trażmissjoni transfruntiera.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(10)

Skont l-Artikolu 8(8) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 l-ENTSO tal-Gass għandu jimmonitorja u janalizza l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jirrapporta s-sejbiet tiegħu lill-Aġenzija biex b'hekk din tal-aħħar tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk li jistipula regoli dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju ta' dejta kif ukoll regoli armonizzati għat-tħaddim tas-sistemi tat-trażmissjoni tal-gass.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika f'punti ta' interkonnessjoni. Fir-rigward tal-pubblikazzjoni tad-dejta, l-Artikolu 13 għandu japplika għall-punti rilevanti definiti fil-paragrafu 3.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. Minbarra l-punti ta' interkonnessjoni, l-Artikolu 17 għandu japplika għal punti oħra fuq in-netwerk tat-trażmissjoni fejn titkejjel il-kwalità tal-gass. L-Artikolu 18 għandu japplika għas-sistemi tat-trażmissjoni. Dan ir-Regolament jista' japplika wkoll f'punti ta' dħul minn pajjiżi terzi u punti ta' ħruġ lejhom, soġġett għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal punti ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri sakemm wieħed minn dawn l-Istati Membri jkollu deroga fuq il-bażi tal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2009/73/KE, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Istati Membri rispettivi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2013 (5), l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 (6) kif ukoll fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE. Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“avveniment eċċezzjonali” tfisser kwalunkwe avveniment mhux ippjanat li ma jistax jiġi raġonevolment ikkontrollat jew evitat u li jista' jikkawża, għal perjodu limitat, tnaqqis fil-kapaċità, li jaffettwa l-kwantità jew il-kwalità tal-gass f'punt ta' interkonnessjoni partikolari, b'konsegwenzi possibbli fuq interazzjonijiet bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll bejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-utenti tan-netwerk;

(b)

“operatur tal-bidu tas-sistema ta' trażmissjoni” tfisser l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni li jibda l-proċess ta' tqabbil billi jibgħat id-dejta neċessarja lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ta' tqabbil;

(c)

“regola inqas” tfisser li, f'każ ta' kwantitajiet ipproċessati differenti fuq kwalunkwe naħa ta' punt ta' interkonnessjoni, il-kwantità kkonfermata se tkun ugwali għall-inqas waħda miż-żewġ kwantitajiet ipproċessati.

(d)

“proċess ta' tqabbil” huwa l-proċess ta' tqabbil u allinjament ta' kwantitajiet ipproċessati ta' gass għall-utenti tan-netwerk fuq iż-żewġ naħat ta' punt speċifiku ta' interkonnessjoni, li jirriżulta fi kwantitajiet ikkonfermati għall-utenti tan-netwerk;

(e)

“operatur ta' sistema ta' trażmissjoni ta' tqabbil” tfisser l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni li jwettaq il-proċess ta' tqabbil u jibgħat ir-riżultat tal-proċess ta' tqabbil lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tal-bidu;

(f)

“kwantità mkejla” tfisser il-kwantità tal-gass li, skont it-tagħmir tal-kejl mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, ikun għadda fiżikament minn punt ta' interkonnessjoni għal kull perjodu ta' żmien;

(g)

“kont ta' bbilanċjar operattiv” tfisser kont bejn operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni, li għandu jintuża għall-immaniġġjar ta' differenzi fit-tmexxija f'punt ta' interkonnessjoni sabiex jissimplifika l-kontabilità tal-gass għal utenti tan-netwerk involuti fil-punt ta' interkonnessjoni;

(h)

“kwantità pproċessata” tfisser il-kwantità ta' gass iddeterminata mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tal-bidu u mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tat-tqabbil, li tqis in-nomina tal-utent tan-netwerk jew in-nomina mill-ġdid u d-dispożizzjonijiet kuntrattwali kif iddefiniti taħt il-kuntratt tat-trasport rilevanti u li tintuża bħala l-bażi għall-proċess ta' tqabbil;

(i)

“differenza fit-tmexxija” tfisser id-differenza bejn il-kwantità ta' gass li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kienu skedaw li jgħaddi u l-kwantità mkejla għal punt ta' interkonnessjoni;

KAPITOLU II

FTEHIMIET TA' INTERKONNESSJONI

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiżguraw li mill-inqas it-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin, imniżżla fid-dettall fl-Artikoli 6 sa 12, ikunu koperti minn ftehim ta' interkonnessjoni fir-rigward ta' kull punt ta' interkonnessjoni:

(a)

regoli għall-kontroll tal-fluss;

(b)

prinċipji ta' kejl għall-kwantitajiet u l-kwalità tal-gass;

(c)

regoli għall-proċess ta' tqabbil;

(d)

regoli għall-allokazzjoni ta' kwantitajiet tal-gass;

(e)

proċeduri ta' komunikazzjoni fil-każ ta' avvenimenti eċċezzjonali;

(f)

soluzzjoni ta' tilwim li jirriżultaw minn ftehimiet ta' interkonnessjoni;

(g)

proċess ta' emenda għall-ftehim ta' interkonnessjoni.

Artikolu 4

Obbligu ta' informazzjoni

1.   L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jidentifikaw l-informazzjoni li tinsab fil-ftehimiet ta' interkonnessjoni li jaffettwaw direttament lill-utenti tan-netwerk, u għandhom jinfurmawhom dwar dan.

2.   Qabel ma jikkonkludu jew jemendaw ftehim ta' interkonnessjoni li jkun fih ir-regoli msemmija fl-Artikolu 3(c), (d) u (e), l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistiednu lill-utenti tan-netwerk biex jikkummentaw dwar it-test propost ta' dawk ir-regoli mill-inqas xahrejn qabel ma l-ftehim jiġi konkluż jew emendat. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkunsidraw il-kummenti tal-utenti tan-netwerk meta jikkonkludu jew jemendaw il-ftehim ta' interkonnessjoni tagħhom.

3.   It-termini obbligatorji tal-ftehimiet ta' interkonnessjoni elenkati fl-Artikolu 3 jew kull emenda tagħhom konkluża wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkomunikati mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom u lill-ENTSO tal-Gass fi żmien għaxart ijiem wara l-konklużjoni jew l-emenda tal-ftehim. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkomunikaw ukoll ftehimiet ta' interkonnessjoni fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fi żmien għaxart ijiem.

Artikolu 5

Mudell ta' ftehim ta' interkonnessjoni

1.   Sat-30 ta' Ġunju 2015, l-ENTSO tal-Gass għandu jiżviluppa u jippubblika abbozz ta' mudell ta' ftehim ta' interkonnessjoni li jkopri t-termini u l-kundizzjonijiet ta' inadempjenza stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 10.

2.   Kull awtorità regolatorja nazzjonali tista' tipprovdi opinjoni dwar il-konformità tal-mudell mal-liġi nazzjonali lill-Aġenzija sal-31 ta' Awwissu 2015. L-Aġenzija, filwaqt li tikkunsidra b'mod xieraq l-opinjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandha mbagħad tipprovdi l-opinjoni tagħha fuq il-mudell tal-ENTSO tal-Gass sal-31 ta' Ottubru 2015. Wara li jqis l-opinjoni mogħtija mill-Aġenzija, l-ENTSO tal-Gass għandu jippubblika l-mudell finali fuq il-websajt tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2015.

3.   Jekk l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni ma jaqblux fuq wieħed jew aktar mit-termini u kundizzjonijiet li huma stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 fil-ftehim ta' interkonnessjoni tagħhom skont l-Artikolu 3, għandhom jikkonkludu ftehim ta' interkonnessjoni fuq il-bażi tal-mudell tal-ENTSO tal-Gass fir-rigward ta' kull terminu li jonqsu milli jiftehmu dwaru.

Artikolu 6

Regoli għall-kontroll tal-fluss

1.   Fir-rigward tal-kontroll tal-fluss, l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom:

(a)

jiżguraw li r-regoli jkunu stabbiliti biex jiffaċilitaw fluss tal-gass li jista' jiġi kkontrollat, preċiż, prevedibbli u effiċjenti fil-punt ta' interkonnessjoni;

(b)

jiżguraw li r-regoli jiġu stabbiliti għat-tmexxija tal-fluss tal-gass fil-punt ta' interkonnessjoni u biex jiġu minimizzati d-devjazzjonijiet mill-fluss skont il-proċess ta' tqabbil;

(c)

jaħtru operatur tas-sistema ta' trażmissjoni li huwa responsabbli għat-tmexxija tal-fluss tal-gass fil-punt ta' interkonnessjoni. Jekk l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni ma jaqblux fuq din il-ħatra, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni li jopera t-tagħmir tal-kontroll tal-fluss għandu, b'kooperazzjoni mal-operatur(i) tas-sistema ta' trażmissjoni l-ieħor/l-oħrajn, ikun responsabbli għat-tmexxija tal-fluss tal-gass fil-punt ta' interkonnessjoni.

2.   Sabiex imexxu l-fluss tal-gass, l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiddeċiedu fuq il-kwantità u d-direzzjoni tal-fluss tal-gass għal kull punt ta' interkonnessjoni u għal kull siegħa tal-ġurnata ta' gass.

L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni maħtur skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tal-fluss tal-gass fil-punt ta' interkonnessjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi kuntrattwali rigward pressjoni mill-operaturi kontigwi kollha tas-sistemi tat-trażmissjoni:

(a)

fuq livell ta' preċiżjoni suffiċjenti biex jimminimizza d-differenza fit-tmexxija; u

(b)

fuq livell ta' stabbiltà f'konformità mal-użu effiċjenti tan-netwerks tat-trażmissjoni tal-gass.

3.   Il-kwantità u d-direzzjoni tal-fluss tal-gass deċiżi mill-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jirriflettu:

(a)

ir-riżultat tal-proċess tat-tqabbil;

(b)

il-korrezzjoni operattiva tal-kont tal-ibbilanċjar;

(c)

kwalunkwe arranġament tal-kontroll tal-fluss effiċjenti bejn l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għall-finijiet ta' ramp-up, ramp-down, fluss minimu, qsim tal-fluss fil-punt ta' interkonnessjoni virtwali jekk hemm, u/jew swiċċ ta' direzzjoni tal-fluss jew kosteffiċjenza operattiva;

(d)

kull arranġament li jimmaniġġja r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ transfruntier minħabba d-differenzi fil-kwalità tal-gass skont l-Artikolu 15 u/jew il-prattiki ta' għoti ta' riħa skont l-Artikolu 19.

4.   Operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jista' jiddeċiedi li jbiddel il-kwantità tal-gass jew id-direzzjoni tal-fluss tal-gass jew it-tnejn li huma, jekk dan ikun meħtieġ, sabiex:

(a)

jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni tas-sikurezza applikabbli għall-punt ta' interkonnessjoni;

(b)

jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-Pjanijiet ta' Emerġenza u l-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva żviluppati skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(c)

jirreaġixxi f'każ li s-sistema tal-operatur tkun affettwata minn każ eċċezzjonali.

Artikolu 7

Prinċipji tal-kejl għall-kwantità u l-kwalità tal-gass

1.   Fir-rigward tal-prinċipji tal-kejl għall-volum, l-enerġija u l-kwalità tal-gass, l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiżguraw li:

(a)

jiġu stabbiliti d-dettalji tal-istandards tal-kejl applikabbli fil-punt ta' interkonnessjoni;

(b)

jiġi identifikat l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni responsabbli għall-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tat-tagħmir tal-kejl. Dan l-operatur għandu jkollu l-obbligu li jagħmel l-informazzjoni u d-dejta dwar il-kejl tal-flussi tal-gass fil-punt ta' interkonnessjoni disponibbli għall-operatur(i) l-ieħor/l-oħrajn kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-ħin u bil-frekwenza speċifikata.

2.   L-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tat-tagħmir tal-kejl f'punt ta' interkonnessjoni għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti tekniċi imposti minn regolamenti nazzjonali fuq l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni.

3.   L-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jaqblu dwar prinċipji ta' kejl li għandhom mill-inqas jinkludu:

(a)

deskrizzjoni tal-istazzjon tal-kejl inkluż tagħmir ta' kejl u analiżi li għandu jintuża u dettalji ta' kwalunkwe tagħmir sekondarju li jista' jintuża f'każ ta' ħsara;

(b)

il-parametri tal-kwalità tal-gass u l-volum u l-enerġija li għandhom jitkejlu, kif ukoll il-firxa u l-iżball massimu permissibbli jew il-marġni tal-inċertezza li fih għandu jopera t-tagħmir tal-kejl, il-frekwenza tal-kejl, b'liema unitajiet u skont liema standards il-kejl għandu jsir kif ukoll kwalunkwe fattur ta' konverżjoni użat;

(c)

il-proċeduri u l-metodi li għandhom jintużaw biex jikkalkulaw dawk il-parametri li mhumiex imkejla direttament;

(d)

deskrizzjoni tal-metodu ta' kalkolu fir-rigward tal-iżball massimu permissibbli jew inċertezza fid-determinazzjoni tal-enerġija ttrasportata;

(e)

deskrizzjoni tal-proċess ta' validazzjoni tad-dejta fl-użu għall-parametri mkejla;

(f)

l-arranġamenti tal-validazzjoni tal-kejl u l-assigurazzjoni tal-kwalità, inklużi l-proċeduri ta' verifika u aġġustament li għandhom jiġu miftiehma bejn l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(g)

il-mod kif id-dejta, inklużi l-frekwenza u l-kontenut, hija pprovduta fost l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni rigward il-parametri mkejla;

(h)

il-lista speċifika ta' sinjali u allarmi li għandha tiġi pprovduta mill-operatur(i) kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni li jopera(w) l-apparat tal-kejl għall-operatur(i) l-ieħor/l-oħrajn tas-sistema ta' trażmissjoni;

(i)

il-metodu ta' determinazzjoni ta' korrezzjoni għal kejl u kwalunkwe proċedura sussegwenti li jistgħu jkunu meħtieġa f'sitwazzjoni temporanja fejn it-tagħmir tal-kejl jinstab li qed jagħmel żball jew kien ħa żball (jew qari ta' inqas jew qari ta' iktar barra mill-firxa definita ta' inċertezza tiegħu). Dan l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jieħu azzjoni xierqa biex itemm din is-sitwazzjoni.

(j)

regoli li għandhom japplikaw bejn l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-każ ta' ħsara fl-apparat tal-kejl;

(k)

regoli li għandhom japplikaw bejn l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għal:

(i)

aċċess għall-faċilità tal-kejl;

(ii)

verifiki addizzjonali tal-faċilità tal-kejl;

(iii)

modifika tal-faċilità tal-kejl;

(iv)

attendenza matul ix-xogħol ta' kalibrazzjoni u manutenzjoni fil-faċilità tal-kejl.

4.   Jekk l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom previsti fil-paragrafi 1 u 3:

(a)

l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fil-kontroll tat-tagħmir tal-kejl għandu jkun responsabbli għall-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' tagħmir bħal dan u biex tipprovdi lill-operatur l-ieħor tas-sistema ta' trażmissjoni dejta dwar il-kejl tal-flussi tal-gass fil-punt ta' interkonnessjoni fil-ħin;

(b)

l-istandard Ewropew EN1776 “Provvista tal-Gass — Stazzjonijiet tal-Kejl tal-Gass Naturali — Rekwiżiti Funzjonali” għandu japplika fil-verżjoni applikabbli dak iż-żmien.

Artikolu 8

Regoli għall-proċess ta' tqabbil

1.   Fir-rigward tal-proċess ta' tqabbil, l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu:

(a)

ir-regoli li jagħtu dettalji dwar il-proċess ta' tqabbil b'kunsiderazzjoni tal-arranġamenti tan-nomina ta' kuljum kull siegħa fejn rilevanti;

(b)

ir-regoli li jirregolaw il-komunikazzjoni u l-ipproċessar tad-dejta rilevanti fost l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni biex jiġu kkalkulati l-kwantitajiet ipproċessati u kkonfermati l-kwantitajiet tal-gass għall-utenti tan-netwerk u l-kwantità tal-gass li għandu jiġi skedat għall-fluss fil-punt(i) tal-interkonnessjoni.

2.   In-nomini u n-nomini mill-ġdid għandhom jiġu amministrati permezz ta' dawn li ġejjin:

(a)

l-applikazzjoni ta regola ta' tqabbil għandha twassal għal kwantitajiet ikkonfermati identiċi għal kull par ta' utenti tan-netwerk fiż-żewġ naħat tal-punt ta' interkonnessjoni meta kwantitajiet ipproċessati ma jkunux allinjati;

(b)

l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu jiftehmu li jżommu jew jimplimentaw regola ta' tqabbil għajr ir-regola inqas, sakemm din ir-regola tkun ippubblikata u l-utenti tan-netwerk ikunu mistiedna biex jikkummentaw dwar ir-regola tat-tqabbil proposta f'perjodu ta' żmien ta' mhux inqas minn xahrejn wara l-pubblikazzjoni tar-regola ta' tqabbil;

(c)

l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jispeċifikaw ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess ta' tqabbil billi jindikaw jekk dawn humiex l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tal-bidu jew tat-tqabbil;

(d)

l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jispeċifikaw l-iskeda ta' żmien applikabbli għall-proċess ta' tqabbil fiċ-ċiklu tan-nomina jew tan-nomina mill-ġdid, peress li l-proċess kollu ta' tqabbil ma għandux idum iktar minn sagħtejn wara l-bidu taċ-ċiklu tan-nomina jew tan-nomina mill-ġdid, u għandhom iqisu:

(i)

id-dejta li għandha tiġi skambjata bejn l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni biex ikunu jistgħu jinfurmaw lill-utenti tan-netwerk dwar il-kwantitajiet ikkonfermati tagħhom qabel it-tmiem taċ-ċiklu tan-nomina jew tan-nomina mill-ġdid, inkluż bħala minimu d-dejta msemmija fil-paragrafu 4(b).

(ii)

il-proċess ta' skambju ta' dejta ddefinit fil-punt (i) hawn fuq għandu jippermetti lill-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni jwettqu l-passi kollha ta' kalkolu u ta' komunikazzjoni b'mod preċiż u fil-ħin.

3.   Meta jipproċessaw in-nomini għal punt ta' interkonnessjoni, l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiżguraw li l-fluss tal-gass fuq iż-żewġ naħat tal-punt ta' interkonnessjoni jkun ikkalkulat fuq bażi konsistenti filwaqt li jitqies kwalunkwe tnaqqis temporanju tal-kapaċità minħabba xi wieħed mill-elementi msemmija fl-Artikolu 6(4) fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat tal-punt ta' interkonnessjoni.

4.   Kull ftehim ta' interkonnessjoni għandu jispeċifika fid-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-iskambju ta' dejta għall-proċess ta' tqabbil:

(a)

l-użu ta' skambju ta' dejta bejn l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għall-proċess tat-tqabbil;

(b)

l-informazzjoni armonizzata li tinsab fl-iskambju ta' dejta għall-proċess tat-tqabbil li għandu jkun fiha mill-inqas dan li ġej:

(i)

identifikazzjoni tal-punt ta' interkonnessjoni;

(ii)

identifikazzjoni tal-utent tan-netwerk jew jekk applikabbli l-identifikazzjoni tal-portafoll tiegħu;

(iii)

identifikazzjoni tal-parti li twassal jew tirċievi l-gass mill-utent tan-netwerk jew jekk applikabbli l-identifikazzjoni tal-portafoll tagħha;

(iv)

il-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-fluss tal-gass li għalih isir it-tqabbil;

(v)

jum tal-gass;

(vi)

kwantitajiet ipproċessati u kkonfermati;

(vii)

direzzjoni tal-fluss tal-gass.

5.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-ftehim ta' interkonnessjoni tagħhom, għandu japplika dan li ġej:

(a)

l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jużaw ir-regola inqas. L-applikazzjoni tar-regola inqas bħala r-regola prestabbilita tista' tkun limitata biss f'każ li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-punt 2.2.3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u l-applikazzjoni tagħha tipprevjeni l-offerta ta' kapaċità kostanti mill-proċeduri għall-amministrazzjoni ta' konġestjoni;

(b)

l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni li jikkontrolla t-tagħmir tal-kontroll tal-fluss għandu jkun l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tat-tqabbil;

(c)

l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom iwettqu l-proċess ta' tqabbil fil-passi sekwenzjali li ġejjin:

(i)

jikkalkula u jibgħat kwantitajiet ipproċessati tal-gass mill-operatur tal-bidu tas-sistema ta' trażmissjoni fi żmien ħamsa u erbgħin minuta mill-bidu taċ-ċiklu tan-nomina jew tan-nomina mill-ġdid;

(ii)

jikkalkula u jibgħat kwantitajiet ikkonfermati tal-gass mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ta' tqabbil fi żmien disgħin minuta mill-bidu taċ-ċiklu tan-nomina jew tan-nomina mill-ġdid;

(iii)

jibgħat kwantitajiet ikkonfermati ta' gass lil utenti tan-netwerk u jiskeda l-fluss tal-gass fil-punt ta' interkonnessjoni mill-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni sa sagħtejn wara l-bidu taċ-ċiklu tan-nomina jew tan-nomina mill-ġdid. Dawn il-passi sekwenzjali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regola għall-ħinijiet minimi ewlenin ta' interruzzjoni msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 984/2013 u fil-paragrafu 2(d) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Regoli għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet tal-gass

1.   Fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kwantitajiet tal-gass, l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu regoli li jiżguraw konsistenza bejn il-kwantitajiet allokati fuq iż-żewġ naħat tal-punt ta' interkonnessjoni.

2.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor fil-ftehim ta' interkonnessjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jużaw kont ta' bbilanċjar operattiv. L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni li jikkontrolla t-tagħmir tal-kejl għandu jikkalkula mill-ġdid il-kont tal-ibbilanċjar operattiv bi kwantitajiet ivvalidati u jikkomunikah lill-operatur(i) kontigwu/kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni.

3.   Meta japplika kont tal-ibbilanċjar operazzjonali:

(a)

id-differenza fit-tmexxija għandha tkun allokata lil kont ta' bbilanċjar operattiv tal-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-allokazzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti minn kull operatur kontigwu tas-sistema ta' trażmissjoni lill-utenti tan-netwerk rispettivi tagħhom għandhom ikunu ugwali għall-kwantitajiet ikkonfermati;

(b)

l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom iżommu bilanċ operattiv tal-kont tal-ibbilanċjar li jkun kemm jista' jkun qrib iż-żero;

(c)

il-limiti tal-kont tal-ibbilanċjar operattiv għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull punt ta' interkonnessjoni u/jew tan-netwerks ta' trażmissjoni interkonnessi, b'mod partikolari:

(i)

karatteristiċi fiżiċi tal-punt ta' interkonnessjoni;

(ii)

il-kapaċità tal-linepack ta' kull netwerk ta' trażmissjoni;

(iii)

il-kapaċitajiet tekniċi totali fil-punt ta' interkonnessjoni;

(iv)

id-dinamika tal-fluss tal-gass fin-netwerks ta' trażmissjoni interkonnessi.

Meta jintlaħqu l-limiti definiti tal-kont tal-ibbilanċjar operattiv, l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu jaqblu li jestendu dawk il-limiti sabiex jipprovdu allokazzjonijiet għall-utenti tan-netwerk li jkunu ugwali għall-kwantitajiet ikkonfermati tagħhom jew inkella jallokaw kwantitajiet lill-utenti tan-netwerk ibbażati proporzjonalment fuq il-kwantità mkejla.

4.   L-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu jiftiehmu li jżommu jew jimplimentaw regola ta' allokazzjoni differenti mill-kont tal-ibbilanċjar operattiv, sakemm din ir-regola tiġi ppubblikata u l-utenti tan-netwerk jiġu mistiedna biex jikkummentaw fuq ir-regola ta' allokazzjoni proposta fi żmien ta' mill-inqas xahrejn wara l-pubblikazzjoni tar-regola ta' allokazzjoni.

Artikolu 10

Proċeduri ta' komunikazzjoni f'każ ta' avvenimenti eċċezzjonali

1.   L-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri ta' komunikazzjoni li jiffaċilitaw komunikazzjoni rapida u simultanja f'każijiet ta' avvenimenti eċċezzjonali. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-komunikazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' tranżmissjoni involuti għandha ssir permezz ta' komunikazzjoni orali bl-Ingliż għall-informazzjoni, segwita minn konferma elettronika bil-miktub.

2.   L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni milqut minn avveniment eċċezzjonali għandu jintalab, mill-inqas, li jinforma lill-utenti tan-netwerk tiegħu fir-rigward tal-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu jekk hemm impatt potenzjali fuq il-kwantitajiet ikkonfermati tagħhom u l-operatur jew l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward tal-punti (a) u (c) ta' dan il-paragrafu, dwar tali avvenimenti eċċezzjonali u li jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar:

(a)

l-impatt possibbli fuq il-kwantitajiet u l-kwalità tal-gass li jista' jinġarr mill-punt ta' interkonnessjoni;

(b)

l-impatt possibbli fuq il-kwantitajiet ikkonfermati għall-utenti tan-netwerk attivi fil-punt(i) ta' interkonnessjoni kkonċernati;

(c)

it-tmiem mistenni u reali tal-avveniment eċċezzjonali.

3.   Dan l-Artikolu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 11

Soluzzjoni ta' tilwim dwar Ftehimiet ta' Interkonnessjoni

1.   L-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jagħmlu sforz biex isolvu amikevolment kwalunkwe tilwim li jinqala' minħabba l-ftehim ta' interkonnessjoni jew b'rabta miegħu u jispeċifikaw mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim għal tilwim li ma jkunx jista' jiġi solvut b'mod amikevoli.

Il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jispeċifika mill-inqas:

(a)

il-liġi applikabbli u

(b)

il-qorti ta' ġurisdizzjoni jew it-termini u kundizzjonijiet tal-ħatra ta' esperti jew fil-qafas ta' forum istituzzjonali jew fuq bażi ad hoc, li jistgħu jinkludu l-arbitraġġ.

Meta l-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim ikun arbitraġġ, għandha tapplika l-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet ta' Arbitraġġ Barranin.

2.   Fin-nuqqas ta' ftehim dwar il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim, għandhom japplikaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (9) u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Artikolu 12

Proċess ta' emenda

1.   L-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu proċess ta' emenda trasparenti u ddettaljat dwar il-ftehim ta' interkonnessjoni tagħhom li jrid jiġi skattat permezz ta' avviż bil-miktub ta' wieħed mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

2.   Jekk l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni ma jaslux għal ftehim fuq il-proċess ta' emenda, jistgħu jużaw il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim żviluppati skont l-Artikolu 11.

KAPITOLU III

UNITAJIET

Artikolu 13

Sett ta' unitajiet komuni

1.   Kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu juża sett ta' unitajiet komuni ddefiniti f'dan l-Artikolu għal kwalunkwe skambju ta' dejta u pubblikazzjoni ta' dejta marbuta mar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

2.   Għall-parametri ta' pressjoni, temperatura, volum, valur kalorifiku gross, enerġija, u indiċi-Wobbe l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jużaw:

(a)

pressjoni: bar

(b)

temperatura: °C (grad Celsius)

(c)

volum: m3

(d)

valur kalorifiku gross (GCV): kWh/m3

(e)

enerġija: kWh (ibbażata fuq GCV)

(f)

indiċi-Wobbe: kWh/m3 (ibbażata fuq GCV)

Għall-pressjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jindikaw jekk din tirreferix għal pressjoni assoluta (bar (a)) jew pressjoni tal-gejġ (bar (g)).

Il-kundizzjonijiet ta' referenza għall-volum għandhom ikunu 0 °C u 1,01325 bar(a). Għal GCV, l-enerġija u l-indiċi-Wobbe, it-temperatura ta' referenza ta' kombustjoni prestabbilita għandha tkun ta' 25 °C.

Kull meta l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jikkomunikaw id-dejta dwar il-volum, il-GCV, l-enerġija u l-indiċi Wobbe, dawn għandhom jispeċifikaw taħt liema kundizzjonijiet ta' referenza dawn il-valuri ġew ikkalkolati.

3.   F'każijiet fejn Stat Membru wieħed huwa konness ma' Stat Membru wieħed ieħor biss, l-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-partijiet li jikkomunikaw magħhom, jistgħu jaqblu li jkomplu jużaw kundizzjonijiet ta' referenza oħra għall-iskambju ta' dejta b'rabta mar-Regolament (KE) Nru 715/2009, soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom.

Artikolu 14

Unitajiet addizzjonali

L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-partijiet li jikkomunikaw magħhom b'rabta mar-Regolament (KE) Nru 715/2009 jistgħu jiftiehmu li jużaw, minbarra s-sett komuni ta' unitajiet, unitajiet addizzjonali jew kundizzjonijiet ta' referenza għall-iskambju ta' dejta jew il-pubblikazzjoni tad-dejta. F'tali sitwazzjoni, il-konverżjoni bejn il-kundizzjonijiet ta' referenza għandha ssir fuq il-bażi tal-kompożizzjoni attwali tal-gass. Jekk id-dejta rilevanti dwar il-kompożizzjoni tal-gass ma tkunx disponibbli, il-fatturi ta' konverżjoni użati għandhom ikunu konsistenti mal-Anness abbażi tal-EN ISO 13443 “Gass naturali — Kundizzjonijiet ta' referenza standard” fil-verżjoni applikabbli dak iż-żmien.

KAPITOLU IV

KWALITÀ TAL-GASS U GĦOTI TA' RIĦA

Artikolu 15

Ġestjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ transfruntier minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass

1.   L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkooperaw biex jevitaw restrizzjonijiet fuq kummerċ transfruntier minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass. Dawn l-azzjonijiet, mibdija u mwettqa mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-operazzjonijiet standard tagħhom, jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, it-tpartit u t-taħlit.

2.   Meta restrizzjoni fuq il-kummerċ transfruntier minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass ma tistax tiġi evitata mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernati u tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, dawk l-awtoritajiet jistgħu jeħtieġu li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jwettqu l-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) wara xulxin, fi żmien tnax-il xahar:

(a)

jikkooperaw u jiżviluppaw għażliet teknikament fattibbli, mingħajr ma jibdlu l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-gass, li jistgħu jinkludu impenji ta' fluss u trattament tal-gass, sabiex titneħħa r-restrizzjoni rikonoxxuta;

(b)

iwettqu flimkien analiżi kost-benefiċċju dwar l-għażliet teknikament fattibbli biex jiddefinixxu soluzzjonijiet ekonomikament effiċjenti li għandhom jispeċifikaw l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fost il-kategoriji tal-partijiet affettwati;

(c)

jipproduċu stima tal-ħin ta' implimentazzjoni għal kull għażla potenzjali;

(d)

iwettqu konsultazzjoni pubblika dwar soluzzjonijiet fattibbli identifikati u jqisu r-riżultati tal-konsultazzjoni;

(e)

jissottomettu proposta konġunta għat-tneħħija tar-restrizzjoni rikonoxxuta, inkluża l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni, ibbażata fuq l-analiżi kostbenefiċċju u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rispettivi tagħhom għall-approvazzjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-oħra ta' kull Stat Membru involut għall-informazzjoni.

Meta l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernati ma jilħqux ftehim dwar soluzzjoni, kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jinforma minnufih lill-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħu.

3.   Qabel ma tadotta deċiżjoni skont il-punt (e) tal-paragrafu 2, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. Fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkunsidra l-opinjoni tal-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kontigwi sabiex ikun hemm deċiżjoni ikkoordinata bbażata fuq ftehim reċiproku.

Artikolu 16

Monitoraġġ għal żmien qasir tal-kwalità tal-gass — pubblikazzjoni tad-dejta

L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippubblikaw fuq il-websajt tagħhom għal kull punt ta' interkonnessjoni, bi frekwenza ta' mill-inqas darba kull siegħa matul jum tal-gass, l-indiċi-Wobbe u l-valur kalorifiku gross għall-gass li jidħol direttament fin-netwerks ta' trażmissjoni tagħhom fil-punti ta' interkonnessjoni fiżika kollha. L-ENTSO tal-Gass għandu jippubblika fuq il-pjattaforma ċentrali tiegħu għall-Unjoni kollha, stabbilita skont il-punt 3.1.1(1)(h) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, ħolqa għall-informazzjoni rilevanti fuq il-websajts tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

Artikolu 17

Għoti ta' informazzjoni dwar il-varjazzjoni fil-kwalità tal-gass għal żmien qasir

1.   Minbarra l-punti ta' interkonnessjoni, dan l-Artikolu għandu japplika għal punti oħra fuq in-netwerks ta' trażmissjoni fejn titkejjel il-kwalità tal-gass.

2.   Operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jista' jagħżel parti waħda jew diversi partijiet minn dawn li ġejjin biex jirċievu informazzjoni dwar il-varjazzjoni fil-kwalità tal-gass:

(a)

il-klijenti finali direttament konnessi man-netwerk tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, li l-proċessi operattivi tagħhom huma milquta ħażin mit-tibdil fil-kwalità tal-gass jew utent tan-netwerk li jaġixxi f'isem klijent finali li l-proċessi operattivi tiegħu huma milquta ħażin mit-tibdil fil-kwalità tal-gass, fejn arranġament kuntrattwali dirett bejn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-klijenti finali tiegħu direttament konnessi, ma jkunx previst mir-regoli nazzjonali;

(b)

operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni konnessi direttament man-netwerk tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, bi klijenti finali konnessi li l-proċessi operattivi tagħhom ikunu affettwati ħażin minn bidliet fil-kwalità tal-gass;

(c)

operaturi tas-sistema ta' ħażna konnessi direttament man-netwerk tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, li l-proċessi operattivi tiegħu jkunu affettwati ħażin mill-bidliet fil-kwalità tal-gass.

3.   Kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu:

(a)

jiddefinixxi u jżomm lista ta' partijiet intitolati biex jirċievu informazzjoni indikattiva tal-kwalità tal-gass;

(b)

jikkoopera mal-partijiet identifikati fil-lista ta' hawn fuq sabiex jevalwa:

(i)

l-informazzjoni rilevanti dwar parametri tal-kwalità tal-gass li għandhom jingħataw;

(ii)

il-frekwenza tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta;

(iii)

il-ħin prinċipali;

(iv)

il-metodu ta' komunikazzjoni.

4.   Il-paragrafu 3 ma għandu jimponi ebda obbligu fuq l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biex jinstallaw tagħmir addizzjonali ta' kejl jew previżjoni, sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor mill-awtorità regolatorja nazzjonali. L-informazzjoni taħt il-paragrafu 3(b)(i) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta bħala l-aħjar stima tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni f'punt partikolari u għall-użu intern ta' min jirċievi l-informazzjoni.

Artikolu 18

Monitoraġġ fit-tul fuq il-kwalità tal-gass fis-sistemi ta' trażmissjoni

1.   L-ENTSO tal-Gass għandu jippubblika kull sentejn prospett ta' monitoraġġ fit-tul tal-kwalità tal-gass għas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jidentifika t-tendenzi potenzjali tal-parametri tal-kwalità tal-gass u l-varjabbiltà potenzjali rispettiva fl-għaxar snin li ġejjin. L-ewwel prospett ta' monitoraġġ fit-tul tal-kwalità tal-gass għandu jiġi ppubblikat flimkien mal-Pjan ta' Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Netwerk tal-2017.

2.   Il-prospettiva għandha tkun ibbażata fuq l-inputs miġbura fil-qafas tal-kooperazzjoni reġjonali stabbilita fl-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

3.   Il-prospettivi tal-monitoraġġ fit-tul tal-kwalità tal-gass għandhom ikopru mill-inqas l-indiċi-Wobbe u l-valur kalorifiku gross. Jistgħu jiġu inklużi parametri addizzjonali tal-kwalità tal-gass wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati msemmija fil-paragrafu 8.

4.   Il-prospettiva tal-monitoraġġ fit-tul tal-kwalità tal-gass għandha tidentifika sorsi ta' forniment potenzjali minn perspettiva tal-kwalità tal-gass.

5.   Sabiex jiġu definiti l-valuri ta' referenza tal-parametri tal-kwalità tal-gass għas-sorsi ta' provvista rispettivi li għandhom jintużaw fil-prospettiva, għandha ssir analiżi tas-snin ta' qabel. Tali dejta tista' tiġi ssostitwita minn inputs ta' partijiet interessati li jirriżultaw mill-proċess ta' impenn tal-partijiet interessati msemmi fil-paragrafu 8.

6.   Għal kull parametru tal-kwalità tal-gass ikkunsidrat u kull reġjun, l-analiżi għandha tirriżulta f'firxa li fiha il-parametru jkun mistenni jevolvi.

7.   Il-prospettiva tal-monitoraġġ fit-tul tal-kwalità tal-gass għandha tkun konsistenti u allinjata mal-Pjan ta' Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Netwerk tal-ENTSO tal-Gass fl-Unjoni kollha li qed jiġi ppreparat fl-istess ħin.

8.   Il-proċess ta' konsultazzjoni tal-partijiet interessati użat għall-Pjan ta' Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Netwerk fl-Unjoni għandu jiġi esstiż biex jinkludi l-kwalità tal-gass bħala oġġett. Permezz ta' dan il-proċess, il-partijiet interessati jkunu mistiedna biex jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-evoluzzjoni tal-parametri tal-kwalità tal-gass tal-provvisti lill-ENSTO tal-Gass.

Artikolu 19

Ġestjoni tar-restrizzjonijiet tal-kummerċ transfruntier minħabba differenzi fil-prattiki tal-għoti ta' riħa

1.   Meta restrizzjoni għall-kummerċ transfruntier minħabba differenzi fil-prattiki tal-għoti ta' riħa ma tkunx tista' tiġi evitata mill-operaturi kkonċernati tas-sistema ta' trażmissjoni u dan ikun rikonoxxut mill-awtoritajiet nazzjonali, l-awtoritajiet jistgħu jeħtieġu li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernati jilħqu ftehim fi żmien sitt xhur, li jista' jinkludi tpartit u impenji tal-fluss, sabiex isolvu kwalunkwe restrizzjoni rikonoxxuta. L-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernati għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi tagħhom bil-ftehim għall-approvazzjoni.

2.   Meta ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernati wara l-perjodu ta' sitt xhur imsemmi fil-paragrafu 1 jew meta l-awtoritajiet nazzjonali jaqblu li l-ftehim propost mill-operaturi kontigwi tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernati ma jkunx effettiv biżżejjed biex ineħħi r-restrizzjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernati, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, għandhom, fit-tnax-il xahar li jsegwu, jiddefinixxu pjan dettaljat li jistipula l-iktar metodu kosteffettiv biex titneħħa restrizzjoni rikonoxxuta fil-punt speċifiku ta' interkonnessjoni transfruntiera.

3.   Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi skont il-paragrafu 2, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernati għandhom f'sekwenza:

(a)

jiżviluppaw għażliet biex ineħħu r-restrizzjoni billi jidentifikaw u jivvalutaw:

(i)

konverżjoni lejn fluss fiżiku transfruntier ta' gass mingħajr riħa;

(ii)

il-fluss fiżiku potenzjali tal-gass mogħti riħa fin-netwerk ta' trażmissjoni mingħajr riħa jew parti minnu u sistemi downstream interkonnessi;

(iii)

livell aċċettabbli ta' għoti ta' riħa għall-fluss tal-gass fiżiku transfruntier.

(b)

iwettqu b'mod konġunt analiżi ta' kost-benefiċċju fuq l-għażliet teknikament fattibbli biex jiddefinixxu soluzzjonijiet ekonomikament effiċjenti. Dik l-analiżi għandha:

(i)

tqis il-livell ta' sikurezza;

(ii)

tinkludi informazzjoni dwar il-volumi pproġettati ta' gass li għandu jiġi trasportat u d-dettalji tal-ispejjeż ta' investiment fl-infrastruttura neċessarji;

(iii)

tispeċifika l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji bejn il-kategoriji tal-partijiet affettwati;

(c)

jipproduċu stima tal-ħin ta' implimentazzjoni għal kull għażla potenzjali;

(d)

iwettqu konsultazzjoni pubblika u jqisu r-riżultati ta' tali konsultazzjoni;

(e)

jissottomettu s-soluzzjonijiet fattibbli inkluż il-mekkaniżmu ta' rkupru tal-ispejjeż u l-ħin ta' implimentazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali għall-approvazzjoni.

Ladarba tkun approvata soluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, dik is-soluzzjoni għandha tiġi implimentata skont il-qafas ta' żmien previst fil-punt (e).

4.   Jekk l-awtoritajiet nazzjonali ma japprovaw l-ebda soluzzjoni ppreżentata taħt il-punt (e) tal-paragrafu 3 fi żmien 6 xhur mill-preżentazzjoni tagħha jew jekk l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernati jonqsu milli jipproponu soluzzjoni fi żmien il-qafas ta' 12-il xahar tal-paragrafu 2, għandha tiġi implimentata bidla lejn il-fluss fiżiku transfruntier ta' gass mingħajr riħa, f'perjodu ta' żmien approvat mill-awtoritajiet nazzjonali, iżda li ma jaqbiżx l-erba' snin. Wara bidla teknika sħiħa lejn gass mingħajr riħa, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jaċċettaw livelli teknikament inevitabbli ta' tnaqqis suċċessiv tal-ammonti residwi ta' rwejjaħ fil-flussi transfruntiera.

KAPITOLU V

SKAMBJU TA' DEJTA

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “kontropartijiet” tfisser utenti tan-netwerk attivi:

(a)

fil-punti ta' interkonnessjoni; jew

(b)

kemm fil-punti ta' interkonnessjoni kif ukoll fil-punti kummerċjali virtwali.

2.   Ir-rekwiżiti dwar l-iskambju ta' dejta previsti fil-punt 2.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2013, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1227/2011 u dan ir-Regolament bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni lill-kontropartijiet tagħhom, għandhom jiġu ssodisfati permezz ta' soluzzjonijiet tal-iskambju ta' dejta komuni stabbiliti fl-Artikolu 21.

Artikolu 21

Soluzzjonijiet tal-iskambju ta' dejta komuni

1.   Skont ir-rekwiżiti tal-iskambju ta' dejta skont l-Artikolu 20(2), jista' jiġi implimentat u użat wieħed jew aktar minn dawn it-tipi ta' skambju ta' dejta:

(a)   skambju ta' dejta bbażat fuq dokument: id-dejta hija miġbura ġo fajl u skambjata awtomatikament bejn is-sistemi rispettivi tal-IT;

(b)   skambju ta' dejta integrat: id-dejta tiġi skambjata bejn żewġ applikazzjonijiet direttament fuq is-sistemi rispettivi tal-IT;

(c)   skambju ta' dejta interattiv: id-dejta tiġi skambjata b'mod interattiv permezz ta' applikazzjoni tal-web permezz ta' brawżer.

2.   Is-soluzzjonijiet tal-iskambju ta' dejta komuni għandhom jinkludu l-protokoll, il-format tad-dejta u n-netwerk. Is-soluzzjonijiet komuni li ġejjin tal-iskambju ta' dejta għandhom jintużaw għal kull wieħed mit-tipi ta' skambju ta' dejta elenkati fil-paragrafu 1:

(a)

Għall-iskambju ta' dejta bbażat fuq dokument:

(i)

protokoll: AS4;

(ii)

format tad-dejta: Edig@s-XML, jew format ekwivalenti tad-dejta li jiżgura livell identiku ta' interoperabbiltà. L-ENTSO tal-Gass għandu jippubblika tali format tad-dejta ekwivalenti.

(b)

Għall-iskambju ta' dejta integrat:

(i)

protokoll: HTTP/S-SOAP;

(ii)

format tad-dejta: Edig@s-XML, jew format ekwivalenti tad-dejta li jiżgura livell identiku ta' interoperabbiltà. L-ENTSO tal-Gass għandu jippubblika tali format tad-dejta ekwivalenti.

(c)

Għall-skambju ta' dejta interattiv, il-protokoll għandu jkun HTTP/S.

Għat-tipi kollha ta' skambju ta' dejta stabbiliti fil-punti (a) sa (c), in-netwerk għandu jkun l-Internet.

3.   Meta tiġi identifikata ħtieġa potenzjali biex tinbidel is-soluzzjoni tal-iskambju ta' dejta komuni, l-ENTSO tal-Gass, fuq inizjattiva tiegħu stess jew it-talba tal-ACER, għandu jevalwa s-soluzzjonijiet tekniċi rilevanti u jipproduċi analiżi tal-kost-benefiċċju tal-bidla/bidliet potenzjali li jkunu meħtieġa, inkluża l-analiżi tar-raġunijiet li jagħmlu pass teknoloġiku evoluzzjonari meħtieġ. Konsultazzjoni pubblika li tinvolvi l-partijiet interessati kollha għandha ssir mill-ENTSO tal-Gass inkluża l-preżentazzjoni tar-riżultat tal-evalwazzjoni u l-proposta(i) bbażata(i) fuq l-analiżi tal-kost-benefiċċju mwettqa.

Meta emenda għas-soluzzjonijiet tal-iskambju ta' dejta komuni titqies li hija meħtieġa, l-ENTSO tal-Gass għandu jissottometti proposta lil ACER skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

Artikolu 22

Sigurtà u disponibbiltà tas-sistema tal-iskambju ta' dejta

1.   Kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u kull kontroparti għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà adegwati. B'mod partikolari għandhom:

(a)

jiżguraw il-katina ta' komunikazzjoni sabiex tipprovdi komunikazzjonijiet siguri u affidabbli, inkluża l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità permezz tal-kodifikazzjoni, l-integrità u l-awtentiċità bil-firma tal-mittent u n-nuqqas ta' rifjut permezz ta' konferma ffirmata;

(b)

jimplimentaw miżuri ta' sigurtà xierqa sabiex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat tal-infrastruttura tal-IT tagħhom;

(c)

jinnotifikaw lill-partijiet l-oħra li jikkomunikaw magħom, mingħajr dewmien rigward kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat li jkun sar jew seta' sar fis-sistema tagħhom stess.

2.   Kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura d-disponibbiltà tas-sistema tiegħu stess u għandu:

(a)

jieħu l-miżuri xierqa biex jimpedixxi li punt wieħed ta' ħsara jikkawża nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema ta' skambju ta' dejta, inkluż sal-konnessjoni(jiet) tan-netwerk mal-fornitur(i) tas-servizz tal-Internet;

(b)

jiksbu s-servizzi xierqa u appoġġ mill-fornitur(i) tas-servizz tal-Internet tiegħu;

(c)

iżomm kemm jista' jkun baxxi l-perjodi ta' interruzzjoni fis-servizz, bħala konsegwenza ta' manutenzjoni ppjanata tal-IT, u jinforma lill-kontropartijiet tiegħu, qabel in-nuqqas ta' disponibbiltà ppjanat.

Artikolu 23

Implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-iskambju ta' dejta komuni

1.   Skont ir-rekwiżiti tal-iskambju ta' dejta skont l-Artikolu 20(2), l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu u jużaw is-soluzzjonijiet tal-iskambju ta' dejta komuni definiti fl-Artikolu 21.

2.   Meta s-soluzzjonijiet tal-iskambju ta' dejta bejn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-kontropartijiet ikkonċernati jkunu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sakemm is-soluzzjonijiet tal-iskambju ta' dejta eżistenti jkunu kompatibbli mal-Artikolu 22 u mar-rekwiżiti tal-iskambju ta' dejta skont l-Artikolu 20(2), is-soluzzjonijiet tal-iskambju ta' dejta eżistenti jistgħu jkomplu japplikaw wara konsultazzjoni mal-utenti tan-netwerk u soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni.

Artikolu 24

Proċess ta' żvilupp għall-għodod operattivi tan-netwerk komuni

1.   Għal kull rekwiżit tal-iskambju ta' dejta skont l-Artikolu 20(2), l-ENTSO tal-Gass għandu jiżviluppa għodda operattiva tan-netwerk komuni skont l-Artikolu 8(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u għandu jippubblikaha fuq il-websajt tiegħu. L-għodda operattiva tan-netwerk komuni għandha tispeċifika s-soluzzjoni tal-iskambju ta' dejta komuni rilevanti għar-rekwiżit tal-iskambju ta' dejta rispettiv. L-għodda operattiva tan-netwerk komuni tista' tinkludi wkoll speċifikazzjonijiet tar-rekwiżiti tan-negozju, ġestjoni ta' rilaxx u linji gwida għall-implimentazzjoni.

2.   L-ENTSO tal-Gass għandu jistabbilixxi proċess trasparenti għall-iżvilupp tal-għodod operattivi tan-netwerk komuni kollha. L-ENTSO tal-Gass għandu jmexxi konsultazzjoni għal kull għodda operattiva tan-netwerk komuni.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2016, l-ENTSO tal-Gass għandu jimmonitorja u janalizza kif l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni implimentaw il-Kapitoli II sa V ta' dan ir-Regolament skont l-obbligi ta' monitoraġġ u rappurtar tiegħu skont l-Artikolu 8(8) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u għandu jissottometti lill-Aġenzija l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti lill-Aġenzija tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2016, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkomunikaw lill-ENTSO tal-Gass l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti lill-ENTSO tal-Gass jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2016 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 rigward tagħmir li juża l-gass (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 10).

(4)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2013 tal-14 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Mekkaniżmi ta' Allokazzjoni tal-Kapaċità fis-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass u li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 273, 15.10.2013, p. 5).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta' Trażmissjoni (ĠU L 91, 27.3.2014, p. 15).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1)

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1)

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).


ANNESS

Il-fatturi ta' konverżjoni bejn il-kundizzjonijiet ta' referenza

Temperatura ta' referenza f'°C(kombustjoni, volum)

25/20 sa 25/0

25/20 sa 15/15

25/20 sa 0/0

25/0 sa 15/15

25/0 sa 0/0

15/15 sa 0/0

Valur kalorifiku superjuri reali abbażi tal-volum

1,0738

1,0185

1,0766

0,9486

1,0026

1,0570

Valur kalorifiku inferjuri reali abbażi tal-volum

1,0738

1,0176

1,0741

0,9477

1,0003

1,0555

Indiċi Wobble Reali

1,0736

1,0185

1,0764

0,9487

1,0026

1,0569

Sors: EN ISO 13443 “Gass naturali — Kundizzjonijiet standard ta' referenza”


1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/704

tat-30 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 rigward il-livell massimu ta' PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabilixxi livelli massimi għad-diossini, poliklorobifenili (PCB) simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini fil-ħut u prodotti tal-ħut.

(2)

Assoċjazzjonijiet ta' partijiet ikkonċernati ipprovdew dejta fuq il-preżenza ta' PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ. Minn dik id-dejta jista' jiġi osservat li l-livell massimu attwali ta' 75 ng/g ta' piż bil-kontenut tal-ilma ma jistax jintlaħaq fuq diversi okkażjonijiet wara li ġew segwiti prattiki tajba tas-sajd f'kundizzjonijiet normali ta' qabda u tkabbir. Id-dejta pprovduta turi li l-livell massimu attwali mhuwiex konformi mal-prinċipju li livelli massimi għall-kontaminanti huma stabbiliti f'livell baxx li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli. Għaldaqstant huwa xieraq li jiżdied il-livell massimu attwali ta' PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ mingħajr ma jipperikola s-saħħa pubblika.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 5.3 jinbidel b'dan li ġej:

“5.3

Laħam tal-muskoli tal-ħut u tal-prodotti mis-sajd u prodotti tagħhom (25) (34), bl-eżenzjoni ta':

sallur maqbud mis-selvaġġ

mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ

ħut tal-ilma ħelu maqbud mis-selvaġġ, bl-eċċezzjoni tal-ispeċi tal-ħut diadromous maqbuda fl-ilma ħelu

fwied tal-ħut u prodotti ġejjin minnu

żjut tal-ħut

Il-livell massimu għall-krustaċej japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi u l-addome (44). Fil-każ tal-granċijiet u krustaċej simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura) dan japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi.

3,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

6,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

75 ng/g piż bil-kontenut tal-ilma”

(2)

il-punt 5.4a li ġej jiddaħħal wara l-punt 5.4:

“5.4a

Il-laħam tal-muskoli tal-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ u l-prodotti tiegħu (34)

3,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

6,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

200 ng/g piż bil-kontenut tal-ilma”


1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/705

tat-30 ta' April 2015

li jistabbilixxi metodi ta' teħid tal-kampjuni u kriterji ta' rendiment għall-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' aċidu eruċiku f'oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva 80/891/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissal-livelli massimi ta' aċidu eruċiku fiż-żjut u x-xaħmijiet veġetali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, fl-ikel li jkun fih żjut u xaħmijiet veġetali miżjuda, fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE (3) tistabbilixxi metodu ta' analiżi sabiex tiddeterina l-kontenut ta' aċidu eruċiku fi żjut u f'xaħmijiet maħsuba sabiex jintużaw bħala tali għall-konsum mill-bnedmin u f'oġġetti tal-ikel li jkun fihom żjut u xaħmijiet miżjuda. Dan il-metodu ta' analiżi ma għadux jgħodd u jeħtieġ jinbidel.

(3)

Huwa xieraq li ma jiġix stabbilit metodu speċifiku ta' analiżi iżda li jiġu stabbiliti kriterji ta' rendiment li magħhom għandu jikkonforma l-metodu ta' analiżi użat għall-kontroll uffiċjali. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-metodu tat-teħid tal-kampjuni.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tal-aċidu eruċiku fit-Taqsima 8 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom isiru f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 japplika mingħajr preġudizzju tad-dispożizzjonjiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 2

Id-Direttiva 80/891/KEE hi mħassra.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra huma referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE tal-25 ta' Lulju 1980 dwar il-metodu ta' analiżi tal-Komunità sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta' aċidu eruċiku fi żjut u f'xaħmijiet maħsuba sabiex jiġu użati bħala tali għall-konsum mill-bnedmin u f'oġġetti tal-ikel li fihom żjut u xaħmijiet miżjuda (ĠU L 254, 27.9.1980, p. 35).


ANNESS

PARTI A:   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

“lott”

:

kwantità identifikabbli ta' ikel imwassla f'waqt wieħed u meqjusa mill-uffiċjal li għandha karatteristiċi komuni, [bħalma huma l-oriġini, il-varjetà, it-tip ta' imballaġġ, min jippakkja, il-fornitur jew l-immarkar].

“sublott”

:

parti magħżula minn lott kbir sabiex fuqha jiġi applikat il-metodu tat-teħid tal-kampjuni. Kull sublott għandu jkun fiżikament separat u identifikabbli;

“kampjun inkrimentali”

:

kwanità ta' materjal meħuda minn post wieħed fil-lott jew fis-sublott;

“kampjun kollettiv”

:

it-total kollettiv tal-kampjuni inkrimentali kollha meħuda mil-lott jew mis-sublott; il-kampjuni kollettivi għandhom jitqiesu rappreżentattivi tal-lottijiet jew tas-sublottijiet imnejn ittieħdu;

“kampjun tal-laboratorju”

:

kampjun maħsub għal-laboratorju.

PARTI B:   IL-METODI TA' TEĦID TAL-KAMPJUNI

B.1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

B.1.1.   Persunal

Il-kampjuni għandha teħodhom persuna awtorizzata kif nominata mill-Istat Membru.

B.1.2.   Il-materjal li minnu jittieħed kampjun

Il-kampjun minn kull lott jew sublott li jrid jiġi eżaminat, għandu jittieħed separatament.

B.1.3.   Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu

Matul it-teħid tal-kampjuni, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet biex ikun evitat kull tibdil li jaffettwa l-livelli ta' aċidu eruċiku, jew li jaffettwa b'mod negattiv id-determinazzjoni analitika jew li jwassal biex il-kampjuni kollettivi ma jibqgħux rappreżentattivi.

B.1.4.   Kampjuni inkrimentali

Safejn huwa possibbli, il-kampjuni inkrementali għandhom jittieħdu minn postijiet differenti mqassma mal-lott jew mas-sublott kollu. Differenzi minn din il-proċedura għandhom jiġu rreġistrati fir-rekord previst fil-punt B.1.8 ta' dan l-Anness.

B.1.5.   Il-preparazzjoni tal-kampjun kollettiv

Il-kampjun kollettiv għandu jsir billi jingħaqdu flimkien il-kampjuni inkrementali.

B.1.6.   Kampjuni għal skopijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ

Il-kampjuni għal raġunijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-kampjun kollettiv omoġenizzat, sakemm dan ma jkunx ta' kunflitt mar-regoli tal-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet tal-operaturi kummerċjali tal-ikel.

B.1.7.   L-imballaġġ u t-trażmissjoni tal-kampjuni

Kull kampjun għandu jitqiegħed f'kontenitur nadif u inert li joffri protezzjoni xierqa mill-kontaminazzjoni, minn telf ta' analiti minħabba assorbiment mal-ġnieb interni tal-kontenitur u mill-ħsara li tista' tirriżulta waqt it-trasport. Għandha tittieħed kull prekawzjoni meħtieġa biex tkun evitata bidla fil-kompożizzjoni tal-kampjun li tista' sseħħ waqt it-trasport jew il-ħażna.

B.1.8.   Is-siġillar u t-tikkettar tal-kampjuni

Kull kampjun meħud għal użu uffiċjali għandu jiġi ssiġillat fil-post tat-teħid tal-kampjuni u identifikat skont ir-regoli tal-Istati Membri.

Għandu jinżamm rekord ta' kull kampjun li jittieħedħalli jkun jista' jiġi identifikat mingħajr ambigwità kull lott jew sublott imnejn ikunittieħed. Dak ir-rekord għandu juri:

(i)

referenza għan-numru tal-lott li minnu jkun ittieħed il-kampjun;

(ii)

id-data u l-post tat-teħid tal-kampjuni;

(iii)

kull tagħrif addizzjonali li jkun ta' għajnuna għall-analista.

B.2.   IL-PJANIJIET GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

B.2.1.   It-tqassim ta' lottijiet f'sublottijiet

Il-lottijiet il-kbar għandhom jinqasmu f'sublottijiet, sakemm is-sublott ikun jista' jiġi separat fiżikament. Għandu jingħata il-piż jew l-għadd ta' sublottijiet ta' prodotti nnegozjati f'kunsinni bl-ingrossa bħalma turi Tabella 1. Għandu jingħata wkoll il-piż jew l-għadd ta' sublottijiet ta' prodotti oħra bħalma turi Tabella 2. Peress li l-piż tal-lott ma jkunx dejjem multiplu eżatt tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott kif imniżżel f'Tabella 1 u 2 jista' jinqabeż b'massimu ta' 20 %.

B.2.2.   L-għadd, il-piż u l-volum tal-kampjuni inkrementali

Mill-anqas il-kampjun kollettiv għandu jkun 1 kg jew litru wieħed (1) ħlief meta dan ma jkunx possibbli, bħal meta l-kampjun ikun 'pakkett jew unità waħda.

L-għadd minimu ta' kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mis-sublott għandu jkun kif turi Tabella 3.

Fil-każ ta' prodotti likwidi bl-ingrossa, il-lott jew is-sublott għandu jitħallat sew sakemm ikun possibbli u sakemm ma tiġix affettwata l-kwalità tal-prodott, permezz ta' mezzi manwali jew mekkaniċi immedjatament qabel ma jittieħed il-kampjun. F'dan il-każ, wieħed għandu jassumi li t-tqassim tal-kontaminanti f'lott jew sublott partikolari huwa omoġenju. Għaldaqstant, huwa biżżejjed li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott jew sublott sabiex jifformaw il-kampjun kollettiv.

Il-kampjuni inkrimentali għandu jkollhom piż/volum simili. Mill-anqas, il-piż/volum ta' kampjun inkrementali għandu jkun 100 g jew 100 ml, li jsawwar kampjun kollettiv ta' mill-inqas madwar 1 kg jew litru (1). Differenzi minn din il-proċedura għandhom jiġu rreġistrati fir-rekord previst fil-punt B.1.8 ta' dan l-Anness.

Tabella 1

It-tqassim tal-lottijiet f'sublottijiet għall-prodotti nnegozjati f'kunsinni bl-ingrossa

Il-piż tal-lott (f'tunnellati)

Il-piż jew l-għadd ta' sublottijiet

≥ 1 500

500 tunnellata

> 300 u < 1 500

3 sublottijiet

≥ 100 u ≤ 300

100 tunnellata

< 100


Tabella 2

It-qassim tal-lottijiet f'sublottijiet għal prodotti oħrajn

Il-piż tal-lott (f'tunnellati)

Il-piż jew l-għadd ta' sublottijiet

≥ 15

15-30 tunnellata

< 15


Tabella 3

L-għadd minimu ta' kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott jew mis-sublott

Il-piż jew il-volum tal-lott/sublott (f'kilogrammi jew litri)

L-għadd minimu ta' kampjuni inkrementali li għandu jittieħed

< 50

3

≥ 50 u ≤ 500

5

> 500

10

Jekk il-lott jew is-sublott ikun pakketti jew unitajiet individwali, l-għadd ta' pakketti jew unitajiet li għandu jittieħed biex jifforma l-kampjun kollettiv jinsab f'Tabella 4.

Tabella 4

L-għadd ta' pakketti jew unitajiet (kampjuni inkrementali) li għandu jittieħed biex jifforma l-kampjun kollettiv jekk il-lott jew is-sublott ikun pakketti jew unitajiet individwali

L-għadd ta' pakketti jew unitajiet fil-lott/sublott

L-għadd ta' pakketti jew unitajiet li għandu jittieħed

≤ 25

mill-inqas pakkett jew unità waħda

26-100

madwar 5 %, mill-inqas 2 pakketti jew unitajiet

> 100

madwar 5 %, massimu ta' 10 pakketti jew unitajiet

Meta t-teħid tal-kampjuni bil-metodu stabbilit f'dan il-Kapitolu B.2 joħloq konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli (pereżempju minħabba l-għamla tal-imballaġġ, ħsara lil-lott, eċċ.) jew ikun kważi impossibbli li jsir, jista' jiġi applikat metodu alternattiv ta' teħid tal-kampjuni sakemm dan ikun rappreżentattiv biżżejjed għal-lott jew għas-sublott imnejn ikun ittieħed il-kampjun u jiġi dokumentat kollu fir-rapport previst fil-punt B.1.8.

B.3.   TEĦID TAL-KAMPJUNI FL-ISTADJU TAL-BEJGĦ BL-IMNUT

Meta possibbli, it-teħid tal-kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stipulati fil-punt B.2.2.

Meta t-teħid tal-kampjuni bil-metodu stabbilit fil-punt B.2.2. joħloq konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli (pereżempju minħabba l-għamla tal-imballaġġ, ħsara lil-lott, eċċ.) jew ikun kważi impossibbli li jsir, jista' jiġi applikat metodu alternattiv ta' teħid tal-kampjuni sakemm dan ikun rappreżentattiv biżżejjed għal-lott jew għas-sublott imnejn ittieħed il-kampjun u jiġi dokumentat kollu fir-rapport previst fil-punt B.1.8.

PARTI C:   IL-PREPARAZZJONI U L-ANALIŻI TAL-KAMPJUNI

C.1.   STANDARDS TAL-KWALITÀ GĦAL-LABORATORJI

Il-laboratorji għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Il-laboratorji għandhom jipparteċipaw fi skemi adattati ta' eżaminazzjoni tal-profiċjenza li jikkonformaw mal-“Protokoll Armonizzat Internazzjonali għall-Eżaminazzjoni tal-Profiċjenza ta' Laboratorji Analitiċi (Kimiċi)” (1) żviluppati fl-awspiċi tal-IUPAC/ISO/AOAC.

Il-laboratorji għandhom ikunu kapaċi juru li jħaddmu proċeduri għall-kontroll intern tal-kwalità. Eżempju ta' dawn huma l-“Linji Gwida ISO/AOAC/IUPAC dwar il-Kontroll Intern tal-Kwalità f'Laboratorji Analitiċi tal-Kimika” (2).

Meta jkun possibbli, għandha ssir stima tal-awtentiċità tal-analiżi billi fl-analiżi jiddaħħlu materjali xierqa ta' referenza ċċertifikati.

C.2.   IL-PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUN

C.2.1.   Prekawzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali

Il-ħtieġa bażika hija li jinkiseb kampjun tal-laboratorju rappreżentattiv u omoġenju mingħajr ma ssir kontaminazzjoni sekondarja.

Il-materjal kollu tal-kampjuni li jasal fil-laboratorju jintuża biex jitħejja l-kampjun tal-laboratorju.

Il-konformità mal-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 tinkiseb skont il-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.

C.2.2.   It-trattament tal-kampjun kif jasal fil-laboratorju

Il-kampjun kollettiv kollu jintaħan b'mod fin (meta rilevanti) u jitħallat sew permezz ta' proċess li bih jirnexxilu jikseb omoġenizzazzjoni sħiħa.

C.3.   KRITERJI TA' RENDIMENT GĦALL-METODI TA' ANALIŻI

C.3.1.   Definizzjonijiet

Għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

“r”

=

Ir-ripetibbiltà, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta' testijiet waħdanija li nkisbu f'kundizzjonijiet ta' ripetibbiltà (jiġifieri l-istess kampjun, l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju, u f'intervall qasir ta' ħin) tkun mistennija li taqa' fi ħdan probabbiltà speċifika (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2,8 × sr.

“sr

=

Devjazzjoni standard, ikkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' ripetibbiltà.

“RSDr

=

Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' ripetibbiltàFormula.

“R”

=

Ir-riproduċibbiltà, il-valur ta' taħtu id-differenza assoluta bejn riżultati ta' testijiet waħdanija li nkisbu f'kundizzjonijiet ta' riproduċibbiltà, (jiġifieri fuq materjal identiku miksub minn operaturi f'laboratorji differenti, bil-metodu standardizzat tat-test), tkun mistennija li taqa' fi ħdan ċertu probabbiltà (tipikament 95 %); R = 2,8 × sR.

“sR

=

Devjazzjoni standard, ikkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' riproduċibbiltà.

“RSDR

=

Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata minn riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' riproduċibbiltàFormula.

“LOD”

=

Il-limitu ta' detezzjoni, l-iżgħar kontenut imkejjel li minnu huwa possibbli li tiġi inferita l-preżenza tal-analit b'ċertezza statistika raġonevoli. Il-limitu ta' detezzjoni huwa numerikament daqs tliet darbiet tad-devjazzjoni standard tal-medja tad-determinazzjonijiet inbjanki (n > 20).

“LOQ”

=

Il-limitu ta' kwantifikazzjoni, l-aktar kontenut baxx tal-analit li jista' jitkejjel b'ċertezza statistika raġonevoli. Jekk l-eżattezza u l-preċiżjoni jibqgħu kostanti matul firxa ta' konċentrazzjoni madwar il-limitu ta' detezzjoni, allura l-limitu ta' kwantifikazzjoni jkun numerikament daqs sitt darbiet jew għaxar darbiet tad-devjazzjoni standard tal-medja tad-determinazzjonijiet blenk (n > 20).

“u”

=

L-inċertezza maqgħuda tal-kejl standard, miksuba bl-inċertezzi individwali tal-kejl standard assoċjati mal-kwantitajiet tad-dħul fil-mudell tal-kejl (3).

“U”

=

L-inċertezza estiża tal-kejl, li tuża fattur ta' kopertura ta' 2 u dan jagħti livell ta' fiduċja ta' madwar 95 % (U = 2u).

“Uf”

=

L-inċertezza massima tal-kejl standard.

C.3.2.   Rekwiżiti ġenerali

Il-metodi ta' analiżi li jintużaw għall-kontroll fl-ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

C.3.3.   Rekwiżiti speċifiċi

C.3.3.1.   Il-kriterji ta' rendiment

Meta fil-livell tal-Unjoni Ewropea ma jkunx hemm preskritti metodi speċifiċi għad-determinazzjoni ta' kontaminanti fil-prodotti tal-ikel, il-laboratorji jistgħu jagħżlu kull metodu ta' analiżi vvalidat għall-matriċi rispettiva, sakemm il-metodu magħżul ikun jilħaq il-kriterji speċifiċi ta' rendiment stipulati f'Tabella 5.

Huwa rakkomandat li meta xieraq u disponibbli jintużaw il-metodi vvalidati għalkollox (jiġifieri l-metodi vvalidati bil-provi kollaborattivi għall-matriċi rispettiva). Jistgħu jintużaw ukoll metodi vvalidati u xierqa oħrajn (bħal metodi vvalidati internament għall-matriċi rispettiva) sakemm dawn ikunu jissodisfaw il-kriterji ta' rendiment stipulati f'Tabella 5.

Aktar dettalji jinsabu fin-Noti dwar il-kriterji ta' rendiment kif stabbiliti f'dan il-punt.

Meta possibbli, il-validazzjoni tal-metodi vvalidati internament għandha tinkludi materjal ta' referenza ċċertifikat.

Tabella 5

Kriterji ta' rendiment għall-metodi ta' analiżi għall-aċidu eruċiku

Parametru

Kriterju

Applikabbiltà

Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Speċifiċità

Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

Ripetibbiltà (RSDr)

0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (modifikata)

Riproduċibbiltà (RSDR)

2 × il-valur derivat mill-ekwazzjoni Horwitz (modifikata)

Irkupru

95–105 %

LOD

≤ 1 g/kg

LOQ

≤ 5 g/kg

Noti dwar il-kriterji ta' rendiment

L-ekwazzjoni Horwitz (4) (għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10– 7 ≤ C ≤ 0,138) u l-ekwazzjoni Horwitz modifikata (5) (għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10– 7) huma ekwazzjonijiet ta' preċiżjoni ġeneralizzati li ma jiddependux mill-analita u l-matriċi iżda jiddependu biss fuq il-konċentrazzjoni għal ħafna mill-metodi ta' analiżi ta' rutina.

L-ekwazzjoni Horwitz modifikata għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10– 7:

RSDR = 22 %

fejn:

L-RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' reproduċibbilitàFormula

C huwa l-proporzjon ta' konċentrazzjoni (jiġifieri 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1 000 mg/kg) L-ekwazzjoni Horwitz modifikata tapplika għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10– 7.

L-ekwazzjoni Horwitz għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10– 7 ≤ C ≤ 0,138:

RSDR = 2C(– 0,15)

fejn:

L-RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati miksuba f'kundizzjonijiet ta' reproduċibbilitàFormula

C huwa l-proporzjon ta' konċentrazzjoni (i.e. 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1 000 mg/kg) L-ekwazzjoni Horwitz tapplika għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10– 7 ≤ C ≤ 0,138.

C.3.3.2.   Metodu “adegwat għall-fini”

Bħala alternattiva għall-metodi vvalidati internament, jista' jintuża metodu “adegwat għall-fini” (6) biex tiġi vvalutata l-konvenjenza tal-metodi vvalidati internament għall-kontroll uffiċjali. Il-metodi xierqa għall-kontroll uffiċjali għandhom jagħtu riżultati b'inċertezza magħquda tal-kejl standard (u) inqas mill-inċertezza massima tal- kejl standard ikkalkulata bil-formula ta' hawn taħt:

Formula

fejn:

Uf hija l-inċertezza massima tal-kejl standard (μg/kg);

LOD huwa l-limitu ta' detezzjoni tal-metodu (μg/kg). L-LOD jilħaq il-kriterji ta' rendiment stabbiliti fil-punt C.3.3.1 għall-konċentrazzjoni tal-interess.

C hija l-konċentrazzjoni tal-interess (μg/kg);

α hija fattur numeriku li jintuża skont il-valur ta' C. Il-valuri li jintużaw ġew stabbiliti f'Tabella 6.

Tabella 6

Il-valuri numeriċi li għandhom jintużaw għal α bħala kwantità kostanti fil-formula stipulata f'dan il-punt, skont il-konċentrazzjoni tal-interess

C (μg/kg)

α

≤ 50

0,2

51-500

0,18

501-1 000

0,15

1 001 -10 000

0,12

> 10 000

0,1

PARTI D:   IR-RAPPURTAR U L-INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

D.1.   IR-RAPPURTAR

D.1.1.   Il-preżentazzjoni tar-riżultati

Ir-riżultati jiġu espressi bl-istess unitajiet ta' kejl u bl-istess għadd ta' ċifri sinifikanti bħalma huma tal-livelli massimi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

D.1.2.   Kalkoli tal-irkupru

Jekk fil-metodu analitiku jiġi applikat proċess ta' estrazzjoni, ir-riżultat analitiku għandu jiġi aġġustat għall-irkupru. F'dan il-każ il-livell tal-irkupru għandu jiġi rrappurtat.

F'każ li fil-metodu analitiku ma jiġi applikat l-ebda proċess ta' estrazzjoni, ir-riżultat jista' jiġi rrappurtat mhux aġġustat għall-irkupru jekk tingħata evidenza, idealment bl-użu ta' materjal xieraq ta' referenza ċċertifikat, li tinkiseb il-konċentrazzjoni ċċertifikata li tippermetti l-inċertezza tal-kejl (jiġifieri eżattezza kbira fil-kejl), u għaldaqstant li l-metodu mhuwiex imparzjali. F'każ li r-riżultat jiġi rrappurtat bħala mhux aġġustat għall-irkupru, dan għandu jissemma.

D.1.3.   L-inċertezza tal-kejl

Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rrappurtat bħala x +/– U fejn x huwa r-riżultat analitiku u U huwa l-inċertezza estiża tal-kejl, b'fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta' kunfidenza ta' bejn wieħed u ieħor 95 % (U = 2u).

L-analista jieħu nota tar-“Rapport dwar r-relazzjoni bejn ir-riżultati analitiċi, l-inċertezza tal-kejl, il-fatturi tal-irkupru u d-dispożizzjonjiet fil-leġiżlazzjoni tal-ikel u l-għalf (7)”.

D.2.   L-INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

D.2.1.   Aċċettazzjoni ta' lott jew sublott

Il-lott jew is-sublott jiġi aċċettat jekk ir-riżultat analitiku tal-kampjun tal-laboratorju ma jkunx jaqbeż il-livell massimu rispettiv stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 meta jitqiesu l-inċertezza estiża tal-kejla u l-aġġustament tar-riżultat għall-irkupru jekk ikun ġie applikat proċess ta' estrazzjoni fil-metodu analitiku użat.

D.2.2.   Rifjut ta' lott jew sublott

Il-lott jew sublott jiġi rrifjutat jekk ir-riżultat analitiku tal-kampjun tal-laboratorju jaqbeż mingħajr dubju raġjonevoli l-livell massimu rispettiv kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 meta tqis l-inċertezza tal-kejl estiż u l-aġġustament tar-riżultat għall-irkupru jekk ikun ġie applikat proċess ta' estrazzjoni fil-metodu analitiku użat.

D.2.3.   Applikabbiltà

Dawn ir-regoli ta' interpretazzjoni stabbiliti fil-punti D.2.1. u D.2.2. japplikaw għar-riżultati analitiċi miksuba mill-kampjun għall-infurzar. Fil-każ ta' analiżi għal skopijiet ta' difiża jew arbitraġġ, għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali.


(1)  “The international harmonized protocol for the proficiency testing of analytical chemistry laboratories” ta' M. Thompson, S.L.R. Ellison u R. Wood, Pure Appl. Chem., 2006, 78, 145-196.

(2)  Editjat minn M. Thompson u R. Wood, Pure Appl. Chem., 1995, 67, 649-666.

(3)  Il-vokabularju internazzjonali tal-metroloġija — Kunċetti bażiċi u ġenerali u termini assoċjati (VIM), JCGM 200:2008.

(4)  W. Horwitz, L.R. Kamps. K.W. Boyer, J.Assoc.Off.Analy.Chem., 1980, 63, 1344.

(5)  M. Thompson, Analist, 2000, 125, 385-386.

(6)  M. Thompson u R. Wood, Accred. Qual. Assur., 2006, p. 10, 471-478.

(7)  http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf


1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/706

tat-30 ta' April 2015

li jniedi investigazzjoni dwar il-possibilità ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkunsinnati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku) u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   TNEDIJA TA' INVESTIGAZZJONI EX OFFICIO

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) iddeċidiet, skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku li tinvestiga fuq inizjattiva proprja l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li tagħmel l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkunsinnati mill-Malasja soġġetti għar-reġistrazzjoni, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u kemm jekk le.

B.   PRODOTT

(2)

Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni huwa l-aċidu ċitriku (inkluż iċ-ċitrat trisodiku diidrat), li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-prodott ikkonċernat).

(3)

Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda kkunsinnat mill-Malasja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja u kemm jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat (il-prodott investigat).

C.   MIŻURI EŻISTENTI

(4)

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ u li possibilment qiegħed ikun hemm ċirkomvenzjoni tagħhom huma miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 (2) (il-miżuri eżistenti).

D.   RAĠUNIJIET

(5)

Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li turi li, permezz ta' importazzjonijiet mill-Malasja tal-prodott investigat, qiegħda ssir ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(6)

L-evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni hija din li ġejja.

(7)

It-tagħrif li għandha l-Kummissjoni għad-dispożizzjoni tagħha juri li kien hemm bidla sinifikanti fil-mod ta' kif isir il-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Malasja lejn l-Unjoni, wara l-impożizzjoni ta' miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, (3) u din il-bidla m'għandhiex raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika b'saħħitha biżżejjed, għajr dik tal-impożizzjoni tad-dazju.

(8)

Din il-bidla tidher li ġejja mill-kunsinna tal-prodott ikkonċernat li jgħaddi mill-Malasja lejn l-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni tkopri kwalunkwe prattika, proċess jew ħidma li għaliha ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika biżżejjed, għajr dik tal-impożizzjoni tad-dazju antidumping.

(9)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li turi li l-effetti korrettivi fuq il-prodott ikkonċernat tal-miżuri antidumping eżistenti qegħdin jiġu mdgħajfin kemm f'termini ta' kwantità kif ukoll fejn jidħol il-prezz. L-importazzjonijiet ta' volumi sinifikanti tal-prodott investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza prima facie li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat qed jitwettqu bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(10)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha biżżejjed evidenza prima facie li turi li l-prezzijiet tal-prodott investigat huma oġġett ta' dumping meta mqabblin mal-valur normali stabbilit diġà għall-prodott ikkonċernat.

E.   PROĊEDURA

(11)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u tagħmel obbligatorja r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott investigat, kemm jekk jiġi ddikjarat li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, f'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Kwestjonarji

(12)

Sabiex tikseb it-tagħrif li hija tqis neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ser tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufin u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufin fil-Malasja, lill-esportaturi/produtturi magħrufin u l-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufin fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufin u lill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi magħrufin fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tal-Malasja. Jekk ikun meħtieġ, jista' wkoll jintalab tagħrif mingħand l-industrija tal-Unjoni.

(13)

F'kull eventwalità, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limiti ta' żmien stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, ġaladarba l-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(14)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tal-Malasja ser jiġu nnotifikati f'dan is-sens bit-tnedija tal-investigazzjoni.

(b)   Ġbir ta' tagħrif u seduti ta' smigħ

(15)

Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn għandhom jinstemgħu.

(c)   Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri

(16)

F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet tal-prodott investigat jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tkunx tikkostitwixxi ċirkomvenzjoni.

(17)

Billi l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni sseħħ barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi tal-aċidu ċitriku fil-Malasja, li jistgħu juru li ma huma relatati (4) mal-ebda produttur soġġett għall-miżuri eżistenti (5) u li jinstab li ma jkunux involuti fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni kif definiti fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom iressqu talba sostnuta kif dovut minn evidenza fil-limitu ta' żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament.

F.   REĠISTRAZZJONI

(18)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni twassal għall-konklużjonijiet ta' ċirkomvenzjoni, ikun jista' jiġi impost ammont xieraq ta' dazji tal-antidumping mid-data ta' impożizzjoni tar-reġistrazzjoni ta' tali importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Malasja.

G.   LIMITI TA' ŻMIEN

(19)

Sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti ta' żmien li fihom:

il-partijiet interessati jkunu jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-eżistenza tagħhom, jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor li għandu jitqies matul l-investigazzjoni;

il-produtturi fil-Malasja jkunu jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet jew miżuri,

il-partijiet interessati jkunu jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(20)

Ta' min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċitar tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tgħarraf lill-Kummissjoni bl-eżistenza tagħha fil-limiti ta' żmien indikati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

H.   NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(21)

Jekk jagħti l-każ li xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel b'mod sinifikattiv l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, ikunu jistgħu jintlaħqu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(22)

Fejn jinstab illi xi parti interessata tkun ipprovdiet tagħrif mhux minnu jew qarrieqi, tali tagħrif ma jitqiesx u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

(23)

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u minħabba f'hekk il-konklużjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, l-eżitu jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli seta' jkun kieku kkooperat.

(24)

In-nuqqas li tingħata risposta kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, dejjem jekk il-parti interessata turi li biex tippreżenta r-risposta kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.

I.   SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(25)

L-investigazzjoni ser tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

J.   PROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI

(26)

Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni ser tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

K.   UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(27)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta' żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta' smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati b'mod sħiħ.

(28)

It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament tal-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

(29)

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta ta' smigħ li tinvolvi lill-partijiet u li tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu, fost aspetti oħra, mal-eżistenza ta' modifika tal-konfigurazzjoni tal-kummerċ, ma' raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika (in-)suffiċjenti għal tali bidla, mad-dgħufija tal-effetti korrettivi tal-miżuri eżistenti, u mad-dumping tal-valur normali stabbilit għall-prodott investigat.

(30)

Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan qiegħda titnieda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' aċidu ċitriku u ċ-ċitrat trisodiku diidrat, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2918 14 00 (kodiċi TARIC 2918140010) u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011) ikkunsinnati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġina mill-Malasja u kemm jekk le, humiex iwasslu għaċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/82.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' regolament, titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-kwestjonarji għandhom jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Sabiex l-osservazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-eżistenza tagħhom billi jikkuntattjawha, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

3.   Il-produtturi fil-Malasja li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri, jridu jressqu talba sostnuta kif dovut minn evidenza fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.

4.   Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.

5.   It-tagħrif ippreżentat lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ ikun ħieles mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni tagħrif u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta' partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b'mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża t-tagħrif u d-dejta għall-iskop ta' dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi t-tagħrif u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

6.   Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan ir-Regolament tal-Kummissjoni, il-kwestjonarji mimlijin u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jiġu mmarkati bħala “Limited” (7) (“Ristrett”).

7.   Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif immarkat bħala “Ristrett” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jridu jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (“Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif imressaq b'mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti interessata li tagħti tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix is-sommarju mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif jista' jiġi injorat.

8.   Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu mressqa fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta' ittra reġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f'każijiet relatati mad-difiża tal-kummerċ) ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali operattiv u kkontrollat kuljum. Hekk kif jingħatawlha id-dettalji ta' kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, ħlief jekk dawn jitolbu espliċitament li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtulhom b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew jekk in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat tirrikjedi l-użu ta' posta reġistrata. Għal aktar regoli u tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni fosthom il-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz tal-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

9.   L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1040 Brussels

BELGIUM

Posta elettronika: TRADE-R614-CITRIC-CIRCUMVENTION@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 tal-21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u ta' rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 8.)

(3)  Il-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ kienu ġew imposti oriġinarjament mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1). Il-miżuri antidumping inżammu fis-seħħ, wara li sar rieżami ta' skadenza, mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82.

(4)  F'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1), il-persuni jitqiesu li jiġu minn xulxin biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjiega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Madankollu, anke jekk, skont kif jissemma hawn fuq, il-produtturi jkunu relatati ma' kumpaniji soġġetti għall-miżuri eżistenti, xorta waħda tkun tista' tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji soġġetti għall-miżuri eżistenti tkun ġiet stabbilita jew użata biex ikun hemm ċirkomvenzjoni ta' tali miżuri.

(6)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/707

tat-30 ta' April 2015

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-estratt tal-għerq Rheum officinale bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fis-26 ta' April 2013 il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mill-Institut Technique de l'Agriculture Biologique għall-approvazzjoni tal-estratt tal-għerq Rheum officinale bħala sustanza bażika. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtet l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) għal assistenza xjentifika. Fit-12 ta' Ġunju 2014 (2), l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku lill-Kummissjoni dwar is-sustanza inkwistjoni. Fl-20 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' analiżi (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-estratt tal-għerq Rheum officinale lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(3)

Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li l-estratt tal-għerq Rheum officinale ma jissodisfax il-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 (4).

(4)

Fir-Rapport Tekniku ġie identifikat xi tħassib speċifiku dwar ir-riskju għall-operaturi, il-ħaddiema, il-persuni fil-qrib, il-konsumaturi u l-organiżmi mhux fil-mira.

(5)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-eżami tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(6)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma jistax jiġi eliminat.

(7)

B'hekk, għall-użijiet li ġew eżaminati u speċifikati fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, huwa xieraq li l-estratt tal-għerq Rheum officinale ma jiġix approvat bħala sustanza bażika.

(8)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-estratt tal-għerq Rheum officinale bħala sustanza bażika skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-nuqqas ta' approvazzjoni bħala sustanza bażika

L-estratt tal-għerq tas-sustanza Rheum officinale mhuwiex approvat bħala sustanza bażika.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni għas-sustanza bażika Rheum officinale u l-konklużjonijiet misluta mill-EFSA dwar il-punti speċifiċi mqajma. 2014:EN-617. 31 paġna.

(3)  http://ec.europa.eu/sanco_pesticides/public/?event=activesubstance.selection&language=MT.

(4)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/46


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/708

tat-30 ta' April 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

153,9

MA

84,1

MK

119,9

TR

96,0

ZZ

113,5

0707 00 05

AL

97,3

TR

125,6

ZZ

111,5

0709 93 10

MA

102,7

TR

139,9

ZZ

121,3

0805 10 20

EG

45,0

IL

75,7

MA

52,1

TR

70,3

ZZ

60,8

0805 50 10

TR

90,6

ZZ

90,6

0808 10 80

AR

101,4

BR

109,9

CL

117,0

CN

167,0

MK

31,3

NZ

155,2

US

226,6

UY

92,0

ZA

126,8

ZZ

125,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/709

tal-21 ta' April 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 3 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 3 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli (1), jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (il-“Protokoll 3”).

(2)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (il-“Konvenzjoni”) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti.

(3)

L-Unjoni u t-Turkija ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u fl-4 ta' Novembru 2011 rispettivament.

(4)

L-Unjoni u t-Turkija ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fl-4 ta' Diċembru 2013 rispettivament. B'konsegwenza ta' dan, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni u tat-Turkija fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Frar 2014 rispettivament.

(5)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jistipula li kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dak il-għan, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija għandu jadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-Protokoll 3 bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija għandha għaldaqstant tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 3 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija jistgħu jaqblu dwar tibdil minuri fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija għandha tiġi ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-TURKIJA

ta'

li tissostitwixxi l-Protokoll 3 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Il-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-Turkija,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 3 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli jirreferi għall-Protokoll 3 għal dik id-Deċiżjoni (il-“Protokoll 3”) li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għall-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni, it-Turkija u Partijiet Kontraenti oħrajn għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (il-“Konvenzjoni”).

(2)

L-Artikolu 39 tal-Protokoll 3 jipprevedi li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll.

(3)

Il-Konvenzjoni għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini attwalment fis-seħħ fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja b'att legali wieħed.

(4)

L-Unjoni u t-Turkija ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u fl-4 ta' Novembru 2011 rispettivament.

(5)

L-Unjoni u t-Turkija ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fl-4 ta' Diċembru 2013 rispettivament. B'konsegwenza ta' dan, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni u tat-Turkija fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Frar 2014 ripettivament.

(6)

Il-Konvenzjoni inkludiet il-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni fiż-żona Pan-Ewro-Mediterranja tal-akkumulazzjoni tal-oriġini.

(7)

Il-Protokoll 3 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll 3 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar ir-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Tibda tapplika minn … (*).

Magħmul fi

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija

Il-President


(1)  ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

(*)  Id-data tal-applikazzjoni ser tiġi determinata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

ANNESS

“Protokoll 3

li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 1

Regoli tal-oriġini applikabbli

1.   Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, (1) (il-‘Konvenzjoni’).

2.   Ir-referenzi kollha għal ‘ftehim rilevanti’ fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati li jfissru din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Riżoluzzjoni tat-tilwim

1.   Meta jinqala' xi tilwim fir-rigward tal-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni li ma jkunx jista' jiġi riżolut bejn l-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali responsabbli għat-twettiq ta' dik il-verifika, it-tilwim għandu jitressaq quddiem il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

2.   Fil-każijiet kollha r-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur għandha ssir skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.

Artikolu 3

Emendi għall-Protokoll

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija jista' jiddeċiedi li jemenda dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Irtirar mill-Konvenzjoni

1.   Jekk l-Unjoni Ewropea jew it-Turkija jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u t-Turkija għandhom immedjatament jidħlu f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Sakemm jidħlu fis-seħħ tali regoli tal-oriġini nnegozjati mill-ġdid, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, jibqgħu japplikaw għal din id-Deċiżjoni. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, għandhom jiġu interpretati b'mod li jippermetti akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija biss.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji — akkumulazzjoni

Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I għalal-Konvenzjoni, fejn l-akkumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.”


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/710

tal-21 ta' April 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 1 għal dak il-Ftehim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 1 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fi prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (1) (il-“Ftehim”), jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (il-“Protokoll 1”).

(2)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (il-“Konvenzjoni”) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-Ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti.

(3)

L-Unjoni u t-Turkija ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u fl-4 ta' Novembru 2011 rispettivament.

(4)

L-Unjoni u t-Turkija ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fl-4 ta' Diċembru 2013 rispettivament. B'konsegwenza ta' dan, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni u tat-Turkija fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Ottubru 2014 rispettivament.

(5)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jistipula li kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dak il-għan, il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim għandu jadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-Protokoll 1 bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll 1 għal dak il-Ftehim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jaqblu dwar tibdil minuri fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 227, 7.9.1996, p. 3.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-TURKIJA

ta'

li tisosstiwixxi l-Protokoll 1 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fi prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Il-KUMITAT KONĠUNT UE-Turkija

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ ta' prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 1 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fi prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ ta' prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (il-“Ftehim”) jirreferi għall-Protokoll 1 għall-Ftehim (il-“Protokoll 1”) li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għall-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni, it-Turkija u Partijiet Kontraenti oħrajn għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (il-“Konvenzjoni”).

(2)

L-Artikolu 39 tal-Protokoll 1 jipprevedi li l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dak il-protokoll.

(3)

Il-Konvenzjoni għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini attwalment fis-seħħ fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja b'att legali wieħed.

(4)

L-Unjoni u t-Turkija ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u fl-4 ta' Novembru 2011 rispettivament.

(5)

L-Unjoni u t-Turkija ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fl-4 ta' Diċembru 2013 rispettivament. B'konsegwenza ta' dan, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u tat-Turkija fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Frar 2014 ripettivament.

(6)

Il-Konvenzjoni inkludiet il-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni fiż-żona Pan-Ewro-Mediterranja tal-akkumulazzjoni tal-oriġini.

(7)

Il-Protokoll 1 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll 1 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fi prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Tibda tapplika minn … (*).

Magħmul fi

Għall- Kumitat Konġunt UE-Turkija

Il-President


(1)  ĠU L 227, 7.9.1996, p. 3.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

(*)  Id-data tal-applikazzjoni ser tiġi determinata mill-Kumitat Konġunt.

ANNESS

“Protokoll 1

li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 1

Regoli tal-oriġini applikabbli

1.   Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (il-‘Konvenzjoni’).

2.   Ir-referenzi kollha għal ‘ftehim rilevanti’ fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati li jfissru dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Riżoluzzjoni ta' tilwim

1.   Meta jinqala' xi tilwim fir-rigward tal-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni li ma jkunx jista' jiġi riżolut bejn l-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali responsabbli għat-twettiq ta' dik il-verifika, it-tilwim għandu jitressaq quddiem il-Kumitat Konġunt.

2.   Fil-każijiet kollha r-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur għandha ssir skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.

Artikolu 3

Emendi għall-Protokoll

Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jemenda dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Irtirar mill-Konvenzjoni

1.   Jekk l-Unjoni Ewropea jew it-Turkija jaghtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u t-Turkija għandhom immedjatament jidħlu f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.   Sakemm jidħlu fis-seħħ tali regoli tal-oriġini nnegozjati mill-ġdid, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti ttal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, għandhom jiġu interpretati b'mod li jippermetti akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija biss.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji — akkumulazzjoni

Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, fejn l-akkumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.”


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/711

tat-28 ta' April 2015

dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat Terz għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) ATALANTA/4/2015

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/3/2009 tal-21 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bi ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (2009/369/PESK) (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi.

(2)

Fid-29 ta' April 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni ATALANTA/2/2014 (3) li emendat id-Deċiżjoni ATALANTA/3/2009.

(3)

Konsegwentement għall-ittra datata l-10 ta' Diċembru 2014 mill-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, ir-rakkomandazzjoni dwar kontribut mir-Repubblika tal-Korea mid-Deputat Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fid-9 ta' April 2015 u r-rakkomandazzjoni mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' April 2015, il-kontribut mir-Repubblika tal-Korea għandu jiġi aċċettat.

(4)

Il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea hija soġġetta għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet (4), iffirmat fit-23 ta' Mejju 2014.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontribut mir-Repubblika tal-Korea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) huwa aċċettat u huwa meqjus bħala sinifikanti.

2.   Ir-Repubblika tal-Korea hi eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Atalanta.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 112, 6.5.2009, p. 9.

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Atalanta/2/2014 tad-29 ta' April 2014 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Pajjiż Terz għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li temenda d-Deċiżjoni ATALANTA/3/2009 (2014/244/PESK) (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 63).

(4)  ĠU L 166, 5.6.2014, p. 3.