ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 167

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
6 ta' Ġunju 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/331/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Majott, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea

1

 

 

Ftehim Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-majott, taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni Ewropea

4

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ( 1 )

30

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014 tal-5 ta' Ġunju 2014 li jemenda, għall-finijiet tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' periklu u prekawzjoni fil-lingwa Kroata u tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 1 )

36

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2014 tal-5 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

50

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/332/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 2004/211/KE rigward il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' żwiemel irreġistrati minn ċerti partijiet tat-territorju tal-Indja (notifikata bid-dokument C(2014) 3582)  ( 1 )

52

 

 

2014/333/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2014 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika

57

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

6.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Majott, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea

(2014/331/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Lulju 2012, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2012/419/UE (1) li temenda, b'effett mill-1 ta' Jannar 2014, l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea. Minn dik id-data, il-Majott waqfet milli jkollha l-istatus ta' pajjiż u territorju extra-Ewropew u saret ikollha l-istatus ta' reġjun ultraperifiku tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem l-Unjoni, ftehim mar-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess, għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika tas-Seychelles, għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Unjoni fiż-żona ekonomika esklussiva 'l barra mill-kosta tal-Majott.

(3)

Bħala riżultat ta' dawn it-taħdidiet, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Majott, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fil-15 ta' Novembru 2013.

(4)

Sabiex l-awtoritajiet fil-Majott jimplimentaw ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) mid-data li fiha l-Majott issir reġjun ultraperifiku, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti qafas amministrattiv xieraq, attivitajiet ta' kontroll u l-infrastruttura fiżika, u li jsir provvediment għat-tiswir ta' kapaċità adegwata. Dan se jassisti fir-rigward tar-rekwiżit ta' konformità ma' obbligi ta' rappurtar internazzjonali tal-Unjoni.

(5)

Għandhom jiġu provduti lill-awtoritajiet tas-sajd tal-Majott il-mezzi finanzjarji neċessarji permezz tat-tariffi li jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti direttament lill-Majott. Tali soluzzjoni hija aktar xierqa billi żviluppat relazzjoni qawwija bejn il-flotta tas-Seychelles u l-Komunità lokali fir-reġjun ultraperifiku ta' Franza tal-Majott. Il-flotta tas-sajd li ttajjar il-bandiera tas-Seychelles operat fl-ilmijiet tal-Majott għal diversi snin permezz ta' arranġament bejn il-Majott u s-sidien tal-bastimenti, fejn is-sidien tal-bastimenti ħallsu tariffa tal-liċenzja lill-Majott biex jistadu f'ilmijietha. Biex tinżamm din il-kontinwità tal-operazzjonijiet tas-sajd u l-benefiċċji sussegwenti għall-Majott, huwa xieraq li l-ħlasijiet kollha relatati ma' awtorizzazzjonijiet u qabdiet taħt dan il-Ftehim jibbenefikaw direttament lill-komunità lokali fil-Majott.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat.

(7)

Sabiex ikun permess, malajr kemm jista' jkun, li jitkomplew l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-flotta tar-Repubblika tas-Seychelles, il-Ftehim għandu jiġi applikat b'mod provviżorju, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Majott, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Franza hija b'dan awtorizzata li tiġbor, għall-kont tar-reġjun ultraperifiku tagħha, il-Majott, il-pagamenti relatati mal-awtorizzazzjonijiet u l-qabdiet u tariffi oħra dovuti minn operaturi ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles b'konsiderazzjoni tal-għoti ta' aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fl-ilmijiet tal-Unjoni 'l barra mill-kosta tal-Majott skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III, Taqsima 1, paragrafi 8 u 9 u t-Taqsima 2 tal-Anness tal-Ftehim. Dawk l-introjti għandhom jintużaw minn Franza għall-istabbiliment ta' qafas amministrattiv adegwat, attivitajiet ta' kontroll, infrastruttura fiżika u l-provvediment ta' tiswir ta' kapaċità adegwata sabiex l-amministrazzjoni fil-Majott tissodisfa r-rekwiżiti tas-PKS.

2.   Franza għandha tipprovdi d-dettalji ta' dak il-kont bankarju lill-Kummissjoni.

3.   Fl-aħħar ta' kull sena ta' implimentazzjoni tal-Ftehim, Franza għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar il-pagamenti li jsiru mill-bastimenti awtorizzati li jistadu u dwar l-utilizzazzjoni ta' dawk il-pagamenti.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Il-Ftehim għandu jkun applikat b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131).


6.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/4


FTEHIM

Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-majott, taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni Ewropea

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “UE”,

u

IR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES, minn hawn 'il quddiem imsejħa “is-Seychelles”,

Minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-relazzjoni ta' ħidma mill-qrib li ssawret bejn l-UE u s-Seychelles, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (il-Ftehim ta' Cotonou), u x-xewqa reċiproka tagħhom li jintensifikaw dik ir-relazzjoni,

JINNOTAW li l-UE u s-Seychelles gawdew minn relazzjoni qawwija wara l-Ftehim tas-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd lil hinn mis-Seychelles konkluż fl-1987. Dak il-Ftehim issaħħaħ permezz tal-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Partijiet fl-2006 li għadu fis-seħħ u li huwa implimentat permezz tal-Protokoll xieraq għal dak il-Ftehim,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-kodiċi tal-imġiba għal sajd responsabbli adottat waqt il-konferenza tal-FAO tal-1995,

WAQT LI JKOMPLU JINNUTAW li kemm l-UE kif ukoll is-Seychelles huma Partijiet fil-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC), li hija l-organizzazzjoni intergovernattiva bil-mandat li timmaniġġja t-tonn u speċijiet simili għat-tonn fl-Oċean Indjan u fl-ibħra biswitu,

DETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, għall-istabbiliment ta' sajd responsabbli biex tiġi żgurata l-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;

KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tieħu s-sura ta' inizjattivi u miżuri li, sew jekk jittieħdu flimkien u sew jekk jittieħdu individwalment, ikunu kumplementari, konsistenti mal-politika u jiżguraw sinerġija fl-isforzi,

ĦERQANA li jistabbilixxu l-metodi u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-Seychelles fl-ilmijiet tal-UE, kif ukoll dawk li jirrigwardaw l-appoġġ mogħti mis-Seychelles bħala sostenn għall-introduzzjoni ta' sajd responsabbli f'dawk l-istess ilmijiet,

B'DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd bil-għan li jiġi żgurat sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-UE sabiex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd,

il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess minn bastimenti tas-sajd tas-Seychelles għall-ilmijiet tal-UE, kif definit fl-Anness,

l-arranġamenti għall-kontroll tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE bil-ħsieb li jiġi żgurat li jkun hemm konformità mar-regoli u mal-kundizzjonijiet imsemmija aktar 'il fuq, li l-miżuri għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut ikunu effikaċi, u li jkun evitat sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

“awtoritajiet tas-Seychelles”, tfisser l-Awtorità tas-Sajd tas-Seychelles;

(b)

“bastimenti tas-Seychelles” tfisser bastimenti li jtajru l-bandiera tas-Seychelles u li jkunu rreġistrati fis-Seychelles;

(c)

“awtoritajiet tal-UE” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

(d)

“ilmijiet tal-UE” huma definiti bħala l-ibħra tal-Majott taħt il-ġurisdizzjoni tal-UE;

(e)

“Kumitat Konġunt” tfisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u s-Seychelles li l-funzjonijiet tiegħu ser ikunu ddettaljati fl-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Prinċipji u għanijiet fundamentali tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim

1.   B'dan, il-Partijiet jintrabtu li jinkoraġġixxu sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-UE ibbażat fuq il-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f'dawk l-ilmijiet, bla ħsara għall-ftehimiet konklużi bejn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ġewwa reġjun ġeografiku, inklużi ftehimiet reċiproċi dwar l-industriji tas-sajd.

2.   Ir-regoli għall-eżerċizzju tas-sajd taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu konformi mar-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tonn fl-Oċean Indjan (IOTC).

3.   Il-Partijiet b'dan jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont il-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE, u governanza ekonomika u soċjali tajba.

Artikolu 4

Kooperazzjoni xjentifika u statistika dwar sajd responsabbli

1.   Matul il-perjodu kopert minn dan il-Ftehim, l-UE u s-Seychelles għandhom jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tar-riżorsi fl-ilmijiet tal-UE. Għandha tinżamm laqgħa xjentifika konġunta kull fejn meħtieġ, fuq it-talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

2.   Il-Partijiet għandhom ukoll jiskambjaw informazzjoni statistika, bijoloġika, ta' konservazzjoni u ambjentali rilevanti u jikkooperaw fil-laqgħat xjentifiċi rilevanti, skont il-ħtieġa biex jiġu ġestiti u konservati r-riżorsi ħajjin.

3.   Fuq il-bażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli pprovdut mill-IOTC, iż-żewġ Partijiet jistgħu jikkonsultaw ma' xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim u, fejn ikun meħtieġ, jaqblu li jieħdu miżuri biex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-UE.

Artikolu 5

Aċċess minn bastimenti tas-Seychelles għas-sajd fl-ilmijiet tal-UE

1.   L-UE b'dan qed tintrabat li tawtorizza bastimenti tas-Seychelles biex jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE skont dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu.

2.   Is-Seychelles għandha tiżgura li l-bastimenti tagħha jikkonformaw ma' dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd fl-UE.

Artikolu 6

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Il-bastimenti tas-sajd tas-Seychelles jistgħu jistadu fl-ilmijiet tal-UE biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd abbord, jew kopja tagħha, maħruġa taħt dan il-Ftehim.

2.   Il-proċedura biex bastiment jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd, it-tariffi applikabbli u l-metodu ta' ħlas li jrid jintuża mis-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.

Artikolu 7

Kopertura ta' Speċi

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd se jiġu pprovduti biss għall-isfruttament ta' speċijiet migratorji ħafna (speċijiet elenkati fl-Anness 1 tal- Konvenzjoni tan-NU dwar il- Liġi tal-Baħar, 1982), bl-esklużjoni tal-familja Alopiidae, il-familja Sphyrnidae u l-ispeċijiet li ġejjin: Cetorhinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharhinus falciformis u Carcharhinus longimanus.

Artikolu 8

Kumitat Konġunt

1.   Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt bil-għan li jissorvelja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissorvelja t-tħaddim, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta' interess komuni relatati mas-sajd;

(c)

jaġixxi bħala forum għar-riżoluzzjoni bonarja ta' kwalunkwe disputa li jirrigwardja l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(d)

jivvaluta mill-ġdid, fejn meħtieġ, il-livell ta' opportunitajiet ta' sajd, abbażi ta' pariri xjentifiċi, u, konsegwentement, ta' kontribut finanzjarju;

(e)

jiddeċiedi, kif meħtieġ, li jirrivedi d-dispożizzjonijiet tekniċi ta' dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu;

(f)

kull funzjoni oħra li l-Partijiet jafu jiddeċiedu.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena, darba fl-UE u darba fis-Seychelles, u għandu jkun ippresjedut mill-Parti li tkun qed tilqa' għandha l-laqgħa. Għandu jitlaqqa' f'seduta straordinarja fuq talba ta' waħda mill-Partijiet.

Artikolu 9

L-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt

Kif jipprevedi l-Artkolu 8 ta' dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista' jevalwa mill-ġdid l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fil-Kapitolu II tal-Anness u dawn jistgħu jiġu aġġustati b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-IOTC jsostnu l-evalwazzjoni li aġġustament bħal dan jipproteġi l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u ta' speċijiet oħra simili għat-tonn fl-Oċean Indjan.

Artikolu 10

Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim

1.   L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet suġġett għal konsultazzjonijiet u l-ftehim bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim:

(a)

jekk ċirkostanzi eċċezzjonali, barra fenomeni naturali, jimpedixxu li jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE;

(b)

fejn tinqala' disputa bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu li ma tistax tinstab soluzzjoni għaliha;

(c)

jekk xi waħda mill-Partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet stipulati minn dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu;

(d)

wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta' waħda miż-żewġ Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim;

(e)

f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' obbligi ġenerali kif previsti fl-Anness;

(f)

jekk xi waħda mill-Partijiet issir taf b'ċertezza li kien hemm ksur ta' elementi fundamentali u essenzjali tad-drittijiet umani kif stipulati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu;

(g)

f'każ ta' nonkonformità mad-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjoni tax-Xogħol kif previst fl-Artikolu 3 ta' dan il-Ftehim u l-punt 3 tal-Kapitolu I tal-Anness.

2.   Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha teħtieġ notifika bil-miktub mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha li għandha tingħata mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.

3.   F'każ ta' sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni bonarja għad-disputa tagħhom. Fejn tinstab soluzzjoni bħal din, il-Ftehim għandu jerġa' jibda jiġi implimentat u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li fih kienet sospiża l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 11

Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim jista' jiġi tterminat minn kwalunkwe Parti, fl-eventwalità ta' ċirkustanzi gravi bħalma huma deterjorament fil-qagħda tal-istokkijiet ikkonċernati, jew inkella n-nuqqas tal-osservanza tal-obbligi mill-Partijiet rigward il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.

2.   F'każ ta' terminazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta għandha sseħħ tali terminazzjoni.

3.   Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta' qabel għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet. F'każ, wara dawn il-konsultazzjonijiet, li tittieħed deċiżjoni għall-irtirar tat-talba għat-terminazzjoni, dan il-Ftehim għandu jkompli jiġi implimentat fl-intier tiegħu.

Artikolu 12

Liġi applikabbli

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tas-Seychelles fl-ilmijiet tal-UE huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-UE, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor skont dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu.

2.   L-UE għandha tinnotifika lis-Seychelles b'kull bidla fil-Politika Komuni tas-Sajd jew fil-leġiżlazzjoni tagħha.

Artikolu 13

Kunfidenzjalità

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li tkun biss id-dejta aggregata relatata mal-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE li għandha tkun disponibbli għall-qasam pubbliku, b'konformità mad-dispożizzjoni tar-riżoluzzjoni tal-IOTC xierqa. Dejta oħra li tista' titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża biss esklussivament għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Artikolu 14

Skambju elettroniku ta' dejta

1.   Is-Seychelles u l-UE se jimpenjaw rwieħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu.

2.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu mill-ewwel lill-Parti l-oħra dwar kwalunkwe disturb fis-sistema tal-kompjuter li ma jħallix li jsiru skambji bħal dawn. F'dawk iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu għandhom jinbidlu b'mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif iddefinit fl-Anness.

3.   Il-forma elettronika ta' dokument u l-verżjoni fuq il-karta għandhom jiġu meqjusa bħala ekwivalenti.

Artikolu 15

Reviżjoni ta' Nofs it-Terminu

Il-Partijiet jaqblu li sabiex jevalwaw il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan il-Ftehim, għandha ssir reviżjoni tliet snin wara d-data tal-bidu tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Obbligu mal-Iskadenza ta' dan il-Ftehim jew mat-Terminazzjoni tiegħu

Fil-każ ta' skadenza ta' dan il-Ftehim jew it-terminazzjoni tiegħu kif previst mill-Artikolu 11, is-sidien tal-bastimenti tas-Seychelles għandhom ikomplu jkunu responsabbli minn kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jew kwalunkwe liġijiet tal-UE li jkunu seħħew qabel l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim, jew minn kull awtorizzazzjoni jew tariffa jew kwalunkwe ammonti pendenti dovuti mhux imħallsa fi żmien l-iskadenza jew it-terminazzjoni.

Artikolu 17

Tul ta' żmien

Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Huwa għandu jiġġedded għal perjodi supplimentari ta' sitt snin, sakemm ma jiġix itterminat skont l-Artikolu 11.

Artikolu 18

Applikazzjoni Provviżorja

Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Съставено в Брюксел на двадесети май две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinte de mayo de dos mil catorce.

V Bruselu dne dvacátého května dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tyvende maj to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am zwanzigsten Mai zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta maikuu kahekümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι Μαΐου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the twentieth day of May in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le vingt mai deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadesetog svibnja dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venti maggio duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada divdesmitajā maijā.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų gegužės dvidešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év május havának huszadik napján.

Magħmul fi Brussell, fl-għoxrin jum ta’ Mejju tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de twintigste mei tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego maja roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em vinte de maio de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci mai două mii paisprezece.

V Bruseli dvadsiateho mája dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne dvajsetega maja leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den tjugonde maj tjugohundrafjorton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Република Сейшели

Por la República de Seychelles

Za Seychelskou republiku

For Republikken Seychellerne

Fur die Republik Seychellen

Seišelli Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία των Εεϋχελλώυ

For the Republic of Seychelles

Pour la République des Seychelles

Za Republiku Sejšele

Per la Repubblica delle Seychelles

Seišelu Salu Republikas vārdā –

Seišelių Respublikos vardu

A Seychelle Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tas-Seychelles

Voor de Republiek der Seychellen

W imieniu Republiki Seszeli

Pela República das Seicheles

Pentru Republica Seychelles

Za Seychelskú republiku

Za Republiko Sejšeli

Seychellien tasavallan puolesta

För Republiken Seychellerna

Image


ANNESS

Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-Seychelles

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Obbligi Ġenerali

Il-bastimenti tas-Seychelles li għalihom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Ftehim għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tal-UE fir-rigward tal-miżuri ta' konservażżjoni u kontroll, u dispożizzjonijiet li jirregolaw is-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-UE fiż-żona tas-sajd li fiha joperaw, u d-dispożizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

2.

Iż-żoni tas-sajd

(a)

L-UE għandha tipprovdi lis-Seychelles bil-koordinati ġeografiċi taż-żona li fiha l-bastimenti tas-Seychelles jistgħu joperaw qabel l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim.

(b)

Il-bastimenti tas-Seychelles għandhom ikunu projbiti milli jużaw is-sajd bit-tartarun biex jaqbdu t-tonn jew ġlejjeb ta' ħut li jixbah lit-tonn fiż-żona sa 24 mil minn xtut il-gżira Majott, imkejla mil-linji bażi li minnhom jitkejlu l-ibħra territorjali.

(c)

Kull modifika għaż-żoni tas-sajd se tiġi kkomunikata, lill-awtoritajiet tas-Seychelles, erba' (4) ġimgħat qabel il-modifika qabel id-dħul fis-seħħ.

3.

Kundizzjonijiet tax-xogħol

L-impjiegi ta' sajjieda abbord bastimenti awtorizzati skont dan il-Ftehim għandhom ikunu rregolati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fir-rigward tal-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol.

KAPITOLU II

PERJODU TA' APPLIKAZZJONI U OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

1.

Għal perjodu ta' sitt (6) snin, l-opportunijtajiet tas-sajd konċessi skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu kif ġej:

8 bastimenti tat-tonn li jistadu bit-tartarun, u

2 bastimenti ta' forniment.

2.

Il-bastimenti tas-Seychelles jistgħu jkunu involuti biss f'attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE jekk ikunu fuq il-lista ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-IOTC u jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim skont l-Anness tiegħu.

KAPITOLU III

AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

TAQSIMA 1

L-applikazzjoni u l-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.

“Awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser dritt jew liċenzja valida biex jitwettqu attivitajiet tas-sajd skont it-termini tal-imsemmija awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija skont dan il-Ftehim.

2.

Biex bastiment tas-Seychelles ikun eliġibbli għal awtorizzazzjoni tas-sajd taħt dan il-Ftehim għandu:

(a)

jiġi inkluż fil-lista ta' bastimenti notifikati tas-Seychelles biex iwettqu attivitajiet tas-sajd skont il-Ftehim;

(b)

ikun fuq il-lista ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-IOTC.

(c)

ikun issodisfa, matul l-aħħar perjodu ta' 12-il xahar preċedenti ta' attivitajiet tas-sajd skont l-arranġament privat bejn is-sidien u l-Majott, il-kundizzjonijiet u l-obbligi lejn il-Majott taħt dak l-arranġament;

(d)

ma jkunx inkluż f'lista tal-IUU;

(e)

jkollu disponibbli u jipprovdi d-dejta mitluba skont dan il-Ftehim; kif ukoll

(f)

jiżgura li l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd hija skont ir-rekwiżiti ta' dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu.

3.

Barra minn hekk, bastimenti tas-Seychelles li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet xierqa tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1006/2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

4.

Il-bastimenti tas-Seychelles kollha li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu rappreżentati minn aġent residenti fil-Majott, jew fin-nuqqas ta' aġent residenti fil-Majott, minn aġent residenti fis-Seychelles. L-isem u l-indirizz ta' dan l-aġent għandhom ikunu ddikjarati fuq l-applikazzjoni.

5.

L-awtoritajiet rilevanti tas-Seychelles għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment tas-Seychelles li jixtieq jistad skont dan il-Ftehim lill-awtorità kompetenti definita fl-Artikolu 2 tal-UE mill-anqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-perjodu ta' validità.

6.

Fejn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd ma ġietx ippreżentata qabel il-perjodu ta' validità skont il-punt 5, is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu jista' jagħmel dan matul il-perjodu ta' validità, mhux aktar minn 20 jum qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sajd. F'każijiet bħal dawn, is-sidien tal-bastimenti jew l-aġent tagħhom għandhom iħallsu l-ħlasijiet kollha bil-quddiem tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-perjodu ta' validità sħiħ.

7.

Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti tal-UE, permezz tad-Delegazzjoni tagħha fil-Mawrizju, fuq formola mfassla skont il-mudell li jinsab fl-Appendiċi 1 u għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

(a)

irċevuta tal-ħlas għall-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(b)

kwalunkwe dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont ir-regoli speċifiċi applikabbli għat-tip ta' bastiment ikkonċernat skont dan il-Ftehim.

8.

Il-ħlasijiet kollha relatati ma' awtorizzazzjonijiet u qabdiet għandhom jitħallsu f'kont tal-bank fl-UE, u d-dettalji tagħhom għandhom jiġu pprovduti mill-UE qabel l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim. L-ispejjeż assoċjati marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastiment jew l-aġent tagħhom.

9.

Il-ħlasijiet għandhom jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha ħlief għat-taxxi tal-port u l-ispejjeż tas-servizz.

10.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha tas-Seychelles għandhom jinħarġu lis-sid tal-bastimenti jew lill-aġent tiegħu, fi żmien 15-il jum wara li jkunu waslu d-dokumenti kollha li jissemmew fil-punt 7 mill-UE. Għandha tintbagħat kopja ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għas-Seychelles.

11.

Awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku tas-Seychelles u ma għandhiex tkun trasferibbli jekk mhux għal raġuni ta' force majeure, kif imsemmi fil-punt 13.

12.

Il-bastimenti ta' forniment li jtajru l-bandiera tas-Seychelles li joperaw fl-ilmijiet tal-UE huma wkoll suġġetti għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni u għandhom ikunu soġġetti għall-istess obbligi definiti fl-Anness. It-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd minn dawn il-bastimenti huwa pprojbit.

13.

Fejn teżisti prova ta' force majeure, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' bastiment tas-Seychelles tista' tiġi ttrasferita, fuq talba tas-Seychelles, lejn bastiment ieħor tas-Seychelles b'karatteristiċi simili, għall-perjodu ta' żmien li jkun fadal mill-validità tagħha, mingħajr il-bżonn ta' ħlas ieħor.

14.

Is-sid tal-ewwel bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra lill-UE permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għas-Seychelles.

15.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida tkun dik ta' meta s-sid tal-bastiment jagħti lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra lill-UE. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għas-Seychelles għandha tiġi mgħarrfa dwar it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

16.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-bastiment f'kull ħin, minkejja d-dispożizzjonijiet fil-punt 2 tal-Kapitolu VI — Kontroll, ta' dan l-Anness.

TAQSIMA 2

It-tariffa għas-sidien tal-bastimenti, il-ħlas bil-quddiem u d-dikjarazzjoni ta' tariffi

1.

Il-ħlasijiet li għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi ta' dawn ir-rati li ġejjin għal kull tunnellata ta' ħut maqbud:

 

Għall-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, EUR 110 għal kull tunnellata.

 

Għat-tieni u t-tielet sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, EUR 115 għal kull tunnellata.

 

Għar-raba' u l-ħames sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, EUR 120 għal kull tunnellata.

 

Għas-sitt sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, EUR 125 għal kull tunnellata.

2.

Il-ħlas bil-quddiem annwali li jitħallas mis-sidien tal-bastimenti tas-Seychelles fiż-żmien tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għand l-awtoritajiet tal-UE u li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet tal-UE għandu jkun kif ġej:

Bastimenti tas-Sajd tat-Tonn bil-Purse Seine

Għall-ewwel sena tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-ħlas bil-quddiem għandu jkun ta' EUR 11 000, li huwa l-ekwivalenti ta' EUR 110 għal kull tunnellata għal 100 tunnellata ta' tonn u ta' speċijiet oħra simili għat-tonn maqbuda mill-ilmijiet tal-Majott.

Għat-tieni u t-tielet sena tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-ħlas bil-quddiem għandu jkun ta' EUR 11 500, li huwa l-ekwivalenti ta' EUR 115 għal kull tunnellata għal 100 tunnellata ta' tonn u ta' speċijiet oħra simili għat-tonn maqbuda mill-ilmijiet tal-Majott.

Għar-raba' u l-ħames sena tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-ħlas bil-quddiem għandu jkun ta' EUR 12 000, li huwa l-ekwivalenti ta' EUR 120 għal kull tunnellata għal 100 tunnellata ta' tonn u ta' speċijiet oħra simili għat-tonn maqbuda mill-ilmijiet tal-Majott.

Għas-sitt sena tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-ħlas bil-quddiem għandu jkun ta' EUR 12 500, li huwa l-ekwivalenti ta' EUR 125 għal kull tunnellata għal 100 tunnellata ta' tonn u ta' speċijiet oħra simili għat-tonn maqbuda mill-ilmijiet tal-Majott.

3.

Għal qabdiet li jaqbżu l-100 tunnellata, għandha tapplika r-rata annwali għal kull tunnellata metrika ta' qabda prevista fil-punt 1.

4.

L-awtoritajiet tal-UE għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-ħlasijiet li għandhom jitħallsu fir-rigward tas-sena kalendarja ta' qabel abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qbid ippreżentati mill-bastimenti tas-Seychelles u informazzjoni oħra fil-pussess tal-awtoritajiet tal-UE. Għandha tkun ipprovduta kopja wkoll lill-awtoritajiet tas-Seychelles għal verifika.

5.

Id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat lill-awtoritajiet tas-Seychelles qabel il-31 ta' Marzu ta' dik is-sena. L-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jittrażmettuha qabel il-15 ta' April lil sid il-bastiment.

6.

Fejn sid il-bastiment ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet tal-UE, huwa jista' jikkonsulta mal-istituti xjentifiċi kompetenti sabiex jivverifikaw l-istatistika tal-qabdiet fis-Seychelles u sussegwentement din tiġi diskussa mal-awtoritajiet tas-Seychelles, li għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan, sabiex tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni finali qabel il-31 ta' Mejju ta' dik is-sena. Fin-nuqqas ta' osservazzjonijiet min-naħa tas-sidien tal-bastimenti sa din id-data, id-dikjarazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet tal-UE għandha titqies bħala dik finali. Jekk il-prospett finali huwa inqas mill-ammont tal-pagament bil-quddiem li jissemma fil-punt 2, il-bilanċ ma jkunx jista' jinġabar lura mis-sidien tal-bastimenti.

Il-bastimenti ta' forniment

7.

Se tiġi pprovduta awtorizzazzjoni għal bastiment ta' forniment permezz tal-istess proċedura bħal dik għall-bastimenti tas-sajd u t-tariffa bil-quddiem għad-dispożizzjoni ta' awtorizzazzjoni se tkun ta' EUR 3 000. Jekk ikun hemm xi tibdiliet fid-dispożizzjonijiet, it-tariffi u l-kundizzjonijiet marbuta mal-bastimenti ta' forniment, l-UE għandha tinforma b'din il-bidla lis-Seychelles qabel ma din tidħol fis-seħħ.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ

TAQSIMA 1

Dikjarazzjoni dwar il-qbid

1.

Il-bastimenti kollha tas-Seychelles awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-UE taħt dan il-Ftehim għandhom jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-UE sa meta s-sistema ta' dikjarazzjoni elettronika tal-qbid (ERS) tiġi implimentata miż-żewġ Partijiet kif imsemmi fil-punt 5, b'dan il-mod li ġej:

(a)

Il-bastimenti tas-Seychelles liċenzjati biex jistadu fl-ilmijiet tal-UE għandhom jimlew ta' kull jum dikjarazzjoni ta' formola tal-qbid kif stabbilit fl-Appendiċi 2, għal kull vjaġġ li jagħmlu fl-ilmijiet tal-UE. Fin-nuqqas ta' qabdiet, il-formola xorta għandha timtela. Il-formola għandha timtela b'mod leġibbli u tiġi ffirmata mill-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu.

(b)

Meta jkunu fl-ilmijiet tal-UE, il-bastimenti tas-Seychelles għandhom jirrappurtaw lill-awtorità kompetenti tal-UE u tas-Seychelles, kull tlett (3) ijiem, l-informazzjoni meħtieġa fil-format stipulat fl-Appendiċi 2, kif xieraq.

(c)

Safejn għandha x'taqsam il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-formoli tal-qbid imsemmija fil-punti a) u c), il-bastimenti tas-Seychelles għandhom:

fil-każ li jidħlu f'port fis-Seychelles, iressqu l-formoli mimlijin lill-awtoritajiet tas-Seychelles fi żmien ħamest (5) ijiem minn meta jaslu, jew ikun xi jkun il-każ qabel ma jitilqu mill-port, liema minnhom tiġri l-ewwel;

f'kull każ ieħor, jibagħtu l-formoli mimlijin lill-awtoritajiet tas-Seychelles fi żmien erbatax-il (14) jum mill-wasla f'kull port ieħor għajr Port Victoria.

(d)

Fl-istess ħin għandhom jintbagħtu kopji ta' dawn id-dikjarazzjonijiet tal-formoli tal-qbid lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju, fl-istess kwadru ta' żmien previst fil-punt 1(b).

TAQSIMA 2

Il-komunikazzjoni dwar il-qbid: id-dħul fl-ilmijiet tal-UE u l-ħruġ minnhom

1.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien tal-vjaġġ ta' bastiment tas-Seychelles huwa ddefinit kif ġej:

il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul tal-bastiment fl-ilmijiet tal-UE u l-ħruġ minnhom, jew

il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul tal-bastiment fl-ilmijiet tal-UE u trażbord, jew

il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ilmijiet tal-UE u l-ħatt l-art tal-qabdiet fl-UE.

2.

Il-bastimenti tas-Seychelles għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-UE mill-inqas sitt (6) sigħat bil-quddiem bil-ħsieb tagħhom li jidħlu fl-ilmijiet tal-UE jew joħorġu minnhom u kull tlett ijiem matul l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-UE bil-qabdiet tagħhom matul dan il-perjodu.

3.

Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul/il-ħruġ, il-bastimenti tas-Seychelles għandhom jikkomunikaw ukoll il-pożizzjoni tagħhom fil-ħin tal-komunikazzjoni u l-volum u l-ispeċijiet fil-qabdiet miżmuma abbord. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jitwettqu skont il-format stabbilit fl-appendiċi 4, bil-feks jew bil-posta elettronika, lill-indirizzi indikati.

4.

Il-bastimenti tas-Seychelles li jinqabdu jistadu mingħajr ma jkunu avżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-UE għandhom jitqiesu bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd. F'każijiet bħal dawn japplikaw is-sanzjonijiet li jissemmew fil-Kapitolu VII.

TAQSIMA 3

It-trażbord u l-ħatt l-art

1.   L-iżbark

1.

Il-port speċifikat għall-attivitajiet tal-ħatt l-art fis-Seychelles huwa Victoria, Mahé.

2.

Il-bastimenti kollha tas-Seychelles li jixtiequ jħottu l-art il-qabdiet tagħhom fil-portijiet speċifikati tas-Seychelles għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles mill-anqas 24 siegħa qabel:

(a)

il-port tal-ħatt l-art;

(b)

l-isem u s-Sinjali tas-Sejħiet Internazzjonali tar-Radju (IRCS) tal-bastiment tas-sajd;

(c)

id-data u l-ħin tal-ħatt l-art;

(d)

il-kwantità f'kg, aġġustati għall-eqreb 100 kg, skont l-ispeċi li tinħatt l-art;

(e)

l-għamla tal-preżentazzjoni tal-prodott.

3.

Il-ħatt l-art għandu jitqies bħala ħruġ mill-ilmijiet tal-UE kif definit fil-punt 1 tat-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu. Il-bastimenti tas-Seychelles għandhom għalhekk jissottmettu d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles.

2.   It-trażbordi

1.

It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit u kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha teħel il-miżuri ta' infurzar previżti mil-liġi tal-UE. It-trażbordi jistgħu jitwettqu f'port magħżul tal-Majott.

2.

F'każ ta' trażbord f'port magħżul tal-Majott, is-sidien tal-bastimenti tas-Seychelles jew l-aġenti tagħhom, għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-UE u, fl-istess ħin, lill-awtorità tal-port ikkonċernat fil-Majott mill-inqas 72 siegħa minn qabel:

(a)

il-port tat-trażbord jew iż-żona fejn l-operazzjoni ser iseħħ;

(b)

l-isem u l-IRCS tal-bastimenti tas-sajd donaturi tas-Seychelles;

(c)

l-isem u l-IRCS tal-bastiment tas-sajd li se jirċievi u/jew ir-reefer;

(d)

id-data u l-ħin tat-trażbord;

(e)

il-kwantità f'kg, aġġustata għall-eqreb 100 kg, skont l-ispeċi ttrażbordata;

(f)

l-għamla tal-preżentazzjoni tal-prodott.

3.

It-trażbord għandu jitqies bħala ħruġ mill-ilmijiet tal-UE kif definit fil-punt 1 tat-Taqsima 2. Il-bastimenti tas-Seychelles għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-UE u kopja tagħhom lill-awtoritajiet portwarji, mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin (24) siegħa wara li jseħħ it-trażbord kollu, jew fi kwalunkwe każ, qabel ma bastiment donatur jitlaq mill-port, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

TAQSIMA 4

Sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS)

Fir-rigward tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti tas-sajd, il-bastimenti tas-sajd kollha tas-Seychelles jew dawk li jkollhom il-ħsieb li jistadu, fl-ilmijiet tal-UE skont dan il-Ftehim, għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha definiti fl-Appendiċi 6.

KAPITOLU V

OSSERVATURI

1.

Iż-żewġ Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jirrispettaw l-obbligi tar-Riżoluzzjoni 11/04 tal-IOTC fir-rigward tal-Programm tal-Osservatur Xjentifiku.

2.

Il-bastimenti tas-Seychelles awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-UE skont dan il-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi maħtura mill-awtoritajiet tal-UE, għajr fil-każ ta' limitazzjoni ta' spazju minħabba rekwiżiti ta' sigurtà. Id-dispożizzjonijiet dwar l-imbark tal-osservaturi huma kif ġej:

(a)

Il-bastimenti tas-Seychelles għandhom jieħdu abbord osservatur wieħed jekk possibbli, fil-kuntest ta' programm reġjonali ta' osservazzjoni.

(b)

L-awtoritajiet tal-UE għandhom ifasslu lista tal-bastimenti tas-Seychelles magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista tal-osservaturi maħtura biex jittellgħu abbord. Dawk il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet tas-Seychelles hekk kif jiġu mfassla u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward tal-aġġornament tagħhom.

(c)

L-awtoritajiet tal-UE għandhom jinfurmaw lis-sidien ikkonċernati tal-bastimenti tas-Seychelles, jew lill-aġenti tagħhom, bl-isem tal-osservatur maħtur li għandu jittella' abbord il-bastiment tagħhom mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel id-data li fiha huwa ppjanat li jimbarka l-osservatur.

3.

Iż-żmien imqatta' abbord mill-osservaturi ma għandux jaqbeż iż-żmien meħtieġ sabiex iwettqu dmirijiethom, sakemm l-osservatur ikun maħtur fil-kuntest ta' programmi ta' osservatur reġjonali fejn dan ikun jista' jibqa' abbord biex iwettaq dmirijietu fil-kuntest tal-programm. L-awtoritajiet tal-UE għandhom jinfurmaw lis-sidien tal-bastimenti tas-Seychelles jew lill-aġenti tagħhom b'dan meta jinnotifikawhom bl-isem tal-osservatur maħtur sabiex jiġi imbarkat fuq il-bastiment ikkonċernat tas-Seychelles.

4.

Il-kondizzjonijiet biex l-osservaturi jittellgħu abbord għandhom jiġu miftiehma bejn is-sidien tal-bastiment jew l-aġent tagħhom u l-awtoritajiet tal-UE wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti tas-Seychelles magħżula.

5.

Fi żmien ġimgħatejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem, is-sidien konċernati tal-bastimenti tas-Seychelles għandhom, jinnotifikaw id-dati u l-port tal-UE previsti għat-tlugħ abbord tal-osservaturi.

6.

Fejn l-osservaturi jittellgħu abbord f'port barrani, l-ispejjeż tagħhom tal-ivvjaġġar iridu jitħallsu mis-sid tal-bastiment. Jekk bastiment tas-Seychelles b'osservatur mill-UE abbord iħalli l-ilmijiet tal-UE, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha sabiex jiġi żgurat ir-ritorn tal-osservatur lejn l-UE malajr kemm jista' jkun, bi spejjeż għal sid il-bastiment, sakemm l-osservatur ma jkunx qed ikompli ħidmietu fuq il-bastiment tas-Seychelles fil-kuntest tal-kompiti ta' osservazzzjoni tiegħu permezz ta' xi Ftehim jew programm ta' osservazzjoni ieħor.

7.

Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-tnax-il siegħa wara l-ħin miftiehem, is-sidien tal-bastiment tas-Seychelles ma jibqgħux obbligati li jtellgħu lill-osservatur abbord.

8.

L-osservaturi għandhom jiġu ttrattati bħala uffiċjali. Huma għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

(b)

jivverifikaw il-pożizzjoni tal-bastimenti involuti fl-operazzjonijiet tas-sajd;

(c)

jinnotaw l-irkaptu użat;

(d)

jivverifikaw l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-UE;

(e)

jivverifikaw il-persentaġġi tal-qabdiet inċidentali u jagħmlu stima tal-kwantità tal-ħut mormi lura;

(f)

jirrapportaw id-dejta dwar is-sajd, inkluża l-kwantità ta' qabdiet u ta' qabdiet inċidentali mtella' abbord mill-ilmijiet tal-UE, darba fil-ġimgħa bil-feks jew bil-posta elettronika jew b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni.

9.

Il-kaptani tal-bastimenti tas-Seychelles għandhom jagħmlu dak kollu li hu raġonevolment prattiku biex jiżguraw is-sikurezza fiżika u l-benesseri tal-osservaturi waqt li dawn ikunu abbord.

10.

Bl-istess mod, safejn huwa possibbli, għandhom jiġu offruti kull faċilità meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Il-kaptan għandu jagħtihom aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom, għad-dokumenti li jikkonċernaw direttament l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, inkluż, b'mod partikolari, il-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal fejn tkun irreġistrata l-informazzjoni dwar in-navigazzjoni u għal dawk il-partijiet tal-bastiment meħtieġa biex ikun faċilitat l-eżerċizzju ta' ħidmiethom bħala osservaturi.

11.

Waqt li jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:

(a)

jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tagħhom abbord, kif ukoll il-preżenza tagħhom fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd;

(b)

jirrispettaw il-materjal u l-irkaptu li jinsabu abbord, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta' kull dokument li jappartjeni lill-bastiment;

(c)

fi tmiem il-perjodu ta' osservazzjoni u qabel ma jitilqu minn fuq il-bastiment tas-Seychelles, l-osservaturi għandhom ifasslu rapport tal-attivitajiet sabiex jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-UE b'kopja lis-Seychelles, li għandha tkun iffirmata mill-osservaturi. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment tas-Seychelles mal-iżbark tal-osservaturi.

12.

Is-sidien tal-bastiment tas-Seychelles għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-alloġġ tal-osservaturi bl-istess kondizzjonijiet tal-uffiċjali tal-bastiment.

13.

Is-salarju u t-taxxi applikabbli tal-osservaturi għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti tal-UE.

KAPITOLU VI

KONTROLL

1.

Il-bastimenti tas-Seychelles għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-UE dwar l-irkaptu tas-sajd u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u l-miżuri tekniċi l-oħra kollha applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom, kif ukoll mal-miżuri ta' konservazzjoni, ġestjoni u miżuri oħra adottati mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan.

2.

Is-Seychelles għandhom iżżommu lista aġġornata tal-bastimenti tas-Seychelles li nħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Ftehim. Din il-lista għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-UE responsabbli għall-ispezzjoni tal-industriji tas-sajd, malli tkun ikkompilata u kull darba li tiġi aġġornata.

3.

Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tas-Seychelles involuti f'attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE għandhom jikkooperaw ma' kwalunkwe uffiċjal identifikat kif xieraq u awtorizzat mill-UE li jkun qed iwettaq spezzjoni u kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

4.

Sabiex ikunu ffaċilitati proċeduri aktar sikuri tal-ispezzjoni, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tal-UE, it-tlugħ abbord għandu jsir b'mod li jippermetti li l-pjattaforma tal-ispezzjoni u l-ispetturi jiġu identifikati bħala uffiċjali awtorizzati mill-UE sabiex iwettqu t-tali kompiti.

5.

L-UE għandha tagħmel disponibbli għas-Seychelles lista tal-pjattaformi kollha ta' ispezzjoni tal-baħar użati għal ispezzjonijiet skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-FAO UNFSA. Din il-lista għandha tinkludi fost ħwejjeġ oħra:

l-ismijiet tal-Bastimenti ta' Sorveljanza tas-Sajd (FPV),

dettalji tal-Bastimenti FPV,

ritratt tal-FPV.

6.

L-UE għandha tippermetti lis-Seychelles, jew lil korp magħżul minnhom, fuq rikjesta tagħhom biex jibagħtu spetturi tas-Seychelles biex josservaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-Seychelles, inkluż it-trażbord, matul il-kontrolli li jsiru fuq l-art.

7.

Ladarba tkun lesta ispezzjoni u r-rapport tal-ispezzjoni jiġi ffirmat mill-ispettur, ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-firma, kummenti u rimarki, jekk ikun hemm, mill-kaptan. Din il-firma m'għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-Partijiet fil-kuntest ta' proċeduri ta' ksur allegat. Għandha tingħata kopja tar-rapport ta' ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-Seychelles qabel ma l-parti tal-ispezzjoni abbord tħalli l-bastiment.

8.

Il-preżenza abbord ta' dawk l-uffiċjali awtorizzati m'għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

9.

Il-kaptani tal-bastimenti tas-Seychelles li jkunu involuti f'operazzjonijiet ta' ħatt l-art jew ta' trażbord f'port ta-UE għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta' dawn l-operazzjonijiet minn uffiċjali awtorizzati tal-UE u/jew tas-Seychelles.

10.

F'każ li ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, l-UE tirriżerva d-dritt li tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment tas-Seychelles li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u li japplika l-piena stabbilita fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE. Is-Seychelles għandhom jiġu mgħarrfa b'dan.

KAPITOLU VII

INFURZAR

1.   Sanzjonijiet

1.

F'każ li jkun hemm nuqqas fl-osservanza ta' waħda mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-kapitoli ta' hawn fuq, il-miżuri ta' ġestjoni u konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar, jew il-liġijiet tal-UE, il-bastimenti tas-Seychelles għandhom ikunu suġġetti għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mil-liġijiet tal-UE.

2.

Is-Seychelles għandhom jiġu infurmati b'mod immedjat u sħiħ dwar kwalunkwe sanzjoni u dwar il-fatti kollha pertinenti għall-każ.

3.

Fejn is-sanzjoni tkun taħt forma ta' sospensjoni jew revoka ta' awtorizzazzjoni tas-sajd, matul il-perjodu ta' validità li jkun fadal ta' awtorizzazzjoni tas-sajd li ġiet sospiża jew revokata, is-Seychelles jistgħu jitolbu awtorizzazzjoni tas-sajd oħra li kieku kienet tkun apllikabbli, għal bastiment tas-Seychelles minn sid ieħor.

2.   L-arrest u d-detenzjoni tal-bastimenti tas-sajd

1.

L-awtoritajiet tal-UE għandhom jinfurmaw minnufih lis-Seychelles bl-arrest u/jew id-detenzjoni ta' kwalunkwe bastiment tas-Seychelles li jopera taħt dan il-Ftehim u għandhom jittrażmettu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan l-arrest u/jew detenzjoni fi żmien 48 siegħa.

2.

Il-proċedura tal-iskambju tal-informazzjoni fil-każ li jkun hemm arrest u/jew detenzjoni:

(a)

Filwaqt li jiġu rrispettati d-dati ta' skadenza u l-proċeduri tal-proċedimenti legali kif previsti mill-liġijiet tal-UE dwar l-arrest u/jew id-detenzjoni, għandha ssir laqgħa ta' konsultazzjoni, hekk kif tasal l-informazzjoni msemmija hawn fuq, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles.

(b)

Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew it-tagħrif kollu rilevanti li jistgħu jgħinu biex jiċċaraw iċ-ċirkostanzi tal-fatti stabbiliti. Is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu għandhom jiġu infurmati bir-riżultat tal-laqgħa u b'kull miżura li tirriżulta mill-arrest u/jew id-detenzjoni.

3.

Is-soluzzjoni tal-arrest u/jew id-detenzjoni.

(a)

Għandu jsir attentat sabiex il-ksur presunt jiġi risolt b'mod bonarju. Din il-proċedura għandha titlesta sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol wara l-arrest u/jew id-detenzjoni, f'konformità mal-liġijiet tal-UE.

(b)

F'każ ta' soluzzjoni bonarja, is-saldu għandu jiġi determinat skont il-proċeduri previsti fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Jekk soluzzjoni bonarja bħal din ma tkunx possibbli, jistgħu jitkomplew il-proċedimenti legali.

(c)

Il-bastiment tas-Seychelles għandu jinħeles u l-kaptan jitħalla jitlaq hekk kif l-obbligi li joħorġu mis-soluzzjoni bonarja jkunu ntlaħqu u l-proċedimenti legali jkunu tlestew.

4.

Is-Seychelles għandhom jinżammu infurmati b'kull proċediment mibdi u dwar il-pieni imposti.

Appendiċijiet

1.

Formola ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

2.

Dikjarazzjoni tal-qbid għall-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun

3.

Linji gwida għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tas-sistema elettronika għall-komunikazzjoni ta' dejta relatata mal-attivitajiet tas-sajd (ERS)

4.

Format tar-Rapporti ta' Komunikazzjonijiet

5.

Komunikazzjoni ta' messaġġi VMS — Rapport ta' Pożizzjoni

6.

Linji gwida ta' qafas VMS

Appendiċi 1

APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

STATEMENT OF CATCH FORM FOR TUNA SEINERS/FICHE DE DÉCLARATION DE CAPTURES POUR THONIERS SENNEURS

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 3

LINJI GWIDA GĦALL-ĠESTJONI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA ELETTRONIKA GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TA' DEJTA RELATATA MAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD (ERS)

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.

Kull bastiment awtorizzat tas-Seychelles li jistad fl-ilmijiet tal-UE għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn issa 'l quddiem imsejħa “sistema ERS”, li kapaċi tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa “id-dejta ERS”, fejn jopera l-bastiment fiż-żona tas-sajd kif definit fil- punt 2(a) tal-Kapitolu I ta' dan l-Anness, minn hawn 'l quddiem imsejħa ż-żona tas-sajd.

2.

Bastiment tas-Seychelles li mhuwiex mgħammar b'sistema tal-ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu mhix funzjonali, mhux awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tal-UE biex iwettaq attivitajiet tas-sajd.

3.

L-awtoritajiet tal-UE għandhom jinfurmaw lis-Seychelles bid-dettalji taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd (FMC) fl-UE, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-UE FMC, li jkun responsabbli mill-monitoraġġ tal-attivitajiet previsti taħt dan il-Ftehim.

4.

Iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd tas-Seychelles (FMC) għandu awtomatikament u mingħajr dewmien jgħaddi l-messaġġi ERS kritiċi mil-lat tal-ħin (COE, COX, PNO) li jaslu mingħand il-bastiment tas-Seychelles lill-UE FMC. Ir-rapporti dwar il-qabdiet ta' kuljum (FAR) ikunu disponibbli awtomatikament u mingħajr dewmien lill-FMC tas-Seychelles.

5.

Is-Seychelles għandhom jiżguraw li l-FMC tagħhom huwa mgħammar bil-ħardwer u s-softwer tal-kompjuter meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-dejta ERS f'format XML disponibbli fuq http://ec.europa.eu/cfp/control/codes/index_en.htm, u jkollhom proċeduri ta' riżerva li kapaċi jirreġistraw u jaħżnu d-dejta ERS f'format li jinqara mill-kompjuter għal perjodu ta' mill-anqas tliet (3) snin.

6.

Kull modifika jew aġġornament tal-format imsemmi fil-punt 5 se jiġi identifikat u datat, u se jsir operattiv sitt xhur wara li jiġi implimentat.

7.

It-trażmissjoni tad-dejta ERS għandha tuża mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet tal-UE, identifikati bħala DEH (awtostrada tal-iskambju tad-dejta).

8.

L-UE u s-Seychelles għandhom kull wieħed jaħtru korrispondent ERS wieħed li għandu jaġixxi bħala l-punt ta' kuntatt.

(a)

Il-korrispondenti ERS għandhom jinħatru għal perjodu minimu ta' sitt xhur.

(b)

L-UE FMC u l-FMC tas-Seychelles għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-ismijiet, l-indirizz, in-numru tat-telefown, it-telex, l-emails tal-korrispondenti ERS tagħhom.

(c)

Kull bidla fid-dettalji tal-korrispondenti ERS għandha tkun kkomunikata mingħajr dewmien.

TAQSIMA 2

Tħejjija u trażmissjoni tad-dejta ERS

1.

Il-bastiment tas-Seychelles għandu:

(a)

jikkomunika d-dejta ERS kuljum għal kull ġurnata li jqatta' fiż-żona tas-sajd tal-UE;

(b)

jirreġistra għal kull refgħa bit-tartarun il-kwantitajiet ta' kull speċi maqbuda u miżmuma abbord bħala l-speċi mistada direttament jew b'mod sekondarju, jew miċħuda;

(c)

jiddikjara l-qabdiet mormija jew imħassra għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-UE;

(d)

kull speċi għandha tkun identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO;

(e)

jesprimi l-kwantitajiet f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, f'għadd ta' ħut individwali;

(f)

jirreġistra fid-dejta ERS, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-UE, il-kwantitajiet li huma trażbordati u/jew li nħattu l-art;

(g)

jirreġistra fid-dejta ERS, messaġġ mad-dħul (COE) u mal-ħruġ (messaġġ COX) fiż-żona tas-sajd tal-UE, messaġġ speċifiku li jinkludi, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-UE, il-kwantitajiet li huma miżmuma abbord fil-ħin ta' kull trażmissjoni;

(h)

jittrażmetti d-dejta ERS ta' kuljum lill-FMC tas-Seychelles, billi juża l-format imsemmi fil-punt 5 tat-Taqsima 1, sa mhux iżjed tard minn 23: 59 UTC.

2.

Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta ERS irreġistrata u trażmessa.

3.

L-FMC tas-Seychelles għandu jibgħat awtomatikament u immedjatament, id-dejta ERS lill-UE FMC.

4.

L-UE FMC għandu jikkonferma li rċieva d-dejta ERS b'messaġġ ta' tweġiba u jittratta d-dejta tal-ERS kollha bħala kunfidenzjali.

TAQSIMA 3

Nuqqas ta' sistema ERS abbord bastiment tas-Seychelles u/jew trażmissjoni ta' dejta ERS bejn il-bastiment u l-FMC tas-Seychelles

1.

Is-Seychelles għandhom immedjatament jinformaw lill-kaptan u/jew is-sid tal-bastiment tas-Seychelles, jew ir-rappreżentant tiegħu, bi kwalunkwe ħsara teknika jew waqfien mill-funzjoni tas-sistema ERS stallata abbord il-bastiment, id-dejta għandha tiġi trażmessa bejn il-bastiment u l-FMC tas-Seychelles.

2.

Is-Seychelles għandhom jinformaw lill-awtoritajiet tal-UE bil-ħsara u l-miżuri korrettivi meħuda.

3.

Fil-każ ta' falliment tas-sistema ERS abbord il-bastiment tas-Seychelles, il-kaptan u/jew is-sid għandu jipprevedi t-tiswija jew jara li jinbidel it-tagħmir difettuż tas-sistema ERS fi żmien 10 ijiem. Jekk bastiment tas-Seychelles qed iwettaq waqfa portwarja fil-perjodu ta' 10 ijiem, ikun jista' jerġa' jibda attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-UE meta s-sistema ERS issir għal kollox funzjonali għal darb' oħra, u dan mingħajr awtorizzazzjoni maħruġa mill-UE.

4.

Bastiment tas-Seychelles ma għandux jitlaq minn port, wara ħsara teknika ERS sakemm:

(a)

is-sistema ERS tkun kompletament funzjonali, għas-sodisfazzjon tas-Seychelles u tal-UE; jew

(b)

il-bastiment tas-Seychelles ma għandu l-ebda intenzjoni li jerġa' jibda l-attivitajiet tas-sajd tiegħu fl-ilmijiet tal-UE, u huwa awtorizzat li jħalli l-port mill-awtorità kompetenti tas-Seychelles;

Fil-każ tal-aħħar, is-Seychelles għandhom jgħarrfu lill-UE bid-deċiżjoni tagħhom qabel ma jippermettu lill-bastiment tas-Seychelles isalpa mill-port.

5.

Kwalunkwe bastiment tas-Seychelles li jopera fiż-żona tas-sajd tal-UE b'sistema ERS difettuża għandu jibgħat ta' kuljum u sa mhux iżjed tard minn 23: 59 UTC id-dejta ERS kollha lill-FMC tas-Seychelles permezz ta' kwalunkwe mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni oħra disponibbli u lill-UE sakemm is-sistema ERS tissewwa fiż-żmien imsemmi fil-punt 3.

6.

Id-dejta ERS li ma setgħetx tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-UE permezz tas-sistema ERS minħabba l-ħsara msemmija fil-punt 1 għandha tintbgħat mill-FMC tas-Seychelles lill-UE FMC f'format elettroniku ieħor miftiehem b'mod reċiproku. Din l-alternattiva għandha tiġi kkunsidrata bħala prijorità, filwaqt li jkun mifhum li l-iskadenza fid-dewmien tat-trażmissjoni normalment applikabbli taf ma tiġix rispettata.

7.

Jekk l-UE FMC ma jirċevix id-dejta ERS minn bastiment tas-Seychelles għal tliet ijiem konsekuttivi, l-UE tista' tagħti struzzjonijiet lill-bastiment tas-Seychelles biex jipproċedi immedjatament lejn port magħżul mill-UE għal investigazzjoni.

TAQSIMA 4

Falliment tal-FMC — in-nuqqqas ta' twassil tad-dejta ERS għand l-UE FMC

1.

Meta FMCs ta' waħda mill-partijiet ma tirċievi ebda dejta ERS, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-FMC tal-Parti l-oħra, u, jekk meħtieġ, tikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni tal-problema.

2.

L-FMC tas-Seychelles u l-UE FMC għandhom jiftiehmu bejniethom rigward mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta ERS fil-każ ta' falliment tal-FMC, u jinformaw lil xulxin immedjatament dwar kwalunkwe tibdil.

3.

Meta l-UE FMC jindika li ma waslet ebda dejta ERS u l-FMC tas-Seychelles jidentifika l-kawżi tal-problema, is-Seychelles għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex isolvu l-problema. L-FMC tas-Seychelles għandu jgħarraf lill-UE FMC bil-problema u l-eżitu u l-miżuri meħuda fi żmien 24 siegħa minn meta l-falliment ikun identifikat.

4.

Jekk il-problema teħtieġ aktar minn 24 siegħa biex tissolva, l-FMC tas-Seychelles għandu immedjatament jibgħat id-dejta tal-ERS nieqsa permezz tal-mezzi elettroniċi alternattivi tal-UE msemmija fil-punt 6 tat-Taqsima 3.

5.

L-UE għandha tinforma lis-servizzi kompetenti ta' kontroll (MCS) tagħha dwar il-ħsara sabiex il-bastimenti tas-Seychelles ma jiġux suspettati li wettqu ksur fir-rigward tan-nuqqas tat-trażmissjoni ta' dejta ERS mill-FMC tas-Seychelles minħabba l-falliment ta' dak l-FMC.

TAQSIMA 5

Manutenzjoni ta' FMC

1.

Il-manutenzjoni skedata ta' FMC (programm ta' manutenzjoni) u li taf taffettwa t-trażmissjoni tad-dejta ERS għandha tiġi notifikata lill-FMC l-oħra tal-inqas 72 siegħa qabel u tindika, jekk possibbli, id-data u t-tul taż-żmien tal-manutenzjoni. Manutenzjoni mhux skedata u interruzzjoni u ħsarat mhux imbassra għandhhom ikunu kkomunikati mill-aktar fis possibbli lill-FMC l-oħra.

2.

Matul il-manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta ERS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm is-sistema tiġi operattiva mill-ġdid. Id-dejta ERS kkonċernata tiġi mbagħad magħmula disponibbli immedjatament wara t-tmiem ta' interruzzjoni.

3.

Jekk l-operazzjoni tal-manutenzjoni tieħu aktar minn 24 siegħa, id-dejta ERS għandha tiġi trażmessa lill-FMC l-oħra permezz tal-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt 6 tat-Taqsima 3.

4.

Is-Seychelles u l-UE għandhom jinformaw lis-servizzi kompetenti ta' kontroll (MCS) tagħha dwar il-manutenzjoni sabiex il-bastimenti tas-Seychelles ma jiġux suspettati li wettqu ksur fir-rigward tan-nuqqas tat-trażmissjoni ta' dejta ERS minħabba l-manutenzjoni ta' FMC.

Appendiċi 4

FORMAT TAR-RAPPORTI TA' KOMUNIKAZZJONIJIET

Rapport tad-Dħul (COE) (1)

Kontenut

Trażmissjoni

Destinazzjoni

FRA

Kodiċi ta' Azzjoni

COE

Isem il-Bastiment

 

IRCS

 

Pożizzjoni tad-dħul

LT/LG

Id-Data u l-Ħin (UTC) tat-tluq

JJ/XX/SSSS — SS:MM

Il-kwantità (Mt) ta' ħut abbord ta' kull speċi:

 

Tonna safra (YFT)

(Mt)

Tonn għajnu kbira (BET)

(Mt)

Tonn qabbieżi (SKJ)

(Mt)

Oħrajn (speċifika)

(Mt)

Rapport tal-ħruġ (COX) (2)

Kontenut

Trażmissjoni

Destinazzjoni

FRA

Kodiċi ta' Azzjoni

COX

Isem il-Bastiment

 

IRCS

 

Pożizzjoni tad-dħul

LT/LG

Id-Data u l-Ħin (UTC) tal-ħruġ

JJ/XX/SSSS — SS:MM

Il-kwantità (Mt) ta' ħut abbord ta' kull speċi:

 

Tonna safra (YFT)

(Mt)

Tonn għajnu kbira (BET)

(Mt)

Tonn qabbieżi (SKJ)

(Mt)

Oħrajn (speċifika)

(Mt)

Format tar-Rapport tal-Qabda (CAT) ġaladarba fiż-Żoni tas-Sajd tal-UE (3).

Kontenut

Trażmissjoni

Destinazzjoni

FRA

Kodiċi ta' Azzjoni

CAT

Isem il-Bastiment

 

IRCS

 

Id-Data u l-Ħin (UTC) tar-rapport

JJ/XX/SSSS — SS:MM

Il-kwantità (Mt) ta' ħut abbord ta' kull speċi:

 

Tonna safra (YFT)

(Mt)

Tonn għajnu kbira (BET)

(Mt)

Kontenut

(Mt)

Oħrajn (speċifika)

(Mt)

L-għadd ta' xbieki mindu sar l-aħħar rapport

 

Ir-rapporti kollha għandhom jiġu trażmessi lill-awtorità kompetenti permezz tal-kuntatti li ġejjin:

Posta elettronika: cnsp-france@developpement-durable.gouv.fr

Feks: (+ 33) 2 97 55 23 75

Indirizz postali: Avenue Louis Bougo, F-56410 Etel, FRANZA


(1)  Mibgħut sitt (6) sigħat qabel id-dħul f'Żoni tas-Sajd tal-UE.

(2)  Mibgħut sitt (6) sigħat qabel il-ħruġ f'Żoni tas-Sajd tal-UE.

(3)  Kull tliet (3) ijiem wara d-dħul f'Żoni tas-Sajd tal-UE.

Appendiċi 5

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS

Rapport dwar il-pożizzjoni

Dejta

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Kummenti

Il-bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall tas-sistema — jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall tal-messaġġ — il-kodiċi Alpha 3 tal-ISO tal-pajjiż riċeventi

Konsenjatur

FS

O

Dettall tal-messaġġ — il-kodiċi Alpha 3 tal-ISO tal-pajjiż li jibgħat

It-tip ta' messaġġ

TM

O

Dettall tal-messaġġ — it-tip ta' messaġġ għandu jkun “POS”

Il-kodiċi tar-radju

CR

O

Dettall dwar il-vapur — il-kodiċi internazzjonali tas-sinjal tar-radju tal-vapur

In-numru ta' referenza intern għall-Parti Kontraenti

IR

F

Dettall dwar il-bastiment — numru uniku tal-parti kontraenti (kodiċi ISO-3 tal-Istat tar-reġistrazzjoni segwit b'numru)

Numru tar-reġistrazzjoni esterna

XR

F

Dettall dwar il-bastiment — in-numru li jidher fuq il-ġenb tal-vapur

Stat tal-Bandiera

FS

F

Dettall dwar l-Istat tal-Bandiera

Latitudni

The

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — pożizzjoni indikata bħala gradi u minuti N/S DDMM (WGS -84)

Lonġitudni

Lo

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDMM (WGS-84)

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Siegħa

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall tas-sist

Set tal-karattri:ISO 8859.1

Kull komunikazzjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:

Linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tat-trażmissjoni.

Linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-kamp jindikaw il-bidu ta' element tad-dejta.

Linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi tal-kamp mid-dejta.

Il-pari tad-dejta huma mifrudin bi spazju.

Il-kodiċi “er” u linja mmejla doppja doppja (//) fl-aħħar jindikaw it-tmiem tar-reġistrazzjoni.

Id-dejta fakultattiva għandha tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

Appendiċi 6

SISTEMA TA' MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI (VMS)

Prinċipji Ġenerali

1.

Fir-rigward tas-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 4 tal-Anness mal-Ftehim, il-bastimenti kollha tas-sajd tas-Seychelles, li jkunu qed jistadu, jew li biħsiebhom jistadu, fiż-żona tas-sajd tal-UE kif definita fil-punt 2(a) tal-Kapitolu I tal-Anness, li minn hawn 'il quddiem tissejjaħ iż-żona tas-sajd, għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet kollha li ġejjin.

2.

Bastiment tas-Seychelles li ma jkunx mgħammar bis-sistema ta' Apparat li Jillokalizza l-Bastiment (VDL) tat-tip VMS, jew jekk il-VLD installat abbord ma jkunx jiffunzjona, ma jitħallix jidħol fiż-żona tas-sajd tal-UE biex iwettaq attivitajiet tas-sajd.

3.

Il-pożizzjonijiet u l-movimenti tal-bastimenti tas-Seychelles għandhom jiġu mmonitorjati, inter alia, b'VMS, mingħajr diskriminazzjoni, skont id-disposizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

4.

Għall-finijiet tal-VMS, l-awtoritajiet tal-UE għandhom jikkomunikaw liċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd (FMCs) tal-UE, il-koordinati ġeografiċi (il-latitudni u l-lonġitudni) taż-żona tas-sajd tal-UE.

5.

L-awtoritajiet tal-UE jittrażmettu lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles din l-informazzjoni f'format elettroniku, espressa fi gradi deċimali fid-datum tal-WGS-84.

6.

L-awtoritajiet tal-UE u l-FMC tas-Seychelles se jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-koordinati tal-kuntatt rispettivi tagħhom, jiġifieri l-indirizzi elettroniċi fil-format https jew, fejn ikun xieraq, bi protokoll sigur ieħor tal-komunikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jintużaw fl-FMCs rispettivi tagħhom kif ukoll kwalunkwe mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi li għandhom jintużaw f'każ ta' falliment.

7.

Il-bastimenti tas-sajd kollha tas-Seychelles li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b'Apparat għal-Lokalizzazzjoni tal-Bastiment (VLD) li jaħdem b'mod sħiħ installat abbord, sabiex ikun hemm komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, lejn l-FMC tas-Seychelles.

8.

Il-frekwenza tat-trażmissjoni għandha tkun fuq il-bażi ta' kull siegħa.

9.

Huwa miftiehem li, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, ikun hemm skambju ta' informazzjoni dwar l-apparat tal-VMS li jiġi użat, sabiex jiġi żgurat li l-apparat imsemmi huwa għalkollox kompatibbli mal-kundizzjonijiet meħtieġa tal-Parti l-oħra għall-finijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

10.

Il-Partijiet jaqblu li jirrivedu dawn id-dispożizzjonijiet kif u meta jkun xieraq, inklużi l-każijiet kollha ta' funzjonament ħażin jew ta' anomaliji relatati ma' bastimenti individwali tas-Seychelles. Il-każijiet kollha bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati mill-awtoritajiet tal-UE lill-awtoritajiet kompetenti tas-Seychelles u lill-Kummissjoni Ewropea mill-anqas 15-il jum qabel il-laqgħa tar-reviżjoni li għandha ssir fil-qafas tal-Kumitat Konġunt.

11.

Kull disputa dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet hija suġġetta għall-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stipulat fl-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim.

L-integrità tal-VMS

12.

Il-kaptan tal-bastiment tas-Seychelles, jew kwalunkwe persuna awtorizzata minnu, huwa pprojbit, li jitfi jew ifixkel il-VLD tiegħu, jew jinterferixxi fi kwalunkwe forma mad-dejta trażmessa lill-FMC tas-Seychelles, meta jkun qiegħed jistad fiż-żona tas-sajd tal-UE.

13.

Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta VMS irreġistrata u trażmessa.

14.

B'mod partikolari, il-Kaptan għandu jiżgura li:

(a)

id-dejta ma tiġi mibdula bl-ebda mod;

(b)

l-antenna jew l-antenni mqabbdin mat-tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma jkunu mfixkla bl-ebda mod;

(c)

il-provvista tat-tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satelitta ma tkun interrota bl-ebda mod;

(d)

l-apparat għal-lokalizzazzjoni tal-bastiment tas-Seychelles ma jitneħħiex minn fuq il-bastiment jew il-post fejn l-apparat ġie stallat l-ewwel darba;

(e)

Kull sostituzzjoni tal-apparat għal-lokalizzazzjoni tal-bastimenti tas-Seychelles għandu jkun innotifikat b'mod immedjat lill-awtorità kompetenti tal-UE.

Kull ksur fl-obbligi msemmija hawn fuq jista' jwassal sabiex il-kaptan ikun responsabbli u suġġett għal sanzjonjiet skont il-liġijiet applikabblki tal-UE.

15.

Il-komponenti tal-ħardwer u s-softwer tal-VMS għandhom ikunu, kemm jista' jkun, impossibbli li jitbgħabsu, jiġifieri m'għandhomx jippermettu li jiddaħħlu jew jitneħħew pożizzjonijiet foloz u ma jistgħux jitwaqqfu biex l-operazzjoni ssir manwalment.

16.

Is-sistema għandha tkun għal kollox awtomatika u operattiva f'kull ħin irrispettivament mill-kundizzjonijiet ambjentali. Għandu jkun ipprojbit li l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jinqered, issirlu ħsara, li jinġieb ma jaħdimx jew b'xi mod ieħor jiġi mbagħbas.

17.

Il-pożizzjoni tal-bastimenti se tkun iddeterminata b'marġni ta' żball ta' inqas minn 100 metru u b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %.

It-trażmissjoni tad-dejta VMS

18.

Meta bastiment tas-sajd tas-Seychelles li jkun qed jistad skont dan il-Ftehim jidħol fiż-żona tas-sajd tal-UE, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti għandhom ikunu kkomunikati awtomatikament mill-FMC tas-Seychelles lill-UE FMC, f'ħin reali, fuq frekwenza stabbilita fil-punt 8.

19.

Il-messaġġi VMS rrapportati għandhom ikunu identifikati permezz ta' dawn it-tliet (3) kodiċijiet tal-ittri li ġejjin:

(a)

“ENT”, l-ewwel rapport dwar id-dejta VMS kif trażmess minn kull bastiment tas-sajd meta jidħol fiż-żona tas-sajd tal-UE;

(b)

“POS”, kull rapport dwar id-dejta VMS kif trażmess minn kull bastiment tas-sajd waqt li jkun fiż-żona tas-sajd tal-UE;

(c)

“EXI”, l-ewwel rapport dwar id-dejta VMS kif trażmess minn kull bastiment tas-sajd wara li joħroġ miż-żona tas-sajd tal-UE;

20.

Il-frekwenza tat-trażmissjoni tista' tinbidel sa waħda li tkun abbażi ta' 30 minuta, fejn ikun hemm evidenza qawwija li turi li l-bastiment tas-Seychelles qiegħed jikkommetti ksur.

(a)

Din l-evidenza għandha tiġi ppreżentata mill-UE FMC lill-FMC tas-Seychelles u lill-Kummissjoni Ewropea, flimkien mat-talba biex tinbidel il-frekwenza. L-FMC tas-Seychelles għandu jibgħat id-dejta lill-UE FMC b'mod awtomatiku u f'ħin reali hekk kif jirċievi t-talba.

(b)

L-UE FMC għandu jinnotifika b'mod immedjat lill-FMC tas-Seychelles u lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tintemm il-proċedura tal-monitoraġġ.

(c)

L-FMC tas-Seychelles u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu infurmati bis-segwitu ta' kwalunkwe proċedura ta' spezzjoni li ssir abbażi tat-talba speċjali skont dan il-punt.

21.

Il-messaġġi li jissemmew fil-punt 19 għandhom jiġu trażmessi b'mezz elettroniku fil-format https, jew permezz ta' protokolli siguri oħrajn tal-komunikazzjoni, suġġett għall-ftehim li jkun sar qabel bejn l-FMCs rilevanti.

Malfunzjonament tal-apparat tal-VMS abbord il-bastiment tas-Seychelles

22.

Fil-każ ta' problema teknika jew funzjonament ħażin tal-VLD abbord il-bastiment tas-Seychelles, il-kaptan ta' dak il-bastiment għandu jikkomunika l-informazzjoni speċifikata fil-punt 19, permezz ta' kwalunkwe għamla ta' komunikazzjoni maqbula fil-punt 6, lill-FMC tas-Seychelles, b'bidu minn meta l-malfunzjonament jew il-falliment ikun ġie infurmat mill-awtorità kompetenti tal-UE.

23.

Mill-inqas rapport wieħed tal-pożizzjoni globali kull erba' sigħat għandu jkun trażmess waqt li l-bastiment tas-Seychelles jibqa' fiż-żona tas-sajd tal-UE. Dak ir-rapport tal-pożizzjoni globali se jinkludi l-pożizzjonijiet ta' kull siegħa kif irreġistrati mill-kaptan ta' dak il-bastiment matul dawk l-erba' sigħat u kif spjegat fl-Appendiċi 5.

24.

L-FMC tas-Seychelles għandu jgħaddi dawn il-messaġġi lill-FMC tal-UE mingħajr dewmien. F'każ ta' ħtieġa jew ta' dubbju, l-awtorità kompetenti tal-UE tista' titlob it-trażmissjoni tar-rapport ta' dik il-pożizzjoni kull siegħa minn xi bastiment tas-Seychelles partikolari.

25.

L-apparat li jkun bil-ħsara għandu jissewwa jew jitbiddel malli l-bastiment tas-Seychelles jispiċċa l-vjaġġ tas-sajd. Kwalunkwe vjaġġ ġdid tas-sajd ma għandux jibda sakemm l-apparat ma jkunx issewwa jew inbidel u ġie debitament awtorizzat mill-awtorità kompetenti tas-Seychelles, li għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tas-UE bid-deċiżjoni tagħha.

Falliment tal-FMC — In-nuqqqas ta' twassil tad-dejta VMS għand l-UE FMC

26.

Meta xi wieħed mill-FMCs ma jirċevix id-dejta VMS, dan l-FMC għandu minnufih jinforma lill-kuntatt tal-FMC b'dan u, jekk meħtieġ, dawn jikkollaboraw biex tissolva l-problema.

27.

L-FMC tas-Seychelles u l-UE FMC, qabel l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim, se jaqblu b'mod reċiproku dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta VMS f'każ ta' falliment ta' FMC, u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull tibdil ta' dawn il-mezzi.

28.

Kull meta l-UE FMC jirrapporta li ma waslitlux id-dejta VMS, l-FMC tas-Seychelles għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li l-problema tissolva. L-FMC tas-Seychelles għandu javża lill-UE FMC dwar ir-riżultati u l-miżuri meħuda fi żmien 24 siegħa minn avviż ta' falliment.

29.

Jekk ir-riżoluzzjoni tal-problema titlob aktar minn 24 siegħa, l-FMC tas-Seychelles għandu jibgħat id-dejta VMS nieqsa lill-UE FMC bl-użu tal-mezzi alternattivi ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt 27.

30.

L-UE għandha tinforma lis-servizzi kompetenti tagħha tal-Monitoraġġ tal-Kontroll u s-Sorveljanza (MCS) biex il-bastimenti tas-Seychelles ma jiġu suġġetti għall-ebda proċedura ta' ksur minħabba nuqqas ta' twassil tad-dejta VMS lill-UE FMC minħabba l-falliment tas-sistemi tal-FMC.

Manutenzjoni ta' FMC

31.

Il-manutenzjoni skedata ta' FMC (programm ta' manutenzjoni) li x'aktarx taffettwa l-iskambju tad-dejta VMS għandha tiġi notifikata lill-FMC l-oħra tal-inqas 72 siegħa qabel u tindika, jekk possibbli, id-data u t-tul taż-żmien tal-manutenzjoni. Manutenzjoni mhux skedata għandha tkun ikkomunikata mill-aktar fis possibbli lill-FMC l-oħra.

32.

Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta VMS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm is-sistema tiġi operattiva mill-ġdid. Imbagħad, id-dejta VMS ikkonċernata terġa' titpoġġa għad-dispożizzjoni immedjatament wara t-tmiem tal-operazzjoni ta' manutenzjoni.

33.

Jekk il-manutenzjoni ddum aktar minn 24 siegħa, id-dejta VMS tiġi trażmessa lill-FMC l-ieħor permezz tal-mezz elettroniku alternattiv imsemmi fil-punt 27.

34.

L-awtoritajiet tal-UE għandhom jinformaw lis-servizzi kompetenti tagħhom tal-Monitoraġġ tal-Kontroll u s-Sorveljanza (MCS) biex il-bastimenti tas-Seychelles ma jiġu suġġetti għall-ebda proċedura ta' ksur minħabba nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta VMS lill-FMC tas-Seychelles minħabba l-manutenzjoni tal-FMC.


REGOLAMENTI

6.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/30


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 604/2014

tal-4 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 94(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/36/UE, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 tagħha, titlob li l-istituzzjonijiet ikollhom arranġamenti ta' governanza robusti u proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li huma esposti għalihom jew jistgħu jkunu esposti għalihom. Dawn l-arranġamenti u l-proċessi għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u l-attivitajiet tal-istituzzjoni. Huma għandhom jikkunsidraw, fost l-oħrajn, ir-riskji speċifiċi li jiġu identifikati fl-Artikoli 79 sa 87 ta' dik id-Direttiva. L-arranġamenti u l-proċessi kkonċernati jiġu evalwati minn awtoritajiet kompetenti bħala parti mill-proċess tar-rieżami superviżorju u tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 97 ta' dik id-Direttiva. Ir-riskji identifikati huma kkunsidrati mill-istituzzjonijiet fil-proċess ta' valutazzjoni dwar l-adegwatezza kapitali interna skont l-Artikolu 73 ta' dik id-Direttiva.

(2)

Il-qafas għal superviżjoni prudenzjali stabbilita mid-Direttiva 2013/36/UE titlob li l-istituzzjonijiet kollha jidentifikaw il-membri kollha tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Il-kriterji li jintużaw għall-ivvalutar tal-materjalità ta' influwenza tal-attivitajiet professjonali tal-persunal fuq il-profil tar-riskju għandhom iqisu l-impatt potenzjali tal-persunal fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, abbażi tal-awtorità u r-responsabbiltajiet tagħhom u tar-riskju tal-istituzzjoni u l-indikaturi tal-prestazzjoni. L-organizzazzjoni interna tal-istituzzjoni u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni. Il-kriterji kollha għandhom jirriflettu bis-sħiħ ir-riskji kollha li l-istituzzjoni jew grupp hija/huwa jew tista'/jista' tkun/jkun espost(a) għalihom. Dan għandu wkoll jippermetti lill-istituzzjonijiet biex jistabilixxu inċentivi xierqa fi ħdan il-politika ta' rimunerazzjoni biex jiżguraw l-imġiba prudenti tal-persunal u għandhom jiżguraw li l-identifikazzjoni ta' dawk il-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni tirrifletti l-livell ta' riskju ta' attivitajiet differenti fi ħdan l-istituzzjoni.

(3)

Fl-2012, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) ippubblikat ir-riżultati ta' stħarriġ dwar l-implimentazzjoni nazzjonali u l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida maħruġa mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej dwar il-politiki u l-prattiki tar-rimunerazzjoni (Linji Gwida CEBS), li kellhom il-kriterji ġenerali għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-influwenza ta' persunal fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. L-istħarriġ wera li l-implimentazzjoni minn istituzzjonijiet u awtoritajiet kompetenti tad-dispożizzjonijiet tar-rimunerazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ma rriżultatx f'livell suffiċjenti ta' armonizzazzjoni. Il-firxa ta' prattiki ta' rimunerazzjoni baqgħet wiesgħa b'mod mhux xieraq u, b'mod partikolari, il-kriterji użati sabiex jiġu identifikati l-persunal mhux dejjem ikkunsidraw b'mod xieraq l-impatt ta' attivitajiet professjonali tal-persunal fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Baqa' diskrepanzi sinifikanti fl-approċċi meħuda minn istituzzjonijiet u Stati Membri differenti biex jidentifikaw dak il-persunal. Dawn l-istandards tekniċi regolatorji għandhom għalhekk jibnu fuq l-esperjenza miġbura fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Linji Gwida CEBS u jimmiraw li jiksbu livell ogħla ta' armonizzazzjoni. L-ABE se toħroġ linji gwida ġodda dwar politiki sodi ta' rimunerazzjoni li jikkonformaw mal-prinċipji stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE, skont l-Artikolu 75(2) ta' dik id-Direttiva.

(4)

Sett ċar ta' kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġu identifikati l-kategoriji prinċipali ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, jiżguraw approċċ armonizzat madwar l-Unjoni u jkopru sett komuni tal-aktar riskji rilevanti. Skont l-Artikolu 94(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-kategoriji tal-persunal kollha identifikati minn dawn il-kriterji jridu jkunu ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom stess fi ħdan il-proċeduri interni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw identifikazzjoni sħiħa tal-persunal kollu li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni.

(5)

Il-membri tal-korp maniġerjali għandhom ir-resposabbiltà aħħarija għall-istituzzjoni, għall-istrateġija u l-attivitajiet tagħha u għalhekk huma dejjem jista' jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Dan japplika kemm għall-membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni tal-immaniġġjar tiegħu li jieħu deċiżjonijiet u għall-membri tal-funzjoni superviżorja li jissorveljaw il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u jikkuntestaw id-deċiżjonijiet magħmula.

(6)

Il-maniġment superjuri u l-persunal superjuri responsabbli għal unitajiet operatorji materjali, għall-immaniġġjar ta' kategoriji speċifiċi ta' riskju bħal likwidità, ir-riskju operattiv jew ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, u għal funzjonijiet ta' kontroll fi ħdan istituzzjoni huma responsabbli għall-immaniġġjar ta' kuljum tal-operat, ir-riskji tiegħu, jew il-funzjonijiet ta' kontroll tiegħu. Dan jinkludi r-responsabbiltà li tagħmel deċiżjonijiet strateġiċi jew deċiżjonijiet oħrajn fundamentali dwar l-attivitajiet tal-kumpanija jew il-qafas ta' kontroll applikat. Ir-riskji meħuda mill-operat u l-mod li bih jiġu ġestiti huma l-aktar fatturi importanti għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni.

(7)

Flimkien ma' dawk responsabbli għall-ħolqien ta' operat addizzjonali, il-funzjonijiet responsabbli biex jipprovdu appoġġ intern li huma kruċjali għat-tħaddim tal-operat u li jkollhom l-awtorità li jieħdu deċiżjonijiet f'dawk l-oqsma jesponu lill-istituzzjoni għal riskji operazzjonali u riskji materjali oħrajn. Għalhekk l-attivitajiet professjonali ta' membri tal-persunal f'dawn il-funzjonijiet għandhom ukoll impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni.

(8)

Ir-riskju tal-kreditu u r-riskju tas-suq huma tipikament magħmula sabiex jiġi ġġenerat operat, għalhekk l-impatt tal-attivitajiet li jiġġenera dawk ir-riskji fuq il-profil tar-riskju jista' jiġi evalwat bl-użu ta' kriterji bbażati fuq il-limiti ta' awtorità li huma kkalkolati mill-inqas kull sena abbażi ta' ċifri ta' kapital u approċċi użati għal skopijiet regolatorji, filwaqt li jiġi applikat il-limitu de minimis għal riskji ta' kreditu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni proporzjonata tal-kriterji fi ħdan istituzzjonijiet żgħar.

(9)

Il-kriterji biex jiġi identifikat persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni għandhom iqisu l-fatti li r-rekwiżiti relatati mal-portafoll tan-negozjar jistgħu jiġu rinunzjati għal xi istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u li l-limiti huma stabbiliti b'modi differenti bejn l-istituzzjonijiet li jużaw approċċi differenti għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali.

(10)

Meta wieħed iqis li r-riżultat ta' deċiżjonijiet ħafna drabi jkun influwenzat mill-persunal li jagħti bidu għad-deċiżjoni filwaqt li s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet formali hi bbażata fuq persunal fuq livell aktar superjuri jew kumitati, il-kriterji għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi materjali f'tali proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

(11)

Il-membri tal-persunal f'pożizzjoni maniġerjali huma responsabbli għall-attivitajiet kummerċjali fil-qasam taħt l-immaniġġjar tagħhom. Għalhekk, kriterji xierqa għandhom jassiguraw li l-membri tal-persunal huma identifikati bħala li għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni fejn huma responsabbli għal gruppi tal-persunal li l-attivitajiet tagħhom jista' jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Dan jinkludi sitwazzjonijiet fejn l-attivitajiet tal-membri individwali tal-persunal taħt l-immaniġġjar tagħhom ma jkollhomx b'mod individwali impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni iżda l-iskala globali tal-attivitajiet tagħhom jista' jkollha tali impatt.

(12)

Minbarra l-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal liema attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Ir-rimunerazzjoni totali assenjata tiddependi prinċipalment fuq il-kontribut li l-persunal jagħti għall-kisba b'suċċess tal-għanijiet tal-operat tal-istituzzjoni u għalhekk fuq ir-responsabbiltajiet, il-kompiti, l-abilitajiet u l-ħiliet tal-persunal kif ukoll il-prestazzjoni tal-persunal u l-istituzzjoni. Fejn membru tal-persunal jingħata rimunerazzjoni totali li taqbeż limitu adegwat, huwa raġonevoli li wieħed jissoponi li dan huwa marbut mal-kontribuzzjoni tal-membru tal-persunal għall-għanijiet tal-operat tal-istituzzjoni u għall-impatt ta' attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li dawn il-kriterji kwantitattivi jiġu bbażati fuq ir-rimunerazzjoni totali li membru tal-persunal jirċievi, kemm f'termini assoluti kif ukoll relattivi għal membri oħra tal-persunal fi ħdan l-istess istituzzjoni. Fl-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji kwantitattivi, għandu fejn xieraq, jiġi kkunsidrat il-fatt li l-livelli tal-pagamenti jvarjaw bejn il-ġurisdizzjonijiet. Limiti ċari u xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex jiġi identifikat persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, b'kunsiderazzjoni tad-dejta miġbura mill-ABE u minn awtoritajiet kompetenti. Dawn il-kriterji kwantitattivi jiffurmaw preżunzjoni qawwija li l-persunal għandu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Madankollu, preżunzjonijiet bħal dawn ibbażati fuq kriterji kwantitattivi ma għandhomx japplikaw fejn l-istituzzjonijiet jistabilixxu fuq il-bażi ta' kundizzjonijiet oġġettivi li l-persunal fil-fatt ikollu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, filwaqt li jqisu r-riskji kollha li l-istituzzjoni hija jew tista' tkun esposta għalihom. L-esklużjoni tal-membri tal-persunal li jaqilgħu l-aktar identifikati skont dawn il-kriterji għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti biex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dawk il-kriterji. Għall-persunal mogħti aktar minn EUR 1 000 000 (dawk li jaqilgħu ħafna) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE qabel ma jiġu approvati l-esklużjonijiet sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni koerenti ta' dawk il-kriterji, b'mod partikolari f'dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-proċess ta' identifikazzjoni, inkluża l-applikazzjoni tal-esklużjonijiet, għandu xorta waħda dejjem ikun soġġett għal rieżami superviżorju skont l-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

(13)

Il-fatt li l-membri tal-persunal huma fl-istess kategorija ta' rimunerazzjoni bħall-maniġment superjuri u ta' dawk li jieħdu r-riskji jista' wkoll ikun indikatur li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Meta jiġu stabbiliti l-limiti, ir-rimunerazzjoni mħallsa lill-membri tal-persunal fil-funzjonijiet ta' kontroll, fil-funzjonijiet ta' appoġġ u lill-membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja ma għandhiex tiġi kkunsidrata. Fl-applikazzjoni ta' dan il-kriterju, għandu jiġi kkunsidrat, fejn xieraq, il-fatt li l-livelli tal-pagamenti jvarjaw bejn il-ġuriżdizzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jitħallew juru li l-membri tal-persunal li jaqgħu taħt dak il-grupp ta' rimunerazzjoni, iżda li ma jissodisfaw l-ebda mill-kriterji kwalitattivi jew kwantitattivi l-oħrajn, ma għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, filwaqt li jqisu r-riskji kollha li l-istituzzjoni hija jew tista' tkun esposta għalihom. L-esklużjoni ta' membri tal-persunal b'livell għoli ta' rimunerazzjoni totali minn dan il-kriterju għandha tkun soġġetta għal proċedura ta' notifika biex ikun hemm rieżami superviżorju f'waqtu, bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan il-kriterju.

(14)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iżommu rekord tal-valutazzjoni magħmula u tal-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ġew identifikati bħala li għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tagħhom biex l-awtorità kompetenti u l-awdituri jkunu jistgħu jeżaminaw mill-ġdid il-valutazzjoni. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi wkoll il-membri tal-persunal li ġew identifikati skont kriterji bbażati fuq ir-rimunerazzjoni tagħhom iżda li l-attivitajiet professjonali tagħhom huma vvalutati bħala li ma jkollhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni.

(15)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni.

(16)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, fil-livell ta' grupp, fil-livelli tal-kumpanija prinċipali u l-kumpanija sussidjarja, inklużi istituzzjonijiet stabbiliti f'ċentri finanzjarji offshore.

Artikolu 2

Applikazzjoni tal-kriterji

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu impost fuq l-awtorità kompetenti biex tiżgura li l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 92, 93 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-kategoriji kollha tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 92(2) ta' dik id-Direttiva, il-persunal li ma jissodisfax dawn il-kriterji kwalitattivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament jew xi kriterji kwantitattivi fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament ikun identifikat bħala li għandu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni.

Artikolu 3

Kriterji kwalitattivi

Il-persunal jitqies li jkollu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni meta kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji kwalitattivi jkun issodisfat:

(1)

il-membru tal-persunal ikun membru tal-korp maniġerjali fil-funzjoni tal-immaniġġjar tiegħu;

(2)

il-membru tal-persunal ikun membru tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorju tiegħu;

(3)

il-membru tal-persunal ikun membru tal-maniġment superjuri;

(4)

il-membru tal-persunal ikun responsabbli u jwieġeb għall-korp maniġerjali għall-attivitajiet tal-funzjoni indipendenti tal-immaniġġjar tar-riskju, il-funzjoni ta' konformità jew il-funzjoni tal-awditjar intern;

(5)

il-membru tal-persunal għandu r-responsabbiltà globali għall-immaniġġjar tar-riskju fi ħdan unità operatorja kif definit fl-Artikolu 142(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li kellha kapital intern distribwit lilha skont l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE li tirrappreżenta mill-inqas 2 % tal-kapital intern tal-istituzzjoni (“unità operatorja materjali”);

(6)

il-membru tal-persunal ikun il-kap tal-unità operatorja materjali;

(7)

il-membru tal-persunal għandu r-responsabilità maniġerjali f'waħda mill-funzjonijiet imsemmija f'punt (4) jew f'unità operatorja materjali u jirrapporta direttament lil membru tal-persunal identifikat skont il-punt (4) jew (5);

(8)

il-membru tal-persunal għandu r-responsabilità maniġerjali f'unità operatorja materjali u jirrapporta b'mod dirett lill-membru tal-persunal li hu l-kap ta' dik l-unità;

(9)

il-membru tal-persunal li hu l-kap tal-funzjoni responsabbli għall-affarijiet legali, il-finanzi inkluża t-tassazzjoni u l-ibbaġitjar, ir-riżorsi umani, il-politika ta' rimunerazzjoni, it-teknoloġija tal-informatika, jew l-analiżi ekonomika;

(10)

il-membru tal-persunal hu responsabbli għal, jew huwa membru ta' kumitat responsabbli għall-immaniġġjar ta' kategorija ta' riskju stipulata fl-Artikoli 79 sa 87 tad-Direttiva 2013/36/UE minbarra r-riskji ta' kreditu u r-riskju tas-suq;

(11)

fir-rigward tal-iskoperturi tar-riskju ta' kreditu ta' ammont nominali għal kull tranżazzjoni li tirrappreżenta 0,5 % tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni u tkun mill-inqas EUR 5 miljun, il-membru tal-persunal:

(a)

huwa responsabbli biex jibda proposti ta' kreditu, jew għall-istrutturar ta' prodotti ta' kreditu, li jista' jirriżulta f'dawn l-iskoperturi tar-riskju tal-kreditu; jew

(b)

għandu l-awtorità li jieħu, japprova jew jagħmel użu ta' veto għal deċiżjoni fuq tali skoperturi tar-riskju tal-kreditu; jew

(c)

huwa membru ta' kumitat li għandu l-awtorità li jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b);

(12)

b'rabta ma' istituzzjoni li għaliha ma tapplikax id-deroga għal operati żgħar tal-portafoll tan-negozjar stipulata fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-membru tal-persunal:

(a)

għandu l-awtorità li jieħu, japprova jew jagħmel użu ta' veto għal deċiżjoni dwar tranżazzjonijiet fuq il-portafoll tan-negozjar li, bħala aggregat, jissodisfaw wieħed mil-limiti li ġejjin:

(i)

fejn jintuża l-approċċ standardizzat, rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji tas-suq li jirrappreżentaw 0,5 % jew aktar tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni; jew

(ii)

fejn approċċ intern ibbażat fuq mudell hu approvat għal finijiet regolatorji, 5 % jew iktar mil-limitu intern tal-valur fir-riskju tal-istituzzjoni għal skoperturi fuq il-portafoll tan-negozjar fid-99 perċentil (intervall ta' kunfidenza fuq naħa waħda); jew

(b)

huwa membru ta' kumitat li għandu l-awtorità li jieħu d-deċiżjonijiet stabbiliti fil-punt (a);

(13)

il-membru tal-persunal għandu responsabilità maniġerjali għal grupp ta' membri tal-persunal li jkollhom awtoritajiet individwali inkarigati mill-istituzzjoni għal tranżazzjonijiet, u tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-somma ta' dawk l-awtoritajiet huwa daqs jew taqbeż il-limitu stabbilit fil-punt 11(a), il-punt 11(b) jew il-punt 12(a)(i);

(b)

fejn approċċ intern ibbażat fuq mudell hu approvat għal finijiet regolatorji, dawk l-awtoritajiet jammontaw għal 5 % jew iktar mil-limitu intern tal-valur fir-riskju tal-istituzzjoni għal skoperturi fuq il-portafoll tan-negozjar fid-99 perċentil (intervall ta' kunfidenza fuq naħa waħda); Fejn l-istituzzjoni ma tikkalkulax il-livell tal-valur fir-riskju ta' dak il-membru tal-persunal, jingħaddu l-limiti tal-valur fir-riskju ta' persunal taħt il-maniġment ta' dan il-membru tal-persunal;

(14)

fir-rigward ta' deċiżjonijiet li japprovaw jew jagħmlu użu tal-veto għall-introduzzjoni ta' prodotti ġodda, il-membru tal-persunal:

(a)

għandu l-awtorità li jieħu deċiżjonijiet bħal dawn; jew

(b)

huwa membru ta' kumitat li għandu l-awtorità li jieħu deċiżjonijiet bħal dawn;

(15)

il-membru tal-persunal għandu responsabilità maniġerjali għal membru tal-persunal li jilħaq wieħed mill-kriterji stipulati fil-punti (1) sa (14).

Artikolu 4

Kriterji kwantitattivi

1.   Suġġett għall-paragrafi 2 sa 5, il-persunal jitqies li jkollu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kriterji kwantitattivi huma ssodisfati:

(a)

il-membru tal-persunal ikun ingħata rimunerazzjoni totali ta' EUR 500 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti;

(b)

il-membru tal-persunal ikun fi ħdan 0,3 % tan-numru ta' persunal, miġbur sal-eqreb numru sħiħ, li jkunu ngħataw l-ogħla rimunerazzjoni totali fis-sena finanzjarja preċedenti;

(c)

il-membru tal-persunal kien fis-sena finanzjarja preċedenti mogħti rimunerazzjoni totali li hija ugwali għal, jew ikbar mill-inqas rimunerazzjoni totali mogħtija f'dik is-sena finanzjarja lil membru tal-maniġment superjuri jew jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji fil-punti (1), (3), (5), (6), (8), (11), (12), (13) jew (14) tal-Artikolu 3.

2.   Kriterju mniżżel fil-paragrafu 1 ma jitqiesx bħala li jkun intlaħaq meta l-istituzzjoni tiddetermina li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal ma għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni minħabba li l-membru tal-persunal, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal:

(a)

iwettaq/twettaq biss attivitajiet professjonali u għandu/għandha awtoritajiet f'unità operatorja li mhijiex unità operatorja materjali; jew

(b)

ma għandux/għandhiex impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' unità operatorja materjali permezz tal-attivitajiet professjonali mwettqa.

3.   Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 2 tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi li jqisu r-riskji rilevanti kollha u l-indikaturi tal-prestazzjoni użati mill-istituzzjoni biex ikunu identifikati, amministrati u mmonitorjati r-riskji skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE u fuq il-bażi tad-dazji u l-awtoritajiet tal-membru tal-persunal jew tal-kategorija tal-persunal u l-impatt tagħhom fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni meta mqabbel mal-impatt tal-attivitajiet professjonali ta' membri tal-persunal identifikati skont il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

4.   L-istituzzjoni tinnotifika l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tagħha tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 fir-rigward tal-kriterju fil-punt (a) tal-paragrafu 1. In-notifika tistabbilixxi l-bażi li fuqha l-istituzzjoni tkun iddeterminat li l-membru tal-persunal ikkonċernat, jew il-kategorija ta' persunal li għaliha jappartjeni membru tal-persunal, jilħaq waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u, jekk applikabbli, tinkludi l-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjoni skont il-paragrafu 3.

5.   L-applikazzjoni tal-paragrafu 2 minn istituzzjoni fir-rigward ta' membru tal-persunal li kien ingħata rimunerazzjoni totali ta' EUR 750 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti, jew b'rabta mal-kriterju fil-punt (b) tal-paragrafu 1, ikun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali ta' dik l-istituzzjoni.

L-awtorità kompetenti tagħti biss l-approvazzjoni tagħha minn qabel fejn l-istituzzjoni tkun tista' turi li waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun issodisfata, wara li tikkunsidra, fir-rigward tal-kundizzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 2, il-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 3.

Fejn il-membru tal-persunal kien mogħti rimunerazzjoni totali ta' EUR 1 000 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti, l-awtorità kompetenti tagħti biss l-approvazzjoni tagħha minn qabel f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha fir-rigward ta' tali membru tal-persunal.

Artikolu 5

Kalkolu tar-rimunerazzjoni mogħtija

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-rimunerazzjoni li ngħatat iżda għadha ma tħallsitx għandha tiġi vvalutata bħalma qiegħda fid-data tal-għoti jekk ma jiġux ikkunsidrati l-applikazzjoni tar-rata ta' skont msemmija fl-Artikolu 94(1)(g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE jew it-tnaqqis fl-iżborżi, kemm jekk permezz ta' rkupru (clawback), malus, jew b'xi mod ieħor. L-ammonti kollha jiġu kkalkolati fuq bażi gross u fuq bażi ekwivalenti full-time.

2.   Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4(1), ir-rimunerazzjoni mogħtija tista' tkun kkunsidrata separatament għal kull Stat Membru jew pajjiż terz fejn l-istituzzjoni jkollha stabbiliment u l-membri tal-persunal għandhom ikunu assenjati għall-pajjiż fejn huma jwettqu parti predominanti tal-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


6.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2014

tal-5 ta' Ġunju 2014

li jemenda, għall-finijiet tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' periklu u prekawzjoni fil-lingwa Kroata u tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2013 (3) jemenda xi wħud mit-tabelli tal-lingwi għad-dikjarazzjonijiet ta' periklu inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u xi wħud mit-tabelli tal-lingwi għad-dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni inklużi fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament. Bl-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013, jeħtieġ li kull dikjarazzjoni dwar periklu u prekawzjoni stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2013 jkunu disponibbli bil-lingwa Kroata wkoll. Dan ir-Regolament jintroduċi l-aġġustamenti meħtieġa fit-tabelli tal-lingwi.

(2)

Il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha żewġ listi ta' klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi. It-tabella 3.1 telenka l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stipulati fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. It-tabella 3.2 telenka l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (4).

(3)

Tressqu proposti għall-klassifikazzjoni u t-ttikkettar armonizzati ġodda u aġġornati ta' ċerti sustanzi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Abbażi tal-opinjonijiet dwar dawn il-proposti maħruġa mill-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju tal-ECHA, kif ukoll tal-kummenti li waslu mill-partijiet ikkonċernati, huwa xieraq li jiġu introdotti, jitneħħew jew jiġu aġġornati l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi billi jiġi emendat l-Anness VI ta' dak ir-Regolament.

(4)

Il-konformità mal-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda ma għandhiex tkun meħtieġa minnufih, peress li jeħtieġ ċertu perjodu ta' żmien biex il-fornituri jkunu jistgħu jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet il-ġodda u biex ibigħu l-ħażniet eżistenti. Barra minn hekk, jeħtieġ ċertu perjodu ta' żmien biex l-fornituri jikkonformaw mal-obbligi ta' reġistrazzjoni li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda għal sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, il-kategoriji 1 A u 1 B (Tabella 3.1) u l-kategoriji 1 u 2 (Tabella 3.2), jew bħala tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi li jistgħu jikkawżaw effetti fit-tul fl-ambjent akkwatiku, b'mod partikolari b'dawk stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(5)

Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jippermettu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda fi stadju aktar bikri fuq bażi volontarja, il-fornituri għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw il-klassifikazzjonijiet ġodda armonizzati u li skont dan jadattaw it-ttikkettar u l-imballaġġ fuq bażi volontarja qabel l-iskadenza għall-konformità.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   B'deroga mill-Artikolu 3(2), is-sustanzi u t-taħlitiet jistgħu, qabel l-1 ta' Diċembru 2014 u l-1 ta' Ġunju 2015 rispettivament, jiġu kklassifikati, ittikkettati u ppakkjati skont dan ir-Regolament.

2.   B'deroga mill-Artikolu 3(2), ma għandux jintalab li s-sustanzi kklassifikati, ittikkettati u ppakkjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Diċembru 2014 jerġgħu jiġu ttikkettati u ppakkjati skont dan ir-Regolament sal-1 ta' Diċembru 2016.

3.   B'deroga mill-Artikolu 3(2), ma għandux jintalab li t-taħlitiet ikklassifikati, ittikkettati u ppakkjati skont id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Ġunju 2015 jerġgħu jiġu ttikkettati u ppakkjati skont dan ir-Regolament sal-1 ta' Ġunju 2017.

4.   B'deroga mill-Artikolu 3(3), il-klassifikazzjonijiet armonizzati stipulati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu applikati qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3(3).

Artikolu 3

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-Artikolu 1(1) u (2) għandu japplika fir-rigward ta' sustanzi mill-1 ta' Diċembru 2014 u fir-rigward ta' taħlitiet mill-1 ta' Ġunju 2015.

3.   L-Artikolu 1(3) għandu japplika mill-1 ta' April 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) No 487/2013 tat-8 ta' Mejju 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 149, 1.6.2013, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).


ANNESS I

Fil-Parti 3 tal-Anness III, it-Tabella 1.1 hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-kodiċi H229, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Spremnik pod tlakom: može se rasprsnuti ako se grije.”

(2)

Fil-kodiċi H230, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Može eksplozivno reagirati I bez prisustva zraka.”

(3)

Fil-kodiċi H231, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Može eksplozivno reagirati i bez prisustva zraka na povišenom tlaku i/ili temperaturi.”


ANNESS II

Il-Parti 2 tal-Anness IV hija emendata kif ġej:

(1)

It-Tabella 1.2 hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-kodiċi P210, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Čuvati odvojeno od topline, vrućih površina, iskri, otvorenih plamena i ostalih izvora paljenja. Ne pušiti.”

(b)

Fil-kodiċi P223: Dan li ġej jidħol wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Spriječiti dodir s vodom.”

(c)

Fil-kodiċi P244, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Spriječiti dodir ventila i spojnica s uljem i masti.”

(d)

Fil-kodiċi P251, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Ne bušiti, niti paliti čak niti nakon uporabe.”

(e)

Fil-kodiċi P284, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

[U slučaju nedovoljne ventilacije] nositi sredstva za zaštitu dišnog sustava.”

(2)

It-Tabella 1.3 hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-kodiċi P310, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Odmah nazvati CENTAR ZA KONTROLU OTROVANJA/liječnika/…”

(b)

Fil-kodiċi P311, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Nazvati CENTAR ZA KONTROLU OTROVANJA/liječnika/…”

(c)

Fil-kodiċi P312: Dan li ġej jidħol wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

U slučaju zdravstvenih tegoba nazvati CENTAR ZA KONTROLU OTROVANJA/liječnika/…”

(d)

Fil-kodiċi P340, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Premjestiti osobu na svježi zrak i postaviti ju u položaj koji olakšava disanje.”

(e)

Fil-kodiċi P352, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Oprati velikom količinom vode/…”

(f)

Fil-kodiċi P361, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Odmah skinuti svu zagađenu odjeću.”

(g)

Fil-kodiċi P362, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Skinuti zagađenu odjeću.”

(h)

Fil-kodiċi P364, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

I oprati je prije ponovne uporabe.”

(i)

Fil-kodiċi P378, jidħol dan li ġej wara l-entrata GA:

 

“HR

Za gašenje rabiti …”

(j)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P301 + P310, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

AKO SE PROGUTA: odmah nazvati CENTAR ZA KONTROLU OTROVANJA/liječnika/…”

(k)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P301 + P312, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

AKO SE PROGUTA: u slučaju zdravstvenih tegoba nazvati CENTAR ZA KONTROLU OTROVANJA/liječnika/…”

(l)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P302 + P352, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

U SLUČAJU DODIRA S KOŽOM: oprati velikom količinom vode/…”

(m)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P303 + P361 + P353, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

U SLUČAJU DODIRA S KOŽOM (ili kosom): odmah skinuti svu zagađenu odjeću. Isprati kožu vodom/tuširanjem.”

(n)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P304 + P340, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

AKO SE UDIŠE: premjestiti osobu na svježi zrak i postaviti ju u položaj koji olakšava disanje.”

(o)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P308 + P311, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

U SLUČAJU izloženosti ili sumnje na izloženost: nazvati CENTAR ZA KONTROLU OTROVANJA/liječnika/…”

(p)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P342 + P311, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Pri otežanom disanju: nazvati CENTAR ZA KONTROLU OTROVANJA/liječnika/…”

(q)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P361 + P364, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Odmah skinuti svu zagađenu odjeću i oprati je prije ponovne uporabe.”

(r)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P362 + P364, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

Skinuti zagađenu odjeću i oprati je prije ponovne uporabe.”

(s)

Fil-kodiċijiet ikkombinati P370 + P378, jidħol dan li ġej wara l-entrata li tikkorrispondi għal GA:

 

“HR

U slučaju požara: za gašenje rabiti …”


ANNESS III

Il-Parti 3 tal-Anness VI hija emendata kif ġej:

(1)

It-Tabella 1.2 hija emendata kif ġej:

(a)

L-entrata li tikkorrispondi għan-numru tal-indiċi 015-188-00-X hija mħassra.

(b)

L-entrati li jikkorrispondu għan-numri tal-indiċi 006-086-00-6, 015-154-00-4, 015-192-00-1, 601-023-00-4, 601-026-00-0, 603-061-00-7, 605-001-00-5, 605-008-00-3 u 616-035-00-5 jinbidlu bl-entrati korrispondenti li ġejjin:

“006-086-00-6

fenossikarb (ISO); Etil [2-(4-fenossifenossi)etil]karbamat

276-696-7

72490-01-8

Karċ. 2

Akuta Akwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H351

H400

H410

GHS08

GHS09

Wng

H351

H410

 

M = 1

M = 10 000

 

015-154-00-4

etefon; 2 aċidu kloreotilfosfoniku

240-718-3

16672-87-0

Toss. Akuta 3

Toss. Akuta 4

Toss. Akuta 4

Korr. tal-ġilda 1C

Kronika Akkwatika 2

H311

H332

H302

H314

H411

GHS06

GHS05

GHS09

Dgr

H311

H332

H302

H314

H411

EUH071

 

 

015-192-00-1

tetrakis(2,6-dimetilfenil)-m-fenilin bifosfat

432-770-2

139189-30-3

Sens. Ġilda 1

H317

GHS07

Wng

H317

 

 

 

601-023-00-4

Etilbenzin

202-849-4

100-41-4

Fjam. Likw. 2

Toss. Akuta 4*

STOT RE 2

Asp. Toss. 1

H225

H332

H372 (organi smigħ)

H304

GHS02

GHS07

GHS08

Dgr

H225

H332

H373 (organi smigħ)

H304

 

 

 

601-026-00-0

stirene

202-851-5

100-42-5

Fjam. Likw. 3

Repr. 2

Toss. Akuta 4*

STOT RE 1

Irrit. Ġilda 2

Irrit. Għajnejn 2

H226

H361d

H332

H372 (organi smigħ)

H315

H319

GHS02

GHS08

GHS07

Dgr

H226

H361d

H332

H372 (organi smigħ)

H315

H319

 

*

D

603-061-00-7

tetraidro-2-furilmetanol;

tetraidrofurfuril alkoħol

202-625-6

97-99-4

Repr. 1B

Irrit. Għajnejn 2

H360Df

H319

GHS08

GHS07

Dgr

H360Df

H319

 

 

 

605-001-00-5

formaldeid …%

200-001-8

50-00-0

Karċ. 1B

Muta. 2

Toss. Akuta 3*

Toss. Akuta 3*

Toss. Akuta 3*

Korr. tal-ġilda 1B

Sens. Ġilda 1

H350

H341

H301

H311

H331

H314

H317

GHS08

GHS06

GHS05

Dgr

H350

H341

H301

H311

H331

H314

H317

 

*

Korr. tal-ġilda 1B; H314: C ≥ 25 %

Irrit. Ġilda 2; H315: 5 % ≤ C < 25 %

Irrit. Għajnejn 2; H319: 5 % ≤ C < 25 %

STOT SE 3; H335: C ≥ 5 %

Sens. Ġilda 1; H317: C ≥ 0,2 %

B,D

605-008-00-3

akrolein;

prop-2-enal;

akrilaldeid

203-453-4

107-02-8

Fjam. Likw. 2

Akut Toss. 1

Akut Toss. 2

Akut Toss. 3

Korr. Ġilda 1B

Akut Akwatiku 1

Akut Kroniku 1

H225

H330

H300

H311

H314

H400

H410

GHS02

GHS06

GHS05

GHS09

Dgr

H225

H330

H300

H311

H314

H410

EUH071

Korr. tal-ġilda 1-B;

H314: C ≥ 0,1 %

M = 100

M = 1

D

616-035-00-5

simoksanil (ISO);

2-ċjanu-N-[(etilamino)karbonil]-2-(metossimino)aċetamid

261-043-0

57966-95-7

Repr. 2

Toss. Akuta 4

STOT RE 2

Sens. Ġilda 1

Akuta Akwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H361fd

H302

H373 (demm, Timus)

H317

H400

H410

GHS08

GHS07

GHS09

Wng

H361fd

H302

H373 (demm, timus)

H317

H410

 

M = 1

M = 1”

 

(c)

L-entrati li ġejjin jidħlu skont l-ordni tal-entrati stabbiliti fit-Tabella 3.1:

“050-028-00-2

2-etilessil 10-etil-4,4-dimetil-7-osso-8-ossa-3,5-ditja-4-stannatetradekanoat

260-829-0

57583-35-4

Repr. 2

Toss. Akuta 4

STOT RE 1

Sens. Ġilda 1 A

H361d

H302

H372 (Sistema nervuża, sistema immunitarja)

H317

GHS08

GHS07

Dgr

H361d

H302

H372 (Sistema nervuża, sistema immunitarja)

H317

 

 

 

050-029-00-8

dimetiltin diklorid

212-039-2

753-73-1

Repr. 2

Toss. Akuta 2

Toss. Akuta 3

Toss. Akuta 3

STOT RE 1

Korr. tal-ġilda 1B

H361d

H330

H301

H311

H372 (Sistema nervuża, sistema immunitarja)

H314

GHS08

GHS06

GHS05

Dgr

H361d

H330

H301

H311

H372 (Sistema nervuża, sistema immunitarja)

H314

EUH071

 

 

601-088-00-9

4-vinilċikloessin

202-848-9

100-40-3

Karċ. 2

H351

GHS08

Wng

H351

 

 

 

601-089-00-4

muskalur; ċis-trikos-9-ene

248-505-7

27519-02-4

Sens. Ġilda 1B

H317

GHS07

Wng

H317

 

 

 

604-090-00-8

4-tert-butilfenol

202-679-0

98-54-4

Repr. 2

Irrit. Ġilda 2

Ħsara lill-għajnejn. 1

H361f

H315

H318

GHS08

GHS05

Dgr

H361f

H315

H318

 

 

 

604-091-00-3

etofenproks (ISO); 2- (4-ethossifenil) -2-metilpropil 3-fenossibenzil eter

407-980-2

80844-07-1

Latt.

Akuta Akwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H362

H400

H410

GHS09

Wng

H362

H410

 

M = 100

M = 1 000

 

606-146-00-7

tralkossidim (ISO); 2-(N-etossipropanimidoil)-3-idrossi-5-mesitilċikloess-2-en-1-on

87820-88-0

Karċ. 2

Toss. Akuta 4

Kronika Akkwatika 2

H351

H302

H411

GHS08

GHS07

GHS09

Wng

H351

H302

H411

 

 

 

606-147-00-2

ċiklossidim (ISO); 2-(N-etossibutanimidoil)-3-idrossi-5-(tetraidro-2H-tiopiran-3-yl)ċikloess-2-en-1-on

405-230-9

101205-02-1

Repr. 2

H361d

GHS08

Wng

H361d

 

 

 

607-705-00-8

aċidu benżojku

200-618-2

65-85-0

STOT RE 1

Irrit. Ġilda 2

Ħsara lill-għajnejn. 1

H372 (pulmuni) (inilazzjoni)

H315

H318

GHS08

GHS05

Dgr

H372 (pulmuni) (inilazzjoni)

H315

H318

 

 

 

607-706-00-3

metil 2,5-diklorobenzoat

220-815-7

2905-69-3

Toss. Akuta 4

STOT SE 3

Kronika Akkwatika 2

H302

H336

H411

GHS07

GHS09

Wng

H302

H336

H411

 

 

 

612-287-00-5

Fluazinam (ISO); 3-kloro-N-[3-kloro-2,6-dinitro-4-(trifluorometil)fenil]-5-(trifluoromethil)piridin-2-amin

79622-59-6

Repr. 2

Toss. Akuta 4

Ħsara lill-għajnejn. 1

Sens. Ġilda 1 A

Akuta Akwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H361d

H332

H318

H317

H400

H410

GHS08

GHS07

GHS05

GHS09

Dgr

H361d

H332

H318

H317

H410

 

M = 10

M = 10

 

613-317-00-X

penkonazol (ISO); 1- [2- (2,4-diklorofenil) pentil] -1H-1,2,4-triazol

266-275-6

66246-88-6

Repr. 2

Toss. Akuta 4

Akuta Akwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H361d

H302

H400

H410

GHS08

GHS07

GHS09

Wng

H361d

H302

H410

 

M = 1

M = 1

 

613-318-00-5

fenpirażammina (ISO); S-allil 5-amino-2-isopropil-4- (2-metilfenil) -3-oxo-2,3-diidro-1H-pirazol-1-carbotioat

473798-59-3

Kronika Akkwatika 2

H411

GHS09

H411

 

 

 

616-212-00-7

3-iodu-2-propinil butilkarbamat 3-ioduprop-2-in-1-il butilkarbamat

259-627-5

55406-53-6

Toss. Akuta 3

Toss. Akuta 4

STOT RE 1

Ħsara lill-għajnejn. 1

Sens. Ġilda 1

Akuta Akwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H331

H302

H372 (larinġi)

H318

H317

H400

H410

GHS06

GHS08

GHS05

GHS09

Dgr

H331

H302

H372 (larinġi)

H318

H317

H410

 

M = 10

M = 1”

 

(2)

It-Tabella 3.2 hija emendata kif ġej:

(a)

L-entrata li tikkorrispondi għan-numru tal-indiċi 015-188-00-X hija mħassra.

(b)

L-entrati li jikkorrispondu għan-numri tal-indiċi 006-086-00-6, 015-154-00-4, 015-192-00-1, 601-023-00-4, 601-026-00-0, 603-061-00-7, 605-001-00-5 u 616-035-00-5 jinbidlu bl-entrati korrispondenti li ġejjin:

“006-086-00-6

fenossikarb (ISO); etil [2-(4-fenossifenossi)etil]karbamat

276-696-7

72490-01-8

Karċ. Kat. 3; R40

N; R50-53

Xn; N

R: 40-50/53

S: (2-)22-36/37-60-61

N; R50-53: C ≥ 25 %

N; R51-53: 2,5 % ≤ C < 25 %

R52-53: 0,25 % ≤ C < 2,5 %

 

015-154-00-4

etefon; 2 aċidu kloreotilfosfoniku

240-718-3

16672-87-0

C; R34

Xn; R20/21/22

N; R51-53

C; N

R: 20/21/22-34-51/53

S: (1/2-)26-36/37/38-45-61

Xi; R37: 5 % ≤ C < 10 %

 

015-192-00-1

tetrakis(2,6-dimetilfenil)-m-fenilin bifosfat

432-770-2

139189-30-3

R43

Xi

R: 43

S: (2-)24-37

 

 

601-023-00-4

Etilbenzin

202-849-4

100-41-4

F; R11

Xn; R20-48/20-65

F; Xn

R: 11-20-48/20-65

S: (2-)16-24/25-29-62

 

 

601-026-00-0

stirene

202-851-5

100-42-5

Repr. Kat. 3; R63

Xn; R20-48/20

Xi; R36/38

R10

Xn

R: 10-20-36/38-48/20-63

S: (2-)23-36/37-46

Xn; R20: C ≥ 12,5 %

Xi; R36/38: C ≥ 12,5 %

D

603-061-00-7

tetraidro-2-furilmetanol;

tetraidrofurfuril alkoħol

202-625-6

97-99-4

Repr. Kat. 2; R61

Repr. Kat. 3; R62

Xi; R36

T +

R: 36-61-62

S: 45-53

Xi; R36: C ≥ 10 %

 

605-001-00-5

formaldeid …%

200-001-8

50-00-0

Karċ. Kat. 2; R45

Muta. Kat. 3; R68

T; R23/24/25

C; R34

R43

T +

R: 23/24/25-34-43-45-68

S: 45-53

T; R23/24/25: C ≥ 25 %

Xn; R20/21/22: 5 % ≤ C < 25 %

C; R34: C ≥ 25 %

Xi; R36/37/38: 5 % ≤ C < 25 %

R43: C ≥ 0,2 %

B,D

616-035-00-5

simoksanil (ISO);

2-cjano-N-[(etilamino)karbonil]-2-(metossimino)aċetamid

261-043-0

57966-95-7

Repr. Kat. 3; R62-63

Xn; R22-48/22

R43

N; R50-53

Xn; N

R: 22-43-48/22-62-63-50/53

S: (2-)36/37-46-60-61

N; R50-53: C ≥ 25 %

N; R51-53: 2,5 % ≤ C < 25 %

R52-53: 0,25 % ≤ C < 2,5 %”

 

(c)

L-entrati li ġejjin jidħlu skont l-ordni tal-entrati stabbiliti fit-Tabella 3.2:

“050-028-00-2

2-etilhessil 10-etil-4,4-dioktil-7-osso-8-ossa-3,5-ditja-4-stannatetradekanoat

260-829-0

57583-35-4

Repr. Kat. 3; R63

T; R48/25

Xn; R22

R43

T +

R: 22-43-48/25-63

S: (1/2-)36/37-45

 

 

050-029-00-8

dimetiltin diklorid

212-039-2

753-73-1

Repr. Kat. 3; R63

T+; R26

T; R24/25-48/25

C; R34

T +

R: 24/25-26-34-48/25-63

S: (1/2-)26-28-36/37-39-45-63

 

 

601-088-00-9

4-vinilċikloessin

202-848-9

100-40-3

Karċ. Kat. 3; R40

Xn

R: 40

S: (2-)36/37

 

 

601-089-00-4

muskalur; ċis-trikos-9-ene

248-505-7

27519-02-4

R43

Xi

R: 43

S: (2-)24-37

 

 

604-090-00-8

4-tert-butilfenol

202-679-0

98-54-4

Repr. Kat. 3; R62

Xi; R38-41

Xn

R: 38-41-62

S: (2-)26-36/37-39-46

 

 

604-091-00-3

etofenproks (ISO); 2-(4-ethossifenil) -2-metilpropil 3-fenossibenzil eter

407-980-2

80844-07-1

R64

N; R50-53

N

R: 50/53-64

S: 60-61

N; R50-53: C ≥ 0,25 %

N; R51-53: 0,025 % ≤ C < 0,25 %

R52-53: 0,0025 % ≤ C < 0,025 %

 

606-146-00-7

tralkossidim (ISO); 2-(N-etossipropanimidoil)-3-idrossi-5-mesitilċikloess-2-en-1-on

87820-88-0

Karċ. Kat. 3; R40

Xn; R22

N; R51-53

Xn; N

R: 22-40-51/53

S: (2-)36/37-60-61

 

 

606-147-00-2

ċiklossidim (ISO); 2-(N-etossibutanimidojl)-3-idrossi-5-(tetraidro-2H-tiopiran-3-yl)ċikloess-2-en-1-one

405-230-9

101205-02-1

F; R11

Repr. Kat. 3; R63

F; Xn

R: 11-63

S: (2-)16-36/37-46

 

 

607-705-00-8

aċidu benżojku

200-618-2

65-85-0

T; R48/23

Xi; R38-41

T +

R: 38-41-48/23

S: (1/2-)26-39-45-63

 

 

607-706-00-3

metil 2,5-diklorobenzoat

220-815-7

2905-69-3

Xn; R22

N; R51-53

Xn; N

R: 22-51/53

S: (2-) 46-61

 

 

612-287-00-5

fluazinam (ISO); 3-kloro-N-[3-kloro-2,6-dinitro-4-(trifluorometil)fenil]-5-(trifluoromethil)piridin-2-amin

79622-59-6

Repr. Kat. 3; R63

Xn; R20

Xi; R41

R43

N; R50-53

Xn; N

R: 20-41-43-50/53-63

S: (2-)26-36/37-39-46-60-61

N; R50-53: C ≥ 2,5 %

N; R51-53: 0,25 % ≤ C < 2,5 %

R52-53: 0,025 % ≤ C < 0,25 %

 

613-317-00-X

penkonazol (ISO); 1- [2- (2,4-diklorofenil) pentil] -1H-1,2,4-triazol

266-275-6

66246-88-6

Repr. Kat. 3; R63

Xn; R22

N; R50-53

Xn; N

R: 22-50/53-63

S: (2-) 36/37-46-60-61

N; R50-53: C ≥ 25 %

N; R51-53: 2,5 % ≤ C < 25 %

R52-53: 0,25 % ≤ C < 2,5 %

 

613-318-00-5

fenpirażammina (ISO); S-allil 5-amino-2-isopropil-4- (2-metilfenil) -3-oxo-2,3-diidro-1H-pirazol-1-carbotioat

473798-59-3

N; R51-53

N

R: 51/53

S: 60-61

 

 

616-212-00-7

3-iodo-2-propinil butilkarbamat; 3-ioduprop-2-in-1-il butilkarbamat

259-627-5

55406-53-6

T; R23-48/23

Xn; R22

Xi; R41

R43

N; R50

T; N

R: 22-23-41-43-48/23-50

S: (1/2-)26-39-45-63

N; R50: C ≥ 2,5 %”

 


6.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 606/2014

tal-5 ta’ Ġunju 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

46,1

MK

77,0

TR

76,3

ZZ

66,5

0707 00 05

MK

30,7

TR

106,1

ZZ

68,4

0709 93 10

TR

113,3

ZZ

113,3

0805 50 10

AR

120,1

TR

118,2

ZA

132,6

ZZ

123,6

0808 10 80

AR

105,4

BR

86,4

CL

101,0

CN

98,8

NZ

141,9

US

173,1

UY

158,2

ZA

94,2

ZZ

119,9

0809 10 00

TR

257,1

ZZ

257,1

0809 29 00

TR

379,1

ZZ

379,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

6.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/52


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 2004/211/KE rigward il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' żwiemel irreġistrati minn ċerti partijiet tat-territorju tal-Indja

(notifikata bid-dokument C(2014) 3582)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/332/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), il-punt (a) tal-Artikolu 15, l-Artikolu 16(2) u l-fażi introduttorja tal-Artikolu 19 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistipola l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni tal-ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Din tipprevedi li l-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni jkunu awtorizzati biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti dwar saħħet l-annimali.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE (3) tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju fl-Unjoni ta' żwiemel irreġistrati għal perjodu ta' inqas minn 90 jum minn pajjiżi terzi assenjati lil gruppi sanitarji speċifiċi kif stabbilit fl-Anness I tagħha. L-Anness II ta' din id-Deċiżjoni jistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li għandhom jakkumpanjaw l-annimali li jaslu minn pajjiżi terzi assenjati lil gruppi sanitarji korrispondenti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE (4) tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' annimali tar-razza tal-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni minn pajjiżi terzi assenjati lil gruppi sanitarji speċifiċi kif stabbilit fl-Anness I tagħha. Dan l-Anness jispeċifika wkoll il-kategorija tal-ekwidi li jitħallew jiġu importati minn pajjiż terz partikolari. L-Anness II ta' din id-Deċiżjoni jistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li għandhom jakkumpanjaw l-annimali li jaslu minn pajjiżi terzi assenjati lil gruppi sanitarji korrispondenti.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (5) li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi u semen, ova u embrijuni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet. Din il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(5)

Mill-informazzjoni disponibbli, l-Indja hija ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-aħħar każ tal-marda taż-żwiemel Afrikana kien irrappurtat fl-1963. Barra minn hekk, l-Indja ilha ħielsa sentejn mill-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela; fatt li s'issa għadu qatt ma ġie rrappurtat f'dan il-pajjiż terz. Madankollu, f'partijiet mit-territorju tal-Indja wieħed jista' jsib il-glanders u hemm ukoll nuqqas ta' informazzjoni dwar l-okkorrenza tad-durina.

(6)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemoloġika fl-Indja fir-rigward tal-mard li jinxtered fost l-ekwidi, dan il-pajjiż terz għandu jiġi assenjat lill-Grupp Sanitarju C kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE rispettivament.

(7)

Billi l-prevalenza tal-glanders hija iżgħar għal żwiemel irreġistrati, huwa xieraq li d-dħul fl-Unjoni tal-ekwidi jiġi limitat għal żwiemel reġistrati biss u jinħtieġ li dawk iż-żwiemel reġistrati introdotti fl-Unjoni, ikunu suġġetti għal testijiet għall-glanders u d-durina, skont id-Deċiżjonijiet 92/260/KEE jew 93/197/KEE. Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali “C” stipulat fl-Anness II rispettiv ta' dawn id-Deċiżjonijiet għandu għalhekk jispeċifika dawk it-testijiet għall-introduzzjoni ta' dawk iż-żwiemel irreġistrati mill-Indja.

(8)

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE u tad-Deċiżjoni 93/197/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Permezz ta' ittra tal-31 ta' Diċembru 2013, l-Indja infurmat lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fiċ-Ċentru “Remount and Veterinary Corps” (RVC), f'Meerut Cantonment, id-distrett ta' Meerut, fid-diviżjoni ta' Meerut fl-Istat ta' Uttar Pradesh, u pprovdiet il-garanziji neċessarji kif meħtieġ skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/156/KE.

(10)

Sakemm joħroġ ir-riżultat ta' missjoni ta' verifika tal-Kummissjoni u meta wieħed iqis li l-Indja tixtieq tipparteċipa fil-World Equestrian Games tal-Fédération Èquestre Internationale (FEI) fin-Normandija fi Franza f'Awwissu 2014, iż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini stabbilita fl-Indja għandha tiġi approvata fuq bażi temporanja sa Ottubru 2014.

(11)

Ir-reġjonalizzazzjoni għandha tinkludi wkoll it-toroq ta' aċċess għat-trasferiment taż-żwiemel irreġistrati miż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini sal-eqreb ajruport internazzjonali, li għalihom l-Indja ppreżentat il-Proċeduri Operattivi Standard u miżuri ta' bijosigurtà.

(12)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandu għalhekk jiġi emendat.

(13)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 93/197/KEE huma emendati skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta' April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati (ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta' Frar 1993 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjoni ta' annimali tar-razza tal-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).


ANNESS I

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE huma emendati kif gej:

(1)

Fl-Anness I, il-lista ta' pajjiżi terzi assenjati lill-Grupp Sanitarju C tinbidel b'dan li ġej:

“Il-Grupp Sanitarju C (1)

Il-Kanada (CA), iċ-Ċina (3) (CN), Ħong Kong (HK), l-Indja (3) (IN), il-Ġappun (JP), ir-Repubblika tal-Korea (KR), il-Makaw (MO), il-Malasja (peniżola) (MY), Singapor (SG), it-Tajlandja (TH), l-Istati Uniti tal-Amerika (US)”

(2)

Fl-Anness II, fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali C, fit-Taqsima III, il-punt (l) jinbidel b'dan li ġej:

“(l)

Jekk iż-żiemel jiġi miċ-Ċina (1) (3), mill-Indja (1) (3) jew mit-Tajlandja (3), kien suġġett għal test ta' fissazzjoni tal-komplement għall-glanders u għad-durina li kellu riżultati negattivi f'dilwizzjoni tas-serum ta' wieħed f'10 f'kampjun tad-demm miġbur fi żmien għaxart ijiem qabel l-esportazzjoni fil-… (4) (5);”


ANNESS II

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 93/197/KEE huma emendati kif gej:

(1)

Fl-Anness I, il-lista ta' pajjiżi terzi assenjati lill-Grupp Sanitarju C tinbidel b'dan li ġej:

“Il-Grupp Sanitarju C (1)

Il-Kanada (CA), iċ-Ċina (2) (3) (CN), Ħong Kong (3) (HK), l-Indja (2) (3) (IN), il-Ġappun (3) (JP), ir-Repubblika tal-Korea (3) (KR), il-Makaw (3) (MO), il-Malasja (peniżola) (3) (MY), Singapor (3) (SG), it-Tajlandja (3) (TH), l-Istati Uniti tal-Amerika (US)”

(2)

Fl-Anness II, fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali C, fit-Taqsima III, il-punt (m) jinbidel b'dan li ġej:

“(m)

Jekk iż-żiemel jiġi miċ-Ċina (1) (3) mill-Indja (1) (3) jew mit-Tajlandja (3), kien suġġett għal test ta' fissazzjoni tal-komplement għall-glanders u għad-durina li kellu riżultati negattivi f'dilwizzjoni tas-serum ta' wieħed f'10 f'kampjun tad-demm miġbur fi żmien għaxart ijiem ta' esportazzjoni fi … (4);”


ANNESS III

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

ir-ringiela li ġejja tiddaħħal fl-ordni tal-kodiċi ISO tal-pajjiż:

“IN

L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

C

 

IN-1

Iż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fiċ-Ċentru Remount and Veterinary Corps (RVC), Meerut Cantonment, fid-distrett ta' Meerut, fid-diviżjoni tal-Istat Meerut ta' Uttar Pradesh inkluza t-triq mill-ajruport u lejn l-ajruport ta' New Delhi

(ara l-Kaxxa 6 għad-dettalji)

C

X

X

Validu sal-31 ta' Ottubru 2014”

(2)

Qed tiżdied il-Kaxxa 6 li ġejja:

“Kaxxa 6

 

IN

L-Indja

IN-1

Iż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fiċ-Ċentru Remount and Veterinary Corps (RVC), Meerut Cantonment, fid-distrett ta' Meerut, fid-diviżjoni tal-Istat Meerut ta' Uttar Pradesh (lokalizzat f' 29.028893, 77.731018 jew +29° 01′ 44.01″, +77° 43′ 51.66″) u mdawwar b'żona ta' sorveljanza ta' 10 km, inkluż l-aċċess mit-toroq ta' Roorkee, Mawana u Delhi għall-awtostrada nazzjonali Nru 58, Hapur Road (57), triq GT, triq Dharampura, triq Eastern Approach, Yudister Setu, Lala Hardev Sahai Marg, triq Mahatma, Vandemataram Marg, l-awtostrada nazzjonali Nru 8, triq tal-ajruport, Ullan Batar Marg sal-ajruport internazzjonali Indira Gandhi fi New Delhi.”


6.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Ġunju 2014

dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika

(2014/333/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta' Mejju 2008 (1), il-Kummissjoni ddikjarat li se tfassal u tistabbilixxi l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (minn hawn' il quddiem “il-Portal”), li jiġi mmaniġġjat b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

(2)

Il-Pjan ta' Azzjoni Pluriennali dwar il-Ġustizzja Elettronika Ewropea 2009-2013 (2) tat-8 ta' Novembru 2008 inkariga lill-Kummissjoni Ewropea bl-implimentazzjoni tal-Portal. Il-Portal tnieda fis-16 ta' Lulju 2010. L-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni saret meħtieġa biss issa peress li l-Portal huwa biss issa lest għall-ewwel interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali li jinvolvu l-ipproċessar tad-dejta personali.

(3)

L-għan tal-Portal huwa li jikkontribwixxi għall-kisba taż-żona ġudizzjarja Ewropea billi jiffaċilita u jtejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u jutilizza t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-iffaċilitar tal-proċedimenti ġudizzjarji elettroniċi transfruntieri u l-kooperazzjoni ġudizzjarja.

(4)

L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Membri meta dawn ikunu qegħdin jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali stabbilit fl-Artikolu 8 ta' dik il-Karta.

(5)

Peress li l-varji kompiti u funzjonijiet tal-Kummissjoni u l-Istati Membri relatati mal-Portal se jinvolvu responsabbiltajiet u obbligi differenti fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta, huwa essenzjali li dawn jiġu ddelimitati b'mod ċar.

(6)

Skont in-natura speċifika tal-attivitajiet marbuta mal-Portal tal-Ġustizzja Elettronika, żviluppati f'kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, ir-rwol tal-Kummissjoni fl-ipproċessar tad-dejta personali permezz tal-Portal huwa limitat. Għandu jiġi ċċarat li l-Kummissjoni ma għandha ebda responsabbiltà għall-kontenut ta' bażijiet da' dejta nazzjonali interkonnessi li huma disponibbli permezz tal-Portal.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni fil-Portal. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija responsabbli b'mod partikulari sabiex tipprovdi l-infrastruttura tal-IT għall-funzjonalitajiet tal-Portal, inkluża l-interkonnessjoni tal-bażijiet ta' dejta nazzjonali.

(8)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-finijiet tal-ipproċessar tad-dejta personali għandhom jiġu speċifikati b'mod espliċitu. Għalhekk, l-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni fil-Portal għandu jseħħ biss jekk isir biex jipprovdi aċċess għal bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi li għandhom dejta personali, biex jipprovdi servizzi interattivi li jippermettu lill-utenti biex jikkomunikaw direttament mal-awtoritajiet rilevanti fi Stat Membru ieħor, biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni pubblika mmirata lejn utenti rreġistrati, jew biex jipprovdi informazzjoni ta' kuntatt.

(9)

Il-Kummissjoni għandha tinkorpora fis-sistema teknoloġiji li jirriflettu l-kunċett tal-“protezzjoni tad-dejta mid-disinn”. Fl-implimentazzjoni ta' dak il-kunċett, valutazzjoni tal-impatt tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta għandha titwettaq matul il-fażi tat-tfassil tal-funzjonalità assoċjata mal-ipproċessar ta' dejta personali permezz tal-Portal, kif ukoll ta' funzjonalitajiet oħra tal-Portal. Dik il-valutazzjoni se tidentifika r-riskji potenzjali tal-protezzjoni tad-dejta involuti. Sejra wkoll tiddefinixxi l-miżuri u s-salvagwardji xierqa biex jiġu inkorporati fis-sistema sabiex iħarsu d-dejta personali.

(10)

Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjonijiet ta' sigurtà kontinwi u xierqa safejn ix-xogħol marbut mal-interkonnessjoni ta' bażijiet ta' dejta nazzjonali jitwettaq.

(11)

Biss l-informazzjoni disponibbli pubblikament fil-bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi tista' tiġi aċċessata permezz tal-Portal. Ma għandux ikun possibbli li tiġi kkombinata informazzjoni minn diversi bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi għal skopijiet differenti permezz tal-Portal

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta waqt l-ipproċessar tad-dejta personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (minn hawn 'il quddiem “il-Portal”).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Barra minn hekk, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll:

(a)

“Attur Ewropew tal-Ġustizzja elettronika” tfisser kwalunkwe rappreżentant ta' Stat Membru jew ta' organizzazzjoni sieħba tal-Ġustizzja Elettronika Ewropea li jkun ingħata l-awtorizzazzjoni biex jimmodifika (partijiet mill-)kontenut tal-Portal;

(b)

“Bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi” tfisser bażijiet ta' dejta li fihom informazzjoni pubblikament aċċessibbli, imħaddma mill-Istati Membri u korpi oħra bħal assoċjazzjonijiet professjonali u organizzazzjonijiet mhux għall-profitti, li huma interkonnessi permezz tal-Portal b'tali mod li l-informazzjoni disponibbli fil-livell nazzjonali tista' tiġi aċċessata permezz tal-Portal;

(c)

“Informazzjoni pubblikament aċċessibbli” tfisser informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-internet;

(d)

“Utent irreġistrat” tfisser utent tal-Portal li jkun irreġistra mal-Portal permezz tas-Servizz tal-Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ECAS), bħal “attur tal-Ġustizzja elettronika Ewropea”.

Artikolu 3

Ipproċessar tad-dejta

Il-Kummissjoni tipproċessa d-dejta personali fil-Portal biss sa fejn dan huwa neċessarju sabiex:

(a)

jingħata aċċess għal bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi li jkun fihom dejta personali;

(b)

jiġu pprovduti servizzi interattivi li jippermettu lill-utenti rreġistrati jikkomunikaw direttament mal-awtoritajiet rilevanti fi Stat Membru ieħor;

(c)

jiġi pprovdut aċċess għall-informazzjoni pubblika mmirata lejn l-utenti rreġistrati;

(d)

tiġi pprovduta informazzjoni ta' kuntatt;

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-Kontrollur tad-dejta

1.   Il-Kummissjoni teżerċita r-responsabbiltajiet ta' kontrollur tad-dejta skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħha fil-Portal kif imsemmija f'dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni tiżgura d-disponibbiltà, manutenzjoni u sigurtà tal-infrastruttura tal-IT tal-Portal.

3.   Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-operazzjonijiet ta' pproċessar li ġejjin:

(a)

organizzazzjoni;

(b)

żvelar bi trażmissjoni;

(c)

tixrid jew tqegħid għad-dispożizzjoni b'mezzi oħra;

(d)

allinjament jew kombinazzjoni ta' dejta personali miġbura mill-bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi jew ta' dejta personali dwar l-utenti rreġistrati.

4.   Il-Kummissjoni se tiddefinixxi l-politiki meħtieġa u tapplika soluzzjonijiet tekniċi xierqa biex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha fl-ambitu tal-funzjoni ta' kontrollur tad-dejta.

5.   Il-Kummissjoni se timplimenta l-miżuri tekniċi meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà tad-dejta personali waqt it-tranżitu u waqt li din tkun murija fil-Portal, b'mod partikolari l-kunfidenzjalità u l-integrità għal kwalunkwe trażmissjoni minn u lejn il-Portal.

6.   Il-Kummissjoni mhija responsabbli għall-ebda aspett tal-protezzjoni tad-dejta dwar:

(a)

Il-ġbir inizjali u l-ħażna ta' kull informazzjoni miksuba mill-bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi;

(b)

kull deċiżjoni meħuda mill-Istati Membri sabiex din id-dejta ssir disponibbli permezz tal-Portal;

(c)

il-kontenut ta' kwalunkwe dejta li tkun ġejja minn bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi magħmula disponibbli permezz tal-Portal.

7.   L-obbligi tal-Kummissjoni ma jaffetwawx ir-responsabilitajiet tal-Istati Membri u korpi oħra għall-kontenut u t-tħaddim ta' bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi mmexxija minnhom.

Artikolu 5

Obbligi ta' informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tipprovdi lis-suġġetti tad-dejta l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, fir-rigward tal-informazzjoni li għaliha l-Kummissjoni hija responsabbli skont din id-Deċiżjoni.

2.   Minkejja l-obbligi lejn is-suġġetti tad-dejta tal-Istati Membri u korpi oħra li joperaw bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi, il-Kummissjoni tipprovdi wkoll lis-suġġetti tad-dejta b'informazzjoni dwar lil min għandhom jikkuntattjaw dwar l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni, biex jaċċessaw, jirrettifikaw u joġġezzjonaw skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli. Il-Kummissjoni tirreferi għall-istqarrijiet ta' privatezza speċifiċi tal-Istati Membri u korpi oħra.

3.   Il-Kummissjoni tagħmel disponibbli wkoll fuq il-Portal:

(a)

traduzzjonijiet fil-lingwi tal-Portal ta' avviżi ta' privatezza tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

stqarrija tal-privatezza komprensiva li tirrigwarda l-Portal skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, f'forma ċara u li tiftiehem.

Artikolu 6

Ħżin ta' dejta personali

1.   Fir-rigward tal-iskambji ta' informazzjoni minn bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi, l-ebda dejta personali dwar is-suġġetti tad-dejta ma tinħażen fil-Portal. Id-dejta kollha ta' dan it-tip tinħażen fil-bażijiet ta' dejta operati mill-Istati Membri jew korpi oħra.

2.   Id-dejta personali li għandha x'taqsam mal-utenti tal-Portal jew li ġiet ipprovduta minnhom ma tistax tiġi maħżuna fil-Portal, ħlief f'każijiet fejn dawn irreġistraw bħala utenti rreġistrati. Dejta personali ta' utenti rreġistrati tinħażen sakemm jitolbu t-tħassir tar-reġistrazzjoni tagħhom. Skont l-Artikolu 3, dejta personali dwar l-atturi jew il-punti ta' kuntatt tal-Ġustizzja Elettronika Ewropea għandha tinħażen biss sakemm dawn il-persuni jissodisfaw il-funzjoni tagħhom.

Artikolu 7

Data tad-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  COM(2008)329 finali, 30.5.2008.

(2)  ĠU C 75, 31.3.2009, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).