ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 219

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
25 ta' Lulju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 798/2014 tat-23 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 799/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi proċeduri ta' rappurtar u arranġamenti prattiċi oħrajn dwar il-finanzjament ta' sostenn operattiv skont programmi nazzjonali u fil-qafas tal-Iskema ta' Transitu Speċjali skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi l-iskeda taż-żmien u kundizzjonijiet oħra ta' implimentazzjoni relatati mal-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tar-riżorsi għall-Programm ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-Fond tal-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 803/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jemenda ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 804/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammonti tal-għajnuna għat-tressiq tard ta' applikazzjonijiet uniċi u applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti b'relazzjoni għal ċerti żoni tal-Italja milquta minn għargħar fl-2014

35

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2014 tal-24 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

37

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2014/86/UE tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2011/96/UE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti

40

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari

42

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/496/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar aspetti tal-iskjerament, l-operazzjoni u l-użu tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita li jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK

53

 

 

2014/497/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2014 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2014) 5082)

56

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni Nru 2 tal-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji tal-21 ta' Mejju 2014 rigward it-talba tar-Repubblika tal-Moldova biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji ( ĠU L 217, 23.7.2014 )

65

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Tfassil mill-ġdid) ( ĠU L 335, 17.12.2009 )

66

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 798/2014

tat-23 ta' Lulju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (1) (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li tali Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

121,8

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

131,2

143,0

0

0

AR

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta' sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

293,6

220,0

326,7

244,2

2

24

0

17

AR

BR

CL

TH

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

122,7

6

BR

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjani, iffriżati

344,2

310,2

0

0

BR

CL

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedak u tiġieġ

251,6

11

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 799/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 54(8) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna stabbilit mill-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 flimkien mar-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, jikkostitwixxu qafas għal finanzjament tal-Unjoni biex jiġi sostnut l-iżvilupp taż-żona tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jesiġi lill-Istati Membri biex jissottomettu rapport ta' implimentazzjoni annwali lill-Kummissjoni għal kull programm nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jissottomettu wkoll rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom sal-aħħar tal-2023. Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni hija konsistenti u kumparabbli, huwa neċessarju li jiġi stabbilit mudell għar-rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali.

(3)

Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament.

(5)

Id-Danimarka la hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u lanqas b'dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat “għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna”.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni

Il-mudell għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali huwa stabbilit fl-Anness.

Huma jiġu sottomessi lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika stabbilita mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 (2).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema ta' skambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)


ANNESS

MUDELL GĦAL RAPPORTI TA' IMPLIMENTAZZJONI ANNWALI U FINALI

TAQSIMA 1:

Objettivi tal-programm (l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Objettiv speċifiku (kif stabbilit fir-Regolamenti Speċifiċi): ipprovdi sommarju tal-progress li sar waqt l-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-ksib tal-objettivi nazzjonali tul is-sena finanzjarja.

Ipprovdi kull tibdil fl-istrateġija jew fl-objettivi nazzjonali jew kull fatturi li jistgħu jwasslu għal tibdil fil-futur.

Stabbilixxi kull kwistjoni sinifikanti li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm nazzjonali.

Objettiv nazzjonali : elenka l-azzjonijiet ewlenin sostnuti u mwettqa tul is-sena finanzjarja, suċċessi u problemi identifikati (u solvuti).

Azzjoni speċifika (kif stabbilita fir-Regolamenti Speċifiċi): elenka l-azzjonijiet ewlenin sostnuti u mwettqa tul is-sena finanzjarja, suċċessi u problemi identifikati (u solvuti).

L-informazzjoni fil-kaxxi għandha tkun kompleta minnha nfisha u ma tistax tirreferi għal informazzjoni f'ebda dokument mehmuż jew ikun fiha hyperlinks.

OBJETTIV SPEĊIFIKU N: titolu

 

Objettiv nazzjonali n: titolu

 

Objettiv nazzjonali n: titolu

 

Rappurtar dwar l-iskeda indikattiva

Indika kull tibdil fl-iskeda indikattiva kif stabbilit fil-programm nazzjonali.

Skeda indikattiva

 

Isem l-azzjoni

Bidu tal-ippjanar

Bidu tal-implimentazzjoni

Għeluq

Objettiv speċifiku n: titolu

Objettiv nazzjonali n:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA 2

Każijiet speċjali

Ipprovdi r-riżultati (numri għal kull kategorija) tal-eżerċizzju ta' pleġġjar

Pjan ta' pleġġjar

Kategoriji

Perjodu ta' pleġġjar

Perjodu ta' pleġġjar

Perjodu ta' pleġġjar

 

 

 

 

Total

 

 

 

TAQSIMA 3

Indikaturi komuni u indikaturi speċifiċi għall-programm (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Ipprovdi d-dejta għal kull indikatur għas-sena finanzjarja rispettiva.

ID tal-indikatur

Deskrizzjoni tal-indikatur

Unità ta' kejl

Valur bażi

Valur immirat

Sors tad-dejta

Sena finanzjarja n

Sena finanzjarja n + 1

Total kumulattiv

OBJETTIV SPEĊIFIKU: n: titolu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ipprovdi spjegazzjoni ta' kull indikazzjoni li jista' jkollha impatt sinifikanti fuq il-ksib ta' kull mira, b'mod partikolari nuqqas ta' progress.

 

Għal kull sena finanzjarja, dokument jista' jiġi mehmuż biex jispjega nuqqas ta' progress sinifikanti jew il-potenzjal biex tinqabeż il-mira ta' wieħed jew aktar indikaturi.

TAQSIMA 4

Qafas għall-implimentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru

4.1.   Il-Kumitat ta' Monitoraġġ (l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Ipprovdi lista tad-deċiżjonijiet ewlenin meħuda u kwistjonijiet pendenti quddiem il-kumitat ta' monitoraġġ.

 

4.2.   Qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Miżuri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni meħuda mill-Awtorità Responsabbli, inklużi arranġamenti għall-ġbir tad-dejta, attivitajiet ta' evalwazzjoni, diffikultajiet affaċċjati u l-passi meħuda biex jissolvew.

 

4.3   L-involviment ta' sħubija fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm nazzjonali (l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-kontribut ewlieni u l-opinjonijiet imressqa mill-imsieħba matul is-sena finanzjarja.

 

4.4   Informazzjoni u pubbliċità (l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014):

Ipprovdi link għas-sit elettroniku tal-programm.

Ipprovdi lista tal-attivitajiet ewlenin ta' informazzjoni u pubbliċità mwettqa tul is-sena finanzjarja. Eżempji ta' materjal għandhom jiġu mehmuża.

 

4.5   Komplementarjetà ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni (l-Artikolu 14(2)(e) u 14(5)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Iddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet u l-konsultazzjonijiet ewlenin li ġew imwettqa biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni, prinċipalment dawn li ġejjin:

Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd);

Fondi u programmi oħrajn tal-UE (pereż. il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Programm Kulturali, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni);

Strumenti dwar ir-relazzjonijiet esterni tal-UE (pereż. Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, l-Istrument għall-Istabbiltà), sa fejn azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom huma kkonċernati.

 

4.6.   Għotja diretta

Ipprovdi ġustifikazzjoni għal kull okkażjoni fejn ġiet imwettqa għotja diretta.

 

TAQSIMA 5

Ir-rapport finanzjarju (l-Artikolu 54(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

5.1.   Rapport finanzjarju skont l-objettivi speċifiċi

Tabella

(f'EUR)

Objettiv speċifiku: n titolu

Objettiv nazzjonali n

 

Subtotal ta' objettivi nazzjonali

 

Azzjoni speċifika n

 

Total 1 OS

 

Objettiv nazzjonali n + 1

 

Subtotal ta' objettivi nazzjonali

 

Azzjoni speċifika n + 1

 

Total n

 

Każijiet speċjali

 

Total ta' każijiet speċjali

 

Assistenza teknika:

(Massimu = ammont fiss + (Allokazzjoni totali) * 5 jew 5,5 % skont ir-Regolamenti Speċifiċi)

 

TOTAL

 

Implimentazzjoni tal-pjan ta' finanzjament tal-programm nazzjonali li jispeċifika l-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull sena finanzjarja

5.2.   Pjan ta' finanzjament skont is-sena finanzjarja

Tabella

(f'EUR)

SENA

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

TOTAL

Total ipprogrammat

 

 

 

 

 

 

 

 

Total impenjat

 

 

 

 

 

 

 

 

5.3.   Ġustifikazzjoni għal kull devjazzjoni mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolament Speċifiku.

(Meħtieġa biss jekk is-sitwazzjoni mhix l-istess bħal dik fil-programm nazzjonali approvat, l-Artikolu 14(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Ipprovdi spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi.

 


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 800/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi proċeduri ta' rappurtar u arranġamenti prattiċi oħrajn dwar il-finanzjament ta' sostenn operattiv skont programmi nazzjonali u fil-qafas tal-Iskema ta' Transitu Speċjali skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(6) u 11(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) huwa applikabbli għall-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża. Għalhekk kull regolament delegat u ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottat abbażi tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 huwa applikabbli għall-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża.

(2)

Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 (3) u Nru 799/2014 (4) b'mod partikolari jistabbilixxu kundizzjonijiet u termini tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, mudelli għal programmi nazzjonali u mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali.

(3)

L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jippermetti lill-Istati Membri biex jallokaw sa 40 % tal-ammont mogħti skont l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża biex jiffinanzjaw sostenn operattiv lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għat-twettiq tal-karigi u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni. Qabel l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali, l-Istat Membru li jixtieq jiffinanzja sostenn operattiv skont il-programm nazzjonali tiegħu għandu jkun meħtieġ li jipprovdi informazzjoni speċifika partikolarment biex jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. Bl-istess mod, rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali skont sostenn operattiv għandhom jiġu stabbiliti.

(4)

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jalloka riżorsi lil-Litwanja bħala sostenn operattiv speċifiku addizzjonali fil-kuntest tal-Iskema ta' Transitu Speċjali bejn il-Litwanja u l-Kummissjoni. Il-Litwanja għandha tkun meħtieġa li tipprovdi informazzjoni speċifika f'dak ir-rigward partikolarment sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-eliġibbiltà tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 li l-Litwanja tippjana li timponi taħt l-istrument. Bl-istess mod, rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali dwar sostenn operattiv għall-Iskema ta' Transitu Speċjali għandhom jiġu stabbiliti.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, skont l-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk tkunx se timplimenta dan ir-Regolament fil-liġi nazzjonali tagħha.

(6)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen skont il-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta' Schengen (5) li jaqa' fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(7)

Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat b'mod konġunt mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(8)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, skont il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9) li jaqa' fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat konġuntement mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(9)

Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-“Kumitat għall-Fondi għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna.”

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Arranġamenti prattiċi dwar sostenn operattiv iffinanzjat skont il-programm nazzjonali u skont l-Iskema ta' Transitu Speċjali

1.   Meta Stat Membru jiddeċiedi li jitlob sostenn operattiv skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni elenkata fl-Anness I ta' dan ir-Regolament minbarra dawk meħtieġa fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014.

L-Istat Membru jipprovdi wkoll lill-Kummissjoni b'formola tal-ippjanar indikattiva mfassla skont il-mudell stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

2.   Jekk il-Litwanja tiddeċiedi li tagħmel użu mis-sostenn operattiv disponibbli għall-Iskema ta' Transitu Speċjali skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni elenkata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament minbarra dawk meħtieġa fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014.

3.   L-informazzjoni u l-formoli msemmija f'dan l-Artikolu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika stabbilita permezz tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014.

Artikolu 2

Arranġamenti prattiċi dwar sostenn operattiv iffinanzjat skont il-programm nazzjonali u skont l-Iskema ta' Transitu Speċjali

1.   Meta s-sostenn operattiv huwa ffinanzjat skont il-programm nazzjonali, l-Istat Membru kkonċernat jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tiegħu fir-rapport ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 imfassal mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 799/2014.

Barra minn hekk, meta jissottometti r-rapport ta' Implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Istat Membru jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

2.   Meta s-sostenn operattiv għall-Iskema ta' Transitu Speċjali huwa ffinanzjat taħt il-programm nazzjonali tal-Litwanja, għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tagħha fir-rapport ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 imfassal mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 799/2014.

Barra minn hekk, meta tissottometti r-rapport tagħha ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, il-Litwanja tipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

3.   L-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu tinbagħat lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika stabbilita permezz tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi (ĠU, L 150, 20.5.2014, p. 112)

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi (ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 799/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi (ara paġna 4 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176,10.7.1999, p. 31)

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19)


ANNESS I

IPPROGRAMMAR TA' SOSTENN OPERATTIV SKONT IL-PROGRAMM NAZZJONALI

Kull Stat Membru għandu jikkonferma l-konformità tiegħu mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 meta sostenn operattiv huwa inkluż fil-programm nazzjonali.

Objettiv nazzjonali: jipprovdi indikazzjoni ġenerali għall-użu ta' Sostenn Operattiv, inklużi objettivi u miri li għandhom jintlaħqu kif ukoll indikazzjoni tas-servizzi u l-kompiti li se jiġu ffinanzjati skont il-mekkaniżmu ta' Sostenn Operattiv.

Barra minn hekk, meta l-programm nazzjonali jinkludi sostenn operattiv ta' Viża jew Fruntieri, il-“Formola tal-ippjanar indikattiva” għandha timtela u tinhemeż. Il-“Formola tal-ippjanar indikattiva” mhux se tagħmel parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali.

OBJETTIV SPEĊIFIKU: Sostenn Operattiv/Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014

 

hawnhekk jikkonferma l-konformità tiegħu mal-acquis tal-Unjoni dwar il-fruntieri u l-viża.

 

hawnhekk jikkonferma l-konformità tiegħu mal-Istandards u l-linji gwida tal-Unjoni għal governanza tajba dwar il-fruntieri u l-viża, b'mod partikolari l-katalogu ta' Schengen dwar il-kontroll tal-fruntieri esterni, il-Manwal Prattiku għall-gwardjani tal-fruntieri u l-Manwal dwar il-viża.

Objettiv Nazzjonali: Sostenn operattiv għall-VIŻA

 

Objettiv Nazzjonali: Sostenn Operattiv għall-Fruntieri

 


ANNESS II

FORMOLA TAL-IPPJANAR INDIKATTIVA GĦAL SOSTENN OPERATTIV SKONT IL-PROGRAMM NAZZJONALI

Din il-formola mhux se tagħmel parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali.

Għal kull tip ta' sostenn operattiv (viża jew fruntieri) ipprovdi:

(i)

Lista indikattiva ta' benefiċjarju:

isem il-benefiċjarju (pereż. il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, it-taqsima tal-immigrazzjoni tal-pulizija, il-gwardakosta, l-awtorità tal-port, it-taqsima tal-immigrazzjoni tal-pulizija, il-forzi armati) u l-istatus legali tiegħu (pereż. l-Awtorità pubblika, il-kumpanija pubblika b'responsabbiltà, eċċ.)

bir-responsabbiltajiet statutorji tagħhom

it-tipi ewlenin ta' kompiti mwettqa fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri/viżi, inklużi kompiti mistennija li jkunu sostnuti;

Żid iktar ringieli kif meħtieġ.

(ii)

lista indikattiva ta' kompiti: iddeskrivi t-tipi ewlenin ta' kompiti mwettqa mill-benefiċjarju fir-rigward ta':

ħruġ tal-viżi, inklużi kompiti mistennija li jkunu sostnuti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014; jew.

il-ġestjoni tal-fruntieri, li huma mistennija li jkunu sostnuti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014. Mhux meħtieġ li tiddeskrivi l-kompiti kollha mwettqa minn benefiċjarju iżda dawk biss li huma marbutin mal-ġestjoni tal-fruntieri u l-kontroll tal-immigrazzjoni (pereż. il-Forzi Armati jwettqu sorveljanza fuq il-baħar biex jipprevjenu dħul illegali).

Il-kompiti għandhom ikunu aggregati permezz ta' pożizzjoni ġeografika fejn huma jkunu se jiġu mwettqa (pereż. il-Konsulat Ġenerali fil-Bejġing jew il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jew il-fruntiera Slovakkja-Ukraina). Sa fejn ikun possibbli pprovdi t-taqsima tal-fruntiera għal kull kompitu deskritt skont is-sostenn operattiv għall-fruntieri.

(iii)

għadd indikattiv ta' persunal:Jekk applikabbli, jekk jogħġbok indika l-għadd ta' persunal ikkonċernat u mistenni li jkun sostnut għal kull benefiċjarju u kompitu (bħala ekwivalenti full-time għad-dewmien totali tas-sostenn operattiv.

(iv)

tqassim indikattiv tal-baġit skont it-tip ta' benefiċjarju fil-kategoriji ta' kostijiet li ġejjin:

 

Kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ

 

Kostijiet tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija

 

Titjib/tibdil ta' tagħmir

 

Proprjetà immobbli (deprezzament, rinnovament)

 

Sistemi tal-IT (ġestjoni operattiva tal-VIS, SIS, u sistemi ġodda tal-IT, kiri u Rinnovament ta' bini, infrastruttura ta' komunikazzjoni u sigurtà)

 

Operazzjonijiet (kostijiet mhux koperti mill-kategoriji preċedenti ta' hawn fuq)

Formola tal-Ippjanar Indikattiva I: Sostenn operattiv għall-VIŻA

Parti I.1: Lista indikattiva ta' kompiti

Kompiti

Benefiċjarju

Persunal

1.

Konsulati u entitajiet oħra li jinsabu f'pajjiżi oħrajn

1.1

 

 

1.n

 

 

2.

Entitajiet ċentrali u oħrajn (servizzi ċentralizzati speċjalizzati fil-ħruġ tal-viżi u li l-konsenja tagħhom mhi marbuta ma' ebda post speċifiku (pereż. il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin — id-Dipartiment tal-Affarijiet tal-Viża))

2.1

 

 

2.n

 

 

Parti I.2: Tqassim indikattiv tal-baġit

Total għal kull benefiċjarju

Benefiċjarju:

 

1.1

kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ

 

1.2

kostijiet tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija

 

1.3

titjib/tibdil ta' tagħmir

 

1.4

proprjetà immobbli (deprezzament, rinnovament)

 

1.5

Sistemi tal-IT (ġestjoni operattiva tal-VIS, SIS, u sistemi ġodda tal-IT, kiri u rinnovament ta' bini, infrastruttura ta' komunikazzjoni u sigurtà)

 

1.6

Operazzjonijiet (kostijiet mhux koperti mill-kategoriji preċedenti ta' hawn fuq)

 

Total:

 


Formola tal-Ippjanar Indikattiva II: Sostenn operattiv għall-Fruntieri

Parti II.1: Lista indikattiva ta' kompiti

Kompitu

Benefiċjarju

Persunal

1.

Fruntieri tal-Art

1.1

 

 

 

1.n

 

 

 

2.

Fruntieri Marittimi

2.1

 

 

 

2.n

 

 

 

3.

Fruntieri tal-Ajru

3.1

 

 

 

3.n

 

 

 

4.

Servizzi ċentrali u oħrajn (servizzi speċjalizzati ċentralizzati fil-ġestjoni tal-fruntieri u li l-konsenja tagħhom mhi marbuta ma' ebda post speċifiku (pereż. analiżi ta' riskju mwettqa fil-kwartieri ġenerali tal-Gwardjani tal-Fruntiera, attivitajiet ta' taħriġ))

4.1

 

 

 

4.n

 

 

 

Parti II.2: Tqassim indikattiv tal-baġit

Total għal kull benefiċjarju

1.

Benefiċjarju:

 

1.1

kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ

 

1.2

kostijiet tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija

 

1.3

titjib/tibdil ta' tagħmir

 

1.4

proprjetà immobbli (deprezzament, rinnovament)

 

1.5

Sistemi tal-IT (ġestjoni operattiva tal-VIS, SIS, u sistemi ġodda tal-IT, kiri u rinnovament ta' bini, infrastruttura ta' komunikazzjoni u sigurtà)

 

1.6

Operazzjonijiet (kostijiet mhux koperti mill-kategoriji preċedenti ta' hawn fuq)

 

Total:

 


ANNESS III

IPPROGRAMMAR TA' SOSTENN OPERATTIV SKONT L-ISKEMA TA' TRANSITU SPEĊJALI

Sostenn operattiv għall-Iskema ta' Transitu Speċjali (il-Litwanja): ipprovdi l-istrateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Transitu Speċjali, ir-rekwiżiti minn din l-istrateġija u l-objettivi nazzjonali mfassla biex jilħqu dawn ir-rekwiżiti. Ipprovdi r-riżultati u l-eżitu mixtieq ma' din l-istrateġija.

Tipi ta' kostijiet addizzjonali: ipprovdi indikazzjoni tat-tipi ta' kostijiet addizzjonali li għandhom ikunu sostnuti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Transitu Speċjali.

Każ Speċjali: Sostenn Operattiv għall-Iskema ta' Transitu Speċjali (il-Litwanja)

 

Tipi ta' kostijiet addizzjonali

 


ANNESS IV

RAPPORTAR DWAR SOSTENN OPERATTIV

Sommarju: Ipprovdi sommarju tal-progress magħmul fl-implimentazzjoni ta' sostenn operattiv tul is-sena finanzjarja fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-linja bażi, l-objettivi u l-miri milħuqa.

Azzjonijiet: Elenka l-azzjonijiet ewlenin imwettqa tul is-sena finanzjarja, suċċessi u problemi identifikati (u solvuti).

OBJETTIV SPEĊIFIKU: Sommarju ta' sostenn operattiv

 

Sostenn operattiv għall-azzjonijiet tal-VIŻA

 

Sostenn operattiv għall-Fruntieri

 


ANNESS V

RAPPURTAR DWAR SOSTENN OPERATTIV SKONT L-ISKEMA TA' TRANSITU SPEĊJALI (STS)

Skema ta' Transitu Speċjali (kif stabbilita fir-Regolamenti Speċifiċi): tipprovdi ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni tal-STS.

Ipprovdi kull tibdil għall-objettivi nazzjonali jew ta' strateġija jew kull fattur li jista' jwassal għal tibdil fil-futur.

Stabbilixxi kull kwistjoni sinifikanti li taffettwa l-prestazzjoni tal-STS.

Objettivi nazzjonali: Elenka l-azzjonijiet ewlenin imwettqa tul is-sena, suċċessi u problemi identifikati (u solvuti).

OBJETTIV SPEĊIFIKU: Sostenn operattiv għas-sommarju tal-Iskema ta' Transitu Speċjali (il-Litwanja)

 

Objettiv nazzjonali: Azzjonijiet tal-STS

 


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 801/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi l-iskeda taż-żmien u kundizzjonijiet oħra ta' implimentazzjoni relatati mal-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tar-riżorsi għall-Programm ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-Fond tal-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond tal-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1), b'mod partikolari l-Artikolu 17(8) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat inkarigat mill-Fond tal-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna, imwaqqaf mill-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (2),

Billi:

(1)

Minbarra l-ammonti allokati skont l-Artikolu 15(1)(a) tar- Regolament (UE) Nru 516/2014, l-Istati Membri jirċievu ammont addizzjonali, kull sentejn, għal kull persuna risistemata.

(2)

Il-perjodi li jridu jitqiesu għall-kalkolu tal-ammont addizzjonali għandhom jiġu speċifikati. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti tliet perjodi ta' risistemazzjoni, li għal kull wieħed minnhom Stat Membru jista' jiġi allokat ammont addizzjonali.

(3)

Jekk, fl-2017, ikun jidher li hemm bżonn li tiġi prevista reviżjoni fl-2019 tal-prijoritajiet komuni ta' risistemazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, it-tielet perjodu ta' risistemazzjoni li jkopri mill-2018 sal-2020 jista' jiġi limitat għas-snin 2018 u 2019. Jekk jiġri hekk, dan ir-Regolament se jiġi emendat sabiex jipprevedi perjodu ta' risistemazzjoni addizzjonali għas-sena 2020.

(4)

Sabiex il-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammont addizzjonali li għandu jiġi allokat fir-rigward tar-risistemazzjoni fi kwalunkwe perjodu ta' risistemazzjoni, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni stima tan-numru ta' persuni li jkun qed jippjana li jirrisistema matul dak il-perjodu. L-istima għandha tiġi sottomessa permezz tas-sistema ta' skambju tad-dejta elettronika stabbilita mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 (3).

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 jipprevedi li l-ammonti addizzjonali għar-risistemazzjoni għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Għalhekk, għall-perjodu ta' risistemazzjoni li jkopri s-snin 2014 u 2015, il-programmi nazzjonali li jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għandhom jinkludu stima tan-numru ta' persuni li l-Istat Membru jkun qed jippjana li jirrisistema matul dak il-perjodu. Għall-perjodi ta' risistemazzjoni l-oħrajn, kull Stat Membru għandu jippreżenta stima sal-15 ta' Settembru tas-sena ta' qabel il-perjodu ta' risistemazzjoni kkonċernat.

(6)

L-ammont addizzjonali għar-risistemazzjoni allokat lil kull Stat Membru huwa bbażat fuq stima tan-numru ta' persuni li huwa jkun qed jippjana li jirrisistema. Sabiex jibbenefikaw mill-ħlas tal-ammont addizzjonali, il-persuni kkonċernati jridu jkunu ġew effettivament risistemati mill-bidu tal-perjodu kkonċernat u sa sitt xhur wara t-tmiem ta' dak il-perjodu.

(7)

Sabiex jingħataw l-ammont addizzjonali, li huwa bbażat fuq somma f'daqqa għal kull persuna risistemata, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni n-numru ta' persuni li jikkwalifikaw għall-ħlas. Huma għandhom iżommu evidenza ta' dawn il-persuni li jikkwalifikaw għall-ħlas.

(8)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament.

(9)

Id-Danimarka la hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 u lanqas b'dan ir-Regolament.

(10)

Sabiex tkun tista' ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Allokazzjoni ta' ammont addizzjonali għall-persuni risistemati

1.   Sabiex jiġi allokat ammont addizzjonali għall-persuni risistemati kif previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, kull Stat Membru jipprovdi lill-Kummissjoni bi stima tan-numru ta' persuni li jkun qed jippjana li jirrisistema fi kwalunkwe wieħed mill-perjodi li ġejjin:

(a)

is-snin 2014 u 2015,

(b)

is-snin 2016 u 2017,

(c)

is-snin 2018, 2019 u 2020,

2.   L-istimi jinkludu n-numru ta' persuni li jaqgħu taħt xi kategorija prijoritarja u taħt xi grupp ta' persuni definiti fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014. L-istimi jiġu sottomessi permezz tas-sistema ta' skambju tad-dejta elettronika stabbilita mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 802/2014, kif ġej:

(a)

l-istima għas-snin 2014 u 2015 tiġi inkluża fil-programm nazzjonali tal-Istat Membru ppreżentat f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014;

(b)

l-istima għas-snin 2016 u 2017 tiġi sottomessa sal-15 ta' Settembru 2015;

(c)

l-istima għall-perjodu li jkopri mill-2018 sal-2020 tiġi sottomessa sal-15 ta' Settembru 2017.

3.   Il-Kummissjoni teżamina l-istimi u tiddeċiedi, mill-aktar fis possibbli, dwar l-ammonti addizzjonali li għandhom jiġu allokati għal kull Stat Membru, kif stipulat fl-Artikolu 17(9) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014.

Artikolu 2

Kwalifika għall-ammont addizzjonali għall-persuni risistemati u rappurtar

1.   Sabiex jibbenefikaw mill-ammont addizzjonali, il-persuni kkonċernati jridu jkunu ġew effettivament risistemati mill-bidu tal-perjodu kkonċernat u sa sitt xhur wara t-tmiem ta' dak il-perjodu.

L-Istati Membri jżommu l-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista' ssir identifikazzjoni xierqa tal-persuni risistemati u tad-data tar-risistemazzjoni tagħhom.

Fir-rigward tal-persuni li jaqgħu taħt xi kategorija prijoritarja u taħt xi grupp ta' persuni msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, l-Istati Membri jżommu wkoll evidenza li tipprova li dawn jappartjenu għall-kategorija ta' prijorità jew għal grupp ta' persuni rilevanti.

2.   Kull Stat Membru li jkun ġie allokat ammont addizzjonali għar-risistemazzjoni, iniżżel fil-kontijiet annwali previsti fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, in-numru ta' persuni risistemati li jikkwalifikaw għall-ammont addizzjonali, li jinkludu n-numru ta' persuni li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji prijoritarji u taħt wieħed mill-gruppi ta' persuni definiti fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014. Kull persuna risistemata tista' tingħadd darba biss.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għall-programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet ta' sistema ta' skambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 802/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi (1), b'mod partikolari l-Artikoli 14(4) u 24(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 flimkien mar-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, jikkostitwixxu qafas għal finanzjament tal-Unjoni biex jiġi sostnut l-iżvilupp taż-żona tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jesiġi lil kull Stat Membru biex jipproponi programm nazzjonali pluriennali. Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni hija konsistenti u kumparabbli, huwa neċessarju li jiġi stabbilit mudell li l-programm nazzjonali għandu jimxi fuqu.

(3)

Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 l-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jitwettqu permezz ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet li s-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika għandha tikkonforma magħhom. Sabiex ikunu kosteffikaċi u jiżguraw koerenza ġenerali mal-ġestjoni konġunta ta' Fondi tal-Unjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika huma l-istess, sa fejn ikun possibbli, bħal dawk previsti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 (2).

(4)

Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni skambjata, u biex is-sistema tal-iskambju tal-informazzjoni ssir eħfef u iktar utli, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti bażiċi dwar il-forma u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata.

(5)

Prinċipji u regoli għandhom jiġu stabbiliti dwar l-identifikazzjoni tal-parti responsabbli biex ittella' d-dokumenti fis-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika u biex taġġorna dawn id-dokumenti.

(6)

Karatteristiċi tekniċi għal sistema effiċjenti ta' skambju elettroniku għandhom jiġu stabbiliti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jistgħu jkomplu l-iskambju ta' informazzjoni f'każijiet ta' force majeure li jxekklu l-użu tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika, mezzi alternattivi biex jikkodifikaw u jittrasferixxu d-dejta meħtieġa li tiġi speċifikata.

(8)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li t-trasferiment tad-dejta permezz tas-sistema tal-skambju tad-dejta elettronika jitwettaq b'mod sigur li jiżgura d-disponibbiltà, l-integrità, l-awtentiċità, il-konfidenzjalità u n-nonripudju tal-informazzjoni. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar is-sigurtà.

(9)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. B'hekk dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u prinċipji. Dwar dejta personali pproċessata mill-Istati Membri, tapplika d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Rigward l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-moviment liberu ta' tali dejta, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament u ma jkunx hemm dewmien għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament.

(12)

Id-Danimarka la hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u lanqas b'dan ir-Regolament.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat “għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna”.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mudelli għal programmi nazzjonali

Il-mudell għal programmi nazzjonali huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

L-istabbiliment ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika

Il-Kummissjoni tistabbilixxi sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika għall-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “SFC2014”)

Artikolu 3

Il-kontenut ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika

1.   L-SFC2014 jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli, l-formati u l-formoli stabbiliti skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-Regolamenti Speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

2.   L-informazzjoni mogħtija fil-formoli elettroniċi integrati fl-SFC2014 (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “dejta strutturata”) ma tiġix sostitwita b'dejta mhux strutturata, inkluż l-użu ta' hyperlinks jew tipi oħra ta' dejta mhux strutturata bħal tehmiż ta' dokumenti jew immaġnijiet. Meta Stat Membru jittrażmetti l-istess informazzjoni f'forma ta' dejta strutturata u dejta mhux strutturata, id-dejta strutturata tintuża fil-każ ta' inkonsistenzi.

Artikolu 4

L-operat tal-SFC2014

1.   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 se jdaħħlu fl-SFC2014 l-informazzjoni għat-trażmissjoni li għaliha huma responsabbli, u kull aġġornament fuqha.

2.   Kull trażmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni għandha tiġi vverifikata u sottomessa minn persuna oħra għajr il-persuna li daħħlet id-dejta għal din it-trażmissjoni. Din is-separazzjoni ta' kompiti għandha tkun sostnuta mill-SFC2014 jew permezz tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-informazzjoni tal-Istat Membru li jkunu konnessi awtomatikament mal-SFC2014.

3.   L-Istati Membri se jinnominaw, fil-livell nazzjonali jew reġjonali jew fit-tnejn li huma, persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni ta' drittijiet ta' aċċess għall-SFC2014. Dawn il-persuni se jwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jidentifikaw lill-utenti li jitolbu aċċess, filwaqt li jiżguraw li dawn l-utenti huma impjegati mill-organizzazzjoni;

(b)

jinfurmaw lill-utenti dwar l-obbligi tagħhom biex tinżamm is-sigurtà tas-sistema;

(c)

jivverifikaw l-intitolament tal-utenti għal-livell ta' privileġġ meħtieġ fir-rigward tal-kompiti tagħhom u l-pożizzjoni ġerarkika tagħhom;

(d)

jitolbu t-terminazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess meta dawn id-drittijiet ta' aċċess ma jkunux għadhom meħtieġa jew iġġustifikati;

(e)

jirrappurtaw minnufih avvenimenti suspettużi li jistgħu jxekklu s-sigurtà tas-sistema;

(f)

jiżguraw l-eżattezza kontinwa tad-dejta tal-identifikazzjoni tal-utent billi jirrappurtaw kull tibdil;

(g)

jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta u l-kunfidenzjalità kummerċjali skont ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni; kif ukoll

(h)

jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull tibdil li jaffettwa l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew tal-utenti tal-SFC2014 milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew il-kapaċità personali tagħhom milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija f'punti (a) sa (g).

4.   L-iskambji tad-dejta u t-tranżazzjonijiet se jkollhom fuqhom firma elettronika obbligatorja skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrikonoxxu l-effikaċja u l-ammissibilità ġuridika tal-firma elettronika użata fl-SFC2014 bħala evidenza fi proċedimenti ġuridiċi.

5.   Informazzjoni pproċessata permezz tal-SFC2014 tirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza tad-dejta personali għal individwi u l-kunfidenzjalità kummerċjali għal entitajiet ġuridiċi skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Karatteristiċi tal-SFC2014

Sabiex jiġi żgurat l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni, l-SFC2014 jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

forom interattivi jew formoli mimlija minn qabel mis-sistema abbażi tad-dejta diġà rreġistrata qabel fis-sistema;

(b)

kalkoli awtomatiċi, fejn dawn inaqqsu l-isforz tal-utenti biex jikkodifikaw;

(c)

kontrolli integrati awtomatiċi li jivverifikaw il-konsistenza interna tad-dejta trażmessa u l-konsistenza ta' din id-dejta mar-regoli applikabbli;

(d)

avviżi maħluqa mis-sistema SFC2014 li jwissu lill-utent li ċerti azzjonijiet jistgħu jew ma jistgħux jitwettqu;

(e)

monitoraġġ onlajn tal-istatus tat-trattament ta' informazzjoni mdaħħla fis-sistema; kif ukoll

(f)

disponibbiltà ta' dejta storika rigward l-informazzjoni kollha mdaħħla għal programm nazzjonali.

Artikolu 6

Trażmissjoni ta' dejta permezz tal-SFC2014

1.   L-SFC2014 għandha tkun aċċessibbli għall-Istati Membri u l-Kummissjoni jew direttament permezz ta' interfaċċa interattiva għall-utent (jiġifieri, applikazzjoni fuq l-Internet) jew permezz ta' interfaċċa teknika bl-użu ta' protokolli definiti minn qabel (jiġifieri, servizzi tal-Internet) li tippermetti s-sinkronizzazzjoni awtomatika u t-trażmissjoni ta' dejta bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-Istati Membriu u l-SFC2014.

2.   Id-data ta' trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u viċi versa titqies bħala d-data tas-sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.

3.   F'każ ta' force majeure, funzjonament ħażin tal-SFC2014 jew nuqqas ta' konnessjoni mal-SFC2014 għal aktar minn ġurnata tax-xogħol fl-aħħar ġimgħa qabel iż-żmien regolatorju għas-sottomissjoni ta' informazzjoni, jew ħamest ijiem tax-xogħol fi żminijiet oħra, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni jista' jsir f'forma stampata bl-użu ta' mudelli, formati u l-formoli msemmija fl-Artikolu 3(1).

Meta s-sistema ta' skambju elettroniku tieqaf taħdem ħażin, il-konnessjoni ma' dik is-sistema tiġi stabbilita mill-ġdid jew tieqaf il-kawża tal-force majeure, il-parti kkonċernata ddaħħal mingħajr dewmien l-informazzjoni li tkun intbagħtet diġà f'forma stampata fl-SFC2014.

4.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, id-data ttimbrata mill-posta titqies bħala d-data ta' sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.

Artikolu 7

Sigurtà ta' dejta trażmessa permezz tal-SFC2014

1.   Il-Kummissjoni tistabbilixxi politika ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “il-politika ta' sigurtà tal-SFC IT”) għall-SFC2014 applikabbli għall-persunal li jagħmel użu mill-SFC2014 skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006)3602 (8) u r-regoli tagħha ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha taħtar persuna jew persuni responsabbli biex jiddefinixxu, jżommu u jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-politika ta' sigurtà għall-SFC2014.

2.   L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet Ewropej kollha għajr il-Kummissjoni, li rċevew drittijiet ta' aċċess għall-SFC2014, jħarsu t-termini u l-kundizzjonijiet ta' sigurtà tal-IT ppubblikati fil-portal tal-SFC2014 u l-miżuri li huma implimentati fl-SFC2014 mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata t-trażmissjoni ta' dejta, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni jimplimentaw u jiżguraw l-effikaċja tal-miżuri ta' sigurtà adottati għall-protezzjoni tad-dejta li jkunu ħażnu u ttrażmettew permezz tal-SFC2014.

4.   L-Istati Membri jadottaw politiki ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali li jkopru l-aċċess għall-SFC2014 u d-dħul awtomatiku ta' dejta fihom, billi jiżguraw sett minimu ta' rekwiżiti ta' sigurtà. Dawn il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jistgħu jirreferu għal dokumenti oħra ta' sigurtà. Kull Stat Membru jiżgura li dawn il-politiki ta' sigurtà tal-IT japplikaw għall-awtoritajiet kollha li jagħmlu użu mill-SFC2014.

5.   Dawn il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jinkludu:

(a)

l-aspetti ta' sigurtà tal-IT tal-ħidma mwettqa mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, meta taħdem/jaħdmu direttament fl-SFC2014 u

(b)

Il-miżuri ta' sigurtà tal-IT għal dawn is-sistemi tal-informatika lokali, reġjonali jew nazzjonali mqabbda ma' SFC2014 permezz ta' interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, jiġu koperti l-aspetti ta' sigurtà tal-IT li ġejjin, kif xieraq:

(a)

is-sigurtà fiżika;

(b)

il-midja tad-dejta u l-kontroll tal-aċċess;

(c)

il-kontroll tal-ħażna;

(d)

il-kontroll tal-aċċess u tal-password;

(e)

il-monitoraġġ;

(f)

l-interkonnessjoni mal-SFC2014;

(g)

l-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

(h)

riżorsi umani; kif ukoll

(i)

il-ġestjoni tal-inċidenti.

6.   Il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri deskritti jkunu proporzjonali mar-riskji identifikati.

7.   Id-dokumenti li jistabbilixxu l-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali jkunu disponibbli għall-Kummissjoni kull meta jintalbu.

8.   L-Istati Membri se jaħtru, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, persuna jew persuni responsabbli biex iżommu u jiżguraw l-applikazzjoni tal-politiki tas-sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali. Dik il-persuna jew persuni taġixxi/jaġixxu bħala punt ta' kuntatt mal-persuna jew persuni maħtura mill-Kummissjoni u msemmija fil-paragrafu 1.

9.   Kemm il-politika tas-sigurtà tal-IT tal-SFC kif ukoll il-politiki ta' sigurtà tal-IT lokali, reġjonali jew nazzjonali rilevanti jiġu aġġornati f'każ ta' bidliet teknoloġiċi, l-identifikazzjoni ta' theddid ġdid jew żviluppi oħra rilevanti. F'kull każ, huma jiġu riveduti fuq bażi annwali biex ikun żgurat li dawn ikomplu jipprovdu rispons xieraq.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għas-sostenn mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta' intervent għal sostenn mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali skont il-mira tal-kooperazzjoni Territorjali Ewropea. (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 7)

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1)

(5)  Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar qafas tal-Komunità għall-firem elettroniċi, ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(6)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37)

(7)  Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11)

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 tas-16 ta' Awwissu 2006 dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.


ANNESSI

MUDELL GĦALL-PROGRAMM NAZZJONALI

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Identifikazzjoni u dettalji ta' kuntatt:

 

Isem l-awtorità:

Il-Kap tal-awtorità

L-indirizz

L-indirizz tal-posta elettronika

Id-data tal-ħatra

L-attivitajiet delegati

L-Awtorità Responsabbli

 

 

 

 

 

 

L-Awtorità ta' Verifika

 

 

 

 

 

 

L-Awtorità Delegata 1

 

 

 

 

 

 

L-Awtorità Delegata 2

 

 

 

 

 

 

L-Awtorità Delegata N (massimu ta' 10)

 

 

 

 

 

 

Dokument mehmuż: notifika tal-ħatra b':

(a)

diviżjoni prinċipali tar-responsabbiltajiet bejn l-unitajiet organizzattivi tagħha;

(b)

fejn xieraq, ir-relazzjoni tagħha mal-awtoritajiet delegati, l-attivitajiet li għandhom jiġu ddelegati, u l-proċeduri ewlenin għas-superviżjoni tal-attivitajiet delegati; kif ukoll

(c)

sommarju tal-proċeduri prinċipali għall-ipproċessar tal-pretensjonijiet finanzjarji mill-benefiċjarji u għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni tan-nefqa

Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll prevista (l-Artikolu 14(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014).

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA 1

Sommarju Eżekuttiv

Ipprovdi sommarju ġenerali tal-programm kollu, b'enfasi fuq l-istrateġiji nazzjonali, l-objettivi u l-miri nazzjonali (ir-riżultati mixtieqa u r-riżultati).

 

TAQSIMA 2

Is-sitwazzjoni ta' referenza fl-Istat Membru (l-Artikolu 14(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Is-sitwazzjoni ta' referenza hija sommarju tal-istat attwali minn Diċembru 2013 fl-Istat Membru għall-oqsma relevanti għall-Fond. Din it-taqsima tinkludi:

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni ta' referenza fl-Istat Membru, flimkien mal-informazzjoni fattwali neċessarja biex ir-rekwiżiti jiġu vvalutati korrettament;

analiżi tar-rekwiżiti fl-Istat Membru, inklużi l-kwistjonijiet ewlenin mir-riżultat tad-djalogu ta' politika;

il-miżuri meħuda s'issa, inklużi miżuri implimentati mal-eks-Fond għall-Affarijiet Interni;

valutazzjoni tal-ħtiġijiet nazzjonali, inklużi l-isfidi identifikati fl-evalwazzjonijiet rilevanti; kif ukoll

ir-riżorsi annwali indikattivi mill-baġit nazzjonali, imqassma skont l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-programmi nazzjonali.

L-informazzjoni għandha tkun kompleta minnha nfisha u ma tistax tirreferi għal informazzjoni f'dokumenti mehmuża jew ikun fiha hyperlinks. Dokument jista' jiġi mehmuż b'dettalji addizzjonali.

Kwalunkwe dokument mehmuż mhux se jagħmel parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm nazzjonali msemmi fl-Artikolu 14(7) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

 

TAQSIMA 3

L-Objettivi tal-Programm (l-Artikolu 14(2)(b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

L-informazzjoni fl-objettivi speċifiċi għandha tkun kompluta fiha nfusha u ma tistax tirreferi għal informazzjoni fi kwalunkwe dokument mehmuż jew ikun fiha hyperlinks.

Objettiv speċifiku (kif stabbilit fir-Regolamenti Speċifiċi): ipprovdi l-istrateġija xierqa, li tidentifika l-objettivi nazzjonali, inkluża deskrizzjoni ta' kif l-objettivi tar-Regolamenti Speċifiċi huma koperti, sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti identifikati fis-sitwazzjoni ta' referenza.

Objettiv nazzjonali : ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-azzjonijiet ewlenin biex jinkiseb l-objettiv nazzjonali, bl-indikar pereżempju ta' dawk l-azzjonijiet li se jiġu appoġġati mill-programm nazzjonali (jiġifieri l-prijoritajiet ta' finanzjament), u bħala parti mid-deskrizzjoni jiġu pprovduti l-miri (ir-riżultati mixtieqa).

Azzjoni speċifika (kif stabbilita fir-Regolamenti Speċifiċi):

Agħti deskrizzjoni ta' kif se titwettaq l-azzjoni, u ġustifikazzjoni għall-ammont allokat;

għal azzjonijiet konġunti (proġetti transnazzjonali), l-Istat Membru mexxej biss għandu jelenka l-Istati Membri parteċipanti, inkluż ir-rwol u l-kontribut finanzjarju possibbli tagħhom, jekk applikabbli; kif ukoll

l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiddeskrivu r-rwol u l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom, jekk applikabbli.

OBJETTIV SPEĊIFIKU N: Titolu

 

Objettiv nazzjonali n: titolu

 

Azzjoni speċifika n: titolu

 

Skeda ta' żmien indikattiva: għal kull objettiv nazzjonali daħħal it-tliet azzjonijiet ewlenin li għandhom jiġu appoġġati bil-programm nazzjonali. Għal kull azzjoni niżżel is-sena meta din tkun ippjanata (pereżempju s-sejħa għall-proposti), meta se tiġi implimentata (pereżempju kuntratti/l-għotjiet iffirmati), u meta l-azzjoni se tkun magħluqa jew titlesta (pereżempju r-rapport finali).

Skeda ta' żmien indikattiva

(l-Artikolu 14(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

 

Isem l-azzjoni

Il-bidu tal-ippjanar

L-istat ta' implimentazzjoni

L-għeluq

Objettiv speċifiku n:

Objettiv nazzjonali n:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA 4

Każijiet speċjali

Fil-każ fejn il-programm nazzjonali jinkludi pleġġ, ipprovdi n-numri għal kull kategorija tal-perjodu għall-pleġġ rispettiv, fejn applikabbli.

Billi jimla l-pjan għall-pleġġ, l-Istat Membru jikkonferma li hemm impenn nazzjonali uffiċjali li jonora l-pleġġ matul il-perjodu għall-pleġġ rispettiv u li l-miżuri se jiġu mwettqa b'mod effettiv matul il-perjodu.

Il-pjan għal-pleġġ: ipprovdi ġustifikazzjoni għall-pleġġ, l-impenn uffiċjali li jiġi onorat il-pleġġ, skeda ta' żmien indikattiva, il-proċess tal-għażla u l-operazzjonijiet meħtieġa biex jitwettaq il-pleġġ.

Il-pjan tal-pleġġ

 

Il-kategoriji

Il-perjodu ta' pleġġ

Il-perjodu ta' pleġġ

Il-perjodu ta' pleġġ

 

 

 

 

Total

 

 

 

TAQSIMA 5

Indikaturi komuni u indikaturi speċifiċi għall-programm (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Indikatur komuni (kif stabbilit fir-Regolamenti Speċifiċi): għal kull objettiv speċifiku segwit ipprovdi l-valur mira għal kull indikatur komuni u s-sors tad-dejta (pereżempju r-rapporti tal-proġetti).

Fil-każ fejn il-programm nazzjonali jinkludi indikaturi speċifiċi għall-programm ipprovdi: il-link għall-objettiv speċifiku rilevanti; deskrizzjoni tal-indikatur; l-unità ta' kejl; il-valur ta' referenza; il-valur mira li għandu jintlaħaq; u s-sors tad-dejta. Kull indikatur speċifiku għall-programm għandu jkun marbut ma' objettiv speċifiku uniku.

L-ID tal-indikatur

Id-deskrizzjoni tal-indikatur

L-unità ta' kejl

Il-valur bażi

Il-valur immirat

Is-sors tad-dejta

Objettiv speċifiku n: titolu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA 6

Qafas għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru

6.1.   L-involviment ta' sħubija fit-tħejjija tal-programm (l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Sommarju tal-approċċ adottat, il-kompożizzjoni u l-involviment tas-sħab u l-istadji ewlenin ta' konsultazzjoni usa', fejn rilevanti, inkluż lista tas-sħab prinċipali (jew tipi ta' sħab) involuti jew ikkonsultati.

 

6.2.   Il-Kumitat ta' Monitoraġġ (l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

 

6.3.   Qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni (l-Artikolu 14(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-approċċ ippjanat u l-metodi li għandhom jintużaw.

Inkludi t-tweġibiet għal dan li ġej:

(a)

Fejn se tkun tinsab il-funzjoni ta' evalwazzjoni u monitoraġġ? Liema se tkun l-entità responsabbli għall-evalwazzjoni?

(b)

Il-valutazzjoni jew il-monitoraġġ se jiġu esternalizzati?

(c)

Kif se tinġabar id-dejta dwar il-proġetti u l-indikaturi (is-sistema ta' monitoraġġ)?

 

6.4.   L-involviment ta' sħubija fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm nazzjonali (l-Artikolu 12(3) u 14(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-approċċ li se jittieħed għas-sħab, il-livell ta' involviment tagħhom u l-istadji ewlenin tal-konsultazzjoni usa', fejn rilevanti, inkluż lista tat-tipi ta' sħab involuti jew ikkonsultati (jew is-sħab prinċipali).

 

6.5.   L-informazzjoni u l-pubbliċità (l-Artikolu 14(2)(j) u 53 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Ipprovdi deskrizzjoni tal-mekkaniżmi u l-metodi li għandhom jintużaw biex jiġi ppubbliċizzat il-programm nazzjonali.

 

6.6.   Il-Koordinazzjoni u l-komplementarjetà ma' strumenti oħrajn (l-Artikolu 14(2)(e) u 14(5)(f) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Iddeskrivi fil-qosor il-mekkaniżmi biex tiġi żgurata koordinazzjoni bejn l-istrumenti stabbiliti mir-Regolamenti Speċifiċi u ma' strumenti oħra tal-Unjoni u nazzjonali. Dan għandu jinkludi, jekk applikabbli, l-identifikazzjoni tal-korpi responsabbli għall-koordinazzjoni f'dawn l-oqsma u, fejn xieraq, l-istrutturi jew arranġamenti (pereżempju l-kumitati, il-proċeduri ta' konsultazzjoni) użati għal dan l-għan.

Fir-rigward tal-kumplimentarjetà ma' strumenti oħra tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:

Il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd);

Fondi u programmi oħrajn tal-UE (pereżempju l-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Programm Kulturali, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni);

Strumenti dwar ir-relazzjonijiet esterni tal-UE (pereżempju l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, l-Istrument għall-Istabbiltà), sa fejn azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom huma kkonċernati.

 

6.7.   Il-benefiċjarji u l-għotja diretta

6.7.1.   Elenka t-tipi ewlenin ta' benefiċjarji tal-programm (uża l-lista hawn taħt)

 

It-tipi ta' benefiċjarji huma: l-awtoritajiet Statali/federali, il-korpi pubbliċi lokali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali, is-Salib l-Aħmar nazzjonali, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar, il-kumpaniji tal-liġi pubblika jew privata, l-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni/tar-riċerka, is-sħab soċjali.

6.7.2.   L-għotja diretta

Indika l-objettiv nazzjonali, meta huwa maħsub li tintuża l-għotja diretta u pprovdi ġustifikazzjoni għal kull ċirkostanza.

 

TAQSIMA 7

Il-pjan ta' finanzjament tal-programm (l-Artikolu 14(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014)

Il-pjan ta' finanzjament tal-programm nazzjonali li jispeċifika, għall-perjodu sħiħ ta' programmazzjoni, l-ammont tal-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull objettiv speċifiku fil-mira. L-ammonti għall-objettivi nazzjonali fi ħdan l-objettiv speċifiku huma indikattivi. In-nefqa totali għall-assistenza teknika hija indikata.

7.1.   Il-pjan ta' finanzjament skont l-objettivi speċifiċi

Tabella

(f'EUR)

Objettiv speċifiku n: titolu

Objettiv nazzjonali n

 

Subtotal ta' objettivi nazzjonali

 

Azzjoni speċifika n

 

Total 1 SO

 

Objettiv nazzjonali n + 1

 

Subtotal ta' objettivi nazzjonali

 

Azzjoni speċifika n + 1

 

Total n

 

Każijiet speċjali

 

Total ta' każijiet speċjali

 

Assistenza teknika:

(Massimu = ammont fiss + (Allokazzjoni totali) *5 jew 5,5 % skont ir-Regolamenti Speċifiċi)

 

TOTAL

 

Il-pjan ta' finanzjament indikattiv tal-programm nazzjonali li jispeċifika l-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull sena finanzjarja

7.2.   Pjan ta' finanzjament skont is-sena finanzjarja

Tabella

(f'EUR)

SENA

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

TOTAL

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

7.3.   Ġustifikazzjoni għal kull devjazzjoni mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi. (Meħtieġa biss jekk il-valuri minimi ma jintlaħqux) l-Artikolu 14(5)(b)

Ipprovdi spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mill-ishma minimi stabbiliti fir-Regolamenti Speċifiċi.

 


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 803/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

li jemenda ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (2), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA PREĊEDENTI

(1)

Fit-13 ta' Mejju 2013 il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' oġġetti taċ-ċeramika ta' fuq il-mejda u tal-kċina (“oġġetti tal-mejda”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013.

(2)

Fl-investigazzjoni oriġinali għadd kbir ta' produtturi esportaturi mir-RPĊ għamlu lilhom infushom magħrufa. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li għandu jkun investigat.

(3)

Il-Kunsill impona rati individwali ta' dazju fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti tal-mejda li jvarjaw minn 13,1 % għal 23,4 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, u 17,9 % fuq kumpaniji oħra li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun.

(4)

Il-Kunsill impona wkoll rata ta' dazju ta' 36,1 % fuq l-importazzjoni ta' oġġetti tal-mejda minn kumpaniji Ċiniżi li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(5)

L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013 jiddikjara li fejn xi produttur esportatur ġdid ta' oġġetti tal-mejda fir-RPĊ jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(1)

ma jkunx esporta fl-Unjoni oġġetti taċ-ċeramika ta' fuq il-mejda u tal-kċina matul il-perjodu ta' investigazzjoni mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”);

(2)

mhux relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-RPĊ li huma soġġetti għall-miżuri antidumping imposti minn dak ir-Regolament, kif ukoll

(3)

huwa jkun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni;

għalhekk l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament jista' jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkoperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata ta' dazju medja peżata ta' 17,9 %.

B.   TALBIET GĦAL TRATTAMENT TA' PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID

(6)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013, erba' kumpaniji ppreżentaw ruħhom jgħidu li huma jissodisfaw t-tliet kriterji stabbiliti hawn fuq fil-premessa (5) u pprovdew evidenza.

(7)

L-erba' kumpaniji huma manifatturi u esportaturi tal-prodott ikkonċernat.

(8)

Tlieta minnhom kienu jeżistu matul l-investigazzjoni oriġinali iżda ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

(9)

Ir-raba' kumpanija ma kinitx teżisti matul l-investigazzjoni oriġinali u għalhekk ma setgħatx esportat matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(10)

Il-Kummissjoni analizzat l-evidenza mressqa mill-erba' kumpaniji u sabet li kull waħda mill-erba' kumpaniji tissodisfa t-tliet kriterji biex ikunu kkunsidrati bħala Produtturi Esportaturi Ġodda. Konsegwentement, l-ismijiet tagħhom jistgħu jiġu miżjuda mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013.

(11)

L-erba' kumpaniji u l-industrija tal-Unjoni kienu mgħarrfa bis-sejbiet ta' din l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Ma wasal l-ebda kumment.

(12)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kumpaniji segwenti jiżdiedu mal-lista ta' produtturi esportaturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013:

Kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Liling Taiyu Porcelain Industries Co., Ltd

B956

Liling Xinyi Ceramics Industry Ltd.

B957

T&C Shantou Daily Chemical Industry Co., Ltd.

B958

Jing He Ceramics Co., Ltd

B959

Artikolu 2

Kif stipulat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013, l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju antidumping individwali tkun bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jiġu ppreżentati b'fattura kummerċjali valida, li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tkun ippreżentata, id-dazju applikabbli għall-"Kumpaniji l-oħra kollha" msemmija fit-tabella tal-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament, japplikaw.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 804/2014

tal-24 ta' Lulju 2014

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammonti tal-għajnuna għat-tressiq tard ta' applikazzjonijiet uniċi u applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti b'relazzjoni għal ċerti żoni tal-Italja milquta minn għargħar fl-2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (2) jipprovdi, fl-Artikoli 23(1) u 24, għal tnaqqis li għandu jiġi applikat f'każ ta' tressiq tard ta' applikazzjoni unika kif ukoll ta' dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet li huma kostituttivi għall-eliġibbiltà tal-għajnuna, u ta' applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti.

(2)

Skont l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, l-Italja stabilixxiet il-15 ta' Mejju 2014 bħala l-aħħar ġurnata li fiha jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet uniċi u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti għall-2014.

(3)

Fit-3 ta' Mejju 2014 ċerti partijiet tar-reġjun Taljan tal-Marche kienu soġġetti għal xita eċċezzjonali li wasslet għal għargħar, ħsarat fl-infrastruttura, valangi, l-evakwazzjoni taċ-ċittadini, kif ukoll ħsarat f'azjendi u koltivazzjonijiet agrikoli.

(4)

Din is-sitwazzjoni affettwat il-kapaċità tal-applikanti li jressqu l-applikazzjonijiet uniċi u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti marbuta ma'pakkett agrikolu fil-muniċipalitajiet affettwati mill-għargħar fil-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

(5)

B'deroga mill-Artikolu 23(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 huwa għalhekk xieraq li ma japplikax tnaqqis għat-tressiq tard ta' applikazzjonijiet uniċi u applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fir-rigward ta' dawk il-bdiewa li ressqu l-applikazzjonijiet tagħhom marbuta ma' mill-anqas pakkett agrikolu wieħed fi ħdan il-muniċipalitajiet definiti mill-Italja bħala soġġetti għal għargħar gravi fir-reġjun ta' Marche sa mhux aktar tard mid-9 ta' Ġunju 2014.

(6)

Minħabba li d-derogi għandhom ikopru l-applikazzjonijiet uniċi u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti għas-sena tal-għajnuna 2014, huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika retroattivament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, fir-rigward tas-sena ta' applikazzjoni 2014, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis għat-tressiq tard għal dawk il-bdiewa fir-reġjun Taljan tal-Marche li ressqu applikazzjoni unika marbuta ma' mill-anqas pakkett agrikolu wieħed fi ħdan il-muniċipalitajiet ta' Senigallia, Ripe, Corinaldo, Morro d'Alba, Ostra, Ostra Vetere, Barbara, Castel Colonna, Serra de' Conti, Montemarciano, Chiaravalle jew Osimo sa mhux aktar tard mid-9 ta' Ġunju 2014. Applikazzjonijiet uniċi bħal dawn, li jitressqu wara d-9 ta' Ġunju 2014, se jitqiesu mhux ammissibbli.

Artikolu 2

B'deroga mill-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, fir-rigward tas-sena ta' applikazzjoni 2014, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis għas-sottomissjoni tard għal dawk il-bdiewa fir-reġjun Taljan tal-Marche li ressqu applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti marbuta ma' mill-inqas pakkett agrikolu wieħed fi ħdan il-muniċipalitajiet ta' Senigallia, Ripe, Corinaldo, Morro d'Alba, Ostra, Ostra Vetere, Barbara, Castel Colonna, Serra de' Conti, Montemarciano, Chiaravalle jew Osimo sa mhux aktar tard mid-9 ta' Ġunju 2014. Applikazzjonijiet bħal dawn li jitressqu wara d-9 ta' Ġunju 2014, se jitqiesu mhux ammissibbli.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta' appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta' appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 805/2014

tal-24 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

59,9

TR

55,3

XS

56,8

ZZ

57,3

0707 00 05

MK

50,7

TR

81,4

ZZ

66,1

0709 93 10

TR

84,5

ZZ

84,5

0805 50 10

AR

107,5

BO

98,4

CL

116,3

NZ

145,2

TR

74,0

UY

125,4

ZA

127,5

ZZ

113,5

0806 10 10

BR

149,7

CL

81,7

EG

186,0

MA

159,8

TR

78,9

ZZ

131,2

0808 10 80

AR

243,2

BR

134,1

CL

111,9

NZ

124,8

US

145,0

ZA

142,5

ZZ

150,3

0808 30 90

AR

77,9

CL

94,9

NZ

163,0

ZA

63,9

ZZ

99,9

0809 10 00

MK

91,5

TR

245,3

XS

80,5

ZZ

139,1

0809 29 00

CA

344,6

TR

292,8

US

344,6

ZZ

327,3

0809 30

MK

72,6

TR

137,7

ZZ

105,2

0809 40 05

BA

54,7

MK

53,5

ZZ

54,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/40


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/86/UE

tat-8 ta' Lulju 2014

li temenda d-Direttiva 2011/96/UE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE (3) teżenta d-dividendi u d-distribuzzjoni ta' profitti oħrajn imħallsa mill-kumpanniji sussidjarji lill-kumpanniji prinċipali tagħhom mit-taxxi minn ras il-għajn u telimina t-tassazzjoni doppja ta' tali introjtu fil-livell tal-kumpannija prinċipali.

(2)

Il-benefiċċji tad-Direttiva 2011/96/UE ma għandhomx iwasslu għal sitwazzjonijiet ta' nontassazzjoni doppja u, b'hekk, jiġġeneraw benefiċċji fiskali mhux intenzjonati għal gruppi ta' kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti meta mqabbla ma' gruppi ta' kumpanniji tal-istess Stat Membru.

(3)

Għall-finijiet biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' nontassazzjoni doppja li jirriżultaw minn diskrepanzi fit-trattament tat-taxxa tad-distribuzzjonijiet tal-profitti bejn l-Istati Membri, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali u l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti tagħha ma għandhomx jippermettu li dawk il-kumpanniji jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa applikata fuq profitti mqassma riċevuti, sal-punt li tali profitti jkunu deduċibbli mis-sussidjarja tal-kumpannija prinċipali.

(4)

Huwa xieraq li tiġi aġġornata l-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2011/96/UE biex jiġu inklużi forom oħra ta' kumpanniji soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji fil-Polonja u forom oħra ta' kumpanniji li ġew introdotti fil-liġi tal-kumpanniji tar-Rumanija.

(5)

Id-Direttiva 2011/96/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2011/96/UE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

ma jintaxxawx tali profitti sal-punt li tali profitti ma jkunux deduċibbli mis-sussidjarja, u jintaxxaw tali profitti sal-punt li tali profitti jkunu deduċibbli mis-sussidjarja; jew”

2.

Fl-Anness I, il-parti A, il-punt (u) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(u)

kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala: ‘spółka akcyjna’, ‘spółka z ograniczoną odpowiedzialnością’,‘spółka komandytowo-akcyjna’;”

3.

Fl-Anness I, il-parti A, il-punt (w) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(w)

kumpanniji taħt il-liġi tar-Rumanija magħrufa bħala: ‘societăți pe acțiuni’, ‘societăți în comandită pe acțiuni’, ‘societăți cu răspundere limitată’, ‘societăți în nume colectiv’, ‘societăți în comandită simplă’;”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir it-tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  Opinjoni tat-2 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-25 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta' Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8).


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/42


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/87/EURATOM

tat-8 ta' Lulju 2014

li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, imfassla wara li tkun ingħatat l-opinjoni ta' grupp ta' persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost l-esperti xjentifiċi fl-Istati Membri,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom (3) tistabbilixxi standards uniformi bażiċi ta' sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa ta' individwi soġġetti għal esponimenti okkupazzjonali, pubbliċi u mediċi kontra l-perikli li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (4) timponi obbligi fuq l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu u jżommu fis-seħħ qafas nazzjonali għas-sikurezza nukleari. Dik id-Direttiva tirrifletti d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti internazzjonali ewlenin fil-qasam tas-sikurezza nukleari, jiġifieri l-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà [Sikurezza] Nukleari (5), kif ukoll il-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza (6) stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”).

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (7) timponi obbligi fuq l-Istati Membri biex jistabbilixxu u jżommu fis-seħħ qafas nazzjonali għall-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.

(4)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2007 dwar is-sigurtà nukleari u l-ġestjoni sikura ta' karburant nukleari użat u skart radjuattiv enfasizzaw li s-“sigurtà nukleari hi responsabbiltà nazzjonali eżerċitata fejn meħtieġ f'qafas tal- UE. Deċiżjonijiet li jikkonċernaw azzjonijiet ta' sikurezza u s-superviżjoni ta' installazzjonijiet nukleari jibqgħu unikament tal-operaturi u tal-awtoritajiet nazzjonali”.

(5)

L-inċident nukleari ta' Fukushima fil-Ġappun fl-2011 ġedded l-attenzjoni dinjija fuq il-miżuri meħtieġa biex jiġi minimizzat ir-riskju u jiġu żgurati l-aktar livelli robusti ta' sikurezza nukleari. Abbażi tal-konklużjoni tal-Kunsill Ewropew tal-24-25 ta' Marzu 2011, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti nazzjonali, flimkien mal-Kummissjoni fil-qafas tal-Grupp ta' Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (ENSREG), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/530/Euratom (8), wettqu valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u s-sikurezza ta' impjanti tal-enerġija nukleari (“stress tests”) fil-Komunità kollha. Ir-riżultati identifikaw titjib li jista' jiġi implimentat f'approċċi ta' sikurezza nukleari u prattiki industrijali fil-pajjiżi parteċipanti.

Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew talab ukoll lill-Kummissjoni biex tirrevedi, kif meħtieġ, il-qafas legali u regolatorju eżistenti għas-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari u tipproponi kwalunkwe titjib li jista' jkun neċessarju. Il-Kunsill Ewropew enfasizza wkoll li fl-Unjoni għandhom jiġu implimentati u mtejba kontinwament l-ogħla standards tas-sikurezza nukleari.

(6)

Awtorità regolatorja kompetenti b'saħħitha b'indipendenza effettiva fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji hija rekwiżit fundamentali tal-qafas regolatorju Komunitarju għas-sikurezza nukleari. Huwa ta' importanza kbira li awtorità regolatorja kompetenti tkun tista' teżerċita s-setgħat tagħha b'mod imparzjali, trasparenti u ħieles minn kull influwenza żejda fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji tagħha biex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza nukleari. Deċiżjonijiet regolatorji u azzjonijiet ta' infurzar fil-qasam tas-sikurezza nukleari għandhom jiġu bbażati fuq konsiderazzjonijiet tekniċi oġġettivi relatati mas-sikurezza u għandhom jiġu stabbiliti mingħajr ebda influwenza esterna żejda li tista' tikkomprometti s-sikurezza, bħal influwenza żejda assoċjata ma' tibdil fil-kundizzjonijiet politiċi, ekonomiċi jew tas-soċjetà.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/71/Euratom dwar is-separazzjoni funzjonali tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jissaħħu biex tiġi żgurata l-indipendenza effettiva tal-awtoritajiet regolatorji minn influwenza żejda fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji tagħhom u jiġi garantit li dawn jingħataw il-mezzi u l-kompetenzi adegwati biex iwettqu b'mod xieraq ir-responsabbiltajiet assenjati lilhom. B'mod partikolari, l-awtorità regolatorja għandu jkollha setgħat legali suffiċjenti, persunal suffiċjenti u riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-qadi xieraq tar-responsabbiltajiet assenjati lilha.

Madankollu, r-rekwiżiti msaħħa għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjoni mill-qrib, kif adegwat, ma' awtoritajiet nazzjonali oħra rilevanti jew għal-linji gwida ġenerali ta' politika maħruġa mill-Istati Membri.

(7)

Il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji għandu jqis il-kompetenzi u l-għarfien espert, li jistgħu jingħataw minn organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku. Dan l-għarfien espert għandu jkun imsejjes fuq l-aktar għarfien xjentifiku u tekniku avvanzat, inkluż minn esperjenza operazzjonali u riċerka marbuta mas-sikurezza, il-ġestjoni tal-għarfien, u riżorsi tekniċi adegwati.

(8)

F'konformità mal-Parti 1 tar-Rekwiżiti tas-Sikurezza Ġenerali tal-IAEA, għandu jiġi rispettat kemm ir-rwol tal-Istati Membri fl-istabbiliment ta' qafas għas-sikurezza nukleari, kif ukoll ir-rwol tar-regolatur fl-implimentazzjoni ta' dak il-qafas.

(9)

Minħabba n-natura speċjalizzata tal-industrija nukleari u d-disponibbiltà limitata ta' persunal bl-esperjenza u l-kompetenza rikjesta, li jirriżultaw fir-rotazzjoni possibbli ta' persuni b'responsabbiltà eżekuttiva bejn l-industrija nukleari u r-regolaturi, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu evitati l-konflitti ta' interess. Barra minn hekk, għandhom isiru arranġamenti biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interess għal dawk l-organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri jew servizzi lill-awtorità regolatorja kompetenti.

(10)

Il-konsegwenzi ta' inċident nukleari jistgħu jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, u għaldaqstant għandhom jiġu mħeġġa l-kooperazzjoni mill-qrib, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-Istati Membri fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari, irrispettivament minn jekk dawk l-Istati Membri jħaddmux installazzjonijiet nukleari jew le. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm arranġamenti adegwati fis-seħħ biex tiġi ffaċilitata din il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' sikurezza nukleari b'impatti transkonfinali.

(11)

Sabiex jiġi żgurat li jinkisbu l-ħiliet adegwati u li jinkisbu u jinżammu livelli adegwati ta' kompetenza, il-partijiet kollha għandhom jiżguraw li l-persunal kollu li jkollu responsabbiltajiet marbuta mas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari u mal-istat ta' preparazzjoni għal emerġenza fuq il-post u l-arranġamenti tar-rispons, jgħaddi minn proċess kontinwu ta' tagħlim. Dak jista' jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' programmi ta' taħriġ u pjanijiet ta' taħriġ, proċeduri għal reviżjoni u aġġornament perjodiċi tal-programmi ta' taħriġ kif ukoll dispożizzjonijiet baġitarji adegwati għat-taħriġ.

(12)

Tagħlima ewlenija oħra li ħadna mill-inċident nukleari ta' Fukushima hija l-importanza li titjieb it-trasparenza fi kwistjonijiet ta' sikurezza nukleari. It-trasparenza hija wkoll mezz importanti għall-promozzjoni tal-indipendenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva 2009/71/Euratom dwar l-informazzjoni li għandha tingħata lill-pubbliku ġenerali saru aktar speċifiċi fir-rigward tat-tip ta' informazzjoni li għandha tingħata. Barra minn hekk, il-pubbliku ġenerali għandu jingħata opportunitajiet biex jieħu sehem fil-fażijiet rilevanti tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet marbutin ma' installazzjonijiet nukleari skont il-qafas nazzjonali għas-sikurezza nukleari, filwaqt li jitqiesu s-sistemi nazzjonali differenti. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' liċenzja jibqgħu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(13)

Ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva dwar it-trasparenza jikkumplimentaw lil dawk tal-leġislazzjoni Euratom eżistenti. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom (9) timponi obbligi fuq l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħrajn f'każ ta' emerġenza radjoloġika fit-territorju tagħhom, filwaqt li d-Direttiva 2013/59/Euratom tinkludi rekwiżiti fuq l-Istati Membri sabiex jinformaw lill-pubbliku ġenerali dwar miżuri ta' protezzjoni tas-saħħa li għandhom ikunu applikati u l-passi li għandhom jittieħdu fil-każ ta' emerġenza radjoloġika, u sabiex jipprovdu f'intervalli regolari informazzjoni aġġornata lill-popolazzjoni li x'aktarx li tkun affettwata f'każ ta' emerġenza bħal din.

(14)

Matul is-sitt Laqgħa ta' Reviżjoni tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari tennew l-impenn tagħhom għas-sejbiet tat-tieni Laqgħa Straordinarja li saret wara l-inċident ta' Fukushima. B'mod partikolari, huma enfasizzaw li “l-impjanti nukleari għandhom jiġu ddisinjati, mibnija u mħaddma bl-objettivi ta' prevenzjoni ta' inċidenti u, jekk iseħħ inċident, jiġu mitigati l-effetti tiegħu u tiġi evitata l-kontaminazzjoni lil hinn mill-post”, u li “l-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li dawn l-objettivi jiġu applikati sabiex ikun identifikat u implimentat titjib adatt ta' sikurezza fl-impjanti eżistenti”.

(15)

Fid-dawl tal-progress tekniku miksub permezz tad-dispożizzjonijiet tal-IAEA u mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (“WENRA”) u b'rispons għal-lezzjonijiet miksuba mit-testijiet tal-istress u l-investigazzjonijiet dwar l-inċident nukleari ta' Fukushima, id-Direttiva 2009/71/Euratom għandha tiġi emendata sabiex tinkludi objettiv ta' sikurezza nukleari ta' livell għoli tal-Komunità li jkopri l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari (il-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-bini, l-użu, it-tħaddim, id-dikummissjonar). B'mod partikolari, dan l-objettiv jeħtieġ titjib sinifikanti għas-sikurezza fid-disinn ta' reatturi ġodda li għalih għandhom jintużaw l-għarfien u t-teknoloġija l-aktar avvanzati, b'kont meħud tal-aħħar rekwiżiti internazzjonali dwar is-sikurezza.

(16)

Dak l-objettiv għandu notevolment jintlaħaq permezz ta' valutazzjonijiet tas-sikurezza nukleari, li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva. Dawn għandhom jitwettqu mid-detenturi tal-liċenzja taħt il-kontroll tal-awtorità regolatorja kompetenti nazzjonali u jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tar-riskju ta' inċident maġġuri, kif kopert mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), dment li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

(17)

Il-kunċett ta' difiża fil-fond hu fundamentali għas-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari u l-bażi għall-implimentazzjoni tal-objettiv ta' sikurezza nukleari ta' livell għoli. L-applikazzjoni tal-prinċipji ta' difiża fil-fond, hekk kif rikonoxxuti fi standards u gwida internazzjonali u minn WENRA, tiżgura li l-attivitajiet ta' sikurezza, sa fejn raġonevolment prattikabbli, ikunu soġġetti għal saffi indipendenti ta' dispożizzjonijiet, sabiex fl-eventwalità li jseħħ xi falliment, wieħed jinduna bih, jagħmel kumpens għalih jew jikkoreġih permezz ta' miżuri adatti. L-effettività ta' kull wieħed mis-saffi differenti hija element essenzjali tad-difiża fil-fond sabiex jiġu evitati inċidenti u jiġu mitigati l-konsegwenzi jekk dawn iseħħu. Id-difiża fil-fond ġeneralment hija strutturata f'ħames livelli. Jekk ifalli livell minnhom, jiskatta l-livell sussegwenti. L-objettiv tal-ewwel livell ta' protezzjoni hu l-prevenzjoni ta' operazzjoni abnormali u l-falliment tas-sistema. Jekk ifalli l-ewwel livell, l-operazzjoni abnormali tiġi kontrollata jew jiġu individwati l-fallimenti mit-tieni livell ta' protezzjoni. Kieku kellu jfalli t-tieni livell, it-tielet livell jiżgura li l-funzjonijiet ta' sikurezza jibqgħu jitħaddmu permezz tal-attivazzjoni ta' sistemi speċifiċi ta' sikurezza u karatteristiċi oħrajn ta' sikurezza. Jekk kellu jfalli t-tielet livell, ir-raba' livell jillimita l-progress tal-inċident permezz tal-ġestjoni tal-inċident, sabiex jiġu evitati jew mitigati kondizzjonijiet severi tal-inċident b'riżultat ta' rilaxxi esterni ta' materjal radjuattiv. L-aħħar objettiv (il-ħames livell ta' protezzjoni) hu l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi ta' rilaxxi esterni sinifikanti permezz ta' rispons għal emerġenza lil hinn mill-post.

(18)

Flimkien mad-difiża fil-fond, il-kultura ta' sikurezza nukleari effettiva hi meqjusa bħala fattur fundamentali biex jinkiseb livell għoli ta' sikurezza nukleari u l-moviment kontinwu tagħha. L-indikaturi għal kultura effettiva ta' sikurezza nukleari jinkludu, b'mod partikolari: l-impenn fil-livelli kollha tal-persunal u l-amministrazzjoni fl-organizzazzjoni għas-sikurezza nukleari u t-titjib kontinwu tagħha, il-promozzjoni tal-ħila tal-persunal fil-livelli kollha biex jistaqsi dwar l-attwalizzazzjoni tal-prinċipji u l-prattika ta' sikurezza sabiex tiġi kontinwament imtejba s-sikurezza nukleari; il-ħila tal-persunal biex jirrapporta kwistjonijiet ta' sikurezza fil-ħin, l-identifikazzjoni tal-lezzjonijiet meħuda mill-esperjenza operazzjonali; u r-rapportar sistematiku ta' kwalunkwe devjazzjoni mill-kondizzjonijiet jew arranġamenti ta' operazzjoni normali rilevanti għall-ġestjoni tal-inċident li għandhom il-potenzjal li jħallu impatt fuq is-sikurezza nukleari. Elementi importanti li jgħinu fil-kisba ta' kultura ta' sikurezza nukleari b'saħħitha jinkludu, b'mod partikolari, sistemi ta' ġestjoni effettivi, edukazzjoni u taħriġ adatti u arranġamenti mid-detentur tal-liċenzja biex jirreġistra, jevalwa u jiddokumenta esperjenza ta' operazzjoni sinifikanti rigward sikurezza sew interna kif ukoll esterna u riżoluzzjoni effettiva tal-problemi li jkunu tqajmu.

(19)

Fejn “raġonevolment prattikabbli” tintuża f'din id-Direttiva hija għandha tiġi applikata skont definizzjonijiet stabbiliti, b'mod partikolari d-definizzjonijiet tal-WENRA u tal-IAEA.

(20)

Wara l-inċidenti nukleari fi Three Mile Island u Chernobyl, l-inċident nukleari ta' Fukushima enfasizza għal darb'oħra l-importanza kritika tal-funzjoni tal-konteniment, li hija l-aħħar ilqugħ li jħares lin-nies u lill-ambjent mir-rilaxx radjuattiv li jirriżulta minn inċident. Għalhekk l-applikant għal liċenzja għall-kostruzzjoni ta' reattur ġdid tal-enerġija jew ta' riċerka għandu juri li d-disinn jillimita l-effetti ta' ħsara fil-qalba tar-reattur fil-limiti tal-konteniment, jiġifieri l-applikant għandu juri li rilaxx radjuattiv kbir jew mhux awtorizzat lil hinn mill-konteniment huwa estremament improbabbli, u li l-applikant għandu jkun jista' juri b'livell għoli ta' fiduċja li tali rilaxx mhux ser iseħħ.

(21)

Għandhom ikunu meħtieġa arranġamenti aktar speċifiċi għall-ġestjoni ta' inċidenti u r-rispons għal emerġenza fuq il-post biex jiġu indirizzati l-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' inċidenti. Dawk għandhom ikunu f'konformità u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2013/59/Euratom. Id-detentur tal-liċenzja għandu jagħmel provvediment għall-proċeduri, il-linji gwida u l-arranġamenti li jindirizzaw inċidenti inklużi inċidenti serji, li jistgħu jseħħu fil-modalitajiet kollha ta' operazzjoni, inkluża potenza sħiħa, tifi u sitwazzjonijiet transizzjonali, li jiżguraw il-konsistenza u l-kontinwità bejn dawn il-proċeduri u l-arranġamenti kollha, u li dawn jiġu eżerċitati, riveduti u aġġornati. Dawk l-arranġamenti għandhom jipprevedu wkoll persunal, tagħmir u riżorsi neċessarji oħrajn suffiċjenti. Għandha tiġi pprovduta struttura organizzattiva b'allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet, u koordinazzjoni fost il-korpi ta' rispons.

(22)

It-testijiet tal-istress urew l-irwol ewlieni ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mtejba bejn il-partijiet kollha li għandhom responsabbiltajiet tas-sikurezza nukleari. Ir-reviżjonijiet bejn il-pari wrew li huma mezz tajjeb għall-bini tal-fiduċja, bil-għan li tiġi żviluppata u skambjata l-esperjenza u tkun żgurata l-applikazzjoni komuni ta' standards ta' sikurezza nukleari għolja.

(23)

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar is-sikurezza nukleari hi stabbilita sew u tista' tkun ta' valur miżjud f'termini ta' sikurezza nukleari, trasparenza u frankezza fil-konfront tal-partijiet interessati fil-livell Ewropew u dak internazzjonali.

L-Istati Membri, li permezz tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti tagħhom jagħmlu użu rilevanti mill-ENSREG u jibnu fuq il-kompetenza esperta tal-WENRA, għandhom, kull sitt snin, jiddefinixxu metodoloġija, Termini ta' Referenza u limitu ta' żmien għal Reviżjonijiet bejn il-Pari dwar suġġett tekniku speċifiku komuni relatat mas-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari tagħhom. Is-suġġett tekniku speċifiku komuni li għandu jiġi kkunsidrat għandu jiġi identifikat fost il-livelli ta' referenza ta' sikurezza tal-WENRA jew abbażi tar-rispons mill-esperjenza ta' operazzjoni, aċċidenti jew inċidenti u żviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi. L-Istati Membri għandhom iwettqu awtovalutazzjoni nazzjonali u jagħmlu arranġamenti għal reviżjonijiet komuni bejn il-pari minn awtoritajiet regolatorji kompetenti ta' Stati Membri oħrajn tal-awtovalutazzjoni nazzjonali tagħhom.

Għandhom isiru rapporti dwar is-sejbiet ta' dawk ir-reviżjonijiet bejn il-pari. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali biex jiġu indirizzati s-sejbiet rilevanti u l-valutazzjoni nazzjonali proprja, filwaqt li jittieħed kont ta' dawk ir-reviżjonijiet bejn il-pari. Ir-rapporti ta' reviżjoni bejn il-pari għandhom ukoll ikunu l-bażi ta' kwalunkwe rapport sommarju tal-eżitu tal-eżerċizzju ta' reviżjoni topika bejn il-pari madwar l-Unjoni mħejji kollettivament mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-Istati Membri. Ir-rapport sommarju ma għandux ikollu l-għan li jikklassifika s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari iżda aktar li jiffoka fuq il-proċess u s-sejbiet tekniċi tar-reviżjoni topika bejn il-pari sabiex l-għarfien miksub mill-eżerċizzju jista' jiġi kondiviż.

Il-fiduċja reċiproka għandha tipprevali fir-reviżjonijiet bejn il-pari, u għandha għalhekk tkun adatta għall-Kummissjoni, kull fejn prattikabbli, li tinforma lill-Istati Membri meta tkun biħsiebha tuża r-riżultati tar-rapporti tar-reviżjoni bejn il-pari fid-dokumenti ta' politika tagħha.

(24)

L-obbligi tal-Istati Membri li jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-obbligu tal-Kummissjoni li tħejji rapport abbażi tar-rapporti nazzjonali għandhom jipprovdu opportunità biex isir rendikont ta' u jevalwaw l-aspetti diversi tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva kif ukoll tal-effettività tagħha. Jeżistu fil-livell internazzjonali għadd ta' obbligi rilevanti ta' rappurtar, bħar-rapporti tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, li r-riżultati tagħhom jistgħu jintużaw għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti taħt din id-Direttiva rekwiżiti addizzjonali ta' rappurtar b'rabta mas-sejbiet tar-reviżjonijiet topiċi bejn il-pari ta' installazzjonijiet nukleari. Konsegwentement, bil-ħsieb tas-simplifikazzjoni tal-leġislazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv, l-obbligu ta' rappurtar għall-Istati Membri sar inqas oneruż kemm fir-rigward tal-frekwenza ta' rappurtar kif ukoll il-kontenut tar-rapporti.

(25)

F'konformità ma' approċċ iggradat, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva tiddependi fuq it-tipi ta' installazzjonijiet nukleari fit-territorju ta' Stat Membru. Għaldaqstant, meta jimplimentaw dawn id-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw id-daqs potenzjali u n-natura tar-riskji ppreżentati mill-installazzjonijiet nukleari li jippjanaw jew iħaddmu. B'mod partikolari, l-approċċ iggradat għandu jirrigwarda lil dawk l-Istati Membri li jżommu biss inventarju żgħir ta' materjal nukleari u radjuattiv, eż. dawk marbuta mat-tħaddim ta' faċilitajiet żgħar ta' reatturi ta' riċerka, li f'każ ta' inċident serju ma jnisslux konsegwenzi komparabbli ma' dawk iġġenerati mill-impjanti tal-enerġija nukleari.

(26)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li huma intrinsikament marbuta mal-eżistenza ta' installazzjonijiet nukleari, jiġifieri dawk li jirrigwardaw l-obbligi tad-detentur tal-liċenzja, ir-rekwiżiti speċifiċi ġodda għall-installazzjonijiet nukleari u d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenza fuq il-post ma għandhomx ikunu applikabbli għall-Istati Membri li m'għandhomx installazzjonijiet nukleari. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jiġu trasposti u implimentati b'mod proporzjonat skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali u jikkunsidraw il-fatt li dawk l-Istati Membri m'għandhomx installazzjonijiet nukleari, filwaqt li jassiguraw li s-sikurezza nukleari tingħata attenzjoni xierqa mill-gvern jew mill-awtoritajiet kompetenti.

(27)

Skont id-Direttiva 2009/71/Euratom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv nazzjonali għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari. Id-deċiżjoni ta' kif id-dispożizzjonijiet tal-qafas nazzjonali jiġu adottati u permezz ta' liema strument jiġu applikati tibqa' fil-kompetenza tal-Istati Membri.

(28)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f'każijiet iġġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur jikkunsidra li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata.

(29)

Id-Direttiva 2009/71/Euratom għaldaqstant għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2009/71/Euratom għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

l-intestatura tal-Kapitolu 1 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“OBJETTIVI, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET”.

(2)

L-Artikolu 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull installazzjoni nukleari ċivili soġġetta għal liċenzja.”;

(b)

il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Din id-Direttiva tissupplimenta l-istandards bażiċi msemmijin fl-Artikolu 30 tat-Trattat fir-rigward tas-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari u hija mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jirriżultaw mir-radjazzjoni jonizzanti, u b'mod partikolari d-Direttiva 2013/59/Euratom (*).

(*)  Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).”."

(3)

L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1(a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

impjant nukleari, impjant ta' arrikkiment, impjant ta' manifattura ta' karburant nukleari, impjant ta' riproċessar, faċilità ta' reattur ta' riċerka, faċilità għall-ħżin ta' karburant użat; u”;

(b)

jiġu miżjuda l-paragrafi li ġejjin:

“6.

‘inċident’ tfisser kwalunkwe avveniment mhux intenzjonat, li l-konsegwenzi jew il-konsegwenzi potenzjali tiegħu jkunu sinifikanti mill-perspettiva tal-protezzjoni mir-radjazzjoni jew tas-sikurezza nukleari;

7.

‘aċċident’ tfisser kwalunkwe avveniment mhux intenzjonat, li l-konsegwenzi jew il-konsegwenzi potenzjali tiegħu ma jkunux negliġibbli mill-perspettiva tal-protezzjoni mir-radjazzjoni jew is-sikurezza nukleari;

8.

‘operazzjonijiet abnormali’ tfisser proċess operazzjonali li jiddevja mill-operat normali li huwa mistenni li jseħħ mill-inqas darba waqt iċ-ċiklu ta' ħajja operattiva ta' faċilità iżda li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet xierqa dwar id-disinn, ma jikkawża ebda ħsara sinifikanti lil oġġetti importanti għas-sikurezza u ma jwassalx għal kundizzjonijiet ta' inċident;

9.

‘bażi ta' disinn’ tfisser il-firxa ta' kundizzjonijiet u avvenimenti kkunsidrati b'mod espliċitu fid-disinn, inkluż kwalunkwe titjib, ta' installazzjoni nukleari, skont kriterji stabbiliti, b'mod li l-installazzjoni tkun tista' tiflaħ għalihom mingħajr ma taqbeż il-limiti awtorizzati bit-tħaddim ippjanat tas-sistemi ta' sikurezza;

10.

‘inċident fuq bażi ta' disinn’ tfisser kundizzjonijiet ta' inċident li installazzjoni nukleari tkun imfassla abbażi tagħhom skont kriterji stabbiliti tad-disinn, u li għalihom il-ħsara lill-fjuwil, fejn applikabbli, u r-rilaxx ta' materjal radjuattiv jinżammu fil-limiti awtorizzati;

11.

‘kundizzjonijiet serji’ tfisser kundizzjonijiet li huma aktar serji minn kundizzjonijiet marbutin ma' inċidenti fuq bażi ta' disinn; tali kundizzjonijiet jistgħu jkunu kkawżati minn diversi fallimenti, bħat-telf totali tal-partijiet kollha ta' sistema ta' sikurezza, jew minn avveniment estremament improbabbli.”

(4)

Fil-Kapitolu 2, it-titolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-intestatura “OBBLIGI”:

“TAQSIMA 1

Obbligi ġenerali”.

(5)

L-Artikolu 4(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv nazzjonali (‘il-qafas nazzjonali’) għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari. Il-qafas nazzjonali għandu jipprevedi b'mod partikolari:

(a)

l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet u koordinazzjoni bejn il-korpi rilevanti tal-istat;

(b)

rekwiżiti nazzjonali għas-sikurezza nukleari, li jkopru l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja ta' installazzjonijiet nukleari;

(c)

sistema ta' liċenzjar u l-projbizzjoni tal-operat ta' installazzjonijiet nukleari mingħajr liċenzja;

(d)

sistema ta' kontroll regolatorju tas-sikurezza nukleari mħaddma mill-awtorità regolatorja kompetenti;

(e)

azzjonijiet ta' infurzar effettivi u proporzjonati, inkluż, fejn xieraq, azzjoni korrettiva jew sospensjoni tal-operat u modifika jew revoka ta' liċenzja.

Id-determinazzjoni dwar kif ir-rekwiżiti nazzjonali għas-sikurezza nukleari msemmija fil-punt (b) huma adottati u permezz ta' liema strument huma applikati tibqa' fil-kompetenza tal-Istati Membri;”.

(6)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva minn influwenza bla bżonn tal-awtorità regolatorja kompetenti fit-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorju tagħha. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-awtorità regolatorja kompetenti:

(a)

tkun funzjonalment separata minn kwalunkwe korp jew organizzazzjoni oħra kkonċernata bil-promozzjoni jew l-użu tal-enerġija nukleari, u ma titlob jew tieħu struzzjonijiet minn ebda tali korp jew organizzazzjoni, meta tkun qed twettaq il-kompiti regolatorji tagħha;

(b)

tieħu deċiżjonijiet regolatorji, imsejsa fuq rekwiżiti ta' sikurezza nukleari robusti u trasparenti;

(c)

tingħata allokazzjonijiet baġitarji dedikati u xierqa biex tkun tista' twettaq il-kompiti regolatorji tagħha kif definiti fil-qafas nazzjonali u tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit allokat;

(d)

timpjega numru xieraq ta' membri tal-persunal bil-kwalifiki, l-esperjenza u l-għarfien espert meħtieġa biex twettaq l-obbligi tagħha. Hija tista' tuża riżorsi xjentifiċi u tekniċi u għarfien espert b'appoġġ għall-funzjoniiet regolatorji tagħha;

(e)

tistabbilixxi proċeduri għall-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess;

(f)

tipprovdi informazzjoni marbuta mas-sikurezza nukleari mingħajr approvazzjoni minn kwalunkwe korp jew organizzazzjoni oħra, sakemm dan ma jipperikolax interessi oħrajn li jieħdu preċedenza, bħas-sigurtà, rikonoxxuti fil-leġislazzjoni jew strumenti internazzjonali rilevanti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja kompetenti tingħata s-setgħat legali meħtieġa sabiex twettaq l-obbligi tagħha b'rabta mal-qafas nazzjonali deskritt fl-Artikolu 4(1). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-qafas nazzjonali jafda f'idejn l-awtoritajiet regolatorji kompetenti l-kompiti regolatorji ewlenin li ġejjin:

(a)

li jipproponi, jiddefinixxu jew jieħdu sehem fid-definizzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza nukleari nazzjonali;

(b)

li jesiġu li d-detentur tal-liċenzja jikkonforma u juri konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza nukleari nazzjonali u t-termini tal-liċenzja rilevanti;

(c)

li jivverifikaw tali konformità permezz ta' valutazzjonijiet u spezzjonijiet regolatorji;

(d)

li jipproponu jew iwettqu azzjonijiet ta' infurzar effettivi u proporzjonati.”.

(7)

L-Artikoli 6, 7 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Detenturi ta' liċenzja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li:

(a)

ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari tkun tad-detentur tal-liċenzja. Dik ir-responsabbiltà ma tistax tiġi delegata u tinkludi r-responsabbiltà għall-attivitajiet tal-kuntratturi u s-sottokuntratturi li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw is-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari;

(b)

meta japplika għal liċenzja, l-applikant huwa mitlub jippreżenta dimostrazzjoni ta' sikurezza nukleari. L-ambitu u l-livell ta' dettall tagħha għandhom ikunu proporzjonati mal-kobor potenzjali u n-natura tal-periklu rilevanti għall-installazzjoni nukleari u l-post tagħha;

(c)

id-detenturi ta' liċenzja għandhom regolarment jivvalutaw, jivverifikaw, u kontinwament itejbu, sa fejn ikun raġonevolment prattikabbli, is-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari tagħhom b'mod sistematiku u verifikabbli. Dawn għandhom jinkludu verifika li hemm miżuri stabbiliti għall-prevenzjoni ta' inċidenti u biex jittaffew il-konsegwenzi tal-inċidenti, inkluża fil-verifika tal-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' difiża fil-fond;

(d)

id-detenturi ta' liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni li jagħtu prijorità dovuta lis-sikurezza nukleari;

(e)

id-detenturi ta' liċenzja jagħmlu provvedimenti għal proċeduri u arranġamenti xierqa ta' emerġenza fuq il-post, inkluż linji gwida għall-ġestjoni ta' inċidenti serji jew arranġamenti ekwivalenti, għal rispons effettiv għall-inċidenti sabiex jiġu pprevenuti jew jittaffew il-konsegwenzi tagħhom. Dawk għandhom b'mod partikolari:

(i)

ikunu konsistenti ma' proċeduri operazzjonali oħra u jitħaddmu perjodikament sabiex tiġi verifikata l-prattikabbiltà tagħhom;

(ii)

jindirizzaw inċidenti u inċidenti serji li jistgħu jseħħu fil-modi operazzjonali kollha u dawk li jinvolvu jew jolqtu diversi unitajiet fl-istess ħin;

(iii)

jipprovdu arranġamenti biex tiġi riċevuta għajnuna esterna;

(iv)

jiġu riveduti perjodikament u aġġornati regolarment, filwaqt li titqies l-esperjenza mill-eżerċizzji u l-lezzjonijiet meħuda mill-inċidenti;

(f)

id-detenturi ta' liċenzja jipprevedu u jżommu riżorsi finanzjarji u umani bi kwalifiki u kompetenzi xierqa, meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sikurezza nukleari tal-installazzjoni nukleari. Id-detenturi ta' liċenzja għandhom jiżguraw ukoll li l-kuntratturi u s-sottokuntratturi taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaffettwaw s-sikurezza nukleari ta' installazzjoni nukleari jkollhom ir-riżorsi umani meħtieġa bil-kwalifiki u l-kompetenzi xierqa biex iwettqu l-obbligi tagħhom.

Artikolu 7

Għarfien espert u ħiliet fis-sikurezza nukleari

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-partijiet kollha jagħmlu arranġamenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-persunal tagħhom li jkollu responsabbiltajiet relatati mas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari biex jiksbu, iżommu u jkomplu jiżviluppaw għarfien espert u ħiliet fis-sikurezza nukleari u tħejjija għal emerġenzi fuq il-post.

Artikolu 8

Transparenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni meħtieġa fir-rigward tas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha ssir disponibbli għall-ħaddiema u għall-pubbliku ġenerali, b'kunsiderazzjoni speċifika għall-awtoritajiet lokali, il-popolazzjoni u l-partijiet interessati fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari. Dak l-obbligu jinkludi l-iżgurar li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detenturi ta' liċenzja, fl-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom, jipprovdu fil-qafas tal-politika ta' komunikazzjoni tagħhom:

(a)

informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet operattivi normali tal-installazjonijiet nukleari għall-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, u

(b)

informazzjoni minnufih fil-każ ta' aċċidenti u inċidenti għall-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali u għall-awtoritajiet regolatorji kompetenti ta' Stati Membri oħrajn fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari.

2.   L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont il-leġislazzjoni rilevanti u l-istrumenti internazzjonali, sakemm dan ma jipperikolax interessi prevalenti oħra, bħas-sigurtà, li huma rikonoxxuti fil-leġislazzjoni rilevanti jew strumenti internazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2), jiżguraw li l-awtorità regolatorja kompetenti tieħu sehem, kif xieraq, f'attivitajiet ta' kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari mal-awtoritajiet regolatorji kompetenti ta' Stati Membri oħrajn fil-viċinanza ta' installazzjoni nukleari, fost l-oħrajn permezz tal-iskambju u/jew il-qsim tal-informazzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali għandu jingħata l-opportunitajiet xierqa biex jieħu sehem b'mod effettiv fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet marbut mal-għoti ta' liċenzji għal installazzjonijiet nukleari, f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti u l-istrumenti internazzjonali.”.

(8)

It-Taqsima li ġejja ġiet imdaħħla wara l-Artikolu 8:

“TAQSIMA 2

Obbligi speċifiċi

Artikolu 8a

Objettiv tas-sikurezza nukleari għal installazzjonijiet nukleari

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas ta' sikurezza nukleari nazzjonali jesiġi li l-installazzjonijiet nukleari jiġu ddisinjati, ippożizzjonati, mibnija, ikkummissjonati, mħaddmin u dekommissjonati bil-għan li jiġu pprevenuti inċidenti u, jekk iseħħ inċident, jittaffew il-konsegwenzi tiegħu u jiġi evitat:

(a)

rilaxx radjuattiv bikri li jkun jeħtieġ miżuri ta' emerġenza lil hinn mill-post iżda b'nuqqas ta' ħin biex jiġu implimentati;

(b)

rilaxx radjuattiv kbir li jkun jeħtieġ miżuri ta' protezzjoni li ma jistgħux ikunu limitati f'żona jew f'ħin.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jitlob li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1:

(a)

japplika għal installazzjonijiet nukleari li għalihom tingħata liċenzja ta' bini għall-ewwel darba wara l-14 ta' Awwissu 2014;

(b)

jintuża bħala referenza għall-implimentazzjoni f'waqtha ta' titjib raġonevolment prattikabbli fis-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari eżistenti, inkluż fil-qafas tar-reviżjonijiet perjodiċi ta' sikurezza kif definiti fl-Artikolu 8c(b).

Artikolu 8b

Implimentazzjoni tal-objettiv tas-sikurezza nukleari għal installazzjonijiet nukleari

1.   Sabiex jilħqu l-objettiv tas-sikurezza nukleari stabbilit fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li fejn tapplika d-difiza fil-fond, għandha tiġi applikata biex tiżgura li:

(a)

jitnaqqas l-impatt ta' perikli naturali esterni estremi u perikli mhux intenzjonati kkawżati mill-bniedem kemm jista' jkun;

(b)

jiġu pprevenuti operat u fallimenti abnormali;

(c)

jiġi kkontrollat l-operat abnormali u jiġu identifikati l-fallimenti;

(d)

jiġu kkontrollati inċidenti fi ħdan il-bażi ta' disinn;

(e)

jiġu kkontrollati kundizzjonijiet serji, inkluż il-prevenzjoni tal-progressjoni ta' inċidenti u l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta' inċidenti serji;

(f)

ikunu fis-seħħ strutturi organizzattivi skont l-Artikolu 8d(1).

2.   Sabiex jinkiseb l-objettiv ta' sikurezza nukleari stabbilit fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jitlob li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detentur ta' liċenzja jieħdu miżuri biex irawmu u jsaħħu kultura effettiva ta' sikurezza nukleari. Dawk il-miżuri jinkludu b'mod partikolari:

(a)

sistemi ta' ġestjoni li jagħtu l-prijorità mistħoqqa lis-sikurezza nukleari u jrawmu, fil-livelli kollha tal-persunal u l-amministrazzjoni, il-ħila li wieħed jagħmel mistoqsijiet dwar it-twettiq tal-prinċipji u l-prattiki ta' sikurezza rilevanti, u l-ħila li jsir rapport f'waqtu dwar kwistjonijiet ta' sikurezza, skont l-Artikolu 6(d);

(b)

arranġamenti mid-detentur ta' liċenzja biex jirreġistra, jevalwa u jiddokumenta esperjeza operattiva sinifikanti ta' sikurezza interna u esterna;

(c)

l-obbligi tad-detentur ta' liċenzja li jirrapporta avvenimenti b'impatt potenzjali fuq is-sikurezza nukleari lill-awtorità regolatorja kompetenti; u,

(d)

arranġamenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ, skont l-Artikolu 7.

Artikolu 8c

Valutazzjoni inizjali u reviżjonijiet perjodiċi ta' sikurezza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li:

(a)

kwalunkwe għoti ta' liċenzja biex tinbena installazzjoni nukleari, jew titħaddem installazzjoni nukleari, jkun imsejjes fuq valutazzjoni adegwata speċifika għall-post u l-installazzjoni, li tinkludi dimostrazzjoni tas-sikurezza nukleari fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza nukleari nazzjonali bbażati fuq l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 8a;

(b)

id-detentur ta' liċenzja taħt il-kontroll regolatorju tal-awtorità regolatorja kompetenti, jerġa' jivvaluta sistematikament u regolarment, mill-anqas kull għaxar snin, is-sikurezza tal-installazzjoni nukleari kif stipulat fl-Artikolu 6(c). Dik il-valutazzjoni mill-ġdid tas-sikurezza għandha l-għan li tiżgura l-konformità mal-bażi ta' disinn attwali u tidentifika aktar titjib fis-sikurezza billi tqis kwistjonijiet tal-fatt li ħaġa ssir antika, esperjenza operazzjonali, l-aktar riżultati reċenti tar-riċerka u żviluppi fl-istandards internazzjonali, bl-użu tal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 8a bħala referenza.

Artikolu 8d

Stat ta' tħejjija u rispons fuq il-post għal emerġenza

1.   Mingħar preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jirrikjedi istruttura organizzattiva għall-istat ta' tħejjija u r-rispons fuq il-post għal emerġenza tiġi stabbilita b'allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u koordinazzjoni bejn id-detentur ta' liċenzja, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti filwaqt li jitqiesu l-fażijiet kollha ta' emerġenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm konsistenza u kontinwità bejn l-arranġamenti għall-istat ta' tħejjija u r-rispons fuq il-post għal emerġenza li jitlob il-qafas nazzjonali u arranġamenti oħra għall-istat ta' tħejjija u r-rispons għal emerġenza li titlob id-Direttiva 2013/59/Euratom.”.

(9)

Il-Kapitolu li ġej ddaħħal wara l-Artikolu 8d:

“KAPITOLU 2a

EVALWAZZJONIJIET BEJN IL-PARI U RAPPURTAR

Artikolu 8e

Evalwazzjonijiet bejn il-pari

1.   Mill-inqas darba kull għaxar snin, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw awtovalutazzjonijiet perjodiċi tal-qafas nazzjonali tagħhom u tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti u jistiednu evalwazzjoni bejn il-pari internazzjonali tal-aspetti rilevanti tal-qafas nazzjonali tagħhom u tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti tagħhom bil-għan li b'mod kontinwu jtejbu s-sikurezza nukleari. Ir-riżultati ta' tali evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jiġu rapportati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fejn disponibbli.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq bażi koordinata:

(a)

issir valutazzjoni nazzjonali, imsejsa fuq suġġett speċifiku marbut mas-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari rilevanti fuq it-territorju tagħhom;

(b)

l-Istati Membri l-oħra kollha u l-Kummissjoni bħala osservatur huma mistiedna li bħala pari jevalwaw il-valutazzjoni nazzjonali msemmija fil-punt (a);

(c)

jittieħdu miżuri ta' segwitu xierqa abbażi tas-sejbiet rilevanti li jirriżultaw mill-proċess tal-evalwazzjoni bejn il-pari;

(d)

jiġu ppubblikati r-rapporti rilevanti dwar il-proċess imsemmi hawn fuq u l-eżitu ewlieni tiegħu meta jkunu disponibbli r-riżultati.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ arranġamenti biex tkun tista' tibda l-ewwel evalwazzjoni bejn il-pari topika fl-2017, u biex, wara din, ikunu jistgħu jsiru mill-inqas kull sitt snin evalwazzjonijiet topiċi sussegwenti bejn il-pari.

4.   Fil-każ ta' inċident li jwassal għal sitwazzjonijiet li jirrikjedu miżuri ta' emerġenza lil hinn mill-post jew miżuri protettivi għall-pubbliku ġenerali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li mingħajr dewmien bla bżonn issir stedina biex issir evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari.”.

(10)

L-Artikolu 9 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għall-ewwel darba sat-22 ta' Lulju 2014 u mbagħad sat-22 ta' Lulju 2020.”;

(b)

il-paragrafu 3 jitħassar.

(11)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 1:

“1a.   L-obbligi tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6, 8a, 8b, 8c, u 8d ma għandhomx japplikaw għall-Istati Membri mingħajr installazzjonijiet nukleari, sakemm ma jiddeċidux li jiżviluppaw kwalunkwe attività marbuta mal-installazzjonijiet nukleari soġġetti għal liċenzja taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-15 ta' Awwissu 2017. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-metodi ta' kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva u ta' kull emenda sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)  Opinjoni tat-2 ta' April 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 92.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009. p. 18).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/819/Euratom tas-16 ta' Novembru 1999 dwar l-adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1994 dwar is-Sigurtà [Sikurezza] Nukleari mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) (ĠU L 318, 11.12.1999, p. 20).

(6)  Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Serje ta' Standards tas-Sigurtà tal-IAEA Nru SF-1 (2006).

(7)  Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011. p. 48).

(8)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/530/Euratom tas-17 ta' Lulju 2007 dwar it-twaqqif ta' Grupp ta' Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart Nukleari (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 44).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta' Diċembru 1987 dwar l-arranġamenti Komunitarji għall-iskambju bikri ta' informazzjoni fil-każ ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76).

(10)  Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/496/PESK

tat-22 ta' Lulju 2014

dwar aspetti tal-iskjerament, l-operazzjoni u l-użu tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita li jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

B'kunsiderazzjoni, b'mod partikolari, tad-dimensjoni strateġika, il-kopertura reġjonali u globali, u l-użu multiplu, is-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita (“GNSS”) tikkostitwixxi infrastruttura sensittiva li l-iskjerament u l-użu tagħha huma suxxettibbli li jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

(2)

Fejn is-sitwazzjoni internazzjonali tirrikjedi azzjoni operattiva mill-Unjoni u fejn l-operazzjoni tal-GNSS tista' taffettwa s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, jew fil-każ ta' theddida għall-operazzjoni tas-sistema, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu.

(3)

Għal din ir-raġuni, fit-12 ta' Lulju 2004 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK (1).

(4)

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-kompiti u r-responsabbiltajiet li qabel kienu eżerċitati mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għandhom issa jiġu eżerċitati mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“ir-RGħ”).

(5)

Il-progress tal-iżvilupp, il-bidu tal-iskjerament u l-bidu li jmiss tal-użu tas-sistema stabbilita taħt il-programm Galileo jeħtieġu li tiġi adattata l-proċedura kif previst fl-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK.

(6)

L-informazzjoni u l-għarfien espert fir-rigward ta' jekk avveniment relatat mas-sistema jikkostitwixxix theddida lill-Unjoni, lill-Istati Membri jew lill-GNSS stess għandha tingħata lill-Kunsill u lir-RGħ mill-Aġenzija Ewropea tas-Sistema ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita (“GSA”), l-Istati Membri, jew il-Kummissjoni. Barra minn hekk, pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipprovdu tali informazzjoni.

(7)

Ir-rwoli rispettivi tal-Kunsill, ir-RGħ, il-GSA bħala operatur taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (“GSMC”) u l-Istati Membri għandhom jiġu ċċarati fi ħdan il-katina ta' responsabbiltajiet operattivi li għandha tiġi stabbilita sabiex ikun hemm reazzjoni għal theddida għall-Unjoni, għall-Istati Membri jew għall-GNSS.

(8)

F'dan ir-rigward, ir-referenzi bażiċi għat-theddidiet jinsabu fid-Dikjarazzjoni dwar ir-Rekwiżiti ta' Sigurtà Speċifiċi għal Sistema li fiha t-theddidiet ġeneriċi ewlenin li għandhom jiġu ttrattati mis-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) inġenerali, u l-Pjan tas-Sigurtà tas-Sistema (PSS) li tinkludi r-reġistru ta' riskju tas-sigurtà fil-proċess ta' akkreditament tas-sigurtà. Dawn ser iservu bħala referenzi biex jidentifikaw it-theddidiet li għandhom jiġu ttrattati speċifikament minn din id-Deċiżjoni u biex jikkompletaw il-proċeduri operazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(9)

Id-deċiżjonijiet f'każijiet ta' urġenza jistgħu jkollhom jittieħdu fi żmien ftit siegħat mill-wasla tal-informazzjoni dwar it-theddida.

(10)

Fil-każ li ċ-ċirkostanzi ma jippermettux li l-Kunsill jieħu deċiżjoni biex titbiegħed theddida jew biex tiġi mitigata ħsara serja għall-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri, ir-RGħ għandha tkun mogħtija s-setgħa li tieħu l-miżuri proviżorji meħtieġa.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u r-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) immodifikaw il-governanza tas-sistemi Ewropej tal-GNSS. B'mod partikolari, l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 jipprevedi li l-GSA għandha tiżgura l-operat tal-GSMC.

(12)

Ir-Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jassenja lid-Direttur Eżekuttiv tal-GSA r-responsabbiltà li jiżgura li l-GSA, bħala l-operatur tal-GSMC ikun jista' jirreaġixxi għall-istruzzjonijiet mogħtija taħt l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK, kif sostitwiti b'din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistipula r-regoli li taħthom l-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jaċċedu għas-servizz pubbliku regolat (SPR) ipprovdut mill-GNSS stabbilita taħt il-programm Galileo. B'mod partikolari, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1104/2011/UE tiddefinixxi lill-GSMC bħala l-interfaċċja operattiv bejn l-awtoritajiet kompetenti tas-SPR, il-Kunsill u r-RGĦ u ċ-ċentri ta' kontroll,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-responsabbiltajiet li għandhom ikunu eżerċitati mill-Kunsill u r-RGħ biex tkun evitata theddida lis-sigurtà tal-Unjoni jew ta' wieħed mill-Istat Membri jew aktar jew biex ikun mitigat dannu serju lill-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' wieħed mill-Istat Membri jew aktar, li tkun ġejja mill-iskjerament, l-operazzjoni jew l-użu tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea, b'mod partikolari b'konsegwenza ta' sitwazzjoni internazzjonali li titlob azzjoni mill-Unjoni jew fil-każ ta' theddida lill-operazzjoni tas-sistema nnifisha jew is-servizzi tagħha.

Artikolu 2

Fil-każ ta' tali theddida, l-Istati Membri, il-Kummissjoni jew il-GSA, skont il-każ, għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kunsill u lir-RGħ bl-elementi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom li huma jqisu rilevanti.

Artikolu 3

1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mir-RGħ, għandu jiddeċiedi dwar l-istruzzjonijiet meħtieġa lill-GSA.

2.   Il-GSA u l-Kummissjoni għandhom jagħtu parir lill-Kunsill dwar l-impatt usa' probabbli fuq il-GNSS ta' kwalunkwe struzzjoni li għandha ħsieb li tagħti..

3.   Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (“KPS”) għandu jagħti opinjoni lill-Kunsill dwar kwalunkwe struzzjoni proposta, kif ikun xieraq.

Artikolu 4

1.   Jekk l-urġenza tas-sitwazzjoni titlob li tittieħed azzjoni immedjata qabel ma l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni skont l-Artikolu 3(1), ir-RGħ tkun awtorizzata tagħti l-istruzzjonijiet proviżorji meħtieġa lill-GSA. Ir-RGħ tista' tidderieġi lis-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv, jew lil wieħed mid-Deputati Segretarji Ġenerali tas-SEAE biex jagħti tali struzzjonijiet lill-GSA. Ir-RGħ għandha minnufih tgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'kull struzzjoni maħruġa skont dan il-paragrafu.

2.   Il-Kunsill għandu jikkonferma, jimmodifika jew jirrevoka l-istruzzjonijiet proviżorji tar-RGħ kemm jista' jkun malajr.

3.   Ir-RGħ għandha żżomm l-istruzzjonijiet proviżorji tagħha taħt rieżami kostanti, temendahom kif adatt jew tirrevokahom jekk ma tkunx meħtieġa aktar l-azzjoni immedjata. Fi kwalunkwe każ, l-istruzzjonijiet proviżorji għandhom jiskadu erba' ġimgħat wara li jinħarġu, jew b'deċiżjoni mill-Kunsill skont il-paragrafu 2.

Artikolu 5

Fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, ir-RGħ għandha tħejji, bl-appoġġ tal-esperti mill-Istati Membri, il-proċeduri operattivi bikrija meħtieġa għall-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u tippreżentahom għall-approvazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà. Il-proċeduri operazzjonali kompleti għandhom jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) fi żmien sena mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Il-proċeduri operazzjonali għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati mill-KPS mill-inqas kull sentejn.

Artikolu 6

1.   F'konformità ma' ftehimiet internazzjonali preċedenti konklużi mill-Unjoni jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inklużi dawk li jagħtu aċċess għall-PRS, ir-RGħ skont l-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni 1104/2011/UE, għandu jkollha l-awtorità li tikkonkludi arranġamenti amministrattivi ma' Stati terzi dwar kooperazzjoni fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni. Tali arranġamenti għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu.

2.   Jekk tali arranġamenti jitolbu aċċess għal informazzjoni klassifikata tal-Unjoni, ir-rilaxx jew l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata għandu jkun approvat f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.

Artikolu 7

Il-Kunsill għandu jirrevedi u, kif meħtieġ, jemenda r-regoli u l-proċeduri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tal-adozzjoni tagħha, jew fuq talba ta' Stat Membru jew wara kwalunkwe miżura li tittieħed skont l-Artikolu 3.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom, jekk ikun xieraq, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-qasam tar-responsabbiltà rispettiv tagħhom, f'konformità, fost l-oħrajn, mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013. Għal din l-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt biex jassistu fil-ġestjoni operattiva ta' theddida. Dawn il-punti ta' kuntatt jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

Artikolu 9

L-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/552/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar aspetti tal-operazzjoni tas-sistema Ewropea tar-radjunavigazzjoni bis-satellita li jaffetwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 246, 20.7.2004, p. 30).

(2)  Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1).

(3)  Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).

(4)  Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 72).

(5)  Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis- satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1).


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/56


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Lulju 2014

fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument C(2014) 5082)

(2014/497/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/87/UE (2) fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) (minn hawn' il quddiem “l-organiżmu speċifikat”) fl-Unjoni.

(2)

Mill-adozzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Taljani wettqu investigazzjonijiet, fiż-żoni infettati u ż-żoni ta' madwarhom, dwar il-preżenza u n-natura tal-organiżmu speċifikat. Dawk l-investigazzjonijiet ipproduċew riżultati preliminari li huma suffiċjenti biex jippermettu l-adozzjoni ta' miżuri aktar preċiżi.

(3)

L-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet Taljani, kif ukoll l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, ikkonfermaw li l-pjanti tal-ispeċijiet Catharanthus G. Don, Nerium L., Olea L., Prunus L., u Vinca L. huma pjanti ospitanti tal-organiżmu speċifikat. Skont l-evidenza disponibbli, huwa probabbli li l-pjanti tal-ispeċijiet Malva L., Portulaca L., Quercus L. u Sorghum L jistgħu wkoll ikunu pjanti ospitanti ta' dan l-organiżmu. Għalhekk, il-miżuri għandhom japplikaw għal pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, tal-ispeċijiet Catharanthus G. Don, Nerium L., Olea L., Prunus L., Vinca L., Malva L., Portulaca L., Quercus L. u Sorghum L. (minn hawn' il quddiem “pjanti speċifikati”).

(4)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati minn pajjiżi terzi f'każijiet fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti. Għandhom jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni, is-superviżjoni u l-istatus ta' siti ta' produzzjoni, kif ukoll għall-ispezzjonijiet, it-teħid ta' kampjuni, l-ittestjar u t-trasport tal-pjanti speċifikati, sabiex jiġi żgurat li l-pjanti li jiġu introdotti fl-Unjoni jkunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

(5)

Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata, jew li ġew trasportati f'din iż-żona, għandhom probabbiltà akbar minn pjanti oħra li jkunu ġew infettati mill-organiżmu speċifikat. Għalhekk, it-trasport tagħhom għandu jkun suġġett għal rekwiżiti speċifiċi. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu simili għar-rekwiżiti għal pjanti speċifikati introdotti minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti.

(6)

L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali fir-rigward tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorji tagħhom sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tiegħu.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni mill-aktar kmieni possibbli kontra l-preżenza potenzjali tal-organiżmu speċifikat, kwalunkwe persuna konxja mill-preżenza ta' dak l-organiżmu għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan. Barra minn hekk, u sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni xierqa mill-partijiet interessati, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-operaturi professjonali kkonċernati dwar il-possibilità ta' preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorji tagħhom u l-miżuri li għandhom jittieħdu.

(8)

Sabiex jeqirdu l-organiżmu speċifikat u jipprevjenu t-tixrid tiegħu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni demarkati u jieħdu l-miżuri meħtieġa. Dawk iż-żoni demarkati għandhom ikunu magħmula minn minn żona infestata u żona ta' lqugħ. Il-wisa' taż-żona ta' lqugħ għandha tiġi kkalkulata fid-dawl tar-riskju li l-organiżmu speċifikat jinxtered lejn żoni oħra.

(9)

Fejn jidher li ma jkunx meħtieġ it-twaqqif ta' żona demarkata biex jiġi eliminat l-organiżmu speċifikat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu l-possibbiltà li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih. F'dak il-każ, għandu jelimina l-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti fejn l-ewwel ġie misjub li kien preżenti, u għandu jwettaq stħarriġ biex jiddetermina jekk ġewx infettati pjanti oħra.

(10)

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi biex jiżguraw il-qerda tal-organiżmu speċifikat fejn ikun instab li huwa preżenti.

(11)

Għall-finijiet taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/87/UE għandha titħassar.

(12)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, tal-ispeċijiet Catharanthus G. Don, Nerium L., Olea L., Prunus L., Vinca L., Malva L., Portulaca L., Quercus L. u Sorghum L.;

(b)

“organiżmu speċifikat” tfisser il-Xylella fastidiosa (Well u Raju).

Artikolu 2

Introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti

Pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-introduzzjoni, kif stipulati fit-Taqsima 1 tal-Anness I;

(b)

meta jiġu introdotti fl-Unjoni dawn jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skont it-Taqsima 2 tal-Anness I għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat;

(c)

meta jiġu spezzjonati skont it-Taqsima 2 tal-Anness I, la tinstab il-preżenza u lanqas sintomi tal-organiżmu speċifikat.

Artikolu 3

It-trasport ta' pjanti speċifikati fl-Unjoni

Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 7, jew li ġew trasportati f'din iż-żona, għandhom jiġu trasportati lejn u f'żoni differenti miż-żoni infettati, fil-każ biss li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

Artikolu 4

Stħarriġ dwar l-organiżmu speċifikat

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħhom fuq il-pjanti speċifikati u fuq pjanti possibbilment ospitanti oħra.

Dak l-istħarriġ għandu jitwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-korp uffiċjali responsabbli. L-istħarriġ għandu jkun magħmul minn eżamijiet viżwali u, fil-każ ta' xi suspett ta' infezzjoni mill-organiżmu speċifikat, ġbir ta' kampjuni u ttestjar. Dan l-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u għandu jitwettaq fi żminijiet xierqa fir-rigward tal-possibbiltà li ssir detezzjoni tal-organiżmu speċifikat.

Dan l-istħarriġ għandu jqis l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trasmittenti, il-preżenza u l-bijoloġija ta' pjanti speċifikati jew pjanti li x'aktarx ikunu pjanti ospitanti tal-organiżmu speċifikat, u kwalunkwe tagħrif ieħor xieraq, dwar il-preżenza ta' dan l-organiżmu speċifikat.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati ta' dak l-istħarriġ sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena.

Artikolu 5

Informazzjoni dwar l-organiżmu speċifikat

1.   Meta xi persuna ssir konxja mill-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jew ikollha raġuni biex tissuspetta preżenza simili, dik il-persuna għandha tinforma lill-korp uffiċjali responsabbli minnufih.

Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jirreġistra din l-informazzjoni minnufih.

2.   Meta jkun xieraq, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jitlob lill-persuna msemmija fil-paragrafu 1 biex tipprovdih bi kwalunkwe informazzjoni oħra dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat li tkun fil-pussess ta' dik il-persuna.

Artikolu 6

Konferma tal-preżenza

1.   Meta l-korp uffiċjali responsabbli jkun ġie infurmat bil-preżenza, jew preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 4(1), jew skont l-Artikolu 5, dan għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jikkonferma dik il-preżenza.

2.   Meta tiġi kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żona fejn qatt ma kien deher qabel, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun saret il-konferma, jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dik il-preżenza.

L-istess għandu japplika fil-każ ta' konferma uffiċjali tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fuq speċi ta' pjanta li qabel ma kinitx magħrufa bħala pjanta ospitanti. Dawk in-notifiki għandhom jiġu sottomessi bil-miktub.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi professjonali li l-pjanti speċifikati tagħhom jistgħu jiġu affettwati mill-organiżmu speċifikat, jiġu infurmati minnufih bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, u jsiru konxji tar-riskji u l-miżuri rispettivi li għandhom jittieħdu.

Artikolu 7

Żoni demarkati

1.   Meta r-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 4(1) jindikaw il-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jew meta din il-preżenza tkun ikkonfermata skont l-Artikolu 6(1), l-Istat Membru kkonċernat għandu jiddemarka żona mingħajr dewmien, minn hawn 'il quddiem imsejħa “żona demarkata”.

2.   Iż-żona demarkata għandha tkun magħmula minn żona fejn l-organiżmu speċifikat ikun instab li huwa preżenti, minn hawn 'il quddiem imsejħa “żona infettata”. Dik iż-żona għandha tkun definita skont it-Taqsima 1 tal-Anness III. Iż-żona demarkata għandha tkun magħmula wkoll minn żona madwar iż-żona infettata, minn hawn' il quddiem imsejħa “iż-żona ta' lqugħ”. Dik iż-żona għandha tiġi definita skont it-Taqsima 1 tal-Anness III.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri fiż-żoni demarkati, kif stipulat fit-Taqsima 2 tal-Anness III.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun hemm evidenza li l-organiżmu speċifikat ġie introdott fiż-żona reċentement permezz tal-pjanti li nstab fuqhom;

(b)

ikun hemm indikazzjoni li dawk il-pjanti kienu diġà infettati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata;

(c)

ebda organiżmu trasmittenti rilevanti ma ġie individwat fil-viċinanza ta' dawn il-pjanti, li jipprova li ma seħħ ebda tixrid ieħor tal-organiżmu speċifikat.

F'dak il-każ, għandu jwettaq stħarriġ biex jiddetermina jekk ġewx infettati xi pjanti oħra apparti dawk li fuqhom l-organiżmu speċifikat kien instab oriġinarjament. Abbażi ta' dan l-istħarriġ, l-Istat Membru għandu jiddetermina jekk hemmx ħtieġa li tiġi stabbilita żona demarkata. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-konklużjonijiet ta' dan l-istħarriġ, kif ukoll il-ġustifikazzjoni għaliex mhux qed jistabbilixxi żona demarkata.

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodi taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-paragrafu 3 u, fejn ikun rilevanti, għat-twettiq tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 4.

Artikolu 8

Rappurtar dwar il-miżuri

1.   L-Istati Membri għandhom, fi żmien 30 jum min-notifika msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2), jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, rapport dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew li jkun beħsiebhom jieħdu skont l-Artikolu 7(3), kif ukoll il-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 7(5).

Ir-rapport għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar il-lokazzjoni taż-żona demarkata, u deskrizzjoni tal-karatteristiċi tagħha li jistgħu jkunu rilevanti għall-qerda u l-prevenzjoni tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat;

(b)

mappa li turi d-delimitazzjoni taż-żona demarkata;

(c)

informazzjoni dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trasmittenti tiegħu;

(d)

il-miżuri għall-konformità mar-rekwiżiti dwar it-trasport tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3.

Dan ir-rapport għandu jiddeskrivi l-evidenza u l-kriterji li fuqhom huma bbażati l-miżuri.

2.   Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rapport li jinkludi verżjoni aġġornata tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Revoka

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/87/KE titħassar.

Artikolu 10

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/87/UE tat-13 ta' Frar 2014 fir-rigward ta' miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Well u Raju) fl-Unjoni (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 29).


ANNESS I

REKWIŻITI GĦALL-INTRODUZZJONI TA' PJANTI SPEĊIFIKATI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2

TAQSIMA 1

Dikjarazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat, kif imsemmi fl-Artikolu (13)(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE

1.

Pjanti speċifikati li joriġinaw f'pajjiżi terzi fejn ikun magħruf li l-organiżmu speċifikat huwa preżenti, jistgħu jiġu introdotti biss fl-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (2) jew fil-punt (3).

2.

Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi, fit-taqsima “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, id-dikjarazzjoni li l-pjanti jkunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f'sit tal-produzzjoni li hu rreġistrat u taħt is-superviżjoni tal-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini u li jinsabu f'żona ħielsa mill-pesti stabbilita minn dik l-organizzazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji.

L-isem taż-żona ħielsa mill-pesti għandu jiġi indikat fir-rubrika “post ta' oriġini”;

3.

Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi, fir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, dawn l-istqarrijiet:

(a)

il-pjanti speċifikati ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f'sit tal-produzzjoni li jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:

(i)

li huwa stabbilit bħala ħieles mill-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trasmittenti tiegħu skont l-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji.

(ii)

li huwa rreġistrat u taħt is-superviżjoni tal-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini.

(iii)

li huwa protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat permezz tal-organiżmi trasmittenti tiegħu.

(iv)

li huwa suġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa biex jinżamm ħieles mill-orgamiżmi trasmittenti tal-organiżmu speċifikat.

(v)

li jiġi suġġett annwalment għal tal-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali li jsiru fi żminijiet xierqa. Fi spezzjonijiet fl-imgħoddi ma nstabu la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas organiżmi trasmittenti tiegħu jew, jekk ġew osservati sintomi dubjużi, sar ittestjar u ġie kkonfermat li l-organiżmu speċifikat ma kienx preżenti.

(b)

it-trattamenti fitosanitarji kontra l-organiżmi trasmittenti tal-organiżmu speċifikat jiġu applikati fil-viċinanzi tas-sit tal-produzzjoni.

(c)

il-lottijiet tal-pjanti speċifikati ġew suġġetti għal ittestjar annwali, abbażi ta' teħid ta' kampjuni, u ġiet eskluża l-preżenza asintomatika tal-organiżmu speċifikat.

(d)

il-pjanti speċifikati ġew trasportati barra mill-istaġun ta' kwalunkwe organiżmu trasmittenti magħruf tal-organiżmu speċifikat, jew f'kontenituri jew pakketti magħluqin, biex jiġi żgurat li ma tista sseħħ ebda infezzjoni mill-organiżmu speċifikat jew minn kwalunkwe organiżmu trasmittenti magħruf tiegħu.

(e)

immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-lottijiet ta' pjanti speċifikati ġew suġġetti għal spezzjoni viżwali uffiċjali, b'teħid ta' kampjuni u ttestjar, fejn tintuża skema ta' teħid ta' kampjuni li kapaċi tikkonferma b'affidabbiltà ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'dawn il-pjanti huwa ta' inqas minn 1 % u li tkun maħsuba b'mod speċifiku għal pjanti li juru sintomi dubjużi ta' dak l-organiżmu.

4.

Il-punti (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis kemm għal pjanti speċifikati li tkabbru kemm f'żona ħielsa minn pesti kif ukoll għal pjanti li tkabbru f'żoni li mhumiex ħielsa minn pesti.

TAQSIMA 2

Spezzjoni

Il-pjanti speċifikati għandhom jiġu spezzjonati b'mod metikoluż minn korp uffiċjali responsabbli fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (1). L-ispezzjoni għandha ssir f'forma ta' spezzjonijiet viżwali u, fil-każ ta' suspett ta' preżenza tal-organiżmu speċifikat, f'forma ta' teħid ta' kampjuni u ttestjar ta' kull lott tal-pjanti speċifikati. Il-kampjuni għandhom ikunu ta' daqs li jippermetti l-konferma b'affidabilità ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'dawn il-pjanti huwa ta' inqas minn 1 %.


(1)  Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas- 7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli ta' l-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f' Parti B ta' l-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li m'huwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).


ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TRASPORT TA' PJANTI SPEĊIFIKATI FL-UNJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3

1.

Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata għandhom jiġu trasportati biss lejn u f'żoni li mhumiex żoni infettati jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE. (1)

2.

Pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata għandhom jiġu trasportati biss lejn u f'żoni li mhumiex żoni infettati jekk, fil-perjodu kollu li jkunu qattgħu fiż-żona demarkata, ikunu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti flimkien mal-punt (1).

(a)

is-sit tal-produzzjoni fejn tkabbru fiż-żona demarkata jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:

(i)

li huwa stabbilit bħala ħieles mill-organiżmu speċifikat.

(ii)

li huwa rreġistrat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE. (2)

(iii)

li huwa protett fiżikament kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat permezz tal-organiżmi trasmittenti tiegħu.

(iv)

li huwa suġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa biex jinżamm ħieles mill-orgamiżmi trasmittenti tal-organiżmu speċifikat.

(v)

li jiġi suġġett annwalment għal tal-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali li jsiru fi żminijiet xierqa. Fi spezzjonijiet fl-imgħoddi ma nstabu la sintomi tal-organiżmu speċifikat u lanqas organiżmi trasmittenti tiegħu jew, jekk ġew osservati sintomi dubjużi, sar ittestjar u ġie kkonfermat li l-organiżmu speċifikat ma kienx preżenti.

(b)

kampjuni rappreżentattivi ta' kull speċi ta' pjanti speċifikati minn kull sit tal-produzzjoni ġew suġġetti għal ittestjar annwali, u ġiet eskluża l-preżenza asintomatika tal-organiżmu speċifikat.

(c)

it-trattamenti fitosanitarji kontra l-organiżmi trasmittenti tal-organiżmu speċifikat jiġu applikati fil-viċinanzi tas-sit tal-produzzjoni.

3.

Il-pjanti speċifikati li jiġu trasportati minn u f'żoni demarkati għandhom jiġu trasportati barra mill-istaġun ta' kwalunkwe organiżmu trasmittenti magħruf tal-organiżmu speċifikat, jew f'kontenituri jew pakketti magħluqin, biex jiġi żgurat li ma tista sseħħ ebda infezzjoni mill-organiżmu speċifikat jew minn kwalunkwe organiżmu trasmittenti magħruf tiegħu.


(1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE tat-3 ta' Novembru 1992 li twaqqaf l-obbligi li għalihom produtturi u importaturi ta' pjanti, prodotti ta' pjanti u oġġetti oħra huma suġġetti u li twaqqaf dettalji għar-reġistrazzjoni tagħhom (ĠU L 344, 26.11.1992, p. 38).


ANNESS III

STABBILIMENT TA' ŻONI DEMARKATI U MIŻURI, KIF STIPULAT FL-ARTIKOLU 7

TAQSIMA 1

Definizzjoni ta' żoni demarkati

1.

Iż-żona infettata għandha tinkludi l-pjanti kollha magħrufin li huma infettati bl-organiżmu speċifikat, il-pjanti kollha li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta' infezzjoni minn dak l-organiżmu, u l-pjanti l-oħra kollha li jistgħu jiġu infettati minn dak l-organiżmu minħabba l-viċinanza tagħhom mal-pjanti infettati, jew is-sors komuni ta' produzzjoni, jekk magħruf, bi pjanti infettati, jew il-pjanti mkabbra minnhom.

2.

Iż-żona ta' lqugħ għandha tkun wiesgħa tal-inqas 2 000 m.

Il-wisa' taż-żona ta' lqugħ tista' titnaqqas sa mill-inqas 1 000 m jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a)

li jkunu tneħħew il-pjanti infettati, flimkien mal-pjanti kollha li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta' infezzjoni mill-organiżmu speċifikat u l-pjanti kollha li ġew identifikati bħala li x'aktarx jiġu infettati. It-tneħħija għandha ssir b'tali mod li ma jifdal ebda materjal mill-pjanta mneħħija;

(b)

li jkun sar stħarriġ ta' delimitazzjoni, li jinkludi ttestjar li għalih tintuża skema ta' teħid ta' kampjuni li kapaċi tikkonferma b'affidabbiltà ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fil-pjanti li jinsabu f'distanza sa 2 000 m mil-limitu taż-żona infettata, huwa ta' inqas minn 0,1 %.

3.

Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji solidi xjentifiċi solidi, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-organiżmi trażmittenti tiegħu, il-livell ta' infezzjoni, il-preżenza ta' organiżmi trażmittenti, u d-distribuzzjoni ta' pjanti ospitanti possibbli fiż-żona kkonċernata.

4.

Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat 'il barra miż-żona infettata, id-delimitazzjoni taż-żona infettata u taż-żona ta' lqugħ għandha tiġi rriveduta u mibdula kif xieraq.

5.

Meta f'żona demarkata, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 4(1) u tal-monitoraġġ imsemmi fil-punt (h) tat-Taqsima 2 ta' dan l-Anness, ma tinstab ebda preżenza tal-organiżmu speċifikat għal perjodu ta' ħames (5) snin, din id-demarkazzjoni tkun tista' titneħħa.

TAQSIMA 2

Miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni demarkati

F'żona demarkata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu dawn il-miżuri li ġejjin sabiex jinqered l-organiżmu speċifikat:

(a)

għandu, malajr kemm jista' jkun, ineħħi l-pjanti kollha infettati mill-organiżmu speċifikat, kif ukoll il-pjanti kollha li juru sintomi li jindikaw il-possibbiltà ta' infezzjoni minn dak l-organiżmu u l-pjanti kollha li ġew identifikati bħala li x'aktarx jiġu infettati. Din it-tneħħija għandha titwettaq b'tali mod li ma jifdal ebda materjal mill-pjanta mneħħija, fejn jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat matul u wara t-tneħħija.

(b)

għandu jwettaq teħid ta' kampjuni u ttestjar tal-pjanti speċifikati, tal-pjanti tal-istess ġenus bħall-pjanti infettati, u tal-pjanri l-oħra kollha li juru sintomi tal-organiżmu speċifikat f'raġġ ta' 200 m madwar il-pjanti infettati, fejn tintuża skema ta' teħid ta' kampjuni li kapaċi tikkonferma b'affidabbiltà ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'dawn il-pjanti huwa ta' inqas minn 0,1 %

(c)

għandu jeqred, in situ jew f'post fil-qrib fiż-żona demarkata maħsub għal dan l-għan, il-pjanti sħaħ, partijiet ta' pjanti jew injam li jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-organiżmu speċifikat. Din il-qerda għandha titwettaq b'mod xieraq, fejn jiġi żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jiġix imxerred.

(d)

għandu jeqred in situ jew f'post fil-qrib, kwalunkwe materjal tal-pjanti li joriġina miż-żbir ta' pjanti speċifikati u ta' pjanti tal-istess ġenus tal-pjanti infettati. Din il-qerda għandha titwettaq b'mod xieraq, fejn jiġi żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jiġix imxerred permezz tal-organiżmu trasmittenti tiegħu.

(e)

għandu jwettaq trattamenti fitosanitarji xierqa ta' pjanti speċifikati u ta' pjanti li jistgħu jospitaw l-organiżmi trasmittenti tal-organiżmu speċifikat biex jipprevjenu t-tixrid tal-organiżmu speċifikat minn dawk organiżmi trasmittenti.

(f)

għandu jmur lura għall-oriġini tal-infezzjoni u jittraċċa l-pjanti speċifikati assoċjati mal-każ ta' infezzjoni kkonċernata, li setgħu ġew trasportati qabel ma ġiet stabbilita ż-żona demarkata. L-awtoritajiet rilevanti taż-żona ta' destinazzjoni ta' dawk il-pjanti għandhom jiġu infurmati bid-dettalji rispettivi kollha ta' dan it-trasport ta' pjanti, biex issir eżaminazzjoni tal-pjanti u jiġu applikati miżuri xierqa, fejn rilevanti.

(g)

għandu jipprojbixxi t-tħawwil tal-pjanti speċifikati u ta' pjanti tal-istess ġenus tal-pjanti infettati f'siti li mhumiex ħielsa minn organiżmi trasmittenti.

(h)

għandu jwettaq monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat mill-inqas permezz ta' spezzjonijiet annwali fi żminijiet xierqa, b'attenzjoni partikolari fuq iż-żona ta' lqugħ u fuq il-pjanti speċifikati u l-pjanti tal-istess ġenus bħall-pjanti infettati, li jkun jinkludi l-ittestjar, b'mod partikolari ta' xi pjanti sintomatiċi. L-għadd ta' kampjuni għandu jiġi indikat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 8.

(i)

għandu jwettaq attivitajiet li jżidu l-għarfien pubbliku dwar it-theddid li jġib miegħu l-organiżmu speċifikat u l-miżuri adottati biex jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tiegħu fl-Unjoni, inklużi l-kundizzjonijiet dwar it-trasport tal-pjanti speċifikati miż-żona demarkata, stabbiliti skont l-Artikolu 7.

(j)

għandu, fejn ikun meħtieġ, jieħu miżuri speċifiċi li jindirizzaw kwalunkwe sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li x'aktarx tista' tipprevjeni, tfixkel jew iddewwem il-qerda, partikolarment dawk relatati mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infettati jew li jkun hemm suspett li huma infettati, ikunu fejn ikunu, humiex tal-pubbliku jew tal-privat, jew hi min hi l-persuna jew l-entità li hi responsabbli għalihom.

(k)

għandu jieħu kwalunkwe miżura oħra li tista' tikkontribwixxi għall-qerda tal-organiżmu speċifikat, b'kunsiderazzjoni tal-ISPM Nru 9 (1) u bl-applikazzjoni ta' approċċ integrat skont il-prinċipji stipulati fl-ISPM Nru 14 (2).


(1)  Linji gwida għall-programmi ta' qerda tal-pesti — Standard ta' Referenza ISPM Nru 9 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma. Ippubblikat fil-15 ta' Diċembru 2011.

(2)  L-użu ta' miżuri integrati f'approċċ sistematiku għall-kontroll tar-riskju ta' pesti — Standard ta' Referenza ISPM Nru 14 tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma. Ippubblikat fit-8 ta' Jannar 2014.


Rettifika

25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/65


Rettifika għad-Deċiżjoni Nru 2 tal-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji tal-21 ta' Mejju 2014 rigward it-talba tar-Repubblika tal-Moldova biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 217 tat-23 ta' Lulju 2014 )

F'paġna 88, in-nota ta' qiegħ il-paġna (2):

minflok:

“(2)”,

aqra:

“(*)”.


25.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/66


Rettifika għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Tfassil mill-ġdid)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tas-17 ta' Diċembru 2009 )

F'paġna 132, Anness VII, Tabella tal-Korrelazzjonijiet, il-kolonna“Din id-Direttiva”, il-linja ta' qabel tal-aħħar:

minflok:

“—”;

aqra:

“Artikolu 13(27)”.

F'paġna 133, il-kolonna “Din id-Direttiva”, l-għaxar u l-ħdax-il linja:

minflok:

“Artikolu 18 punt (g)

Artikolu 18 punt (h)”;

aqra:

“Artikolu 18 (1) punt (g)

Artikolu 18 (1) punt (h)”.

F'paġna 134, il-kolonna “Direttiva 73/239/KEE”, l-ewwel linja:

minflok:

“Artikolu 8(1a)”;

aqra:

“Artikolu 8(1)(a)”.

F'paġna 136, il-kolonna “Direttiva 2002/83/KE”, l-ghaxar linja:

minflok:

“Artikolu 28 u 28 (a)”;

aqra:

“Artikolu 28 u 28a”.

F'paġna 136, il-kolonna “Direttiva 2002/83/KE”, l-aħħar linja:

minflok:

“Artikolu 13(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu (a) u (b)”;

aqra:

“Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu, punti (a) u (b)”.

F'paġna 148, Anness VII, Tabella tal-Korrelazzjonijiet, il-kolonna “Din id-Direttiva”, ir-raba' linja:

minflok:

“Artikolu 210(1), punt (F)”;

aqra:

“Artikolu 212(1), punt (f)”.

F'paġna 148, Anness VII, Tabella tal-Korrelazzjonijiet, il-kolonna “Din id-Direttiva”, il-ħames linja:

minflok:

“Artikolu 210(1), punt (G)”;

aqra:

“Artikolu 212(1), punt (g)”.

F'paġna 152, il-kolonna “Direttiva 2002/83/KE”, it-tmien linja:

minflok:

“Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż”;

aqra:

“Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż”.