ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
2014/497/UE |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 798/2014
tat-23 ta' Lulju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (1) (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 183 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat. |
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li tali Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
121,8 |
0 |
AR |
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
131,2 143,0 |
0 0 |
AR BR |
0207 14 10 |
Qatgħat mingħajr għadam ta' sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
293,6 220,0 326,7 244,2 |
2 24 0 17 |
AR BR CL TH |
0207 14 60 |
Koxox tat-tiġieġ, iffriżati |
122,7 |
6 |
BR |
0207 27 10 |
Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjani, iffriżati |
344,2 310,2 |
0 0 |
BR CL |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedak u tiġieġ |
251,6 |
11 |
BR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 799/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
li jistabbilixxi mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 54(8) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna stabbilit mill-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 flimkien mar-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, jikkostitwixxu qafas għal finanzjament tal-Unjoni biex jiġi sostnut l-iżvilupp taż-żona tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jesiġi lill-Istati Membri biex jissottomettu rapport ta' implimentazzjoni annwali lill-Kummissjoni għal kull programm nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jissottomettu wkoll rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom sal-aħħar tal-2023. Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni hija konsistenti u kumparabbli, huwa neċessarju li jiġi stabbilit mudell għar-rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali. |
(3) |
Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament. |
(5) |
Id-Danimarka la hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u lanqas b'dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat “għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna”. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni
Il-mudell għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali huwa stabbilit fl-Anness.
Huma jiġu sottomessi lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika stabbilita mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 (2).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema ta' skambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)
ANNESS
MUDELL GĦAL RAPPORTI TA' IMPLIMENTAZZJONI ANNWALI U FINALI
TAQSIMA 1:
Objettivi tal-programm (l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Objettiv speċifiku (kif stabbilit fir-Regolamenti Speċifiċi): ipprovdi sommarju tal-progress li sar waqt l-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-ksib tal-objettivi nazzjonali tul is-sena finanzjarja.
Ipprovdi kull tibdil fl-istrateġija jew fl-objettivi nazzjonali jew kull fatturi li jistgħu jwasslu għal tibdil fil-futur.
Stabbilixxi kull kwistjoni sinifikanti li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm nazzjonali.
Objettiv nazzjonali : elenka l-azzjonijiet ewlenin sostnuti u mwettqa tul is-sena finanzjarja, suċċessi u problemi identifikati (u solvuti).
Azzjoni speċifika (kif stabbilita fir-Regolamenti Speċifiċi): elenka l-azzjonijiet ewlenin sostnuti u mwettqa tul is-sena finanzjarja, suċċessi u problemi identifikati (u solvuti).
L-informazzjoni fil-kaxxi għandha tkun kompleta minnha nfisha u ma tistax tirreferi għal informazzjoni f'ebda dokument mehmuż jew ikun fiha hyperlinks.
OBJETTIV SPEĊIFIKU N: titolu |
|
Objettiv nazzjonali n: titolu |
|
Objettiv nazzjonali n: titolu |
|
Rappurtar dwar l-iskeda indikattiva
Indika kull tibdil fl-iskeda indikattiva kif stabbilit fil-programm nazzjonali.
Skeda indikattiva
|
Isem l-azzjoni |
Bidu tal-ippjanar |
Bidu tal-implimentazzjoni |
Għeluq |
Objettiv speċifiku n: titolu |
||||
Objettiv nazzjonali n: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TAQSIMA 2
Każijiet speċjali
Ipprovdi r-riżultati (numri għal kull kategorija) tal-eżerċizzju ta' pleġġjar
Pjan ta' pleġġjar |
|||
Kategoriji |
Perjodu ta' pleġġjar |
Perjodu ta' pleġġjar |
Perjodu ta' pleġġjar |
|
|
|
|
Total |
|
|
|
TAQSIMA 3
Indikaturi komuni u indikaturi speċifiċi għall-programm (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi d-dejta għal kull indikatur għas-sena finanzjarja rispettiva.
ID tal-indikatur |
Deskrizzjoni tal-indikatur |
Unità ta' kejl |
Valur bażi |
Valur immirat |
Sors tad-dejta |
Sena finanzjarja n |
Sena finanzjarja n + 1 |
Total kumulattiv |
OBJETTIV SPEĊIFIKU: n: titolu |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ipprovdi spjegazzjoni ta' kull indikazzjoni li jista' jkollha impatt sinifikanti fuq il-ksib ta' kull mira, b'mod partikolari nuqqas ta' progress.
|
Għal kull sena finanzjarja, dokument jista' jiġi mehmuż biex jispjega nuqqas ta' progress sinifikanti jew il-potenzjal biex tinqabeż il-mira ta' wieħed jew aktar indikaturi.
TAQSIMA 4
Qafas għall-implimentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru
4.1. Il-Kumitat ta' Monitoraġġ (l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi lista tad-deċiżjonijiet ewlenin meħuda u kwistjonijiet pendenti quddiem il-kumitat ta' monitoraġġ.
|
4.2. Qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Miżuri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni meħuda mill-Awtorità Responsabbli, inklużi arranġamenti għall-ġbir tad-dejta, attivitajiet ta' evalwazzjoni, diffikultajiet affaċċjati u l-passi meħuda biex jissolvew.
|
4.3 L-involviment ta' sħubija fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm nazzjonali (l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-kontribut ewlieni u l-opinjonijiet imressqa mill-imsieħba matul is-sena finanzjarja.
|
4.4 Informazzjoni u pubbliċità (l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014):
Ipprovdi link għas-sit elettroniku tal-programm.
Ipprovdi lista tal-attivitajiet ewlenin ta' informazzjoni u pubbliċità mwettqa tul is-sena finanzjarja. Eżempji ta' materjal għandhom jiġu mehmuża.
|
4.5 Komplementarjetà ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni (l-Artikolu 14(2)(e) u 14(5)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet u l-konsultazzjonijiet ewlenin li ġew imwettqa biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni, prinċipalment dawn li ġejjin:
— |
Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd); |
— |
Fondi u programmi oħrajn tal-UE (pereż. il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Programm Kulturali, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni); |
— |
Strumenti dwar ir-relazzjonijiet esterni tal-UE (pereż. Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, l-Istrument għall-Istabbiltà), sa fejn azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom huma kkonċernati. |
|
4.6. Għotja diretta
Ipprovdi ġustifikazzjoni għal kull okkażjoni fejn ġiet imwettqa għotja diretta.
|
TAQSIMA 5
Ir-rapport finanzjarju (l-Artikolu 54(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
5.1. Rapport finanzjarju skont l-objettivi speċifiċi
Tabella
(f'EUR) |
|
Objettiv speċifiku: n titolu |
|
Objettiv nazzjonali n |
|
Subtotal ta' objettivi nazzjonali |
|
Azzjoni speċifika n |
|
Total 1 OS |
|
Objettiv nazzjonali n + 1 |
|
Subtotal ta' objettivi nazzjonali |
|
Azzjoni speċifika n + 1 |
|
Total n |
|
Każijiet speċjali |
|
Total ta' każijiet speċjali |
|
Assistenza teknika: (Massimu = ammont fiss + (Allokazzjoni totali) * 5 jew 5,5 % skont ir-Regolamenti Speċifiċi) |
|
TOTAL |
|
Implimentazzjoni tal-pjan ta' finanzjament tal-programm nazzjonali li jispeċifika l-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull sena finanzjarja
5.2. Pjan ta' finanzjament skont is-sena finanzjarja
Tabella
(f'EUR) |
||||||||
SENA |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
Total ipprogrammat |
|
|
|
|
|
|
|
|
Total impenjat |
|
|
|
|
|
|
|
|
5.3. Ġustifikazzjoni għal kull devjazzjoni mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolament Speċifiku.
(Meħtieġa biss jekk is-sitwazzjoni mhix l-istess bħal dik fil-programm nazzjonali approvat, l-Artikolu 14(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi.
|
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 800/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
li jistabbilixxi proċeduri ta' rappurtar u arranġamenti prattiċi oħrajn dwar il-finanzjament ta' sostenn operattiv skont programmi nazzjonali u fil-qafas tal-Iskema ta' Transitu Speċjali skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(6) u 11(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) huwa applikabbli għall-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża. Għalhekk kull regolament delegat u ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottat abbażi tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 huwa applikabbli għall-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża. |
(2) |
Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 (3) u Nru 799/2014 (4) b'mod partikolari jistabbilixxu kundizzjonijiet u termini tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, mudelli għal programmi nazzjonali u mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali. |
(3) |
L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jippermetti lill-Istati Membri biex jallokaw sa 40 % tal-ammont mogħti skont l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża biex jiffinanzjaw sostenn operattiv lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għat-twettiq tal-karigi u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni. Qabel l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali, l-Istat Membru li jixtieq jiffinanzja sostenn operattiv skont il-programm nazzjonali tiegħu għandu jkun meħtieġ li jipprovdi informazzjoni speċifika partikolarment biex jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. Bl-istess mod, rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali skont sostenn operattiv għandhom jiġu stabbiliti. |
(4) |
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jalloka riżorsi lil-Litwanja bħala sostenn operattiv speċifiku addizzjonali fil-kuntest tal-Iskema ta' Transitu Speċjali bejn il-Litwanja u l-Kummissjoni. Il-Litwanja għandha tkun meħtieġa li tipprovdi informazzjoni speċifika f'dak ir-rigward partikolarment sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-eliġibbiltà tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 li l-Litwanja tippjana li timponi taħt l-istrument. Bl-istess mod, rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali dwar sostenn operattiv għall-Iskema ta' Transitu Speċjali għandhom jiġu stabbiliti. |
(5) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, skont l-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk tkunx se timplimenta dan ir-Regolament fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(6) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen skont il-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta' Schengen (5) li jaqa' fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6). |
(7) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat b'mod konġunt mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
(8) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, skont il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9) li jaqa' fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat konġuntement mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
(9) |
Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-“Kumitat għall-Fondi għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna.” |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Arranġamenti prattiċi dwar sostenn operattiv iffinanzjat skont il-programm nazzjonali u skont l-Iskema ta' Transitu Speċjali
1. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jitlob sostenn operattiv skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni elenkata fl-Anness I ta' dan ir-Regolament minbarra dawk meħtieġa fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014.
L-Istat Membru jipprovdi wkoll lill-Kummissjoni b'formola tal-ippjanar indikattiva mfassla skont il-mudell stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
2. Jekk il-Litwanja tiddeċiedi li tagħmel użu mis-sostenn operattiv disponibbli għall-Iskema ta' Transitu Speċjali skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni elenkata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament minbarra dawk meħtieġa fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014.
3. L-informazzjoni u l-formoli msemmija f'dan l-Artikolu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika stabbilita permezz tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014.
Artikolu 2
Arranġamenti prattiċi dwar sostenn operattiv iffinanzjat skont il-programm nazzjonali u skont l-Iskema ta' Transitu Speċjali
1. Meta s-sostenn operattiv huwa ffinanzjat skont il-programm nazzjonali, l-Istat Membru kkonċernat jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tiegħu fir-rapport ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 imfassal mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 799/2014.
Barra minn hekk, meta jissottometti r-rapport ta' Implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Istat Membru jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
2. Meta s-sostenn operattiv għall-Iskema ta' Transitu Speċjali huwa ffinanzjat taħt il-programm nazzjonali tal-Litwanja, għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tagħha fir-rapport ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 imfassal mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 799/2014.
Barra minn hekk, meta tissottometti r-rapport tagħha ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, il-Litwanja tipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.
3. L-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu tinbagħat lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika stabbilita permezz tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi (ĠU, L 150, 20.5.2014, p. 112)
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi (ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 799/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi (ara paġna 4 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176,10.7.1999, p. 31)
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19)
ANNESS I
IPPROGRAMMAR TA' SOSTENN OPERATTIV SKONT IL-PROGRAMM NAZZJONALI
Kull Stat Membru għandu jikkonferma l-konformità tiegħu mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 meta sostenn operattiv huwa inkluż fil-programm nazzjonali.
Objettiv nazzjonali: jipprovdi indikazzjoni ġenerali għall-użu ta' Sostenn Operattiv, inklużi objettivi u miri li għandhom jintlaħqu kif ukoll indikazzjoni tas-servizzi u l-kompiti li se jiġu ffinanzjati skont il-mekkaniżmu ta' Sostenn Operattiv.
Barra minn hekk, meta l-programm nazzjonali jinkludi sostenn operattiv ta' Viża jew Fruntieri, il-“Formola tal-ippjanar indikattiva” għandha timtela u tinhemeż. Il-“Formola tal-ippjanar indikattiva” mhux se tagħmel parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali.
OBJETTIV SPEĊIFIKU: Sostenn Operattiv/Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 |
|
|
Objettiv Nazzjonali: Sostenn operattiv għall-VIŻA |
|
Objettiv Nazzjonali: Sostenn Operattiv għall-Fruntieri |
|
ANNESS II
FORMOLA TAL-IPPJANAR INDIKATTIVA GĦAL SOSTENN OPERATTIV SKONT IL-PROGRAMM NAZZJONALI
Din il-formola mhux se tagħmel parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali.
Għal kull tip ta' sostenn operattiv (viża jew fruntieri) ipprovdi:
(i) |
Lista indikattiva ta' benefiċjarju:
Żid iktar ringieli kif meħtieġ. |
(ii) |
lista indikattiva ta' kompiti: iddeskrivi t-tipi ewlenin ta' kompiti mwettqa mill-benefiċjarju fir-rigward ta':
Il-kompiti għandhom ikunu aggregati permezz ta' pożizzjoni ġeografika fejn huma jkunu se jiġu mwettqa (pereż. il-Konsulat Ġenerali fil-Bejġing jew il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jew il-fruntiera Slovakkja-Ukraina). Sa fejn ikun possibbli pprovdi t-taqsima tal-fruntiera għal kull kompitu deskritt skont is-sostenn operattiv għall-fruntieri. |
(iii) |
għadd indikattiv ta' persunal:Jekk applikabbli, jekk jogħġbok indika l-għadd ta' persunal ikkonċernat u mistenni li jkun sostnut għal kull benefiċjarju u kompitu (bħala ekwivalenti full-time għad-dewmien totali tas-sostenn operattiv. |
(iv) |
tqassim indikattiv tal-baġit skont it-tip ta' benefiċjarju fil-kategoriji ta' kostijiet li ġejjin:
|
Formola tal-Ippjanar Indikattiva I: Sostenn operattiv għall-VIŻA |
||||||
Parti I.1: Lista indikattiva ta' kompiti |
||||||
Kompiti |
Benefiċjarju |
Persunal |
||||
|
||||||
1.1 |
|
|
||||
1.n |
|
|
||||
|
||||||
2.1 |
|
|
||||
2.n |
|
|
||||
Parti I.2: Tqassim indikattiv tal-baġit |
Total għal kull benefiċjarju |
|||||
Benefiċjarju: |
|
|||||
1.1 |
kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ |
|
||||
1.2 |
kostijiet tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija |
|
||||
1.3 |
titjib/tibdil ta' tagħmir |
|
||||
1.4 |
proprjetà immobbli (deprezzament, rinnovament) |
|
||||
1.5 |
Sistemi tal-IT (ġestjoni operattiva tal-VIS, SIS, u sistemi ġodda tal-IT, kiri u rinnovament ta' bini, infrastruttura ta' komunikazzjoni u sigurtà) |
|
||||
1.6 |
Operazzjonijiet (kostijiet mhux koperti mill-kategoriji preċedenti ta' hawn fuq) |
|
||||
Total: |
|
Formola tal-Ippjanar Indikattiva II: Sostenn operattiv għall-Fruntieri |
||||||||
Parti II.1: Lista indikattiva ta' kompiti |
||||||||
Kompitu |
Benefiċjarju |
Persunal |
||||||
|
||||||||
1.1 |
|
|
|
|||||
1.n |
|
|
|
|||||
|
||||||||
2.1 |
|
|
|
|||||
2.n |
|
|
|
|||||
|
||||||||
3.1 |
|
|
|
|||||
3.n |
|
|
|
|||||
|
||||||||
4.1 |
|
|
|
|||||
4.n |
|
|
|
|||||
Parti II.2: Tqassim indikattiv tal-baġit |
Total għal kull benefiċjarju |
|||||||
|
|
|||||||
1.1 |
kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ |
|
||||||
1.2 |
kostijiet tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija |
|
||||||
1.3 |
titjib/tibdil ta' tagħmir |
|
||||||
1.4 |
proprjetà immobbli (deprezzament, rinnovament) |
|
||||||
1.5 |
Sistemi tal-IT (ġestjoni operattiva tal-VIS, SIS, u sistemi ġodda tal-IT, kiri u rinnovament ta' bini, infrastruttura ta' komunikazzjoni u sigurtà) |
|
||||||
1.6 |
Operazzjonijiet (kostijiet mhux koperti mill-kategoriji preċedenti ta' hawn fuq) |
|
||||||
Total: |
|
ANNESS III
IPPROGRAMMAR TA' SOSTENN OPERATTIV SKONT L-ISKEMA TA' TRANSITU SPEĊJALI
Sostenn operattiv għall-Iskema ta' Transitu Speċjali (il-Litwanja): ipprovdi l-istrateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Transitu Speċjali, ir-rekwiżiti minn din l-istrateġija u l-objettivi nazzjonali mfassla biex jilħqu dawn ir-rekwiżiti. Ipprovdi r-riżultati u l-eżitu mixtieq ma' din l-istrateġija.
Tipi ta' kostijiet addizzjonali: ipprovdi indikazzjoni tat-tipi ta' kostijiet addizzjonali li għandhom ikunu sostnuti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Transitu Speċjali.
Każ Speċjali: Sostenn Operattiv għall-Iskema ta' Transitu Speċjali (il-Litwanja) |
|
Tipi ta' kostijiet addizzjonali |
|
ANNESS IV
RAPPORTAR DWAR SOSTENN OPERATTIV
Sommarju: Ipprovdi sommarju tal-progress magħmul fl-implimentazzjoni ta' sostenn operattiv tul is-sena finanzjarja fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-linja bażi, l-objettivi u l-miri milħuqa.
Azzjonijiet: Elenka l-azzjonijiet ewlenin imwettqa tul is-sena finanzjarja, suċċessi u problemi identifikati (u solvuti).
OBJETTIV SPEĊIFIKU: Sommarju ta' sostenn operattiv |
|
Sostenn operattiv għall-azzjonijiet tal-VIŻA |
|
Sostenn operattiv għall-Fruntieri |
|
ANNESS V
RAPPURTAR DWAR SOSTENN OPERATTIV SKONT L-ISKEMA TA' TRANSITU SPEĊJALI (STS)
Skema ta' Transitu Speċjali (kif stabbilita fir-Regolamenti Speċifiċi): tipprovdi ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni tal-STS.
Ipprovdi kull tibdil għall-objettivi nazzjonali jew ta' strateġija jew kull fattur li jista' jwassal għal tibdil fil-futur.
Stabbilixxi kull kwistjoni sinifikanti li taffettwa l-prestazzjoni tal-STS.
— |
Objettivi nazzjonali: Elenka l-azzjonijiet ewlenin imwettqa tul is-sena, suċċessi u problemi identifikati (u solvuti). |
OBJETTIV SPEĊIFIKU: Sostenn operattiv għas-sommarju tal-Iskema ta' Transitu Speċjali (il-Litwanja) |
|
Objettiv nazzjonali: Azzjonijiet tal-STS |
|
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 801/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
li jistabbilixxi l-iskeda taż-żmien u kundizzjonijiet oħra ta' implimentazzjoni relatati mal-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tar-riżorsi għall-Programm ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-Fond tal-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond tal-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1), b'mod partikolari l-Artikolu 17(8) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat inkarigat mill-Fond tal-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna, imwaqqaf mill-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (2),
Billi:
(1) |
Minbarra l-ammonti allokati skont l-Artikolu 15(1)(a) tar- Regolament (UE) Nru 516/2014, l-Istati Membri jirċievu ammont addizzjonali, kull sentejn, għal kull persuna risistemata. |
(2) |
Il-perjodi li jridu jitqiesu għall-kalkolu tal-ammont addizzjonali għandhom jiġu speċifikati. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti tliet perjodi ta' risistemazzjoni, li għal kull wieħed minnhom Stat Membru jista' jiġi allokat ammont addizzjonali. |
(3) |
Jekk, fl-2017, ikun jidher li hemm bżonn li tiġi prevista reviżjoni fl-2019 tal-prijoritajiet komuni ta' risistemazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, it-tielet perjodu ta' risistemazzjoni li jkopri mill-2018 sal-2020 jista' jiġi limitat għas-snin 2018 u 2019. Jekk jiġri hekk, dan ir-Regolament se jiġi emendat sabiex jipprevedi perjodu ta' risistemazzjoni addizzjonali għas-sena 2020. |
(4) |
Sabiex il-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammont addizzjonali li għandu jiġi allokat fir-rigward tar-risistemazzjoni fi kwalunkwe perjodu ta' risistemazzjoni, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni stima tan-numru ta' persuni li jkun qed jippjana li jirrisistema matul dak il-perjodu. L-istima għandha tiġi sottomessa permezz tas-sistema ta' skambju tad-dejta elettronika stabbilita mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 (3). |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 jipprevedi li l-ammonti addizzjonali għar-risistemazzjoni għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Għalhekk, għall-perjodu ta' risistemazzjoni li jkopri s-snin 2014 u 2015, il-programmi nazzjonali li jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għandhom jinkludu stima tan-numru ta' persuni li l-Istat Membru jkun qed jippjana li jirrisistema matul dak il-perjodu. Għall-perjodi ta' risistemazzjoni l-oħrajn, kull Stat Membru għandu jippreżenta stima sal-15 ta' Settembru tas-sena ta' qabel il-perjodu ta' risistemazzjoni kkonċernat. |
(6) |
L-ammont addizzjonali għar-risistemazzjoni allokat lil kull Stat Membru huwa bbażat fuq stima tan-numru ta' persuni li huwa jkun qed jippjana li jirrisistema. Sabiex jibbenefikaw mill-ħlas tal-ammont addizzjonali, il-persuni kkonċernati jridu jkunu ġew effettivament risistemati mill-bidu tal-perjodu kkonċernat u sa sitt xhur wara t-tmiem ta' dak il-perjodu. |
(7) |
Sabiex jingħataw l-ammont addizzjonali, li huwa bbażat fuq somma f'daqqa għal kull persuna risistemata, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni n-numru ta' persuni li jikkwalifikaw għall-ħlas. Huma għandhom iżommu evidenza ta' dawn il-persuni li jikkwalifikaw għall-ħlas. |
(8) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament. |
(9) |
Id-Danimarka la hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 u lanqas b'dan ir-Regolament. |
(10) |
Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Allokazzjoni ta' ammont addizzjonali għall-persuni risistemati
1. Sabiex jiġi allokat ammont addizzjonali għall-persuni risistemati kif previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, kull Stat Membru jipprovdi lill-Kummissjoni bi stima tan-numru ta' persuni li jkun qed jippjana li jirrisistema fi kwalunkwe wieħed mill-perjodi li ġejjin:
(a) |
is-snin 2014 u 2015, |
(b) |
is-snin 2016 u 2017, |
(c) |
is-snin 2018, 2019 u 2020, |
2. L-istimi jinkludu n-numru ta' persuni li jaqgħu taħt xi kategorija prijoritarja u taħt xi grupp ta' persuni definiti fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014. L-istimi jiġu sottomessi permezz tas-sistema ta' skambju tad-dejta elettronika stabbilita mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014, kif ġej:
(a) |
l-istima għas-snin 2014 u 2015 tiġi inkluża fil-programm nazzjonali tal-Istat Membru ppreżentat f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; |
(b) |
l-istima għas-snin 2016 u 2017 tiġi sottomessa sal-15 ta' Settembru 2015; |
(c) |
l-istima għall-perjodu li jkopri mill-2018 sal-2020 tiġi sottomessa sal-15 ta' Settembru 2017. |
3. Il-Kummissjoni teżamina l-istimi u tiddeċiedi, mill-aktar fis possibbli, dwar l-ammonti addizzjonali li għandhom jiġu allokati għal kull Stat Membru, kif stipulat fl-Artikolu 17(9) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014.
Artikolu 2
Kwalifika għall-ammont addizzjonali għall-persuni risistemati u rappurtar
1. Sabiex jibbenefikaw mill-ammont addizzjonali, il-persuni kkonċernati jridu jkunu ġew effettivament risistemati mill-bidu tal-perjodu kkonċernat u sa sitt xhur wara t-tmiem ta' dak il-perjodu.
L-Istati Membri jżommu l-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista' ssir identifikazzjoni xierqa tal-persuni risistemati u tad-data tar-risistemazzjoni tagħhom.
Fir-rigward tal-persuni li jaqgħu taħt xi kategorija prijoritarja u taħt xi grupp ta' persuni msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, l-Istati Membri jżommu wkoll evidenza li tipprova li dawn jappartjenu għall-kategorija ta' prijorità jew għal grupp ta' persuni rilevanti.
2. Kull Stat Membru li jkun ġie allokat ammont addizzjonali għar-risistemazzjoni, iniżżel fil-kontijiet annwali previsti fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, in-numru ta' persuni risistemati li jikkwalifikaw għall-ammont addizzjonali, li jinkludu n-numru ta' persuni li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji prijoritarji u taħt wieħed mill-gruppi ta' persuni definiti fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014. Kull persuna risistemata tista' tingħadd darba biss.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għall-programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet ta' sistema ta' skambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 802/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi (1), b'mod partikolari l-Artikoli 14(4) u 24(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 flimkien mar-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, jikkostitwixxu qafas għal finanzjament tal-Unjoni biex jiġi sostnut l-iżvilupp taż-żona tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jesiġi lil kull Stat Membru biex jipproponi programm nazzjonali pluriennali. Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni hija konsistenti u kumparabbli, huwa neċessarju li jiġi stabbilit mudell li l-programm nazzjonali għandu jimxi fuqu. |
(3) |
Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 l-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jitwettqu permezz ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet li s-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika għandha tikkonforma magħhom. Sabiex ikunu kosteffikaċi u jiżguraw koerenza ġenerali mal-ġestjoni konġunta ta' Fondi tal-Unjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika huma l-istess, sa fejn ikun possibbli, bħal dawk previsti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 (2). |
(4) |
Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni skambjata, u biex is-sistema tal-iskambju tal-informazzjoni ssir eħfef u iktar utli, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti bażiċi dwar il-forma u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata. |
(5) |
Prinċipji u regoli għandhom jiġu stabbiliti dwar l-identifikazzjoni tal-parti responsabbli biex ittella' d-dokumenti fis-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika u biex taġġorna dawn id-dokumenti. |
(6) |
Karatteristiċi tekniċi għal sistema effiċjenti ta' skambju elettroniku għandhom jiġu stabbiliti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u l-Kummissjoni. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jistgħu jkomplu l-iskambju ta' informazzjoni f'każijiet ta' force majeure li jxekklu l-użu tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika, mezzi alternattivi biex jikkodifikaw u jittrasferixxu d-dejta meħtieġa li tiġi speċifikata. |
(8) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li t-trasferiment tad-dejta permezz tas-sistema tal-skambju tad-dejta elettronika jitwettaq b'mod sigur li jiżgura d-disponibbiltà, l-integrità, l-awtentiċità, il-konfidenzjalità u n-nonripudju tal-informazzjoni. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar is-sigurtà. |
(9) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. B'hekk dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u prinċipji. Dwar dejta personali pproċessata mill-Istati Membri, tapplika d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Rigward l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-moviment liberu ta' tali dejta, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(11) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament. |
(12) |
Id-Danimarka la hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u lanqas b'dan ir-Regolament. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat “għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna”. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mudelli għal programmi nazzjonali
Il-mudell għal programmi nazzjonali huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
L-istabbiliment ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika
Il-Kummissjoni tistabbilixxi sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika għall-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “SFC2014”)
Artikolu 3
Il-kontenut ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika
1. L-SFC2014 jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli, l-formati u l-formoli stabbiliti skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
2. L-informazzjoni mogħtija fil-formoli elettroniċi integrati fl-SFC2014 (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “dejta strutturata”) ma tiġix sostitwita b'dejta mhux strutturata, inkluż l-użu ta' hyperlinks jew tipi oħra ta' dejta mhux strutturata bħal tehmiż ta' dokumenti jew immaġnijiet. Meta Stat Membru jittrażmetti l-istess informazzjoni f'forma ta' dejta strutturata u dejta mhux strutturata, id-dejta strutturata tintuża fil-każ ta' inkonsistenzi.
Artikolu 4
L-operat tal-SFC2014
1. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 se jdaħħlu fl-SFC2014 l-informazzjoni għat-trażmissjoni li għaliha huma responsabbli, u kull aġġornament fuqha.
2. Kull trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni għandha tiġi vverifikata u sottomessa minn persuna oħra għajr il-persuna li daħħlet id-dejta għal din it-trażmissjoni. Din is-separazzjoni ta' kompiti għandha tkun sostnuta mill-SFC2014 jew permezz tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-informazzjoni tal-Istat Membru li jkunu konnessi awtomatikament mal-SFC2014.
3. L-Istati Membri se jinnominaw, fil-livell nazzjonali jew reġjonali jew fit-tnejn li huma, persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni ta' drittijiet ta' aċċess għall-SFC2014. Dawn il-persuni se jwettqu l-kompiti li ġejjin:
(a) |
jidentifikaw lill-utenti li jitolbu aċċess, filwaqt li jiżguraw li dawn l-utenti huma impjegati mill-organizzazzjoni; |
(b) |
jinfurmaw lill-utenti dwar l-obbligi tagħhom biex tinżamm is-sigurtà tas-sistema; |
(c) |
jivverifikaw l-intitolament tal-utenti għal-livell ta' privileġġ meħtieġ fir-rigward tal-kompiti tagħhom u l-pożizzjoni ġerarkika tagħhom; |
(d) |
jitolbu t-terminazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess meta dawn id-drittijiet ta' aċċess ma jkunux għadhom meħtieġa jew iġġustifikati; |
(e) |
jirrappurtaw minnufih avvenimenti suspettużi li jistgħu jxekklu s-sigurtà tas-sistema; |
(f) |
jiżguraw l-eżattezza kontinwa tad-dejta tal-identifikazzjoni tal-utent billi jirrappurtaw kull tibdil; |
(g) |
jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta u l-kunfidenzjalità kummerċjali skont ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni; kif ukoll |
(h) |
jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull tibdil li jaffettwa l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew tal-utenti tal-SFC2014 milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew il-kapaċità personali tagħhom milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija f'punti (a) sa (g). |
4. L-iskambji tad-dejta u t-tranżazzjonijiet se jkollhom fuqhom firma elettronika obbligatorja skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrikonoxxu l-effikaċja u l-ammissibilità ġuridika tal-firma elettronika użata fl-SFC2014 bħala evidenza fi proċedimenti ġuridiċi.
5. Informazzjoni pproċessata permezz tal-SFC2014 tirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza tad-dejta personali għal individwi u l-kunfidenzjalità kummerċjali għal entitajiet ġuridiċi skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Karatteristiċi tal-SFC2014
Sabiex jiġi żgurat l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni, l-SFC2014 jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:
(a) |
forom interattivi jew formoli mimlija minn qabel mis-sistema abbażi tad-dejta diġà rreġistrata qabel fis-sistema; |
(b) |
kalkoli awtomatiċi, fejn dawn inaqqsu l-isforz tal-utenti biex jikkodifikaw; |
(c) |
kontrolli integrati awtomatiċi li jivverifikaw il-konsistenza interna tad-dejta trażmessa u l-konsistenza ta' din id-dejta mar-regoli applikabbli; |
(d) |
avviżi maħluqa mis-sistema SFC2014 li jwissu lill-utent li ċerti azzjonijiet jistgħu jew ma jistgħux jitwettqu; |
(e) |
monitoraġġ onlajn tal-istatus tat-trattament ta' informazzjoni mdaħħla fis-sistema; kif ukoll |
(f) |
disponibbiltà ta' dejta storika rigward l-informazzjoni kollha mdaħħla għal programm nazzjonali. |
Artikolu 6
Trażmissjoni ta' dejta permezz tal-SFC2014
1. L-SFC2014 għandha tkun aċċessibbli għall-Istati Membri u l-Kummissjoni jew direttament permezz ta' interfaċċa interattiva għall-utent (jiġifieri, applikazzjoni fuq l-Internet) jew permezz ta' interfaċċa teknika bl-użu ta' protokolli definiti minn qabel (jiġifieri, servizzi tal-Internet) li tippermetti s-sinkronizzazzjoni awtomatika u t-trażmissjoni ta' dejta bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-Istati Membriu u l-SFC2014.
2. Id-data ta' trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u viċi versa titqies bħala d-data tas-sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.
3. F'każ ta' force majeure, funzjonament ħażin tal-SFC2014 jew nuqqas ta' konnessjoni mal-SFC2014 għal aktar minn ġurnata tax-xogħol fl-aħħar ġimgħa qabel iż-żmien regolatorju għas-sottomissjoni ta' informazzjoni, jew ħamest ijiem tax-xogħol fi żminijiet oħra, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni jista' jsir f'forma stampata bl-użu ta' mudelli, formati u l-formoli msemmija fl-Artikolu 3(1).
Meta s-sistema ta' skambju elettroniku tieqaf taħdem ħażin, il-konnessjoni ma' dik is-sistema tiġi stabbilita mill-ġdid jew tieqaf il-kawża tal-force majeure, il-parti kkonċernata ddaħħal mingħajr dewmien l-informazzjoni li tkun intbagħtet diġà f'forma stampata fl-SFC2014.
4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, id-data ttimbrata mill-posta titqies bħala d-data ta' sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.
Artikolu 7
Sigurtà ta' dejta trażmessa permezz tal-SFC2014
1. Il-Kummissjoni tistabbilixxi politika ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “il-politika ta' sigurtà tal-SFC IT”) għall-SFC2014 applikabbli għall-persunal li jagħmel użu mill-SFC2014 skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006)3602 (8) u r-regoli tagħha ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha taħtar persuna jew persuni responsabbli biex jiddefinixxu, jżommu u jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-politika ta' sigurtà għall-SFC2014.
2. L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet Ewropej kollha għajr il-Kummissjoni, li rċevew drittijiet ta' aċċess għall-SFC2014, jħarsu t-termini u l-kundizzjonijiet ta' sigurtà tal-IT ppubblikati fil-portal tal-SFC2014 u l-miżuri li huma implimentati fl-SFC2014 mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata t-trażmissjoni ta' dejta, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jimplimentaw u jiżguraw l-effikaċja tal-miżuri ta' sigurtà adottati għall-protezzjoni tad-dejta li jkunu ħażnu u ttrażmettew permezz tal-SFC2014.
4. L-Istati Membri jadottaw politiki ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali li jkopru l-aċċess għall-SFC2014 u d-dħul awtomatiku ta' dejta fihom, billi jiżguraw sett minimu ta' rekwiżiti ta' sigurtà. Dawn il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jistgħu jirreferu għal dokumenti oħra ta' sigurtà. Kull Stat Membru jiżgura li dawn il-politiki ta' sigurtà tal-IT japplikaw għall-awtoritajiet kollha li jagħmlu użu mill-SFC2014.
5. Dawn il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jinkludu:
(a) |
l-aspetti ta' sigurtà tal-IT tal-ħidma mwettqa mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, meta taħdem/jaħdmu direttament fl-SFC2014 u |
(b) |
Il-miżuri ta' sigurtà tal-IT għal dawn is-sistemi tal-informatika lokali, reġjonali jew nazzjonali mqabbda ma' SFC2014 permezz ta' interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, jiġu koperti l-aspetti ta' sigurtà tal-IT li ġejjin, kif xieraq:
|
6. Il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri deskritti jkunu proporzjonali mar-riskji identifikati.
7. Id-dokumenti li jistabbilixxu l-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jkunu disponibbli għall-Kummissjoni kull meta jintalbu.
8. L-Istati Membri se jaħtru, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, persuna jew persuni responsabbli biex iżommu u jiżguraw l-applikazzjoni tal-politiki tas-sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali. Dik il-persuna jew persuni taġixxi/jaġixxu bħala punt ta' kuntatt mal-persuna jew persuni maħtura mill-Kummissjoni u msemmija fil-paragrafu 1.
9. Kemm il-politika tas-sigurtà tal-IT tal-SFC kif ukoll il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali rilevanti jiġu aġġornati f'każ ta' bidliet teknoloġiċi, l-identifikazzjoni ta' theddid ġdid jew żviluppi oħra rilevanti. F'kull każ, huma jiġu riveduti fuq bażi annwali biex ikun żgurat li dawn ikomplu jipprovdu rispons xieraq.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għas-sostenn mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta' intervent għal sostenn mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali skont il-mira tal-kooperazzjoni Territorjali Ewropea. (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 7)
(3) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1)
(5) Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar qafas tal-Komunità għall-firem elettroniċi, ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.
(6) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37)
(7) Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11)
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 tas-16 ta' Awwissu 2006 dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.
ANNESSI
MUDELL GĦALL-PROGRAMM NAZZJONALI
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Identifikazzjoni u dettalji ta' kuntatt:
|
Isem l-awtorità: |
Il-Kap tal-awtorità |
L-indirizz |
L-indirizz tal-posta elettronika |
Id-data tal-ħatra |
L-attivitajiet delegati |
L-Awtorità Responsabbli |
|
|
|
|
|
|
L-Awtorità ta' Verifika |
|
|
|
|
|
|
L-Awtorità Delegata 1 |
|
|
|
|
|
|
L-Awtorità Delegata 2 |
|
|
|
|
|
|
L-Awtorità Delegata N (massimu ta' 10) |
|
|
|
|
|
|
Dokument mehmuż: notifika tal-ħatra b':
(a) |
diviżjoni prinċipali tar-responsabbiltajiet bejn l-unitajiet organizzattivi tagħha; |
(b) |
fejn xieraq, ir-relazzjoni tagħha mal-awtoritajiet delegati, l-attivitajiet li għandhom jiġu ddelegati, u l-proċeduri ewlenin għas-superviżjoni tal-attivitajiet delegati; kif ukoll |
(c) |
sommarju tal-proċeduri prinċipali għall-ipproċessar tal-pretensjonijiet finanzjarji mill-benefiċjarji u għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni tan-nefqa |
Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll prevista (l-Artikolu 14(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014).
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TAQSIMA 1
Sommarju Eżekuttiv
Ipprovdi sommarju ġenerali tal-programm kollu, b'enfasi fuq l-istrateġiji nazzjonali, l-objettivi u l-miri nazzjonali (ir-riżultati mixtieqa u r-riżultati).
|
TAQSIMA 2
Is-sitwazzjoni ta' referenza fl-Istat Membru (l-Artikolu 14(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Is-sitwazzjoni ta' referenza hija sommarju tal-istat attwali minn Diċembru 2013 fl-Istat Membru għall-oqsma relevanti għall-Fond. Din it-taqsima tinkludi:
— |
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni ta' referenza fl-Istat Membru, flimkien mal-informazzjoni fattwali neċessarja biex ir-rekwiżiti jiġu vvalutati korrettament; |
— |
analiżi tar-rekwiżiti fl-Istat Membru, inklużi l-kwistjonijiet ewlenin mir-riżultat tad-djalogu ta' politika; |
— |
il-miżuri meħuda s'issa, inklużi miżuri implimentati mal-eks-Fond għall-Affarijiet Interni; |
— |
valutazzjoni tal-ħtiġijiet nazzjonali, inklużi l-isfidi identifikati fl-evalwazzjonijiet rilevanti; kif ukoll |
— |
ir-riżorsi annwali indikattivi mill-baġit nazzjonali, imqassma skont l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-programmi nazzjonali. |
L-informazzjoni għandha tkun kompleta minnha nfisha u ma tistax tirreferi għal informazzjoni f'dokumenti mehmuża jew ikun fiha hyperlinks. Dokument jista' jiġi mehmuż b'dettalji addizzjonali.
Kwalunkwe dokument mehmuż mhux se jagħmel parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali msemmi fl-Artikolu 14(7) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.
|
TAQSIMA 3
L-Objettivi tal-Programm (l-Artikolu 14(2)(b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
L-informazzjoni fl-objettivi speċifiċi għandha tkun kompluta fiha nfusha u ma tistax tirreferi għal informazzjoni fi kwalunkwe dokument mehmuż jew ikun fiha hyperlinks.
Objettiv speċifiku (kif stabbilit fir-Regolamenti Speċifiċi): ipprovdi l-istrateġija xierqa, li tidentifika l-objettivi nazzjonali, inkluża deskrizzjoni ta' kif l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi huma koperti, sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti identifikati fis-sitwazzjoni ta' referenza.
Objettiv nazzjonali : ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-azzjonijiet ewlenin biex jinkiseb l-objettiv nazzjonali, bl-indikar pereżempju ta' dawk l-azzjonijiet li se jiġu appoġġati mill-programm nazzjonali (jiġifieri l-prijoritajiet ta' finanzjament), u bħala parti mid-deskrizzjoni jiġu pprovduti l-miri (ir-riżultati mixtieqa).
Azzjoni speċifika (kif stabbilita fir-Regolamenti Speċifiċi):
— |
Agħti deskrizzjoni ta' kif se titwettaq l-azzjoni, u ġustifikazzjoni għall-ammont allokat; |
— |
għal azzjonijiet konġunti (proġetti transnazzjonali), l-Istat Membru mexxej biss għandu jelenka l-Istati Membri parteċipanti, inkluż ir-rwol u l-kontribut finanzjarju possibbli tagħhom, jekk applikabbli; kif ukoll |
— |
l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiddeskrivu r-rwol u l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom, jekk applikabbli. |
OBJETTIV SPEĊIFIKU N: Titolu |
|
Objettiv nazzjonali n: titolu |
|
Azzjoni speċifika n: titolu |
|
Skeda ta' żmien indikattiva: għal kull objettiv nazzjonali daħħal it-tliet azzjonijiet ewlenin li għandhom jiġu appoġġati bil-programm nazzjonali. Għal kull azzjoni niżżel is-sena meta din tkun ippjanata (pereżempju s-sejħa għall-proposti), meta se tiġi implimentata (pereżempju kuntratti/l-għotjiet iffirmati), u meta l-azzjoni se tkun magħluqa jew titlesta (pereżempju r-rapport finali).
Skeda ta' żmien indikattiva
(l-Artikolu 14(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
|
Isem l-azzjoni |
Il-bidu tal-ippjanar |
L-istat ta' implimentazzjoni |
L-għeluq |
||
Objettiv speċifiku n: |
||||||
Objettiv nazzjonali n: |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
TAQSIMA 4
Każijiet speċjali
Fil-każ fejn il-programm nazzjonali jinkludi pleġġ, ipprovdi n-numri għal kull kategorija tal-perjodu għall-pleġġ rispettiv, fejn applikabbli.
Billi jimla l-pjan għall-pleġġ, l-Istat Membru jikkonferma li hemm impenn nazzjonali uffiċjali li jonora l-pleġġ matul il-perjodu għall-pleġġ rispettiv u li l-miżuri se jiġu mwettqa b'mod effettiv matul il-perjodu.
Il-pjan għal-pleġġ: ipprovdi ġustifikazzjoni għall-pleġġ, l-impenn uffiċjali li jiġi onorat il-pleġġ, skeda ta' żmien indikattiva, il-proċess tal-għażla u l-operazzjonijiet meħtieġa biex jitwettaq il-pleġġ.
Il-pjan tal-pleġġ |
|||
|
|||
Il-kategoriji |
Il-perjodu ta' pleġġ |
Il-perjodu ta' pleġġ |
Il-perjodu ta' pleġġ |
|
|
|
|
Total |
|
|
|
TAQSIMA 5
Indikaturi komuni u indikaturi speċifiċi għall-programm (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Indikatur komuni (kif stabbilit fir-Regolamenti Speċifiċi): għal kull objettiv speċifiku segwit ipprovdi l-valur mira għal kull indikatur komuni u s-sors tad-dejta (pereżempju r-rapporti tal-proġetti).
Fil-każ fejn il-programm nazzjonali jinkludi indikaturi speċifiċi għall-programm ipprovdi: il-link għall-objettiv speċifiku rilevanti; deskrizzjoni tal-indikatur; l-unità ta' kejl; il-valur ta' referenza; il-valur mira li għandu jintlaħaq; u s-sors tad-dejta. Kull indikatur speċifiku għall-programm għandu jkun marbut ma' objettiv speċifiku uniku.
L-ID tal-indikatur |
Id-deskrizzjoni tal-indikatur |
L-unità ta' kejl |
Il-valur bażi |
Il-valur immirat |
Is-sors tad-dejta |
Objettiv speċifiku n: titolu |
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TAQSIMA 6
Qafas għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru
6.1. L-involviment ta' sħubija fit-tħejjija tal-programm (l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Sommarju tal-approċċ adottat, il-kompożizzjoni u l-involviment tas-sħab u l-istadji ewlenin ta' konsultazzjoni usa', fejn rilevanti, inkluż lista tas-sħab prinċipali (jew tipi ta' sħab) involuti jew ikkonsultati.
|
6.2. Il-Kumitat ta' Monitoraġġ (l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
|
6.3. Qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-approċċ ippjanat u l-metodi li għandhom jintużaw.
Inkludi t-tweġibiet għal dan li ġej:
(a) |
Fejn se tkun tinsab il-funzjoni ta' evalwazzjoni u monitoraġġ? Liema se tkun l-entità responsabbli għall-evalwazzjoni? |
(b) |
Il-valutazzjoni jew il-monitoraġġ se jiġu esternalizzati? |
(c) |
Kif se tinġabar id-dejta dwar il-proġetti u l-indikaturi (is-sistema ta' monitoraġġ)? |
|
6.4. L-involviment ta' sħubija fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm nazzjonali (l-Artikolu 12(3) u 14(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-approċċ li se jittieħed għas-sħab, il-livell ta' involviment tagħhom u l-istadji ewlenin tal-konsultazzjoni usa', fejn rilevanti, inkluż lista tat-tipi ta' sħab involuti jew ikkonsultati (jew is-sħab prinċipali).
|
6.5. L-informazzjoni u l-pubbliċità (l-Artikolu 14(2)(j) u 53 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Ipprovdi deskrizzjoni tal-mekkaniżmi u l-metodi li għandhom jintużaw biex jiġi ppubbliċizzat il-programm nazzjonali.
|
6.6. Il-Koordinazzjoni u l-komplementarjetà ma' strumenti oħrajn (l-Artikolu 14(2)(e) u 14(5)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Iddeskrivi fil-qosor il-mekkaniżmi biex tiġi żgurata koordinazzjoni bejn l-istrumenti stabbiliti mir-Regolamenti Speċifiċi u ma' strumenti oħra tal-Unjoni u nazzjonali. Dan għandu jinkludi, jekk applikabbli, l-identifikazzjoni tal-korpi responsabbli għall-koordinazzjoni f'dawn l-oqsma u, fejn xieraq, l-istrutturi jew arranġamenti (pereżempju l-kumitati, il-proċeduri ta' konsultazzjoni) użati għal dan l-għan.
Fir-rigward tal-kumplimentarjetà ma' strumenti oħra tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:
— |
Il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd); |
— |
Fondi u programmi oħrajn tal-UE (pereżempju l-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Programm Kulturali, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni); |
— |
Strumenti dwar ir-relazzjonijiet esterni tal-UE (pereżempju l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, l-Istrument għall-Istabbiltà), sa fejn azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom huma kkonċernati. |
|
6.7. Il-benefiċjarji u l-għotja diretta
6.7.1. Elenka t-tipi ewlenin ta' benefiċjarji tal-programm (uża l-lista hawn taħt)
|
It-tipi ta' benefiċjarji huma: l-awtoritajiet Statali/federali, il-korpi pubbliċi lokali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali, is-Salib l-Aħmar nazzjonali, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar, il-kumpaniji tal-liġi pubblika jew privata, l-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni/tar-riċerka, is-sħab soċjali.
6.7.2. L-għotja diretta
Indika l-objettiv nazzjonali, meta huwa maħsub li tintuża l-għotja diretta u pprovdi ġustifikazzjoni għal kull ċirkostanza.
|
TAQSIMA 7
Il-pjan ta' finanzjament tal-programm (l-Artikolu 14(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)
Il-pjan ta' finanzjament tal-programm nazzjonali li jispeċifika, għall-perjodu sħiħ ta' programmazzjoni, l-ammont tal-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull objettiv speċifiku fil-mira. L-ammonti għall-objettivi nazzjonali fi ħdan l-objettiv speċifiku huma indikattivi. In-nefqa totali għall-assistenza teknika hija indikata.
7.1. Il-pjan ta' finanzjament skont l-objettivi speċifiċi
Tabella
(f'EUR) |
|
Objettiv speċifiku n: titolu |
|
Objettiv nazzjonali n |
|
Subtotal ta' objettivi nazzjonali |
|
Azzjoni speċifika n |
|
Total 1 SO |
|
Objettiv nazzjonali n + 1 |
|
Subtotal ta' objettivi nazzjonali |
|
Azzjoni speċifika n + 1 |
|
Total n |
|
Każijiet speċjali |
|
Total ta' każijiet speċjali |
|
Assistenza teknika: (Massimu = ammont fiss + (Allokazzjoni totali) *5 jew 5,5 % skont ir-Regolamenti Speċifiċi) |
|
TOTAL |
|
Il-pjan ta' finanzjament indikattiv tal-programm nazzjonali li jispeċifika l-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull sena finanzjarja
7.2. Pjan ta' finanzjament skont is-sena finanzjarja
Tabella
(f'EUR) |
||||||||
SENA |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
|
7.3. Ġustifikazzjoni għal kull devjazzjoni mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi. (Meħtieġa biss jekk il-valuri minimi ma jintlaħqux) l-Artikolu 14(5)(b)
Ipprovdi spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi.
|
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/33 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 803/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
li jemenda ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (2), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA PREĊEDENTI
(1) |
Fit-13 ta' Mejju 2013 il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' oġġetti taċ-ċeramika ta' fuq il-mejda u tal-kċina (“oġġetti tal-mejda”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013. |
(2) |
Fl-investigazzjoni oriġinali għadd kbir ta' produtturi esportaturi mir-RPĊ għamlu lilhom infushom magħrufa. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li għandu jkun investigat. |
(3) |
Il-Kunsill impona rati individwali ta' dazju fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti tal-mejda li jvarjaw minn 13,1 % għal 23,4 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, u 17,9 % fuq kumpaniji oħra li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. |
(4) |
Il-Kunsill impona wkoll rata ta' dazju ta' 36,1 % fuq l-importazzjoni ta' oġġetti tal-mejda minn kumpaniji Ċiniżi li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni. |
(5) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013 jiddikjara li fejn xi produttur esportatur ġdid ta' oġġetti tal-mejda fir-RPĊ jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
għalhekk l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament jista' jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkoperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata ta' dazju medja peżata ta' 17,9 %. |
B. TALBIET GĦAL TRATTAMENT TA' PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID
(6) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013, erba' kumpaniji ppreżentaw ruħhom jgħidu li huma jissodisfaw t-tliet kriterji stabbiliti hawn fuq fil-premessa (5) u pprovdew evidenza. |
(7) |
L-erba' kumpaniji huma manifatturi u esportaturi tal-prodott ikkonċernat. |
(8) |
Tlieta minnhom kienu jeżistu matul l-investigazzjoni oriġinali iżda ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
(9) |
Ir-raba' kumpanija ma kinitx teżisti matul l-investigazzjoni oriġinali u għalhekk ma setgħatx esportat matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
(10) |
Il-Kummissjoni analizzat l-evidenza mressqa mill-erba' kumpaniji u sabet li kull waħda mill-erba' kumpaniji tissodisfa t-tliet kriterji biex ikunu kkunsidrati bħala Produtturi Esportaturi Ġodda. Konsegwentement, l-ismijiet tagħhom jistgħu jiġu miżjuda mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013. |
(11) |
L-erba' kumpaniji u l-industrija tal-Unjoni kienu mgħarrfa bis-sejbiet ta' din l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Ma wasal l-ebda kumment. |
(12) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kumpaniji segwenti jiżdiedu mal-lista ta' produtturi esportaturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013:
Kumpanija |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Liling Taiyu Porcelain Industries Co., Ltd |
B956 |
Liling Xinyi Ceramics Industry Ltd. |
B957 |
T&C Shantou Daily Chemical Industry Co., Ltd. |
B958 |
Jing He Ceramics Co., Ltd |
B959 |
Artikolu 2
Kif stipulat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013, l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju antidumping individwali tkun bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jiġu ppreżentati b'fattura kummerċjali valida, li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tkun ippreżentata, id-dazju applikabbli għall-"Kumpaniji l-oħra kollha" msemmija fit-tabella tal-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament, japplikaw.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/35 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 804/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammonti tal-għajnuna għat-tressiq tard ta' applikazzjonijiet uniċi u applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti b'relazzjoni għal ċerti żoni tal-Italja milquta minn għargħar fl-2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (2) jipprovdi, fl-Artikoli 23(1) u 24, għal tnaqqis li għandu jiġi applikat f'każ ta' tressiq tard ta' applikazzjoni unika kif ukoll ta' dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet li huma kostituttivi għall-eliġibbiltà tal-għajnuna, u ta' applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, l-Italja stabilixxiet il-15 ta' Mejju 2014 bħala l-aħħar ġurnata li fiha jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet uniċi u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti għall-2014. |
(3) |
Fit-3 ta' Mejju 2014 ċerti partijiet tar-reġjun Taljan tal-Marche kienu soġġetti għal xita eċċezzjonali li wasslet għal għargħar, ħsarat fl-infrastruttura, valangi, l-evakwazzjoni taċ-ċittadini, kif ukoll ħsarat f'azjendi u koltivazzjonijiet agrikoli. |
(4) |
Din is-sitwazzjoni affettwat il-kapaċità tal-applikanti li jressqu l-applikazzjonijiet uniċi u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti marbuta ma'pakkett agrikolu fil-muniċipalitajiet affettwati mill-għargħar fil-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009. |
(5) |
B'deroga mill-Artikolu 23(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 huwa għalhekk xieraq li ma japplikax tnaqqis għat-tressiq tard ta' applikazzjonijiet uniċi u applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fir-rigward ta' dawk il-bdiewa li ressqu l-applikazzjonijiet tagħhom marbuta ma' mill-anqas pakkett agrikolu wieħed fi ħdan il-muniċipalitajiet definiti mill-Italja bħala soġġetti għal għargħar gravi fir-reġjun ta' Marche sa mhux aktar tard mid-9 ta' Ġunju 2014. |
(6) |
Minħabba li d-derogi għandhom ikopru l-applikazzjonijiet uniċi u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti għas-sena tal-għajnuna 2014, huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika retroattivament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, fir-rigward tas-sena ta' applikazzjoni 2014, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis għat-tressiq tard għal dawk il-bdiewa fir-reġjun Taljan tal-Marche li ressqu applikazzjoni unika marbuta ma' mill-anqas pakkett agrikolu wieħed fi ħdan il-muniċipalitajiet ta' Senigallia, Ripe, Corinaldo, Morro d'Alba, Ostra, Ostra Vetere, Barbara, Castel Colonna, Serra de' Conti, Montemarciano, Chiaravalle jew Osimo sa mhux aktar tard mid-9 ta' Ġunju 2014. Applikazzjonijiet uniċi bħal dawn, li jitressqu wara d-9 ta' Ġunju 2014, se jitqiesu mhux ammissibbli.
Artikolu 2
B'deroga mill-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, fir-rigward tas-sena ta' applikazzjoni 2014, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis għas-sottomissjoni tard għal dawk il-bdiewa fir-reġjun Taljan tal-Marche li ressqu applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti marbuta ma' mill-inqas pakkett agrikolu wieħed fi ħdan il-muniċipalitajiet ta' Senigallia, Ripe, Corinaldo, Morro d'Alba, Ostra, Ostra Vetere, Barbara, Castel Colonna, Serra de' Conti, Montemarciano, Chiaravalle jew Osimo sa mhux aktar tard mid-9 ta' Ġunju 2014. Applikazzjonijiet bħal dawn li jitressqu wara d-9 ta' Ġunju 2014, se jitqiesu mhux ammissibbli.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta' appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta' appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/37 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 805/2014
tal-24 ta’ Lulju 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 KG) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
59,9 |
TR |
55,3 |
|
XS |
56,8 |
|
ZZ |
57,3 |
|
0707 00 05 |
MK |
50,7 |
TR |
81,4 |
|
ZZ |
66,1 |
|
0709 93 10 |
TR |
84,5 |
ZZ |
84,5 |
|
0805 50 10 |
AR |
107,5 |
BO |
98,4 |
|
CL |
116,3 |
|
NZ |
145,2 |
|
TR |
74,0 |
|
UY |
125,4 |
|
ZA |
127,5 |
|
ZZ |
113,5 |
|
0806 10 10 |
BR |
149,7 |
CL |
81,7 |
|
EG |
186,0 |
|
MA |
159,8 |
|
TR |
78,9 |
|
ZZ |
131,2 |
|
0808 10 80 |
AR |
243,2 |
BR |
134,1 |
|
CL |
111,9 |
|
NZ |
124,8 |
|
US |
145,0 |
|
ZA |
142,5 |
|
ZZ |
150,3 |
|
0808 30 90 |
AR |
77,9 |
CL |
94,9 |
|
NZ |
163,0 |
|
ZA |
63,9 |
|
ZZ |
99,9 |
|
0809 10 00 |
MK |
91,5 |
TR |
245,3 |
|
XS |
80,5 |
|
ZZ |
139,1 |
|
0809 29 00 |
CA |
344,6 |
TR |
292,8 |
|
US |
344,6 |
|
ZZ |
327,3 |
|
0809 30 |
MK |
72,6 |
TR |
137,7 |
|
ZZ |
105,2 |
|
0809 40 05 |
BA |
54,7 |
MK |
53,5 |
|
ZZ |
54,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/40 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/86/UE
tat-8 ta' Lulju 2014
li temenda d-Direttiva 2011/96/UE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE (3) teżenta d-dividendi u d-distribuzzjoni ta' profitti oħrajn imħallsa mill-kumpanniji sussidjarji lill-kumpanniji prinċipali tagħhom mit-taxxi minn ras il-għajn u telimina t-tassazzjoni doppja ta' tali introjtu fil-livell tal-kumpannija prinċipali. |
(2) |
Il-benefiċċji tad-Direttiva 2011/96/UE ma għandhomx iwasslu għal sitwazzjonijiet ta' nontassazzjoni doppja u, b'hekk, jiġġeneraw benefiċċji fiskali mhux intenzjonati għal gruppi ta' kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti meta mqabbla ma' gruppi ta' kumpanniji tal-istess Stat Membru. |
(3) |
Għall-finijiet biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' nontassazzjoni doppja li jirriżultaw minn diskrepanzi fit-trattament tat-taxxa tad-distribuzzjonijiet tal-profitti bejn l-Istati Membri, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali u l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti tagħha ma għandhomx jippermettu li dawk il-kumpanniji jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa applikata fuq profitti mqassma riċevuti, sal-punt li tali profitti jkunu deduċibbli mis-sussidjarja tal-kumpannija prinċipali. |
(4) |
Huwa xieraq li tiġi aġġornata l-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2011/96/UE biex jiġu inklużi forom oħra ta' kumpanniji soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji fil-Polonja u forom oħra ta' kumpanniji li ġew introdotti fil-liġi tal-kumpanniji tar-Rumanija. |
(5) |
Id-Direttiva 2011/96/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2011/96/UE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
2. |
Fl-Anness I, il-parti A, il-punt (u) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
3. |
Fl-Anness I, il-parti A, il-punt (w) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir it-tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) Opinjoni tat-2 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-25 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta' Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8).
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/42 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/87/EURATOM
tat-8 ta' Lulju 2014
li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, imfassla wara li tkun ingħatat l-opinjoni ta' grupp ta' persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost l-esperti xjentifiċi fl-Istati Membri,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom (3) tistabbilixxi standards uniformi bażiċi ta' sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa ta' individwi soġġetti għal esponimenti okkupazzjonali, pubbliċi u mediċi kontra l-perikli li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (4) timponi obbligi fuq l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu u jżommu fis-seħħ qafas nazzjonali għas-sikurezza nukleari. Dik id-Direttiva tirrifletti d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti internazzjonali ewlenin fil-qasam tas-sikurezza nukleari, jiġifieri l-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà [Sikurezza] Nukleari (5), kif ukoll il-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza (6) stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”). |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (7) timponi obbligi fuq l-Istati Membri biex jistabbilixxu u jżommu fis-seħħ qafas nazzjonali għall-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. |
(4) |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2007 dwar is-sigurtà nukleari u l-ġestjoni sikura ta' karburant nukleari użat u skart radjuattiv enfasizzaw li s-“sigurtà nukleari hi responsabbiltà nazzjonali eżerċitata fejn meħtieġ f'qafas tal- UE. Deċiżjonijiet li jikkonċernaw azzjonijiet ta' sikurezza u s-superviżjoni ta' installazzjonijiet nukleari jibqgħu unikament tal-operaturi u tal-awtoritajiet nazzjonali”. |
(5) |
L-inċident nukleari ta' Fukushima fil-Ġappun fl-2011 ġedded l-attenzjoni dinjija fuq il-miżuri meħtieġa biex jiġi minimizzat ir-riskju u jiġu żgurati l-aktar livelli robusti ta' sikurezza nukleari. Abbażi tal-konklużjoni tal-Kunsill Ewropew tal-24-25 ta' Marzu 2011, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti nazzjonali, flimkien mal-Kummissjoni fil-qafas tal-Grupp ta' Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (ENSREG), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/530/Euratom (8), wettqu valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u s-sikurezza ta' impjanti tal-enerġija nukleari (“stress tests”) fil-Komunità kollha. Ir-riżultati identifikaw titjib li jista' jiġi implimentat f'approċċi ta' sikurezza nukleari u prattiki industrijali fil-pajjiżi parteċipanti. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew talab ukoll lill-Kummissjoni biex tirrevedi, kif meħtieġ, il-qafas legali u regolatorju eżistenti għas-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari u tipproponi kwalunkwe titjib li jista' jkun neċessarju. Il-Kunsill Ewropew enfasizza wkoll li fl-Unjoni għandhom jiġu implimentati u mtejba kontinwament l-ogħla standards tas-sikurezza nukleari. |
(6) |
Awtorità regolatorja kompetenti b'saħħitha b'indipendenza effettiva fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji hija rekwiżit fundamentali tal-qafas regolatorju Komunitarju għas-sikurezza nukleari. Huwa ta' importanza kbira li awtorità regolatorja kompetenti tkun tista' teżerċita s-setgħat tagħha b'mod imparzjali, trasparenti u ħieles minn kull influwenza żejda fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji tagħha biex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza nukleari. Deċiżjonijiet regolatorji u azzjonijiet ta' infurzar fil-qasam tas-sikurezza nukleari għandhom jiġu bbażati fuq konsiderazzjonijiet tekniċi oġġettivi relatati mas-sikurezza u għandhom jiġu stabbiliti mingħajr ebda influwenza esterna żejda li tista' tikkomprometti s-sikurezza, bħal influwenza żejda assoċjata ma' tibdil fil-kundizzjonijiet politiċi, ekonomiċi jew tas-soċjetà. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/71/Euratom dwar is-separazzjoni funzjonali tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jissaħħu biex tiġi żgurata l-indipendenza effettiva tal-awtoritajiet regolatorji minn influwenza żejda fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji tagħhom u jiġi garantit li dawn jingħataw il-mezzi u l-kompetenzi adegwati biex iwettqu b'mod xieraq ir-responsabbiltajiet assenjati lilhom. B'mod partikolari, l-awtorità regolatorja għandu jkollha setgħat legali suffiċjenti, persunal suffiċjenti u riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-qadi xieraq tar-responsabbiltajiet assenjati lilha. Madankollu, r-rekwiżiti msaħħa għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjoni mill-qrib, kif adegwat, ma' awtoritajiet nazzjonali oħra rilevanti jew għal-linji gwida ġenerali ta' politika maħruġa mill-Istati Membri. |
(7) |
Il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji għandu jqis il-kompetenzi u l-għarfien espert, li jistgħu jingħataw minn organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku. Dan l-għarfien espert għandu jkun imsejjes fuq l-aktar għarfien xjentifiku u tekniku avvanzat, inkluż minn esperjenza operazzjonali u riċerka marbuta mas-sikurezza, il-ġestjoni tal-għarfien, u riżorsi tekniċi adegwati. |
(8) |
F'konformità mal-Parti 1 tar-Rekwiżiti tas-Sikurezza Ġenerali tal-IAEA, għandu jiġi rispettat kemm ir-rwol tal-Istati Membri fl-istabbiliment ta' qafas għas-sikurezza nukleari, kif ukoll ir-rwol tar-regolatur fl-implimentazzjoni ta' dak il-qafas. |
(9) |
Minħabba n-natura speċjalizzata tal-industrija nukleari u d-disponibbiltà limitata ta' persunal bl-esperjenza u l-kompetenza rikjesta, li jirriżultaw fir-rotazzjoni possibbli ta' persuni b'responsabbiltà eżekuttiva bejn l-industrija nukleari u r-regolaturi, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu evitati l-konflitti ta' interess. Barra minn hekk, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interess għal dawk l-organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri jew servizzi lill-awtorità regolatorja kompetenti. |
(10) |
Il-konsegwenzi ta' inċident nukleari jistgħu jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, u għaldaqstant għandhom jiġu mħeġġa l-kooperazzjoni mill-qrib, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-Istati Membri fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari, irrispettivament minn jekk dawk l-Istati Membri jħaddmux installazzjonijiet nukleari jew le. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm arranġamenti adegwati fis-seħħ biex tiġi ffaċilitata din il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' sikurezza nukleari b'impatti transkonfinali. |
(11) |
Sabiex jiġi żgurat li jinkisbu l-ħiliet adegwati u li jinkisbu u jinżammu livelli adegwati ta' kompetenza, il-partijiet kollha għandhom jiżguraw li l-persunal kollu li jkollu responsabbiltajiet marbuta mas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari u mal-istat ta' preparazzjoni għal emerġenza fuq il-post u l-arranġamenti tar-rispons, jgħaddi minn proċess kontinwu ta' tagħlim. Dak jista' jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' programmi ta' taħriġ u pjanijiet ta' taħriġ, proċeduri għal reviżjoni u aġġornament perjodiċi tal-programmi ta' taħriġ kif ukoll dispożizzjonijiet baġitarji adegwati għat-taħriġ. |
(12) |
Tagħlima ewlenija oħra li ħadna mill-inċident nukleari ta' Fukushima hija l-importanza li titjieb it-trasparenza fi kwistjonijiet ta' sikurezza nukleari. It-trasparenza hija wkoll mezz importanti għall-promozzjoni tal-indipendenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva 2009/71/Euratom dwar l-informazzjoni li għandha tingħata lill-pubbliku ġenerali saru aktar speċifiċi fir-rigward tat-tip ta' informazzjoni li għandha tingħata. Barra minn hekk, il-pubbliku ġenerali għandu jingħata opportunitajiet biex jieħu sehem fil-fażijiet rilevanti tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet marbutin ma' installazzjonijiet nukleari skont il-qafas nazzjonali għas-sikurezza nukleari, filwaqt li jitqiesu s-sistemi nazzjonali differenti. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' liċenzja jibqgħu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(13) |
Ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva dwar it-trasparenza jikkumplimentaw lil dawk tal-leġislazzjoni Euratom eżistenti. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom (9) timponi obbligi fuq l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħrajn f'każ ta' emerġenza radjoloġika fit-territorju tagħhom, filwaqt li d-Direttiva 2013/59/Euratom tinkludi rekwiżiti fuq l-Istati Membri sabiex jinformaw lill-pubbliku ġenerali dwar miżuri ta' protezzjoni tas-saħħa li għandhom ikunu applikati u l-passi li għandhom jittieħdu fil-każ ta' emerġenza radjoloġika, u sabiex jipprovdu f'intervalli regolari informazzjoni aġġornata lill-popolazzjoni li x'aktarx li tkun affettwata f'każ ta' emerġenza bħal din. |
(14) |
Matul is-sitt Laqgħa ta' Reviżjoni tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari tennew l-impenn tagħhom għas-sejbiet tat-tieni Laqgħa Straordinarja li saret wara l-inċident ta' Fukushima. B'mod partikolari, huma enfasizzaw li “l-impjanti nukleari għandhom jiġu ddisinjati, mibnija u mħaddma bl-objettivi ta' prevenzjoni ta' inċidenti u, jekk iseħħ inċident, jiġu mitigati l-effetti tiegħu u tiġi evitata l-kontaminazzjoni lil hinn mill-post”, u li “l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li dawn l-objettivi jiġu applikati sabiex ikun identifikat u implimentat titjib adatt ta' sikurezza fl-impjanti eżistenti”. |
(15) |
Fid-dawl tal-progress tekniku miksub permezz tad-dispożizzjonijiet tal-IAEA u mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (“WENRA”) u b'rispons għal-lezzjonijiet miksuba mit-testijiet tal-istress u l-investigazzjonijiet dwar l-inċident nukleari ta' Fukushima, id-Direttiva 2009/71/Euratom għandha tiġi emendata sabiex tinkludi objettiv ta' sikurezza nukleari ta' livell għoli tal-Komunità li jkopri l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari (il-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-bini, l-użu, it-tħaddim, id-dikummissjonar). B'mod partikolari, dan l-objettiv jeħtieġ titjib sinifikanti għas-sikurezza fid-disinn ta' reatturi ġodda li għalih għandhom jintużaw l-għarfien u t-teknoloġija l-aktar avvanzati, b'kont meħud tal-aħħar rekwiżiti internazzjonali dwar is-sikurezza. |
(16) |
Dak l-objettiv għandu notevolment jintlaħaq permezz ta' valutazzjonijiet tas-sikurezza nukleari, li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva. Dawn għandhom jitwettqu mid-detenturi tal-liċenzja taħt il-kontroll tal-awtorità regolatorja kompetenti nazzjonali u jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tar-riskju ta' inċident maġġuri, kif kopert mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), dment li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. |
(17) |
Il-kunċett ta' difiża fil-fond hu fundamentali għas-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari u l-bażi għall-implimentazzjoni tal-objettiv ta' sikurezza nukleari ta' livell għoli. L-applikazzjoni tal-prinċipji ta' difiża fil-fond, hekk kif rikonoxxuti fi standards u gwida internazzjonali u minn WENRA, tiżgura li l-attivitajiet ta' sikurezza, sa fejn raġonevolment prattikabbli, ikunu soġġetti għal saffi indipendenti ta' dispożizzjonijiet, sabiex fl-eventwalità li jseħħ xi falliment, wieħed jinduna bih, jagħmel kumpens għalih jew jikkoreġih permezz ta' miżuri adatti. L-effettività ta' kull wieħed mis-saffi differenti hija element essenzjali tad-difiża fil-fond sabiex jiġu evitati inċidenti u jiġu mitigati l-konsegwenzi jekk dawn iseħħu. Id-difiża fil-fond ġeneralment hija strutturata f'ħames livelli. Jekk ifalli livell minnhom, jiskatta l-livell sussegwenti. L-objettiv tal-ewwel livell ta' protezzjoni hu l-prevenzjoni ta' operazzjoni abnormali u l-falliment tas-sistema. Jekk ifalli l-ewwel livell, l-operazzjoni abnormali tiġi kontrollata jew jiġu individwati l-fallimenti mit-tieni livell ta' protezzjoni. Kieku kellu jfalli t-tieni livell, it-tielet livell jiżgura li l-funzjonijiet ta' sikurezza jibqgħu jitħaddmu permezz tal-attivazzjoni ta' sistemi speċifiċi ta' sikurezza u karatteristiċi oħrajn ta' sikurezza. Jekk kellu jfalli t-tielet livell, ir-raba' livell jillimita l-progress tal-inċident permezz tal-ġestjoni tal-inċident, sabiex jiġu evitati jew mitigati kondizzjonijiet severi tal-inċident b'riżultat ta' rilaxxi esterni ta' materjal radjuattiv. L-aħħar objettiv (il-ħames livell ta' protezzjoni) hu l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi ta' rilaxxi esterni sinifikanti permezz ta' rispons għal emerġenza lil hinn mill-post. |
(18) |
Flimkien mad-difiża fil-fond, il-kultura ta' sikurezza nukleari effettiva hi meqjusa bħala fattur fundamentali biex jinkiseb livell għoli ta' sikurezza nukleari u l-moviment kontinwu tagħha. L-indikaturi għal kultura effettiva ta' sikurezza nukleari jinkludu, b'mod partikolari: l-impenn fil-livelli kollha tal-persunal u l-amministrazzjoni fl-organizzazzjoni għas-sikurezza nukleari u t-titjib kontinwu tagħha, il-promozzjoni tal-ħila tal-persunal fil-livelli kollha biex jistaqsi dwar l-attwalizzazzjoni tal-prinċipji u l-prattika ta' sikurezza sabiex tiġi kontinwament imtejba s-sikurezza nukleari; il-ħila tal-persunal biex jirrapporta kwistjonijiet ta' sikurezza fil-ħin, l-identifikazzjoni tal-lezzjonijiet meħuda mill-esperjenza operazzjonali; u r-rapportar sistematiku ta' kwalunkwe devjazzjoni mill-kondizzjonijiet jew arranġamenti ta' operazzjoni normali rilevanti għall-ġestjoni tal-inċident li għandhom il-potenzjal li jħallu impatt fuq is-sikurezza nukleari. Elementi importanti li jgħinu fil-kisba ta' kultura ta' sikurezza nukleari b'saħħitha jinkludu, b'mod partikolari, sistemi ta' ġestjoni effettivi, edukazzjoni u taħriġ adatti u arranġamenti mid-detentur tal-liċenzja biex jirreġistra, jevalwa u jiddokumenta esperjenza ta' operazzjoni sinifikanti rigward sikurezza sew interna kif ukoll esterna u riżoluzzjoni effettiva tal-problemi li jkunu tqajmu. |
(19) |
Fejn “raġonevolment prattikabbli” tintuża f'din id-Direttiva hija għandha tiġi applikata skont definizzjonijiet stabbiliti, b'mod partikolari d-definizzjonijiet tal-WENRA u tal-IAEA. |
(20) |
Wara l-inċidenti nukleari fi Three Mile Island u Chernobyl, l-inċident nukleari ta' Fukushima enfasizza għal darb'oħra l-importanza kritika tal-funzjoni tal-konteniment, li hija l-aħħar ilqugħ li jħares lin-nies u lill-ambjent mir-rilaxx radjuattiv li jirriżulta minn inċident. Għalhekk l-applikant għal liċenzja għall-kostruzzjoni ta' reattur ġdid tal-enerġija jew ta' riċerka għandu juri li d-disinn jillimita l-effetti ta' ħsara fil-qalba tar-reattur fil-limiti tal-konteniment, jiġifieri l-applikant għandu juri li rilaxx radjuattiv kbir jew mhux awtorizzat lil hinn mill-konteniment huwa estremament improbabbli, u li l-applikant għandu jkun jista' juri b'livell għoli ta' fiduċja li tali rilaxx mhux ser iseħħ. |
(21) |
Għandhom ikunu meħtieġa arranġamenti aktar speċifiċi għall-ġestjoni ta' inċidenti u r-rispons għal emerġenza fuq il-post biex jiġu indirizzati l-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' inċidenti. Dawk għandhom ikunu f'konformità u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2013/59/Euratom. Id-detentur tal-liċenzja għandu jagħmel provvediment għall-proċeduri, il-linji gwida u l-arranġamenti li jindirizzaw inċidenti inklużi inċidenti serji, li jistgħu jseħħu fil-modalitajiet kollha ta' operazzjoni, inkluża potenza sħiħa, tifi u sitwazzjonijiet transizzjonali, li jiżguraw il-konsistenza u l-kontinwità bejn dawn il-proċeduri u l-arranġamenti kollha, u li dawn jiġu eżerċitati, riveduti u aġġornati. Dawk l-arranġamenti għandhom jipprevedu wkoll persunal, tagħmir u riżorsi neċessarji oħrajn suffiċjenti. Għandha tiġi pprovduta struttura organizzattiva b'allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet, u koordinazzjoni fost il-korpi ta' rispons. |
(22) |
It-testijiet tal-istress urew l-irwol ewlieni ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mtejba bejn il-partijiet kollha li għandhom responsabbiltajiet tas-sikurezza nukleari. Ir-reviżjonijiet bejn il-pari wrew li huma mezz tajjeb għall-bini tal-fiduċja, bil-għan li tiġi żviluppata u skambjata l-esperjenza u tkun żgurata l-applikazzjoni komuni ta' standards ta' sikurezza nukleari għolja. |
(23) |
Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar is-sikurezza nukleari hi stabbilita sew u tista' tkun ta' valur miżjud f'termini ta' sikurezza nukleari, trasparenza u frankezza fil-konfront tal-partijiet interessati fil-livell Ewropew u dak internazzjonali. L-Istati Membri, li permezz tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti tagħhom jagħmlu użu rilevanti mill-ENSREG u jibnu fuq il-kompetenza esperta tal-WENRA, għandhom, kull sitt snin, jiddefinixxu metodoloġija, Termini ta' Referenza u limitu ta' żmien għal Reviżjonijiet bejn il-Pari dwar suġġett tekniku speċifiku komuni relatat mas-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari tagħhom. Is-suġġett tekniku speċifiku komuni li għandu jiġi kkunsidrat għandu jiġi identifikat fost il-livelli ta' referenza ta' sikurezza tal-WENRA jew abbażi tar-rispons mill-esperjenza ta' operazzjoni, aċċidenti jew inċidenti u żviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi. L-Istati Membri għandhom iwettqu awtovalutazzjoni nazzjonali u jagħmlu arranġamenti għal reviżjonijiet komuni bejn il-pari minn awtoritajiet regolatorji kompetenti ta' Stati Membri oħrajn tal-awtovalutazzjoni nazzjonali tagħhom. Għandhom isiru rapporti dwar is-sejbiet ta' dawk ir-reviżjonijiet bejn il-pari. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali biex jiġu indirizzati s-sejbiet rilevanti u l-valutazzjoni nazzjonali proprja, filwaqt li jittieħed kont ta' dawk ir-reviżjonijiet bejn il-pari. Ir-rapporti ta' reviżjoni bejn il-pari għandhom ukoll ikunu l-bażi ta' kwalunkwe rapport sommarju tal-eżitu tal-eżerċizzju ta' reviżjoni topika bejn il-pari madwar l-Unjoni mħejji kollettivament mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-Istati Membri. Ir-rapport sommarju ma għandux ikollu l-għan li jikklassifika s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari iżda aktar li jiffoka fuq il-proċess u s-sejbiet tekniċi tar-reviżjoni topika bejn il-pari sabiex l-għarfien miksub mill-eżerċizzju jista' jiġi kondiviż. Il-fiduċja reċiproka għandha tipprevali fir-reviżjonijiet bejn il-pari, u għandha għalhekk tkun adatta għall-Kummissjoni, kull fejn prattikabbli, li tinforma lill-Istati Membri meta tkun biħsiebha tuża r-riżultati tar-rapporti tar-reviżjoni bejn il-pari fid-dokumenti ta' politika tagħha. |
(24) |
L-obbligi tal-Istati Membri li jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-obbligu tal-Kummissjoni li tħejji rapport abbażi tar-rapporti nazzjonali għandhom jipprovdu opportunità biex isir rendikont ta' u jevalwaw l-aspetti diversi tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva kif ukoll tal-effettività tagħha. Jeżistu fil-livell internazzjonali għadd ta' obbligi rilevanti ta' rappurtar, bħar-rapporti tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, li r-riżultati tagħhom jistgħu jintużaw għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti taħt din id-Direttiva rekwiżiti addizzjonali ta' rappurtar b'rabta mas-sejbiet tar-reviżjonijiet topiċi bejn il-pari ta' installazzjonijiet nukleari. Konsegwentement, bil-ħsieb tas-simplifikazzjoni tal-leġislazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv, l-obbligu ta' rappurtar għall-Istati Membri sar inqas oneruż kemm fir-rigward tal-frekwenza ta' rappurtar kif ukoll il-kontenut tar-rapporti. |
(25) |
F'konformità ma' approċċ iggradat, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva tiddependi fuq it-tipi ta' installazzjonijiet nukleari fit-territorju ta' Stat Membru. Għaldaqstant, meta jimplimentaw dawn id-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw id-daqs potenzjali u n-natura tar-riskji ppreżentati mill-installazzjonijiet nukleari li jippjanaw jew iħaddmu. B'mod partikolari, l-approċċ iggradat għandu jirrigwarda lil dawk l-Istati Membri li jżommu biss inventarju żgħir ta' materjal nukleari u radjuattiv, eż. dawk marbuta mat-tħaddim ta' faċilitajiet żgħar ta' reatturi ta' riċerka, li f'każ ta' inċident serju ma jnisslux konsegwenzi komparabbli ma' dawk iġġenerati mill-impjanti tal-enerġija nukleari. |
(26) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li huma intrinsikament marbuta mal-eżistenza ta' installazzjonijiet nukleari, jiġifieri dawk li jirrigwardaw l-obbligi tad-detentur tal-liċenzja, ir-rekwiżiti speċifiċi ġodda għall-installazzjonijiet nukleari u d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenza fuq il-post ma għandhomx ikunu applikabbli għall-Istati Membri li m'għandhomx installazzjonijiet nukleari. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jiġu trasposti u implimentati b'mod proporzjonat skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u jikkunsidraw il-fatt li dawk l-Istati Membri m'għandhomx installazzjonijiet nukleari, filwaqt li jassiguraw li s-sikurezza nukleari tingħata attenzjoni xierqa mill-gvern jew mill-awtoritajiet kompetenti. |
(27) |
Skont id-Direttiva 2009/71/Euratom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv nazzjonali għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari. Id-deċiżjoni ta' kif id-dispożizzjonijiet tal-qafas nazzjonali jiġu adottati u permezz ta' liema strument jiġu applikati tibqa' fil-kompetenza tal-Istati Membri. |
(28) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f'każijiet iġġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur jikkunsidra li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata. |
(29) |
Id-Direttiva 2009/71/Euratom għaldaqstant għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2009/71/Euratom għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
l-intestatura tal-Kapitolu 1 tiġi sostitwita b'dan li ġej: “OBJETTIVI, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET”. |
(2) |
L-Artikolu 2 jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
Fil-Kapitolu 2, it-titolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-intestatura “OBBLIGI”: “TAQSIMA 1 Obbligi ġenerali”. |
(5) |
L-Artikolu 4(1) għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv nazzjonali (‘il-qafas nazzjonali’) għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari. Il-qafas nazzjonali għandu jipprevedi b'mod partikolari:
Id-determinazzjoni dwar kif ir-rekwiżiti nazzjonali għas-sikurezza nukleari msemmija fil-punt (b) huma adottati u permezz ta' liema strument huma applikati tibqa' fil-kompetenza tal-Istati Membri;”. |
(6) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva minn influwenza bla bżonn tal-awtorità regolatorja kompetenti fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorju tagħha. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-awtorità regolatorja kompetenti:
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja kompetenti tingħata s-setgħat legali meħtieġa sabiex twettaq l-obbligi tagħha b'rabta mal-qafas nazzjonali deskritt fl-Artikolu 4(1). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-qafas nazzjonali jafda f'idejn l-awtoritajiet regolatorji kompetenti l-kompiti regolatorji ewlenin li ġejjin:
|
(7) |
L-Artikoli 6, 7 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 6 Detenturi ta' liċenzja L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li:
Artikolu 7 Għarfien espert u ħiliet fis-sikurezza nukleari L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-partijiet kollha jagħmlu arranġamenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-persunal tagħhom li jkollu responsabbiltajiet relatati mas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari biex jiksbu, iżommu u jkomplu jiżviluppaw għarfien espert u ħiliet fis-sikurezza nukleari u tħejjija għal emerġenzi fuq il-post. Artikolu 8 Transparenza 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni meħtieġa fir-rigward tas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha ssir disponibbli għall-ħaddiema u għall-pubbliku ġenerali, b'kunsiderazzjoni speċifika għall-awtoritajiet lokali, il-popolazzjoni u l-partijiet interessati fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari. Dak l-obbligu jinkludi l-iżgurar li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detenturi ta' liċenzja, fl-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom, jipprovdu fil-qafas tal-politika ta' komunikazzjoni tagħhom:
2. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont il-leġislazzjoni rilevanti u l-istrumenti internazzjonali, sakemm dan ma jipperikolax interessi prevalenti oħra, bħas-sigurtà, li huma rikonoxxuti fil-leġislazzjoni rilevanti jew strumenti internazzjonali. 3. L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2), jiżguraw li l-awtorità regolatorja kompetenti tieħu sehem, kif xieraq, f'attivitajiet ta' kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti ta' Stati Membri oħrajn fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari, fost l-oħrajn permezz tal-iskambju u/jew il-qsim tal-informazzjoni. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali għandu jingħata l-opportunitajiet xierqa biex jieħu sehem b'mod effettiv fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet marbut mal-għoti ta' liċenzji għal installazzjonijiet nukleari, f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti u l-istrumenti internazzjonali.”. |
(8) |
It-Taqsima li ġejja ġiet imdaħħla wara l-Artikolu 8: “TAQSIMA 2 Obbligi speċifiċi Artikolu 8a Objettiv tas-sikurezza nukleari għal installazzjonijiet nukleari 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas ta' sikurezza nukleari nazzjonali jesiġi li l-installazzjonijiet nukleari jiġu ddisinjati, ippożizzjonati, mibnija, ikkummissjonati, mħaddmin u dekommissjonati bil-għan li jiġu pprevenuti inċidenti u, jekk iseħħ inċident, jittaffew il-konsegwenzi tiegħu u jiġi evitat:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jitlob li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1:
Artikolu 8b Implimentazzjoni tal-objettiv tas-sikurezza nukleari għal installazzjonijiet nukleari 1. Sabiex jilħqu l-objettiv tas-sikurezza nukleari stabbilit fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li fejn tapplika d-difiza fil-fond, għandha tiġi applikata biex tiżgura li:
2. Sabiex jinkiseb l-objettiv ta' sikurezza nukleari stabbilit fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jitlob li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detentur ta' liċenzja jieħdu miżuri biex irawmu u jsaħħu kultura effettiva ta' sikurezza nukleari. Dawk il-miżuri jinkludu b'mod partikolari:
Artikolu 8c Valutazzjoni inizjali u reviżjonijiet perjodiċi ta' sikurezza L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li:
Artikolu 8d Stat ta' tħejjija u rispons fuq il-post għal emerġenza 1. Mingħar preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jirrikjedi istruttura organizzattiva għall-istat ta' tħejjija u r-rispons fuq il-post għal emerġenza tiġi stabbilita b'allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u koordinazzjoni bejn id-detentur ta' liċenzja, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti filwaqt li jitqiesu l-fażijiet kollha ta' emerġenza. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm konsistenza u kontinwità bejn l-arranġamenti għall-istat ta' tħejjija u r-rispons fuq il-post għal emerġenza li jitlob il-qafas nazzjonali u arranġamenti oħra għall-istat ta' tħejjija u r-rispons għal emerġenza li titlob id-Direttiva 2013/59/Euratom.”. |
(9) |
Il-Kapitolu li ġej ddaħħal wara l-Artikolu 8d: “KAPITOLU 2a EVALWAZZJONIJIET BEJN IL-PARI U RAPPURTAR Artikolu 8e Evalwazzjonijiet bejn il-pari 1. Mill-inqas darba kull għaxar snin, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw awtovalutazzjonijiet perjodiċi tal-qafas nazzjonali tagħhom u tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti u jistiednu evalwazzjoni bejn il-pari internazzjonali tal-aspetti rilevanti tal-qafas nazzjonali tagħhom u tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti tagħhom bil-għan li b'mod kontinwu jtejbu s-sikurezza nukleari. Ir-riżultati ta' tali evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jiġu rapportati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fejn disponibbli. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq bażi koordinata:
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ arranġamenti biex tkun tista' tibda l-ewwel evalwazzjoni bejn il-pari topika fl-2017, u biex, wara din, ikunu jistgħu jsiru mill-inqas kull sitt snin evalwazzjonijiet topiċi sussegwenti bejn il-pari. 4. Fil-każ ta' inċident li jwassal għal sitwazzjonijiet li jirrikjedu miżuri ta' emerġenza lil hinn mill-post jew miżuri protettivi għall-pubbliku ġenerali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li mingħajr dewmien bla bżonn issir stedina biex issir evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari.”. |
(10) |
L-Artikolu 9 jiġi emendat kif ġej:
|
(11) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 1: “1a. L-obbligi tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6, 8a, 8b, 8c, u 8d ma għandhomx japplikaw għall-Istati Membri mingħajr installazzjonijiet nukleari, sakemm ma jiddeċidux li jiżviluppaw kwalunkwe attività marbuta mal-installazzjonijiet nukleari soġġetti għal liċenzja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.”. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-15 ta' Awwissu 2017. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-metodi ta' kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva u ta' kull emenda sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) Opinjoni tat-2 ta' April 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 92.
(3) Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).
(4) Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009. p. 18).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/819/Euratom tas-16 ta' Novembru 1999 dwar l-adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1994 dwar is-Sigurtà [Sikurezza] Nukleari mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) (ĠU L 318, 11.12.1999, p. 20).
(6) Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Serje ta' Standards tas-Sigurtà tal-IAEA Nru SF-1 (2006).
(7) Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011. p. 48).
(8) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/530/Euratom tas-17 ta' Lulju 2007 dwar it-twaqqif ta' Grupp ta' Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Nukleari (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 44).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta' Diċembru 1987 dwar l-arranġamenti Komunitarji għall-iskambju bikri ta' informazzjoni fil-każ ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76).
(10) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/496/PESK
tat-22 ta' Lulju 2014
dwar aspetti tal-iskjerament, l-operazzjoni u l-użu tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita li jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
B'kunsiderazzjoni, b'mod partikolari, tad-dimensjoni strateġika, il-kopertura reġjonali u globali, u l-użu multiplu, is-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita (“GNSS”) tikkostitwixxi infrastruttura sensittiva li l-iskjerament u l-użu tagħha huma suxxettibbli li jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri. |
(2) |
Fejn is-sitwazzjoni internazzjonali tirrikjedi azzjoni operattiva mill-Unjoni u fejn l-operazzjoni tal-GNSS tista' taffettwa s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, jew fil-każ ta' theddida għall-operazzjoni tas-sistema, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu. |
(3) |
Għal din ir-raġuni, fit-12 ta' Lulju 2004 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK (1). |
(4) |
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-kompiti u r-responsabbiltajiet li qabel kienu eżerċitati mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għandhom issa jiġu eżerċitati mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“ir-RGħ”). |
(5) |
Il-progress tal-iżvilupp, il-bidu tal-iskjerament u l-bidu li jmiss tal-użu tas-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo jeħtieġu li tiġi adattata l-proċedura kif previst fl-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK. |
(6) |
L-informazzjoni u l-għarfien espert fir-rigward ta' jekk avveniment relatat mas-sistema jikkostitwixxix theddida lill-Unjoni, lill-Istati Membri jew lill-GNSS stess għandha tingħata lill-Kunsill u lir-RGħ mill-Aġenzija Ewropea tas-Sistema ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita (“GSA”), l-Istati Membri, jew il-Kummissjoni. Barra minn hekk, pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipprovdu tali informazzjoni. |
(7) |
Ir-rwoli rispettivi tal-Kunsill, ir-RGħ, il-GSA bħala operatur taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (“GSMC”) u l-Istati Membri għandhom jiġu ċċarati fi ħdan il-katina ta' responsabbiltajiet operattivi li għandha tiġi stabbilita sabiex ikun hemm reazzjoni għal theddida għall-Unjoni, għall-Istati Membri jew għall-GNSS. |
(8) |
F'dan ir-rigward, ir-referenzi bażiċi għat-theddidiet jinsabu fid-Dikjarazzjoni dwar ir-Rekwiżiti ta' Sigurtà Speċifiċi għal Sistema li fiha t-theddidiet ġeneriċi ewlenin li għandhom jiġu ttrattati mis-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) inġenerali, u l-Pjan tas-Sigurtà tas-Sistema (PSS) li tinkludi r-reġistru ta' riskju tas-sigurtà fil-proċess ta' akkreditament tas-sigurtà. Dawn ser iservu bħala referenzi biex jidentifikaw it-theddidiet li għandhom jiġu ttrattati speċifikament minn din id-Deċiżjoni u biex jikkompletaw il-proċeduri operazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(9) |
Id-deċiżjonijiet f'każijiet ta' urġenza jistgħu jkollhom jittieħdu fi żmien ftit siegħat mill-wasla tal-informazzjoni dwar it-theddida. |
(10) |
Fil-każ li ċ-ċirkostanzi ma jippermettux li l-Kunsill jieħu deċiżjoni biex titbiegħed theddida jew biex tiġi mitigata ħsara serja għall-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri, ir-RGħ għandha tkun mogħtija s-setgħa li tieħu l-miżuri proviżorji meħtieġa. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u r-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) immodifikaw il-governanza tas-sistemi Ewropej tal-GNSS. B'mod partikolari, l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 jipprevedi li l-GSA għandha tiżgura l-operat tal-GSMC. |
(12) |
Ir-Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jassenja lid-Direttur Eżekuttiv tal-GSA r-responsabbiltà li jiżgura li l-GSA, bħala l-operatur tal-GSMC ikun jista' jirreaġixxi għall-istruzzjonijiet mogħtija taħt l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK, kif sostitwiti b'din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistipula r-regoli li taħthom l-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jaċċedu għas-servizz pubbliku regolat (SPR) ipprovdut mill-GNSS stabbilita taħt il-programm Galileo. B'mod partikolari, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1104/2011/UE tiddefinixxi lill-GSMC bħala l-interfaċċja operattiv bejn l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR, il-Kunsill u r-RGĦ u ċ-ċentri ta' kontroll, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-responsabbiltajiet li għandhom ikunu eżerċitati mill-Kunsill u r-RGħ biex tkun evitata theddida lis-sigurtà tal-Unjoni jew ta' wieħed mill-Istat Membri jew aktar jew biex ikun mitigat dannu serju lill-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' wieħed mill-Istat Membri jew aktar, li tkun ġejja mill-iskjerament, l-operazzjoni jew l-użu tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea, b'mod partikolari b'konsegwenza ta' sitwazzjoni internazzjonali li titlob azzjoni mill-Unjoni jew fil-każ ta' theddida lill-operazzjoni tas-sistema nnifisha jew is-servizzi tagħha.
Artikolu 2
Fil-każ ta' tali theddida, l-Istati Membri, il-Kummissjoni jew il-GSA, skont il-każ, għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kunsill u lir-RGħ bl-elementi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom li huma jqisu rilevanti.
Artikolu 3
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mir-RGħ, għandu jiddeċiedi dwar l-istruzzjonijiet meħtieġa lill-GSA.
2. Il-GSA u l-Kummissjoni għandhom jagħtu parir lill-Kunsill dwar l-impatt usa' probabbli fuq il-GNSS ta' kwalunkwe struzzjoni li għandha ħsieb li tagħti..
3. Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (“KPS”) għandu jagħti opinjoni lill-Kunsill dwar kwalunkwe struzzjoni proposta, kif ikun xieraq.
Artikolu 4
1. Jekk l-urġenza tas-sitwazzjoni titlob li tittieħed azzjoni immedjata qabel ma l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni skont l-Artikolu 3(1), ir-RGħ tkun awtorizzata tagħti l-istruzzjonijiet proviżorji meħtieġa lill-GSA. Ir-RGħ tista' tidderieġi lis-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv, jew lil wieħed mid-Deputati Segretarji Ġenerali tas-SEAE biex jagħti tali struzzjonijiet lill-GSA. Ir-RGħ għandha minnufih tgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'kull struzzjoni maħruġa skont dan il-paragrafu.
2. Il-Kunsill għandu jikkonferma, jimmodifika jew jirrevoka l-istruzzjonijiet proviżorji tar-RGħ kemm jista' jkun malajr.
3. Ir-RGħ għandha żżomm l-istruzzjonijiet proviżorji tagħha taħt rieżami kostanti, temendahom kif adatt jew tirrevokahom jekk ma tkunx meħtieġa aktar l-azzjoni immedjata. Fi kwalunkwe każ, l-istruzzjonijiet proviżorji għandhom jiskadu erba' ġimgħat wara li jinħarġu, jew b'deċiżjoni mill-Kunsill skont il-paragrafu 2.
Artikolu 5
Fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, ir-RGħ għandha tħejji, bl-appoġġ tal-esperti mill-Istati Membri, il-proċeduri operattivi bikrija meħtieġa għall-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u tippreżentahom għall-approvazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà. Il-proċeduri operazzjonali kompleti għandhom jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) fi żmien sena mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Il-proċeduri operazzjonali għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati mill-KPS mill-inqas kull sentejn.
Artikolu 6
1. F'konformità ma' ftehimiet internazzjonali preċedenti konklużi mill-Unjoni jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inklużi dawk li jagħtu aċċess għall-PRS, ir-RGħ skont l-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni 1104/2011/UE, għandu jkollha l-awtorità li tikkonkludi arranġamenti amministrattivi ma' Stati terzi dwar kooperazzjoni fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni. Tali arranġamenti għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu.
2. Jekk tali arranġamenti jitolbu aċċess għal informazzjoni klassifikata tal-Unjoni, ir-rilaxx jew l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata għandu jkun approvat f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.
Artikolu 7
Il-Kunsill għandu jirrevedi u, kif meħtieġ, jemenda r-regoli u l-proċeduri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tal-adozzjoni tagħha, jew fuq talba ta' Stat Membru jew wara kwalunkwe miżura li tittieħed skont l-Artikolu 3.
Artikolu 8
L-Istati Membri għandhom, jekk ikun xieraq, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-qasam tar-responsabbiltà rispettiv tagħhom, f'konformità, fost l-oħrajn, mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013. Għal din l-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt biex jassistu fil-ġestjoni operattiva ta' theddida. Dawn il-punti ta' kuntatt jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.
Artikolu 9
L-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/552/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar aspetti tal-operazzjoni tas-sistema Ewropea tar-radjunavigazzjoni bis-satellita li jaffetwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 246, 20.7.2004, p. 30).
(2) Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1).
(3) Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).
(4) Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 72).
(5) Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis- satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1).
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/56 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Lulju 2014
fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2014) 5082)
(2014/497/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/87/UE (2) fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) (minn hawn' il quddiem “l-organiżmu speċifikat”) fl-Unjoni. |
(2) |
Mill-adozzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Taljani wettqu investigazzjonijiet, fiż-żoni infettati u ż-żoni ta' madwarhom, dwar il-preżenza u n-natura tal-organiżmu speċifikat. Dawk l-investigazzjonijiet ipproduċew riżultati preliminari li huma suffiċjenti biex jippermettu l-adozzjoni ta' miżuri aktar preċiżi. |
(3) |
L-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet Taljani, kif ukoll l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, ikkonfermaw li l-pjanti tal-ispeċijiet Catharanthus G. Don, Nerium L., Olea L., Prunus L., u Vinca L. huma pjanti ospitanti tal-organiżmu speċifikat. Skont l-evidenza disponibbli, huwa probabbli li l-pjanti tal-ispeċijiet Malva L., Portulaca L., Quercus L. u Sorghum L jistgħu wkoll ikunu pjanti ospitanti ta' dan l-organiżmu. Għalhekk, il-miżuri għandhom japplikaw għal pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, tal-ispeċijiet Catharanthus G. Don, Nerium L., Olea L., Prunus L., Vinca L., Malva L., Portulaca L., Quercus L. u Sorghum L. (minn hawn' il quddiem “pjanti speċifikati”). |
(4) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati minn pajjiżi terzi f'każijiet fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti. Għandhom jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni, is-superviżjoni u l-istatus ta' siti ta' produzzjoni, kif ukoll għall-ispezzjonijiet, it-teħid ta' kampjuni, l-ittestjar u t-trasport tal-pjanti speċifikati, sabiex jiġi żgurat li l-pjanti li jiġu introdotti fl-Unjoni jkunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat. |
(5) |
Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata, jew li ġew trasportati f'din iż-żona, għandhom probabbiltà akbar minn pjanti oħra li jkunu ġew infettati mill-organiżmu speċifikat. Għalhekk, it-trasport tagħhom għandu jkun suġġett għal rekwiżiti speċifiċi. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu simili għar-rekwiżiti għal pjanti speċifikati introdotti minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti. |
(6) |
L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali fir-rigward tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorji tagħhom sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tiegħu. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni mill-aktar kmieni possibbli kontra l-preżenza potenzjali tal-organiżmu speċifikat, kwalunkwe persuna konxja mill-preżenza ta' dak l-organiżmu għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan. Barra minn hekk, u sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni xierqa mill-partijiet interessati, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-operaturi professjonali kkonċernati dwar il-possibilità ta' preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorji tagħhom u l-miżuri li għandhom jittieħdu. |
(8) |
Sabiex jeqirdu l-organiżmu speċifikat u jipprevjenu t-tixrid tiegħu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni demarkati u jieħdu l-miżuri meħtieġa. Dawk iż-żoni demarkati għandhom ikunu magħmula minn minn żona infestata u żona ta' lqugħ. Il-wisa' taż-żona ta' lqugħ għandha tiġi kkalkulata fid-dawl tar-riskju li l-organiżmu speċifikat jinxtered lejn żoni oħra. |
(9) |
Fejn jidher li ma jkunx meħtieġ it-twaqqif ta' żona demarkata biex jiġi eliminat l-organiżmu speċifikat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu l-possibbiltà li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih. F'dak il-każ, għandu jelimina l-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti fejn l-ewwel ġie misjub li kien preżenti, u għandu jwettaq stħarriġ biex jiddetermina jekk ġewx infettati pjanti oħra. |
(10) |
Għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi biex jiżguraw il-qerda tal-organiżmu speċifikat fejn ikun instab li huwa preżenti. |
(11) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/87/UE għandha titħassar. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, tal-ispeċijiet Catharanthus G. Don, Nerium L., Olea L., Prunus L., Vinca L., Malva L., Portulaca L., Quercus L. u Sorghum L.; |
(b) |
“organiżmu speċifikat” tfisser il-Xylella fastidiosa (Well u Raju). |
Artikolu 2
Introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti
Pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
huma konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-introduzzjoni, kif stipulati fit-Taqsima 1 tal-Anness I; |
(b) |
meta jiġu introdotti fl-Unjoni dawn jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont it-Taqsima 2 tal-Anness I għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat; |
(c) |
meta jiġu spezzjonati skont it-Taqsima 2 tal-Anness I, la tinstab il-preżenza u lanqas sintomi tal-organiżmu speċifikat. |
Artikolu 3
It-trasport ta' pjanti speċifikati fl-Unjoni
Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 7, jew li ġew trasportati f'din iż-żona, għandhom jiġu trasportati lejn u f'żoni differenti miż-żoni infettati, fil-każ biss li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.
Artikolu 4
Stħarriġ dwar l-organiżmu speċifikat
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħhom fuq il-pjanti speċifikati u fuq pjanti possibbilment ospitanti oħra.
Dak l-istħarriġ għandu jitwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-korp uffiċjali responsabbli. L-istħarriġ għandu jkun magħmul minn eżamijiet viżwali u, fil-każ ta' xi suspett ta' infezzjoni mill-organiżmu speċifikat, ġbir ta' kampjuni u ttestjar. Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u għandu jitwettaq fi żminijiet xierqa fir-rigward tal-possibbiltà li ssir detezzjoni tal-organiżmu speċifikat.
Dan l-istħarriġ għandu jqis l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trasmittenti, il-preżenza u l-bijoloġija ta' pjanti speċifikati jew pjanti li x'aktarx ikunu pjanti ospitanti tal-organiżmu speċifikat, u kwalunkwe tagħrif ieħor xieraq, dwar il-preżenza ta' dan l-organiżmu speċifikat.
2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati ta' dak l-istħarriġ sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena.
Artikolu 5
Informazzjoni dwar l-organiżmu speċifikat
1. Meta xi persuna ssir konxja mill-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jew ikollha raġuni biex tissuspetta preżenza simili, dik il-persuna għandha tinforma lill-korp uffiċjali responsabbli minnufih.
Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jirreġistra din l-informazzjoni minnufih.
2. Meta jkun xieraq, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jitlob lill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 biex tipprovdih bi kwalunkwe informazzjoni oħra dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat li tkun fil-pussess ta' dik il-persuna.
Artikolu 6
Konferma tal-preżenza
1. Meta l-korp uffiċjali responsabbli jkun ġie infurmat bil-preżenza, jew preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 4(1), jew skont l-Artikolu 5, dan għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jikkonferma dik il-preżenza.
2. Meta tiġi kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żona fejn qatt ma kien deher qabel, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun saret il-konferma, jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dik il-preżenza.
L-istess għandu japplika fil-każ ta' konferma uffiċjali tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fuq speċi ta' pjanta li qabel ma kinitx magħrufa bħala pjanta ospitanti. Dawk in-notifiki għandhom jiġu sottomessi bil-miktub.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi professjonali li l-pjanti speċifikati tagħhom jistgħu jiġu affettwati mill-organiżmu speċifikat, jiġu infurmati minnufih bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, u jsiru konxji tar-riskji u l-miżuri rispettivi li għandhom jittieħdu.
Artikolu 7
Żoni demarkati
1. Meta r-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 4(1) jindikaw il-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jew meta din il-preżenza tkun ikkonfermata skont l-Artikolu 6(1), l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddemarka żona mingħajr dewmien, minn hawn 'il quddiem imsejħa “żona demarkata”.
2. Iż-żona demarkata għandha tkun magħmula minn żona fejn l-organiżmu speċifikat ikun instab li huwa preżenti, minn hawn 'il quddiem imsejħa “żona infettata”. Dik iż-żona għandha tkun definita skont it-Taqsima 1 tal-Anness III. Iż-żona demarkata għandha tkun magħmula wkoll minn żona madwar iż-żona infettata, minn hawn' il quddiem imsejħa “iż-żona ta' lqugħ”. Dik iż-żona għandha tiġi definita skont it-Taqsima 1 tal-Anness III.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri fiż-żoni demarkati, kif stipulat fit-Taqsima 2 tal-Anness III.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
ikun hemm evidenza li l-organiżmu speċifikat ġie introdott fiż-żona reċentement permezz tal-pjanti li nstab fuqhom; |
(b) |
ikun hemm indikazzjoni li dawk il-pjanti kienu diġà infettati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata; |
(c) |
ebda organiżmu trasmittenti rilevanti ma ġie individwat fil-viċinanza ta' dawn il-pjanti, li jipprova li ma seħħ ebda tixrid ieħor tal-organiżmu speċifikat. |
F'dak il-każ, għandu jwettaq stħarriġ biex jiddetermina jekk ġewx infettati xi pjanti oħra apparti dawk li fuqhom l-organiżmu speċifikat kien instab oriġinarjament. Abbażi ta' dan l-istħarriġ, l-Istat Membru għandu jiddetermina jekk hemmx ħtieġa li tiġi stabbilita żona demarkata. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-konklużjonijiet ta' dan l-istħarriġ, kif ukoll il-ġustifikazzjoni għaliex mhux qed jistabbilixxi żona demarkata.
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodi taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-paragrafu 3 u, fejn ikun rilevanti, għat-twettiq tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 4.
Artikolu 8
Rappurtar dwar il-miżuri
1. L-Istati Membri għandhom, fi żmien 30 jum min-notifika msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2), jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, rapport dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew li jkun beħsiebhom jieħdu skont l-Artikolu 7(3), kif ukoll il-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 7(5).
Ir-rapport għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a) |
informazzjoni dwar il-lokazzjoni taż-żona demarkata, u deskrizzjoni tal-karatteristiċi tagħha li jistgħu jkunu rilevanti għall-qerda u l-prevenzjoni tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat; |
(b) |
mappa li turi d-delimitazzjoni taż-żona demarkata; |
(c) |
informazzjoni dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trasmittenti tiegħu; |
(d) |
il-miżuri għall-konformità mar-rekwiżiti dwar it-trasport tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3. |
Dan ir-rapport għandu jiddeskrivi l-evidenza u l-kriterji li fuqhom huma bbażati l-miżuri.
2. Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rapport li jinkludi verżjoni aġġornata tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 9
Revoka
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/87/KE titħassar.
Artikolu 10
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/87/UE tat-13 ta' Frar 2014 fir-rigward ta' miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) fl-Unjoni (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 29).
ANNESS I
REKWIŻITI GĦALL-INTRODUZZJONI TA' PJANTI SPEĊIFIKATI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2
TAQSIMA 1
Dikjarazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat, kif imsemmi fl-Artikolu (13)(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE
1. |
Pjanti speċifikati li joriġinaw f'pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti, jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (2) jew fil-punt (3). |
2. |
Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi, fit-taqsima “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, id-dikjarazzjoni li l-pjanti jkunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f'sit tal-produzzjoni li hu rreġistrat u taħt is-superviżjoni tal-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini u li jinsabu f'żona ħielsa mill-pesti stabbilita minn dik l-organizzazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji. L-isem taż-żona ħielsa mill-pesti għandu jiġi indikat fir-rubrika “post ta' oriġini”; |
3. |
Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi, fir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, dawn l-istqarrijiet:
|
4. |
Il-punti (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis kemm għal pjanti speċifikati li tkabbru kemm f'żona ħielsa minn pesti kif ukoll għal pjanti li tkabbru f'żoni li mhumiex ħielsa minn pesti. |
TAQSIMA 2
Spezzjoni
Il-pjanti speċifikati għandhom jiġu spezzjonati b'mod metikoluż minn korp uffiċjali responsabbli fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (1). L-ispezzjoni għandha ssir f'forma ta' spezzjonijiet viżwali u, fil-każ ta' suspett ta' preżenza tal-organiżmu speċifikat, f'forma ta' teħid ta' kampjuni u ttestjar ta' kull lott tal-pjanti speċifikati. Il-kampjuni għandhom ikunu ta' daqs li jippermetti l-konferma b'affidabilità ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'dawn il-pjanti huwa ta' inqas minn 1 %.
(1) Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas- 7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli ta' l-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f' Parti B ta' l-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li m'huwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).
ANNESS II
KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TRASPORT TA' PJANTI SPEĊIFIKATI FL-UNJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3
1. |
Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata għandhom jiġu trasportati biss lejn u f'żoni li mhumiex żoni infettati jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE. (1) |
2. |
Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata għandhom jiġu trasportati biss lejn u f'żoni li mhumiex żoni infettati jekk, fil-perjodu kollu li jkunu qattgħu fiż-żona demarkata, ikunu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti flimkien mal-punt (1).
|
3. |
Il-pjanti speċifikati li jiġu trasportati minn u f'żoni demarkati għandhom jiġu trasportati barra mill-istaġun ta' kwalunkwe organiżmu trasmittenti magħruf tal-organiżmu speċifikat, jew f'kontenituri jew pakketti magħluqin, biex jiġi żgurat li ma tista sseħħ ebda infezzjoni mill-organiżmu speċifikat jew minn kwalunkwe organiżmu trasmittenti magħruf tiegħu. |
(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta' pjanti, prodotti ta' pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom (ĠU L 344, 26.11.1992, p. 38).
ANNESS III
STABBILIMENT TA' ŻONI DEMARKATI U MIŻURI, KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 7
TAQSIMA 1
Definizzjoni ta' żoni demarkati
1. |
Iż-żona infettata għandha tinkludi l-pjanti kollha magħrufin li huma infettati bl-organiżmu speċifikat, il-pjanti kollha li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta' infezzjoni minn dak l-organiżmu, u l-pjanti l-oħra kollha li jistgħu jiġu infettati minn dak l-organiżmu minħabba l-viċinanza tagħhom mal-pjanti infettati, jew is-sors komuni ta' produzzjoni, jekk magħruf, bi pjanti infettati, jew il-pjanti mkabbra minnhom. |
2. |
Iż-żona ta' lqugħ għandha tkun wiesgħa tal-inqas 2 000 m. Il-wisa' taż-żona ta' lqugħ tista' titnaqqas sa mill-inqas 1 000 m jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:
|
3. |
Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji solidi xjentifiċi solidi, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trażmittenti tiegħu, il-livell ta' infezzjoni, il-preżenza ta' organiżmi trażmittenti, u d-distribuzzjoni ta' pjanti ospitanti possibbli fiż-żona kkonċernata. |
4. |
Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat 'il barra miż-żona infettata, id-delimitazzjoni taż-żona infettata u taż-żona ta' lqugħ għandha tiġi rriveduta u mibdula kif xieraq. |
5. |
Meta f'żona demarkata, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 4(1) u tal-monitoraġġ imsemmi fil-punt (h) tat-Taqsima 2 ta' dan l-Anness, ma tinstab ebda preżenza tal-organiżmu speċifikat għal perjodu ta' ħames (5) snin, din id-demarkazzjoni tkun tista' titneħħa. |
TAQSIMA 2
Miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni demarkati
F'żona demarkata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu dawn il-miżuri li ġejjin sabiex jinqered l-organiżmu speċifikat:
(a) |
għandu, malajr kemm jista' jkun, ineħħi l-pjanti kollha infettati mill-organiżmu speċifikat, kif ukoll il-pjanti kollha li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta' infezzjoni minn dak l-organiżmu u l-pjanti kollha li ġew identifikati bħala li x'aktarx jiġu infettati. Din it-tneħħija għandha titwettaq b'tali mod li ma jifdal ebda materjal mill-pjanta mneħħija, fejn jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat matul u wara t-tneħħija. |
(b) |
għandu jwettaq teħid ta' kampjuni u ttestjar tal-pjanti speċifikati, tal-pjanti tal-istess ġenus bħall-pjanti infettati, u tal-pjanri l-oħra kollha li juru sintomi tal-organiżmu speċifikat f'raġġ ta' 200 m madwar il-pjanti infettati, fejn tintuża skema ta' teħid ta' kampjuni li kapaċi tikkonferma b'affidabbiltà ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'dawn il-pjanti huwa ta' inqas minn 0,1 % |
(c) |
għandu jeqred, in situ jew f'post fil-qrib fiż-żona demarkata maħsub għal dan l-għan, il-pjanti sħaħ, partijiet ta' pjanti jew injam li jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-organiżmu speċifikat. Din il-qerda għandha titwettaq b'mod xieraq, fejn jiġi żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jiġix imxerred. |
(d) |
għandu jeqred in situ jew f'post fil-qrib, kwalunkwe materjal tal-pjanti li joriġina miż-żbir ta' pjanti speċifikati u ta' pjanti tal-istess ġenus tal-pjanti infettati. Din il-qerda għandha titwettaq b'mod xieraq, fejn jiġi żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jiġix imxerred permezz tal-organiżmu trasmittenti tiegħu. |
(e) |
għandu jwettaq trattamenti fitosanitarji xierqa ta' pjanti speċifikati u ta' pjanti li jistgħu jospitaw l-organiżmi trasmittenti tal-organiżmu speċifikat biex jipprevjenu t-tixrid tal-organiżmu speċifikat minn dawk organiżmi trasmittenti. |
(f) |
għandu jmur lura għall-oriġini tal-infezzjoni u jittraċċa l-pjanti speċifikati assoċjati mal-każ ta' infezzjoni kkonċernata, li setgħu ġew trasportati qabel ma ġiet stabbilita ż-żona demarkata. L-awtoritajiet rilevanti taż-żona ta' destinazzjoni ta' dawk il-pjanti għandhom jiġu infurmati bid-dettalji rispettivi kollha ta' dan it-trasport ta' pjanti, biex issir eżaminazzjoni tal-pjanti u jiġu applikati miżuri xierqa, fejn rilevanti. |
(g) |
għandu jipprojbixxi t-tħawwil tal-pjanti speċifikati u ta' pjanti tal-istess ġenus tal-pjanti infettati f'siti li mhumiex ħielsa minn organiżmi trasmittenti. |
(h) |
għandu jwettaq monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat mill-inqas permezz ta' spezzjonijiet annwali fi żminijiet xierqa, b'attenzjoni partikolari fuq iż-żona ta' lqugħ u fuq il-pjanti speċifikati u l-pjanti tal-istess ġenus bħall-pjanti infettati, li jkun jinkludi l-ittestjar, b'mod partikolari ta' xi pjanti sintomatiċi. L-għadd ta' kampjuni għandu jiġi indikat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 8. |
(i) |
għandu jwettaq attivitajiet li jżidu l-għarfien pubbliku dwar it-theddid li jġib miegħu l-organiżmu speċifikat u l-miżuri adottati biex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tiegħu fl-Unjoni, inklużi l-kundizzjonijiet dwar it-trasport tal-pjanti speċifikati miż-żona demarkata, stabbiliti skont l-Artikolu 7. |
(j) |
għandu, fejn ikun meħtieġ, jieħu miżuri speċifiċi li jindirizzaw kwalunkwe sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li x'aktarx tista' tipprevjeni, tfixkel jew iddewwem il-qerda, partikolarment dawk relatati mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infettati jew li jkun hemm suspett li huma infettati, ikunu fejn ikunu, humiex tal-pubbliku jew tal-privat, jew hi min hi l-persuna jew l-entità li hi responsabbli għalihom. |
(k) |
għandu jieħu kwalunkwe miżura oħra li tista' tikkontribwixxi għall-qerda tal-organiżmu speċifikat, b'kunsiderazzjoni tal-ISPM Nru 9 (1) u bl-applikazzjoni ta' approċċ integrat skont il-prinċipji stipulati fl-ISPM Nru 14 (2). |
(1) Linji gwida għall-programmi ta' qerda tal-pesti — Standard ta' Referenza ISPM Nru 9 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma. Ippubblikat fil-15 ta' Diċembru 2011.
(2) L-użu ta' miżuri integrati f'approċċ sistematiku għall-kontroll tar-riskju ta' pesti — Standard ta' Referenza ISPM Nru 14 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma. Ippubblikat fit-8 ta' Jannar 2014.
Rettifika
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/65 |
Rettifika għad-Deċiżjoni Nru 2 tal-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji tal-21 ta' Mejju 2014 rigward it-talba tar-Repubblika tal-Moldova biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 217 tat-23 ta' Lulju 2014 )
F'paġna 88, in-nota ta' qiegħ il-paġna (2):
minflok:
“(2)”,
aqra:
“(*)”.
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/66 |
Rettifika għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Tfassil mill-ġdid)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tas-17 ta' Diċembru 2009 )
F'paġna 132, Anness VII, Tabella tal-Korrelazzjonijiet, il-kolonna“Din id-Direttiva”, il-linja ta' qabel tal-aħħar:
minflok:
“—”;
aqra:
“Artikolu 13(27)”.
F'paġna 133, il-kolonna “Din id-Direttiva”, l-għaxar u l-ħdax-il linja:
minflok:
“Artikolu 18 punt (g)
Artikolu 18 punt (h)”;
aqra:
“Artikolu 18 (1) punt (g)
Artikolu 18 (1) punt (h)”.
F'paġna 134, il-kolonna “Direttiva 73/239/KEE”, l-ewwel linja:
minflok:
“Artikolu 8(1a)”;
aqra:
“Artikolu 8(1)(a)”.
F'paġna 136, il-kolonna “Direttiva 2002/83/KE”, l-ghaxar linja:
minflok:
“Artikolu 28 u 28 (a)”;
aqra:
“Artikolu 28 u 28a”.
F'paġna 136, il-kolonna “Direttiva 2002/83/KE”, l-aħħar linja:
minflok:
“Artikolu 13(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu (a) u (b)”;
aqra:
“Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu, punti (a) u (b)”.
F'paġna 148, Anness VII, Tabella tal-Korrelazzjonijiet, il-kolonna “Din id-Direttiva”, ir-raba' linja:
minflok:
“Artikolu 210(1), punt (F)”;
aqra:
“Artikolu 212(1), punt (f)”.
F'paġna 148, Anness VII, Tabella tal-Korrelazzjonijiet, il-kolonna “Din id-Direttiva”, il-ħames linja:
minflok:
“Artikolu 210(1), punt (G)”;
aqra:
“Artikolu 212(1), punt (g)”.
F'paġna 152, il-kolonna “Direttiva 2002/83/KE”, it-tmien linja:
minflok:
“Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż”;
aqra:
“Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż”.