ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 10

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
16ta' Jannar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/56 tal-15 ta' Jannar 2015 li jemenda, fir-rigward il-kummerċ fl-ispeċijiet tal-fawna u l-flora selvaġġi, ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/57 tal-15 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 dwar ir-regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/58 tal-15 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva tepralossidim ( 1 )

25

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/59 tal-15 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/60 tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati, tat-twaqqif ta' żewġ Sottokumitati, u tad-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

30

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-Vetturi ferrovjarji — lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea ( ĠU L 356, 12.12.2014 )

45

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/56

tal-15 ta' Jannar 2015

li jemenda, fir-rigward il-kummerċ fl-ispeċijiet tal-fawna u l-flora selvaġġi, ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 19(2), (3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu implimentati ċerti riżoluzzjonijiet adottati fis-sittax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (mit-3 — sal-14 ta' Marzu 2013), minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”, ċerti dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati u għandhom jiżdiedu iktar dispożizzjonijiet mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (2).

(2)

B'mod partikolari, skont ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 16.8, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet speċifiċi maħsuba biex jissimplifikaw iċ-ċaqliq transfruntieri mhux kummerċjali ta' strumenti mużikali.

(3)

L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 flimkien mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 (3), wriet li xi dispożizzjonijiet fih għandhom jiġu emendati sabiex jiġi żgurat li r-Regolament jiġi implimentat fl-Unjoni b'mod armonizzat u effiċjenti. Dan huwa l-każ b'mod partikolari fir-rigward tal-ewwel introduzzjoni fl-Unjoni ta' trofej tal-kaċċa ta' kampjuni ta' xi speċijiet jew popolazzjonijiet elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97, li dwarhom hemm tħassib rigward is-sostenibbiltà ta' kummerċ fi trofej tal-kaċċa jew li għalihom hemm indikazzjonijiet ta' kummerċ illegali sinifikanti. F'każijiet bħal dawn, huwa meħtieġ kontroll aktar strett tal-importazzjonijiet fl-Unjoni u d-deroga stipulata fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għal affarijiet tad-dar u dawk personali għalhekk ma għandhiex tapplika. L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 uriet ukoll li kien meħtieġ li l-permessi ta' importazzjoni ma jinħarġux mill-Istati Membri f'każijiet fejn, minkejja talba għal dan il-għan, ma jiksbux l-informazzjoni sodisfaċenti mill-pajjiż ta' esportazzjoni jew ta' riesportazzjoni rigward il-legalità tal-kampjuni li għandhom jiġu importati fl-UE.

(4)

Fis-sittax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, ġew aġġornati r-referenzi standard għan-nomenklatura. Dawn ir-referenzi jintużaw biex jindikaw l-ismijiet xjentifiċi tal-ispeċijiet fil-permessi u ċ-ċertifikati. Għaldaqstant dawk il-bidliet għandhom jiġu riflessi fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Peress li dan ir-Regolament għandu jintuża flimkien mar-Regolament (UE) Nru 792/2012, huwa importanti li ż-żewġ Regolamenti japplikaw mill-istess ġurnata.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(1)

‘data tal-akkwist’ tfisser id-data meta l-kampjun ikun ittieħed minn ambjent selvaġġ, twieled fil-magħluq jew tnissel artifiċjalment, jew, jekk din id-data ma tkunx magħrufa, l-aktar data bikrija li tista tiġi ppruvata, li fiha il-kampjun kien għall-ewwel darba fil-pussess ta' xi persuna;”

;

(b)

Il-punt (6) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(6)

‘wirja li tivvjaġġa’ tfisser ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wiri kummerċjali għall-pubbliku;”

.

(2)

Fl-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Madankollu, applikazzjonijiet għall-permessi ta' importazzjoni u esportazzjoni, għal ċertifikati ta' esportazzjonijiet mill-ġdid, għaċ-ċertifikati previsti fl-Artikoli 5(2)(b), 5(3), 5(4), 8(3) u 9(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, għal ċertifikati ta' proprjetà personali, għal ċertifikati tal-ġabriet tal-kampjuni, għal ċertifikati ta' strumenti mużikali u għaċ-ċertifikati għal wirjiet itineranti kif ukoll għal notifiki ta' importazzjoni, folji u tikketti ta' kontinwazzjoni jistgħu jimtlew bl-idejn, sakemm dan isir b'mod leġibbli, bil-linka u b'ittri kapitali.”

(3)

Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   Permessi ta' esportazzjoni u ċertifikati ta' riesportazzjoni maħruġa minn pajjiżi terzi għandhom jiġu aċċettati biss jekk l-awtorità kompetenti mill-pajjiż terz ikkonċernat tipprovdi, fejn mitluba tagħmel dan, informazzjoni sodisfaċenti li l-kampjuni nkisbu f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati.”

.

(4)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 9

Kunsinna ta' kampjuni

Bla ħsara għall-Artikoli 31, 38, 44b, 44i u 44p għal kull kunsinna ta' kampjuni mibgħuta bil-baħar flimkien bħala parti minn tagħbija waħda, għandu jinħareġ jew permess ta' importazzjoni, jew notifika ta' importazzjoni, jew permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' esportazzjoni mill-ġdid separatament”

.

(5)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titlu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-validità tal-permessi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni, ta' ċertifikati tal-esportazzjoni mill-ġdid, ta' ċertifikati tal-wirjiet itineranti, ta' ċertifikati ta' proprjetà personali, ta' ċertifikati tal-kollezzjonijiet tal-kampjuni u ta' ċertifikati ta' strumenti mużikali”

;

(b)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa u ċ-ċertifikati tal-proprjetà personali maħruġa skont l-Artikoli 30, 37 u 44 rispettivament ma għandux jaqbeż it-tliet snin.”

;

(c)

il-paragrafi 5 u 6 jinbidlu b'dan li ġej:

“5.   Iċ-ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa, iċ-ċertifikati tal-proprjetà personali jew iċ-ċertifikati tal-istrumenti mużikali ma jibqgħux validi jekk il-kampjun jinbiegħ, jintilef, jinqered jew jinsteraq, jew jekk il-proprjetà tal-kampjun tiġi trasferita b'mod ieħor, jew, fil-każ ta' kampjuni ħajjin, jekk dawn ikunu mietu, ħarbu jew ikunu ġew rilaxxati fl-ambjent naturali tagħhom.

6.   Id-detentur għandu mingħajr dewmien żejjed jibgħat lura lill-awtorità ta' ġestjoni emittenti l-oriġinal u l-kopji kollha ta' permess ta' importazzjoni, permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' esportazzjoni mill-ġdid, ċertifikat ta' wirjiet itineranti, ċertifikat ta' proprjetà personali, ċertifikat tal-kollezzjoni tal-kampjuni jew ċertifikat ta' strument mużikali li jkun skada jew li mhux qed jintuża aktar jew li ma għadux validu.”

(6)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

meta l-kampjuni msemmija fihom ikunu ntilfu, inqerdu jew insterqu;”

;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

meta l-kampjuni msemmija fihom ikunu ntilfu, inqerdu jew insterqu;”

.

(7)

Fl-Artikolu 14, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Madankollu, iċ-ċertifikati ta' oriġini għal kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness Ċ għar-Regolament (KE) Nru 338/97 jistgħu jintużaw għall-introduzzjoni ta' kampjuni fil-Komunità sa 12-il xahar mid-data tal-ħruġ tagħhom, filwaqt li ċ-ċertifikati ta' wirja li tivvjaġġa, iċ-ċertifikati ta' proprjetà personali u ċ-ċertifikati ta' strumenti mużikali jistgħu jintużaw għall-introduzzjoni ta' kampjuni fil-Komunità u għall-iskop tal-applikazzjoni ta' ċertifikati rispettivi skont l-Artikoli 30, 37 u 44h ta' dan ir-Regolament sa tliet snin mid-data tal-ħruġ tagħhom.”

.

(8)

Il-Kapitolu VIIIb li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 44ġ:

“KAPITOLU VIIIB

ĊERTIFIKAT TA' STRUMENT MUŻIKALI

Artikolu 44h

Ħruġ

1.   L-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikat ta' strument mużikali għal moviment transkonfinali mhux kummerċjali ta' strumenti mużikali għal finijiet li jinkludu, iżda mhux limitati għal, użu personali, il-prestazzjoni, il-produzzjoni (reġistrazzjonijiet), xandir, tagħlim, wiri jew kompetizzjoni, fejn dawn l-istrumenti jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

ikunu ġejjin minn speċi elenkati fl-Annessi A, B jew Ċ tar-Regolament (KE) Nru 338/97, minbarra eżemplari ta' speċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li jkunu nkisbu wara li l-ispeċi ġiet inkluża fl-Appendiċi tal-Konvenzjoni;

(b)

il-kampjun użat fil-manifattura tal-istrument mużikali ġie akkwistat b'mod legali;

(c)

l-istrument mużikali jiġi identifikat kif xieraq.

2.   Folja ta' kontinwazzjoni għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikat sabiex tintuża skont l-Artikolu 44 m.

Artikolu 44i

Użu

Iċ-ċertifikat jista' jintuża f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

bħala permess ta' importazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 338/97;

(b)

bħala permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' ri-esportazzjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

Artikolu 44j

Awtorità emittenti

1.   L-awtorità ta' ġestjoni tal-Istat tar-residenza tas-soltu tal-applikant għandha tkun l-awtorità emittenti għal ċertifikat ta' strument mużikali.

2.   Iċ-ċertifikat ta' strument mużikali għandu jinkludi t-test li ġej fil-kaxxa 23 jew f'anness xieraq għaċ-ċertifikat:

‘Validu għal movimenti transkonfinali multipli. L-oriġinal għandu jinżamm mid-detentur.

L-istrument mużikali kopert minn dan iċ-ċertifikat, li jippermetti diversi movimenti transkonfinali, huwa għal użu mhux kummerċjali għal skopijiet inklużi, iżda mhux limitati għal, użu personali, il-prestazzjoni, il-produzzjoni (reġistrazzjonijiet), xandir, tagħlim, wiri jew kompetizzjoni. L-istrument mużikali kopert b'dan iċ-ċertifikat ma jistax jinbiegħ u l-pussess tiegħu ma jistax jiġi ttrasferit waqt li huwa barra mill-Istat li fih inħareġ iċ-ċertifikat.

Dan iċ-ċertifikat irid jintbagħat lura lill-awtorità ta' ġestjoni tal-Istat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat qabel l-iskadenza taċ-ċertifikat.

Dan iċ-ċertifikat mhuwiex validu sakemm ma jkunx akkumpanjat minn folja ta' kontinwazzjoni, li għandha tiġi ttimbrata u ffirmata minn uffiċjal tad-dwana f'kull punt ta' qsim tal-fruntiera.’

.

Artikolu 44k

Rekwiżiti għall-kampjuni

Meta kampjun ikun kopert minn ċertifikat ta' strument mużikali, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istrument mużikali jrid jiġi rreġistrat mill-awtorità amministrattiva emittenti;

(b)

l-istrument mużikali jrid jiġi rritornat lill-Istat Membru li fih ikun ġie rreġistrat qabel id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat;

(c)

il-kampjun ma jistax jinbiegħ u l-pussess tiegħu ma jistax jiġi ttrasferit waqt li jkun barra mill-Istat tar-residenza tas-soltu tal-applikant għajr soġġett għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 44n;

(d)

l-istrument mużikali jrid jiġi identifikat kif xieraq.

Artikolu 44l

Applikazzjonijiet

1.   Applikant għal ċertifikat ta' strument mużikali għandu jipprovdi informazzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 44h u 44k u, fejn xieraq, jimla l-kaxex 1, 4 u minn 7 sa 23 tal-formola tal-applikazzjoni u l-kaxex 1, 4 u minn 7 sa 22 tal-oriġinali u l-kopji kollha taċ-ċertifikat.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li għandha timtela biss formola ta' applikazzjoni, f'liema każ tali applikazzjoni tista' tkun għal aktar minn ċertifikat wieħed.

2.   L-applikazzjoni mimlija kif xieraq għandha tintbagħat lill-awtorità ta' ġestjoni tal-Istat Membru ta' residenza tas-soltu tal-applikant, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa u l-evidenza dokumentata li dik l-awtorità tikkunsidra bħala meħtieġa sabiex tkun tista' tiddetermina jekk ċertifikat għandux joħroġ.

Trid tingħata raġuni għal ommissjoni ta' informazzjoni mill-applikazzjoni.

3.   Meta ssir applikazzjoni għal ċertifikat relatat ma' kampjuni li għalihom applikazzjoni bħal din tkun ġiet miċħuda qabel, l-applikant għandu jinforma lill-awtorità ta' ġestjoni b'dan il-fatt.

Artikolu 44m

Dokumenti li għandhom jingħataw mid-detentur lill-uffiċċju doganali

Fil-każ tal-introduzzjoni fl-Unjoni, tal-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-ri-esportazzjoni ta' kampjun kopert minn ċertifikat ta' strument mużikali maħruġ skont l-Artikolu 44j, id-detentur taċ-ċertifikat, għal finijiet ta' verifika għandu jibgħat l-oriġinal ta' dak iċ-ċertifikat u l-oriġinal u kopja tal-folja ta' kontinwazzjoni, lil uffiċċju doganali magħżul skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

L-uffiċċju doganali, wara li jimla l-folja ta' kontinwazzjoni, għandu jibgħat lura d-dokumenti oriġinali lid-detentur, japprova l-kopja tal-folja ta' kontinwazzjoni u jibgħat dik il-kopja approvata lill-awtorità ta' ġestjoni rilevanti skont l-Artikolu 45.

Artikolu 44n

Il-bejgħ ta' kampjuni koperti

Meta d-detentur ta' ċertifikat ta' proprjetà personali maħruġ skont l-Artikolu 44j ta' dan ir-Regolament juri x-xewqa li jbiegħ il-kampjun, huwa għandu l-ewwel jibgħat iċ-ċertifikat lill-awtorità ta' ġestjoni emittenti u, meta l-kampjun ikun jappartjeni għal speċi elenkata fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 338/97, għandu japplika mal-awtorità kompetenti għal ċertifikat skont l-Artikolu 8(3) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 44o

Sostituzzjoni

Ċertifikat ta' strument mużikali li jkun intilef, insteraq jew inqered jista' jiġi sostitwit biss mill-awtorità li tkun ħarġitu.

Id-dokument ta' sostituzzjoni għandu jkollu l-istess numru, jekk possibbli, u l-istess data ta' validità tad-dokument oriġinali, u fil-kaxxa 23 għandu jinkludi waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

 

‘Dan iċ-ċertifikat huwa kopja vera tal-oriġinali.’, jew ‘Dan iċ-ċertifikat jikkanċella u jissostitwixxi l-oriġinal bin-numru xxxx maħruġ fi xx/xx/xxxx.’

Artikolu 44p

Introduzzjoni ta' strumenti mużikali fl-Unjoni permezz ta' ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi

L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' strument mużikali ma għandhiex teħtieġ il-preżentazzjoni ta' permess ta' importazzjoni jew permess ta' dokument ta' esportazzjoni sakemm huwa kopert minn ċertifikat ta' strument mużikali maħruġ minn pajjiż terz taħt kundizzjonijiet simili għal dawk stipulati fl-Artikoli 44h u 44j. Ir-ri-esportazzjoni ta' dak l-istrument mużikali ma għandhiex teħtieġ il-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' ri-esportazzjoni.”

(9)

L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

‘Għall-finijiet tal-punt (a), kundizzjonijiet ikkontrollati tirreferi għal ambjent mhux naturali li huwa mmanipulat b'mod intensiv minn intervent uman, li jista' jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, kultivazzjoni tar-raba', fertilizzazzjoni, kontroll ta' ħaxix ħażin, tisqija jew xogħol fl-imxietel bħal tqegħid fil-qsari, tħawwil fil-ħmiemel u protezzjoni mit-temp. Għal unitajiet tassonomiċi ta' produzzjoni ta' injam tal-agar, li huma mkabbrin minn żrieragħ, qtugħ, tilqim, tirqid (marcoting-air-layering), qasmiet, tessuti kallużi jew tessuti oħrajn tal-pjanti, spori jew tnissil ieħor “taħt kundizzjonijiet ikkontrollati” tirreferi għal pjantaġġuni tas-siġar, inkluż ambjent ieħor mhux naturali li huwa mmanipulat permezz ta' intervent uman għal skopijiet ta' produzzjoni ta' pjanti jew partijiet u derivati tal-pjanti.’

;

(b)

jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Siġar ta' unitajiet tassonomiċi ta' produzzjoni ta' injam tal-agar imkabbra fil-kultivazzjoni bħal:

(a)

ġonna (dar u/jew ġnien tal-komunità);

(b)

pjantaġġun tal-Istat, privat jew tal-produzzjoni komunitarja, jew speċi monospeċifika jew imħallta,

għandu jitqies bħala li jitnissel artifiċjalment skont il-paragrafu 1.”

.

(10)

L-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Permezz ta' deroga minn paragrafu 3, l-ewwel introduzzjoni fl-Unjoni ta' trofej tal-kaċċa ta' kampjuni ta' speċi jew il-popolazzjonijiet elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u fl-Anness XIII ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 338/97.”

;

(b)

fil-paragrafu 5, jiżdied il-punt(g) li ġej:

“(g)

kampjuni ta' injam tal-agar (Aquilaria spp. u Gyrinops spp.) — sa 1 kg ta' laqx tal-injam, 24 ml ta' żejt, u żewġ settijiet ta' żibeġ jew kuruni tar-rużarju (jew żewġ ġiżirajjen jew brazzuletti) kull persuna.”

.

(11)

L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet fis-subparagrafu preċedenti ma japplikawx għar-ri-esportazzjoni ta' qarn tar-rinoċeronti jew l-avorju tal-iljunfanti f'affarijiet tad-dar jew personali; għal dawn il-kampjuni għandha tkun meħtieġa l-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' ri-esportazzjoni lid-dwana.”

;

(b)

il-paragrafi 3a u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

“3a.   Ir-ri-esportazzjoni, minn persuna li ma tirrisjedix normalment fl-Unjoni, ta' affarijiet personali jew tad-dar akkwistati barra l-Istat tar-residenza tas-soltu tiegħu/tagħha, inklużi trofej tal-kaċċa personali, li huma eżemplari tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għandha tiġi soġġetta għall-preżentazzjoni lid-dwana ta' ċertifikat ta' ri-esportazzjoni. L-istess rekwiżit japplika għar-ri-esportazzjoni bħala affarijiet personali jew tad-dar tal-qarn tar-rinoċeronti jew l-avorju tal-iljunfanti minn kampjuni minn popolozzjonijiet elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

4.   B'deroga mill-paragrafi 2 u 3 l-esportazzjoni jew l-esportazzjoni mill-ġdid tal-oġġetti elenkati fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 57(5) ma għandhomx jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' dokument ta' esportazzjoni mill-ġdid.”

.

(12)

L-Artikolu 58a huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-frażi inizjali tinbidel b'dan li ġej:

“1.   Attivitajiet kummerċjali għal eżemplari ta' speċijiet elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li jiddaħħlu fl-Unjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 jistgħu jiġu awtorizzati minn awtorità ta' ġestjoni ta' Stat Membru skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:”

;

(b)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Għandhom jiġu pprojbiti attivitajiet kummerċjali għal eżemplari ta' speċijiet elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li kienu introdotti fl-Unjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, jew għal kampjuni ta' speċijiet elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jew fl-Anness C1 tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 u introdotti fl-Unjoni bħala affarijiet personali u domestiċi.”

.

(13)

Fl-Artikolu 66(6), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Kavjar minn speċijiet differenti ta' Acipenseriformes ma għandux jitħallat f'kontenitur primarju, ħlief fil-każ ta' kavjar ippressat (jiġifieri kavjar magħmul minn bajd mhux iffertilizzat ta' speċi ta' ħuta spatula jew sturjun wieħed jew aktar, li jifdal wara l-ipproċessar u t-tħejjija ta' kavjar ta' kwalità ogħla).”

.

(14)

Fl-Artikolu 72, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu joħorġu permessi ta' importazzjoni u esportazzjoni, ċertifikati ta' riesportazzjoni u ċertifikati tal-wirja li tivjaġġa u ta' sjieda personali fil-formoli pprovduti fl-Annessi I, III u IV, notifikazzjonijiet tal-importazzjoni fil-formola pprovduta fl-Anness II u ċertifikati tal-UE fil-formola pprovduta fl-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 għal sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/57 (*).

(*)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/57 tal-15 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 dwar ir-regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (ĠU L 10, 16.1.2015, p. 19).”"

(15)

L-Annessi huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta' Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13).


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness VIII jinbidel b'dan li ġej:

‘ANNESS VIII

Referenzi standard għan-nomenklatura li għandhom jintużaw skont l-Artikolu 5(4) sabiex jindikaw ismijiet xjentifiċi ta' speċijiet fil-permessi u ċ-ċertifikati

FAWNA

(a)    MAMMALIA

WILSON, D. E. & REEDER, D. M. (ed.) (2005): Mammal Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Third edition, Vol. 1-2, xxxv + 2142 pp. Baltimore (John Hopkins University Press). [għall-mammiferi kollha — bl-eċċezzjoni tal-għarfien tal-ismijiet li ġejjin għal forom selvaġġi tal-ispeċi (bi preferenza għall-ismijiet fil-forom domestiċi): Bos gaurus, Bos mutus, Bubalus arnee, Equus africanus, Equus przewalskii, Ovis orientalis ophion; u bl-eċċezzjoni tal-ispeċi msemmija hawn taħt]

BEASLY, I., ROBERTSON, K. M. & ARNOLD, P. W. (2005): Description of a new dolphin, the Australian Snubfin Dolphin, Orcaella heinsohni sp. n. (Cetacea, Delphinidae). -- Marine Mammal Science, 21(3): 365-400. [għal Orcaella heinsohni]

BOUBLI, J. P., DA SILVA, M. N. F., AMADO, M. V., HRBEK, T., PONTUAL, F. B. & FARIAS, I. P. (2008): A taxonomic reassessment of Cacajao melanocephalus Humboldt (1811), with the description of two new species. — International Journal of Primatology, 29: 723-741. [għal Cacajao ayresi, C. hosomi]

BRANDON- JONES, D., EUDEY, A. A., GEISSMANN, T., GROVES, C. P., MELNICK, D. J., MORALES J. C., SHEKELLE, M. & STEWARD, C.-B. (2004): Asian primate classification. — International Journal of Primatology, 25: 97-163. [għal Trachypithecus villosus]

CABALLERO, S., TRUJILLO, F., VIANNA, J. A., BARRIOS-GARRIDO, H., MONTIEL, M. G., BELTRÁN-PEDREROS, S., MARMONTEL, M., SANTOS, M. C., ROSSI-SANTOS, M. R. & BAKER, C. S. (2007). Taxonomic status of the genus Sotalia: species level ranking for “tucuxi” (Sotalia fluviatilis) and “costero” (Sotalia guianensis) dolphins. Marine Mammal Science 23: 358-386 [għal Sotalia fluviatilis u Sotalia guianensis]

DAVENPORT, T. R. B., STANLEY, W. T., SARGIS, E. J., DE LUCA, D. W., MPUNGA, N. E., MACHAGA, S. J. & OLSON, L. E. (2006): A new genus of African monkey, Rungwecebus: Morphology, ecology, and molecular phylogenetics. — Science, 312: 1378-1381. [għal Rungwecebus kipunji]

DEFLER, T. R. & BUENO, M. L. (2007): Aotus diversity and the species problem. — Primate Conservation, 22: 55-70. [għal Aotus jorgehernandezi]

DEFLER, T. R., BUENO, M. L. & GARCÍA, J. (2010): Callicebus caquetensis: a new and Critically Endangered titi monkey from southern Caquetá, Colombia. — Primate Conservation, 25: 1-9. [għal Callicebus caquetensis]

FERRARI, S. F., SENA, L., SCHNEIDER, M. P. C. & JÚNIOR, J. S. S. (2010): Rondon's Marmoset, Mico rondoni sp. n., from southwestern Brazilian Amazonia. — International Journal of Primatology, 31: 693-714. [għal Mico rondoni]

GEISMANN, T., LWIN, N., AUNG, S. S., AUNG, T. N., AUNG, Z. M., HLA, T. H., GRINDLEY, M. & MOMBERG, F. (2011): A new species of snub-nosed monkey, genus Rhinopithecus Milne-Edwards, 1872 (Primates, Colobinae), from Northern Kachin State, Northeastern Myanmar. — Amer. J. Primatology,73: 96-107. [għal Rhinopithecus strykeri]

MERKER, S. & GROVES, C.P. (2006): Tarsius lariang: A new primate species from Western Central Sulawesi. — International Journal of Primatology, 27(2): 465-485. [għal Tarsius lariang]

OLIVEIRA, M. M. DE & LANGGUTH, A. (2006): Rediscovery of Marcgrave's Capuchin Monkey and designation of a neotype for Simia flava Schreber, 1774 (Primates, Cebidae). — Boletim do Museu Nacional do Rio de Janeiro, N.S., Zoologia, 523: 1-16. [għal Cebus flavius]

RICE, D. W., (1998): Marine Mammals of the World: Systematics and Distribution, Society of Marine Mammalogy Special Publication Number 4, The Society for Marine Mammalogy, Lawrence, Kansas [għal Physeter macrocephalus u Platanista gangetica]

SHEKELLE, M., GROVES, C., MERKER, S. & SUPRIATNA, J. (2010): Tarsius tumpara: A new tarsier species from Siau Island, North Sulawesi. — Primate Conservation, 23: 55-64. [għal Tarsius tumpara]

SINHA, A., DATTA, A., MADHUSUDAN, M. D. & MISHRA, C. (2005): Macaca munzala: A new species from western Arunachal Pradesh, northeastern India. — International Journal of Primatology, 26(4): 977-989: doi:10.1007/s10764-005-5333-3. [għal Macaca munzala]

VAN NGOC THINH, MOOTNICK, A. R., VU NGOC THANH, NADLER, T. & ROOS, C. (2010): A new species of crested gibbon from the central Annamite mountain range. Vietnamese Journal of Primatology, 4: 1-12. [għal Nomascus annamensis]

WADA, S., OISHI, M. & YAMADA, T. K. (2003): A newly discovered species of living baleen whales. — Nature, 426: 278-281. [għal Balaenoptera omurai]

WALLACE, R. B., GÓMEZ, H., FELTON, A. & FELTON, A. (2006): On a new species of titi monkey, genus Callicebus Thomas (Primates, Pitheciidae), from western Bolivia with preliminary notes on distribution and abundance. — Primate Conservation, 20: 29-39. [għal Callicebus aureipalatii]

WILSON, D. E. & REEDER, D. M. (1993): Mammal Species of the World: a Taxonomic and Geographic Reference. Second edition. xviii + 1207 pp., Washington (Smithsonian Institution Press). [għal Loxodonta africana, Puma concolor, Lama guanicoe u Ovis vignei]

(b)    AVES

MORONY, J. J., BOCK, W. J. & FARRAND, J., Jr. (1975): Reference List of the Birds of the World. American Museum of Natural History. 207 pp. [għal ismijiet fuq livell ta' ordni u ta' familja għall-għasafar]

DICKINSON, E.C. (ed.) (2003): The Howard and Moore Complete Checklist of the Birds of the World. Revised and enlarged 3rd Edition. 1039 pp. London (Christopher Helm). [għall-ispeċijiet kollha tal-għasafar — minbarra l-unitajiet tassonomiċi msemmija hawn taħt u għal Lophura imperialis, li l-kampjuni tiegħu għandhom jiġu ttrattat bħala kampjuni ta'L. edwardsi]

DICKINSON, E.C. (2005): Corrigenda 4 (2.6.2005) to Howard & Moore Edition 3 (2003). http://www.naturalis.nl/sites/naturalis.en/contents/i000764/corrigenda%204_final.pdf (disponibbli fuq is-sit elettroniku ta' CITES) [flimkien ma' DICKINSON 2003 għall-ispeċi kollha tal-għasafar — għajr għall-unitajiet tassonomiċi msemmija hawn taħt]

ARNDT, T. (2008): Anmerkungen zu einigen Pyrrhura-Formen mit der Beschreibung einer neuen Art und zweier neuer Unterarten. — Papageien, 8: 278-286. [għal Pyrrhura parvifrons]

COLLAR, N. J. (1997) Family Psittacidae (Parrots). In DEL HOYO, J., ELLIOT, A. AND SARGATAL, J. (eds.), Handbook of the Birds of the World, 4 (Sandgrouse to Cuckoos): 280-477. Barcelona (Lynx Edicions). [għal Psittacula intermedia u Trichoglossus haematodus]

COLLAR, N. J. (2006): A partial revision of the Asian babblers (Timaliidae). — Forktail, 22: 85-112. [għal Garrulax taewanus]

CORTÉS-DIAGO, A., ORTEGA, L. A., MAZARIEGOS-HURTADO, L. & WELLER, A.-A. (2007): A new species of Eriocnemis (Trochilidae) from southwest Colombia. -- Ornitologia Neotropical, 18: 161-170. [għal Eriocnemis isabellae]

DA SILVA, J. M. C., COELHO, G. & GONZAGA, P. (2002): Discovered on the brink of extinction: a new species of pygmy owl (Strigidae: Glaucidium) from Atlantic forest of northeastern Brazil. — Ararajuba, 10(2): 123-130. [għal Glaucidium mooreorum]

GABAN-LIMA, R., RAPOSO, M. A. & HOFLING, E. (2002):Description of a new species of Pionopsitta (Aves: Psittacidae) endemic to Brazil. — Auk, 119: 815-819. [għal Pionopsitta aurantiocephala]

INDRAWAN, M. & SOMADIKARTA, S. (2004): A new hawk-owl from the Togian Islands, Gulf of Tomini, central Sulawesi, Indonesia. -- Bulletin of the British Ornithologists' Club, 124: 160-171. [għal Ninox burhani]

NEMESIO, A. & RASMUSSEN, C. (2009): The rediscovery of Buffon's “Guarouba” or “Perriche jaune”: two senior synonyms of Aratinga pintoi SILVEIRA, LIMA & HÖFLING, 2005 (Aves: Psittaciformes). — Zootaxa, 2013: 1-16. [għal Aratinga maculata]

OLMOS, F., SILVA, W. A. G. & ALBANO, C. (2005: Grey-breasted Conure Pyrrhura griseipectus, an overlooked endangered species. — Cotinga, 24: 77-83. [għal Pyrrhura griseipectus]

PACHECO, J. F. & WHITNEY, B. M. (2006): Mandatory changes to the scientific names of three Neotropical birds. — Bull. Brit. Orn. Club, 126: 242-244. [għal Chlorostilbon lucidus, Forpus modestus]

PARRY, S. J., CLARK, W. S. & PRAKASH, V. (2002) On the taxonomic status of the Indian Spotted Eagle Aquila hastata. — Ibis, 144: 665-675. [għal Aquila hastata]

PIACENTINI, V. Q., ALEIXO, A. & SILVEIRA, L. F. (2009): Hybrid, subspecies or species? The validity and taxonomic status of Phaethornis longuemareus aethopyga Zimmer, 1950 (Trochilidae). — Auk, 126: 604-612. [għal Phaethornis aethopyga]

PORTER, R. F. & KIRWAN, G. M. (2010): Studies of Socotran birds VI. The taxonomic status of the Socotra Buzzard. — Bulletin of the British Ornithologists' Club, 130 (2): 116–131. [għal Buteo socotraensis]

ROSELAAR, C. S. & MICHELS, J. P. (2004): Nomenclatural chaos untangled, resulting in the naming of the formally undescribed Cacatua species from the Tanimbar Islands, Indonesia (Psittaciformes: Cacatuidae). -- Zoologische Verhandelingen, 350: 183-196. [għal Cacatua goffiniana]

WARAKAGODA, D. H. & RASMUSSEN, P. C. (2004): A new species of scops-owl from Sri Lanka. — Bulletin of the British Ornithologists' Club, 124(2): 85-105. [għal Otus thilohoffmanni]

WHITTAKER, A. (2002): A new species of forest-falcon (Falconidae: Micrastur) from southeastern Amazonia and the Atlantic rainforests of Brazil. — Wilson Bulletin, 114: 421-445. [għal Micrastur mintoni]

(c)    REPTILIA

ANDREONE, F., MATTIOLI, F., JESU, R. & RANDRIANIRINA, J. E. (2001): Two new chameleons of the genus Calumma from north-east Madagascar, with observations on hemipenial morphology in the Calumma furcifer group (Reptilia, Squamata, Chamaeleonidae) — Herpetological Journal, 11: 53-68. [għal Calumma vatosoa u Calumma vencesi]

AVILA PIRES, T. C. S. (1995): Lizards of Brazilian Amazonia (Reptilia: Squamata) — Zoologische Verhandelingen, 299: 706 pp. [għal Tupinambis]

BAREJ, M. F., INEICH, I., GVOŽDÍK, V. LHERMITTE-VALLARINO, N., GONWOUO, N. L., LEBRETON, M., BOTT, U. & SCHMITZ, A. (2010): Insights into chameleons of the genus Trioceros (Squamata: Chamaeleonidae) in Cameroon, with the resurrection of Chamaeleo serratus Mertens, 1922. — Bonn zool. Bull., 57(2): 211-229. [għal Trioceros perretti, Trioceros serratus]

BERGHOF, H.-P. & TRAUTMANN, G. (2009): Eine neue Art der Gattung Phelsuma Gray, 1825 (Sauria: Gekkonidae) von der Ostküste Madagaskars. — Sauria, 31 (1): 5-14. [għal Phelsuma hoeschi]

BÖHLE, A. & SCHÖNECKER, P. (2003): Eine neue Art der Gattung Uroplatus Duméril, 1805 aus Ost- Madagaskar (Reptilia: Squamata: Gekkonidae). — Salamandra, 39(3/4): 129-138. [għal Uroplatus pietschmanni]

BÖHME, W. (1997): Eine neue Chamäleon-Art aus der Calumma gastrotaenia — Verwandtschaft Ost- Madagaskars — Herpetofauna (Weinstadt), 19 (107): 5-10. [għal Calumma glawi]

BÖHME, W. (2003): Checklist of the living monitor lizards of the world (family Varanidae) — Zoologische Verhandelingen. Leiden, 341: 1-43. [għall-Varanidae]

BRANCH, W. R. & TOLLEY, K. A. (2010: A new species of chameleon (Sauria: Chamaeleonidae: Nadzikambia) from Mount Mabu, central Mozambique. — Afr. J. Herpetology, 59(2): 157-172. doi: 10.1080/21564574.2010.516275. [għal Nadzikambia baylissi]

BRANCH, W. R. (2007): A new species of tortoise of the genus Homopus (Chelonia: Testudinidae) from southern Namibia. — African Journal of Herpetology, 56(1): 1-21. [għal Homopus solus]

BRANCH, W. R., TOLLEY, K. A. & TILBURY, C. R. (2006): A new Dwarf Chameleon (Sauria: Bradypodion Fitzinger, 1843) from the Cape Fold Mountains, South Africa. — African Journal Herpetology, 55(2): 123-141. [għal Bradypodion atromontanum]

BROADLEY, D. G. (1999): The southern African python, Python natalensis A. Smith 1840, is a valid species. –African Herp News 29: 31-32. [għal Python natalensis]

BROADLEY, D. G. (2006): CITES Standard reference for the species of Cordylus (Cordylidae, Reptilia) prepared at the request of the CITES Nomenclature Committee [għal Cordylus]

BURTON, F. J. (2004): Revision to Species Cyclura nubila lewisi, the Grand Cayman Blue Iguana — Caribbean Journal of Science, 40(2): 198-203. [għal Cyclura lewisi]

CEI, J. M. (1993): Reptiles del noroeste, nordeste y este de la Argentina — herpetofauna de las selvas subtropicales, Puna y Pampa — Monografie XIV, Museo Regionale di Scienze Naturali. [għal Tupinambis]

COLLI, G. R., PÉRES, A. K. & DA CUNHA, H. J. (1998): A new species of Tupinambis (Squamata: Teiidae) from central Brazil, with an analysis of morphological and genetic variation in the genus — Herpetologica 54: 477-492. [għal Tupinambis cerradensis]

CROTTINI, A., GEHRING, P.-S., GLAW, F., HARRIS, D.J., LIMA, A. & VENCES, M. (2011): Deciphering the cryptic species diversity of dull-coloured day geckos Phelsuma (Squamata: Gekkonidae) from Madagascar, with description of a new species. — Zootaxa, 2982: 40-48. [għal Phelsuma gouldi]

DIRKSEN, L. (2002): Anakondas. NTV Wissenschaft. [għal Eunectes beniensis]

DOMÍNGUEZ, M., MORENO, L. V. & HEDGES, S. B. (2006): A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from the Guanahacabibes Peninsula of Western Cuba. — Amphibia-Reptilia, 27 (3): 427-432. [għal Tropidophis xanthogaster]

ENNEN, J. R., LOVICH, J. E., KREISER, B. R., SELMAN, W. & QUALLS, C. P. (2010): Genetic and morphological variation between populations of the Pascagoula Map Turtle (Graptemys gibbonsi) in the Pearl and Pascagoula Rivers with description of a new species. — Chelonian Conservation and Biology, 9(1): 98-113. [għal Graptemys pearlensis]

FITZGERALD, L. A., COOK, J. A. & LUZ AQUINO, A. (1999): Molecular Phylogenetics and Conservation of Tupinambis (Sauria: Teiidae). — Copeia, 4: 894-905. [għal Tupinambis duseni]

FRITZ, U. & HAVAŠ, P. (2007): Checklist of Chelonians of the World. — Vertebrate Zoology, 57(2): 149-368. Dresden. ISSN 1864-5755 [mingħajr l-appendiċi tiegħu; għat-Testudines għall-ismijiet tal-ispeċi u tal-familja — bl-eċċezzjoni taż-żamma tal-ismijiet li ġejjin Mauremys iversoni, Mauremys pritchardi, Ocadia glyphistoma, Ocadia philippeni, Sacalia pseudocellata]

GEHRING, P.-S., PABIJAN, M., RATSOAVINA, F. M., KÖHLER, J., VENCES, M. & GLAW, F. (2010): A Tarzan yell for conservation: a new chameleon, Calumma tarzan sp. n., proposed as a flagship species for the creation of new nature reserves in Madagascar. — Salamandra, 46(3): 167-179. [għal Calumma tarzan]

GEHRING, P.-S., RATSOAVINA, F. M., VENCES, M. & GLAW, F. (2011): Calumma vohibola, a new chameleon species (Squamata: Chamaeleonidae) from the littoral forests of eastern Madagascar. — Afr. J. Herpetology, 60(2): 130-154. [għal Calumma vohibola]

GENTILE, G. & SNELL, H. (2009): Conolophus marthae sp. nov. (Squamata, Iguanidae), a new species of land iguana from the Galápagos archipelago. — Zootaxa, 2201: 1-10. [għal Conolophus marthae]

GLAW, F., GEHRING, P.-S., KÖHLER, J., FRANZEN, M. & VENCES, M. (2010): A new dwarf species of day gecko, genus Phelsuma, from the Ankarana pinnacle karst in northern Madagascar. — Salamandra, 46: 83-92. [għal Phelsuma roesleri]

GLAW, F., KÖHLER, J. & VENCES, M. (2009a): A new species of cryptically coloured day gecko (Phelsuma) from the Tsingy de Bemaraha National Park in western Madagascar. — Zootaxa, 2195: 61-68. [għal Phelsuma borai]

GLAW, F., KÖHLER, J. & VENCES, M. (2009b): A distinctive new species of chameleon of the genus Furcifer (Squamata: Chamaeleonidae) from the Montagne d'Ambre rainforest of northern Madagascar. — Zootaxa, 2269: 32-42. [għal Furcifer timoni]

GLAW, F., KOSUCH, J., HENKEL, W. F., SOUND, P. AND BÖHME, W. (2006): Genetic and morphological variation of the leaf-tailed gecko Uroplatus fimbriatus from Madagascar, with description of a new giant species. — Salamandra, 42: 129-144. [għal Uroplatus giganteus]

GLAW, F. & M. VENCES (2007): A field guide to the amphibians and reptiles of Madagascar, third edition. Vences & Glaw Verlag, 496 pp. [għal Brookesia ramanantsoai, Calumma ambreense]

GLAW, F., VENCES, M., ZIEGLER, T., BÖHME, W. & KÖHLER, J. (1999). Specific distinctiveness and biogeography of the dwarf chameleons Brookesia minima, B. peyrierasi and B. tuberculata (Reptilia: Chamaeleonidae): evidence from hemipenial and external morphology. — J. Zool. Lond. 247: 225-238. [għal Brookesia peyrierasi, B. tuberculata]

HALLMANN, G., KRÜGER, J. & TRAUTMANN, G. (2008). Faszinierende Taggeckos. Die Gattung Phelsuma. 2. überarbeitete und erweiterte Auflage, 253 pp., Münster (Natur und Tier — Verlag). ISBN 978-3-86659-059-5. [għal Phelsuma spp., madanakollu, biż-żamma ta' Phelsuma ocellata]

HARVEY, M. B., BARKER, D. B., AMMERMAN, L. K. & CHIPPINDALE, P. T. (2000): Systematics of pythons of the Morelia amethistina complex (Serpentes: Boidae) with the description of three new species — Herpetological Monographs, 14: 139-185. [għal Morelia clastolepis, Morelia nauta u Morelia tracyae, u l-elevazzjoni għal-livell ta' speċi għal Morelia kinghorni]

HEDGES, B. S. & GARRIDO, O. (1999): A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from central Cuba — Journal of Herpetology, 33: 436-441. [għal Tropidophis spiritus]

HEDGES, B. S. & GARRIDO, O. (2002): A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from Eastern Cuba — Journal of Herpetology, 36:157-161. [għal Tropidophis hendersoni]

HEDGES, B. S., ESTRADA, A. R. & DIAZ, L. M. (1999): New snake (Tropidophis) from western Cuba — Copeia 1999(2): 376-381. [għal Tropidophis celiae]

HEDGES, B. S., GARRIDO, O. & DIAZ, L. M. (2001): A new banded snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from north-central Cuba — Journal of Herpetology, 35: 615-617. [għal Tropidophis morenoi]

HENDERSON, R. W., PASSOS, P. & FEITOSA, D. (2009); Geographic variation in the Emerald Treeboa, Corallus caninus (Squamata: Boidae). — Copeia, 2009 (3): 572-582. [għal Corallus batesii]

HOLLINGSWORTH, B. D. (2004): The Evolution of Iguanas: An Overview of Relationships and a Checklist of Species. pp. 19-44. In: Alberts, A. C., Carter, R. L., Hayes, W. K. & Martins, E. P. (Eds), Iguanas: Biology and Conservation. Berkeley (University of California Press). [għal Iguanidae għajr għall-għarfien ta' Brachylophus bulabula, Phrynosoma blainvillii, P. cerroense u P. wigginsi bħala speċijiet validi]

JACOBS, H. J., AULIYA, M. & BÖHME, W. (2009): Zur Taxonomie des Dunklen Tigerpythons, Python molurus bivittatus KUHL, 1820, speziell der Population von Sulawesi. — Sauria, 31: 5-16. [għal Python bivittatus]

JESU, R., MATTIOLI, F. & SCHIMENTI, G. (1999): On the discovery of a new large chameleon inhabiting the limestone outcrops of western Madagascar: Furcifer nicosiai sp. nov. (Reptilia, Chamaeleonidae) — Doriana 7(311): 1-14. [għal Furcifer nicosiai]

KEOGH, J. S., BARKER, D. G. & SHINE, R. 2001. Heavily exploited but poorly known: systematics and biogeography of commercially harvested pythons (Python curtus group) in Southeast Asia — Biological Journal of the Linnean Society, 73: 113-129. [għal Python breitensteini u Python brongersmai]

KEOGH, J. S., EDWARDS, D. L., FISHER, R. N. & HARLOW, P. S. (2008): Molecular and morphological analysis of the critically endangered Fijian iguanas reveals cryptic diversity and a complex biogeographic history. — Phil. Trans. R. Soc. B, 363(1508): 3413-3426. [għal Brachylophus bulabula]

KLAVER, C. J. J. & BÖHME, W. (1997): Chamaeleonidae — Das Tierreich, 112, 85 pp. [għal Bradypodion, Brookesia, Calumma, Chamaeleo u Furcifer — għajr għall-ispeċi ta' Bradypodion li nbidlet għal Kinyongia u Nadzikambia, għajr għall-għarfien ta' Calumma andringitraense, C. guillaumeti, C. hilleniusi u C. marojezense bħala speċijiet validi]

KLUGE, A.G. (1983): Cladistic relationships among gekkonid lizards. — Copeia, 1983 (no. 2): 465-475. [għal Nactus serpensinsula]

KOCH, A., AULIYA, M. & ZIEGLER, T. (2010): Updated Checklist of the living monitor lizards of the world (Squamata: Varanidae). — Bonn zool. Bull., 57(2): 127-136. [għall-Varanidae]

KRAUSE, P. & BÖHME, W. (2010): A new chameleon of the Trioceros bitaeniatus complex from Mt. Hanang, Tanzania, East Africa (Squamata, Chamaeleonidae). — Bonn Zoological Bulletin, 57: 19-29. [għal Trioceros hanangensis]

LANZA, B. & NISTRI, A. (2005): Somali Boidae (genus Eryx Daudin 1803) and Pythonidae (genus Python Daudin 1803) (Reptilia Serpentes). — Tropical Zoology, 18 (1): 67-136. [għal Eryx borrii]

LUTZMANN, N. & LUTZMANN, H. (2004): Das grammatikalische Geschlecht der Gattung Calumma (Chamaeleonidae) und die nötigen Anpassungen einiger Art- und Unterartbezeichnungen. — Reptilia (Münster) 9(4): 4-5 (Addendum in issue 5: 13). [għal Calumma cucullatum, Calumma nasutum]

MANZANI, P. R. & ABE, A. S. (1997): A new species of Tupinambis Daudin, 1802 (Squamata, Teiidae) from central Brazil — Boletim do Museu Nacional Nov. Ser. Zool., 382: 1-10. [għal Tupinambis quadrilineatus]

MANZANI, P. R. & ABE, A. S. (2002): A new species of Tupinambis Daudin, 1803 from southeastern Brazil — Arquivos do Museu Nacional, Rio de Janeiro, 60(4): 295-302. [għal Tupinambis palustris]

MARIAUX, J., LUTZMANN, N. & STIPALA, J. (2008): The two-horned chamaeleons of East Africa. — Zoological Journal Linnean Society, 152: 367-391. [għal Kinyongia vosseleri, Kinyongia boehmei]

MASSARY, J.-C. DE & HOOGMOED, M. (2001): The valid name for Crocodilurus lacertinus auctorum (nec Daudin, 1802) (Squamata: Teiidae) — Journal of Herpetology, 35: 353-357. [għal Crocodilurus amazonicus]

MCDIARMID, R. W., CAMPBELL, J. A. & TOURÉ, T. A. (1999): Snake Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Volume 1, Washington, DC. (The Herpetologists' League). [għal Loxocemidae, Pythonidae, Boidae, Bolyeriidae, Tropidophiidae and Viperidae — għajr għaż-żamma tal-ġeneri Acrantophis, Sanzinia, Calabaria u Lichanura u l-għarfien ta' Epicrates maurus u Tropidophis xanthogaster bħala speċijiet validi]

MENEGON, M.,TOLLEY, K. A., JONES, T., ROVERO, F., MARSHALL, A. R. & TILBURY, C. R. (2009): A new species of chameleon (Sauria: Chamaeleonidae: Kinyongia) from the Magombera forest and the Udzungwa Mountains National Park, Tanzania. — African Journal of Herpetology, 58(2): 59-70. [għal Kinyongia magomberae]

MONTANUCCI, R.R. (2004): Geographic variation in Phrynosoma coronatum (Lacertilia, Phrynosomatidae): further evidence for a peninsular archipelago. — Herpetologica, 60: 117. [għal Phrynosoma blainvillii, Phrynosoma cerroense, Phrynosoma wigginsi]

MURPHY, R. W., BERRY, K. H., EDWARDS, T., LEVITON, A. E., LATHROP, A. & RIEDLE, J. D. (2011): The dazed and confused identity of Agassiz's land tortoise, Gopherus agassizii (Testudines, Testudinidae) with the description of a new species, and its consequences for conservation. — Zookeys, 113: 39-71. [għal Gopherus morafkai]

NECAS, P. (2009): Ein neues Chamäleon der Gattung Kinyongia Tilbury, Tolley & Branch 2006 aus den Poroto-Bergen, Süd-Tansania (Reptilia: Sauria: Chamaeleonidae). — Sauria, 31 (2): 41-48. [għal Kinyongia vanheygeni]

NECAS, P., MODRY, D. & SLAPETA, J. R. (2003): Chamaeleo (Triceros) narraioca n. sp. (Reptilia Chamaeleonidae), a new chamaeleon species from a relict montane forest of Mount Kulal, northern Kenya. — Tropical Zool., 16:1-12. [għal Chamaeleo narraioca]

NECAS, P., MODRY, D. & SLAPETA, J. R. (2005): Chamaeleo (Triceros) ntunte n. sp. a new chamaeleon species from Mt. Nyiru, northern Kenya (Squamata: Sauria: Chamaeleonidae). — Herpetozoa, 18/3/4): 125-132. [għal Chamaeleo ntunte]

NECAS, P., SINDACO, R., KOŘENÝ, L., KOPEČNÁ, J., MALONZA, P. K. & MODRY, D. (2009): Kinyongia asheorum sp. n., a new montane chameleon from the Nyiro Range, northern Kenya (Squamata: Chamaeleonidae). — Zootaxa, 2028: 41-50. [għal Kinyongia asheorum]

PASSOS, P. & FERNANDES, R. (2008): Revision of the Epicrates cenchria complex (Serpentes: Boidae). — Herpetol. Monographs, 22: 1-30. [għal Epicrates crassus, E. assisi, E. alvarezi]

POUGH, F. H., ANDREWS, R. M., CADLE, J. E., CRUMP, M. L., SAVITZKY, A. H. & WELLS, K. D. (1998): Herpetology. Upper Saddle River/New Jersey (Prentice Hall). [għad-delimitazzjoni tal-familji fi ħdan is-Sauria]

PRASCHAG, P., HUNDSDÖRFER, A. K. & FRITZ, U. (2007): Phylogeny and taxonomy of endangered South and South-east Asian freshwater turtles elucidates by mtDNA sequence variation (Testudines: Geoemydidae: Batagur, Callagur, Hardella, Kachuga, Pangshura). -- Zoologica Scripta, 36: 429-442. [għal Batagur borneoensis, Batagur dhongoka, Batagur kachuga, Batagur trivittata]

PRASCHAG, P., HUNDSDÖRFER, A.K., REZA, A.H.M.A. & FRITZ, U. (2007): Genetic evidence for wild-living Aspideretes nigricans and a molecular phylogeny of South Asian softshell turtles (Reptilia: Trionychidae: Aspideretes, Nilssonia). — Zoologica Scripta, 36:301-310. [għal Nilssonia gangeticus, N. hurum, N. nigricans]

PRASCHAG, P., SOMMER, R. S., MCCARTHY, C., GEMEL, R. & FRITZ, U. (2008): Naming one of the world's rarest chelonians, the southern Batagur. — Zootaxa, 1758: 61-68. [għal Batagur affinis]

PRASCHAG, P., STUCKAS, H., PÄCKERT, M., MARAN, J. & FRITZ, U. (2011): Mitochondrial DNA sequences suggest a revised taxonomy of Asian flapshell turtles (Lissemys Smith, 1931) and the validity of previously unrecognized taxa (Testudines: Trionychidae). — Vertebrate Zoology, 61(1): 147-160. [għal Lissemys ceylonensis]

RATSOAVINA, F.M., LOUIS JR., E.E., CROTTINI, A., RANDRIANIAINA, R.-D., GLAW, F. & VENCES, M. (2011): A new leaf tailed gecko species from northern Madagascar with a preliminary assessment of molecular and morphological variability in the Uroplatus ebenaui group. — Zootaxa, 3022: 39-57. [għal Uroplatus finiavana]

RAW, L. & BROTHERS, D. J. (2008): Redescription of the South African dwarf chameleon, Bradypodion nemorale Raw 1978 (Sauria: Chamaeleonidae), and description of two new species. — ZooNova 1 (1): 1-7. [għal Bradypodion caeruleogula, Bradypodion nkandlae]

RAXWORTHY, C.J. & NUSSBAUM, R.A. (2006): Six new species of Occipital-Lobed Calumma Chameleons (Squamata: Chamaeleonidae) from Montane Regions of Madagascar, with a New Description and Revision of Calumma brevicorne. — Copeia, 4: 711-734. [għal Calumma amber, Calumma brevicorne, Calumma crypticum, Calumma hafahafa, Calumma jejy, Calumma peltierorum, Calumma tsycorne]

RAXWORTHY, C.J. (2003): Introduction to the reptiles. — In: Goodman, S.M. & Bernstead, J.P. (eds.), The natural history of Madagascar,: 934-949. Chicago. [għal Uroplatus spp.]

RAXWORTHY, C.J., PEARSON, R.G., ZIMKUS, B.M., REDDY, S., DEO, A.J., NUSSBAUM, R.A. & INGRAM,C.M. (2008): Continental speciation in the tropics: contrasting biogeographic patterns of divergence in the Uroplatus leaf-tailed gecko radiation of Madagascar. Journal of Zoology 275: 423–440. [għal Uroplatus sameiti]

ROCHA, S., RÖSLER, H., GEHRING, P.-S., GLAW, F., POSADA, D., HARRIS, D. J. & VENCES, M. (2010): Phylogenetic systematics of day geckos, genus Phelsuma, based on molecular and morphological data (Squamata: Gekkonidae). — Zootaxa, 2429: 1-28. [għal Phelsuma dorsovittata, P. parva]

SCHLEIP, W. D. (2008): Revision of the genus Leiopython Hubrecht 1879 (Serpentes: Pythonidae) with the redescription of taxa recently described by Hoser (2000) and the description of new species. — Journal of Herpetology, 42(4): 645–667. [għal Leiopython bennettorum, L. biakensis, L. fredparkeri, L. huonensis, L. hoserae]

SLOWINSKI, J. B. & WÜSTER, W. (2000.): A new cobra (Elapidae: Naja) from Myanmar (Burma) — Herpetologica, 56: 257-270. [għal Naja mandalayensis]

SMITH, H. M., CHISZAR, D., TEPEDELEN, K. & VAN BREUKELEN, F. (2001): A revision of the bevelnosed boas (Candoia carinata complex) (Reptilia: Serpentes). — Hamadryad, 26(2): 283-315. [għal Candoia paulsoni, C. superciliosa]

STIPALA, J., LUTZMANN, N., MALONZA, P.K., BORGHESIO, L., WILKINSON, P., GODLEY, B. & EVANS, M.R. (2011): A new species of chameleon (Sauria: Chamaeleonidae) from the highlands of northwest Kenya. — Zootaxa, 3002: 1-16. [għal Trioceros nyirit]

TILBURY, C. (1998): Two new chameleons (Sauria: Chamaeleonidae) from isolated Afromontane forests in Sudan and Ethiopia — Bonner Zoologische Beiträge, 47: 293-299. [għal Chamaeleo balebicornutus u Chamaeleo conirostratus]

TILBURY, C. R. & TOLLEY, K. A. (2009a): A new species of dwarf chameleon (Sauria; Chamaeleonidae, Bradypodion Fitzinger) from KwaZulu Natal South Africa with notes on recent climatic shifts and their influence on speciation in the genus. — Zootaxa, 2226: 43-57. [għal Bradypodion ngomeense, B. nkandlae]

TILBURY, C. R. & TOLLEY, K. A. (2009b): A re-appraisal of the systematics of the African genus Chamaeleo (Reptilia: Chamaeleonidae). — Zootaxa, 2079: 57-68. [għal Trioceros]

TILBURY, C. R., TOLLEY, K. A. & BRANCH, R. B. (2007): Corrections to species names recently placed in Kinyongia and Nadzikambia (Reptilia: Chamaeleonidae). — Zootaxa, 1426: 68. [għal speling korrett ta' Kinyongia uluguruensis, Nadzikambia mlanjensis]

TILBURY, C. R., TOLLEY, K. A. & BRANCH, W. R. (2006): A review of the systematics of the genus Bradypodion (Sauria: Chamaeleonidae), with the description of two new genera. — Zootaxa, 1363: 23-38. [għal Kinyongia adolfifriderici, Kinyongia carpenteri, Kinyongia excubitor, Kinyongia fischeri, Kinyongia matschiei, Kinyongia multituberculata, Kinyongia oxyrhina, Kinyongia tavetana, Kinyongia tenuis, Kinyongia ulugurensis, Kinyongia uthmoelleri, Kinyongia xenorhina, Nadzikambia mlanjense]

TOLLEY, K. A., TILBURY, C. R., BRANCH, W. R. & MATHEE, C. A. (2004): Phylogenetics of the southern African dwarf chameleons, Bradypodion (Squamata: Chamaeleonidae). — Molecular Phylogen. Evol., 30: 351-365. [għal Bradypodion caffrum, Bradypodion damaranum, Bradypodion gutturale, Bradypodion occidentale, Bradypodion taeniobronchum, Bradypodion transvaalense, Bradypodion ventrale]

TOWNSEND, T. M., TOLLEY, K. A., GLAW, F., BÖHME, W. & VENCES, M. (2010): Eastward from Africa: paleocurrent-mediated chameleon dispersal to the Seychelles Islands. — Biol. Lett., published online 8 September 2010, doi: 10.1098/rsbl.2010.0701 [għal Archaius tigris]

TUCKER, A. D. (2010): The correct name to be applied to the Australian freshwater crocodile, Crocodylus johnstoni [Krefft, 1873]. — Australian Zoologist, 35(2): 432-434. [għal Crocodylus johnstoni]

ULLENBRUCH, K., KRAUSE, P. & BÖHME, W. (2007): A new species of the Chamaeleo dilepis group (Sauria Chamaeleonidae) from West Africa. — Tropical Zool., 20: 1-17. [għal Chamaeleo necasi]

WALBRÖL, U. & WALBRÖL, H. D. (2004): Bemerkungen zur Nomenklatur der Gattung Calumma (Gray, 1865) (Reptilia: Squamata: Chamaeleonidae). — Sauria, 26 (3): 41-44. [għal Calumma andringitraense, Calumma marojezense, Calumma tsaratananense]

WERMUTH, H. & MERTENS, R. (1996) (reprint): Schildkröte, Krokodile, Brückenechsen. xvii + 506 pp. Jena (Gustav Fischer Verlag). [għall-ismijiet tal-ordni tat-Testudines, Crocodylia u Rhynchocephalia]

WILMS, T. M., BÖHME, W., WAGNER, P., LUTZMANN, N. & SCHMITZ, A. (2009): On the phylogeny and taxonomy of the genus Uromastyx Merrem, 1820 (Reptilia: Squamata: Agamidae: Uromastycinae) — resurrection of the genus Saara Gray, 1845. — Bonner zool. Beiträge, 56(1-2): 55-99. [għal Uromastyx, Saara]

WÜSTER, W. (1996): Taxonomic change and toxinology: systematic revisions of the Asiatic cobras (Naja naja species complex) — Toxicon, 34: 339-406. [għal Naja atra, Naja kaouthia, Naja oxiana, Naja philippinensis, Naja sagittifera, Naja samarensis, Naja siamensis, Naja sputatrix u Naja sumatrana]

ZUG, G.R., GROTTE, S. W. & JACOBS, J. F. (2011): Pythons in Burma: Short-tailed python (Reptilia: Squamata). — Proc. biol. Soc. Washington, 124(2): 112-136. [għal Python kyaiktiyo]

(d)    AMPHIBIA

Taxonomic Checklist of CITES-listed Amphibians, information extracted from FROST, D. R. (ed.) (2011), Amphibian Species of the World: a taxonomic and geographic reference, an online reference (http://research.amnh.org/herpetology/amphibia/index.html) Version 5.5 as of December 2011

in combination with BROWN, J. L., TWOMEY, E., AMÉZQUITA, A., BARBOSA DE SOUZA, M., CALDWELL, L. P., LÖTTERS, S., VON MAY, R., MELO-SAMPAIO, P. R., MEJÍA-VARGAS, D., PEREZ-PEÑA, P., PEPPER, M., POELMAN, E. H., SANCHEZ-RODRIGUEZ, M. & SUMMERS, K. (2011): A taxonomic revision of the Neotropical poison frog genus Ranitomeya (Amphibia: Dendrobatidae). — Zootaxa, 3083: 1-120. [għall-ispeċijiet kollha ta' amfibji]

Taxonomic Checklist of Amphibian Species listed unilaterally in the Annexes of Regulation (EC) No 338/97, not included in the CITES Appendices, species information extracted from FROST, D. R. (2013), Amphibian Species of the World, an online Reference V. 5.6 (9 January 2013)

(e)    ELASMOBRANCHII, ACTINOPTERYGII AND SARCOPTERYGII

Taxonomic Checklist of all CITES listed Shark and Fish species (Elasmobranchii and Actinopterygii, except the genus Hippocampus), information extracted from ESCHMEYER, W.N. & FRICKE, R. (eds.): Catalog of Fishes, an online reference (http://research.calacademy.org/redirect?url=http://researcharchive.calacademy.org/research/Ichthyology/catalog/fishcatmain.asp), version downloaded 30 November 2011. [għall-ispeċi kollha ta' klieb il-baħar u ħut, ħlief għall-ġeneru Hippocampus]

FOSTER, R. & GOMON, M. F. (2010): A new seahorse (Teleostei: Syngnathidae: Hippocampus) from south-western Awstralja. — Zootaxa, 2613: 61-68. [għal Hippocampus paradoxus]

GOMON, M. F. & KUITER, R. H. (2009): Two new pygmy seahorses (Teleostei: Syngnathidae: Hippocampus) from the Indo-West Pacific. -- Aqua, Int. J. of Ichthyology, 15(1): 37-44. [għal Hippocampus debelius, Hippocampus waleanus]

HORNE, M. L. (2001): A new seahorse species (Syngnathidae: Hippocampus) from the Great Barrier Reef — Records of the Australian Museum, 53: 243-246. [għal Hippocampus]

KUITER, R. H. (2001): Revision of the Australian seahorses of the genus Hippocampus (Syngnathiformes: Syngnathidae) with a description of nine new species — Records of the Australian Museum, 53: 293-340. [għal Hippocampus]

KUITER, R. H. (2003): A new pygmy seahorse (Pisces: Syngnathidae: Hippocampus) from Lord Howe Island — Records of the Australian Museum, 55: 113-116. [għal Hippocampus]

LOURIE, S. A. & RANDALL, J. E. (2003): A new pygmy seahorse, Hippocampus denise (Teleostei: Syngnathidae), from the Indo-Pacific — Zoological Studies, 42: 284-291. [għal Hippocampus]

LOURIE, S. A., VINCENT, A. C. J. & HALL, H. J. (1999): Seahorses. An identification guide to the world's species and their conservation. Project Seahorse (ISBN 0 9534693 0 1) (Second edition available on CD-ROM). [għal Hippocampus]

LOURIE, S. A. & KUITER, R. H. (2008: Three new pygmy seahorse species from Indonesia (Teleostei: Syngnathidae: Hippocampus). — Zootaxa, 1963: 54-68. [għal Hippocampus pontohi, Hippocampus satomiae, Hippocampus severnsi]

PIACENTINO, G. L. M. AND LUZZATTO, D. C. (2004): Hippocampus patagonicus sp. nov., new seahorse from Argentina (Pisces, Syngnathiformes). -- Revista del Museo Argentino de Ciencias Naturales, 6(2): 339-349. [għal Hippocampus patagonicus]

RANDALL, J. & LOURIE, S. A. (2009): Hippocampus tyro, a new seahorse (Gasterosteiformes: Syngnathidae) from the Seychelles. — Smithiana Bulletin, 10: 19-21. [għal Hippocampus tyro]

(f)    ARACHNIDA

LOURENÇO, W. R. & CLOUDSLEY-THOMPSON, J. C. (1996): Recognition and distribution of the scorpions of the genus Pandinus Thorell, 1876 accorded protection by the Washington Convention — Biogeographica, 72(3): 133-143. [għal skorpjuni tal-ġeneru Pandinus]

RUDLOFF, J.-P. (2008): Eine neue Brachypelma-Art aus Mexiko (Araneae: Mygalomorphae: Theraphosidae: Theraphosinae). — Arthropoda, 16(2): 26-30. [għal Brachypelma kahlenbergi]

Taxonomic Checklist of CITES listed Spider Species, information extracted from PLATNICK, N. (2006), The World Spider Catalog, an online reference, Version 6.5 as of 7 April 2006 [għal Theraphosidae]

(g)    INSECTA

BARTOLOZZI, L. (2005): Description of two new stag beetle species from South Africa (Coleoptera: Lucanidae). -- African Entomology, 13(2): 347-352. [għal Colophon endroedyi]

MATSUKA, H. (2001): Natural History of Birdwing Butterflies. 367 pp. Tokyo (Matsuka Shuppan). (ISBN 4-9900697-0-6). [għal friefet birdwing tal-ġeneri Ornithoptera, Trogonoptera u Troides]

(h)    HIRUDINOIDEA

NESEMANN, H. & NEUBERT, E. (1999): Annelida: Clitellata: Branchiobdellida, Acanthobdellea, Hirudinea. — Süßwasserfauna von Mitteleuropa, vol. 6/2, 178 pp., Berlin (Spektrum Akad. Verlag). ISBN 3-8274-0927-6. [għal Hirudo medicinalis u Hirudo verbana]

(i)    ANTHOZOA AND HYDROZOA

Taxonomic Checklist of all CITES listed Coral Species, based on information compiled by UNEPWCMC 2012.

FLORA

The Plant-Book, second edition, [D. J. Mabberley, 1997, Cambridge University Press ((reprinted with corrections 1998)] għall-ismijiet ġenereċi tal-pjanti kollha elenkati fl-Appendiċi tal-Konvenzjoni, ħlief jekk sorpassati minn listi standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet).

A Dictionary of Flowering Plants and Ferns, 8th edition, (J. C. Willis, revised by H. K. Airy Shaw, 1973, Cambridge University Press) għas-sintomi ġeneriċi li ma jissemmewx f'The Plant-Book, ħlief jekk sorpassati minn listi standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet kif jissemma hawn taħt.

The World List of Cycads (D. W. Stevenson, R. Osborne and K. D. Hill, 1995; In: P. Vorster (Ed.), Proceedings of the Third International Conference on Cycad Biology, pp. 55-64, Cycad Society of South Africa, Stellenbosch), bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Cycadaceae, Stangeriaceae u Zamiaceae.

CITES Bulb Checklist (A. P. Davis et al., 1999, compiled by the Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Cyclamen (Primulaceae) u Galanthus u Sternbergia (Liliaceae).

CITES Cactaceae Checklist, second edition, (1999, compiled by D. Hunt, Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Cactaceae.

CITES Carnivorous Plant Checklist, (B. von Arx et al., 2001, Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Dionaea, Nepenthes u Sarracenia.

CITES Aloe and Pachypodium Checklist (U. Eggli et al., 2001, compiled by Städtische Sukkulenten-Sammlung, Zurich, Switzerland, in collaboration with the Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) u l-aġġornament tiegħu: An Update and Supplement to the CITES Aloe & Pachypodium Checklist [J. M. Lüthy (2007), CITES Management Authority of Switzerland, Bern, Switzerland] bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Aloe u Pachypodium.

World Checklist and Bibliography of Conifers (A. Farjon, 2001) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' unitajiet tassonomiċi.

CITES Orchid Checklist, (compiled by the Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċijiet ta' Cattleya, Cypripedium, Laelia, Paphiopedilum, Phalaenopsis, Phragmipedium, Pleione and Sophronitis (Volume 1, 1995) u Cymbidium, Dendrobium, Disa, Dracula u Encyclia (Volume 2, 1997), u Aerangis, Angraecum, Ascocentrum, Bletilla, Brassavola, Calanthe, Catasetum, Miltonia, Miltonioides u Miltoniopsis, Renanthera, Renantherella, Rhynchostylis, Rossioglossum, Vanda and Vandopsis (Volume 3, 2001); u Aerides, Coelogyne, Comparettia u Masdevallia (Volume 4, 2006).

The CITES Checklist of Succulent Euphorbia Taxa (Euphorbiaceae), Second edition (S. Carter and U. Eggli, 2003, published by the Federal Agency for Nature Conservation, Bonn, Germany) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' ewforbji sukkulenti.

Dicksonia species of the Americas (2003, compiled by Bonn Botanic Garden and the Federal Agency for Nature Conservation, Bonn, Germany) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Dicksonia.

Plants of Southern Africa: an annotated checklist. Germishuizen, G. & Meyer N. L. (eds.) (2003). Strelitzia 14: 150-151. National Botanical Institute, Pretoria, South Africa bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Hoodia.

Lista de especies, nomenclatura y distribución en el genero Guaiacum. Davila Aranda. P. & Schippmann, U. (2006): Medicinal Plant Conservation 12:50 bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Guaiacum.

CITES checklist for Bulbophyllum and allied taxa (Orchidaceae). Sieder, A., Rainer, H., Kiehn, M. (2007): Indirizz tal-awturi: Department of Biogeography and Botanical Garden of the University of Vienna; Rennweg 14, A-1030 Vienna (Austria) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Bulbophyllum.

The Checklist of CITES species (2005, 2007 u l-aġġornamenti tiegħu) ippubblikat mill-UNEP — WCMC jista' jintuża bħala ħarsa informali lejn l-ismijiet xjentifiċi li ġew adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-ispeċijiet tal-annimali li huma elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 338/97, u bħala sommarju informali tat-tagħrif li hemm fir-referenzi standard li ġew adottati għan-nomenklatura CITES.’

(2)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1 tal-Anness IX, l-entrata “Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor” tinbidel b'“Q Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)”;

(b)

fil-punt 2 tal-Anness IX, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“X

 

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar mhux taħt il-ġurisdizzjoni tal-ebda Stat”

.

(3)

Fl-Anness X, l-entrata “Lophophurus impejanus” tinbidel b' “Lophophorus impejanus”.

(4)

Jiżdied l-Anness XIII li ġej:

‘ANNESS XIII

SPEĊIJIET U POPOLAZZJONIJIET LI JISSEMMEW FL-ARTIKOLU 57(3a)

Ceratotherium simum simum

Hippopotamus amphibius

Loxodonta africana

Ovis ammon

Panthera leo

Ursus maritimus’

.

16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/57

tal-15 ta' Jannar 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 dwar ir-regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu implimentati ċerti riżoluzzjonijiet adottati fis-sittax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (mit-3 — sal-14 ta' Marzu 2013), minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”, ċerti dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati u għandhom jiżdiedu iktar dispożizzjonijiet mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012. (2)

(2)

B'mod partikolari, skont ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 16.8, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet biex jippermettu l-ħruġ ta' ċertifikati speċifiċi għal strumenti mużikali sabiex jissimplifikaw iċ-ċaqliq transfruntieri mhux kummerċjali tagħhom, u, skont ir-Riżoluzzjoni CITES Conf. 14.6, għandu jiġi stabbilit kodiċi sors ġdid X għal “kampjuni li ttieħdu mill-ambjent marittimu li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Peress li dan ir-Regolament għandu jintuża flimkien mar-Regolament (KE) Nru 865/2006, huwa importanti li ż-żewġ Regolamenti japplikaw mill-istess ġurnata.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt 5a li ġej:

“(5a)

ċertifikati ta' strumenti mużikali;”

;

(b)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

“(8)

folji ta' kontinwazzjoni għal ċertifikati ta' proprejtà personali, għal ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa u għal ċertifikati ta' strumenti mużikali;”

.

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-formoli li fuqhom jimtlew permessi ta' importazzjoni, permessi ta' esportazzjoni, ċertifikati ta' riesportazzjoni, ċertifikati ta' proprjetà personali, ċertifikati tal-kollezzjoni tal-kampjuni u ċertifikati ta' strumenti mużikali u l-applikazzjonijiet għal dokumenti bħal dawn għandhom isiru f'konformità mal-mudell fl-Anness I, ħlief fir-rigward ta' spazji riservati għall-użu nazzjonali.”

.

(3)

L-Annessi huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta' Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13).


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

l-“istruzzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet” li jirreferu għal “1 — Oriġinali” huma emendati kif ġej,

(i)

il-punti 1, 2, u 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

‘1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, l-isem sħiħ u l-indirizz kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant għandhom jiġu inklużi fil-formola u kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant għandha tingħata lill-awtorità li toħroġ il-permessi rilevanti.;

2.

Il-perjodu ta' validità ta' permess ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta' permess ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' proprjetà personali u ta' ċertifikat ta' strument mużikali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta' importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri-)esportatur ikun intuża għal xi (ri-)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

3.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.

Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

;

(iii)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

‘8.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrispondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.’

;

(iv)

fil-punt 13, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“X

 

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(v)

fil-punt 14, l-entrata “Q Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor” tinbidel b'“Q Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)”;

(b)

l-“Istruzzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet” li jirreferu għal “2 — Kopja għad-detentur”, huma emendati kif ġej:

(i)

il-punti 1, 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

‘1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, fil-formola għandhom jiġu inklużi l-isem u l-indirizz sħiħ kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant, u għandha tingħata kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-permess rilevanti.

2.

Il-perjodu ta' validità ta' permess ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta' permess ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' proprjetà personali u ta' ċertifikat ta' strument mużikali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta' importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri-)esportatur ikun intuża għal xi (ri-)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

3.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.

Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

(iii)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

‘8.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorreipondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.’

;

(iv)

fil-punt 13, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“X

 

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(v)

fil-punt 14, l-entrata “Q Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor” tinbidel b' “Q Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)”;

(c)

l-“Istruzzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet” li jirreferu għal “3 — Kopja biex tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ”, huma emendati kif ġej:

(i)

il-punti 1, 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

‘1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, fil-formola għandhom jiġu inklużi l-isem u l-indirizz sħiħ kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant, u għandha tingħata kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-permess rilevanti.

2.

Il-perjodu ta' validità ta' permess ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta' permess ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' proprjetà personali u ta' ċertifikat ta' strument mużikali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta' importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri-)esportatur ikun intuża għal xi (ri-)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

3.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

(ii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.

Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

(iii)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

‘8.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrispondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.’

;

(iv)

fil-punt 13, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“X

 

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(v)

fil-punt 14, l-entrata “Q Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor” tinbidel b' “Q Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)”;

(d)

l-“Istruzzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet” li jirreferu għal “5 — Applikazzjoni” huma emendati kif ġej,

(i)

il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

‘1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri-)esportatur attwali, mhux ta' aġent. Fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' strument mużikali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, jekk l-applikant huwa differenti mill-propjetarju legali, fil-formola għandhom jiġu inklużi l-isem u l-indirizz sħiħ kemm tal-propjetarju kif ukoll tal-applikant, u għandha tingħata kopja ta' ftehim ta' self bejn il-propjetarju u l-applikant lill-awtorità tal-ħruġ tal-permess rilevanti.’

;

(ii)

il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

‘3.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta' aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

;

(iii)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.

Din għandha titħalla vojta fil-każ ta' ċertifikat ta' proprjetà personali jew ta' ċertifikat ta' strument mużikali.’

;

(iv)

il-punt 8 jinbidel b'dan li ġej:

‘8.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista' jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom. Fil-każ ta' ċertifikat ta' strument mużikali, id-deskrizzjoni tal-istrument għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika li ċ-ċertifikat jikkorrespondi mal-kampjun li jkun qiegħed jiġi importat jew esportat, u d-deskrizzjoni għandha tinkludi elementi bħalma huma l-isem tal-manifattur, in-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor bħal ritratti.’

;

(v)

fil-punt 13, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“X

 

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(vi)

fil-punt 14, l-entrata “Q Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor” tinbidel b'“Q Wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (ġbir ta' kampjuni, ċirklu, menagerie, wirja ta' pjanti, orkestra jew wirja f'mużew li tintuża għal wirja kummerċjali għall-pubbliku)”;

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fi “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li tirreferi għal “Oriġinali”, tiżdied ir-ringiela li ġejja mal-punt 14:

“X

 

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(b)

fi “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li tirreferi għal “Applikazzjoni”, tiżdied ir-ringiela li ġejja mal-punt 14:

“X

 

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(3)

fl-Anness IV, l-intestatura fil-parti ta' fuq, fuq il-lemin tinbidel b'dan li ġej

“ĊERTIFIKAT TA' WIRJA LI TIVVJAĠĠA

ĊERTIFIKAT TA' PROPJETÀ PERSONALI

ĊERTIFIKAT TA' STRUMENT MUŻIKALI

FOLJA TA' KONTINWAZZJONI”

.

(4)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fi “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li tirreferi għal “1 — Oriġinali”, tiżdied ir-ringiela li ġejja mal-punt 9:

“X

 

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;

(b)

fi “Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet” li tirreferi għal “3 — applikazzjoni”, tiżdied ir-ringiela li ġejja mal-punt 9:

“X

 

Kampjuni li ttieħdu fl-ambjent tal-baħar li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat”

;


16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/58

tal-15 ta' Jannar 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva tepralossidim

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Għas-sustanza attiva tepralossidim, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 (2) ippospona l-iskadenza tal-perjodu ta' approvazzjoni, kif stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) tal-31 ta' Lulju 2017.

(2)

L-uniku applikant għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva tepralossidim informa lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru relatur dwar l-għażla tiegħu li ma jsegwix aktar l-applikazzjoni għat-tiġdid.

(3)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi stipulata d-data ta' skadenza oriġinali li ġiet stipulata qabel l-adozzjoni tar- Regolament (UE) Nru 1197/2012.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tal-annotazzjoni 100, tepralossidim, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011, id-data “31 ta' Lulju 2017” għandha tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Mejju 2015”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 tat-13 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi acetamiprid, alpha-cypermethrin, Ampelomyces quisqualis Razza: AQ 10, benalaxyl, bifenazate, bromoxynil, chlorpropham, desmedipham, etoxazole, Gliocladium catenulatum Razza: J1446, imazosulfuron, laminarin, mepanipyrim, methoxyfenozide, milbemectin, phenmedipham, Pseudomonas chlororaphis Razza: MA 342, quinoxyfen, S-metolachlor, tepraloxydim, thiacloprid, thiram u ziram (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 27).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/59

tal-15 ta' Jannar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

62,0

EG

232,2

IL

127,8

MA

106,4

TN

130,5

TR

139,9

ZZ

133,1

0707 00 05

EG

241,9

MA

66,8

TR

168,4

ZZ

159,0

0709 91 00

EG

119,3

ZZ

119,3

0709 93 10

EG

191,6

MA

228,1

TR

172,2

ZZ

197,3

0805 10 20

EG

47,6

MA

57,8

TR

63,8

ZA

97,5

ZZ

66,7

0805 20 10

IL

146,7

MA

84,9

ZZ

115,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

100,7

JM

118,8

KR

153,2

MA

82,2

TR

103,3

ZZ

111,6

0805 50 10

TR

69,2

ZZ

69,2

0808 10 80

BR

65,3

CL

89,9

US

151,5

ZZ

102,2

0808 30 90

CN

92,1

TR

108,4

US

138,7

ZZ

113,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/60

tal-15 ta' Diċembru 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati, tat-twaqqif ta' żewġ Sottokumitati, u tad-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja ta' parti mill-Ftehim.

(2)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/295/UE (2) u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (3) jispeċifikaw liema partijiet tal-Ftehim huma applikati provviżorjament jew għandhom jiġu applikati provviżorjament.

(3)

Skont l-Artikolu 462(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(4)

Skont l-Artikolu 462(3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiġi ppresedut alternattivament minn rappreżentant tal-Unjoni u rappreżentant tal-Ukraina.

(5)

Skont l-Artikolu 464(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu minn Kumitat ta' Assoċjazzjoni u, skont l-Artikolu 465(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddetermina fir-regoli ta' proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

(6)

Skont l-Artikolu 466(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe kumitat jew korp speċjali f'oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim li jista' jassisti lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Skont l-Artikolu 466(3) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' joħloq ukoll sottokumitati.

(7)

Skont l-Artikolu 461(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni huwa responsabbli għas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Konformement mal-Artikolu 465(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kwalunkwe setgħa tiegħu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti. Huwa kunsiljabbli li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jiddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi tal-Ftehim li jikkonċernaw il-Kapitoli 1 (Annessi I-C u I-D tal-Ftehim), 2 (Anness II tal-Ftehim) u 3, 5, 6 u 8 tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim, skont l-Artikoli 463(3) u 465(2) tal-Ftehim, lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, safejn ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi f'dawk il-Kapitoli dwar l-aġġornament jew l-emendament ta' dawk l-Annessi.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati għandhom jiġu adottati malajr kemm jista' jkun u għandu jkun possibbli li jiġu adottati permezz ta' proċedura bil-miktub.

(9)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' Deċiżjonijiet li jinsabu mehmużin,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 464 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jinsabu mehmużin ma' din id-Deċiżjoni fir-rigward ta':

l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati,

l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati, u

id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 465(2) tal-Ftehim.

2.   Bidliet tekniċi żgħar fl-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill tal-Assoċjazzjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut min-naħa tal-Unjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, skont ir-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha taħt it-Trattati fil-kapaċità tiegħu jew tagħha bħala President tal-Kunsill Affarijiet Barranin.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI

Għall-Kummissjoni

Il-President

J.-C. JUNCKER


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/295/UE tas-17 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Preambolu, Artikolu 1, u Titoli I, II u VII tiegħu (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — UKRAINA

ta' …

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — UKRAINA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 462 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Novembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 462(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(3)

Skont l-Artikolu 464(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu minn Kumitat ta' Assoċjazzjoni filwaqt li skont l-Artikolu 465(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddetermina fir-regoli ta' proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u ta' Sottokumitati, kif stabbiliti fl-Annessi I u II rispettivament, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-Presidenza


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

ANNESS I

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 461(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst fl-Artikoli 461 u 463 tal-Ftehim.

2.   Kif previst fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom ikollhom laqgħat regolari ta' djalogu politiku fuq livell ta' Summit. Skont l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, għandu jsir d-djalogu politiku, fuq livell ministerjali, bi ftehim reċiproku, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni msemmi fl-Artikolu 460 tal-Ftehim u fil-qafas ta' laqgħat regolari bejn ir-rappreżentanti tal-Partijiet fil-livell ta' Ministri tal-Affarijiet Barranin.

3.   Kif previst fl-Artikolu 462(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni Ewropea, minn naħa waħda, u minn membri tal-Gvern tal-Ukraina, min-naħa l-oħra. Il-kompożizzjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tqis il-kwistjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati fi kwalunkwe laqgħa partikolari. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali.

4.   Kif previst fl-Artikolu 463(1) tal-Ftehim, u sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet li huma vinkolanti fuq il-Partijiet. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu l-miżuri xierqa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu, inkluż, jekk meħtieġ, billi jagħti s-setgħa lil entitajiet speċifiċi stabbiliti taħt il-Ftehim sabiex jaġixxu f'ismu. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega s-setgħat tiegħu lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

5.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma dawk kif definiti fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, b'mod alternat, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena, u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet. Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mill-Partijiet, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jsir fil-post fejn is-soltu jsiru l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Kull sessjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tinżamm f'data miftiehma mill-Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, bi qbil mal-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

Artikolu 4

Rappreżentanza

1.   F'każ li l-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma jkunux jistgħu jattendu, jkunu jistgħu jiġu rrappreżentati. Jekk membru jkun jixtieq jiġi rrappreżentat, għandu jinnotifika lill-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bil-miktub bl-isem tar-rappreżentant tiegħu qabel ma tibda l-laqgħa li fiha l-membru jkun se jiġi rrappreżentat.

2.   Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tiġi infurmata, permezz tas-Segretarjat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista', bi qbil bejn il-Partijiet, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti fil-qasam biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet li taħthom dawk l-osservaturi jkunu jistgħu jattendu l-laqgħat.

Artikolu 6

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ukraina għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju jew tal-Unjoni jew tal-Ukraina, li min-naħa tagħhom jgħarrfu lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjati tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tiġi trażmessa lill-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u, skont il-każ, iċċirkolata lill-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Il-korrispondenza ċċirkolata b'dan il-mod għandha tintbagħat, skont il-każ, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-Missjoni tal-Ukraina għall-Unjoni Ewropea.

4.   Il-komunikazzjonijiet mill-President għandhom jintbagħtu lid-destinatarji mis-Segretarjati f'isem il-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Tali komunikazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati, skont il-każ, lill-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif previst fil-paragrafu 3.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li fir-rigward tagħhom il-President ikun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda sa mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Dawn il-punti ma jinkitbux fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumenti ta' sostenn rilevanti ma jkunux intbagħtu lis-Segretarji qabel id-data li fiha tintbagħat l-aġenda.

3.   L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

4.   Il-President jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex iqis il-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw dawn li ġejjin fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni;

(b)

kwalunkwe dikjarazzjoni li membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun talab li tiddaħħal fil-minuti, u

(c)

kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-Partijiet, bħal deċiżjonijiet adottati, id-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u kull konklużjoni.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu japprova dak l-abbozz tal-minuti fil-laqgħa tiegħu li jmiss. Alternattivament, dak l-abbozz ta' minuti jista' jiġi approvat bil-miktub.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet u mat-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu wkoll deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. Għal dan il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat bil-miktub mill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-membri tiegħu skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih il-membri għandhom jgħarrfu r-riżervi jew l-emendi li jixtiequ jagħmlu. Il-Presidenza tista' tqassar il-limitu ta' żmien imsemmi sabiex jittieħed kont tal-ħtiġijiet ta' xi każ partikolari, b'konsultazzjoni mal-Partijiet.

3.   L-atti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, fit-tifsira tal-Artikolu 463(1) tal-Ftehim, għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament, segwiti b'numru ta' serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-Presidenza u awtentikati mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

4.   Kull deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

Artikolu 12

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f'dawk il-lingwi.

Artikolu 13

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li hija tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa li għandha x'taqsam mas-servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Unjoni. F'każ li l-Ukraina teħtieġ interpretazzjoni jew traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra barra dawk previsti fl-Artikolu 12, l-ispejjeż relatati magħhom għandhom jitħallsu mill-Ukraina.

3.   L-ispejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħat.

Artikolu 14

Kumitat ta' Assoċjazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 464(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjal pubbliku anzjan.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn xieraq u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mingħand il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għal approvazzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 465(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega s-setgħa deċiżjonali lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

3.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li għalihom huwa ġie awtorizzat taħt il-Ftehim.

4.   F'każijiet fejn il-Ftehim jirriferi għal obbligu ta' konsultazzjoni jew possibbiltà ta' konsultazzjoni jew fejn il-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim komuni li jikkonsultaw lil xulxin, tali konsultazzjoni tista' ssir fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, ħlief fejn previst mod ieħor fil-Ftehim. Il-konsultazzjoni tista' tkompli fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

Artikolu 15

L-emendament tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati skont l-Artikolu 11.

ANNESS II

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI U TA' SOTTOKUMITATI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, stabbilit skont l-Artikolu 464(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jgħin lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u jwettaq il-kompiti stipulati fil-Ftehim u assenjati lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 465(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddetermina fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn xieraq u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni ta' kuljum tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jippreżenta proposti jew abbozzi ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Kif previst fl-Artikolu 464(2) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjal pubbliku anzjan, li jkunu responsabbli għall-kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati f'kull laqgħa partikolari.

4.   Skont l-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, meta l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), iwettaq il-kompiti mogħtija lilu taħt it-Titolu IV tal-Ftehim, huwa għandu jkun kompost minn uffiċjali anzjani tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ukraina li jkunu responsabbli għall-kummerċ u għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Ukraina li jkunu responsabbli għall-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ jaġixxi bħala President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ skont l-Artikolu 2 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Fil-laqgħat jattendi wkoll rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

5.   Kif previst fl-Artikolu 465(3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim u f'oqsma li fihom il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun iddelega setgħat lilu. Dawk id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom.

6.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom ikunu definiti kif previst fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodi ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' b'mod regolari, minn tal-inqas darba fis-sena. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ mill-Presidenza tagħha f'post u fi żmien li dwarhom ikun hemm qbil bejn il-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan. Kull laqgħa għandha tissejjaħ mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'post, f'data u bil-mezzi li dwarhom ikun hemm qbil bejn il-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

4.   Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

5.   B'mod eċċezzjonali u jekk jaqblu dwar dan il-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku li jintlaħaq qbil dwaru, bħal vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet għandhom jiġu infurmati, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Unjoni u uffiċjal tal-Ukraina għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt sakemm dawn ir-Regoli ta' Proċedura ma jipprovdux mod ieħor, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ukraina li jkollhom ir-responsabbiltà għal kwistjonijiet kummerċjali u relatati mal-kummerċ għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tingħata lill-President tal-Kumitat u tiġi ċċirkolata, skont il-każ, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, skont il-każ, kif previst fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Parti għandha tibgħat id-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jibgħat dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ukraina f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Ukraina għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Ukraina u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, il-Parti l-oħra għanda tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif stipulat fl-Artikolu 10 mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tkun tinkludi punti li s-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda mingħand Parti, sostnuti mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandha tiġi ċċirkolata kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

4.   Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawn l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta' żmien previsti fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operattivi

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw dawn li ġejjin fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista ta' uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' kull osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa;

(b)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni;

(c)

id-dikjarazzjonijiet li l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u

(d)

konklużjonijiet operattivi mil-laqgħa, kif previst fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu japprova dak l-abbozz tal-minuti fil-laqgħa tiegħu li jmiss. Alternattivament, dak l-abbozz tal-minuti jista' jiġi approvat bil-miktub. L-abbozz tal-minuti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jiġi approvat fi żmien 28 jum kalendarju minn kull laqgħa. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tal-Parti li jkollha l-presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, u għandu jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, normalment mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data tal-bidu tal-laqgħa. Dan l-abbozz għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jadotta l-konklużjonijiet operattivi, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-Partijiet. Ladarba jkun hemm qbil dwarhom, il-konklużjonijiet operattivi għandhom ikunu mehmużin mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi eżaminata mill-ġdid waqt kull laqgħa sussegwenti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Għal dan il-għan il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta' azzjoni jiġi identifikat fi skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   F'każijiet speċifiċi fejn il-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet jew fejn tali setgħa tkun ġiet iddelegata lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu deċiżjonijiet. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet u meta jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u awtentikata mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President jista' jqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali, b'konsultazzjoni mal-Partijiet. Ladarba jintlaħaq qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President u awtentikata mis-Segretarji.

3.   L-atti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati lill-Partijiet.

5.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jirrapporta lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tas-sottokumitati, tal-gruppi ta' ħidma u tal-korpi l-oħra tiegħu f'kull laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Il-lingwi ta' ħidma tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ukrainjan. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li hija tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   L-ispejjeż marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ukrainjan kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

4.   F'każijiet fejn tkun meħtieġa t-traduzzjoni ta' dokumenti bil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, in-nefqa għandha titħallas mill-Unjoni.

Artikolu 15

L-emendament tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni skont l-Artikolu 465(1) tal-Ftehim.

Artikolu 16

Sottokumitati, kumitati jew korpi speċjali

1.   Skont l-Artikolu 466(1) u (3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe sottokumitat f'oqsma speċifiċi neċessarju għall-implimentazzjoni tal-Ftehim minbarra dawk li hemm previsti fil-Ftehim, sabiex jgħin lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jabolixxi tali sottokumitat u jiddefinixxi jew jemenda r-regoli ta' proċedura tiegħu. Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, kwalunkwe tali sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa.

2.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Ftehim jew miftiehem fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, dawn ir-Regoli ta' Proċeduri għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kull sottokumitat kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jinżammu b'mod flessibbli skont il-bżonn, personalment, fi Brussell jew fl-Ukraina jew pereżempju permezz ta' vidjokonferenza. Is-sottokumitati għandhom iservu bħala pjattaforma biex jiġi sorveljat il-progress dwar l-approssimazzjoni f'oqsma speċifiċi, biex jiġu diskussi ċerti kwistjonijiet u sfidi li jirriżultaw minn dak il-proċess u biex jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet operattivi.

4.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jirċievi kopja tal-korrespondenza, dokumenti u komunikazzjonijiet rilevanti kollha li jikkonċernaw sottokumitat, kumitat jew korp speċjali.

5.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-Ftehim jew miftiehem mill-Partijiet fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kwalunkwe sottokumitat, kumitat jew korp speċjali għandu jkollu biss is-setgħa li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 17

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom japplikaw mutandis mutatis għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — UKRAINA

ta' …

dwar l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — UKRAINA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 466 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Novembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 466(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe kumitat jew korp speċjali f'oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim biex jassisti lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

(3)

Sabiex jippermettu diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, għandhom jiġu stabbiliti żewġ sottokumitati.

(4)

Bi ftehim tal-Partijiet, għandu jkun possibbli li jiġu modifikati l-lista ta' sottokumitati u l-ambitu tas-sottokumitati individwali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan stabbiliti s-Sottokumitati elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitati elenkati fl-Anness huma regolati mill-Artikolu 16 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u tas-Sottokumitati kif adottati bid-Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE — Ukraina.

Artikolu 3

Bil-qbil tal-Partijiet, jistgħu jsiru modifiki fil-lista tas-Sottokumitati elenkati fl-Anness u fl-ambitu tas-Sottokumitati individwali elenkati fl-Anness.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-Presidenza


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

ANNESS

LISTA TA' SOTTOKUMITATI

(1)

Sottokumitat għal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

(2)

Sottokumitat għall-Kooperazzjoni fl-Ekonomija u f'Setturi Oħrajn.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 3/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — UKRAINA

ta'…

dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — UKRAINA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 463(3) u l-Artikolu 465(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Novembru 2014,.

(2)

Skont l-Artikolu 461(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni huwa responsabbli sabiex jissorvelja u jimmonitorja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 465(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kwalunkwe waħda mis-setgħat tiegħu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(4)

Skont l-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika sabiex jindirizza l-kwistjonijiet kollha relatati mat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u f'waqtha tal-parti tal-Ftehim relatata maż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva, huwa kunsiljabbli li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jiddelega s-setgħa tal-aġġornament jew l-emendament tal-Annessi tal-Ftehim li jikkonċernaw il-Kapitoli 1, 2, 3, 5, 6 u 8 tat-Titlu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, sa fejn ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi f'dawk il-Kapitoli tal-Ftehim relatati mal-aġġornament jew l-emendament ta' dawk l-Annessi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni b'dan jiddelega s-setgħa tal-aġġornament jew l-emendament tal-Annessi tal-Ftehim li jikkonċernaw il-Kapitoli 1 (Annessi I-C u I-D tal-Ftehim), 2 (Anness II tal-Ftehim) u 3, 5, 6 u 8 tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, sa fejn ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi f'dawk il-Kapitoli relatati mal-aġġornament jew l-emendament ta' dawk l-Annessi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-Presidenza


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


Rettifika

16.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/45


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji — lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 356 tat-12 ta' Diċembru 2014 )

F'paġna 235, l-Anness, il-werrej:

minflok:

“APPENDIX A —

Buffers and screw coupling system 365

APPENDIX B —

Buffers and screw coupling system 367

APPENDIX C —

Buffers and screw coupling system 369

APPENDIX D —

Buffers and screw coupling system 377

APPENDIX E —

Buffers and screw coupling system 374

APPENDIX F —

Buffers and screw coupling system 375

APPENDIX G —

Buffers and screw coupling system 376

APPENDIX H —

Buffers and screw coupling system 378

APPENDIX I —

Buffers and screw coupling system 386

APPENDIX J —

Buffers and screw coupling system 387

aqra:

“APPENDIX A —

Buffers and screw coupling system 365

APPENDIX B —

1 520 mm system gauge ‘T’ 367

APPENDIX C —

Special provisions for on track machines (OTM) 369

APPENDIX D —

On-board energy measurement system 371

APPENDIX E —

Anthropometric measurements of the driver 374

APPENDIX F —

Front visibility 375

APPENDIX G —

Servicing 376

APPENDIX H —

Assessment of the rolling stock subsystem 378

APPENDIX I —

Aspects for which the technical specification is not available (open points) 386

APPENDIX J —

Technical specifications referred to in this TSI 387