ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 282

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
26 ta' Settembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2014 tat-18 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2014 tat-18 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2014 tat-23 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għas-snow crab fl-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2014 tat-23 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1007/2014 tat-23 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali fiż-żoni Vb, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2014 tal-24 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f'dak li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

15

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2014 tal-25 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1010/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2014 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/673/PESK tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/527/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/674/PESK tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

24

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1003/2014

tat-18 ta' Settembru 2014

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kosmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Attwalment, it-taħlita ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone bil-klorur tal-manjeżju u n-nitrat tal-manjeżju qed tiġi permessa bħala preservattiv fil-prodotti kosmetiċi kollha b'konċentrazzjoni massima ta' 0,0015 % ta' taħlita bil-proporzjon ta' 3:1 ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone rispettivament.

(2)

Fit-8 ta' Diċembru 2009, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (“SCCS”) adotta opinjoni dwar is-sikurezza tat-taħlita ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone (2).

(3)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ikkonkluda li t-taħlita ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone bi proporzjon ta' 3:1 mhijiex ta' riskju għas-saħħa tal-konsumatur meta tintuża bħala preservattiv sal-konċentrazzjoni massima awtorizzata ta' 0,0015 % fi prodotti kosmetiċi li jitlaħalħu, minbarra l-potenzjal tagħha ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda. Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur indika li l-induzzjoni u l-eliċitazzjoni se jkunu inqas probabbli fi prodott li jitlaħlaħ milli meta l-istess konċentrazzjoni tkun preżenti fi prodott li ma jitlaħlaħx.

(4)

Il-kwistjoni tal-istabilizzanti għal dik it-taħlita kienet inidrizzata mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti li mhumiex għall-Ikel maħsuba għal Konsumaturi (“SCCNPF”), li sussegwentement ġie sostitwit bil-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (“SCCP”), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (3), u sussegwentement ġie sostitwit bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (4), f'opinjoni tal-24-25 ta' Ġunju 2003 (5). Il-Kumitat iddikjara li, filwaqt li jitqies li s-sustanzi attivi u l-proporzjon tagħhom jibqgħu l-istess fil-prodotti kosmetiċi attwalment ikkumerċjalizzati u li l-konċentrazzjoni tas-sistema ta' stabilizzazzjoni fil-prodotti kosmetiċi finali hija negliġibbli, is-sostituzzjoni tal-klorur tal-manjeżju u n-nitrat tal-manjeżju bis-sulfat tar-ram jew bi kwalunkwe ingredjent kosmetiku ieħor awtorizzat bħala sistema ta' stabilizzazzjoni fit-taħlita ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone ma tbiddilx il-profil tossikoloġiku ta' dik it-taħlita. Meta ntalab mill-Kummissjoni biex jikkjarifika l-interpretazzjoni tal-kelma “awtorizzat”, il-Kumitat wieġeb f'opinjoni tas-7 ta' Diċembru 2004 (6), li l-espressjoni “ingredjent kosmetiku awtorizzat” għandha tiġi interpretata bħala “kwalunkwe ingredjent li, fid-dawl tad-Direttiva dwar il-Kosmetiċi (7), huwa permess jew mhuwiex ipprojbit u jista' jintuża fil-prodotti kosmetiċi, sakemm kwalunkwe sustanza li tifforma parti mill-klassijiet ta' ingredjenti elenkati fl-Annessi II-VII (8) tad-Direttiva tista' tintuża biss jekk din tkun inkluża fl-Anness rispettiv.” Barra minn hekk, il-konklużjoni tal-opinjoni tat-8 ta' Diċembru 2009 tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur tinkludi valutazzjoni tas-sikurezza tat-taħlita nnifisha u ma tagħmel l-ebda referenza għall-istabilizzanti meqjusa.

(5)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, sabiex jiġi evitat riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, l-użu tat-taħlita ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone għandu jkun limitat kif inhu rrakkomandat mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur, filwaqt li r-referenza għall-istabbilizzanti tal-klorur tal-manjeżju u n-nitrat tal-manjeżju għandhom jitħassru mill-isem kimiku tiegħu.

(6)

Ta' min jikkjarifika li l-użu tat-taħlita ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone mhuwiex kompatibbli mal-użu ta' Methylisothiazolinone waħdu fl-istess prodott, billi dan jibdel il-proporzjon ta' 3:1 li huwa permess għat-taħlita (9).

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

L-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandha tiġi ddifferita biex l-industrija tkun tista' tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-formulazzjonijiet tal-prodott. B'mod partikolari, l-impriżi għandhom jingħataw disa' xhur biex iqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu konformi, u 18-il xahar biex ineħħu mis-suq dawk il-prodotti li mhumiex konformi wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Mis-16 ta' Lulju 2015 għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, dawk il-prodotti kosmetiċi biss li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 kif emendat b'dan ir-Regolament.

Mis-16 ta' April 2016 għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, prodotti kosmetiċi biss li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 kif emendat b'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta' Lulju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1238/09.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta' Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta' Settembru 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta' Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).

(5)  SCCNFP/0670/03, finali.

(6)  SCCP/0849/04.

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169).

(8)  Il-Kummissjoni tassumi li l-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur ried jirreferi għas-sustanzi li jaħdmu bħala koloranti, preservattivi jew Filtru UV li jridu jiġu awtorizzati b'mod espliċitu billi jiġu elenkati fl-Annessi IV, VI u VII tad-Direttiva 76/768/KEE. Għalhekk, dawk it-tliet Annessi għandhom jissemmew kollha u mhux jinkiteb ‘Annessi III-VI’.

(9)  Dan huwa f'konformità mal-opinjoni tat-12 ta' Diċembru 2013 tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS/1521/13) li tiddikjara b'mod ċar li l-Methylisothiazolinone ma għandux jintuża bħala żieda għal prodott kosmetiku li diġà jinkludi t-taħlita ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone.


ANNESS

L-annotazzjonijiet 39 u 57 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar prodotti kosmetiċi jinbidlu b'dan li ġej:

 

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonjiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju tal-Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru EC

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“39

Taħlita ta' 5-Kloro-2-metil-isotijażol-3(2H)-on u 2-metilisotijażol-3(2H)-on

Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone (1)

26172-55-4, 2682-20-4, 55965-84-9

247-500-7, 220-239-6

Prodotti li jitlaħalħu

0,0015 % (ta' taħlita bil-proporzjon 3:1 ta' 5-kloro-2-metil-isotijażol 3(2H)-on u 2-metilisotijażol-3 (2H)-on

 

 

57

2-metil-2H-isotijażol-3-on

Methylisothiazolinone (2)

2682-20-4

220-239-6

 

0,01 %”

 

 


(1)  Methylisothiazolinone huwa rregolat ukoll fl-annotazzjoni 57. Iż-żewġ annotazzjonijiet jeskludu lil xulxin: l-użu tat-taħlita ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone huwa inkompatibbli mal-użu ta' Methylisothiazolinone waħdu fl-istess prodott.

(2)  Methylisothiazolinone huwa rregolat ukoll fl-annotazzjoni 39 f'taħlita ma' Methylchloroisothiazolinone. Iż-żewġ annotazzjonijiet jeskludu lil xulxin: l-użu tat-taħlita ta' Methylchloroisothiazolinone (u) Methylisothiazolinone huwa inkompatibbli mal-użu ta' Methylisothiazolinone waħdu fl-istess prodott.


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1004/2014

tat-18 ta' Settembru 2014

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kosmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-parabeni huma rregolati bħala preservattivi fl-annotazzjoni 12 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar il-prodotti kosmetiċi, taħt id-denominazzjoni aċidu 4-idrossibenżojku u l-melħ u l-esteri tiegħu, b'konċentrazzjoni massima ta' 0,4 % għal ester wieħed, u ta' 0,8 % għal taħlitiet ta' esteri.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (2), adotta opinjoni dwar il-parabeni f'Diċembru 2010 (3). Din l-opinjoni kienet segwita minn kjarifika li saret f'Ottubru 2011 (4) b'reazzjoni għal deċiżjoni unilaterali meħuda mid-Danimarka biex tipprojbixxi l-propilparaben u l-butilparaben, l-isoformi u l-imluħ tagħhom fi prodotti kosmetiċi għal tfal taħt it-tliet snin abbażi tal-attivitajiet endokrinali potenzjali tas-sustanza, meħuda f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (5). Il-konklużjonijiet tal-2010 u l-2011 ġew ikkonfermati mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur f'opinjoni addizzjonali ta' Mejju 2013 (6), li l-Kummissjoni talbet fid-dawl ta' studju ġdid dwar it-tossiċità riproduttiva tal-propilparaben.

(3)

Fl-opinjonijiet msemmija hawn fuq, li kkonċernaw il-parabeni kollha ta' katina twila, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ikkonferma li l-metilparaben u l-etilparaben huma sikuri fil-konċentrazzjonijiet massimi awtorizzati.

(4)

L-isopropilparaben, l-isobutilparaben, il-fenilparaben, il-benżilparaben u l-pentilparaben ġew ipprojbiti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2014 (7).

(5)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ikkonkluda li l-użu tal-butilparaben u tal-propilparaben bħala preservattivi fi prodotti kosmetiċi lesti mhuwiex ta' periklu għall-konsumatur, dejjem jekk is-somma tal-konċentrazzjonijiet individwali tagħhom ma taqbiżx iż-0,19 % (bħala esteri).

(6)

Għall-prodotti kosmetiċi ġenerali li jinkludu l-butilparaben u l-propilparaben, minbarra l-prodotti speċifiċi għall-parti tal-ġisem tat-tfal koperta bil-ħarqa, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza tat-tfal għal kwalunkwe grupp ta' età peress li l-marġni ta' sikurezza kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet konservattivi ħafna, fir-rigward kemm tat-tossiċità kif ukoll tal-esponiment.

(7)

Madankollu, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur saħaq li fir-rigward tal-butilparaben u l-propilparaben preżenti fi prodotti kosmetiċi li ma jitlaħalħux u li huma ddisinjati biex jiġu applikati fil-parti tal-ġisem tat-tfal iżgħar minn sitt xhur koperta bil-ħarqa, ma jistgħux jiġu esklużi r-riskji kemm minħabba l-metaboliżmu immatur ta' dawn t-tfal kif ukoll minħabba l-possibbiltà li titgħarraq il-ġilda fil-parti tal-ġisem tat-tfal koperta bil-ħarqa. Abbażi tal-agħar suppożizzjoni ta' esponiment, jista' jitqajjem xi tħassib dwar is-sikurezza.

(8)

L-ebda tħassib ma tqajjem dwar is-sikurezza tal-aċidu 4-idrossibenżojku u l-imluħ tiegħu (il-paraben tal-kalċju, il-paraben tas-sodju, il-paraben tal-potassju).

(9)

Il-Kummissjoni tqis li l-użu kontinwu ta' butilparaben u propilparaben skont il-kundizzjonijiet attwali jista' jikkostitwixxi riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom għandhom jiġu allinjati mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur.

(10)

Għal raġunijiet ta' konsistenza mal-annotazzjoni attwali nru 12 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, il-konċentrazzjoni massima rakkomandata ta' 0,19 % bħala esteri għas-sustanzi elenkati fl-annotazzjoni 12a għandha tiġi kkonvertita għal 0,14 % biex tiġi esperessa fil-forma ekwivalenti tagħha bħala aċidu. Barra minn hekk, l-imluħ tas-sodju u tal-potassju tal-butilparabeni u tal-propilparabeni għandhom jiġu sottomessi għall-istess kundizzjonijiet ta' użu bħall-butilparabeni u l-propilparabeni nnifishom, peress li fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu l-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur qatt ma rrapporta imġieba differenti (fil-kimika u t-tossiċità) tal-imluħ meta mqabbla mal-esteri.

(11)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur, għandha tinżamm il-konċentrazzjoni massima ta' 0,8 % għas-somma tal-parabeni kollha li jinsabu fi prodott kosmetiku diġà previst mill-annotazzjoni 12 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(12)

Fid-dawl tat-tħassib imqajjem mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur dwar l-użu tal-parabeni fi prodotti kosmetiċi li ma jitlaħalħux u li jiġu applikati fiż-żona tal-ħarqa ta' tfal iżgħar minn sitt xhur, u għal raġunijiet prattiċi marbuta mal-fatt li l-prodotti għat-tfal ġeneralment jiġu kkumerċjalizzati għal tfal taħt it-tliet snin, il-butilparaben u l-propilparaben għandhom jiġu pprojbiti fi prodotti li ma jitlaħalħux ddisinjati biex jiġu applikati fiż-żona tal-ħarqa għal tfal iżgħar minn tliet snin.

(13)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

L-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandha tiġi ddifferita biex l-industrija tkun tista' tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-formulazzjonijiet tal-prodott. B'mod partikolari, l-impriżi għandhom jingħataw sitt xhur biex iqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu konformi, u 12-il xahar biex ineħħu mis-suq prodotti mhux konformi wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(15)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Mis-16 ta' April 2015 dawk il-prodotti kosmetiċi biss li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Mis-16 ta' Ottubru 2015 dawk il-prodotti kosmetiċi biss li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta' April 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta' Settembru 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta' Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).

(3)  SCCS/1348/10 Reviżjoni tat-22 ta' Marzu 2011.

(4)  SCCS/1446/11.

(5)  Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169).

(6)  SCCS/1514/13.

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2014 tad-9 ta' April 2014 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 107, 10.4.2014, p. 5).


ANNESS

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni 12 tinbidel b'dan li ġej:

 

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonijiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru EC

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“12

Aċidu 4-Idrossibenżojku u l-Metil- u l-Etil- esteri tiegħu, u l-imluħ tagħhom

4-Hydroxybenzoic acid

methylparaben

potassium ethylparaben

potassium paraben

sodium methylparaben

sodium ethylparaben

ethylparaben

sodium paraben

potassium methylparaben

calcium paraben

99-96-7

99-76-3

36457-19-9

16782-08-4

5026-62-0

35285-68-8

120-47-8

114-63-6

26112-07-2

69959-44-0

202-804-9

202-785-7

253-048-1

240-830-2

225-714-1

252-487-6

204-399-4

204-051-1

247-464-2

274-235-4

 

0,4 % (bħala aċidu) għal ester wieħed

0,8 % (bħala aċidu) għal taħlitiet ta' esteri”

 

 

(2)

tiddaħħal l-annotazzjoni 12a:

 

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonijiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru EC

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“12a

Butil 4-idrossibenżoat u l-imluħ tiegħu

Propil 4-idrossibenżonat u l-imluħ tiegħu

Butylparaben

propylparaben

sodium propilparaben

sodium butylparaben

potassium butylparaben

potassium propylparaben

94-26-8

94-13-3

35285-69-9

36457-20-2

38566-94-8

84930-16-5

202-318-7

202-307-7

252-488-1

253-049-7

254-009-1

284-597-5

 

0,14 % (bħala aċidu) għas-somma tal-konċentrazzjonijiet individwali

0,8 % (bħala aċidu) għal taħlitiet ta' sustanzi msemmija fl-annotazzjoni 12 u 12a, fil-każ lis-somma tal-konċentrazzjonijiet individwali ta' butilparabeni u propilparabeni u l-imluħ tagħhom ma taqbiżx 0,14 %

Ma għandhomx jintużaw fil-prodotti li ma jitlaħalħux imfassla biex jintużaw fil-parti tal-ġisem tat-tfal ta' taħt it-tliet snin koperta bil-ħarqa.

Prodotti li ma jitħalaħlux imfassla biex jintużaw għal tfal taħt it-tliet snin:

‘Ma għandux jintuża fil-parti tal-ġisem tat-tfal koperta bil-ħarqa’”


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1005/2014

tat-23 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għas-snow crab fl-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċertu stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

In-Numru

33/TQ43

L-Istat Membru

L-Irlanda

L-istokk

PCR/N1GRN

L-ispeċi

Is-Snow crab (Chionoecetes spp)

Iż-żona

L-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1

Id-data tal-għeluq

28.8.2014


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1006/2014

tat-23 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti għall-2014 huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2).

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).


ANNESS

In-Numru

34/DSS

L-Istat Membru

L-Irlanda

L-istokk

ALF/3X14-

L-ispeċi

L-alfonsinos (Beryx spp)

Iż-żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tat-III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Id-data tal-għeluq

28.8.2014


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1007/2014

tat-23 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali fiż-żoni Vb, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2),jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2014.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS

In-Nurmru

32/TQ43

L-Istat Membru

L-Irlanda

Stokk

GHL/2 A-C46

L-ispeċi

Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

Iż-żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI

Id-data tal-għeluq

28.8.2014


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1008/2014

tal-24 ta' Settembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f'dak li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183 (b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u jiffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 1995, li jistabilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

125,5

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

136,4

0

AR

145,4

0

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam, ta' sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

303,3

0

AR

227,6

22

BR

329,1

0

CL

268,5

9

TH

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

196,0

5

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

146,4

0

AR

138,5

1

BR

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam, ta' dundjani, iffriżati

350,2

0

BR

351,5

0

CL

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedak u ta' tiġieġ

293,6

0

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘Z’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1009/2014

tal-25 ta’ Settembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

53,3

TR

83,3

XS

79,6

ZZ

72,1

0707 00 05

MK

34,9

TR

102,3

ZZ

68,6

0709 93 10

TR

107,9

ZZ

107,9

0805 50 10

AR

149,3

CL

150,2

IL

114,0

TR

125,0

UY

109,8

ZA

140,9

ZZ

131,5

0806 10 10

BR

166,0

MK

34,4

TR

118,6

ZZ

106,3

0808 10 80

BR

52,5

CL

117,7

NZ

133,5

US

135,4

ZA

157,3

ZZ

119,3

0808 30 90

AR

218,6

CN

105,0

TR

120,5

ZZ

148,0

0809 30

TR

121,6

ZZ

121,6

0809 40 05

MK

9,0

ZZ

9,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1010/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2014 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 (2) fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jinqasmu skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni.

(2)

Settembru huwa r-raba' subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, it-tielet subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(d) tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni u l-ewwel subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(e) tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni.

(3)

In-notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4112 — 09.4117 — 09.4118 — 09.4119 u 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2014, skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet mitluba skont il-kwota/i kkonċernata/i, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(4)

Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 u 09.4116, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2014, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli.

(5)

Il-kwantità mhux użata għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 u 09.4130 hija trasferita għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 għas-subperjodu sussegwenti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita wkoll il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4138 u 09.4168, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(7)

Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4112 — 09.4117 — 09.4118 — 09.4119 u 09.4168, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u mressqa matul l-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2014, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti taħt il-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4138 u 09.4168 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2014 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

(a)

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2014

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Ottubru 2014 (kg)

L-Istati Uniti

09.4127

 (1)

 

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

 

L-Awstralja

09.4129

 (1)

 

Oriġini oħra

09.4130

 (2)

 

Il-pajjiżi kollha

09.4138

 

12 464 195

(b)

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2014

It-Tajlandja

09.4112

25 %

L-Istati Uniti

09.4116

 (3)

L-Indja

09.4117

5,558945 %

Il-Pakistan

09.4118

5,923367 %

Oriġini oħra

09.4119

38,907271 %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

 (4)

(c)

Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2014

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Ottubru 2014 (kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4168

0,972741 %

0


(1)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

(2)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.

(3)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

(4)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


DEĊIŻJONIJIET

26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/673/PESK

tal-25 ta' Settembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2013/527/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/819/PESK (1) li taħtar lis-Sur Alexander RONDOS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika.

(2)

Fl-24 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/527/PESK (2) li temenda u testendi l-mandat tar-RSUE għall-Qarn tal-Afrika sal-31 ta' Ottubru 2014.

(3)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b'perijodu ieħor ta' erba' xhur.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2013/527/PESK għalhekk għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/527/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-mandat tas-Sur Alexander RONDOS bħala r-RSUE għall-Qarn tal-Afrika huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2015. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi terminat qabel dan, abbażi ta' proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).”

.

(2)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2013 sal-31 ta' Ottubru 2014 għandu jkun ta' EUR 2 720 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2014 sat-28 ta' Frar 2015 għandu jkun ta' EUR 890 000.”

.

(3)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu eżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta' progress sal-aħħar ta' April 2014 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Novembru 2014.”

.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/819/PESK tat-8 ta' Diċembru 2011 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 62).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/527/PESK tal-24 ta' Ottubru 2013 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Qarn tal-Afrika (ĠU L 284, 26.10.2013, p. 23).


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/674/PESK

tal-25 ta' Settembru 2014

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/565/PESK (1), modifikata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2013/468/PESK (2). Id-Deċiżjoni 2010/565/PESK tiskadi fit-30 ta' Settembru 2014.

(2)

Fit-18 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) approva l-Modalitajiet għat-Transizzjoni tal-EUSEC RD Congo, fi ħdan il-qafas tat-tkabbir futur tal-UE bl-appoġġ tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC), li tinvolvi l-estensjoni tal-EUSEC RD Congo għal disa' xhur, sat-30 ta' Ġunju 2015, biex tiġi implimentata t-transizzjoni finali tagħha bl-għan li jiġu trasferiti l-kompiti tagħha.

(3)

L-EUSEC RD Congo ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/565/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Mandat

Il-missjoni għandha timmira, b'kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib mal-atturi oħrajn tal-komunità internazzjonali, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-MONUSCO, u waqt li ssegwi l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, li tipprovdi appoġġ konkret fil-qasam tar-RSS, waqt li jinħolqu l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni fuq perijodu qasir u medju ta' attivitajiet u proġetti bbażati fuq il-linji gwida adottati mill-awtoritajiet Kongoliżi fil-pjan tar-riforma tal-FARDC kif imniżżla fil-programm ta' azzjoni tal-missjoni, inklużi:

(a)

iż-żamma tal-appoġġ f'livell strateġiku filwaqt li jiġu integrati attivitajiet relatati mal-kampanja kontra l-impunità fl-oqsma tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-vjolenza sesswali;

(b)

iż-żamma tal-appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-amministrazzjoni u l-introduzzjoni ta' sistema ta' ġestjoni tar-riżorsi umani bbażata fuq il-ħidma li għaddejja biex titjieb l-awtonomija tal-proċess;

(c)

it-titjib tal-kapaċitajiet operazzjonijiet tal-FARDC, billi ssir ħidma mal-awtoritajiet militari lejn is-sostenibbiltà tas-sistema tal-edukazzjoni militari, li tiffoka fuq skejjel għall-uffiċjali u uffiċjali mhux kummissjonati.”

;

(2)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   EUSEC RD Congo għandha tkun strutturata f'konformità mad-dokumenti ta' ppjanar tagħha.”

;

(3)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jitħassar;

(4)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011 għandu jkun ta' EUR 12 600 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2011 sat-30 ta' Settembru 2012 għandu jkun ta' EUR 13 600 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 għandu jkun ta' EUR 11 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014 għandu jkun ta' EUR 8 455 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun ta' EUR 4 600 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku mill-EUSEC RD Congo għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija mill-EUSEC RD Congo. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-missjoni tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri, il-pajjiż ospitanti, Stati terzi parteċipanti u atturi internazzjonali oħra fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u siti lill-EUSEC RD Congo.

3.   L-EUSEC RD Congo għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-missjoni. Għal dan il-għan, EUSEC RD Congo għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni.

4.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-EUSEC RD Congo u l-persunal tagħha, l-EUSEC RD Congo għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-1 ta' Ottubru 2013, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni relatata ma' kondotta ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għalihom il-Kap tal-Missjoni għandu jġorr ir-responsabbiltà.

5.   L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 5 u 7 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-EUSEC RD Congo, inkluż il-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha.

6.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.”

;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Ċellula ta' Proġetti

1.   L-EUSEC RD Congo għandu jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. L-EUSEC RD Congo għandha, kif adatt, tiffaċilita u tipprovdi konsulenza dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u l-Istati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal-EUSEC RD Congo u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.

2.   Soġġett għal paragrafu 3, l-EUSEC RD Congo għandha tkun awtorizzata li tagħmel rikors għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew Stati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b'mod konsistenti l-azzjonijiet l-oħra tal-EUSEC RD Congo, jekk il-proġett ikun:

(a)

previst fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din id-Deċiżjoni; jew

(b)

integrat matul il-mandat permezz ta' modifika tad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

L-EUSEC RD Congo għandha tikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, tkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-EUSEC RD Congo fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati li jikkontribwixxu ma jistgħu f'ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet mill-EUSEC RD Congo fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati terzi għaċ-Ċellula ta' Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni tal-KPS.”

;

(6)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċi'joni, kif xieraq u skont il-ħtiġijiet tal-missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell ‘CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL’ iġġenerati għall-finijiet tal-missjoni, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (*).

(*)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).”"

;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll l-abbiltà li jikkonkludi arranġamenti msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għal persuni mpoġġijin taħt l-awtorità tiegħu/tagħha u/jew il-Kap tal-Missjoni.”

;

(7)

fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2015.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/565/PESK tal-Kunsill tal-21 ta' Settembru 2010 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (ĠU L 248, 22.9.2010, p. 59).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/468/PESK tat-23 ta' Settembru 2013 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (ĠU L 252, 24.9.2013, p. 29).