ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 111

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
15 ta' April 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra

1

 

 

2014/210/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Artikolu 49(3) tiegħu

2

 

 

2014/211/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 49(3) tiegħu

4

 

 

Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u R-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra

6

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 380/2014 tal-14 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

29

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014 tal-14 ta' April 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina

33

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni ta' supplimenti għall-prospetti ( 1 )

36

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2014 tat-2 ta' April 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Beurre de Bresse (DPO))

40

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2014 tat-3 ta' April 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Crème de Bresse (DPO))

42

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2014 tat-3 ta' April 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Elbe-Saale Hopfen (IĠP))

44

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 386/2014 tal-14 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

46

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 387/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

48

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2014/48/UE tal-24 ta' Marzu 2014 li temenda d-Direttiva 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax

50

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/212/PESK tal-14 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

79

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/213/PESK tal-14 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

83

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/214/PESK tal-14 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma

84

 

 

2014/215/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina

85

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK tal-14 ta' April 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina

91

 

 

2014/217/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' April 2014 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-ġidri tan-ngħaġ fil-Bulgarija fl-2013 u fil-Greċja fl-2013 u l-2014 (notifikata bid-dokument (2014) 2334)

94

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2014 tal-10 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal- ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità ( ĠU L 108, 11.4.2014 )

96

 

*

Rettifika għall-Adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ( ĠU L 51, 20.2.2014 )

96

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Ruma fil-15 ta' Diċembru 2003, ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014.


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Artikolu 49(3) tiegħu

(2014/210/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), kien iffirmat fil-15 ta' Diċembru 2003, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 54(1) tal-Ftehim, il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li kkompletaw il-proċeduri meħtieġa għal dik il-fini.

(3)

Il-Partijiet Kontraenti kollha għall-Ftehim, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni fil-mument tal-iffirmar tal-Ftehim, s'issa ddepożitaw l-istrumenti ta' ratifika tagħhom, bl-eċċezzjoni għall-Unjoni.

(4)

L-Artikolu 49(3) tal-Ftehim jistabbilixxi l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti dwar ir-riammissjoni tal-migranti illegali. B'konsegwenza, dik id-dispożizzjoni taqa' fl-ambitu tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u partikolarment l-Artikolu 79(3) tiegħu.

(5)

F'konformitá mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għal Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(8)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat fir-rigward tal-Artikolu 49(3) tiegħu. Deċiżjoni separata dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 49(3) tiegħu, ser tiġi adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni (1),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, huwa b'din approvat f'isem l-Unjoni, fir-rigward tal-Artikolu 49(3) tiegħu (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea jagħti n-notifiki previsti fl-Artikolu 54 tal-Ftehim (3) u jagħti n-notifiki segwenti:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita kull dritt u tassumi kull obbligu tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, kull referenza għal ‘il-Komunità Ewropea’ jew għal ‘il-Komunità’ fit-test tal-Ftehim għandha tinqara, fejn ikun il-każ, bħala referenza għal ‘l-Unjoni Ewropea’ jew l-‘Unjoni’;”

“Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu V Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti tal-Unjoni Ewropea, sakemm l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jinnotifikawx lill-Parti tal-Amerika Ċentrali li r-Renju Unit u/jew l-Irlanda huma marbutin bħala parti mill-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk ir-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jibqgħux marbutin bħala parti mill-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 4a tal-Protokoll Nru 21, l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Parti tal-Amerika Ċentrali bi kwalunkwe bidla fil-pożizzjoni tagħhom, li f'dan il-każ għandhom jibqgħu marbutin bid-diżpozzjonijiet tal-Ftehim f'isimhom stess. L-istess japplika għad-Danimarka skont il-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/211/UE.

(2)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 111, 15.4.2014, p. 6 flimkien mad-Deċiżjoni 2014/211/UE.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 49(3) tiegħu

(2014/211/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), kien iffirmat fil-15 ta' Diċembru 2003, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 54(1) tal-Ftehim, il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li kkompletaw il-proċeduri meħtieġa għal dik il-fini.

(3)

Il-Partijiet Kontraenti kollha għall-Ftehim, inklużi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni fil-mument tal-iffirmar tal-Ftehim, s'issa ddepożitaw l-istrumenti ta' ratifika tagħhom, bl-eċċezzjoni għall-Unjoni.

(4)

L-Artikolu 49(3) tal-Ftehim jistabbilixxi l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti dwar ir-riammissjoni tal-migranti illegali. B'konsegwenza, dik id-dispożizzjoni taqa' fl-ambitu tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u partikolarment l-Artikolu 79(3) tiegħu, u japplikaw ukoll il-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u l-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, it-tnejn annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE.

(5)

B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat, bl-eċċezzjoni għall-Artikolu 49(3) tiegħu. Deċiżjoni separata dwar il-konklużjoni tal-Artikolu 49(3) tal-Ftehim, ser tiġi adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni (1).

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, huwa b'din approvat f'isem l-Unjoni, bl-eċċezzjoni għall-Artikolu 49(3) tiegħu.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea jagħti n-notifiki previsti fl-Artikolu 54 tal-Ftehim (2) u jagħti n-notifiki segwenti:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data kull dritt u tassumi kull obbligu tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, kull referenza għal ‘il-Komunità Ewropea’ jew għal ‘il-Komunità’ fit-test tal-Ftehim għandha tinaqra, fejn ikun il-każ, bħala referenza għal ‘l-Unjoni Ewropea’ jew l-‘Unjoni’.”;

“Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti tal-Unjoni Ewropea, sakemm l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jinnotifikawx lill-Parti tal-Amerika Ċentrali li r-Renju Unit u/jew l-Irlanda huma marbutin bħala parti mill-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk ir-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jibqgħux marbutin bħala parti mill-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 4a tal-Protokoll Nru 21, l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Parti tal-Amerika Ċentrali bi kwalunkwe bidla fil-pożizzjoni tagħhom, li f'dan il-każ għandhom jibqgħu marbutin bid-diżpozzjonijiet tal-Ftehim f'isimhom stess. L-istess japplika għad-Danimarka skont il-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/210/UE (ara paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/6


TRADUZZJONI

FTEHIM TA' DJALOGU POLITIKU U TA' KOOPERAZZJONI

bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u R-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Komunità”

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KOSTA RIKA,

IR-REPUBBLIKA TA' EL SALVADOR,

IR-REPUBBLIKA TAL-GWATEMALA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ĦONDURAS,

IR-REPUBBLIKA TAN-NIKARAGWA,

IR-REPUBBLIKA TAL-PANAMA,

min-naħa l-oħra,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-rabtiet storiċi u kulturali tradizzjonali bejn il-Partijiet u x-xewqa li jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom, billi jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-iżvilupp pożittiv fiż-żewġ reġjuni matul l-aħħar għaxar snin, li ppermetta li l-promozzjoni ta' miri u interessi komuni tidħol fi stadju ġdid ta' relazzjonijiet, iktar profondi u iktar moderni u permanenti, sabiex ikun hemm reazzjoni għall-isfidi interni kurrenti u għall-avvenimenti internazzjonali;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID ir-rispett tagħhom għall-prinċipji demokratiċi u għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem kif inhuma stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

FILWAQT LI JFAKKRU l-impenn tagħhom fir-rigward tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u tal-governanza tajba;

FUQ IL-BAŻI tal-prinċipju ta' responsabbiltajiet kondiviżi u konvinti mill-importanza li jiġi pprevenut l-użu tad-drogi illeċiti u li jitnaqqsu l-effetti dannużi tagħhom kif ukoll li jiġu indirizzati l-kultivazzjoni, il-produzzjoni, l-ipproċessar u t-traffikar illeċiti tad-drogi u tal-prekursuri tagħhom;

FILWAQT LI JENFASIZZAW l-impenn tagħhom li jaħdmu flimkien sabiex jilħqu l-għanijiet tal-qerda tal-faqar, ta' żvilupp ekwu u sostenibbli, inklużi l-aspetti tal-vulnerabbiltà għad-diżastri naturali, tal-konservazzjoni u tal-ħarsien tal-ambjent u tal-bijodiversità, u l-integrazzjoni progressiva tal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali fl-ekonomija dinjija;

FILWAQT LI JENFASIZZAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu lill-konsolidazzjoni tal-proċess ta' djalogu politiku u ta' kooperazzjoni ekonomika mibni bejn il-Partijiet bħala parti mid-Djalogu ta' San Jose mibdi fl-1984 u mġedded f'Firenze fl-1996 u f'Madrid fl-2002;

FILWAQT LI JENFASIZZAW il-ħtieġa li jissaħħaħ il-programm ta' kooperazzjoni rregolat mill-Ftehim Kwadru ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama ffirmat fl-1993 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni tal-1993”);

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-avvanzi fil-proċess ta' integrazzjoni ekonomika tal-Amerika Ċentrali bħal, pereżempju, l-isforzi sabiex tkun stabbilita b'mod rapidu Unjoni Doganali tal-Amerika Ċentrali, id-dħul fis-seħħ tal-Mekkaniżmu ta' Soluzzjoni tat-Tilwim Kummerċjali, l-iffirmar tat-Trattat dwar l-Investiment u l-Kummerċ fis-Servizzi tal-Amerika Ċentrali, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi approfondit il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali, ta' liberalizzazzjoni tal-kummerċ u ta' riforma ekonomika reġjonali fi ħdan ir-reġjun tal-Amerika Ċentrali;

KONXJI mill-ħtieġa li jippromwovu żvilupp sostenibbli fiż-żewġ reġjuni permezz ta' sħubija għall-iżvilupp li tinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi s-soċjetà ċivili u s-settur privat, skont il-prinċipji stabbiliti fil-Kunsens ta' Monterrey u fid-Dikjarazzjoni ta' Johannesburg, u fil-Pjan għall-Implimentazzjoni tagħha;

KONXJI mill-ħtieġa li jistabbilixxu kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-ebda dispożizzjoni f'dan il-ftehim ma tirreferi b'xi mod għall-pożizzjoni tal-Partijiet f'negozjati kummerċjali bilaterali jew multilaterali li jkunu għaddejjin jew futuri, jew b'xi mod tiġi interpretata jew tinftiehem bħala li tiddefinixxiha.

FILWAQT LI JENFASIZZAW ir-rieda tagħhom li jikkooperaw f'fora internazzjonali dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku;

FILWAQT LI JIFTAKKRU li s-sħubija strateġika li ġiet żviluppata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew fil-kuntest tas-Summit ta' Rio tal-1999 u li ġiet affermata mill-ġdid fis-Summit ta' Madrid tal-2002; u

FILWAQT LI JQISU d-Dikjarazzjoni ta' Madrid ta' Mejju 2002;

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-FTEHIM:

TITOLU I

PRINĊIPJI, GĦANIJIET U KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM

Artikolu I

Prinċipji

1.   Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, kif inhuma stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll għall-prinċipju tal-istat tad-dritt, huwa l-bażi tal-politiki interni u internazzjonali tal-Partijiet u jikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet jikkonfermaw l-impenn tagħhom fir-rigward tal-promozzjoni ta' żvilupp sostenibbli u fir-rigward tal-kontribut tagħhom sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju.

3.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rabta tagħhom mal-prinċipji ta' governanza tajba u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Artikolu 2

Għanijiet u kamp ta' applikazzjoni

1.   Il-Partijiet jikkonfermaw l-għan konġunt tagħhom li jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom billi jiżviluppaw id-djalogu politiku tagħhom u jsaħħu l-kooperazzjoni ta' bejniethom.

2.   Bl-istess mod, il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar il-kummerċ, l-investimenti u r-relazzjonijiet ekonomiċi.

3.   Il-Partijiet jikkonfermaw l-għan konġunt tagħhom li jaħdmu sabiex joħolqu kundizzjonijiet fejn, fuq il-bażi tal-eżitu tal-Programm ta' Ħidma ta' Doha, li l-Partijiet impenjaw irwieħhom li jikkompletaw sa tmiem l-2004, jista' jiġi nnegozjat bejniethom Ftehim ta' Assoċjazzjoni, li jinkludi Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, fattibbli u li jkun ta' benefiċċju għat-tnejn.

4.   L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħin sabiex jinħolqu dawn il-kundizzjonijiet billi jsiru sforzi ħalli jkun hemm stabbiltà politika u soċjali, jiġi approfondit il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali u jitnaqqas il-faqar fi ħdan qafas ta' żvilupp sostenibbli fl-Amerika Ċentrali.

5.   Dan il-Ftehim jirregola d-djalogu politiku u l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet u jinkludi l-arranġamenti istituzzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu. L-ebda dispożizzjoni ta' dan il-Ftehim ma tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Partijiet f'negozjati kummerċjali bilaterali jew futuri li jkunu għaddejjin jew futuri.

6.   Il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li perjodikament jivvalutaw il-progress li jkun sar, fejn iqisu l-progress miksub qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

TITOLU II

DJALOGU POLITIKU

Artikolu 3

Għanijiet

1.   Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu d-djalogu politiku regolari tagħhom fuq il-bażi tal-prinċipji stabbliti fid-Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-proċess ta' Djalogu ta' San Jose, b'mod partikolari d-Dikjarazzjonijiet ta' San Jose (it-28/id-29 ta' Settembru 1984), ta' Firenza (il-21 ta' Marzu 1996) u ta' Madrid (it-18 ta' Mejju 2002).

2.   Il-Partijiet jaqblu li d-djalogu politiku jkun ikopri l-aspetti kollha ta' interess reċiproku u kwalunkwe kwistjoni internazzjonali oħra. Huwa jħejji t-triq għal inizjattivi ġodda sabiex jintlaħqu miri komuni u sabiex tkun stabbilita bażi komuni f'oqsma bħall-integrazzjoni reġjonali, it-tnaqqis tal-faqar u l-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp sostenibbli, is-sigurtà u l-istabbilità reġjonali, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-governanza tajba, il-migrazzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-drogi u l-armi żgħar u armamenti ħfief. Barra minn hekk, jipprovdi bażi sabiex jittieħdu inizjattivi u jappoġġja sforzi sabiex jiġu żviluppati inizjattivi, inklużi l-kooperazzjoni, u azzjonijiet fir-reġjun kollu tal-Amerika Latina.

3.   Il-Partijiet jaqblu li djalogu politiku msaħħaħ jippermetti skambju wiesa' ta' informazzjoni u jipprovdi forum għal inizjattivi konġunti fil-livell internazzjonali.

Artikolu 4

Mekkaniżmi

Il-Partijiet jaqblu li d-djalogu politiku tagħhom jitwettaq:

(a)

fejn ikun xieraq u bi qbil miż-żewġ Partijiet, fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern;

(b)

fil-livell ministerjali, b'mod partikolari fil-qafas tal-Laqgħa Ministerjali tad-Djalogu ta' San Jose;

(c)

fil-livell ta' uffiċjali għoljin;

(d)

fil-livell ta' ħidma;

u jagħmel l-ikbar użu possibbli mill-mezzi diplomatiċi.

Artikolu 5

kooperazzjoni fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà

Sa fejn ikun possibbli u skont l-interessi tagħhom, il-Partijiet jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom u jieħdu inizjattivi konġunti fil-fora internazzjonali xierqa u jikkooperaw fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà.

TITOLU III

KOOPERAZZJONI

Artikolu 6

Għanijiet

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni prevista fil-Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni tal-1993 tissaħħaħ u tiġi estiża għal oqsma oħrajn. Din il-kooperazzjoni tkun tiffoka fuq l-għanijiet li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni tal-istabbilità politika u soċjali permezz tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u ta' governanza tajba;

(b)

l-approfondiment tal-proċess ta' integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali sabiex jingħata kontribut għal tkabbir ekonomiku ikbar u għal titjib gradwali fil-kwalità tal-ħajja għall-popli tagħhom;

(c)

it-tnaqqis tal-faqar u l-promozzjoni ta' aċċess iktar ekwu għas-servizzi soċjali u għall-benefiċċji tat-tkabbir ekonomiku, fejn jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn il-komponenti ekonomiċi, soċjali u ambjentali f'kuntest ta' żvilupp sostenibbli.

2.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni tkun tqis l-aspetti trasversali marbuta mal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, inklużi kwistjonijiet bħall-ġeneru, ir-rispett għall-popli indiġeni u gruppi etniċi oħrajn tal-Amerika Ċentrali, il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u r-rispons għalihom, il-konservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent, il-bijodiversità, id-diversità kulturali, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku. L-integrazzjoi reġjonali tiġi kkunsidrata wkoll bħala tema trasversali u f'dak ir-rigward l-azzjonijiet ta' kooperazzjoni fil-livell nazzjonali jkunu kompatibbli mal-proċess ta' integrazzjoni reġjonali.

3.   Il-Partijiet jaqblu li l-miżuri li għandhom l-għan li jagħtu kontribut għall-integrazzjoni reġjonali fl-Amerika Ċentrali u li jsaħħu r-relazzjonijiet interreġjonali bejn il-Partijiet jiġu inkoraġġiti.

Artikolu 7

Metodoloġija

Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni tiġi implimentata permezz ta' assistenza teknika u finanzjarja, studji, taħriġ, skambji ta' informazzjoni u ta' għarfien espert, laqgħat, seminars, proġetti ta' riċerka jew kwalunkwe mezz ieħor miftiehem mill-Partijiet fil-kuntest tal-qasam ta' kooperazzjoni, tal-għanijiet mixtieqa u tal-mezzi disponibbli, f'konformità man-normi u mar-regolamenti li japplikaw għal din il-kooperazzjoni. L-entitajiet kollha involuti fil-kooperazzjoni se jkunu soġġetti għal ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi.

Artikolu 8

Kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-governanza tajba

Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam tappoġġja b'mod attiv lill-gvernijiet u lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili permezz ta' azzjonijiet, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-konsolidazzjoni tal-proċess ta' demokratizzazzjoni, inkluża l-ġestjoni tal-proċessi elettorali;

(b)

it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u tal-ġestjoni tajba u trasparenti tal-affarijiet pubbliċi, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; u

(c)

it-tisħiħ tal-indipendenza u tal-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji.

Artikolu 9

Kooperazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tal-konflitti

1.   Il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni f'dan il-qasam tippromwovi u ssostni politika komprensiva tal-paċi li tinkoraġġixxi djalogu fost in-nazzjonijiet demokratiċi fid-dawl tal-isfidi preżenti, li jinkludi l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, l-istabbiliment mill-ġdid tal-paċi u l-ġustizzja fil-kuntest tad-drittijiet tal-bniedem. Din il-politika tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' sjieda u tiffoka primarjament fuq l-iżvilupp tal-kapaċitajiet reġjonali, subreġjonali u nazzjonali. Sabiex ikunu pprevenuti l-konflitti, u kif ikun meħtieġ, hija tiżgura opportunitajiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali ndaqs għas-segmenti kollha tas-soċjetà, issaħħaħ il-leġittimità demokratika, tippromwovi l-koeżjoni soċjali u l-ġestjoni effettiva tal-affarijiet pubbliċi, tistabbilixxi mekkaniżmi effettivi għal konċiljazzjoni paċifika tal-interessi ta' gruppi differenti u tinkoraġġixxi soċjetà ċivili attiva u organizzata, b'mod partikolari billi tagħmel użu mill-istituzzjonijiet reġjonali eżistenti.

2.   L-attivitajiet ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu, kif ikun xieraq, fost l-oħrajn, appoġġ għal proċessi ta' medjazzjoni, ta' negozjati u ta' rikonċiljazzjoni speċifiċi għall-pajjiż, għal sforzi żviluppati sabiex jagħtu għajnuna lit-tfal, lin-nisa u lill-anzjani, u għal azzjonijiet fil-ġlieda kontra l-mini kontra l-persunal.

3.   Il-Partijiet jikkooperaw ukoll fil-qasam tal-prevenzjoni ta' u tal-ġlieda kontra t-traffiku illegali ta' armi żgħar u armamenti ħfief bil-għan li tiġi żviluppata, fost l-oħrajn, koordinazzjoni f'azzjonijiet sabiex jissaħħu l-kooperazzjoni legali, istituzzjonali u bejn il-pulizija, kif ukoll il-ġbir u l-qerda tal-armi żgħar u tal-armamenti ħfief illeċiti f'idejn persuni pajżana.

Artikolu 10

Kooperazzjoni sabiex tissaħħaħ il-modernizzazzjoni tal-istat u tal-amministrazzjoni pubblika

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-għan ta' kooperazzjoni f'dan il-qasam ikun li jissaħħu l-modernizzazzjoni u l-professjonalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, inkluż li jingħata appoġġ lill-proċess ta' deċentralizzazzjoni u lill-bidliet organizzattivi li jirriżultaw mill-proċess ta' integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali. B'mod ġenerali, l-għan ikun li tittejjeb l-effiċjenza organizzattiva, li jiġu żgurati ġestjoni trasparenti tar-riżorsi pubbliċi u responsabbiltà, kif ukoll li jittejjeb il-qafas legali u istituzzjonali bbażat, fost l-oħrajn, fuq l-aħjar prattiki tal-Partijiet u fejn jittieħed vantaġġ mill-esperjenza miksuba permezz tal-iżvilupp ta' politiki u ta' strumenti fl-Unjoni Ewropea.

2.   Din il-kooperazzjoni tista' tinkludi, fost l-oħrajn, programmi li jkollhom l-għan li jibnu l-kapaċitajiet għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-politiki fl-oqsma kollha ta' interess reċiproku, fost l-oħrajn, l-għoti ta' servizzi pubbliċi, il-kompożizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-baġit, il-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u t-tisħiħ tas-sistemi ġudizzjarji.

Artikolu 11

Kooperazzjoni fil-qasam tal-integrazzjoni reġjonali

1.   Il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni f'dan il-qasam issaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali fir-reġjun tal-Amerika Ċentrali, b'mod partikolari l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-suq komuni tiegħu.

2.   Il-kooperazzjoni tagħti appoġġ lill-iżvilupp u lit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet komuni fir-reġjun tal-Amerika Ċentrali u tippromwovi kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati.

3.   Il-kooperazzjoni tippromwovi wkoll l-iżvilupp ta' politiki komuni u l-armonizzazzjoni tal-qafas legali, biss u esklużivament sal-punt li dawn ikunu koperti mill-istrumenti ta' integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali u kif ikun miftiehem mill-Partijiet, inklużi l-politiki settorjali f'oqsma bħall-kummerċ, id-dwana, l-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjonijiet, l-ambjent u l-kompetizzjoni kif ukoll il-koordinazzjoni tal-politiki makroekonomiċi f'oqsma bħall-politika monetarja, il-politika fiskali u l-finanzi pubbliċi.

4.   B'mod iktar speċifiku, hija tista' tinkludi, fost l-oħrajn permezz tal-għoti ta' assistenza teknika relatata mal-kummerċ:

(a)

l-għoti ta' assistenza sabiex jissaħħaħ il-proċess ta' konsolidazzjoni u ta' implimentazzjoni ta' unjoni doganali funzjonanti tal-Amerika Ċentrali;

(b)

l-għoti ta' assistenza sabiex jitnaqqsu u jiġu eliminati l-ostakoli għall-iżvilupp tal-kummerċ intrareġjonali;

(c)

il-kooperazzjoni fis-simplifikazzjoni, fil-modernizzazzjoni, fl-armonizzazzjoni u fl-integrazzjoni tas-sistemi doganali u ta' tranżitu u l-għoti ta' appoġġ f'termini ta' żvilupp ta' leġiżlazzjoni, ta' normi u ta' taħriġ professjonali; u

(d)

l-għoti ta' assistenza sabiex jiġi approfondit il-proċess lejn il-konsolidazzjoni u l-funzjonament ta' suq komuni intrareġjonali.

Artikolu 12

Kooperazzjoni reġjonali

Il-Partijiet jaqblu li jużaw l-istrumenti ta' kooperazzjoni eżistenti kollha sabiex jippromwovu l-attivitajiet li għandhom l-għan li jiżviluppaw kooperazzjoni attiva u reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali u, mingħajr ma tiġi mminata l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet, bejn l-Amerika Ċentrali u pajjiżi/reġjuni oħrajn fl-Amerika Latina u fil-Karibew f'oqsma bħall-promozzjoni tal-kummerċ u tal-investiment, l-ambjent, il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u r-rispons għalihom, ir-riċerka xjentifika, teknika u teknoloġika, l-enerġija, it-trasport, l-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet, il-kultura, l-iżvilupp reġjonali u l-ippjanar fl-użu tal-art, fost l-oħrajn.

Artikolu 13

Kooperazzjoni fil-kummerċ

1.   Il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni fil-kummerċ tippromwovi l-integrazzjoni tal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali fl-ekonomija dinjija. Hija jkollha wkoll l-għan li trawwem, permezz tal-għoti ta' assistenza teknika relatata mal-kummerċ, l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ intrareġjonali kif ukoll il-kummerċ mal-Unjoni Ewropea sal-ogħla grad possibbli.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jimplimentaw aġenda integrata għal kooperazzjoni fil-kummerċ sabiex jisfruttaw bl-aħjar mod l-opportunitajiet li jimplika l-kummerċ, iwessgħu l-bażi produttiva li se tibbenefika mill-kummerċ, fost l-oħrajn billi jiżviluppaw mekkaniżmi sabiex jiġu ffaċċati l-isfidi ta' kompetizzjoni ikbar fis-suq, u jibnu dawk il-ħiliet, dawk l-istrumenti u dawk it-tekniki meħtieġa sabiex il-benefiċċji kollha tal-kummerċ ikunu jistgħu jitgawdew iktar malajr.

3.   Sabiex tiġi implimentata l-aġenda tal-kooperazzjoni u sabiex jiġu massimizzati l-opportunitajiet ta' negozjati u ta' ftehimiet kummerċjali bilaterali, reġjonali jew multilaterali, il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-bini tal-kapaċitajiet tekniċi reġjonali.

Artikolu 14

Kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi

1.   Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tas-servizzi, f'konformità mar-regoli tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (General Agreement on Trade in Services, GATS), biex jirriflettu l-importanza dejjem ikbar tas-servizzi għall-iżvilupp u għad-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tagħhom. Iż-żieda fil-kooperazzjoni jkollha l-għan li ttejjeb il-kompetittività tas-settur tas-servizzi tal-Amerika Ċentrali b'mod li jkun konsistenti ma' żvilupp sostenibbli.

2.   Il-Partijiet jidentifikaw is-setturi tas-servizzi fejn se tiġi ffokata l-kooperazzjoni. L-attivitajiet ikunu mmirati, fost l-oħrajn, lejn l-ambjent regolatorju fejn titqies b'mod xieraq il-leġiżlazzjoni domestika, kif ukoll lejn l-aċċess għas-sorsi tal-kapital u tat-teknoloġija.

Artikolu 15

Kooperazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali

Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam ikollha l-għan li tippromwovi l-investiment, it-trasferiment tat-teknoloġija, it-tixrid tal-informazzjoni, l-attivitajiet kulturali u kreattivi u l-attivitajiet ekonomiċi relatati kif ukoll l-aċċess u l-kondiviżjoni tal-benefiċċji fl-oqsma identifikati mill-Partijiet. Il-kooperazzjoni jkollha l-għan li ttejjeb il-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki sabiex ikunu promossi livelli ta' protezzjoni u ta' infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali skont l-ogħla standards internazzjonali.

Artikolu 16

Kooperazzjoni dwar l-akkwist pubbliku

Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam ikollu l-għan li tippromwovi proċeduri reċiproċi, mhux diskriminatorji, trasparenti u, jekk il-Partijiet jiftiehmu hekk, miftuħa (1), għal akkwist rispettiv tal-gvern u tas-settur pubbliku u, fejn ikun xieraq, fil-livelli kollha.

Artikolu 17

Kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni

Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni tippromwovi l-istabbiliment u l-applikazzjoni effettivi tar-regoli tal-kompetizzjoni kif ukoll it-tixrid tal-informazzjoni sabiex jiġu inkuraġġiti t-trasparenza u ċ-ċertezza legali għall-impriżi li joperaw fis-swieq tal-Amerika Ċentrali u tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Kooperazzjoni doganali

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam ikollha l-għan li tiżviluppa miżuri relatati mal-faċilitazzjoni doganali u kummerċjali u li tippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sistemi doganali tal-Partijiet, sabiex ikun iffaċilitat il-kummerċ bejn il-Partijiet.

2.   Kif ġie miftiehem mill-Partijiet, il-kooperazzjoni tista' tinkludi, fost l-oħrajn:

(a)

is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni bbażata fuq standards internazzjonali, inkluż l-użu ta' dikjarazzjonijiet simplifikati;

(b)

it-titjib tal-proċeduri doganali, permezz ta' metodi bħall-valutazzjoni tar-riskji, proċeduri simplifikati għad-dħul u għar-rilaxx tal-merkanzija, għoti ta' status ta' kummerċjant awtorizzat, użu ta' skambju elettroniku tad-dejta (electronic data interchange, EDI) u ta' sistemi awtomatizzati;

(c)

miżuri sabiex jittejbu t-trasparenza u l-proċeduri ta' appell mid-deċiżjonijiet doganali;

(d)

mekkaniżmi sabiex tiġi promossa konsultazzjoni regolari mal-komunità kummerċjali dwar ir-regolamenti u l-proċeduri tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni.

3.   Fil-qafas istituzzjonali stabbilit b'dan il-Ftehim, tista' tiġi kkunsidrata l-konklużjoni ta' protokoll ta' assistenza reċiproka dwar kwistjonijiet doganali.

Artikolu 19

Kooperazzjoni dwar regolamenti tekniċi u dwar il-valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni dwar l-istandards, ir-regolamenti tekniċi u l-valutazzjonijiet tal-konformità hija għan ewlieni għall-iżvilupp tal-kummerċ, b'mod partikolari fir-rigward tal-kummerċ intrareġjonali.

2.   Kif ġie miftiehem mill-Partijiet, il-kooperazzjoni tippromwovi:

(a)

il-provvista ta' programmi ta' assistenza teknika fl-Amerika Ċentrali sabiex ikun żgurat li s-sistemi u l-istrutturi għall-istandards, għall-akkreditazzjoni, għaċ-ċertifikazzjoni u għall-metroloġija jkunu kompatibbli ma':

standards internazzjonali;

rekwiżiti essenzjali li jikkonċernaw is-saħħa u s-sikurezza, il-konservazzjoni tal-pjanti u tal-annimali, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ħarsien tal-ambjent.

(b)

l-għan ta' kooperazzjooni f'dan il-qasam sabiex ikun iffaċilitat aċċess għas-suq.

3.   Fil-prattika, il-kooperazzjoni:

(a)

tipprovdi appoġġ organizzattiv u tekniku sabiex jiġi inkuraġġit l-istabbiliment ta' netwerks u ta' korpi reġjonali, u tiżdied il-koordinazzjoni tal-politiki sabiex jiġi promoss approċċ komuni għall-użu ta' standards internazzjonali u reġjonali fir-rigward ta' regolamenti tekniċi u ta' proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità;

(b)

tinkoraġġixxi kwalunkwe miżura li jkollha l-għan li tnaqqas id-distakk bejn il-Partijiet fl-oqsma tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-istandardizzazzjoni; u

(c)

tinkoraġġixxi kwalunkwe miżura maħsuba sabiex ittejjeb it-trasparenza, il-prattiki regolatorji tajbin u l-promozzjoni tal-istandards ta' kwalità għall-prodotti u għall-prattiki tan-negozju.

Artikolu 20

Kooperazzjoni industrijali

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni industrijali tippromwovi l-modernizzazzjoni u r-ristrutturar tal-industrija tal-Amerika Ċentrali u tas-setturi individwali, kif ukoll il-kooperazzjoni industrijali bejn l-operaturi ekonomiċi, bil-għan li s-settur privat jissaħħaħ f'kundizzjonijiet li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent.

2.   L-inizjattivi ta' kooperazzjoni industrijali jkunu jirriflettu l-prijoritajiet ddeterminati mill-Partijiet. Dawn ikunu jqisu l-aspetti reġjonali tal-iżvilupp industrijali, fejn jippromwovu s-sħubijiet transnazzjonali fejn dan ikun rilevanti. L-inizjattivi jipprovaw, b'mod partikolari, jistabbilixxu qafas adattat sabiex jittejjeb l-għarfien dwar il-ġestjoni u tiġi promossa t-trasparenza fir-rigward tas-swieq u tal-kundizzjonijiet għall-impriżi tan-negozju.

Artikolu 21

Kooperazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju, u tal-mikroimpriżi

Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu ambjent favorevoli għall-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju, u ta' mikroimpriżi, inklużi dawk fiż-żoni rurali, b'mod partikolari billi:

(a)

jippromwovu kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi, jinkoraġġixxu investimenti konġunti, impriżi konġunti u netwerks ta' informazzjoni permezz tal-programmi orizzontali eżistenti;

(b)

jiffaċilitaw l-aċċess għal mezzi ta' finanzjament, jipprovdu informazzjoni u jagħtu stimolu lill-innovazzjoni.

Artikolu 22

Kooperazzjoni dwar is-settur agrikolu u rurali, il-foresterija u l-miżuri sanitarji u fitosanitarji

1.   Il-Partijiet jaqblu dwar kooperazzjoni reċiproka fl-agrikoltura sabiex jiġu promossi agrikoltura sostenibbli, żvilupp agrikolu u rurali, il-foresterija, żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli u s-sigurtà tal-ikel għall-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali.

2.   Il-kooperazzjoni tiffoka fuq il-promozzjoni tal-bini tal-kapaċitajiet u fuq it-trasferiment tal-infrastruttura u tat-teknoloġija, fejn tindirizza kwistjonijiet bħal:

(a)

il-miżuri sanitarji, fitosanitarji, ambjentali u tal-kwalità tal-ikel, fejn titqies il-leġiżlazzjoni fis-seħħ għaż-żewġ Partijiet, f'konformità mar-regoli tad-WTO u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn;

(b)

id-diversifikazzjoni u r-ristrutturar tas-setturi agrikoli;

(c)

l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni, inkluża dik dwar l-iżvilupp tal-politiki agrikoli tal-Partijiet;

(d)

l-assistenza teknika għat-titjib tal-produttività u l-iskambju ta' teknoloġiji alternattivi tal-uċuħ tar-raba';

(e)

l-esperimenti xjentifiċi u teknoloġiċi;

(f)

il-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-prodotti agrikoli, il-miżuri li jibnu l-kapaċitajiet għall-assoċjazzjonijiet tal-produtturi u l-miżuri li jappoġġjaw l-attivitajiet ta' promozzjoni tal-kummerċ;

(g)

it-titjib fil-kapaċità għall-implimentazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji sabiex jiġi iffaċilitat l-aċċess għas-suq kif ukoll sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' protezzjoni tas-saħħa skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim WTO/SPS.

Artikolu 23

Kooperazzjoni fis-sajd u fl-akkwakultura

Il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw kooperazzjoni ekonomika u teknika fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, speċjalment f'aspetti bħall-isfruttament, il-ġestjoni u l-konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi anki oqsma bħall-industrija tal-ipproċessar u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ. Il-kooperazzjoni fis-settur tas-sajd tista' twassal għall-konklużjoni ta' ftehimiet bilaterali dwar is-sajd bejn il-Partijiet jew bejn il-Komunità Ewropea u pajjiż wieħed jew iktar tal-Amerika Ċentrali u/jew għall-konklużjoni ta' ftehimiet multilaterali dwar is-sajd bejn il-Partijiet.

Artikolu 24

Kooperazzjoni dwar it-tħaddim tal-minjieri

Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni fil-qasam tat-tħaddim tal-minjieri, fejn jitqiesu l-aspetti tal-konservazzjoni ambjentali, tiffoka prinċipalment fuq dawn li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-impriżi mill-Partijiet fl-esplorazzjoni, fl-isfruttament u fl-użu sostenibbli tal-minerali skont il-leġiżlazzjoni tagħhom;

(b)

il-promozzjoni ta' skambji ta' informazzjoni, ta' esperjenza u ta' teknoloġija marbuta mal-esplorazzjoni u mal-isfruttament tal-minjieri;

(c)

il-promozzjoni ta' skambji ta' esperti u t-twettiq ta' riċerka konġunta sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet għal żvilupp teknoloġiku;

(d)

l-iżvilupp ta' miżuri sabiex jiġi promoss l-investiment f'dan il-qasam, skont il-leġiżlazzjoni ta' kull pajjiż tal-Amerika Ċentrali u tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha;

(e)

l-iżvilupp ta' miżuri sabiex jiġu promossi l-integrità ambjentali u r-responsabbiltà ambjentali tal-kumpaniji f'dan is-settur.

Artikolu 25

Kooperazzjoni fl-enerġija

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-għan konġunt tagħhom se jkun dak li jinkuraġġixxu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija, f'setturi ewlenin bħall-idroelettriċità, l-elettriku, iż-żejt u l-gass, l-enerġija rinnovabbli, it-teknoloġija tal-iffrankar tal-enerġija, l-elettrifikazzjoni rurali u l-integrazzjoni reġjonali tas-swieq tal-enerġija, fost l-oħrajn kif ġew identifikati mill-Partijiet, u f'konformità mal-leġiżlazzjoni domestika.

2.   Il-kooperazzjoni tista' tinkludi, fost l-oħrajn, dawn li ġejjin:

(a)

il-formulazzjoni u l-ippjanar ta' politika dwar l-enerġija, inklużi l-infrastrutturi interkonnessi ta' importanza reġjonali, it-titjib u d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija u t-titjib tas-swieq tal-enerġija, inkluża l-faċilitazzjoni tat-tranżitu, tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni fi ħdan il-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali;

(b)

il-ġestjoni u t-taħriġ għas-settur tal-enerġija u t-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għarfien;

(c)

il-promozzjoni tal-iffrankar tal-enerġija, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli u l-eżami tal-impatt ambjentali tal-produzzjoni u tal-konsum tal-enerġija;

(d)

il-promozzjoni tal-applikazzjoni ta' mekkaniżmu għal żvilupp nadif sabiex jingħata appoġġ lill-inizjattivi tat-tibdil fil-klima u lill-varjabbiltà ta' dan it-tibdil;

(e)

il-kwistjoni ta' użi nodfa u paċifiċi tal-enerġija nukleari.

Artikolu 26

Kooperazzjoni fit-trasport

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam tiffoka fuq ir-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tat-trasport u tas-sistemi infrastrutturali relatati, fuq it-titjib tal-moviment tal-passiġġieri u tal-merkanzija u fuq il-provvista ta' aċċess aħjar għal swieq tat-trasport urban, bl-ajru, marittimu, ferrovjarju u bit-triq billi tiġi rfinata l-ġestjoni tat-trasport mil-lat operattiv u minn dak amministrattiv u billi jippromwovu standards operattivi għoljin.

2.   Il-kooperazzjoni tista' tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

skambji ta' informazzjoni dwar il-politiki tal-Partijiet, speċjalment dwar it-trasport urban u dwar l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks tat-trasport multimodali u kwistjonijiet oħrajn ta' interess reċiproku;

(b)

il-ġestjoni tal-ferroviji, tal-portijiet u tal-ajruporti, inkluża kooperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet rilevanti;

(c)

proġetti ta' kooperazzjoni għat-trasferiment tat-teknoloġija Ewropea fis-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita u fiċ-ċentri urbani tat-trasport pubbliku;

(d)

it-titjib tal-istandards tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis, inkluża l-kooperazzjoni fil-fora internazzjonali xierqa bil-għan li jiġi żgurat infurzar aħjar tal-istandards internazzjonali.

Artikolu 27

Kooperazzjoni dwar is-soċjetà tal-informazzjoni, it-teknoloġija tal-informazzjoni u t-telekomunikazzjonijiet

1.   Il-Partijiet jaqblu li t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet huma setturi ewlenin f'soċjetà moderna u huma ta' importanza vitali għal żvilupp ekonomiku u soċjali u għal tranżizzjoni mingħajr problemi lejn soċjetà tal-informazzjoni. Il-kooperazzjoni f'dan li-qasam tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-distakk diġitali u għall-iżvilupp tar-riżorsi umani.

2.   Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam ikollha l-għan li tippromwovi:

(a)

djalogu dwar l-aspetti kollha tas-soċjetà tal-informazzjoni;

(b)

f'konformità mal-leġiżlazzjoni domestika tal-Partijiet, djalogu dwar l-aspetti regolatorji u tal-politika tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet, inklużi l-istandards;

(c)

skambji ta' informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-istandards u l-approvazzjoni tat-tip;

(d)

tixrid ta' informazzjoni ġdida u ta' teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet;

(e)

proġetti ta' riċerka konġunta dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet u proġetti pilota fl-oqsma tal-applikazzjonijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni;

(f)

l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks u tas-servizzi telematiċi;

(g)

skambji u taħriġ tal-ispeċjalisti;

(h)

l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tal-gvern elettroniku.

Artikolu 28

Kooperazzjoni awdjoviżiva

Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu kooperazzjoni fis-settur awdjoviżiv u fis-settur tal-midja b'mod ġenerali, permezz ta' inizjattivi konġunti fit-taħriġ kif ukoll permezz ta' attivitajiet ta' żvilupp, ta' produzzjoni u ta' distribuzzjoni awdjoviżivi, inkluż fil-qasam edukattiv u kulturali. Il-kooperazzjoni ssir skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar id-drittijiet tal-awtur u l-ftehimiet internazzjonali applikabbli.

Artikolu 29

Kooperazzjoni dwar it-turiżmu

Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam ikollha l-għan li tikkonsolida l-aħjar prattiki sabiex ikun żgurat żvilupp ibbilanċjat u sostenibbli tat-turiżmu fir-reġjun tal-Amerika Ċentrali. Il-kooperazzjoni jkollha l-għan li tiżviluppa strateġiji sabiex ir-reġjun jiġi ppożizzjonat u promoss aħjar fl-Ewropa bħala multidestinazzjoni turistika kompetittiva.

Artikolu 30

Kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet finanzjarji

Il-Partijiet jaqblu li jinkuraġġixxu, skont il-ħtiġijiet tagħhom u fil-qafas tal-programmi u tal-leġiżlazzjoni rispettivi tagħhom, kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 31

Kooperazzjoni fil-qasam tal-promozzjoni tal-investiment

1.   Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, klima attraenti u stabbli għal investiment reċiproku.

2.   Il-kooperazzjoni tista' tinkludi:

(a)

l-inkoraġġiment ta' mekkaniżmi għall-iskambju u għat-tixrid ta' informazzjoni li tirrigwarda l-leġiżlazzjoni dwar l-investimenti u l-opportunitajiet għal investiment;

(b)

l-iżvilupp ta' qafas legali favorevoli għall-investiment fuq iż-żewġ naħat, fejn ikun xieraq, permezz tal-konklużjoni ta' ftehimiet bilaterali li jippromwovu u jipproteġu l-investiment bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali;

(c)

il-promozzjoni ta' proċeduri amministrattivi simplifikati;

(d)

l-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' impriżi konġunti.

Artikolu 32

Djalogu makroekonomiku

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni jkollha l-għan li tippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-tendenzi u l-politiki makroekonomiċi rispettivi, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-esperjenzi fil-koordinazzjoni tal-politiki makroeknomiċi fil-kuntest ta' suq komuni.

2.   Il-Partijiet ikollhom ukoll l-għan li japprofondixxu d-djalogu bejn l-awtoritajiet tagħhom dwar kwistjonijiet makroekonomiċi u, kif ikun miftiehem mill-Partijiet, jista' jinkludi oqsma bħall-politika monetarja, il-politika fiskali, il-finanzi pubbliċi, l-istabilizzazzjoni makroekonomika u d-dejn estern.

Artikolu 33

Kooperazzjoni fl-istatistika

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-għan ewlieni jkun li jiġu żviluppati metodi u programmi statistiċi aħjar, li jinkludu l-ġbir u t-tixrid tal-istatistika, bil-għan li jiġu ġġenerati indikaturi b'paragunabbiltà mtejba bejn il-Partijiet, biex b'hekk il-Partijiet ikunu jistgħu jużaw l-istatistika dwar il-kummerċ fil-merkanzija u fis-servizzi ta' xulxin u b'mod iktar ġenerali, dwar kwalunkwe qasam kopert minn dan il-Ftehim, li għalih tista' tiġi ppreparata l-istatistika.

2.   Din il-kooperazzjoni tista' tinkludi, fost l-oħrajn: skambji tekniċi bejn l-istituti tal-istatistika fl-Amerika Ċentrali u fl-Istati Membri u fil-Eurostat tal-Unjoni Ewropea; l-iżvilupp ta' metodi mtejba u, fejn ikun rilevanti, konsistenti ta' ġbir, ta' analiżi u ta' interpretazzjoni tad-dejta; u l-organizzazzjoni ta' seminars, ta' gruppi ta' ħidma jew ta' programmi ta' taħriġ fl-istatistika.

Artikolu 34

Kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur

Il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni f'dan il-qasam tista' tinvolvi, fost l-oħrajn, u sa fejn ikun possibbli:

(a)

fehim reċiproku mtejjeb tal-leġiżlazzjoni dwar il-konsumaturi sabiex ikunu evitati ostakoli għall-kummerċ filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur;

(b)

il-promozzjoni ta' skambju ta' informazzjoni dwar is-sistemi ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Artikolu 35

Kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw dwar il-protezzjoni fl-ipproċessar ta' dejta personali u ta' dejta oħra sabiex jippromwovu l-ogħla standards internazzjonali.

2.   Il-Partijiet jaqblu wkoll li jikkooperaw dwar il-protezzjoni tad-dejta personali sabiex itejbu l-livell ta' protezzjoni u sabiex jaħdmu lejn il-moviment liberu tad-dejta personali bejn il-Partijiet, fejn titqies b'mod xieraq il-leġiżlazzjoni domestika tal-Partijiet.

Artikolu 36

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni fix-xjenza u fit-teknoloġija titwettaq fl-interess reċiproku tagħhom u f'konformità mal-politiki tagħhom, u jkollha l-għan li:

(a)

tiskambja informazzjoni u esperjenza xjentifika u teknoloġika fil-livell reġjonali, speċjalment dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u ta' programmi;

(b)

tippromwovi l-iżvilupp tar-riżorsi umani;

(c)

tinkoraġġixxi relazzjonijiet bejn il-komunitajiet xjentifiċi tal-Partijiet;

(d)

tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tas-settur tan-negozju tal-Partijiet f'kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, b'mod partikolari fil-promozzjoni tal-innovazzjoni;

(e)

tippromwovi l-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija bejn il-Partijiet, inklużi l-gvern elettroniku u teknoloġiji iktar nodfa.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jippromwovu u jsaħħu proċessi ta' żvilupp u ta' innovazzjoni xjentifiċi, tar-riċerka u teknoloġiċi, li jinvolvu istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja, ċentri ta' riċerka; is-setturi produttivi, b'mod speċjali l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, għandhom jingħataw inkoraġġiment miż-żewġ naħat.

3.   Il-Partijiet jaqblu li jrawmu kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fost l-universitajiet, l-istituti ta' riċerka u s-setturi produttivi taż-żewġ reġjuni, inklużi l-boroż ta' studju u l-programmi ta' skambju tal-istudenti u tal-ispeċjalisti.

4.   Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu r-rabtiet ta' kooperazzjoni bejn entitajiet xjentifiċi, teknoloġiċi u tal-innovazzjoni għall-promozzjoni, għat-tixrid u għat-trasferiment tat-teknoloġija.

Artikolu 37

Kooperazzjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam ikollha l-għan li tiddetermina kif għandhom jittejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Għal dan il-għan, l-aċċess miż-żgħażagħ, min-nisa, mill-popli indiġeni u minn gruppi etniċi oħrajn tal-Amerika Ċentrali, kif ukoll mill-anzjani għall-edukazzjoni, inklużi l-korsijiet tekniċi, l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali, għandhom jingħataw attenzjoni speċjali, l-istess kif għandha tingħata attenzjoni l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju f'dan il-kuntest.

2.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw iktar mill-qrib dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u li jipprowmovu l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u bejn in-negozji sabiex jiġi żviluppat il-livell ta' għarfien espert tal-persunal ta' grad superjuri.

3.   Il-Partijiet jaqblu wkoll li jagħtu attenzjoni speċjali lil operazzjonijiet u programmi deċentralizzati (ALFA, ALBAN, URB-AL, eċċ.), li joħolqu rabtiet permanenti bejn korpi speċjalizzati fiż-żewġ Partijiet, li jinkoraġġixxu l-akkomunement u l-iskambju tal-esperjenza u tar-riżorsi tekniċi. F'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni tista' wkoll tappoġġja azzjonijiet u programmi edukattivi u ta' taħriġ sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali.

4.   Il-Partijiet se jippromwovu l-edukazzjoni tal-popli indiġeni, anki fil-lingwi tagħhom stess.

Artikolu 38

Kooperazzjoni ambjentali u fil-bijodiversità

1.   Il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent sabiex jintlaħaq żvilupp sostenibbli. F'din il-konnessjoni, ir-relazzjoni bejn il-faqar u l-ambjent u l-impatt ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi tiġi kkunsidrata bħala importanti. Il-kooperazzjoni għandha tippromwovi wkoll parteċipazzjoni effettiva fil-ftehimiet ambjentali internazzjonali f'oqsma bħat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, id-deżertifikazzjoni u l-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi.

2.   Il-kooperazzjoni tista' tiffoka, fost l-oħrajn, fuq:

(a)

il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ambjent; għal dak l-iskop, il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-kwistjoni tat-trasferiment ta' teknoloġiji ambjentalment sostenibbli u/jew nodfa;

(b)

il-promozzjoni tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali (inklużi l-bijodiversità u r-riżorsi ġenetiċi);

(c)

l-inkoraġġiment tal-monitoraġġ nazzjonali u reġjonali tal-bijodiversità;

(d)

l-iskambju ta' informazzjoni u ta' esperjenza dwar il-leġiżlazzjoni ambjentali u dwar problemi ambjentali komuni li jseħħu fiż-żewġ naħat;

(e)

il-promozzjoni tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali fl-Amerika Ċentrali;

(f)

it-tisħiħ tal-ġestjoni ambjentali fis-setturi kollha fuq il-livelli kollha tal-gvern;

(g)

il-promozzjoni tal-edukazzjoni ambjentali, il-ħolqien tal-kapaċità u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini;

(h)

l-inkoraġġiment tal-programmi ta' riċerka reġjonali konġunti.

Artikolu 39

Kooperazzjoni fil-qasam tad-diżastri naturali

Il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni f'dan il-qasam għandu jkollha l-għan li tnaqqas il-vulnerabbiltà tar-reġjun tal-Amerika Ċentrali għad-diżastri naturali billi jissaħħu l-kapaċitajiet reġjonali ta' riċerka, ippjanar, monitoraġġ, prevenzjoni, rispons u riabilitazzjoni, jiġi armonizzat il-qafas legali u jittejbu l-koordinazzjoni istituzzjonali u l-appoġġ mill-gvern.

Artikolu 40

Kooperazzjoni kulturali

1.   Il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni f'din l-isfera, kif ukoll ir-rabtiet kulturali u l-kuntatti bejn l-aġenti kulturali fiż-żewġ reġjuni, għandhom jiġu estiżi.

2.   L-għan għandu jkun li tiġi promossa kooperazzjoni kulturali bejn il-Partijiet, fejn jitqiesu u jiġu ffavoriti sinerġiji ma' skemi bilaterali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-kooperazzjoni għandha sseħħ skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur u l-ftehimiet internazzjonali rilevanti.

4.   Din il-kooperazzjoni tista' tkopri l-oqsma kulturali kollha, inklużi, fost l-oħrajn, l-oqsma li ġejjin:

(a)

it-traduzzjoni ta' xogħlijiet letterarji;

(b)

il-konservazzjoni, ir-restawr, l-irkupru u r-rivitalizzazzjoni tal-wirt kulturali;

(c)

l-avvenimenti kulturali u attivitajiet relatati, kif ukoll l-iskambji ta' artisti u ta' professjonisti fil-qasam kulturali;

(d)

il-promozzjoni tad-diversità kulturali, b'mod partikolari dik tal-popli indiġeni u ta' gruppi etniċi oħrajn tal-Amerika Ċentrali;

(e)

l-iskambji taż-żgħażagħ;

(f)

il-ġlieda kontra t-traffiku illeċitu tal-patrimonju kulturali u l-prevenzjoni tiegħu;

(g)

il-promozzjoni tal-industriji tal-artiġjanat u kulturali.

Artikolu 41

Kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fis-settur tas-saħħa bil-għan li jagħtu appoġġ lir-riformi settorjali li jwasslu biex l-għoti tas-servizz tas-saħħa jiffavorixxi lill-foqra u jkun wieħed ekwu kif ukoll biex jippromwovu mekkaniżmi ta' finanzjament ġust li jtejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa u għas-sigurtà nutrizzjonali għall-foqra.

2.   Il-Partijiet jaqblu li l-prevenzjoni primarja teħtieġ ukoll l-involviment ta' setturi oħrajn bħall-edukazzjoni, l-ilma u s-sanità. F'dan ir-rigward, il-Partijiet għandhom l-għan li jsaħħu u jiżviluppaw sħubijiet li jmorru lil hinn mis-settur tas-saħħa sabiex jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, bħall-ġlieda kontra l-AIDS, il-malarja, it-tuberikolożi, u epidemiji oħrajn. Is-sħubijiet mas-soċjetà ċivili, mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u mas-settur privat ukoll huma meħtieġa sabiex jiġu indirizzati s-saħħa u d-drittijiet sesswali f'approċċ sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneri u sabiex ikun hemm ħidma maż-żgħażagħ ħalli jiġu pprevenuti l-mard trażmess sesswalment u t-tqaliet mhux mixtieqa, sakemm dawn l-għanijiet ma jmorrux kontra l-qafas legali u s-sensittività kulturali tal-pajjiżi.

Artikolu 42

Kooperazzjoni soċjali

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fi djalogu dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-soċjetà. Titqies b'mod partikolari l-ħtieġa li tkun evitata d-diskriminazzjoni fit-trattament taċ-ċittadini ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet li jkunu legalment residenti fit-territorji tal-Parti l-oħra.

2.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-iżvilupp soċjali, li jrid jimxi id f'id mal-iżvilupp ekonomiku u jaqblu li jagħtu prijorità lill-impjiegi, lid-djar u lill-insedjamenti umani skont il-politiki u d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom, kif ukoll lill-promozzjoni tal-prinċipji u tad-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol identifikati mill-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-hekk imsejħa l-Istandards Ċentrali tax-Xogħol (Core Labor Standards).

3.   Il-Partijiet jistgħu jikkooperaw fi kwalunkwe qasam ta' interess reċiproku fl-oqsma msemmija hawn fuq.

4.   Fejn ikun xieraq u skont il-proċeduri rispettivi tagħhom, il-Partijiet jistgħu jwettqu dan id-djalogu f'koordinazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mal-kontroparti tiegħu fl-Amerika Ċentrali, rispettivament.

Artikolu 43

Parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-kooperazzjoni

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol u l-kontribut potenzjali tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta' kooperazzjoni u jaqblu li jippromwovu djalogu effettiv mas-soċjetà ċivili.

2.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi ta' kull Parti, is-soċjetà ċivili tista':

(a)

tiġi kkonsultata waqt il-proċess tat-tfassil tal-politiki fuq il-livell tal-pajjiż skont prinċipji demokratiċi;

(b)

tiġi informata b'konsultazzjonijiet dwar l-istrateġiji u l-politiki settorjali ta' żvilupp u ta' kooperazzjoni, b'mod partikolari f'oqsma li jikkonċernawhom, inklużi l-istadji kollha tal-proċess ta' żvilupp, u tipparteċipa fihom;

(c)

tirċievi riżorsi finanzji, sa fejn ir-regoli interni ta' kull Parti jippermettu dan, u appoġġ għall-bini tal-kapaċità f'oqsma kritiċi;

(d)

tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni fl-oqsma li jikkonċernawha.

Artikolu 44

Kooperazzjoni fil-qasam tal-ġeneru

Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam tgħin sabiex jissaħħu politiki, programmi u mekkaniżmi li jkollhom l-għan li jiżguraw, itejbu u jespandu parteċipazzjoni u opportunitajiet indaqs għall-irġiel u għan-nisa fis-setturi kollha tal-ħajja politika, ekonomika, soċjali u kulturali inkluż, fejn ikun meħtieġ, permezz tal-adozzjoni ta' miżuri pożittivi b'appoġġ għan-nisa. Tgħin ukoll sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess tan-nisa għar-riżorsi kollha meħtieġa sabiex jeżerċitaw b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali tagħhom.

Artikolu 45

Kooperazzjoni dwar il-popli indiġeni u gruppi etniċi oħrajn tal-Amerika Ċentrali

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam tagħti kontribut sabiex jiġi promoss l-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet għall-popli indiġeni u għal gruppi etniċi oħrajn tal-Amerika Ċentrali kif ukoll sabiex jissaħħu dawk eżistenti, fil-kuntest tal-promozzjoni tal-miri tal-qerda tal-faqar, tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazija u għad-diversità kulturali.

2.   Minbarra li titqies b'mod sistematiku s-sitwazzjoni tal-popli indiġeni u ta' gruppi etniċi oħrajn tal-Amerika Ċentrali fil-livelli kollha tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-Partijiet jintegraw is-sitwazzjoni partikolari tagħhom fl-iżvilupp tal-politiki u jsaħħu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tagħhom sabiex iżidu l-effetti pożittivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fuq dawn il-gruppi, skont l-obbligi nazzjonali u internazzjonali tal-Partijiet.

Artikolu 46

Kooperazzjoni dwar il-popli spostati u l-ġellieda demobilizzati

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni b'appoġġ għall-popli spostati u għall-ġellieda demobilizzati tgħin sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tagħhom minn meta tieqaf l-għajnuna umanitarja sal-adozzjoni ta' soluzzjoni iktar fit-tul sabiex tinstab soluzzjoni dwar l-istatus tagħhom.

2.   Din il-kooperazzjoni tista' tinkludi, fost l-oħrajn, l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

awtosuffiċjenza u integrazzjoni mill-ġdid tal-popli spostati u tal-ġellieda demobilizzati fin-nisġa soċjoekonomika;

(b)

għajnuna lill-komunitajiet ospitanti lokali u liż-żoni ta' insedjament mill-ġdid sabiex jinkuraġġixxu l-aċċettazzjoni u l-integrazzjoni tal-popli spostati u tal-ġellieda demobilizzati;

(c)

għajnuna lil dawk il-persuni li b'mod volontarju jirritornaw lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom jew f'pajjiżi terzi, u joqogħdu fihom, jekk il-kundizzjonijiet jippermettu dan;

(d)

operazzjonijiet biex in-nies jingħataw għajnuna ħalli jirkupraw l-affarijiet personali tagħhom jew id-drittijiet għall-proprjetà tagħhom kif ukoll għajnuna sabiex tinstab soluzzjoni legali għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-persuni inkwistjoni;

(e)

tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-pajjiżi ffaċċati b'dawn il-kwistjonijiet;

(f)

appoġġ għall-inseriment mill-ġdid fil-ħajja politika, soċjali u produttiva, inkluż, fejn ikun applikabbli, bħala parti minn proċess ta' rikonċiljazzjoni.

Artikolu 47

Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra d-drogi illeċiti u l-kriminalità relatata

1.   Fuq il-bażi tal-prinċipju tal-koresponsabbiltà, il-Partijiet jaqblu li kooperazzjoni f'dan il-qasam ikollha l-għan li tikkoordina u żżid l-isforzi konġunti sabiex jiġu pprevenuti u jitnaqqsu l-produzzjoni, it-traffikar u l-konsum tad-drogi illeċiti. Il-Partijiet jaqblu wkoll li jagħmlu ħilithom sabiex jiġġieledu l-kriminalità relatata ma' dan it-traffiku, fost l-oħrajn permezz ta' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għal mekkaniżmi oħrajn ta' kooperazzjoni, il-Partijiet jaqblu li l-Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni u ta' Kooperazzjoni dwar id-Drogi (Co-ordination and Cooperation Mechanism on Drugs) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew jintuża wkoll għal dan l-iskop.

2.   Il-Partijiet jikkooperaw f'dan il-qasam sabiex jimplimentaw, b'mod partikolari:

(a)

programmi li jipprevjenu l-abbuż mid-droga, b'mod speċjali fi gruppi vulnerabbli u li jinsabu f'riskju kbir;

(b)

proġetti sabiex persuni dipendenti mid-droga jiġu mħarrga, edukati, ittrattati u riabilitati kif ukoll integrati mill-ġdid fis-soċjetà;

(c)

proġetti li jiffavorixxu l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-azzjoni f'dan il-qasam fl-Amerika Ċentrali;

(d)

programmi ta' riċerka konġunta;

(e)

miżuri u attivitajiet ta' kooperazzjoni li jkollhom l-għan li jinkoraġġixxu żvilupp alternattiv, b'mod partikolari, il-promozzjoni ta' wċuħ tar-raba' legali ta' produtturi żgħar;

(f)

miżuri sabiex ikun ikkontrollat il-kummerċ fil-prekursuri u fil-prodotti essenzjali ekwivalenti għal dawk adottati mill-Komunità Ewropea u mill-korpi internazzjonali kompetenti;

(g)

miżuri sabiex titnaqqas il-provvista ta' drogi illeċiti, li jinkludu taħriġ f'sistemi ta' kontroll amministrattivi sabiex tkun evitata d-devjazzjoni tal-prekursuri kimiċi u kontroll tad-delitti relatati.

Artikolu 48

Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-kriminalità relatata

1.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw sabiex jipprevjenu li s-sistemi finanzjarji tagħhom jintużaw għall-ħasil tar-rikavati li jirriżultaw minn attivitajiet kriminali b'mod ġenerali u mit-traffikar tad-droga b'mod partikolari.

2.   Din il-kooperazzjoni tinkludi assistenza amministrattiva u teknika li jkollha l-għan li tiżviluppa u timplimenta regolamenti u li l-istandards u l-mekkaniżmi xierqa jaħdmu b'mod effiċjenti. B'mod partikolari, il-kooperazzjoni tippermetti l-iskambji ta' informazzjoni rilevanti u l-adozzjoni ta' standards xierqa sabiex jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus li jkunu paragunabbli għal dawk adottati mill-Komunità Ewropea u mill-korpi internazzjonali attivi f'dan il-qasam, bħat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (Financial Action Task Force, FATF), u n-Nazzjonijiet Uniti. Tiġi inkoraġġita l-kooperazzjoni fil-livell reġjonali.

Artikolu 49

Kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni

1.   Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza ta' ġestjoni konġunta tal-flussi migratorji bejn it-territorji tagħhom. Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni, il-Partijiet jistabbilixxu djalogu komprensiv dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-migrazzjoni, inklużi l-migrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin, u l-flussi tar-refuġjati. It-tħassib dwar il-migrazzjoni jiġi inkluż fl-istrateġiji nazzjonali għal żvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi tal-oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni tal-migranti.

2.   Il-kooperazzjoni tirrikonoxxi li l-migrazzjoni hija fenomenu u li għandhom jiġu analizzati u diskussi perspettivi differenti sabiex dan il-fatt jiġi indirizzat skont leġiżlazzjoni internazzjonali, Komunitarja u nazzjonali li tkun applikabbli u rilevanti. B'mod partikolari, hija se tiffoka fuq:

(a)

il-kawżi primarji tal-migrazzjoni;

(b)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-prattiki nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali, sabiex ikunu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 dwar l-istatus tar-refuġjati u tal-Protokoll tal-1967, kif ukoll ta' strumenti reġjonali u internazzjonali rilevanti oħrajn ħalli jkun żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta' “non-refoulement”;

(c)

ir-regoli ta' ammissjoni, kif ukoll id-drittijiet u l-istatus tal-persuni ammessi, trattament ġust u politiki ta' integrazzjoni għall-persuni kollha legalment residenti f'pajjiż li ma jkunux ċittadini tiegħu, edukazzjoni, taħriġ u miżuri kontra r-razziżmu u l-ksenofobija u d-dispożizzjonijiet kollha applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti;

(d)

l-istabbiliment ta' politika effettiva u preventiva kontra l-immigrazzjoni illegali. Hija tiffoka wkoll fuq il-kuntrabandu tal-migranti u fuq it-traffikar tal-bnedmin inkluża l-kwistjoni tal-modi kif għandhom jiġu miġġielda netwerks u organizzazzjonijiet kriminali ta' kuntrabandisti u ta' traffikanti u kif għandhom jiġu protetti l-vittmi ta' tali traffikar;

(e)

ir-ritorn, f'kundizzjonijiet umani u dinjitużi, ta' persuni residenti illegalment u r-riammissjoni tagħhom, skont il-paragrafu 3;

(f)

il-qasam tal-viżi, dwar kwistjonijiet identifikati bħala li huma ta' interess reċiproku;

(g)

il-qasam tal-kontrolli fuq il-fruntieri, fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-organizzazzjoni, mat-taħriġ, mal-aħjar prattiki, u ma' miżuri operattivi oħrajn fuq il-post, u fejn ikun rilevanti, mat-tagħmir, filwaqt li jkun hemm għarfien tal-użu doppju potenzjali ta' tali tagħmir.

3.   Fil-qafas tal-kooperazzjoni sabiex tkun ipprevenuta u kkontrollata l-immigrazzjoni illegali, il-Partijiet jaqblu wkoll li jammettu mill-ġdid il-migranti illegali tagħhom. Għal dan il-għan:

Kull pajjiż tal-Amerika Ċentrali, malli jintalab jagħmel dan u mingħajr iktar formalitajiet, jammetti mill-ġdid lil kwalunkwe ċittadin tiegħu li kien preżenti illegalment fit-territorju ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jipprovdi liċ-ċittadini tiegħu b'dokumenti tal-identità xierqa u jqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom il-faċilitajiet amministrattivi meħtieġa għal skopijiet bħal dawn;

Kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, malli jintalab jagħmel dan u mingħajr iktar formalitajiet, jammetti mill-ġdid lil kwalunkwe ċittadin tiegħu preżenti illegalment fit-territorju ta' Pajjiż tal-Amerika Ċentrali, jipprovdi liċ-ċittadini tiegħu b'dokumenti tal-identità xierqa u jqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom il-faċilitajiet amministrattivi meħtieġa għal skopijiet bħal dawn.

Il-Partijiet jaqblu li jikkonkludu, malli jintalbu jagħmlu dan u mill-iktar fis possibbli, ftehim li jirregola l-obbligi speċifiċi għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u għall-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali dwar ir-riammissjoni. Dan il-ftehim se jindirizza wkoll il-kwistjoni tar-riammissjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi oħrajn u ta' persuni apolidi.

Għal dan l-iskop, it-terminu “Partijiet” ifisser il-Komunità, kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha u kwalunkwe Pajjiż tal-Amerika Ċentrali.

Artikolu 50

Kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-importanza tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u, skont il-konvenzjonijiet internazzjonali, ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU u l-leġiżlazzjoni u r-regolamenti rispettivi tagħhom, jaqblu li jikkooperaw fil-prevenzjoni u fis-soppressjoni tal-atti tat-terroriżmu. Huma jagħmlu dan, b'mod partikolari:

(a)

fil-qafas ta' implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 1373 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kif ukoll ta' riżoluzzjonijiet, konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali tan-NU rilevanti oħrajn;

(b)

bl-iskambju ta' informazzjoni dwar gruppi terroristiċi u n-netwerks ta' appoġġ tagħhom skont id-dritt internazzjonali u dak nazzjonali; u

(c)

bl-iskambju ta' fehmiet dwar il-mezzi u l-metodi użati sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu, inkluż fl-oqsma tekniċi u fit-taħriġ, u bl-iskambju ta' esperjenzi fil-prevenzjoni tat-terroriżmu.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 51

Mezzi

1.   Bil-għan li jagħtu kontribut sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' kooperazzjoni stabbiliti f'dan il-Ftehim, il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jipprovdu, fil-limiti tal-kapaċitajiet tagħhom u bil-mezzi tagħhom stess, ir-riżorsi xierqa, inklużi r-riżorsi finanzjarji. F'dan il-kuntest, il-Partijiet japprovaw, sa fejn ikun possibbli, programmi multiannwali u jistabbilixxu prijoritajiet, fejn iqisu l-ħtiġijiet u l-livell ta' żvilupp tal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali.

2.   Il-Partijiet jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jippromwovu u jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment fl-Amerika Ċentrali skont il-proċeduri u l-kriterji ta' finanzjament tiegħu stess u skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

3.   Il-Pajjiżi tal-Amerika Ċentrali jagħtu faċilitajiet u garanziji lill-esperti tal-Komunità Ewropea u eżenzjoni mit-taxxi fuq l-importazzjonijiet għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni skont il-Konvenzjonijiet Qafas iffirmati bejn il-Komunità Ewropea u kull Pajjiż tal-Amerika Ċentrali.

Artikolu 52

Qafas Istituzzjonali

1.   Il-Partijiet jaqblu li jżommu l-Kumitat Konġunt, stabbilit skont il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-Amerika Ċentrali tal-1985 u miżmum mill-Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni tal-1993.

2.   Il-Kumitat Konġunt ikun responsabbli mill-implimentazzjoni ġenerali tal-ftehim. Huwa jiddiskuti wkoll kwalunkwe kwistjoni li taffettwa r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Partijiet, inkluż mal-Pajjiżi Membri individwali tal-Parti tal-Amerika Ċentrali.

3.   L-aġendi għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ikunu ffissati bi qbil miż-żewġ naħat. Il-Kumitat stess jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza u l-post tal-laqgħat tiegħu, dwar il-presidenza u dwar kwistjonijiet oħrajn li jistgħu jinqalgħu u, fejn ikun meħtieġ, jistabbilixxi sottokumitati.

4.   Jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv Konġunt, li jkun jikkonsisti f'rappreżentanti tal-Kumitat Konsultattiv tas-Sistema ta' Integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali (CC-SICA) u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), sabiex jassisti lill-Kumitat Konġunt ħalli jkun promoss id-djalogu mal-organizzazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili.

5.   Il-Partijiet jinkoraġġixxu lill-Parlament Ewropew u lill-Parlament tal-Amerika Ċentrali (Parlacen) jistabbilixxu Kumitat Interparlamentari, fil-qafas ta' dan il-Ftehim, skont il-liġijiet kostituzzjonali tagħhom.

Artikolu 53

Definizzjoni tal-Partijiet

Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, “il-Partijiet” tfisser il-Komunità, l-Istati Membri tagħha, jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fl-oqsma rispettivi ta' kompetenza tagħhom, kif jirriżulta mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, skont l-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom. Il-Ftehim japplika wkoll għall-miżuri meħuda minn kwalunkwe awtorità Statali, reġjonali jew lokali, fit-territorji tal-Partijiet.

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih il-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu kkompletaw il-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.

2.   In-notifiki jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

3.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, skont il-paragrafu 1, dan il-Ftehim jissostitwixxi l-Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni tal-1993.

Artikolu 55

Tul ta' żmien

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun validu għal żmien indefinit. F'dan il-kuntest, u kif ġie ddikjarat fl-Artikolu 2(3) ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet ifakkru fid-Dikjarazzjoni ta' Madrid tas-17 ta' Mejju 2002.

2.   Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista' tinnotifika bil-miktub lill-parti l-oħra l-intenzjoni tagħha li tiddenunzja dan il-Ftehim. Id-denunzja ssir effettiva sitt xhur wara n-notifika lill-Parti l-oħra.

Artikolu 56

Twettiq tal-obbligi

1.   Il-Partijiet jadottaw kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa minnhom sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim u jiżguraw irwieħhom li jkunu konformi mal-għanijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim.

2.   Jekk waħda mill-Partijiet tikkunsidra li l-Parti l-oħra tkun naqset milli twettaq obbligu taħt dan il-Ftehim, tista' tieħu miżuri xierqa. Qabel ma tagħmel dan, trid fi żmien 30 jum tipprovdi lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa għal eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

F'din l-għażla ta' miżuri, trid tingħata prijorità lil dawk li l-inqas jiddisturbaw il-funzjonament ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri jiġu nnotifikati immedjatament lill-Kumitat Konġunt u jkunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet fil-Kumitat jekk il-Parti l-oħra titlob dan.

3.   Bħala deroga mill-paragrafu 2, kwalunke Parti tista' immedjatament tieħu miżuri xierqa skont id-dritt internazzjonali f'każ ta':

(a)

denunzja ta' dan il-Ftehim mhux sanzjonata mir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali;

(b)

ksur mill-Parti l-oħra tal-elementi essenzjali ta' dan il-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1(1).

Il-Parti l-oħra tista' titlob li tissejjaħ laqgħa urġenti sabiex il-Partijiet jinġiebu flimkien fi żmien 15-il jum għal eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

Artikolu 57

Żviluppi futuri

1.   Il-Partijiet jistgħu jiftiehmu li jestendu dan il-Ftehim bil-għan li jwessgħu u jissupplimentaw il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom, billi jikkonkludu ftehimiet dwar setturi jew attivitajiet speċifiċi fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Ma tiġi eskluża min qabel l-ebda opportunità għal kooperazzjoni. Il-Partijiet jistgħu jużaw il-Kumitat Konġunt sabiex jesploraw possibbiltajiet prattiċi għall-kooperazzjoni fl-interess reċiproku tagħhom.

3.   Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti tista' tagħmel suġġerimenti maħsuba sabiex jespandu l-kooperazzjoni fl-oqsma kollha, fejn titqies l-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 58

Protezzjoni tad-dejta

Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li jagħtu livell għoli ta' protezzjoni lill-ipproċessar ta' dejta personali u ta' dejta oħra, kompatibbli mal-ogħla standards internazzjonali.

Artikolu 59

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim japplika, minn naħa waħda, għat-territorji fejn jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorji tar-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama.

Artikolu 60

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola u Svediża, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Hecho en Roma, el quince de diciembre del dos mil tres.

Udfærdiget i Rom den femtende december to tusind og tre.

Geschehen zu Rom am fünfzehnten Dezember zweitausendunddrei.

'Εγινε στη Ρώμη, στις δέκα πέντε Δεκεμβρίου dύο χιλιάδες τρία.

Done in Rome on the fifteenth day of December in the year two thousand and three.

Fait à Rome, le quinze décembre deux mille trois.

Fatto a Roma, addi' quindici dicembre duemilatre.

Gedaan te Rome, de vijftiende december tweeduizenddrie.

Feito em Roma, em quinze de Dezembro de dois mil e três.

Tehty Roomassa viidentenätoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakolme.

Som skedde i Rom den femtonde december tjugohundratre.

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image 1

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

På Kongeriget Danmarks vegne

Image 2

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image 3

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image 4

Por el Reino de España

Image 5

Pour la République française

Image 6

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image 7

Per la Repubblica italiana

Image 8

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image 9

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image 10

Für die Republik Österreich

Image 11

Pela República Portuguesa

Image 12

Suomen tasavallan puolesta

Image 13

För Konungariket Sverige

Image 14

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image 15

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image 16

Por la República de Costa Rica

Image 17

Por la República de El Salvador

Image 18

Por la República de Guatemala

Image 19

Por la República de Honduras

Image 20

Por la República de Nicaragua

Image 21

Por la República de Panamá

Image 22


(1)  Kif previst fl-Artikolu 2(5), “miftuħa” ma għandhiex tiġi interpretata bħala li tfisser “aċċess”.


ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET UNILATERALI TAL-UE

 

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-klawżola li tikkonċerna r-ritorn u r-riammissjoni tal-migranti illegali (l-artikolu 49)

L-Artikolu 49 għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-separazzjoni interna tal-poteri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għall-konklużjoni ta' ftehimiet ta' riammissjoni.

Dikjarazzjoni tal-kummissjoni u tal-kunsill tal-unjoni ewropea dwar il-klawżola li tikkonċerna d-definizzjoni tal-partijiet (l-artikolu 53)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Parti III, Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti mill-Komunità Ewropea, sakemm ir-Renju Unit jew l-Irlanda (skont kif ikun il-każ) jinnotifikaw lill-Parti tal-Amerika Ċentrali li jkunu saru marbutin bħala parti mill-Komunità Ewropea skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. L-istess japplika għad-Danimarka, skont il-Protokoll anness ma' dawk it-Trattati dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.

Dikjarazzjoni konġunta fir-rigward tat-titolu ii dwar Djalogu Politiku

Il-Partijiet jaqblu li l-Beliże, fil-kapaċità tiegħu bħala membru sħiħ tas-Sistema ta' Integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali (SICA), għandu jieħu sehem fid-Djalogu Politiku.


REGOLAMENTI

15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/29


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 380/2014

tal-14 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta' Ottubru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (2) jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK (3) (sostitwita bid-Deċiżjoni 2010/638/PESK). Dawk il-miżuri inkludew projbizzjoni fuq il-provvista ta' għajnuna teknika u finanzjarja u servizzi oħrajn relatati ma' tagħmir militari u embargo biex jinbiegħ, jiġi fornut, trasferit jew esportat tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna.

(2)

Fl-14 ta' April 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/213/PESK (4) li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK li neħħiet l-embargo fuq l-armi u l-embargo fir-rigward tat-tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna.

(3)

Ċerti aspetti tat-tneħħija ta' dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fuq il-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat skont kif ġej:

(1)

Tħassru l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 1.

(2)

L-Artikoli 2, 3, 4 u 5 jitħassru.

(3)

L-Artikolu 7 hu sostitwit b'li ġej:

“Artikolu 7

Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(2) ma għandhiex tqajjem obbligu ta' kwalunkwe xorta għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li għamlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi kieku ma kinux jafu, u ma kellhom ebda kawża raġonevoli biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-projbizzjoni in kwistjoni.”

(4)

L-Anness I huwa mħassar.

(3)

L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26).

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK tas-27 ta' Ottubru 2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7).

(4)  Id-Deċiżjoni 2014/213/PESK tal-14 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ara l-paġna 83 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

“ANNESS III

Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Sanctions-Monitoring-Board-.aspx

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

Indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu”


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 381/2014

tal-14 ta' April 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(2)

Għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014.

(3)

Barra minn hekk, l-informazzjoni ta' identifikazzjoni għal tliet persuni elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandha tiġi emendata.

(4)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


ANNESS I

Persuni msemmija fl-Artikolu 1.

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

19.

Serhiy Arbuzov

Imwieled fl-24 ta' Marzu 1976, ex-Prim Ministru tal-Ukraina.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

15.4.2014

20.

Yuriy Ivanyushchenko

Imwieled fil-21 ta' Frar 1959, Membru Parlamentari tal-Partit tar-Reġjuni.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

15.4.2014

21.

Oleksandr Klymenko

Imwieled fis-16 ta' Novembru 1980, ex-Ministru tad-Dħul u l-Ħlasijiet.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

15.4.2014

22.

Edward Stavytskyi

Imwieled fl-4 ta' Ottubru 1972, ex-Ministru tal-Karburanti u l-Enerġija tal-Ukraina.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

15.4.2014


ANNESS II

L-entrati għall-persuni li ġejjin elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huma sostitwiti mill-entrati ta' hawn taħt:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

9.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych

Imwieled fl-10 ta' Lulju 1973, iben l-ex-President, negozjant.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

6.3.2014

12.

Serhii Petrovych Kliuiev

Imwieled fid 19 ta' Awwissu 1969, ħu s-Sur Andrei Kliuiev, negozjant.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

6.3.2014

14.

Oleksii Mykolayovych Azarov

Imwieled fit-13 ta' Lulju 1971, iben l-ex-Prim Ministru Azarov.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

6.3.2014


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/36


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 382/2014

tas-7 ta' Marzu 2014

li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni ta' supplimenti għall-prospetti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva Nru 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/71/KE tarmonizza r-rewiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li jrid jiġi ppubblikat meta jiġu offruti t-titoli lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jkun jinsab jew jopera ġewwa Stat Membru.

(2)

Id-Direttiva 2003/71/KE teħtieġ ukoll il-pubblikazzjoni ta' supplimenti għall-prospett li jsemmu kull fattur sinifikanti ġodda, żball materjali jew impreċiżjoni dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospett li tista' taffettwa l-valutazzjoni tat-titoli u li jinħolqu jew jiġu osservati bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew, jiddependi mill-każ, iż-żmien meta jibda l-kummerċ f'suq regolat, skont liema minn dawn iseħħ l-aħħar.

(3)

Il-provvediment ta' informazzjoni sħiħa dwar it-titoli u l-emittenti tat-titoli jippromwovi l-protezzjoni tal-investituri. Suppliment għandu għalhekk jinkludi l-informazzjoni materjali kollha dwar is-sitwazzjonijiet speċifiċi li wasslu għas-suppliment u din għandha tiġi inkluża fil-prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004. (2)

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti, jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2003/71/KE u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati s-sitwazzjonijiet fejn il-pubblikazzjoni ta' supplimenti għall-prospetti hija meħtieġa.

(5)

Mhuwiex possibbli li jiġu identifikati s-sitwazzjonijiet kollha fejn ikun meħtieġ suppliment mal-prospett minħabba li dan jista' jiddependi fuq l-emittent u t-titoli involuti. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu speċifikati s-sitwazzjonijiet minimi fejn ikun meħtieġ suppliment.

(6)

Rapporti finanzjarji awditjati annwali għandhom rwol kruċjali għall-investituri meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment. Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jibbażaw id-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom fuq l-aktar informazzjoni finanzjarja reċenti, huwa meħtieġ li jiġi ppubblikat suppliment li jinkludi rapporti finanzjarji awditjati annwali ġodda tal-emittenti tat-titoli ta' ekwità u l-emittenti tal-ishma sottostanti fil-każ ta' rċevuti ta' depożiti ppubblikati wara l-approvazzjoni tal-prospett.

(7)

Sabiex jitqies il-fatt li previżjonijiet ta' profitt u stimi ta' profitt jistgħu jinfluwenzaw deċiżjoni dwar l-investiment, l-emittenti tat-titoli ta' ekwità u l-emittenti tal-ishma sottostanti fil-każ ta' rċevuti ta' depożiti għandhom jippubblikaw suppliment li fih kull tibdil fiċ-ċifri impliċiti jew espliċiti li jikkostitwixxu l-previżjonijiet tal-profitt jew l-istimi tal-profitt diġà inklużi fil-prospett.

(8)

Informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti ewlenin jew kull entità ta' kontroll tal-emittent hija vitali għal valutazzjoni informata tal-emittent, fil-każ ta' kull tip ta' titolu. Madankollu, sitwazzjoni ta' bidla fil-kontroll tal-emittent hija partikolarment sinifikanti fejn l-offerta tirreferi għal titoli ta' ekwità u rċevuti ta' depożiti minħabba li dawn it-tipi ta' titoli huma, b'mod ġenerali, aktar sensittivi għall-prezz għal din is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, għandu jiġi ppubblikat suppliment meta jkun hemm bidla ta' kontroll ta' emittent ta' titoli ta' ekwità jew emittent ta' ishma sottostanti fil-każ ta' rċevuti ta' depożiti.

(9)

Huwa essenzjali li l-investituri potenzjali li jivvalutaw offerta pendenti ta' titoli ta' ekwità jew irċevuti ta' depożiti huma f'pożizzjoni li jqabblu t-termini u l-kundizzjonijiet ta' tali offerta bil-prezz jew it-termini ta' skambju marbuta ma' kull offerta pubblika ta' xiri mħabbra matul l-perjodu tal-offerta. Barra minn hekk, ir-riżultat ta' offerta pubblika ta' xiri hija wkoll sinifikanti għad-deċiżjoni dwar l-investiment minħabba li l-investituri jeħtieġu li jkunu jafu jekk dan jimplikax bidla fil-kontroll tal-emittent jew le. F'dawn il-każijiet, għalhekk, huwa meħtieġ suppliment.

(10)

Meta dikjarazzjoni tal-kapital operatorju ma tkunx valida aktar l-investituri ma jkunux f'pożizzjoni li jieħdu deċiżjoni dwar l-investiment bl-informazzjoni kollha dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent fil-futur immedjat. L-investituri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jivvalutaw mill-ġdid id-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida dwar il-kapaċità tal-emittent li jaċċessa flus kontanti u riżorsi likwidi disponibbli oħra biex jagħmel tajjeb għar-responsabbiltajiet tiegħu. F'dawn il-każijiet, għalhekk, huwa meħtieġ suppliment.

(11)

Hemm sitwazzjonijiet fejn, wara l-approvazzjoni ta' prospett, emittent jew offerent jiddeċiedi li joffri t-titoli fi Stati Membri oħra għajr dawk imsemmija fil-prospett, jew japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli fi swieq regolati fi Stati Membri addizzjonali ħlief dawk previsti fil-prospett. Informazzjoni dwar dawn l-offerti fi Stati Membri oħra jew l-ammissjoni għall-kummerċ fi swieq regolati tagħhom hija importanti għall-valutazzjoni ta' ċerti aspetti tat-titoli tal-emittent u għalhekk tkun teħtieġ suppliment.

(12)

Il-pożizzjoni finanzjarja jew in-negozju tal-entità x'aktarx tkun affettwata minn impenn finanzjarju sinifikanti. Għaldaqstant, l-investituri għandhom ikunu intitolati li jirċievu informazzjoni addizzjonali dwar il-konsegwenzi ta' dan l-impenn f'suppliment għall-prospett.

(13)

Żieda tal-ammont nominali aggregat ta' programm ta' offerti tipprovdi informazzjoni dwar il-ħtieġa tal-emittenti għall-finanzjament jew żieda fit-talbiet għat-titoli tal-emittenti. Għalhekk, fejn hemm żieda fl-ammont nominali aggregat ta' programm ta' offerti inkluża fil-prospett, għandu jiġi ppubblikat suppliment għall-prospett.

(14)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(15)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw is-sitwazzjonijiet li fihom il-pubblikazzjoni ta' suppliment għal prospett hija obbligatorja.

Artikolu 2

Obbligu biex jiġi ppubblikat suppliment

Flimkien mal-prospett jiġi ppubblikat suppliment fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn rapporti finanzjarji awditjati annwali ġodda jiġu ppubblikati minn dawn li ġejjin:

(1)

emittent fil-każ li prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(2)

emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma f'każ ta' titoli ta' ekwità li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(3)

emittent tal-ishma sottostanti fil-każ li l-prospett jitfassal skont l-irċevuta ta' depożitu, stabbilit fl-Anness X jew XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(b)

meta emenda għal previżjoni tal-profitt jew stima tal-profitt diġà inkluża fil-prospett tiġi ppubblikata minn dawn li ġejjin:

(1)

emittent fil-każ li prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(2)

emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma fil-każ li prospett ikun relatat ma' titoli ta' ekwità li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(3)

emittent tal-ishma sottostanti fil-każ li l-prospett jitfassal skont l-iskeda tal-irċevuta ta' depożitu, stabbilita fl-Anness X jew XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(c)

fil-każ li jkun hemm tibdil fil-kontroll fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(1)

emittent fil-każ li prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(2)

emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma fil-każ li prospett ikun relatat ma' titoli ta' ekwità li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(3)

emittent tal-ishma sottostanti fil-każ li l-prospett jitfassal skont l-iskeda tal-irċevuta ta' depożitu, stabbilita fl-Anness X jew XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(d)

fil-każ ta' kull offerta pubblika ta' xiri ġdida minn partijiet terzi, kif definit fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-riżultat ta' kull offerta pubblika ta' xiri fir-rigward ta' dawn li ġejjin: (4)

(1)

it-titoli ta' ekwità tal-emittent fil-każ li prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(2)

it-titoli ta' ekwità tal-emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma fil-każ li prospett ikun relatat ma' titoli ta' ekwità li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(3)

it-titoli ta' ekwità tal-emittent tal-ishma sottostanti fil-każ li l-prospett jitfassal skont l-iskeda tal-irċevuta ta' depożitu, stabbilita fl-Anness X jew XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(e)

fejn fir-rigward ta' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 u titoli ta' dejn konvertibbli jew skambjabbli li jkunu titoli ta' ekwità konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(2) ta' dak ir-Regolament ikun hemm bidla fid-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju inkluża fi prospett meta l-kapital operatorju jsir suffiċjenti jew mhux suffiċjenti għar-rekwiżiti preżenti tal-emittent;

(f)

fil-każ li emittent qed ifittex l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq/fi swieq regolat(i) addizzjonali fi Stat(i) Membru/i jew għandu l-intenzjoni li jagħmel offerta lill-pubbliku fi Stat(i) Membru/i addizzjonali għajr dak/dawk stipulat(i) fil-prospett;

(g)

fil-każ li jsir impenn finanzjarju importanti ġdid li x'aktarx li jwassal għal bidla kumplessa sinifikanti fit-tifsira tal-Artikolu 4a(6) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 u l-prospett ikun relatat ma' ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għall-ishma msemmija fl-Artikolu 4(2)(1) ta' dak ir-Regolament u titoli ta' ekwità oħra li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(2) ta' dak ir-Regolament;

(h)

fil-każ li l-ammont nominali aggregat tal-programm tal-offerta jiżdied.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni bir-referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 383/2014

tat-2 ta' April 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Beurre de Bresse (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-domanda minn Franza biex id-denominazzjoni “Beurre de Bresse” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Beurre de Bresse” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 335, 16.11.2013, p. 22.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

FRANZA

Beurre de Bresse (DPO)


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 384/2014

tat-3 ta' April 2014

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Crème de Bresse (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-domanda minn Franza biex id-denominazzjoni “Crème de Bresse” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Crème de Bresse” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 335, 16.11.2013, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.4. Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib għajr il-butir, eċċ.)

FRANZA

Crème de Bresse (DPO)


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 385/2014

tat-3 ta' April 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Elbe-Saale Hopfen (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Elbe-Saale Hopfen” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Elbe-Saale Hopfen” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament b'dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 345, 26.11.2013, p. 24.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I tat-Trattat:

Il-klassi 1.8. Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

IL-ĠERMANJA

Elbe-Saale Hopfen (IĠP)


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/46


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 386/2014

tal-14 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1), (d) u (e) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi fuq il-bażi tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

(2)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ntgħażlu mill-Kunsill, huma koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(3)

Fl-14 ta' April 2014, fuq il-bażi ta' determinazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill iddeċieda (2) li jemenda t-tagħrif relatat ma' entità waħda fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom l-iffrizar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi għandu japplika u jħassar entità mill-Anness IV. L-Anness IV għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Fl-14 ta' April 2014, il-Kunsill iddeċieda wkoll li jħassar persuna elenkata fl-Anness V. L-Anness V għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/212/PESK tal-14 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ara l-paġna 79 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi” l-annotazzjoni għal “Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation” tinbidel b'dan li ġej:

“(16)

Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; (b) Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; (c) Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation; (d) Ryonha Machinery Corporation; (e) Ryonha Machinery; (f) Ryonha Machine Tool; (g) Ryonha Machine Tool Corporation; (h) Ryonha Machinery Corp; (i) Ryonhwa Machinery Joint Venture Corporation; (j) Ryonhwa Machinery JV; (k) Huichon Ryonha Machinery General Plant; (l) Unsan; (m) Unsan Solid Tools; u (n) Millim Technology Company). Indirizz: (a) Tongan-dong, Central District, Pyongyang, RDPK; (b) Mangungdae-gu, Pyongyang, RDPK; (c) Mangyongdae, Central District, Pyongyang, RDPK, Informazzjoni oħra: Posta elettronika: (a) ryonha@silibank.com; sjc-117@hotmail.com; u (b) millim@silibank.com. Numri tat-telefon: (a) 850-2-18111; (b) 850-2-18111-8642; u (c) 850-2-18111-381-8642. Numru tal-faks: 850-2-381-4410. Data tad-deżinjazzjoni: 22.1.2013.”

ANNESS II

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)” titħassar:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

“1.

Chang Song-taek (magħruf ukoll bħala JANG Song-Taek)

Data tat-twelid:

jew 2.2.1946 jew 6.2.1946 jew 23.2.1946 (il-provinċja ta' Hamgyong tat-Tramuntana)

Numru tal-passaport (fl-2006): PS 736420617

Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.”


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/48


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 387/2014

tal-14 ta' April 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 KG)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

64,0

TN

117,5

TR

93,7

ZZ

91,7

0707 00 05

MK

58,5

TR

124,3

ZZ

91,4

0709 93 10

MA

44,0

TR

96,8

ZZ

70,4

0805 10 20

EG

47,3

IL

67,5

MA

40,7

TN

46,6

TR

62,2

ZZ

52,9

0805 50 10

MA

35,6

TR

65,8

ZZ

50,7

0808 10 80

AR

96,5

BR

88,0

CL

101,3

CN

98,6

MK

26,7

NZ

138,0

US

175,3

ZA

130,1

ZZ

106,8

0808 30 90

AR

98,5

CL

147,3

CN

82,0

ZA

98,5

ZZ

106,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/50


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/48/UE

tal-24 ta' Marzu 2014

li temenda d-Direttiva 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3) ilha tiġi applikata fl-Istati Membri mill-1 ta' Lulju 2005 u nstabet li hi effettiva tul l-ewwel tliet snin tal-applikazzjoni tagħha, fil-limiti stabbiliti skont il-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Madankollu, mill-ewwel rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2008 dwar l-applikazzjoni tagħha jidher li ma tissodisfax kompletament l-ambizzjonijiet espressi fil-konklużjonijiet adottati unanimament mill-Kunsill fil-laqgħa tiegħu tas-26 u s-27 ta' Novembru 2000. B'mod partikolari, mhumiex koperti ċerti strumenti finanzjarji li huma ekwivalenti għal titoli ta' sigurtà bl-imgħax u ċerti mezzi indiretti ta' kif jinżammu titoli ta' sigurtà bl-imgħax.

(2)

Sabiex jinkiseb aħjar l-għan tad-Direttiva 2003/48/KE, huwa neċessarju li l-ewwel titjieb il-kwalità tal-informazzjoni użata sabiex jiġu stabbiliti l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji. F'dan ir-rigward, l-aġent ta' pagament għandu juża kemm id-data kif ukoll il-post ta' twelid, u jekk jeżistu n-numri tal-identifikazzjoni fiskali jew ekwivalenti allokati mill-Istati Membri. Id-Direttiva 2003/48/KE ma timponix obbligu fuq l-Istati Membri biex jintroduċu n-numri tal-identifikazzjoni fiskali. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni fir-rigward ta' kontijiet konġunti u każijiet oħrajn ta' sjieda benefiċjarja kondiviża għandha wkoll tittejjeb.

(3)

Id-Direttiva 2003/48/KE tapplika biss għal pagamenti ta' imgħax magħmulin għall-benefiċċju immedjat ta' individwi residenti fl-Unjoni. Għalhekk dawn l-individwi jistgħu jevadu d-Direttiva 2003/48/KE billi jużaw entità intermedjarja jew arranġament ġuridiku, speċjalment uħud stabbiliti f'ġurisdizzjoni fejn ma tkunx żgurata t-tassazzjoni fuq id-dħul imħallsa lil din l-entità jew lil dan l-arranġament. Minħabba wkoll il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus stabbiliti fid-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), huwa għaldaqstant adatt li l-aġenti ta' pagament jintalbu japplikaw “approċċ ta' trasparenza” għal pagamenti li saru lil ċerti entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi stabbiliti jew li għandhom il-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom f'ċerti pajjiżi jew territorji fejn id-Direttiva 2003/48/KE jew il-miżuri għall-istess għan jew ekwivalenti ma japplikawx. Dawk l-aġenti ta' pagament għandhom jużaw l-informazzjoni diġà disponibbli għalihom dwar is-sid/sidien benefiċjarju/i ta' tali entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 2003/48/KE tiġi applikata meta s-sid benefiċjarju hekk identifikat ikun individwu resident fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn ikun stabbilit l-aġent ta' pagament. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-aġenti ta' pagament, għandha titfassal lista indikattiva ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi fil-pajjiżi terzi u l-ġurisdizzjonijiet ikkonċernati minn din il-miżura.

(4)

Għandu jkun evitat ukoll il-ħrib mid-Direttiva 2003/48/KE meta pagament ta' imgħax jgħaddi b'mod artifiċjali permezz ta' operatur ekonomiku stabbilit barra mill-Unjoni. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu speċifikati r-r-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi meta jsiru jafu li pagament ta' imgħax ikun sar lil operatur li huwa stabbilit barra l-ambitu territorjali tad-Direttiva 2003/48/KE isir għall-benefiċċju ta' individwu, li huma jafu li huwa resident ta' Stat Membru ieħor u li jista' jkun ikkunsidrat li huwa klijent tagħhom. F'ċirkostanzi bħal dawn, dawk l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kkunsidrati li qed jaġixxu ta' aġenti ta' pagament. Dan jgħin ukoll sabiex jiġi evitat l-użu ħażin possibbli tan-netwerk internazzjonali tal-istituzzjonijiet finanzjarji, jiġifieri fergħat, sussidjarji, kumpanniji assoċjati jew possedenti li jaħarbu d-Direttiva 2003/48/KE.

(5)

L-esperjenza turi li tinħtieġ aktar ċarezza dwar l-obbligu tal-aġir ta' aġent ta' pagament mal-irċevuta ta' pagament ta' imgħax. B'mod partikolari, l-istrutturi intermedji li huma soġġetti għal dan l-obbligu għandhom ikunu identifikati b'mod ċar. Entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li mhumhiex soġġetti għal tassazzjoni effettiva għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/48/KE mal-irċevuta minnhom ta' kwalunkwe pagament ta' imgħax minn kwalunkwe operatur ekonomiku upstream. Lista indikattiva ta' tali entitajiet u arranġamenti legali f'kull Stat Membru ser tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda.

(6)

Mill-ewwel rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE jidher li din tista' tinħarab bl-użu ta' strumenti finanzjarji li, fir-rigward tal-livell ta' riskju, flessibbiltà u rendiment miftiehem, huma ekwivalenti għal pretensjonijiet ta' dejn. Għalhekk jeħtieġ li jkun żgurat li din tkopri mhux biss imgħax iżda wkoll dħul sostanzjalment ekwivalenti.

(7)

B'mod simili, il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fihom garanzija ta' rendiment fuq id-dħul jew li l-prestazzjoni tagħhom hija marbuta b'aktar minn 40 % mad-dħul minn pretensjonijiet ta' dejn jew dħul ekwivalenti kopert bid-Direttiva 2003/48/KE għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

(8)

Fir-rigward ta' fondi ta' investiment stabbiliti fl-Unjoni, id-Direttiva 2003/48/KE fil-preżent tkopri biss dħul li ġej minn impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li, fost oħrajn, ħassret u ssostitwiet id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE (6). Dħul ekwivalenti minn non-UCITS jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE biss meta n-non-UCITS huma entitajiet mingħajr personalità ġuridika u għalhekk jaġixxu bħala aġenti ta' pagament b'riċevuta tal-pagamenti ta' imgħax. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-istess regoli għall-fondi jew skemi ta' investiment kollha indipendentement mill-forma ġuridika tagħhom, ir-referenza fid-Direttiva 2003/48/KE għad-Direttiva 85/611/KEE għandha tkun sostitwita b'referenza għar-reġistrazzjoni tagħhom f'konformità mal-liġi ta' Stat Membru jew ir-regoli tal-fond tagħhom jew tal-istrumenti ta' inkorporazzjoni għandhom jiġu rregolati mil-liġi ta' wieħed mill-Istati Membri. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat trattament ugwali, b'kont meħud tat-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(9)

Fir-rigward ta' fondi ta' investiment mhux stabbiliti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea, jeħtieġ li jkun ċar li d-Direttiva tinkludi imgħax u dħul ekwivalenti minn dawk il-fondi kollha, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom u kif inhuma kollokati mal-investituri.

(10)

Id-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax għandu jkun ikkjarifikat biex tiżgura li jitqiesu mhux biss investimenti diretti f'pretensjonijiet ta' debitu iżda wkoll investimenti indiretti fil-kalkolu tal-perċentwal tal-assi investiti fit-tali strumenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni minn aġenti ta' pagament tad-Direttiva 2003/48/KE għad-dħul li ġej minn impriżi ta' investiment kollettiv stabbiliti f'pajjiżi oħra, għandu jkun ċar li l-kalkolu tal-kompożizzjoni tal-assi għat-trattament ta' ċertu dħul minn impriżi bħal dawn ikun irregolat skont ir-regoli stipulati fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea fejn ikunu stabbiliti.

(11)

Kemm il-proċedura ta' “ċertifikazzjoni” li tippermetti lis-sidien benefiċjarji li huma residenti għall-finijiet tat-taxxa fi Stat Membru wieħed li jevitaw l-impożizzjoni tat-taxxa minn ras il-għajn fuq pagamenti ta' imgħax li ġejjin minn Stat Membru ieħor elenkat fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/48/KE u l-proċedura alternattiva ta' żvelar volontarju lill-Istat tar-residenza tas-sid benefiċjarju għandhom merti. Madankollu, l-proċedura ta' żvelar volontarju hija ta' anqas piż għas-sid benefiċjarju u għaldaqstant huwa xieraq li l-għażla tal-proċedura tingħata lis-sidien benefiċjarji.

(12)

L-Istati Membri għandhom jagħtu statistiċi rilevanti dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE għat-titjib fil-kwalità tal-informazzjoni miżmuma mill-Kummissjoni fit-tħejjija tar-rapport, ippreżentat lill-Kunsill kull tliet snin, dwar l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

(13)

F'konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-tabelli tagħhom stess li juru, sa fejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(14)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(15)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata t-tassazzjoni effettiva fuq id-dħul mill-imgħax fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax transkonfinali li ġeneralment huma inklużi fl-Istati Membri kollha fid-dħul taxxabbli ta' individwi residenti, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(16)

Id-Direttiva 2003/48/KE għandha tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2003/48/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva huma mwettqin minn aġenti ta' pagament u operaturi ekonomiċi oħrajn stabbiliti jew, fejn rilevanti, li jkollhom il-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju tagħhom, irrispettivament mil-post ta' stabbiliment tad-debitur tal-pretensjoni, li jipproduċi l-pagament tal-imgħax.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1a

Definizzjonijiet ta' ċerti termini

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a)

‘operatur ekonomiku’ tfisser istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra, li fuq bażi regolari jew okkażjonalment tagħmel jew tattribwixxi pagament tal-imgħax fit-tifsira ta' din id-Direttiva filwaqt li taġixxi fl-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħha;

(b)

‘post ta' amministrazzjoni effettiva’ ta' entità, bi jew mingħajr personalità ġuridika, tfisser l-indirizz fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni li huma meħtieġa biex titwettaq l-attività tal-entità fl-intier tagħha. Meta tali deċiżjonijiet jittieħdu f'aktar minn pajjiż wieħed jew ġurisdizzjoni waħda, il-post ta' amministrazzjoni effettiva għandu jitqies li huwa fl-indirizz fejn jittieħdu l-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni rigward l-assi li jipproduċu l-pagamenti ta' imgħax fis-sens ta' din id-Direttiva;

(c)

‘post ta' amministrazzjoni effettiva’ ta' trust jew arranġament ġuridiku ieħor għandhom ifissru:

(i)

l-indirizz permanenti tal-persuna fiżika li għandha r-responsabbiltà prinċipali għad-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni fir-rigward l-assi tal-arranġament ġuridiku, jew fil-każ ta' trust, l-indirizz permanenti tat-trustee. Meta aktar minn persuna fiżika waħda għandha tali responsabbiltà prinċipali, il-post ta' amministrazzjoni effettiva għandu jitqies li huwa fl-indirizz permanenti tal-persuna li għandha r-responsabbiltà prinċipali għall-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni rigward l-assi li jipproduċu pagamenti ta' imgħax fis-sens ta' din id-Direttiva; jew

(ii)

l-indirizz fejn il-persuna ġuridika li għandha r-responsabbiltà prinċipali li tamministra l-assi tal-arranġament ġuridiku, jew fil-każ ta' trust, it-trustee, tieħu d-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni rigward dawn l-assi. Meta deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni jittieħdu f'aktar minn pajjiż jew ġurisdizzjoni waħda, il-post ta' amministrazzjoni effettiva għandu jitqies li huwa fl-indirizz fejn jittieħdu l-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni rigward l-assi li jipproduċu l-pagamenti ta' imgħax fis-sens ta' din id-Direttiva;

(d)

‘soġġett għal tassazzjoni effettiva’ tfisser li entità jew arranġament ġuridiku jitqies li għandu jħallas it-taxxa fuq id-dħul tiegħu, jew fuq il-parti tad-dħul tiegħu li hija attribwibbli lill-parteċipanti non-residenti tiegħu, inkluż fuq kwalunkwe pagament ta' imgħax.”;

(3)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Definizzjoni ta' sid benefiċjarju

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 4, ‘sid benefiċjarju’ tfisser kwalunkwe individwu li jirċievi pagament ta' imgħax jew kwalunkwe individwu li għalih huwa attribwit pagament bħal dan, sakemm jipprovdi evidenza li ma kienx riċevut jew attribwit għall-vantaġġ proprju tiegħu, jiġifieri li:

(a)

jaġixxi bħala aġent ta' pagament fis-sens tal-Artikolu 4(1);

(b)

jaġixxi għan-nom ta' entità, bi jew mingħajr personalità ġuridika, u jiżvela lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew jattribwixxi l-pagament ta' imgħax l-isem, il-forma legali, l-indirizz tal-post tal-istabbiliment tal-entità, u, jekk ikun f'pajjiż jew ġurisdizzjoni differenti, l-indirizz tal-post ta' amministrazzjoni effettiva tal-entità;

(c)

jaġixxi għan-nom ta' arranġament ġuridiku u jiżvela lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew jattribwixxi l-pagament ta' imgħax l-isem jekk ikun hemm, il-forma legali, l-indirizz tal-post ta' amministrazzjoni effettiva tal-arranġement ġuridiku u l-isem tal-persuna ġuridika jew fiżika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1a; jew

(d)

jaġixxi f'isem individwu ieħor li hu l-użufruttwarju u jiżvela lill-aġent ta' pagament l-identità ta' dak l-użufruttwarju skont l-Artikolu 3(2).

2.   Meta aġent ta' pagament ikollu informazzjoni li tissuġġerixxi li l-individwu li jirċievi pagament ta' imgħax jew li jkun attribwit lilu pagament ta' imgħax jista' ma jkunx is-sid benefiċjarju, u fejn il-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma japplikax għal dak l-individwu, huwa għandu jieħu passi raġonevoli biex jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju f'konformità mal-Artikolu 3(2). Jekk l-aġent ta' pagament ma jkunx jista' jidentifika s-sid benefiċjarju, huwa għandu jittratta l-individwu inkwistjoni bħala s-sid benefiċjarju.

3.   Meta operatur ekonomiku li wkoll jaqa' fl-ambitu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew jattribwixxi pagament bħal dan għal, entità jew arranġament ġuridiku, li ma jkunx soġġett għal tassazzjoni effettiva u li hu stabbilit jew għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu f'pajjiż jew ġurisdizzjoni barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva u barra l-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ftehimiet u l-arranġamenti għall-istess miżuri bħal jew għal miżuri ekwivalenti għal dawk ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw is-subparagrafi tnejn sa ħamsa ta' dan il-paragrafu.

Il-pagament għandu jitqies bħala li sar, jew li ġie attribwit, lill-benefiċċju immedjat ta' kwalunkwe individwu, li hu residenti fi Stat Membru għajr dak tal-operatur ekonomiku u huwa ddefinit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2005/60/KE bħala s-sid benefiċjarju tal-entità jew l-arranġament ġuridiku. L-identità ta' dak l-individwu għandha tiġi stabbilita skont il-miżuri ta' diliġenza dovuta lill-klijent previsti fl-Artikolu 7 u l-Artikolu 8(1)(b) ta' dik id-Direttiva. Dak l-individwu għandu wkoll jitqies bħala s-sid benefiċjarju għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kategoriji tal-entitajiet u l-arranġamenti ġuridiċi msemmijin fil-lista' indikattiva tal-Anness I għandhom jitqiesu li mhumiex soġġetti għal tassazzjoni effettiva.

L-operatur ekonomiku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jistabbilixxi l-forma legali u l-post tal-istabbiliment jew, fejn rilevanti, il-post ta' amministrazzjoni effettiva tal-entità jew l-arranġement legali, billi juża l-informazzjoni żvelata minn kwalunkwe individwu li jaġixxi għan-nom tal-entità jew l-arranġament ġuridiku partikolarment skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, dment li l-operatur ekonomiku ma jkollux disponibbli informazzjoni aktar affidabbli li tindika li l-informazzjoni rċevuta mhijiex korretta jew li mhijiex kompleta għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

Meta entità jew arranġament ġuridiku ma jkunx jaqa' fil-kategoriji msemmijin fl-Anness I jew meta jaqa' f'dawk il-kategoriji iżda jsostni li huwa soġġett għal tassazzjoni effettiva, l-operatur ekonomiku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jistabbilixxi jekk ikunux soġġetti għal tassazzjoni effettiva abbażi tal-fatti li huma rikonoxxuti b'mod ġenerali jew abbażi tad-dokumenti uffiċjali ppreżentati mill-entità jew l-arranġament ġuridiku jew li huma disponibbli permezz ta' miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijent li jkunu ttieħdu f'konformità mad-Direttiva 2005/60/KE.

4.   Meta entità jew arranġament ġuridiku jitqies li huwa aġent ta' pagament hekk kif jirċievi pagament ta' imgħax jew hekk kif ikun attribwit lilu pagament bħal dan f'konformità mal-Artikolu 4(2) il-pagament ta' imgħax għandu jitqies bħala dovut lill-individwi li ġejjin, bi proporzjon ma' kull dritt tal-individwi għal dak il-pagament, li għandhom jitqiesu bħala sidien benefiċjarji għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a)

kwalunkwe individwu li huwa intitolat li jirċievi d-dħul li ġej mill-assi li jipproduċu tali pagament, jew li huwa intitolat li jirċievi assi oħrajn li jirrappreżentaw tali pagament meta l-entità jew l-arranġament ġuridiku jirċievi l-pagament jew meta l-pagament ikun attribwit f'ismu, bi proporzjon tad-dritt tiegħu għal dak id-dħul;

(b)

għal kwalunkwe parti tad-dħul li ġej mill-assi li jipproduċu tali pagament, jew tal-assi l-oħrajn li jirrappreżentaw tali pagament, li għalihom l-ebda individwu msemmi fil-punt (a) ma huwa intitolat meta l-entità jew l-arranġament ġuridiku jirċievi l-pagament jew meta l-pagament ikun attribwit f'ismu, kwalunkwe individwu li kkontribwixxa direttament jew indirettament għall-assi tal-entità jew l-arranġament ġuridiku kkonċernat, irrispettivament minn jekk tali individwu huwiex intitolat għall-assi jew id-dħul tal-entità jew l-arranġament ġuridiku;

(c)

jekk l-ebda wieħed mill-individwi msemmijin fil-punt (a) jew (b) ma huma kollettivament jew separatament intitolati għad-dħul kollu li ġej mill-assi li jipproduċu tali pagament, jew mill-assi l-oħrajn kollha li jirrappreżentaw tali pagament meta jirċievi jew jiġi attribwit il-pagament tal-imgħax, kwalunkwe individwu, bi proporzjon tad-dritt tiegħu għal dak id-dħul, li, f'data aktar tard, jikseb id-dritt għall-assi kollha jew għal parti mill-assi li jipproduċu l-pagament ta' imgħax jew għal assi oħrajn li jirrappreżentaw tali pagament ta' imgħax. L-ammont totali li għandu jitqies li hu dovut lil tali individwu, m'għandux jaqbeż l-ammont tal-pagament ta' imgħax irċevut minn jew attribwit għall-entità jew l-arranġament ġuridiku, wara t-tnaqqis ta' kwalunkwe parti li kienet attribwita f'konformità ma' dan il-paragrafu lil individwu msemmi fil-punti (a) jew (b).

(*1)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).”;"

(4)

L-Artikoli 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Identità u residenza ta' sidien benefiċjarji

1.   Kull Stat Membru għandu, fit-territorju tiegħu, jadotta u jiżgura l-applikazzjoni tal-proċeduri meħtieġa biex iħallu l-aġent ta' pagament jiddentifika s-sidien benefiċjarji u r-residenza tagħhom għall-finijiet tal-Artikoli 8 sa 12.

Dawn il-proċeduri għandhom iħarsu l-istandards minimi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2.   L-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju abbażi ta' standards minimi li jvarjaw skont meta jibdew ir-relazzjonijiet bejn l-aġent ta' pagament u s-sid benefiċjarju, kif ġej:

(a)

għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin qabel l-1 ta' Jannar 2004, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju, li jikkonsisti fl-isem u l-indirizz, billi juża' l-informazzjoni li qiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu, partikolarment skont ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat tal-istabbiliment tiegħu u d-Direttiva 2005/60/KE;

(b)

għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew tranżazzjonijiet imwettqa fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju, li jikkonsisti fl-isem, l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid u, f'konformità mal-lista msemmija fil-paragrafu 4, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti allokat mill-Istat Membru fejn is-sid benefiċjarju huwa residenti għall-finijiet ta' taxxa. Għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew tranżazzjonijiet imwettqa fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali, qabel l-1 ta' Lulju 2015, l-informazzjoni dwar id-data u l-post tat-twelid hija meħtieġa biss meta tali numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti mhumiex disponibbli.

Id-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikun stabbiliti abbażi ta' passaport jew karta tal-identità uffiċjali jew kwalunkwe dokument tal-identità uffiċjali ieħor, fejn applikabbli, kif speċifikat fil-lista msemmija fil-paragrafu 4, li jiġi ppreżentat mis-sid benefiċjajru. Dettalji bħal dawn li ma jidhrux fuq dawn id-dokumenti għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta' kwalunkwe prova dokumentarja oħra ta' identità ppreżentata mis-sid benefiċjarju.

3.   Meta s-sid benefiċjarju jippreżenta fuq bażi volontarja ċertifikat tar-residenza tat-taxxa maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż tul it-tliet snin qabel id-data tal-pagament, jew data aktar tard meta l-pagament jitqies li huwa dovut lil sid benefiċjarju, ir-residenza tiegħu għandha titqies li tinsab f'dak il-pajjiż. F'nuqqas ta' dan, ir-residenza tiegħu għandha titqies li tinsab fil-pajjiż fejn għandu l-indirizz permanenti tiegħu. L-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-indirizz permanenti tas-sid benefiċjarju abbażi tal-istandards minimi li ġejjin:

(a)

għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin qabel l-1 ta' Jannar 2004, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-indirizz permamenti preżenti tas-sid benefiċjarju billi juża l-aħjar informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu, b'mod partikolari skont ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat tal-istabbiliment tiegħu u d-Direttiva 2005/60/KE;

(b)

għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali, għal tranżazzjonijiet imwettqa fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-indirizz permanenti kurrenti tas-sid benefiċjarju abbażi tal-indirizz li jirriżulta mill-proċeduri tal-identifikazzjoni deskritti fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 li għandu jiġi aġġornat abbażi tal-aħħar dokumentazzjoni li tkun disponibbli għall-aġent ta' pagament.

Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn is-sidien benefiċjarji jippreżentaw passaport jew karta ta' identità uffiċjali jew kwalunkwe dokument tal-identità uffiċjali ieħor maħruġ minn Stat Membru u jiddikjaraw li huma residenti f'pajjiż terz, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' ċertifikat tar-residenza tat-taxxa maħruġ fit-tliet snin qabel id-data tal-pagament jew data aktar tard meta l-pagament jitqies li huwa dovut lil sid benefiċjarju mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn is-sid benefiċjarju qed jgħid li huwa residenti. Fin-nuqqas tal-preżentazzjoni ta' dan iċ-ċertifikat, l-Istat Membru li ħareġ il-passaport, il-kartà tal-identità uffiċjali jew dokument uffiċjali ieħor tal-identità għandu jitqies bħala l-pajjiż ta' residenza. Għal sidien benefiċjarji li tagħhom l-aġent ta' pagament ikollu d-dokumentazzjoni uffiċjali għad-dispożizzjoni tiegħu li tipprova li għall-finijiet tat-taxxa għandhom ir-residenza tagħhom f'pajjiż differenti minn dak tal-indirizz permanenti tagħhom minħabba l-privileġġi marbuta mal-istatus diplomatiku tagħhom jew minħabba regoli internazzjonali miftiehma oħra, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' dokumentazzjoni uffiċjali bħal din disponibbli għall-aġent ta' pagament.

4.   Kull Stat Membru li jalloka numri ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew l-ekwivalenti għandu, sal-31 ta' Diċembru 2014, jinforma lill-Kummissjoni dwar l-istruttura u l-format ta' dawn in-numri kif ukoll bid-dokumentazzjoni uffiċjali li fiha informazzjoni dwar in-numri ta' identifikazzjoni allokati. Kull Stat Membri għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni jekk isir xi tibdil f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista miġbura tal-informazzjoni li tirċievi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Aġenti ta' pagament

1.   Operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru li jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew li jattribwixxi tali pagament għal, benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju għandu jitqies bħala aġent ta' pagament għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, huwa irrelevanti jekk l-operatur ekonomiku kkonċernat huwiex id-debitur jew dak li ħareġ il-pretensjoni jew it-titolu li jipproduċi d-dħul jew inkella huwiex l-operatur ekonomiku inkarigat mid-debitur jew dak li ħareġ il-pretensjoni ta' dejn jew mis-sid benefiċjarju għall-ħlas tad-dħul jew biex jattribwixxi l-pagament tad-dħul.

Operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru għandu jitqies bħala aġent ta' pagament għall-finijiet ta' din id-Direttiva sakemm ikun jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew jattribwixxi tali pagament għal, operatur ekonomiku ieħor, inkluż stabbiliment permanenti jew sussidjarju tal-ewwel operatur ekonomiku, stabbilit barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 u barra mill-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ftehimiet u l-arranġamenti li jipprevedu l-istess miżuri bħal jew miżuri ekwivalwnti ta' dawk stipulati f'din id-Direttiva; u

(b)

l-ewwel operatur ekonomiku għandu raġununijiet biex jemmen, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li t-tieni operatur ekonomiku se jħallas id-dħul lil, jew jattribwixxi tali pagament għall-benefiċċju immedjat ta' sid benefiċjarju li huwa individwu magħruf mill-ewwel operatur ekonomiku bħala resident fi Stat Membru ieħor, fir-rigward tal-Artikolu 3.

Fejn il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu huma sodisfatti, il-pagament li jsir jew li jkun attribwit mill-ewwel operatur ekonomiku għandu jitqies bħala li sar lil, jew li huwa attribwit għall-benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju msemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu.

2.   Entità jew arranġament ġuridiku li għandu l-post ta' amminstrazzjoni effettiva fi Stat Membru u li ma jkunx soġġett għal tassazzjoni effettiva skont ir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni diretta applikabbli jew f'dak l-Istat Membru, jew fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit, jew fi kwalunkwe pajjiż jew ġurisdizzjoni fejn huwa residenti għal finijiet ta' taxxa, għandu jitqies bħala aġent ta' pagament mal-irċevuta ta' pagament ta' imgħax jew hekk kif jattribwixxi t-tali pagament.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kategoriji tal-entitajiet u l-arranġamenti ġuridiċi msemmijin fil-lista' indikattiva tal-Anness II għandhom jitqiesu li mhumiex soġġetti għal tassazzjoni effettiva.

Meta entità jew arranġament ġuridiku ma jkunx jappartjeni għall-ebda waħda mill-kategoriji msemmijin fil-lista indikattiva fl-Anness II jew meta jkun kopert minn dak l-anness iżda jsostni li huwa soġġett għal tassazzjoni effettiva, l-operatur ekonomiku għandu jistabbilixxi jekk ikunux soġġetti għal tassazzjoni effettiva abbażi tal-fatti li huma rikonoxxuti b'mod ġenerali jew abbażi tad-dokumenti uffiċjali ppreżentati mill-entità jew l-arranġament ġuridiku jew li huma disponibbli permezz ta' miżuri ta' diliġenza dovuta lill-klijent li jkunu ttieħdu f'konformità mad-Direttiva 2005/60/KE.

Kwalunkwe operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru li jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew li jattribwixxi pagament bħal dan, għal entità jew arranġament ġuridiku msemmi f'dan il-paragrafu u li għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva fi Stat Membru għajr l-Istat fejn l-operatur ekonomiku huwa stabbilit, għandu jinforma lill-awtorita kompetenti tal-Istat Membru tiegħu fejn hu stabbilit b'dan li ġej, bl-użu ta' informazzjoni indikata fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 2(3) jew informazzjoni oħra disponibbli:

(i)

l-isem, jekk jeżisti, tal-entità jew l-arranġament ġuridiku;

(ii)

il-forma legali tagħha/tiegħu;

(iii)

il-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu;

(iv)

l-ammont totali tal-pagament ta' imgħax, speċifikat f'konformità mal-Artikolu 8, magħmul lil jew attribwit għall-entità jew l-arranġament ġuridiku;

(v)

id-data tal-aħħar pagament ta' imgħax.

L-individwi li għandhom jitqiesu bħala s-sidien benefiċjarji tal-pagament ta' imgħax magħmul jew attribwit għall-entitajiet jew l-arranġamenti ġuridiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mar-regoli previsti fl-Artikolu 2(4). Meta japplika l-punt (c) tal-Artikolu 2(4), l-entità jew l-arranġament ġuridiku għandu, kull meta individwu f'data aktar tard jikseb id-dritt għall-assi li jipproduċu tali pagament ta' imgħax jew għal assi oħra li jirrappreżentaw il-pagament ta' imgħax, jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu bl-informazzjoni speċifikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1). L-entità jew l-arranġament ġuridiku għandu wkoll jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe tibdil fil-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu.

L-obbligi msemmija fil-ħames subparagrafu għandhom jibqgħu għal għaxar snin mid-data tal-aħħar pagament ta' imgħax irċevut jew attribwit mill-entità jew l-arranġament ġuridiku jew l-aħħar data li individwu kiseb id-dritt għall-assi li jipproduċu tali pagament ta' imgħax jew għal assi oħra li jirrappreżentaw il-pagament ta' imgħax, skont liema data tkun l-aktar tard.

Jekk entità jew arranġament ġuridiku, f'każ fejn japplika l-punt (c) tal-Artikolu 2(4), jkun biddel il-post ta' amministrazzjoni effettiva fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ġdid:

(i)

l-ammont ta' pagament ta' imgħax irċevut minn jew attribwit għall-entità jew l-arranġament ġuridiku li għadu mhux kopert mid-drittijiet imgħoddija għall-assi rilevanti;

(ii)

id-data tal-aħħar pagament ta' imgħax irċevut minn jew attribwit għall-entità jew l-arranġament ġuridiku jew l-aħħar data meta individwu kiseb id-dritt għall-assi kollha jew għal parti minnhom li jipproduċu tali pagament ta' imgħax jew għal assi oħra li jirrappreżentaw il-pagament ta' imgħax, skont liema data tkun l-aktar tard.

Dan il-paragrafu m'għandux japplika jekk li l-entità jew l-arranġament ġuridiku jġib provi li huwa jaqa' f'wieħed minn dawn il-każijiet:

(a)

ikun impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv ieħor kif iddefinit fil-punt (d)(i) u (iii) jew il-punt (e)(i) u (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

(b)

ikun istituzzjoni li tipprovdi servizzi ta' pensjoni jew assigurazzjoni jew impriża nkarigata minn istituzzjoni bħal din biex tamministra l-assi tagħha;

(c)

huwa rikonoxxut skont il-proċeduri applikabbli fl-Istat Membru fejn ikun residenti għal finijiet ta' taxxa jew fejn għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu li għandu jiġi eżenti mit-tassazzjoni effettiva skont ir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni diretta peress li qed jaqdi esklussivament għanijiet ta' karità għall-benefiċċju pubbliku;

(d)

jikkostitwixxi sjieda benefiċjarja kondiviża li għaliha operatur ekonomiku li jagħmel jew li jattribwixxi l-pagament ikun stabbilixxa l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji kollha f'konformità mal-Artikolu 3 u l-operatur ekonomiku għalhekk huwa l-aġent ta' pagament skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Entità msemmija fil-paragrafu 2 li hija simili għal impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv imsemmija fil-punt (a) tat-tmien subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkollha l-għażla li tiġi trattata għall-finijiet ta' din id-Direttiva bħal tali impriża, fond jew skema ta' investiment.

Fejn entità teżerċita l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istat Membru fejn ikollu l-post tal-amministrazzjoni effettiva tiegħu għandu joħroġ ċertifikat għal dak il-għan. L-entità għandha tippreżenta dak il-ċertifikat lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew li jiggarantixxi l-pagament ta' imgħax. L-operatur ekonomiku għandu, f'dak il-każ, ikun eżentat mill-obbligi stabbiliti fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli ddettaljati dwar l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għall-entitajiet li għandhom il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju tagħhom, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva.”;

(5)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Definizzjoni ta' pagament ta' imgħax

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ‘pagament ta' imgħax’ tfisser:

(a)

imgħax imħallas jew ikkreditat għal kont, relatat ma' pretensjonijiet ta' debitu ta' kull tip, kemm jekk iggarantiti permezz ta' ipoteka kemm jekk le u kemm jekk hemm dritt għal parteċipazzjoni fil-profitti tad-debitur kemm jekk le, u, partikolarment, dħul minn titoli tal-gvern u dħul minn bonds jew obbligazzjonijiet, inklużi primjums u premji marbuta ma' dawn it-titoli, bonds jew obbligazzjonijiet; il-piżijiet penali għal pagamenti li jsiru tard m'għandhomx jitqiesu bħala pagamenti ta' imgħax;

(b)

kwalunkwe dħul imħallas jew realizzat, jew ikkreditat f'kont, relatat ma' titoli ta' kwalunkwe tip, ħlief fejn id-dħul jitqies direttament li huwa pagament ta' imgħax f'konformità mal-punt (a), (c), (d) jew (e), u fejn:

(i)

il-kondizzjonijiet ta' ritorn tal-kapital iddefiniti fid-data tal-ħruġ jinkludu impenn lejn l-investitur li, fl-aħħar tat-terminu, jiriċevi tal-inqas 95 % tal-kapital investit, jew

(ii)

il-kondizzjonijiet definiti fid-data tal-ħruġ jipprovdu rabta ta' mill-anqas 95 % tad-dħul mit-titolu għall-imgħax jew għad-dħul tat-tipi msemmija fil-punti (a), (c), (d) jew (e);

(c)

imgħax akkumulat jew ikkapitalizzat mal-bejgħ, rifużjoni jew fidi tal-pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) u kwalunkwe dħul akkumulat jew ikkapitalizzat mal-bejgħ, rifużjoni jew fidi tat-titoli msemmijin fil-punt (b);

(d)

dħul li ġej minn pagamenti kif imsemmi fil-punt (a), (b) jew (c) ta' dan il-paragrafu kemm jekk direttament jew indirettament, inkluż permezz ta' entità jew arranġament ġuridiku msemmijin fl-Artikolu 4(2), jekk distribwit permezz ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

impriżi ta' investiment kollettiv jew fondi jew skemi ta' investiment kollettiv oħrajn, li huma jew irreġistrati bħala tali f'konformità mal-liġi ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri jew tal-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex tal-Unjoni, jew li jkollhom regoli tal-fond jew strumenti ta' inkorporazzjoni rregolati mil-liġi relatata mal-fondi jew skemi ta' investiment kollettiv ta' wieħed minn dawn l-Istati jew il-pajjiżi. Dan japplika rrispettivament mill-forma legali ta' dawn l-impriżi, il-fondi jew skemi u irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu;

(ii)

entitajiet li kienu eżerċitaw l-għażla taħt l-Artikolu 4(3);

(iii)

kwalunkwe fond jew skema ta' investiment kollettiv stabbiliti barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 u barra ż-Żona Ekonomika Ewropea. Dan japplika rrispettivament mill-forma legali ta' dak il-fond jew skema u irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu;

(e)

dħul realizzat mal-bejgħ, rifużjoni jew fidi ta' ishma jew unitajiet fl-impriżi, entitajiet, fondi jew skemi ta' investiment, jekk jinvestu, kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta' tali impriżi, fondi jew skemi, jew permezz ta' entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi msemmijin fl-Artikolu 4(2), aktar minn 40 % mill-assi tagħhom fi pretensjonijiet ta' debitu kif imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jew fit-titoli kif imsemmija fil-punt (b) tiegħu:

(i)

impriżi ta' investiment kollettiv jew fondi jew skemi ta' investiment kollettiv oħrajn, li huma jew irreġistrati bħala tali f'konformità mal-liġi ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri jew tal-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex tal-Unjoni, jew li jkollhom regoli tal-fond jew strumenti ta' inkorporazzjoni rregolati mil-liġi relatata mal-fondi jew skemi ta' investiment kollettiv ta' wieħed minn dawn l-Istati jew il-pajjiżi. Dan japplika rrispettivament mill-forma legali ta' dawn l-impriżi, il-fondi jew skemi u irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu;

(ii)

entitajiet li kienu eżerċitaw l-għażla taħt l-Artikolu 4(3);

(iii)

kwalunkwe fond jew skema ta' investiment kollettiv stabbiliti barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 u barra ż-Żona Ekonomika Ewropea. Dan japplika rrispettivament mill-forma legali ta' dak il-fond jew skema u irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu.

Għall-fini ta' dan il-punt, l-assi li l-impriżi jew l-entitajiet jew il-fondi jew l-iskemi ta' investiment jeħtieġu li jżommu bħala garanzija skont it-termini tal-ftehimiet, il-kuntratti jew xi dokumentazzjoni legali oħra tagħhom li jippermetulhom li jilħqu l-objettivi ta' investiment tagħhom, u li għalihom l-investitur mhuwiex parti u ma għandu ebda dritt legali, mhumiex meqjusa bħala pretensjonijiet ta' debitu kif imsemmi fil-punt (a) jew bħala titoli kif imsemmi fil-punt (b);

(f)

benefiċċji minn kuntratt tal-assigurazzjoni, jekk:

(i)

il-kuntratt ikun fih garanzija ta' ritorn fuq id-dħul; jew

(ii)

il-prestazzjoni reali tal-kuntratt hija b'aktar minn 40 % konnessa ma' imgħax jew dħul imsemmi fil-punt (a), (b), (c) (d) u (e).

Għall-fini ta' dan il-punt l-eċċess ta' kwalunkwe rimborż jew tar-rimborż parzjali magħmul mill-assiguratur fuq il-ħajja qabel ma jagħlaq il-kuntratt ta' assigurazzjoni kif ukoll l-eċċess ta' kwalunkwe ammont imħallas mill-assiguratur fuq il-ħajja mit-total tal-pagamenti kollha magħmulin lill-assiguratur fuq il-ħajja taħt l-istess kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, għandu jitqies li huwa benefiċċju minn kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja. Fil-każ tat-trasferiment, totali jew parzjali, ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja lil parti terza, l-eċċess tal-valur tal-kuntratt konferit fuq is-somma tal-pagamenti kollha magħmulin lill-assiguratur fuq il-ħajja għandu wkoll jitqies li huwa benefiċċju minn kuntratt ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja. Benefiċċju minn kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja li jipprevedi biss għal pensjoni jew għal pagament fiss annwu, imħallas għal tal-inqas ħames snin, għandu jitqies bħala tali biss jekk huwa rimborż jew trasferiment lil persuna terza li ssir qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin Ammont imħallas biss fir-rigward ta' mewt, diżabbiltà jew mard m'għandux jitqies li huwa benefiċċju minn kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jinkludu dħul imsemmi taħt (e) tal-ewwel subparagrafu fid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax, għal impriżi ta' investiment kollettiv jew fondi jew skemi oħra ta' investiment kollettiv, li huma jew irreġistrati skont ir-regoli tagħhom jew li għandhom regoli tal-fond jew strumenti ta' inkorporazzjoni rregolati mil-liġi tagħhom, biss safejn dan id-dħul jikkorrispondi għal qligħ li ġej direttament jew indirettament minn pagamenti ta' imgħax fis-sens tal-punt (a), (b) jew (c) ta' dak is-subparagrafu.

Fir-rigward tal-punt (f)(ii) tal-ewwel subparagrafu, Stat Membru għandu jkollu l-għażla li jinkludi fid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax il-benefiċċji irrispettivament mill-kompożizzjoni tal-prestazzjoni, jekk imħallsin jew miksuba minn assiguratur fuq il-ħajja stabbilit f'dak l-Istat.

Meta Stat Membru jeżerċita xi waħda mill-għażliet imsemmija fit-tieni jew it-tielet subparagrafi jew iż-żewġ għażliet, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-fatt li ġiet eżerċitata l-għażla u, b'effett mid-data ta' pubblikazzjoni bħal din, l-eżerċizzju tal-għażla għandu jkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħrajn.

2.   Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tad-dħul li jitħallas, li jiġi realizzat jew ikkreditat, l-ammont totali tal-pagament għandu jitqies bħala pagament ta' imgħax.

Fir-rigward tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tal-imgħax jew tad-dħul akkumulat jew kapitalizzat mal-bejgħ, ir-rifużjoni jew il-fidi, l-ammont totali tal-pagament għandu jitqies bħala pagament ta' imgħax.

Fir-rigward tal-punt (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollux informazzjoni dwar il-proporzjon tad-dħul li jiġi minn pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (a), (b) jew (c) ta' dak is-subparagrafu, l-ammont totali tad-dħul għandu jiġi kkunsidrat bħala pagament ta' imgħax.

Fir-rigward tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tal-benefiċċju minn kuntratt ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, l-ammont totali tal-pagament għandu jitqies bħala pagament ta' imgħax.

3.   Fir-rigward tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament m'għandux informazzjoni dwar il-perċentwal tal-assi investiti fi pretensjonijiet ta' debitu jew tat-titoli relevanti, jew f'ishma jew unitajiet kif iddefiniti f'dak il-punt, dak il-perċentwal għandu jiġi kkunsidrat li hu 'l fuq minn 40 %. Fejn ma jistax jiddetermina l-ammont ta' dħul realizzat mis-sid benefiċjarju, id-dħul għandu jitqies li jikkorrispondi għad-dħul mill-bejgħ, rifużjoni jew fidi tal-ishma jew unitajiet.

Fir-rigward tal-punt (f) (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta l-aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar il-perċentwali tal-prestazzjoni li hija marbuta ma' pagamenti ta' imgħax fis-sens tal-punt (a), (b), (c), (d) jew (e) ta' dak is-subparagrafu, dik il-perċentwali għandha titqies bħala li hija ta' aktar minn 40 %.

4.   Fejn pagament ta' imgħax kif iddefinit fil-paragrafu 1 isir lil entità jew arranġament ġuridiku msemmi fl-Artikolu 4(2) jew jiġi ikkreditat f'kont miżmum minn tali entità jew arranġament ġuridiku, għandu jitqies li jkun dovut lill-individwu msemmi fl-Artikolu 2(4). Fil-każ ta' entità, dan japplika biss jekk l-entità ma eżerċitatx l-għażla prevista skont l-Artikolu 4(3).

5.   Fir-rigward tal-punti (c) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jirrikjedu lill-aġenti ta' pagament fit-territorju tagħhom biex janalizzaw il-imgħax matul perijodu ta' żmien li ma jistax ikun iżjed minn sena, u li jittrattaw dan il-imgħax annwalizzat bħala pagament ta' imgħax anki jekk l-ebda bejgħ, fidi jew rifużjoni ma sseħħ matul dak il-perijodu.

6.   B'deroga mill-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jeskludu mid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax kwalunkwe dħul imsemmi f'dawk id-dispożizzjonijiet li jkunu distribwiti minn impriżi jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment li għandhom regoli tal-fond jew strumenti ta' inkorporazzjoni rregolati mil-liġi tagħhom fejn l-investiment dirett jew indirett ta' tali impriżi, entitajiet fondi jew skemi fi pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu jew f'titoli msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu ma jkunx eċċeda l-15 % tal-assi tagħhom.

B'deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jeskludu mid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax fil-paragrafu 1 dawk il-pagamenti ta' imgħax li jsiru jew jiġu ikkreditati f'kont ta' entità jew arranġament ġuridiku, li huwa msemmi fl-Artikolu 4(2) u li jkollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu fit-territorju tagħhom, fejn l-investiment dirett jew indirett ta' din l-entità jew arranġament ġuridiku fi pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jew f'titoli msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu ma eċċediex il-15 % tal-assi tiegħu. Fil-każ ta' entità, dan japplika biss jekk l-entità ma eżerċitatx l-għażla prevista skont l-Artikolu 4(3).

Fejn Stat Membru jeżerċita waħda mill-għażliet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi jew inkella it-tnejn, għandu jinnotifika l-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-fatt li ġiet eżerċitata l-għażla u, b'effett mid-data ta' pubblikazzjoni bħal din, l-eżerċizzju tal-għażla għandu jkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħrajn.

7.   Il-limiti massimi ta' 40 % imsemmija fil-punti (e) u (f) (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 3 għandu mill-1 ta' Jannar 2016 ikun ta' 25 %.

8.   Il-perċentwali msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6 għandhom jiġu ddeterminati b'referenza għall-politika ta' investiment, jew b'referenza għall-istrateġija u l-objettivi ta' investiment, stabbiliti fid-dokumentazzjoni li tirregola l-operat tal-impriżi jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment ikkonċernati.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, id-dokumentazzjoni tinkludi:

(a)

ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-impriżi jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment ikkonċernati;

(b)

kwalunkwe ftehim, kuntratt jew dokumentazzjoni legali oħra li jkunu daħlu fihom l-impriżi jew l-entitajiet jew il-fondi jew l-iskemi ta' investiment ikkonċernati li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' operatur ekonomiku; u

(c)

kwalunkwe prospett jew dokument simili maħruġ minn jew għan-nom tal-impriżi jew l-entitajiet jew il-fondi jew l-iskemi ta' investiment ikkonċernati li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-investituri tagħhom.

Fejn id-dokumentazzjoni ma tiddefinixxix polza ta' investiment jew strateġija u objettivi ta' investiment, dawk il-perċentwali għandhom jiġu ddeterminati b'referenza għall-kompożizzjoni attwali tal-assi tal-impriżi jew l-entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment ikkonċernati, hekk kif jirriżultaw mill-medja tal-assi fil-bidu, jew fid-data tal-ewwel rapport ta' kull sitt xhur tagħhom, u fit-tmiem tal-aħħar perijodu ta' kontabbiltà tagħhom qabel id-data meta l-pagament ta' imgħax isir jew jiġi attribwit mill-aġent ta' pagament lis-sid benefiċjarju. Għal impriżi li għadhom kif ġew ikkostitwiti jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment, il-kompożizzjoni attwali għandha tkun ir-riżultat maħdum fuq il-medja tal-assi fid-data tal-bidu u fid-data tal-ewwel evalwazzjoni tal-assi kif stabbilit fid-dokumentazzjoni li tirregola l-operat tal-impriżi, l-entitajiet, il-fondi jew l-iskemi ta' investiment ikkonċernati.

Il-kompożizzjoni tal-assi għandha titkejjel f'konformità mar-regoli applikabbli fl-Istat Membru jew f'pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex tal-Unjoni, li fihom l-impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv ieħor hi rreġistrata bħala tali jew taħt il-liġijiet li r-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tagħha huma rregolati. Il-kompożizzjoni hekk imkejla għandha tkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħrajn.

9.   Id-dħul imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jitqies biss bħala pagament ta' imgħax skont safejn it-titoli li jipproduċu dak id-dħul kienu nħarġu l-ewwel fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara. It-titoli maħruġa qabel dik id-data m'għandhomx jittieħdu fil-kont għall-perċentwali msemmijia fil-punt (e) ta' dak is-subparagrafu u fil-paragrafu 6.

10.   Il-benefiċċji minn kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għandhom jitqiesu bħala pagament ta' imgħax f'konformità mal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biss safejn il-kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja li jwassal għal dawn il-benefiċċji ġie sottoskritt fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara.

11.   L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jqisu d-dħul imsemmi fil-punt (e) (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, irrealizzat mal-bejgħ, ir-rifużjoni jew il-fidi ta' ishma jew unitajiet f'impriżi inkorporati għal investiment kollettiv li mhumiex UCITS awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), għandu jkun ikkunsidrat bħala pagament ta' imgħax biss safejn ikun akkumulat għal dawk l-impriżi fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara.

(*2)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).”;"

(6)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Rappurtar tal-informazzjoni mill-aġent ta' pagament

1.   Fejn is-sid benefiċjarju huwa residenti fi Stat Membru barra minn dak fejn l-aġent ta' pagament hu stabbilit, l-ammont minimu ta' informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata mill-aġent ta' pagament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membri ta' stabbiliment tiegħu għandu jikkonsisti fi:

(a)

l-identità u r-residenza tas-sid benefiċjarju stabbilit skont l-Artikolu 3 jew, f'każijiet ta' sjieda benefiċjarja kondiviża, l-identità jew ir-residenza tas-sidien benefiċjarji kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 1(1);

(b)

l-isem u l-indirizz tal-aġent ta' pagament;

(c)

in-numru tal-kont tas-sid benefiċjarju jew, fil-każ li ma jkunx hemm, l-identifikazzjoni tal-pretensjoni ta' debitu li jirriżulta fil-pagament ta' imgħax jew tal-kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja, titolu jew sehem jew unità li tipproduċi dak il-pagament;

(d)

informazzjoni dwar il-pagament ta' imgħax skont il-paragrafu 2.

Fejn is-sid benefiċjarju huwa residenti fi Stat Membru minbarra dak fejn l-aġent ta' pagament skont l-Artikolu 4(2) għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu, tali aġent ta' pagament għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa għandu l-post tal-amministrazzjoni effettiva bl-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Barra minn hekk, dan l-aġent ta' pagament għandu jirrapporta dwar dan li ġej:

(i)

l-ammont totali tal-pagamenti ta' imgħax tiegħu li jkun irċieva jew li jkun ġie attribwit li jitqies li jkun dovut lis-sidien benefiċjarji tiegħu;

(ii)

meta individwu jsir sid benefiċjarju skont il-punt (c) tal-Artikolu 2(4), l-ammont li jitqies li jkun dovut lil dak l-individwu u d-data ta' dawn id-dovuti meqjusa.

2.   L-ammont minimu ta' informazzjoni dwar pagament ta' imgħax li għandu jiġi rrappurtat mill-aġent ta' pagament għandu jiddistingwi bejn il-kategoriji ta' imgħax li ġejjin u jindika:

(a)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): l-ammont ta' imgħax imħallas jew ikkreditat;

(b)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew l-ammont ta' kwalunkwe imgħax imħallas, realizzat jew ikkreditat jew l-ammont totali tal-pagament;

(c)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (c) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew l-ammont ta' imgħax jew dħul imsemmi f'dawk il-punti jew l-ammont totali tad-dħul mill-bejgħ, il-fidi jew ir-rifużjoni;

(d)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew l-ammont ta' dħul imsemmi f'dak il-punt jew l-ammont totali tad-distribuzzjoni;

(e)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-Artikolu 6(4): l-ammont tal-imgħax attribwibbli lil kull wieħed mis-sidien benefiċjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1(1);

(f)

meta Stat Membru jeżerċita l-għażla taħt l-Artikolu 6(5): l-ammont ta' imgħax annwalizzat jew dħul ieħor relevanti;

(g)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew il-benefiċċju kkalkolat skont dik id-dispożizzjoni jew l-ammont totali tal-pagament. Jekk, fil-każ ta' trasferiment lil parti terza, l-aġent ta' pagament ma jkollu ebda informazzjoni dwar il-valur konferit: is-somma tal-pagamenti magħmula lill-assiguratur fuq il-ħajja skont il-kuntratt ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja.

L-aġent ta' pagament għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit jew, fil-każ ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2), huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu meta jirrapporta l-ammonti totali skont il-punt (b), (c), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

3.   Fil-każ ta' sjieda benefiċjarja kondiviża, l-aġent ta' pagament għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit jew, fil-każ ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2), huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu dwar jekk l-ammont irrapportat għal kull sid benefiċjarju huwiex l-ammont sħiħ attribwibbli lis-sidien benefiċjarji kollettivament, is-sehem attwali li għandu s-sid benefiċjarju kkonċernat jew sehem indaqs.

4.   Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-aġenti ta' pagament biex jarrappurtaw biss dan li ġej:

(a)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (a), (b) jew (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): l-ammont ta' imgħax jew dħul;

(b)

fil-każ ta' pagamenti ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (c) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): l-ammont totali tad-dħul fi flus mill-bejgħ, fidi jew rifużjoni relatati ma' pagamenti bħal dawn;

(c)

fil-każ ta' pagamenti ta' imgħax fis-sens tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew il-benefiċċji li dwarhom l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza tas-sid benefiċjarju ma tkunx b'mod ieħor ġiet informata mill-aġent ta' pagament, jew direttament jew permezz tar-rappreżentanti fiskali tiegħu jew l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, skont kwalunkwe dispożizzjoni leġislattiva differenti minn dawk meħtieġa biex tkun implimentata din id-Direttiva, jew l-ammont totali mħallas skont il-kuntratti ta' assigurazzjoni tal-ħajja li jiġġeneraw dawn il-pagamenti.

L-aġent ta' pagament għandu jgħarraf jekk jirrapporta l-ammont totali skont il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”;

(7)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-operatur ekonomiku għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 4(2) lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor fejn l-entità jew l-arranġament ġuridiku ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu.

1b.   Meta l-aġent ta' pagament fis-sens tal-Artikolu 4(2) ikun bidel il-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu għal Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fis-seba' subparagrafu tal-Artikolu 4(2), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ġdid.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-komunikazzjoni ta' informazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha sseħħ mill-inqas darba fis-sena, fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena tat-taxxa tal-Istat Membru tal-aġent ta' pagament jew l-operatur ekonomiku, u għandha tkopri l-avvenimenti kollha li jkunu seħħew matul dik is-sena:

(i)

il-pagamenti ta' imgħax kollha;

(ii)

il-każijiet kollha fejn l-individwi jkunu saru sidien benefiċjarji skont l-Artikolu 2(4);

(iii)

it-tibdil kollu tal-post ta' amministrazzjoni effettiva ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2).”;

(8)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Matul perijodu transitorju li jibda fid-data msemmija fl-Artikolu 17(2) u (3) u bla ħsara għall-Artikolu 13(1), il-Lussemburgu u l-Awstrija m'għandhomx jiġu meħtieġa japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II.

Għandhom, madankollu, jirċievu informazzjoni mill-Istati Membri l-oħrajn skont il-Kapitolu II.

Matul il-perijodu transitorju, l-għan ta' din id-Direttiva għandu jkun li tiġi assigurata tassazzjoni minima effettiva ta' riżervi fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax magħmulin fi Stat Membru wieħed lil sidien benefiċjarji li huma individwi għal skopijiet ta' taxxa residenti fi Stat Membru ieħor.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fit-tmiem tal-perijodu transitorju, il-Lussemburgu u l-Awstrija għandhom jiġu meħtieġa li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II u għandhom jieqfu japplikaw it-taxxa minn ras il-għajn u t-tqassim ta' dħul previsti fl-Artikoli 11 u 12. Jekk, matul il-perijodu transitorju, il-Lussemburgu jew l-Awstrija jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, m'għandhomx japplikaw iżjed it-taxxa minn ras il-għajn u t-tqassim tad-dħul previsti fl-Artikoli 11 u 12.”;

(9)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Matul il-perijodu transitorju msemmi fl-Artikolu 10, fejn is-sid benefiċjarju jkun residenti fi Stat Membru barra minn dak li fih l-aġent ta' pagament ikun stabbilit, jew, fil-każ ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2), fejn tali aġent ta' pagament ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu, il-Lussemburgu u l-Awstrija għandhom jieħdu taxxa minn ras il-għajn b'rata ta' 15 % matul l-ewwel tliet snin tal-perijodu transitorju, 20 % għat-tliet snin ta' wara u 35 % wara dan.

2.   L-aġent ta' pagament għandu jieħu taxxa minn ras il-għajn kif ġej:

(a)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): fuq l-ammont ta' imgħax imħallas jew akkredidat;

(b)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): fuq l-ammont ta' kwalunkwe dħul imħallas, realizzat jew ikkreditat;

(c)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (c) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew fuq l-ammont ta' imgħax jew dħul imsemmi f'dawk il-punti jew permezz ta' imposta ta' effett ekwivalenti li għandha titħallas mis-sid benefiċjarju fuq l-ammont sħiħ tar-rikavati mill-bejgħ, il-fidi jew ir-rifużjoni;

(d)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): fuq l-ammont ta' dħul imsemmi f'dak il-punt;

(e)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-Artikolu 6(4): fuq l-ammont ta' imgħax attribwibbli lil kull wieħed mis-sidien benefiċjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1(1). L-ammont totali li fuqu tinġabar it-taxxa m'għandux jeċċedi l-ammont tal-pagament ta' imgħax riċevut jew garantit mill-entità jew l-arranġament ġuridiku;

(f)

meta Stat Membru jeżerċita l-għażla taħt l-Artikolu 6(5): fuq l-ammont ta' imgħax annwalizzat jew dħul ieħor relevanti;

(g)

fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): fuq il-benefiċċju kkalkolat f'konformità ma' dik id-dispożizzjoni. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-aġenti ta' pagament li jimponu taxxa minn ras il-għajn biss fuq benefiċċji li dwarhom l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza tas-sid benefiċjarju ma tkunx għada ġiet informata, mill-aġent ta' pagament jew ir-rappreżentanti fiskali tiegħu skont kwalunkwe dispożizzjoni leġislattiva differenti minn dawk meħtieġa biex tkun implimentata din id-Direttiva.

Meta jittrasferixxi d-dħul mit-taxxa minn ras il-għajn lill-awtorità kompetenti, l-aġent ta' pagament għandu jinformaha dwar l-għadd ta' sidien benefiċjarji kkonċernati li ġew intaxxati bit-taxxa minn ras il-għajn ikklassifikati skont l-Istati Membri ta' residenza rispettivi tagħhom.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-frażi “punti (a) u (b) tal-paragrafu 2” issir “punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2”;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Matul il-perijodu transitorju, l-Istati Membri li jimponu taxxa minn ras il-għajn jistgħu jipprevedu li operatur ekonomiku li jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew li jattribwixxi dan il-pagament lil, entità jew arranġament ġuridiku msemmi fl-Artikolu 4(2), li jkollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu fi Stat Membru ieħor, għandu jitqies li hu l-aġent ta' pagament minflok l-entità jew l-arranġament ġuridiku u għandu jimponi t-taxxa minn ras il-għajn fuq dak il-imgħax, dment li l-entità jew l-arranġment ġuridiku ma jkunx qabel formalment li l-isem tiegħu jekk ikun hemm, il-forma ġuridika tiegħu, il-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu u l-ammont totali ta' imgħax imħallas lilu jew attribwiti lilu jiġu kkomunikati f'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 4(2).”;

(10)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Eċċezzjonijiet għall-proċedura ta' taxxa minn ras il-għajn

1.   L-Istati Membri li jieħdu taxxa minn ras il-għajn skont l-Artikolu 11 għandhom jipprevedu l-proċeduri li ġejjin sabiex ikun assigurat li s-sid benefiċjarju jista' jitolob li ma tinżamm l-ebda taxxa:

(a)

proċedura li tħalli lis-sid benefiċjarju biex espressament jawtorizza lill-aġent ta' pagament biex jirrapporta informazzjoni skont il-Kapitolu II, b'awtorizzazzjoni bħal din li tkopri l-pagamenti ta' imgħax kollu attribwibbli lis-sid benfiċjarju minn dak l-aġent ta' pagament; f'każ bħal dan, għandu japplika l-Artikolu 9;

(b)

procedura li tassigura li taxxa minn ras il-għajn m'għandhiex tiġi ntaxxata fejn is-sid benefiċjajru jippreżenta lill-aġent ta' pagament tiegħu ċertifikat magħmul f'ismu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu għal skopijiet ta' taxxa skont il-paragrafu 2.

2.   Fuq it-talba tas-sid benefiċjarju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu għal skopijiet ta' taxxa għandha toħroġ ċertifikat li jindika:

(a)

l-isem, l-indirizz, in-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti, u d-data u l-post tat-twelid tas-sid benefiċjarju;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-aġent ta' pagament;

(c)

in-numru tal-kont tas-sid benefiċjarju jew, fejn m'hemmx wieħed, l-identifikazzjoni tat-titolu.

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin. Għandu jinħareġ lil kwalunkwe sid benefiċjarju li jitolbu, f'xahrejn minn din it-talba.”;

(11)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Jekk pagament ta' imgħax attribwit lil sid benefiċjarju kien soġġett għal taxxa minn ras il-għajn fl-Istat Membru tal-aġent ta' pagament, l-Istat Membru tar-residenza għal finijiet ta' taxxa tas-sid benefiċjarju għandu jagħtih kreditu tat-taxxa ugwali għall-ammont ta' taxxa minn ras il-għajn skont il-liġi nazzjonali tiegħu.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Jekk, minbarra t-taxxa minn ras il-għajn imsemmija fl-Artikolu 11, il-pagament ta' imgħax attribwit lil sid benefiċjarju kien soġġett għal kwalunkwe tip ieħor ta' taxxa minn ras il-għajn u l-Istat Membru tar-residenza għal finijiet ta' taxxa tas-sid benefiċjarju jagħti kreditu tat-taxxa għal din it-taxxa minn ras il-għajn skont il-liġi nazzjonali tiegħu jew konvenzjonijiet tat-tassazzjoni doppja, din it-taxxa minn ras il-għajn oħra għandha tiġi ikkreditata qabel ma tkun applikata l-proċedura stipulata fil-paragrafu 2.”;

(12)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), it-terminu“l-Anness” hija sostitwita b'“Anness III”.

(13)

l-ewwel sentenza tal-Artikolu 18 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill kull tliet snin dwar l-operat ta' din id-Direttiva abbażi tal-istatistiċi elenkati fl-Anness IV, li għandhom jingħataw minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni.”;

(14)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 18a

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18b(2), tadotta miżuri għall-għanijiet li ġejjin:

(a)

l-ispeċifikar tal-fornituri tad-data li jistgħu jintużaw minn aġenti ta' pagament għall-ksib tal-informazzjoni neċessarja għat-trattament adatt, għall-finijiet tal-punti (b), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

(b)

l-istabbiliment ta' formats u arranġamenti prattiċi komuni meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9;

(c)

it-tfassil ta' mudelli komuni għaċ-ċertifikati u dokumenti oħra li jiffaċilitaw l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari għad-dokumenti maħruġa fl-Istati Membri li jimponu t-taxxa minn ras il-għajn, li jintużaw għall-finijiet tal-Artikolu 14 mill-Istat Membru ta' residenza għall-finijiet tat-taxxa tas-sid benefiċjarju.

2.   Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista stipulata fl-Anness III fuq it-talba tal-Istati Membri direttament ikkonċernati;

Artikolu 18b

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Koperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni(‘il-Kumitat’).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (EU) Nru 182/2011.”;

(15)

l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-1 ta' Jannar 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn l-ewwel jum tat-tielet sena kalendarja wara s-sena kalendarja li fiha din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet primarji tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. TSAFTARIS


(1)  ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 488.

(2)  ĠU C 277, 17.11.2009, p. 109.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).

(4)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(5)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(6)  Direttiva 85/611/KEE tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3).

(7)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(8)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS

L-Anness għad-Direttiva 2003/48/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness isir l-“Anness III”.

(2)

L-Anness li ġej jiddaħħal bħala “Anness I”:

“ANNESS I

Lista indikattiva ta' kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li huma kkunsidrati bħala mhux soġġetti għat-tassazzjoni effettiva, għall-finijiet tal-Artikolu 2(3)

1.

Entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li l-post tal-istabbiliment jew il-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom jinsab f'pajjiż jew ġurisdizzjoni li jaqa' barra mill-ambitu territorjali ta' din id-Direttiva kif iddefinit fl-Artikolu 7 u li jkun differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 17(2):

Pajjiżi u ġurisdizzjonijiet

Kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi

Antigwa u Barbuda

International business company

Anjouan (il-Komoros)

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Baħamas

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Foundation

International business company

Il-Baħrejn

Financial trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Il-Barbados

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

International Society with Restricted Liability

Il-Beliże

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Bermuda

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija eżentata

Il-Brunej

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

International trust

International Limited Partnership

Il-Gżejjer Cook

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International trust

International company (Kumpannija internazzjonali)

International partnership

Il-Kosta Rika

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija

Ġibuti

Kumpannija eżentata

Trust, irregolat b'liġi barranija

Dominika

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Fiġi

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Il-Polineżja Franċiża

Société (Kumpannija)

Société de personnes (Sħubija)

Société en participation (Joint venture)

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Grenada

International business company

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Gwam

Company (Kumpannija)

Proprjetarju uniku

Partnership (Sħubija)

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Gwatemala

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Fundación (Fondazzjoni)

Ħong Kong

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija Privata Limitata

Kiribati

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Labuan (il-Malasja)

Kumpannija offshore

Malaysian offshore bank,

Offshore limited partnership

Offshore trust

Il-Libanu

Kumpanniji li jibbenefikaw mir-reġim tal-Kumpanniji Offshore

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Liberja

Kumpannija mhix residenti

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Macau

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Fundação (Fondazzjoni)

Il-Maldivi

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Gżejjer tal-Marjanas tat-Tramuntana

Foreign sales corporation (Korporazzjoni ta' bejgħ barrani)

Offshore banking corporation

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Gżejjer Marshall

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Mawrizju

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Global business company kategoriji 1 u 2

Il-Mikronesja

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Trust, irregolat b'liġi barranija

Nauru

Trust/nominee company

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Proprjetarju uniku

Wirt barrani

Proprjetà barranija

Forma oħra ta' kummerċ innegozjata mal-Gvern

Il-Kaledonja Ġdida

Société (Kumpannija)

Société civile (Kumpannija ċivili)

Société de personnes (Sħubija)

Joint venture

Suċċessjoni

Trust, irregolat b'liġi barranija

In-New Zealand

Trust, irregolat b'liġi barranija

In-Niue

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Panama

Fideicomiso (Trust, irregolat b'liġi lokali) u trust irregolata b'liġi barranija

Fundación de interés privado (Fondazzjoni)

International business company

Il-Palau

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Proprjetarju uniku

Uffiċċju rappreżentattiv

Credit union (kooperattiva finanzjarja)

Kooperattiva

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Filippini

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Puerto Rico

Estate

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International banking entity

St. Kittis-Nevis

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Foundation

Kumpannija eżentata

Sħubija b'Responsabbiltà Limitata Eżentata

Santa Lucija

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Saint Vincent u l-Grenadini

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

São Tomé u Príncipe

International business company

Trust, irregolat b'liġi barranija

Samoa

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International trust

International company (Kumpannija internazzjonali)

Offshore bank

Offshore insurance company

International partnership

Limited partnership (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Is-Seychelles

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Singapor

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Il-Gżejjer Solomon

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

L-Afrika t'Isfel

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Tonga

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Tuvalu

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Provident fund

L-Emirati Għarab Magħquda

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija offshore

L-Istat ta' Delaware (Stati Uniti tal-Amerka)

Kumpannija b'Responsabbiltà Limitata

L-Istat ta' Wyoming (Stati Uniti tal-Amerka)

Kumpannija b'Responsabbiltà Limitata

Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija eżentata

L-Urugwaj

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Sociedad Anónima Financiera de Inversión

Il-Vanwatu

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija eżentata

International company (Kumpannija internazzjonali)

2.

Entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li l-post tal-istabbiliment jew il-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom jinsab f'pajjiż jew ġurisdizzjoni elenkata fl-Artikolu 17(2), li għalihom japplika l-Artikolu 2(3) sakemm il-pajjiż jew il-ġurisdizzjoni jadotta/tadotta dipożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fl-Artikolu 4(2):

Pajjiżi u ġurisdizzjonijiet

Kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi

Andorra

Trust, irregolat b'liġi barranija

Angwilla

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Aruba

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Stichting Particulier Fonds (Fondazzjoni privata)

Il-Gżejjed Verġni Brittaniċi

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Company (Kumpannija)

Il-Gżejjer Cayman

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija eżentata

Guernsey

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Company (Kumpannija)

Foundation

Isle of Man

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Company (Kumpannija)

Jersey

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Company (Kumpannija)

Foundation

Il-Liechtenstein

Anstalt (Trust, irregolat b'liġi lokali) u trust irregolata b'liġi barranija

Stiftung (Fondazzjoni)

Monako

Trust, irregolat b'liġi barranija

Fondation (Fondazzjoni)

Montserrat

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

L-Antilli Olandiżi

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Stichting Particulier Fonds (Fondazzjoni privata)

San Marino

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Fondazione (Fondazzjoni)

Svizzera

Trust, irregolat b'liġi barranija

Foundation

Il-Gżejjer Turks u Caicos

Kumpannija eżentata

Limited partnership (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija”.

(3)

L-Anness li ġej jiddaħħal bħala “Anness II”:

“ANNESS II

Lista indikattiva ta' kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li huma kkunsidrati bħala mhux soġġetti għat-tassazzjoni effettiva, għall-finijiet tal-Artikolu 4(2)

Pajjiżi

Kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi

Kummenti

L-Istati Membri kollha tal-UE

Grupp Ewropew ta' Interess Ekonomiku (GEIE)

 

Belġju

Société de droit commun/maatschap (Kumpannija ta' liġi ċivili jew kumpannija kummerċjali mingħajr ebda status ġuridiku)

Société momentanée/tijdelijke handelsvennootschap (Kumpannija mingħajr ebda status ġuridiku li l-għan tagħha huwa li tittratta operazzjoni kummerċjali speċifika waħda jew diversi.)

Société interne/stille handelsvennootschap (Kumpannija mingħajr status ġuridiku li permezz tagħha persuna waħda jew aktar ikollha interess f'operazzjonijiet li persuna waħda oħra jew aktar tamministra f'isimhom)

Inkluża biss jekk l-operatur ekonomiku upstream li jagħmlilha l-pagament tal-imgħax, jew li jattribwilha l-pagament, ma jkunx stabbilixxi l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji tagħha kollha, inkella taqa' fil-punt (d) tal-Artikolu 4(2).

Dawn il-‘kumpanniji’ (li isimhom jingħata bil-Franċiż u l-Olandiż) m'għandhomx status ġuridiku, u mil-lat ta' tassazzjoni, huwa applikabbli metodu ta' trasparenza.

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Bulgarija

Дружество със специална инвестиционна цел (Kumpannija ta' investiment bi skop speċjali)

Инвестиционно дружество (Kumpannija ta' investiment, mhux koperta mill-Artikolu 6)

Eżenzjoni ta' entità mit-taxxa tal-kumpanniji

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

Ħlief jekk it-trustee jista' juri bil-provi li t-trust ikun attwalment soġġetti għat-tassazzjoni fuq id-dħul Bulgara

Repubblika Ċeka

Veřejná obchodní společnost (veř. obch. spol. or v.o.s.) (Sħubija)

Sdružení (Assoċjazzjoni)

Komanditní společnost

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Danimarka

Interessentskab (Sħubija ġenerali)

Kommanditselskab (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Kommanditaktieselskab/Partnerselskab

Partrederi

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Ġermanja

Gesellschaft bürgerlichen Rechts (Kumpannija tal-liġi ċivili)

Kommanditgesellschaft — KG, offene Handelsgesellschaft — OHG (Sħubija kummerċjali)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Estonja

Seltsing (Sħubija)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Irlanda

Partnership and investment club

Trustee residenti Irlandiż ġeneralment huwa taxxabbli fuq dħul li jirriżulta mit-trust. Madankollu, meta l-benefiċjarju jew it-trustee jkun resident mhux Irlandiż, dħul mis-sors Irlandiż li jinħoloq f'dawn il-każijiet biss huwa taxxabbli.

Greċja

Ομόρρυθμος εταιρεία (OE) (Sħubija ġenerali)

Ετερόρρυθμος εταιρεία (EE) (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Is-sħubiji huma soġġetti għal taxxa tal-kumpanniji. Madankollu, sa 50 % tal-profitti tas-sħubiji huma taxxabbli fl-idejn tas-sieħba individwali bir-rata ta' taxxa personali tagħhom

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Spanja

Entitajiet soġġetti għas-sistema ta' taxxa fuq id-distribuzzjoni tal-profitti:

Sociedad civil con o sin personalidad jurídica (Soċjetà ta' liġi ċivili b'personalità ġuridika jew mingħajrha),

Herencias yacentes (Suċċessjoni),

Comunidad de bienes (Sjieda konġunta).

Entitajiet oħra mingħajr personalità ġuridika li jikkostitwixxu unità ekonomika separata jew grupp separat ta' assi (l-Artikolu 35(4) tal-Ley General Tributaria).

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Franza

Société en participation (Kumpannija joint venture)

Société ou association de fait (Kumpannija de facto)

Indivision (Sjieda konġunta)

Fiducie

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Italja

Is-sħubiji tal-liġi Ċivili u l-entitajiet assimilati kollha

Il-kategorija tas-sħubiji tal-liġi Ċivili tinkludi: ‘società in accomandita semplice’, ‘società semplici’, associazioni (assoċjazzjonijiet) fost artisti jew professjonisti għall-prattika tal-arti jew il-professjoni tagħhom, mingħajr personalità legali ‘società in nome collettivo’, ‘società di fatto’ (sħubiji irregolari jew ‘de facto’) u ‘società di armamento

Kumpanniji b'numru limitat ta' azzjonisti li jagħżlu t-trasparenza fiskali

Ir-reġim ta' trasparenza fiskali' jista' jiġi adottat minn kumpanniji b'responsabbiltà limitata jew soċjetajiet kooperattivi li l-membri tagħhom huma individwi (Artikolu 116 tat-TUIR).

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

Ħlief jekk it-trustee jista' jipprovdi dokumentazzjoni li turi li t-trust huwa resident fisakalment u soġġett għal taxxa tal-kumpanniji effettiva fl-Italja.

Ċipru

Συνεταιρισμός (Sħubija)

Σύνδεσμος jew σωματείο (Assoċjazzjoni)

 

Συνεργατικές (Kooperattiva)

Transazzjonijiet ma' membri biss.

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Trusts maħluqa taħt il-ġurisdizzjoni Ċiprijotta huma kkunsidrati bħala entitajiet trasparenti taħt il-liġi nazzjonali.

Latvja

Pilnsabiedrība (Sħubija ġenerali)

Komandītsabiedrība (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Biedrība un nodibinājums (Assoċjazzjoni u fondazzjoni);

Lauksaimniecības kooperatīvs (Kooperattiva Agrikola)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Litwanja

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Lussemburgu

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Ungerija

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

L-Ungerija tirrikonoxxi trusts bħala ‘entitajiet’ taħt ir-regoli nazzjonali

Malta

Soċjetà In Akkomandita (Partnership ‘en commandite’), li l-kapital tagħha mhuwiex diviż f'ishma

Arrangement in participation (Association ‘en participation’)

Soċjetà Kooperattiva

Sħubiji ‘en commandite’ li l-kapital tagħhom huwa diviż f'ishma huma soġġetti għas-CIT ġenerali.

Olanda

Vennootschap onder firma (Sħubija ġenerali)

Commanditaire vennootschap (Sħubija b'responsabbiltà limitata magħluqa)

Sħubiji ġenerali, sħubiji magħluqa u GIEE huma trasparenti għall-finijiet ta' taxxa.

Vereniging (Assoċjazzjoni)

Stichting (Fondazzjoni)

Verenigingen (Assoċjazzjonijiet) u stichtingen (fondazzjonijiet) huma eżenti mit-taxxa sakemm huma ma jwettqux il-kummerċ jew in-negozju.

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Awstrija

Offene Gesellschaft (OG) (sħubija ġenerali)

Offene Handelsgesellschaft (OHG) (sħubija kummerċjali)

Kommanditgesellschaft (KG) (sħubija b'responsabbiltà limitata)

Gesellschaft nach bürgerlichem Recht (sħubija tal-liġi ċivili)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Polonja

Spólka jawna (Sp. j.) (Sħubija ġenerali)

Spólka komandytowa (Sp. k.) (sħubija b'responsabbiltà limitata)

Spólka komandytowo-akcyjna (S.K.A.) (sħubija b'responsabbiltà limitata bi stokk konġunt)

Spólka partnerska (Sp. p.) (sħubija professjonali)

Spolka cywilna (s.c.) (kumpannija tal-liġi ċivili)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Portugall

Sħubiji tal-liġi ċivili li mhumiex inkorporati f'forma kummerċjali

Ditti inkorporati impenjati f'attivitajiet professjonali kkwotati li fihom is-sieħba kollha jkunu individwi kwalifikati fl-istess professjoni

Kumpanniji li huma sempliċiment fil-pussess ta' assi li huma jew ikkontrollati minn grupp tal-familja jew li s-sidien tagħhom huma ħames membri jew inqas;

 

Kumpanniji b'liċenzja biex joperaw fl-International Business Centre ta' Madeira li huma eliġibbli għal eżenzjoni mill-IRC (l-Artikolu 33 tal-EBF)

L-Artikolu 33 tal-EBF, applikabbli għal kumpanniji b'liċenzja sal-31 ta' Diċembru 2000, jipprevedi eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji sal-31 ta' Diċembru 2011.

Assoċjazzjonijiet mhux inkorporati

 

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

L-uniċi trusts permessi taħt il-liġi Portugiża huma dawk stabbiliti taħt il-liġi barranija minn persuni ġuridiċi fl-International Business Centre ta' Madeira.

Rumanija

Assoċjazzjoni (sħubija)

Cooperative (Kooperattiva)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Slovenja

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Repubblika Slovakka

Verejná obchodná spoločnosť (Sħubija ġenerali)

Komanditná spoločnosť (Sħubija limitata)

Združenie (Assoċjazzjoni)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Finlandja

avoin yhtiö/öppet bolag (Sħubija)

kommandiittiyhtiö/kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Svezja

handelsbolag (Sħubija ġenerali)

kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

enkelt bolag (Sħubija sempliċi)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Renju Unit

General partnership (Sħubija ġenerali)

Limited partnership (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Limited liability partnership (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Sħubiji ġenerali, sħubiji b'responsabbiltà limitata; sħubiji b'responsabbiltà limitata huma trasparenti għall-finijiet ta' taxxa.

Investment club (Klabb ta' investiment) (fejn il-membri huma intitolati għal sehem speċifiku tal-assi)

 

Ġibiltà (1)

‘Trust’ jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Dħul minn trust huwa eżenti mit-taxxa skont ir-Regoli tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1992 jekk:

(a)

it-trust jinħoloq minn jew f'isem persuna non-residenti; u

(b)

id-dħul

huwa akkumulat jew derivat barra minn Ġibiltà, jew

huwa riċevut minn trust u jekk ikun ġie riċevut direttament mill-benefiċjarju, huwa ma jkollux iħallas it-taxxa skont l-Ordinanza dwar it-Taxxa fuq id-Dħul.

Dan ma japplikax jekk it-trust kien maħluq qabel l-1 ta' Lulju 1983 u t-termini tat-trust jeskludu espressament ir-residenti ta' Ġibiltà bħala benefiċjarji.

(4)

L-Anness li ġej jiżdied bħala “Anness IV”:

“ANNESS IV

LISTA TA' ELEMENTI GĦALL-FINIJIET TA' STATISTIKA LI GĦANDHOM IKUNU PPROVDUTI ANNWALMENT MILL-ISTATI MEMBRI LILL-KUMMISSJONI

1.   Elementi ekonomiċi

1.1.   It-taxxa minn ras il-għajn:

Għall-Awstrija u l-Lussemburgu (dment li huma japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni stipulati fil-Kapitolu III), l-ammont totali annwali ta' dħul mit-taxxa kondiviż mit-taxxa minn ras il-għajn, maqsum skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji.

Għall-Awstrija u l-Lussemburgu (dment li huma japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitlu III), l-ammont totali annwali ta' dħul mit-taxxa kondiviż mal-Istati Membri l-oħra mit-taxxa minn ras il-għajn miġbura skont l-Artikolu 11(5).

Data dwar l-ammonti totali miġbura mit-taxxa minn ras il-għajn, maqsuma skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji, għandha tintbagħat ukoll lill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli mill-ġbir ta' statistiċi dwar il-bilanċ tal-pagamenti.

1.2.   Ammont ta' pagamenti ta' imgħax/dħul mill-bejgħ:

Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju skont l-Artikolu 13, l-ammont ta' pagamenti ta' imgħax fit-territorju tagħhom li huwa soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 9, maqsum skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza tas-sidien benefiċjarji.

Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju skont l-Artikolu 13, l-ammont ta' dħul mill-bejgħ fit-territorju tagħhom li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 9, maqsum skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza tas-sidien benefiċjarji.

Għal Stati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu l-mekkaniżmu ta' żvelar volonatrju, l-ammont ta' pagamenti ta' imgħax soġġett għal skambju ta' informazzjoni, maqsum skont it-tip ta' pagamenti ta' imgħax skont il-kategoriji stipulati fl-Artikolu 8(2).

Id-data marbuta mal-ammonti totali ta' pagamenti ta' imgħax u dħul mill-bejgħ, maqsuma skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji, għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli mill-ġbir ta' statistiċi dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti.

1.3.   Sid benefiċjarju:

Għall-Istati Membri kollha, l-għadd ta' sidien benefiċjarji residenti fi Stati Membri oħra u Territorji Dipendenti u Assoċjati, maqsuma skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza.

1.4.   Aġenti ta' pagament:

Għall-Istati Membri kollha, l-għadd ta' aġenti ta' pagament (għal kull Stat Membru li jibgħat) involuti fl-iskambju ta' informazzjoni jew taxxa minn ras il-għajn għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

1.5.   Aġenti ta' pagament b'riċevuta:

Għall-Istati Membri, l-għadd ta' aġenti ta' pagament b'riċevuta li jkunu rċevew pagamenti ta' imgħax skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4). Dan jikkonċerna kemm lill-Istati Membri li jibagħtu, li fihom ikunu saru l-pagamenti ta' imgħax lil aġenti ta' pagament b'riċevuta li l-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom ikun fi Stati Membri oħra, kif ukoll lill-Istati Membri li jirċievu, li jkollhom entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi bħal dawn fit-territorju tagħhom.

2.   Elementi tekniċi

2.1.   Rekords:

Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju tal-Artikolu 13, l-għadd ta' rekords mibgħuta u riċevuti. Rekord wieħed ifisser pagament wieħed għal sid benefiċjarju wieħed.

2.2.   Rekords ipproċessati/ikkoreġuti:

Għadd u perċentwal ta' rekords invalidi b'mod sintattiku li jistgħu jkunu pproċessati;

Għadd u perċentwal ta' rekords invalidi b'mod sintattiku li ma jistgħux ikunu pproċessati;

Għadd u perċentwal ta' rekords mhux ipproċessati;

Għadd u perċentwal ta' rekords ikkoreġuti wara talba għal dan;

Għadd u perċentwal ta' rekords ikkoreġuti spontanjament;

Għadd u perċentwal ta' rekords ipproċessati b'suċċess;

3.   Elementi mhux obbligatorji:

3.1.

Għall-Istati Membri, l-ammont ta' pagamenti ta' imgħax lil entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 4(2), maqsum skont l-Istat Membru tal-post ta' amministrazzjoni effettiva tal-entità.

3.2.

Għall-Istati Membri, l-ammont ta' dħul mill-bejgħ lil entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 4(2), maqsum skont l-Istat Membru tal-istabbiliment tal-entità.

3.3.

L-ishma rispettivi tat-taxxa totali annwali miġbura minn residenti li jħallsu t-taxxa fuq pagamenti ta' imgħax li sarulhom minn aġenti ta' pagament domestiċi u minn aġenti ta' pagament barranin.”.

(1)  Ir-Renju Unit huwa l-Istat Membru responsabbli għar-relazzjonijiet esterni ta' Ġibiltà, skont it-termini tal-Artikolu 355(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”.


DEĊIŻJONIJIET

15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/79


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/212/PESK

tal-14 ta' April 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 22(2) tad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, il-Kunsill għamel rieżami tal-lista ta' persuni u entitajiet kif tinsab fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, li għaliha japplikaw il-punti (b) u (c) tal-Artikoli 13(1) u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(1) ta' dik id-Deċiżjoni. Il-Kunsill ikkonkluda li, bl-eċċezzjoni ta' persuna waħda u entità waħda elenkati fl-Anness II, il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri previsti f'dik id-Deċiżjoni.

(3)

Barra min hekk, l-entrata li tikkonċerna entità waħda li hija elenkata fl-Anness I għandha titneħħa mill-Anness II.

(4)

Barra minn hekk, l-Artikolu 22 għandu jiġi emendat.

(5)

Barra minn hekk, fil-31 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, aġġorna l-lista tal-individwi u l-entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(6)

Il-listi ta' persuni u entitajiet li jinsabu fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/183/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 13(1) u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(1) għandhom jiġu rieżaminati f'intervalli regolari u ta' mill-inqas kull 12-il xahar. Huma għandhom jieqfu japplikaw fir-rigward ta' persuni u entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.”.

(2)

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huma emendati kif jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52.


ANNESS

1.   

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, tiddaħħal l-intestatura li ġejja:

“Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a).”.

2.   

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, is-subintestatura “A. Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 13(1)(a)” hija sostitwita bis-subintestatura li ġejja:

“A.

Persuni”.

3.   

L-entrati għall-persuni li ġejjin imniżżlin fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

“1.

Chang Myong- Chin

Jang Myong-Jin

Data tat-twelid 19 ta' Frar 1968;

Data tat-twelid alternattiva 1965 jew 1966

22.1.2013

Amministratur Ġenerali ta' Sohae Satellite Launching Station u kap taċ-ċentru ta' illanċjar minn fejn sar l-illanċjar fit-13 ta' April u fit-12 ta' Diċembru 2012.

2.

Ra Ky'ong-Su

Ra Kyung-Su

Data tat-twelid 4 ta' Ġunju 1954;

Passaport: 645120196

22.1.2013

Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie inkluż mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

3.

Kim Kwang-il

 

Data tat-twelid 1 ta' Settembru 1969;

Passaport: PS381420397

22.1.2013

Kim Kwang-il huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità, hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB u Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Tanchon Commercial Bank ġie inkluż mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.”

4.   

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, is-subintestatura “B. Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a)” hija sostitwita bis-subintestatura li ġejja:

“B.

Entitajiet”.

5.   

L-entrati għall-entitajiet li ġejjin imniżżla fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt:

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

“1.

Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation; Ryonha Machinery Corporation; Ryonha Machinery; Ryonha Machine Tool; Ryonha Machine Tool Corporation; Ryonha Machinery Corp; Ryonhwa Machinery Joint Venture Corporation; Ryonhwa Machinery JV; Huichon Ryonha Machinery General Plant; Unsan; Unsan Solid Tools; u Millim Technology Company

Tongan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK; Mangungdae- gu, Pyongyang, DPRK; Mangyongdae District, Pyongyang, DPRK.

Indirizzi tal-posta elettronika: ryonha@silibank.com; sjc-117@hotmail.com; u millim@silibank.com

Numri tat-telefon: 850-2-18111; 850-2-18111-8642; u 850 2 18111-3818642

Numru tal-fax: 850-2-381-4410

22.1.2013

Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija azzjonarja ta' Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation. Korea Ryonbong General Corporation kienet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat tar-RDPK.”

6.   

Il-persunai u l-entità elenkati hawn taħt huma mneħħija mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK:

A.

Persuni

1.

Chang Song-taek

B.

Entitajiet

1.

Korea Complex Equipment Import Corporation


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/83


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/213/PESK

tal-14 ta' April 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1).

(2)

Bil-ħsieb tal-iżviluppi tar-Repubblika tal-Ginea, l-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq it-tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna għandhom jitneħħew.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK, jitħassru l-Artikoli 1 u 2.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/84


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/214/PESK

tal-14 ta' April 2014

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-30 ta' April 2015.

(3)

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' April 2015. Hija għandha tinżamm taħt rieżami regolari. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/85


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' April 2014

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina

(2014/215/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 213 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina qegħdin jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u s-Sħubija tal-Lvant. Il-Ftehm ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukraina daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998. Id-djalogu politiku bilaterali u l-kooperazzjoni ekonomika kienu mtejba ulterjorment fil-qafas tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina adottata fit-23 ta' Novembru 2009. Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta; Assoċjazzjoni”), li jinkludi Żona ta' Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva (DCFTA), ġie nnegozjat mill-2007 sal-2011 u ġie inizjalatat fl-2012. Fil-21 ta' Novembru 2013, il-Kabinett tal-Ministri tal-Ukraina ddeċieda li jissospendi l-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Madankollu, minn meta rreżenja l-gvern tal-Ukraina fi Frar 2014, il-gvern attwali tal-Ukraina iddikjara r-rieda tiegħu li jiffirma il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fil-ġejjieni qrib. Fis-6 ta' Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew iddikjara fl-Istqarrija tiegħu dwar l-Ukraina l-impenn tiegħu li jiffirma fi żmien qasir il-kapitoli politiċi kollha tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, u li unilateralment jadotta miżuri li jippermettu lill-Ukraina tibbenefika sostanzjalment mid-DCFTA.

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal dak il-għan ġiet adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Marzu 2014.

(2)

Il-kriżi politika attwali għandha konsegwenzi tassew negattivi fuq l-istabbiltà ekonomika u finanzjarja diġà prekarja tal-Ukraina. L-Ukraina qed tiffaċċa bilanċ ta' pagamenti u sitwazzjoni fiskali dgħajfa ħafna u li sejrin għall-agħar b'mod rapidu, bl-ekonomija dieħla f'riċessjoni mill-ġdid. L-interruzzjoni de facto tal-assistenza tar-Russja skont il-pakkett tagħha ta' USD 15-il biljun, u t-tmiem imħabbar tal-prezzijiet tal-gass mraħħsa mogħtija minn qabel mill-kumpanija Gazprom minn April 2014, se jagħmlu s-sitwazzjoni saħansitra aktar agħar. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-Ukraina qed tiffaċċa riskju serju ta' inadempjenza fil-futur qrib.

(3)

Wara r-riżenja tal-gvern preċedenti, inħatar President Interim ġdid u l-Parlament tal-Ukraina appunta gvern ġdid fit-22 u fis-27 ta' Frar 2014 rispettivament. Għalkemm il-Kostituzzjoni tal-Ukraina tal-2004 ġiet riintegrata u l-elezzjonijiet presidenzjali tħabbru għall-25 ta' Mejju 2014, l-Ukraina ma setgħetx terġa' lura għall-istabbiltà politika, minħabba li s-sovranità u l-integrità territorjali tagħha riċentement ġew vjolati mill-Federazzjoni Russa.

(4)

F'dan il-kuntest, l-Ukraina teħtieġ assistenza finanzjarja urġenti minn kredituri u donaturi internazzjonali. Jekk id-deċiżjoni li tingħata tali assistenza finanzjarja kellha tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) taħt il-proċedura leġislattiva ordinarja, l-iżborż rapidu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukraina (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”) fl-ewwel nofs tal-2014 ma jkunx possibbli, u għalhekk ma jiġux indirizzati l-ħtiġijiet finanzjarji urġenti tal-Ukraina. Għalhekk huwa ġġustifikat li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun ipprovduta abbazi ta' Deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 213 TFUE.

(5)

L-urġenza tal-assistenza hija relatata mal-ħtieġa immedjata mill-Ukraina għall-fondi, flimkien ma' dawk li se jkunu pprovduti minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra u donaturi bilaterali oħra u mal-assistenza makrofinanzjarja provduta mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/639/KE (1) u d-Deċiżjoni Nru 646/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(6)

Il-kriżi attwali fl-Ukraina tiġġustifika l-użu eċċezzjonali tal-proċedura urġenti skont l-Artikolu 213 TFUE. Din id-deċiżjoni li tipprovdi l-assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina hija mingħajr preġudizzju għal operazzjonijiet oħra tal-assistenza mikrofinanzjarja fil-ġejjieni.

(7)

Mir-reżenja tal-gvern tal-Ukraina, f'okkażjonijiet varji, l-Unjoni ddikjarat l-impenn tagħha li tappoġġa l-gvern il-ġdid tal-Ukraina fil-miri tiegħu biex jistabbilizza s-sitwazzjoni u jfittex li jsegwi t-triq tar-riformi. L-Unjoni ddikjarat ukoll li hija lesta li tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-komunità internazzjonali u tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), fir-rigward ta' pakkett ta' assistenza internazzjonali massal biex jindirizza l-ħtiġijiet urġenti tal-Ukraina, abbażi ta' impenn ċar tal-Ukraina favur ir-riformi. L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni lill-Ukraina huwa konsistenti mal-politika tal-Unjoni kif stabbilit fil-Politika Ewropea tal-Viċinat u fis-Sħubija tal-Lvant.

(8)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta' appoġġ mingħajr irbit u mingħajr deżinjazzjoni għall-bilanċ tal-pagamenti, li għandha l-għan li tindirizza l-ħtiġijiet finanzjarji esterni immedjati tal-benefiċjarju u għandha tirfed l-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri qawwija ta' riforma strutturali u ta' aġġustament immedjat maħsuba biex itejbu l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti fuq perjodu ta' żmien qasir.

(9)

L-awtoritajiet tal-Ukraina u l- FMI huma mistennija li ma jdumux ma jaqblu dwar programm ekonomiku li jkun appoġġat minn arranġament ta' finanzjament mal-FMI.

(10)

Fil-5 ta' Marzu 2014, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti fl-Ukraina li qalbet mill-ħażin għall-agħar, il-Kummissjoni ħabbret pakkett ta' sostenn, li kien jinkludi l-assistenza makrofinanzjarja proposta tal-Unjoni. Dak il-pakkett ġie approvat mill-Kunsill Ewropew Straordinarju tas-6 ta' Marzu 2014. Dak il-pakkett jinkludi assistenza finanzjarja ta' EUR 11-il biljun għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 tinkludi ammont totali ta' EUR 1,565 biljun f'għotjiet għall-istess perjodu mmobilizzati fl-Istrument Ewropew tal-Viċinat, il-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat, l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabilità u l-Paċi u mill-baġit tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni.

L-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja provdut mid-Deċiżjoni 2002/639/KE u d-Deċiżjoni Nru 646/2010/UE jsir malli l-programm tal-FMI jidħol fis-seħħ.

(11)

Minħabba li l-Ukraina hija pajjiż kopert mill-PEV, hija eliġibbli biex tirċievi l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

(12)

Fid-dawl li l-ħtiġijiet finanzjarji esterni tal-Ukraina li sejrin għall-agħar b'mod drastiku huma mistennija jkunu ogħla milli se jkun ipprovdut mill-FMI u l-istituzzjonijiet multilaterali l-oħrajn, l-assistenza makrofinanzjarja urġenti tal-Unjoni li għandha tingħata lill-Ukraina, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali, għandha tkun ikkunsidrata bħala reazzjoni xierqa għat-talba tal-Ukraina biex tappoġġa l-istabbilizzazzjoni finanzjarja. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika u l-programm ta' riformi strutturali tal-Ukraina, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi li huma disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI.

(13)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Ukraina, u b'hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.

(14)

L-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa bbażat fuq estimu preliminari tal-ħtiġijiet ta' finanzjament estern residwu tal-Ukraina u jqis il-kapaċità tagħha ta' awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riservi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tikkomplimenta l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-FMI u l-Bank Dinji. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta' finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fl-Ukraina u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni.

(15)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji, objettivi u miżuri ewlenin meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u linji ta' politika oħra rilevanti tal-Unjoni.

(16)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni rigward l-Ukraina. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jaħdmu mill-qrib matul l-operazzjoni ta' assistenza makrofinanzjarja kollha bil-għan li jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u li jiggarantixxu l-konsistenza tagħha.

(17)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-impenn tal-Ukraina fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis fil-faqar, kif ukoll l-impenn tiegħu għall-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq ir-regoli u b'mod ġust.

(18)

Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Ukraina tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistema parlamentari b'diversi partiti, l-istat tad-dritt u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu li jssaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-maniġment tal-finanzi pubbliċi fl-Ukraina, u jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekundizzjoni kif ukoll il-ksib ta' dawk l-objettivi għandhom jiġu regolarment sorveljati mill-Kummissjoni.

(19)

Biex ikun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni konnessi mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jiġu mħarsa b'mod effiċjenti, l-Ukraina għandha tieħu miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni ta', u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta mal-assistenza. Barra minn hekk, għandu jsir provvediment biex il-Kummissjoni twettaq kontrolli u biex il-Qorti tal-Awdituri twettaq l-awditi.

(20)

Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(21)

L-ammonti li għandhom jiġu pprovduti meħtieġa għall-assistenza makrofinanzjarja għandhom ikunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet baġitarji definiti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

(22)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi mmaniġjata mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jkunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi marbutin mal-għajnuna u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

(23)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni tagħmel l-assistenza finanzjarja disponibbli għall-Ukraina bl-ammont massimu ta' EUR 1 biljun, sabiex jiġu appoġġati l-istabbiltà ekonomika u r-riformi tal-Ukraina (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”). L-assistenza għandha tikkontribwixxi lejn il-ħtiġijiet tal-bilanċ tal-pagamenti urġenti kif identifikati fil-programm ekonomiku tal-gvern appoġġat mill-FMI.

2.   L-ammont sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkun ipprovdut lill-Ukraina fil-forma ta' self. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f'isem l-Unjoni, biex tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji u ssellifhom lill-Ukraina. Is-self għandu jkollu maturità massima ta' 15-il sena.

3.   Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew l-arranġamenti milħuqa bejn l-FMI u l-Ukraina u mal-prinċipji u l-objettivi prinċipali tar-riformi ekonomiċi stabbiliti fl-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina maqbula skont il-PEV.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż l-iżborż tagħha, u tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet id-dokumenti rilevanti fi żmien debitu.

5.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli għal perjodu ta' sena li jibda mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni. Il-perjodu ta' disponibbiltà jista' jiġi estiż b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni.

6.   Fejn il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Ukraina jonqsu b'mod fundamentali matul il-perjodu ta' ħlas tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbel mal-previżjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tissospendiha jew tħassarha.

Artikolu 2

Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Ukraina tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistema parlamentari b'diversi partiti, l-istat tad-dritt u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ilħuq ta' din il-prekundizzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

Dan l-Artikolu għandu japplika f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (4).

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet tal-Ukraina dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji definiti b'mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jitniżżlu f'Memorandum ta' Qbil li jinkludi perjodu taż-żmien għall-ilħuq ta' dawk il-kundizzjonijiet.

Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew qbil imsemmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-aġġustament makroekonomiku u l-programmi ta' riforma strutturali implimentati mill-Ukraina, bl-appoġġ tal-FMI.

2.   Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jimmiraw, b'mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta' maniġment tal-finanzi pubbliċi fl-Ukraina, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress rigward il-ftuħ reċiproku tas-suq, l-iżvilupp ta' kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni jitqiesu wkoll b'mod debitu fit-tfassil tal-miżuri ta' politika. Il-progress fl-ilħuq ta' dawk l-objettivi għandu jiġi sorveljat regolarment mill-Kummissjoni.

3.   It-termini finanzjarji ddettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stipulati fi Ftehim tas-Self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ukraina.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu sodisfatti, inkluż li l-politiki ekonomiċi tal-Ukraina jkunu f'konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 4

1.   Suġġett għall-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli mill-Kummissjoni f'żewġ pagamenti parzjali. Id-daqs ta' kull pagament parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta' Qbil. Jekk, b'mod eċċezzjonali, iċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tista' ssir disponibbli f'pagament parzjali wieħed.

2.   L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu pprovduti, fejn meħtieġ, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (5).

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti parzjali soġġett għall-ilħuq tal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-prekundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2;

(b)

rekord sodisfaċenti kontinwu fl-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri ta' aġġustament u ta' riforma strutturali appoġġati minn arranġament ta' kreditu mill-FMI mhux prekawzjonarju.;

(c)

l-implimentazzjoni, f'perjodu ta' żmien speċifiku, tal-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta' Qbil.

Fil-każ li jkun previst it-tieni pagament parzjali, dan ma għandux isir qabel ma jgħaddu tliet xhur mir-rilaxx tal-ewwel pagament parzjali.

4.   Meta l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3 ma jiġux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha temporanjament tissospendi jew tħassar l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F'tali każijiet, għandha tinforma r-raġunijiet għal dik is-sospensjoni jew it-tħassir lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas lill-Bank Nazzjonali tal-Ukraina.

6.   L-iżborż għandu jibda minnufih malli l-programm tal-FMI jkun fis-seħħ.

Artikolu 5

1.   Għoti u teħid b'self marbutin mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur u ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, jew jesponuha għal kwalunkwe riskju marbut mar-rata tal-kambju jew mar-rata tal-imgħax, jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.

2.   Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, u jekk l-Ukraina titlob dan, il-Kummissjoni tista' tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tiddaħħal klawżola dwar ir-rimborż bikri fit-termini u l-kundizzjonijiet tas-self u li din tkun appoġġata minn klawżola korrispondenti fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tat-teħid ta' self.

3.   Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self, u jekk l-Ukraina titlob dan, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tiffinanzja mill-ġdid it-teħid ta' self inizjali kollu, jew parti minnu jew tista' tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid jew ta' ristrutturar għandhom jitwettqu skont il-paragrafi 1 u 4, u m'għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità tas-self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta' kapital pendenti fid-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar.

4.   Il-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni li huma relatati mal-operazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġġarrbu mill-Ukraina.

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 6

1.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (7).

2.   L-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun taħt maniġment dirett.

3.   Il-Memorandum ta' Qbil u l-Ftehim tas-Self li jridu jiġu miftiehma mal-awtoritajiet tal-Ukraina għandu jkun fihom dispożizzjonijiet:

(a)

li jiżguraw li l-Ukraina tivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni jkun intuża kif suppost, li din tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni legali biex tirkupra kwalunkwe fondi pprovduti skont din id-Deċiżjoni li jkunu ġew miżapproprjati;

(b)

li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jipprovdu miżuri speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni ta', u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (8), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (9) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(c)

li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, jew lir-rappreżentanti tagħha biex iwettqu verifiki, inklużi spezzjonijiet fuq il-post;

(d)

li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jwettqu awditi matul u wara l-perjodu ta' disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta' dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali; u

(e)

li jiżguraw li l-Unjoni hija intitolata għal rimborż bikri tas-self fejn ikun stabbilit li, fir-rigward tal-maniġment tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, l-Ukraina wettqet kwalunkwe att ta' frodi jew ta' korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali li hija ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

4.   Matul l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissorvelja, permezz ta' valutazzjonijiet operazzjonali, il-validità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ukraina, il-proċeduri amministrattivi u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 8

1.   Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fis-sena ta' qabel, inkluża evalwazzjoni ta' dik l-implimentazzjoni. Dak ir-rapport għandu:

(a)

jeżamina l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;

(b)

jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ukraina, kif ukoll il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika msemmija fl-Artikolu 3(1);

(c)

jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta' Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Ukraina u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

2.   Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta' disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(5), il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ex post, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni kkompletata u sa liema punt din ikkontribwixxiet għall-għanijiet tal-assistenza.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/639/KE tat-12 ta' Lulju 2002 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja supplimentari lill-Ukraina (ĠU L 209, 6.8.2002, p. 22).

(2)  Deċiżjoni Nru 646/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 li tipprovdi assistenza mikrofinanzjarja lill-Ukraina (ĠU L 179, 14.7.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1)

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(10)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/91


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/216/PESK

tal-14 ta' April 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK.

(2)

Għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK.

(3)

Barra minn hekk, l-informazzjoni ta' identifikazzjoni għal tliet persuni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandha tiġi emendata.

(4)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/119/PESK.

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.


ANNESS I

Persuni msemmija fl-Artikolu 1.

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

19.

Serhiy Arbuzov

Imwieled fl-24 ta' Marzu 1976, ex-Prim Ministru tal-Ukraina.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

15.4.2014

20.

Yuriy Ivanyushchenko

Imwieled fil-21 ta' Frar 1959, Membru Parlamentari tal-Partit tar-Reġjuni.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

15.4.2014

21.

Oleksandr Klymenko

Imwieled fis-16 ta' Novembru 1980, ex-Ministru tad-Dħul u l-Ħlasijiet.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

15.4.2014

22.

Edward Stavytskyi

Imwieled fl-4 ta' Ottubru 1972, ex-Ministru tal-Karburanti u l-Enerġija tal-Ukraina.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

15.4.2014


ANNESS II

L-entrati għall-persuni li ġejjin elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huma sostitwiti mill-entrati ta' hawn taħt:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

9.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych

Imwieled fl-10 ta' Lulju 1973, iben l-ex-President, negozjant.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

6.3.2014

12.

Serhii Petrovych Kliuiev

Imwieled fid-19 ta' Awwissu 1969, ħu s-Sur Andrei Kliuiev, negozjant.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

6.3.2014

14.

Oleksii Mykolayovych Azarov

Imwieled fit-13 ta' Lulju 1971, iben l-ex-Prim Ministru Azarov.

Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

6.3.2014


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/94


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' April 2014

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-ġidri tan-ngħaġ fil-Bulgarija fl-2013 u fil-Greċja fl-2013 u l-2014

(notifikata bid-dokument (2014) 2334)

(It-test bil-Bulgaru u bil-Grieg biss huma awtentiċi)

(2014/217/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-ġidri tan-ngħaġ hija marda virali infettiva tan-nagħaġ u l-mogħoż b'impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-ovini li toħloq xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni u għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-ġidri tan-ngħaġ, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'irziezet oħra tal-ovini f'dak l-Istat Membru u anki fi Stati Membri oħra u f'pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ ta' ovini ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE (2) tistipula l-miżuri li għandhom jiġu implimentati b'urġenza mill-Istati Membri immedjatament fil-każ ta' tifqigħa biex tiġi evitata firxa ikbar tal-virus, u biex tiġi eradikata l-marda.

(4)

Skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun preċedut b'deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom il-poteri jkunu ġew delegati mill-istituzzjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta' emerġenza. Skont l-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja għall-kosti ta' ċerti miżuri għall-eradikazzjoni tal-ġidri tan-ngħaġ.

(6)

L-Artikolu 3(6) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwali tal-kosti imġarrba mill-Istat Membru li jistgħu jkunu koperti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(7)

Il-ħlas ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lejn miżuri ta' emerġenza biex il-ġidri tan-ngħaġ jiġi eradikat huwa soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (4).

(8)

Seħħew tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ fil-Bulgarija fl-2013 u fil-Greċja fl-2013 u l-2014. Il-Bulgarija u l-Greċja ħadu miżuri skont id-Direttiva 92/119/KEE biex jiġġieldu dawn it-tifqigħat.

(9)

L-awtoritajiet tal-Bulgarija u tal-Greċja infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali bil-miżuri applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifikazzjoni u l-eradikazzjoni tal-marda u r-riżultati tagħhom.

(10)

L-awtoritajiet tal-Bulgarija u l-Greċja għaldaqstant issodisfaw l-obbligi tekniċi u amministrattivi kollha tagħhom fir-rigward tal-miżuri previsti fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(11)

F'dan l-istadju, l-ammont eżatt tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni ma jistax jiġi ddeterminat. Abbażi tal-aħħar informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri kkonċernati, il-kost tal-kumpens u n-nefqa operattiva pprovduti huma stmati għal EUR 79 186,33 u EUR 1 484 304,16 rispettivament, għall-Bulgarija u għall-Greċja.

(12)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Bulgarija u lill-Greċja

1.   Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Bulgarija sa massimu ta' EUR 40 000,00 għan-nefqa li ġarrab dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skont l-Artikolu 3(2) u (6) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, fil-ġlieda kontra l-ġidri tan-ngħaġ fl-2013.

2.   Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Greċja sa massimu ta' EUR 700 000,00 għan-nefqa li ġarrab dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skont l-Artikolu 3(2) u (6) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, fil-ġlieda kontra l-ġidri tan-ngħaġ fl-2013 u fl-2014.

3.   L-ammont finali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandu jiġi ffissat f'deċiżjoni sussegwenti li għandha tiġi adottata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

Artikolu 2

Arranġamenti għall-ħlas

L-ewwel porzjon ta' EUR 310 000,00, li għandu jiġi ffinanzjat mill-linja tal-baġit 17 04 04 tal-baġit finanzjarju tal-UE għall-2014, għandu jitħallas lill-Greċja bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  Id-Direttiva 92/119/KEE tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12).


Rettifika

15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/96


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2014 tal-10 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal- ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 108 tal-11 ta' April 2014 )

F'paġna 33, il-firma:

minflok:

“Joaquín ALMUNIA”,

aqra:

“Siim KALLAS”.


15.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/96


Rettifika għall-Adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 51 tal-20 ta' Frar 2014 )

F'paġni I/171 sa I/173:

minflok:

“Approprjazzjonijiet differenzjati”,

aqra:

“Approprjazzjonijiet mhux differenzjati”;

F'paġna I/267, Kapitolu 1 2, fil-kummenti:

minflok:

“Ġie applikat tnaqqis standard ta' 3,7 % …”,

aqra:

“Ġie applikat tnaqqis standard ta' 3 % …”;

F'paġni I/484 sa I/493:

minflok:

“Approprjazzjonijiet differenzjati”,

aqra:

“Approprjazzjonijiet mhux differenzjati”;

F'paġni I/528 sa I/530 ħlief għall-Partiti 2 2 3 8 u 2 2 3 9:

minflok:

“Approprjazzjonijiet differenzjati”,

aqra:

“Approprjazzjonijiet mhux differenzjati”.