ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 125

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
26 ta' April 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/228/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina

1

 

 

Ftehim ta' Koperazzjoni dwar sistema ċivili ta' navigazzjoni globali bis-satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna

3

 

 

2014/229/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2009 dwar l-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra

16

 

 

Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, Minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra

17

 

 

2014/230/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni

44

 

 

2014/231/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-materji relatati mar-riammissjoni

46

 

 

2014/232/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

48

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 424/2014 tat-22 ta' April 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Prekmurska šunka (IĠP))

51

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 425/2014 tat-22 ta' April 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Tørrfisk fra Lofoten (IĠP))

53

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2014 tal-25 ta' April 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

55

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta' April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

57

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2014 tal-25 ta' April 2014 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Litwanja u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 324/2014 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Polonja

64

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 429/2014 tal-25 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

68

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2014 tal-25 ta' April 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta' April 2014 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

70

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/233/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/488/UE dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

72

 

 

2014/234/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall

75

 

 

2014/235/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' April 2014 li tapprova l-aġġornament tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku tal-Portugall

84

 

 

2014/236/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2014 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta' emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer (notifikata bid-dokument C(2014) 2551)

86

 

 

2014/237/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2014 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja (notifikata did-dokument C(2014) 2601)

93

 

 

Avviż lil qarrej

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 95)

95

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Novembru 2013

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina

(2014/228/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex jinfetħu negozjati mal-Ukraina għal Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS).

(2)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2005, il-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-1 ta' Diċembru 2005.

(3)

Il-Ftehim jippermetti kooperazzjoni eqreb mal-Ukraina fil-qasam tan-navigazzjoni bis-satellita. Dan se jimplimenta għadd ta' elementi tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim (1), u jagħmel din in-notifika:

“Minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għaldaqstant, ir-referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ jew għall-‘Komunità’ fit-test tal-Ftehim iridu jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’ jew ‘l-Unjoni’”.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fil-Kumitat ta' Tmexxija tal-GNSS u fil-Gruppi Tekniċi Konġunti ta' Ħidma, kif inhu msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim, għandha tiġi adottata mill-Kunsill, fuq proposta mingħand il-Kummissjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

D. PAVALKIS


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/3


FTEHIM TA' KOPERAZZJONI

dwar sistema ċivili ta' navigazzjoni globali bis-satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna

Il-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Komunità”,

u

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa “Stati Membri”,

minn naħa waħda, u

L-UKRAJNA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW l-interessi komuni fl-iżvilupp ta' sistema ta' navigazzjoni globali bis-satellita għall-użu ċivili,

WARA LI GĦARFU l-importanza ta' GALILEO bħala kontribut għall-infrastruttura ta' navigazzjoni u informazzjoni fl-Ewropa u fl-Ukrajna,

WARA LI RRIKONOXXEW l-istat avvanzat ta' l-attivitajiet ta' navigazzjoni bis-satellita ta' l-Ukrajna,

WARA LI KKUNSIDRAW iż-żieda fl-iżvilupp ta' l-applikazzjonijiet tal-GNSS fl-Ukrajna, fil-Komunità Ewropea u f'żoni oħra fid-dinja,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Objettiv tal-ftehim

L-objettiv tal-Ftehim huwa li jħeġġeġ, jiffaċilita u jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-Partijiet fin-navigazzjoni globali ċivili bis-satellita (GNSS).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

 

“Awmentazzjoni” tfisser mekkaniżmi reġjonali jew lokali bħall-European Geostationary Navigation Overlay System (EGNOS). Dawn il-mekkaniżmi jippermettu l-utenti jiksbu prestazzjonijiet aħjar, bħal żieda fil-preċizjoni, fid-disponibbiltà, fl-integrità, u fl-affidabbiltà.

 

“GALILEO” tfisser sistema awtonoma ċivili Europea ta' navigazzjoni u kronometraġġ globali bis-satellita taħt kontroll ċivili, għal prestazzjoni ta' servizzi GNSS imfassla u żviluppati mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha. L-operazzjoni tal-GALILEO tista' tiġi trasferita lil entità privata.

Is-sistema GALILEO tipprevedi servizzi miftuħa, kummerċjali, ta' protezzjoni tal-ħajja u ta' riċerka u salvataġġ (search and rescue), addizzjonalment ma' Servizz Regolat Pubbliku, operat taħt sigurtà, b'aċċess ristrett maħsub sabiex jilqa' l-ħtiġijiet ta' utenti awtorizzati fis-settur pubbliku.

 

“servizz miftuħ tal-GALILEO” tfisser servizz miftuħ għall-pubbliku ġenerali mingħajr ħlasijiet għall-għoti tiegħu.

 

“servizz tal-GALILEO ta' protezzjoni tal-ħajja” tfisser servizz ibbażat fuq is-Servizz Miftuħ li addizzjonalment joffri informazzjoni ta' integrità, awtentikazzjoni ta' sinjali, garanziji ta' servizzi u aspetti oħra meħtieġa għal applikazzjonijiet ta' Protezzjoni tal-Ħajja bħall-avjazzjoni u bħat-trasport marittimu.

 

“servizz kummerċjali tal-GALILEO” tfisser servizz li jiffaċilità l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet professjonali u li joffri prestazzjoni aħjar paragonata mas-Servizz Miftuħ, partikolarment f'termini ta' rati ogħla ta' data, garanziji ta' servizzi u akkuratezza.

 

“servizz tal-GALILEO ta' riċerka u salvataġġ” tfisser servizz li jtejjeb l-operazzjonijiet ta' riċerka u salvataġġ billi jipprovdi lokalizzazzjoni aktar rapida u preċiża ta' sinjali trażmessi għas-sokkors (distress beacons) u kapaċità ta' risposta.

 

“servizz regolat pubbliku tal-GALILEO” tfisser servizz ta' lokalizzazzjoni u ta' kronometraġġ, operat taħt sigurtà, b'aċċess ristrett maħsub sabiex jilqa' l-ħtiġijiet ta' utenti awtorizzati fis-settur pubbliku.

 

“Elementi lokali tal-GALILEO” huma mekkaniżmi lokali li jipprovdu l-utenti ta' sinjali satellitari ta' navigazzjoni u kronometraġġ tal-GALILEO b'informazzjoni input, li tkun supplementari għal dik derivata mill-kostellazzjoni prinċipali fl-użu. Jistgħu jiġu stabbiliti u operati elementi lokali sabiex ikun hemm prestazzjoni akbar madwar ajruporti, portijiet tal-baħar u f'ambjenti urbani jew ambjenti oħra li jippreżentaw diffikultajiet minħabba l-qagħda ġeografika tagħhom. Is-sistema GALILEO sejra tipprovdi approċċ ġenerali lejn l-iżvilupp ta' elementi lokali sabiex tgħin fil-bidu tal-funzjonament tas-swieq u sabiex tiffaċilita l-istandardizzazzjoni.

 

“Tagħmir għal navigazzjoni, lokalizzazzjoni u kronometraġġ globali” tfisser kwalunkwe tagħmir maħsub għall-utent fnali ċivili mfassal sabiex jittrasmetti, jirċievi, jew jipproċessa sinjali satellitari ta' navigazzjoni jew kronometraġġ sabiex jipprovdi servizz, jew sabiex jopera ma' awmentazzjoni reġjonali.

 

“Miżura regolatorja” tfisser kwalunkwe liġi, regolament, regola, proċedura, deċiżjoni, jew azzjoni amministrattiva simili minn xi waħda mill-Partijiet.

 

“Interoperabbiltà” tfisser, fil-livell ta' l-utent, sitwazzjoni fejn riċevitur b'sistema doppja jista' juża simultanjament is-sinjali li jkunu ġejjin minn żewġ sistemi sabiex jikseb prestazzjoni ekwivalenti jew aħjar milli kieku juża sistema waħda biss.

 

“Proprjetà intellettwali” għandha jkollha t-tifsira li tinsab fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma, fl-14 ta' Lulju, 1967.

 

“Responsabbiltà” tfisser l-obbligu legali ta' persuna fiżika jew ġuridika li tikkumpensa għall-ħsara kawżata lil persuna fiżika jew ġuridika oħra konformement ma' prinċipji legali u regoli speċifiċi. Dan l-obbligu jista' jiġi stipulat fi ftehim (responsabbiltà kuntrattwali) jew bil-liġi (responsabbiltà mhux kuntrattwali).

 

“Informazzjoni klassifikata” tfisser informazzjoni, fi kwalunkwe forma, li teħtieġ protezzjoni kontra l-iżvelar mhux awtorizzat li jista' jagħmel ħsara, fi gradi varji, l-interessi essenzjali, inkluża s-sigurtà nazzjonali, tal-Partitijiet jew ta' Stati Membri individuali. Il-klassifikazzjoni tagħha tkun indikata permezz ta' markatura ta' klassifikazzjoni. Tali informazzjoni tkun klassifikata mill-Partijiet skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli u għandha tkun protetta kontra t-telf tal-kunfidenzjalità, ta' l-integrità u tad-disponibbiltà.

Artikolu 3

Prinċipji ta' koperazzjoni

Il-Partijiet jiftiehmu li japplikaw il-prinċipji li ġejjin għall-attivitajiet ta' koperazzjoni koperti minn dan il-Ftehim:

1.

Benefiċċju reċiproku bbażat fuq bilanċ ġenerali ta' drittijiet u obbligi.

2.

Sħubija fil-Programm GALILEO skond il-proċeduri u r-regoli li jiggvernaw l-amministrazzjoni ta' GALILEO.

3.

Opportunitajiet reċiproċi sabiex jipparteċipaw f'attivitajiet ta' koperazzjoni fi proġetti tal-GNSS Ewropej u Ukrajni għall-użu ċivili.

4.

Skambju f'waqtu ta' informazzjoni li tista' tolqot attivitajiet ta' koperazzjoni.

5.

Protezzjoni adegwata ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Ambitu ta' attivitajiet ta' koperazzjoni

1.   Is-setturi għal attivitajiet ta' koperazzjoni fin-navigazzjoni u fil-kronometraġġ bis-satellita huma: l-ispektrum tal-frekwenzi tar-radju, ir-riċerka xjentifika u t-taħriġ, il-koperazzjoni industrijali, l-iżvilupp ta' servizzi u ta' swieq, l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u miżuri ta' regolamentazzjoni, l-iżvilupp ta' sistemi ta' awmentazzjoni terrestri tal-GNSS globali u reġjonali, is-sigurtà, ir-responsabbiltà u l-irkupru ta' spejjeż. Il-Partijiet jistgħu jadattaw din il-lista ta' kwistjonijiet bi ftehim komuni.

2.   L-estensjoni tal-koperazzjoni, jekk mitluba mill-Partijiet għal:

2.1.

Teknoloġiji u prodotti sensittivi tal-GALILEO suġġetti għar-regolamentazzjoni tal-kontroll ta' esportazzjoni fil-qafas ta' l-UE, ta' l-UE u l-Istati Membri ta' l-ESA, tal-MTCR, u tal-Ftehim WASSENAAR kif ukoll kriptografija u teknoloġiji u prodotti prinċipali li jiżguraw is-sigurtà ta' l-informazzjoni,

2.2.

Arkitettura ta' Sigurtà tas-Sistema ta' GALILEO (segmenti spazjali, terrestri u ta' l-utenti),

2.3.

Aspetti ta' kontroll tas-sigurtà tas-segmenti globali ta' GALILEO,

2.4.

Servizzi Regolati Pubbliċi fil-fażijiet ta' definizzjoni, żvilupp, implementazzjoni, prova u valutazzjoni u operattivi (amministrazzjoni u użu) tagħhom, kif ukoll

2.5.

Skambju ta' informazzjoni klassifikata li tikkonċerna n-navigazzjoni satellitari u s-sistema GALILEO

tkun suġġetta għalftehim adatt separat li jkun konkluż bejn il-Partijiet.

3.   Dan il-Ftehim ma għandux jolqot l-istruttura istituzzjonali stabbilita bil-liġi tal-Komunità Ewropea għall-finijiet ta' l-operazzjoni tal-Programm GALILEO. Dan il-Ftehim lanqas ma għandu jolqot il-liġijiet, ir-regolamenti u l-linji politiċi applikabbli li jimplementaw impenji ta' non-proliferazzjoni u l-kontroll ta' l-esportazzjoni ta' oġġetti ta' użu doppju u l-miżuri domestiċi nazzjonali fir-rigward tas-sigurtà u kontrolli ta' trasferimenti intanġibbli ta' teknoloġija.

Artikolu 5

Forom ta' attivitajiet ta' koperazzjoni

1.   Suġġett għall-miżuri regolatorji applikabbli tagħhom, il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, sa kemm ikun l-iżjed fattibbli, l-attivitajiet ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim bil-għan li jipprovdu opportunitajiet komparabbli għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tagħhom fis-setturi elenkati fl-Artikolu 4.

2.   Il-Partijiet jiftiehmu sabiex iwettqu attivitajiet ta' koperazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 6 sa 13 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Spektrum tal-frekwenzi tar-radju

1.   Waqt li jibnu fuq suċċessi ta' qabel fil-qafas ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekommunikazzjoni, il-Partijiet jiftiehmu li jkomplu l-koperazzjoni u s-sostenn reċiproku fi kwistjonijiet ta' l-ispektrum tal-frekwenzi tar-radju.

2.   F'dan il-kuntest il-Partijiet għandhom jippromovu allokazzjonijiet adegwati ta' frekwenzi għas-sistema GALILEO sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tas-servizzi tal-GALILEO għall-benefiċċju ta' l-utenti madwar id-dinja u b'mod partikolari fl-Ukrajna u fil-Komunità.

3.   Barra minn hekk, il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jipproteġu l-ispektrum għan-navigazjoni bir-radju mill-interruzzjonijiet u mill-interferenza. Għal dan il-għan, huma għandhom jidentifikaw sorsi ta' interferenza u jfittxu soluzzjonijiet aċċettabbli għaż-żewġ naħat sabiex jiġġieldu kontra din l-interferenza.

4.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem b'mod li jimplika deroga mid-disposizzjonijiet applikabbli ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekommunikazzjoni, inklużi r-Regolamenti ta' l-ITU dwar ir-Radju.

Artikolu 7

Riċerka xjentifika u taħriġ

Il-Partijiet għandhom jippromovu attivitajiet konġunti ta' riċerka u ta' taħriġ fil-qasam tal-GNSS permezz tal-programmi ta' riċerka Ewropej u Ukrajni inklużi l-Programm Kwadru ta' Riċerka u Żvilupp tal-Komunità Ewropea, il-Programmi ta' Riċerka ta' l-Aġenzija Ewropea dwar l-Ispazju u programmi relevanti oħra ta' l-awtoritajiet Komunitarji u Ukrajni.

L-attivitajiet konġunti ta' riċerka u ta' taħriġ għandhom jikkontribwixxu għall-ippjanar ta' l-iżviluppi futuri tal-GNSS għall-użu ċivili.

Il-Partijiet jiftiehmu li jiddefinixxu l-mekkaniżmu adatt bil-għan li jiġu żgurati kuntatti u kollaborazzjoni effettivi fil-programmi ta' riċerka u ta' taħriġ.

Artikolu 8

Koperazzjoni industrijali

1.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu u jsostnu l-koperazzjoni bejn l-industriji taż-żewġ naħat, anke permezz ta' intrapriżi konġunti (joint ventures) u l-parteċipazzjoni reċiproka fl-assoċjazzjonijiet industrijali relevanti, bil-għan li tiġi stabbilita s-sistema tal-GALILEO kif ukoll li jiġu promossi l-użu u l-iżvilupp ta' l-applikazzjoniijiet u s-servizzi GALILEO.

2.   Sabiex tiġi faċilitata l-koperazzjoni industrijali l-Partijiet għandhom jagħtu u jiżguraw protezzjoni adegwata u effettiva, u l-infurzar, tad-drittijiet ta' proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali fl-oqsma u s-setturi li huma relevanti għall-iżvilupp u l-operazzjoni ta' GALILEO/EGNOS, skond l-ogħla standards internazzjonali, inklużi mezzi effettivi sabiex jinfurzaw tali standards.

3.   L-esportazzjonijiet mill-Ukrajna lil pajjiżi terzi ta' oġġetti u teknoloġiji sensittivi sviluppati speċifikament u finanzjati mill-Programm GALILEO ikollhom jiġu sottomessi għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti ta' sigurtà tal-GALILEO, jekk dik l-awtorità tkun irrakkomandat li dawn l-oġġetti u teknoloġiji jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni skond il-miżuri regolatorji applikabbli. Kwalunkwe ftehim separat imsemmi fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim għandu jelabora ukoll mekkaniżmu xieraq sabiex l-Ukrajna tirrakkomanda li oġġetti eventwalment ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni.

4.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu t-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-interessati varji fil-Programm GALILEO fl-Ukrajna u fil-Komunità fil-kuntest tal-koperazzjoni industrijali.

Artikolu 9

Żvilupp ta' kummerċ u ta' swieq

1.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-kummerċ u l-investiment fl-infrastruttura tan-navigazzjoni satellitari, fit-tagħmir, fl-elementi lokali u fl-applikazzjonijiet tal-GALILEO ta' l-Ewropea u ta' l-Ukrajna.

2.   Għal dan il-għan il-Partijiet għandhom itejbu l-livell ta' kuxjenza pubblika dwar l-attivitajiet ta' navigazzjoni satellitari tal-GALILEO, jidentifikaw ostakoli potenzjali għat-tkabbir ta' l-applikazzjonijiet tal-GNSS u jieħdu l-miżuri adatti sabiex jiffaċilitaw dan it-tkabbir.

3.   Sabiex jidentifikaw u jirrispondu b'mod effettiv għan-neċessitajiet ta' l-utenti, il-Komunità u l-Ukrajna għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu forum miftuħ ta' l-utenti tal-GNSS.

Artikolu 10

Standards, Ċertifikazzjoni u Miżuri Regolatorji

1.   Il-Partijiet jagħrfu l-valur tal-koordinament ta' approċċi fl-istandardizzazzjoni internazzjonali u f'fora ta' ċertifikazzjoni li jikkonċernaw servizzi ta' navigazzjoni satellitari globali. B'mod partikolari, il-Partijiet sejrin isostnu b'mod konġunt l-iżvilupp ta' standards tal-GALILEO u jippromovu l-applikazzjoni tagħhom fl-Ukrajna u madwar id-dinja, u jenfasizzaw l-interoperabbiltà ma' sistemi ta' GNSS oħra.

Wieħed mill-għanijiet tal-koordinazzjoni huwa li jkun promoss l-użu wiesa' u innovattiv tas-servizzi tal-GALILEO għal skopijiet miftuħa, kummerċjali u tal-protezzjoni tal-ħajja bħala standard dinji ta' navigazzjoni u kronometraġġ.

Il-Partijiet jiftiehmu li joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-GALILEO.

2.   Għaldaqstant, sabiex l-għanijiet ta' dan il-Ftehim jiġu promossi u implementati, il-Partijiet għandhom, kif ikun xieraq, jikkoperaw fil-kwistjonijiet kollha tal-GNSS li jinqalgħu, notevolment fl-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili, fl-EUROCONTROL, fl-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima u fl-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet.

3.   Fil-livell bilaterali il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-miżuri li jirrelataw ma' standards operattivi u tekniċi, ma' ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni u ta' liċenzjar u ma' proċeduri li jikkonċernaw il-GNSS ma' joħolqux ostakoli inutli għall-kummerċ. Il-ħtiġijiet domestiċi għandhom ikunu bbażati fuq kriteri objettivi, non-diskriminatorji, trasparenti u stabbiliti minn qabel.

Artikolu 11

Żvilupp ta' sistemi ta' awmentazzjoni terrestri tal-GNSS fuq livell globali u reġjonali

1.   Il-Partijiet għandhom jikkollaboraw sabiex jiddefinixxu u jimplementaw arkitetturi ta' sistemi terrestri li jippermettu l-aqwa garanzija ta' l-integrità tal-GALILEO/EGNOS u l-kontinwità tas-servizzi tal-GALILEO u ta' l-EGNOS u l-interoperabbiltà ma' sistemi tal-GNSS oħra.

2.   Għal dan il-għan il-Partijiet għandhom, fil-livell reġjonali, jikkoperaw fl-implementazzjoni fl-Ukrajna ta' sistema terrestri reġjonali ta' awmentazzjonijiet ibbażata fuq is-sistema GALILEO. Huwa previst li tali sistema reġjonali tipprovdi servizzi ta' integrità reġjonali u ta' akkuratezza għolja li jkunu addizzjonali għal dawk provduti mis-sistema GALILEO globalment. Bħala prekursur, il-Partijiet jipprevedu l-estensjoni ta' l-EGNOS fir-reġjun ta' l-Ukrajna permezz ta' infrastruttura terrestri li tinvolvi Stazzjonijiet Ukrajni ta' Ranging u ta' Monitoraġġ ta' l-Integrità.

3.   Fil-livell lokali, il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' l-elementi lokali tal-GALILEO.

Artikolu 12

Sigurtà

1.   Il-Partijiet huma konvinti mill-bżonn li s-Sistemi ta' Navigazzjoni Globali Satellitari jkunu protetti kontra l-użu ħażin, l-interferenza, l-interruzzjoni u atti ostili.

2.   Il-Partijiet għandhom jieħdu l-passi kollha li jkunu prattikabbli sabiex jiżguraw il-kontinwità u s-sigurtà tas-servizzi ta' navigazzjoni satellitari u ta' l-infrastrutturi relatati fit-territorji tagħhom.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-koperazzjoni sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tas-sistema u s-servizzi tal-GALILEO hija objettiv komuni importanti.

4.   Għalhekk il-Partijiet għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu kanal adegwat ta' konsultazzjoni sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-GNSS. L-arranġamenti prattiċi u l-proċeduri għandhom jiġu definiti bejn l-awtoritajiet kompetenti tas-sigurtà taż-żewġ Partijiet skond l-Artikolu 4(2).

Artikolu 13

Responsabbiltà u rkupru ta' spejjeż

Il-partijiet għandhom jikkoperaw, skond kif ikun meħtieġ, sabiex jiddefinixxu u jimplementaw sistema ta' responsabbiltà u arranġamenti ta' rkupru ta' spejjeż, partikolarment fil-qafas ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, sabiex tiġi faċilitata l-prestazzjoni ta' servizzi ċivili tal-GNSS.

Artikolu 14

Mekkaniżmu ta' koperazzjoni u skambju ta' informazzjoni

1.   Il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni ta' attivitajiet koperattivi taħt dan il-Ftehim għandhom jitwettqu għan-nom ta' l-Ukrajna, mill-Gvern ta' l-Ukrajna u, għan-nom tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha, mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Skond l-objettiv fl-Artikolu 1 dawn iż-żewġ entitajiet għandhom jistabbilixxu, fil-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukrajna, Kumitat ta' Tmexxija GNSS, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”, għall-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim. Dan il-Kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti uffiċjali ta' kull Parti u għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tieghu stess.

Il-funzjonijiet tal-Kumitat ta' Tmexxija għandhom jinkludu:

2.1.

Il-promozzjoni, il-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet, u s-sorveljanza ta' l-attivitajiet differenti kif imsemmija fl-Artikoli 4 sa 13 ta' dan il-Ftehim;

2.2.

L-għoti ta' pariri lill-Partijiet dwar modi sabiex ikabbru u jtejbu l-koperazzjoni, b'mod konsistenti mal-prinċipji stabbiliti f'dan il-Ftehim;

2.3.

Ir-reviżjoni tal-funzjonament u l-implementazzjoni effikaċi ta' dan il-Ftehim.

3.   Bħala regola ġenerali, il-Kumitat għandu jiltaqa' darba fis-sena. Il-laqghat għandhom jinżammu b'mod alternanti fil-Komunità u fl-Ukrajna. Laqgħat supplementari jistgħu jiġu organizzati fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet.

L-ispejjeż magħmula mill-Kumitat jew f'ismu għandhom jiġu mħallsa mill-Parti li magħha jkunu konnessi r-rappreżentanti uffiċjali. L-ispejjeż, minbarra dawk għall-ivjaġġar u għall-akkomodazzjoni, li jkunu direttament assoċjati mal-laqgħat tal-Kumitat għandhom jiġu mħallsa mill-Parti ospitanti. Il-Kumitat jista' jistabbilixxi Gruppi Konġunti Tekniċi ta' Ħidma dwar suġġetti speċifiċi fejn il-Partijiet jikkunsidraw dan xieraq.

4.   Il-parteċipazzjoni ta' kull entità Ukrajna relevanti fl-Intrapriża Konġunta tal-GALILEO jew fl-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS hija possibbli skond il-liġijiet u l-proċeduri applikabbli.

5.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu skambji ulterjuri ta' informazzjoni li tikkonċerna n-navigazzjoni satellitari fost l-istituzzjonijiet u l-intrapriżi taż-żewġ naħat.

Artikolu 15

Finanzjament

1.   L-ammont u l-arranġamenti tal-kontribuzzjoni Ukrajna għall-Programm GALILEO permezz ta' l-Intrapriża Konġunta tal-GALILEO jiġu stipulati fi ftehim separat suġġett għall-konformità ma' l-arranġamenti istituzzjonali tal-liġijiet applikabbli.

2.   Il-Partijiet għandhom jieħdu kull pass meħtieġ u jagħmlu l-aħjar li jistgħu, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, sabiex jiffaċilitaw id-dħul u l-permanenza fit-territorji tagħhom, u l-ħruġ minnhom, ta' persuni, ta' kapital, ta' materjal, ta' data u ta' tagħmir li jkunu involuti jew użati f'attivitajiet koperattivi taħt dan il-Ftehim.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 meta skemi koperattivi speċifiċi ta' xi Parti waħda jipprovdu għal sostenn finanzjarju lil parteċipanti mill-Parti l-oħra, kull għotja jew kontribuzzjoni finanzjarja f'dan is-sens minn Parti waħda lill-parteċipanti tal-Parti l-oħra għandha tingħata eżenzjoni minn kull taxxa, dazju doganali jew dazju ieħor skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fit-territorji ta' kull Parti.

Artikolu 16

Konsultazzjoni u riżoluzzjoni ta' vertenzi

1.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw fil-pront, fuq talba ta' kwalunkwe waħda minnhom, dwar kwalunkwe kwistjoni li tinħoloq mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Kwalunkwe vertenza li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta permezz ta' konsultazzjonijiet amikevoli bejn il-Partijiet.

2.   Il-paragrafu 1 ma jimpedixxi l-ebda Parti li tirrikorri għall-proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' vertenzi taħt il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Ukrajna.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. In-notifiki għandhom jiġu trasmessi lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li għandu jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

2.   L-iskadenza jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ma għandhomx jolqtu l-validità jew it-tul ta' kwalunkwe arranġamenti magħmula taħtu jew kwalunkwe dritt u obbligu speċifiku li jinħolqu fil-qasam tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi ftehim reċiproku tal-Partijiet, bil-miktub. Kwalunkwe emenda għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu nnotifikaw lid-depożitarju bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

4.   Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal perjodu ta' ħames snin u jista' jiġi mġedded bi ftehim komuni bejn il-Partijiet għal perjodi addizzjonali ta' ħames snin fit-tmiem ta' l-ewwel perjodu ta' ħames snin. Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista', billi tinnotifika lill-oħra bil-miktub tliet xhur qabel, tittermina dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament fil-lingwi Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Ukrajna, b'kull test ugwalment awtentiku.

Hecho en Kiev, el uno de diciembre del dos mil cinco.

V Kyjevě dne prvního prosince dva tisíce pět.

Udfærdiget i Kyiv den første december to tusind og fem.

Geschehen zu Kiew am ersten Dezember zweitausendfünf.

Kahe tuhande viienda aasta detsembrikuu esimesel päeval Kiievis.

Έγινε στο Κίεβο, την πρώτη Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες πέντε.

Done at Kiev on the first day of December in the year two thousand and five.

Fait à Kiev, le premier décembre deux mille cinq.

Fatto a Kiev, addi' primo dicembre duemilacinque.

Kijevā, divtūkstoš piektā gada pirmajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai penktų metų gruodžio pirmą dieną Kijeve.

Kelt Kievben, a kettőezerötödik év december első napján.

Magħmul f' Kiev, fl-ewwel jum ta' Diċembru tas-sena elfejn u ħamsa.

Gedaan te Kiev, de eerste december tweeduizend vijf.

Sporządzono w Kijowie dnia pierwszego grudnia roku dwutysięcznego piątego.

Feito em Kiev, em um de Dezembro de dois mil e cinco.

V Kyjeve dňa prvého decembra dvetisícpäť.

V Kijevu, prvega decembra leta dva tisoč pet.

Tehty Kiovassa ensimmäisenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaviisi.

Som skedde i Kiev den första december tjugohundrafem.

Вчинено в Києві першого грудня дві тисячі п’ятого року

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image

Za Českou republiku

Image

På Kongeriget Danmarks vegne

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Gћar-Repubblika ta' Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovenskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapen vägnar

Image

За Украïнy

Image


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Ottubru 2009

dwar l-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra

(2014/229/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 u 181 flimkien mal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Novembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim Qafas Individwali ta' Sħubija u Kooperazzjoni, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, mar-Repubblika tal-Indoneżja.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat suġġett għall-konkluzjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina persuni mogħtija s-setgħa jiffirmaw il-Ftehim, f'isem il-Komunità.

Magħmula fil-Lussemburgu, is-27 ta' Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/17


FTEHIM QAFAS

dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, Minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Komunità” kif ukoll

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Istati Membri”,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA,

min-naħa l-oħra,

Minn hawn 'il quddiem konġuntement imsejħa “il-Partijiet”,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-rabtiet tradizzjonali ta' sħubija bejn ir-Repubblika tal-Indoneżja u l-Komunità, u r-rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi mill-qrib li jgħaqqduhom,

BILLI l-Partijiet jagħtu importanza partikolari għan-natura komprensiva tar-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom,

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID ir-rabta tal-Partijiet sabiex jirrispettaw il-prinċipji previsti fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID ir-rabta tal-Partijiet sabiex jirrispettaw, jippromwovu u jipproteġu l-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-paċi u l-ġustizzja internazzjonali kif stabbilit, inter alia, fid-Dikjarazzjoni Universali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fl-Istatut ta' Ruma u fi strumenti internazzjonali oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem, fejn dawn japplikaw għaż-żewġ Partijiet,

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID ir-rispett lejn is-sovranità, l-integrità territorjali u l-għaqda nazzjonali tar-Repubblika tal-Indoneżja,

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID ir-rabta tagħhom lejn il-prinċipji tal-istat tad-dritt u ta' governanza tajba, u x-xewqa tagħhom li jippromwovu l-progress ekonomiku u soċjali għall-popli tagħhom, b'kont meħud tal-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli kif ukoll ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali,

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID li l-aktar reati serji ta' kriminalità li huma ta' tħassib għall-komunità internazzjonali m'għandhomx jitħallew bla kundanna u li dawk li jiġu akkużati bihom għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja u jekk jinstabu ħatja għandhom jiġu kundannati kif xieraq u li l-prosekuzzjoni effettiva tagħhom għandha tiġi żgurata billi jittieħdu miżuri fuq livell nazjonali u billi tissaħħaħ il-kollaborazzjoni globali,

WAQT LI JESPRIMU r-rabta sħiħa tagħhom sabiex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' kriminalità transnazzjonali organizzata u ta' terroriżmu skont il-liġijiet internazzjonali, inkluż il-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji umanitarji dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni u refuġju kif ukoll il-liġijiet umanitarji internazzjonali, u li jistabbilixxu kooperazzjoni internazzjonali effettiva u strumenti sabiex tiġi żgurata l-qerda tagħhom,

BILLI l-Partijiet jirrikonoxxu li l-adozzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti oħra tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1540 isejsu l-impenn tal-komunità internazzjonali sħiħa sabiex tiġi miġġielda l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa,

WAQT LI JAGĦRFU l-ħtieġa li t-tnejn isaħħu l-obbligi tad-diżarmament u tan-non-proliferazzjoni skont il-liġi internazzjonali, inter alia, sabiex jiġi eliminat kull periklu li jiġi mill-armi tad-distruzzjoni massiva,

WAQT LI JAGĦRFU l-importanza tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tas-7 ta' Marzu 1980 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor u t-Tajlandja — pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Asja tax-Xlokk (l-ASEAN) u tal-protokolli ta' sħubija sussegwenti,

WAQT LI JAGĦRFU l-importanza li tissaħħaħ ir-relazzjoni eżistenti bejn il-Partijiet sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejniethom, kif ukoll ir-rieda komuni tagħhom sabiex jikkonsolidaw, iżidu u jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom f'oqsma ta' interess reċiproku fuq il-bażi ta' ugwaljanza, non-diskriminazzjoni, ir-rispett lejn l-ambjent naturali u l-ġid reċiproku,

WAQT LI JIKKONFERMAW ix-xewqa tagħhom li jsaħħu, waqt li jikkunsidraw l-attivitajiet li jkunu twettqu fil-qafas reġjonali, il-kooperazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Indoneżja, ibbażata fuq valuri komuni u fuq il-ġid reċiproku,

B'MOD KONFORMI mal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TITOLU I

IN-NATURA U L-AMBITU

Artikolu 1

Il-Prinċipji Ġenerali

1.   Ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem li japplikaw għaż-żewġ Partijiet isaħħaħ il-politiki interni u internazzjonali taż-żewġ Partijiet u jikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet jikkonfermaw il-valuri komuni tagħhom kif stabbilit fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.   Il-Partijiet jikkonfermaw ir-rabta tagħhom li jippromwovu żvilupp sostenibbli, li jikkooperaw sabiex jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima u li jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-Miri ta' Żvilupp tal-Millennju.

4.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rabta tagħhom għad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u qed jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni sabiex itejbu aktar il-prestazzjoni tal-iżvilupp.

5.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rabta tagħhom lejn il-prinċipji ta' governanza tajba, l-istat tad-dritt, inkluż l-indipendenza tal-ġudikatura, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

6.   L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni għandha tiġi bbażata fuq il-prinċipji ta' ugwaljanza u benefiċċju reċiproku.

Artikolu 2

L-Għanijiet tal-Kooperazzjoni

Bil-ħsieb li tissaħħaħ ir-relazzjoni bilaterali tagħhom, il-Partijiet qed jintrabtu li jżommu djalogu komprensiv u li jippromwovu kooperazzjoni ulterjuri bejniethom fis-setturi kollha ta' interess reċiproku. B'mod partikolari, l-isforzi tagħhom għandhom ikunu mmirati li:

(a)

jistabbilixxu kooperazzjoni bilaterali u fil-fora u fl-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha;

(b)

jiżviluppaw il-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet għall-vantaġġ reċiproku tagħhom;

(c)

jistabbilixxu kooperazzjoni fl-oqsma kollha ta' interess reċiproku li huma marbuta mal-kummerċ u mal-investiment, sabiex jiġu ffaċilitati l-flussi tal-kummerċ u tal-investiment u sabiex jiġu evitati u mneħħija l-ostakli għall-kummerċ u l-investiment, inkluż fejn jixraq, l-inizjattivi reġjonali preżenti u futuri tal-KE-ASEAN;

(d)

jistabbilixxu kooperazzjoni f'oqsma oħra ta' interess reċiproku, notevolment fit-turiżmu, fis-servizzi finanzjarji; fit-tassazzjoni u fid-dwana; fil-politika makro-ekonomika; fil-politika industrijali u fl-SMEs; fis-soċjetà tal-informazzjoni; fix-xjenza u fit-teknoloġija; fl-enerġija; fit-trasport u fis-sigurtà tat-trasport; fl-edukazzjoni u fil-kultura; fid-drittijiet tal-bniedem; fl-ambjent u fir-riżorsi naturali, inkluż l-ambjent tal-baħar; fil-foresterija; fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali; fil-kooperazzjoni dwar il-baħar u s-sajd; fis-saħħa; fis-sigurtà tal-ikel; fis-saħħa tal-annimali; fl-istatistika; fil-protezzjoni tad-data personali; fil-kooperazzjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Istat u dik pubblika; u fid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(e)

jistabbilixxu kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni, inkluż il-migrazzjoni legali u illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' persuni,

(f)

jistabbilixxu kooperazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u affarijiet legali;

(g)

jistabbilixxu kooperazzjoni sabiex jikkumbattu l-proliferazzjoni ta' armi tad-distruzzjoni massiva;

(h)

jistabbilixxu kooperazzjoni sabiex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali, bħalma huma l-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi illegali u l-prekursuri tagħhom kif ukoll il-money laundering;

(i)

isaħħu l-parteċipazzjoni eżistenti u jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni possibbli taż-żewġ Partijiet fi ħdan programmi ta' kooperazzjoni sub-reġjonali u reġjonali rilevanti;

(j)

jgħollu l-profili taż-żewġ Partijiet fir-reġjuni ta' xulxin;

(k)

jipprowovu l-fehma minn poplu għal ieħor bil-kooperazzjoni ta' diversi entitajiet mhux governattivi bħalma huma t-think-tanks, l-akkademiċi, is-soċjetà ċivili, u l-midja, fil-forma ta' seminars, konferenzi, l-interazzjoni taż-żgħażagħ u attivitajiet oħra.

Artikolu 3

Il-Ġlieda kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi tal-Qerda tal-Massa

1.   Il-Partijiet jikkunsidraw li l-proliferazzjoni ta' armi tad-distruzzjoni massiva u l-mezzi tal-kunsinna tagħhom, kemm għand atturi statali u mhux statali, tirrappreżenta waħda mill-akbar theddidiet serji għall-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali.

2.   Il-Partijiet għalhekk qed jaqblu li jikkooperaw u li jikkontribwixxu sabiex jikkumbattu l-proliferazzjoni ta' armi tad-distruzzjoni massiva u l-mezzi tal-kunsinna tagħhom b'konformità sħiħa ma' u bl-implimentazzjoni nazzjonali tal-obbligi eżistenti taħt trattati/konvenzjonijiet multilaterali li jikkonċernaw id-diżarmament u n-non-proliferazzjoni tagħhom, kif ukoll ma' ftehimiet oħra u obbligi internazzjonali negozjati b'mod multilaterali taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Partijiet jaqblu li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-ftehim.

3.   Il-Partijiet jaqblu wkoll li jikkooperaw fi u li jieħdu passi sabiex isaħħu l-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali li jikkonċernaw id-diżarmament u n-non-proliferazzjoni ta' armi tad-distruzzjoni massiva, li japplikaw għaż-żewġ Partijiet, billi fost oħrajn jikkondividuinformazzjoni, parir espert u esperjenzi.

4.   Il-Partijiet jaqblu wkoll li jikkooperaw u li jikkontribwixxu sabiex jikkumbattu l-proliferazzjoni tal-armi tad-distruzzjoni massiva u l-mezzi tal-kunsinna tagħhom, billi jieħdu azzjoni sabiex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu, kif xieraq, u jimplimentaw b'mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali rilevanti l-oħra kollha.

5.   Il-Partijiet jaqblu wkoll li jikkooperaw sabiex jistabbilixxu kontrolli nazzjonali effettivi fuq l-esportazzjonijiet, sabiex jevitaw il-proliferazzjoni, jikkontrollaw l-esportazzjoni kif ukoll it-tranżitu ta' oġġetti relatati mal-armi tad-distruzzjoni massiva, inkluż permezz ta' kontrolli fuq l-użu finali tal-armi tad-distruzzjoni massiva fejn jikkonċerna teknoloġiji b'użu doppju u sanzjonijiet effettivi meta l-kontrolli tal-esportazzjoni jiġu miksura.

6.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu djalogu politiku regolari li għandu jakkumpanja u jikkonsolida dawn l-elementi. Tali djalogu jista' jsir fuq bażi reġjonali.

Artikolu 4

Il-Kooperazzjoni Legali

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw l-iżvilupp tas-sistemi legali, il-liġijiet u l-istituzzjonijiet legali tagħhom, inkluż fejn jikkonċerna l-effikaċja tagħhom, b'mod partikolari bl-iskambju ta' opinjonijiet u parir espert kif ukoll bil-bini tal-kapaċità. Fi ħdan is-setgħat u l-kompetenzi tagħhom, il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex jiżviluppaw l-assistenza legali reċiproka fi kwistjonijiet ta' kriminalità u estradizzjoni.

2.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid li l-iktar reati serji ta' kriminalità li huma ta' tħassib għall-komunità internazzjonali bħala ħaġa waħda m'għandhomx jitħallew bla kundanna, u li dawk li jiġu akkużati b'dawn għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja u jekk jinstabu ħatja għandhom jiġu kkundanati kif xieraq.

3.   Il-Partijiet qed jaqblu li jikkooperaw dwar l-implimentazzjoni tad-Digriet Presidenzjali għall-Pjan Nazzjonali ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 2004-2009, inkluż il-preparazzjonijiet għar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma hija l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju, u l-Istatut ta' Ruma dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali.

4.   Il-Partijiet jaqblu li djalogu bejniethom dwar din il-materja jkun ta' benefiċċju.

Artikolu 5

Il-Kooperazzjoni fil-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu

1.   Il-Partijiet, waqt li jaffermaw mill-ġdid l-importanza tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u b'mod konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali li japplikaw, inkluż l-istrumenti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, kif ukoll il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti rispettivi tagħhom, u, waqt li jikkunsidraw l-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, prevista fir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti nru. 60/288 tat-8 ta' Settembru 2006, u d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-UE-ASEAN dwar il-kooperazzjoni sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu tat-28 ta' Jannar 2003, qed jaqblu li jikkooperaw sabiex jiġu evitati u mrażżna atti terroristiċi.

2.   Il-Partijiet għandhom, fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1373 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' riżoluzzjonijiet rilevanti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti, konvenzjonijiet internazzjonali u strumenti li japplikaw għaż-żewġ Partijiet, jikkooperaw sabiex jikkumbattu t-terroriżmu, permezz inter alia ta':

skambju ta' informazzjoni dwar gruppi terroristiċi u n-netwerks ta' appoġġ tagħhom skont il-liġijiet internazzjonali u nazzjonali;

skambju ta' opinjonijiet dwar mezzi u metodi użati sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu, inkluż f'oqsma u taħriġ tekniku, u bl-iskambju ta' esperjenzi rigward il-prevenzjoni tat-terroriżmu;

kooperazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi, it-tisħiħ tal-qafas legali u li jiġu indirzzati kundizzjonijiet li jwasslu għat-tixrid tat-terroriżmu;

kooperazzjoni dwar il-promozzjoni tal-kontroll u l-immaniġġjar tal-fruntieri, it-tisħiħ fil-bini tal-kapaċità billi jiġu stabbiliti programmi ta' networking, taħriġ u edukazzjoni, skambju ta' żjajjar ta' uffiċjali għolja, akkademiċi, analisti u field operators, u billi jiġu organizzati seminars u konferenzi.

TITOLU II

IL-KOOPERAZZJONI F'ORGANIZZAZZJONIJIET REĠJONALI U INTERNAZZJONALI

Artikolu 6

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jiskambjaw opinjonijiet u li jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' fora u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali bħalma huma n-Nazzjonijiet Uniti, id-djalogu tal-ASEAN-UE, il-Forum Reġjonali ASEAN (ARF), il-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM), il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

TITOLU III

IL-KOOPERAZZJONI BILATERALI U REĠJONALI

Artikolu 7

1.   Għal kull qasam ta' djalogu u ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim, u filwaqt li jagħtu l-importanza mistħoqqa għal dawk il-materji li jaqgħu taħt kooperazzjoni bilaterali, iż-żewġ naħat qed jaqblu li jwettqu attivitajiet relatati fuq livell bilaterali jew reġjonali jew permezz ta' kombinazzjoni ta' dawn iż-żewġ oqfsa. Waqt li jagħżlu l-qafas xieraq, il-Partijiet se jfittxu li jimmassimizzaw l-impatt fuq u li jsaħħu l-involviment tal-partijiet interessati kollha, billi jagħmlu l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi disponibbli, waqt li jikkunsidraw il-flessibbiltà politika u istituzzjonali, u, fejn jixraq, jiżguraw il-koerenza ma' attivitajiet oħra li jinvolvu l-Komunità u l-imsieħba tal-ASEAN.

2.   Il-Komunità u l-Indoneżja jistgħu, skont kif jixraq, jiddeċiedu li jestendu l-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet ta' kooperazzjoni fl-oqsma li huma koperti bil-Ftehim jew li huma relatati miegħu, b'mod konformi mal-proċeduri u r-riżorsi finanzjarji rispettivi tagħhom. Din il-kooperazzjoni tista', b'mod partikolari, tinkludi l-organizzazzjoni ta' skemi ta' taħriġ, workshops u seminars, skambji ta' esperti, studji, u azzjonijiet oħrajn miftiehma mill-Partijiet.

TITOLU IV

IL-KOOPERAZZJONI FIL-KUMMERĊ U L-INVESTIMENT

Artikolu 8

Il-Prinċipji Ġenerali

1.   Il-Partijiet għandhom jidħlu fi djalogu dwar kummerċ bilaterali u multilaterali kif ukoll dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bil-ħsieb li jsaħħu r-relazzjonijiet tal-kummerċ bilaterali u li jtejbu s-sistema tal-kummerċ multilaterali.

2.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni tal-iskambji kummerċjali reċiproċi tagħhom sal-ogħla livell possibbli u għall-ġid reċiproku tagħhom. Huma jimpenjaw ruħhom li jiksbu kundizzjonijiet imtejba ta' aċċess għas-suq billi jaħdmu lejn it-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ, b'mod partikolari permezz tat-tneħħija f'waqtha tal-ostakli mhux tariffarji u billi jieħdu miżuri sabiex itejbu t-trasparenza, waqt li jikkunsidraw ix-xogħol imwettaq minn organizzazzjonijiet internazzjonali f'dan il-qasam.

3.   Waqt li jagħrfu li l-kummerċ għandu rwol indispensabbli fl-iżvilupp, u li l-għajnuna fil-forma ta' skemi ta' preferenzi kummerċjali kienet ta' ġid għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-Partijiet jaħdmu sabiex jsaħħu l-konsultazzjoni tagħhom dwar din l-għajnuna f'konformità sħiħa mal-WTO.

4.   Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar l-iżvilupp kummerċjali u dwar il-linji politiċi tal-kummerċ, bħalma huma l-politika agrarja, il-politika dwar is-sigurtà fl-ikel, il-politika dwar is-saħħa tal-annimali, il-politika dwar il-konsumatur, is-sustanzi kimikali perikolużi, u l-politika dwar l-immaniġġjar tal-iskart.

5.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu d-djalogu u l-kooperazzjoni sabiex jiżviluppaw ir-relazzjonijiet tagħhom dwar il-kummerċ u l-investiment, inkluż il-provvista tal-bini tal-kapaċità teknika sabiex isolvu l-problemi, fl-oqsma msemmija fl-Artikoli 9 sa 16.

Artikolu 9

Il-Kwistjonijiet Sanitarji u Fitosanitarji (SPS)

Il-Partijiet għandhom jiddiskutu u jiskambjaw informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-proċeduri ta' spezzjoni, fi ħdan il-qafas tal-Ftehim tal-WTO dwar Kwistjonijiet Sanitarji u Fitosanitarji (SPS), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC), l-Office International des Epizooties (OIE) u l-Kummissjoni tal-CODEX Alimentarius (CAC).

Artikolu 10

L-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (TBT)

Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-użu ta' standards internazzjonali u jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar l-istandards, il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u r-regolamenti tekniċi, speċjalment fi ħdan il-qafas tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (TBT).

Artikolu 11

Il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali

Il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex itejbu u jinfurzaw il-protezzjoni u l-użu tal-Proprjetà Intellettwali bbażati fuq l-aħjar prattika, u sabiex isaħħu d-disseminazzjoni tal-għarfien dwar din. Tali kooperazzjoni tista' tinkludi l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenzi dwar kwistjonijiet bħalma huma l-prattika, il-promozzjoni, it-tixrid, it-titjib fl-effiċjenza, il-ġestjoni, l-armonizzazzjoni, il-protezzjoni u l-applikazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-prevenzjoni tal-abbużi ta' dawn id-drittijiet, il-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-piraterija.

Artikolu 12

Il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ

Il-Partijiet għandhom jikkondividu l-esperjenzi u jeżaminaw il-possibbiltajiet sabiex jissimplifikaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u proċeduri doganali oħrajn, iżidu t-trasparenza tar-regolamenti kummerċjali u jiżviluppaw il-kooperazzjoni doganali, inkluż mekkaniżmi ta' għajnuna amministrattiva reċiproka kif ukoll li jfittxu li jkun hemm hemm konverġenza ta' ideat u azzjoni konġunta fil-kuntest ta' inizjattivi internazzjonali. Il-Partijiet għandhom jagħtu attenzjoni partikolari sabiex iżidu d-dimensjoni tas-sigurtà tal-kummerċ internazzjonali, inklużi s-servizzi tat-trasport, u sabiex jiżguraw li jkun hemm metodu bilanċjat bejn il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet.

Artikolu 13

Il-Kooperazzjoni Doganali

Mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta' kooperazzjoni previsti f'dan il-Ftehim, iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw l-interess tagħhom sabiex jikkunsidraw il-possibbiltà, fil-futur, li jiġi konkluż protokoll dwar il-kooperazzjoni doganali, inkluż l-għajnuna reċiproka, fi ħdan il-qafas istituzzjonali stabbilit f'dan il-Ftehim.

Artikolu 14

L-Investiment

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu fluss akbar ta' investiment bl-iżvilupp ta' ambjent attraenti u stabbli għall-investiment reċiproku billi jinħoloq djalogu konsistenti mmirat lejn it-tisħiħ tal-fehma u tal-kooperazzjoni fi kwistjonijiet marbuta mal-investiment, li jiġu esplorati mekkaniżmi amminstrattivi sabiex jiffaċilitaw il-flussi tal-investiment, u li jitmexxa 'l quddiem reġim ta' investiment stabbli, trasparenti, miftuħ u mhux diskriminatorju.

Artikolu 15

Il-Politika dwar il-Kompetizzjoni

Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-istabbiliment effettiv u l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni kif ukoll id-disseminazzjoni ta' informazzjoni sabiex jitkattru t-trasparenza u ċ-ċertezza legali għall-intrapriżi li joperaw fis-swieq ta' xulxin.

Artikolu 16

Is-Servizzi

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu djalogu konsistenti mmirat l-aktar lejn l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-ambjenti regolatorji rispettivi tagħhom, li jiġi promoss l-aċċess għas-swieq ta' xulxin, li jiġi promoss l-aċċess għas-sorsi ta' kapital u ta' teknoloġija, li jiġi promoss il-kummerċ fis-servizzi bejn iż-żewġ reġjuni u fis-swieq ta' pajjiżi terzi.

TITOLU V

IL-KOOPERAZZJONI F'SETTURI OĦRAJN

Artikolu 17

It-Turiżmu

1.   Il-Partijiet jistgħu jikkooperaw sabiex itejbu l-iskambju ta' informazzjoni u sabiex jistabbilixxu l-aħjar prattika ħalli jiżguraw żvilupp bilanċjat u sostenibbli fit-turiżmu skont il-Kodiċi ta' Etika għat-Turiżmu tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu u l-prinċipji tas-sostenibbiltà li jiffurmaw il-bażi tal-proċess lokali tal-Aġenda 21.

2.   Il-Partijiet jistgħu jiżviluppaw kooperazzjoni sabiex jiġi salvagwardjat u massimizzat il-potenzjali tal-wirt naturali u kulturali, sabiex jittaffew l-impatti negattivi tat-turiżmu, u sabiex tiżdied il-kontribuzzjoni pożittiva tat-turiżmu għall-iżvilupp sostenibbli tal-komunità lokali, inter alia, billi jiġi żviluppat l-ekoturiżmu, tiġi rispettata l-integrità u l-interessi tal-komunitajiet lokali, u jitjieb it-taħriġ fl-industrija turistika.

Artikolu 18

Is-Servizzi Finanzjarji

Il-Partijiet jaqblu li jkattru, b'mod konformi mal-ħtiġiet tagħhom u fi ħdan il-qafas tal-programmi u tal-leġiżlazzjoni rispettivi tagħhom, il-kooperazzjoni fis-servizzi finanzjarji.

Artikolu 19

Id-Djalogu dwar il-Politika Ekonomika

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw sabiex jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni u sabiex jikkondividu l-esperjenzi dwar ix-xejriet ekonomiċi u l-politiki rispettivi tagħhom, kif ukoll sabiex jikkondividu l-esperjenzi dwar il-politiki ekonomiċi inkluż fi ħdan il-kuntest ta' kooperazzjoni ekonomika u integrazzjoni reġjonali.

2.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex ikattru d-djalogu bejn l-awtoritajiet tagħhom fejn jikkonċerna materji ekonomiċi li, kif ġie miftiehem mill-Partijiet, jista' jinkludi oqsma bħalma huma l-politika monetarja, il-politika fiskali (inkluż it-taxxi), il-finanzi pubbliċi, u l-istabbilizzazzjoni makro-ekonomika u d-dejn estern.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jtejbu t-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni sabiex jiffaċilitaw l-infurzar ta' miżuri li ma jippermettux l-evitar u l-evażjoni tat-taxxi, fi ħdan il-kuntest tal-oqfsa legali rispettivi tagħhom. Huma jaqblu li jtejbu l-kooperazzjoni f'dan il-qasam.

Artikolu 20

Il-Politika Industrijali u l-Kooperazzjoni tal-SMEs

1.   Il-Partijiet, waqt li jikkunsidraw il-politiki u l-finijiet ekonomiċi rispettivi tagħhom, jaqblu li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-politika industrijali f'dawk l-oqsma kollha meqjusa bħala adattati, bil-ħsieb li titjieb il-kompetittività tal-intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju (SMEs), inter alia, permezz ta':

l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenzi dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet qafas għall-SMEs sabiex dawn itejbu l-kompetittività tagħhom;

il-promozzjoni ta' kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi, waqt li jinkoraġġixxu l-investimenti konġunti u jistabbilixxu impriżi konġunti u networks ta' informazzjoni l-aktar permezz tal-programmi orizzontali eżistenti tal-Komunità, li jistimulaw b'mod partikolari t-trasferimenti ta' soft u hard technology bejn l-imsieħba;

l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi u s-swieq, waqt li jfornu l-informazzjoni u jistimulaw l-innovazzjoni bl-iskambju ta' prattika tajba dwar l-aċċess għall-finanzi, partikolarment għall-intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju;

proġetti ta' riċerka konġunta f'oqsma industrijali magħżula u bil-kooperazzjoni fejn jikkonċerna standards u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u regolamenti tekniċi, skont kif jiġi miftiehem b'mod reċiproku.

2.   Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw u jappoġġjaw l-attivitajiet rilevanti stabbiliti mis-setturi privati taż-żewġ naħat.

Artikolu 21

Is-Soċjetà tal-Informazzjoni

Il-Partijiet, waqt li jirrikonoxxu li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huma elementi ewlenin tal-ħajja moderna u ta' importanza kbira għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, għandhom jaħdmu sabiex jikkooperaw flimkien, u din il-kooperazzjoni għandha, inter alia, tiffoka fuq:

(a)

il-faċilitazzjoni ta' djalogu komprensiv dwar aspetti differenti tas-Soċjetà tal-Informazzjoni, b'mod partikolari l-politiki u r-regolamenti dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi inkluż is-servizz universali, il-liċenzjar u l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, kif ukoll l-indipendenza u l-effiċjenza tal-awtorità regolatorja;

(b)

l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks u tas-servizzi tal-Komunità, tal-Indoneżja u tal-Asja tax-Xlokk;

(c)

l-istandardizzazzjoni u d-disseminazzjoni ta' teknoloġiji ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni ġodda;

(d)

il-promozzjoni ta' kooperazzjoni fir-riċerka bejn il-Komunità u l-Indoneżja fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni;

(e)

proġetti ta' riċerka konġunta fil-qasam tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

(f)

punti/aspetti relatati mas-sigurtà fl-ICT.

Artikolu 22

Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija fl-oqsma li huma ta' interess reċiproku, bħall-enerġija, it-trasport, l-ambjent u r-riżorsi naturali u s-saħħa, waqt li jikkunsidraw il-politiki rispettivi tagħhom.

2.   Il-finijiet ta' din il-kooperazzjoni għandhom ikunu biex:

(a)

jinkoraġġixxu l-iskambju ta' informazzjoni u ta' għarfien dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, partikolarment dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u ta' programmi;

(b)

jippromwovu relazzjonijiet b'saħħithom bejn il-komunitajiet xjentifiċi, iċ-ċentri ta' riċerka, l-universitajiet u l-industrija tal-Partijiet;

(c)

jippromwovu t-taħriġ tar-riżorsi umani;

(d)

jippromwovu forom oħrajn ta' kooperazzjoni li dwarhom ikun hemm qbil reċiproku.

3.   Il-kooperazzjoni tista' tieħu l-forma ta' proġetti ta' riċerka konġunta u skambji, laqgħat u taħriġ għax-xjenzati permezz ta' skemi ta' mobbiltà internazzjonali, li jipprovdu għall-akbar disseminazzjoni possibbli tar-riżultati tar-riċerka.

4.   F'din il-kooperazzjoni, il-Partijiet għandhom jiffavorixxu l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, taċ-ċentri ta' riċerka u tas-setturi produttivi rispettivi tagħhom, b'mod partikolari l-SMEs.

Artikolu 23

L-Enerġija

Il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex isaħħu l-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija. Għal dan il-għan, il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-kuntatti li huma ta' ġid reċiproku bil-ħsieb li:

(a)

jiddiversifikaw il-provvisti tal-enerġija sabiex itejbu s-sigurtà tal-provvista, jiżviluppaw forom ta' enerġija ġodda jew li jiġġeddu, u sabiex jikkooperaw f'attivitajiet li jikkonċernaw l-enerġija industrijali upstream u downstream;

(b)

jiksbu l-użu razzjonali tal-enerġija bil-kontribuzzjoni kemm ta' min iforni kif ukoll ta' min jagħmel id-domanda, u billi jsaħħu l-kooperazzjoni sabiex jikkumbattu l-bidla fil-klima, inkluż permezz tal-Mekkaniżmu dwar l-Iżvilupp Nadif tal-Protokoll ta' Kyoto;

(c)

ikattru t-trasferiment tat-teknoloġija mmirat lejn il-produzzjoni u l-użu sostenibbli tal-enerġija;

(d)

jindirizzaw ir-rabtiet li jeżistu bejn l-aċċess għall-enerġija li wieħed jiflaħ għaliha u l-iżvilupp sostenibbli.

Artikolu 24

It-Trasport

1.   Il-Partijiet jaħdmu li jikkooperaw fl-oqmsa rilevanti kollha tal-politika dwar it-trasport sabiex itejbu l-moviment ta' oġġetti u passiġġieri, jippromwovu s-sigurtà, is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport bil-baħar u tal-avjazzjoni, l-iżvilupp tar-riżorsi umani, il-protezzjoni ambjentali, u sabiex iżidu l-effiċjenza tas-sistemi tat-trasport tagħhom.

2.   Il-forom ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu, inter alia:

(a)

skambji ta' informazzjoni dwar il-politiki u l-prattika tat-trasport rispettivi tagħhom, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasport urban, rurali, tal-ilmijiet interni u tal-baħar, inkluż il-loġistika tagħhom u l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-networks ta' trasport multimodali, kif ukoll l-immaniġġjar tat-toroq, tal-linji tal-ferrovija, tal-portijiet u tal-ajruporti;

(b)

l-użu possibbli tas-sistema Ewropea tan-navigazzjoni globali bis-satellita (Galileo), b'attenzjoni fuq punti ta' interess reċiproku;

(c)

djalogu fil-qasam tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, immirat għal iktar żvilupp ta' relazzjonijiet bilaterali bejn il-Partijiet fl-oqsma ta' interess reċiproku; inkluż l-emendi ta' ċerti elementi fil-Ftehimiet bilaterali tas-Servizzi tal-Ajru eżistenti bejn l-Indoneżja u l-Istati Membri individwali sabiex dawn isiru konformi mal-liġijiet u regolamenti rispettivi tal-Partijiet, u sabiex jiġu eżaminati l-possibbiltajiet għal iktar żvilupp ta' kooperazzjoni fil-qasam tat-trasport bl-ajru.

(d)

djalogu fil-qasam tas-servizzi tat-trasport bil-baħar bl-għan li jkun hemm aċċess mhux ristrett għas-swieq u għall-kummerċ marittimu internazzjonali fuq bażi kummerċjali, l-astensjoni milli jiġu introdotti klawżoli ta' qsim ta' merkanzija, it-trattament nazzjonali u l-klawżola MFN għall-bastimenti mħaddma minn ċittadini jew minn kumpaniji tal-Parti l-oħra, kif ukoll kwistjonijiet relatati mas-servizzi tat-trasport minn bieb għal bieb (door-to-door);

(e)

l-implimentazzjoni ta' standards u regolamenti ta' prevenzjoni ta' sigurtà u tniġġiż, notevolment fir-rigward it-trasport marittimu u fl-avjazzjoni, skont il-Konvenzjonijiet Internazzjonali applikabbli.

Artikolu 25

L-Edukazzjoni u l-Kultura

1.   Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-edukazzjoni u l-kooperazzjoni kulturali li tirrispetta kif xieraq id-diversità tagħhom, sabiex isaħħu l-fehma reċiproka u l-għarfien dwar il-kulturi rispettivi tagħhom.

2.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex jippromwovu skambji kulturali u sabiex iwettqu inizjattivi konġunti f'diversi sferi kulturali inkluż l-organizzazzjoni konġunta ta' avvenimenti kulturali. F'dan ir-rigward, il-Partijiet jaqblu wkoll li jkomplu jappoġġjaw l-attivitajiet tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa.

3.   Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw u li jikkooperaw f'fora internazzjonali rilevanti, bħalma huma l-Unesco, u li jiskambjaw opinjonijiet dwar id-diversità kulturali inkluż l-iżviluppi bħalma huma r-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali.

4.   Il-Partijiet għandhom ukoll jagħmlu enfasi fuq miżuri mfassla sabiex joħolqu rabtiet bejn l-aġenziji speċjalizzati rispettivi tagħhom, jinkoraġġixxu l-iskambji ta' informazzjoni u pubblikazzjonijiet, ta' għarfien, ta' studenti, ta' esperti u ta' riżorsi tekniċi, jippromwovu l-ICT fl-edukazzjoni, u sabiex jieħdu vantaġġ mill-faċilitajiet offruti mill-programmi Komunitarji fl-Asja tax-Xlokk fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura kif ukoll mill-esperjenza li ż-żewġ Partijiet ikunu kisbu f'dan il-qasam. Iż-żewġ naħat qed jaqblu wkoll li jippromwovu l-implimentazzjoni tal-programm Erasmus Mundus.

Artikolu 26

Id-Drittijiet tal-Bniedem

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fil-promozzjoni u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

2.   Din il-kooperazzjoni tista' tinkludi, inter alia:

(a)

l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali Indoneżjan dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

(b)

il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-edukazzjoni;

(c)

it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem;

3.   Il-Partijiet jaqblu li djalogu bejniethom dwar din il-materja jkun ta' benefiċċju.

Artikolu 27

L-Ambjent u r-Riżorsi Naturali

1.   Il-Partijiet qed jaqblu dwar il-ħtieġa li jikkonservaw u jamministraw b'manjiera sostenibbli r-riżorsi naturali u d-diversità bijoloġika bħala bażi għall-iżvilupp tal-ġenerazzjonijiet preżenti u tal-futur.

2.   Ir-riżultati tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli kif ukoll l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali multilaterali rilevanti li japplikaw għaż-żewġ Partijiet għandhom jiġu kkunsidrati fl-attivitajiet kollha li jsiru mill-Partijiet taħt dan il-Ftehim.

3.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex ikomplu bil-kooperazzjoni tagħhom fil-programmi reġjonali dwar il-protezzjoni tal-ambjent, b'mod speċifiku fejn jikkonċerna:

(a)

l-għarfien ambjentali u l-kapaċità tal-infurzar tal-liġijiet;

(b)

il-bini tal-kapaċità dwar il-bidla fil-klima u l-effiċjenza fl-enerġija, immirata fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-analiżi tal-bidla fil-klima u tal-effetti serra, u fuq programmi ta' tnaqqis u adattament;

(c)

il-bini tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, inkluż il-bijodiversità, il-bijosikurezza u CITES;

(d)

il-promozzjoni ta' teknoloġiji, prodotti u servizzi ambjentali, inkluż il-bini tal-kapaċità fis-sistemi tal-ġestjoni ambjentali u l-ittikkettar ambjentali;

(e)

il-prevenzjoni tal-moviment transkonfinali illegali ta' sustanzi, skart perikoluż u forom oħra ta' skart;

(f)

l-ambjent kostali u tal-baħar, il-konservazzjoni, it-tniġġiż, u l-kontroll tad-degradazzjoni;

(g)

il-parteċipazzjoni lokali fil-protezzjoni ambjentali u fl-iżvilupp sostenibbli;

(h)

l-immaniġġjar tal-ħamrija u tal-art;

(i)

it-teħid ta' miżuri sabiex ikun miġġieled it-tniġġiż transkonfinali.

4.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-aċċess reċiproku għall-programmi tagħhom f'dan il-qasam, skont it-termini speċifiċi ta' dawn il-programmi.

Artikolu 28

Il-Foresterija

1.   Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jipproteġu, jikkonservaw, u jimmaniġġjaw b'manjiera sostenibbli r-riżorsi forestali u d-diversità bijoloġika tagħhom għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet preżenti u tal-futur.

2.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex ikomplu bil-kooperazzjoni tagħhom ħalli jtejbu l-immaniġġjar tal-foresti u l-kontroll tan-nirien, sabiex jiġi miġġieled il-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat miegħu, il-kontroll tal-foresti, u l-promozzjoni tal-immaniġġjar ta' foresti sostenibbli.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw programmi ta' kooperazzjoni, fost oħrajn fuq:

(a)

Il-kooperazzjoni permezz ta' fora internazzjonali, reġjonali u bilaterali rilevanti dwar il-promozzjoni tal-istabbiliment ta' strumenti legali li jikkonċernaw il-qtugħ illegali ta' siġar u l-kummerċ relatat miegħu

(b)

Il-bini tal-kapaċità, ir-riċerka u l-iżvilupp;

(c)

L-appoġġ għall-iżvilupp ta' settur sostenibbli tal-foresti;

(d)

L-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni tal-foresti.

Artikolu 29

L-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw il-kooperazzjoni dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali. L-oqsma ta' kooperazzjoni li jistgħu jiġu żviluppati aktar jinkludu fost l-oħrajn:

(a)

il-politika agrikola u l-prospetti internazzjonali u agrikoli ġenerali;

(b)

il-possibilitajiet li jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ tal-ħxejjex, tal-bhejjem, u tal-prodotti tagħhom;

(c)

il-politika dwar l-iżvilupp f'żoni rurali;

(d)

politika ta' kwalità għall-ħxejjex, u għall-bhejjem, u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti;

(e)

l-iżvilupp tas-suq u l-promozzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali;

(f)

żvilupp tal-agrikoltura sostenibbli.

Artikolu 30

Il-Baħar u s-Sajd

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fejn jikkonċerna l-baħar u s-sajd, fuq livell bilaterali u multilaterali, partikolarment sabiex jiġu promossi l-iżvilupp u l-immaniġġjar sostenibbli u responsabbli tal-baħar u s-sajd. L-oqsma ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu:

(a)

l-iskambju ta' informazzjoni;

(b)

l-appoġġ għal politika sostenibbli u responsabbli fit-tul dwar il-baħar u s-sajd, inkluż il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi kostali u tal-baħar;

(c)

il-promozzjoni tal-isforzi sabiex jiġu evitati u miġġielda prattiċi ta' sajd illegali, mhux rappurtat u mhux kontrollat; u

(d)

l-iżvilupp tas-suq u l-bini tal-kapaċità.

Artikolu 31

Is-Saħħa

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fis-settur tas-saħħa f'oqsma ta' interess reċiproku, bil-għan li jissaħħew attivitajiet fl-oqsma tar-riċerka, fil-ġestjoni tas-sistemi tas-saħħa, fin-nutrizzjoni, fil-farmaċetwiċi, fil-mediċina preventiva, mard serju li jittieħed bħalma huma l-influwenza tal-għasafar u dik pandemika, l-HIV/AIDS, is-SARS, kif ukoll mard li ma jitteħidx bħalma huwa l-kanċer u l-mard tal-qalb, korrimenti tat-traffiku u theddid ieħor għas-saħħa, inkluż id-dipendenza fuq id-drogi.

2.   Il-kooperazzjoni għandha ssir l-aktar permezz ta':

(a)

skambju ta' informazzjoni u esperjenzi fl-oqsma msemmija aktar 'il fuq;

(b)

programmi dwar l-epidemjoloġija, u d-deċentralizzazzjoni, il-finanzjament tas-saħħa, ir-responsabilizzazzjoni tal-komunità u l-amministrazzjoni tas-servizzi tas-saħħa;

(c)

il-bini tal-kapaċità permezz ta' għajnuna teknika u iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ vokazzjonali;

(d)

programmi sabiex jitjiebu s-servizzi tas-saħħa, u sabiex jiġu appoġġjati attivitajiet relatati inkluż, fost l-oħrajn, it-tnaqqis fir-rati ta' mortalità ta' trabi u ommijiet.

Artikolu 32

L-Istatistika

Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu, b'mod konformi mal-attivitajiet eżistenti dwar il-kooperazzjoni statistika bejn il-Komunità u l-ASEAN, l-armonizzazzjoni ta' metodi u prattika statistika inkluż il-ġbir u d-disseminazzjoni tal-istatistika, li tippermettilhom jużaw, fuq bażi reċiproka aċċettabbli, statistika dwar il-kummerċ ta' oġġetti u servizzi u, b'mod aktar ġenerali, dwar kwalunkwe qasam ieħor kopert b'dan il-Ftehim li huwa adatt għall-ipproċessar tal-istatistika, bħall-ġbir, l-analiżi u d-disseminazzjoni.

Artikolu 33

Il-Protezzjoni tad-Data Personali

1.   Il-Partijiet qed jaqblu li jaħdmu f'dan il-qasam, bl-għan reċiproku li jtejbu l-livell ta' protezzjoni ta' data personali waqt li jikkunsidraw l-aħjar prattika internazzjonali, bħal dik prevista fil-Linji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Kontroll tal-Fajls Kompjuterizzati b'Dejta Personali (ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 45/95 tal-14 ta' Diċembru 1990).

2.   Il-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali tista' tinkludi, inter alia, għajnuna teknika fil-forma ta' skambju ta' informazzjoni u ta' parir espert waqt li jiġu kkunsidrati l-liġijiet u r-regolamenti tal-Partijiet.

Artikolu 34

Migrazzjoni

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza tal-isforzi konġunti fil-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn it-territorji tagħhom, u bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kooperazzjoni dawn għandhom jistabbilixxu djalogu komprensiv fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mal-migrazzjoni, inkluż il-migrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' persuni, kif ukoll il-protezzjoni ta' dawk li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali. L-aspetti ta' migrazzjoni għandhom ikunu inklużi fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet. Iż-żewġ Partijiet qed jaqblu li jirrispettaw il-prinċipji umanitarji sabiex jindirizzaw kwistjonijiet li jikkonċernaw il-migrazzjoni.

2.   Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tkun b'mod konformi ma' valutazzjoni tal- ħtiġiet speċifiċi li ssir f'konsultazzjoni reċiproka bejn il-Partijiet u li tiġi implimentata skont il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ tal-Partijiet. Il-kooperazzjoni, inter alia, għandha tiffoka fuq:

(a)

it-trattament tal-kawżi bażilari tal-migrazzjoni;

(b)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-prattiċi nazzjonali b'mod konformi mal-liġijiet internazzjonali rilevanti li japplikaw għaż-żewġ Partijiet u, b'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tal-prinċipju tan-“non-refoulement”;

(c)

punti identifikati bħala li huma ta' interess reċiproku fil-qasam tal-viżas, id-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-ġestjoni tal-kontroll fuq il-konfini;

(d)

ir-regoli tad-dħul, kif ukoll id-drittijiet u l-istat tal-persuni li jiddaħħlu, it-trattament ġust u l-integrazzjoni ta' persuni barranin li jkunu qed jgħixu b'mod legali, l-edukazzjoni u t-taħriġ, miżuri kontra r-razziżmu u l-ksenofobija;

(e)

il-bini tal-kapaċità teknika u umana;

(f)

l-istabbiliment ta' politika effettiva u preventiva kontra l-migrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' persuni, inkluż metodi sabiex jikkumbattu networks ta' kuntrabandisti u ta' traffikanti u sabiex jipproteġu lill-vittmi ta' dan it-traffikar;

(g)

ir-ritorn, taħt kundizzjonijiet umani u dinjitużi, ta' persuni li jkunu qed jgħixu illegalment inkluż il-promozzjoni tar-ritorn volontarju tagħhom, u d-dħul mill-ġdid ta' dawn il-persuni skont il-paragrafu 3.

3.   Fi ħdan il-qafas ta' kooperazzjoni sabiex tiġi evitata u kkontrollata l-immigrazzjoni illegali, u mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa ta' protezzjoni għall-vittmi tat-traffikar ta' persuni, il-Partijiet qed jaqblu wkoll li:

(a)

jidentifikaw iċ-ċittadini allegati tagħhom u li jaċċettaw mill-ġdid kwalunkwe ċittadin tagħhom li jkun preżenti illegalment fit-territorju ta' Stat Membru jew fl-Indoneżja, fuq talba u mingħajr dewmien u formalitajiet żejda oħrajn ladarba tkun ġiet stabbilita n-nazzjonalità;

(b)

jfornu liċ-ċittadini li jkunu se jerġgħu jiġu aċċettati mill-ġdid bid-dokumenti tal-identità xierqa għal dawn l-għanijiet;

4.   Il-Partijiet, fuq talba, jaqblu li jidħlu f'negozjati bil-ħsieb li jikkonkludu ftehim li jirregola l-obbligi speċifiċi għall-Partijiet dwar l-ammissjoni mill-ġdid, inkluż l-obbligu għall-ammissjoni mill-ġdid taċ-ċittadini rispettivi tagħhom u ta' ċittadini ta' pajjiżi oħra. Dan għandu jindirizza wkoll l-kwistjoni ta' persuni mingħajr ċittadinanza.

Artikolu 35

Il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni

Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw u jikkontribwixxu sabiex jikkumbattu l-kriminalità organizzata, ekonomika u finanzjarja kif ukoll il-korruzzjoni b'mod konformi mal-obbligi internazzjonali reċiproċi tagħhom li hemm fis-seħħ f'dan il-qasam, inkluż kooperazzjoni effettiva fl-irkupru ta' assi jew fondi li jkunu ġejjin minn atti ta' korruzzjoni. Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi element essenzjali għal dan il-Ftehim.

Artikolu 36

Il-Kooperazzjoni fil-Ġlieda Kontra d-Drogi Illegali

1.   Fi ħdan l-oqfsa legali rispettivi tagħhom il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw metodu komprensiv u bilanċjat permezz ta' azzjoni effettiva u ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti inkluż mis-setturi tas-saħħa, tal-edukazzjoni, tal-infurzar tal-liġi inkluż is-servizzi doganali, soċjali, tal-ġustizzja u dawk tal-intern, u r-regolamenti tas-suq legali, bil-għan li jitnaqqsu sakemm huwa possibbli l-forniment, it-traffikar u d-domanda ta' drogi illegali kif ukoll l-impatt tagħhom fuq il-vittmi tad-droga u fuq is-soċjetà ġenerali, u sabiex ikun hemm prevenzjoni aktar effettiva kontra t-tagħwiġ fil-forniment ta' prekursuri kimikali li jintużaw għall-produzzjoni illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi.

2.   Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-mezzi ta' kooperazzjoni sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji miftiehma b'mod komuni skont il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, id-Dikjarazzjoni Politika u d-Dikjarazzjoni Speċjali dwar il-prinċipji ta' gwida rigward it-tnaqqis fid-domanda għad-drogi, li ġew approvati mis-Sessjoni Speċjali dwar id-Drogi tal-Għoxrin Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġunju 1998.

3.   Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet tista' tinkludi skambji ta' opinjonijiet dwar l-oqfsa leġiżlattivi u l-aħjar prattika, kif ukoll għajnuna teknika u amministrattiva fl-oqsma li ġejjin: il-prevenzjoni u t-trattament tal-abbuż mid-drogi, li jkopru skala wiesgħa ta' modalitajiet inkluż it-tnaqqis fil-periklu relatat mal-abbuż tad-drogi; ċentri ta' informazzjoni u monitoraġġ; it-taħriġ tal-impjegati; riċerka relatata mad-drogi; il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-prevenzjoni kontra t-tagħwiġ fil-forniment ta' prekursuri kimikali li jintużaw għall-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi. Il-Partijiet jistgħu jiftiehmu li jinkludu oqsma oħrajn.

4.   Il-Partijiet jistgħu jikkooperaw li jippromwovu politiki ta' żvilupp alternattiv u sostenibbli li jkollhom l-għan li jnaqqsu sakemm ikun possibbli l-kultivazzjoni ta' drogi illegali, b'mod partikolari l-kannabis.

Artikolu 37

Il-Kooperazzjoni fil-Ġlieda Kontra l-Money Laundering

1.   Il-Partijiet qed jaqblu dwar il-ħtieġa li jaħdmu flimkien u li jikkooperaw sabiex jiġi evitat l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom sabiex isir laundering tar-rikavat mill-attivitajiet kriminali kollha bħalma huma t-traffikar tad-drogi u l-korruzzjoni.

2.   Iż-żewġ Partijiet qed jaqblu li jikkooperaw rigward għajnuna teknika u amministrattiva bil-għan li jiġu żviluppati u implimentati regolamenti u l-iffunzjonar effettiv ta' mekkaniżmi sabiex jikkumbattu l-money laundering u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, inkluż l-irkupru ta' assi jew fondi li jkunu ġejjin minn profitti fuq atti kriminali.

3.   Il-kooperazzjoni għandha tippermetti l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjonijiet rispettivi u l-adozzjoni ta' standards xierqa sabiex jiġu miġġielda l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, liema standards ikunu ekwivalenti għal dawk adottatu mill-Komunità u l-entitajiet internazzjonali rilevanti li jaħdmu f'dan il-qasam, bħalma huma t-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar il-money laundering (FATF).

Artikolu 38

Is-Soċjetà Ċivili

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol u l-kontribuzzjoni potenzjali ta' soċjetà ċivili organizzata, speċjalment tal-akkademiċi, fil-proċess ta' djalogu u ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim u qed jaqblu li jippromwovu djalogu effettiv mas-soċjetà ċivili organizzata kif ukoll il-parteċipazzjoni effettiva tagħha.

2.   B'mod konformi ma' prinċipji demokratiċi u mal-liġijiet u mar-regolamenti ta' kull Parti, is-soċjetà ċivili organizzata tista':

(a)

tipparteċipa fil-proċess tat-tfassil ta' politika fuq livell nazzjonali;

(b)

tkun infurmata dwar u tipparteċipa fil-konsultazzjonijiet dwar strateġiji ta' żvilupp u ta' kooperazzjoni kif ukoll dwar politiki settorjali, partikolarment f'dawk l-oqsma li jikkonċernawhom, inkluż l-istadji kollha tal-proċess tal-iżvilupp;

(c)

timmaniġġja b'mod trasparenti kwalunkwe riżors finanzjarju li jiġi allokat lilhom sabiex jiġu appoġġjati l-attivitajiet tagħhom,

(d)

tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni, inkluż il-bini tal-kapaċità, fl-oqsma li jikkonċernawhom.

Artikolu 39

Kooperazzjoni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Istat u l-Amministrazzjoni Pubblika

Il-Partijiet, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġiet speċifiċi li saret permezz ta' konsultazzjoni reċiproka, qed jaqbu li jikkooperaw bl-għan li jimmodernizzaw l-amministrazzjoni pubblika tagħhom, billi inter alia:

(a)

itejbu l-effiċjenza organizzazzjonali;

(b)

iżidu l-effikaċja tal-istituzzjonijiet fil-prestazzjoni tas-servizz;

(c)

jiżguraw l-amministrazzjoni trasparenti tar-riżorsi pubbliċi u r-responsabbiltà;

(d)

itejbu l-qafas legali u istituzzjonali;

(e)

jibnu l-kapaċitajiet għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika (il-prestazzjoni tas-servizz pubbliku, il-kompożizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-baġit, l-anti-korruzzjoni);

(f)

isaħħu s-sistemi ġudizzjarji;

(g)

itejbu l-mekkaniżmi u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.

Artikolu 40

Il-Mezzi ta' Kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet qed jaqblu li jagħmlu disponibbli r-riżorsi xierqa, inklużi l-mezzi finanzjarji, sakemm jippermettu r-riżorsi u r-regolamenti rispettivi tagħhom, sabiex jilħqu l-għanijiet ta' kooperazzjoni stabbiliti f'dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu lill-Bank Ewropew għall-Investiment sabiex ikompli bl-operazzjonijiet tiegħu fl-Indoneżja, b'mod konformi mal-proċeduri u mal-kriterji ta' finanzjament tiegħu u mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Indoneżja.

TITOLU VI

IL-QAFAS ISTITUZZJONALI

Artikolu 41

Kumitat Konġunt

1.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu taħt dan il-Ftehim, Kumitat Konġunt, kompost minn rappreżentanti taż-żewġ naħat fuq l-ogħla livell possibbli, li l-kompiti tiegħu għandhom ikunu li:

(a)

jiżgura l-funzjonament korrett u l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

jistabbilixxi prijoritajiet rigward l-għanijiet ta' dan il-Ftehim;

(c)

isolvi d-differenzi li jinqalgħu fl-applikazzjoni jew fl-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(d)

jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet firmatarji għal dan il-Ftehim sabiex jippromwovu l-finijiet tal-Ftehim u, fejn ikun meħtieġ, sabiex isolvu kwalunkwe nuqqas ta' qbil li jista' jkun hemm fl-applikazzjoni jew fl-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu normalment jiltaqa' mhux inqas minn kull sentejn fl-Indoneżja u fi Brussell alternattivament, f'data li tiġi ffissata bi ftehim reċiproku. Laqgħat straordinarji tal-Kumitat Konġunt jistgħu jsiru bi ftehim bejn il-Partijiet. Il-Kumitat Konġunt għandu jitmexxa b'mod alternattiv minn kull waħda mill-Partijiet. L-aġenda għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita bi ftehim bejn il-Partijiet.

3.   Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma speċjalizzati sabiex jgħinuh fil-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu. Dawn il-gruppi ta' ħidma għandhom jagħmlu rapporti dettaljati dwar l-attivitajiet tagħhom li jiġu sottomessi lill-Kumitat Konġunt f'kull waħda mil-laqgħat tiegħu.

4.   Il-Partijiet qed jaqblu li għandu jkun ukoll il-kompitu tal-Kumitat Konġunt li jiżgura l-funzjonament korrett ta' kwalunkwe ftehim settorjali jew protokoll li jiġi konkluż jew li jkun se jiġi konkluż bejn il-Komunità u l-Indoneżja.

5.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

TITOLU VII

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 42

Il-Klawżola dwar Żviluppi Futuri

1.   Il-Partijiet jistgħu b'kunsens reċiproku jemendaw, jirrevedu, u jespandu dan il-Ftehim bil-ħsieb li jsaħħu l-livell ta' kooperazzjoni, inkluż billi jsaħħuh bi ftehimiet jew protokolli li jikkonċernaw setturi jew attivitajiet speċifiċi.

2.   Rigward l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, iż-żewġ Partijiet jistgħu jressqu suġġerimenti sabiex iwessgħu l-ambitu tal-kooperazzjoni, waqt li jikkunsidraw l-esperjenza li tkun inkisbet fl-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 43

Ftehimiet Oħrajn

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, la dan il-Ftehim u lanqas kwalunkwe azzjoni li tittieħed bis-saħħa tiegħu m'għandha taffettwa b'xi mod is-setgħat tal-Istati Membri sabiex iwettqu attivitajiet ta' kooperazzjoni bilaterali mal-Indoneżja jew sabiex jikkonkludu, fejn xieraq, ftehimiet ġodda ta' sħubija u ta' kooperazzjoni mal-Indoneżja.

2.   Dan il-Ftehim m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-obbligi li jkunu ttieħdu mill-Partijiet rispettivi f'relazzjoni ma' partijiet terzi.

Artikolu 44

Mekkaniżmi ta' Riżoluzzjoni

1.   Kull Parti tista' tirreferi lill-Kumitat Konġunt kwalunkwe diverġenza fl-applikazzjoni jew fl-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jittratta d-diverġenzi b'mod konformi mal-Artikolu 41(1)(c) u (d).

3.   Jekk waħda mill-Partijiet ikun jidhrilha li l-Parti l-oħra tkun naqset milli tilħaq kwalunkwe wieħed mill-obbligi tagħha taħt dan il-Ftehim hija tista' tieħu azzjoni xierqa. Qabel ma tagħmel hekk, ħlief f'każijiet ta' urġenza partikolari, din għandha tippreżenta lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa sabiex tiġi eżaminata s-sitwazzjoni fid-dettal, bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

4.   Il-Partijiet jaqblu li għall-finijiet tal-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni prattika ta' dan il-ftehim, it-terminu “każijiet ta' urġenza partikolari” inkluż fil-paragrafu 3 ifisser każijiet ta' ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali jikkonsisti fi:

(i)

nuqqas ta' rikonoxximent tal-Ftehim li ma jkunx sanzjonat mir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali, jew

(ii)

il-ksur ta' elementi essenzjali tal-Ftehim, kif deskritti fl-Artikoli 1(1), 3(2) u 35.

5.   Fl-għażla tal-azzjonijiet, għandha tingħata prijorità lil dawk li jiddisturbaw l-inqas l-iffunzjonar ta' dan il-Ftehim. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu notifikati immedjatament lill-Parti l-oħra u għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet li jsiru fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk il-Parti l-oħra titlob hekk.

Artikolu 45

Il-Faċilitajiet

Sabiex tiġi faċilitata l-kooperazzjoni fil-qafas ta' dan il-Ftehim, iż-żewġ Partijiet qed jaqblu li jagħtu l-faċilitajiet meħtieġa lill-esperti u lill-uffiċjali awtorizzati kif xieraq li jkunu involuti sabiex jimplimentaw il-kooperazzjoni għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħhom, b'mod konformi mar-regoli interni u mar-regolamenti taż-żewġ Partijiet.

Artikolu 46

Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea japplika taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, minn naħa waħda, u għat-territorju tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra.

Artikolu 47

Definizzjoni tal-Partijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “il-Partijiet” għandha tfisser il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, b'mod konformi mas-setgħat rispettivi tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra.

Artikolu 48

Id-Dħul fis-Seħħ u d-Durata

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-aħħar Parti tkun innotifikat lill-oħra dwar il-konklużjoni tal-proċeduri legali meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim jibqa' validu għal perijodu ta' ħames snin. Dan għandu jiġi estiż b'mod awtomatiku għal perjodi suċċessivi oħra ta' sena, sakemm waħda mill-Partijiet ma tinnotifikax lill-oħra bil-miktub, sa sitt xhur qabel it-tmiem ta' kwalunkwe perjodu ta' sena sussegwenti, dwar l-intenzjoni tagħha li ma testendix dan il-Ftehim.

3.   Kwalunkwe emenda għal dan il-Ftehim għandha ssir bi ftehim bejn il-Partijiet. Kwalunkwe emenda għandha ssir effettiva biss wara li l-aħħar Parti tkun innotifikat lill-oħra li l-formalitajiet kollha meħtieġa jkunu ġew kompletati.

4.   Dan il-Ftehim jista' jiġi terminat minn waħda mill-Partijiet permezz ta' avviż bil-miktub tar-rinunzja lill-Parti l-oħra. It-terminazzjoni tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tkun irċeviet in-notifika.

Artikolu 49

In-Notifika

In-notifika għandha tintbagħat lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Indoneżja, rispettivament.

Artikolu 50

Test Awtentiku

Dan il-Ftehim ġie mfassal fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovena, Spanjola, Żvediża, Slovakka u Indoneżjana, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkunu ugwalment awtentiku.

Съставено в два екземпляра в Джакарта на девети ноември две хиляди и девета година.

Hecho por duplicado en Yakarta el dia nueve de noviembre del año dos mil nueve.

V Jakartě dne devátého listopadu roku dva tisíce devět ve dvou vyhotoveních.

Udfærdiget i Jakarta, den niende november totusinde og ni.

Geschehen zu Jakarta am neunten November zweitausendneun in zwei Urschriften.

Sõlmitud kahes eksemplaris üheksandal novembril kahe tuhande üheksandal aastal Jakartas.

Υπεγράφη στη Τζακάρτα σε δύο αντίτυπα την ενάτη ημέρα του Νοεμβρίου του έτους δύο χιλιάδες εννέα.

Done in duplicate at Jakarta on this ninth day of November in the year two thousand and nine.

Fait en double exemplaire à Djakarta, le neuf novembre de l’année deux mille neuf.

Fatto in duplice copia a Giacarta il nono giorno di novembre dell’anno duemilanove.

Priimta dviem egzemplioriais Džakartoje, du tūkstančiai devintų metų lapkričio devintą dieną.

Készült két eredeti példányban Jakartában, kétezerkilenc november kilencedikén.

Magħmul f’żewġ oriġinali f’Ġakarta f’dan id-disa’ jum ta’ Novembru tas-sena elfejn u disgħa.

Gedaan in tweevoud te Jakarta op negen november tweeduizend negen.

Sporządzono w dwóch egzemplarzach w Dżakarcie dnia dziewiątego listopada roku dwa tysiące dziewiątego.

Feito em dois exemplares, em Jacarta, aos nove dias do mês de Novembro do ano de dois mil e nove.

Încheiat în două exemplare la Jakarta în data de astăzi, nouă noiembrie două mii nouă.

V Jakarte deviateho novembra dvetisícdeväť v dvoch pôvodných vyhotoveniach.

V Džakarti, dne devetega novembra leta dva tisoč devet, sestavljeno v dveh izvodih.

Tehty kahtena kappaleena Jakartassa yhdeksäntenä päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattayhdeksän.

Utfärdat i två exemplar i Jakarta den nionde november år tjugohundranio.

Dibuat dalam rangkap ganda di Jakarta pada tanggal sembilan November tahun dua ribu sembilan.

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Релублика България

Image

Za Českou republiku

Image

På Kongeriget Danmarks vegne

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Gћal Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Pentru România

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovenskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

Untuk Pemerintah Republik Indonesia

Image


ATT FINALI

Il-Plenipotenzjarji ta'

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Komunità”

Kif ukoll

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Istati Membri”

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA

min-naħa l-oħra,

laqgħa f'Ġakarta fid-9 ta' Novembru 2009 għall-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, adottaw il-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni.

Il-plenipotenzjarji tal-Istati Membri u l-plenipotenzjarju tar-Repubblika tal-Indoneżja jieħdu nota tad-Dikjarazzjoni Unilaterali segwenti mill-Komunità Ewropea:

“Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li jagħqu fl-iskop tat-Taqsima III, Titolu IV tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u l-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti mill-Komunità Ewropea, sakemm ir-Renju Unit jew l-Irlanda (skont kif ikun l-każ) jinnotifikaw lir-Repubblika tal-Indoneżja li intrabtu bħala parti mill-Komunità Ewropea skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. L-istess japplika għad-Danimarka, skont il-Protokoll anness ma' dawk it-Trattati dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.”


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni

(2014/230/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100, 191(4), 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/229/UE (2), il-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fid-9 ta' Novembru 2009, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jikkonċernaw ir-riammissjoni, u għalhekk jaqgħu taħt l-ambitu ta' Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat. Deċiżjoni separata (3) relatata ma' dawk id-dispożizzjonijiet, kif jinsabu fl-Artikolu 34(3) tal-Ftehim, ser tiġi adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (4), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(3) tiegħu, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà għandhom jippresjedu l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 41 tal-Ftehim. L-Unjoni jew, skont il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandha tkun irrappreżentata/għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 48(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  L-approvazzjoni ngħatat fis-26 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/229/UE tas-27 ta' Ottubru 2009 dwar l-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/231/UE tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (ara paġna 46 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

(4)  It-tets tal-Ftehim kien ippubblikat fil-ĠU L 125, 26.4.2014, p. 17 flimkien mad-deċiżjoni fuq il-firma.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-materji relatati mar-riammissjoni

(2014/231/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/229/UE (2), il-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fid-9 ta' Novembru 2009, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(3)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, ħlief dawk tal-Artikolu 34(3) relatati mar-riammissjoni, huma s-suġġetti ta' Deċiżjoni (3) separata li ser tiġi adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra huwa (4), fir-rigward tal-Artikolu 34(3) tiegħu, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jippresjiedu l-Kumitat previst fl-Artikolu 41 tal-Ftehim. L-Unjoni jew, skont il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandha tkun irrappreżentata/għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 48(1) tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Kunsens mogħti fis-26 ta' Frar 2014 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/229/UE tas-27 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/230/UE tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (ara paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

(4)  It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 125, 26.4.2014, p. 17 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

(2014/232/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' April 2007, il-Kunsill approva l-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Gaboniża u l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Sħubija”), bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2007 (1).

(2)

L-Unjoni nnegozjat Protokoll ġdid mar-Repubblika Gaboniża li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika Gaboniża teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd.

(3)

Dan il-Protokoll ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/462/UE (2) u għandu japplika provviżorjament mill-24 ta' Lulju 2013 (3).

(4)

Huwa xieraq li l-Protokoll ġdid jiġi approvat.

(5)

Il-Ftehim ta' Sħubija jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Barra minn hekk, f'konformità mal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Bl-iskop li jiġu implimentati dawn il-modifiki, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi, biex tapprovahom skont proċedura ssimplifikata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża (minn hawn il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) huwa approvat f'isem l-Unjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f'isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 15 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Soġġett għad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tapprova, f'isem l-Unjoni, il-modifiki għall-Protokoll fil-Kumitat Konġunt.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2007 tas-16 ta' April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/462/UE tat-22 ta' Lulju 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża (ĠU L 250, 20.9.2013, p. 1).

(3)  Informazzjoni dwar id-data tal-firma tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża (ĠU L 229, 28.8.2013, p. 1).

(4)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 250, 20.9.2013, p. 2, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


ANNESS

Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt

1.

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika Gaboniża u, fejn adatt u sakemm tkun konformi mal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, tapprova l-modifiki tal-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd f'konformità mal-Artikoli 5 u 6 tal-Protokoll;

(b)

deċiżjoni dwar il-modalitajiet tal-appoġġ settorjali f'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll;

(c)

speċifikazzjonijiet tekniċi u modalitajiet li jaqgħu fis-setgħat tal-Kumitat Konġunt f'konformità mal-Anness għall-Protokoll.

2.

Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, l-Unjoni għandha:

(a)

taġixxi f'konformità mal-objettivi li għandha l-Unjoni fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(b)

tkun konformi mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2012 rigward Komunikazzjoni dwar id-dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(c)

tippromwovi pożizzjonijiet li huma konsistenti mar-regoli rilevanti adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd.

3.

Meta huwa previst li deċiżjoni dwar modifiki għall-Protokoll msemmija fil-paragrafu 1 ser tiġi adottata waqt Laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni tieħu kont tal-informazzjoni statistika, bijoloġika u dik rilevanti oħra l-aktar reċenti mibgħuta lill-Kummissjoni.

Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jibgħatu lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu, fi żmien suffiċjenti qabel il-Laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni, għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), il-Kunsill għandu japprova l-pożizzjoni tal-Unjoni b'maġġoranza kwalifikata tal-voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni tal-Unjoni kif ippreżentata fid-dokument tal-Kummissjoni għandha titqies li tkun ġiet approvata, sakemm numru ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka ma joġġezzjonawx waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 ġurnata minn meta jkun wasal id-dokument preparatorju, skont liema jiġi l-ewwel. Fil-każ ta' oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lura lill-Kunsill.

Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inkluż dawk fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil li permezz tiegħu l-pożizzjoni tal-Unjoni tieħu kont ta' elementi ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-passi kollha meħtieġa, fi żmien debitu, biex tiżgura s-segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun il-każ, il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni.


REGOLAMENTI

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/51


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 424/2014

tat-22 ta' April 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Prekmurska šunka (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba tas-Slovenja biex id-denominazzjoni “Prekmurska šunka” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Prekmurska šunka” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 361, 11.12.2013, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Prekmurska šunka (IĠP)


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/53


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 425/2014

tat-22 ta' April 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Tørrfisk fra Lofoten (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-domanda għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Tørrfisk fra Lofoten” imressqa mill-grupp ta' produtturi “Tørrfisk fra Lofoten AS” (in-Norveġja) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Tørrfisk fra Lofoten” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 361, 11.12.2013, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski u krustaċji u l-prodotti dderivati minnhom

IN-NORVEĠJA

Tørrfisk fra Lofoten (IĠP)


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 426/2014

tal-25 ta' April 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jistipula li x-xorb spirituż tal-kategorija 16 “Spirtu ta' (segwit minn isem il-frotta jew berry), miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni” jista' jinkiseb permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni ta' frott jew berries elenkati fih. F'ċerti Stati Membri, dan it-tip ta' xorb spirituż huwa tradizzjonalment prodott ukoll minn frott ieħor, li mhuwiex inkluż f'dik il-lista. Għaldaqstant il-lista ta' frott jew berries użata fil-produzzjoni ta' xorb spirituż taħt dik il-kategorija għandha tiġi estiża.

(2)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jistipula li x-xorb spirituż tal-kategorija 24 “Akvavit jew aquavit” huwa xorb spirituż bit-togħma tal-anisi (karawaj) u/jew taż-żerriegħa tax-xibt mogħti t-togħma b'distillat ta' pjanti jew ħwawar. Dak ix-xorb spirtuż huwa prodott tradizzjonalment bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola. Il-kategorija tax-xorb spirituż attwali “Akvavit jew aquavit” ma tispeċifikax, l-obbligu tal-użu tal-alkoħol etiliku. Madankollu, l-użu tal-alkoħol etiliku fil-produzzjoni tal-“Akvavit jew aquavit” huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt (a) tal-kategorija 16, il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

miksuba mill-frott jew berries li ġejjin:

tut salvaġġ (Rubus fruticosus auct. aggr.),

frawli (Fragaria spp.),

mirtill (Vaccinium myrtillus L.),

lampun (Rubus idaeus L.),

passolina ħamra (Ribes rubrum L.),

passolina bajda (Ribes niveum Lindl.),

passolina sewda (Ribes nigrum L.).

pruna salvaġġa (Prunus spinosa L.),

rowanberry (Sorbus aucuparia L.),

frott taż-żorba (Sorbus domestica L.),

frotta tal-ileks (Ilex aquifolium and Ilex cassine L.),

checkerberry (Sorbus torminalis (L.) Crantz),

frotta tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),

ribes (Ribes uva-crispa L. syn. Ribes grossularia),

cranberry (Vaccinium L. subgenus Oxycoccus),

lingonberry (Vaccinium vitis-idaea L.),

mirtill tal-pjanta għolja — għoli (Vaccinium corymbosum L.),

sea-buckthorn (Hippophae rhamnoides L.),

rosehip (Rosa canina L.),

frott l-għollieq tal-muntanji (‘cloudberry’) (Rubus chamaemorus L.),

crowberry (Empetrum nigrum L.),

frott l-għollieq tal-artiku (arctic bramble) (Rubus arcticus L.),

riħan (Myrtus communis L.),

banana (Musa spp.),

frotta tal-passjoni (Passiflora edulis Sims),

ambarella (Spondias dulcis Sol. ex Parkinson),

hog plum (Spondias mombin L.)

ġewż (Juglans regia L.),

ġellewż (Corylus avellana L.),

qastan (Castanea sativa L.),

frott taċ-ċitru (Citrus spp. L.),

bajtar tax-xewk (Opuntia ficus-indica).”

(2)

Fil-kategorija 24, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Akvavit jew aquavit huwa xarba spirituża bit-togħma tal-anisi u/jew taż-żerriegħa tax-xibt prodott bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, mogħti t-togħma b'distillat ta' pjanti jew ħwawar.”.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/57


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 427/2014

tal-25 ta' April 2014

li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp u l-użu bikri ta' teknoloġiji ġodda u avvanzati li jnaqqsu l-emissjoni ta' CO2 tal-vetturi, ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 jagħti lill-manifatturi u lill-fornituri l-possibbiltà li japplikaw għall-approvazzjoni ta' ċerti teknoloġiji innovattivi li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-kriterji li permezz tagħhom jiġu ddeterminati liema teknoloġiji għandhom ikunu eliġibbli bħala ekoinnovazzjonijiet skont dak ir-Regolament.

(2)

Huwa xieraq li titqies l-esperjenza miksuba bl-introduzzjoni ta' skema għal teknoloġiji innovattivi għal karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u japplikaw l-istess kriterji ta' eliġibbiltà għal vetturi kummerċjali ħfief. Madanakollu, għandha ssir distinzjoni fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief li huma mibnija u approvati skont it-tip fi stadji multipli. Għal dawk il-vetturi, huwa f'loku li ċ-ċertifikazzjoni tiġi limitata għat-tnaqqis tas-CO2 għal ekoinnovazzjonijiet applikati għall-vettura bażi.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 12(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, teknoloġiji li huma parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni spjegat f'żewġ Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2007 (3), u ġew regolati f'liġi tal-Unjoni, jew teknoloġiji oħra li huma mandatorji skont il-liġi tal-Unjoni, mhumiex eliġibbli bħala ekoinnovazzjonijiet skont dak ir-Regolament. Dawk it-teknoloġiji jinkludu sistemi għall-monitoraġġ tal-pressjoni fit-tajers, reżistenza għall-irrumblar tat-tajers u indikaturi tal-qlib tal-gerijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u, fir-rigward tar-reżistenza għall-irrumblar tat-tajers, ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(4)

Teknoloġija li ilha għal xi żmien disponibbli b'mod wiesa' fis-suq, ma tistax tiġi kkunsidrata innovattiva fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u għaldaqstant ma għandhiex tkun eliġibbli bħala ekoinnovazzjoni. Sabiex ikun żgurat paralleliżmu sħiħ mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, huwa f'loku li jkun stipulat li huma biss it-teknoloġiji li kienu ġew applikati fi 3 % jew inqas tal-vetturi kummerċjali ħfief kollha reġistrati fl-2009 għandhom ikunu eliġibbli bħala ekoinnovazzjonijiet. Dawk il-limiti għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni mhux aktar tard mill-2016.

(5)

Sabiex jiġu promossi t-teknoloġiji bl-ogħla potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief, u partikolarment l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi ta' propulsjoni, għandhom ikunu eliġibbli biss dawk it-teknoloġiji li huma intrinsiċi għall-funzjoni tat-trasport tal-vettura u li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-titjib tal-konsum ġenerali tal-enerġija tal-vettura. It-teknoloġiji li huma sekondarji għal dak l-iskop jew li għandhom l-għan li jtejbu l-kumdità tas-sewwieq jew tal-passiġġieri ma għandhomx ikunu eliġibbli.

(6)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011, l-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu kemm mill-manifatturi kif ukoll mill-fornituri. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-evidenza meħtieġa li l-kriterji tal-eliġibbiltà huma ssodisfati b'mod sħiħ, inkluża metodoloġija għall-kejl tal-iffrankar ta' CO2 mit-teknoloġija innovattiva.

(7)

Għandu jkun possibbli li l-iffrankar ta' CO2 mill-ekoinnovazzjoni jitkejjel bi grad sodisfaċenti ta' eżattezza. Dik l-eżattezza tista' tinkiseb biss fejn l-iffrankar huwa ta' 1 g CO2/km jew aktar.

(8)

Meta l-iffrankar ta' CO2 ta' teknoloġija jiddependi mill-imġiba tas-sewwieq jew fuq fatturi oħra li jmorru lil hinn mill-kontroll tal-applikant, dik it-teknoloġija għandha bi prinċipju titqies bħala mhux eliġibbli bħala ekoinnovazzjoni, sakemm mhuwiex possibbli, abbażi ta' evidenza statistika qawwija u indipendenti, li jsiru suppożizzjonijiet verifikabbli dwar l-imġiba medja ta' sewwieq.

(9)

Iċ-ċiklu tat-test standard użat għall-kejl tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vettura ma jurix l-iffrankar kollu li jista' jiġi attribwit għal ċerti teknoloġiji. Sabiex jinħolqu l-inċentivi meħtieġa għall-innovazzjoni, għandu jitqies biss dak l-iffrankar li ma jiġix ikkunsidrat miċ-ċiklu tat-test standard għall-kalkolu tal-iffrankar totali ta' CO2.

(10)

Meta jintwera l-iffrankar ta' CO2, għandu jsir tqabbil bejn l-istess vetturi bl-ekoinnovazzjoni u mingħajr l-ekoinnovazzjoni. Il-metodoloġija tal-ittestjar għandha tipprovdi kejl verifikabbli u komparabbli li jista' jiġi ripetut. Biex ikun żgurat ambjent b'kundizzjonijiet ekwi u, fin-nuqqas ta' ċiklu tas-sewqan maqbul u iktar realistiku, it-tendenzi tas-sewqan fiċ-Ċiklu l-Ġdid Ewropew tas-Sewqan kif jissemma fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (6) għandhom jintużaw bħala referenza komuni. Il-metodoloġija tal-ittestjar għandha tkun ibbażata fuq kejl fuq dinamometru tax-xażi jew fuq immudellar jew simulazzjoni meta tali metodoloġiji jkunu jagħtu riżultati aħjar u aktar eżatti.

(11)

Il-linji gwida dwar il-preparazzjoni tal-applikazzjoni u tal-metodoloġiji tal-ittestjar għandhom jingħataw mill-Kummissjoni u jiġu aġġornati regolarment biex iqisu l-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet differenti.

(12)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011, l-applikazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn rapport ta' verifika mogħti minn korp indipendenti u ċċertifikat. Dak il-korp għandu jkun servizz tekniku ta' kategorija A jew B kif imsemmi fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Madanakollu, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-korp, is-servizzi tekniċi magħżula f'konformità mal-Artikolu 41(6) ta' dik id-Direttiva ma għandhomx jitqiesu bħala korp indipendenti u ċċertifikat fi ħdan it-tifsira ta' dan ir-Regolament. Il-korp għandu, flimkien mar-rapport tal-verifika, jipprovdi evidenza rilevanti tal-indipendenza tiegħu mill-applikant.

(13)

Sabiex jiġu żgurati r-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ effiċjenti tal-iffrankar speċifiku għall-vetturi individwali, l-iffrankar għandu jkun iċċertifikat bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip ta' vettura u l-iffrankar totali għandu jiddaħħal fiċ-ċertifikat ta' konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE.

(14)

Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tivverifika fuq bażi ad hoc l-iffrankar totali ċċertifikat għall-vetturi individwali. Meta jkun evidenti li l-iffrankar iċċertifikat huwa inkonsistenti mal-livell tal-iffrankar li jirriżulta mid-deċiżjoni li tapprova teknoloġija bħala ekoinnovazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista' ma tikkunsidrax l-iffrankar ta' CO2 iċċertifikat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2. Madanakollu, il-manifattur għandu jingħata perjodu ta' żmien limitat li matulu jista' juri li l-valuri ċċertifikati huma eżatti.

(15)

Sabiex tiġi żgurata proċedura trasparenti tal-applikazzjoni, għandu jkun hemm informazzjoni fil-qosor disponibbli għall-pubbliku dwar l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi u l-ittestjar tal-metodoloġiji. Ladarba approvati, il-metodoloġiji tal-ittestjar għandhom ikunu aċċessibbli pubblikament. L-eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandhom japplikaw kif xieraq.

(16)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni għal, u l-valutazzjoni, l-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Kwalunkwe teknoloġija li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li ġejjin ma għandhiex titqies bħala teknoloġija innovattiva:

(a)

titjib fl-effiċjenza għal sistemi tal-arja kkundizzjonata;

(b)

sistemi ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;

(c)

ir-reżistenza tat-tidwir tat-tajers li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009;

(d)

l-indikaturi tal-qlib tal-gerijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;

(e)

l-użu ta' bijofjuwils.

2.   Tista' ssir applikazzjoni skont dan ir-Regolament fir-rigward ta' teknoloġija, sakemm jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun ġiet applikata fi 3 % jew inqas tal-karozzi ġodda kollha rreġistrati fl-2009;

(b)

tkun tirrelata ma' oġġetti intrinsiċi għall-operazzjoni effiċjenti tal-vettura u tkun kompatibbli mad-Direttiva 2007/46/KE.

3.   Fil-każ ta' vetturi lesti, ekoinnovazzjonijiet applikati fuq vettura bażi li hija approvata skont it-tip tal-KE biss bħala vettura mhux lesta għandhom jitqiesu għaċ-ċertifikazzjoni ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 11.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“teknoloġija innovattiva” tfisser teknoloġija jew taħlita ta' teknoloġiji b'fatturi u karatteristiċi tekniċi simili (pakkett teknoloġiku innovattiv) fejn l-iffrankar ta' CO2 jista' jintwera permezz ta' metodoloġija tal-ittestjar waħda u fejn kull teknoloġija individwali li tagħmel parti mit-taħlita taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni speċifikat fl-Artikolu 2;

(2)

“fornitur” tfisser il-manifattur ta' teknoloġija innovattiva responsabbli għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fl-Unjoni jew l-importatur;

(3)

“applikant” tfisser il-manifattur jew il-fornitur li qed iressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' teknoloġija innovattiva bħala ekoinnovazzjoni;

(4)

“ekoinnovazzjoni” tfisser teknoloġija innovattiva akkumpanjata b'metodoloġija tal-ittestjar li ġiet approvata mill-Kummissjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(5)

“korp indipendenti u ċċertifikat” tfisser servizz tekniku tal-kategorija A jew tal-kategorija B imsemmi fl-Artikolu 41(3)(a) u (b) tad-Direttiva 2007/46/KE li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 42 ta' dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' servizzi tekniċi magħżula skont l-Artikolu 41(6) ta' dik id-Direttiva;

(6)

“vettura ta' bażi” tfisser vettura li hija użata għall-għan tal-wiri tal-iffrankar ta' CO2 minn ekoinnovazzjonijiet billi titqabbel ma' vettura li jkollha applikata t-teknoloġija innovattiva.

Artikolu 4

Applikazzjoni

1.   Għandha titressaq applikazzjoni bil-miktub tal-approvazzjoni ta' teknoloġija innovattiva bħala ekoinnovazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ kollha għandhom jiġu mressqa permezz tal-posta elettronika jew ta' trasportatur ta' dejta elettronika jew jittellgħu f'server ġestit mill-Kummissjoni. L-applikazzjoni bil-miktub għandha telenka d-dokumentazzjoni ta' appoġġ.

2.   L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

id-dettalji ta' kuntatt tal-applikant;

(b)

deskrizzjoni tat-teknoloġija innovattiva u l-mod kif inhi applikata fuq vettura, inkluża l-evidenza li t-teknoloġija taqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni speċifikat fl-Artikolu 2;

(c)

deskrizzjoni fil-qosor tat-teknoloġija innovattiva, inklużi dettalji li jappoġġaw li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) ġew issodisfati, u l-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija fil-punt (e) ta' dan il-paragrafu li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku mat-tressiq tal-applikazzjoni lill-Kummissjoni;

(d)

indikazzjoni stmata tal-vetturi individwali li jista' jkollhom applikata, jew li huma maħsuba biex ikollhom applikata, it-teknoloġija innovattiva, u t-tnaqqis stmat tal-emissjonijiet ta' CO2 għal dawk il-vetturi mit-teknoloġija innovattiva;

(e)

metodoloġija li għandha tintuża għad-dimostrazzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 tat-teknoloġija innovattiva, jew meta metodoloġija bħal din kienet diġà ġiet approvata mill-Kummissjoni, referenza għall-metodoloġija approvata;

(f)

evidenza li turi li:

(i)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub permezz tat-teknoloġija innovattiva jissodisfa l-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), filwaqt li jitqies kwalunkwe deterjorament tat-teknoloġija tul iż-żmien;

(ii)

it-teknoloġija innovattiva mhijiex koperta miċ-ċiklu tat-test standard għall-kejl tas-CO2 imsemmi fl-Artikolu 12(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 kif speċifikat fl-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament;

(iii)

l-applikant huwa responsabbli għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 tat-teknoloġija innovattiva kif speċifikat fl-Artikolu 9(3);

(g)

rapport ta' verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat kif speċifikat fl-Artikolu 7.

Artikolu 5

Vettura ta' bażi u vettura ta' ekoinnovazzjoni

1.   Għall-fini tad-dimostrazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 imsemmija fl-Artikolu 8, l-applikant għandu jagħżel:

(a)

vettura ta' ekoinnovazzjoni li għandu jkollha applikata t-teknoloġija innovattiva;

(b)

vettura ta' bażi li ma għandux ikollha applikata t-teknoloġija innovattiva iżda li tkun identika fl-aspetti l-oħra kollha għall-vettura ta' ekoinnovazzjoni.

2.   Fil-każ ta' teknoloġija innovattiva li tkun se tiġi applikata fuq vettura mhux lesta, il-vettura bażi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tirrifletti l-istat ta' tlestija tal-vettura ta' ekoinnovazzjoni.

3.   Jekk l-applikant iqis li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8 u 9 tista' tintwera mingħajr l-użu ta' vettura bażi u vettura ta' ekoinnovazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-applikazzjoni għandha tinkludi d-dettalji meħtieġa li jiġġustifikaw dik il-konklużjoni u metodoloġija li tipprovdi riżultati ekwivalenti.

Artikolu 6

Metodoloġija tal-ittestjar

1.   Il-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija fl-Artikolu 4(2)(e) għandha tagħti riżultati li huma verifikabbli, li jistgħu jiġu ripetuti u li huma komparabbli. Għandha tkun kapaċi turi b'mod realistiku l-benefiċċji, b'sinifikanza statistika qawwija, tat-teknoloġija innovattiva f'termini ta' emissjonijiet ta' CO2 u, fejn rilevanti, tikkunsidra l-interazzjoni ma' ekoinnovazzjonijiet oħrajn.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar il-preparazzjoni ta' metodoloġiji tal-ittestjar għal teknoloġiji innovattivi potenzjali differenti li jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Rapport ta' verifika

1.   Ir-rapport ta' verifika msemmi fl-Artikolu 4(2)(g) għandu jiġi stabbilit minn korp indipendenti u ċċertifikat li ma jagħmilx parti mill-kumpanija tal-applikant jew ikun konness b'mod ieħor ma' dik l-entità.

2.   Għall-finijiet tar-rapport ta' verifika, il-korp indipendenti u ċċertifikat għandu:

(a)

jivverifika li l-kriterji tal-eliġibbiltà speċifikati fl-Artikolu 2(2) jiġu ssodisfati;

(b)

jivverifika li l-informazzjoni mogħtija f'konformità mal-Artikolu 4(2)(f) tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 9;

(c)

jivverifika li l-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija fl-Artikolu 4(2)(e) hija xierqa għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mit-teknoloġija innovattiva għall-vetturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 4(2)(d), u tissodisfa r-rekwiżiti minimi speċifikati fl-Artikolu 6(1);

(d)

jivverifika li t-teknoloġija innovattiva hija kompatibbli mar-rekwiżiti rilevanti speċifikati għat-tip ta' approvazzjoni tal-vettura;

(e)

jiddikkjara li tissodisfa r-rekwiżit speċifikat fil-paragrafu 1.

Għall-finijiet tal-punt (c), il-korp indipendenti u ċċertifikat għandu jipprovdi l-protokolli għall-ittestjar stabbiliti għall-verifika.

3.   Għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 f'konformità mal-Artikolu 11, il-korp indipendenti u ċċertifikat għandu, fuq talba tal-manifattur, ifassal rapport dwar l-interazzjoni bejn bosta ekoinnovazzjonijiet applikati fuq tip, varjant jew verżjoni waħda ta' vettura.

Ir-rapport għandu jispeċifika l-iffrankar ta' CO2 mill-ekoinnovazzjonijiet differenti waqt li jikkunsidra l-impatt tal-interazzjoni.

4.   Ir-rapport ta' verifika jista' jkun limitat biex jinkludu biss il-protokolli għall-ittestjar msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, fejn l-applikant qed jibbaża l-applikazzjoni tiegħu fuq dejta u suppożizzjonijiet li diġà ġew approvati mill-Kummissjoni jew li huma inklużi fil-gwida msemmija fl-Artikolu 6(2).

Artikolu 8

Wiri ta' emissjonijiet CO2

1.   L-emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin għandhom jintwerew għal għadd ta' vetturi li jirrappreżentaw il-vetturi individwali indikati f'konformità mal-Artikolu 4(2)(d):

(a)

l-emissjonijiet ta' CO2 mill-vettura ta' bażi u mill-vettura ta' ekoninnovazzjoni bit-teknoloġija innovattiva li jkunu qed jitħaddmu li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 4(2)(e);

(b)

l-emissjonijiet ta' CO2 mill-vettura ta' bażi u mill-vettura ta' ekoninnovazzjoni bit-teknoloġija ta' innovazzjoni li jkunu qed jitħaddmu li jirriżultaw mill-applikazzjoni taċ-ċiklu tat-test standard imsemmi fl-Artikolu 12(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Il-wiri tal-emissjonijiet ta' CO2 f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jitwettaq f'kundizzjonijiet tal-ittestjar li huma identiċi għat-testijiet kollha.

2.   L-iffrankar totali għal vettura individwali għandu jkun id-differenza bejn l-emissjonijiet murija skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Meta jkun hemm differenza bejn l-emissjonijiet murija f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dik id-differenza għandha titnaqqas mill-iffrankar totali muri skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Artikolu 9

Kriterji ta' eliġibbiltà

1.   It-tnaqqis minimu miksub bit-teknoloġija innovattiva għandu jkun 1 g CO2/km. Dak il-livell limitu għandu jitqies li ntlaħaq meta l-iffrankar totali għat-teknoloġija innovattiva jew il-pakkett ta' teknoloġija innovattiva muri f'konformità mal-Artikolu 8(2) ikun 1 gm CO2/km jew aktar.

2.   Meta l-iffrankar totali ta' teknoloġija innovattiva ma jinkludi l-ebda iffrankar muri fiċ-ċiklu tat-test standard f'konformità mal-Artikolu 8(2), it-teknoloġija innovattiva jew il-pakkett ta' teknoloġija innovattiva għandhom jitqiesu li mhumiex koperti biċ-ċiklu tat-test standard.

3.   Id-deskrizzjoni teknika tat-teknoloġija innovattiva msemmija fl-Artikolu 4(2)(b) għandha tipprovdi d-dettalji meħtieġa biex turi li l-prestazzjoni f'termini ta' tnaqqis tas-CO2 tat-teknoloġija mhuwiex dipendenti fuq il-konfigurazzjonijiet jew l-għażliet li ma jiddependux mill-kontroll tal-applikant.

Meta d-deskrizzjoni hija bbażata fuq suppożizzjonijiet, dawk is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu verifikabbli u bbażati fuq evidenza statistika qawwija u indipendenti li tappoġġahom u li tappoġġa wkoll l-applikabbiltà tagħhom fl-Unjoni kollha.

Artikolu 10

Valutazzjoni ta' applikazzjoni għal ekoinnovazzjoni

1.   Mal-wasla ta' applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament deskrizzjoni fil-qosor tat-teknoloġija innovattiva u l-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija fl-Artikolu 4(2)(c).

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni u, fi żmien disa' xhur mill-wasla ta' applikazzjoni kompluta, għandha tapprova t-teknoloġija innovattiva bħala ekoinnovazzjoni flimkien mal-metodoloġija tal-ittestjar, sakemm ma jkunx hemm oġġezzjonijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà tat-teknoloġija jew l-adegwatezza tal-metodoloġija tal-ittestjar.

Id-deċiżjoni li t-teknoloġija innovattiva tkun approvata bħala ekoinnovazzjoni għandha tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, soġġetta għall-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet għad-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.   Il-Kummissjoni tista' titlob aġġustamenti tal-metodoloġija tal-ittestjar proposta jew titlob l-użu ta' metodoloġija tal-ittestjar approvata differenti minn dik proposta mill-applikant. L-applikant għandu jiġu kkonsultat dwar l-aġġustament propost jew dwar l-għażla tal-metodoloġija tal-ittestjar.

4.   Il-perjodu ta' valutazzjoni jista' jiġi estiż b'ħames xhur meta l-Kummissjoni ssib li, minħabba l-kumplessità tat-teknoloġija innovattiva u l-metodoloġija tal-ittestjar li takkumpanjaha jew minħabba d-daqs u l-kontenut tal-applikazzjoni, l-applikazzjoni ma tkunx tista tiġi vvalutata b'mod xieraq fi żmien il-perjodu ta' valutazzjoni ta' disa' xhur.

Jekk il-perjodu ta' valutazzjoni jkun se jiġi estiż il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-applikant fi żmien 40 jum mill-walsa tal-applikazzjoni.

Artikolu 11

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 mill-ekoinnovazzjonijiet

1.   Manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji ta' CO2 speċifiċi tiegħu bil-għan li jissodisfa l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu permezz tal-iffrankar ta' CO2 minn ekoinnovazzjoni, għandu japplika għand awtorità ta' approvazzjoni fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2007/46/KE għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura lesta jew mhux lesta li għandha l-ekoinnovazzjoni applikata. L-applikazzjoni għal ċertifikat għandha, flimkien mad-dokumenti li jagħtu l-informazzjoni meħtieġa speċifikata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2007/46/KE, tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova ekoinnovazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   L-iffrankar ta' CO2 iċċertifikat tal-ekoinnovazzjoni muri skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandu jiġi speċifikat separatament kemm fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip kif ukoll fiċ-ċertifikat ta' konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE, abbażi tat-testijiet imwettqa mis-servizzi tekniċi skont l-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva, permezz tal-metodoloġija tal-ittestjar approvata.

Meta l-iffrankar ta' CO2 ta' ekoinnovazzjoni għal tip, varjant jew verżjoni speċifiċi jkun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), l-iffrankar ma għandux jiġi ċċertifikat.

3.   Meta l-vettura jkollha aktar minn ekoinnovazzjoni waħda, l-iffrankar ta' CO2 għandu jintwera separatment għal kull ekoinnovazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(1). It-total tal-iffrankar li jirriżulta, iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 8(2) għal kull ekoinnovazzjoni, għandu jipprovdi l-iffrankar totali ta' CO2 għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni ta' dik il-vettura.

4.   Meta l-interazzjoni bejn bosta ekoinnovazzjonijiet mgħammra f'vettura waħda ma tkunx tista' tiġi eskluża minħabba li dawn ikunu b'mod ċar ta' natura differenti, il-manifattur għandu jindika dan fl-applikazzjoni lill-awtorità ta' approvazzjoni u għandu jipprovdi rapport mill-korp indipendenti u ċċertifikat dwar l-impatt tal-interazzjoni fuq l-iffrankar tal-ekoinnovazzjonijiet fil-vettura kif imsemmi fl-Artikolu 7(3).

Fejn, minħabba dik l-interazzjoni, l-iffrankar totali jkun inqas minn 1 g CO2/km immultiplikat mal-għadd ta' ekoinnovazzjonijiet, għandu jitqies biss dak l-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet li jissodisfa l-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 9(1) fil-kalkolu tal-iffrankar totali f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Eżami taċ-ċertifikazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċertifikazzjonijiet u l-iffrankar ta' CO2 attribwiti lil vetturi individwali jiġu vverifikati fuq bażi ad hoc.

Meta ssib li hemm differenza bejn l-iffrankar ta' CO2 iċċertifikat, u l-iffrankar li jkun ivverifikat permezz tal-metodoloġija jew il-metodoloġiji tal-ittestjar rilevanti, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifattur dwar is-sejbiet tagħha.

Il-manifattur jista', fi żmien 60 jum mill-wasla tan-notifika, iressaq quddiem il-Kummissjoni l-evidenza li turi l-eżattezza tal-iffrankar ta' CO2 iċċertifikat. Fuq talba tal-Kummissjoni, għandu jitressaq ir-rapport dwar l-interazzjoni ta' ekoinnovazzjonijiet differenti msemmijin fl-Artikolu 7(3).

2.   Meta l-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 ma tingħatax fil-perjodu ta' żmien indikat, jew issib li l-evidenza mogħtija mhijiex sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tqisx l-iffrankar ta' CO2 iċċertifikat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' dak il-manifattur għas-sena kalendarja ta' wara.

3.   Manifattur li l-iffrankar ta' CO2 ċċertifikat tiegħu mhuwiex jiġi meqjus aktar jista' japplika għal ċertifikazzjoni ġdida tal-vetturi kkonċernati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11.

Artikolu 13

Żvelar ta' informazzjoni

L-applikant li jitlob li l-informazzjoni ppreżentata skont dan ir-Regolament tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali għandu jiġġustifika għalfejn japplikaw xi wħud mill-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Artikolu 14

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2007)19 finali — Riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2007)22 finali — Qafas Regolatorju Awtomobilistiku għas-Seklu 21.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/64


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 428/2014

tal-25 ta' April 2014

li jadotta miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Litwanja u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 324/2014 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Polonja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 220(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (2) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għal kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. Għaldaqstant, skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/43/UE (3), kif ikkonfermat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/93/UE (4), u skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE (5), il-Litwanja trid tiżgura li ż-żona infettata fit-territorju tagħha tirreferi mill-anqas għaż-żona infettata mniżżla fl-Annessi ta' dawn id-Deċiżjonijiet.

(2)

Bil-ħsieb li jkun evitat it-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u sabiex ikun evitat aktar xkiel għall-kummerċ fil-Litwanja u 'l barra minnha, fis-17 ta' Frar 2014 (6) il-Litwanja adottat xi miżuri preventivi addizzjonali f'dik iż-żona infettata. Konsegwentement, il-kummerċjalizzazzjoni ta' ħnieżer ħajjin, inklużi qżieqeż, laħam frisk tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal minn dik iż-żona infettata hija soġġetta għal miżuri ta' sorveljanza partikolari, għal tikkettar obbligatorju b'marka sanitarja speċjali u għall-applikazzjoni ta' xi restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni fis-suq uniku.

(3)

Ir-restrizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ħnieżer ħajjin, inklużi qżieqeż, laħam frisk tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri veterinarji, jimplikaw tnaqqis importanti fil-prezz fiż-żoni milquta u qed jikkawżaw tfixkil fis-suq tal-laħam tal-majjal u tal-qżieżeż f'dawk iż-żoni. Għalhekk, fit-13 ta' Marzu 2014 il-Litwanja talbet lill-Kummissjoni biex iddaħħal miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq kif previsti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dawn il-miżuri li jkunu japplikaw biss għal qżieqeż, ħnieżer u ħnieżer nisa mrobbija fiż-żoni affettwati direttament bir-restrizzjonijiet, għandhom jiġu adottati għaż-żmien strettament meħtieġ.

(4)

L-ammont ta' għajnuna għandu jiġi espress għall-qżieqeż bħala ammont għal kull ras għal għadd limitat ta' qżieqeż, u għal kull 100 kg piż tal-karkassa ta' annimali eliġibbli oħra, għal kwantità limitata ta' laħam tal-ħnieżer u b'piż tal-karkassa massimu kompensabbli għal kull annimal. Sabiex jiġi ffissat l-ammont ta' għajnuna għandha titqies informazzjoni riċenti dwar is-suq.

(5)

Għal qżieqeż u ħnieżer oħra mrobbija fiż-żoni kkonċernati, l-appoġġ għandu jkun taħt kundizzjoni li jitwasslu l-annimali sal-biċċeriji, li jinqatlu u li jiġu rispettati r-regoli veterinarji aktar stretti li japplikaw għaż-żoni kkonċernati fil-jum tat-twassil.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/236/UE (7) tipprovdi għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni bħala kumpens lis-sidien tal-ħnieżer għat-telf ikkawżat mill-qatla bikrija tal-ħnieżer f'żoni infettati sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju tat-tifrix ta' mard. Il-Litwanja u l-Polonja għandhom l-għan li jnaqqsu d-densità ta' ospiti suxxettibbli f'irziezet tal-ħnieżer b'bijosigurtà baxxa fiż-żona infettata billi jippromwovu l-qatla tal-ħnieżer u l-prevenzjoni tal-istokkjar mill-ġdid fl-istabbilimenti tal-ħnieżer mill-inqas għal sena (8). Għalhekk, u sabiex jiġi evitat kull riskju ta' finanzjament doppju, l-għajnuna li tista' titħallas skont dan ir-Regolament għandha tkun limitata għal produtturi tal-majjal li ma jibbenefikawx minn kontribuzzjoni finanzjarja għal qatla bikrija stabbilita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/236/UE. Għall-istess raġuni, restrizzjoni identika għandha tapplika għall-Polonja. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 324/2014 (9) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Għandha ssir dispożizzjoni għall-awtoritajiet kompetenti tal-Litwanja biex japplikaw il-miżuri kollha ta' kontroll u sorveljanza meħtieġa u jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan kif xieraq. It-trasport u l-qatla tal-annimali eliġibbli għandu jsir taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom jaċċertaw ukoll li l-prodotti derivati minnhom jikkonformaw mar-restrizzjonijiet rilevanti għall-kummerċjalizzazzjoni.

(8)

Ir-restrizzjonijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' ħnieżer u qżieqeż ħajjin u ta' laħam frisk tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal ilhom japplikaw għal bosta ġimgħat fit-territorji kkonċernati u din is-sitwazzjoni kkawżat tfixkil fis-suq u telf ta' dħul għall-produtturi, kif ukoll ikkawżat żieda sostanzjali fil-piż tal-annimali, konsegwentement irriżulta f'qagħda intollerabblital-benesseri tal-annimali. Għalhekk, il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament għandhom ikopru annimali mwassla fil-biċċerija mis-17 ta' Frar 2014, id-data tal-adozzjoni tal-miżuri preventivi Litwani. Il-qagħda tas-suq u l-impatt ta' din il-miżura għandhom jerġgħu jiġu vvalutati fid-dawl ta' żviluppi futuri u għalhekk il-miżura għandha tapplika biss għal perjodu ta' tliet xhur.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-Litwanja hija awtorizzata li tirċievi għajnuna fir-rigward tal-qtil tal-annimali li ġejjin:

(a)

qżieqeż koperti bil-kodiċi CN 0103 91 10;

(b)

ħnieżer koperti bil-kodiċi CN 0103 92 19;

(c)

ħnieżer nisa koperti bil-kodiċi CN 0103 92 11.

2.   L-għajnuna prevista fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk jiġu sodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

l-annimali jkunu trabbew fiż-żoni mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/43/UE jew 2014/93/UE jew fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE għall-perjodi rilevanti, jew f'kull Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni oħra adottata f'dan ir-rigward, u l-ħnieżer ħajjin inklużi l-qżieqeż mrobbijin f'dawk iż-żoni, kif ukoll il-laħam minn-annimali mrobbija f'dik iż-żona, jkunu soġġetti għal ċertu restrizzjonijiet tas-suq minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer;

(b)

fis-17 ta' Frar 2014 l-annimali kienu preżenti fiż-żoni msemmija fil-punt (a) jew twieldu u trabbew wara dik id-data f'dawk iż-żoni;

(c)

il-miżuri preventivi addizzjonali stabbiliti mill-Ordni tad-Direttur tas-Servizz Alimentari u Veterinarju tal-Litwanja Nru B1-60 tas-17 ta' Frar 2014 dwar l-estensjoni taż-żona ta' lqugħ għad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jew kull regola nazzjonali oħra adottata f'dan ir-rigward u li tissoġġetta l-ħnieżer ħajjin u l-laħam tal-majjal għal restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni minħabba d-deni Afrikan tal-ħnieżer, japplikaw għaż-żona fejn trabbew dawk l-annimali meta ttieħdu sal-biċċerija.

(d)

ir-regoli stabbiliti mid-Deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) u l-miżuri preventivi msemmija fil-punt (c) huma rispettati;

(e)

il-produtturi tal-laħam tal-majjal li japplikaw għall-għajnuna prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja għal qatla bikrija msemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/236/UE.

Artikolu 2

L-għajnuna prevista fl-Artikolu 1 (l-għajnuna) għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq kif previst fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Artikolu 3

1.   Il-produtturi tal-laħam tal-majjal jistgħu japplikaw għall-għajnuna fir-rigward tal-annimali maqtula mis-17 ta' Frar 2014 sas-16 ta' Mejju 2014.

2.   L-għajnuna hija espressa bħala ammont ta' EUR 10,8 għal kull ras għall-qżieqeż msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) imwassla u ta' EUR 30 għal kull 100 kilogramma ta' piż tal-karkassa rreġistrat għall-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u (c) imwassla. Il-Kummissjoni tista' tadatta dan l-ammont biex tqis l-iżviluppi fis-suq.

3.   L-għajnuna għal annimali msemmija fil-Artikolu 1(1)(b) u (c) b'piż tal-karkassa aktar minn 100 kg m'għandhiex taqbeż l-ammont ta' għajnuna stabbilit fil-paragrafu 2 għal ħnieżer b'100 kg piż tal-karkassa.

4.   Ħamsin fil-mija tan-nefqa għall-għajnuna, li tkopri total massimu ta' 7 600-il qażquż imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a) u ta' 700 tunnellata ta' karkassi tal-ħnieżer ta' annimali msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u (c), għandha tiġi ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni.

5.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għall-finanzjament tal-Unjoni, jekk din tkun tħallset mil-Litwanja lill-benefiċjarju sal-31 ta' Awwissu 2014.

6.   L-għajnuna għandha titħallas mil-Litwanja wara l-qtil tal-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1) u wara li jkunu twettqu l-kontrolli skont l-Artikolu 4.

Artikolu 4

1.   Il-Litwanja għandha tieħu kull miżura meħtieġa, fosthom kontrolli amministrattivi u fiżiċi eżawrjenti, ħalli tiżgura konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Litwani għandhom:

(a)

jissorveljaw it-trasport tal-annimali mill-azjenda sal-biċċerija permezz ta' listi standardizzati ta' kontroll li jkun fihom folji tal-użin u tal-għadd, inklużi l-oriġini u d-destinazzjoni tal-annimali;

(b)

jiżguraw li l-laħam li ġej minn annimali li għalihom tkun ingħatat għajnuna, ikun konformi mar-restrizzjonijiet applikabbli għat-territorji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2);

(c)

jagħmlu kontrolli amministrattivi u ta' kontabbiltà f'kull biċċerija parteċipanti mill-inqas darba fix-xahar, biex jiżguraw li l-annimali kollha mwassla, u li għalihom tista' titressaq talba għall-għajnuna, mis-17 ta' Frar 2014 jew mill-aħħar kontroll, kif ukoll il-laħam li ġej minnhom, ikunu ġew trattati skont dan ir-Regolament;

(d)

jipprevedu kontrolli fuq il-post u rapporti dettaljati dwar dawn il-kontrolli li b'mod partikolari jindikaw:

(i)

il-piż u l-għadd totali ta' qżieqeż, ħnieżer u ħnieżer nisa eliġibbli għal kull lott imwassal mir-razzett, id-data u l-ħin tat-trasport u tal-wasla tagħhom f'biċċerija;

(ii)

l-għadd ta' qżieqeż, ħnieżer u ħnieżer nisa maqtula fil-biċċerija, il-permess taċ-ċaqliq tal-annimali, u l-piż ta' kull karkassa għall-ħnieżer u l-ħnieżer nisa, filwaqt li għall-annimali maqtula mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, in-numri tas-siġill tal-mezzi tat-trasport għal dawk l-annimali.

2.   Il-kontrolli u l-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru qabel tingħata l-għajnuna. Il-Litwanja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri u l-kontrolli introdotti f'konformità ma' dan l-Artikolu sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1.   Il-Litwanja għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni, kull nhar ta' Erbgħa fir-rigward tal-ġimgħa ta' qabel:

(a)

l-għadd ta' qżieqeż, l-għadd ta' ħnieżer nisa u l-għadd ta' ħnieżer oħra li jkunu twasslu għall-qatla f'konformità ma' dan ir-Regolament, kif ukoll b'mod ġenerali l-piż tal-karkassi fir-rigward ta' ħnieżer nisa u ħnieżer imsemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u (c);

(b)

l-ispejjeż finanzjarji stmati għal kull kategorija ta' annimali msemmija fl-Artikolu 1(1).

L-ewwel komunikazzjoni għandha tkopri annimali mwassla għall-qatla mis-17 ta' Frar 2014 skont dan ir-Regolament. L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika sal-21 ta' Mejju 2014.

2.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014, il-Litwanja għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jkun fih dettalji dwar l-eżekuzzjoni tal-kontrolli, il-verifiki u s-superviżjoni li jkunu saru skont l-Artikolu 4.

Artikolu 6

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimetazzjoni (UE) Nru 324/2014, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(d)

il-produtturi tal-laħam tal-majjal li japplikaw għall-għajnuna prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja għal qatla bikrija msemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/236/UE (*).

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri [speċifiċi] għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/43/UE tas-27 ta' Jannar 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Litwanja (ĠU L 26, 29.1.2014, p. 44).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/93/UE tal-14 ta' Frar 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Litwanja (ĠU L 46, 18.2.2014, p. 20).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE tas-27 ta' Marzu 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 47).

(6)  Ordni tad-Direttur tas-Servizz Alimentari u Veterinarju tal-Istat Nru B1-60 tas-17 ta' Frar 2014 dwar l-estensjoni taż-żona ta' lqugħ għad-deni Afrikan tal-ħnieżer;

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/236/UE tal-24 ta' April 2014 li tikkonċerna kontribut finanzjarju mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta' emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 86).

(8)  Ordni tad-Direttur tas-Servizz Alimentari u Veterinarju tal-Litwanja Nru B1-384 tal-11 ta' Lulju 2011.

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 324/2014 tat-28 ta' Marzu 2014 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq tal-laħam tal-majjal fil-Polonja (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 24)

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/68


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 429/2014

tal-25 ta' April 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-25 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

51,5

MK

105,0

TN

89,9

TR

83,5

ZZ

82,5

0707 00 05

AL

41,5

MA

39,8

MK

59,4

TR

124,2

ZZ

66,2

0709 93 10

MA

29,9

TR

87,2

ZZ

58,6

0805 10 20

EG

45,0

IL

69,3

MA

47,2

TN

57,9

TR

44,7

ZZ

52,8

0805 50 10

MA

35,6

TR

88,8

ZZ

62,2

0808 10 80

AR

100,0

BR

81,4

CL

107,1

CN

96,9

MK

25,7

NZ

138,7

US

166,9

ZA

130,1

ZZ

105,9

0808 30 90

AR

90,7

CL

158,6

ZA

108,7

ZZ

119,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/70


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 430/2014

tal-25 ta' April 2014

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta' April 2014 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (2), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jitkisser mill-pajjiż tal-oriġini u li jinqasam f'diversi subperjodi skont l-Anness I għal dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(2)

April huwa t-tieni subperjodu għall-kwota prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(3)

In-notifiki mibgħuta skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2014 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li l-punt sa fejn jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni jiġi ddeterminat billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantità mitluba taħt il-kwota kkonċernati.

(4)

Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2014, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli.

(5)

Jeħtieġ ukoll li għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4130 tiġi stabbilita l-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(6)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal- ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2014, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikati bil-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara li taqa' taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 — 09.4130, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stipulata fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' April 2014 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

Kwota ta' ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif previst fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' April 2014

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Lulju 2014 (kg)

L-Istati Uniti

09.4127

 (1)

28 348 416

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

9 942 723

L-Awstralja

09.4129

 (1)

567 310

Oriġini oħra

09.4130

0,81836 %

0


(1)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew ugwali għall-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.


DEĊIŻJONIJIET

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2013/488/UE dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

(2014/233/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Dicembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,

Billi:

(1)

L-Appendiċi B għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2) fih tabella ta' ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà.

(2)

Ir-Renju Unit innotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar bidliet fil-klassifikazzjonijiet tiegħu tas-sigurtà.

(3)

Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi mmodifikata d-Deċiżjoni 2013/488/UE kif meħtieġ;

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi B għad-Deċiżjoni 2013/488/UE huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


ANNESS

“Appendiċi B

EKWIVALENZA TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ

UE | TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET | SECRET UE/EU SECRET | CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL | RESTREINT UE/EU RESTRICTED |

Belġju | Très Secret (Loi 11.12.1998) Zeer Geheim (Wet 11.12.1998) | Secret (Loi 11.12.1998) Geheim (Wet 11.12.1998) | Confidentiel (Loi 11.12.1998) Vertrouwelijk (Wet 11.12.1998) | nota (1) hawn taħt |

Bulgarija | Cтpoгo ceкретно | Ceкретно | Поверително | За служебно ползване |

Repubblika Ċeka | Přísně tajné | Tajné | Důvěrné | Vyhrazené |

Danimarka | YDERST HEMMELIGT| HEMMELIGT| FORTROLIGT| TIL TJENESTEBRUG|

Ġermanja | STRENG GEHEIM | GEHEIM | VS (2)— VERTRAULICH | VS — NUR FÜR DEN DIENSTGEBRAUCH |

Estonja | Täiesti salajane | Salajane | Konfidentsiaalne | Piiratud |

Irlanda | Top Secret | Secret | Confidential | Restricted |

Greċja | Άκρως Απόρρητο Abr: ΑΑΠ | Απόρρητο Abr: (ΑΠ) | Εμπιστευτικό Αbr: (ΕΜ) | Περιορισμένης Χρήσης Abr: (ΠΧ) |

Spanja | SECRETO | RESERVADO | CONFIDENCIAL | DIFUSIÓN LIMITADA |

Franza | Très Secret Défense | Secret Défense | Confidentiel Défense | nota (3) hawn taħt |

Kroazja/VRLO TAJNO/TAJNO/POVJERLJIVO/OGRANIČENO

Italja | Segretissimo | Segreto | Riservatissimo | Riservato |

Ċipru | Άκρως Απόρρητο Αbr: (ΑΑΠ) | Απόρρητο Αbr: (ΑΠ) | Εμπιστευτικό Αbr: (ΕΜ) | Περιορισμένης Χρήσης Αbr: (ΠΧ) |

Latvja | Sevišķi slepeni | Slepeni | Konfidenciāli | Dienesta vajadzībām |

Litwanja | Visiškai slaptai | Slaptai | Konfidencialiai | Riboto naudojimo |

Lussemburgu | Très Secret Lux | Secret Lux | Confidentiel Lux | Restreint Lux |

Ungerija | Szigorúan titkos! | Titkos! | Bizalmas! | Korlátozott terjesztésű! |

Malta | L-Ogħla Segretezza | Sigriet | Kunfidenzjali | Ristrett |

Top Secret | Secret | Confidential | Restricted (4)

Pajjiżi l-Baxxi | Stg. ZEER GEHEIM | Stg. GEHEIM | Stg. CONFIDENTIEEL | Dep. VERTROUWELIJK |

Awstrija | Streng Geheim | Geheim | Vertraulich | Eingeschränkt |

Polonja | Ściśle tajne | Tajne | Poufne | Zastrzeżone |

Portugall | Muito Secreto | Secreto | Confidencial | Reservado |

Rumanija | Strict secret de importanță deosebită | Strict secret | Secret | Secret de serviciu |

Slovenja | STROGO TAJNO | TAJNO | ZAUPNO | INTERNO

Slovakkja | Prísne tajné | Tajné | Dôverné | Vyhradené |

Finlandja | ERITTÄIN SALAINEN YTTERST HEMLIG | SALAINEN HEMLIG | LUOTTAMUKSELLINEN KONFIDENTIELL | KÄYTTÖ RAJOITETTU BEGRÄNSAD TILLGÅNG |

Svezja (5) | HEMLIG/TOP SECRET HEMLIG AV SYNNERLIG BETYDELSE FÖR RIKETS SÄKERHET | HEMLIG/SECRET HEMLIG | HEMLIG/CONFIDENTIAL HEMLIG | HEMLIG/RESTRICTED HEMLIG |

Renju Unit | UK TOP SECRET| UK SECRET| nota (6) hawn taħt| UK OFFICIAL-SENSITIVE


(1)  Diffusion Restreinte/Beperkte Verspreiding mhijiex klassifikazzjoni tas-sigurtà fil-Belġju. Il-Belġju jittratta u jipproteġi informazzjoni ‘RESTREINT UE/EU RESTRICTED’ b'mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)  Il-Ġermanja: VS = Verschlusssache.

(3)  Franza ma tużax il-klassifikazzjoni ‘RESTREINT’ fis-sistema nazzjonali tagħha. Franza tittratta u tipproteġi informazzjoni ‘RESTREINT UE/EU RESTRICTED’ b'mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Il-marki Maltin u Ingliżi għal Malta jistgħu jintużaw b'mod alternat.

(5)  L-Isvezja: il-marki tal-klassifikazzjoni tas-sigurtà fir-ringiela ta' fuq jintużaw mill-awtoritajiet tad-difiża u l-marki fir-ringiela ta' taħt minn awtoritajiet oħra.

(6)  Ir-Renju Unit ma għadux juża l-klassifikazzjoni ‘UK CONFIDENTIAL’ fis-sistema nazzjonali tiegħu. Ir-Renju Unit jittratta u jipproteġi informazzjoni klassifikata ‘CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL’ f'konformità mal-ħtiġijiet ta' protezzjoni tas-sigurtà għal ‘UK SECRET’.”.


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/75


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' April 2014

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall

(2014/234/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Mejju 2011, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lill-Portugall, fuq it-talba ta' dan tal-aħħar, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE (2). Din l-għajnuna finanzjarja ngħatat b'sostenn għal programm qawwi ta' riforma ekonomika u finanzjarja (il-“Programm”) bil-għan li jerġa' jirrestawra l-fiduċja, jippermetti r-ritorn tal-ekonomija għal tkabbir sostenibbli, u jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fil-Portugall, fiż-żona tal-euro u fl-Unjoni.

(2)

Għal raġunijiet tekniċi ta' disponibilità ta' data, li huma indipendenti mill-azzjoni tal-awtoritajiet Portugiżi, it-tnax u l-aħħar rieżami fil-Programm ma jistax jibda qabel nofs April 2014. Fl-istess waqt, il-perjodu ta' disponibiltà tal-assistenza finanzjarja għandu jintemm fit-18 ta' Mejju 2014. Biex tippermetti valutazzjoni sħiħa ta' konformità mal-Programm skont ir-rieżami finali fid-diliġenza dovuta, li hija kundizzjoni għar-rilaxx tal-aħħar pagament, estenzjoni teknika qasira ta' sitt ġimgħat mill-perjodu ta' disponibbiltà tal-assistenza finanzjarja hija formalità meħtieġa.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 3(10) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u f'kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), bejn l-20 ta' Frar u t-28 ta' Frar 2014, wettqet il-ħdax-il rieżami tal-progress tal-awtoritajiet Portugiżi fl-implimentazzjoni tal-miżuri mifthiema skont il-Programm.

(4)

Il-prodott domestiku gross reali (PDG) fl- 2013 mar aħjar milli mbassar fl-għaxar rieżami tal-Programm u issa huwa stmat li naqas b'1,4 % (żieda ta' 0,2 punti perċentwali). Dan huwa r-riżultat ta' tkabbir pożittiv b'saħħtu fir-raba' kwart tal-2013 u reviżjonijiet statistiċi 'l fuq għal kwarti preċedenti. Indikaturi fuq terminu qasir li jippuntaw lejn tisħiħ ulterjuri tal-irkupru ekonomiku fis-sena kurrenti. Fuq bażi annwali, il-PDG reali hu stmat li jiċċaqlaq lejn territorju pożittiv fl-2014 u li jibqa' hemm fl-2015 bi tkabbir ta' 1,2 % u 1,5 %, rispettivament. Il-prospetti tas-suq tax-xogħol tjiebu wkoll, iiżda l-qgħad għadu għoli, u mistenni li jinżel għal 15,7 % fl-2014 u jkompli jonqos minn hemm 'il quddiem. Ir-riskji negattivi għall-prospettiva makroekonomika jibqgħu hemm, minħabba li l-irkupru tiddependi ħafna fuq żviluppi pożittivi kummerċjali u tas-suq finanzjarju, li jiddependu wkoll fuq il-prospettiva usa' Ewropea.

(5)

Id-defiċit ġenerali tal-gvern huwa stmat li jkun naqas għal madwar 4,5 % tal-PDG f'termini ESA-95 fl-2013 (esklużi rikapitalizzazzjonijiet tal-bank, madwar 4,9 % bihom inklużi), jiġifieri madwar 1 % tal-PDG taħt il-mira ta' 5,5 % tal-PDG. Il-prestazzjoni żejda hija spjegata prinċipalment minħabba dħul fiskali tal-Istat iktar milli mistenni (inkluża taxxa ta' darba u skema ta' rkupru tad-dejn tas-sigurtà soċjali) u nefqa anqas milli kien mistenni fil-livell tal-gvern ċentrali (eż. fl-akkwiżizzjoni ta' merkanzija u servizzi u nefqa kapitali). B'kuntrast, id-dħul mhux fiskali qed ikun inqas mil-livell standard. L-isforz fiskali ġenerali, imkejjel bit-titjib fil-bilanċ strutturali, hu stmat għal 1 % tal-PDG.

(6)

L-istokk tal-arretrati domestiċi naqas b'madwar EUR 1,2 biljun (0,7 % tal-PDG) minħabba programmi differenti ta' saldu ta' dejn (għas-setturi tas-saħħa, dawk lokali u reġjonali). Madankollu, għadhom qegħdin jakkumulaw arretrati ġodda minkejja li b'pass aktar bati.

(7)

Ir-riport mill-eżekuzzjoni tal-baġit tal-2013 u l-prospettiva makroekonomika mtejba għall-2014 huma stmati li jkollhom impatt pożittiv ta' 0,7 % tal-PDG fuq l-kontijiet fiskali bażi fl-2014. Madwar 0,2 % tal-PDG huwa stmat li jirriżulta minn trasferiment tal-effett pożittiv tar-riport; u estimu ulterjuri ta' madwar 0,5 % tal-PDG huwa spjegat b'żidiet fid-dħul u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kif ukoll inqas nefqa relatata mal-benefiċċju tal-qgħad minħabba r-reviżjoni 'l fuq tat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll reviżjoni negattiva tar-rata tal-qgħad.

(8)

Il-mira tad-defiċit ta' 4 % tal-PDG għall-2014 hija mirfuda b'miżuri ta' konsolidazzjoni li jammontaw għal 2,3 % tal-PDG inklużi fil-baġit tal-2014 u leġislazzjoni oħra ta' appoġġ. Dawn il-miżuri huma primarjament ta' natura permanenti u jistrieħu fil-biċċa l-kbira fuq l-iffrankar fin-nefqa. Miżuri b'valur ta' madwar 1,8 % tal-PDG huma magħżula mir-rieżami tan-nefqa pubblika u huma kkumplimentati minn miżuri li jżidu d-dħul fuq skala iżgħar li b'valur ta' madwar 0,4 % tal-PDG kif ukoll xi elementi ta' darba ta' madwar 0,1 % tal-PDG. Il-miżuri tar-rieżami tan-nefqa pubblika jaħdmu tul tliet assi ewlenin: (i) tnaqqis tal-kont tal-pagi tas-settur pubbliku billi, fost miżuri oħra, jitnaqqas l-impjegar żejjed f'subsetturi speċifiċi u ssir reviżjoni tal-iskali tal-pagi; (ii) riforma tal-pensjonijiet, partikolarmenti biż-żieda tal-età tal-irtirar sa 66 sena u l-introduzzjoni ta' bidliet fil-kundizzjonijiet għall-għoti tal-pensjoni lis-superstiti; u (iii) riformi speċifiċi għas-settur immirati l-aktar biex jissimplifikaw il-kostijiet tal-persunal, il-konsum intermedju u l-investiment madwar il-ministeri kompetenti. Il-miżuri l-oħra permanenti li jżidu d-dħul jinkludu żidiet ta' taxxa fuq karozzi tal-kumpanija u d-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u t-tabakk. Il-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni li ssostni miżuri ta' konsolidazzjoni permanenti daħlet fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014.

(9)

Minħabba titjib fil-prospettiva makroekonomika u r-riport pożittiv mill-2013, ir-riskji dwar il-kisba tal-miri fiskali tal-2014 saru aktar ibbilanċjati minn qabel hek kif il-miżuri previsti jipprovdu għal pressjonijiet baġitarji u riskji ta' implimentazzjoni. Pressjonijiet ogħla jistgħu jinqalgħu speċjalment għal ċerti partiti tad-dħul, (eż. introjtu mill-proprjetà) kif ukoll fil-konsum intermedju u trasferimenti soċjali. Barra minn hekk, lil hinn minn ittardjar fuq xi miżuri permanenti, ir-riskji ta' implimentazzjoni huma l-ewwel u qabel kollox ta' natura legali: erba' miżuri inklużi fil-Liġi tal-Baġit intbagħtu lill-Qorti Kostituzzjonali (inkluża r-reviżjoni tal-iskala tal-pagi u t-tibdiliet fl-intitolamenti tal-pensjoni tas-superstiti) u hemm possibbiltà li miżuri oħra fil-Baġit Supplimentari riċenti se jiġu kkontestati wkoll.

(10)

Il-proporzjon tad-dejn pubbliku laħaq il-128,8 % fl-2013. Id-dejn huwa mbassar li jonqos gradwalment minn din is-sena bi proporzjon tad-dejn proġettat ta' 126,7 % tal-PDG fl-2014. It-tnaqqis fl-2014 huwa mistenni li jkun parzjalment sostnut minn użu ulterjuri ta' depożiti fi flus kontanti kif ukoll allokazzjoni mill-ġdid kontinwa tas-sigurtà soċjali minn portafoll ta' assi barranin għal titoli tal-gvern. Id-dejn nett huwa mistenni li jibqa' taħt 120 % tal-PDG sal-aħħar tal-2014.

(11)

Il-proċess ta' aġġustament baġitarju huwa appoġġjat minn sensiela ta' miżuri strutturali biex jitjieb il-kontroll fuq in-nefqa tal-gvern u jitjieb il-ġbir tad-dħul.

dwar il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi: is-sistema ta' kontroll tal-impenji qed turi riżultati billi tillimita l-akkumulu ta' arretrati ġodda iżda l-implimentazzjoni trid tiġi mmonitorjata mill-qrib biex jiġi żgurat li l-impenji jkunu koperti mil-finanzjament disponibbli u ma jiġi akkumulati l-ebda arretrati ġodda. L-akkumulazzjoni ta' arretrati ġodda hija partikolarment dovuta għal żbilanċi strutturali f'xi sptarijiet statali kif ukoll fil-kumpanija tal-ferroviji Comboios de Portugal. Pjanijiet strateġiċi biex jappoġġjaw is-sostenibbiltà finanzjarja ta' dawn l-impriżi tal-Istat u tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' arretrati ġodda fl-2014 qed jiġu vvalutati. Riforma komprensiva tal-Liġi Qafas Baġitarja miexja 'l quddiem. Bħala l-ewwel pass, il-Liġi Qafas Baġitarja għandha tiġi emendata sa tmiem Marzu tal-2014 biex tiġi żgurata t-traspożizzjoni sħiħa tar-rekwiżiti stipulati fit-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika Monetarja u l-pakkett dwar il-governanza ekonomika magħruf bħala “s-six-pack”,

filwaqt li n-negozjar mill-ġdid tas-sħubiji pubbliċi-privati (PPPs) għamel progress, ma setax jiġi konkluż sal-aħħar tal-2013 kif ippjanat. Parti mill-iffrankar seħħ fl-2013, madankollu, l-iffrankar li ma seħħx fl-2013 se jakkumula għal din is-sena, li jżid mal-iffrankar sinifikanti mistenni għall-2014 u lil hinn. L-impriżi tal-Istat, fuq medja, laħqu bilanċ operazzjonali kemm għall-2012 kif ukoll għall-2013 u huma previsti riformi addizzjonali biex jiġi evitat deterjorament mill-ġdid tar-riżultati tagħhom. Il-privatizzazzjoni għamlet progress tajjeb u r-rikavat jaqbeż il-mira fil-Programm,

qed ikomplu r-riformi lejn mudell modern għall-ġestjoni tar-riskju tal-konformità tal-amministrazzjoni tad-dħul. L-Unità ta' Ġestjoni tar-Riskju ġdida issa saret operazzjonali u qed tiffoka l-ewwel fuq li ttejjeb il-konformità ta' ċerti gruppi ta' kontribwenti bħal dawk li jaħdmu għal rashom u individwi b'ġid nett għoli. Il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tkompli b'inizjattivi bħal-lotterija tat- taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li tnediet dan l-aħħar,

ir-riformi fl-amministrazzjoni pubblika qed jiġu implimentati bl-għan li jimmodernizzaw u jirrazzjonalizzaw l-impjieg u l-entitajiet fis-settur pubbliku. Għadd ta' riformi ewlenin fl-amministrazzjoni pubblika jappoġġjaw rieżami tan-nefqa pubblika u jirfdu l-istrateġija ta' konsolidazzjoni tal-2014. Dawn jinkludu: (i) miżuri biex jindirizzaw l-impjegar pubbliku u huma mmirati biex jibbilanċjaw mill-ġdid il-kompożizzjoni tal-forza tax-xogħol tas-settur pubbliku favur impjegati tas-servizz ċivili b'ħiliet aktar għoljin u mħarrġin aħjar (eż. permezz ta' terminazzjonijiet bi ftehim reċiproku u skema ta' rikwalifikazzjoni); (ii) reviżjoni tal-iskala tal-pagi u l-iżvilupp ta' skala unika tas-supplimenti tal-pagi (li mistennija tidħol fis-seħħ sa tmiem Diċembru u tmiem Ġunju tal-2014, rispettivament); (iii) il-Liġi l-ġdida tax-Xogħol tal-Amministrazzjoni Pubblika, li tiġbor ir-regoli eżistenti u tas-settur pubbliku skont l-istruttura tal-Kodiċi tax-Xogħol privati; u (iv) l-konverġenza tas-sistema tal-pensjonijet tal-impjegati tas-settur pubbliku (CGA) f'sistema ġenerali tal-pensjonijiet. Riformi riċenti oħrajn fl-amministrazzjoni pubblika jinkludu l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' servizzi komuni fil-qasam tar-riżorsi finanzjarji fl-istrutturi kollha li għandhom jiġu koperti mill-inizjattiva.

(12)

L-implimentazzjoni tal-politika u r-riformi fis-settur tas-saħħa qed ikomplu jagħmlu progress u jipproduċu ffrankar permezz ta' żidiet fl-effiċjenza. L-eżistenza ta' stokk importanti ta' arretrati hija ferm, iżda mhux biss relatata man-nuqqas konsistenti ta' finanzjament ta' sptarijiet SOEs fir-rigward tal-forniment ta' servizz tagħhom. L-awtoritajiet Portugiżi jibqgħu impenjati li jimplimentaw ir-riforma tal-isptarijiet li tinsab għaddejja u li jibqgħu jorqmu s-sett ta' miżuri relatati mal-farmaċewtiċi, l-akkwist ċentralizzat u l-kura primarja.

(13)

Sar aktar progress fl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali għat-tisħiħ tat-tkabbir u l-kompetittività. L-awtoritajiet Portugiżi adottaw miżuri addizzjonali biex jitnaqqas il-qgħad u biex tingħata spinta l-effikkaċja tas-suq tax-xogħol. Titjib ulterjuri tas-sistema tan-negozjar tal-pagi u l-azzjonijiet kontinwi biex jitnaqqas il-livell għoli ta' segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol qed jiġu mitħaddtha. Abbozz ta' liġi li tirrevedi d-definizzjoni ta' tkeċċijiet ġusti individwali fil-Kodiċi tax-Xogħol ġiet mibgħuta lill-Parlament wara l-emendi preċedenti kienu mħassra mill-Qorti Kostituzzjonali. Is-sistema ta' għajnuna u attivazzjoni għat-tiftix tax-xogħol esperjenzat aktar progress.

(14)

Ir-riformi rilevanti fis-sistema edukattiva ġew implimentati s'issa. L-awtoritajiet Portugiżi huma impenjati li jevalwawhom u jissupervizzawhom kontinwament. Il-Portugall approva wkoll liġi digriet li toħloq kors ta' taħriġ ta' ċiklu qasir u oħra qed titħejja biex toħloq ir-regoli li jirregolaw skejjel professjonali ta' referenza.

(15)

Il-Gvern Portugiż introduċa imposta ġdida fuq l-operaturi tal-enerġija li jridu jiġu monitorjati mill-qrib biex jiġi evitat li din tgħaddi fil-prezzijiet tal-utent aħħari. Il-gvern se jippreżenta miżuri konkreti biex jittratta l-kirjiet eċċessivi li fadal u jnaqqas aktar l-ispejjeż tal-enerġija għall-ekonomija.

(16)

Minkejja żviluppi pożittivi matul il-perjodu tar-rieżami, il-progress fir-riformi tat-trasport qed jevolvi b'pass iktar bil-mod milli mistenni. Wara l-preżentazzjoni tal-prijoritizzazzjoni tal-proġetti ta' infrastruttura hija mistennija viżjoni ċara u fit-tul tas-sistema tat-trasport tas-tnax-il rieżami. Sadanittant, il-qafas legali tar-regolatur tat-trasport (AMT) ġie approvat f'Marzu tal-2014. Riformi ulterjuri ta' politika fis-settur tal-portijiet huma meħtieġa, sabiex tingħata spinta lill-kompetittività tal-Portugall. Fir-rigward tal-ferroviji u s-servizzi tat-trasport urban, l-awtoritajiet Portugiżi jeħtieġu li jżidu l-isforzi biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà finanzjarja, il-kompetizzjoni u l-effiċjenza tagħhom.

(17)

Progress dwar l-adozzjoni ta' emendi leġiżlattivi għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kompla għalkemm dan sar b'ritmu modest. Il-liġijiet ta' kostruzzjoni, il-liġi li temenda r-reġim legali tal-universitajiet, u s-sottomissjoni lill-Parlament tal-istatuti emendati tal-korpi professjonali wara l-adozzjoni tal-liġi tal-qafas orizzontali dwar l-assoċjazzjonijiet pubbliċi professjonali esperjenzaw dewmien ulterjuri. Ġie osservat progress biex il-Punt ta' Kuntatt Uniku jsir kompletament operazzjonali.

(18)

Wara l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas legali l-ġdid, għadha għaddejja r-riforma tal-lokazzjoni urbana. Madankollu, l-impatt tar-riforma jeħtieġ li jiġi vvalutat kontinwament.

(19)

Wara l-adozzjoni tal-liġi qafas li tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin tal-funzjonament tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-liġijiet lokali tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali qed jiġu emendati skont il-ħtieġa. Xi wħud minnhom diġà ġew approvati.

(20)

Il-miżuri għat-titjib tal-ambjent tal-liċenzjar u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi avvanzawu għaddej inventarju tar-regolamenti kumplessi. Madankollu, ir-regola one-in/one-out għal regolamenti ġodda, il-miżuri għall-ippjanar ambjentali u territorjali, u r-rieżami tal-esplorazzjoni ġeoloġika u r-reġimi tal-liċenzjar għat-tħaffir tal-minjieri ġew ittardjati.

(21)

Il-bafers kapitali tal-banek jibqgħu adegwati b'mod ġenerali, ukoll meta jintużaw ir-regoli dwar ir-rekwiziti ta' kapital stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-evalwazzjoni tal-fondi proprji tal-banek. Dawn ir-regoli dwar il-kapital ġew applikati minn Jannar tal-2014 b'limitu stabbilit għal 7 % tal-proporzjon ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni għall-banek kollha u żieda ta' punt (1) perċentwali għall-akbar erba' banek. Ir-relazzjoni bejn self u depożiti madwar is-sistema kollha naqset għal 117,0 % u x'aktarx li tonqos aktar sa tmiem l-2014.

(22)

L-isforzi biex jiġu ddiversifikati s-sorsi ta' finanzjament għas-settur korporattiv qegħdin jissaħħu kontinwament. Il-gvern Portugiż ħatar l-esperti għall-Kumitat li jistabbilixxi Istituzzjoni ta' Żvilupp Finanzjarja (DFI). Il-Kumitat huwa responsabbli joħroġ bid-dokumenti tat-twaqqif tad-DFI, partikolarment l-ordinamenti, li jistabbilixxu l-pjan strateġiku tan-negozju u t-tfassil tal-istruttura tal-entità l-ġdida. L-għan tad-DFI hu li tissimplifika u tiċċentralizza l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji bis-sostenn tal-fondi strutturali u fondi ta' investiment Ewropej, li jirrelataw mal-forniment tal-finanzi għas-settur korporattiv.

(23)

L-awtoritajiet Portugiżi qablu li jħejju, f'konsultazzjoni mal-Banco de Portugal, pjan strateġiku li għandu l-għan li jindirizza dejn korporattiv eċċessiv u li jappoġġa r-riallokazzjoni kapitali lejn is-setturi produttivi tal-ekonomija, filwaqt li jippromwovi l-istabbilità finanzjarja.

(24)

Ġew implimentati miżuri biex itejbu l-governanza, l-effiċjenza u l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju fi ħdan is-Sistema Nazzjonali ta' Garanzija li timmaniġġja l-linji ta' kreditu sponsorjati mill-gvern. Metodoloġija ġdida biex tistabbilixxi l-limiti massimi tar-rati tal-imgħax bħalissa qed tiġi applikata għal self iggarantit.

(25)

Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE għandha tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-assistenza finanzjarja tkun disponibbli għal tliet snin u sitt ġimgħat, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.”;

(2)

fl-Artikolu 3, il-paragrafi 8 u 9 huma mibdula bit-test li ġej:

“8.   Il-Portugall jadotta l-miżuri li ġejjin matul l-2014, f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet fil-Memorandum ta' Qbil:

(a)

Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika m'għandux jaqbeż l-4 % tal-PDG fl-2014 u l-akkumulazzjoni ta' arretrati ġodda għandha titwaqqaf. Għall-kalkolu tal-mira tad-defiċit, ma jiġux ikkunsidrati l-kostijiet baġitarji possibbli tal-miżuri ta' sostenn tal-banek fil-kuntest tal-istrateġija tas-settur finanzjarju tal-Gvern. Biex jintlaħaq dan l-għan il-Portugall jieħu miżuri ta' konsolidazzjoni li jammontaw għal 2,3 % tal-PDG kif definit fil-Liġi tal-Baġit tal-2014 u fil-leġiżlazzjoni ta' sostenn adottata b'dan l-għan;

(b)

biex ikun hemm kontroll fuq infiq żejjed potenzjali, il-Gvern għandu jimmonitorja mill-qrib ir-rispett tal-limiti ta' nefqa Ministerjali permezz ta' rappurtar ta' kull xahar lill-Kunsill tal-Ministri;

(c)

il-Portugall fi żmien qasir jiddefinixxi u jimplimenta l-bidliet previsti fil-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà tal-pensjonijiet tas-superstiti kif ukoll jabbozza l-liġi qafas li tirregola l-kundizzjonijiet tal-bejgħ ta' liċenzji tal-logħob tal-azzard onlajn sa tmiem Marzu. Barra minn hekk, il-Portugall għandu jieħu passi deċiżivi biex jimplimenta l-bejgħ ta' xi konċessjonijiet fil-portijiet;

(d)

ir-riforma komprensiva tat-taxxa fuq id-dħul korporattiva tiġi implimentata fil-pakkett baġitarju eżistenti biex tkun tirrispetta l-miri ta' konsolidazzjoni fiskali;

(e)

ir-regola ta' standstill rigward in-nefqia fuq it-taxxa fuq livell ċentrali, reġjonali jew lokali tinżamm. Sforzi kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi għal diversi tipi ta' taxxi jkomplu jissaħħu, fost l-oħrajn permezz tal-monitoraġġ tas-sistema tal-fatturar elettroniku. Sat-tnax-il rieżami għandu jsir studju dwar l-ekonomija klandestina fis-suq tad-djar bil-ħsieb li jfittex modi biex titnaqqaas l-evażjoni tat-taxxa mill-kiri;

(f)

jekk jimmaterjalizzaw riskji legali jew riskji ta' eżekuzzjoni baġitarja negattivi, il-Portugall jimplimenta miżuri kumpensatorji ta' kwalità għolja sabiex tintlaħaq il-mira tad-defiċit;

(g)

Il-gvern għandu jispeċifika l-miżuri neċessarji biex tintlaħaq il-mira tad-defiċit fiskali ta' mhux aktar minn 2,5 % tal-PDG fl-2015. Pjanijiet dettaljati għandhom jiġu riflessi fid-Dokument ta' Strateġija Fiskali tal-2014 li għandu jkun ippubblikat sal-aħħar ta' April 2014, li għandhom ukoll jispeċifikaw limiti massimi dettaljati tan-nefqa mill-ministeri rilevanti. Sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti tal-qafas baġitarju tal-Unjoni, dak id-dokument ikun jipprovdi wkoll dettalji tal-pjani finanzjarji fit-terminu medju;

(h)

l-istrateġija ta' konsolidament tal-2015 għandha tintrifed fost l-oħrajn, mill-miri li ġejjin:

(i)

il-Gvern għandu jiviluppa skala unika tal-pagi matul l-2014 bil-ħsieb li jimplimentaha fl-2015 u tkun immirata lejn ir-razzjonalizzazzjoni u l-konsistenza tal-politika ta' rimunerazzjoni madwar il-karrieri kollha tas-settur pubbliku;

(ii)

l-iskala unika tas-supplimenti tal-pagi li hi mistenija li tiġi implimentata fl-2014, għandu jkollha l-ewwel impatt fiskali sħiħ fl-2015;

(iii)

għandhom isiru miżuri komprensivi ġodda bħala pari mir-riforma li għaddejja tal-pensjonijiet, bil-mira li ttejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet. Il-Kumitat dwar ir-riforma tal-pensjonijiet li nħatar reċentement għandu jiżviluppa dettalji speċifiċi tar-riforma. Ir-riforma għandha tinkludi aktar miżuri għal żmien qasir li torbot l-intitolamenti tal-pensjoni ma' kriterji demografiċi u ekonomiċi filwaqt li tirrispetta wkoll il-prinċipji ta' progressività, skont sentenza tal-qorti kostituzzjonali dwar il-konverġenza tas-sistema tal-pensjoni tal-ħaddiema tas-settur pubbliku (CGA) mas-sistema ġenerali tal-pensjonijiet. It-tfassil speċifiku ta' din ir-riforma għandu jiġi ppreżentat sat-tnax-il rieżami b'abbozz ta' liġi li għandha titressqa quddiem il-Parlament fl-ewwel nofs tas-sena. Aktar passi li jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi tal-pensjoni għandhom ikunu speċifikati. Barra minn hekk, il-Gvern għandu jiżgura li l-età tal-irtirar li żdiedet dan l-aħħar tapplika effettivament għall-pensjonanti CGA matul l-2014; u

(iv)

miżuri oħra biex tintlaħaq il-mira ta' 2,5 % tal-PDG għandhom jiġu ddefiniti qabel nofs April;

(i)

l-istrateġija fiskali ta' terminu medju għandha tibni fuq riformi ulterjuri li huma, inter alia, deskritti fil-proposta għar-riforma tal-Istat. Dawn ir-riformi għandhom jimmiraw sabiex itejbu l-effiċjenza tas-settur pubbliku u l-kwalità tas-servizzi tiegħu. Billi jibni fuq l-ewwel ċiklu ta' konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali, il-progress ta' din l-aġenda jiġi diskuss fit-tnax-il rieżami;

(j)

Il-Portugall għandu jippubblika r-rapport dwar in-nefqa fuq it-taxxa bħala parti mill-baġit tal-2014 li jkopri l-amministrazzjonijiet ċentrali, reġjonali u lokali;

(k)

Il-Portugall għandu jistabbilixxi funzjoni ta' kontabilità fil-Ministeru tal-Finanzi biex ittejjeb il-Kontabilità għas-Settur Pubbliku u l-qafas tar-rappurtar sal-aħħar ta' Ġunju 2014. Bħala parti mill-kompiti tagħha, hija għandha tiżgura l-kontabilità xierqa għal dħul, spejjeż, assi u obbligazzjonijiet relatati mal-kontijiet bankarji, id-dejn u PPPs;

(l)

il-Liġi dwar il-Kontroll tal-Impenji għandha tiġi nfurzata bis-sħiħ fl-entitajiet pubbliċi kollha biex jipprevjenu l-ħolqien ta' arretrati ġodda;

(m)

il-Portugall jieħu miżuri addizzjonali sabiex ikompli jsaħħaħ is-sistema tiegħu ta' ġestjoni finanzjarja pubblika. Il-Portugall jagħmel rieżami tal-Liġi Qafas tal-Baġit biex jittrasponi b'mod sħiħ il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni sal-aħħar ta' Marzu. Barra minn hekk, il-Portugall għandu jwettaq reviżjoni aktar komprensiva tal-Liġi Qafas tal-Baġit biex inaqqas il-frammentazzjoni baġitarja billi jillimita n-numru ta' entitajiet tal-baġit u jirrevedi l-klassifikazzjoni ta' d-dħul proprju; jissimplifika l-istruttura tal-approprjazzjoni tal-baġit; Isaħħaħ l-akkontabilità; u jankra ulterjorment il-finanzi pubbliċi f'qafas għat-terminu medju ta' żmien. L-aspetti ewlenin u l-istruttura tal-liġi ġdida għandhom jiġu żviluppati sal-aħħar ta' April tal-2014. Il-Portugall jiżgura li l-miżuri biex jimplimentaw il-qafas baġitarju l-ġdid fil-livell tal-gvern ċentrali jiġu applikati wkoll fil-livell reġjonali u dak lokali;

(n)

il-Portugall jimplimenta bis-sħiħ il-qafas ġuridiku u istituzzjonali l-ġdid tal-PPPs. Negozjati mill-ġdid tal-PPPs jipproċedu f'diversi setturi sabiex ikunu jinkludu l-impatt baġitarju tagħhom. Ir-rappurtar annwali dwar il-PPPs għandu jipprovdi valutazzjoni komprensiva tar-riskji fiskali li ġejjin mill-PPPs u l-konċessjonijiet fiż-żmein għal valutazzjoni ta' riskji fiskali tal-baġit. Wara l-Liġi Qafas il-ġdida tal-SOEs u skont ir-rwol imsaħħaħ ta' azzjonist tal-Ministeru tal-Finanzi, Unità Teknika għall-monitoraġġ tal-SOEs għandha tingaġġa aktar persunal. Il-Gvern ikompli l-programm komprensiv tiegħu ta' ristrutturar tal-SOEs, bil-għan li jżomm u jsaħħaħ bilanċ operazzjonali sostenibbli. Il-Gvern ikompli bil-privatizzazzjonijiet li diġà qed jitħejjew;

(o)

il-Portugall ikompli bl-aġenda ta' riforma lejn amministrazzjoni fiskali moderna u aktar effiċjenti f'konformità mal-aħjar prattiki. Sa Marzu tal-2014 il-Portugall għandu jħabbar il-lista ta' 50 % tal-uffiċċji lokali tat-taxxa li għandhim jingħalqu sa Mejju 2014. In-numru ta' riżorsi ddedikati għall-awditjar fl-amministrazzjoni tat-taxxa jiżdied b'mill-inqas 30 % tal-persunal totali sat-tnax-il rieżami. Għandu jinħoloq Dipartiment ġdid tas-Servizzi tal-Kontribwenti, fi ħdan l-amministrazzjoni tat-taxxa. L-Unità tal-Ġestjoni tar-Riskju tkun kompletament operazzjonali fl-ewwel kwart tal-2014, u inizjalment tiffoka fuq proġetti mmirati biex titjieb il-konformità ta' professjonisti li jaħdmu għal rashom u individwi b'ġid nett għoli. Is-sitwazzjoni rigward il-konformità mat-taxxa tiġi mmonitorjata kontinwament; Il-qafas ġuridiku u regolatorju kontra l-ħasil tal-flus għandu jissaħħaħ biex jindirizza b'mod aktar effettiv il-ħasil tal-flus u r-reati relatati, inklużi reati ta' taxxa;

(p)

il-Portugall jippreżenta rapport bl-għanijiet li ġejjin:

(i)

jidentifika l-irduppjar tas-servizzi u l-ġuriżdizzjonijiet u sorsi oħra ta' ineffiċjenzi bejn il-livelli ċentrali u dawk lokali tal-Gvern; u

(ii)

jirriorganizza mill-ġdid in-netwerk ta' servizzi deċentralizzati tal-Ministeri prinċipalment permezz tan-netwerk Lojas do Cidadão (punti singoli ta' kuntatt tal-amministrazzjoni u l-utilitajiet) u approċċi oħra, li tinkludi żoni ġeografiċi aktar effiċjenti u tintensifika l-użu tas-serivizzi kondiviżi u l-gvern diġitali;

(q)

Il-Portugall għandu jkompli jimplimenta l-strateġija ta' servizzi komuni fl-amministrazzjoni pubblika, b'mod partikolari dwar il-ġesjoni tar-riżorsi umani u dwar teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(r)

Il-Portugall għandu jkompli jimplimenta riformi fil-ġestjoni tar-riżorsi umani fl-amministrazzjoni pubblika. Fuq il-bażi ta' stħarriġ u rapport dwar supplimenti mal-paga, għandu jiġi ppreżentat abbozz ta' leġiżlazzjoni għal skala unika tas-supplimenti tal-pagi sat-tnax-il rieżami bil-għan li jiġi implimentat sa Ġunju 2014. Il-Liġi l-ġdida tax-Xogħol tal-Amministrazzjoni Pubblika, li tissimplifika u tiġbor ir-regoli eżistenti u tas-settur pubbliku skont l-istruttura tal-Kodiċi tax-Xogħol privati, għandha tkun approvata mill-Parlament sa Marzu tal-2014;

(s)

il-Portugall jiżgura effiċjenza u effikaċja fis-sistema tal-kura tas-saħħa billi jkompli jagħmel użu razzjonali tas-servizzi u jikkontrolla l-infiq, inkluż l-infiq pubbliku fuq il-farmaċewtiċi u l-kura fl-isptarijiet u jelimina l-arretrati;

(t)

il-Portugall ikompli bir-riorganizzazzjoni kontinwa u r-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk tal-isptarijiet permezz tal-ispeċjalizzazzjoni, il-konċentrazzjoni u ridistribuzzjoni tas-servizzi tal-isptar, u jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni fuq għadd ta' snin għar-riorganizzazzjoni tal-isptarijiet;

(u)

il-Portugall għandu jkompli jwettaq riformi biex jiġu indirizzati l-livelli għolja tas-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol;

(v)

il-Portugall jippromwovi żviluppi fil-pagi li jkunu konsistenti mal-għanijiet ta' trawwim tal-ħolqien tal-impjiegi u titjib fil-kompetittività tal-kumpaniji bil-għan li jiġu kkoreġuti l-iżbilanċi makroekonomiċi. Matul il-perjodu tal-Programm, kwalunkwe żieda fil-pagi minimi għandha ssir biss jekk din tkun ġustifikata mill-iżviluppi ekonomiċi u tas-suq tax-xogħol;

(w)

il-Portugall għandu jkompli jiżgura l-effikaċja tal-politiki attivi tiegħu għas-suq tax-xogħol f'konformità mar-riżultati tar-rapport ta' valutazzjoni u tal-pjan ta' azzjoni biex jittejjeb il-funzjonament tas-servizzi tal-impjiegi pubbliċi;

(x)

il-Portugall ikompli jimplimenta l-miżuri stabbiliti fil-pjani ta' azzjoni tiegħu biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ sekondarji u vokazzjonali u jżid l-involviment tan-negozju fis-sistema tat-taħriġ vokazzjonali u edukattiv;

(y)

il-Portugall jimplimenta pjan biex tinħoloq kumpanija operatriċi indipendenti tal-loġistika tal-gass u tal-elettriku;

(z)

il-Portugall jimplimenta miżuri adegwati biex jelimina d-dejn tat-tariffa tal-enerġija u biex jiżgura s-sostenibbiltà tas-sistema nazzjonali tal-elettriku;

(aa)

il-Portugall jadotta l-miżuri li jtejbu l-funzjonament tas-sistema tat-trasport; il-pjan strateġiku għat-trasport għall-2011-2015 se jiġi implimentat b'mod sħiħ, inklużi azzjonijiet ta' terminu twil li jiżguraw l-effiċjenza u s-sostenibbiltà;

(bb)

il-Portugall ikompli jimplimenta t-traspożizzjoni tal-Pakketti Ferrovjarji tal-UE;

(cc)

Il-Portgal ikompli bit-titjib tas-sistema ta' governanza għall-portijiet, ir-regolamentazzjoni u l-operazzjoni ekonomika tagħha;

(dd)

Il-Portugall ikompli jelimina l-ostakoli għad-dħul, itaffi r-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni eżistenti u jnaqqas il-piż amministrattiv fis-settur tas-servizzi;

(ee)

il-Portugall għandu jlesti l-adozzjoni tal-liġijiet dwar il-kostruzzjoni u l-emendi settorjali l-oħra pendenti meħtieġa sabiex jimplimenta bis-sħiħ id-Direttiva 2006/123/KE u jibgħathom il-Parlament fejn meħtieġ;

(ff)

il-Gvern jissottometti lill-Parlament l-istatuti emendati tal-korpi professjonali;

(gg)

il-Portugall għandu jtejjeb l-ambjent kummerċjali billi jlesti ir-riformi pendenti dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv, b'mod partikolari billi jagħmel il-Punti ta' Kuntatt Uniċi kompletament operazzjoanli biex jiżgura l-konformità mad-Direttiva 2006/123/KE u mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u billi jwettaq simplifikazzjoni ulterjuri ta' proċeduri, regolamenti u piżijiet ammnistrattivi oħra eżistenti ta' ħruġ ta' liċenzji fl-ekonomija li huma ostaklu kbir għall-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi;

(hh)

wara l-adozzjoni tal-emendi għal-Liġi Nru 6/2006 dwar lokazzjonijiet urbani ġodda u d-digriet leġiżlattiv li jissimplifika l-proċedura amministrattiva għar-rinnovazzjoni, il-Portugall iwettaq analiżi komprensiva tal-funzjonament tas-suq tad-djar;

(ii)

il-gvern għandu japprova l-emendi korrispondenti tal-liġi amministrattiva mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għandu jiżgura l-funzjonament effettiv tal-mudell ta' finanzjament tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni;

(jj)

il-Portugall jivvaluta l-impatt tar-reġim fakultattiv tal-kontabbiltà tal-VAT bbażat fuq il-kontijiet tal-karta bilanċjali;

(kk)

Il-Portugall għandu jkompli jimplimenta l-programm komprensiv li jittratta l-proċeduri ta' liċenzjar eċċessiv, ir-regolamenti u piżijiet amministrattivi oħra fl-ekonomija.

'9.   Bil-għan li tiġi restawrata l-fiduċja fis-settur finanzjarju, il-Portugall għandu jimmira li jżomm livell adegwat ta' kapital fis-settur bankarju tiegħu u jiżgura proċess ta' diżingranaġġ b'mod ordinat f'konformità mal-iskadenzi stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil. F'dak ir-rigward, il-Portugall jimplimenta l-istrateġija għas-settur bankarju Portugiż kif miftiehem mal-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI biex tiġi mħarsal-istabbiltà finanzjarja. B'mod partikolari, il-Portugall għandu:

(a)

jiżgura li l-bafers kapitali tal-banek jibqgħu adegwati u jsegwu r-regoli ġodda dwar il-kapital kif stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**);

(b)

jagħti pariri lill-banek tiegħu biex issaħħu l-bafers kollaterali tagħhom fuq bażi sostenibbli;

(c)

jibqa' impenjat li jipprovdi aktar appoġġ għas-sistema bankarja, jekk meħtieġ, bl-inkoraġġiment tal-banek biex ifittxu soluzzjonijiet privati filwaqt li r-riżorsi mill-Faċilità ta' Appoġġ għas-Solvenza tal-Banek ikunu disponibbli skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat biex jagħtu aktar appoġġ lil banek li huma vijabbli, soġġett għal kundizzjonalità stretta;

(d)

jiżgura diżingranaġġ ibbilanċjat u ordinat tas-settur bankarju, li hu importanti fl-eliminazzjoni b'mod permanenti tal-iżbilanċi ta' finanzjament, u li jnaqqas id-dipendenza fuq il-finanzjament mill-Eurosistema fuq terminu medju. Il-finanzjament tal-banek u tal-kapital jiġu rieżaminati kull tliet xhur;

(e)

ikompli jsaħħaħ l-organizzazzjoni superviżorja tal-Banco de Portugal, jottimizza l-proċessi superviżorji tiegħu u jiżviluppa u jimplimenta metodoloġiji u għodod superviżorji ġodda. Il-Banco de Portugal se jirrevedi l-istandards fuq self li ma jrendix sabiex tinkiseb konverġenza mal-kriterji inklużi fl-istandard tekniku rilevanti tal-Awtorità Bankarja Ewropea f'konformità mal-qafas ta' żmien stabbilit fil-livell tal-Unjoni;

(f)

ikompli jimmonitorja fuq bażi trimestrali l-ħtiġijiet potenzjali ta' kapital tal-banek b'approċċ li jħares 'il quddiem f'kundizzjonijiet ta' stress inkluż permezz tal-integrazzjoni tal-qafas ta' ttestjar tal-istress minn fuq għal isfel fil-proċess ta' assigurazzjoni tal-kwalità, li jippermetti għal rieżami tal-muturi ewlenin tar-riżultati;

(g)

ikompli jimmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma fil-pjanijiet ta' ristrutturar tal-banek li rċevew appoġġ kapitali pubbliku;

(h)

jiżgura d-disponiment f'waqtu tas-sussidjarji u l-assi fit-tliet vejikoli bi skop speċjali kollha proprjetà tal-Istat inkluż permezz taż-żewġ fornituri tas-servizzi magħżula;

(i)

janalizza l-pjani ta' rkupru tal-banek u joħroġ linji gwida għas-sistema fuq il-pjani ta' rkupru f'konformità mal-istandards tekniċi rilevanti tal-Awtorità Bankarja Ewropea u l-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, u jħejji pjani ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi tar-rapporti sottomessi mill-banek;

(j)

jipprepara rapporti trimestrali dwar l-implimentazzjoni tal-għodod ġodda tar-ristrutturar; ikompli jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-qafas biex l-istituzzjonijiet finanzjarji jimpenjaw ruħhom f'ristrutturar tad-dejn tal-unitajiet domestiċi barra mill-qorti u jiffaċilita l-applikazzjoni tal-qafas għar-ristrutturar tad-dejn korporattiv. Jipprepara, f'konsultazzjoni mal-Banco de Portugal, pjan strateġiku li għandu l-għan li jindirizza dejn korporattiv eċċessiv uli jappoġġa r-riallokazzjoni kapitali għas-setturi produttivi tal-ekonomija, filwaqt li jippromwovi l-istabbilità finanzjarja;

(k)

ikompli l-monitoraġġ ta' dejn għoli fis-setturi korporattivi u domestiċi permezz ta' rapporti trimestrali tal-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid għar-ristrutturar tad-dejn sabiex jiżgura li qed jaħdem bl-aktar mod effettiv possibbli;

(l)

jinkoraġġixxi, fuq il-bażi tal-proposti li saru diġà, id-diversifikazzjoni ta' alternattivi ta' finanzjament ippreżentati lis-settur korporattiv, jiżviluppa u jimplimenta soluzzjonijiet li jipprovdu alternattivi ta' finanzjament għall-kreditu bankarju tradizzjonali permezz ta' firxa ta' miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tagħhom għas-swieq kapitali;

(m)

ikompli jevalwa l-impatt tat-titjib tal-istrumenti ta' kreditu ggarantiti mill-gvern fuq ir-rati reali tal-imgħax; ikun lest biex isegwi alternattivi ta' politika jekk ikun hemm bżonn, sabiex jiġi żgurat li s-self iggarantit mill-gvern ikun pprezzat b'mod kompetittiv u trasparenti favur l-utenti finali. jirrapporta regolarment dwar il-progress;

(n)

jistabbilixxi istituzzjoni finanzjarja għall-iżvilupp (DFI) bl-għan li tiġi ssimplifikata u ċċentralizzata l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji appoġġjati mill-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Id-DFI ma għandhiex taċċetta depożiti jew fondi oħra li jitħallsu lura mingħand il-pubbliku, la tkun involuta f'self dirett, u lanqas ma tista' tinvesti fid-dejn tal-gvern jew tagħti self lill-Gvern. L-abbozz ta' mudell ta' negozju tad-DFI u ordinamenti għandhom jiġu mfassla biex jiġi evitat kwalunkwe piż addizzjonali fuq il-finanzi pubbliċi jew riski għalihom.

(*)  Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22)."

(**)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).”."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(2)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE tas-17 ta' Mejju 2011 dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88).

(3)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċemrbu 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(4)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/84


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' April 2014

li tapprova l-aġġornament tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku tal-Portugall

(2014/235/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 japplika għal Stati Membri li, fil-waqt tad-dħul fis-seħħ tiegħu, diġà qed jirċievu assistenza finanzjarja, inkluż mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) u/jew il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 jistabbilixxi regoli għall-approvazzjoni ta' programmi ta' aġġustament makroekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu din l-assistenza finanzjarja, li jeħtieġ li jkunu applikati flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (2) meta l-Istat Membru kkonċernat jirċievi l-assistenza kemm mill-EFSM kif ukoll minn sorsi oħra.

(3)

Il-Portugall ingħata assistenza finanzjarja kemm mill-EFSM, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE (3), kif ukoll mill-EFSF.

(4)

Għal raġunijiet ta' konsistenza, l-aġġornament tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku għall-Portugall, skont ir-Regolament (UE) Nru 472/2013, għandu jiġi approvat b'kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 3(10) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew, wettqet il-ħdax-il rieżami biex tivvaluta l-progress li sar mill-awtoritajiet Portugiżi fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma skont il-programm ta' aġġustament makroekonomiku, kif ukoll l-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. Bħala konsegwenza ta' dan ir-rieżami, jeħtieġ li jsiru xi bidliet fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku eżistenti.

(6)

Dawk il-bidliet jinsabu fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE kif emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/234/UE (4),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri stipulati fl-Artikolu 3(8) u (9) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE li għandhom jittieħdu mill-Portugall bħala parti mill-programm ta' aġġustament makroekonomiku tiegħu, huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE tas-17 ta' Mejju 2011 dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88).

(4)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/234/UE tat-23 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (Ara paġna 75 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/86


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' April 2014

li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta' emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer

(notifikata bid-dokument C(2014) 2551)

(It-testi bl-Estonjan, il-Latvjan, il-Litwan u l-Polakk biss huma awtentiċi)

(2014/236/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 84 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer (African Swine Fever — ASF) huwa infettiv u normalment fatali. Din il-marda virali tal-ħnieżer domestiċi u slavaġġ tikkawża disturbi serji lill-kummerċ ġewwa l-Unjoni stess u lill-esportazzjoni tagħha lejn pajjiżi terzi ta' ħnieżer ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali tal-ispeċi porċina.

(2)

Wara l-konferma tal-ASF fil-Ġeorġja fl-2007, il-marda nfirxet għall-Federazzjoni Russa fejn bosta tifqigħat ta' dik il-marda ġew irrappurtati fil-ħnieżer u ċ-ċingjali fil-parti Ewropea kollha tar-Russja. Barra minn hekk, f'Ġunju 2013, il-Bjelorussja rrappurtat il-konferma ta' tifqigħa tal-ASF fil-ħnieżer domestiċi fir-reġjun ta' Grodno, madwar 40 kilometru mill-fruntiera Litwana u qrib il-fruntiera mal-Polonja.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/498/UE (3) provdiet kontribuzzjoni finanzjarju mill-Unjoni għal sorveljanza u miżuri oħra ta' emerġenza kontra l-ASF, implimentati fl-2013 fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, li huma l-Istati Membri esposti għal theddida diretta għall-introduzzjoni tal-ASF.

(4)

F'Jannar 2014 il-marda ġiet irrapportata fil-popolazzjoni taċ-ċingjali fl-Ukraina u għadha qed tinfirex fil-Bjelorussja u fil-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, f'Jannar 2014 ġew identifikati żewġ każijiet ta' ASF fil-popolazzjoni taċ-ċingjali fil-Litwanja u wara ftit jiem ġew irrappurtati żewġ każijiet oħra fiċ-ċingjali fil-Polonja. Fiż-żewġ Stati Membri,il-marda seħħet fil-fruntiera mal-Bjelorussja. Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-ASF fil-pajjiżi li jmissu mal-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi theddida diretta lil azjendi agrikoli tal-ħnieżer fl-Unjoni minħabba li l-vajrus jista' jiddaħħal fl-Istati Membri li għandhom il-fruntieri tagħhom ma' pajjiżi terzi infettati permezz ta' ċingjali li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni minn żoni infettati, iżda wkoll permezz ta' vetturi li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin jew bl-introduzzjoni mhux awtorizzata fl-Unjoni ta' prodotti derivati minn annimali tal-ispeċi porċina.

(5)

Ir-riskju tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-ASF huwa ogħla għall-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja minħabba l-okkorrenza u l-evoluzzjoni ta' dik il-marda madwar it-territorju tal-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina. Dawn l-Istati Membri nfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li bi ħsiebhom jadottaw biex issaħħu l-protezzjoni tat-territorji tagħhom u dawk ta' Stati Membri oħra.

(6)

Matul l-2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja implimentaw sorveljanza biex ikunu jistgħu jidentifikaw mill-ewwel l-ASF fiċ-ċingjali u l-ħnieżer domestiċi. Ċerti attivitajiet ta' sorveljanza jridu jitwettqu fit-territorji ta' dawk l-Istati Membri, għal prevenzjoni aħjar tal-ASF fl-Unjoni.

(7)

It-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi li kienu possibilment f'kuntatt mal-vajrus tal-ASF huma fost il-miżuri ta' prekawzjoni kontra d-dħul tal-ASF fl-Unjoni. Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE (4) tistipula ċerti miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-ASF mill-Bjelorussja u l-Federazzjoni Russa u tistabbilixxi li l-vetturi li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u li jidħlu fl-Unjoni minn żoni infettati jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kif xieraq.

(8)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 (5), ir-riskju tal-introduzzjoni tal-ASF fl-Unjoni permezz ta' kunsinni personali li fihom prodotti tal-ħnieżer mibgħuta bil-posta jew li jinġarru f'bagalji ta' vjaġġaturi, b'mod partikolari dawk li jaslu mill-Bjelorussja u l-Federazzjoni Russa, huwa ogħla minn negliġibbli u jeħtieġ iżjed kontrolli f'punti tad-dħul.

(9)

Barra minn hekk, firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, inklużi veterinarji, bdiewa professjonali u mhux, sewwieqa tat-trakkijiet, aġenti tad-dwana, passiġġieri u l-pubbliku ġenerali, għandha tkun konxja tar-riskji tal-introduzzjoni tal-ASF u l-konsegwenzi tagħha permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati biex jissensibilizzaw lin-nies dwar il-mard u biex jippreparawhom fil-qafas tal-pjanijiet ta' kontinġenza mfassla b'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (6), biex tiġi żgurata reazzjoni rapida kontra l-ASF.

(10)

Fl-2014 l-ASF fiċ-ċingjali fil-Litwanja u l-Polonja. Iż-żewġ Stati Membri huma direttament mhedda mill-preżenza tal-ASF fil-fruntiera mal-Bjelorussja. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-marda fit-territorju tagħhom, il-Litwanja u l-Polonja se jnaqqsu d-densità ta' ospiti suxxettibbli f'irziezet tal-ħnieżer b'bijosigurtà baxxa fiż-żoni infettati billi jippromwovu l-qatla tal-ħnieżer u l-prevenzjoni tar-riforniment fl-istabbilimenti tal-ħnieżer mill-inqas għal sena. Fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru 2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja ppreżentaw il-pjanijiet rispettivi u l-istimi tal-ispiża għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' emerġenza matul l-2014 fiż-żoni kkunsidrati l-aktar f'riskju ta' introduzzjoni tal-ASF mill-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina. Il-pjanijiet imsemmija ġew eżaminati mill-Kummissjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u nstabu li jikkonformaw mad-Direttiva 2002/60/KE.

(11)

L-azzjonijiet meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għas-sorveljanza tal-marda, it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi u għall-organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni huma kofinanzjati b'rata ta' 50 %.

(12)

L-azzjonijiet meħuda mil-Litwanja u l-Polonja biex inaqqsu d-densità tal-ħnieżer f'żoni infettati fil-fruntiera mal-Bjelorussja għandhom ikunu kofinanzjati b'rata ta' 30 %.

(13)

Billi l-pjan ppreżentat mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għal miżuri ta' emerġenza kontra l-introduzzjoni tal-ASF mill-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina mwettqa fl-2014 huma qafas dettaljat biżżejjed fit-tifsira tal-Artikolu 94 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (7), id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament għan-nefqa prevista fil-programm ta' ħidma għall-għotjiet.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fil-qafas ta' miżuri ta' emerġenza għall-protezzjoni kontra l-ASF meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja fl-2014, dawk l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati għal kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 2 u 3 u ppjanati għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 50 % tan-nefqa mġarrba għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)

teħid ta' kampjuni ta' ħnieżer domestiċi;

(b)

teħid ta' kampjuni ta' ċingjali;

(c)

testijiet ELISA;

(d)

PCR u testijiet ta' sekwenzjar;

(e)

xiri ta' tagħmir u diżinfettanti għat-tindif u d-diżinfezzjoni;

(f)

xiri ta' tagħmir speċifiku għat-tneħħija ta' karkassi tal-annimali;

(g)

xiri ta' tagħmir għat-testijiet tal-laboratorju viroloġiċi;

(h)

kampanji ta' sensibilizzazzjoni.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 30 % tan-nefqa mġarrba mil-Litwanja u l-Polonja biex jirrimborżaw lis-sidien tal-ħnieżer għat-telf ikkawżat mill-qatla bikrija tal-ħnieżer fiż-żoni infettati.

Artikolu 2

1.   Il-medja tal-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) għal l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punti (a), (b), (c) u (d) ma għandhiex tkun aktar minn:

(a)

EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun;

(b)

EUR 5 għal kull ċingjal inkluż fil-kampjun;

(c)

EUR 2 għal kull test ELISA;

(d)

EUR 10 għal kull PCR u test ta' sekwenzjar;

2.   Il-medja tal-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (e) ma għandhiex tkun aktar minn:

(a)

EUR 6 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 58 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 950 000 għal-Litwanja;

(d)

EUR 102 100 għall-Polonja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (f) ma għandhomx ikunu aktar minn:

(a)

EUR 100 000 għal-Litwanja;

(b)

EUR 150 000 għall-Polonja.

4.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (g) ma għandhomx ikunu aktar minn

 

EUR 75 000 għal-Litwanja;

5.   Il-medja tal-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), punt (h) ma għandhiex tkun aktar minn:

(a)

EUR 1 500 għall-Estonja;

(b)

EUR 15 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 75 000 għal-Litwanja;

(d)

EUR 11 250 għall-Polonja.

6.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(3) ma għandiex tkun aktar minn:

(a)

EUR 225 000 għal-Litwanja;

(b)

EUR 337 500 għall-Polonja.

7.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(1) ma għandiex tkun aktar:

(a)

EUR 27 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 190 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 1 948 000 għal-Litwanja;

(d)

EUR 1 341 000 għall-Polonja.

8.   In-nefqa eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għal:

(a)

xiri ta' kits għat-testijiet, reaġenti u l-oġġetti ta' konsum identifikabbli kollha, speċjalment dawk użati għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(b)

persunal, ikun x'ikun l-istatus tiegħu, li huwa speċifikament allokat għal kollox jew parzjalment biex iwettaq it-testijiet fil-post tal-laboratorju; l-ispejjeż huma limitati għal salarji attwali flimkien mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u spejjeż oħra statutorji inklużi fir-remunerazzjoni;

(c)

spejjeż ġenerali li jammontaw għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 3

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi msemmija fl-Artikolu 1 għandha tingħata sakemm l-Istati Membri kkonċernati:

(a)

jimplimentaw l-attivitajiet u l-miżuri kif deskritti fil-programmi approvati;

(b)

jimplimentaw il-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi;

(c)

jibagħtu lill-Kummissjoni rapport tekniku finali għall-miżuri skont l-Anness I u rapport finanzjarju finali skont l-Anness II sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2015.

2.   Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni wara li tkun qieset in-natura u l-gravità tal-ksur u t-telf finanzjarju għall-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja u lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/498/UE tal-10 ta' Ottubru 2013 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta' emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer f'pajjiżi terzi ġirien (ĠU L 272, 12.10.2013, p. 47).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta' Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 206/2009 tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni personali ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).


ANNESS I

Rapport tekniku finali dwar il-miżuri ta' sorveljanza marbut mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali u fil-ħnieżer domestiċi

Stat Membru:

Data:

1.

Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:

1.1.

Mapep epidemjoloġiċi:

1.2.

Informazzjoni dwar is-sorveljanza:

Stat Membru

Għadd ta' ħnieżer domestiċi inklużi fil-kampjun

Għadd ta' ċingjali inklużi fil-kampjun

Tip ta' test (1)

Għadd ta' testijiet

Għadd ta ħnieżer domestiċi pożittivi

Għadd ta ċingjali pożittivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali tal-2014

 

 

 

 

 

 

2.

Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi:

3.

Informazzjoni epidemjoloġika addizzjonali: l-inkjesti epidemjoloġiċi, annimali misjuba mejta, distribuzzjoni tal-età tar-reatturi pożittivi, leżjonijiet misjuba, eċc:


(1)  Indika: ELISA, PCR, Ag-ELISA, iżolament tal-vajrus, oħrajn (speċifika).


ANNESS II

Rapport finanzjarju finali dwar il-miżuri ta' emerġenza marbuta ma' Deni Afrikan tal-ħnieżer

Stat Membru:

Data:

1.

Miżuri ta' sorveljanza b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali u l-ħnieżer domestiċi:

Kampjunar

Kategorija

Spiża tat-teħid tal-kampjuni

Għadd ta' annimali fil-kampjun

L-ispiża ta' unità għal kull annimal inkluż fil-kampjuni

Spiża totali

Ħnieżer domestiċi

 

 

 

Ċingjali

 

 

 

 

 

 

 

Testijiet fil-laboratorju

 

Għadd ta' testijiet imwettqa

L-ispiża tat-testijiet (*)

Test tal-laboratorju

(1)

Persunal

(2)

L-ispiża ġenerali

(3)=(1)+(2)×0,07

Spejjeż totali

(4)= (1)+(2)+(3)

Testijiet seroloġiċi (ELISA)

 

 

 

 

 

Testijiet PCR

 

 

 

 

 

Testijiet ta' sekwenzjar

 

 

 

 

 

2.

Tindif u diżinfezzjoni

2(a)

TAGĦMIR

Deskrizzjoni

Spiża/valur (VAT eskluża)

Data tax-xiri

 

 

 

Totali

 

 

2(b)

DIŻINFETTANT

Deskrizzjoni

Spiża/valur (VAT eskluża)

Data tax-xiri

 

 

 

Totali

 

 

3.

TAGĦMIR KIF INSEMMI FL-ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 2 (f) U (g)

Deskrizzjoni

Spiża/valur (VAT eskluża)

Data tax-xiri

 

 

 

Totali

 

 

4.

RIMBORS TAL-ĦNIEŻER

Piż fid-data tal-qerda

Għadd ta' annimali skont il-kategorija

Ammont imħallas għal kull kategorija

Spejjeż oħra mħallsa direttament lill-bdiewa

(VAT eskluża)

Rimbors totali

(VAT eskluża)

Data tal-pagament

ħnieżer nisa

ċingjali

ħnienes

ħnieżer

ħnieżer nisa

ċingjali

ħnienes

ħnieżer

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

KAMPANJI TA' SENSIBILIZZAZZJONI

Deskrizzjoni tal-attivitajiet

Spiża/valur (VAT eskluża)

Data tal-konsenja

 

 

 

Totali

 

 

6.

Jiena niċċertifika li:

din in-nefqa saret tassew, akkontata b'eżattezza u eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni,

id-dokumenti kollha ta' sostenn relatati man-nefqa huma disponibbli għall-finijiet ta' spezzjoni,

l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni ma ntalbet għal dawn il-miżuri u d-dħul kollu li sar mill-operazzjonijiet marbuta magħhom huwa ddikkjarat lill-Kummissjoni,

il-miżuri kienu eżegwiti skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni,

japplikaw il-proċeduri ta' kontroll, partikolarment għall-verifika tal-eżattezza tal-ammonti dikjarati, għall-prevenzjoni, is-sejba u t-tiswija tal-irregolaritajiet.

Data:

Isem u firma tad-Direttur Operattiv:


(*)  L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT


26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/93


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' April 2014

dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fl-Indja

(notifikata did-dokument C(2014) 2601)

(2014/237/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa mill-Istati Membri fuq kunsinni ta' ċerti pjanti u prodotti tal-pjanti li joriġinaw fl-Indja żvelaw għadd kbir ta' interċettazzjonijiet minħabba l-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara, prinċipalment Tephritidae (mhux Ewropew), Thrips palmi Karny jew Bemisia tabaci Genn. In-numru ta' kunsinni mill-Indja interċettati b'organiżmi ta' ħsara fl-Unjoni wera xejra 'l fuq mill-2010. Ħafna mill-interċezzjonijiet jikkonċernaw pjanti għajr żrieragħ u għeruq ta' Colocasia Schott., u pjanti oħra għajr żrieragħ ta' Mangifera L., Momordica L., Solanum Melongena L. u Trichosanthes L., (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-prodotti speċifikati”).

(2)

Awditi mwettqa mill-Kummissjoni fl-Indja, b'mod partikolari fl-2010 u l-2013, żvelaw nuqqasijiet fis-sistema fitosanitarja ta' ċertifikazzjoni tal-esportazzjoni. Minkejja l-assigurazzjonijiet u l-azzjonijiet meħuda mill-Indja, in-numru ta' interċettazzjonijiet żdied aktar fl-2013.

(3)

Fid-dawl tar-riżultati ta' dawk l-awditi u n-numru ta' interċettazzjonijiet, ġie konkluż li s-salvagwardji fitosanitarji attwali tal-Indja huma insuffiċjenti biex jiżguraw li l-konsenji huma ħielsa minn organiżmi ta' ħsara jew biex jindirizzaw ir-riskju tal-introduzzjoni ta' organiżmi ta' l-ħsara fl-Unjoni permezz tal-importazzjoni tal-prodotti speċifikati.

(4)

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi indirizzat ir-riskju li jirriżulta minn importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti speċifikati li joriġinaw fl-Indja. Għalhekk, l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti speċifikati li joriġinaw fl-Indja għandha tiġi pprojbita.

(5)

Il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2015 sabiex jiġi indirizzat ir-riskju kontinwu ta' introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara, filwaqt li jippermettu lill-Indja taġġorna s-sistema ta' ċertifikazzjoni tagħha.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti għajr żrieragħ u għeruq ta' Colocasia Schott., u pjanti oħra għajr żrieragħ ta' Mangifera L., Momordica L., Solanum Melongena L. u Trichosanthes L., li joriġinaw fl-Indja għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tiskadi nhar il-31 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p.1.


Avviż lil qarrej

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/95


Nota lill-qarrej — L 117

Il-ĠU L117 mhux se jiġi ppubblikat.