ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 335

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
22 ta' Novembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1246/2014 tad-19 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2014 tad-19 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2014 tal-20 ta' Novembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 776/2014 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2014/2015 u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2014

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2014 tal-21 ta' Novembru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-inositol bħala addittiv fl-għalf għall-ħut u għall-krustaċji ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1250/2014 tal-21 ta' Novembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 fir-rigward ta' kwoti tariffarji għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja

10

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2014 tal-21 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

13

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2014/103/UE tal-21 ta' Novembru 2014 li tadatta għat-tielet darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku ( 1 )

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/826/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali matul l-94 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima dwar l-adozzjoni ta' emendi tal-Kodiċi tal-Programm ta' Stħarriġ Imtejjeb tal-2011

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/827/PESK tal-21 ta' Novembru 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

19

 

 

2014/828/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2014/40)

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1246/2014

tad-19 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru jew li huma rreġistrati fl-Istat Membru msemmi fl-Anness eżawrew il-kwota allokata għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għandha titqies bħala eżawrita għall-2014, mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru jew li huma rreġistrati fl-Istat Membru msemmi fl-Anness għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-istess Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).


ANNESS

Nru

73/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

BSF/56712-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

Data tal-għeluq

6.11.2014


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1247/2014

tad-19 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2014.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk, għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

75/TQ43

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

SRX/2AC4-C

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

Data tal-għeluq

10.11.2014


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1248/2014

tal-20 ta' Novembru 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 776/2014 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2014/2015 u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 139(2) u l-punt (g) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 144 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iz-zokkor jew l-isoglukożju prodott matul sena tas-suq li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament jista' jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv li jrid jiġi stabbilit mill-Kummissjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 jistipula r-regoli dettaljati tal-implimentazzjoni għall-esportazzjonijiet barra mill-kwota, b'mod partikolari rigward il-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni.

(3)

Għas-sena tas-suq 2014/2015, inizjalment ġie stmat li jekk il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota jiġi ffissat għal 650 000 tunnellata, f'ekwivalent ta' zokkor abjad, dan ikun jikkorrispondi għad-domanda tas-suq. Dan il-limitu kien iffissat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2014 (3). Madankollu, skont l-aħħar stimi, il-produzzjoni taz-zokkor barra mill-kwota hija mistennija tilħaq is-6 200 000 tunnellata. Għaldaqstant, għandhom jiġu żgurati swieq disponibbli addizzjonali għaz-zokkor barra mill-kwota.

(4)

B'kunsiderazzjoni li l-livell massimu tad-WTO għall-esportazzjonijiet għas-sena tas-suq 2014/2015 ma ntużax kollu, huwa xieraq li jiżdied il-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota b'700 000 tunnellata, sabiex jiġu pprovduti opportunitajiet kummerċjali addizzjonali għall-produtturi taz-zokkor tal-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 776/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Biex ikunu jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor barra mill-kwota, għandha titneħħa kompletament is-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjonijiet stipulata fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2014 (4). Billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2014 eżawrixxa l-effetti tiegħu, huwa xieraq li jitħassar.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 776/2014, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Għas-sena tas-suq 2014/2015, il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun ta' 1 350 000 tunnellata għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta' zokkor abjad barra mill-kwota kklassifikat fil-kodici NM 1701 99.”

Artikolu 2

Jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1061/2014.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2014 tat-16 ta' Lulju 2014 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2014/2015 (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 11).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2014 tat-8 ta' Ottubru 2014 li jistabilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota (ĠU L 293, 9.10.2014, p. 24).


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1249/2014

tal-21 ta' Novembru 2014

dwar l-awtorizzazzjoni tal-inositol bħala addittiv fl-għalf għall-ħut u għall-krustaċji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-użu ta' addittivi fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-inositol ġie awtorizzat bla limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv biex jintuża fl-għalf ta' kull speċi tal-annimali bħala parti mill-grupp “Vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”. Imbagħad dan il-prodott iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-inositol bħala addittiv fl-għalf għall-ħut, il-krustaċji, il-qtates u l-klieb. L-applikant talab li l-addittiv jitniżżel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta' April 2014 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tikkonkludi li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-inositol ma jħallix effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali u l-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità tikkonkludi wkoll li l-inositol hu meqjus bħala sors effettiv ta' mikronutrijenti essenzjali għall-ħut u għall-krustaċji. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-inositol turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif jistipula l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Peress li r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq jiġi stabbilit perjodu tranżitorju għar-rimi tal-ħażniet eżistenti tal-addittivi, it-taħlitiet ta' qabel u l-għalf kompost li jkun fih minnhom, kif awtorizzat bid-Direttiva 70/524/KEE.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tinsab fil-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li għandhom effett simili”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik is-sustanza, li jiġu magħmula u tikkettati qabel it-12 ta' Ġunju 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel it-12 ta' Diċembru 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2014;12(5):3671.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni taladdittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem ilperjodu ta' awtorizzazzjoni

mg sustanza attiva ta' kilogramma għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

Addittivi ta' nutrizzjoni: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li għandhom effett simili

3a900

Inositol

Kompożizzjoni tal-addittiv

Inositol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Inositol

Formula kimika: C6H12O6

Nru CAS: 87-89-8

Inositol, f'forma solida, magħmul b'sinteżi kimika.

Kriterji tal-purità: mhux inqas minn 97 %.

Metodi analitiċi  (1):

Għall-identifikazzjoni ta' inositol fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija likwida u spettrofotometrija tal-assorbiment infrared (pH. Eur. 01/2008:1805).

Għall-kwantifikazzjoni ta' inositol fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti u fl-analiżi tal-attività mikrobijoloġika tal-għalf.

Ħut u krustaċji

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

2.

Għas-sikurezza: waqt l-użu għandhom jintlibsu l-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

It-12 ta' Diċembru 2014


(1)  Dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz ta' dan il-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1250/2014

tal-21 ta' Novembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 fir-rigward ta' kwoti tariffarji għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 180 u 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u s-Serbja, min-naħa l-oħra (2), (“l-FSA”) ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom (3) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013. L-Artikolu 26(4) tal-FSA jipprovdi aċċess bla dazju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw fis-Serbja tal-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta' kwota tariffarja annwali ta' 180 000 tunnellata.

(2)

Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (4) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fil-25 ta' Ġunju 2014. Dan l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri ġie awtorizzat bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/517/UE (5) u 2014/518/Euratom (6).

(3)

L-Artikolu 2 tal-Protokoll jipprevedi emenda għall-Artikolu 26(4) tal-FSA sabiex jiżdiedu l-kwoti tariffarji eżistenti għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja fi ħdan limitu ta' kwota tariffarja annwali ta' 181 000 tunnellata.

(4)

Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2014/517/UE, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 14 tiegħu, mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri tal-konklużjoni tiegħu. Għaldaqstant, iż-żieda tal-kwoti tariffarji eżistenti għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Awwissu 2014.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (7) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor, inklużi dawk li joriġinaw fis-Serbja. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi emendat dak ir-Regolament biex jitqies il-Protokoll.

(6)

Skont l-Artikolu 11 tal-Protokoll, fl-ewwel sena tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-volumi tal-kwoti tariffarji l-ġodda u ż-żidiet fil-volumi tal-kwoti tariffarji eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi annwali bażiċi speċifikati fil-Protokoll, billi titqies il-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta' Awwissu 2014. Għaldaqstant, għas-sena 2014, iż-żieda fil-volum tal-kwoti eżistenti għaz-zokkor li joriġina fis-Serbja għandha tkun disponibbli għall-perjodu bejn l-1 ta' Awwissu 2014 u l-31 ta' Diċembru 2014.

(7)

Peress li skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 il-kwoti tariffarji huma amministrati għal kull sena tas-suq f'dak is-settur, għandha titqies iż-żieda pro rata fil-volumi tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-sena tas-suq 2013/2014 u fil-volumi li għandhom jingħataw għas-sena tas-suq 2014/2015, skont il-Protokoll. Iż-żieda pro rata fil-volum annwali għax-xhur ta' Awwissu u Settembru 2014 tikkorrespondi għal 167 tunnellata zokkor. Peress li din il-kwantità mhux se tkun tista' tintuża qabel tmiem is-sena tas-suq 2013/2014, din għandha tkun disponibbli fis-sena tas-suq 2014/2015.

(8)

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 135 tiegħu, l-FSA ma japplikax għall-Kosovo (8). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 (9) tħassar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 (10). Peress li r-Regolament (KE) Nru 1215/2009 m'għadux jipprovdi għal konċessjonijiet fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti fl-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fil-Kosovo, għandhom jitħassru r-referenzi tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 u għall-Kosovo tar-Regolament (KE) Nru 891/2009.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Peress li s-sena tas-suq 2014/2015 tibda fl-1 ta' Ottubru 2014, l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandhom japplikaw malajr kemm jista' jkun u għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punt (b) jitħassar;

(2)

Fl-Artikolu 1, il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

“(g)

L-Artikolu 26(4) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (*), kif emendat bil-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (**).

(*)  ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16."

(**)  ĠU L 233, 6.8.2014, p. 3”"

;

(3)

Fil-punt (b) tal-Artikolu 2, it-terminu “Kosovo” u n-nota ta' qiegħ il-paġna relatata jitħassru;

(4)

Fl-Anness I, il-Parti II jinbidel bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan jibda japplika mis-sena tas-suq 2014/2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom tat-22 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p. 14).

(4)  ĠU L 233, 6.8.2014, p. 3.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/517/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, għandha titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 233, 6.8.2014, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/518/Euratom tal-14 ta' April 2014 dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 233, 6.8.2014, p. 20).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).

(8)  Din id-denominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma' UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni għall-indipendenza tal-Kosovo.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1).


ANNESS

Il-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 tinbidel b'dan li ġej:

“Parti II: Zokkor Balkani

PAJJIŻ TERZ jew Territorju Doganali

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Kwantitajiet (tunnellati)

Rata fil-kwota (EUR/tunnellata)

L-Albanija

09.4324

1701 u 1702

1 000

0

Il-Bosnja-Ħerzegovina

09.4325

1701 u 1702

12 000

0

Is-Serbja

09.4326

1701 u 1702

181 000  (1)

0

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

09.4327

1701 u 1702

7 000

0


(1)  Għas-sena tas-suq 2014/2015, il-kwantità għandha tkun 181 167 tunnellata.”


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1251/2014

tal-21 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

67,1

MA

71,2

MK

78,8

ZZ

72,4

0707 00 05

AL

62,5

JO

203,0

TR

133,9

ZZ

133,1

0709 93 10

MA

38,9

TR

124,3

ZZ

81,6

0805 20 10

MA

86,3

ZZ

86,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

59,1

PE

74,4

TR

70,7

ZZ

68,1

0805 50 10

TR

80,3

ZZ

80,3

0808 10 80

AU

203,7

BR

53,4

CA

133,4

CL

86,9

MD

29,7

NZ

197,7

US

102,4

ZA

148,5

ZZ

119,5

0808 30 90

CN

82,7

US

201,1

ZZ

141,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/15


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/103/UE

tal-21 ta' Novembru 2014

li tadatta għat-tielet darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

It-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II, u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni kif definit fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. B'konsegwenza ta' dan, il-verżjonijiet li ġew emendati l-aħħar ta' dawn il-ftehimiet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015, b'perjodu ta' tranżizzjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

(3)

Għalhekk it-Taqsima I.1 tal-Anness I, it-Taqsima II.1 tal-Anness II u t-Taqsima III.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/68/KE għandhom jiġu emendati skont dan:

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi tad-Direttiva 2008/68/KE

Id-Direttiva 2008/68/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Anness I, it-Taqsima I.1 tinbidel b'dan li ġej:

“I.1.   ADR

Fl-Annessi A u B tal-ADR, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, huwa mifhum illi l-frażi 'parti kontraenti' tiġi ssostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”

2.

Fl-Anness II, it-Taqsima II.1 tinbidel b'dan li ġej:

“II.1.   RID

Fl-Anness tal-RID, li jidher fl-Appendiċi C tal-COTIF, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, huwa mifhum illi l-frażi ‘Stat Kontraenti tal-RID’ hija ssostitwita bi 'Stat Membru' kif xieraq.”

3.

Fl-Anness III, it-Taqsima III.1 tinbidel b'dan li ġej:

“III.1.   ADN

Fir-Regolamenti annessi tal-ADN, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2015, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ hija ssostitwita bi ‘Stat Membru’, skont il-każ.”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza ta' dan it-tip meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


DEĊIŻJONIJIET

22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Novembru 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali matul l-94 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima dwar l-adozzjoni ta' emendi tal-Kodiċi tal-Programm ta' Stħarriġ Imtejjeb tal-2011

(2014/826/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 100(2) u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-azzjoni mill-Unjoni Ewropea fis-settur tat-trasport marittimu għandu jkollha l-għan li ttejjeb is-sikurezza marittima.

(2)

Waqt it-93 sessjoni tal-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima (MSC) tal-IMO ġew approvati emendi għall-Kodiċi tal-Programm ta' Stħarriġ Imtejjeb (ESP) tal-2011 Dawk l-emendi huma mistennija li jiġu adottati fl-94 sessjoni tal-MSC, li ser issir f'Novembru 2014.

(3)

L-emendi għall-Kodiċi tal-ESP tal-2011 jagħmluh konformi mal-prattiki tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni u jippermettu wkoll li jitħallew isiru, taħt ċerti kundizzjonijiet, testijiet idrostatiċi tat-tankijiet tal-merkanzija mill-ekwipaġġ tal-bastiment, taħt it-tmexxija tal-kaptan, minflok ma jitwettqu t-tali testijiet fil-preżenza ta' sorveljant.

(4)

L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprovdu għal applikazzjoni mandatorja tal-Iskema ta' Valutazzjoni tal-Kondizzjoni tal-IMO (CAS). Il-CAS hija kkumplimentata mill-Kodiċi tal-ESP tal-2011, adottat mill-Assemblea tal-IMO permezz tar-Riżoluzzjoni A.1049(27). L-Anness B, il-parti B tal- Kodiċi tal-ESP tal-2011 jikkonċerna l-ispezzjonijiet matul is-servejs tat-tankers taż-żejt għajr dawk b'buq doppju u jispeċifika kif għandha ssir il-valutazzjoni intensifikata. B'konsegwenza ta' dan, kwalunkwe bidla fil-Kodiċi ESP tal-2011, safejn huma kkonċernati t-tankers taż-żejt b'buq wieħed li jkollhom iktar minn 15-il sena, se tkun applikabbli awtomatikament permezz tar-Regolament (UE) Nru 530/2012.

(5)

L-Unjoni la hija Membru tal-IMO u lanqas ma hija parti kontraenti għall-konvenzjonijiet u l-kodiċijiet ikkonċernati. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Kunsill jawtorizza lill-Istati Membri biex jesprimu l-pożizzjoni tal-Unjoni u biex jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu b'dawn l-emendi għall-Kodiċi tal-ESP tal-2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni tal-Unjoni fl-94 sessjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza Marittima tal-IMO għandha tkun li taqbel mal-adozzjoni tal-emendi għall-Kodiċi tal-Programm tal-ESP tal-2011, kif stipulati fl-Anness 22, Anness B, parti B, tad-dokument tal-IMO MSC 93/22/Add.3, għall-finijiet msemmija fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) Nru 530/2012.

2.   Il-pożizzjoni tal-Unjoni kif tinsab fil-paragrafu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri, li huma membri tal-IMO, billi jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

3.   Jista' jsir qbil dwar bidliet formali u żgħar għal din il-pożizzjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi emendata dik il-pożizzjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri huma b'dan awtorizzati li jagħtu l-kunsens tagħhom li jintrabtu, fl-interess tal-Unjoni, bl-emendi msemmija fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 3).


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/827/PESK

tal-21 ta' Novembru 2014

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (1), li ġiet emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/174/PESK (2).

(2)

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill qabel li l-UE tibqa' impenjata bis-sħiħ fil-ġlieda kontra l-piraterija u s-serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja. Huwa jilqa' r-riżultati tajbin li l-operazzjoni navali tagħha Atalanta kisbet s'issa. Il-Kunsill issottolinja li, minkejja l-progress kbir muri fil-ġlieda kontra l-piraterija fil-baħar, it-theddid għadu hemm u l-progress jista' jitreġġa' lura.

(3)

Fit-18 ta' Novembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta Riżoluzzjoni 2125 (2013) li ġġedded il-qafas għal azzjonijiet internazzjonali fil-ġlieda kontra l-piraterija u l-kawżi sottostanti tagħha.

(4)

L-operazzjoni militari tal-UE msemmija fl-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (Atalanta) għandha tiġi estiża sat-12 ta' Diċembru 2016.

(5)

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill qabel ukoll li l-UE ser tmexxi 'l quddiem l-approċċ integrat tagħha għat-titjib tas-sigurtà u l-istat tad-dritt fis-Somalja, abbażi tas-sjieda u r-responsabbiltà Somala, koordinazzjoni mill-qrib ma' atturi oħra u koerenza u sinerġiji bejn l-istrumenti tal-UE, b'mod partikolari bejn il-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tagħha.

(6)

Dak l-approċċ integrat, abbażi tal-Patt ta' Ftehim Ġdid għas-Somalja, għandu jikkontribwixxi biex isaħħaħ il-kapaċitajiet marittimi fis-Somalja u r-reġjun, bl-indirizzar tal-kawżi sottostanti tal-piraterija u bit-tnaqqis tal-impunità tan-netwerks tal-pirati f'attivitajiet kriminali oħra fuq il-baħar, b'hekk jiġu indirizzati l-kondizzjonijiet li jwasslu għat-twettiq tal-objettivi ta' Atalanta.

(7)

F'dan il-kuntest, kontribuzzjoni minn Atalanta b'kompiti sekondarji, bil-mezzi u l-kapaċitajiet attwali u fuq talba, għall-approċċ integrat tal-UE għas-Somalja u l-attivitajiet rilevanti tal-komunità internazzjonali tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-kawżi sottostanti tal-piraterija u n-netwerks tagħha. Dawk il-kompiti sekondarji jitwettqu biex tkun appoġġata l-istrateġija ta' ħruġ ta' Atalanta.

(8)

Il-kooperazzjoni ta' Atalanta mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha tiġi faċilitata sabiex tikkontribwixxi lejn infurzar tal-liġi kontra l-piraterija filwaqt li ttejjeb l-effiċjenza tal-operazzjonijiet kontra l-piraterija li huma mmexxija mill-intelligence tagħha.

(9)

L-ebda dispożizzjoni la f'din id-Deċiżjoni u lanqas fl-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK ma tipprevjeni li l-persunal tal-Istati parteċipanti f'Atalanta jaġixxi b'mod konformi mal-obbligi tagħhom taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli.

(10)

Huwa neċessarju li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-ispejjeż komuni ta' Atalanta għal perijodu bejn it-13 ta' Diċembru 2014 u t-12 ta' Diċembru 2016.

(11)

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Barra minn hekk, Atalanta tista' tikkontribwixxi, bħala kompitu sekondarju mhux eżekuttiv, bil-mezzi u l-kapaċitajiet attwali u fuq talba, għall-approċċ integrat tal-UE għas-Somalja u l-attivitajiet rilevanti tal-komunità internazzjonali, b'hekk tgħin sabiex jiġu indirizzati il-kawżi sottostanti tal-piraterija u n-netwerks tagħha.”

.

(2)

Fl-Artikolu 2, il-punti (g) sa (i) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(g)

tiġbor, skont il-liġi applikabbli, dejta personali rigward persuni msemmija fil-punt (e) relatata ma' karatteristiċi li x'aktarx jassistu fl-identifikazzjoni tagħhom, inklużi marki tas-swaba', kif ukoll id-dettalji segwenti, bl-esklużjoni ta' dejta personali oħra: kunjom, kunjom tax-xbubija, ismijiet mogħtija u psewdonimi jew ismijiet foloz; data u post tat-twelid, nazzjonalità, sess; post ta' residenza, professjoni u l-inħawi tal-persuna; liċenzji tas-sewqan, dokumenti ta' identifikazzjoni u dejta tal-passaport

(h)

għall-fini li tiġi ċċirkolata d-data permezz tal-kanali tal-Organizzazjoni Internazzjonali ta' Pulizija Kriminali (INTERPOL) u l-verifika tagħha mal-bażijiet tad-data tal-INTERPOL, u sakemm jiġu konklużi l-arranġamenti ġenerali bejn l-Unjoni u l-INTERPOL, tittrasmetti lill-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali ('NCB') tal-INTERPOL tal-Istati Membri, f'konformità mal-arranġamenti li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-Kap tal-NCBs adatti, id-data segwenti:

data personali msemmija fil-punt (g),

data marbuta mal-apparat użat mill-persuni msemmijin fil-punt (e).

Id-data personali ma għandhiex tiġi rreġistrata wara li tiġi trasmessa lill-INTERPOL;

(i)

tittrasmetti d-data msemmija fil-punt (h) lil EUROPOL skont id-dispożizzjonijiet ta' arranġament li għandu jiġi konkluż bejn ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-EUROPOL. Id-data personali ma għandhiex tiġi rreġistrata wara li tiġi trasmessa lill-INTERPOL;

(j)

tikkontribwixxi, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet eżistenti, għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd 'il barra mix-xtut tas-Somalja u tappoġġa l-iskema ta' liċenzjar u ta' reġistrazzjoni għas-sajd artiġjanali u industrijali fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tas-Somalja żviluppata mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), meta fis-seħħ, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe attività ta' infurzar;

(k)

tistabbilixxi kollegament, f'kollaborazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, mal-entitajiet tas-Somalja u l-kumpanniji privati li joperaw f'isimhom, attivi 'l barra mix-xtut tas-Somalja fil-kuntest usa' tas-sigurtà marittima bil-ħsieb li jkun hemm fehim aħjar tal-attivitajiet u l-kapaċitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom biex jiġi evitat il-konflitt fuq il-baħar;

(l)

tassisti permezz ta' appoġġ loġistiku, il-provvista ta' għarfien espert jew taħriġ fuq il-baħar, fuq talba tagħhom jew skont il-mezzi u l-kapaċitajiet eżistenti, lil EUCAP NESTOR, EUTM Somalia, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, il-Missjoni tal-UE fis-Somalja fir-rigward tal-mandati tagħhom u ż-żona ta' operat ta' Atalanta u tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti tal-UE, partikolarment il-programm reġjonali ta' sigurtà Marittima (MASE) taħt l-għaxar FEŻ;

(m)

tagħmel disponibbli data relatata mal-attivitajiet tas-sajd miġbura minn unitajiet ta' EUNAVFOR 'l barra mix-xtut tas-Somalja, permezz tas-servizz rilevanti tal-Kummissjoni, lill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan, l-Istati Membri tagħha u l-FAO u ladarba jkun sar progress suffiċjenti fuq ix-xatt fil-qasam tal-bini tal-kapaċità marittima, inklużi l-miżuri ta' sigurtà għall-iskambju tal-informazzjoni, tassisti lill-awtoritajiet Somali billi tagħmel disponibbli d-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd miġbura matul l-operazzjoni;

(n)

tappoġġa, b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar u skont il-mezzi u l-kapaċitajiet eżistenti, l-attivitajiet tal-Grupp ta' Monitoraġġ tas-Somalja u l-Eritrea (SEMG) f'konformità mar-riżoluzzjonijiet 2060 (2012), 2093 (2013) u 2111 (2013) tal-UNSC billi timmonitorja u tirrapporta lis-SEMG bastimenti suspettati li jappoġġaw lin-netwerks tal-piraterija.”

(3)

Fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għall-perijodu bejn it-13 ta' Diċembru 2014 sat-12 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 14 775 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni 2011/871/PESK għandu jkun ta' 0 %.”

.

(4)

L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-operazzjoni militari tal-UE għandha tintemm fit-12 ta' Diċembru 2016.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CALENDA


(1)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/174/PESK tat-23 ta' Marzu 2012 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta′ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta′ piraterija u ta′ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 89, 27.3.2012, p. 69).


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/22


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Ottubru 2014

dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti

(BĊE/2014/40)

(2014/828/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu joperaw fis-swieq finanzjarji billi, fost oħrajn, jixtru u jbiegħu strumenti negozjabbli b'mod definittiv.

(2)

Fl-4 ta' Settembru 2014 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li għandu jinbeda programm ġdid ta' xiri ta' bonds garantiti (minn hawn 'il quddiem is-“CBPP3”). Flimkien mal-programm ta' xiri ABS (ABSPP) u l-Operazzjonijiet ta' Rifinanzjament Immirati Aktar fit-Tul (TLTROs) (1), is-CBPP3 ser ikompli jtejjeb it-trasmissjoni tal- politika monetarja, jiffaċilita l-forniment ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal- euro, jiġġenera effetti sekondarji pożittivi għal swieq oħrajn u, bħala riżultat ta' dan, iħaffef il-pożizzjoni tal-BĊE dwar il-politika monetarja, u jikkontribwixxi għal ritorn tar-rati ta' inflazzjoni lejn livelli eqreb ta' 2 %.

(3)

Bħala parti mill-politika monetarja waħdanija, ix-xiri definittiv ta' bonds garantiti eliġibbli mill-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt is-CBPP3 għandu jiġi implimentat b'mod uniformi, skont din id-Deċiżjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tax-xiri b'mod definittiv ta' bonds iggarantiti

Bil-preżenti l-Eurosistema tistabbilixxi s-CBPP3 li taħtu l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jixtru bonds garantiti eliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2. Taħt is-CBPP3, bonds iggarantiti eliġibbli jistgħu jinxtraw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema mingħand kontropartijiet eliġibbli fis-swieq primarji u sekondarji skont il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-kontroparti li jinsabu fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

Kriterji ta' eliġibbiltà għal bonds iggarantiti

Bonds iggarantiti li huma eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja b'mod konformi mat-taqsima 6.2.1 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14 (2) u barra minn hekk, jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħhom bħala kollateral għal użu proprju kif stipulat fit-taqsima 6.2.3.2 (il-ħames paragrafu) tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14, u li jinħarġu minn istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati fiż-żona tal-euro, għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt CBPP3. Multi-cédulas li huma eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja b'mod konformi mat-taqsima 6.2.1 tal-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2011/14 u li huma maħruġa minn veikoli bi skop speċjali inkorporati fiż-żona tal-euro għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt is-CBPP3.

Il-bonds iggarantiti msemmija hawn fuq għandhom ikunu eliġibbli għal xiri definittiv taħt is-CBPP3 sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

1.

Għandha tapplika valutazzjoni tal-kreditu minima skont ir-regola first-best tal-kwalità tal- kreditu pass 3 (CQS3, preżentement ekwivalenti għal klassifikazzjoni ta' Istituzzjoni Esterna ta' Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) ta' “BBB-” jew ekwivalenti), mogħtija minn ta' mill-inqas waħda mill-ECAIs aċċettati fi ħdan il-Qafas ta' Valutazzjoni tal-Kreditu tal-Eurosistema (Eurosystem Credit Assessment Framework — ECAF).

2.

Għandu japplika limitu ta' 70 % fuq il-ħruġ ta' ishma għal kull numru ta' identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali lil investimenti konġunti taħt l-ewwel (3) u t-tieni (4) programmi ta' xiri ta' bonds iggarantiti (is-CBPP1 u s-CBPP2, rispettivament), u s-CBPP3 u lill-investimenti l-oħrajn tal-banek ċentrali tal-Eurosistema.

3.

Il-bonds iggarantiti għandhom ikunu ddenominati f'euro, miżmuma u saldati fiż-żona tal-euro.

4.

Bonds iggarantiti maħruġa minn entitajiet sospsiżi minn operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema għandhom ikunu esklużi minn xiri taħt is-CBPP3 għat-tul ta' żmien tas-sospensjoni tagħhom.

5.

Għal bonds iggarantiti li preżentament ma jiksbux il-klassifikazzjoni CQS3 f'Ċipru u fil-Greċja, klassifikazzjoni minima tal-assi fil-livell tal-klassifikazzjoni massima li tista' tinkiseb għall-bond iggarantit kif iddefinit mill-ECAI rispettiva għal-ġurisdizzjoni għandha tkun meħtieġa sakemm il-livell minimu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema ma jiġix applikat fir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà tal-kollateral għal strumenti ta' dejn kummerċjabbli maħrupa jew iggarantiti mill-gvernijiet tal-Greċja jew ta' Ċipru (skont l-Artikolu 8(2) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (5)), u limitu ta' 30 % fuq il-ħruġ ta' ishma għal kull numru ta' identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali, li għandhom japplikaw għall-investimenti konġunti tas-CBPP1, CBPP2, CBPP3 u l-investimenti l-oħrajn ta' banek ċentrali tal-Eurosistema, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin sabiex jiksbu ekwivalenza tar-riskju:

(a)

rapportar ta' kull xahar tal-karatteristiċi tal-pool ta' kopertura, inkluża dejta fil-livell tas-self, lill-BĊN fejn ikun iddomiċiljat l-emittent, kif ukoll karatteristiċi strutturali tal-programm u informazzjoni dwar l-emittent; il-mudell għar-rapportar għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-kontropartijiet mill-BĊN rispettiv;

(b)

kollateralizzazzjoni żejda minima marbuta ta' 25 %; id-dispożizzjonijiet għall-kalkolu tal-kollateralizzazzjoni żejda marbuta għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-kontropartijiet mill-BĊN rispettiv;

(c)

hedges ta' valuta ma' kontropartijiet ikklassifikati bħala BBB- jew ogħla għal pretensjonijiet iddenominati f'munita oħra li mhijiex l-euro huma inklużi fil-pool ta' kopertura tal-programm jew, b'mod alternattiv, li ta' mill-inqas 95 % tal-assi huma ddenominati f'euro; u

(d)

il-klejms ta' kreditu fil-pool ta' kopertura huma kontra debituri li jinsabu fiż-żona tal-euro.

6.

Bonds iggarantiti miżmuma mill-emittent tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għal xirjiet taħt is-CBPP3, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà kif speċifikat hawn fuq.

Artikolu 3

Kontropartijiet eliġibbli

Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontrpartijiet eliġibbli għas-CBPP3, kemm għal transazzjonijiet definittivi kif ukoll għal transazzjonijiet ta' self ta' titoli li jinvolvu bonds iggarantiti miżmuma fil-portafolli CBPP3 tal-Eurosistema: (a) kontropartijiet domestiċi li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema kif iddefinita fit-Taqsima 2.1 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14; u (b) kull kontroparti oħra li tintuża minn banek ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta' investiment tagħhom iddenominati f'euro, inklużi kontropartijiet mhux taż-żona tal-euro attivi f'bonds iggarantiti.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fuq il-websajt tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Ottubru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Id-Deċiżjoni BĊE/2014/34 tad-29 ta' Lulju 2014 dwar miżuri fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament immirati aktar fit-tul (ĠU L 258, 29.8.2014, p. 11).

(2)  Il-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta' Lulju 2009 fuq l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds garantiti (covered bond) (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18).

(4)  Id-Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta' Novembru 2011 fuq l-implimentazzjoni tat-tieni programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70).

(5)  Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).