ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.094.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 94

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
28 ta' Marzu 2014


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni ( 1 )

1

 

*

Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE ( 1 )

65

 

*

Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE ( 1 )

243

 

*

Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali

375

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

28.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/1


DIRETTIVA 2014/23/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

In-nuqqas ta’ regoli ċari fil-livell tal-Unjoni li jirregolaw l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jagħti lok għal inċertezza legali u għal ostakoli għall-forniment ħieles ta’ servizzi u joħloq distorsjonijiet fil-funzjonament tas-suq intern. Bħala riżultat, l-operaturi ekonomiċi, partikolarment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), qed ikunu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom fi ħdan is-suq intern u jitilfu opportunitajiet importanti ta’ negozju, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu ma jsibux l-aħjar użu għall-flus pubbliċi sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jibbenefikaw minn servizzi ta’ kwalità bl-aħjar prezzijiet. Qafas legali adegwat, ibbilanċjat u flessibbli għall-għoti tal-konċessjonijiet jiżgura aċċess effettiv u mhux diskriminatorju għas-suq għall-operaturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni u ċertezza legali, u jiffavorixxi l-investimenti pubbliċi f’infrastrutturi u servizzi strateġiċi liċ-ċittadin. Tali qafas legali jkun jippermetti wkoll li jkun hemm ċertezza legali akbar għall-operaturi ekonomiċi u jista’ jkun ta’ bażi u mezz għal ftuħ akbar tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u għat-tisħiħ tal-kummerċ dinji. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-titjib tal-opportunitajiet ta’ aċċess għall-SMEs fis-swieq tal-konċessjonijiet tal-Unjoni.

(2)

Ir-regoli tal-qafas leġislattiv applikabbli għall-għoti ta’ konċessjonijiet għandhom ikunu ċari u sempliċi. Għandhom jirriflettu b’mod debitu l-ispeċifiċità ta’ konċessjonijiet meta mqabbla ma’ kuntratti pubbliċi u m’għandhomx joħolqu ammont eċċessiv ta’ burokrazija.

(3)

L-akkwist pubbliku għandu rwol ewlieni fl-istrateġija Ewropa 2020 stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (l-“istrateġija Ewropa 2020”),bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. F’dan il-kuntest, il-kuntratti ta’ konċessjoni jirrappreżentaw strumenti importanti fl-iżvilupp strutturali għal terminu twil tas-servizzi strateġiċi u tal-infrastruttura, li jikkontribwixxu għall-progress tal-kompetizzjoni fis-suq intern, waqt li jagħmluha possibbli li jkun hemm benefiċċju minn kompetenza esperta tas-settur privat u jgħinu biex tinkiseb l-effiċjenza u l-innovazzjoni.

(4)

L-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi huwa preżentament soġġett għar-regoli bażiċi tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); filwaqt li l-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi b’interess transkonfinali huwa soġġett għall-prinċipji tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-prinċipji tal-moviment liberu tal-prodotti, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll mal-prinċipji li joħorġu minnhom bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Hemm riskju ta’ inċertezza legali relatata ma’ interpretazzjonijiet diverġenti tal-prinċipji tat-Trattat mil-leġislaturi nazzjonali u ta’ differenzi kbar fost il-leġislazzjonijiet ta’ diversi Stati Membri differenti. Dan ir-riskju ġie kkonfermat mill-każistika estensiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li wkoll, madankollu, indirizza parzjalment biss ċerti aspetti tal-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni.

Applikazzjoni uniformi tal-prinċipji tat-TFUE fl-Istati Membri kollha u l-eliminazzjoni tad-diskrepanzi fil-fehim ta’ dawk il-prinċipji hija meħtieġa fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu eliminati d-distorsjonijiet persistenti tas-suq intern. Dak ikun ukoll favur l-effiċjenza tal-infiq pubbliku, jiffaċilita l-aċċess ekwu u l-parteċipazzjoni ġusta tal-SMEs fl-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, kif fil-livell lokali kif ukoll f’dak tal-Unjoni, u jappoġġa l-kisba ta’ għanijiet ta’ politika pubblika sostenibbli.

(5)

Din id-Direttiva tirrikonoxxi u terġa’ tafferma d-dritt tal-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu l-mod tal-amministrazzjoni li huma jqisu bħala l-aktar adatt għat-twettiq ta’ xogħlijiet u l-forniment ta’ servizzi. B’mod partikolari, din id-Direttiva bl-ebda mod ma għandha taffettwa l-libertà tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu xogħlijiet jew jipprovdu servizzi direttament lill-pubbliku jew li jesternalizzaw tali dispożizzjoni billi jiddelegawha lil partijiet terzi. L-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jibqgħu ħielsa li jiddefinixxu u jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, inkluż kwalunkwe kondizzjoni rigward il-kwalità jew il-prezz tas-servizzi, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, sabiex iwettqu l-għanijiet tal-politika pubblika tagħhom.

(6)

Għandu jiġi mfakkar li l-Istati Membri huma ħielsa li jiddeċiedu, f’konformità mal-prinċipji tat-TFUE dwar trattament ugwali, nondiskriminazzjoni, trasparenza u l-moviment liberu ta’ persuni, li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi sew bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interessi ġenerali jew bħala taħlita tagħhom. Għandu jiġi mfakkar ukoll li din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-libertà ta’ awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiddefinixxi, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u l-karatteristiċi tas-servizz li għandu jiġi pprovdut, inkluż kwalunkwe kondizzjoni rigward il-kwalità tas-servizz, sabiex jiġu segwiti l-għanijiet ta’ politika pubblika tagħhom. Għandha tkun ukoll mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali f’konformità mal-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26 anness għat-TFUE u għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tittrattax il-finanzjament ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew sistemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam soċjali, skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Huwa adatt li jiġi ċċarat li servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali m’għandhomx jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(7)

Huwa adatt ukoll li jiġi mfakkar li din id-Direttiva m’għandhiex taffetwa l-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar is-sigurtà soċjali. Lanqas ma għandha tfisser il-liberalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, riżervati għal entitajiet pubbliċi jew privati, jew il-privatizzazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi li jipprovdu s-servizzi.

(8)

Għal konċessjonijiet ugwali għal jew ogħla minn ċertu valur, huwa adatt li tiġi prevista koordinazzjoni minima ta’ proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti bħal dawn abbażi tal-prinċipji tat-TFUE sabiex jiġi ggarantit il-ftuħ ta’ konċessjonijiet għall-kompetizzjoni u ċertezza legali adegwata. Dawk il-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi msemmija hawn fuq u biex jiġi żgurat ċertu grad ta’ flessibbiltà. L-Istati Membri għandhom ikun permessi jikkompletaw u jiżviluppaw aktar dawk id-dispożizzjonijiet jekk jidhrilhom li huwa adatt, b’mod partikolari biex tiġi żgurata aktar il-konformità mal-prinċipji stipulati hawn fuq.

(9)

Għandu jiġi ċċarat li gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inkluż fejn dawn ikunu ngħaqdu fil-forma ta’ assoċjazzjoni temporanja, jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti mingħajr ma jkun meħtieġ li huma jieħdu forma legali speċifika. Safejn dak huwa meħtieġ, pereżempju, meta tkun meħtieġa obbligazzjoni in solidum, tista’ tkun meħtieġa forma speċifika meta tali gruppi jingħataw il-konċessjoni. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu b’mod espliċitu kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rigward is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja, jew il-kriterji relatati ma’ kapaċità teknika u professjonali li huma meħtieġa minn operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw waħedhom. It-twettiq ta’ kuntratti ta’ konċessjoni minn gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jistgħu jeħtieġu l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet, li mhumiex imposti fuq parteċipanti individwali. Tali kondizzjonijiet, li għandhom ikunu ġustifikati minn raġunijiet oġġettivi u jkunu proporzjonati, jistgħu pereżempju jinkludu l-ħtieġa tal-ħatra ta’ rappreżentazzjoni konġunta jew ta’ sieħeb ewlieni għall-finijiet tal-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni jew il-ħtieġa ta’ informazzjoni dwar il-kostituzzjoni tagħhom.

(10)

Għandhom jiġu introdotti wkoll ċerti dispożizzjonijiet għal koordinazzjoni tal-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali peress li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba ta’ entitajiet li joperaw f’dawk is-setturi u b’kont meħud tan-natura magħluqa tas-swieq li joperaw fihom, minħabba l-eżistenza ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri rigward il-forniment, il-provvista jew l-operat ta’ netwerks għall-forniment tas-servizzi konċernati.

(11)

Konċessjonijiet huma kuntratti għal interess pekunjarju li permezz tagħhom awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar jiġu fdati bl-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, jew il-provvista u l-ġestjoni ta’ servizzi, lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar. L-għan ta’ kuntratti bħal dawn huwa l-akkwist ta’ xogħlijiet jew ta’ servizzi permezz ta’ konċessjoni, li l-konsiderazzjoni tagħhom tikkonsisti fid-dritt tal-isfruttament tax-xogħlijiet jew is-servizzi jew f’dak id-dritt flimkien ma’ pagament. Tali kuntratti jistgħu, iżda mhux neċessarjament, jinvolvu t- trasferiment ta’ sjieda lil awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti, iżda awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti dejjem jiksbu l-benefiċċji tax-xogħlijiet jew is-servizzi inkwistjoni.

(12)

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandu jiġi ċċarat li s-sempliċi finanzjament, b’mod partikolari, permezz ta’ għotjiet, ta’ attività, li ta’ spiss hu marbut mal-obbligu tar-rimborż tal-ammonti li jkunu ngħataw meta dawn ma jintużawx għall-finijiet maħsuba, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(13)

Barra minn hekk, l-arranġament fejn l-operaturi kollha illi jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet huma intitolati li jwettqu kompitu speċifiku mingħajr selettività, bħall-għażla tal-konsumatur u sistemi ta’ skemi ta’ kupuni, m’għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet, inklużi dawk ibbażati fuq ftehimiet legali bejn l-awtorità pubblika u l-operaturi ekonomiċi. Sistemi bħal dawn huma tipikament ibbażati fuq deċiżjoni ta’ awtorità pubblika li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet trasparenti u nondiskriminatorji dwar l-aċċess kontinwu mill-operaturi ekonomiċi għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi, bħal servizzi soċjali, li jippermettu lill-konsumatur li jagħżel bejn tali operaturi.

(14)

Barra minn hekk, ċerti atti ta’ Stat Membru bħal awtorizzazzjonijiet jew liċenzji, fejn l-Istat Membru jew awtorità pubblika tiegħu tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attività ekonomika, inkluża kondizzjoni biex titwettaq operazzjoni speċifika, mogħtija, normalment, fuq talba tal-operatur ekonomiku u mhux fuq inizjattiva tal-awtorità jew l-entità kontraenti u fejn l-operatur ekonomiku jibqa’ liberu li jirtira mill-forniment ta’ xogħlijiet jew servizzi, m’għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet. Fil-każ ta’ dawk l-atti tal-Istati Membri, jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). B’kuntrast ma’ dawk l-atti tal-Istat Membru, il-kuntratti ta’ konċessjoni jipprevedu obbligi vinkolanti b’mod reċiproku fejn l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew servizzi hija soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi definiti mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li huma legalment infurzabbli.

(15)

Barra minn hekk, ċerti ftehimiet li jkollhom bħala għan tagħhom id-dritt li operatur ekonomiku jisfrutta ċerti dominji jew riżorsi pubbliċi, skont liġi privata jew pubblika, bħal art jew kwalunkwe proprjetà pubblika, b’mod partikolari fis-settur marittimu, dak tal-portijiet interni u tal-ajruporti, fejn l-Istat jew l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tistabbilixxi biss kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jakkwistaw xogħlijiet jew servizzi speċifiċi, m’għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet fit-tisfisra ta’ din id-Direttiva. Dan hu normalment il-każ għal kuntratti ta’ dominju pubbliku jew kiri ta’ art li ġeneralment ikun fihom termini rigward it-teħid b’pussess mill-kerrej, l-użu li ser ikollha l-proprjetà, l-obbligi tas-sid u tal-kerrej rigward il-manutenzjoni tal-proprjetà, id-durata tal-kirja u l-għoti lura tal-pussess lis-sid, il-kera u l-ispejjeż inċidentali li jridu jitħallsu mill-kerrej.

(16)

Barra minn hekk, ftehimiet li jagħtu d-dritt ta’ aċċess li jkopri l-utilizzazzjoni ta’ proprjetà immobbli pubblika għall-forniment jew l-operat ta’ linji fissi jew netwerks maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku ukoll m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala konċessjonijiet fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, sakemm dawk il-ftehimiet la jimponu obbligu ta’ forniment u lanqas jinvolvu xi akkwist ta’ servizzi minn awtorità kontraenti jew entità kontraenti lilha nfisha jew lill-utenti aħħarin..

(17)

Il-kuntratti li ma jinvolvux ħlasijiet lill-kuntrattur u fejn il-kuntrattur hu remunerat abbażi tat-tariffi rregolati, ikkalkolati sabiex ikopru l-ispejjeż u l-investimenti kollha mġarrba mill-kuntrattur talli jkun ipprovda servizz, m’għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva.

(18)

Id-diffikultajiet relatati mal-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ konċessjoni u kuntratt pubbliku ġġeneraw inċertezza legali kontinwa fost il-partijiet interessati u taw lok għal bosta sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ konċessjoni għandha tiġi ċċarata, b’mod partikolari billi jkun hemm referenza għall-kunċett ta’ riskju operattiv. Il-karatteristika prinċipali ta’ konċessjoni, id-dritt li jiġu sfruttati x-xogħlijiet jew is-servizzi, dejjem timplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operattiv ta’ natura ekonomika li jinvolvi l-possibbiltà li ma jiġborx lura l-investimenti u l-ispejjeż li jkunu ġġarbu fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi mogħtija taħt kondizzjonijiet ta’ operat nomali anke jekk parti mir-riskju jibqa’ mal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti. L-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi li jirregolaw l-għoti ta’ konċessjonijiet ma tkunx ġustifikata jekk l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti teżenta lill-operatur ekonomiku minn kwalunkwe telf potenzjali, billi tiggarantixxi dħul minimu, daqs jew ogħla mill-investimenti magħmula u l-ispejjeż li l-operatur ekonomiku jkollu jġarrab b’rabta mat-twettiq tal-kuntratt. Fl-istess ħin għandu jkun iċċarat li ċerti arranġamenti li huma remunerati esklużivament minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti għandhom jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet fejn l-irkupru tal-investimenti u l-ispejjeż imġarrba mill-operatur għall-eżekuzzjoni tax-xogħol jew il-forniment tas-servizz jiddependi mid-domanda attwali għal jew il-provvista tas-servizz jew l-assi.

(19)

Fejn regolamentazzjoni speċifika għas-settur telimina r-riskju billi tipprevedi garanzija lill-konċessjonarju li jiġbor lura l-flus li jkun investa u l-ispejjeż li jkun ġarrab għall-operat tal-kuntratt, tali kuntratt m’għandux jikkwalifika bħala konċessjoni skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva. Il-fatt li r-riskju huwa limitat mill-bidu m’għandux jipprekludi l-kwalifika tal-kuntratt bħala konċessjoni. Dan jista’ jkun il-każ pereżempju f’setturi b’tariffi regolati jew fejn ir-riskju operattiv ikun limitat permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali li jipprevedu kumpens parzjali inkluż kumpens f’każ ta’ terminazzjoni bikrija tal-konċessjoni għal raġunijiet attribwibbli lill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew għal raġunijiet ta’ force majeure.

(20)

Riskju operattiv għandu jirriżulta minn fatturi li huma barra mill-kontroll tal-partijiet. Riskji bħal dawk marbuta ma’ ġestjoni ħażina, nuqqasijiet kuntrattwali mill-operatur ekonomiku jew minħabba kawżi ta’ force majeure mhumiex deċiżivi għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala konċessjoni, peress li dawk ir-riskji huma inerenti f’kull kuntratt, kemm jekk ikun kuntratt pubbliku ta’ akkwist kif ukoll konċessjoni. Riskju operattiv għandu jinftiehem bħala r-riskju ta’ espożizzjoni għall-inċertezzi tas-suq, li jistgħu jikkonsistu jew f’riskju relatat mad-domadna jew riskju relatat mad-disponibbiltà, jew kemm riskju tad-domanda kif ukoll tad-disponibbiltà. Ir-riskju tad-domanda għandu jinftiehem bħala r-riskju fuq id-domanda reali għax-xogħlijiet jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt. Ir-riskju tad-disponibilità għandu jinftiehem bħala r-riskju fuq il-forniment tax-xogħlijiet jew servizzi li jkunu l-oġġett tal-kuntratt, b’mod partikolari r-riskju li l-forniment tas-servizzi mhux se jaqbel mad-domanda. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju operattiv il-valur preżenti nett tal-investimenti, l-ispejjeż u d-dħul kollu tal-konċessjonarju għandu jitqies b’mod konsistenti u uniformi.

(21)

Il-kunċett ta’ “korpi rregolati mil-liġi pubblika” ġiet eżaminata b’mod ripetut fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għadd ta’ kjarifiki huma ċentrali għall-fehim sħiħ ta’ ta’ dan il-kunċett. Għalhekk, għandu jiġi ċċarat li korp li jopera f’kondizzjonijiet normali tas-suq, għandu l-għan li jagħmel profitt, u jġarrab it-telf li jirriżulta mill-eżerċizzju tal-attività tiegħu m’għandux jitqies li huwa “korp irregolat mil-liġi pubblika”, peress li l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li jkun twaqqaf biex jissodisfa jew ingħata l-inkarigu biex jissodisfa, jistgħu jitqiesu li huma ta’ natura industrijali jew kummerċjali. Bl-istess mod, il-kondizzjoni dwar l-oriġini tal-finanzjament tal-korp ikkunsidrat, ġiet ukoll eżaminata mill-każistika tal-Qorti, li ċċarat li ffinanzjat “fil-parti maġġuri” tfisser għal aktar min-nofs u li tali finanzjament jista’ jinkludi ħlasijiet minn utenti li huma imposti, ikkalkulati u miġbura f’konformità mar-regoli tal-liġi pubblika.

(22)

Huwa adatt li jiġi definit il-kunċett ta’ ‘drittijiet esklużivi’ u ‘drittijiet speċjali’ peress li dawn il-kunċetti huma kruċjali għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-kunċett ta’ entitajiet kontraenti. Għandu jiġi ċċarat li dawk l-entitajiet li la huma entitajiet kontraenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) u lanqas impriżi pubbliċi huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha biss safejn huma jeżerċitaw waħda mill-attivitajiet koperti abbażi ta’ tali drittijiet. Madanakollu, huma mhux ser jiġu kkunsidrati li huma entitajiet kontraenti jekk tali drittijiet ikunu ngħataw permezz ta’ proċedura bbażata fuq kriterji oġġettivi, b’mod partikolari skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni, u li għalihom ġiet assigurata pubbliċità adegwata.. Dik il-leġislazzjoni għandha tinkludi d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (10). Għandu jiġi wkoll iċċarat li dik il-lista ta’ leġislazzjoni mhijiex eżawrjenti u li d-drittijiet fi kwalunkwe forma, li ngħataw permezz ta’ proċeduri oħra bbażati fuq kriterji oġġettivi u li għalihom ġiet assigurata pubbliċità adegwata mhumiex rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-entitajiet kontraenti koperti minn din id-Direttiva.

(23)

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal kuntratti ta’ konċessjoni li l-valur tagħhom hu daqs jew iktar minn ċertu limitu, li għandhom jirriflettu interess transkonfinali ċar għall-konċessjonijiet għall-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu fi Stati Membri li mhumiex tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti. Konsegwentement, il-metodu tal-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni jeħtieġ li jiġi stabbilit, u għandu jkun identiku għal konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi, peress li ż-żewġ kuntratti spiss ikopru elementi ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi. Il-kalkolazzjoni għandha tirreferi għall-fatturat totali tal-konċessjonarju b’konsiderazzjoni tax-xogħlijiet u s-servizzi li huma l-oġġett tal-konċessjoni, kif stmat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, eskluż il-VAT, tul id-durata tal-kuntratt.

(24)

Sabiex jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet fis-setturi tas-servizzi tal-enerġija, it-trasport u postali huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati fuq bażi li mhijiex l-istatus legali tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi żgurat, li ma jiġix ipperikolat it-trattament ugwali tal-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u ta’ dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 TFUE, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fl-Istati Membri. Għal din ir-raġuni, għandhom japplikaw regoli speċifiċi u uniformi għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet li jeżerċitaw waħda mill-attivitajiet imsemmija hawn fuq għall-fini li jitwettqu tali attivitajiet, indipendentement minn jekk humiex awtoritajiet tal-istat, lokali jew reġjonali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, impriżi pubbliċi jew entitajiet oħrajn li jgawdu drittijiet speċjali jew esklużivi. L-entitajiet li huma responsabbli, skont il-liġi nazzjonali, għall-forniment ta’ servizzi relatati ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II, għandhom ikunu preżunti li jwettqu tali attivitajiet.

(25)

Għandu jiġi ċċarat li l-attività rilevanti fil-qasam tal-ajruporti tkopri wkoll servizzi mogħtija lill-passiġġieri li jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tal-faċilitajiet tal-ajruport u li huma mistennija minn ajruport modern li jiffunzjona tajjeb, bħal bejgħ bl-imnut, kejtering pubbliku u parkeġġi tal-karozzi.

(26)

Ċerti entitajiet huma attivi fl-oqsma tal-produzzjoni, it-trasmissjoni jew id-distribuzzjoni kemm tat-tisħin kif ukoll tat-tkessiħ. Jista’ jkun hemm inċertezzi rigward liema regoli japplikaw għal attivitajiet relatati mat-tisħinu mat-tkessiħ rispettivament. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li t-trasmissjoni u/jew id-distribuzzjoni tat-tisħin hija attività koperta mill-Anness II u għalhekk entitajiet li huma attivi fis-settur tat-tisħin huma soġġetti għar-regoli ta’ din id-Direttiva applikabbli għal entitajiet kontraenti sakemm huma jikkwalifikaw bħala tali. Min-naħa l-oħra, entitajiet li joperaw fil-qasam tat-tkessiħ huma soġġetti għar-regoli ta’ din id-Direttiva applikabbli għal awtoritajiet kontraenti sakemm huma jikkwalifikaw bħala tali. Fl-aħħar nett għandu jiġi ċċarat li konċessjonijiet mogħtija għat-twettiq kemm ta’ kuntratti tat-tisħin kif ukoll tat-tkessiħ għandhom jiġu eżaminati skont id-dispożizzjonijiet dwar kuntratti għat-twettiq ta’ diversi attivitajiet biex jiġi ddeterminat liema regoli tal-akkwist, jekk hemm, li ser jirregolaw l-għoti.

(27)

Qabel ma tiġi prevista kwalunkwe bidla għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għas-settur tat-tkessiħ, is-sitwazzjoni f’dak is-settur għandha tiġi eżaminata sabiex tinkiseb informazzjoni suffiċjenti, b’mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni kompetittiva, il-grad tal-akkwist transkonfinali u l-fehmiet tal-partijiet interessati. Minħabba li l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għas-settur jista’ jkollha impatt sostanzjali f’termini ta’ ftuħ tas-suq, dak l-eżami għandu jitwettaq meta jiġi vvalutat l-impatt ta’ din id-Direttiva.

(28)

Għandu jiġi ċċarat li għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 tal-Anness II, “provvista” tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut. Madankollu, il-produzzjoni ta’ gass fil-forma ta’ estrazzjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 6 ta’ dak l-Anness.

(29)

Fil-każ ta’ kuntratti mħalltin, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati fir-rigward tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, jekk il-partijiet differenti li jifformaw il-kuntratt huma oġġettivament mhux separabbli. Għalhekk għandu jiġi ċċarat kif awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw jekk il-partijiet differenti humiex separabbli jew le. Dik il-kjarifika għandha tkun ibbażata fuq il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Id-determinazzjoni għandha ssir skont il-każ, fejn l-intenzjonijiet espressi jew preżunti tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti rigward id-diversi aspetti li jifformaw kuntratt imħallat bħala indiviżibbli m’għandhomx ikunu suffiċjenti, iżda għandhom ikunu sostnuti b’evidenza oġġettiva li tista’ tiġġustifikahom u tistabbilixxi l-ħtieġa li jiġi konkluż kuntratt waħdieni. Ħtieġa ġustifikata bħal din biex isir kuntratt waħdieni tista’ pereżempju tkun fil-każ tal-kostruzzjoni ta’ bini wieħed, li parti minnu tkun ser tintuża direttament mill-awtorità kontraenti kkonċernata u parti oħra titħaddem fuq bażi ta’ konċessjonijiet, pereżempju biex jingħataw faċilitajiet ta’ parkeġġ għall-pubbliku. Għandu jiġi ċċarat li l-ħtieġa li jiġi konkluż kuntratt waħdieni jista’ jkun dovut għal raġunijiet kemm ta’ natura teknika kif ukoll ta’ natura ekonomika.

(30)

Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jistgħu jiġu sseparati, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti huma dejjem liberi li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati tal-kuntratt imħallat, li f’dak il-każ id-dispożizzjonijiet applikabbli għal kull parti separata għandhom jiġu ddeterminati esklużivament fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ dak il-kuntratt speċifiku. Min-naħa l-oħra, meta awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt li jinkludi ż-żewġ elementi ta’ konċessjoni u elementi oħra, hu x’inhu l-valur tagħhom u hi x’inhi s-sistema legali li dawn kienu jkunu soġġetti għalihom, ir-regoli applikabbli għal każijiet bħal dawn għandhom jiġu indikati. Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċjali għal kuntratti mħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà jew ċerti partijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-TFUE.

(31)

Il-konċessjonijiet jistgħu jingħataw mill-entitajiet kontraenti għall-fini li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ diversi attivitajiet, li possibbilment huma suġġetti għal sistemi legali differenti. Għandu jiġi ċċarat li s-sistema legali applikabbli għal konċessjoni waħda maħsuba li tkopri diversi attivitajiet għandha tkun soġġetta għar-regoli applikabbli għall-attività li għaliha tkun maħsuba prinċipalment. Id-determinazzjoni tal-attività li għaliha l-konċessjoni tkun prinċipalment maħsuba tista’ tkun ibbażata fuq analiżi tar-rekwiżiti li l-konċessjoni speċifika trid tilħaq, imwettqa mill-entità kontraenti għall-finijiet tal-istima tal-valur tal-konċessjoni u biex jitfasslu d-dokumenti tal-għoti tal-konċessjoni. F’ċerti każijiet, jista’ jkun oġġettivament impossibbli li jiġi stabbilit għal liema attività il-konċessjoni hija maħsuba prinċipalment. Ir-regoli applikabbli għal każijiet bħal dawn għandhom jiġu indikati.

(32)

F’ċerti każijiet, awtorità kontraenti jew entità kontraenti partikolari li hija awtorità tal-Istat, reġjonali jew lokali jew korp irregolat mil-liġi pubblika jew assoċjazzjoni partikolari tagħha tista’ tkun l-uniku sors għal servizz partikolari, li tgawdi dritt esklużiv għall-forniment tiegħu skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ppubblikati nazzjonali li huma kompatibbli mat-TFUE. Għandu jiġi ċċarat li f’dawk is-sitwazzjonijiet awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi f’din il-premessa jew assoċjazzjoni tagħha tista’ tagħti konċessjonijiet lil tali korpi mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva.

(33)

Huwa adatt ukoll li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ċerti konċessjonijiet ta’ servizzi mogħtija lil operaturi ekonomiċi, meta dawn jingħataw abbażi ta’ dritt esklussiv li dak l-operatur għandu skont liġijiet nazzjonali, regolamenti jew att amministrattiv ippubblikati u li ngħata f’konformità mat-TFUE u atti tal-Unjoni li jistabbilixxu regoli komuni dwar l-aċċess għas-suq applikabbli għal attivitajiet msemmija fl-Anness II, billi tali dritt esklussiv jagħmilha impossibbli li tiġi segwita proċedura kompetittiva għall-għoti. B’deroga u mingħajr preġudizzju għall-konsegwenzi legali tal-esklużjoni ġenerali mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-konċessjonijiet kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż tal-għoti ta’ konċessjoni sabiex tkun żgurata t-trasparenza bażika sakemm il-kondizzjonijiet ta’ tali trasparenza ma jkunux previsti f’leġislazzjoni settorjali. Sabiex tiġi rinfurzata t-trasparenza, fejn Stat Membru jagħti dritt esklussiv lil operatur ekonomiku għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet msemmija fl-Anness II, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

(34)

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċetti ta’ interessi ta’ sikurezza, tagħmir militari, tagħmir sensittiv, xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi għandhom jinftiehmu fis-sens tat-tifsira tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(35)

Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, il-metodi biex jorganizzaw u jikkontrollaw l-operat tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri, inkluż permezz ta’ awtorizzazzjonijiet. Huwa adatt li mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jiġu esklużi konċessjonijiet relatati mat-tħaddim ta’ lotteriji mogħtijin minn Stat Membru lil operatur ekonomiku abbażi ta’ dritt esklussiv mogħti permezz ta’ proċedura mingħajr pubbliċità skont liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali ppublikati applikabbli f’konformità mat-TFUE. Dik l-esklużjoni hija ġġustifikata bl-għoti ta’ dritt esklussiv lil operatur ekonomiku, biex b’hekk proċedura kompetittiva ma tkunx applikabbli, kif ukoll permezz tal-ħtieġa li tinżamm il-possibbiltà għall-Istati Membri li jirregolaw is-settur tal-logħob tal-azzard fuq livell nazzjonali fid-dawl tal-obbligi tagħhom f’termini ta’ protezzjoni tal-ordni pubbliku u soċjali.

(36)

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal ċerti servizzi ta’ emerġenza fejn dawn jitwettqu minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt, peress li n-natura partikolari ta’ dawk l-organizzazzjonijiet ikun diffiċli li tiġi ppreservata f’każ li l-fornituri tas-servizz kellhom jintgħażlu f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, l-esklużjoni m’għandhiex tiġi estiża lil hinn min dak li huwa strettament meħtieġ. Għandu għalhekk jiġi stabbilit b’mod espliċitu li s-servizzi tat-trasport bl-ambulanza tal-pazjenti m’għandhomx jiġu esklużi. Barra minn hekk, f’dak il-kuntest, jeħtieġ li jiġi ċċarat li CPV Grupp 601 “Servizzi tat-Trasport fuq l-Art” ma jkoprix is-servizzi tal-ambulanza, li jinsabu f’ CPV klassi 8514. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li servizzi li huma koperti mill-kodiċi CPV 85143000-3, li jikkonsistu esklużivament f’servizzi ta’ trasport ta’ pazjenti bl-ambulanza għandhom ikunu soġġetti għal reġim speċjali stabbilit għal servizzi soċjali u speċifiċi oħrajn (ir-“reġim mhux strett”). Konsegwentement, kuntratti mħallta ta’ konċessjoni għall-forniment ta’ servizzi ta’ ambulanzi b’mod ġenerali għandhom ukoll ikunu soġġetti għal sistema anqas stretta jekk il-valur tas-servizzi tat-trasport ta’ pazjenti bl-ambulanza ikun akbar mill-valur ta’ servizzi tal-ambulanza oħra.

(37)

Huwa adatt li jiġi mfakkar li din id-Direttiva tapplika biss għal awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti ta’ Stati Membri. Konsegwentement, il-partiti politiċi, li mhumiex awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti, mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha. Madankollu, il-partiti politiċi f’xi Stati Membri jistgħu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ korpi rregolati mil-liġi pubblika. Madankollu, ċerti servizzi (bħal produzzjoni ta’ filmati ta’ propaganda u produzzjoni ta’ video-tapes ta’ propoganda) huma tant marbutin bis-sħiħ mal-fehmiet politiċi tal-fornitur tas-servizz meta pprovdut fil-kuntest ta’ kampanja elettorali, li l-fornituri tas-servizz normalment jintagħżlu f’mod li ma jistax jiġi rregolat minn regoli ta’ konċessjoni.Fl-aħħar nett għandu jiġi mfakkar li l-istatut u l-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej huma soġġetti għal regoli oħra minbarra dawk stipulati f’din id-Direttiva.

(38)

Ħafna entitajiet kontraenti huma organizzati bħala grupp ekonomiku li jista’ jinkludi serje ta’ impriżi separati; spiss kull waħda minn dawk l-impriżi jkollha rwol speċjalizzat fil-kuntest ġenerali tal-grupp ekonomiku. Għalhekk huwa adatt li jiġu esklużi ċerti konċessjonijiet ta’ servizzi u xogħlijiet mogħtija lil impriża affiljata li jkollha bħala l-attività prinċipali tagħha il-forniment ta’ tali servizzi jew xogħlijiet lill-grupp li tagħmel parti minnu, aktar milli toffrihom fis-suq. Huwa adatt ukoll li jiġu esklużi ċerti konċessjonijiet ta’ servizz u xogħlijiet mogħtija minn entità kontraenti lil impriża konġunta li hija magħmula minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-finijiet li jitwettqu attivitajiet koperti minn din id-Direttiva u li dik l-entità hija parti minnhom. Madankollu, huwa wkoll adatt li jiġi żgurat li din l-esklużjoni ma toħloqx distorsjonijiet fil-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-impriżi jew l-impriżi konġunti li huma affiljati mal-entitajiet kontraenti; huwa adatt li jiġi pprovdut sett adegwat ta’ regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-limiti massimi li fihom l-impriżi jistgħu jiksbu parti mill-fatturat tagħhom mis-suq u li ‘l fuq minnhom jistgħu jitilfu l-possibbiltà li jingħataw konċessjonijiet mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni, il-kompożizzjoni ta’ tali impriżi konġunti u l-istabbiltà tar-rabtiet bejn dawn l-impriżi konġunti u l-entitajiet kontraenti li huma magħmula minnhom.

(39)

L-impriżi għandhom jitqiesu bħala affiljati meta jkun hemm influwenza dominanti diretta jew indiretta bejn l-entita kontraenti u l-impriża kkonċernata jew meta t-tnejn ikunu soġġetti għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra, f’dan il-kuntest, parteċipazzjoni privata, per se, m’għandhiex tkun rilevanti. Il-verifika ta’ jekk impriża hijiex affiljata ma’ entità kontraenti għandha tkun tista’ tiġi mwettqa bl-aktar mod faċli possibbli. B’konsegwenza, u minħabba li l-eżistenza possibbli ta’ tali influwenza dominanti diretta jew indiretta kellha diġà tkun ivverifikata għall-finijiet li jiġi deċiż jekk il-kontijiet annwali tal-impriżi u l-entitajiet kkonċernati għandhomx ikunu kkonsolidati, impriżi għandhom jiġu kkunsidrati bħala affiljati meta l-kontijiet annwali tagħhom ikunu kkonsolidati. Madankollu, ir-regoli tal-Unjoni dwar kontijiet konsolidati mhumiex applikabbli f’ċertu numru ta’ każijiet, pereżempju minħabba d-daqs tal-impriżi involuti jew minħabba li ċerti kondizzjonijiet relatati mal-forma legali tagħhom ma jkunux ġew sodisfatti. F’każijiet bħal dawn, meta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) mhijiex applikabbli, ser ikun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk hijiex preżenti influwenza dominanti diretta jew indiretta filwaqt li jitqiesu s-sjieda, il-parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolaw l-impriżi.

(40)

Konċessjonijiet fis-settur tal-ilma huma spiss is-suġġett ta’ arranġamenti speċifiċi u kumplessi li jeħtieġu konsiderazzjoni partikolari minħabba l-importanza tal-ilma bħala prodott pubbliku ta’ valur fundamentali għaċ-ċttadini kollha tal-Unjoni. Il-karatteristiċi speċjali ta’ dawk l-arranġamenti jiġġustifikaw l-esklużjonijiet fil-qasam tal-ilma mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-eklużjoni tkopri konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi biex jiġu pprovduti jew jiġu operati netwerks fissi maħsuba għall-forniment ta’ servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tax-xorb jew il-forniment ta’ ilma tax-xorb lil tali netwerks. Il-konċessjonijiet ta’ servizzi għar-rimi jew it-trattament ta’ drenaġġ u għal proġetti tal-inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew drenaġġ tal-art (bil-kondizzjoni li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-forniment ta’ ilma tax-xorb jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-volum totali ta’ ilma li jsir disponibbli minn tali proġetti jew installazzjonijiet ta’ irrigazzjoni jew ta’ drenaġġ) għandhom jiġu esklużi wkoll minħabba li huma konnessi ma’ attività eskluża.

(41)

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ attività msemmija fl-Anness II jekk, fl-Istat Membru fejn issir dik l-attività, tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx limitat, kif stabbilit skont il-proċedura prevista għal dan il-għan fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Huwa għalhekk adatt li tinżamm il-proċedura, applikabbli għas-setturi kollha, jew partijiet minnha, koperti minn din id-Direttiva li ser tippermetti li jittieħed kont tal-effetti ta’ ftuħ attwali jew futur għal kompetizzjoni. Proċedura bħal din għandha tipprovdi ċertezza legali għall-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll proċess adatt ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li tiżgura l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam, fi skadenzi qosra. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali għandu jiġi ċċarat li d-Deċiżjonijiet kollha adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva adottati abbażi tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) għandhom jibqgħu japplikaw.

(42)

Din id-Direttiva, minħabba li hi indirizzata lill-Istati Membri, ma tapplikax għall-għoti ta’ konċessjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali f’isimhom u b’responsabbiltà għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt din id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-għoti ta’ konċessjoni regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(43)

L-għoti ta’ konċessjonijiet għal ċerti servizzi tal-media awdjoviżivi u tar-radju minn fornituri tas-servizzi tal-media għandhom jippermettu li jiġu meqjusa aspetti ta’ sinifikat kulturali jew soċjali li jrendu bħala inadatt l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għoti ta’ konċessjonijiet. Għal dawk ir-raġunijiet, għandha għalhekk issir eċċezzjoni għall-konċessjonijiet ta’ servizz, mogħtija mill-fornituri tas-servizzi tal-media nnifishom, għax-xiri, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew koproduzzjoni ta’ programmi kummerċjalment disponibbli u servizzi oħra preparatorji, bħalma huma dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ skripts jew prestazzjonijiet artistiċi neċessarji għall-produzzjoni tal-programm. Għandu jiġi ċċarat ukoll li dik l-esklużjoni għandha tapplika ugwalment għas-servizzi tax-xandir tal-media u għal servizzi on-demand (servizzi non-lineari). Madankollu, dik l-esklużjoni m’għandhiex tapplika għall-provvista ta’ tagħmir tekniku meħtieġ għall-produzzjoni, il-koproduzzjoni u x-xandir ta’ dawn il-programmi.

(44)

Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jipprovdu l-finanzjament tas-servizz pubbliku ta’ xandir sakemm tali finanzjament jingħata lill-organizzazzjonijiet tax-xandir għat-twettiq tal-mandat tas-servizz pubbliku kif konferit, iddefinit u organizzat minn kull Stat Membru skont il-Protokoll Nru 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri anness għat-TFUE u t-TUE.

(45)

Hemm ċertezza legali konsiderevoli dwar sa liema grad kuntratti konklużi bejn entitajiet fis-settur pubbliku għandhom ikunu koperti mir-regoli dwar konċessjonijiet. Il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi ċċarat f’liema każijiet kuntratti konklużi fis-settur pubbliku mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet għal ftehim huma awtoritajiet pubbliċi huma stess ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva m’għandhiex tinterferixxi mal-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu l-kompiti tas-servizz pubbliku mogħtija lilhom bl-użu tar-riżorsi proprji tagħhom, li jinkludi l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi oħra. Għandu jiġi żgurat li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi privati minħabba li tqiegħed lil fornitur privat ta’ servizzi f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ fil-konfront tal-kompetituri tiegħu.

(46)

Konċessjonijiet mogħtija lil persuni ġuridiċi kkontrallati m’għandhomx ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-proċeduri previsti f’din id-Direttiva jekk l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li jeżerċita fuq id-dipartimenti tiegħu stess bil-kondizzjoni li l-persuna ġuridika kkontrollata twettaq aktar minn 80 % tal-attivitajiet tagħha fit-twettiq ta’ kompiti fdati lilha mill-awtorità jew entità kontraenti li tikkontrolla jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti jew entità kontraenti, irrispettivament mill-benefiċjarju tat-twettiq tal-kuntratt. L-eżenzjoni m’għandhiex tiġi estiża għal sitwazzjonijiet fejn hemm parteċipazzjoni diretta minn operatur ekonomiku privat fil-kapital tal-persuna ġuridika kkontrollata minħabba li, f’ċirkostanzi bħal dawn, l-għoti ta’ konċessjoni mingħajr proċedura kompetittiva tipprovdi lill-operatur ekonomiku privat b’parteċipazzjoni kapitali fil-persuna ġuridika kkontrollata b’vantaġġ indebitu fuq il-kompetituri tiegħu. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi partikolari tal-korpi pubbliċi bi sħubija obbligatorja, bħal organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġestjoni jew l-eżerċizzju ta’ ċerti servizzi pubbliċi, dan m’għandux japplika f’każijiet fejn il-parteċipazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi privati speċifiċi fil-kapital tal-persuna ġuridika kkontrollata ssir obbligatorja skont dispożizzjoni leġislattiva nazzjonali f’konformità mat-Trattati, bil-kondizzjoni li tali parteċipazzjoni mhijiex ta’ kontroll jew ta’ mblokkar u ma tagħtix influwenza deċisiva fuq id-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata.

Għandu għalhekk jiġi ċċarat li l-element deċisiv huwa biss il-parteċipazzjoni privata diretta fil-persuna ġuridika kkontrollata. Għalhekk, fejn hemm parteċipazzjoni ta’ kapital privat fl-awtorità kontraenti jew fl-entità kontraenti li tikkontrolla jew fl-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollaw, dan ma jipprekludix l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi lill-persuna legali kkontrollata, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti f’din id-Direttiva, peress li parteċipazzjonijiet bħal dawn ma jaffettwawx b’mod negattiv il-kompetizzjoni bejn operaturi ekonomiċi privati. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti bħal korpi rregolati mil-liġi pubblika, li jista’ jkollhom parteċipazzjoni ta’ kapital privat, għandhom ikunu f’pożizzjoni li jużaw l-eżenzjoni minn kooperazzjoni orizzontali. B’konsegwenza, fejn il-kondizzjonijiet l-oħra kollha relatati mal-kooperazzjoni orizzjonali jiġu sodisfatti, l-eżenzjoni minn kooperazzjoni orizzontali għandha tkun estiża għal awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti bħal dawn fejn il-kuntratt jiġi konkluż esklużivament bejn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti.

(47)

Awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jipprovdu b’mod konġunt is-servizzi pubbliċi tagħhom permezz ta’ kooperazzjoni mingħajr ma jkunu obbligati jużaw l-ebda forma legali partikolari. Tali kooperazzjoni tista’ tkopri t-tipi kollha ta’ attivitajiet relatati mat-twettiq tas-servizzi u r-responsabbiltajiet li l-awtoritajiet parteċipanti jiġu assenjati jew jassumu, bħal kompiti obbligatorji jew voluntarji tal-awtoritjiet lokali jew reġjonali jew servizzi kkonferiti lil korpi speċifiċi permezz tal-liġi pubblika. Is-servizzi previsti mid-diversi awtoritajiet jew entitajiet parteċipanti mhux neċessarjament ikunu identiċi; jistgħu jkunu wkoll kumplimentari. Kuntratti għall-forniment konġunt ta’ servizzi pubbliċi m’għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva bil-kondizzjoni li jkunu konklużi esklużivament bejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti, li l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hija rregolata unikament minn konsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku u li l-ebda fornitur ta’ servizz privat ma jitqiegħed f’pożizzjoni ta’ vantaġġ fil-konfront tal-kompetituri tiegħu.

Sabiex jiġu sodisfatti dawk il-kondizzjonijiet, il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kunċett kooperattiv. Tali kooperazzjoni ma tirrikjedix li l-awtoritajiet parteċipanti kollha jassumu t-twettiq tal-obbligi kuntrattwali prinċipali, dment li jkun hemm impenji għall-kontribuzzjoni lejn twettiq kooperattiv tal-kompitu pubbliku inkwistjoni. Barra minn dan, l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni, inkluż kull trasferiment finanzjarju bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, għandha tkun regolata unikament permezz ta’ konsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku.

(48)

Jeżistu ċerti każijiet fejn entità legali taġixxi, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, bħala strument jew servizz tekniku għal awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti ddeterminati, u hija obbligata twettaq ordnijiet mogħtija lilha minn dawk l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti u ma għandha l-ebda influwenza fuq ir-rimunerazzjoni għat-twettiq tagħha. Fid-dawl tan-natura mhux kuntrattwali tagħha, tali relazzjoni purament amminstrattiva m’għandhiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjonijiet.

(49)

Għandu jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ “operaturi ekonomiċi” għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ sabiex tiġi inkluża kwalunkwe persuna u/jew entitità li toffri l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, il-provvista ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq, irrispettivament mill-forma legali li taħtha hija għażlet li topera. Għalhekk, ditti, fergħat, sussidjarji, sħubiji, soċjetajiet kooperattivi, kumpanniji limitati, universitajiet, pubbliċi jew privati, u forom oħra ta’ entitajiet għandhom jaqgħu kollha taħt il-kunċett ta’ operatur ekonomiku, sew jekk huma “persuni ġuridiċi” jew le fiċ-ċirkostanzi kollha.

(50)

Sabiex jiġi żgurat riklamar adegwat ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi ugwali għal jew ‘il fuq minn ċertu limitu mogħti minn entitajiet kontraenti u mill-awtoritajiet kontraenti, l-għoti ta’ konċessjonijiet bħal dawn għandu jkun preċedut b’pubblikazzjoni obbligatorja ta’ avviż ta’ konċessjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(51)

Fid-dawl tal-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, l-għoti ta’ konċessjonijiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għandu jkun permess biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna. Din l-eċċezzjoni għandha tkun limitata għal każijiet fejn ikun ċar mill-bidu nett li pubblikazzjoni ma tikkawżax aktar kompetizzjoni, b’mod partikolari għaliex oġġettivament ikun hemm operatur ekonomiku wieħed biss li jista’ jwettaq il-konċessjoni. L-impossibbiltà li tingħata l-konċessjoni lil kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor m’għandhiex tkun inħolqot mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti nnifisha bil-ħsieb tal-proċedurta tal-għoti futura. Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta’ sostituti adegwati għandha tiġi vvalutata bir-reqqa.

(52)

Id-durata ta’ konċessjoni għandha tkun limitata sabiex tiġi evitata l-esklużjoni mis-suq u r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, konċessjonijiet ta’ durata twila ħafna x’aktarx jirriżultaw fl-esklużjoni mis-suq, u b’hekk jistgħu jxekklu l-moviment liberu ta’ servizzi u l-libertà tal-istabbiliment. Madankollu, durata bħal din tista’ tkun iġġustifikata jekk hija indispensabbli biex il-konċessjonarju jkun jista’ jirkupra investimenti ppjanati biex iwettaq il-konċessjoni, kif ukoll biex jikseb ritorn fuq il-kapital investit. B’konsegwenza, għal konċessjonijiet b’durata ta’ aktar minn ħames snin, id-durata għandha tkun limitata għall-perijodu li fih il-konċessjonarju jkun mistenni b’mod raġonevoli li jirkupra l-investiment li sar għall-operat tax-xogħlijiet u s-servizzi flimkien ma’ ritorn fuq il-kapital investit taħt kondizzjonijiet operattivi normali, b’kont meħud ta’ objettivi kuntrattwali speċifiċi li saru mill-konċessjonarju sabiex iwettaq rekwiżiti relatati, pereżempju, mal-kwalità jew il-prezz għall-utenti. L-istima għandha tkun valida fil-mument tal-għoti tal-konċessjoni. Għandu jkun possibbli li tinkludi investimenti inizjali u investimenti ulterjuri meqjusin li huma meħtieġa għat-tħaddim tal-konċessjoni b’mod partikolari l-infiq fuq l-infrastruttura, il-copyrights, il-privattivi, it-tagħmir, il-loġistika, il-kiri, it-taħriġ tal-persunal u spejjeż inizjali. Id-durata massima tal-konċessjoni għandha tkun indikata fid-dokumenti tal-konċessjoni sakemm id-durata ma tintużax bħala kriterju għall-għoti ta’ kuntratt. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom dejjem ikunu jistgħu jagħtu konċessjoni għal perijodu iqsar miż-żmien meħtieġ biex jirkupra l-investimenti, bil-kondizzjoni li l-kumpens relatat ma jeliminax ir-riskju operattiv.

(53)

Huwa adatt li jiġu esklużi mill-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva biss dawk is-servizzi li jkollhom dimensjoni transkonfinali limitata, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa jew edukattivi. Dawk is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għalhekk għandha tiġi stabbilita sistema speċifika għall-konċessjoni ta’ dawn is-servizzi, li tqis il-fatt li huma qed jiġu rregolati għall-ewwel darba. Obbligu li jippubblikaw avviż ta’ informazzjoni minn qabel u avviż tal-għoti ta’ konċessjoni ta’ kwalunkwe konċessjoni b’ valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva huwa mod adegwat sabiex tingħata informazzjoni lil offerenti potenzjali dwar opportunitajiet ta’ negozju, kif ukoll sabiex tingħata informazzjoni lill-partijiet interessati kollha dwar l-għadd u t-tip ta’ kuntratti mogħtija. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa b’referenza għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni għal dawk is-servizzi, bil-għan li jiżguraw konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi, filwaqt li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jqisu l-ħtieġa li jiżguraw l-innovazzjni u, f’konformità mal-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26, livell għoli ta’ kwalità, sikurezza u affordabilità, trattament ugwali u l-promozzjoni ta’ aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti.

(54)

Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawk is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli japplikaw kriterji speċifiċi ta’ kwalità għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità tas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni ta’ konċessjonijiet, pereżempju permezz tas-sempliċi finanzjament ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, mingħajr ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistemi jassiguraw riklamar suffiċjenti u jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(55)

Bil-ħsieb tal-integrazzjoni adatta ta’ rekwiżiti ambjentali, soċjali u tal-impjiegi fi proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjoni, huwa importanti ħafna li l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jieħdu miżuri rilevanti biex jiżguraw konformità mal-obbligi fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn qed jitwettqu x-xogħlijiet jew jiġu pprovduti s-servizzi u li jirriżultaw minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni, kif ukoll minn ftehimiet kollettivi, bil-kondizzjoni li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, huma konformi mal-liġi tal-Unjoni. Bl-istess mod, obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali ratifikati mill-Istati Membri kollha u elenkati f’din id-Direttiva għandhom japplikaw matul it-twettiq tal-konċessjoni. Madankollu, dan m’għandu bl-ebda mod iżomm l-applikazjzoni ta’ termini u kondizzjonijiet ta’ impjieg li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema. Il-miżuri rilevanti għandhom jiġu applikati f’konformità mal-prinċipji bażiċi tal-liġi tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li jiġi żgurat trattament ugwali. Tali miżuri rilevanti għandhom jiġu applikati f’konformità mad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u f’mod li jiżgura trattament ugwali u li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra operaturi ekonomiċi u ħaddiema minn Stati Membri oħra.

(56)

Is-servizzi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ġew ipprovduti fil-post fejn jitwettqu l-prestazzjonijiet karatteristiċi. Meta s-servizzi jiġu pprovduti f’distanza, pereżempju servizzi pprovduti minn call centres, dawk is-servizzi għandhom jiġu kkunsidrati li ġew ipprovduti fil-post fejn jitwettqu s-servizzi, irrispettivament mill-postijiet u l-Istati Membri fejn is-servizzi huma diretti.

(57)

L-obbligi rilevanti għandhom jiġu riflessi fil-klawsoli ta’ konċessjoni. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġu inklużi klawsoli li jiżguraw konformità mal-ftehimiet kollettivi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-konċessjonijiet. In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi rilevanti jista’ jiġi kkunsidrat bħala kondotta ħażina gravi min-naħa tal-operatur ekonomiku kkonċernat, jista’ jirriżulta fl-esklużjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku mill-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni.

(58)

Il-kontroll tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol għandu jitwettaq fl-istadji rilevanti tal-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni, meta jiġu applikati l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta’ kuntratti u meta jiġu applikati l-kriterji tal-esklużjoni.

(59)

F’din id-Direttiva xejn m’għandu jxekkel l-impożizzjoni jew l-infurzar ta’ miżuri meħtieġa biex jiġu protetti l-politika pubblika, il-moralità pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa, il-ħajja tal-bniedem u dik tal-annimali, il-preservazzjoni tal-ħajja tal-pjanti jew miżuri ambjentali oħrajn, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-iżvilupp sostenibbli, dment li dawk il-miżuri jkunu konformi mat-TFUE.

(60)

Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità matul il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, kif ukoll l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx jiżvelaw informazzjoni li ġiet indikata bħala kunfidenzjali. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-obbligu għandha tirriżulta fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet adegwati, kif u meta previst skont il-liġi ċivili jew amministrattiva tal-Istati Membri.

(61)

Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-favoritiżmu u l-korruzzjoni u biex jiġu evitati l-konflitti ta’ interess, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adatti biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura tal-għoti u t-trattament ugwali tal-kandidati u tal-offerenti kollha. Tali miżuri għandhom partikolarment ikollhom l-għan li jeliminaw il-konflitti ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra.

(62)

Sabiex ikun possibbli għall-operaturi kollha interessati li jissottomettu applikazzjonijiet u offerti, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu obbligati jirrispettaw skadenza limitata biex jirċievu tali applikazzjonijiet u offerti.

(63)

L-għażla ta’ kriterji ta’ selezzjoni proporzjonali, nondiskriminatorji u ġusti, u l-applikazzjoni tagħhom għal operaturi ekonomiċi hija kruċjali għall-aċċess effettiv tal-operaturi ekonomiċi għall-opportunitajiet ekonomiċi relatati mal-konċessjonijiet. B’mod partikolari, il-possibbiltà li kandidat iserraħ fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra tista’ tkun deċiżiva sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ SMEs. Għalhekk, huwa adatt li jiġi previst li l-kriterji ta’ selezzjoni jkunu relatati esklużivament mal-kapaċità professjonali u teknika u s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-operaturi, u għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, għandhom ikunu mħabbra fl-avviż tal-konċessjoni u ma jistgħux jipprekludu operatur ekonomiku, minbarra f’ċirkostanzi eċċezzjonali, milli jserraħ fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura ġuridika tar-rabtiet tiegħu ma’ dawk l-entitajiet, jekk dan juri lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti li huwa ser ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa.

(64)

Barra minn hekk, bil-ħsieb ta’ integrazzjoni aħjar tal-konsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali fil-proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-konċessjoni relatati max-xogħlijiet, is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti taħt il-kuntratt ta’ konċessjoni fi kwalunkwe aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċikli tal-ħajja tagħhom mill-estrazzjoni tal-materja prima għall-prodott sal-istadju tar-rimi tal-prodott, inklużi fatturi involuti fil-proċess speċifiku tal-produzzzjoni, il-provvista jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk ix-xogħlijiet jew is-servizzi jew proċess speċifiku waqt stadju aktar tard taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, anke meta tali fatturi mhumiex parti mis-sustanza materjali tagħhom. Kriterji u kondizzjonijiet li jirreferu għal tali proċess ta’ produzzjoni jew provvista huma pereżempju li s-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni jiġu pprovduti bl-użu ta’ magni effiċjenti fl-użu tal-enerġija. F’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan jinkludi wkoll kriterji tal-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ konċessjoni relatati mal-użu ta’ prodotti minn kummerċ ġust matul it-twettiq tal-konċessjoni li jkun ser jingħata. Il-kriterji u l-kondizzjonijiet relatati mal-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu jistgħu pereżempju jirreferu għar-rekwiżit li jitħallas prezz minimu u prezz primjum lil subkuntratturi. Il-kondizzjonijiet tat-twettiq ta’ konċessjoni relatati ma’ konsiderazzjonijiet ambjentali jistgħu jinkludu, pereżempju, il-minimizzazzjoni tal-iskart jew l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

(65)

Il-kriterji tal-għoti jew il-kondizzjonijiet tal-prestazzjoni ta’ konċessjoni rigward aspetti soċjali tal-proċess tal-produzzjoni għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea„ u m’għandhomx jintgażlu jew jiġu applikati b’mod li jiddiskrimina direttament jew indirettament kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi partijiet għall-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi (il-“FAP”) jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li għalihom l-Unjoni hija parti. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet bażiċi ta’ ħidma rregolati fid-Direttiva 96/71/KE, bħar-rati minimi ta’ ħlas, għandhom jibqgħu fil-livell stabbilit mil-leġislazzjoni nazzjonali jew minn ftehimiet kollettivi applikati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva. Il-kondizzjonijiet tat-twettiq ta’ konċessjoni jistgħu wkoll ikollhom l-intenzjoni li jiffavorixxu l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza tan-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol, aktar parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik privata, il-ħarsien tal-ambjent u l-benessri tal-annimali u, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u biex jiġu reklutati aktar persuni żvantaġġati milli huwa meħtieġ skont il-leġislazzjoni nazzjonali.

(66)

Il-miżuri li għandhom l-għan li jħarsu s-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tat-twettiq ta’ konċessjoni, li jiffavorixxu l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew ta’ membri ta’ gruppi vulnerabbli fost il-persuni li jingħataw l-inkarigu li jwettqu l-konċessjoni jew it-taħriġ fil-ħiliet meħtieġa għall-konċessjoni inkwistjoni jistgħu wkoll ikunu s-suġġett tal-kriterji tal-għoti jew tal-kondizzjonijiet tal-prestazzjoni ta’ konċessjoni bil-kondizzjoni li jkunu relatati max-xogħol jew is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti skont il-konċessjoni. Pereżempju, tali kriterji jew kondizzjonijiet jistgħu jirreferu, fost l-oħrajn, għall-impjieg ta’ persuni li qed ifittxu xogħol fit-tul, l-implimentazzjoni ta’ mizuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew żgħażagħ waqt it-twettiq tal-konċessjoni li tkun ser tingħata. Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jipprovdu rekwiżiti soċjali bħal dawn li jikkaratterizzaw direttament il-prodott jew is-servizz inkwistjoni, bħall-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltajiet jew it-tfassil għall-utenti kollha.

(67)

Ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali mfassla mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti jeħtieġ li jippermettu li l-għoti tal-konċessjoni jkun miftuħ għall-kompetizzjoni. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħlijiet u/jew servizzi koperti mill-konċessjoni, u jistgħu jirreferu għall-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew ta’ provvista tax-xogħlijiet jew is-servizzi mitluba, bil-kondizzjoni li huma marbutin mas-suġġett tal-konċessjoni u li huma proporzjonati mal-valur u l-objettivi tagħha. Il-proċess speċifiku tal-produzzjoni jista’ jinkludi r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilitajiet jew livelli ta’ prestazzjoni ambjentali. Dawk ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti tal-konċessjoni u għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza. Għandhom jiġu abbozzati b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni, partikolarment permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil operatur ekonomiku speċifiku billi jirriflettu l-karatteristiċi prinċipali tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-operatur ekonomiku. Fi kwalunkwe każ, sejħa għal offerti li tinkludi xogħlijiet u/jew servizzi, inkluż provvisti li huma inċidentali għal tali xogħlijiet u servizzi, li jikkonformaw b’mod ekwivalenti mal-karatteristiċi meħtieġa għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kontraenti jew mill-entitajiet kontraenti.

(68)

Il-konċessjonijiet huma normalment arranġamenti fit-tul u kumplessi fejn il-konċessjonarju jassumi r-responsabbiltajiet u r-riskji li tradizzjonalment iġorru l-awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti li normalment jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom. Għal din ir-raġuni, soġġett għall-konformità ma’ din id-Direttiva u mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali, għandha tingħata flessibbiltà konsiderevoli lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti biex jiddefinixxu u jorganizzaw il-proċedura li twassal għall-għażla tal-konċessjonarju. Madankollu, sabiex ikunu żgurati t-trattament ugwali u t-trasparenza tul il-proċess kollu tal-għoti, huwa adatt li jiġu previsti garanziji bażiċi fir-rigward tal-proċess tal-għoti, inkluż informazzjoni dwar in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-konċessjoni, il-limitazzjoni tan-numru ta’ kandidati, id-disseminazzjoni ta’ informazzjoni lill-kandidati u l-offerenti u d-disponibbiltà ta’ dokumentazzjoni adatta. Huwa neċessarju wkoll li jiġi previst li ma jkunx hemm devjazzjoni mit-termini inizjali tal-avviż tal-konċessjoni, sabiex jiġi evitat it-trattament inġust ta’ kwalunkwe kandidat potenzjali.

(69)

Il-konċessjonijiet m’għandhomx jingħataw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, reati terroristiċi, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew traffikar ta’ bnedmin. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu deroga minn dawn l-esklużjonijiet obbligatorji f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ħtiġijiet aktar importanti fl-interess ġenerali jagħmlu l-għoti tal-kuntratt indispensabbli. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll permezz ta’ esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni.

(70)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu operaturi ekonomiċi li wrew li mhumiex affidabbli, pereżempju minħabba ksur serju jew ripetut ta’ obbligi ambjentali jew soċjali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità jew forom oħra ta’ kondotta professjonali serjament skorretta, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Għandu jiġi ċċarat li kondotta professjonali serjament skorretta tista’ twassal għal dubji dwar l-integrità ta’ operatur ekonomiku u b’hekk l-operatur ekonomiku ma jkunx adatt biex jirċievi l-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni irrispettivament minn jekk l-operatur ekonomiku jkollux il-kapaċità teknika u ekonomika biex iwettaq il-kuntratt. Filwaqt li wieħed iqis li l-awtorità jew l-entità kontraenti hija responsabbli għall-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet possibbilment żbaljati, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi wkoll li jqisu li kien hemm kondotta professjonali serjament skorretta, fejn, qabel issir deċiżjoni finali u vinkolanti dwar il-preżenza ta’ raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni, huma jkunu jistgħu juru bi kwalunkwe mezz adatt li operatur ekonomiku kiser l-obbligi tiegħu, inklużi l-obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor mil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom ukoll ikunu jistgħu jeskludu kandidati jew offerenti li l-prestazzjoni tagħhom f’konċessjonijiet jew kuntratti oħra preċedenti ma’ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti wriet nuqqasijiet kbar fir-rigward ta’ rekwiżiti sostantivi, pereżempju n-nuqqas ta’ twettiq jew prestazzjoni ta’ suċċess, nuqqasijiet sinifikanti tal-prodott jew servizz mogħti, li b’hekk ma setax jintuża għall-iskop maħsub, jew imġiba skorretta li tqajjem dubji serji dwar l-affidabbiltà tal-operatur ekonomiku. Id-dritt nazzjonali għandu jipprevedi għal durata massima għal esklużjonijiet bħal dawn.

(71)

Madankollu, trid tingħata xi ftit konċessjoni għall-possibbiltà li l-atturi ekonomiċi jistgħu jadottaw miżuri ta’ konformità li għandhom l-għan li jirrimedjaw il-konsegwenzi ta’ kwalunkwe reat kriminali jew kondotta ħażina u li jimpedixxu b’mod effettiv milli jkun hemm iżjed okkorrenzi tal-imġiba ħażina. Dawk il-miżuri jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari minn miżuri ta’ persunal u ta’ organizzazzjoni bħall-qtugħ tar-rabtiet kollha ma’ persuni jew organizzazzjonijiet involuti fl-imġiba ħażina, miżuri adatti ta’ riorganizzazzjoni tal-persunal, l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ rappurtar u kontroll, il-ħolqien ta’ struttura ta’ verifika interna għall-monitoraġġ tal-konformità u l-adozzjoni ta’ regoli interni dwar ir-responsabbiltà u l-kumpens. Fejn tali miżuri joffru garanziji suffiċjenti, l-operatur ekonomiku inkwistjoni m’għandux jibqa’ jiġi eskluż minħabba dawk ir-raġunijiet biss. L-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu li jiġu eżaminati l-miżuri ta’ konformità li ttieħdu bil-ħsieb li jiġu ammessi għall-proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni. Madankollu, għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet proċedurali u sostantivi eżatti applikabbi f’tali każijiet. Huma għandhom, b’mod partikolari, ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jippermettux l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti individwali li jwettqu l-valutazzjonijiet rilevanti jew li jafdaw dak il-kompitu lil awtoritajiet oħrajn fuq livell ċentrali jew diċentralizzat.

(72)

Huwa importanti li l-osservanza mis-subkuntratturi tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u dwar l-impjiegi, stabbilita mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u dwar l-impjiegi elenkati f’din id-Direttiva bil-kondizzjoni li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, tkun żgurata permezz ta’ azzjonijiet adatti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-ambitu tar-responsabbiltajiet u l-kompetenzi tagħhom, bħal pereżempju aġenziji għal spezzjonijiet tax-xogħol jew aġenziji tal-ħarsien ambjentali. Huwa wkoll meħtieġ li tiġi żgurata xi trasparenza fil-katina tas-subkuntratti, peress li din tagħti informazzjoni lill-awtoritajiet u lill-entitajiet kontraenti dwar min hu preżenti fis-siti tal-bini li fuqhom qed isiru x-xogħlijiet għalihom, jew fuq liema impriżi qed jipprovdu servizzi fil-bini, fl-infrastrutturi jew żoni, bħal fil-kunsilli lokali, skejjel muniċipali, faċilitajiet sportivi, portijiet jew awtostradi, li għalihom l-awtoritajiet kontraenti huma responsabbli jew li fuqhom jagħmlu superviżjoni diretta. Għandu jiġi ċċarat li l-obbligu tat-tqassim tal-informazzjoni meħtieġa jkun fi kwalunkwe każ obbligu tal-konċessjonarju, jew abbażi ta’ klawsoli speċifiċi, li kull awtorità kontraenti jew entità kontraenti jkollha tinkludi fil-proċeduri kollha ta’ akkwist, jew abbażi tal-obbligi li l-Istati Membri jkunu imponew fuq il-konċessjonarju permezz ta’ dispożizzjonijiet ġeneralment applikabbli.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kondizzjonijiet relatati mal-infurzar tal-osservanza tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi, jew bid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati f’din id-Direttiva, dment li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu applikati kull meta l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn subkuntrattur u l-konċessjonarju. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jmorru lil hinn, pereżempju billi jestendu l-obbligi ta’ trasparenza jew billi jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti biex jivverifikaw li s-subkuntratturi mhumiex f’xi sitwazzjoni li twassal għall-esklużjoni tal-operaturi ekonomiċi. Fejn tali miżuri jiġu applikati fuq subkuntratturi, għandha tiġi żgurata koerenza mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-konċessjonarju sabiex eżistenza ta’ raġunijiet għall-esklużjoni obbligatorja jkunu segwiti minn rekwiżit li l-konċessjonarju prinċipali jissostitwixxi s-subkuntrattur ikkonċernat. Meta tali verifika turi l-preżenza ta’ raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jitolbu s-sostituzzjoni. Madankollu, għandu wkoll ikun stabbilit b’mod espliċitu li l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jkunu obbligati jitolbu s-sostituzzjoni tas-subkuntrattur kkonċernat fejn l-esklużjoni tal-konċessjonarju ewlieni tkun obbligatorja f’tali każijiet. Għandu jiġi wkoll stabbilit b’mod ċar li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jipprevedu aktar regoli stretti dwar ir-responsabbiltà skont il-liġi nazzjonali.

(73)

L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għandhom jivvalutaw l-offerti abbażi ta’ kriterju wieħed jew diversi ta’ għoti. Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u t-trattament ugwali, il-kriterji għall-għoti tal-konċessjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw ma’ standards ġenerali. Dawk l-istandards jistgħu jirreferu għal fatturi li mhumiex purament ekonomiċi, iżda li jinfluwenzaw il-valur ta’ offerta min-naħa tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti u jippermettula li jiġi identifikat vantaġġ ekonomiku ġenerali lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti. Il-kriterji għandhom jiġu żvelati minn qabel lill-kandidati jew l-offerenti potenzjali kollha, ikunu relatati mas-suġġett tal-kuntratt u m’għandhomx joffru lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet. Għandhom jippermettu kompetizzjoni effettiva u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. Għandu jkun possibbli li fil-kriterji tal-għoti jiġu inklużi, fost oħrajn, kriterji ambjentali, soċjali jew relatati mal-innovazzjoni. L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw ukoll il-kriterji tal-għoti f’ordni ta’ importanza sabiex jiżguraw it-trattament ugwali ta’ offerenti potenzjali billi jippermettulhom li jkunu konxji tal-elementi kollha li għandhom jiġu kkunsidrati meta jħejju l-offerti tagħhom.

F’każijiet eċċezzjonali fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tirċievi offerta li tipproponi soluzzjoni innovattiva b’livell eċċezzjonali ta’ prestazzjoni funzjonali li ma setgħax ikun previst minn awtorità jew entità kontraenti diliġenti, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha, eċċezzjonalment, tkun tista’ timmodifika l-ordni tal-kriterji tal-għoti biex jittieħed kont tal-possibbiltajiet il-ġodda li rriżultaw minn dik is-soluzzjoni innovattiva, dment li tali modifika tiżgura trattament ugwali tal-offerenti kollha attwali jew potenzjali billi tinħareġ stedina ġdida għall-offerti jew, fejn adatt, jiġi ppubblikat avviż ta’ konċessjoni ġdid.

(74)

Il-mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw ħafna l-pubblikazzjoni tal-konċessjonijiet u jżidu l-effiċjenza, il-ħeffa u t-trasparenza ta’ proċessi ta’ ogħti ta’ konċessjoni. Dawn jistgħu jsiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjoni, peress li huma jsaħħu bil-kbir il-possibbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi biex jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjoni fis-suq intern.

(75)

Kuntratti ta’ konċessjonijiet tipikament jinvolvu arranġamenti tekniċi u finanzjarji fit-tul u kumplessi li spiss huma soġġetti għal ċirkostanzi li jinbidlu. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet skont liema, il-modifiki ta’ konċessjoni matul it-twettiq tagħha jkunu jeħtieġu proċedura ġdida tal-għoti ta’ konċessjoni, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija meħtieġa proċedura ġdida ta’ konċessjoni fil-każ li jsiru bidliet materjali fil-konċessjoni inizjali, b’mod partikolari lill-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet, inkluż id-distribuzzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Dawn il-bidliet juru l-intenzjoni tal-partijiet li jerġgħu jinnegozjaw it-termini jew il-kondizzjonijiet essenzjali ta’ dik il-konċessjoni. Dan huwa l-każ b’mod partikolari jekk il-kondizzjonijiet emendati kellhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura, kieku dawn kienu parti mill-proċedura inizjali. Modifiki tal-konċessjoni li jirriżultaw f’bidla żgħira tal-valur tal-kuntratt sa ċertu livell għandhom dejjem ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li titwettaq proċedura ġdida ta’ konċessjoni. Għal dak il-għan u sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, din id-Direttiva għandha tipprevedi limiti “de minimis”, li taħthom ma tkunx meħtieġa proċedura ġdida ta’ għoti. Modifiki tal-konċessjoni ‘il fuq minn dawn il-limiti għandhom ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li titwettaq proċedura ta’ akkwist ġdida, sakemm dawk il-modifiki jkunu konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet. Dak jista’, pereżempju, ikun il-każ ta’ modifiki li saru neċessarji wara l-ħtieġa li jintlaqgħu talbiet minn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti, fir-rigward ta’ rekwiżit tas-sigurtà u b’kont meħud ta’ speċifiċitajiet ta’ tali attivitajiet bħal, pereżempju, it-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ sport ta’ fuq il-muntanji u turistiċi, fejn il-leġislazzjoni tista’ tevolvi biex tindirizza perikli relatali, sakemm tali modifiki jikkonformaw mal-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva..

(76)

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jiffaċċjaw ċirkostanzi esterni li huma ma setgħux jipprevedu meta dawn taw il-konċessjoni, b’mod partikolari meta t-twettiq tal-konċessjoni jkopri perijodu ta’ żmien twil. F’dawk il-każijiet, huwa meħtieġ ċertu grad ta’ flessibilità biex il-konċessjoni tiġi adattata għal dawk iċ-ċirkostanzi mingħajr il-bżonn ta’ proċedura ġdida tal-għoti. Il-kunċett ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jirreferi għal ċirkostanzi li ma setgħux ikunu mbassra minkejja tħejjija raġonevolment diliġenti tal-għoti inizjali mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti, filwaqt li jitqiesu l-mezzi disponibbli tiegħu, in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett speċifiku, il-prattika tajba fil-qasam inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi żgurata relazzjoni adatta bejn ir-riżorsi li jintefqu fit-tħejjija tal-għoti u l-valur prevedibbli tiegħu. Madankollu, dan ma jistax japplika f’każijiet fejn modifika tirriżulta f’alterazzjoni tan-natura tal-konċessjoni ġenerali, pereżempju billi jiġu sostitwiti x-xogħlijiet li għandhom jitwettqu jew is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti b’xi ħaġa differenti jew billi jinbidel fundamentalment it-tip ta’ konċessjoni minħabba li, f’sitwazzjoni bħal din, wieħed jista’ jassumi li jkun hemm influwenza ipotetika fuq ir-riżultat. Fil-każ ta’ konċessjonijiet mogħtija għall-finijiet li titkompla attività li mhix waħda minn dawk imsemmija fl-Anness II, kwalunkwe żieda fil-valur li ma teħtieġx proċedura ta’ għotja ġdida m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 50 % tal-valur tal-konċessjoni oriġinali. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, din il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki konsekuttivi m’għandhomx ikunu mmirati lejn iċ-ċirkomvenzjoni ta’ din id-Direttiva.

(77)

F’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza, l-offerent magħżul m’għandux, pereżempju meta konċessjoni titwaqqaf minħabba defiċjenzi fit-twettiq, jiġi sostitwit minn attur ekonomiku ieħor mingħajr ma terġa’ tinfetaħ mill-ġdid il-konċessjoni għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent magħżul li jwettaq il-konċessjoni, għandu jkun jista’, b’mod partikolari meta l-konċessjoni tingħata lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi, li jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-konċessjoni, bħal riorganizzazzjonijiet purament interni, xiri, amalgamazzjonijiet u akkwisti jew insolvenza. Tali bidliet strutturali m’għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri ta’ għoti ġodda għall-konċessjoni mwettqa minn dak l-offerent.

(78)

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevedu modifiki għal konċessjoni permezz ta’ klawsoli ta’ reviżjoni jew ta’ għażla, iżda klawsoli bħal dawn m’għandhomx jagħtuhom diskrezzjoni bla limitu. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi sa liema punt jistgħu jiġu previsti modifiki fil-konċessjoni inizjali. Konsegwentement għandu jiġi ċċarat li klawsoli ta’ reviżjoni jew ta’ għażla abbozzati b’mod suffiċjentement ċar jistgħu pereżempju jipprovdu għal indiċizzazzjonijiet tal-prezzijiet jew jiżguraw li, pereżempju, tagħmir ta’ komunikazzjoni li jiġi distribwit matul perijodu partikolari jibqa’ jkun adattat, ukoll fil-każ ta’ tibdil fil-protokolli tal-komunikazzjonijiet jew bidliet teknoloġiċi oħra. Għandu jkun ukoll possibbli taħt klawsoli suffiċjentement ċari li jiġu pprovduti adattamenti tal-konċessjonijiet li jsiru meħtieġa minħabba diffikultajiet tekniċi li jfeġġu matul l-operazzjoni jew il-manutenzjoni. Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-konċessjonijiet jistgħu, pereżempju, jinkludu sew manutenzjoni ordinarja kif ukoll jipprovdu għal interventi ta’ manutenzjoni straordinarja li jistgħu jiġu meħtieġa sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni ta’ servizz pubbliku.

(79)

Awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti jistgħu jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet fejn isiru meħtieġa xogħlijiet jew servizzi addizzjonali. F’każijiet bħal dawn, dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu sodisfatti, modifika tal-konċessjoni inizjali mingħajr proċedura ġdida tal-għoti ta’ konċessjoni għandha titqies li tkun ġustifikata.

(80)

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti xi kultant jaffaċċjaw ċirkostanzi li jitolbu tmiem bikri tal-konċessjoni sabiex jikkonformaw mal-obbligi taħt il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-konċessjonijiet. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, skont il-kondizzjonijiet determinati mil-liġi nazzjonali, jitterminaw konċessjoni matul it-terminu tagħha jekk dan ikun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni.

(81)

Sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja adegwata tal-kandidati u l-offerenti fil-proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet, kif ukoll biex isir effettiv l-infurzar ta’ din id-Direttiva u tal-prinċipji tat-TFUE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE (16) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE (17) għandhom japplikaw ukoll għal konċessjonijiet ta’ servizzi u konċessjonijiet ta’ xogħlijiet mogħtija kemm minn awtoritajiet kontraenti kif ukoll minn entitajiet kontraenti. Id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(82)

L-ipproċessar ta’ data personali skont din id-Direttiva għandu jiġi rregolat mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

(83)

L-Istati Membri huma meħtieġa jimmonitorjaw b’mod konsistenti u sistematiku l-implimentazzjoni u l-funzjonament tar-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-liġi tal-Unjoni.

(84)

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern, partikolarment fir-rigward ta’ fatturi bħall-għoti ta’ kuntratti transkonfinali, il-parteċipazzjoni tal-SMEs u l-ispejjeż tat-transazzjonijiet, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva, u mill-esklużjoni stabbilita stipulata fl-Artikolu 12 li tieħu kont tal-istrutturi speċifiċi tas-settur tal-ilma. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019. Skont l-Artikolu XXIV(7) tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (il-“FAP”), il-FAP ser ikun is-suġġett ta’ negozjati ulterjuri tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u perjodikament minn hemm ‘il quddiem. F’dak il-kuntest, l-adegwatezza tal-livell tal-limiti għandha tiġi eżaminata fil-kuntest ta’ negozjati skont il-FAP b’kont meħud tal-impatt tal-inflazzjoni u l-ispejjeż tat-transazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli u adatt, tikkunsidra li tissuġġerixxi żieda tal- limiti applikabbli taħt il-FAP matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss. Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fil-limiti massimi, ir-rapport magħmul mill-Kummissjoni għandu, fejn adatt, ikun segwit minn proposta leġislattiva li timmodifika l-limitu stabbilit f’din id-Direttiva.

(85)

Sabiex ikun hemm adattament għall-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u regolatorji rapidi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami tal-lista ta’ atti stipulata fil-Anness III, li tagħmel rieżami tal-proċeduri tekniċi għall-metodi ta’ kalkolu li jirrigwardaw il-limitu massimu kif ukoll li perjodikament tirrevedi l-limiti massimi stess, temenda r-referenzi għan-nomenklatura tas-CPV u tadatta l-lista ta’ atti stabbiliti fl-Anness X. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, fil-ħin u adatta ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(86)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi dwar il-proċedura biex jitfasslu u jiġu trasmessi n-notifiki u biex tintbagħat u tiġi ppubblikata d-data msemmija fl-Annessi V, VII u VIII, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni, li la għandhom impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja u lanqas fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, dawk l-atti huma karatterizzati minn skop purament amministrattiv u jservu biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(87)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li japplikaw għal ċerti proċeduri ta’ konċessjoni ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’mod konformi mal-prinċipju tas-sussidarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(88)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ Direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, PRINĊIPJI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I

Kamp ta’ applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijet

TAQSIMA 1

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, PRINĊIPJI ĠENERALI, DEFINIZZJONIJIET U LIMITU MASSIMU

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2

Prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi

Artikolu 3

Prinċipju ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza

Artikolu 4

Libertà għad-definizzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Artikolu 6

Awtoritajiet kontraenti

Artikolu 7

Entitajiet kontraenti

Artikolu 8

Limitu massimu u metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni

Artikolu 9

Reviżjoni tal-limitu

TAQSIMA II

ESKLUŻJONIJIET

Artikolu 10

Esklużjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti

Artikolu 11

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika

Article 12

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma

Artikolu 13

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża affiljata

Artikolu 14

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta

Artikolu 15

Notifika tal-informazzjoni minn entitajiet kontraenti

Artikolu 16

Esklużjoni ta’ attivitajiet li huma direttament esposti għall-kompetizzjoni

Artikolu 17

Konċessjonijiet bejn entitajiet fi ħdan is-settur pubbliku

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 18

Tul taż-żmien tal-konċessjoni

Artikolu 19

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 20

Kuntratti mħallta

Artikolu 21

Kuntratti ta’ akkwist imħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà

Artikolu 22

Kuntratti li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet oħra

Artikolu 23

Konċessjonijiet li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà

TAQSIMA IV

SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Artikolu 24

Konċessjonijiet riżervati

Artikolu 25

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

KAPITOLU II

Prinċipji

Artikolu 26

Operaturi ekonomiċi

Artikolu 27

Nomenklaturi

Artikolu 28

Kunfidenzjalità

Artikolu 29

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

TITOLU II

REGOLI DWAR L-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET PRINĊIPJI ĠENERALI U GARANZIJI PROĊEDURALI

KAPITOLU I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 30

Prinċipji ġenerali

Artikolu 31

Avviżi ta’ konċessjonijiet

Artikolu 32

Avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni

Artikolu 33

Forma u mod ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

Artikolu 34

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti ta’ konċessjoni

Article 35

Ġlieda kontra l-korruzzjoni u prevenzjoni ta’ konflitti ta’ interess

KAPITOLU II

Garanziji proċedurali

Artikolu 36

Rekwiżiti tekniċi u funzjonali

Artikolu 37

Garanziji proċedurali

Artikolu 38

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

Artikolu 39

Limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni

Artikolu 40

Għoti ta’ informazzjoni lill-kandidati u lill-offerenti

Artikolu 41

Kriterji tal-għoti

TITOLU III

REGOLI DWAR IL-PRESTAZZJONI TA’ KONĊESSJONIJIET

Artikolu 42

Subkuntrattar

Artikolu 43

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

Artikolu 44

Terminazzjoni ta’ konċessjonijiet

Artikolu 45

Monitoraġġ u rappurtar

TITOLU IV

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 89/665/KEE U 92/13/KEE

Artikolu 46

Emendi għad-Direttiva 89/665/KEE

Artikolu 47

Emendi għad-Direttiva 92/13/KEE

TITOLU V

SETGĦAT DELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 48

Eżerċitar tad-delega

Artikolu 49

Proċedura ta’ urġenza

Artikolu 50

Proċedura ta’ Kumitat

Artikolu 51

Traspożizzjoni

Artikolu 52

Dispożizzjonijiet transitorji

Artikolu 53

Monitoraġġ u rappurtar

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ

Artikolu 55

Destinatarji

ANNESSI

 

ANNESS I

LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (7) TAL-ARTIKOLU 5

ANNESS II

ATTIVITAJIET EŻERĊITATI MINN ENTITAJIET KONTRAENTI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7

ANNESS III

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 7(2)

ANNESS IV

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19

ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31

ANNESS VI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONI LI JIRRIGWARDAW KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U OĦRAJN SPEĊIFIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31(3)

ANNESS VII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

ANNESS VIII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SPEĊIFIĊI OĦRA, MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

ANNESS IX

KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI

ANNESS X

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET SOĊJALI U AMBJENTALI INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 30(3)

ANNESS XI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-MODIFIKI GĦAL KONĊESSJONI MATUL IT-TERMINU TAGĦHA SKONT L-ARTIKOLU 43

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, PRINĊIPJI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I

Kamp ta’ applikazzjoni, prinċipji ġenerali u definizzjonijiet

Taqsima I

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni, prinċipji ġenerali, definizzjonijiet u limitu

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti permezz ta’ konċessjoni, li l-valur tagħha huwa stmat li huwa inqas mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 8.

2.   Din id-Direttiva tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi, lil operaturi ekonomiċi minn:

(a)

Awtoritajiet kontraenti; jew

(b)

Entitajiet kontraenti, sakemm ix-xogħlijiet jew is-servizzi jkunu maħsuba għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II.

3.   L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija soġġetta għall-Artikolu 346 TFUE.

4.   Ftehimiet, deċiżjonijiet jew strumenti legali oħra li jorganizzaw it-trasferiment tas-setgħat u r-repsonsabbiltajiet għat-twettiq ta’ kompiti pubbliċi bejn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew raggruppamenti ta’ awtoritajiet jew entitajiet kontraenti, u li ma jipprovdux li tingħata rimunerazzjoni għal prestazzjoni kuntrattwali, jitqiesu bħala materja ta’ organizzazzjoni interna tal-Istat Membru kkonċernat u, bħala tali, li mhuma affettwati bl-ebda mod minn din id-Direttiva.

Artikolu 2

Prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi

1.   Din id-Direttiva tirrikonoxxi l-prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali f’konformità mad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni. Dawk l-awtoritajiet huma ħielsa li jiddeċiedi kif l-aħjar imexxu l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew il-provvista ta’ servizzi, biex jiġu żgurati b’mod partikolari livell għoli ta’ kwalità, sikurezza u affordabbiltà, trattament ugwali u l-promozzjoni ta’ aċċess universali u ta’ drittijiet tal-utent fis-servizzi pubbliċi.

Dawk l-awtoritajiet jistgħu jagħżlu li jwettqu l-kompiti ta’ interess pubbliku tagħhom bir-riżorsi proprji tagħhom, jew f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew li jgħadduhom lil operaturi ekonomiċi.

2.   Din id-Direttiva ma taffettwax is-sistemi tal-Istati Membri tas-sjieda tal-proprjetà.B’mod partikolari ma teħtieġx il-privatizzazzjoni ta’ intrapriżi pubbliċi li jipprovdu servizzi lill-pubbliku.

Artikolu 3

Prinċipju ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza

1.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.

It-tfassil tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, inkluż l-istima tal-valur, m’għandux isir bil-ħsieb li din tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi jew ċerti xogħlijiet, provvisti jew servizzi.

2.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jimmiraw li jiżguraw trasparenza fil-proċedura tal-għoti u fit-twettiq tal-kuntratt, filwaqt li jikkonformaw mal-Artikolu 28.

Artikolu 4

Libertà għad-definizzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali

1.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawk is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u għal liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma taffettwax il-mod li bih l-Istati Membri jorganizzaw is-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali.

2.   Is-servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali għandhom jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘konċessjonijiet’ tfisser konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi, kif definit fil-punti (a) u (b):

(a)

‘konċessjoni ta’ xogħlijiet’ tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub li permezz tiegħu entità kontraenti jew awtorità kontraenti waħda jew aktar jafdaw l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-konsiderazzjoni għal din id-delega tikkonsisti unikament fid-dritt ta’ sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas.

(b)

‘konċessjoni ta’ servizzi’ tfisser kuntratt b’interess pekunjarju konkluż bil-miktub, li permezz tiegħu awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar tafda l-forniment u l-ġestjoni ta’ servizzi li mhumiex twettiq ta’ xogħlijiet kif imsemmi fil-punt (a) lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-konsiderazzjoni għal din tkun tikkonsisti unikament fid-dritt ta’ sfruttament tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f’dak id-dritt flimkien ma’ ħlas.

L-għoti ta’ konċessjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi għandu jinvolvi t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operattiv fl-isfruttament ta’ dawk ix-xogħlijiet jew servizzi, li jinkludi riskju ta’ domanda jew ta’ disponibbiltà jew tat-tnejn. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operattiv, f’kondizzjonijiet ta’ operazzjoni normali, meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni. Il-parti tar-riskju ttrasferita lill-konċessjonarju għandha tinvolvi esponiment reali għall-inċertezzi tas-suq, b’tali mod li kwalunkwe telf potenzjali stmat imġarrab mill-konċessjonarju m’għandux ikun biss nominali jew negliġibbli;

(2)

‘operatur ekonomiku’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew entità pubblika, jew grupp ta’ persuni jew entitajiet bħal dawn, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi, li joffri li jwettaq xogħlijiet u/jew biċċa xogħol, li jipprovdi prodotti jew li jforni servizzi fis-suq;

(3)

‘kandidat’ tfisser operatur ekonomiku li jkun wieġeb għal stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni;

(4)

‘offerent’ tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;

(5)

‘konċessjonarju’ tfisser operatur ekonomiku li jkun ingħata konċessjoni;

(6)

‘miktub’ jew ‘bil-miktub’ tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew figuri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew sussegwentement ikkommunikati, inkluż informazzjoni trasmessa u maħżuna b’mezzi elettroniċi;

(7)

‘eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet’ tfisser l-eżekuzzjoni, jew kemm it-tfassil kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I jew ta’ biċċa xogħol, jew ir-realizzazzjoni, b’liema mezz li jkun, ta’ biċċa xogħol li tikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew it-tfassil tal-biċċa xogħol;

(8)

‘biċċa xogħol’ tfisser ir-riżultat ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew inġinerija ċivili meħudin bħala ħaġa waħda li huwa suffiċjenti fih innifsu biex jissodisfa funzjoni ekonomika jew teknika;

(9)

‘mezzi elettroniċi’ tfisser tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data, li tiġi trasmessa, imwassla u riċevuta permezz ta’ wajers, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra;

(10)

‘dritt esklużivi’ tfisser dritt mogħti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ppubblikata li hi kompatibbli mat-Trattati li l-effett tagħha jkun li tillimita l-eżerċizzju ta’ attività għal operatur ekonomiku waħdieni u li taffettwa sostanzjalment l-abbiltà ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jwettqu attività bħal din;

(11)

‘dritt speċjali’ tfisser dritt mogħti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ kwalunkwe liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva pubblikata li hija kompatibbli mat-Trattati li l-effett tagħha jkun li tillimita l-eżerċizzju ta’ attività għal żewġ operaturi ekonomiċi jew aktar u li taffettwa sostanzjalment l-abbiltà ta’ operaturi ekonomiċi oħra li jwettqu attività bħal din;

(12)

‘dokument ta’ konċessjoni’ tfisser kwalunkwe dokument prodott jew imsemmi mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti biex jiddeskrivu jew jiddeterminaw l-elementi tal-konċessjoni jew il-proċedura, inkluż l-avviż ta’ konċessjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kondizzjonijiet proposti tal-konċessjoni, il-formati għall-preżentazzjoni tad-dokumenti mill-kandidati u l-offerenti, l-informazzjoni dwar obbligi ġeneralment applikabbli u kwalunkwe dokument addizzjonali;

(13)

‘innovazzjoni’ tfisser l-implementazzjoni ta’ prodott, servizz, proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti, inkluż iżda mhux limitat għall-proċessi ta’ produzzjoni, bini jew kostruzzjoni, ta’ metodu ġdid ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew ta’ metodu organizzazzjonali ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni li fost oħrajn ikollha l-għan li tgħin biex jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020.

Artikolu 6

Awtoritajiet kontraenti

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘awtoritajiet kontraenti’ tfisser awtorità Statali, reġjonali jew lokali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet ifformati minn tali awtorità waħda jew aktar jew tali korp irregolat mil-liġi pubblika wieħed jew aktar għajr dawk l-awtoritajiet, korpi jew assoċjazzjonijiet li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II u li jagħtu konċessjoni għat-twettiq ta’ waħda minn dawk l-attivitajiet.

2.   ‘Awtoritajiet reġjonali’ tinkludi l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li mhumiex elenkati b’mod eżawrjenti f’NUTS 1 u 2, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

3.   ‘Awtoritajiet lokali’ tinkludi l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 3 u l-unitajiet amministrattivi iżgħar, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003.

4.   ‘Korpi regolati mil-liġi pubblika’ tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jissodisfaw il-bżonnijiet fl-interess ġenerali, li ma jkollhomx karattru industrijali jew kummerċjali;

(b)

għandhom personalità ġuridika; u

(c)

huma ffinanzjati, fil-parti l-kbira, mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika; jew huma soġġetti għal superviżjoni maniġerjali minn dawk il-korpi jew awtoritajiet; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika.

Artikolu 7

Entitajiet kontraenti

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘entitajiet kontraenti’ tfisser entitajiet li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II u jagħtu konċessjoni għat-twettiq ta’ waħda minn dawk l-attivitajiet, u li huma waħda minn dan li ġej:

(a)

l-awtoritajiet statali, reġjonali jew lokali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar jew minn tali korp wieħed jew aktar irregolat mil-liġi pubblika;

(b)

impriżi pubbliċi kif definiti fil-paragrafu 3b ta’ dan l-Artikolu;

(c)

entitajiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, iżda li joperaw abbażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, mogħtija għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet msemmija fl-Anness II.

2.   L-entitajiet li jkunu ngħataw drittijiet speċjali jew esklużivi permezz ta’ proċedura li fiha tkun ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi, m’għandhomx jikkostitwixxu “entitajiet kontraenti” fis-sens tal-punt (c) tal-paragrafu 1. Tali proċeduri għandhom jinkludu:

(a)

proċeduri ta’ akkwist b’sejħa minn qabel għal kompetizzjoni skont id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) u d-Direttiva 2014/25/UE id-Direttiva 2009/81/KE jew din id-Direttiva;

(b)

proċeduri skont atti legali oħra tal-Unjoni, elenkati fl-Anness III, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet abbażi ta’ kriterji oġġettivi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 dwar l-emendi għal-lista tal-atti legali tal-Unjoni stabbilita fl-Anness III fejn meħtieġ minħabba t-tħassir jew l-emendar ta’ dawk l-atti, jew minħabba l-adozzjoni ta’ atti ġodda.

4.   “Impriża pubblika” tfisser kwalunkwe impriża li fuqha l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza dominanti bis-saħħa tas-sjieda tagħhom fuqha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha.

Influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti għandha tkun mistennija fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk l-awtoritajiet, b’mod dirett jew indirett:

(a)

ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;

(b)

jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti li jkollhom l-ishma maħruġin mill-impriża;

(c)

ikunu jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża.

Artikolu 8

Limitu u metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal konċessjonijiet li l-valur tagħhom huwa daqs jew aktar minn EUR 5 186 000.

2.   Il-valur ta’ konċessjoni għandu jkun il-fatturat totali tal-konċessjonarju ġġenerat matul il-perijodu tal-kuntratt, in-nett tal-VAT, kif stmat mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti, b’kont meħud tax-xogħlijiet u s-servizzi li jkunu s-suġġett tal-konċessjoni, kif ukoll il-fornimenti inċidentali ta’ tali xogħlijiet u servizzi.

Din l-istima għandha tkun valida fil-ħin li fih jintbagħat l-avviż ta’ konċessjoni, jew, f’każijiet fejn ma jkunx previst avviż, fil-ħin li fih l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tibda l-proċedura għall-għoti ta’ konċessjoni, pereżempju, fejn opportun, billi tikkuntattja lill-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-konċessjonijiet.

Għall-fini tal-paragrafu -1, jekk il-valur tal-konċessjoni fil-ħin tal-għoti jkun ta’ aktar minn 20 % ogħla mill-valur stmat tagħha, l-istima valida għandha tkun il-valur tal-konċessjoni fil-ħin tal-għoti.

3.   Il-valur stmat tal-konċessjoni għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta’ metodu oġġettiv speċifikat fid-dokumenti tal-konċessjoni. Meta jikkalkolaw il-valur stmat tal-konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom, fejn applikabbli, iqisu b’mod partikolari:

(a)

il-valur ta’ kwalunkwe forma ta’ opzjoni u kwalunkwe estensjoni tad-durata tal-konċessjoni;

(b)

id-dħul minn ħlasijiet ta’ tariffi u multi mill-utenti tax-xogħlijiet jew servizzi għajr dawk miġbura f’isem l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti;

(c)

il-ħlasijiet jew kwalunkwe vantaġġ finanzjarju tkun xi tkun il-forma tagħhom magħmula mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew kwalunkwe awtorità pubblika oħra lill-konċessjonarju inkluż il-kumpens għall-konformità ma’ obbligu ta’ servizz pubbliku u sussidji ta’ investiment pubbliku;

(d)

il-valur ta’ għotjiet jew ta’ kwalunkwe vantaġġ finanzjarju ieħor tkun xi tkun il-forma tagħhom minn partijiet terzi għat-twettiq tal-konċessjoni;

(e)

id-dħul mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi li jagħmlu parti mill-konċessjoni;

(f)

il-valur tal-provvisti u s-servizzi kollha li jkunu disponibbli lill-konċessjonarju mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti, sakemm ikunu neċessarji għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew l-għoti tas-servizzi;

(g)

kwalunkwe premju jew ħlas lil kandidati jew offerenti.

4.   L-għażla tal-metodu użat għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni m’għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Konċessjoni m’għandhiex tkun subdiviża bl-effett li ma titħalliex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dan ma jkunx ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi.

5.   Fejn biċċa xogħol jew servizz propost jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ konċessjonijiet fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jittieħed kont tal-valur totali stmat tal-lottijiet kollha bħal dawn.

6.   Meta l-valur kollettiv tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

Artikolu 9

Reviżjoni tal-limitu

1.   Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limitu stabbilit fl-Artikolu 8(1) jikkorrispondi għal-limitu stabbilit fil-Ftehim tal- Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi (il-“FAP”) għal konċessjonijiet għal xogħol u għandha fejn neċessarju, tirrevedi dak il-limitu massimu skont dan l-Artikolu.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolazzjoni stabbilit fil-FAP, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur tal-limiti fuq il-bażi tal-valur medju ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perijodu ta’ 24 xahar li jagħlaq fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li jibda jkollha effett mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euros sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-FAP, imfissra f’SDRs.

2.   Kull sentejn mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valuri, fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li l-munità tagħhom mhix l-euro tal-limitu stabbilit imsemmi fl-Artikolu 8(1), riveduti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

F’konformità mal-metodu ta’ kalkolu stabbilit fil-FAP, id-determinazzjoni ta’ dawn il-valuri għandha tkun ibbażata fuq il-valuri medji ta’ kuljum ta’ dawk il-muniti, li jikkorrispondu għal-limitu stabbilit applikabbli mogħti f’euro matul l-24 xahar li jintemmu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limitu rivedut imsemmi fil-paragrafu 1, il-valuri korrispondenti tagħhom fil-muniti nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, u l-valur iddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru wara r-reviżjoni tagħhom.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 sabiex tadatta l-metodoloġija stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kwalunkwe bidla fil-metodoloġija pprovduta fil-FAP għar-reviżjoni tal-limitu stabbilit imsemmi fl-Artikolu 8(1) u għad-determinazzjoni tal-valuri korrispondenti fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li l-munità tagħhom mhijiex l-euro, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 sabiex tirrevedi l-limitu stabbilit imsemmi fl-Artikolu 8(1) skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Fejn ikun meħtieġ li dak il-limitu jiġi rivedut u ż-żmien limitat jimpedixxi l-użu tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 48 u għalhekk raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 49 għandha tapplika għal atti ddelegati adottati skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Taqsima II

Esklużjonijiet

Artikolu 10

Esklużjonijiet applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti

1.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizzi mogħtija lil awtorità kontraenti jew lil entità kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) jew lil assoċjazzjoni tagħhom abbażi ta’ dritt esklużiv.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizzi mogħtija lil operatur ekonomiku abbażi ta’ dritt esklużiv li jkun ingħata skont it-TFUE u atti legali tal-Unjoni li jistabbilixxu regoli komuni għal aċċess għas-suq applikabbli għall-attivitajiet msemmija fl-Anness II.

2.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn leġislazzjoni settorjali tal-Unjoni msemmija f’dak is-subparagrafu ma tipprevedix obbligi ta’ trasparenza speċifiċi għas-settur, għandu japplika l-Artikolu 32.

Fejn Stat Membru jagħti dritt esklużiv lil operatur ekonomiku għall-eżerċizzju ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness II, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan fi żmien xahar wara l-għoti ta’ dak id-dritt esklużiv.

3.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru bbażati fuq l-għoti ta’ liċenzja operattiva fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew għal konċessjonijiet għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

4.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti hija obbligata tagħti jew torganizza f’konformità ma’ proċeduri li jkunu differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

strument legali li joħloq obbligi legali internazzjonali, bħal ftehim internazzjonali konkluż f’konformità mat-TFUE bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-isfruttament konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b)

organizzazzjoni internazzjonali.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tagħti skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-konċessjonijiet ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn dik l-organizzazzjoni jew istituzzjoni. Fil-każ ta’ konċessjonijiet ikkofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri applikabbli tal-akkwist.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrumenti legali kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku msemmi fl-Artikolu 50.

Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà kif imsemmi fid-Direttiva 2009/81/KE.

5.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà kif imsemmi fid-Direttiva 2009/81/KE, li huma rregolati minn:

(a)

regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali jew arranġament bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar;

(b)

regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali konkluż jew arranġament dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-garanzji mogħtija minn xi Stat Membru jew pajjiż terz;

(c)

regoli speċifiċi proċedurali ta’ organizzazzjoni internazzjonali, li tixtri għal skopijiet tagħha jew ta’ kuntratti li għandhom jingħataw minn Stat Membru bi qbil ma’ dawk ir-regoli.

6.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet, fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà kif imsemmi fid-Direttiva 2009/81/KE, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a)

konċessjonijiet li fir-rigward tagħhom, l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tobbliga lil Stat Membru biex iforni informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu; jew fejn l-akkwist u l-prestazzjoni tal-konċessjoni huma ddikjarati bħala sigrieta jew għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri ta’ sigurtà speċjali f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru dment li l-Istat Membru jkun stabbilixxa li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu garantiti permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 7;

(b)

konċessjonijiet mogħtija fil-qafas tal-programm kooperattiv imsemmi fl-Artikolu 13(c) tad-Direttiva 2009/81/KE;

(c)

konċessjonijiet mogħtija minn gvern lil gvern ieħor relatati ma’ xogħlijiet u servizzi marbuta direttament ma’ tagħmir militari jew tagħmir sensittiv, jew xogħlijiet u servizzi speċifikament għal raġunijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi;

(d)

konċessjonijiet mogħtija f’pajjiż terz, li jsiru meta jkunu stazzjonati forzi militari barra mit-territorju tal-Unjoni, fejn ħtiġijiet operattivi jitolbu li dawk il-konċessjonijiet ikunu konklużi ma’ operaturi ekonomiċi li jinsabu fiż-żona tal-operazzjonijiet; u

(e)

konċessjonijiet b’xi mod ieħor eżentati taħt din id-Direttiva.

7.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li mhumiex eżentati b’mod ieħor taħt il-paragrafu 6 sa fejn il-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi ggarantita permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, pereżempju bl-impożizzjoni ta’ rekwiżiti mmirati għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tagħmel disponibbl, fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni kif previst f’din id-Direttiva.

8.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għal:

(a)

l-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ art, bini eżistenti, jew proprjetà immobbli oħra jew drittijiet konċernati fuqhom;

(b)

l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għall-programm maħsub għas-servizzi tal-media awdjoviżiva jew servizzi tal-media radjofoniċi, li huma mogħtija minn fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi, jew il-konċessjonijiet għal ħin ta’ xandir jew il-forniment ta’ programmi, li jingħataw lill-fornituri tas-servizz tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “servizzi tal-media awdjoviżiva” u “fornituri ta’ servizzi tal-media” għandu jkollhom, rispettivament, l-istess tifsira bħal dik fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 1(1)tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). “Programm” għandu jkollu l-istess tifsira bħal dak fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, iżda għandu jinkludi wkoll programmi radjofoniċi u materjali tal-programmi radjofoniċi. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “materjal tal-programm” għandu jkollu l-istess tifsira bħal “programm”.

(c)

servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni;

(d)

kwalunkwe wieħed mis-servizzi legali li ġejjin:

(i)

rappreżentanza legali ta’ klijent minn avukat fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE (24) fi:

arbitraġġ jew konċiljazzjoni miżmuma minn Stat Membru, pajjiż terz jew quddiem istanza internazzjonali ta’ arbitraġġ jew konċiljazzjoni, jew

proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati, it-tribunali jew l-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru, jew pajjiż terz jew quddiem qrati, tribunali jew istituzzjonijiet internazzjonali;

(ii)

parir legali mogħti bi tħejjija għal kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti msemmi fil-punti (i) ta’ dan il-punt jew meta jkun hemm indikazzjoni konkreta u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta’ tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

(iii)

servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;

(iv)

servizzi legali mogħtija minn trustees jew gwardjani maħturin jew servizzi legali oħrajn li l-fornituri tagħhom huma indikati minn qorti jew tribunal fl-Istat Membru kkonċernat jew minn liġi għat-twettiq ta’ kompiti speċifiċi taħt is-superviżjoni ta’ tribunali jew qrati bħal dawn;

(v)

servizzi legali oħrajn li fl-Istat Membru kkonċernat huma konnessi, anki b’mod okkażjonali, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali;

(e)

servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(f)

self, sew jekk marbut mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra kif ukoll jekk le;

(g)

servizzi ta’ difiża ċivili, protezzjoni ċivili, u ta’ prevenzjoni ta’ perikolu li huma fornuti minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt, u li huma koperti mill-kodiċi CPV li ġejjin: 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8, 98113100-9 u 85143000-3 minbarra servizzi tal-ambulanza għat-trasport ta’ pazjenti;

(h)

servizzi ta’ kampanji politiċi, li huma koperti mill-kodiċi CPV 79341400-0, 92111230-3 u 92111240-6, meta mogħtija minn partit politiku fil-kuntest ta’ kampanja elettorali;

9.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għas-servizzi ta’ lotterija, li huma koperti mill-kodiċi CPV 92351100-7, mogħtija minn Stat Membru lil operatur ekonomiku fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv mogħti. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, il-kunċett ta’ dritt esklużiv ma jkoprix drittijiet esklużivi kif imsemmi fl-Artikolu 7(2).

L-għoti ta’ tali dritt esklużiv għandu jkun soġġett għal pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom f’pajjiż terz, f’kondizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta’ netwerk jew żona ġeografika fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 11

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li għandhom l-għan prinċipali li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jipprovdu jew jisfruttaw netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni, jew li jipprovdu lill-pubbliku servizz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni elettronika.

Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, ‘netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni’ u servizz ta’ komunikazzjoni elettronika’ għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

Artikolu 12

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma

1.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija għal:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;

(b)

il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil tali netwerks.

2.   Din id-Direttiva ma għandha lanqas tapplika għal konċessjonijiet b’wieħed, jew it-tnejn, mis-suġġetti li ġejjin meta huma jkunu konnessi ma’ attività msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew dranaġġ tal-art, dment li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawk il-proġetti jew minn stallazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-dranaġġ; jew

(b)

ir-rimi jew it-trattament tad-dranaġġ.

Artikolu 13

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża affiljata

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “impriża affiljata” tfisser kwalunkwe impriza li l-kontijiet annwali tagħha huma konsolidati ma’ dawk tal-entità kontraenti skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/34/UE.

2.   Fil-każ ta’ entitajiet, li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE, “impriża affiljata” għandha tfisser kwalunkwe impriża li:

(a)

tista’ tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;

(b)

tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti; jew

(c)

bħall-entità kontraenti, hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ‘influwenza dominanti’ għandu jkollha l-istess tifsira bħal fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(4).

3.   Minkejja l-Artikolu 17 u dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija:

(a)

minn entità kontraenti lil impriża affiljata; jew

(b)

minn impriża konġunta, iffurmata esklużivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-fini li twettaq attivitajiet imsemmija fl-Anness II, lil impriża li hija affiljata ma’ waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti.

4.   Il-paragrafu 3 għandu japplika għal:

(a)

konċessjonijiet ta’ servizzi dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata matul it-tliet snin preċedenti, b’kont meħud tas-servizzi kollha pprovduti minn dik l-impriża, ikun ġej mill-forniment ta’ servizzi lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;

(b)

konċessjonijiet ta’ xogħol dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, matul it-tliet snin preċedenti b’kont meħud tax-xogħol kollu pprovdut minn dik l-impriża, ikun ġej mill-forniment ta’ xogħol lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom.

5.   Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot l-impriża affiljata jew meta bdiet l-attivitajiet, il-fatturat ma jkunx disponibbli għat-tliet snin ta’ qabel, ikun biżżejjed li dik l-impriża turi li l-fatturat imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (a) jew (b), ikun kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet kummerċjali.

6.   Fejn aktar minn impriża waħda affiljati mal-entità kontraenti, li magħha jifformaw grupp ekonomiku, tipprovdi l-istess servizzi jew xogħlijiet, jew simili, il-perċentwali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkolati billi jitqies il-fatturat totali li jkun ġej mill-forniment tas-servizzi jew tax-xogħlijiet rispettivament minn dawk l-impriżi affiljati.

Artikolu 14

Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta

Minkejja l-Artikolu 17 u jekk l-impriża konġunta tkun twaqqfet sabiex twettaq l-attività konċernata fuq perijodu ta’ mill-anqas tliet snin u li l-istrument li jwaqqaf l-impriża konġunta jistipula li l-entitajiet kontraenti, li jifformawha, ser jibqgħu parti minnha għal mill-inqas l-istess perijodu din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn kwalunkwe minn dawn:

(a)

impriża konġunta, iffurmata esklussivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bil-għan li twettaq attivitajiet imsemmija fl-Anness II, għal waħda minn dawn l-entitajiet kontraenti, jew

(b)

entità kontraenti lil tali impriża konġunta li tifforma parti minnha.

Artikolu 15

Notifika ta’ informazzjoni minn entitajiet kontraenti

L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, bl-informazzjoni li ġejja rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) u (3) u l-Artikolu 14:

(a)

l-ismijiet tal-impriżi jew tal-impriżi konġunti kkonċernati;

(b)

in-natura u l-valur tal-konċessjonijiet involuti;

(c)

provi meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni, li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħatat il-konċessjonijiet u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14.

Artikolu 16

Esklużjoni ta’ attivitajiet li huma direttament esposti għall-kompetizzjoni

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti fejn, għall-Istat Membru fejn għandhom isiru tali konċessjonijiet, ikun ġie stabbilit skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE li l-attività tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 17

Konċessjonijiet bejn entitajiet fis-settur pubbliku

1.   Konċessjoni mogħtija minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti kif imsemmi fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) lil persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew pubbliku għandhom jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfatti:

(a)

l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess; u

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet tal-persuna ġuridika kkontrollata jitwettqu fil-prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti; u

(c)

mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, meħtieġa minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.

Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu meta din teżerċita influwenza deċiżiva fuq iż-żewġ oġġettivi strateġiċi u deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata. Dak il-kontroll jista’ jkun ukoll eżerċitat minn persuna ġuridika oħra, li hija stess tkun ikkontrollata bl-istess mod mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta persuna ġuridika kkontrollata li hija awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) tagħti konċessjoni lill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti ta’ kontroll tagħha, jew lil persuna ġuridika oħra kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti jew entità kontraenti, dment li ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika li tkun qed tingħata l-konċessjoni bl-bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, meħtieġa minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.

3.   Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmija fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1), li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew pubbliku skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ madankollu tagħti konċessjoni lil dik il-persuna ġuridika mingħajr ma tapplika din id-Direttiva fejn ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmija fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) teżerċita kontroll konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti oħra fuq dik il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu fil-prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti; u

(c)

mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, meħtieġa minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif imsemmija fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) jeżerċitaw kontroll konġunt fuq persuna ġuridika fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfatti:

(i)

il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma magħmulin minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti kollha. Rappreżentanti individwali jistgħu jirrappreżentaw l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti kollha, jew diversi minnhom;

(ii)

dawk l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw konġuntament influwenza deċiżiva fuq l-għanijiet strateġiċi u d-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; u

(iii)

l-entità ġuridika kkontrollata ma jkollha l-ebda interessi li jmorru kontra dawk tal-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti ta’ kontroll.

4.   Kuntratt konkluż esklużivament bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew aktar kif imsemmi fil- punt (a) tal-Artikolu 7(1) ma jaqax fl-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti bl-għan li jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi li huma għandhom iwettqu jkunu pprovduti bil-ħsieb li jiksbu l-għanijiet li għandhom komuni;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hi rregolata unikament minn konsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-interess pubbliku; u

(c)

l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti jwettqu inqas minn 20 % tal-attivitajiet li jirrigwardaw il-kooperazzjoni;

5.   Sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwal tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u fil-punt (c) tal-paragrafu 4, għandu jiġi kkunsidrat il-fatturat totali medju jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħall-ispejjeż imġarrba mill-persuna ġuridika rilevanti, mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) fir-rigward tas-servizzi, il-provvisti u x-xogħlijiet għat-tliet snin qabel l-għoti ta’ konċessjoni.

Fejn, minħabba d-data li fiha nħolqot dik il-persuna ġuridika, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew ta’ meta bdew l-attivitajiet jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva bħall-ispejjeż, mhijiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew ma għadhiex rilevanti, għandu jkun biżżejjed li jintwera li l-kejl tal-attività huwa kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.

Taqsima III

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 18

Tul ta’ żmien tal-konċessjoni

1.   It-tul ta’ żmien tal-konċessjonijiet għandu jkun limitat. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tivvaluta t-tul ta’ żmien abbażi tax-xogħlijiet jew is-servizzi mitluba.

2.   Għal konċessjonijiet li jdumu aktar minn ħames snin, il-tul ta’ żmien massimu tal-konċessjoni m’għandux jeċċedi ż-żmien li konċessjonarju jista’ jkun mistenni jieħu biex jiġbor l-investimenti mwettqa fl-operazzjonijiet tax-xogħlijiet jew tas-servizzi flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq il-kapital investit b’kont meħud tal-investimenti li jkunu meħtieġa jiksbu l-objettivi kuntrattwali speċifiċi.

L-investimenti li jkunu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu għandhom jinkludu kemm l-investimenti inizjali kif ukoll dawk ta’ matul il-ħajja tal-konċessjoni.

Artikolu 19

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti biss għall-obbligi li ġejjin mill-Artikolu 31(3) u l-Artikoli 32, 46 u 47.

Artikolu 20

Kuntratti mħallta

1.   Konċessjonijiet li għandhom bħala s-suġġett tagħhom kemm xogħlijiet kif ukoll servizzi għandhom jingħataw f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip ta’ konċessjoni li jikkaretterizza s-suġġett prinċipali tal-kuntratt inkwistjoni.

Fil-każ ta’ konċessjonijiet imħallta li jikkonsistu parzjalment minn servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV u parzjalment minn servizzi oħra, is-suġġett prinċipali għandu jkun iddeterminat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi rispettivi jkun ogħla.

2.   Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari jkunu oġġettivament separabbli, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 u 4. Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari ma jkunux oġġettivament separabbli, għandu japplika l-paragrafu 5.

Fejn parti minn kuntratt partikolari tkun koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva.

Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, li waħda minnhom tkun soġġetta jew għall-Anness II ta’ din id-Direttiva jew għad-Direttiva 2014/25/UE, id-dispożizzjonijiet applikabbli għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/25/UE, rispettivament.

3.   Fil-każ ta’ kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom elementi koperti minn din id-Direttiva kif ukoll elementi oħra, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, din id-Direttiva għandha tapplika, dment li mhux previst mod ieħor fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 21, għall-kuntratt imħallat li jirriżulta, irrispettivament mill-valur tal-partijiet li b’mod ieħor kienu jaqgħu taħt sistema legali differenti u irrispettivament minn liema sistema legali dawk il-partijiet kienu b’mod ieħor ikunu soġġetti għaliha.

4.   Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li fihom elementi ta’ konċessjonijiet kif ukoll elementi ta’ kuntratti pubbliċi koperti mid-Direttiva 2014/24/UE jew kuntratti koperti mid-Direttiva 2014/25/UE, il-kuntratt imħallat għandu jingħata f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE jew mad-Direttiva 2014/25/UE rispettivament.

5.   Meta l-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari mhumiex oġġettivament separabbli, is-sistema legali applikabbli għandha tkun iddeterminata abbażi tas-suġġett prinċipali ta’ dak il-kuntratt.

Fil-każ li tali kuntratti jinvolvu kemm elementi ta’ konċessjoni ta’ servizzi kif ukoll ta’ kuntratt ta’ provvista, is-suġġett prinċipali għandu jiġi ddeterminat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi jew tal-provvisti rispettivi jkun l-ogħla.

Artikolu 21

Kuntratti ta’ akkwist imħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà

1.   Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li għandhom bħala s-suġġett tagħhom elementi ta’ konċessjoni koperta minn din id-Direttiva u akkwist jew elementi oħra koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE għandu japplika dan l-Artikolu.

Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, li waħda minnhom tkun soġġetta jew għall-Anness II ta’ din id-Direttiva jew għad-Direttiva 2014/25/UE, u attività oħra tkun koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, id-dispożizzjonijiet applikabbli għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/25/UE, rispettivament.

2.   Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari jkunu oġġettivament separabbli, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lill-partijiet separati jew li jagħtu kuntratt waħdieni.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin biex tiġi ddeterminata s-sistema legali applikabbli:

(a)

fejn parti minn kuntratt partikolari tkun koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jew partijiet differenti jkunu koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE u d-Direttiva 2009/81/KE rispettivament, il-kuntratt għandu jingħata mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi;

(b)

fejn parti minn kuntratt partikolari tkun koperta mid-Direttiva 2009/81/KE, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva jew f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE, dment li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi.

Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma għandhiex, madankollu, tittieħed biex teskludi kuntratti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

3.   Fejn l-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari mhumiex separabbli oġġettivament, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn huwa jinkludi elementi li għalihom japplika l-Artikolu 346 TFUE. Inkella l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tagħżel li tagħti kuntratt f’konformità ma’ din id-Direttiva jew f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE.

Artikolu 22

Kuntratti li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet oħra

1.   B’deroga mill-Artikolu 20, fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-finijiet ta’ kull attività separata jew li jagħtu kuntratt waħdieni. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt separat, id-deċiżjoni dwar liema regoli għandhom japplikaw għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-attività separata kkonċernata.

Minkejja l-Artikolu 20, fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu,. Madankollu, fejn waħda mill-attivitajiet ikkonċernati tkun koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva.

L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jew l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati m’għandhiex issir bl-għan li jiġi eskluż il-kuntratt jew il-kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2014/24/UE jew 2014/25/UE.

2.   Kuntratt li huwa maħsub li jkorpi diversi attivitajiet għandu jkun soġġett għar-regoli applikabbli għall-attività li għaliha huwa jkun maħsub prinċipalment.

3.   Fil-każ ta’ kuntratti li għalihom ikun oġġettivament impossibbli li jiġi ddeterminat għal liema attività huwa jkun maħsub prinċipalment, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati skont dan li ġej:

(a)

il-konċessjoni għandha tingħata f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha l-kuntratt ikun maħsub tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kontraenti u l-attività l-oħra tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva applikabbli għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti;

(b)

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha hu maħsub il-kuntratt tkun soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra għad-Direttiva 2014/24/UE;

(c)

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha huwa maħsub il-kuntratt hija soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra mhija soġġetta la għal din id-Direttiva, la għad-Direttiva 2014/24/UE u lanqas għad-Direttiva 2014/25/UE.

Artikolu 23

Konċessjonijiet li jkopru kemm attivitajiet imsemmijin fl-Anness II kif ukoll attivitajiet li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà

1.   Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-finijiet ta’ kull attività separata jew li jagħtu kuntratt waħdieni. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-attività separata kkonċernata.

Minkejja l-Artikolu 21, fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandu japplika l-paragrafi 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jew l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati madankollu m’għandhiex tittieħed bl-għan li kuntratt jew kuntratti jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

2.   Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin li jkopru attività li hija soġġetta għal din id-Direttiva u oħra li hija:

(a)

koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE; jew

(b)

soġġetta għad-Direttiva 2009/81/KE

l-entità kontraenti tista’:

(i)

tagħti kuntratt mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-każijiet imniżżlin taħt punt (a); jew

(ii)

tagħti kuntratt jew f’konformità ma’ din id-Direttiva jew f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE, fil-każijiet imniżżlin taħt punt (b). L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi u l-esklużjonijiet previsti mid-Direttiva 2009/81/KE.

Il-kuntratti msemmijin taħt punt (b), li jinkludu wkoll akkwist jew elementi oħra li huma koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jistgħu jingħataw mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu hija bil-kondizzjoni li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi u d-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma titteħidx għall-fini li kuntratt jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Taqsima IV

Sitwazzjonijiet Speċifiċi

Artikolu 24

Konċessjonijiet riżervati

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjoni għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew li jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-konċessjonijiet jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm mill-inqas 30 % tal-impjegati ta’dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew il-programmi ekonomiċi jkunu ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati. L-avviż tal-konċessjonijiet jew, fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi kif definiti fl-Artikolu 19, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel għandu jagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

Artikolu 25

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

1. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal konċessjonijiet ta’ servizzi għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp, li huma koperti mill-kodiċi CPV 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-benefiċċji jmorru esklużivament għand l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għall-użu tagħha fit-twettiq tan-negozju tagħha; u

(b)

is-servizz provdut ikun kompletament remunerat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

KAPITOLU II

Prinċipji

Artikolu 26

Operaturi ekonomiċi

1.   L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz rilevanti, m’għandhomx jiġu rrifjutati unikament minħabba r-raġuni li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.

Il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fl-applikazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mill-prestazzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.

2.   Il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta’ konċessjoni. Huma ma jistgħux jintalbu mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti biex ikollhom forma legali speċifika sabiex jippreżentaw offerta jew talba biex jipparteċipaw.

Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jikkjarifikaw fid-dokumenti tal-konċessjoni kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-istatus ekonomiku u finanzjarju jew tal-kapaċità teknika u professjonali msemmija fl-Artikolu 38 dment li dan ikun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u jkun proporzjonat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti. Kwalunkwe kondizzjoni għall-prestazzjoni ta’ konċessjoni minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u proporzjonati.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu lill-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi li jassumu forma ġuridika speċifika ladarba jkunu ngħataw il-kuntratt, sa fejn dik il-bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt.

Artikolu 27

Nomenklaturi

1.   Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest ta’ għoti ta’ konċessjonijiet għandha ssir billi jintuża l-‘Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV)’ kif adottat mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 sabiex tadatta l-kodiċi CPV msemmija f’din id-Direttiva, fejn bidliet fin-nomenklatura tas-CPV jkollhom jiġu riflessi f’din id-Direttiva u dment li ma jimplikawx modifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 28

Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f’din id-Direttiva jew fid-dritt nazzjonali li għaliha l-awtorità kontraenti tkun soġġetta, b’mod partikolari leġislazzjoni li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr ħsara għall-obbligi relatati mar-reklamar ta’ kuntratti ta’ konċessjoni mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 32 u 40, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti m’għandhiex tiżvela informazzjoni mgħoddija lilha minn operaturi ekonomiċi li huma indikaw bħala kunfidenzjali, inklużi, iżda mhux limitati għal, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.

Dan l-Artikolu m’għandux jimpedixxi l-iżvelar pubbliku tal-partijiet mhux kunfidenzjali tal-kuntratti konklużi, inkluża kwalunkwe bidla sussegwenti.

2.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ timponi fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li tipproteġi n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li hija tagħmel disponibbli permezz tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni.

Artikolu 29

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

1.   Ħlief fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi jkun obbligatorju skont l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 34, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu mezz ta’ komunikazzjoni wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin għall-iskambju tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni kollha:

(a)

mezzi elettroniċi;

(b)

posta jew fax;

(c)

komunikazzjoni bil-fomm, inkluż bit-telefon fir-rigward ta’ komunikazzjoni li mhijiex l-elementi essenzjali ta’ proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, u sakemm il-kontenut tal-komunikazzjoni bil-fomm jiġi dokumentat b’mod suffiċjenti fuq mezz durabbli;

(d)

twassil bl-idejn iċċertifikat b’konferma ta’ rċevuta.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni għal konċessjonijiet, u jmorru lil hinn mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 34.

2.   Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula għandhom ikunu ġeneralment disponibbli u mhux diskriminatorji, u m’għandhomx jirristrinġu l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċeduri tal-għoti tal-konċessjoni. L-għodod u t-tagħmir li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, għandhom ikunu interoperabbli mal-prodotti tat-teknoliġija ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni fl-użu ġenerali.

F’kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-data u l-kunfidenzjalità tal-applikazzjonijiet u tal-offerti jiġu ppreservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-applikazzjonijiet u l-offerti meta l-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tagħhom ikun skada u fl-ebda ħin ieħor.

TITOLU II

REGOLI DWAR L-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET:

PRINĊIPJI ĠENERALI, U GARANZIJI PROĊEDURALI

KAPITOLU I

Prinċipji ġenerali

Artikolu 30

Prinċipji ġenerali

1.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandu jkollha l-libertà li torganizza l-proċedura li twassal għall-għażla ta’ konċessjonarju soġġett għal konformità ma’ din id-Direttiva.

2.   It-tfassil tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni għandu jirrispetta l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3. B’mod partikolari matul il-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti m’għandhiex tipprovdi informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti lil xi kandidati jew offerenti vantaġġ fuq oħrajn.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adatti biex jiżguraw li fil-prestazzjoni ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, l-operaturi ekonomiċi jkunu konformi mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness X.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48 sabiex temenda l-lista fl-Anness X, fejn meħtieġ, biex iżżid ftehimiet internazzjonali ġodda li jkunu ġew ratifikati mill-Istati Membri kollha jew fejn il-ftehimiet internazzjonali eżistenti msemmija ma jibqgħux ratifikati mill-Istati Membri kollha jew li nbidlu b’xi mod ieħor, pereżempju fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-kontenut jew id-denominazzjoni tagħhom.

Artikolu 31

Avviżi ta’ konċessjonijiet

1.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jkunu jixtiequ jagħtu konċessjoni għandhom juru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż ta’ konċessjoni.

2.   Avviżi ta’ konċessjoni għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Anness V u, fejn adatt, kull informazzjoni oħra meqjusa utli mill-awtorità jew l-entità kontraenti, skont il-format tal-formoli standard.

3.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jkunu jixtiequ jagħtu konċessjoni għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn elenkati fl-Anness IV għandhom juru l-intenzjoni tagħhom ta’ għoti ta’ konċessjoni ppjanat permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ informazzjoni minn qabel. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti m’għandhomx ikunu meħtieġa jippubblikaw avviż ta’ konċessjoni fejn ix-xogħol u s-servizzi jkunu jistgħu jingħataw biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

l-għan tal-konċessjoni jkun il-ħolqien jew l-akkwist ta’ opra tal-arti jew prestazzjoni artistika unika;

(b)

in-nuqqas ta’ kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi;

(c)

l-eżistenza ta’ dritt esklużiv;

(d)

il-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u drittijiet esklużivi ħlief dawk definiti fil-punt (10) tal-Artikolu 5.

L-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhuwiex konsegwenza ta’ limitazzjoni artifiċjali fil-parametri tal-għoti ta’ konċessjoni.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti m’għandhiex tkun meħtieġa tippubblika avviż ta’ konċessjoni ġdid meta ma tkun ġiet preżentata l-ebda applikazzjoni jew l-ebda sejħa għal offerta jew l-ebda sejħa għal offerta adatta jew l-ebda applikazzjoni adatta bi tweġiba għal proċedura ta’ konċessjoni preċedenti, dment li l-kondizzjonijiet inizjali tal-kuntratt ta’ konċessjoni ma jinbidlux sostanzjalment u dment li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni meta hija titlob hekk;

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, offerta għandha titqies bħala li mhix adatta meta tkun irrelevanti għall-konċessjoni, filwaqt li b’mod ċar ma tkunx kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti kif speċifikati fid-dokumenti tal-konċessjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, applikazzjoni għandha titqies bħala mhux adatta:

(a)

fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista’ jiġi eskluż skont il-paragrafi 38(5) sa (9) jew ma jissodisfax il-kriterji ta’ għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti skont l-Artikolu 38(1);

(b)

fejn l-applikazzjonijiet jinkludu offerti li mhumiex adatti fit-tifsira tat-tieni subparagrafu.

Artikolu 32

Avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni

1.   Mhux aktar tard minn 48 jum wara l-għoti ta’ konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu, f’konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikolu 33, avviż tal-għoti ta’ konċessjoni dwar ir-riżultati tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni. Għal servizzi soċjali jew servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV, tali avviżi jistgħu, madankollu, jiġu raggruppati kull trimestru. F’dak il-każ, għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 48 jum minn tmiem kull trimestru.

2.   L-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VII, jew fir-rigward ta’ konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness IV, l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VIII, u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 33.

Artikolu 33

Forma u mod ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

1.   L-avviżi ta’ konċessjoni, l-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni u l-avviż imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Annessi V, VII u VIII u fil-format tal-formoli standard, inklużi formoli standard għall-korriġenda.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk il-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 50.

2.   L-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu, jintbagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati skont l-Anness IX. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti konferma lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, li tindika d-data tal-pubblikazzjoni li għandha tikkostitwixxi l-prova tal-pubblikazzjoni. L-avviżi għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu. L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-avviżi mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġġarrbu mill-Unjoni.

3.   L-avviżi ta’ konċessjoni għandhom jiġu ppubblikati sħaħ f’waħda jew aktar mil-lingiw uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif magħżul mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti. Dik il-verżjoni lingwistika jew dawk il-verżjonijiet lingwistiċi għandhom jikkostitwixxu l-uniku test awtentiku jew l-uniċi testi awtentiċi. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikat fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

4.   L-avviżi ta’ konċessjoni u l-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni m’għandhomx jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali qabel ma jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ħlief jekk il-pubblikazzjoni fil-livell tal-Unjoni ma sseħħx fi żmien 48 siegħa minn meta l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jikkonferma li rċieva l-avviż mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 2. L-avviżi ta’ konċessjoni u l-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni ppubblikati fil-livell nazzjonali m’għandux ikun fihom informazzjoni oħra minbarra dik fl-avviżi mibgħuta lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, iżda għandhom jindikaw id-data ta’ meta jintbagħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 34

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti ta’ konċessjoni

1.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom joffru b’mezzi elettroniċi aċċess sħiħ, dirett, mingħajr restrizzjonijiet u mingħajr ħlas għad-dokumenti ta’ konċessjoni mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ konċessjoni jew, fejn l-avviż tal-konċessjoni ma jkunx jinkludi l-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerti, mid-data li fiha tkun intbagħtet l-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerti. It-test tal-avviż ta’ konċessjoni jew ta’ dawn l-istediniet għandu jispeċifika l-indirizz tal-Internet li fuqu huma aċċessibbli d-dokumenti ta’ konċessjoni.

2.   Fejn, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, minħabba raġunijiet eċċezzjonali ta’ sigurtà jew tekniċi jew minħabba li n-natura partikolarment sensittiva tal-informazzjoni kummerċjali tirrikjedi livell għoli ħafna ta’ protezzjoni, l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-konċessjoni ma jkunx jista’ jiġi offrut, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta, li d-dokumenti tal-konċessjoni kkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra li mhumiex mezzi elettroniċi u l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti għandha tiġi estiża.

3.   Dment li jkunu ntalbu fi żmien tajjeb minn qabel, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jew id-dipartimenti kompetenti għandhom jipprovdu lill-applikanti jew lill-offerenti kollha li jipparteċipaw fil-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni informazzjoni addizzjonali relatata mad-dokumenti ta’ konċessjoni mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza ffissata għall-wasla tal-offerti.

Artikolu 35

Ġlieda kontra l-korruzzjoni u prevenzjoni ta’ konflitti ta’ interess

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti biex jieħdu miżuri adatti sabiex jiġġieldu l-frodi, il-favoritiżmu u l-korruzzjoni u biex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw konflitti ta’ interess li jirriżultaw fit-twettiq ta’ proċeduri tal-għoti ta’ konċessjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkun żgurat trattament ugwali għall-kandidati u l-offerenti kollha.

Il-kunċett ta’ konflitti ta’ interess għandu mill-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku jew interess personali ieħor li jista’ jitqies bħala li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni.

Fir-rigward tal-konflitti ta’ interess il-miżuri adottati m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jipprevjenu konflitt ta’ interess potenzjali jew jeliminaw konflitt ta’ interess identifikat.

KAPITOLU II

Garanziji proċedurali

Artikolu 36

Rekwiżiti tekniċi u funzjonali

1.   Ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa mix-xogħlijiet jew mis-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni. Huma għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-konċessjoni.

Dawk il-karatteristiċi jistgħu wkoll jirreferu għall-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew tal-forniment tax-xogħlijiet jew is-servizzi mitluba dment li huma jkunu marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonati għall-valur tiegħu u għall-objettivi tiegħu. Il-karatteristiċi jistgħu pereżempju jinkludu l-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, it-tfassil li jieħu kont tar-rekwiżiti kollha (inkluż aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà) u l-valutazzjoni tal-konformità, il-prestazzjoni, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi tal-ittestjar, l-immarkar u t-tikkettar, jew l-istruzzjonijiet għall-utent.

2.   Jekk ma jkunx iġġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali m’għandhomx jirreferu għal ditta jew sors speċifiku, jew għal proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew is-servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu ffavoriti jew eliminati ċerti impriżi jew ċerti prodotti. Tali referenza għandha tkun permessa, fuq bażi eċċezzjonali, meta ma tkunx possibbli deskrizzjoni biżżejjed preċiża u intelliġibbli tas-suġġett tal-kuntratt. Tali referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

3.   Awtorità kontraenti jew entità kontraenti m’għandhiex tiċħad offerta minħabba r-raġuni li x-xogħlijiet u s-servizzi offruti, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tekniċi u funzjonali li hi rreferiet għalihom, ladarba l-offerent juri bi kwalunkwe mezz xieraq li s-soluzzjonijiet li ppropona ssodisfaw b’mod ekwivalenti r-rekwiżiti tekniċi u funzjonali.

Artikolu 37

Garanziji proċedurali

1.   Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji tal-għotja stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti skont l-Artikolu 41 dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti, fejn applikabbli, mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti;

(b)

l-offerent ikun konformi mal-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 38(1);

(c)

l-offerent ma jkunx eskluż milli jipparteċipa fil-proċedura tal-għotja f’konformità mal-Artikolu 38(4) sa (7), u soġġett għall-Artikolu 38(9).

Ir-rekwiżiti minimi msemmijin fil-punt (a) għandhom jinkludu kondizzjonijiet u karatteristiċi (partikolarment tekniċi, fiżiċi, funzjonali u legali) li kwalunkwe sejħa għal offerti għandha tissodisfa jew ikollha.

2.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tipprovdi:

(a)

fl-avviż tal-konċessjoni, deskrizzjoni tal-konċessjoni u tal-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni;

(b)

fl-avviż tal-konċessjoni, fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta jew f’dokumenti oħra tal-konċessjoni, deskrizzjoni tal-kriterji tal-għotja u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu.

3.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tillimita l-għadd ta’ kandidati jew offerenti għal livell xieraq, bil-kondizzjoni li dan isir b’mod trasparenti u abbażi ta’ kriterji oġġettivi. L-għadd ta’ kandidati jew offerenti mistiedna għandu jkun biżżejjed biex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

4.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tikkomunika deskrizzjoni tal-organizzazzjoni prevista tal-proċedura u skadenza indikattiva għat-tlestija lill-parteċipanti kollha. Kwalunkwe modifika għandha tiġi kkomunikata lill-parteċipanti kollha u, jekk il-modifika tkun tikkonċerna elementi żvelati fl-avviż tal-konċessjoni, hija għandha tiġi rreklamata lill-operaturi ekonomiċi kollha.

5.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tipprevedi reġistrazzjoni xierqa tal-istadji tal-proċedura bl-użu tal-mezzi li hija tqis li jkunu xierqa, soġġett għal konformità mal-Artikolu 28(1).

6.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tagħmel negozjati mal-kandidati u l-offerenti. Is-suġġett tal-konċessjoni, il-kriterji tal-għotja u r-rekwiżiti minimi m’għandhomx jinbidlu matul in-negozjati.

Artikolu 38

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

1.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw il-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni relatati mal-kapaċità professjonali u teknika u l-istatus finanzjarju u ekonomiku tal-kandidati jew l-offerenti, abbażi ta’ awtodikjarazzjonijiet, referenza jew referenzi li għandhom jiġu ppreżentati bħala prova f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-avviż tal-konċessjoni li għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati għas-suġġett tal-konċessjoni. Il-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni għandhom ikunu relatati u proporzjonati għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-kapaċità tal-konċessjonarju li jwettaq il-konċessjoni, b’kont meħud tas-suġġett tal-konċessjoni u l-fini li tiżgura kompetizzjoni ġenwina.

2.   Bil-ħsieb li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1, operatur ekonomiku jista’, fejn xieraq u għal konċessjoni partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabtiet tiegħu magħhom. Fejn operatur ekonomiku jixtieq joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, huwa għandu jagħti prova lill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li ser ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, matul il-perijodu tal-konċessjoni, ir-riżorsi neċessarji, pereżempju, billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dak l-għan. Fir-rigward tal-qagħda finanzjarja, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli konġuntament għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

3.   Taħt l-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 26 jista’ jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

4.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni fejn huma jkunu stabbilixxew li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżijoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (28);

(b)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (29) u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/ĠAI (30), kif ukoll korruzjoni kif definita fil-liġi nazzjonali tal-awtorità jew l-entità kontraenti jew l-operatur ekonomiku;

(c)

frodi fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (31);

(d)

reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/JHA (32) rispettivament, jew inċitazzjoni, għajnuna jew tixwix jew tentattivi għal twettiq ta’ reat, kif spjegat fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas;

(e)

ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33).

(f)

tħaddim tat-tfal u forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34).

L-obbligu li operatur ekonomiku jiġi eskluż għandu japplika wkoll fejn il-persuna kkundannata b’sentenza definittiva tkun membru tal-korp amministrattiv, ta’ tmexxija jew ta’ superviżjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku jew li għandu setgħat ta’ rappreżentazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fi ħdanu.

Entitajiet kontraenti oħra mhux imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni fejn ikunu konxji li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

5.   Awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom jeskludu l-operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni fejn ikunu konxji li l-operatur ekonomiku ma jkunx issodosfa l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u fejn dan ġie stabbilit b’deċiżjoni ġurddizzjarja jew amministrattiva li jkollha effett finali u vinkolanti skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn ikun stabbiliti jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) jistgħu jeskludu jew jintalbu mill-Istati Membri biex jeskludu milli jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni operatur ekonomiku li l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun tista’ turi b’mezzi adatti li l-operatur ekonomiku ma jkunx issodisfa obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

Dan il-paragrafu m’għandux japplika aktar meta operatur ekonomiku jkun issodisfa l-obbligi tiegħu billi ħallas jew daħal fi ftehim vinkolanti bil-ħsieb li jitħallsu t-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali debiti, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe interess akkumulat jew multi.

6.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu deroga mill-esklużjoni obbligatorja prevista fil-paragrafi 4 u 5, fuq bażi eċċezzjonali, għal raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku bħas-saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu deroga mill-esklużjoni obbligatorja prevista fil-paragrafu 5, fejn esklużjoni tkun b’mod ċar sproporzjonata, b’mod partikolari fejn ammonti żgħar biss ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jkunux tħallsu jew fejn l-operatur ekonomiku kien informat bl-ammont eżatt dovut wara li kiser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u f’dan il-perijodu ma kellux il-possibbiltà li jieħu miżuri kif previst fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 qabel l-iskadenza tal-perijodu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu.

7.   L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jintalbu minn Stat Membru biex jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta’ konċessjoni kwalunkwe operatur ekonomiku jekk tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn ikun jista’ jintwera bi kwalunkwe mezz adatt kwalunkwe ksur tal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 30(3).

(b)

fejn l-operatur ekonomiku jkun fallut jew ikun soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, fejn l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn ikun daħal f’arranġament ma’ kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jkunu sospiżi jew huwa jkun qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’, iżda, tiddeċiedi li ma teskludihx jew hija tkun rikjesta mill-Istat Membru biex ma teskludix operatur ekonomiku li jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ hawn fuq fejn hija tkun stabbilixxiet li l-operatur ekonomiku inkwistjoni ser ikun jista’ jwettaq il-konċessjoni, b’kont meħud tar-regoli u l-miżuri nazzjonali applikabbli dwar il-kontinwità tan-negozju fil-każ ta’ dawk is-sitwazzjonijiet;

(c)

fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi bi kwalunkwe mezz adatt li l-operatur ekonomiku jkun ħati ta’ miskondotta professjonali serja, li titfa’ dubji fuq l-integrazzjoni tiegħu;

(d)

fejn konflitt ta’ interess fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 35, ma jkunx jista’ jiġi rimedjat b’mod effettiv bi kwalunkwe miżura oħra inqas intrusiva;

(e)

fejn l-awtorità kontraenti għandha indikazzjonijiet plawżibbli biżżejjed biex tikkonkludi li l-operatur ekonomiku ikun daħal fi qbil ma’ operaturi ekonomiċi oħrajn bl-għan li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(f)

fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fil-prestazzjoni ta’ rekwiżit sostantiv taħt konċessjoni preċedenti jew kuntratt preċedenti ma’ awtorità kontraenti jew ma’ entità kontraenti kif definit f’din id-Direttiva jew fid-Direttiva 2014/25/UE li wassal għat-terminazzjoni antiċipata ta’ dan il-kuntratt preċedenti, penali jew sanzjonijiet komparabbli;

(g)

fejn l-operatur ekonomiku kien ħati ta’ rappreżentazzjoni qarrieqa serja fl-għoti tal-informazzjoni rikjesta għall-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni jew biex jiġu sodisfatti l-kriterji ta’ selezzjoni, ikun żamm tali informazzjoni jew ma jistax jippreżenta d-dokumenti meħtieġa għas-sostenn ta’ tali informazzjoni;

(h)

fejn l-operatur ekonomiku ikun ħa azzjoni biex jinfluwenza b’mod mhux xieraq il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, biex jakkwista informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta’ għoti ta’ konċessjoni jew biex deliberatament jagħti informazzjoni qarrieqa li jista’ jkollha influwenza materjali fuq deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-esklużjoni, is-selezzjoni jew l-għoti;

(i)

fil-każ ta’ konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà kif imsemmijin fid-Direttiva 2009/81/KE, fejn l-operatur ekonomiku jkun instab, abbażi ta’ kwalunkwe mezz ta’ evidenza, inklużi sorsi ta’ data protetta, li ma kellux l-affidabbiltà meħtieġa biex jiġu evitati riskji għas-sigurtà tal-Istat Membru.

8.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) għandhom, fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, jeskludu operatur ekonomiku meta jirriżulta li l-operatur ekonomiku inkwistjoni jkun, fir-rigward ta’ atti mwettqa jew li tħallew barra, sew jekk qabel kif ukoll jekk matul il-proċedura, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jiġu mitluba mill-Istati Membri biex jeskludu operatur ekonomiku fejn jirriżulta li l-operatur ekonomiku inkwistjoni jkun, fir-rigward ta’ atti mwettqa jew li tħallew barra, sew jekk qabel kif ukoll jekk matul il-proċedura, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 u fil-paragrafu 7.

9.   Kwalunkwe operatur ekonomiku li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 7 jista’ jipprovdi evidenza, bil għan li l-miżuri meħudin mill-operatur ekonomiku jkunu biżżejjed biex juru l-affidabbiltà tiegħu minkejja l-eżistenza tar-raġuni għall-esklużjoni rilevanti. Jekk tali evidenza titqies li hija suffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat m’għandux ikun eskluż mill-proċedura.

Għal din il-fini, l-operatur ekonomiku għandu juri li hu ħallas jew impenja ruħu li jikkumpensa għal kwalunkwe dannu maħluq mir-reat kriminali jew mill-kondotta ħażina, li ċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi u li ħa miżuri konkreti tekniċi, organizzattivi u tal-persunal li huma xierqa sabiex jipprevjenu reati kriminali jew kondotta ħażina ulterjuri. Il-miżuri meħuda mill-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu evalwati billi jieħdu kont tal-gravità u ċ-ċirkostanzi partikolari tar-reat kriminali jew tal-kondotta ħażina. Fejn il-miżuri huma meqjusa bħala insuffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jirċievi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

Operatur ekonomiku li jkun ġie eskluż b’sentenza definittiva milli jipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist jew ta’ għoti ta’ konċessjoni m’għandux ikun intitolat li jagħmel użu mill-possibbiltà prevista taħt dan il-paragrafu matul il-perijodu ta’ esklużjoni li jirriżulta minn dik is-sentenza fl-Istati Membri fejn is-sentenza tkun effettiva.

10.   Permezz ta’ dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva u b’kont meħud tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw, il-kondizzjonijiet implimentattivi ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, huma għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu tal-esklużjoni jekk ma ttieħdet l-ebda miżura, kif speċifikat fil-paragrafu 9 mill-operatur ekonomiku biex juri l-kredibbiltà tiegħu. Fejn il-perijodu ta’ esklużjoni ma jkunx ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali, dak il-perijodu m’għandux ikun itwal minn ħames snin mid-data tal-kundanna bis-sentenza finali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 4 u tliet snin mid-data tal-avveniment rilevanti fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 7.

Artikolu 39

Limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni

1.   Meta jistipulaw il-limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet jew ta’ offerti, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu kont b’mod partikolari tal-kumplessità tal-konċessjoni u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti jew tal-applikazzjonijiet mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien minimi stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Fejn l-applikazzjonijiet jew l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara fis-sit jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti li jsostnu d-dokumenti ta’ għoti tal-konċessjoni, il-limiti ta’ żmien għall-wasla tal-applikazzjonijiet għall-konċessjoni jew għall-wasla tal-offerti, għandhom jiġu ffissati sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru konxji dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jipproduċu l-applikazzjonijiet jew l-offerti u, fi kwalunkwe eventwalità għandhom ikunu itwal mil-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.

3.   Il-limitu ta’ żmien minimu għall-wasla tal-applikazzjonijiet irrispettivament minn jekk dawn jinkludux l-offerti għall-konċessjoni, għandu jkun 30 jum mid-data li fiha jkun intbagħat l-avviż għall-konċessjoni.

4.   Fejn il-proċedura sseħħ fi stadji suċċessivi l-limitu minimu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti inizjali għandu jkun ta’ 22 jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta.

5.   Il-limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jista’ jitnaqqas b’ħamest ijiem fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 29.

Artikolu 40

Għoti ta’ informazzjoni lill-kandidati u lill-offerenti

1.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha, mill-aktar fis possibbli, tinforma lil kull kandidat u offerent bid-deċiżjonijiet meħuda rigward l-għoti ta’ konċessjoni, inkluż isem l-offerent magħżul, ir-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni jew l-offerta tiegħu u r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li ma jingħatax kuntratt li għalih kien hemm pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ konċessjoni jew li terġa’ tinbeda l-proċedura.

Barra minn hekk, fuq talba tal-parti kkonċernata, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha, mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ talba bil-miktub, tinforma lil kwalunkwe offerent li jkun għamel offerta ammissibbli dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula

2.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tiddeċiedi li żżomm ċerta informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, rigward il-kuntratt, meta l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jimpedixxi l-infurzar tal-liġi, b’xi mod ieħor imur kontra l-interess pubbliku jew jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi, sew jekk privati kif ukoll jekk pubbliċi, jew jista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejn dawn l-operaturi.

Artikolu 41

Kriterji tal-għoti

1.   Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 u li jiżguraw li l-offerti jiġu vvalutati f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva biex jiġi identifikat vantaġġ ekonomiku ġenerali għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

2.   Il-kriterji ta’ għoti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni, u m’għandhomx jikkonferixxu libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti. Dawn jistgħu jinkludu, fost oħrajn, kriterji ambjentali, soċjali jew relatati mal-innovazzjoni.

Dawk il-kriterji għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi vverifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti.

L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandhom jivverifikaw jekk l-offerti jissodisfawx b’mod adatt il-kriterji tal-għoti.

3.   L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha telenka l-kriterji f’ordni dekrexxenti ta’ importanza.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tirċievi offerta li tipproponi soluzzjoni innovattiva b’livell eċċezzjonali ta’ prestazzjoni funzjonali li ma setgħetx tiġi prevista minn awtorità jew entità kontraenti diliġenti, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’, b’mod eċċezzjonali, timmodifika l-ordni ta’ prevalenza tal-kriterji tal-għoti biex jittieħed kont ta’ dik is-soluzzjoni innovativa. F’dak il-każ, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tinforma lill-offerenti kollha dwar il-modifika tal-ordni ta’ prevalenza u għandha toħroġ stedina ġdida għall-preżentazzjoni ta’ offerti, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien minimi msemmija fl-Artikolu 39(4). Fejn il-kriterji tal-għoti jkunu ġew ippubblikati fil-ħin tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tippubblika konċessjoni ġdida, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien minimi msemmijin fl-Artikolu 39(3).

Il-modifika fl-ordni ta’ prevalenza m’għandhiex twassal għal diskriminazzjoni.

TITOLU III

REGOLI DWAR IL-PRESTAZZJONI TA’ KONĊESSJONIJIET

Artikolu 42

Subkuntrattar

1.   L-osservanza tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 30(3) mis-subkuntratturi għandha tiġi żgurata permezz ta’ azzjoni adatta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaġixxu fi ħdan l-ambitu tar-responsabbiltà u l-mandat tagħhom.

2.   Fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru biex titlob lill-offerent jew lill-applikant biex jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-konċessjoni li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala subkuntratt lil partijiet terzi u jindika kwalunkwe subkuntrattur propost. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-konċessjonarju prinċipali.

3.   Fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u fir-rigward ta’ servizzi li għandhom jiġu pprovduti fil-faċilità taħt is-sorveljanza tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti, wara l-għoti tal-konċessjoni u mhux aktar tard minn meta l-prestazzjoni tal-konċessjoni tibda, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha titlob lill-konċessjonarju jindika lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u r-rappreżentanti legali tas-subkuntratturi tiegħu, involuti f’tali xogħlijiet u servizzi, sa fejn dawn ikunu magħrufa f’dak il-mument. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha titlob lill-konċessjonarju biex jgħarrafha bi kwalunkwe tibdil f’dik l-informazzjoni matul il-konċessjoni kif ukoll bl-informazzjoni meħtieġa għal kwalunkwe subkuntrattur ġdid li huwa jinvolvi sussegwentement f’tali xogħlijiet jew servizzi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu direttament fuq il-konċessjonarju l-obbligu li jagħti l-informazzjoni rikjesta.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi m’għandhomx japplikaw għal fornituri.

L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jestendu jew jistgħu jkunu meħtieġa minn Stati Membri biex jestendu l-obbligi previsti fl-ewwel subparagrafu għal pereżempju:

(a)

konċessjonijiet ta’ servizzi oħra minbarra dawk li jikkonċernaw servizzi li jingħataw fil-faċilitajiet taħt is-sorveljanza tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti jew għal fornituri involuti f’konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi;

(b)

subkuntratturi tas-subkuntratturi tal-konċessjonarju jew aktar ‘l isfel fil-katina tas-subkuntrattar.

4.   Bl-għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 30(3), jistgħu jittieħdu miżuri adatti, bħal:

(a)

Fejn id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-subkuntratturi u l-konċessjonarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li r-regoli rilevanti jiġu applikati f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3).

(b)

L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jivverifikaw jew jistgħu jintalbu minn Stati Membri biex jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni ta’ subkuntratturi skont l-Artikolu 38(4) sa (10). F’tali każijiet, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha titlob lill-operatur ekonomiku biex jibdel subkuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika wriet li hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni. L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tintalab minn Stat Membru biex titlob lill-operatur ekonomiku biex jibdel subkuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika wriet li hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli aktar stretti dwar ir-responsabilità skont id-dritt nazzjonali.

6.   L-Istati Membri li jkunu għażlu li jipprevedu miżuri skont il-paragrafi 1 u 3 għandhom, bil-liġi, b’regolament jew b’dispożizzjonijiet amministrattivi oħra u filwaqt li jikkunsidraw il-liġi tal-Unjoni, jispeċifikaw il-kondizzjonijiet implimentattivi għal dawk il-miżuri. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikabbiltà tagħhom, pereżempju fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti, ċerti kategoriji ta’ awtoritajiet kontraenti, entitajiet kontraenti jew operaturi ekonomiċi jew fir-rigward ta’ ċerti ammonti.

Artikolu 43

Modifika tal-kuntratti matul it-terminu tagħhom

1.   Il-konċessjonijiet jistgħu jiġu modifikati mingħajr proċedura ġdida tal-għoti ta’ konċessjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur monetarju tagħhom, ikunu ġew previsti fid-dokumenti tal-konċessjoni inizjali bi klawżoli ċari, preċiżi u inekwivoċi, li jistgħu jinkludu klawżoli ta’ reviżjoni tal-valur, jew għażliet. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikkjaraw l-ambitu u n-natura ta’ modifiki jew għażliet possibbli kif ukoll il-kondizzjonijiet kif dawn jistgħu jintużaw. Huma m’għandhomx jipprevedu modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura globali tal-konċessjoni;

(b)

għal xogħlijiet jew servizzi addizzjonali mill-konċessjonarju oriġinali li jkunu saru neċessarji u li ma kinux inklużi fil-konċessjoni inizjali fejn il-bidla tal-konċessjonarju:

(i)

ma tistax issir għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi bħalma huma r-rekwiżiti ta’ interkambjalità jew interoperabbiltà ma’ tagħmir, servizzi jew installazzjonijiet eżistenti akkwistati taħt il-konċessjoni inizjali; u

(ii)

tkun tikkawża inkonvenjenza sinifikanti jew dupplikazzjoni sostanzjali ta’ spejjeż għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

Madankollu, fil-każ ta’ konċessjonijiet mogħtija minn awtorità kontraenti, għall-finijiet li titkompla attività li mhix waħda minn dawk imsemmija fl-Anness II, kwalunkwe żieda fil-valur ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 50 % tal-valur tal-konċessjoni oriġinali. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, dik il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki konsekuttivi ma għandomx ikunu mmirati lejn iċ-ċirkomvenzjoni ta’ din id-Direttiva;

(c)

fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-ħtieġa għal modifika seħħet minħabba ċirkostanzi li awtorità kontraenti jew entità kontraenti diliġenti ma setgħetx tbassar;

(ii)

il-modifika ma tibdilx in-natura inġenerali tal-konċessjoni;

(iii)

fil-każ ta’ konċessjonijiet mogħtija minn awtorità kontraenti, għall-finijiet li titkompla attività li mhix waħda minn dawk imsemmija fl-Anness II, kwalunkwe żieda fil-valur ma tistax tkun ta’ aktar minn 50 % tal-valur tal-konċessjoni oriġinali. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, din il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki konsekuttivi ma għandomx ikunu mmirati lejn iċ-ċirkomvenzjoni ta’ din id-Direttiva;

(d)

fejn konċessjonarju ġdid jibdel lill-konċessjonarju li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun inizjalment tat il-konċessjoni bħala konsegwenza ta’:

(i)

klawżola ta’ reviżjoni jew għażla inekwivoka f’konformità mal-punt (a);

(ii)

suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-konċessjonarju inizjali, wara ristrutturar korporattiv, inkluż teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni u akkwist jew insolvenza, ta’ operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva stabbiliti inizjalment, dment li dan ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħra għall-kuntratt u ma jkunx immirat lejn iċ-ċirkomvenzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; jew

(iii)

fil-każ li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti nnifisha tassumi l-obbligi tal-konċessjonarju prinċipali fir-rigward tas-subkuntratturi tiegħu fejn din il-possibbiltà tkun prevista fil-leġislazzjoni nazzjonali;

(e)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, ma jkunux sostanzjali fis-sens tal-paragrafu 4.

L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw konċessjoni fil-każijiet stabbiliti taħt punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż għal dak l-effett f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tali avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XI u għandu jiġi ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 33.

2.   Barra minn hekk, u mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 4 jkunux sodisfatti, il-konċessjonijiet jistgħu wkoll jiġu mmodifikati mingħajr il-ħtieġa ta’ proċedura ġdida għall-għoti ta’ konċessjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn il-valur tal-modifika jkun inqas mill-valuri li ġejjin:

(i)

il-limitu stabbilit fl-Artikolu 8; u

(ii)

10 % tal-valur tal-konċessjoni inizjali.

Madankollu, il-modifika ma tibdilx in-natura globali tal-konċessjoni. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi.

3.   Għall-fini tal-kalkolu tal-valur imsemmi fil-paragrafu 2 u fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, il-valur aġġornat għandu jkun il-valur ta’ referenza meta l-konċessjoni tkun tinkludi klawżola ta’ indiċjar. Jekk il-konċessjoni ma tinkludix klawżola ta’ indiċjar, il-valur aġġornat għandu jiġi kkalkolat b’kont meħud tal-inflazzjoni medja fl-Istat Membru tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti.

4.   Modifika ta’ konċessjoni matul it-terminu tagħha għandha titqies li hija sostanzjali skont it-tifsira ta’ punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-konċessjoni materjalment differenti fil-karattru minn dik inizjalment konkluża. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies li hija sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni inizjali, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ applikanti oħra minbarra dawk inizjalment magħżula, jew għall-aċċettazzjoni ta’ offerta minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni;

(b)

il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-konċessjoni favur il-konċessjonarju b’tali mod li ma kienx previst fil-konċessjoni inizjali;

(c)

il-modifika testendi l-ambitu tal-konċessjoni b’mod konsiderevoli;

(d)

fejn konċessjonarju ġdid jibdel lill-konċessjonarju li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kienet inizjalment tat il-konċessjoni f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt punt (d) tal-paragrafu 1.

5.   Proċedura ġdida għall-għoti ta’ konċessjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva għandha tintalab għal modifiki oħra tad-dispożizzjonijiet ta’ konċessjoni matul it-terminu tagħha minbarra dawk previsti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 44

Terminazzjoni ta’ konċessjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà skont il-kondizzjonijiet determinati mid-dritt nazzjonali applikabbli, li jitterminaw konċessjoni matul it-terminu tagħha, fejn tiġi sodisfatta waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun saret modifika tal-konċessjoni li tkun teħtieġ proċedura ġdida ta’ għoti ta’ konċessjoni skont l-Artikolu 43;

(b)

il-konċessjonarju kien, fil-ħin tal-għoti tal-konċessjoni, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 38(4) u għalhekk kellu jiġi eskluż mill-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni;

(c)

fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssib li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati minħabba l-fatt li awtorità kontraenti jew entità kontraenti li tappartjeni għal dak l-Istat Membru tkun tat il-konċessjoni inkwistjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi tagħha skont it-Trattati u din id-Direttiva.

Artikolu 45

Monitoraġġ u rappurtar

1.   Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni korretta u effikaċi b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas il-kompiti stipulati f’dan l-Artikolu jitwettqu minn awtorità jew struttura waħda jew aktar. Huma għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-awtoritajiet u l-istrutturi kompetenti kollha għal dawn il-kompiti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tar-regoli għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjonijiet tiġi mmonitorjata. Fejn l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ monitoraġġ jidentifikaw ksur speċifiku bħal frodi, korruzzjoni, konflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra, jew problemi sistemiċi, huma għandhom jingħataw is-setgħa biex jindikaw dak il-ksur jew dawk il-problemi lill-awtoritajiet ta’ verifika, lill-qrati jew lit-tribunali nazzjonali jew lil awtoritajiet jew strutturi adegwati oħra, bħall-ombudsman, il-parlamenti nazzjonali jew kumitati tagħhom.

3.   Ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi xierqa ta’ informazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’, l-aktar kull tliet snin, titlob lill-Istati Membri biex jibagħtu lill-Kummissjoni rapport ta’ monitoraġġ li jkopri, ħarsa ġenerali tal-kawżi l-aktar frekwenti ta’ applikazzjoni skorretta tar-regoli għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjonijiet, inklużi każijiet possibbli ta’ frodi u aġir illegali ieħor.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjonijiet tkun disponibbli mingħajr ħlas biex tassisti lill-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti u lill-operaturi ekonomiċi fl-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-Unjoni.

TITOLU IV

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 89/665/KEE U 92/13/KEE

Artikolu 46

Emendi għad-Direttiva 89/665/KEE

Id-Direttiva 89/665/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1 il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), sakemm tali kuntratti ma jkunx esklużi skont l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 11, 12, 15, 16, 17 u 37 ta’ dik id-Direttiva.

Din id-Direttiva tapplika wkoll għal konċessjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, imsemmija fid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), sakemm dawn il-konċessjonijiet ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 10, 11, 12, 17 u 25 ta’ dik id-Direttiva.

Il-kuntratti skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti pubbliċi, ftehimiet ta’ qafas, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi u sistemi dinamiċi ta’ xiri.’

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, għar-raġuni li dawn id-deċiżjonijiet ikunu kisru l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.

(*)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65)."

(**)  Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1)”;"

(2)

Fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara d-deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jekk jintużaw fax jew mezzi elettroniċi, jew jekk jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jew mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data tal-wasla tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.”;

(b)

fir-raba’ subparagrafu, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

sommarju tar-raġunijiet rilevanti, kif jinsabu fl-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, soġġett għall-Artikolu 55(3) ta’ dik id-Direttiva, jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għall-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva u,”

(3)

l-Artikolu 2b, huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu:

(i)

il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

jekk id-Direttiva 2014/24/UE jew, fejn rilevanti, id-Direttiva 2014/23/UE ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;”;

(ii)

il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

fil-każ ta’ kuntratt ibbażat fuq ftehim qafas kif previst fl-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/24/UE u fil-każ ta’ kuntratt speċifiku bbażat fuq sistema dinamika ta’ akkwist kif previst fl-Artikolu 34 ta’ dik id-Direttiva.”;

(b)

fit-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż għandhom jinbidlu b’li ġej:

“—

ikun hemm ksur tal-punt (c) tal-Artikolu 33(4) jew tal-Artikoli 34(6) tad-Direttiva 2014/24/UE, u

il-valur tal-kuntratt ikun stmat li huwa ugwali għal jew jaqbeż illimiti massimi stabbiliti fl Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE.”

(4)

Fl-Artikolu 2c, il-kliem “Direttiva 2004/18/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/24/UE jew Direttiva 2014/23/UE”;

(5)

L-Artikolu 2d għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1:

(i)

il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

jekk l-awtorità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan ikun permissibbli skont id-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE”;

(ii)

fil-punt (b) il-kliem “Direttiva 2004/18/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/24/UE jew Direttiva 2014/23/UE”;

(b)

fil-paragrafu 4, l-ewwel inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

“—

l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa permissibbli skont id-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE,”

(c)

fil-paragrafu 5, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt ikun skont il-punt (c) tal-Artikolu 33(4) jew l-Artikoli 34(6) tad-Direttiva 2014/24/UE,”

(6)

Fl-Artikolu 2f(1), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum ta’ wara d-data li fiha:

l-awtorità kontraenti ppubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt skont l-Artikoli 50 u 51 tad-Direttiva 2014/24/UE jew skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2014/23/UE, sakemm dan l-avviż jinkludi ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew

l-awtorità kontraenti infurmat lill-offerenti u lill-kandidati konċernati dwar il-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm din l-informazzjoni jkun fiha sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif jinsabu fl-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, soġġett għall-Artikolu 55(3) ta’ dik id-Direttiva jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għall-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva. Din l-għażla tapplika wkoll għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2b(c) ta’ din id-Direttiva. Din l-għażla tapplika wkoll għall-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b ta’ din id-Direttiva”;

(7)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni tista’ tinvoka l-proċedura prevista fil-paragrafi 2 sa 5 meta, qabel ma jiġi konkluż kuntratt, tqis li sar ksur serju tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku matul il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE.”.

Artikolu 47

Emendi għad-Direttiva 92/13/KEE

Id-Direttiva 92/13/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), sakemm tali kuntratti ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 18 sa 24, 27 sa 30, 34 jew 55 ta’ dik id-Direttiva.

Il-kuntratti fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti ta’ provvista, ta’ xogħol u ta’ servizzi, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi, ftehim qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri.

Din id-Direttiva tapplika wkoll għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti, imsemmija fid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****) ta’..dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni sakemm dawn il-kuntratti ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 10, 12, 13, 14, 16, 17, u 25 ta’ dik id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE, deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, fuq il-bażi li tali deċiżjonijiet jiksru l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.

(***)  Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)."

(****)  Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).”;"

(2)

L-Artikolu 2a, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara d-deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jekk jintużaw fax jew mezzi elettroniċi, jew jekk jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha tintbagħat id-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lill-offerenti u lill-kandidati konċernati jew mill-inqas 10 ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data tal-wasla tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.”;

(b)

fir-raba’ subparagrafu, l-ewwel inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

“—

sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif jinsabu fl-Artikolu 75(2) tad-Direttiva 2014/25/UE, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 75(3) ta’ dik id-Direttiva jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva, u”

(3)

l-Artikolu 2b huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu:

(i)

il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

‘(a)

jekk id-Direttiva 2014/25/UE jew, fejn rilevanti, id-Direttiva 2014/23/UE ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;”

(ii)

il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

fil-każ ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri kif previst fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2014/25/UE.”

(b)

fit-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż huma mibdula minn dan li ġej:

“—

ikun hemm ksur tal-Artikolu 52(6) tad-Direttiva 2014/25/UE, u

il-valur tal-kuntratt ikun stmat li huwa ugwali għal jew jaqbeż illimiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE.”

(4)

Fl-Artikolu 2c, il-kliem “Direttiva 2004/17/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/25/UE jew Direttiva 2014/23/UE”

(5)

L-Artikolu 2d għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1,

(i)

punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

jekk l-entità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan ikun permissibbli skont id-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE”;

(ii)

fil-punt (b), il-kliem “Direttiva 2004/17/KE” għandhom jinbidlu bil-kliem “Direttiva 2014/25/UE jew Direttiva 2014/23/UE”;

(b)

fil-paragrafu 4, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

l-entità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa permissibbli skont id-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE,”;

(c)

fil-paragrafu 5, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

l-entità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt huwa f’konformità mal-Artikoli 52(6) tad-Direttiva 2014/25/UE,”

(6)

Fl-Artikolu 2f(1), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum ta’ wara d-data li fiha:

l-awtorità kontraenti ppubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt skont l-Artikoli 70 u 71 tad-Direttiva 2014/25/UE jew skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2014/23/UE, sakemm dan l-avviż jinkludi ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-entità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew

l-entità kontraenti informat lill-offerenti u lill-kandidati kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm din l-informazzjoni jkun fiha sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 75(2) ta’ 2014/25/UE soġġett għall-Artikolu 75(3) ta’ dik id-Direttiva jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(2) ta’ dik id-Direttiva. Din l-għażla tapplika wkoll għall-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2b ta’ din id-Direttiva;”;

(7)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni tista’tinvoka l-proċedura prevista fil-paragrafi 2 sa 5 meta, qabel ma jiġi konkluż kuntratt, tqis li sar ksur serju tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist matul il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE, jew f’relazzjoni mal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2014/25/UE fil-każ ta’ entitajiet kontraenti li għalihom tapplika dik id-dispożizzjoni”.

TITOLU V

SETGĦAT DELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 48

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 7(3), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 30(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mis-17 ta’ April 2014.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7(3), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 30(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikat f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 30(4) għandu jidħol fis-seħħ biss fejn ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u l-anqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn (2) min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu ta’ żmien għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 49

Proċedura ta’ urġenza

1.   Atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw ladarba ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(5). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni għal oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 50

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE (35). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 51

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-18 ta’ April 2016. Huma għandhom jikkomunikaw it-test tagħhom lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma se jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 52

Dispożizzjonijiet transitorji

Referenzi għall-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/17/KE u għall-Artikolu 1(3) u (4) u t-Titolu III tad-Direttiva 2004/18/KE għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 53

Monitoraġġ u rappurtar

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern, partikolarment fir-rigward ta’ fatturi bħall-għoti ta’ kuntratti transkonfinali u l-ispejjeż tat-transazzjonijiet, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 8 u tirraporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019. L-adegwatezza tal-livell tal-limiti għandha tiġi eżaminata fil-kuntest ta’ negozjati skont il-FAP b’kont meħud tal-impatt tal-inflazzjoni u l-ispejjeż tat-transazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli u adatt, tikkunsidra li tissuġġerixxi żieda tal-ammonti limiti applikabbli taħt il-FAP matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss.

Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti massimi applikabbli taħt il-FAP, ir-rapport għandu, fejn dan ikun xieraq, ikun segwit minn proposta leġiżlattiva li temenda l-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern tal-esklużjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 b’kont meħud tal-istrutturi speċifiċi tas-settur tal-ilma, u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2021, u kull ħames snin wara dan, abbażi tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jipprovdu f’konformità mal-Artikolu 45(3).

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tar-reviżjoni imwettqa f’konformità mar-raba’ paragrafu disponibbli pubblikament.

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-għoti ta’ konċessjonijiet offruti jew mogħtija qabel is-17 ta’ April 2014.

Artikolu 55

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 84.

(2)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 49.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014.

(4)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(5)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(6)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(7)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(8)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(9)  Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3).

(10)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(11)  Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).

(12)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(13)  Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (Ara paġna 243 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(14)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

(15)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(16)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33).

(17)  Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14).

(18)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(19)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(20)  Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(21)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (Ara paġna 243 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(22)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

(23)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti b’azzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(24)  Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).

(25)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(26)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(27)  Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).

(28)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(29)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(30)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(31)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

(32)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(33)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(34)  Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Direttiva Kwadru tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(35)  Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi (ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15).


ANNESS I

LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (7) TAL-ARTIKOLU 5  (1)

Rev. 1 (2)

Kodiċi CPV

TAQSIMA F

KOSTRUZZJONI

Diviżjoni

Grupp

Klassi

Suġġett

Noti

45

 

 

Kostruzzjoni

Din id-diviżjoni tinkludi:

— Kostruzzjoni ta’ bini ġdid u xogħlijiet, restawrar u tiswijiet komuni.

45000000

 

45,1

 

Preparazzjoni tas-sit

 

45100000

 

 

45,11

Demolizzjoni u tifrik ta’ bini; ċaqliq ta’ terrepien

Din il-klassi tinkludi:

demolizzjoni ta’ bini u strutturi oħrajn,

tindif ta’ siti ta’ bini,

skavar, mili ta’ art, livellar u gradazzjoni ta’ siti ta’ kostruzzjoni, tħaffir ta’ trinek, tneħħija ta’ blat, sparar ta’ furnelli, eċċ.

preparazzjoni tas-sit għat-tħaffir tal-minjieri,

tneħħija tal-materjal tal-wiċċ u żviluppi u preparamenti oħrajn ta’ proprjetajiet u siti minerali.

Din il-klassi tinkludi wkoll:

drenaġġ tas-sit tal-bini,

drenaġġ ta’ art agrikola jew imsaġġra.

45110000

 

 

45,12

Tħaffir u titqib bi prova

Din il-klassi tinkludi:

tħaffir bi prova, titqib bi prova u teħid ta’ kampjuni għal skopijiet ta’ kostruzzjoni, ġeofiżiċi, ġeoloġiċi jew simili.

Din il-klassi teskludi:

tħaffir ta’ bjar tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass, ara 11.20,

tħaffir ta’ bjar tal-ilma, ara 45.25,

tħaffir ta’ xaftijiet, ara 45.25,

esplorazzjoni ta’ baċir taż-żejt u tal-gass, stħarriġ ġeofiżiku, ġeoloġiku u siżmiku, ara 74.20.

45120000

 

45,2

 

Bini ta’ kostruzzjonijiet sħaħ jew partijiet tagħhom; inġinerija ċivili

 

45200000

 

 

45,21

Kostruzzjoni ġenerali tal-bini u xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili

Din il-klassi tinkludi:

kostruzzjoni tat-tipi kollha ta’ bini — kostruzzjonijiet ta’ inġinerija ċivili,

pontijiet, inklużi dawk għal awtostradi elevati, vijadotti, mini u passaġġi taħt it-triq,

linji ta’ pajpijiet fit-tul, linji tal-komunikazzjoni u tal-enerġija,

linji ta’ pajpijiet urbani, linji urbani ta’ komunikazzjoni u tal-enerġija,

xogħlijiet urbani anċillari,

assemblaġġ u twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati fuq is-sit.

Din il-klassi teskludi:

attivitajiet ta’ servizz inċidentali għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, ara 11.20,

twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati sħaħ minn partijiet awtomanifatturati mhux tal-konkrit, ara d-diviżjonijiet 20, 26 u 28,

xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra, ara 45.23,

installazzjonijiet ta’ bini, ara 45.3,

kompletar ta’ bini, ara 45.4,

attivitajiet arkitettoniċi u ta’ inġinerija, ara 74.20,

ġestjoni ta’ proġetti għal kostruzzjoni, ara 74.20.

45210000

Ħlief:

– 45213316

45220000

45231000

45232000

 

 

45,22

Immuntar ta’ kisi u oqfsa ta’ bjut

Din il-klassi tinkludi:

bini ta’ bjut,

kisi ta’ bjut,

issiġillar mill-ilma.

45261000

 

 

45,23

Kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, ajruporti u faċilitajiet sportivi

Din il-klassi tinkludi:

kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, toroq prinċipali u mogħdijiet oħra għall-vetturi u għall-mixi,

kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija,

kostruzzjoni ta’ runways għall-ajruplani,

xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra,

żbigħ ta’ marki fuq uċuh tat-toroq u parkeġġi tal-karozzi.

Din il-klassi teskludi:

ċaqliq preliminari ta’ terrapien, ara 45.11.

45212212 u DA03

45230000

ħlief:

– 45231000

– 45232000

– 45234115

 

 

45,24

Kostruzzjoni ta’ proġetti tal-ilma

Din il-klassi tinkludi

kostruzzjoni ta’: — mogħdijiet tal-ilma, xogħlijiet f’portijiet u xmajjar, portijiet tad-divertiment (marini), mekkaniżmi tad-diżlivelli fix-xmajjar, eċċ.,

digi,

tħammil,

xogħol taħt il-wiċċ.

45240000

 

 

45,25

Xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni li jinvolvi snajja’ speċjali

Din il-klassi tinkludi:

attivitajiet ta’ kostruzzjoni li jispeċjalizzaw f’aspett wieħed komuni għal tipi differenti ta’ strutturi, li jeħtieġu sengħa jew apparat speċjalizzat,

kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż tismir ta’ pilastri fl-art,

tħaffir u kostruzzjoni ta’ bjar tal-ilma, tħaffir ta’ xaftijiet,

twaqqif ta’ elementi tal-azzar mhux awtomanifatturati,

tagħwiġ tal-azzar,

tqegħid ta’ brikks u ssettjar ta’ ġebel,

scaffolds u armar u żmontar ta’ pjattaformi tax-xogħol, inkluż kiri ta’ scaffolds u pjattaformi tax-xogħol,

twaqqif ta’ ċmieni u fran industrijali.

Din il-klassi teskludi:

kiri of scaffolds mingħajr armar u żmontar, ara 71.32

45250000

45262000

 

45,3

 

Installazzjoni ta’ bini

 

45300000

 

 

45,31

Installazzjoni ta’ wajers u attrezzaturi tal-elettriku

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

wajers u attrezzaturi tal-elettriku,

sistemi tat-telekomunikazzjoni,

sistemi ta’ tisħin bl-elettriku,

antenni u aerials residenzali,

sistemi ta’ allarm tan-nirien,

sistemi ta’ allarm kontra s-serq,

liftijiet u eskalejters,

kalamiti tas-sajjetti, eċċ.

45213316

45310000

Ħlief:

– 45316000

 

 

45,32

Attivitajiet ta’ xogħol ta’ iżolament

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ iżolament għas-sħana, il-ħsejjes jew il-vibrazzjoni.

Din il-klassi teskludi:

issiġillar mill-ilma, ara 45.22.

45320000

 

 

45,33

Tagħmir idrawliku

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

tagħmir idrawliku u sanitarju,

attrezzaturi tal-gass,

tagħmir u tubi għat-tisħin, il-ventilazzjoni, ir-refriġerazzjoni jew l-ikkondizzjonar tal-arja,

sistemi ta’ tbexxix.

Din il-klassi teskludi:

installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin bl-elettriku, ara 45.31.

45330000

 

 

45,34

Installazzjonijiet oħra f’bini

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ sistemi ta’ illuminazzjoni u sinjalar għal toroq, ferroviji, ajruporti u portijiet,

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ attrezzaturi u montaġġi mhux klassifikati xi mkien ieħor

45234115

45316000

45340000

 

45,4

 

Kompletar ta’ bini

 

45400000

 

 

45,41

Kisi

Din il-klassi tinkludi:

applikazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ kisi jew tikħil ta’ ġewwa u ta’ barra, inkluż materjal tal-injam relatat.

45410000

 

 

45,42

Installazzjonijiet mill-mastrudaxxa

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ bibien, twieqi, ċaċċiż tal-bibien u tat-twieqi, kċejjen tal-qies, turġien, armaturi tal-ħwienet u ħwejjeġ simili, mhux awtomanifatturati, tal-injam jew ta’ materjal ieħor,

kompletar ta’ ġewwa bħal soffitti, kisjiet tal-injam tal-ħitan, ħitan diviżorji mobbli, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

it-tqegħid ta’ parkett u kisi ieħor tal-injam tal-art, ara 45.43.

45420000

 

 

45,43

Kisi tal-art u l-ħitan

Din il-klassi tinkludi:

tqegħid, kisi bil-madum, dendil jew immontar f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

madum tal-ħitan jew tal-art taċ-ċeramika, tal-konkrit jew tal-ġebel maqtugħ,

parkett u kisi ieħor tal-art bl-injam, tapiti u kisi tal-art bil-linolju,

inkluż tal-gomma jew tal-plastik,

kisi tal-art jew tal-ħitan bit-terrazzo, l-irħam, il-granit jew bil-lavanja,

karti tal-ħitan.

45430000

 

 

45,44

Żebgħa u tqegħid ta’ ħġieġ

Din il-klassi tinkludi:

żebgħa minn ġewwa u minn barra ta’ bini,

żebgħa ta’ strutturi tal-inġinerija ċivili,

installazzjoni ta’ ħġieġ, mirja, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

installazzjoni ta’ twieqi, ara 45.42.

45440000

 

 

45,45

Kompletar ta’ bini ieħor

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ pixxini tal-għawm privati,

tindif bil-fwar, sand blasting u attivitajiet similari fuq barra tal-bini,

kompletar ieħor ta’ bini u xogħol ta’ rfinar mhux klassifikat xi mkien ieħor

Din il-klassi teskludi:

tindif min ġewwa ta’ bini u strutturi oħra, ara 74.70.

45212212 u DA04

45450000

 

45,5

 

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew tad-demolizzjoni bl-operatur

 

45500000

 

 

45,50

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew tad-demolizzjoni bl-operatur

Din il-klassi teskludi:

kiri ta’ makkinarju u apparat għal kostruzzjoni jew demolizzjoni mingħajr operaturi, ara 71.32.

45500000


(1)  Fil-każ ta’ differenza fl-interpretazzjoni bejn is-CPV u n-NACE, tapplika n-nomenklatura tas-CPV.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).


ANNESS II

ATTIVITAJIET EŻERĊITATI MINN ENTITAJIET KONTRAENTI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirregolaw konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti għandhom japplikaw għall-attivitajiet li ġejjin:

1.

Fir-rigward tal-gass u t-tisħin:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ gass jew tisħin;

(b)

il-provvista ta’ gass jew tisħin lil dawn in-netwerks.

Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) ta’ gass jew tisħin lil netwerks fissi m’għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(i)

il-produzzjoni ta’ gass jew tisħin minn dik l-entità kontraenti hija l-konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mit-twettiq ta’ attività apparti dawk imsemmija f’dan il-paragrafu jew fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Anness;

(ii)

il-provvista lin-netwerk pubbliku għandha l-għan biss li tisfrutta ekonomikament dik il-produzzjoni u tammonta għal mhux aktar minn 20 % tal-fatturat ta’ dik l-entità kontraenti abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “provvista” tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ gass. Madankollu, il-produzzjoni ta’ gass fil-forma ta’ estrazzjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Anness.

2.

Fir-rigward tal-elettriku:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni tal-elettriku;

(b)

il-provvista tal-elettriku lil dawk in-netwerks fissi.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-provvista tal-elettriku tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ elettriku.

Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4 (1) tal-elettriku lin-netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku m’għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

il-produzzjoni tal-elettriku minn dik l-entità kontraenti sseħħ minħabba li l-konsum tiegħu huwa meħtieġa għat-twettieq ta’ attività oħra minbarra dawk imsemmija f’dan il-paragrafu jew fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Anness

(b)

il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraenti stess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ enerġija ta’ dik l-entità kontraenti, abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

3.

Attivitajiet li għandhom x ‘jaqsmu mal-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, sistemi awtomatizzati, bit-trammijiet, trolley bus, karozza tal-linja jew kejbil.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi tat-trasport, netwerk għandu jiġi kkunsidrat li hu stabbilit fejn is-servizz ikun ipprovdut f’kondizzjonijiet ta’ tħaddim preskritti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, bħal kondizzjonijiet fuq ir-rotot li għandhom jiġu servuti, il-kapaċità li għandha tkun disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz.

4.

Attivitajiet marbuta mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-fini ta’ forniment ta’ ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet terminali oħrajn lill-operaturi tal-ajru, tal-baħar jew fuq l-ilmijiet interni.

5.

Attivitajiet relatati mal-forniment ta’:

(a)

servizzi postali;

(b)

servizzi oħra għajr servizzi postali, bil-kondizzjoni li dawn is-servizzi huma pprovduti minn entità li tipprovdi wkoll servizzi postali skont it-tifsira tal-punt (ii) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u dment li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE ma jkunux sodisfatti fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-punt (ii) tat-tieni subparagrafu.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/67/KE:

(i)

“oġġett postali”: tfisser oġġett indirizzat fil-forma finali li fiha għandu jinġarr, irrispettivament mit-toqol. Minbarra l-oġġetti ta’ korrispondenza, dawn l-oġġetti jinkludu wkoll pereżempju kotba, katalogi, gazzetti, perjodiċi u pakketti postali li jkun fihom merkanzija b’valur kummerċjali jew mingħajru, irrispettivament mit-toqol;

(ii)

“servizzi postali”: tfisser servizzi li jikkonsistu fil-ġbir, l-issortjar, il-ħruġ u t-tqassim ta’ oġġetti postali. Dan għandu jinkludi kemm is-servizzi li jaqgħu fi ħdan, kif ukoll is-servizzi li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizz universali stabbilit f’konformità mad-Direttiva 97/67/KE;

(iii)

“servizzi oħra għajr servizzi postali”: tfisser servizzi pprovduti fl-oqsma li ġejjin:

servizzi ta’ ġestjoni tas-servizzi tal-posta (servizzi li jseħħu kemm qabel kif ukoll wara d-dispaċċ, inklużi “servizzi ta’ ġestjoni tal-kamra tal-posta”),

servizzi li jikkonċernaw oġġetti postali li mhumiex inklużi fil-punt (a), bħall-posta diretta mhux immarkata b’indirizz,

6.

Attivitajiet marbuta mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-fini ta’:

(a)

estrazzjoni ta’ żejt jew gass;

(b)

esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’ faħam jew fjuwils solidi oħra.


ANNESS III

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 7(3)

Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi m’għandhomx jikkostitwixxu “drittijiet speċjali jew esklużivi” fis-sens ta’ din id-Direttiva. Dan li ġej jelenka proċeduri, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel, għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni li ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklużivi” fis-sens ta’ din id-Direttiva:

(a)

L-għoti ta’ awtorizzazzjoni sabiex jitħaddmu installazzjonijiet tal-gass naturali skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(b)

Awtorizzazzjoni jew stedina għal offerti għall-kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet ġodda tal-produzzjoni elettrika f’konformità mad-Direttiva 2009/72/KE;

(ċ)

L-għoti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE, ta’ awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ servizz postali li mhuwiex jew li m’għandux jiġi riżervat;

(d)

Proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-issoktar ta’ attività li tinvolvi l-isfruttar ta’ idrokarburi f’konformità mad-Direttiva 94/22/KE;

(e)

Kuntratti ta’ servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’karozzi tal-linja, trammijiet, ferrovija jew metro, li ngħataw abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti f’konformità mal-Artikolu 5(3) tiegħu, dment li t-tul tagħhom jikkonforma mal-Artikolu 4(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament.


ANNESS IV

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19

Deskrizzjoni

Kodiċi CPV

79611000-0; 75200000-8; 75231200-6; 75231240-8; 79622000-0 [Servizzi ta’ provvista ta’ persunal ta’ għajnuna domestika]; 79624000-4 [Servizzi ta’ provvista ta’ persunal infermiera] u 79625000-1 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal mediku]minn 85000000-9 sa 85323000-9; 85143000-3,

98133100-5, 98133000-4 u 98200000-5 u 98500000-8 [Djar privati b’persuni impjegati] u 98513000-2 sa 98514000-9 [Servizzi ta’ xogħol manwali ġewwa djar, Servizzi ta’ persunal ta’ aġenzija għal djar, Servizzi ta’ persunal klerikali għal djar, Persunal temporanju ġewwa djar, Servizzi ta’ għajnuna fid-dar u Servizzi domestiċi],

Saħħa, servizzi soċjali u servizzi relatati

85321000-5 u 85322000-2, 75000000-6 [Servizzi ta’ amministrazzjoni, difiża u sigurtà soċjali], 75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80000000-4 Servizzi tal-edukazzjoni u t-taħriġ sa 80660000-8; minn 92000000-1 sa 92342200-2; minn 92360000-2 sa 92700000-8;

79950000-8 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet, fieri u kungressi], 79951000-5 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ seminars], 79952000-2 [Servizzi ta’ avvenimenti], 79952100-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali], 79953000-9 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ festivals], 79954000-6 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ parties], 79955000-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet tal-moda], 79956000-0 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ fieri u wirjiet]

Servizzi amministrattivi, soċjali, edukattivi, tal-kura tas-saħħa u kulturali

75300000-9

Servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorja (1)

75310000-2, 75311000-9, 75312000-6,

75313000-3, 75313100-4, 75314000-0,

75320000-5, 75330000-8, 75340000-1

Servizzi ta’ benefiċċju

98000000-3; 98120000-0; 98132000-7; 98133110-8 and 98130000-3

Servizzi oħra komunitarji, soċjali u personali inkluż servizzi mogħtija minn sindakati, organizzazzjonijiet politiċi, assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u servizzi oħra ta’ organizzazzjoni bi sħubija.

98131000-0

Servizzi reliġjużi

55100000-1 sa 55410000-7; 55521000-8 sa 55521200-0

[55521000-8 Servizzi tal-ikel għal djar privati, 55521100-9

Servizzi ta’ “meals-on-wheels”, 55521200-0 Servizzi ta’ kunsinna ta’ ikliet].

55520000-1 Servizzi tal-ikel, 55522000-5 Servizzi tal-ikel għal intrapriżi tat-trasport, 55523000-2 Servizzi tal-ikel għal intrapriżi oħra jew istituzzjonijiet oħra, 55524000-9 Servizzi tal-ikel għall-iskejjel

55510000-8 Servizzi ta’ kantin, 55511000-5 Servizzi ta’ kantin u ta’ kafetteriji bi klijentela ristretta, 55512000-2 Servizzi ta’ ġestjoni ta’ kantin, 55523100-3 Servizzi ta’ ikliet għall-iskejjel

Servizzi ta’ lukandi u ristoranti

79100000-5 sa 79140000-7; 75231100-5;

Servizzi legali, sa fejn mhumiex esklużi b’segwitu għall-Artikolu 10(8)(d)

75100000-7 sa 75120000-3; 75123000-4; 75125000-8 sa75131000-3

Servizzi amministrattivi oħra u servizzi tal-gvern

75200000-8 sa 75231000-4

Forniment ta’ servizzi lill-komunità

75231210-9 sa75231230-5; 75240000-0 sa75252000-7; 794300000-7; 98113100-9

“Servizzi relatati ma’ ħabsijiet, servizzi ta’ sigurtà pubblika u ta’ salvataġġ, sa fejn mhumiex esklużi skont il-punt (g) tal-Artikolu 10(8)”

79700000-1 sa 79721000-4 [Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà, Servizzi ta’ sigurtà, Servizzi ta’ monitoraġġ ta’ sistemi tal-allarm, Servizzi ta’ għassa, Servizzi ta’ sorveljanza, Servizzi ta’ sistemi ta’ traċċar, Servizzi ta’ traċċar ta’ min jaħrab mill-ġustizzja, Servizzi ta’ pattulja, Servizzi ta’ rilaxx ta’ beġġ ta’ identifikazzjoni, Servizzi ta’ investigazzjoni u Servizzi ta’ aġenziji tal-investigaturi]

79722000-1[Servizzi ta’ grafoloġija], 79723000-8 [Servizzi tal-analiżi tal-iskart]

Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà.

64000000-6 [Servizzi postali u tat-telekomunikazzjoni], 64100000-7 [Servizzi ta’ posta u courier], 64110000-0 [Servizzi postali], 64111000-7 [Servizzi postali marbuta ma’ gazzetti u perjodiċi], 64112000-4 [Servizzi postali marbuta ma’ ittri], 64113000-1 [Servizzi postali marbuta ma’ pakketti], 64114000-8 [Servizzi minn wara l-bank f’uffiċċju tal-posta], 64115000-5 [Kiri ta’ kaxxa tal-ittri], 64116000-2 [Servizzi post-restante], 64122000-7 [Servizzi interni ta’ posta u messaġġiera għall-uffiċini]

Servizzi Postali

50116510-9 [Servizzi ta’ ffurmar mill-ġdid tat-tajers], 71550000-8 [Servizzi ta’ ħaddied]

Servizzi oħrajn

98900000-2 [Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u korpi ekstraterritorjali] u 98910000-5 [Servizzi speċifiċi għal organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali]

Servizzi internazzjonali


(1)  Dawn is-servizzi mhumiex koperti bid-Direttiva preżenti meta jiġu organizzati bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. L-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħra bħala servizzi ta’ interess ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali.


ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 31

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2.

Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

3.

Jekk l-applikazzjonijiet għandu jkun fihom offerti, l-indirizz elettroniku jew tal-Internet fejn id-dokumenti tal-konċessjoni ser ikunu disponibbli għal aċċess bla restrizzjoni, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas. Meta aċċess bla restrizzjoni, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas ma jkunx disponibbli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.

4.

Deskrizzjoni tal-konċessjoni: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi, l-ordni tal-kobor jew il-valur indikattiv, u, fejn possibbli, it-tul tal-kuntratt. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn ikun adatt, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjonijiet.

5.

Kodiċi CPV. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

6.

Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tat-twettiq fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizz; fejn il-konċessjoni hija maqsuma f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott.

7.

Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

(a)

fejn ikun adatt, indikazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix ristretta għal workshops imkennija, jew jekk l-eżekuzzjoni tagħha hix ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,

(b)

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-forniment tas-servizz huwiex riżervat minn dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva għal professjoni partikolari; referenza għad-dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva rilevanti,

(c)

lista u deskrizzjoni qasira tal-kriterji ta’ elezzjoni fejn applikabbli; livell(i) minimu/i ta’ standards li possibbilment ikunu meħtieġa; indikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa (awtodikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni),

8.

Limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet jew il-wasla tal-offerti.

9.

Il-kriterji li ser jiġu applikati fl-għoti tal-konċessjoni meta ma jidhrux f’dokumenti tal-konċessjoni oħra.

10.

Data ta’ meta jintbagħat l-avviż.

11.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn ikun il-każ, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar l-iskadenza biex jitressqu appelli jew, jekk ikun meħtieġ, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

12.

Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-konċessjoni hu soġġett għalihom.

13.

L-indirizz fejn l-applikazzjonijiet jew l-offerti għandhom jintbagħtu.

14.

Fejn adatt, indikazzjoni tar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet relatati mal-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

15.

Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.

16.

Għal konċessjonijiet tax-xogħlijiet, indikazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hijiex koperta mill-FAP.


ANNESS VI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F’AVVIŻI TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL DWAR KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 31(3)

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2.

Fejn ikun adatt, l-indirizz elettroniku jew tal-internett fejn l-ispeċifikazzjonijiet u kwalunwe dokumenti ta’ sostenn ikunu disponibbli.

3.

Tip ta’ awtorità kontraenti jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

4.

Kodiċi CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

5.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ forniment jew prestazzjoni ta’ servizz tal-konċessjonijiet,

6.

Deskrizzjoni tas-servizzi, l-ordni indikattiva tal-kobor jew il-valur.

7.

Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.

8.

Fejn japplika, l-iskadenza/i biex jiġu kkuntattjati l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti bl-għan ta’ parteċipazzjoni.

9.

Fejn japplika, deskrizzjoni qasira tal-elementi prinċipali tal-proċedura tal-għoti li għandhom jiġu applikati.

10.

Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti..


ANNESS VII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET, KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS u, fejn adatt, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2.

Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

3.

Kodiċi CPV.

4.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tat-twettiq fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizz;

5.

Deskrizzjoni tal-konċessjoni: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi, it-tul tal-kuntratt. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn ikun adatt, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjonijiet.

6.

Deskrizzjoni tal-proċedura tal-għoti użata, fil-każ ta’ għoti mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, ġustifikazzjoni.

7.

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 41 li ntużaw għall-għoti tal-konċessjoni jew il-konċessjonijiet.

8.

Id-data tad-deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet tal-għoti tal-konċessjoni.

9.

L-għadd ta’ offerti li waslu fir-rigward ta’ kull għotja, inkluż:

(a)

l-għadd ta’ offerti li waslu mingħand operaturi ekonomiċi li huma impriżi żgħar u medji;

(b)

in-numru ta’ offerti li waslu minn barra l-pajjiż;

(ċ)

l-għadd ta’ offerti li waslu b’mod elettroniku.

10.

Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS u fejn applikabbli, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-offerenti li ntgħażlu, inkluża:

(a)

informazzjoni dwar jekk l-offerent li ntgħażel huwiex impriża żgħira u medja;

(b)

informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni ngħatatx lil konsorzju.

11.

Valur u t-termini finanzjarji prinċipali tal-konċessjoni mogħtija, inkluż

(a)

prezzijiet tat-tariffi u l-imposti, jekk jeżistu;

(b)

premjijiet u ħlasijiet, jekk jeżistu;

(ċ)

kwalunkwe dettall ieħor relatat mal-valur tal-konċessjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8(3).

12.

Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.

13.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward id-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni

14.

Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea relevanti għall-konċessjoni(jiet) irreklamati f’dan l-avviż.

15.

Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

16.

Metodu użat biex jiġi kkalkultat il-valur stmat tal-konċessjoni, jekk mhux speċifikat f’dokumenti oħra tal-konċessjoni f’konformità mal-Artikolu 8.

17.

Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.


ANNESS VIII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONI LI JIRRIGWARDAW KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U OĦRAJN SPEĊIFIĊI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 32

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, fejn applikabbli, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2.

Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

3.

Kodiċi CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

4.

Indikazzjoni sommarju tas-suġġett tal-konċessjoni.

5.

L-għadd ta’ offerti rċevuti.

6.

Il-valur tal-offerta magħżula, inkluż it-tariffi u l-prezzijiet.

7.

Isem u indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, in-numru tat-telefown, in-numru tal-fax, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi magħżula.

8.

Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.


ANNESS IX

KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI

1.   Pubblikazzjoni ta’ avviżi

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 31 u 32 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati f’konformità mar-regoli li ġejjin:

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 31 u 32 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti lill-awtorità jew l-entità kontraenti l-konferma msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.   Il-format u l-proċeduri sabiex jintbagħtu avviżi b’mod elettroniku

Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-Internet ‘http://simap.europa.eu’.


ANNESS X

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET SOĊJALI U AMBJENTALI INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 30(3)

 

Konvenzjoni tal-ILO 87 dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall- Organizzazzjoni;

 

Konvenzjoni tal-ILO 98 dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv;

 

Konvenzjoni tal-ILO 29 dwar ix-Xogħol Furzat;

 

Konvenzjoni tal-ILO 105 dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat;

 

Konvenzjoni tal-ILO 138 dwar l-Età Minima;

 

Konvenzjoni tal-ILO 111 dwar id-Diskriminazzjoni (Impjieg u Xogħol);

 

Konvenzjoni tal-ILO 100 dwar Remunerazzjoni Ugwali;

 

Konvenzjoni tal-ILO 182 dwar l-Agħar Forom ta’ Tħaddim tat-Tfal;

 

Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll tagħha ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

 

Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll taċ-Ċaqliq Transkonfinali tal-Iskart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Basel);

 

Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar it-Tniġġis Organiku Persistenti (il-Konvenzjoni POPs ta’ Stokkolma);

 

Konvenzjoni dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Sustanzi Kimiċi li Jagħmlu Ħsara u Pestiċidi fil-Kummerċ Internazzjonali (UNEP/FAO) (Il-Konvenzjoni PIC) u t-tliet Protokolli reġjonali tagħha.


ANNESS XI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TA’ MODIFIKI TA’ KONĊESSJONI MATUL IT-TERMINU TAGĦHA SKONT L-ARTIKOLU 43

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

2.

Kodiċi CPV,

3.

Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tat-twettiq ta’ konċessjonijiet ta’ servizz,

4.

Deskrizzjoni tal-konċessjoni qabel u wara l-modifika: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi.

5.

Fejn ikun applikabbli, il-modifika tal-valur tal-konċessjoni, inkluż żieda fil-prezzijiet jew tariffi kkawżati mill-modifika.

6.

Deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li rrendew meħtieġa l-modifika.

7.

Id-data tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-konċessjoni.

8.

Fejn ikunu applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi l-ġodda.

9.

Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.

10.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, in-numru tal-faks u l-indirizz elettroniku tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

11.

Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) kkonċernat(i) minn dan l-avviż.

12.

Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

13.

Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.


28.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/65


DIRETTIVA 2014/24/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn jew f’isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi, kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta’ akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawk il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni.

(2)

L-akkwist pubbliku għandu rwol ċentrali fl-istrateġija Ewropa 2020, stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (“Strateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”), bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom jiġu riveduti u modernizzati sabiex tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, tiġi ffaċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) fl-akkwist pubbliku u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-għanijiet soċjali komuni. Hemm bżonn ukoll li jiġu ċċarati ideat u kunċetti bażiċi sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Meta tkun qed tiġi implimentata din id-Direttiva, għandu jittieħed kont tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (6), b’mod partikolari f’rabta mal-għażla tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, speċifiċitajiet tekniċi, kriterji ta’ għoti u kondizzjonijiet tat-twettiq tal-kuntratt.

(4)

Il-forom dejjem aktar varji ta’ azzjoni pubblika jeħtieġu definizzjoni aktar ċara tal-kunċett ta’ akkwist innifsu; madankollu dik il-kjarifika ma għandhiex twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva meta jitqabbel ma’ dak tad-Direttiva 2004/18/KE. Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwisti pubbliċi mhumiex maħsuba li jkopru kull forma ta’ ħlas ta’ fondi pubbliċi, iżda dawk biss immirati lejn l-akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi għal konsiderazzjoni permezz ta’ kuntratt pubbliku. Għandu jkun ikkjarifikat li dawn l-akkwisti ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi għandhom ikunu soġġett għal din id-Direttiva sew jekk ikunu implimentati permezz ta’ xiri, kiri jew forom kuntrattwali oħrajn.

Il-kunċett ta’ akkwist għandu jiġi interpretat fis-sens wiesa’ tal-kisba tal-benefiċċji tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi inkwistjoni, li ma jeħtiġux neċessarjament trasferiment tas-sjieda lill-awtoritajiet kontraenti. Barra minn hekk, il-finanzjament sempliċi, b’mod partikolari permezz ta’ għotjiet, ta’ attività, li ta’ spiss hu marbut mal-obbligu tar-rimborż tal-ammonti li jkunu ngħataw meta dawn ma jintużawx għall-finijiet maħsuba, normalment ma jaqax fl-ambitu tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Bl-istess mod, is-sitwazzjonijiet fejn l-operaturi kollha li jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet huma intitolati jwettqu kompitu speċifiku, mingħajr ebda selettività, bħall-għażla tal-konsumatur u sistemi ta’ skemi ta’ kupuni, ma għandhomx jitqiesu bħala akkwist iżda sempliċement skemi ta’ awtorizzazzjoni (pereżempju liċenzji għal mediċini jew servizzi mediċi).

(5)

Għandu jiġi mfakkar li xejn f’din id-Direttiva ma jobbliga lill-Istati Membri li għandhom jagħtu b’kuntratt jew jesternalizzaw il-forniment ta’ servizzi li jixtiequ jipprovdu huma stess jew li jorganizzaw b’mezzi oħra minbarra l-kuntratti pubbliċi skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva. Ma għandux ikun kopert, il-forniment tas-servizzi bbażat fuq il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti ta’ impjiegi. F’xi Stati Membri, dan jista’ pereżempju jkun il-każ għal ċerti servizzi amministrattivi u governattivi bħal servizzi eżekuttivi u leġislattivi jew il-forniment ta’ ċerti servizzi lill-komunità, bħal servizzi tal-affarijiet barranin jew servizzi ġuridiċi jew servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorji.

(6)

Huwa wkoll xieraq li jiġi mfakkar li din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri.Lanqas m’għandha tittratta l-liberalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, riservat għall-entitajiet pubbliċi jew privati, u lanqas m’għandha tittratta l-privatizzazzjoni tal-entitajiet pubbliċi li jipprovdu s-servizzi.

Għandu jiġi mfakkar bl-istess mod li l-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħra bħal servizzi postali jew bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali jew taħlita tagħhom. Huwa adatt li jiġi ċċarat li servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali ma għandhomx jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(7)

Fl-aħħar, għandu jiġi mfakkar li din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jiddefinixxu, f’konformità mad-Dritt tal-Unjoni, servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u l-karatteristiċi tas-servizz li għandu jiġi pprovdut, inkluż kwalunkwe kondizzjonijiet dwar il-kwalità tas-servizz, sabiex jiġu segwiti l-objettivi tal-politika pubblika tagħhom. Din id-Direttiva għandha tkun ukoll mingħajr preġudizzju għas-setgħa ta’ awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdu, servizzi ta’ kummissjoni u finanzi ta’ interess ekonomiku ġenerali f’konformità mal-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26 dwar Servizzi ta’ Interess Ġenerali anness għat-TFUE u għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tittrattax il-finanzjament tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew is-sistemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam soċjali, skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(8)

Kuntratt għandu jitqies biss bħala kuntratt għal xogħlijiet pubbliċi jekk is-suġġett tiegħu jkopri speċifikament l-eżekuzzjoni ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness II, anke jekk il-kuntratt ikopri l-għoti ta’ servizzi oħra meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dawk l-attivitajiet. Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, b’mod partikolari fil-qasam tas-servizzi ta’ ġestjoni ta’ proprjetà, jistgħu, f’ċerti ċirkostanzi, jinkludu xogħlijiet. Madankollu, sa fejn dawk ix-xogħlijiet ikunu inċidentali għas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, u jkunu konsegwenza possibli tagħhom jew komplimentari għalihom, il-fatt li dawk ix-xogħlijiet huma inklużi fil-kuntratt ma jiġġustifikax il-kwalifika tal-kuntratt pubbliku ta’ servizzi bħala kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet.

Madankollu, fid-dawl tad-diversità tal-kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li kuntratti għad-disinn u l-eżekuzzjoni ta’ xogħol jingħataw separatament jew b’mod konġunt. Din id-Direttiva mhix intiża li tippreskrivi għotji ta’ kuntratti konġunti jew separati.

(9)

It-twettiq ta’ biċċa xogħol li tikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati minn awtorità kontraenti jirrikjedi li l-awtorità inkwistjoni tkun ħadet miżuri biex tiddefinixxi t-tip ta’ xogħol jew, tal-anqas, tkun eżerċitat influwenza deċiżiva fuq id-disinn tiegħu. Jekk il-kuntrattur jwettaqx ix-xogħol kollu jew parti minnu bil-mezzi tiegħu stess jew jiżgura li t-twettiq b’mezzi oħra m’għandux ibiddel il-klassifikazzjoni tal-kuntratt bħala kuntratt ta’ xogħlijiet, sakemm il-kuntrattur jibqa’ jassumi obbligu dirett jew indirett li huwa legalment infurzabbli biex jiżgura li x-xogħlijiet ser jitwettqu.

(10)

Il-kunċett ta’ “awtoritajiet kontraenti” u b’mod partikolari dak ta’ “korpi rregolati mil-liġi pubblika” ġew eżaminati ripetutament fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Biex ikun iċċarat li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ratione personae għandu jibqa’ l-istess, huwa opportun li jinżammu d-definizzjonijiet li l-Qorti bbażat fuqha u li jiġu inkorporati għadd ta’ kjarifiki mogħtija minn dik il-każistika bħala mezz biex jinftiehmu dawk id-definizzjonijiet, mingħajr l-intenzjoni li jinbidel il-fehim tal-kunċett kif elaborat mill-każistika. Għal dak l-iskop, għandu jkun iċċarat li korp li jopera f’kondizzjonijiet normali tas-suq, għandu l-għan li jagħmel profitt, u jġarrab it-telf li jirriżulta mill-eżerċizzju tal-attività tiegħu ma għandux jitqies bħala “korp irregolat mil-liġi pubblika” peress li l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li jkun twaqqaf biex jissodisfa jew ingħata l-inkarigu biex jissodisfa, jistgħu jitqiesu li huma ta’ natura industrijali jew kummerċjali.

Bl-istess mod, il-kondizzjoni dwar l-oriġini tal-finanzjament tal-korp ikkunsidrat ġiet ukoll eżaminata mill-każistika, li ċċarat fost oħrajn li jkun iffinanzjat “fil-parti maġġuri” tfisser għal aktar min-nofs u li dak il-finanzjament jista’ jinkludi ħlasijiet minn utenti li huma imposti, ikkalkulati u miġbura f’konformità mar-regoli tal-liġi pubblika.

(11)

Fil-każ ta’ kuntratti mħalltin, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati fir-rigward tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt fejn il-partijiet differenti li jifformaw il-kuntratt huma oġġettivament inseparabbli. Għandu għalhekk ikun iċċarat kif l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw jekk il-partijiet humiex separabbli jew le. Dik il-kjarifika għandha tkun ibbażata fuq il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Id-determinazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ, fejn l-intenzjonijiet espressi jew preżunti tal-awtorità kontraenti li jqisu d-diversi aspetti li jifformaw kuntratt imħallat bħala indiviżibbli ma għandhomx ikunu suffiċjenti, iżda għandhom ikunu sostnuti b’evidenza oġġettiva li tista’ tiġġustifikahom u tistabbilixxi l-ħtieġa li jsir kuntratt wieħed. Ħtieġa ġustifikata bħal din biex isir kuntratt wieħed tista’ pereżempju tkun fil-każ tal-kostruzzjoni ta’ bini wieħed, li parti minnu tkun ser tintuża direttament mill-awtorità kontraenti kkonċernata u parti oħra titħaddem fuq bażi ta’ konċessjonijiet, pereżempju biex jingħataw faċilitajiet ta’ parkeġġ għall-pubbliku. Għandu jkun iċċarat li l-ħtieġa li jiġi konkluż kuntratt uniku tista’ tkun minħabba raġunijiet ta’ kemm natura teknika kif ukoll ta’ natura ekonomika.

(12)

Fil-każ tal-kuntratti mħallta li jistgħu jiġu sseparati, l-awtoritajiet kontraenti huma, dejjem liberi li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati tal-kuntratt imħallat, f’liema każ id-dispożizzjonijiet applikabbli għal kull parti separata għandhom jiġu ddeterminati eskusslivament fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ dak il-kuntratt speċifiku. Min-naħa l-oħra, fejn l-awtoritajiet kontrajenti jagħżlu li jinkludu elementi oħra fl-akkwist, ikun xi jkun il-valur tagħhom u jkun xi jkun ir-reġim legali li l-elementi miżjuda kienu jkunu soġġetti għalihom, il-prinċipji ewlenin għandhom ikunu li fejn kuntratt għandu jingħata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jekk jingħata waħdu, f’dak il-każ din id-Direttiva għandha tkompli tapplika għall-kuntratt imħallat fl-intier tiegħu.

(13)

Madankollu, għandhom isiru dispożizzjonijiet speċjali għall-kuntratti mħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà jew partijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ appliazzjoni tat-TFUE. F’każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun possibbli dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku huwa ġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi u li d-deċiżjoni li jingħata kuntratt uniku ma titteħidx għall-fini li jiġu esklużi kuntratti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għandu jkun iċċarat li l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx jinżammu milli jagħżlu li japplikaw din id-Direttiva li ċerti kuntratti mħallta minflok japplikaw id-Direttiva 2009/81/KE.

(14)

Għandu jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ “operaturi ekonomiċi” għandu jiġi interpretat f’sens wiesa’ sabiex jinkludi kwalunkwe persuna u/jew entità li toffri t-twettiq ta’ xogħlijiet u/jew biċċa xogħol, il-provvista ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq, irrispettivament mill-forma legali li taħtha jkunu għażlu li joperaw. Għalhekk, impriżi, fergħat, sussidjarji, sħubijiet, soċjetajiet kooperattivi, kumpanniji b’responsabbiltà limitata, universitajiet, pubbliċi jew privati, u forom oħra ta’ entitajiet minbarra persuni fiżiċi għandhom kollha jaqgħu taħt il-kunċett ta’ operatur ekonomiku, kemm jekk huma sew jekk mhumiex “persuni ġuridiċi” fi kwalunkwe u f’kull ċirkostanza.

(15)

Għandu jiġi ċċarat li gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inkluż fejn ikunu ngħaqdu flimkien fil-forma ta’ assoċjazzjoni temporanja, jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ għoti mingħajr ma jkun meħtieġ minnhom li jieħdu xi forma legali speċifika. Sa fejn dan hu meħtieġ, pereżempju fejn hi mitluba responsabbiltà konġunta u diversa, forma speċifika tista’ tkun mitluba meta tali gruppi jingħataw il-kuntratt.

Għandu jkun ċċarat ukoll li l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu kapaċi jistabilixxu b’mod espliċitu kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu r-rekwiżiti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja kif stabbiliti f’din id-Direttiva, jew il-kriterji marbuta mal-abbiltà teknika u professjonali, li huma mitluba mill-operaturi ekonomiċi li jkunu qed jipparteċipaw weħidhom.

It-twettiq tal-kuntratti minn gruppi ta’ operaturi ekonomiċi tista’ tkun teħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet, li mhumiex imposti fuq il-parteċipanti individwali. Dawn il-kondizzjonijiet, li għandhom ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u proporzjonati, jistgħu pereżempju jinkludu r-rekwiżiti tal-ħatra ta’ rappreżentazzjoni konġunta jew ta’ sieħeb mexxej għall-finijiet tal-proċedura ta’ akkwist jew jitolbu informazzjoni dwar l-iffurmar tagħhom.

(16)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħmlu l-użu mill-mezzi kollha possibbli disponibbli għalihom taħt id-dritt nazzjonali sabiex jipprevjenu distorsjonijiet fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jirriżutaw minn kunflitti ta’ interess. Dan jista’ jinkludi proċeduri biex jiġu identifikati, evitati u rimedjati kunflitti ta’ interess.

(17)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (8) approvat b’mod partikolari l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi (il-“FAP”). L-għan tal-FAP huwa li jistabbilixxi qafas multilaterali ta’ drittijiet u dmirijiet ibbilanċjati marbuta mal-kuntratti pubbliċi bil-għan li tinkiseb il-liberalizzazzjoni u t-twessigħ tal-kummerċ dinji. Għal kuntratti koperti mill-Annessi 1, 2, 4 u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP, kif ukoll permezz ta’ ftehimiet internazzjonali rilevanti oħrajn li l-Unjoni hija marbuta bihom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jissodisfaw l-obbligi skont dawn il-ftehimiet billi japplikaw din id-Direttiva għall-operaturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-ftehimiet.

(18)

Il-FAP japplika għall-kuntratti li jaqbżu ċerti limiti, stipulati fil-FAP u mfissra bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. Il-limiti stabbiliti minn din id-Direttiva għandhom jiġu allinjati sabiex ikun żgurat li dawn jikkorrispondu għall-ekwivalenti f’euro tal-livelli stabbiliti fil-FAP. Huwa meħtieġ ukoll li jkunu previsti reviżjonijiet perjodiċi tal-livelli stabbiliti mfissra f’euro sabiex jiġu aġġustati, permezz ta’ operazzjoni purament matematika, għall-varjazzjonijiet possibbli fil-valur tal-euro fir-rigward ta’ dawk id-drittijiet speċjali ta’ prelevament. Barra minn dawk l-aġġustamenti matematiċi perijodiċi, matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss għandha tiġi esplorata żieda fil-limiti mniżżla fil-FAP.

(19)

Għandu jiġi ċċarat li, għall-istima tal-valur ta’ kuntratt, irid jittieħed kont tad-dħul kollu, kemm jekk irċevut mill-awtorità kontraenti kif ukoll minn partijiet terzi. Għandu jkun iċċarat ukoll li, għall-fini tal-istima tal-limiti, il-kunċett ta’ provvisti simili għandu jinftiehem bħala prodotti li huma maħsuba għal użi identiċi jew simili, bħal provvisti ta’ firxa ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ diversi għamajjar tal-uffiċċju. Tipikament, operatur ekonomiku attiv fil-qasam ikkonċernat x’aktarx jinkludi dawk il-provvisti bħala parti mill-firxa normali tiegħu ta’ prodotti.

(20)

Għall-finijiet tal-istima tal-valur ta’ akkwist partikolari, għandu jiġi ċċarat li għandu jkun permess li l-istima tal-valur tiġi bbażata fuq subdiviżjoni tal-akkwist biss meta jkun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi. Pereżempju, għandu jkun ġustifikat li valuri kontrattwali jiġu stmati fil-livell ta’ unità operazzjonali separata tal-awtorità kontraenti, bħal pereżempju skejjel jew kindergartens, dment li l-unità partikolari tkun responsabbli b’mod indipendenti għall-akkwist tagħha. Dan jista’ jiġi assunt meta unità operazzjonali separata tmexxi b’mod indipendenti l-proċeduri ta’ akkwist u tieħu d-deċiżjonijiet ta’ xiri, għandha linja ta’ baġit separata għad-dispożizzjoni tagħha għall-akkwisti kkonċernati, tikkonkludi l-kuntratt b’mod indipendenti u tiffinanzjah minn baġit li hi għandha għad-dispożizzjoni tagħha. Subdiviżjoni ma tkunx ġustifikata meta l-awtorità kontraenti sempliċiment torganizza l-akkwist biss b’mod deċentralizzat.

(21)

Kuntratti pubbliċi li jingħataw minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali u li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawk l-attivitajiet huma koperti bid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Madankollu, kuntratti mogħtija minn awtoritajiet kontraenti fil-kuntest tal-operazzjoni minnhom ta’ servizzi ta’ trasport marittimu, kostali jew fuq ix-xmajjar jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(22)

Minħabba li hi indirizzata lill-Istati Membri, din id-Direttiva ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f’isimhom u b’responsabbiltà għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-akkwisti rregolati minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(23)

L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal ċerti servizzi awdjoviżivi u tal-midja tar-radju minn fornituri tal-midja għandhom iħallu li jitqiesu l-aspetti ta’ sinifikat kulturali u soċjali, li jagħmel l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ kisba mhux xierqa. Għal dawk ir-raġunijiet, għalhekk għandha ssir eċċezzjoni għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, mogħtija mill-fornituri tas-servizzi tal-media nnifishom, għax-xiri, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew koproduzzjoni ta’ programmi kummerċjalment disponibbli u servizzi oħra preparatorji, bħalma huma dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ skripts jew esekuzzjoni artistika meħtieġa għall-produzzjoni tal-programm. Għandu jiġi ċċarat ukoll li dik l-esklużjoni għandha tapplika ugwalment għas-servizzi tax-xandir tal-media u għal servizzi on-demand (servizzi non-lineari). Madankollu, dik l-esklużjoni ma għandhiex tapplika għall-provvista ta’ tagħmir tekniku meħtieġ għall-produzzjoni, il-koproduzzjoni u x-xandir ta’ dawn il-programmi.

(24)

Għandu jiġi mfakkar li s-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni u forom oħra simili ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim normalment jiġu pprovduti minn korpi jew individwi li jkun hemm qbil dwarhom, jew magħżula, b’mod li ma jistax jiġi regolat minn regoli ta’ akkwist. Għandu jiġi ċċarat li din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti ta’ servizzi għall-provvista ta’ dawn is-servizzi, irrispettivament mid-denominazzjoni tagħhom taħt id-dritt nazzjonali.

(25)

Ċertu numru ta’ servizzi legali jitwettqu minn fornituri tas-servizzi li huma maħtura minn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru, jinvolvu rappreżentanza ta’ klijenti fi proċedimenti ġudizzjarji minn avukati, għandhom jiġu pprovduti min-nutara jew huma marbuta mal-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali. Servizzi legali bħal dawn huma normalment ipprovduti minn korpi jew individwi maħtura jew magħżula b’mod li ma jistax jiġi rregolat minn regoli ta’ akkwist, bħal per eżempju l-ħatra ta’ Avukati tal-Istat f’ċerti Stati Membri. Dawk is-servizzi legali għandhom għalhekk ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(26)

Huwa adatt li jiġi speċifikat li l-kunċett ta’ strumenti finanzjarji kif imsemmija f’din id-Direttiva jingħata l-istess tifsira bħal f’leġislazzjoni oħra tas-suq intern u, fid-dawl tal-ħolqien reċenti tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l- Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, għandu jiġi stipulat li operazzjonijiet imwettqa b’dik il-Faċilità u dak il-Mekkaniżmu għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Finalment għandu jiġi ċċarat li s-self, kemm b’rabta jew le mal-ħruġ ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra jew operazzjonijiet oħra ma’ dawn, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(27)

Għandu jitfakkar li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jipprevedi espliċitament li d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE japplikaw, rispettivament, għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tramm, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 japplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tramm. Għandu jitfakkar, barra minn hekk, li dak ir-Regolament jibqa’ japplika għal kuntratti (pubbliċi) ta’ servizzi kif ukoll għal konċessjonijiet ta’ servizz għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro. Biex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn din id-Direttiva u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jkun previst espliċitament li din id-Direttiva ma għandhiex tkun applikabbli għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għall-forniment ta’ servizzi ta’ traspost pubbliku ta’ passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro, li l-għoti tagħhom għandu jibqa’ soġġett għal dak ir-Regolament. Dment li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 iħalli f’idejn il-liġi nazzjonali biex titbiegħed mir-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro għandhom jingħataw permezz tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt li ssegwi r-regoli ġenerali tal-akkwist pubbliku tagħhom.

(28)

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal ċerti servizzi ta’ emerġenza fejn dawn jitwettqu minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, minħabba li n-natura partikolari ta’ dawk l-organizzazzjonijiet hija diffiċli biex tiġi ppreservata jekk il-fornituri tas-servizzi jkollhom jintgħażlu skont il-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, l-esklużjoni m’għandhiex tiġi estiża lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ. Għalhekk għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu li s-servizzi tat-trasport tal-pazjenti b’ambulanzi m’għandhomx jiġu esklużi. F’dak il-kuntest huwa aktar meħtieġ li jiġi ċċarat li l-Grupp CPV 601 “Servizzi tat-Trasport bl-Art” ma jkoprix is-servizzi tal-ambulanzi, li jinsab fil-klassi CPV 8514. Għandu għalhekk jiġi ċċarat li servizzi, li huma koperti bil-kodiċi CPV 85143000-3, li jikkonsistu b’mod esklussiv fis-servizzi tat-trasport tal-pazjenti b’ambulanzi għandu jkun soġġett għar-reġim speċjali stipulat għal servizzi soċjali u għal servizzi speċifiċi oħra (ir-reġim anqas strett”. Konsegwentament, kuntratti mħallta għall-provvista tas-servizzi tal-ambulanzi b’mod ġenerali jkunu wkoll soġġetti għar-reġim anqas strett jekk il-valur tas-servizzi tat-trasport tal-pazjenti bl-ambulanzi jkun ikbar mill-valur ta’ servizzi oħra tal-ambulanza.

(29)

Huwa xieraq li jiġi mfakkar li din id-Direttiva tapplika biss għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri. Konsegwentement, il-partiti politiċi b’mod ġenerali, peress li mhumiex awtoritajiet kontraenti, mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha. Madankollu, xi partiti politiċi f’xi Stati Membri jistgħu jaqgħu taħt in-nozzjoni ta’ korpi regolati mil-liġi pubblika.

Madankollu, ċerti servizzi (bħall-filmati ta’ propoganda u produzzjoni tal-vidjo) tant huma marbuta b’mod strett mal-fehmiet politiċi tal-fornitur tas-servizz meta jingħataw fil-kuntest ta’ kampanja elettorali, li l-fornituri tas-servizz huma normalment magħżula b’mod li ma jkunux jistgħu jiġu regolati b’regoli tal-akkwisti.

Fl-aħħarnett, għandu jiġi mfakkar li l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huma soġġetti għal regoli oħra minbarra dawk stipulati f’din id-Direttiva.

(30)

F’ċerti każijiet, awtorità kontraenti jew assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti tista’ tkun l-uniku sors għal servizz partikolari, li tgawdi d-dritt esklussiv għall-forniment tiegħu skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ppubblikati li huma kompatibbli mat-TFUE. Għandu jiġi ċċarat li m’hemmx għalfejn li din id-Direttiva tapplika għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi lil dik l-awtorità kontraenti jew assoċjazzjoni.

(31)

Hemm inċertezza legali konsiderevoli dwar sa fejn il-kuntratti konklużi bejn entitajiet fis-settur pubbliku għandhom ikunu koperti bir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużi fi ħdan is-settur pubbliku mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet pubbliċi huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex itellef il-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi biex iwettqu l-kompiti pubbliċi ta’ servizzi kkonferiti lilhom billi jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom li tinkludi l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn.

Għandu jiġi żgurat li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tirriżultax f’distorsjoni fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi privati peress li hi tpoġġi lill-fornitur privat ta’ servizzi f’pożizzjoni ta’ vantaġġ vis-à-vis il-kompetituri tagħha.

(32)

Kuntratti pubbliċi mogħtija lil persuni ġuridiċi kkontrollati ma għandhomx ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-proċeduri previsti f’din id-Direttiva jekk l-awtorità kontraenti twettaq kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata simili għal dak li twettaq fuq id-dipartimenti tagħha stess, dment li l-persuna legali kkontrollata twettaq aktar minn 80 % tal-attivitajiet tagħha fit-twettiq ta’ kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti li tikkontrollaha jew minn persuni ġuridiċi oħrajn ikkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti, irrilevanti mill-benefiċjarju tat-twettiq tal-kuntratt.

L-eżenzjoni m’għandhiex tiġi estiża għal sitwazzjonijiet fejn hemm parteċipazzjoni diretta minn operatur ekonomiku privat fil-kapital tal-persuna ġuridika kkontrollata minħabba li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-għotja ta’ kuntratt pubbliku mingħajr proċedura kompetittiva tagħti lill-operatur ekonomiku privat b’parteċipazzjoni kapitali fil-persuna ġuridika kkontrollata vantaġġ mhux dovut fuq il-kompetituri tiegħu. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi partikolari tal-korpi pubbliċi bi sħubija obbligatorja, bħal organizzazzjonijiet responsabbli għall-amministrazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ ċerti servizzi pubbliċi, dan m’għandux japplika f’każijiet fejn il-parteċipazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi privati speċifiċi fil-kapital tal-persuna ġuridika kkontrollata ssir obbligatorja minn dispożizzjoni leġislattiva nazzjonali f’konformità mat-Trattati, sakemm din il-parteċipazzjoni ma tkunx tikkontrolla jew tibblokka u ma jkollhiex influwenza deċisiva fuq id-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata. Barra minn dan għandu jiġi ċċarat li l-element deċisiv huwa biss il-parteċipazzjoni privata diretta fil-persuna ġuridika kkontrollata. Għalhekk fejn ikun hemm parteċipazzjoni ta’ kapital privat fl-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew fl-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll dan ma jeskludix l-għotja ta’ kontratti pubbliċi lil persuna ġuridika kkontrollata, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti minn din id-Direttiva peress li dawn il-parteċipazzjonijiet ma jaffettwawx b’mod negattiv il-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi privati.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-awtoritajiet kontraenti bħall-korpi regolati mil-liġi pubblika, li jista’ jkollhom parteċipazzjoni kapitali privata, għandhom ikunu f’pożizzjoni li jużufruwixxu mill-eżenzjoni tal-kooperazzjoni orizzontali. Konsegwentement, fejn il-kondizzjonijiet l-oħra kollha f’rabta mal-kooperazzjoni orizzontali jiġu sodisfatti, l-eżenzjoni għall-kooperzzjoni orizzontali għandha tkun estiża għal dawn l-awtoritajiet kontraenti fejn il-kuntratt huwa konkluż b’mod esklussiv bejn l-awtoritajiet kontraenti.

(33)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jipprovdu b’mod konġunt is-servizzi pubbliċi tagħhom permezz ta’ kooperazzjoni mingħajr ma jkunu obbligati jużaw kwalunkwe forma legali partikolari. Tali kooperazzjoni tista’ tkopri t-tipi kollha ta’ attivitajiet relatati mat-twettiq tas-servizzi u r-responsabbiltajiet li l-awtoritajiet parteċipanti jiġu assenjati jew jassumu, bħal kompiti obbligatorji jew voluntarji tal-awtoritjiet lokali jew reġjonali jew servizzi konferiti lil korpi speċifiċi permezz tal-liġi pubblika. Is-servizzi pprovduti mill-awtoritajiet parteċipanti diversi mhux neċessarjament għandhom ikunu identiċi; jistgħu jkunu wkoll kumplimentari.

Kuntratti għall-provvista konġunta ta’ servizzi pubbliċi ma għandhomx ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva dment li jkunu konklużi esklussivament bejn awtoritajiet kontraenti, li l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni tkun regolata biss minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku u li l-ebda fornitur tas-servizzi privat ma jitqiegħed f’pożizzjoni ta’ vantaġġ vis-à-vis il-kompetituri tiegħu.

Sabiex jiġu sodisfatti dawk il-kondizzjonijiet, il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kunċett ta’ kooperazzjoni. Tali kooperazzjoni ma tirrikjedix li l-awtoritajiet parteċipanti kollha jassumu t-twettiq tal-obbligi kuntrattwali ewlenin, sakemm ikun hemm impenji għall-kontribuzzjoni lejn twettiq kooperattiv tas-servizz pubbliku inkwistjoni. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni, inkluż kwalunkwe trasferiment finanzjarju bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, għandhom ikunu regolati biss b’kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku.

(34)

Jeżistu ċerti każijiet fejn entità legali taġixxi, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, bħala strument jew servizz tekniku għal awtoritajiet kontraenti ddeterminati, tkun obbligata twettaq ordnijiet mogħtija lilha minn dawk l-awtoritajiet kontraenti u ma għandha l-ebda influwenza fuq ir-remunerazzjoni tal-prestazzjoni tagħha. Fid-dawl tan-natura mhux kuntrattwali tagħha, relazzjoni amminstrattiva bħal din ma għandhiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

(35)

Il-kofinanzjament ta’ programmi ta’ riċerka u żvilupp (R&Ż) minn għejun tal-industrija għandu jkun inkoraġġut. Konsegwentement għandu jkun iċċarat li din id-Direttiva tapplika biss fejn ma hemm ebda kofinanzjament bħal dan u fejn ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ R&Ż imorru għand l-awtorità kontraenti kkonċernata. Dan ma għandux jeskludi l-possibbiltà li l-fornitur tas-servizz li jkun wettaq dawk l-attivitajiet jista’ jippubblika kont dwarhom dment li l-awtorità kontraenti żżomm id-dritt esklużiv li tuża r-riżultati tar-R&Ż fit-tħaddim tal-affarijiet tagħha stess. Madankollu kondiviżjoni fittizja tar-riżultati tar-R&Ż jew sempliċiment parteċipazzjoni simbolika fir-remunerazzjoni tal-fornitur tas-servizz ma għandhiex twaqqaf l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(36)

L-impjieg u x-xogħol jikkontribwixxu għall-integrazzjoni fis-soċjeta u huma elementi prinċipali fil-garanzija ta’ opportunitajiet ugwali għal kulħadd. F’dan il-kuntest, workshops protetti jista’ jkollhom rwol sinifikanti. L-istess jgħodd għal impriżi soċjali oħra li l-għan prinċipali tagħhom hu li jappoġġaw l-integrazzjoni jew ir-reintegrazzjoni soċjali u professjonali tal-persuni diżabbli u żvantaġġati, bħal ma huma n-nies qiegħda, il-membri ta’ minoranzi żvantaġġati jew gruppi soċjalment marġinalizzati. Madankollu, dawn il-workshops jew impriżi jistgħu ma jkunux kapaċi jiksbu kuntratti b’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, huwa xieraq li jkun previst li l-Istati Membri jistgħu jirriservaw id-dritt li jipparteċipaw fil-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew għal gruppi minnhom għal workshops jew impriżi bħal dawn jew jirriservaw it-twettiq tal-kuntratti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjieg protetti.

(37)

Bil-ħsieb ta’ integrazzjoni adegwata ta’ rekwiżiti ambjentali, soċjali u tax-xogħol fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku huwa ta’ importanza partikolari li l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti jieħdu l-miżuri relevanti biex jiżguraw konformità mal-obbligi fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn ikun qed iseħħ ix-xogħol jew ipprovduti s-servizzi u jirriżultaw minn liġijiet, regolamenti, digrieti u deċiżjonijiet, sew fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll minn ftehimiet kollettivi, dment li dawn ir-regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni. Bl-istess mod, obbligazzjonijiet li joriġinaw minn ftehimiet internazzjonali ratifikati mill-Istati Membri kollha u elenkati fl-Awnness XI għandhom japplikaw matul it-twettiq tal-kuntratt. Madankollu, dan m’għandu bl-ebda mod jipprevjeni l-applikazzjoni tat-termini u kondizzjonijiet tal-impjieg li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.

Il-miżuri rilevanti għandhom ikunu applikati f’konformità mal-prinċipji bażiċi tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat trattament ugwali. Dawn il-miżuri rilevanti għandhom jiġu applikati f’konformità mad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u b’mod li jiżgura trattament ugwali u li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra l-operaturi ekonomiċi u ħaddiema minn Stati Membri oħra.

(38)

Is-servizzi għandhom ikunu meqjusa li jkunu pprovduti fil-post li fih it-twettiq karatteristiku jitwettaq. Meta s-servizzi huma pprovduti mill-bogħod, pereżempju servizzi pprovduti minn ċentri telefoniċi, dawk is-servizzi għandhom jitqiesu bħala pprovduti fil-post fejn is-servizzi twettqu, irrispettivament mill-postijiet u l-Istati Membri li lejhom is-servizzi huma diretti.

(39)

L-obbligi rilevanti jistgħu jiġu riflessi fi klawsoli kuntrattwali. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġu inklużi klawsoli li jiżguraw konformità mal-ftehimiet kollettivi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar kuntratti pubbliċi. In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi rilevanti jista’ jiġi kkunsidrat bħala kondotta serjament skorretta min-naħa tal-operatur ekonomiku kkonċernat, li tista’ twassal għall-esklużjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku.

(40)

Il-kontroll tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ambjentali, soċjali u tax-xogħol, għandhom jitwettqu fl-istadji rilevanti tal-procedura ta’ akkwist, meta jiġu applikati l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-għażla tal-parteċipanti u l-għoti tal-kuntratti, meta jiġi applikat il-kriterju ta’ esklużjoni u meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw offerti baxxi b’mod anormali. Il-verifika meħtieġa għal dak il-għan għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari dawk li jirregolaw il-mezzi ta’ prova u l-awtodikjarazzjonijiet.

(41)

F’din id-Direttiva xejn m’għandu jxekkel l-impożizzjoni jew l-infurzar ta’ miżuri meħtieġa biex jiġu protetti l-politika pubblika, il-moralità pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa, il-ħajja tal-bniedem u dik tal-annimali, il-preservazzjoni tal-ħajja tal-pjanti jew miżuri ambjentali oħrajn, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-iżvilupp sostenibbli, dment li dawk il-miżuri jkunu konformi mat-TFUE.

(42)

Hemm ħtieġa kbira li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom flessibbiltà miżjuda sabiex jagħżlu proċedura għall-akkwist, li tipprevedi negozjati. Aktar użu ta’ dawk il-proċeduri x’aktarx ukoll iżid il-kummerċ transkonfinali, hekk kif l-evalwazzjoni wriet li l-kuntratti mogħtija bi proċedura negozjata b’pubblikazzjoni minn qabel għandhom rata ta’ suċċess partikolarment għolja fl-offerti transkonfinali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu l-użu tal-proċedura kompetittiva b’negozjar jew tad-djalogu kompetittiv, f’diversi sitwazzjonijiet fejn proċeduri miftuħa jew ristretti mingħajr negozjati x’aktarx li ma jwasslux għal riżultati sodisfaċenti ta’ akkwist. Għandu jitfakkar li l-użu tad-djalogu kompetittiv kellu żieda sostanzjali f’termini ta’ valuri ta’ kuntratt fis-snin li għaddew. Huwa rriżulta siewi f’każijiet fejn l-awtoritajiet kontraenti ma jkunux jistgħu jiddefinixxu l-mezzi li jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom jew li jevalwaw x’jista’ joffri s-suq f’termini ta’ soluzzjonijiet tekniċi, finanzjarji jew legali. Din is-sitwazzjoni tista’ tinħoloq b’mod partikolari fil-każ ta’ proġetti innovattivi, l-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali kbar fit-trasport integrat, netwerks kbar ta’ kompjuters jew proġetti li jinvolvu finanzjament kumpless u strutturat. Fejn rilevanti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jaħtru mexxej tal-proġett sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni tajba bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtorità kontraenti matul l-proċedura tal-għoti tal-kuntratt.

(43)

Għal kuntratti ta’ xogħlijiet, tali sitwazzjonijiet jinkludu xogħlijiet li mhumiex binjiet standard jew fejn ix-xogħlijiet jinkludu d-disinn jew soluzzjonijiet innovattivi. Għal servizzi jew provvisti li jeħtieġu sforzi ta’ adattament jew disinn, l-użu ta’ proċedura kompetittiva bin-negozjar jew djalogu kompetittiv x’aktarx ikun siewi. Dawk l-isforzi ta’ adattament jew disinn huma partikolarment meħtieġa fil-każ ta’ xirjiet kumplessi bħalma huma prodotti sofistikati, servizzi intellettwali, pereżempju xi servizzi ta’ konsulenza, servizzi ta’ arkitettura jew ta’ inġinerija, jew proġetti kbar tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT). F’dawk il-każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa negozjati biex jiggarantixxu li l-provvista jew is-servizz inkwistjoni jikkorrispondu għall-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti. Fir-rigward ta’ servizzi jew provvisti minn fuq l-ixkaffa li jistgħu jiġu pprovduti minn bosta operaturi differenti tas-suq, il-proċedura kompetittiva b’negozjar u d-djalogu kompetittiv ma għandhomx jintużaw.

(44)

Il-proċedura kompetittiva b’negozjar għandha tkun disponibbli wkoll f’każijiet fejn proċedura miftuħa jew ristretta rriżultat biss f’offerti irregolari jew inaċċettabbli. F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu permessi jwettqu negozjati bil-għan li jinkisbu offerti regolari u aċċettabbli.

(45)

Il-proċedura kompetittiva b’negozjar għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji xierqa li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw minn qabel ir-rekwiżiti minimi li jikkaratterizzaw in-natura tal-akkwist u li ma għandhomx jinbidlu fin-negozjati. Il-kriterji tal-għoti u l-piż li jingħatalhom għandhom jibqgħu stabbli tul il-proċedura kollha u ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati, biex ikun garantit trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi kollha. In-negozjati għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-offerti sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jixtru xogħlijiet, provvisti u servizzi perfettament adatti għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. In-negozjati jistgħu jkunu dwar il-karatteristiċi kollha tax-xogħlijiet, provvisti u servizzi mixtrija inkluż, pereżempju, il-kwalità, il-kwantitajiet, klawżoli kummerċjali kif ukoll aspetti soċjali, ambjentali u innovattivi, sakemm ma jkunux rekwiżiti minimi.

Għandu jkun iċċarat li r-rekwiżiti minimi li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità kontraenti huma dawk il-kondizzjonijiet u l-karatteristiċi (b’mod partikolari fiżiċi, funzjonali u legali) li kull offerta għandha tissodisfa jew tippossjedi sabiex l-awtorità kontraenti tkun tista’ tagħti l-kuntratt f’konformità mal-kriterju tal-għoti magħżul. Biex jiżgura t-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-proċess, l-istadji kollha għandhom ikunu dokumentati kif dovut. Barra minn hekk, l-offerti kollha tul il-proċedura għandhom isiru bil-miktub.

(46)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew iqassru ċerti skadenzi applikabbli għall-proċedura miftuħa u ristretta u għall-proċeduri ta’ kompettitività permezz tan-negozjar fejn l-iskadenzi inkwistjoni jkunu imprattikabbli minħabba stat ta’ urġenza li għandu jkun debitament sostanzjat mill-awtoritajiet kontraenti. Għandu jiġi ċċarat li din ma għandhiex għalfejn tkun urġenza estrema minħabba avvenimenti mhux previsti u mhux attribwibbli għall-awtorità kontraenti.

(47)

Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-ekoinnovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni u tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b’hekk jixprunaw l-innovazzjoni. Ix-xiri ta’ prodotti, xogħlijiet u servizzi innovattivi għandu rwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza sfidi soċjetali kbar. Huwa jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi kif ukoll għal benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa’ f’termini ta’ ħolqien ta’ ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u b’hekk jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli.

Għandu jitfakkar li għadd ta’ mudelli ta’ akkwist ġew deskritti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2007 intitolata “L-akkwist pubbliku pre-kummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta’ kwalità għolja fl-Ewropa”, li tittratta l-akkwist ta’ dawk is-servizzi ta’ riċerka u żvilupp li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawk il-mudelli jibqgħu disponibbli, iżda din id-Direttiva għandha wkoll tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni u tgħin lill-Istati Membri biex jiksbu l-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni.

(48)

Minħabba l-importanza tal-innovazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu mħeġġa jippermettu varjanti ta’ spiss kemm jista’ jkun. Konsegwentement għandha tinġibed l-attenzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet għall-ħtieġa li jiġu definiti r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-varjanti qabel ma jiġi indikat li jistgħu jiġu ppreżentati l-varjanti.

(49)

Meta l-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodott jew servizz innovattiv jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li jirriżultaw ma tistax tiġi sodisfatta bis-soluzzjonijiet diġà disponibbli fis-suq, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom aċċess għal proċedura ta’ akkwist speċifika fir-rigward ta’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din il-proċedura speċifika għandha tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija tal-innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet ġodda u innovattivi dment li dak il-prodott jew servizz jew xogħlijiet innovattivi jkunu jistgħu jitwasslu bil-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż miftiehma, mingħajr il-ħtieġa għal proċedura ta’ akkwist separata għax-xiri. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-regoli proċedurali li japplikaw għall-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar u l-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi biss tal-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità, li hija l-aktar xierqa biex jitqabblu l-offerti għal soluzzjonijiet innovattivi. Kemm fir-rigward ta’ proġetti kbar ħafna jew proġetti innovattivi iżgħar, is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tkun strutturata b’tali mod li tkun tista’ tipprovdi l-‘attrazzjoni tas-suq’ meħtieġa, biex b’hekk tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma jingħalaq is-suq.

L-awtoritajiet kontraenti għaldaqstant ma għandhomx jużaw is-sħubiji għall-innovazzjoni b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni. F’ċerti każijiet, l-istabbiliment ta’ sħubiji għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab jista’ jikkontribwixxi biex ikunu evitati effetti bħal dawn.

(50)

Minħabba l-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, il-proċeduri negozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt għandhom jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna. Din l-eċċezzjoni għandha tkun limitata għal każijiet fejn il-pubblikazzjoni ma tkunx possibbli, minħabba raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżata minn ġrajjiet imprevedibbli għall-awtorità kontraenti u li ma jistgħux jiġu attribwiti lilha, jew fejn ikun ċar mill-bidu nett li l-pubblikazzjoni mhux ser toħloq aktar kompetizzjoni jew riżultati ta’ akkwist aħjar, b’mod speċjali minħabba li jkun hemm oġġettivament operatur ekonomiku wieħed biss li jista’ jwettaq il-kuntratt. Dan huwa l-każ tax-xogħlijiet artistiċi, fejn l-identità tal-artist tiddetermina intrinsikament il-karattru uniku u l-valur tal-oġġett artistiku nnifsu. L-esklużività tista’ tirriżulta wkoll minn raġunijiet oħrajn, iżda huma biss sitwazzjonijiet ta’ esklużività oġġettiva li jistgħu jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni, fejn is-sitwazzjoni ta’ esklużività ma tkunx inħolqot mill-awtorità kontraenti stess bil-ħsieb ta’ proċedura ta’ akkwist futura.

L-awtoritajiet kontraenti li jirrikorru għal din l-eċċezzjoni għandhom jipprovdu raġunijiet għalfejn ma hemmx alternattivi jew sostituti raġonevoli bħal ma hu l-użu ta’ kanali tad-distribuzzjoni alternattivi inkluż barra l-Istat Membru tal-awtorità kontraenti jew billi jitqiesu xogħlijiet, provvisti u servizzi funzjonalment komparabbli.

Fejn is-sitwazzjoni ta’ esklużività tkun minħabba raġunijiet tekniċi, dawn għandhom jiġu ddefiniti rigorożament u ġġustifikati fuq bażi ta’ każ b’każ. Huma jistgħu jinkludu, pereżempju, il-fatt li jkun teknikament kważi impossibbli biex operatur ekonomiku ieħor jilħaq il-prestazzjoni meħtieġa jew in-neċessità li jintużaw kompetenza, għodod jew mezzi speċifiċi li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu operatur ekonomiku wieħed biss. Ir-raġunijiet tekniċi jistgħu jirriżultaw ukoll minn rekwiżiti speċifiċi ta’ interoperabbiltà li jridu jiġu sodisfatti sabiex ikun żgurat il-funzjonament tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jiġu akkwistati.

Fl-aħħar nett, proċedura ta’ akkwist ma tkunx siewja meta l-provvisti jinxtraw direttament minn suq ta’ prodotti bażiċi, inkluż pjattaformi tan-negozju għal prodotti bażiċi bħal ma huma skambji ta’ prodotti agrikoli, materja prima u enerġija, fejn l-istruttura rregolata u taħt superviżjoni ta’ negozju multilaterali tiggarantixxi l-prezzijiet tas-suq b’mod naturali.

(51)

Għandu jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali ma tipprevjeni bl-ebda mod l-iżvelar pubbliku ta’ partijiet mhux kunfidenzjali tal-kuntratti konklużi, inkluż kwalunkwe bidliet sussegwenti.

(52)

Il-mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi ta’ akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist, peress li huma jsaħħu bil-kbir il-possibbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist fis-suq intern. Għal dak il-għan, it-trasmissjoni ta’ avviżi f’forma elettronika, id-disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist u - wara perijodu ta’ transizzjoni ta’ 30 xahar - il-komunikazzjoni elettronika kompleta, jiġifieri il-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż it-trasmissjoni ta’ talbiet għal parteċipazzjoni u, b’mod partikolari, it-trasmissjoni tal-offerti (sottomissjoni elettronika) għandhom ikunu obbligatorji. L-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi li jmorru oltre jekk ikunu jixtiequ dan. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-użu obbligatorju ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi skont din id-Direttiva ma għandux, madankollu, jobbliga lill-awtoritajiet kontraenti biex iwettqu proċessi elettroniċi ta’ offerti, u lanqas ma għandu jeħtieġ evalwazzjoni elettronika jew proċessar awtomatiku. Barra minn hekk, skont din id-Direttiva, l-ebda element tal-proċess ta’ akkwist pubbliku wara l-għoti tal-kuntratt ma għandu jkun kopert mill-obbligu li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, u lanqas il-komunikazzjoni interna fi ħdan l-awtorità kontraenti.

(53)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom, ħlief f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, jużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li mhumiex diskriminatorji, ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tal-ICT f’użu ġenerali u li ma jirristrinġux l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ akkwist. L-użu ta’ dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni għandhom jieħdu kont tal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltajiet. Għandu jiġi ċċarat li l-obbligu li jintużaw mezzi elettroniċi fl-istadji kollha tal-proċedura ta’ akkwist pubbliku la jkun adatt fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi tirrikjedi għodod speċjalizzati jew formats ta’ fajls li ġeneralment mhumiex disponibbli u lanqas fejn il-komunikazzjoni kkonċernata setgħet tiġi ttrattata biss bl-użu ta’ tagħmir speċjalizzat tal-uffiċċju. Għalhekk l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx ikunu obbligati li jirrikjedu l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni f’ċerti każijiet, li għandhom ikunu elenkati b’mod eżawrjenti. Din id-Direttiva tistipula li tali każijiet għandhom jinkludu sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-użu ta’ tagħmir speċjalizzat tal-uffiċċju li mhux ġeneralment disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti bħal stampaturi b’format wiesa’. F’xi proċeduri ta’ akkwist id-dokumenti tal-akkwist jistgħu jeħtieġu s-sottomissjoni ta’ mudell fiżiku jew fuq skala li ma jistax jiġi sottomess lill-awtoritajiet kontraenti bl-użu ta’ mezzi elettroniċi. F’tali sitwazzjonijiet, il-mudell għandu jkun trasmess lill-awtoritajiet kontraenti bil-posta jew b’mezz ta’ ġarr adatt ieħor.

Għandu jkun iċċarat madankollu li l-użu ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni għandu jkun limitat għal dawk l-elementi tal-offerta li għalihom mhumiex meħtieġa mezzi ta’ komunikazzjoni.

Huwa adatt li jiġi ċċarat li, fejn meħtieġ għal raġunijiet tekniċi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu limitu massimu għad-daqs tal-fajls li jistgħu jiġu ppreżentati.

(54)

Jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali li fihom l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu permessi ma jużawx mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni meta dan in-nuqqas tal-użu ta’ tali mezz ta’ komunikazzjoni jkun meħtieġ sabiex tiġi protetta n-natura partikolarment sensittiva tal-informazzjoni. Għandu jiġi ċċarat li fejn l-użu ta’ għodod elettroniċi li mhumiex ġeneralment disponibbli jista’ joffri l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni, dawn l-għodod elettroniċi għandhom jintużaw. Dan jista’ pereżempju jkun il-każ fejn awtoritajiet kontraenti jitolbu l-użu ta’ mezzi siguri dedikati ta’ komunikazzjoni li għalihom huma joffru aċċess.

(55)

Formati tekniċi jew standards ta’ proċessi jew ta’ messaġġi li huma differenti jistgħu joħolqu ostakoli għall-interoperabbiltà, mhux biss f’kull Stat Membru iżda wkoll u speċjalment bejn l-Istati Membri. Pereżempju, biex jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist li fiha l-użu ta’ katalogi elettroniċi, li huwa format għall-preżentazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li huwa komuni għall-offerenti li jipparteċipaw u li jista’ jiġi ttrattat elettronikament, huwa permess jew meħtieġ, l-operaturi ekonomiċi huma,fin-nuqqas ta’ standardizzazzjoni, meħtieġa li jbiddlu l-katologi tagħhom stess skont kull proċedura ta’ akkwist, li jinkludi l-provvediment ta’ informazzjoni simili ħafna f’formati differenti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-awtorità kontraenti kkonċernata. Għalhekk l-istandardizzazzjoni tal-format tal-katalogu ttejjeb il-livell ta’ interoperabbiltà, issaħħaħ l-effiċjenza kif ukoll tnaqqas l-isforz meħtieġ tal-operaturi ekonomiċi.

(56)

Meta tikkonsidra jekk hemmx ħtieġa li tiżgura jew issaħħaħ l-interoperabbiltà bejn formati tekniċi jew standards ta’ proċessi jew ta’ messaġġi differenti billi tagħmel l-użu ta’ standards speċifiċi obbligatorji, u jekk inhu hekk liema standards timponi, il-Kummissjoni għandha tieħu l-akbar kont tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati kkonċernati. Hija għandha tikkunsidra wkoll sal-liema punt standard partikolari diġà intuża fil-prattika mill-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kontraenti u kemm dan iffunzjona sew. Qabel ma jsir użu minn kwalunkwe standard tekniku obbligatorju partikolari, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra bir-reqqa l-ispejjeż li dan jista’ jinkludi, b’mod partikolari f’termini ta’ adattamenti għal soluzzjonijiet eżistenti għall-akkwist elettroniku, inklużi l-infrastruttura, il-proċessi jew is-software. Fejn l-istandards ikkonċernati mhumiex żviluppati minn organizzazzjoni ta’ standardizzazzjoni internazzjonali, Ewropea jew nazzjonali, huma għandhom jilħqu r-rekwiżiti applikabbli għall-istandards tal-ICT kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(57)

Qabel ma jispeċifikaw il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw fl-istadji diversi tal-proċedura tal-għoti, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jevalwaw il-proporzjonalità bejn min-naħa waħda r-rekwiżiti immirati biex jiżguraw identifikazzjoni korretta u affidabbli tal-ispedituri tal-komunikazzjoni kkonċernata kif ukoll l-integrità tal-kontenut tagħha u min-naħa l-oħra r-riskju tal-problemi bħal sitwazzjonijiet fejn messaġġi jintbagħtu minn speditur li huwa differenti minn dak indikat. Jekk il-kondizzjonijiet ikunu l-istess, dan ikun ifisser li l-livell ta’ sigurtà meħtieġ għal, pereżempju, posta elettronika li titlob konferma tal-indirizz eżatt fejn tkun ser issir laqgħa ta’ informazzjoni, ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit fl-istess livell tal-offerta nfisha li tikkostitwixxi offerta vinkolanti għall-operatur ekonomiku. Bl-istess mod, l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tista’ tirriżulta fil-ħtieġa ta’ livelli aktar baxxi ta’ sigurtà fir-rigward mas-sottomissjoni mill-ġdid ta’ katalogi elettroniċi jew is-sottomissjoni ta’ offerti fil-kuntest ta’ minikompetizzjonijiet taħt ftehim qafas jew l-aċċess għal dokumenti tal-akkwist.

(58)

Waqt li elementi essenzjali ta’ proċedura ta’ akkwist bħad-dokumenti tal-akkwist, talbiet għal parteċipazzjoni, konferma ta’ interess u offerti għandhom dejjem isiru bil-miktub, komunikazzjoni bil-fomm mal-operaturi ekonomiċi għandha tkompli tkun altrimenti possibbli, kemm-il darba l-kontenut tagħha jkun iddokumentat sa livell suffiċjenti. Dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ trasparenza li jippermetti verifika ta’ kemm il-prinċipju ta’ trattament ugwali ikun ġie rispettat. B’mod partikolari, huwa essenzjali li l-komunikazzjoni bil-fomm mal-offerenti li jista’ jkollha impatt fuq il-kontenut u l-valutazzjoni tal-offerti tkun iddokumentata sa punt suffiċjenti u b’mezzi adatti, bħal reġistrazzjonijiet bil-mitbu jew bl-awdjo jew sommarji tal-elementi prinċipali tal-komunikazzjoni.

(59)

Madwar is-swieq Ewropej tax-xiri pubbliku qed tinbet tendenza qawwija lejn l-aggregazzjoni tad-domanda mix-xerrejja pubbliċi, bil-ħsieb li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, inklużi prezzijiet aktar baxxi u spejjeż ta’ tranżazzjoni, u għat-titjib u l-professjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akkwisti. Dan jista’ jintlaħaq permezz tal-konċentrazzjoni tax-xiri skont in-numru ta’ awtoritajiet kontraenti involuti, jew il-volum u l-valur matul iż-żmien. Madankollu, l-aggregazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tax-xiri għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva tal-kapaċita tal-akkwist u l-kollużjoni, u biex jiġu ppreservati t-trasparenza u l-kompetizzjoni, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-swieq tal-SMEs.

(60)

L-istrument tal-ftehimiet qafas intuża ħafna u huwa kkunsidrat bħala teknika ta’ akkwist effiċjenti madwar l-Ewropa kollha. Għalhekk għandu jinżamm prattikament kif inhu. Madankollu, ċerti aspetti jeħtieġ li jkunu kkjarifikati, b’mod partikolari li l-ftehimiet qafas ma għandhomx jintużaw mill-awtoritajiet kontraenti li mhumiex identifikati fihom. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kontraenti li huma partijiet minn ftehim qafas speċifiku mill-bidu għandhom ikunu indikati b’mod ċar, jew b’isem jew b’mezz ieħor, bħal referenza għal kategorija partikolari ta’ awtoritajiet kontraenti f’żona ġeografika delimitata b’mod ċar, sabiex l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment u inekwivokabbilment. Bl-istess mod, ftehim qafas m’għandux ikun miftuħ għal dħul ta’ operaturi ekonomiċi ġodda ladarba jkun konkluż. Dan jimplika pereżempju li fejn korp ta’ xiri ċentrali juża reġistru ġenerali tal-awtoritajiet kontraenti jew kategoriji tagħhom, bħall-awtoritajiet lokali f’żona ġeografika partikolari, li għandhom il-jedd għal rikors għal ftehimiet qafas li hija tikkonkludi li l-korp ta’ xiri ċentrali għandu jagħmel dan b’mod li jagħmilha possibbli li ssir verifika mhux biss tal-identità tal-awtorità kontraenti kkonċernata iżda wkoll tad-data minn meta hija takkwista l-jedd li jkollha rikors għal ftehim qafas konkluż mill-korp ta’ xiri ċentrali peress li dik id-data tiddetermina liema ftehimiet qafas speċifiċi dik l-awtorità kontraenti għandha titħalla tuża.

(61)

Il-kondizzjonijiet oġġettivi biex jiġi identifikat liema mill-operaturi ekonomiċi parti mill-ftehim qafas għandhom iwettqu kompitu partikolari, bħal provvisti jew servizzi maħsuba għal użu minn persuni fiżiċi, jistgħu, fil-kuntest ta’ ftehimiet qafas li jistipulaw it-termini kollha, jinkludu l-ħtiġijiet jew l-għażla tal-persuni fiżiċi kkonċernati.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jingħataw flessibbiltà addizzjonali meta jagħmlu akkwisti taħt il-ftehimiet qafas, li huma konklużi ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed u li jistipulaw it-termini kollha.

F’tali każijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jakkwistaw xogħlijiet, provvisti jew servizzi speċifiċi, li huma koperti mill-ftehim qafas, jew billi jeħtiġuhom minn wieħed mill-operaturi ekonomiċi, determinati skont kriterji oġġettivi u fuq it-termini diġà stabbiliti, jew billi jagħtu kuntratt speċifiku għax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi ikkonċernati wara minikompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi li huma parti mill-ftehim qafas. Biex jiżguraw trasparenza u trattament ugwali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist għall-ftehim qafas il-kriterji oġġettivi li ser jirregolaw l-għażla bejn dawk iż-żewġ metodi ta’ twettiq tal-ftehim qafas. Kriterji bħal dawn pereżempju jirrigwardaw il-kwantità, il-valur jew il-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi kkonċernati, inkluż il-ħtieġa għal livell ogħla ta’ servizz jew livell ta’ siġurtà miżjud, jew għal żviluppi fil-livell tal-prezz meta mqabbel ma’ indiċi ta’ prezz predeterminat. Il-ftehimiet qafas m’għandhomx jintużaw b’mod skorrett jew b’tali mod li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni. L-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati skont din id-Direttiva li jakkwistaw xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma koperti minn ftehim qafas, taħt dan il-ftehim qafas.

(62)

Għandu jiġi wkoll iċċarat li filwaqt li kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw il-kuntratt qabel tmiem l-obbligu tal-ftehim qafas innifsu, id-durata tal-kuntratti individwali bbażati fuq ftehim qafas mhix meħtieġa li tikkoinċidi mad-durata ta’ dak il-ftehim qafas, iżda jista’ jkun, kif adegwat, iqsar jew itwal. B’mod partikolari, għandu jiġi permess li d-durata tal-kuntratti individwali tiġi stabbilita abbażi ta’ ftehim qafas li jieħu kont ta’ fatturi bħaż-żmien meħtieġ għat-twettiq tagħhom, fejn tkun inkluża l-manutenzjoni tat-tagħmir li l-ħajja utli mistennija tiegħu tkun ta’ aktar minn erba’ snin jew fejn ikun meħtieġ taħriġ estensiv tal-persunal biex jitwettaq il-kuntratt.

Għandu wkoll jiġi ċċarat li jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali li fihom id-durata tal-ftehimiet qafas infushom għandha titħalla tkun itwal minn erba’ snin. Dawn il-każijiet, li għandhom ikunu ġustifikati debitament, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas, jistgħu jseħħu pereżempju meta l-operaturi ekonomiċi jkunu jeħtieġu jarmu t-tagħmir li l-perjodu tal-amortizzament tiegħu jkun itwal minn erba’ snin u li għandu jkun disponibbli fi kwalunkwe mument matul id-durata tal-ftehim qafas.

(63)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ ukoll li jiġu aġġustati r-regoli li jirregolaw is-sistemi dinamiċi ta’ xiri biex b’hekk l-awtoritajiet kontraenti jieħdu vantaġġ sħiħ mill-possibbiltajiet li joffri dak l-istrument. Jeħtieġ li s-sistemi jiġu ssimplifikati, b’mod partikolari huma għandhom jitħaddmu fil-forma ta’ proċedura ristretta, biex b’hekk jeliminaw il-bżonn għall-offerti indikattivi, li ġew identifikati bħala wieħed mill-piżijiet ewlenin assoċjati mas-sistemi dinamiċi ta’ xiri. Għalhekk, kull operatur ekonomiku li jissottometti talba għall-parteċipazzjoni u jissodisfa l-kriterji ta’ għażla għandu jitħalla jieħu sehem fil-proċeduri ta’ akkwist li jitwettqu permezz tas-sistemi dinamiċi ta’ xiri matul il-perijodu ta’ validità tagħha. It-teknika ta’ xiri tippermetti li l-awtorità kontraenti jkollha firxa partikolarment wiesgħa ta’ offerti u b’hekk tiżgura l-użu ottimali ta’ finanzi pubbliċi permezz ta’ kompetizzjoni wiesgħa fir-rigward ta’ prodotti użati komunament jew minn fuq l-ixkaffa, xogħlijiet jew servizzi li huma ġeneralment disponibbli fis-suq.

(64)

L-eżami ta’ dawk it-talbiet għall-parteċipazzjoni għandu normlament jitwettaq fi żmien massimu ta’ 10 ijiem ta’ xogħol, peress li l-evalwazzjoni tal-kriterji tal-għażla ser issir fuq il-bażi tar-rekwiżiti simplifikati għal dokumentazzjoni li huma mniżżla f’din id-Direttiva. Madankollu, meta sistema dinamika ta’ xiri hija stabbilta l-ewwel darba, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, b’respons għall-ewwel pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt jew l-istedina biex jiġi kkonfermat l-interess, jiġu ffaċċjati b’għadd tant kbir ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni li huma jkollhom bżonn aktar żmien biex jeżaminaw it-talbiet. Dak għandu jkun ammissibbli, kemm-il darba ma jkun tnieda l-ebda akkwist speċifiku qabel ma t-talbiet kollha jkunu ġew eżaminati. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu liberi li jorganizzaw il-mod li bih huma beħsiebhom jeżaminaw it-talbiet għall-parteċipazzjoni, pereżempju billi jiddeċiedu li jwettqu tali eżamijiet darba biss fil-ġimgħa, kemm-il darba l-iskadenzi għall-eżami ta’ kull talba ta’ ammissjoni jiġu osservati.

(65)

Fi kwalunkwe mument matul il-perijodu tal-validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu liberi li jeżiġu li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu awtodikjarazzjoni mġedda u aġġornata dwar l-issodisfar tal-kriterji għall-għażla kwalitattiva, f’limitu ta’ żmien adegwat. Għandu jkun imfakkar li l-possibbiltà prevista fid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-mezzi ta’ prova ta’ din id-Direttiva sabiex l-operaturi ekonomiċi jintalbu jissottomettu dokumenti ta’ appoġġ u l-obbligu li dan isir mill-offerent li lilu ġie deċiż li jingħata l-kuntratt, japplikaw ukoll fil-kuntest partikolari tas-sistemi dinamiċi ta’ xiri.

(66)

Sabiex tavvanza l-possibiltajiet tal-SMEs li jipparteċipaw f’sistema dinamika ta’ xiri fuq skala kbira, pereżempju waħda li titħaddem minn korp ta’ xiri ċentrali, l-awtorità kontraenti kkonċernata għandha tkun tista’ tartikola s-sistema f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi definiti oġġettivament. Tali kategoriji għandhom jiġu definiti b’referenza għal fatturi oġġettivi li jistgħu pereżempju jinkludu d-daqs massimu permess ta’ kuntratti speċifiċi li għandhom jingħataw fil-kategorija kkonċernata jew żona ġeografika speċifika li fiha kuntratti speċifiċi għandhom jitwettqu. Fejn sistema dinamika ta’ xiri tinqasam f’kategoriji, l-awtorità kontraenti għandha tapplika kriterji ta’ għażla li huma proporzjonati għall-karatteristiċi tal-kategorija kkonċernata.

(67)

Għandu jkun iċċarat li rkantijiet elettroniċi tipikament mhumiex adatti għal ċerti kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet u ċerti kuntratti pubbliċi ta’ servizzi li jkollhom bħala s-suġġett tagħhom prestazzjonijiet intellettwali, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, għaliex huma biss l-elementi xierqa għal evalwazzjoni awtomatika b’mezzi elettroniċi, mingħajr xi intervent jew apprezzament mill-awtorità kompetenti, jiġifieri elementi li huma kwantifikabbli sabiex ikunu espressi f’ċifri jew perċentwali, li jistgħu jkunu suġġetti għal irkantijiet elettroniċi.

Madankollu, għandu jkun iċċarat ukoll li l-irkantijiet elettroniċi jistgħu jintużaw fi proċedura ta’ akkwist għax-xiri ta’ dritt speċifiku ta’ propjetà intellettwali. Huwa wkoll adatt li jitfakkar li waqt li l-awtoritajiet kontraenti jibqgħu liberi li jnaqqsu l-għadd ta’ kandidati jew offerenti sakemm l-irkant ma jkunx diġà beda, l-ebda tnaqqis ieħor fl-għadd ta’ offerenti li jipparteċipaw fl-irkant elettroniku ma jista’ jkun permess wara li jkun beda l-irkant.

(68)

Qegħdin jiġu żviluppati kontinwament tekniki ġodda ta’ xiri elettroniku, bħalma huma l-katalogi elettroniċi. Il-katologi elettroniċi huma format għall-preżentazhoni u l-organizzazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li jkun komuni għall-offerenti parteċipanti kollha u li jista’ jiġi ttrattat elettronikament. Eżempju jista’ jkun offerti preżentati fil-forma ta’ spreadsheet. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu katalogi elettroniċi fil-proċeduri disponibbli kollha fejn ikun meħtieġ l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. Il-katalogi elettroniċi jgħinu biex tiżdied il-kompetizzjoni u titjieb l-effiċjenza tax-xiri pubbliku, b’mod partikolari f’termini ta’ nuqqas ta’ telf ta’ ħin u flus. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli biex jiġi żgurat li l-użu tal-metodi l-ġodda jkun konformi ma’ din id-Direttiva u mal-prinċipji ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza. Għalhekk, l-użu ta’ katalogi elettroniċi għat-tfigħ tal-offerti m’għandux jimplika l-possibbilta li l-operaturi ekonomiċi jillimitaw lilhom infushom għat-trasmissjoni tal-katalogu ġenerali tagħhom. L-operaturi ekonomiċi xorta għandhom jadattaw il-katalogi ġenerali minħabba l-proċedura speċifika ta’ akkwist. Tali adattament jiżgura li l-katalogu li huwa trasmess b’respons għal proċedura speċifika ta’ akkwist ikun fih biss prodotti, xogħlijiet jew servizzi li l-operaturi ekonomiċi jkunu vvalutaw - wara eżami attiv - li jikkorrispondu għar-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti. Billi jagħmlu dan, l-operaturi ekonomiċi għandhom jitħallew jikkuppjaw informazzjoni li tinsab fil-katalogi ġenerali tagħhom, iżda huma m’għandhomx jitħallew jissottomettu l-katalogu ġenerali bħala tali.

Barra minn hekk, fejn jiġu offruti garanziji suffiċjenti fir-rigward tal-assigurazzjoni tat-traċċabbiltà, it-trattament ugwali u l-prevedibbiltà, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jiġġeneraw offerti fir-rigward ta’ xiri speċifiku fuq il-bażi tal-katalogi elettroniċi trasmessi qabel, b’mod partikolari fejn il-kompetizzjoni tkun reġgħet infetħet skont ftehim qafas jew fejn tkun qed tintuża sistema dinamika ta’ xiri.

Fejn ikunu ġenerati offerti mill-awtorità kontraenti, l-operatur kontraenti ikkonċernat għandu jingħata l-possibbiltà li jivverifika li l-offerta hekk kostitwita mill-awtorità kontraenti ma jkunx fiha żbalji materjali. Fejn ikun hemm żbali materjali, l-operatur ekonomiku m’għandux ikun marbut mill-offerta ġġenerata mill-awtorità kontraenti sakemm ma jkunx ikkoreġut l-iżball.

F’konformità mar-rekwiżiti tar-regoli għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jevitaw ostakli mhux iġġustifikati għall-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċeduri ta’ akkwist li fihom l-offerti għandhom ikunu ppreżentati fil-forma ta’ katalogi elettroniċi u li jiggarantixxu l-konformità mal-prinċipji ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u trattament ugwali.

(69)

It-tekniki ta’ xiri ċentralizzat qed jintużaw dejjem aktar fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Il-korpi ta’ xiri ċentrali huma responsabbli għat-twettiq tal-akkwisti, il-ġestjoni ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri jew l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi/ftehimiet qafas għal awtoritajiet kontraenti oħrajn, b’remunerazzjoni jew mingħajrha. L-awtoritajiet kontraenti li għalihom ġie konkluż ftehim qafas għandhom ikunu jistgħu jużawh għal xiri individwali jew ripetittiv. Fid-dawl tal-volumi kbar mixtrija, tali tekniki jistgħu jgħinu biex iżidu l-kompetizzjoni u għandhom jgħinu biex jipprofessjonalizzaw l-akkwist pubbliku. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għal defnizzjoni tal-Unjoni ta’ korpi ta’ xiri ċentrali dedikati għal awtoritajeit kontraenti u għandu jkun iċċarat li korpi ta’ xiri ċentrali joperaw f’żewġ modi differenti.

L-ewwel nett, huma għandhom ikunu kapaċi jaġixxu bħala grossisti billi jbigħu, jaħżnu, jbigħu mill-ġdid jew, it-tieni nett, għandhom ikunu jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji billi jagħtu kuntratti, joperaw sistemi dinamiċi ta’ xiri jew jikkonkludu ftehimiet qafas li għandhom jintużaw minn awtoritajiet kontraenti. Dan ir-rwol intermedjarju jista’ f’xi każijiet jitwettaq billi jsiru proċeduri ta’ akkwist rilevanti b’mod awtonomu, mingħajr struzzjonijiet dettaljati mill-awtoritajiet kontraenti kkonċernati; f’każijiet oħra, bit-twettiq tal-proċeduri ta’ għoti rilevanti taħt l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti kkonċernati, f’isimhom u għall-kont tagħhom.

Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-osservanza tal-obbligi skont din id-Direttiva, bejn il-korp ta’ xiri ċentrali u l-awtoritajiet kontraenti li jakkwistaw minnu jew permezz tiegħu. Fejn il-korp ta’ xiri ċentrali jkun responsabbli biss għat-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist, dan għandu wkoll ikun unikament u direttament responsabbli għal-legalità tal-proċeduri. Fejn awtorità kontraenti twettaq ċerti partijiet tal-proċedura, pereżempju l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni taħt ftehim qafas jew l-għoti ta’ kuntratti individwali bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri, hija għandha tibqa’ responsabbli għall-istadji li twettaq.

(70)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jagħtu kuntratt pubbliku ta’ servizz għall-provvista ta’ attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati lil korp ta’ xiri ċentrali mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti f’din id-Direttiva. Huwa għandu jkun permess ukoll li tali kuntratti pubbliċi ta’ servizzi jinkludu l-provvista ta’ attivitajiet ta’ xiri anċillari. Il-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għall-provvediment ta’ attivitajiet ta’ xiri anċillari għandhom, meta mwettqa b’mod ieħor minn korp ta’ xiri ċentrali b’rabta mal-provvediment ta’ attivitajiet ta’ xiri ċentrali lill-awtorità kontraenti kkonċernata, jingħataw skont din id-Direttiva. Għandu jitfakkar ukoll li din id-Direttiva ma għandhiex tapplika fejn attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati jew anċillari jiġu pprovduti jekk mhux b’kuntratt għal interess perkunjarju li jikkostitwixxi akkwist fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

(71)

It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-korpi ta’ xiri ċentrali m’għandu bl-ebda mod jostakola l-prattiċi attwali ta’ akkwist konġunt okkażjonali, jiġifieri akkwist komuni anqas istituzzjonalizzat u sistematiku jew il-prattika stabbilita li jsir rikors għal fornituri ta’ servizzi li jħejju u jiġġestixxu l-proċeduri ta’ akkwist f’isem u għall-kont ta’ awtorità kontraenti u taħt l-istruzzjonijiet tagħha. Għall-kuntrarju, ċerti karatteristiċi ta’ akkwist konġunt għandhom jiġu ċċarati minħabba r-rwol importanti li l-akkwist konġunt jista’ jkollu, mhux l-anqas b’rabta ma’ proġetti innovattivi.

L-akkwist konġunt jista’ jieħu ħafna forom differenti, li jvarjaw minn akkwist ikkoordinat permezz tat-tħejjija ta’ speċifikazzjonijet tekniċi komuni għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jiġu akkwistati minn għadd ta’ awtoritajiet kontraenti, li kull waħda minnhom twettaq proċedura ta’ akkwist separat, għal sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati jwettqu konġuntament proċedura waħda ta’ akkwist jew billi jaġixxu flimkien jew billi jafdaw awtorità kontraenti waħda bil-ġestjoni tal-proċedura ta’ akkwist f’isem l-awtoritajiet kontraenti kollha.

Fejn diversi awtoritajiet kontraenti jwettqu konġuntament proċedura ta’ akkwist, huma għandhom ikunu konġuntament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. Madankollu, fejn partijiet biss tal-proċedura ta’ akkwist jitwettqu konġuntament mill-awtoritajiet kontraenti, ir-responsabbiltà konġunta għandha tapplika biss għal dawk il-partijiet tal-proċedura li twettqu flimkien. Kull awtorità kontraenti għandha tkun unikament responsabbli fir-rigward ta’ proċeduri jew partijiet ta’ proċeduri li hija twettaq waħedha, bħall-għoti ta’ kuntratt, il-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-operat ta’ sistema dinamika ta’ xiri, il-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas jew l-istabbiliment ta’ min mill-operaturi ekonomiċi parti mill-ftehim qafas għandu jwettaq kompitu partikolari.

(72)

Il-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni huma partikolarment xierqa biex jappoġġaw prattiki u għodod ta’ xiri ċentralizzat minħabba li joffru l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid u pproċessar awtomatiku tad-data u ta’ tnaqqis fl-ispejjeż relatati mal-informazzjoni u t-transazzjonijiet. Għalhekk, bħala l-ewwel pass, l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni bħal dawn għandu jsir obbligatorju għall-korpi ta’ xiri ċentrali, filwaqt li għandhom jiġu ffaċilitati wkoll il-prattiki konverġenti madwar l-Unjoni. Dan għandu jiġi segwit minn obbligu ġenerali li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist kollha wara perijodu transitorju ta’ 30 xahar.

(73)

Attwalment, l-għoti konġunt ta’ kuntratti pubbliċi mill-awtoritajiet kontraenti ta’ Stati Membri differenti qed jiffaċċja diffikultajiet legali speċifiċi rigward kunflitti tal-liġijiet nazzjonali. Minkejja l-fatt li d-Direttiva 2004/18/KE ppermettiet impliċitament akkwist pubbliku konġunt transkonfinali, l-awtoritajiet kontraenti xorta qed jiffaċċjaw diffikultajiet legali u prattiċi konsiderevoli fix-xiri minn korpi ta’ xiri ċentrali fi Stati Membri oħra jew fl-għoti b’mod konġunt ta’ kuntratti pubbliċi. Sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jiksbu benefiċċju massimu mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta’ skala u kondiviżjoni tar-riskji u l-benefiċċji, mhux l-anqas għal proġetti innovattivi li jinvolvu ammont akbar ta’ riskju minn dak raġonevolment tollerabbli minn awtorità kontraenti unika, dawk id-diffikultajiet għandhom jiġu remedjati. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar l-akkwist konġunt transkonfinali sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti u jissaħħu l-benefiċċji tas-suq intern bil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ negozju transkonfinali għall-fornituri u għal min jipprovdi servizz. Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għall-użu transkonfinali tal-korpi ta’ xiri ċentrali u jistabbilixxu l-leġislazzjoni ta’ akkwist pubbliku applikabbli, inkluż il-leġislazzjoni applikabbli dwar rimedji, f’każijiet ta’ proċeduri konġunti transkonfinali, li tikkomplementa r-regola tal-konflitt tal-liġijiet tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti għandhom ikunu jistgħu jwaqqfu entitajiet konġunti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għal dawn il-forom ta’ akkwist konġunt.

Madankollu, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-possibbiltajiet għall-akkwist konġunt transkonfinali sabiex jevitaw liġijiet pubbliċi obbligatorji, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, li huma applikabbli għalihom fl-Istat Membru fejn ikunu jinsabu. Regoli bħal dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-aċċess għal dokumenti jew ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ittraċċar ta’ provvisti sensittivi.

(74)

Huwa meħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mfassla mix-xerrejja pubbliċi jippermettu li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni kif ukoll li dawn jilħqu l-objettivi tas-sostenibilità. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fis-suq, inklużi dawk imfassla abbażi tal-kriterji ta’ prestazzjoni marbuta maċ-ċiklu tal-ħajja u s-sostenibilità tal-proċess tal-produzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi.

Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil operatur ekonomiku speċifiku billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-operatur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dak l-objettiv jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli. Ir-rekwiżiti funzjonali u dawk relatati mat-twettiq huma wkoll mezzi adatti li jiffavorixxu l-innovazzjoni fl-akkwist pubbliku u għandhom jintużaw b’mod kemm jista’ jkun wiesa’. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Għandha tkun ir-responsabilità tal-operatur ekonomiku li jagħti prova tal-ekwivalenza mat-tikketta mitluba.

Sabiex jagħtu prova ta’ ekwivalenza, għandu jkun possibbli li l-offerenti jintalbu li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza. Madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal dossier tekniku tal-manifattur fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti, dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jissodisfaw r-rekwiżiti jew kriterji stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kriterji tal-għoti jew il-kondizzjonijiet tat-twettiq tal-kuntratt.

(75)

L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi speċifiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti partikolari, bħall-Eko-tikketta Ewropea, l-eko-tikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta oħra, sakemm ir-rekwiżiti għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħad-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawk ir-rekwiżiti jitfasslu u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, bl-użu ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri u organizzazzjonijiet ambjentali, u li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Għandu jiġi ċċarat li l-partijiet interessati jistgħu jkunu korpi pubbliċi jew privati, kumpanniji jew kwalunkwe xorta ta’ organizzazzjoni mhux governattivi (organizzazzjoni li mhijiex parti minn gvern u li mhijiex kumpannija konvenzjonali).

Għandu jiġi ċċarat bl-istess mod li korpi jew organizzazzjonijiet nazzjonali jew governattivi speċifiċi jistgħu jkunu involuti fl-istabbiliment tar-rekwiżiti ta’ tikkettar li jistgħu jintużaw f’rabta mal-akkwisti minn awtoritajiet pubbliċi mingħajr ma dawk il-korpi jew organizzazzjonijiet jitilfu l-istatus tagħhom bħala partijiet terzi.

Referenzi għat-tikketti ma għandux ikollhom l-effett li jirrestrinġu l-innovazzjoni.

(76)

Għal kull akkwist maħsub biex jintuża minn persuni, sew jekk pubbliku ġenerali jew persunal tal-awtorità kontraenti, jeħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex iqisu l-kriterji ta’ aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità jew id-disinn għall-utenti kollha, ħlief f’każijiet iġġustifikati kif jixraq.

(77)

Fit-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu kont tar-rekwiżiti li joriġinaw mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari f’rabta mad-disinn tal-ipproċessar tad-data personali (protezzjoni tad-data mid-disinn).

(78)

L-akkwist pubbliku għandu jkun adatt għall-ħtiġijiet tal-SMEs. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu inkoraġġuti jużaw il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki stipulat fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 bit-titolu ‘Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki għall-iffaċilitar tal-aċċess mill-SMEs għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku’, li jipprovdi gwida dwar kif jistgħu japplikaw il-qafas tal-akkwist pubbliku b’mod li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs. Għal dak il-għan u sabiex isaħħaħ il-kompetizzjoni, l-awtortajiet kontraenti għandhom b’mod partikolari jkunu inkoraġġuti jaqsmu kuntratti kbar f’lottijiet. Tali diviżjoni tista’ ssir fuq bażi kwantitattiva, billi d-daqs tal-kuntratti individwali jkun jikkorrispondi aħjar għall-kapaċità tal-SMEs, jew fuq bażi kwalitattiva, skont is-snajja’ u speċjalizzazzjonijiet differenti involuti, biex il-kontenut tal-kuntratti individwali jiġi adattat aktar mill-qrib għas-setturi speċjalizzati tal-SMEs jew skont il-fażijiet differenti sussegwenti tal-proġett.

Id-daqs u s-suġġett tal-lottijiet għandhom jiġi ddeterminati liberament mill-awtorità kontraenti, li, skont ir-regoli rilevanti dwar il-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist, għandha wkoll titħalla tagħti xi lottijiet mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ din id-Direttiva. L-awtorità kontraenti għandu jkollha dmir tikkonsidra l-adegwatezza tad-diviżjoni ta’ kuntratti f’lottijiet filwaqt li tibqa’ libera li tiddeċiedi b’mod awtonomu fuq il-bażi ta’ kwalunkwe raġuni li hija tqis rilevanti, mingħajr ma tkun soġġetta għal superviżjoni amministrattiva jew ġuridika. Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li ma jkunx adattat li tiddividi l-kuntratt f’lottijiet, ir-rapport individwali jew id-dokumenti tal-akkwist għandu jkun fih indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għall-għażla tal-awtorità kontraenti. Tali raġunijiet jistgħu pereżempju jkunu li l-awtorità kontraenti ssib li tali diviżjoni tista’ tirriskja li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, jew tirriskja li tagħmel l-eżekuzzjoni tal-kuntratt eċċessivament u teknikament diffiċli jew għali, jew li l-ħtieġa għall-koordinazzjoni tal-kuntratturi differenti għall-lottijiet tista’ tirriskja li tipperikola l-eżekuzzjoni korretta tal-kuntratt.

L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jmorru oltre fl-isforzi tagħhom biex jiffaċilitaw l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, billi jestendu l-ambitu tal-obbligu tal-konsiderazzjoni tal-adegwatezza tad-diviżjoni tal-kuntratti f’lottijiet għal kuntratti li jkun iżgħar, u billi jeżiġu li l-awtoritajiet kontraenti jipprovdu ġustifikazzjoni għal deċiżjoni li l-kuntratti ma jiġux diviżi f’lottijiet jew billi jagħmlu diviżjoni f’lottijiet obbligatorja taħt ċerti kondizzjonijiet. Bl-istess għan, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu liberi li jipprovdu mekkaniżmi għal pagamenti diretti lis-sottokuntratturi.

(79)

Fejn l-kuntratti jiġu diviżi f’lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw l-affidabbiltà tal-provvista, jitħallew jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jista’ jressaq offerta għalihom l-operatur ekonomiku; għandhom ukoll jitħallew jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari.

Madankollu, l-objettiv ta’ ffaċilitar ta’ aċċess akbar għall-akkwist pubbliku mill-SMEs jista’ jkun mfixkel jekk l-awtoritajiet kontraenti jkunu obbligati jagħtu l-kuntratti lott b’lott anke meta dan ikun ifisser li jkollhom jaċċettaw soluzzjonijiet ħafna anqas vantaġġużi meta mqabbla mal-għoti li jiġbor fih bosta lottijiet jew kollha kemm huma. Fejn il-possibbiltà li jkun applikat dan il-metodu tkun ġiet indikata b’mod ċar minn qabel, għandu jkun għalhekk possibbli għall-awtoritajiet kontraenti li jwettqu valutazzjoni komparattiva tal-offerti sabiex jistabbilixxu jekk l-offerti ppreżentati minn offerent partikolari għal kombinazzjoni ta’ lottijiet, bħala unità sħiħa, jissodisfawx il-kriterji ta’ għoti stipulati skont din id-Direttiva fir-rigward ta’ dawk il-lottijiet aħjar mill-offerti għal-lottijiet individwali kkonċernati meta jittieħdu b’mod iżolat. Jekk ikun il-każ, l-awtorità kontraenti għandha tkun permessa tagħti kuntratt li jiġbor il-lottijiet inkwistjoni lill-offerent ikkonċernat. Għandu jiġi kkjarifikat li l-awtoritajiet kontraenti għandhom iwettqu valutazzjoni komparattiva ta’ dan it-tip billi l-ewwel jiddeterminaw liema offerti jissodisfaw l-aħjar il-kriterji tal-għoti stipulati għal kull lott individwali u mbagħad jqabbluha mal-offerti ppreżentati minn offerent partikolari għal kombinazzjoni speċifika ta’ lottijiet, mittieħda bħala unità sħiħa.

(80)

Sabiex il-proċeduri jitħaffu u jsiru aktar effiċjenti, il-limiti ta’ żmien għall-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist għandhom jinżammu kemm jista’ jkun qosra mingħajr il-ħolqien ta’ ostakoli mhux xierqa għall-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi mis-suq intern u partikolarment SMEs. Għandu jinżamm preżenti għalhekk li, meta jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu kont b’mod partikolari tal-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti, anki jekk dan jimplika stabbiliment ta’ limiti ta’ żmien li huma itwal minn dawk minimi previsti f’din id-Direttiva. L-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, b’mod partikolari d-disponibbiltà elettronika sħiħa lill-operaturi ekonomiċi, l-offerenti u l-kandidati ta’ dokumenti tal-akkwist u t-trasmissjoni elettronika ta’ komunikazzjoni, ma jwassalx min-naħa l-oħra għal iżjed trasparenza u ffrankar ta’ ħin. Għalhekk, għandu jsir provvediment għat-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien minimi f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-FAP u soġġett għall-kondizzjoni li huma jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trasmissjoni previst fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom l-opportunità li jqassru aktar il-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu t-talbiet għall-parteċipazzjoni u ta’ offerti f’każijiet fejn stat ta’ urġenza jagħmel il-limiti ta’ żmien regolari imprattikabbli, iżda ma jagħmilx proċedura regolari bil-pubblikazzjoni impossibbli. Huwa biss f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn urġenza estrema maħluqa minn avvenimenti imprevedibbli mill-awtorità kkonċernata li mhumiex attribwibbli lil dik l-awtorità kontraenti tagħmilha impossibbli li titwettaq proċedura regolari anki b’limiti ta’ żmien imqassra, li l-awtoritajiet kkonċernati għandhom, safejn ikun strettament neċessarju, ikollhom il-possibbiltà li jagħtu kuntratti bi proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel. Dan jista’ jkun il-każ fejn katastrofi naturali jeħtieġu azzjoni immedjata.

(81)

Għandu jiġi ċċarat li l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi jkollhom ħin biżżejjed li fih ifasslu offerti ammissibbli tista’ tinkludi li l-iskadenzi li jkunu ġew stabbiliti inizjalment jista’ jkun li jkollhom jittawlu. B’mod partikolari dan jista’ jkun il-każ fejn isiru bidliet sinifikanti lid-dokumenti tal-akkwist. Għandu wkoll ikun speċifikat li, f’dak il-każ, bidliet sinifikanti għandhom jinftiehmu bħala bidliet li jkopru, b’mod partikolari s-speċifiċitajiet tekniċi, li fir-rigward tagħhom l-operaturi ekonomiċi jkunu jeħtieġu ħin addizzjonali sabiex jifhmu u jwieġbu adegwatament. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li dawn il-bidliet m’għandhomx ikunu daqshekk sostanzjali li l-ammissjoni ta’ kandidati oħra lil hinn minn dawk inizjalment magħżula kienu jkollhom jitħallew jidħlu fil-proċedura ta’ akkwist jew li parteċipanti addizjonali kienu jkunu attratti lejha. Dak jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, fejn il-bidliet jagħmlu lill-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fil-karattru minn dak inizjalment imfassal fid-dokumenti ta’ akkwist.

(82)

Għandu jkun iċċarat li l-informazzjoni dwar ċerti deċiżjonijiet meħuda matul proċedura ta’ akkwist, inkluża d-deċiżjoni li ma jingħatax kuntratt jew li ma jiġix konkluż ftehim qafas għandha tinbagħat mill-awtoritajiet kontraenti, mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkollhom jitolbu tali informazzjoni. Għandu jitfakkar ukoll li d-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE (14) tipprevedi obbligu għall-awtoritajiet kontraenti, għal darba oħra mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkollhom jitlobu dan, li jipprovdu lill-kandidati jew l-offerenti kkonċernati sommarju tar-raġunijiet rilevanti għal xi wħud mid-deċiżjonijiet ċentrali li jittieħdu matul il-proċedura tal-akkwist. Fl-aħħar nett għandu jkun iċċarat li l-kandidati u l-offerenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu aktar informazzjoni dettaljata dwar dawk ir-raġunijiet, li l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu meħtieġa li jagħtu ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji biex ma jagħmlux dan. Dawk ir-raġunijiet għandhom jiġu stabbiliti f’din id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza neċessarja fil-kuntest tal-proċeduri ta’ akkwist li jinvolvu negozjati u djalogi mal-offerenti, l-offerenti li jkunu għamlu offerta ammissibbli għandhom, ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji biex dan ma jsirx, ikunu jistgħu jitolbu informazzjoni dwar it-twettiq u l-progress tal-proċedura.

(83)

Ir-rekwiżiti li huma eżiġenti żżejjed rigward il-kapaċità ekonomika u finanzjarja ta’ spiss jikkostitwixxu ostakolu mhux ġustifikat għall-involviment tal-SMEs fl-akkwist pubbliku. Kwalunkwe tali rekwiżit għandu jkun relatat u proporzjonat mas-suġġett tal-kuntratt. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx jitħallew jeżiġu li l-operaturi ekonomiċi jkollhom turnover minimu li jkun sproporzjonat mas-suġġett tal-kuntratt; ir-rekwiżit normalment m’għandux jeċċedi massimu ta’ darbtejn l-istima tal-valur tal-kuntratt. Madankollu, f’ċirkostanzi ġġustifikati kif jixraq, għandu jkun possibbli li jiġu applikati rekwiżiti ogħla. Tali ċirkostanzi jistgħu jirrelataw mar-riskji kbar marbuta mat-twettiq tal-kuntratt jew mal-fatt li t-twettiq korrett u f’waqtu tiegħu huwa kruċjali, pereżempju għaliex ikun jikkostitwixxi preliminari meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratti oħra.

F’dawn il-każijiet debitament ġustifikati l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu b’mod awtonomu dwar jekk ikunx adegwat u pertinenti li r-rekwiżiti ta’ fatturat minimu jkunu ogħla mingħajr ma jkun soġġett għal superviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja. Fejn ikunu ser jiġu applikati rekwiżiti ta’ turnover minimu ogħla, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibqgħu ħielsa li jistabbilixxu l-livell dment li huwa relatat u proporzjonat mas-suġġett tal-kuntratt. Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li r-rekwiżit ta’ turnover minimu għandu jkun stabbilit f’livell ogħla mid-doppju tal-istima tal-valur tal-kuntratt, ir-rapport individwali jew id-dokumenti tal-akkwist għandu jkun fih indikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin għall-għażla tal-awtorità kontraenti.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu wkoll jitolbu informazzjoni dwar il-proporzjon, pereżempju, bejn l-assi u l-passivi fil-kontijiet annwali. Proporzjon pożittiv li juri livelli ogħla ta’ assi milli ta’ passivi jista’ jagħti prova addizjonali li l-kapaċità finanzjarja tal-operaturi ekonomiċi hija suffiċjenti.

(84)

Ħafna mill-operaturi ekonomiċi, u b’mod speċjali SMEs, iqisu li l-piżijiet amministrattivi li jinħolqu mill-ħtieġa li jiġu prodotti għadd sostanzjali ta’ ċertifikati jew dokumenti oħra relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u għażla huma ostaklu kbir għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku. Il-limitazzjoni ta’ tali rekwiżiti, pereżempju permezz tal-użu ta’ Dokument ta’ Akkwist Uniku Ewropew (DAUE) li jikkonsisti f’awtodikjarazzjoni aġġornata, tista’ twassal għal simplifikazzjoni konsiderevoli li minnha jibbenefikaw kemm l-awtoritajiet kontraenti kif ukoll l-operaturi ekonomiċi.

L-offerent li lilu ġie deċiż li jingħata l-kuntratt għandu, madanakollu, jintalab jipprovdi l-evidenza rilevanti u l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikkonkludu kuntratti mal-offerenti li mhumiex kapaċi jagħmlu dan. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ukoll ikollhom il-jedd li jitolbu id-dokumenti ta’ appoġġ kollha jew parti minnhom fi kwalnunkwe mument fejn huma jikkunsidraw dan neċessarju fid-dawl tat-twettiq korrett tal-proċedura. Dan jista’ jkun partikolarment il-każ fi proċeduri b’żewġ stadji - proċeduri restrittivi, proċeduri kompetittivi b’negozjati, djalogi kompetittivi u sħubiji innovattivi - fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħmlu użu mill-possibbiltà li jillimitaw l-għadd ta’ kandidati mistednin biex jissottomettu l-offerta. Il-ħtieġa għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta’ appoġġ fil-mument tal-għażla tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna tista’ tkun iġġustifikata sabiex jiġi evitat li l-awtoriatjiet kontraenti jistiednu kandidati li aktar tard ma jkunux jistgħu jissottomettu dokumenti ta’ appoġġ fl-istadju ta’ għoti, li altrimenti jippriva kandidati kwalifikati milli jipparteċipaw.

Għandu jkun stabbiliti b’mod espliċitu li d-Dokument ta’ Akkwist Uniku Ewropew għandu wkoll jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-entitajiet li fuq il-kapaċitajiet tagħhom jiddependi operatur ekonomiku, sabiex il-verifika tal-informazzjoni dwar dawn l-entitajiet tista’ ssir flimkien mal-verifika fir-rigward tal-operatur ekonomiku prinċipali u fuq l-istess kondizzjonijiet.

(85)

Huwa importanti li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni reċenti, b’mod partikolari fir-rigward tar-raġunijiet ta’ esklużjoni, peress li bidliet importanti jistgħu jintervjenu b’mod rapidu, pereżempju fl-eventwalità ta’ diffikultajiet finanzjarji li jagħmlu lill-operatur ekonomiku mhux adatt jew, bil-maqlub, peress li dejn pendenti fuq kontribuzzjonijiet soċjali jkunu sadanittant ġew imħallsa. Huwa għalhekk preferibbli li, fejn possibbli, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw din l-informazzjoni billi jaċċessaw database rilevanti, li għandha tkun nazzjonali fis-sens li tkun amministrata minn awtoritajiet pubbliċi. Fl-istadju attwali tal-iżvilupp, jista’ jkun għad baqa’ każijiet fejn għadu mhux possibbli li dan isir minħabba raġunijiet tekniċi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-promozzjoni ta’ miżuri li jkunu jistgħu jiffaċilitaw rikors elettroniku faċli għal informazzjoni aġġornata, bħat-tisħiħ tal-għodod li jagħtu aċċess għal dossiers virtwali ta’ kumpanniji, jew mezz ta’ ffaċilitar tal-interoperabbiltà bejn id-databases jew miżuri oħra ta’ akkumpanjament.

Għandu jkun ukoll previst li l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jistaqsu għal dokumenti - xorta waħda aġġornati - li diġà għandhom minn proċeduri ta’ akkwist preċedenti. Madankollu, għandu jiġi żgurat ukoll li l-awtoritajiet kontraenti ma jsibux ma’ wiċċhom piżijiet ta’ arkivjar u ffajljar sproporzjonat f’dan il-kuntest. Konsegwentement, l-implimentazzjoni ta’ dan il-kompitu għandu jkun applikabbli biss ladarba l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni jkun obbligatorju, peress li ġestjoni elettronika tad-dokument tagħmilha ħafna aktar faċli għall-awtoritajiet kontraenti.

(86)

Tista’ tinkiseb aktar simplifikazzjoni kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet kontraenti permezz ta’ formula standard għall-awtodikjarazzjonijiet, li tista’ tnaqqas il-problemi marbuta mal-abbozzar preċiż ta’ stqarrijiet u dikjarazzjonijiet ta’ kunsens formali kif ukoll kwistjonijiet ta’ lingwa.

(87)

Il-Kummissjoni tipprovdi u tamministra sistema elettronika, e-Certis, li attwalment tiġi aġġornata u verifikata fuq bażi volontarja mill-awtoritajiet nazzjonali. L-għan tal-e-Certis huwa li tiffaċilita l-iskambju ta’ ċertifikati u ta’ evidenza dokumentata oħra li ta’ spiss ikunu meħtieġa mill-awtoritajiet kontraenti. L-esperjenza li nkisbet s’issa tindika li l-aġġornament u l-verifika volontarji mhumiex suffiċjenti biex jiżguraw li l-e-Certis tagħti l-potenzjal sħiħ tagħha għas-simplifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iskambji dokumentati b’mod partikolari għall-benefiċċju tal-SMEs. Għaldaqstant il-manutenzjoni għandha tkun obbligatorja mill-ewwel. Ir-rikors għall-e-Certis ser isir obbligatorju fi stadju aktar tard.

(88)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu li l-miżuri jew l-iskemi ta’ ġestjoni ambjentali jiġu applikati matul it-twettiq ta’ kuntratt pubbliku. L-iskemi ta’ ġestjoni ambjentali, sew jekk huma rreġistrati kif ukoll jekk le taħt l-istrumenti tal-Unjoni bħar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), jistgħu juru li l-operatur ekonomiku għandu l-kapaċità teknika li jwettaq il-kuntratt. Din tinkludi ċertifikati Ekotikketta li jinvolvu l-kriterji ta’ ġestjoni ambjentali. Fejn operatur ekonomiku ma jkollu ebda aċċess għal tali skemi ta’ reġistrazzjoni ta’ ġestjoni ambjentali jew ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti, għandu jitħalla jippreżenta deskrizzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni ambjentali implimentati, dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat juri li dawk il-miżuri jiżguraw l-istess livell ta’ protezzjoni ambjentali bħall-miżuri rikjesti taħt il-ġestjoni ambjentali.

(89)

In-nozzjoni ta’ kriterji ta’ għoti hija ċentrali għal din id-Direttiva. Għalhekk huwa importanti li d-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu mressqa bl-aktar mod sempliċi u allinjati possibbli. Dan jista’ jinkiseb bl-użu tat-terminoloġija “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża” bħala l-ogħla kunċett, peress li l-offerti kollha rebbieħa għandhom finalment jintgħażlu skont dak li l-awtorità kontraenti individwali tikkunsidra li tkun ekonomikament l-aħjar soluzzjoni fost dawk offruti. Biex tiġi evitata l-konfużjoni bil-kriterji tal-għoti li attwalment hija magħrufa bħala “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża” fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, għandha tintuża terminoloġija differenti biex jiġi kopert dak il-kunċett, “l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità”. Konsegwentement, għandha tiġi interpretata skont il-każistika marbuta ma’ dawk id-Direttivi, ħlief fejn ikun hemm soluzzjoni materjalment differenti f’din id-Direttiva.

(90)

Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali, bil-ħsieb li jiġi żgurat tqabbil oġġettiv tal-valur relattiv tal-offerti sabiex jiġi determinat, f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, liema offerta hija l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. Għandu jkun stabbilit b’mod espliċitu li l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għandha tkun ivvalutata abbażi tal-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità, li dejjem għandu jinkludi element ta’ prezz jew spiża. Għandu jkun iċċarat bl-istess mod li din il-valutazzjoni tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għandha wkoll isseħħ abbażi tal-effettività tal-prezz jew il-kost-effettività biss. Huwa għalhekk aktar adegwat li jiġi mfakkar li l-awtoritajiet kontraenti huma liberi li jistabbilixxu standards ta’ kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

Sabiex tiġi mħeġġa orjentazzjoni akbar lejn il-kwalità tal-akkwist pubbliku, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jipprojbixxu jew jagħmlu restrizzjonijiet dwar l-użu tal-prezz biss jew il-kost biss biex tiġi vvalutata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża meta huma jqisu li dan ikun adatt.

Biex tiġi żgurata konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali fl-għoti ta’ kuntratti, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom l-obbligu li joħolqu t-trasparenza meħtieġa biex l-offerenti kollha jkunu jistgħu jkunu infurmati b’mod raġonevoli dwar il-kriterji u l-arranġamenti li ser jiġu applikati fid-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt. L-awtoritajiet kontraenti għaldaqstant għandu jkollhom l-obbligu li jindikaw il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt u l-importanza relattiva mogħtija lil kull wieħed minn dawk il-kriterji. L-awtoritajiet kontraenti għandu, madankollu, ikollhom il-permess li jidderogaw mill-obbligu li jindikaw l-importanza tal-kriterji f’każijiet debitament ġustifikati li għalihom għandhom ikunu jistgħu jagħtu r-raġunijiet, fejn l-importanza ma tistax tiġi stabbilita bil-quddiem, b’mod partikolari minħabba l-kumplessità tal-kuntratt. F’tali każijiet, huma għandhom jindikaw il-kriterji billi jibdew mill-aktar importanti.

(91)

L-Artikolu 11 tat-TFUE jitlob li r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

(92)

Meta jkunu qed jivvalutaw l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità l-awtortajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u kwalitattivi marbuta mas-suġġett tal-kuntratt li huma ser jużaw għal dak il-għan. Dawk il-kriterji għandhom għaldaqstant jippermettu valutazzjoni komparattiva tal-livell ta’ prestazzjoni offrut minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif iddefinit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Fil-kuntest tal-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità, lista mhux eżawrjenti ta’ kriterji possibbli tal-għoti li jinkludu aspetti ambjentali u soċjali stabbiliti f’din id-Direttiva. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu mħeġġa jagħżlu kriterji għall-għoti li jippermettulhom li jiksbu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li l-aktar li jixirqu l-ħtiġijiet tagħhom.

Il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu libertà tal-għażla bla restrizzjoni fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u ġusta u jkunu akkumpanjati minn arranġamenti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

Biex tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, id-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt m’għandhiex tkun ibbażata biss fuq kriterji ta’ nuqqas ta’ spiża. Il-kriterji kwalitattivi għaldaqstant għandhom jiġu akkumpanjati minn kriterju ta’ spiża li jista’, fl-għażla tal-awtorità kontraenti, ikun il-prezz jew approċċ ta’ kosteffettività bħall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja. Madankollu, il-kriterji għall-għoti m’għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddeterminaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi jew jistabbilixxu prezzijiet fissi għal ċerti provvisti.

(93)

Fejn dispożizzjonijiet nazzjonali jiddeterminaw id-dħul ta’ ċerti servizzi jew jistabbilixxu prezzijiet fissi ta’ ċerti provvisti, għandu jiġi ċċarat li tibqa’ possibbli valutazzjoni għall-flus abbażi ta’ fatturi oħra lil hinn mill-prezz uniku jew id-dħul. Skont is-servizz jew prodott ikkonċernat, dawn il-fatturi jistgħu pereżempju, jinkludu kondizzjonijiet ta’ aspetti ta’ distribuzzjoni u pagamenti tal-assistenzi lill-klijenti wara l-bejgħ (eż. sas-servizzi ta’ konsulenza u ta’ tibdil) jew l-aspetti ambjentali jew soċjali (eż. jekk il-kotba ġewx stampati fuq karta riċiklata jew fuq karta minn injam sostenibbli, l-ispejjeż fuq l-esternalitajiet ambjentali jew jekk żdiditx l-integrazzjoni soċjali tal-persuni żvantaġġati jew tal-membri ta’ gruppi vulnerabbli fost il-persuni maħtura). Minħabba l-bosta possibiltajiet ta’ vvalutar tal-kwalità mqabbla mal-prezz abbażi ta’ kriterji sostantivi, rikors ta’ prelevar ta’ lottijiet bħala l-uniku mezz ta’ għoti ta’ kuntratt għandu jiġi evitat.

(94)

Kull meta l-kwalità tal-persunal impjegat tkun rilevanti għal-livell ta’ prestazzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew ukoll jużaw bħala kriterju għall-għoti l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-twettiq tal-kuntratt u, b’riżultat ta’ dan, il-valur ekonomiku tal-offerta. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’kuntratti għal servizzi intellettwali bħal servizzi ta’ konsulenza jew ta’ arkitettura. L-awtoritajiet kontraenti li jużaw din il-possibbiltà għandhom jiżguraw, bil-mezzi kuntrattwali adatti, li l-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt effettivament jissodisfa l-istandards ta’ kwalita speċifikati u li tali persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti li tivverifika li l-persunal li ser jeħodlu postu jkun jista’ jilħaq livell ekwivalenti ta’ kwalità.

(95)

Huwa tal-akbar importanza li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. F’dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li l-akkwist pubbliku huwa kruċjali biex tiġi stimolata l-innovazzjoni, li hija ta’ importanza kbira għat-tkabbir futur fl-Ewropa. Fl-isfond tad-differenzi importanti bejn is-setturi individwali u s-swieq, ma jkunx xieraq madankollu li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji ġenerali għal akkwist ambjentali, soċjali u ta’ innovazzjoni.

Il-leġislatur tal-Unjoni diġà stabbilixxa rekwiżiti għall-akkwist obbligatorji biex jintlaħqu miri speċifiċi fis-setturi tal-vetturi ta’ trasport fuq it-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16)) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17)). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ metodoloġiji komuni għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja avvanzat b’mod sinifikanti.

Għaldaqstant jidher xieraq li nkomplu fuq dik it-triq u nħallu l-leġislazzjoni speċifika għas-settur tistabbilixxi objettivi u miri obbligatorji fir-rigward tal-politiki u l-kondizzjonijiet partikolari prevalenti fis-settur rilevanti u tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi Ewropej għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja bħala sostenn ulterjuri għall-użu tal-akkwist pubbliku b’appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.

(96)

Dawk il-miżuri speċifiċi għas-settur għandhom jiġu kkomplementati minn adattament tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kontraenti sabiex isegwu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussivfl-istrateġiji tax-xiri tagħhom. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li, għajr fejn huwa vvalutat abbażi tal-prezz biss, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeterminaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u l-anqas spejjeż billi jużaw approċċ li jikkalkula l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-kunċett tal-kalkolu tal-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja jinkludi l-ispejjeż kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi.

Dan ifisser spejjeż interni, bħal spejjeż għar-riċerka li għad trid issir, għall-iżvilupp, il-produzzjoni, it-trasport, l-użu, il-manutenzjoni u l-ispejjeż tar-rimi fi tmiem il-ħajja iżda jista’ jinkludi wkoll spejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali, bħat-tniġġis ikkawżat mill-estrazzjoni tal-materja prima użata fil-prodott jew ikkawżata mill-prodott innifsu jew mill-manifattura tiegħu, dment li dawn ikunu jistgħu jiġu immonetizzati u sorveljati. Il-metodi li l-awtoritajiet kontraenti jużaw biex jivvalutaw l-ispejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandhom jiġu stabbiliti bil-quddiem b’mod oġġettiv u mhux diskriminatorju u jkunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Tali metodi jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew dak lokali, iżda għandhom, biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni permezz ta’ metodoloġiji mfasslin apposta, jibqgħu ġenerali fis-sens li m’għandhomx jiġu stabbiliti speċifikament għal proċedura partikolari ta’ akkwist pubbliku.

Għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni fil-livell tal-Unjoni għall-kalkolu tal-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kategoriji speċifiċi ta’ provvisti jew servizzi. Fejn tali metodoloġiji komuni huma żviluppati, l-użu tagħhom għandu jsir obbligatorju.

Barra minn hekk, il-fattibbiltà ta’ ħolqien ta’ metodoloġija komuni dwar l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja soċjali għandha tiġi eżaminata b’kont meħud tal-metodoloġiji eżistenti bħall-Linji Gwida għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja Soċjali tal-Prodotti adottati fi ħdan il-qafas tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent.

(97)

Barra minn hekk, bil-ħsieb ta’ integrazzjoni aħjar tal-konsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali fil-proċeduri ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jiġu pprovduti taħt il-kuntratt pubbliku fi kwalunkwe aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċikli tal-ħajja tagħhom mill-estrazzjoni tal-materja prima għall-prodott sal-istadju tar-rimi tal-prodott, inklużi fatturi involuti fil-proċess speċifiku tal-produzzzjoni, il-provvista jew, il-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu, ta’ dawk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jew proċess speċifiku waqt stadju aħħari taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, anke meta tali fatturi mhumiex parti mis-sustanza materjali tagħhom. Il-kriterji u l-kondizzjonijiet li jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni jew provvista bħal dan huma, pereżempju, li l-manifattura tal-prodotti mixtrija ma involvietx sustanzi kimiċi tossiċi, jew li s-servizzi mixtrija jiġu pprovduti bl-użu ta’ magni effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan jinkludi wkoll kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti relatati mal-provvista jew l-użu ta’ prodotti minn kummerċ ġust matul it-twettiq tal-kuntratt li jkun ser jingħata. Il-kriterji u l-kondizzjonijiet marbuta mal-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu jistgħu pereżempju jirreferu għall-fatt li l-prodott ikkonċernat ġej minn kummerċ ġust, inkluż ir-rekwiżit biex jitħallas prezz minimu u prezz primjum lill-produtturi. Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti marbuta ma’ konsiderazzjonijiet ambjentali jistgħu jinkludu, pereżempju, il-kunsinna, l-imballaġġ u d-disponiment tal-prodotti, u fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet u servizzi, it-tnaqqis tal-iskart u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.

Madankollu, il-kondizzjoni ta’ rabta mas-suġġett tal-kuntratt teskludi l-kriterji u l-kondizzjonijiet relatati mal-politika korporattiva ġenerali, li ma tistax titqies fattur li jikkaraterizza l-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mixtrija. L-awtoritajiet kontraenti għalhekk m’għandhomx jitħallew jirrikjedu li l-offerenti jkollhom ċerta politika ta’ responsabbiltà soċjali jew ambjentali korporattiva stabbilita.

(98)

Huwa essenzjali li l-kriterji għall-għoti jew il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt li jirrigwardaw l-aspetti soċjali tal-proċess ta’ produzzjoni jkunu relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jkunu ser jingħataw taħt il-kuntratt. Barra minn hekk, huma għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE,kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u m’għandhomx jintgħażlu jew jiġu applikati b’mod li jiddiskrimina direttament jew indirettament kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi partijiet għall-FAP jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li għalihom l-Unjoni hija parti. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet bażiċi ta’ ħidma regolati fid-Direttiva 96/71/KE, bħar-rati minimi ta’ ħlas, għandhom jibqgħu fil-livell stabbilit mil-leġislazzjoni nazzjonali jew minn ftehimiet kollettivi applikati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva.

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt jistgħu wkoll ikunu maħsuba biex jiffavorixxu l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq ix-xogħol, parteċipazzjoni ogħla tan-nisa fis-suq tax-xogħol u r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata, il-ħarsien tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali u, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u għar-reklutaġġ ta’ aktar persuni żvantaġġatti milli huma meħtieġa taħt il-leġislazzjoni nazzjonali.

(99)

Il-miżuri bil-għan li titħares is-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni, li tiġi favorita l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ gruppi vulnerabbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt jew biex jitħarrġu fil-ħiliet meħtieġa għall-kuntratt inkwistjoni jistgħu wkoll ikunu s-suġġett ta’ kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt dment li dawn ikunu marbuta max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti taħt il-kuntratt. Pereżempju, tali kriterji jew kondizzjonijiet jistgħu jirreferu, fost l-oħrajn, għall-impjieg ta’ persuni li qed ifittxu xogħol fit-tul, l-implimentazzjoni ta’ mizuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew żgħażagħ waqt it-twettiq tal-kuntratt li jkun ser jingħata. Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jipprovdu rekwiżiti soċjali bħal dawn li jikkaratterizzaw direttament il-prodott jew servizz inkwistjoni, bħall-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltajiet jew tfassil għall-utenti kollha.

(100)

Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, reati terroristiċi, ħasil tal-flus jew finanzjament ta’ terroriżmu. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jwassal ukoll għal esklużjoni obbligatorja fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu deroga minn dawk l-esklużjonijiet obbligatorji f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ħtiġijiet aktar importanti fl-interess ġenerali jagħmlu l-għoti tal-kuntratt indispensabbli. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ meta tilqim jew tagħmir ta’ emerġenza meħtieġa b’mod urġenti jkunu jistgħu jinxtraw biss mingħand operatur ekonomiku li għalih japplika wieħed mir-raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni.

(101)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu operaturi ekonomiċi li wrew li mhumiex affidabbli, pereżempju minħabba ksur ta’ obbligi ambjentali jew soċjali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità jew forom oħra ta’ kondotta professjonali serjament skorretta, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Għandu jiġi ċċarat li kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità tista’ twassal għad-dubju fl-integrità ta’ operatur ekonomiku u għalhekk twassal biex l-operatur ekonomiku ma jkunx adattat biex jingħata kuntratt pubbliku irrispettivament minn jekk l-operatur ekonomiku jkollux il-kapaċità ekonomika u teknika biex jitwettaq il-kuntratt.

Filwaqt li wieħed iqis li l-awtorità kontraenti ser tkun responsabbli għall-konsegwenzi tad-deċiżjoni possibbilment żbaljata tagħha, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi wkoll li jqisu li kien hemm kondotta professjonali serjament skorretta, fejn, qabel issir deċiżjoni finali u vinkolanti dwar il-preżenza ta’ raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni, huma jkunu jistgħu juru bi kwalunkwe mezz xieraq li l-operatur ekonomiku kiser l-obbligi tiegħu, inklużi l-obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jeskludu kandidati jew offerenti li t-twettiq tagħhom ta’ kuntratti pubbliċi preċedenti wera nuqqasijiet kbar fir-rigward ta’ rekwiżiti sostantivi, pereżempju n-nuqqas ta’ twettiq jew prestazzjoni ta’ suċċess, nuqqasijiet sinifikanti tal-prodott jew servizz mogħti, li b’hekk ma setax jintuża għall-iskop maħsub, jew imġiba skorretta li tqajjem dubji serji dwar l-affidabbiltà tal-operatur ekonomiku. Il-liġi nazzjonali għandha tipprevedi għal durata massima ta’ esklużjonijiet bħal dawn.

Bl-applikazzjoni ta’ raġunijiet fakultattivi għall-esklużjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-prinċipju ta’ proporzjonalità. Irregolaritajiet minuri għandhom iwasslu għall-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Madankollu każijiet ripetuti ta’ irregolaritajiet minuri jistgħu jwasslu għal dubju dwar l-affidibbiltà ta’ operatur ekonomiku li jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjonijiet tiegħu.

(102)

Madankollu, trid tingħata xi ftit konċessjoni għall-possibbiltà li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jadottaw miżuri ta’ konformità li għandhom l-għan li jirrimedjaw għall-konsegwenzi ta’ kwalunkwe reat kriminali jew kondotta skorretta u li jimpedixxu b’mod effettiv milli jkun hemm iżjed okkorrenzi tal-imġiba ħażina. Dawk il-miżuri jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari minn miżuri tal-persunal u organizzattivi bħall-qtugħ tar-rabtiet kollha ma’ persuni jew organizzazzjonijiet involuti fl-imġiba ħażina, miżuri xierqa ta’ riorganizzazzjoni tal-persunal, l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ rapportar u kontroll, il-ħolqien ta’ struttura ta’ verifika interna għall-monitoraġġ tal-konformità u l-adozzjoni ta’ regoli interni dwar ir-responsabbiltà u l-kumpens. Fejn tali miżuri joffru garanziji suffiċjenti, l-attur ekonomiku inkwistjoni ma għandux jibqa’ jiġi eskluż minħabba dawk ir-raġunijiet waħedhom. L-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu li jiġu eżaminati l-miżuri ta’ konformità li ttieħdu bil-ħsieb li jiġu ammessi għall-proċedura ta’ akkwist. Madankollu, għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet proċedurali u sostantivi eżatti applikabbli f’tali każijiet. Huma għandhom, b’mod partikolari, ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jippermettux lill-awtoritajiet kontraenti individwali li jwettqu l-valutazzjonijiet rilevanti jew li jagħtu s-setgħa lil awtoritajiet oħra f’livell ċentrali jew deċentralizzat f’dak il-kompitu.

(103)

L-offerti li jidhru baxxi wisq fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex tajbin. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. L-awtorità kontraenti għandha tkun obbligata li tirrifjuta, f’każijiet fejn tkun stabbiliet li l-prezz baxx b’mod anormali jew l-ispejjeż proposti jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità mal-liġi obbligatorja tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali kompatibbli magħha fl-oqsma tal-liġi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol.

(104)

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt huma sabiex jistipulaw rekwiżiti speċifiċi relatati mat-twettiq tal-kuntratt. B’differenza mill-kriterji għall-għoti ta’ kuntratti li huma l-bażi għal valutazzjoni komparattiva tal-kwalità tal-offerti, il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt jikkostitwixxu rewiżiti oġġettivi fissi li m’għandhom l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-offerti. Il-kondizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti għandhom ikunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji u jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, li jinkludi l-fatturi kollha involuti fil-proċess speċifiku ta’ produzzjoni, forniment jew kummerċjalizzazzjoni. Dawn jinkludu l-kondizzjonijiet dwar il-proċess tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, iżda jeskludu r-rekwiżiti li jirreferu għal politika korporattiva ġenerali.

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt għandhom jiġu indikati fl-avviż tal-kuntratt, l-avviż ta’ tagħrif preċedenti użat bħala mezz għal sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti tal-akkwist.

(105)

Huwa importanti li l-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti bid-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi, jew bid-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol internazzjonali elenkati f’din id-Direttiva, dment li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, tkun żgurata permezz ta’ azzjonijiet xierqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fi ħdan l-ambitu tar-responsabbiltajiet tagħhom u l-limiti, bħal aġenziji tal-ispezzjoni tax-xogħol jew aġenziji tal-protezzjoni tal-ambjent.

Huwa wkoll meħtieġ li tiġi żgurat xi trasparenza fil-katina tas-sottokuntratti, peress li din tagħti informazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti dwar min hu preżenti fis-siti tal-bini li fuqhom qed isiru x-xogħlijiet għalihom, jew fuq liema impriżi qed jipprovdu servizzi fil-bini, fl-infrastrutturi jew żoni, bħal fil-kunsilli lokali, skejjel tal-istat, faċilitajiet sportivi, portijiet jew awtostradi, li għalihom l-awtoritajiet kontraenti huma responsabbli jew li fuqhom jagħmlu superviżjoni diretta. Għandu jiġi ċċarat li l-obbligu tat-tqassim tal-informazzjoni meħtieġa hija fi kwalunkwe każ tal-kuntrattur ewlieni, jew abbażi ta’ klawsoli speċifiċi, li kull awtorità kontraenti jkollha tinkludi fil-proċeduri kollha ta’ akkwist, jew abbażi tal-obbligi li l-Istati Membri jkunu imponew fuq il-kuntratturi ewlenija permezz ta’ dispożizzjonijiet ġeneralment applikabbli.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kondizzjonijiet marbuta mal-infurzar tal-osservanza tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi, jew bid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati f’din id-Direttiva, dment li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu applikati kull meta l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprevedi għal mekkaniżmu ta’ passiv konġunt bejn sottokuntrattur u l-kuntrattur ewlieni. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jmorru lil hinn, pereżempju billi jestendu l-obbligi ta’ trasparenza billi jippermettu pagamenti diretti lis-sottokuntratturi jew billi jippermettu jew jitolbu lill-awtoritajiet kontraenti biex jivverifikaw li s-sottokuntratturi mhumiex f’xi sitwazzjonijiet li twassal għall-esklużjoni tal-operaturi ekonomiċi. Fejn tali miżuri jiġu applikati fuq sottokuntratturi, għandha tiġi żgurata koerenza mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratturi prinċipali sabiex l-eżistenza ta’ raġunijiet għall-esklużjoni obbligatorja jkunu segwiti minn talba li l-kuntrattur prinċipali jissostitwixxi s-sottokuntrattur imsemmi. Meta tali verifika turi l-preżenza ta’ raġunijiet għal esklużjoni mhux obbligatorja, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu s-sostituzzjoni. Għandu wkoll ikun stabbilit b’mod espliċitu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jkunu obbligati jitolbu s-sostituzzjoni tas-sottokuntrattur kkonċernat fejn l-esklużjoni tal-kuntratturi ewlenin tkun obbligatorja f’tali każijiet.

Għandu jkun stabbilit ukoll b’mod espliċitu li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jipprovdu regoli ta’ passivi aktar stretti taħt il-liġi nazzjonali jew li jmorru lil hinn taħt il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi.

(106)

Għandu jiġi mfakkar li r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) No 1182/71 (18) japplika għall-kalkolazzjoni ta’ limiti ta’ ħin miġbura f’din id-Direttiva

(107)

Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet skont liema, il-modifiki għal kuntratt matul it-twettiq tiegħu jeħtieġu proċedura ta’ akkwist ġdida, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija meħtieġa proċedura ta’ akkwist ġdida fil-każ ta’ bidliet materjali fil-kuntratt inizjali, b’mod partikolari għall-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet, inkluża d-distribuzzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Dawn il-bidliet juru l-intenzjoni tal-partijiet li jerġgħu jinnegozjaw it-termini jew il-kondizzjonijiet essenzjali ta’ dak il-kuntratt. Dan ikun il-każ b’mod partikolari jekk il-kondizzjonijiet emendati kien ser ikollhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura, kieku dawn kienu parti mill-proċedura inizjali.

Modifiki għall-kuntratt li jirriżultaw f’bidla żgħira tal-valur tal-kuntratt sa ċertu valur għandhom dejjem ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li titwettaq proċedura ta’ akkwist ġdida. Għal dan il-għan u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, din id-Direttiva għandha tipprovdi limiti de minimis, taħt liema proċedura ta’ akkwist ma tkunx meħtieġa. Modifiki għall-kuntratt ‘il minn dawn il-limiti għandhom ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li titwettaq proċedura ta’ akkwist ġdida sakemm ikunu konformi mal-kondizzjonijiet rilevanti imniżżla f’din id-Direttiva.

(108)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jsibu ma’ wiċċhom sitwazzjonijiet fejn xogħlijiet, provvisti jew servizzi addizzjonali jkunu meħtieġa; f’tali każijiet modifika tal-kuntratt inizjali mingħajr proċedura ta’ akkwist ġdida tista’ tkun ġustifikata, b’mod partikolari fejn id-distribuzzjonijiet addizzjonali huma maħsuba jew bħala tibdil parzjali jew bħala estensjoni tas-servizzi, provvisti jew installazzjonijiet eżistenti li bidla fil-fornitur tobbliga lill-awtorità kontraenti tixtri materjal, xogħlijiet jew servizzi b’karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manutenzjoni.

(109)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiffaċċjaw ċirkostanzi esterni li ma setgħux jipprevedu meta dawn taw il-kuntratt, b’mod partikolari meta l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tkopri perijodu ta’ żmien twil. F’dan il-każ, huwa meħtieġ ċertu livell ta’ flessibilità biex il-kuntratt jiġi adattat għal dawk iċ-ċirkostanzi mingħajr proċedura ta’ akkwist ġdida. Il-kunċett ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jirreferi għal ċirkostanzi li ma setgħux ikunu mbassra minkejja tħejjija raġonevolment diliġenti tal-għoti inizjali mill-awtorità kontraenti, filwaqt li jitqiesu l-mezzi disponibbli tagħha, in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett speċifiku, il-prattika tajba fil-qasam inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi żgurata relazzjoni xierqa bejn ir-riżorsi li jintefqu fit-tħejjija tal-għoti u l-valur prevedibbli tiegħu. Madankollu, dan ma jistax japplika fil-każijiet fejn modifika tirriżulta f’alterazzjoni tan-natura tal-akkwist ġenerali, pereżempju billi jiġu sostitwiti x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati b’xi ħaġa differenti jew billi jinbidel fundamentalment it-tip ta’ akkwist, minħabba li, f’sitwazzjoni bħal din, wieħed jista’ jassumi li jkun hemm influwenza ipotetika fuq ir-riżultat.

(110)

F’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza, l-offerent magħżul ma għandux, pereżempju fejn kuntratt jiġi mitmum minħabba nuqqasijiet fil-prestazzjoni, jiġi sostitwit minn operatur ekonomiku ieħor mingħajr ma jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid il-kuntratt għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent li jwettaq il-kuntratt għandu jkun jista’, b’mod partikolari fejn il-kuntratt ikun ingħata lill-aktar minn impriża waħda, li jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-kuntratt, bħar-riorganizzazzjonijiet purament interni, takeovers, amalgamazzjonijiet u akkwisti jew insolvenza. Tali bidliet strutturali ma għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri ta’ akkwist ġodda għall-kuntratti pubbliċi kollha mwettqa minn dak l-offerent.

(111)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom, fil-kuntratti individwali stess, ikollhom il-possibbiltà li jipprovdu modifiki għall-kuntratt permezz ta’ klawsoli ta’ reviżjoni jew ta’ għażla, iżda dawn il-klawsoli ma għandhomx jagħtuhom diskrezzjoni illimitata. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi sa liema punt jistgħu jiġu ppreveduti modifiki fil-kuntratt inizjali. Konsegwentement għandu jiġi ċċarat li klawsoli ta’ reviżjoni jew ta’ għażla abbozzati suffiċjentement b’mod ċar jistgħu pereżempju jipprovdu għal indiċizzazzjonijiet tal-prezzijiet jew jiżguraw li, pereżempju, tagħmir ta’ komunikazzjoni li jiġi distribut matul perijodu partikolari jibqa’ jkun adattat, ukoll fil-każ ta’ tibdil fil-protokolli tal-komunikazzjonijiet jew bidliet teknoloġiċi oħra. Għandu jkun ukoll possibbli taħt klawsoli suffiċjentement ċari li jiġu pprovduti adattazzjonijiet tal-kuntratt li jsiru meħtieġa minħabba diffikultajiet tekniċi li jfeġġu matul l-operazzjoni jew il-manutenzjoni. Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-kuntratti jistgħu, pereżempju, jinkludu sew manutenzjoni ordinarja kif ukoll jipprovdu għal interventi ta’ manutenzjoni straordinarja li tista’ tiġi meħtieġa sabiex ikun żgurat il-kontinwazzjoni ta’ servizz pubbliku.

(112)

L-awtoritajiet kontraenti xi drabi huma ffaċċjati b’ċirkostanzi li jeħtieġu li kuntratti pubbliċi jintemmu kmieni sabiex ikunu konformi mal-obbligi taħt il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, li jtemmu kuntratt pubbliku waqt il-terminu tiegħu jekk dan ikun mitlub mil-liġi tal-Unjoni.

(113)

Ir-riżultati tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2011 intitolat “Evalwazzjoni dwar l-Impatt u l-Effikaċja tal-Leġislazzjoni tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku” ssuġġerew li l-esklużjoni ta’ ċerti servizzi mill-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2004/18/KE għandha tiġi riveduta. Bħala riżultat, l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva għandha tiġi estiża għal numru ta’ servizzi.

(114)

Ċerti kategoriji ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri dawk is-servizzi li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawk is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-kuntratti pubbliċi għal dawk is-servizzi, b’limitu ogħla minn dak li japplika għal servizzi oħra.

Servizzi lill-persuna b’valuri inqas minn dak il-limitu stabbilit tipikament mhux ser ikunu ta’ interess għall-fornituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hemm indikazzjonijiet konkreti għall-kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali.

Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dak il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-Direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali, ippubblikat mill-Kumitat tal-Protezzjoni. Meta jiddeterminaw il-proċeduri li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ kuntratti għal servizzi lill-persuna, l-Istati Membri għandhom iqisu l-Artikolu 14 TFUE u mill-Protokoll Nru 26. B’hekk, l-Istati Membri għandhom ifittxu wkoll li jilħqu l-objettivi ta’ simplifikazzjoni u tħaffif tal-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi; għandu jiġi ċċarat li meta jagħmlu hekk jista’ jfisser ukoll id-dipendenza fuq ir-regoli applikabbli għal kuntratti ta’ servizzi li mhux soġġetti għar-reġim speċifiku.

L-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawk is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni ta’ kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(115)

Bl-istess mod, servizzi ta’ lukandi u ristoranti huma tipikament offruti biss minn operaturi li jinsabu fil-post speċifiku tal-forniment ta’ dawk is-servizzi u għalhekk għandhom ukoll dimensjoni transkonfinali limitata. Għalhekk huma għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett, minn limitu ta’ EUR 750 000. Kuntratti kbar għal servizzi ta’ lukandi u ristoranti ‘l fuq minn dak il-limitu jistgħu jkunu ta’ interess għal diversi operaturi ekonomiċi, bħal aġenziji tal-ivvjaġġar u intermedjarji oħra, anke fuq bażi transkonfinali.

(116)

Bl-istess mod, ċerti servizzi legali jirrigwardaw esklussivament kwistjonijiet purament ta’ liġi nazzjonali u għalhekk huma tipikament offruti biss minn operaturi li jinsabu fl-Istat Membru kkonċernati u konsegwentement għandhom ukoll dimensjoni transkonfinali limitata. Għalhekk huma għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett, minn limitu ta’ EUR 750 000. Kuntratti kbar ta’ servizzi legali ‘l fuq minn dak il-limitu jistgħu jkunu ta’ interess għal diversi operaturi ekonomiċi, bħal ditti internazzjonali ta’ avukati, anke fuq bażi transkonfinali, b’mod partikolari fejn jinvolvu kwistjonijiet legali ġejjin minn jew li għandhom bħala sfond il-liġi tal-Unjoni jew liġi internazzjonali oħra jew li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed.

(117)

L-esperjenza wriet li sensiela ta’ servizzi oħra, bħal servizzi ta’ sokkors, servizzi ta’ tifi tan-nar u servizzi tal-ħabsijiet normalment huma biss ta’ interess transkonfinali minn meta jiksbu massa kritika suffiċjenti permezz tal-valur relattivament għoli tagħhom. Sa fejn huma mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu inklużi skont ir-reġim anqas strett. Sakemm il-forniment tagħhom huwa attwalment ibbażat fuq kuntratti, kategoriji oħra ta’ servizzi, bħal servizzi governattivi jew il-forniment ta’ servizzi lill-komunità, normalment x’aktarx juru interess transkonfinali biss ‘il fuq minn limitu ta’ EUR 750 000 u konsegwentment għandhom ikunu biss hemmhekk soġġetti biss għar-reġim anqas strett.

(118)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi, din id-Direttiva għandha tippermetti li l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist għal ċerti servizzi fl-oqsma tas-servizzi tas-saħħa, soċjali u kulturali għandhom jiġu riservati għal organizzazzjonijiet li huma bbażati fuq is-sjieda tal-impjegat jew il-parteċipazzjoni attiva tal-impjegat fit-tmexxija tagħhom, u għall-organizzazzjonijiet eżistenti bħal kooperattivi biex jipparteċipaw fit-twassil ta’ dawn is-servizzi lill-utenti finali. Din id-dispożizzjoni hija limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni esklussivament għal ċerti servizzi tas-saħħa, soċjali u oħrajn relatati, ċerti servizzi ta’ edukazzjoni u taħriġ, libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħra, servizzi sportivi, u servizzi għad-djar privati, u mhix intenzjonata li tkopri kwalunkwe waħda mill-esklużjonijiet previsti b’mod ieħor minn din id-Direttiva. Dawk is-servizzi għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett..

(119)

Huwa adatt li jiġu identifikati dawk is-servizzi b’referenza għal pożizzjonijiet speċifiċi tal-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV) kif adottat mir-Regolament (KE) Nru No 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), li hija nomenklatura strutturata b’mod ġerarkiku, maqsuma f’diviżjonijiet, gruppi, klassijiet, kategoriji u subkategoriji. Sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali, għandu jiġi ċċarat li referenza għal diviżjoni ma tinvolvix impliċitament referenza għal subdiviżjonijiet subordinati. Tali kopertura komprensiva għandha minflok tiġi stabbilita espliċitament billi jissemmew il-pożizzjonijiet kollha rilevanti, fejn adatt bħala firxa ta’ kodiċi.

(120)

Il-kompetizzjonijiet ta’ disinn tradizzjonalment intużaw l-aktar fl-oqsma tal-ippjanar tal-ibliet u l-kampanja, l-arkitettura u l-inġinerija jew l-ipproċessar ta’ data. Madankollu, għandu jiġi mfakkar li dawn l-istrumenti flessibbli jisgħtu jintużaw ukoll għal għanijiet oħra, bħal pereżempju biex jinkisbu pjanti għall-inġinerija finanzjarja li jkunu jottimizzaw l-appoġġ tal-SMEs fil-kuntest ta’ Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Impriżi Mikro sa Medji (JEREMIE) jew programmi ta’ appoġġ għall-SMEs oħra tal-Unjoni fi Stat Membru partikolari. Il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li tintuża biex jinkisbu l-pjanti għal tali inġinerija finanzjarja jistgħu jistipulaw ukoll li l-kuntratti sussegwenti ta’ servizz għat-twettiq ta’ din l-inġinerija finanzjarja jingħataw lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ disinn permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni.

(121)

L-evalwazzjoni wriet li għad hemm ħafna fejn ikun hemm titjib fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni. Bil-ħsieb ta’ applikazzjoni aktar effiċjenti u konsistenti tar-regoli, huwa essenzjali li wieħed ikollu idea ġenerali tajba tal-problemi strutturali u x-xejriet ġenerali possibbli fil-politiki nazzjonali dwar l-akkwist, sabiex il-problemi possibbli jiġu indirizzati b’miri aktar preċiżi. Dik l-idea ġenerali għandha tinkiseb permezz ta’ monitoraġġ adatt, li r-riżultati tiegħu għandhom jiġu ppubblikati regolarment, sabiex ikun jista’ jsir dibattitu infurmat dwar titjib possibbli għar-regoli u l-prattika ta’ akkwist. Il-kisba ta’ idea ġenerali tajba wkoll tista’ tippermetti viżjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ akkwist pubbliku fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jiddeċiedu kif u minn min għandu jsir dan il-monitoraġġ fil-prattika; billi jagħmlu hekk, huma għandhom jibqgħu liberi wkoll li jiddeċiedu jekk il-monitoraġġ għandux ikun ibbażat fuq kontroll ex-post ibbażat fuq kampjuni jew fuq kontroll ex-ante sistematiku tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku koperti minn din id-Direttiva. Għandu jkun possibbli li l-problemi potenzjali jinġiebu għall-attenzjoni tal-korpi proprji; dan m’għandux neċessarjament jirrikjedi li dawk li wettqu l-monitoraġġ jidhru quddiem qrati u tribunali.

Gwida, informazzjoni u appoġġ aħjar għall-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi tista’ wkoll tikkontribwixxi b’mod qawwi għat-tisħiħ tal-effiċjenza tal-akkwist pubbliku, permezz ta’ għarfien aħjar, aktar ċertezza legali u professjonaliżmu fil-prattiki ta’ akkwist. Tali gwida għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi kull fejn jidher li hu meħtieġ li tittejjeb l-applikazzjoni korretta tar-regoli. Il-gwida li għandha tingħata tista’ tkopri s-suġġetti kollha rilevanti għall-akkwist pubbliku, bħall-ippjanar tal-akkwisti, il-proċeduri, l-għażla tat-tekniki u l-istrumenti u l- prattiki tajbin fit-twettiq tal-proċeduri. F’dak li jirrigwarda kwistjonijiet legali, il-gwida m’għandhiex neċessarjament tammonta għal analiżi legali kompleta tal-kwistjonijiet ikkonċernati; tista’ tkun limitata għal indikazzjoni ġenerali tal-elementi li għandhom jitqiesu għall-analiżi dettaljata sussegwenti tal-kwistjonijiet, pereżempju billi tindika każistika li tista’ tkun rilevanti jew noti ta’ gwida jew sorsi oħra li jkunu eżaminaw il-kwistjoni speċifika kkonċernata.

(122)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tipprevedi ċerti proċeduri ta’ reviżjoni li għandhom ikunu disponibbli għallinqas għal kull persuna li jkollha jew li kellha interess li tikseb kuntratt partikolari u li saritilha ħsara jew li qiegħda fir-riskju li ssirilha ħsara minn ksur allegat tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi. Dawk il-proċeduri ta’ reviżjoni m’għandhomx jiġu affettwati minn din id-Direttiva. Madankollu, iċ-ċittadini, il-partijiet interessati kkonċernati, kemm jekk organizzati jew le, u persuni jew korpi oħrajn li m’għandhomx aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni skont id-Direttiva 89/665/KEE xorta għandhom interess leġittimu, bħala persuni li jħallsu t-taxxa, fi proċeduri ta’ akkwist tajbin. Għaldaqstant huma għandhom jingħataw possibbiltà, b’mod differenti mis-sistema ta’ reviżjoni skont id-Direttiva 89/665/KEE u mingħajr ma neċessarjament jinvolvi li huma jidhru quddiem qrati u tribunali, li jindikaw ksur possibbli ta’ din id-Direttiva lil awtorità jew struttura kompetenti. Sabiex ma jiġux idduplikati awtoritajiet jew strutturi eżistenti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu rikors għal awtoritajiet jew strutturi ta’ monitoraġġ ġenerali, korpi ta’ superviżjoni settorjali, awtoritajiet ta’ superviżjoni muniċipali, awtoritajiet ta’ kompetizzjoni, l-ombudsman jew l-awtoritajiet nazzjonali ta’ verifika.

(123)

Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal li l-akkwist pubbliku biex jikseb l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv l-akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv ser ikollu jaqdi r-rwol tiegħu wkoll. Għaldaqstant huwa importanti li tinkiseb idea ġenerali tal-iżviluppi fil-qasam tal-akkwist strateġiku sabiex wieħed ikollu idea infurmata tax-xejriet ġenerali fil-livell ġenerali f’dak il-qasam. Kwalunkwe rapport adatt diġà mħejji jista’ naturalment jiġi użat f’dan il-kuntest ukoll.

(124)

Fid-dawl tal-potenzjal tal-SMEs għall-ħolqien tax-xogħol, it-tkabbir u l-innovazzjoni, huwa importanti li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku, kemm permezz ta’ dispożizzjonijiet adatti f’din id-Direttiva kif ukoll permezz ta’ inizjattivi fil-livell nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda previsti f’din id-Direttiva għandhom jagħtu kontribut għat-titjib tal-livell ta’ suċċess, li jfisser is-sehem tal-SMEs fil-valur totali ta’ kuntratti mogħtija. Mhuwiex adatt li jiġu imposti ishma obbligatorji ta’ suċċess, madankollu, l-inizjattivi nazzjonali għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-SMEs għandhom jiġu ssorveljati mill-qrib minħabba l-importanza tagħhom.

(125)

Diġà ġew stabbiliti għadd ta’ proċeduri u metodi ta’ ħidma fir-rigward tal-komunikazzjonijiet u l-kuntatti tal-Kummissjoni mal-Istati Membri, bħal komunikazzjonijiet u kuntatti marbuta mal-proċeduri previsti taħt l-Artikoli 258 u 260 TFUE, in-Netwerk għas-Soluzzjoni ta’ Problemi fis-Suq Intern (SOLVIT) u EU Pilot, li ma jiġux modifikati minn din id-Direttiva. Dawn għandhom, madankollu, jiġu kkomplementati mill-għażla ta’ punt waħdieni ta’ referenza f’kull Stat Membru għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, li jiffunzjona bħala punt uniku ta’ dħul għal materji li jirrigwardaw l-akkwist pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat. Din il-funzjoni tista’ titwettaq minn persuni jew strutturi li jkunu diġà regolarment f’kuntatt mal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-akkwist pubbliku, bħall-punti nazzjonali ta’ kuntatt, il-membri tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi, il-Membri tan-Netwerk tal-Akkwisti jew okkażjonijiet ta’ koordinazzjoni nazzjonali.

(126)

It-traċċabbiltà u t-trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi proċeduri ta’ akkwist huma essenzjali biex jiġu żgurati proċeduri tajbin, inkluża l-ġlieda effiċjenti kontra l-korruzzjoni u l-frodi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom għalhekk iżommu kopji tal-kuntratti ta’ valur għoli konklużi, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu aċċess għal dawk id-dokumenti lill-partijiet interessati skont ir-regoli applikabbli dwar l-aċċess għad-dokumenti. Barra minn hekk, l-elementi u d-deċiżjonijiet essenzjali ta’ proċeduri individwali ta’ akkwist għandhom jiġu dokumentati f’rapport dwar l-akkwisti. Biex jiġu evitati il-piżijiet amministrattivi kull fejn possibbli, għandu jkun permess li r-rapport dwar l-akkwisti jirreferi għal informazzjoni li diġà tinsab fl-avviż dwar l-għoti tal-kuntratt rilevanti. Is-sistemi elettroniċi għall-pubblikazzjoni ta’ dawk l-avviżi, amministrati mill-Kummissjoni, għandhom ukoll jittejbu bil-ħsieb li jiġi faċilitat id-dħul ta’ data filwaqt li jsir eħfef li wieħed joħroġ rapporti globali u jagħmel skambju ta’ data bejn is-sistemi.

(127)

Bil-għan ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament jekk il-kwalità u l-kompletezza tal-informazzjoni fl-avviżi li jiġu ppubblikati f’rabta mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku humiex biżżejjed biex jippermettu lill-Kummissjoni toħroġ l-informazzjoni statistika li inkella jkollha tintbagħat mill-Istati Membri.

(128)

Il-kooperazzjoni amministrattiva effettiva hija neċessarja għall-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ proċeduri tal-għoti f’sitwazzjonijiet transkonfinali, b’mod partikolari rigward il-verifika tar-raġunijiet għall-esklużjoni u l-kriterji ta’ selezzjoni, l-applikazzjoni ta’ standards ta’ kwalità u u dawk ambjentali u ta’ listi ta’ operaturi ekonomiċi approvati. L-iskambju ta’ informazzjoni huwa soġġett għal-liġijiet nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità. Għalhekk, din id-Direttiva ma’ tpoġġix obbligi fuq l-Istati Membri biex jiskambja informazzjoni li tmur lil hinn minn dak li l-awtoritajiet kontraenta nazzjonali jistgħu jaċċessaw. Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) tista’ tipprovdi mezz elettroniku siewi biex tiġi ffaċilitata u msaħħa l-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġestjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni abbażi ta’ proċeduri sempliċi u unifikati li jgħelbu l-barrieri tal-lingwa. Proġett pilota għandu konsegwentement jiġi mniedi malajr kemm jista’ jkun biex jiġi vverifikat jekk tkunx xierqa l-espansjoni tal-IMI biex tkopri l-iskambju ta’ informazzjoni taħt din id-Direttiva.

(129)

Sabiex ikun hemm adattament għall-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u regolatorji rapidi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ għadd ta’ elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva. Minħabba l-ħtieġa ta’ konformaità ma’ ftehimiet internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li timmodifika l-proċeduri tekniċi għall-metodi ta’ kalkolu li jirrigwardaw il-limiti stabbiliti kif ukoll li perjodikament tirrevedi l-istess limiti stabbiliti u li tadatta l-Anness X; il-listi ta’ awtoritajiet tal-gvern ċentrali huma soġġetti għal varjazzjonijiet minħabba bidliet amministrattivi fil-livell nazzjonali. Dawn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, li għandha tingħata s-setgħa li taddatta l-Anness I; ir-referenzi għan-nomenklatura tas-CPV jistgħu jgħaddu minn bidliet regolatorji fil-livell tal-Unjoni u huwa neċessarju li dawn il-bidliet jiġu riflessi fit-test ta’ din id-Direttiva; id-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir għall-irċevuta elettronika għandhom jinżammu aġġornati mal-iżviluppi teknoloġiċi; huwa meħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tagħmel standards tekniċi obbligatorji għall-komunikazzjoni elettronika sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità tal-formati u l-proċessi tekniċi u l-mezzi tekniċi sabiex jintbagħtu messaġġi fi proċeduri tal-akkwist permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni b’kunsiderazzjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi u; il-lista tal-atti legali tal-Unjoni li tistabbilixxi metodoloġiji komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiġi adattata malajr biex tinkorpora l-miżuri adottati fuq bażi settorjali Sabiex jiġu sodisfatti dawn il-ħtiġijiet, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li żżomm il-lista tal-atti legali li jinkludu l-metodoloġiji aġġornati dwar l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(130)

Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta gruppi ta’ esperti adattati fil-qasam tal-akkwist elettroniku biex tiżgura kompożizzjoni bilanċjata tal-gruppi ewlenin tal-partijiet interessati.

(131)

Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bħal fit-tfassil tal-formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi u formola standard għall-awtodikjarazzjonijiet. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

(132)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi, li ma għandhom l-ebda impatt, la mil-lat finanzjarju u lanqas fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, dawk l-atti huma kkaratterizzati minn għan amministrattiv sempliċi u jservu biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-regoli stabbilitif’din id-Direttiva.

(133)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ formola standard għall-awtodikjarazzjonijiet, minħabba l-impatt ta’ dawk l-awtodikjarazzjonijiet dwar l-akkwist u minħabba li għandhom rwol ċentrali fis-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist.

(134)

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti fuq is-suq intern li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta tagħmel dan, għandha tieħu kont ta’ fatturi bħal-livell ta’ akkwisti transkonfinali, il-parteċipazzjoni tal-SMEs, l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u l-għażla ta’ kompromess bejn in-nefqa u l-benefiċċju.

Skont l-Artikolu XXII(7) tiegħu, il-FAP għandu jkun soġġett għal aktar negozjati tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u imbagħad perjodikament. F’dak il-kuntest, għandu wkoll jiġi eżaminat jekk il-livell ta’ limiti stabbiliti huwiex adatt, b’kont meħud tal-impatt tal-inflazzjoni fid-dawl ta’ perijodu twil mingħajr bidliet fil-limiti fil-FAP; fl-eventwalità li l-livell tal-limiti stabbiliti jinbidel bħala konsegwenza, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tadotta proposta għal att legali li jemenda l-limiti stabbiliti kif stipulati f’din id-Direttiva.

(135)

Filwaqt li jiġu kkunsidrati d-diskussjonijiet attwali dwar dispożizzjonijiet orizzontali li jikkontrollaw ir-relazzjonijeit ma’ pajjiżi terzi fil-kuntest ta’ akkwist pubbliku l-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib il-kondizzjonijiet tal-kummerċ globali u tivvaluta l-pożizzjoni kompetittiva tal-Unjoni.

(136)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li japplikaw għal ċerti proċeduri ta’ akkwist pubbliku, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ minħabba raġuni ta’ skala u effetti jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’mod konformi mal-prinċipju tas-sussidarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(137)

Id-Direttiva 2004/18/KE għandha titħassar.

(138)

B’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’ċerti każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’wieħed jew aktar mid-dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ transpożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I:

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U PRINĊIPJI ĠENERALI

KAPITOLU I:

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

TAQSIMA 1:

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1:

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2:

Definizzjonijiet

Artikolu 3:

Akkwist imħallat

TAQSIMA 2:

LIMITI STABBILITI

Artikolu 4:

Ammonti tal-limitu stabbilit

Artikolu 5:

Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist

Artikolu 6:

Reviżjoni tal-limiti stabbiliti u tal-lista ta’ awtoritajiet tal-gvern ċentrali

TAQSIMA 3:

ESKLUŻJONIJIET

Artikolu 7:

Kuntratti fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali

Artikolu 8:

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tat-telekomunikazzjoni

Artikolu 9:

Kuntratti pubbliċi mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali

Artikolu 10:

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Artikolu 11:

Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklussiv

Artikolu 12:

Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku

TAQSIMA 4:

SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Subtaqsima 1:

Kuntratti ssussidjati u servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Artikolu 13:

Kuntratti sussidjati mill-awtoritajiet kontraenti

Artikolu 14:

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Subtaqsima 2:

Akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 15:

Difiża u sigurtà

Artikolu 16:

Akkwist imħallat li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 17:

Kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali

KAPITOLU II:

Regoli ġenerali

Artikolu 18:

Prinċipju tal-akkwisti

Artikolu 19:

Operaturi ekonomiċi

Artikolu 20:

Kuntratti riżervati

Artikolu 21:

Kunfidenzjalità

Artikolu 22:

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

Artikolu 23:

Nomenklaturi

Artikolu 24:

Konflitti ta’ interess

TITOLU II:

REGOLI DWAR IL-KUNTRATTI PUBBLIĊI

KAPITOLU I:

Proċeduri

Artikolu 25:

Kondizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra

Artikolu 26:

Għażla tal-proċeduri

Artikolu 27:

Proċedura miftuħa

Artikolu 28:

Proċedura ristretta

Artikolu 29:

Proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar

Artikolu 30:

Djalogu kompetittiv

Artikolu 31:

Sħubija għall-innovazzjoni

Artikolu 32:

Użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel

KAPITOLU II:

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 33:

Ftehimiet qafas

Artikolu 34:

Sistemi dinamiċi ta’ xiri

Artikolu 35:

Irkantijiet elettroniċi

Artikolu 36:

Katalogi elettroniċi

Artikolu 37:

Attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti u korpi ċentrali għall-akkwisti

Artikolu 38:

Akkwisti konġunti okkażjonali

Artikolu 39:

Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

KAPITOLU III:

Kondotta tal-proċedura

TAQSIMA 1:

TĦEJJIJA

Artikolu 40:

Konsultazzjonijiet preliminari mas-suq

Artikolu 41:

Involviment preċedenti ta’ kandidati jew offerenti

Artikolu 42:

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 43:

Tikketti

Artikolu 44:

Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

Artikolu 45:

Varjanti

Artikolu 46:

Qsim ta’ kuntratti f’lottijiet

Artikolu 47:

Determinazzjoni tal-limiti taż-żmien

TAQSIMA 2:

PUBBLIKAZZJONI U TRASPARENZA

Artikolu 48:

Avviżi informattivi minn qabel

Artikolu 49:

Avviżi dwar kuntratti

Artikolu 50:

Avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratt

Artikolu 51:

Forma u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

Artikolu 52:

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

Artikolu 53:

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwisti

Artikolu 54:

Stediniet lill-kandidati

Artikolu 55:

L-informar ta’ kandidati u offerenti

TAQSIMA 3:

L-GĦAŻLA TA’ PARTEĊIPANTI U L-GĦOTI TA’ KUNTRATTI

Artikolu 56:

Prinċipji ġenerali

Subtaqsima 1:

Kriterji għall-għażla kwalitattiva

Artikolu 57:

Raġunijiet għall-esklużjoni

Artikolu 58:

Kriterji ta’ għażla

Artikolu 59:

Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku

Artikolu 60:

Mezzi ta’ prova

Artikolu 61:

Repożitorju online taċ-ċertifikati (e-Certis)

Artikolu 62:

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u standards ta’ ġestjoni ambjentali

Artikolu 63:

Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra

Artikolu 64:

Listi uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni minn korpi stabbiliti taħt liġi pubblika jew privata

Subtaqsima 2:

Tnaqqis tan-Numru ta’ Kandidati, Offerti u Soluzzjonijiet

Artikolu 65:

Tnaqqis tan-numru ta’ kandidati kwalifikati mod ieħor li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem

Artikolu 66:

Tnaqqis tan-numru ta’ offerti jew soluzzjonijiet

Subtaqsima 3:

Għoti tal-Kuntratt

Artikolu 67:

Kriterji għall-għoti ta’ kuntratt

Artikolu 68:

Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja

Artikolu 69:

Offerti baxxi wisq

KAPITOLU IV:

Twettiq tal-kuntratt

Artikolu 70:

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt

Artikolu 71:

Sottokuntrattar

Artikolu 72:

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

Artikolu 73:

Terminazzjoni ta’ kuntratti

TITOLU III:

REĠIMI PARTIKOLARI TA’ AKKWISTI

KAPITOLU I:

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 74:

Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 75:

Pubblikazzjoni ta’ avviżi

Artikolu 76:

Prinċipji għall-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 77:

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

KAPITOLU II:

Regoli li jirregolaw kompetizzjonijiet ta’ disinn

Artikolu 78:

Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 79:

Avviżi

Artikolu 80:

Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn u l-għażla tal-parteċipanti

Artikolu 81:

Kompożizzjoni tal-ġurija

Artikolu 82:

Deċiżjoniijet tal-ġurija

TITOLU IV:

GOVERNANZA

Artikolu 83:

Infurzar

Artikolu 84:

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 85:

Rapportar nazzjonali u informazzjoni statistika

Artikolu 86:

Kooperazzjoni amministrattiva

TITOLU V:

SETGĦAT IDDELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIRT FINALI

Artikolu 87:

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 88:

Proċedura ta’ urġenza

Artikolu 89:

Proċedura tal-kumitat

Artikolu 90:

Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet transizzjonali

Artikolu 91:

Tħassir

Artikolu 92:

Reviżjoni

Artikolu 93:

Dħul fis-seħħ

Artikolu 94:

Destinatarji

ANNESSI:

ANNESS I:

AWTORITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI

ANNESS II:

LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (6) TAL-ARTIKOLU 2(1)

ANNESS III:

LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(b) FIR-RIGWARD TA’ KUNTRATTI MOGĦTIJA MILL-AWTORITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAD-DIFIŻA

ANNESS IV:

REKWIŻITI RELATATI MAL-GĦODOD U L-ISTRUMENTI GĦAR-RIĊEVUTA ELETTRONIKA TA’ OFFERTI, TALBIET GĦAL PARTEĊIPAZZJONI KIF UKOLL PJANIJIET U PROĠETTI F’KOMPETIZZJONIJIET TAD-DISINN

ANNESS V:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI

Parti A:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-PUBBLIKAZZJONI TA’ AVVIŻ INFORMATTIV MINN QABEL FUQ PROFIL TA’ XERREJ

Parti B:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI INFORMATTIVI MINN QABEL (kif imsemmija fl-Artikolu 48)

Parti C:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR KUNTRATTI (kif imsemmija fl-Artikolu 49)

Parti D:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TAL-KUNTRATT (kif imsemmija fl-Artikolu 50)

Parti E:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIT-TFASSIL TAL-AVVIŻI TAL-KOMPETIZZJONI (kif imsemmija fl-Artikolu 79(1))

Parti F:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAR-RIŻULTATI TAL-KOMPETIZZJONI (kif imsemmija fl-Artikolu 79(2))

Parti G:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA F’AVVIŻI TA’ MODIFIKI TA’ KUNTRATT MATUL IT-TERMINU TIEGĦU (kif imsemmi fl-Artikolu 72(1))

Parti H:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR GĦOTI TA’ KUNTRATT LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA (kif imsemmija fl-Artikolu 75(1))

Parti I:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA MINN QABEL F’AVVIŻI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IS-SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA (kif imsemmi fl-Artikolu 75(1))

Parti J:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR GĦOTI TA’ KUNTRATT LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA (kif imsemmija fl-Artikolu 75(2))

ANNESS VI:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DOKUMENTI TAL-AKKWIST RELATATI MAL-IRKANTIJIET ELETTRONIĊI(Artikolu 35(4))

ANNESS VII:

DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

ANNESS VIII:

KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI

ANNESS IX:

KONTENUTI TAL-ISTEDINIET GĦAS-SOTTOMISSJONI TA’ OFFERTA, GĦAL PARTEĊIPAZZJONI FID-DJALOGU JEW GĦAL KONFERMA TAL-INTERESS STIPULATI FL-ARTIKOLU 54

ANNESS X:

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI SOĊJALI U AMBJENTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 18(2)

ANNESS XI:

REĠISTRI

ANNESS XII:

MEZZI TA’ PROVA TAL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA

ANNESS XIII:

LISTA TAL-ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL- ARTIKOLU 68(3)

ANNESS XIV:

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 74

ANNESS XV:

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U PRINĊIPJI ĠENERALI

KAPITOLU I

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Taqsima 1

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi kif ukoll tal-kompetizzjonijiet ta’ disinn, li l-valur tagħhom huwa stmat li mhuwiex inqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4. Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa x-xiri jew forom oħra ta’ akkwist permezz ta;

2.   Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa akkwist permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand operaturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti, sew jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi huma maħsuba għal skop pubbliku u sew jekk le.

3.   L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija soġġetta għall-Artikolu 346 TFUE.

4.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawk is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti għalihom. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma taffettwax id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jekk, kif u sa liema punt jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess skont l-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26.

5.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-mod kif l-Istati Membri jorganizzaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom.

6.   Ftehimiet, deċiżjonijiet jew strumenti legali oħra li jorganizzaw it-trasferiment tas-setgħat u r-repsonsabbiltajiet għat-twettiq ta’ kompiti pubbliċi bejn awtoritajiet kontraenti jew raggruppamenti ta’ awtoritajiet kontraenti u li ma jipprevedux remunerazzjoni li għandha tingħata għat-twettiq tal-kuntratt, jitqiesu li huma kwistjoni ta’ organizzazzjoni interna tal-Istat Membru kkonċernat u, għalhekk, mhumiex affettwati bl-ebda mod minn din id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘awtoritajiet kontraenti’ tfisser l-awtoritajiet Statali, reġjonali u lokali, korpijiet irregolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar jew tali korp wieħed jew aktar irregolati mil-liġi pubblika;

(2)

‘awtoritajiet tal-gvern ċentrali’ tfisser l-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Anness I u, f’dak li jirrigwarda l-korrezzjonijiet jew l-emendi li saru fil-livell nazzjonali, l-entitajiet suċċessuri tagħhom;

(3)

‘awtoritajiet kontraenti subċentrali’ tfisser l-awtoritajiet kontraenti kollha li mhumiex awtoritajiet tal-gvern ċentrali

(4)

‘korpi regolati mil-liġi pubblika’ tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jaqdu l-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali;

(b)

għandhom personalità ġuridika; u

(c)

huma ffinanzjati, fil-biċċa l-kbira, mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra regolati mil-liġi pubblika; jew huma soġġetti għas-supervizzjoni maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew korpi; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra regolati mil-liġi pubblika;

(5)

‘kuntratti pubbliċi’ tfisser kuntratti b’titolu oneruż konklużi bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi;

(6)

‘kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet skont it-tifsira tal-Anness II;

(b)

l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħol;

(c)

it-twettiq, bi kwalunkwe mezz, ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew id-disinn tax-xogħol;

(7)

‘xogħol’ tfisser l-eżitu ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew inġinerija ċivili meħudin bħala ħaġa waħda li hija suffiċjenti fiha nnifisha biex taqdi funzjoni ekonomika jew teknika;

(8)

‘kuntratti pubbliċi ta’ provvisti’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala s-suġġett tagħhom ix-xiri, il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr fakultà ta’ xiri, ta’ prodotti. Kuntratt ta’ provvista pubblika jista’ jinkludi, b’mod inċidentali, operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post u installazzjoni;

(9)

‘kuntratti pubbliċi ta’ servizzi’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan il-forniment ta’ servizzi għajr dawk imsemmija fil-punt 8 l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet;

(10)

‘operatur ekonomiku’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ persuni u/jew entitajiet bħal dawn, inkluża kwalunkwe assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi, li joffru l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xogħol, il-forniment ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq;

(11)

‘offerent’ tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;

(12)

‘kandidat’ tfisser operatur ekonomiku li jkun talab stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura ristretta, fi proċedura kompetittiva bin-negozjar, fi proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, fi djalogu kompetittiv jew fi sħubija tal-innovazzjoni;

(13)

‘dokument ta’ akkwist’ tfisser kwalunkwe dokument maħluq jew li ssir referenza għalih mill-awtorità kontraenti sabiex tiddeskrivi jew tiddetermina elementi tal-akkwist jew tal-proċedura, inkluż l-avviż dwar kuntratt, l-avviż informattiv minn qabel fejn dan jintuża bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, id-dokument deskrittiv, il-kondizzjonijiet proposti tal-kuntatt, il-formats għall-preżentazzjoni tad-dokumenti minn kandidati u offerenti, l-informazzjoni dwar obbligi applikabbli b’mod ġenerali u kull dokument addizzjonali;

(14)

‘attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwist’ tfisser attivitajiet imwettqa fuq bażi permanenti, f’waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

l-akkwist ta’ provvisti u/jew servizzi maħsuba għall-awtoritajiet kontraenti,

(b)

l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew il-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-awtoritajiet kontraenti;

(15)

‘attivitajiet anċillari ta’ akkwisti’ tfisser attivitajiet li jikkonsistu fl-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet ta’ akkwist, b’mod partikolari fil-forom li ġejjin:

(a)

infrastruttura teknika li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jagħtu kuntratti pubbliċi jew jikkonkludu ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi;

(b)

konsulenza dwar it-tmexxija jew it-tfassil ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku;

(c)

preparazzjoni u ġestjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist f’isem u akkont tal-awtorità kontraenti kkonċernata;

(16)

‘korp ċentrali għall-akkwisti’ tfisser awtorità kontraenti li tipprovdi attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri u, possibbilment, attivitajiet anċillari ta’ xiri;

(17)

‘fornitur ta’ servizzi ta’ akkwist’ tfisser korp pubbliku jew privat li joffri attivitajiet anċillari ta’ xiri fis-suq;

(18)

‘miktub’ jew ‘bil-miktub’ tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew figuri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew ikkommunikati wara, inkluż informazzjoni trasmessa u maħżuna permezz ta’ mezzi elettroniċi;

(19)

‘mezzi elettroniċi’ tfisser tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data, li tiġi trasmessa, imwassla u riċevuta permezz ta’ wires, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra;

(20)

‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp li għad iridu jsiru, il-produzzjoni, il-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni, matul l-eżistenza kollha tal-prodott jew tax-xogħlijiet jew tal-forniment tas-servizz, mix-xiri ta’ materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u sa tmiem is-servizz jew l-użu;

(21)

‘kompetizzjonijiet ta’ disinn’ tfisser dawk il-proċeduri li jippermettu lill-awtorità kontraenti biex takkwista, prinċipalment fl-oqsma tal-ippjanar tal-ibliet u l-kampanja, l-arkitettura u l-inġinerija jew l-ipproċessar ta’ data, pjan jew disinn magħżul minn ġurija wara li jkun ġie sottomess għall-kompetizzjoni bl-għoti ta’ premji jew mingħajr;

(22)

‘innovazzjoni’ tfisser l-implementazzjoni ta’ prodott, servizz jew proċess ġdid jew mtejjeb b’mod sinifikanti, inkluż iżda mhux limitata għall-proċessi ta’ produzzjoni, bini jew kostruzzjoni, metodu ġdid ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew metodu organizzazzjonali ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni fosthom bil-għan li tgħin jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;

(23)

“tikketta” tfisser kwalunkwe dokument, ċertifikat jew attestazzjoni uffiċjali li tikkonferma li x-xogħlijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri in kwistjoni jilħqu ċerti rekwiżiti;

(24)

“rekwiżiti tat-tikketti” tfisser ir-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mix-xogħlijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri in kwistjoni sabiex tinkiseb it-tikketta kkonċernata.

2.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu “awtoritajiet reġjonali” jinkludu l-awtoritajiet elenkati b’mod mhux eżawrjenti f’NUTS 1 u 2, kif imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), waqt li l-‘awtoritajiet lokali jinkludu l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 3 u unitajiet amministrattivi iżgħar, kif imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003.

Artikolu 3

Akkwist imħallat

1.   Il-paragrafu 2 għandu japplika għal kuntratti mħallta li għandhom bħala s-suġġett tagħhom tipi differenti ta’ akkwist li kollha huma koperti minn din id-Direttiva.

Il-paragrafi 3 sa 5 għandhom japplikaw għall-kuntratti mħallta li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-akkwist kopert minn din id-Direttiva u l-akkwist kopert minn reġimi legali oħra.

2.   Kuntratti li għandhom bħala suġġett tagħhom żewġ tipi jew aktar ta’ akkwist (xogħlijiet, servizzi jew provvisti) għandhom jingħataw skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip tal-akkwist li jikkaratterizza s-suġġett ewlieni tal-kuntratt inkwistjoni.

Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi fis-sens tal-Kapitolu I tat-Titolu III u parzjalment f’servizzi oħra jew f’kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi u parzjalment fi provvisti, is-suġġett prinċipali għandu jkun determinat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi jew il-provvisti rispettivi jkun l-ogħla.

3.   Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari jkunu oġġettivament separabbli, il-paragrafu 4 għandu japplika. Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari ma jkunux oġġettivament separabbli, għandu japplika l-paragrafu 6.

Fejn parti ta’ kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, l-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva għandu japplika.

4.   Fil-każ ta’ kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-akkwist kopert b’din id-Direttiva kif ukoll akkwist mhux kopert b’din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema reġim legali japplika għal kwalunkwe wieħed minn tali kuntratti separati għandha tittieħed abbażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, din id-Direttiva għandha, dment li ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 16, tapplika għall-kuntratt imħallat li jirriżulta, irrispettivament mill-valur tal-partijiet li kieku jaqgħu taħt reġim legali differenti u irrispettivament mil-liema reġim legali li dawk il-partijiet kienu jkunu soġġetti għalihom.

F’każ ta’ kuntratti mħallta li jkun fihom elementi ta’ kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi u ta’ konċessjonijiet, il-kuntratt imħallat għandu jingħata skont din id-Direttiva, sakemm il-valur stmat tal-parti tal-kuntratt li tikkostitwixxi kuntratt kopert b’din id-Direttiva, ikkalkulat skont l-Artikolu 5, hu ugwali jew akbar mil-limitu rilevanti stipulat fl-Artikolu 4.

5.   Fil-każ ta’ kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom kemm l-akkwist kopert b’din id-Direttiva kif ukoll l-akkwist għall-eżerċitar ta’ attività li hija soġġetta għad- Direttiva 2014/25/UE, ir-regoli applikabbli għandhom, minkejja l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jiġu determinati skont l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2014/25/UE.

6.   Meta l-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari huma oġġettivament mhux separabbli, ir-reġim legali applikabbli għandu jkun iddeterminat abbażi tas-suġġett ewlieni ta’ dak il-kuntratt.

Taqsima 2

Limiti Stabbiliti

Artikolu 4

Ammonti tal-limitu stabbilit

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwisti li l-valur stmat tagħhom barra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) huwa daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti li ġejjin:

(a)

EUR 5 186 000 għall-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet;

(b)

EUR 134 000 għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija minn awtoritajiet tal-gvern ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn; fejn jingħataw kuntratti pubbliċi ta’ provvista minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża, dak il-limitu stabbilit għandu japplika biss għall-kuntratti li jikkonċernaw prodotti koperti mill-Anness III;

(c)

EUR 207 000 għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u ta’ servizzi mogħtija minn awtoritajiet kontraenti subċentrali u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn tali awtoritajiet; dak il-limitu stabbiliti għandu japplika wkoll għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti mogħtija minn awtoritajiet tal-gvern ċentrali li joperaw fil-qasam tad-difiża, fejn dawk il-kuntratti jinvolvu prodotti mhux koperti mill-Anness III;

(d)

EUR 750 000 għall-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness XIV.

Artikolu 5

Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist

1.   Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist għandu jkun ibbażat fuq l-ammont totali pagabbli, mingħajr il-VAT, kif stmat mill-awtorità kontraenti, inkluż kull forma ta’ għażla u kull tiġdid tal-kuntratti kif stipulat b’mod espliċitu fid-dokumenti ta’ akkwist.

Meta l-awtorità kontraenti tipprovdi għal għotji jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tqis dan meta tikkalkula l-valur stmat tal-akkwist.

2.   Meta l-awtorità kontraenti tkun magħmula minn unitajiet operazzjonali separati, għandu jittieħed kont tal-valur totali stmat għal kull unità operazzjonali individwali.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn unità operazzjonali separata hija indipendentament responsabbli mill-akkwist tagħha jew ċerti kategoriji tagħha, il-valuri jistgħu jkunu stmati fil-livell tal-unità inkwistjoni.

3.   L-għażla tal-metodu għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Akkwist ma għandux ikun suddiviż bl-effett li ma jitħalliex jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dan ma jkunx ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi.

4.   Il-valur stmat għandu jkun validu fil-mument li fih tintbagħat is-sejħa għall-kompetizzjoni, jew, fil-każijiet fejn mhijiex prevista sejħa għall-kompetizzjoni, fil-mument li fih l-awtorità kontraenti tibda l-proċedura ta’ akkwist, pereżempju, fejn adatt, billi tikkuntattja operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-akkwist.

5.   Fir-rigward ta’ ftehimiet qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu stmat, mingħajr il-VAT, tal-kuntratti kollha previsti għat-terminu totali tal-ftehim qafas jew is-sistema dinamika ta’ xiri.

6.   Fil-każ ta’ sħubijiet tal-innovazzjoni, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu stmat, mingħajr il-VAT, tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li għandhom isiru matul l-istadji kollha tas-sħubija prevista kif ukoll tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li għandhom jiġu żviluppati u akkwistati fl-aħħar tas-sħubija prevista.

7.   Għall-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, il-kalkolu tal-valur stmat għandu jqis kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali stmat tal-provvisti u s-servizzi li huma disponibbli għall-kuntrattur mill-awtorità kontraenti, sakemm dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.

8.   Fejn xogħol propost jew il-forniment propost ta’ servizzi jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ kuntratti fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jitqies il-valur totali stmat tat-totalità ta’ dawn il-lottijiet.

Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 4, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

9.   Meta proposta għall-akkwist ta’ provvisti simili tista’ tirriżulta f’kuntratti mogħtija fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali stmat tal-lottijiet kollha bħal dawn meta jiġu applikati l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4.

Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 4, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

10.   Minkejja l-paragrafi 8 u 9, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti ta’ lottijiet individwali mingħajr ma japplikaw il-proċeduri previsti skont din id-Direttiva, sakemm il-valur stmat tal-lott ikkonċernat, mingħajr il-VAT, ikun inqas minn EUR 80 000 għal provvisti jew servizzi jew EUR 1 miljun għal xogħlijiet. Madankollu, il-valur aggregat tal-lottijiet, mogħtija b’dan il-mod, mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, ma għandux ikun aktar minn 20 % tal-valur aggregat tal-lottijiet kollha li fihom jinqasam ix-xogħol propost, l-akkwist propost ta’ provvisti simili jew il-forniment propost ta’ servizzi.

11.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi u provvisti pubbliċi li huma ta’ natura regolari jew li hemm il-ħsieb li jiġġeddu f’perjodu partikolari, il-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jiġi bbażat fuq dan li ġej:

(a)

il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja aġġustata, meta jkun possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu fil-kors tat-12-il xahar wara l-kuntratt inizjali;

(b)

jew il-valur totali stmat tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-12-il xahar wara l-ewwel kunsinna, jew matul is-sena finanzjarja jekk din tkun itwal minn 12-il xahar.

12.   Rigward kuntratti ta’ provvista pubblika li għandhom x’jaqsmu ma’ kiri b’self, kiri jew xiri bin-nifs ta’ prodotti, il-valur li jrid jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi fuq terminu fiss, meta dak t-terminu jkun inqas minn jew ugwali għal 12-il xahar, il-valur totali stmat għat-terminu tal-kuntratt jew, meta t-terminu tal-kuntratt huwa aktar minn 12-il xahar, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi mingħajr terminu fiss jew li t-terminu tagħhom ma jistax jiġi definit, il-valur ta’ kull xahar imultiplikat bi 48.

13.   Rigward kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt, fejn xieraq, għandu jkun kif ġej:

(a)

servizzi ta’ assigurazzjoni: il-primjum pagabbli, u forom oħra ta’ remunerazzjoni;

(b)

servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħrajn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli, l-imgħax u forom oħra ta’ remunerazzjoni;

(c)

kuntratti ta’ disinn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli u forom oħra ta’ remunerazzjoni.

14.   Rigward kuntratti pubbliċi ta’ servizzi li ma jindikawx prezz totali, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti li għandhom perijodu determinat, sakemm dan huwa ugwali jew inqas minn 48 xahar: il-valur totali għat-terminu sħiħ tagħhom;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti mingħajr skont fiss jew bi skont aktar minn 48 xahar: il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.

Artikolu 6

Reviżjoni tal-limiti stabbiliti u tal-lista ta’ awtoritajiet tal-gvern ċentrali

1.   Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 jikkorrispondu għall-limiti stabbiliti fil-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi (FAP) u għandha, fejn ikun neċessarju, tirrevedihom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolazzjoni stabbilit fil-FAP, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur ta’ dawn il-limiti fuq il-bażi tal-medja tal-valur ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perjodu ta’ 24 xahar li jagħlaq fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euros sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-FAP, imfissra f’SDRs.

2.   Meta twettaq ir-reviżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi wkoll:

(a)

il-limitu stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 billi tallinjah mal-limitu rivedut li japplika għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet;

(b)

il-limitu stabbilit fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 billi tallinjah mal-limitu rivedut li japplika għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti sub-ċentrali.

3.   Kull sentejn mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valuri, fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri, li l-munità tagħhom mhix l-euro, tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4, reveduti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valur, fil-muniti nazzjonali tal-istati Membri, li l-munità tagħhom mhix l-euro tal-limitu stabbilit imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 4.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-FAP, id-determinazzjoni ta’ dawn il-valuri gandha tkun ibbażata fuq il-valuri medji ta’ kuljum ta’ dawk il-muniti, li jikkorrispondu għal-limitu stabbilit applikabbli mogħti f’euro matul l-24 xahar li jintemmu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limiti riveduti msemmijin fil-paragrafu 1, il-valuri korrispondenti tagħhom fil-muniti nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, u l-valur iddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru wara r-reviżjoni tagħhom.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 87 sabiex tadatta l-metodoloġija stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kwalunkwe bidla fil-metodoloġija speċifikata fil-FAP għar-reviżjoni tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 u għad-determinazzjoni tal-valuri korrispondenti fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri, li l-munità tagħhom mhix l-euro, kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 sabiex tirrevedi l-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u sabiex tirrevedi l-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Fejn ikun neċessarju li jiġu reveduti l-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 u tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 u fejn ir-restrizzjonijiet ta’ żmien ma jippermettux l-użu tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 87 u għalhekk raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 88 għandha tapplika għal atti ddelegati li huma adottati skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 dan l-Artikolu.

7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 biex temenda l-Anness I, sabiex taġġorna l-lista ta’ awtoritajiet kontraenti wara n-notifiki mill-Istati Membri, fejn dawn l-emendi jkunu meħtieġa sabiex jiġu identifikati b’mod korrett l-awtoritajiet kontraenti.

Taqsima 3

Esklużjonijiet

Artikolu 7

Kuntratti fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn li, skont id-Direttiva 2014/25/UE, huma mogħtija jew organizzati minn awtoritajiet kontraenti li jeżerċitaw waħda jew iżjed mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14 ta’ dik id-Direttiva u li jingħataw għat-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet, għal kuntratti pubbliċi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva taħt l-Artikoli 18, 23 u 34 tagħha jew, meta jingħataw minn awtorità kontraenti li tipprovdi servizzi postali skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva, għal kuntratti mogħtija għat-twettiq tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)

servizzi b’valur miżjud marbuta ma’ u mogħtija għal kollox permezz ta’ mezzi elettroniċi (inklużi t-trasmissjoni sigura ta’ dokumenti kodifikati permezz ta’ mezzi elettroniċi, servizzi ta’ ġestjoni tal-indirizzi u trasmissjoni ta’ posta elettronika rreġistrata);

(b)

servizzi finanzjarji li huma koperti mill-kodiċi CPV 66100000-1 sa 66720000-3 u mill-punt (d) tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2014/25/UE u inkluż b’mod partikolari servizz ta’ ordnijiet postali ta’ flus u trasferimenti postali tal-kontijiet ġiro;

(c)

servizzi filateliċi; jew

(d)

servizzi loġistiki (servizzi li jikkombinaw twassil fiżiku u/jew magazzinaġġ ma’ funzjonijiet oħra mhux postali).

Artikolu 8

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tat-telekomunikazzjoni

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn għall-iskop ewlieni li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jipprovdu jew jagħmlu użu min-netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet jew biex jipprovdu wieħed jew aktar servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet” u “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

Artikolu 9

Kuntratti pubbliċi mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn li l-awtorità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

strument legali li joħloq obbligi legali internazzjonali, bħal ftehim internazzjonali konkluż b’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew suddiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-esplojtazzjoni konġunti ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b)

organizzazzjoni internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrumenti legali kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi msemmi fl-Artikolu 89.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li l-awtorità kontraenti tagħti jew torganizza skont regoli ta’ akkwist pprovduti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-kuntratti pubbliċi jew l-kompetizzjonijiet ta’ disinn ffinanzjati kkonċernati huma kompletament iffinanzjati minn dik l-organizzazzjoni jew istituzzjoni; fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma ko-finanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri ta’ akkwist applikabbli.

3.   L-Artikolu 17 għandu japplika għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew huma organizzati skont ir-regoli internazzjonali. Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għal dawk il-kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn.

Artikolu 10

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal:

(a)

l-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ mezzi finanzjarji jkunu x’ ikunu, ta’ art, bini eżistenti, jew propjeta immobbli oħra jew drittijiet konċernati fuqhom;

(b)

l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għall-programm maħsuba għas-servizzi tal-media awdjoviżiva jew servizzi tal-media radjofoniċi, li huma mogħtija minn fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi, jew il-kuntratti għal ħin ta’ xandir jew il-forniment ta’ programmi li jingħataw lill-fornituri tas-servizz tal-media awdjoviżivi jew radjofoniċi. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “servizzi tal-media awdjoviżiva” u “fornituri ta’ servizzi tal-media” għandu jkollhom, rispettivament, l-istess tifsira bħal dik fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). “Programm” għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik skont il-punt (b) tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, iżda għandha tinkludi wkoll programmi radjofoniċi u materjali tal-programmi radjofoniċi. Barra minn hekk, l-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “materjal tal-programm” għandu jkollha l-istess tifsira bħal “programm”.

(c)

servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(d)

kwalunkwe wieħed mis-servizzi legali li ġejjin:

(i)

rappreżentanza legali ta’ klijent minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE (25) fi:

arbitraġġ jew konċiljazzjoni li ssir fi Stat Membru, pajjiż terz jew quddiem istanza internazzjonali ta’ arbitraġġ jew konċiljazzjoni; jew

proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati nazzjonali, tribunali jew awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru jew, pajjiż terz jew quddiem qrati, tribunali jew istituzzjonijiet internazzjonali;

(ii)

parir legali mogħti bi tħejjija għal kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti msemmi fil-punt (i) ta’ dan il-punt jew meta jkun hemm indikazzjoni tanġibbli u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta’ tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

(iii)

servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentifikazzjoni ta’ dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;

(iv)

servizzi legali mogħtija minn trustees jew, gwardjani maħturin jew servizzi legali oħrajn li fornituri tagħhom huma nnominati minn qorti jew tribunal fl-Istat Membru kkonċernat jew huma mfassla minn liġi biex twettaq kompiti speċifiċi taħti is-superviżjoni ta’ tali tribunali u qrati;

(v)

servizzi legali oħrajn li fl-Istat Membru kkonċernat huma konnessi, anki b’mod okkażjonali, mal-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali;

(e)

is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(f)

self, sew jekk marbut mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra kif ukoll jekk le;

(g)

kuntratti ta’ impieg;

(h)

id-difiża ċivili, il-protezzjoni ċivili, u s-servizzi ta’ prevenzjoni tal-perikoli li huma pprovduti minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u li huma koperti mill-kodiċi CPV segwenti: 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8, 98113100-9 u 85143000-3 ħlief is-servizzi tat-trasport tal-pazjenti bl-ambulanzi;

(i)

servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro;

(j)

servizzi ta’ kampanji politiċi, koperti mill-kodiċi CPV 79341400-0, 92111230-3 u 92111240-6, meta mogħtija minn partit politiku fil-kuntest ta’ kampanja elettorali.

Artikolu 11

Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklussiv

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi mogħtija minn awtorità kontraenti lil awtorità kontraenti oħra jew li xi assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti fuq il-bażi ta’ dritt esklussiv li huma jgawdu skont liġi, regolament amministrattiv jew disposizzjoni amministrattiva ppubblikata li tkun kompatibbli mat-TFUE.

Artikolu 12

Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku

1.   Kuntratt pubbliku mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew mid-dritt pubbliku għandu jaqa’ ‘l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess;

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika kkontrollata jitwettqu fi prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti; u

(c)

ma jkunx hemm il-parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkunux kontrollati jew blokkati mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċisiva fuq il-persuna ġuridika kkkontrollata.

Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza deċiżiva fuq iż-żewġ objettivi strateġiċi u deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata. Tali kontroll jista’ jkun ukoll eżerċitat minn persuna ġuridika oħra, li hija stess tkun ikkontrollata bl-istess mod mill-awtorità kontraenti.

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll fejn persuna ġuridika kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-awtorità kontraenti li tikkontrollaha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika li tingħatalha l-kuntratt pubbliku bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkunux kontrollati jew blokkati rikjesti mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċisiva dwar il-persuna ġuridika.

3.   Awtorità kontraenti, li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jew pubbliku skont it-tifsira tal-paragrafu 1, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt pubbliku lil dik il-persuna ġuridika mingħajr ma tapplika din id-Direttiva meta jiġu sodisfatti il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin.

(a)

l-awtorità kontraenti teżerċita b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħrajn kontroll fuq dik il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu fi prestazzjoni tal-kompiti fdati lilha mill-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritajiet kontraenti; u

(c)

ma jkunx hemm il-parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkunux kontrollati jew blokkati mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali applikabbli, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċisiva fuq il-persuna ġuridika kkkontrollata.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti jeżerċitaw kontroll konġunt fuq persuna ġuridika meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kolha li ġejjin:

(i)

il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma magħmula minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti. Rappreżentanti individwali jistgħu jirrappreżentaw l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti kollha, jew diversi minnhom;

(ii)

dawk l-awtoritajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw flimkien influwenza deċiżiva fuq l-objettivi strateġiċi u d-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; u

(iii)

il-persuna ġuridika kkontrollata ma ssegwi l-ebda interess li jmur kontra minn dak tal-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll.

4.   Kuntratt konkluż b’mod esklussiv bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jiġu sodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti bil-għan li jiżgura li s-servizzi pubbliċi li għandhom iwettqu huma mogħtija biex jiksbu l-objettivi li għandhom komuni bejniethom;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hi rregolata unikament minn konsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-interess pubbliku; u

(c)

l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jwettqu fis-suq miftuħ inqas minn 20 % tal-attivitajiet ikkonċernati mill-kooperazzjoni.

5.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-perċentwali ta’ attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-punt (c) tal-paragrafu 4, għandu jittieħed kont tal-fatturat totali medju, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħal kostijiet mġarrba minn persuna ġuridika rilevanti jew awtorità kontraenti fir-rigward ta’ servizzi, provvisti u xogħlijiet għat-tliet snin li jippreċedu l-għoti tal-kuntratt.

Fejn, minħabba d-data li fiha nħolqot il-persuna ġuridika rilevanti jew l-awtorità kontraenti jew meta bdew l-attivitajiet jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħal kostijiet, jew ma humiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew m’għadhomx aktar rilevanti, ikun biżżejjed li jintwera li l-kejl ta’ attività hu kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.

Taqsima 4

Sitwazzjonijiet Speċifiċi

Subtaqsima 1

Kuntratti ssussidjati u servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Artikolu 13

Kuntratti sussidjati mill-awtoritajiet kontraenti

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti tal-kuntratti li ġejjin:

(a)

kuntratti ta’ xogħlijiet li huma sussidjati direttament mill-awtoritajiet kontraenti b’aktar minn 50 % u li l-valur stmat tagħhom, qabel il-VAT, huwa daqs jew aktar minn EUR 5 186 000, fejn dawn il-kuntratti jkunu jinvolvu waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(i)

attivitajiet ta’ inġinerija ċivili kif elenkati fl-Anness II,

(ii)

xogħol ta’ bini għal sptarijiet, faċilitajiet maħsuba għall-isport, rikreazzjoni u divertiment, bini ta’ skejjel u universitajiet u bini użat għal skopijiet amministrattivi;

(b)

kuntratti ta’ servizzi li huma sussidjati direttament mill-awtoritajiet kontraenti b’aktar minn 50 % u li l-valur stmat tagħhom, qabel il-VAT, huwa daqs jew aktar minn EUR 207 000 u li huma marbutin ma’ kuntratt ta’ xogħlijiet kif imsemmi fil-punt (a).

L-awtoritajiet kontraenti li jipprovdu s-sussidji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw konformità ma’ din id-Direttiva fejn dawn ma jagħtux huma stess il-kuntratt sussidjat jew fejn dawn jagħtu dak il-kuntratt għal u f’isem entitajiet oħra.

Artikolu 14

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp, li huma koperti bil-kodiċi CPV (Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi) 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-benefiċċji jkunu dovuti esklussivament lill-awtorità kontraenti għall-użu tagħha fit-twettiq tan-negozju proprju, u

(b)

is-servizz ipprovdut huwa kompletament remunerat mill-awtorità kontraenti.

Subtaqsima 2

Akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 15

Difiża u sigurtà

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, bl-eċċezzjoni tal-kuntratti li ġejjin:

(a)

kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE

(b)

kuntratti li għalihom id-Direttiva 2009/81/KE ma tapplikax skont l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li mhumiex eżentati skont l-ewwel paragrafu sal-punt li l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi ggarantita permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, pereżempju bl-impożizjoni ta’ rekwiżiti mmirati għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-awtorità kontraenti tagħmel disponibbli fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt kif previst f’din id-Direttiva.

Barra minn hekk, u f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 346(1) tat-TFUE, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinni li mhumiex eżentati taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa fejn l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tobbliga lill-Istat Membru biex jagħti informazzjoni li huwa jqis l-iżvelar tagħha bħala kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

3.   Fejn l-akkwist u t-twettiq tal-kuntratt pubbliku jew kompetizzjoni ta’ disinn huma ddikjarati bħala sigrieti jew għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri ta’ sigurtà speċjali skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika dment li l-Istat Membru jkun iddetermina li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jistgħux jiġu ggarantiti minn miżuri inqas intrużivi, bħal dawk imsemmija fl-ewwwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Artikolu 16

Akkwist imħallat li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

1.   Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li għandhom bħala suġġett akkwist kopert minn din id-Direttiva kif ukoll akkwist kopert mill-Artikolu 346 TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE dan l-Artikolu għandu japplika.

2.   Fejn partijiet differenti ta’ kuntratt pubbliku partikolari huma oġġettivament separabbli, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema reġim legali japplika għal kwalunkwe wieħed minn tali kuntratti separati għandha tittieħed abbażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw biex jiddeterminaw ir-reġim legali applikabbli:

(a)

fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 346 TFUE, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku huwa ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi;

(b)

fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 2009/81/KE, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità ma’ dik id-Direttiva dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku jkun ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi. Dan il-punt għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-limiti u l-esklużjonijiet previsti minn dik id-Direttiva.

Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt uniku m’għandhiex, madankollu, tittieħed bl-iskop li teskludi kuntratti mill-applikazzjoni jew ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

3.   Il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal kuntratti mħallta li għalihom kieku japplikaw il-punt (a) u l-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu.

4.   Fejn partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari mhumiex oġġettivament separabbli, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn jinkludi l-elementi li għalihom japplika l-Artikolu 346 TFUE; inkella jista’ jingħata f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE.

Artikolu 17

Kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li l-awtorità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż b’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew suddiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-esplojtazzjoni konġunti ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b)

ftehim jew arranġament internazzjonali dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċernaw l-impriżi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz;

(c)

organizzazzjoni internazzjonali.

Il-ftehimiet jew l-arranġamenti kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi msemmi fl-Artikolu 89.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li l-awtorità kontraenti tagħti skont regoli ta’ akkwist pprovduti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-kuntratti pubbliċi jew il-kompetizzjonijiet ta’ disinn ffinanzjati kkonċernati huma kompletament minn din l-organizzazzjoni jew istituzzjoni. Fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma ko-finanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri ta’ akkwist applikabbli.

KAPITOLU II

Regoli ġenerali

Artikolu 18

Prinċipji tal-akkwist

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.

It-tfassil tal-akkwist ma għandux isir bil-ħsieb li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew biex b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni għandha titqies bħala artifiċjalment imnaqqsa meta d-disinn tal-akkwist isir bl-intenzjoni li jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li fit-twettiq tal-kuntratti pubbliċi l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tal-ambjent, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness X.

Artikolu 19

Operaturi ekonomiċi

1.   L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz relevanti, ma għandhomx ma jiġux aċċettati minħabba r-raġuni unika li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.

Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet kif ukoll kuntratti pubbliċi ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali relevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.

2.   Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri tal-akkwist. Dawn m’għandhomx jintalbu li jkollhom forma legali speċifika mill-awtoritajiet kontraenti sabiex jippreżentaw offerta jew talba ta’ parteċipazzjoni.

Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiċċaraw fid-dokumenti tal-akkwist kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja jew l-abbiltà teknika u professjonali msemmija fl-Artikolu 58 dment li dan ikun ġustifikat minn raġunijiet oġġettivi u proporzjonat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif grupp ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu dawk ir-rekwiżiti.Kwalunkwe kondizzjonijiet għat-twettiq ta’

kuntratt minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u għandhom ikunu proporzjonati.

3.   Irrispettivament mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu lil gruppi ta’ operaturi ekonomiċi li jassumu forma ġuridika speċifika ladarba jkunu ingħataw il-kuntratt, sakemm tali bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt.

Artikolu 20

Kuntratti riżervati

1.   L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm mill-inqas 30 % tal-impjegati ta’dawk il-workshops, operaturi ekonomiċi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati.

2.   Is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

Artikolu 21

Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali li għaliha l-awtorità kontraenti tkun soġġetta, b’mod partikolari leġislazzjoni li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr ħasara għall-obbligi relatati mar-reklamar ta’ kuntratti mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 50 u 55, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiddivulga informazzjoni mgħoddija lilha minn operaturi ekonomiċi li hija mniżżla bħala kunfidenzjali, inklużi, iżda mhux limitati għal, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.

2.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jimponu rekwiżiti fuq l-operaturi ekonomiċi bil-għan li tiġi mħarsa n-natura kunfidenzjali tal-informazzjonli li l-awtoritajiet kontraenti jqiegħdu għad-dispożizzjoni matul il-proċedura kollha ta’ akkwist.

Artikolu 22

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni kollu taħt din id-Direttiva, b’mod partikolari l-preżentazzjoni elettronika, jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. L-għodod u l-mezzi li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, ma għandhomx ikunu diskriminatorji, iridu jkunu ġeneralment għad-dispożizzjoni u interoperabbli mal-prodotti tal-ICT fl-użu ġenerali u ma għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ akkwist.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati jitolbu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

minħabba n-natura speċjalizzata tal-akkwist, l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi jitlob għodod speċifiċi, mezzi jew formati ta’ fajl li ġeneralment mhumiex disponibbli jew aċċettati minn applikazzjonijiet li jkunu ġeneralment disponibbli;

(b)

l-applikazzjonijiet li jaċċettaw il-formati ta’ fajls li huma adatti għad-deskrizzjoni tal-offerti jużaw file formats li ma jistgħux jinqraw minn ebda applikazzjoni oħra miftuħa jew ġeneralment disponibbli jew li huma taħt skema ta’ liċenzjar proprjetarju u ma jistgħux isiru disponibbli għat-tniżżil jew għall-użu mill-bogħod mill-awtorità kontraenti;

(c)

l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika tkun titlob tagħmir ta’ uffiċju speċjalizzat li ma jkunx ġeneralment disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti;

(d)

id-dokumenti ta’ akkwist jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ mudelli fiżiċi jew fuq skala li ma jkunux jistgħu jintbagħtu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi

Fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li għalihom ma jintużawx mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafi, il-komunikazzjoni għandha ssir permezz tal-posta jew b’mezz ta’ ġarr adatt ieħor jew b’taħlita ta’ posta jew mezz ta’ ġarr adatt ieħor u mezzi elettroniċi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kontraenti mhumiex obbligati li jesiġu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ preżentazzjoni elettronika sa fejn l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi jkun meħtieġa minħabba ksur ta’ sigurtà ta’ dawn il-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni jew għall-protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ natura sensittiva li titlob livell għoli ta’ protezzjoni li ma jistax ikun żgurat kif suppost bl-użu ta’ għodod u mezzi elettroniċi li jkunu ġeneralment disponibbli għall-operaturi ekonomiċi jew li jistgħu jsiru disponibbli għalihom permezz ta’ mezzi alternattivi ta’ aċċess fis-sens tal-paragrafu 5.

Hija fir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kontraenti li titlob, f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex mezzi elettroniċi fil-proċess ta’ preżentazzjoni biex tindika fir-rapporti individwali msemmija fl-Artikolu 84 ir-raġunijiet għal dan ir-rekwiżit. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw fir-rapport individwali r-raġunijiet għaliex l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi ġew ikkunsidrati neċessarji fl-applikazzjoni tar-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-komunikazzjoni orali tista’ tintuża fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li ma jikkonċernawx l-elementi essenzjali ta’ proċedura ta’ akkwist, sakemm il-kontenut tal-komunikazzjoni orali tkun dokumentata b’mod suffiċjenti. Għal dan il-għan, l-elementi essenzjali ta’ proċedura ta’ akkwist jinkludu d-dokumenti tal-akkwist, talbiet għall-parteċipazzjoni, konfermi ta’ interess u offerti. B’mod partikolari, komunikazzjonijiet orali mal-offerenti li jista’ jkollhom impatt sostanzjali fuq il-kontenut u l-valutazzjoni tal-offerti għandhom ikunu ddokumentati b’mod suffiċjenti u b’mezzi adatti, bħal reġistrazzjonijiet bil-miktub jew bl-awdjo jew sommarji tal-elementi prinċipali tal-komunikazzjoni.

3.   F’kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-data u l-kunfidenzjalità tal-offerti jew tat-talbiet għall-parteċipazzjoni huma konservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni biss wara li jkun skada l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tagħhom.

4.   Għal kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi u kompetizzjonijiet tad-disinni, l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-użu ta’ għodod elettroniċi speċifiċi, bħal għodod ta’ mmudellar elettroniku ta’ informazzjoni jew simili. F’tali każijiet l-awtoritajiet kontraenti għandhom joffru mezzi alternattivi ta’ aċċess, kif previst fil-paragrafu 5, sa meta dawk l-għodod isiru disponibbli b’mod ġenerali fis-sens tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

5.   Fejn dan ikun meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu l-użu ta’ għodod u mezzi li mhumiex ġeneralment disponibbli, sakemm l-awtoritajiet kontraenti joffru mezzi alternattivi ta’ aċċess.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li joffru mezzi alternattivi xierqa ta’ aċċess fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, meta huma:

(a)

joffru mingħajr ħlas aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett b’mezzi elettroniċi għal dawk l-għodod u mezzi mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Anness VIII jew mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew l-stedina għall-konferma tal-interess għandha tispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fuqu jkunu disponibbli dawk l-għodod u apparat;

(b)

jiżguraw li l-offerenti li ma jkollhomx aċċess għall-għodod u mezzi kkonċernati, jew l-ebda possibbiltà li jiksbuhom fil-limiti taż-zmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess ma jkunx attribwibbli għall-offerent ikkonċernat, ikollhom aċċess għall-proċedura ta’ akkwist permezz tal-użu ta’ tokens li jkunu disponibbli mingħajr ħlas online; jew

(c)

jappoġġaw kanal alternattiv għall-preżentazzjoni elettronika tal-offerti.

6.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għal strumenti u mezzi għat-trasmissjoni elettronika u r-riċevuta ta’ offerti u għar-riċevuta b’mezzi elettroniċi ta’ talbiet għal parteċipazzjoni:

(a)

informazzjoni dwar speċifikazzjonijiet għas-sottomissjoni elettronika tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni, inklużi l-qlib ta’ dejta f’kodiċi u l-istampar tal-ħin, għandha tkun għad-dispożizzjoni ta’ partijiet interessati;

(b)

l-Istati Membri, jew l-awtoritajiet kontraenti li jaġixxu fi ħdan qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jispeċifikaw il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-varji stadji tal-proċedura speċifika ta’ akkwist; dak il-livell għandu jkun proporzjonat għar-riskji involuti;

(c)

fejn l-Istati Membri, jew l-awtoritajiet kontraenti li jaġixxu fi ħdan qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, jikkonkludu li l-livell tar-riskji, ivvalutat fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, ikun tali li huma meħtieġa firem elettroniċi avvanzati kif definiti mid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw firem elettroniċi avvanzati appoġġati minn ċertifikat elettroniku kwalifikat, filwaqt li jieħdu kont ta’ jekk dawk il-firem humiex ipprovduti minn fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li jinsab f’lista ta’ fiduċja kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE (28), maħluqa bi jew mingħajr tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri, soġġetti għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu l-format tal-firma avvanzata meħtieġ fuq il-bażi tal-formats stabbiliti fid-Deċiżjonital-Kummissjoni 2011/130/UE (29) u għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jipproċessaw dawn il-formats b’mod tekniku; fil-każ li jkun intuża format differenti tal-firma elettronika, il-fima elettronika jew it-trasportatur tad-dokument elettroniku għandu jinkludi informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti, li jkunu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru. Il-possibbiltajiet ta’ validazzjoni għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jivvalidaw online, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti, l-firem elettroniċi li jkunu rċevew bħala firma elettronika avvanzata bl-appoġġ ta’ ċertifikat kwalifikat.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw informazzjoni dwar il-fornitur tas-servizzi ta’ validazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-Istat Membru;

(ii)

fejn offerta tkun iffirmata b’sostenn ta’ ċertifikat kwalifikat li huwa inkluż f’lista ta’ fiduċja, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx japplikaw rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jxekklu l-użu ta’ dawk il-firem mill-offerenti.

Rigward dokumenti li jintużaw fi proċedura ta’ akkwist li jkunu ffirmati minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew entità emittenti oħra, l-awtorità jew entità emittenti kompetenti tista’ tistabbilixxi l-format avvanzat dwar il-firma rikjest skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2011/130/UE. Huma għandhom jimplimentaw l-miżuri neċessarji sabiex dawk il-formats ikunu jistgħu jiġu pproċessati teknikament billi tkun inkluża l-informazzjoni rikjesta għall-finijiet tal-ipproċessar tal-firma fid-dokument ikkonċernat. Tali dokumenti għandu jkun fihom, fil-firma elettronika jew fid-dokument elettroniku, informazzjoni tat-trasportatur dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti li jippermettu l-validazzjoni online tal-firma elettronika rċevuta, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 sabiex temenda d-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness IV sabiex jittieħed kont ta’ żviluppi tekniċi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 sabiex temenda l-lista mniżżla fil-punti (a) sa (d) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn l-iżviluppi teknoloġiċi jirriżultaw f’eċċezzjonijiet kontinwi mill-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi mhux adegwati jew, eċċezzjonalment, fejn eċċezzjonijiet ġodda jridu jkunu pprovduti minħabba żviluppi teknoloġiċi.

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formats tekniċi kif ukoll tal-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġi, b’mod partikolari fil-kuntest transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 87 sabiex tistabbilixxi l-użu obbligatorju ta’ standards tekniċi speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tas-sottomissjoni elettronika, katalogi elettroniċi u mezzi għal awtentikazzjoni elettronika, biss fejn l-istandards tekniċi ġew ittestjati bir-reqqa u l-ulilità tagħhom ġiet ippruvata fil-prattika. Qabel ma jsir obbligatorju l-użu ta’ kwalunkwe standard tekniku, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra bir-reqqa l-ispejjeż li dan jista’ jinkludi, b’mod partikolari f’termini ta’ adattamenti għal soluzzjonijiet eżistenti għall-akkwist elettroniku, inklużi l-infrastruttura, il-proċessi jew is-software.

Artikolu 23

Nomenklaturi

1.   Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku għandha ssir billi jintuża l-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV) kif adottat mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 sabiex tadatta l-kodiċi CPV imsemmija f’din id-Direttiva, kull meta bidliet fin-nomenklatura tas-CPV jridu jiġu riflessi f’din id-Direttiva u ma jimplikawx modifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 24

Konflitti ta’ interess

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu miżuri adatti sabiex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mit-twettiq ta’ proċeduri ta’ akkwist sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u sabiex ikun żgurat trattament ugwali għall-operaturi ekonomiċi kollha.

Il-kunċett ta’ kunflitti ta’ interess għandu mill-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew ta’ fornitur ta’ servizzi rigward l-akkwist li jaġixxi f’isem l-awtorità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-akkwist jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku, jew persunali ieħor li jista’ jiġi kkunsidrat li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-akkwist.

TITOLU II

REGOLI DWAR IL-KUNTRATTI PUBBLIĊI

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 25

Kondizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra

Sakemm huma koperti mill-Annessi 1, 2, 4 u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP u minn ftehimiet internazzjonali oħrajn li l-Unjon hija marbuta bihom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu trattament lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

Artikolu 26

Għażla tal-proċeduri

1.   Meta jingħataw kuntratti pubbliċi tagħhom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali aġġustati sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dejjem jekk, mingħajr ħsara għall-Artikolu 32, tkun ġiet ippubblikata sejħa għall-kompetizzjoni b’konformità ma’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li dawk l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċeduri miftuha jew limitati kif irregolati f’din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw sħubijiet għall-innovazzjoni kif irregolati f’din id-Direttiva.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fir-rigward ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(i)

il-ħtigijiet tal-awtorità kontraenti ma jistgħux jiġu ssodisfati mingħajr l-adattament ta’ soluzzjonijiet faċilment disponibbli;

(ii)

jinkludu disinn jew soluzzjonijiet innovattivi;

(iii)

il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel minħabba ċirkustanzi speċifiċi relatati man-natura, il-kumplessità jew il-forma legali jew finanzjarja jew minħabba r-riskji marbuta magħhom;

(iv)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti mill-awtorità kontraenti b’referenza għal xi istandard, il-Valutazzjoni Teknika Ewropea, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, speċifikazzjoni teknika komuni jew referenza teknika skont it-tifsira tal-punti 2 sa 5 tal-Anness VII;

(b)

fir-rigward ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi fejn, b’risposta għal proċedura miftuħa jew ristretta, ġew ippreżentati biss offerti irregolari jew mhux aċċettabbli. F’tali sitwazzjonijiet, m’għandux ikun meħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jippublikaw avviż ta’ kuntratt fejn huma jinkludu l-offerenti kollha, u dawk biss, li jkunu ssodisfaw il-kriterji tal-Artikoli 57 sa 64 u li, matul il-proċedura miftuħa jew ristretta ta’ qabel, ikunu ssottomettew offerti skont ir-rekwiżiti formali tal-proċedura ta’ akkwist;

B’mod partikolari, offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-awtorità kontraenti bħala anormalment baxxi, għandhom jitqiesu irregolari. B’mod partikolari, offerti ppreżentati minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki mitluba, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-awtorità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist għandhom jitqiesu inaċċettabbli.

5.   Is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha ssir permezz ta’ avviż dwar kuntratt skont l-Artikolu 49.

Fejn jingħata l-kuntratt permezz ta’ proċedura ristretta jew proċedura kompetittiva bin-negozjar, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu, minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li awtoritajiet kontraenti subċentrali jew kategoriji speċifiċi tagħhom jistgħu joħorġu s-sejħa għall-kompetizzjoni permezz ta’ avviż informattiv minn qabel skont l-Artikolu 48(2).

Fejn is-sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż informattiv minn qabel skont l-Artikolu 48(2), l-operaturi ekonomiċi li jkunu stqarrew l-interess tagħhom wara l-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel għandhom sussegwentement jiġu misteidna jikkonfermaw l-interess tagħhom bil-miktub permess ta’ stendina għall-konferma tal-interess f’konformità mal-Artikolu 54.

6.   Fil-każijiet u ċirkustanzi speċifiċi imsemmijin espliċitament fl-Artikolu 32, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għal sejħa għal kompetizzjoni. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu l-applikazzjoni ta’ dik il-proċedura f’każijiet oħrajn għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 32.

Artikolu 27

Proċedura miftuħa

1.   Fil-proċeduri miftuha, kwalunkwe operatur ekonomiku interessat jista’ jissottometti offerta fir-rigward ta’ sejha għall-kompetizzjoni.

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti għandu jkun ta’ 35 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

L-offerta għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni għas-selezzjoni kwalitattiva li tkun mitluba mill-awtorità kontraenti.

2.   Meta awtoritajiet kontraenti jkunu diġà ppubblikaw avviż informattiv minn qabel li ma kienx huwa stess użat bħala mezz għas-sejħa tal-kompetizzjoni, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta tal-offerti jista’ jitqassar għal 15-il jum, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-avviż informattiv minn qabel inkluda l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-avviż dwar kuntratt fit-taqsima I tal-parti B tal-Anness V, sa fejn dik l-informazzjoni kienet disponibbli fiż-żmien li ġie ppubblikat l-avviż informattiv minn qabel;

(b)

l-avviż informattiv minn qabel intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

3.   Fejn stat ta’ urġenza sostanzjat sew mill-awtorità kontraenti jrendi bħala imprattikabbli l-limitu ta’ żmien stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, din tista’ tistabbilixxi limitu ta’ żmien li ma għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż tal-kuntratt.

4.   L-awtorità kontraenti tista’ tnaqqas b’ħamest ijiem il-limitu ta’ żmien għall-wasla ta’ offerti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta hi taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1), u l-Artikolu 22(5) u (6).

Artikolu 28

Proċedura ristretta

1.   Fi proċeduri ristretti, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jisottometti talba sabiex jieħu sehem b’rispons għal sejħa għall-kompetizzjoni li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness V partijiet B jew C, skont il-każ, billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva rikjesta mill-awtorità kontraenti.

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess.

2.   Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna jagħmlu dan mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mogħtija jistgħu jissottomettu offerta. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 65.

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta.

3.   Meta awtoritajiet kontraenti jkunu diġà ppubblikaw avviż informattiv minn qabel ma kienx li huwa stess użat bħala mezz għas-sejħa tal-kompetizzjoni, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta tal-offerti jista’ jitqassar għal 10 (għaxart) ijiem, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-avviż informattiv minn qabel inkluda l-informazzjoni kollha rikjesta fit-taqsima I tal-parti B tal-Anness V, sa fejn dik l-informazzjoni kienet disponibbli fiż-żmien li ġie ppubblikat l-avviż informattiv minn qabel;

(b)

l-avviż informattiv minn qabel intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtoritajiet kontraenti subċentrali kollha, jew kategoriji speċifiċi tagħhom, jistgħu jistabbilixxu l-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-awtorità kontraenti u l-kandidati magħżula, jekk il-kandidati kollha magħżula jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jissottomettu l-offerti tagħhom. Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, il-limitu ta’ żmien għandu jkun mill-inqas 10 (għaxart) ijiem mid-data li fiha tkun intbagħtet l-istedina għall-offerta.

5.   Il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ jitnaqqas b’ħamest ijiem fejn l-awtorità kontraenti taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 22(1), (5) u (6).

6.   Fejn stat ta’ urġenza sostanzjat sew mill-awtoritajiet kontraenti jrendi imprattikabbli l-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu, dawn jistgħu jistabbilixxu:

(a)

limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni li ma għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt;

(b)

limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti li ma għandux ikun inqas minn għaxart ijiem mid-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-offerti.

Artikolu 29

Proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar

1.   Fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jisottometti talba sabiex jieħu sehem b’risposta għal sejħa għall-kompetizzjoni li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness V partijiet B u C billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva rikjesta mill-awtorità kontraenti.

Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jidentifikaw is-suġġett tal-akkwist billi jipprovdu deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom u l-karatteristiċi mitluba mill-provvisti, xogħlijiet jew servizzi li ser jiġu akkwistati u jispeċifikaw il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt. Huma għandhom jindikaw ukoll liema elementi tad-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha.

L-informazzjoni mogħtija għandha tkun preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tal-akkwist u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.

Il-limitu minimu ta’ żmien biex jintlaqgħu talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess. Il-limitu ta’ żmien minimu biex jintlaqgħu offerti inizjali għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha intbagħtet l-istedina. Għandu japplika l-Artikolu 28(3) sa (6).

2.   Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi li ġew mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jissottomettu offerta inizjali li għandha tkun il-bażi għan-negozjati sussegwenti. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 65.

3.   Sakemm mhux previst mod ieħor fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw mal-offerenti dawk l-offerti inizjali u dawk kollha sussegwenti sottomessi minnhom, għajr l-offerti finali fis-sens tal-paragrafu 7, sabiex itejbu l-kontenut tagħhom.

Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji tal-għoti ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.

4.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti abbażi tal-offerti inizjali mingħajr negozjar meta jkunu indikaw fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, li huma jirriservaw il-possibbiltà li jagħmlu dan.

5.   Matul in-negozjati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw it-trattament ugwali lill-offerenti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi offerenti fuq oħrajn. Huma għandhom jinfurmaw lill-offerenti kollha, li l-offerti tagħhom ma ġewx eliminati skont il-paragrafu 6, bil-miktub dwar kwalunkwe bidla għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew dokumenti oħra ta’ akkwist, minbarra dawk li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi. Wara dawn il-bidliet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu biżżejjed ħin lill-offerenti biex jimmodifikaw u jerġgħu jippreżentaw l-offerti emendati, kif adatt.

F’konformità mal-Artikolu 21, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat jew offerent li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil tiegħu. Tali qbil ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata tal-informazzjoni speċifika.

6.   Il-proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar jistgħu jsiru fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ offerti li jridu jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew f’dokument ieħor ta’ akkwist. Fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew f’dokument ieħor ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tindika jekk hi rrikorrietx għal dik l-alternattiva.

7.   Fejn l-awtorità kontraenti għandha l-intenzjoni li tikkonkludi n-negozjati, għandha tinforma lill-offerenti li jkun baqa’ u tistabbilixxi data ta’ skadenza komuni għas-sottomissjoni ta’ kwalunkwe offerta ġdida jew riveduta. Hija għandha tivverifika li l-offerti finali huma f’konformità mar-rekwiżiti minimi u jikkonformaw mal-Artikolu 56(1), tivvaluta l-offerti finali fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti inizjalment indikati u tagħti l-kuntratt skont l-Artikoli 66 sa 69.

Artikolu 30

Djalogu kompetittiv

1.   Fi djalogi kompetittivi, kwalnkwe operatur ekonomiku jista’ jissottometti talba sabiex jieħu sehem b’rispons għal avviż ta’ kuntratt billi jipprovdi l-informazzjoni għas-selezzjoni kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-awtorità kontraenti.

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jieħdu sehem fid-djalogu. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 65. Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 67(2).

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu l-ħtigijiet u r-rekwiżiti tagħhom fl-avviż dwar kuntratt u għandhom jiddefinixxu dawk il-ħtigijiet u r-rekwiżiti f’dak l-avviż u/jew f’dokument deskrittiv. Fl-istess ħin u fl-istess dokumenti, huma għandhom jistabbilixxu u jiddefinixxu l-kriterji tal-għoti magħżula wkoll u jistabbilixxu perijodu ta’ żmien indikattiv.

3.   Flimkien mal-parteċipanti magħżulin skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 56 sa 66, l-awtoritajiet kontraenti għandhom iniedu djalogu bil-għan li jiġu identifikati u definiti l-aktar mezzi xierqa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom. Huma jistgħu jiddiskutu l-aspetti kollha tal-akkwist mal-parteċipanti magħżulin matul dan id-djalogu.

Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost il-parteċipanti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi parteċipanti fuq oħrajn.

F’konformità mal-Artikolu 21, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat jew offerent parteċipanti li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil tiegħu. Tali qbil ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata tal-informazzjoni speċifika.

4.   Id-djalogi kompetittivi jistgħu jseħħu fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ soluzzjonijiet li jridu jiġi diskussi fl-istadju ta’ djalogu billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv. Fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tindikaw jekk hijiex ser tuża dik l-għażla.

5.   L-awtorità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun kapaċi tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.

6.   Wara li jiddikkjaraw li d-djalogu ntemm u wara li jgħarrfu lill-parteċipanti rimanenti dwar dan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbu lil kull wieħed minnhom jissottomettu l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ppreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandu jkun fihom l-elementi kollha meħtiega u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, dawk l-offerti jistgħu jiġu kkjarifikati, speċifikati u ottimizzati. Madankollu, tali kjarifika, speċifikar u ottimizzazzjoni jew informazzjoni addizzjonali ma tistax tinvolvi bidliet fl-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist pubbliku, inkluz il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, fejn varjazzjonijiet għal dawk l-aspetti, ħtiġijiet u rekwiżiti x’aktarx joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni jew ikollhom effett diskriminartorju.

7.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivvalutaw l-offerti rċivuti fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, in-negozjati mal-offerent identifikat bħala dak li ssottometta l-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità skont l-Artikolu 67 jistgħu jsiru biex jiġu kkonfermati impenji finanzjarji jew termini oħra li jkunu fl-offerta billi jiġu ffinalizzati t-termini tal-kuntratt dment li ma jkollhomx l-effett li materjalment jimmodifikaw l-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inklużi l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv u ma jirriskjax li jgħawweġ il-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.

8.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu premji jew ħlasijiet għall-parteċipanti matul id- djalogu.

Artikolu 31

Sħubija għall-innovazzjoni

1.   Fi sħubiji ta’ innovazzjoni, kwalnkwe operatur ekonomiku jista’ jissottometti talba sabiex jieħu sehem b’rispons għal avviż ta’ kuntratt billi jipprovdi l-informazzjoni għas-selezzjoni kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-awtorità kontraenti.

Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tidentifika l-ħtieġa għal prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi li ma jistgħux jiġu sodisfatti billi jinxtraw prodotti, servizzi jew xogħlijiet li diġà huma disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika wkoll liema elementi tad-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha. L-informazzjoni prevvista għandha tkunu preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkun jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tas-soluzzjoni meħtieġa u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.

L-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi s-sħubija ta’ innovazzjoni ma’ sieħeb wieħed jew ahtar li jwettqu attivitajiet separati ta’ riċerka u żvilupp.

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż għal kuntratt. Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi li huma mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta li jistgħu jieħdu sehem fil-proċedura. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 64. Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 66.

2.   L-għan tas-sħubija għall-innovazzjoni għandu jkun l-iżvilupp ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-fornimenti, provvisti jew xogħlijiet li jirriżultaw, dment li dawn jikkorrispondu mal-livelli ta’ prestazzjoni maqbula u l-ispejjeż massimi miftiehma bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-parteċipanti.

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f’fażijiet suċċessivi wara s-sekwenza tal-passi fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li tista’ tinkludi l-manifattura tal-prodotti, il-forniment tas-servizzi jew it-tlestija tax-xogħlijiet. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab u tipprovdi għall-ħlas tar-remunerazzjoni f’pagamenti adatti.

Abbażi ta’ dawk il-miri, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi wara kull fażi li ttemm is-sħubija għall-innovazzjoni jew, f’każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni b’diversi sħab, li tnaqqas in-numru ta’ sħab billi ttemm il-kuntratti individwali, dment li l-awtorità kontraenti tkun indikat fid-dokumenti ta’ akkwist dawk il-possibiltajiet u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

3.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw mal-offerenti dawk l-offerti inizjali u dawk kollha sussegwenti sottomessi minnhom, għajr l-offerta finali, sabiex jittejjeb l-kontenut tagħhom.

Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji tal-għoti ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.

4.   Matul in-negozjati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw it-trattament ugwali lill-offerenti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi offerenti fuq oħrajn. Huma għandhom jinfurmaw lill-offerenti kollha, li l-offerti tagħhom ma jkunux ġew eliminati, skont il-paragrafu 5, bil-miktub, dwar kwalunkwe bidla fl-ispeċifiċitajiet tekniċi jew f’dokumenti tal-akkwist oħra, minbarra dawk li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi. Wara dawk il-bidliet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu biżżejjed ħin lill-offerenti biex jimmodifikaw u jerġgħu jippreżentaw l-offerti emendati, kif adatt.

F’konformità mal-Artikolu 21, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat jew offerent li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil tiegħu. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni proposta tal-informazzjoni speċifika.

5.   In-negozjati matul il-proċeduri tas-sħubiji għall-innovazzjoni jistgħu jsiru fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ offerti li jridu jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist. Fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tindika jekk hijiex ser tirrikorri għal dik l-għażla.

6.   Fl-għażla tal-kandidati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom b’mod partikolari japplikaw il-kriterji li jikkonċernaw il-kapaċità tal-kandidati fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-awtorità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti mis-soluzzjonijiet eżistenti.

Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tiddefinixxi l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fil-każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab, l-awtorità kontraenti ma għandhiex, f’konformità mal-Artikolu 21, tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni konfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb fil-qafas tas-sħubija mingħajr il-qbil ta’ dak is-sieħeb. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni proposta tal-informazzjoni speċifika.

7.   L-awtorità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, id-durata u l-valur tal-fażijiet differenti għandhom jirreflettu l-grad ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni metieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhijiex disponibbli fis-suq. Il-valur stmat tal-provvisti, is-servizzi jew xogħlijiet ma għandux ikun sproporzjonat fir-rigward tal-investiment meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom.

Artikolu 32

Użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel

1.   Fil-każijiet u ċirkustanzi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 sa 5, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti pubbliċi permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel.

2.   Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, kuntratti pubbliċi ta’ provvista u kuntratti pubbliċi ta’ servizzi fi kwalunkwe wiehed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma jkunux ġew sottomessi offerti jew offerti adattati jew talbiet għal parteċipazzjoni jew talbiet għal parteċipazzjoni mhux adattati f’rispons għal proċedura miftuħa jew proċedura ristretta, sakemm il-kondizzjonijiet inizzjali tal-tal-kuntratt ma jkunux mibdula sostanzjalment u li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni meta hija titlob li jsir dan.

Offerta għandha titqies li ma tkunx adatta meta tkun irrelevanti għall-kuntratt, minħabba li hija ċara li mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-bżonnijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti kif speċifikati fid-dokumenti ta’ akkwist. Talba għal parteċipazzjoni għandha titqies li ma tkunx adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat ser ikollu jew jista’ jiġi eskluż skont l-Artikolu 57 jew ma jissodisfax il-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 58;

(b)

fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu fornuti minn operatur ekonomiku partikolari biss minħabba xi waħda mir-raħunijiet li ġejjin:

(i)

l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew l-akkwist ta’ xogħol artistiku uniku jew prestazzjoni artistika unika;

(ii)

ma jkunx hemm kompetizzjoni minħabba raġunijiet tekniċi;

(iii)

il-protezzjoni ta’ drittijiet esklużivi, inkluż drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;

L-eċċezzjonijiet deskritti fil-punti (ii) u (iii) għandhom japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhijiex konsegwenza ta’ limitazzjoni artifiċjali fil-parametri tal-akkwist;

(c)

sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza kbira dovuti għal avvenimenti li ma setgħux ikunu previsti mill-awtorità kontraenti, il-limiti ta’ żmien għal proċeduri miftuħa jew ristretti jew kompetittivi bin-negozjar ma jistgħux jiġu rispettati. Iċ-ċirkostanzi invokati għall-ġustifikazzjoni tal-urġenza estrema qatt ma għandhom ikunu attribwibbli għall-awtorità kontraenti.

3.   Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ provvista:

(a)

fejn il-prodotti involuti jkunu manifatturati purament għall-finijiet ta’ riċerka, esperimentazzjoni, studju jew żvilupp; madankollu, kuntratti mogħtija skont dan il-punt ma għandhomx jinkludu l-produzzjoni ta’ kwantità sabiex tiġi stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew sabiex jiġu rkuprati l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp;

(b)

għal konsenji addizzjonali mill-fornitur oriġinali li huma maħsuba jew bħala sostituzzjoni tal-provvisti jew installazzjonijiet jew inkella bħala l-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet eżistenti fejn bidla fil-fornitur tkun tobbliga lill-awtorità kontraenti sabiex tikseb provvisti li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fit-tħaddim u l-manutenzjoni; bħala regola ġenerali, id-durata ta’ dawn il-kuntratti kif ukoll dak tal-kuntratti rikorrenti ma għandhiex taqbeż it-tliet snin;

(c)

għal provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-prodotti bażiċi;

(d)

għax-xiri ta’ provvisti jew servizzi b’termini partikolarment vantaġġjużi, jew mingħand fornitur li qed jagħmel stralċ definittiv tal-attivitajiet ta’ negozju tiegħu, jew il-likwidatur fi proċedura ta’ insolvenza, arranġament mal-kredituri, jew proċedura simili taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali.

4.   Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, fejn il-kuntratt ikkonċernat jiġi wara kompetizzjoni ta’ disinn organizzata skont din id-Direttiva u tingħata, skont ir-regoli previsti fil-kompetizzjoni ta’ disinn, lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ disinn; f’ dan l-aħħar każ, ir-rebbieħa kollha jridu jiġu mistiedna sabiex jieħdu sehem fin-negozjati.

5.   Il-proċedura nnegozjata minn qabel tista’ tkun użata għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili fdati lill-operatur ekonomiku li ngħata kuntratt oriġinali mill-istess awtoritajiet kontraenti, jekk dawn ix-xogħlijiet jew servizzi huma konformi ma’ proġett bażiku li għalih ingħata l-kuntratt oriġinali skont proċedura b’konformità mal-Artikolu 26(1). Il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kondizzjonijiet li fihom se jingħataw.

Hekk kif l-ewwel proġett jinħareġ għall-offerti, l-użu possibbli ta’ din il-proċedura għandu jiġi divulgat u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-istima tal-ispiża totali tax-xogħlijiet jew is-servizzi sussegwenti meta japplikaw l-Artikolu 4.

Din il-proċedura tista’ tintuża biss matul it-tliet snin wara li jintemm il-kuntratt oriġinali.

KAPITOLU II

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 33

Ftehimiet qafas

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri speċifikati f’din id-Direttiva.

FAP qafas ifisser ftehim bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista.

It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas.

2.   Kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw skont il-proċeduri stabbiliti f’dan il-paragrafu u fil-paragrafi 3 u 4.

Dawn il-proċeduri jistgħu jkunu applikati biss bejn dawk l-awtoritajiet kontraenti identifikati b’mod ċar għal dan l-iskop fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew l-istedina għall-konferma tal-interess u dawk l-operaturi ekonomiċi oriġinarjament firmatarji għall-ftehim ta’ qafas kif konkluż.

Kuntratti bbazati fuq ftehim qafas ma jistgħux jagħmlu modifiki sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dak il-ftehim qafas taħt l-ebda ċirkostanza, b’mod partikolari fil-kaz imsemmi fil-paragrafu 3.

3.   Fejn jiġi konkluż ftehim qafas ma’ operatur ekonomiku wieħed, kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim għandhom jingħataw fi ħdan il-limiti tat-termini stabbiliti fil-ftehim qafas.

Għall-għoti ta’ dawk il-kuntratti, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub lill-operatur ekonomiku li huwa parti mill-ftehim qafas, fejn jitolbuh jissupplimenta l-offerta tiegħu kif meħtieġ.

4.   Fejn ftehim qafas jigġ konkluż ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed, dak il-ftehim qafas għandu jsir b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

skont it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ftehim qafas, mingħajr ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni, fejn dan jistabbilixxi t-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati u l-kondizzjonijiet oġġettivi għad-determinazzjoni ta’ liema mill-operaturi ekonomiċi, li kienu parti fil-ftehim qafas, għandhom iwettquhom; dawn il-kondizzjonijiet tal-aħħar għandhom jiġu indikati fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas;

(b)

fejn il-ftehim qafas jistipula t-termini kollha li jirregolaw il-provvista tax-xogħlijiet, servizzi u provvisti kkonċernati, parzjalment mingħar ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni skont il-punt (a) u parzjalment bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni fost l-operaturi ekonomiċi li huma parti fil-ftehim qafas skont il-punt (c), fejn tali possibbiltà ġiet stipulata mill-awtoritajiet kontraenti fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas. L-għażla dwar jekk xogħlijiet, servizzi jew provvisti speċifiċi jiġux akkwistati wara li l-kompetizzjoni tkun infetħet mill-ġdid jew direttament skont it-termini stipulati fil-ftehim qafas għandha ssir skont kriterji oġġettivi, li għandhom ikunu stipulati fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas. Dawn id-dokumenti ta’ akkwist għandhom jispeċifikaw ukoll liema termini jistgħu jkunu soġġetti għall-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni.

Il-possibbiltajiet previsti taħt l-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe lott ta’ ftehim qafas li għalih ikunu stabbiliti t-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, is-servizzi u l-provvisti kkonċernati fil-ftehim qafas, irrispettivament minn jekk it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, tas-servizzi u tal-provvisti kkonċernati taħt lottijiet oħrajn ikunux ġew stabbiliti.

(c)

fejn mhux it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti huma stabbiliti fil-ftehim qafas, billi terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-partijiet ta’ operaturi ekonomiċi għall-ftehim qafas.

5.   Il-kompetizzjonijiet msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 4 għandhom ikunu bbażati fuq l-istess termini kif applikati għall-għoti tal-ftehim qafas u, fejn neċessarju, fuq termini formulati bi preċiżjoni akbar, u fejn dan ikun xieraq, fuq termini oħra msemmija fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas, skont il-proċedura li ġejja:

(a)

għal kull kuntratt li għandu jingħata, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonsultaw bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi li kapaċi jwettqu l-kuntratt;

(b)

l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien li huwa twil biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu sottomessi offerti għal kull kuntratt speċifiku, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni fatturi bħall-kumplessità tas-suġġett tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ sabiex jintbagħtu l-offerti;

(c)

l-offerti għandhom jiġu sottomessi bil-mitkub, u l-kontenut tagħhom ma għandux jinqara qabel ma jkun skada l-limitu ta’ żmien stipulat għat-tweġiba;

(d)

l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu kull kuntratt lill-offerent li ssottometta l-aqwa offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas.

Artikolu 34

Sistemi dinamiċi ta’ xiri

1.   Għal xiri użat b’mod komuni li l-karatteristiċi tiegħu, kif ġeneralment ikunu disponibbli fis-suq, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet kontraenti, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw sistema dinamika ta’ xiri. Is-sistema dinamika ta’ xiri għandha tiġi operata bħala proċess kompletament elettroniku, u għandha tkun miftuħa matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema tax-xiri għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla. Din tista’ tiġi diviża f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi li huma definiti oġġettivament fuq il-bażi ta’ karatteristiċi tal-akkwist li għandu jitwettaq taħt il-kategorija kkonċernata. Tali karatteristiċi jistgħu jinkludu referenza għad-daqs massimu permissibbli ta’ kuntratti speċifiċi sussegwenti jew għal żona geografika speċifika fi fiha ser jitwettqu kuntratti speċifiċi sussegwenti.

2.   Sabiex isir akkwist taħt sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom isegwu r-regoli tal-proċedura ristretta. Il-kandidati kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla għandhom jitħallew jużaw is-sistema, u f’konformità mal-Artikolu 64 in-numru ta’ kandidati li għandhom jiġu ammessi għas-sistema ma għandux ikun limitat. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jkunu ddividew is-sistema f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jispeċifikaw il-kriteji ta’ selezzjoni applikabbli għal kull kategorija.

Minkejja l-Artikolu 28, għandhom japplikaw il-limiti ta’ żmien li ġejjin:

(a)

il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha ntbagħtu l-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess. Ma għandu japplika ebda limitu ta’ żmien ieħor għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni ladarba l-istedina għal offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri tkun intbagħtet;

(b)

il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun ta’ għaxart ijiem mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta. Fejn adatt, għandu japplika l-Artikolu 28(4). L-Artikoli 28(3) u (5) m’għandhomx japplikaw.

3.   Il-komunikazzjonijiet kollha fil-kuntest ta’ sistema dinamika ta’ xiri għandhom isiru biss b’mezzi elettroniċi skont l-Artikolu 19(1), (3), (5) u (6).

4.   Għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratti taħt sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom:

(a)

jippubblikaw sejħa għall-kompetizzjoni u jagħmluha ċara li hemm involuta sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist mill-inqas in-natura u l-kwantità stmata tax-xiri previst, kif ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa li tikkonċerna s-sistema dinamika ta’ xiri, inkluż kif joperaw sistemi dinamiċi ta’ xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi;

(c)

jindikaw kwalunkwe diviżjoni f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi u l-karatteristiċi li jiddefinixxuhom;

(d)

joffru aċċess dirett mingħajr restrizzjonijiet u sħiħ, għaż-żmien kollu li s-sistema tkun valida, għad-dokumenti ta’ akkwist f’konformità mal-Artikolu 51.

5.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu lil kwalunkwe operatur ekonomiku, matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, il-possibbiltà li jagħmlu talba sabiex jieħdu sehem fis-sistema taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiffinalizzaw il-valutazzjoni tagħhom ta’ dawn it-talbiet skont il-kriterji tal-għażla fi żmien għaxart ijiem wara r-riċevuta tagħhom. Dak il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż għal 15-il jum tax-xogħol f’każijiet individwali meta jkun iġġustifikat, b’mod partikolari minħabba l-ħtieġa li tiġi eżaminata dokumentazzjoni addizzjonali jew b’xi mod ieħor issir verifika dwar jekk il-kriterji ta’ selezzjoni ġewx issodisfati.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, sakemm ma tkunx intbagħatet l-istedina għall-offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika tax-xiri, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jestendu il-perijodu ta’ evalwazzjoni sakemm ma tkunx ħarġet l-ebda stedina għall-offerti matul il-perijodu estiż ta’ evalwazzjoni. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist it-tul tal-perijodu estiż li huma bi ħsiebhom japplikaw.

L-awtoritjiet kontraenti għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat malajr kemm hu possibbli dwar jekk ġiex ammess fis-sistema dinamika ta’ xiri jew le.

6.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-parteċipanti ammessi kollha sabiex jissottomettu offerta għal kull akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri, skont l-Artikolu 52. Fejn is-sistema dinamika tax-xiri tkun ġiet diviża f’kategoriji ta’ xogħlijiet, prodotti jew servizzi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-parteċipanti kollha li jkun ġew ammessi fil-kategorija li tikkorrispondi għall-akkwist speċifiku kkonċernat sabiex jissottomettu offerta.

Huma għandhom jagħtu l-kuntratt lill-offerent li ssottometta l-aqwa offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt għas-sistema dinamika ta’ xiri jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, fl-istedina għall-konferma tal-interess. Fejn adegwat, dawn il-kriterji jistgħu jigu fformulati bi preċiżjoni akbar fl-istedina għall-offerti.

7.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, fi kwalunkwe mument matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri, jirrikjedu lill-parteċipanti ammessi jippreżentaw awtodikjarazzjoni riveduta u aġġornata kif previst fl-Artikolu 59(1), fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tintbagħat dik it-talba.

L-Artikolu 59(4) sa (6) għandu japplika matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri.

8.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri fis-sejħa għall-kompetizzjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ validità, billi jużaw il-mudelli standard li ġejjin:

(a)

fejn il-perijodu ta’ validità jinbidel mingħajr ma tiġi terminata s-sistema, il-mudell inizjalment użat għas-sejħa għall-kompetizzjoni għas-sistema dinamika tax-xiri;

(b)

fejn is-sistema tiġi terminata, avviż dwar l-għoti ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 50.

9.   Ma għandha tiġi imposta ebda tariffa qabel jew matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika tax-xiri fuq l-operaturi ekonomiċi interessati fis-sistema dinamika tax-xiri jew li jkunu partijiet għaliha.

Artikolu 35

Irkantijiet elettroniċi

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw irkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, reveduti ‘l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistrutturaw l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti sabiex dawn jiġu kklassifikati permezz ta’ metodi ta’ evalwazzjoni awtomatiċi.

Ċerti kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ċerti kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet li għandhom il-prestazzjonijiet intellettwali bħala s-suġġett tagħhom, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, li ma jistgħux jiġu kklassifikati bl-użu metodi awtomatiċi ta’ evalwazzjoni, ma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ bejgħ bl-irkant elettroniku.

2.   Fi proċeduri miftuħa jew ristretti jew proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku l-ewwel għandu jkun hemm irkant elettroniku meta l-kontenut tad-dokumenti ta’ akkwist, b’mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.

Fl-istess ċirkostanzi, irkant elettroniku jista’ jsir fil-ftuħ mill-gdid tal-kompetizzjoni fost il-partijiet għal ftehim qafas kif previst fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 33(4) u fil-ftuħ għal-kompetizzjoni ta’ kuntratti li għandhom jingħataw taħt is-sistema dinamika ta’ xiri msemmija fl-Artikolu 34.

3.   L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq waħda mill- elementi tal-offerti li ġejjin:

(a)

biss fuq prezzijiet fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-prezz biss;

(b)

fuq prezzijiet u/jew il-valuri l-ġodda tal-karatteristiċi tal-offerti indikati fid-dokumenti ta’ akkwist fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-aħjar proporzjon tal-prezz mal-kwalità jew lill- offerta bl-aktar prezz baxx meta jintuża approċċ tal-kosteffikaċja.

4.   L-awtoritajiet kontraenti li jiddeċiedu li jorganizzaw irkant elettroniku għandhom jiddikjaraw dan il-fatt fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess. Bħala minimu, id-dokumenti ta’ akkwist għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Anness VI.

5.   Qabel ma jipproċedu b’irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti skont il-kriterju jew kriterji ta’ għoti stabbiliti u l-ippeżar stabbilit għalihom.

Offerta għandha tkun meqjusa ammissibbli meta tkun ġiet sottomessa minn offerent, li ma kienx ġie eskluż skont l-Artikolu 57 u li jissodisfa l-kriterji ta’ għażla, u li l-offerta tiegħu tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mingħajr ma tkun irregolari jew mhux aċċettabbli jew mhux adatta

B’mod partikolari, offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-awtorità kontraenti bħala anormalment baxxi, għandhom jitqiesu irregolari. B’mod partikolari, offerti ppreżentati minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki mitluba, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-awtorità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist għandhom jitqiesu inaċċettabbli.

Offerta għandha titqies li ma tkunx adatta meta tkun irrelevanti għall-kuntratt, minħabba li hija ċara li mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-bżonnijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti kif speċifikati fid-dokumenti ta’ akkwist. Talba għal parteċipazzjoni għandha titqies li ma tkunx adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat ser ikollu jew jista’ jiġi eskluż skont l-Artikolu 57 jew ma jissodisfax il-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 58.

L-offerenti kollha li jkunu ressqu offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b’mod simultanju b’mezzi elettroniċi sabiex jieħdu sehem fl-irkant elettroniku billi jintużaw, mid-data u l-ħin speċifikati, il-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-istedina. L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’għadd ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel jumejn (2) wara d-data li fiha ntbagħtu l-istedini.

6.   L-istedina għandha tkun akkumpanjata mir-riżultat tal-evalwazzjoni sħiħa tal-offerta rilevanti, imwettqa skont l-ippeżar speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(5).

L-istedina għandha tiddikjara wkoll l-istat tal-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku sabiex jiġu determinati l-klassifikazzjonijiet awtomatiċi l-ġodda fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri l-ġodda sottomessi. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, dik il-formula għandha tinkorpora l-ippeżar tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi determinata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fl-avviż użat bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni jew f’dokumenti oħrajn ta’ akkwist. Madanakollu, għal dan il-għan, kull medda għandha titnaqqas minn qabel għal valur speċifikat.

Fejn huma awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant.

7.   Matul kull fażi ta’ rkant elettroniku l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-offerenti kollha tal-inqas biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f’kull mument. Huma jistgħu, fejn dan ikun ġie indikat minn qabel, jikkomunikaw informazzjoni oħra rigward prezzijiet u valuri oħra sottomessi. Huma jistgħu wkoll iħabbru n-numru ta’ parteċipanti fi kwalunkwe fażi speċifika tal-irkant. Madanakollu, fl-ebda każ ma jistgħu jiddivulgaw l-identitiajiet tal-offerenti matul l-ebda fażi tal-irkant elettroniku.

8.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħlqu rkant elettroniku f’mod wieħed jew aktar li ġejjin:

(a)

fid-data u l-ħin li ġew indikati qabel;

(b)

fejn ma jirċivux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, jekk qabel dawn iddikkjaraw iż-żmien li huma jħallu li jgħaddi wara li jirċievu l-aħħar sottomissjoni qabel ma jagħlqu l-irkant elettroniku; jew

(c)

meta jitlestew in-numru preċedentement indikat ta’ fazijiet fl-irkant.

Meta l-awtoritajiet kontraenti ikollhom l-intenzjoni li jagħlqu irkant elettroniku skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, possibilment flimkien mal-arranġamenti stabbiliti fil-punt (b) tiegħu, l-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant għandha tindika l-iskeda ta’ żmien għal kull waħda mill-fażijiet tal-irkant.

9.   Wara li jagħlqu xi rkant elettroniku awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu l-kuntratt skont l-Artikolu 67 fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.

Artikolu 36

Katalogi elettroniċi

1.   Fejn ikun rikjest l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku jew li jiġi inkluż katalogu elettroniku.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju l-użu ta’ katalogi elettroniċi b’rabta ma’ ċerti tipi ta’ akkwist.

L-offerti ppreżentati fil-forma ta’ katalogu elettroniku jistgħu jiġu ppreżentati flimkien ma’ dokumenti ohra, li jiffurmaw l-offerta sħiħa.

2.   Il-katalogi elettroniċi għandhom jiġu stabbiliti mill-kandidati jew mill-offerenti bil-għan li jipparteċipaw fi proċedura partikolari ta’ akkwist skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format stabbiliti mill-awtorità kontraenti.

Barra minn hekk, il-katalogi elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-għodod ta’ komunikazzjoni elettronika kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali stabbiliti mill-awtorità kontraenti b’konformità mal-Artikolu 22.

3.   Fejn il-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi hija aċċettata jew rikjesta, l-awtoritajiet kontraenti għandhom:

(a)

jiddikkjaraw dan fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess fejn jintuża avviz informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni;

(b)

jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist l-informazzjoni neċessarja kollha skont l-Artikolu 22 (6) rigward il-format, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi għall-katalogu.

4.   Fejn ġie konkluż ftehim qafas ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed wara s-sottomissjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu li l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi jseħħ fuq il-bażi tal-katalogi aġġornati. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

jistiednu lill-offerenti sabiex jissottomettu mill-ġdid il-katalogi elettroniċi tagħhom, adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt inkwistjoni; jew

(b)

jinnotifikaw lill-offerenti li għandhom il-ħsieb li jiġbru mill-katalogi elettroniċi li diġà ġew ppreżentati l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt inkwistjoni; dejjem jekk l-użu ta’ dak il-metodu jkun ġie mħabbar fid-dokumenti tal-akkwist tal-ftehim qafas.

5.   Fejn l-awtoritajiet kontraenti jerġgħu jiftħu l-kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi b’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 4, dawn għandhom jinnotifikaw lill-offerenti bid-data u l-ħin li fihom għandhom il-ħsieb li jiġbru l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni u għandhom jagħtu lill-offerenti l-possibilità li jiċħdu dan il-ġbir tal-informazzjoni.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu perijodu ta’ żmien adegwat bejn in-notifika u l-ġbir attwali tal-informazzjoni.

Qabel ma jagħtu l-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jippreżentaw l-informazzjoni miġbura lill-offerent ikkonċernat, sabiex b’hekk jagħtuh l-opportunità li jikkontesta jew jikkonferma li l-offerta hekk ikkostitwita ma fiha l-ebda żball materjali.

6.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti fuq il-bażi ta’ sistema dinamika tax-xiri billi jeżiġu li offerti għal kuntratt speċifiku jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu wkoll jagħtu kuntratti bbażati fuq sistema dinamika tax-xiri skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 dejjem jekk it-talba għal parteċipazzjoni fis-sistema dinamika ta’ xiri tkun akkumpanjata minn katalogu elettroniku skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format stabbiliti mill-awtorità kontraenti. Sussegwentement, dak il-katalogu għandu jimtela’ mill-kandidati, meta dawn ikunu ġew mgħarrfa bl-intenzjoni tal-awtorità kontraenti li tikkostitwixxi l-offerti permezz tal-proċedura stipulata fil-punt (b) tal-paragrafu 4.

Artikolu 37

Attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti u korpi ċentrali għall-akkwisti

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw provvisti u/jew servizzi mingħand korp ċentrali għall-akkwisti li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (a) tal-punt (14) tal-Artikolu 2(1).

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw xogħlijiet, provvisti u servizzi billi jużaw kuntratti mogħtija minn korp ċentrali għall-akkwisti, sal-punt stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2), billi jużaw ftehim qafas konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (b) tal-punt (14) tal-Artikolu 2(1). Fejn sistema dinamika tax-xiri li tkun operata minn korp ċentrali għall-akkwisti tista’ tintuża minn awtoritajiet kontraenti oħrajn, dan għandu jiġi indikat fis-sejħa għall-kompetizzjoni li tistabbilixxi dik is-sistema dinamika tax-xiri.

Fir-rigward tal-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ċerti akkwisti jsiru permezz ta’ rikors għal korpi ċentrali għall-akkwisti jew permezz ta’ korp ċentrali speċifiku wieħed jew aktar għall-akkwisti.

2.   Awtorità kontraenti tissodisfa l-obbligi tagħħa skont din id-Direttiva meta takkwista provvisti jew servizzi mingħand korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (a) tal-punt (14) tal-Artikolu 2(1).

Barra minn hekk, awtorità kontraenti tissodisfa wkoll l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta takkwista xogħlijiet, provvisti jew servizzi billi tuża kuntratti mogħtija minn korp ċentrali għall-akkwisti, bl-użu ta’ sistemi dinamiċi tax-xiri operati mill-korp ċentrali għall-akkwisti jew, sal-punt stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2), billi jużaw ftehim qafas konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (b) tal-punt 14 tal-Artikolu 2(1).

Madankollu, l-awtorità kontraenti kkonċernata għandha tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li tmexxi hija stess, bħal:

(a)

l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika tax-xiri, li tkun operata minn korp ċentrali għall-akkwisti;

(b)

it-tmexxija tal-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti;

(c)

skont il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 33(4), id-determinazzjoni ta’ liema mill-operaturi ekonomiċi, li huma partijiet fil-ftehim qafas, għandhom iwettqu kompitu partikolari taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti.

3.   Il-proċeduri kollha ta’ akkwist mmexxija minn korp ċentrali għall-akkwisti għandhom jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 22.

4.   Mingħajr ma japplikaw il-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratt pubbliku ta’ servizzi għall-provvista ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwist lil korp ċentrali ta’ akkwist.

Tali kuntratti pubbliċi ta’ servizzi jistgħu jinkludu wkoll il-provvista ta’ attivitajiet anċillari ta’ akkwist.

Artikolu 38

Akkwisti konġunti okkażjonali

1.   Żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt.

2.   Fejn it-tmexxija ta’ proċedura ta’ akkwist titwettaq kollha kemm hi konġuntament f’isem u għan-nom tal-awtoritajiet kontraenti kollha kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli konġuntament li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Dan japplika wkoll f’każijiet fejn awtorità kontraenti waħda tamminstra l-proċedura, meta taġixxi f’isimha u f’isem l-awtoritajiet kontranti l-oħra kkonċernati.

Fejn it-tmexxija ta’ proċedura ta’ akkwist ma tkun kollha kemm hi mwettqa f’isem u għan-nom tal-awtoritajiet kontraenti kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli konġntament biss għal dawk il-partijiet imwettqin konġuntament. Kull awtorità kontraenti għandha jkollha r-responsabbiltà unika li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li hija tmexxi f’isimha u għan-nom tagħha.

Artikolu 39

Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jaġixxu b’mod konġunt fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi billi jużaw wieħed mill-mezzi previsti f’dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-mezzi previsti f’dan l-Artikolu għall-fini li tkun evitata l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji tad-dritt pubbliku f’konformità mad-dritt tal-Unjoni li għalih ikunu soġġetti fl-Istat Membru tagħhom.

2.   Stat Membru ma għandux jipprojbixxi lill-awtoritajiet kontraenti tiegħu milli jużaw attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati offruti minn korpi ċentralizzati ta’ xiri li jinsabu fi Stat Membru ieħor.

Madankollu, fir-rigward ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti offruti minn korpi ċentrali għall-akkwisti stabbiliti fi Stat Membru ieħor li mhuwiex tal-awtorità kontraenti, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jispeċifikaw li l-awtoritajiet kontraenti tagħhom jistgħu jużaw biss l-attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti kif definiti jew fil-punt (a) jew inkella fil-punt (b) tal-punt (14) tal-Artikolu 2(1).

3.   Il-provvista tal-attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti minn korp ċentrali għall-akkwisti li jinsab fi Stat Membru ieħor għandha titmexxa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali għall-akkwisti.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali għall-akkwisti għandhom japplikaw ukoll għal dan li ġej:

(a)

l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika tax-xiri;

(b)

it-tmexxija ta’ ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas;

(c)

id-determinazzjoni, skont il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 33(4), ta’ liema mill-operaturi ekonomiċi, li huma partijiet fil-ftehim qafas, għandhom iwettqu kompitu partikolari.

4.   Diversi awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jagħtu kuntratt pubbliku, jikkonkludu ftehim qafas jew joperaw sistema dinamika tal-akkwist b’mod konġunt. Huma jistgħu wkoll, sal-punt stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2), jagħtu kuntratti fuq il-bażi tal-ftehim qafas jew tas-sistema dinamika tal-akkwist. Sakemm l-elementi neċessarji ma jkunux ġew regolati minn ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Istati Membri kkonċernati, l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jikkonkludu ftehim li jiddetermina:

(a)

ir-responsabbiltajiet tal-partijiet u d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli rilevanti;

(b)

l-organizzazzjoni interna tal-proċedura ta’ akkwist, inklużi l-ġestjoni tal-proċedura, it- tqassim tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati, u l-konklużjoni tal-kuntratti.

Awtorità kontraenti parteċipanti tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta tixtri xogħlijiet, provvisti u servizzi mingħand awtorità kontraenti li tkun responsabbli mill-proċedura ta’ akkwist. Fid-determinazzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-liġi nazzjonali applikabbli kif imsemmi fil-punt (a), l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jistgħu jallokaw responsabbiltajiet speċifiċi fosthom u jiddeterminaw id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri rispettiv tagħhom. L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-liġi nazzjonali applikabbli għandhom jissemmew fid-dokumenti ta’ akkwist għall-kuntratti pubbliċi li jingħataw b’mod konġunt.

5.   Fejn diversi awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti waqqfu entità konġunta, inklużi r-Raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) jew entitajiet oħra stabbilti skont il-liġi tal-Unjoni, l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom, permezz ta’ deċiżjoni tal-korp kompetenti tal-entità konġunta, jaqblu dwar ir-regoli tal-akkwisti nazzjonali applikabbli ta’ wieħed mill-Istati Membri li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha;

(b)

id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta qed twettaq l-attivitajiet tagħha.

Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jew japplika għal perjodu indeterminat, fejn dan ikun stabbilit fl-att kostituttiv tal-entità konġunta, jew jista’ jiġi limitat għal ċertu perjodu ta’ żmien, għal ċerti tipi ta’ kuntratti jew għal għotja ta’ kuntratt individwali waħda jew aktar.

KAPITOLU III

Kondotta tal-proċedura

Taqsima 1

Tħejjija

Artikolu 40

Konsultazzjonijiet preliminari tas-suq

Qabel ma jniedu proċedura ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jwettqu konsultazzjonijiet dwar is-suq bil-ħsieb li jitħejja l-akkwist u jiġu infurmatil-operaturi ekonomiċi dwar il-pjanijiet tagħhom dwar l-akkwist u r-rekwiżiti.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu pereżempju jfittxu jew jaċċettaw konsulenza minn esperti indipendenti jew awtoritajiet jew minn parteċipanti fis-suq. Dik il-konsulenza tista’ tintuża fl-ippjanar u t-tmexxija tal-proċedura ta’ akkwist, sakemm din il-konsulenza ma jkollhiex l-effett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma tirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

Artikolu 41

Involviment preċedenti ta’ kandidati jew offerenti

Fejn kandidat jew offerent jew impriża relatata ma’ kandidat jew offerent ta parir lill-awtorità kontraenti, sew fil-kuntest tal-Artikolu 40 kif ukoll jekk le, jew kien involut b’xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri adegwati sabiex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta minħabba l-parteċipazzjoni ta’ dak il-kandidat jew l-offerent.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-komunikazzjoni lill-kandidati u l-offerenti l-oħra ta’ informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest ta’ jew li tirriżulta mill-involviment tal-kandidat jew l-offerent fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist u l-iffissar ta’ limiti ta’ żmien adegwati għar-riċevuta ta’ offerti. Il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż biss minn dik il-proċedura fejn ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dmir ta’ osservazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Qabel kull esklużjoni bħal din, il-kandidati jew l-offerenti għandhom jingħataw l-opportuntià li juru li l-involviment tagħhom fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist ma jistax joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-miżuri meħuda għandhom jiġu dokumentati fir-rapport individwali mehtieġ mill-Artikolu 84.

Artikolu 42

Speċifikazzjonijiet tekniċi

1.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti ta’ akkwist. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jistipulaw il-karatteristiċi meħtiega ta’ xogħol, servizz jew provvista.

Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall-proċess jew metodu speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew għal proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu anke fejn tali fatturi ma jiffurmawx parti mis-sustanza materjali tagħhom dment li huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonali għall-valur u l-objettivi tiegħu.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jispeċifikaw ukoll jekk hux ser ikun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Għall-akkwist kollu li hu maħsub għall-użu minn persuni fiżiċi, kemm jekk il-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk il-persunal tal-awtorità kontraenti, dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jitfasslu b’mod li jikkunsidraw il-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha.

Fejn ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ aċċessibbiltà huma adottati permezz ta’ att legali tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha, jiġu definiti b’referenza għalihom.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom joffru aċċess ugwali tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ akkwist u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mingħajr ġustifikazzjoni għall-ftuħ tal-akkwist pubbliku għall-kompetizzjoni.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli tekniċi nazzjonali obbligatorji, sa fejn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu formulati b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

f’termini tar-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni, inklużi l-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lill-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u l-awtoritajiet kontraenti jitħallew jagħtu l-kuntratt;

(b)

permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, fl-ordni ta’ preferenza, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, il-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew - fejn xi waħda minn dawk ma teżistix - l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-użu tal-provvisti;

(c)

f’termini ta’ rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni kif imsemmi fil-punt (a), b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) bħala mezz ta’ suppożizzjoni ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni;

(d)

permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) għal ċerti karatteristiċi, u b’referenza għar-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni msemmija fil-punt (a) għal karatteristiċi oħrajn.

4.   Sakemm dan ma jkunx ġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jirreferu għal isem ta’ ditta jew provenjenza speċifiċi, jew proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu favoriti jew eliminati ċerti impriżi jew ċerti prodotti. Din ir-referenza għandha tkun permessa fuq bażi eċċezzjonali, fejn ma tkunx possibbli deskrizzjoni preċiża u leġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt skont il-paragrafu 3. Din ir-referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

5.   Fejn awtorità kontraenti tuża l-għażla li tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, ma għandhiex tiċħad offerta minħabba r-raġuni li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għalihom ġiet sottomessal-offerta ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li hi rreferiet għalihom, ladarba l-offerent jagħti prova fl-offerta tiegħu bi kwalunkwe mezz adegwat, inkluż il-mezz ta’ prova msemmi fl-Artikolu 44, li s-soluzzjonijiet proposti jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b’mod ekwivalenti.

6.   Fejn awtorità kontraenti tuża l-għażla stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li tifformula speċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni, ma għandhiex tiċħad offerta għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jikkonformaw ma’ standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjoni teknika komuni, standard internazzjonali jew sistema ta’ referenza teknika stabbilita minn entità ta’ standardizzazzjoni Ewropew, fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jindirizzaw ir-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni li hi tkun stabbilixxiet.

Fl-offerta tiegħu, l-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz adegwat, inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 44, li x-xogħol, il-provvista jew is-servizz konformi mal-istandard jilħqu r-rekwiżiti rendiment jew ta’ funzjoni tal-awtorità kontraenti.

Artikolu 43

Tikketti

1.   Fejn awtoritajiet kontraenti jkollhom l-intenzjoni jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi speċifiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn huma jistgħu, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew fil-kondizzjonijiet tal-prestazzjoni tal-kuntratt, jitolbu tikketta speċifika bħala mezz ta’ prova li x-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti jikkorrispondu għall-karatteristiċi rekwiżiti, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

ir-rekwiżiti tat-tikketta jikkonċernaw biss kriterji li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma adegwati sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(b)

ir-rekwiżiti tat-tikketta huma bbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji;

(c)

it-tikketti huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, l-imsieħba soċjali, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi;

(d)

it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(e)

ir-rekwiżiti tat-tikketta huma stipulati minn parti terza li fuqha l-operatur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta ma jistax jeżerċita influwenza deċiżiva.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti ma jeħtiġux li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tat-tikketta, huma għandhom jindikaw ir-rekwiżiti tat-tikketta li qed issir referenza għalihom.

L-awtoritajiet kontraenti li jeħtieġu tikketta speċifika għandhom jaċċettaw it-tikketti kollha li jikkonfermaw li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jissodisfaw rekwiżiti tat-tikketta ekwivalenti.

Fejn operatur ekonomiku seta’ juri li ma għandux il-possibbiltà li jikseb it-tikketta speċifika indikata mill-awtorità kontraenti jew tikketta ekwivalenti fil-limiti taż-żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta mezzi adatti oħrajn ta’ prova, li jistgħu jinkludu dossier tekniku mill-manifattur, dment li l-operatur ekonomiku konċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huwa għandu jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikketta speċifika jew ir-rekwiżiti speċifiċi indikati mill-awtorità kontraenti.

2.   Fejn tikketta tissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 iżda tistabbilixxi wkoll rekwiżiti mhux marbutin mas-suġġett tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jesiġu t-tikketta bħala tali iżda jistgħu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjoni teknika b’referenza għal dawk tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta’ dik it-tikketta, jew inkella, fejn dan ikun neċessarju, partijiet minnha li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u li jkunu adegwati sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ dan is-suġġett.

Artikolu 44

Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu rapport tat-test minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità jew ċertifikat maħruġ minn tali korp bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mar-rekwiżiti jew kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet kuntrattwali rigward il-prestazzjoni.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati mħejjijin minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità speċifiku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati minn korpi għall-valutazzjoni tal-konformità ekwivalenti oħrajn.

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, korp għall-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inkluż il-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31).

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw mezzi adatti oħra ta’ prova li huma differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, bħal dossier tekniku tal-manifattur, fejn l-operatur ekonomiku konċernat ma kellux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti dwar l-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1, jew l-ebda possibilità li jiksibhom fil-limiti taż-żmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess mhuwiex attribwibbli għall-operatur ekonomiku konċernat u sakemm l-operatur ekonomiku jagħti prova li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huwa jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti jew il-kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet kuntrattwali rigward il-prestazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri oħra, fuq talba tagħhom, kull informazzjoni relatata mal-evidenza u dokumenti sottomessi skont l-Artikolu 42(6), l-Artikolu 43 u l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ stabbiliment tal-operatur ekonomiku għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont l-Artikolu 86.

Artikolu 45

Varjanti

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw jew jesiġu lill-offerenti sabiex jissottomettu varjanti. Fl-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, fl-istedina għall-konferma tal-interess, għandhom jindikaw jekk jawtorizzawx jew jitlobx varjanti jew le. Il-varjanti ma għandhomx jiġu awtorizzati mingħajr indikazzjoni bħal din. Il-varjanti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt.

2.   Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti li jawtorizzaw jew jesiġu varjanti għandhom jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-varjanti u kwalunkwe rekwiżiti speċifiċi għall-preżentazzjoni tagħhom, b’mod partikolari, jekk il-varjanti jistgħux jiġu sottomessi biss fejn offerta, li ma tkunx varjant, tkun ukoll ġiet sottomessa. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-kriterji tal-għoti magħżula jistgħu jiġu applikati għall-varjanti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti minimi kif ukoll għal offerti li jikkonformaw li mhumiex varjanti.

3.   Huma biss dawk il-varjanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-awtoritajiet kontraenti li għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni.

Fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika jew kuntratti ta’ servizzi, l-awtoritajiet kontraenti li għandhom varjanti awtorizzati jew meħtieġa għandhom jiċħdu varjant fuq il-bażi unika li, jekk jintlaqa’, dan iwassal jew għal kuntratt ta’ servizz minflok kuntratt pubbliku ta’ provvista jew kuntratt ta’ provvista minflok kuntratt pubbliku ta’ servizz.

Artikolu 46

Qsim ta’ kuntratti f’lottijiet

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kuntratt fil-forma ta’ lottijiet separati u jistgħu jiddeterminaw id-daqs u s-suġġett ta’ tali lottijiet.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom, minbarra fir-rigward ta’ kuntratti li t-tqassim tagħhom kien sar obbligatorju skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jipprovdu indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għad-deċiżjoni tagħhom li ma jqassmux f’lottijiet, li għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti tal-akkwist jew fir-rapport individwali msemmi fl-Artikolu 84.

2.   Fl-avviż dwar il-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk l-offerti jistgħux jiġu ppreżentati għal lot wieħed, għal diversi lottijiet jew għall-lottijiet kollha.

Anki fejn jistgħu jiġu ppreżentati offerti għal diversi lottijiet jew għall-lottijiet kollha, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent wieħed, sakemm in-numru massimu ta’ lottijiet għal kull offerent ikun iddikkjarat fl-avviż dwar il-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw l-objettiv u l-kriterji jew ir-regoli nondiskriminatorji li huma għandhom l-intenzjoni li japplikaw biex jiddeterminaw liema lottijiet ser jingħataw fejn l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti tirriżulta fl-għoti lil offerent wieħed ta’ aktar lottijiet min-numru massimu.

3.   Fejn jista’ jingħata aktar minn lott wieħed lill-istess offerent, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti li jikkombinaw diversi lottijiet jew il-lottijiet kollha fejn ikunu speċifikaw fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istendina għall-konferma tal-interess li huma jirriservaw il-possibbiltà li jagħmlu dan u jindikaw il-lottijiet jew il-gruppi li jistgħu jiġu kkombinati.

4.   L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw it-tieni subparagrafu tal-paragrafu -1 billi jagħmlu obbligatorju l-għoti ta’ kuntratti fil-forma ta’ lottijiet separati skont il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u b’kont meħuda tad-dritt tal-Unjoni. F’ċirkostanzi bħal dawn l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1b u, fejn adatt, il-paragrafu 3 għandhom japplikaw.

Artikolu 47

Determinazzjoni tal-limiti taż-żmien

1.   Meta jiffissaw il-limiti taż-żmien għar-riċevuta ta’ offerti u talbiet għal parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw il-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti, mingħajr ħsara għal-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 31.

2.   Fejn l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara fuq il-post jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti ta’ prova għad-dokumenti tal-akkwist, il-limiti ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti, li għandhom ikunu itwal mil-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 31, għandhom jiġu stipulati sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinħolqu l-offerti.

3.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jestendu l-limiti taż-żmien għar-riċevuta ta’ offerti sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinħolqu l-offerti fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn, għal kwalunkwe raġuni, l-informazzjoni addizzjonali, għalkemm mitluba mill-operatur ekonomiku fi żmien adegwat, ma tiġix ipprovduta sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza ffissata għar-riċevuta tal-offerti. Fil-każ ta’ proċedura aċċellerata kif imsemmija fl-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 28(6), dak il-perijodu għandu jkun ta’ erbat ijiem;

(b)

fejn isiru tibdiliet sinifikanti lid-dokumenti ta’ akkwist.

It-tul tal-estensjoni għandu jkun proporzjonat għall-importanza tal-informazzjoni jew tal-bidla.

Fejn l-informazzjoni addizzjonali ma ġietx mitluba fi żmien adegwat jew l-importanza tagħha mhix sinifikanti fid-dawl tat-tħejjija ta’ offerti reattivi, l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu meħtieġa li jestendu l-limiti ta’ żmien..

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u trasparenza

Artikolu 48

Avviżi informattivi minn qabel

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jħabbru l-intenzjonijiet tagħhom ta’ akkwisti ppjanati permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż informattiv minn qabel. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness V parti B taqsima I. Huma għandhom ikunu ppubblikati jew mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profili ta’ xerrejja tagħhom skont il-punt 2(b) tal-Anness VIII. Meta l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel ikun ippubblikat mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profil ta’ xerrejja tagħhom, għandhom jibagħtu avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil ta’ xerrejja lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tagħhom f’konformità mal-Anness VIII. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness V parti A.

2.   Għal proċeduri ristretti u proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtoritajiet kontraenti subċentrali jistgħu, jużaw avviż informattiv minn qabel bħala sejħa għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 26(5), sakemm l-avviż jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jirreferi b’mod speċifiku għall-provvisti, xogħlijiet jew servizzi li se jkunu soġġetti għall-kuntratt li għandu jingħata;

(b)

jindika li l-kuntratt se jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar mingħajr pubblikazzjoni ulterjuri ta’ sejħa għall-kompetizzjoni u li jistieden lill-operaturi ekonomiċi interessati sabiex jesprimu l-interess tagħhom;

(c)

ikun fiha, minbarra l-informazzjoni stipulata fl-Anness V, parti B, taqsima I, l-informazzjoni stipulata fl-Anness V, parti B, taqsima II;

(d)

tkun intbagħtet għall-pubblikazzjoni bejn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħtet l-istedina msemmija fl-Artikolu 54(1).

Dawn l-avviżi ma għandhomx ikunu ppubbblikati fuq profil ta’ xerrej. Madankollu, il-pubblikazzjoni addizzjonali fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 52, jekk ikun hemm, tista’ ssir fuq profil ta’ xerrej.

Il-perijodu kopert mill-avviż informattiv minn qabel għandu jkun massimu ta’ 12-il xahar mid-data li fiha l-avviż ikun intbagħat għall-pubblikazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi soċjali jew servizzi oħra speċifiċi, l-avviż informattiv minn qabel imsemmi fil-punt b tal-Artikolu 75(1) jista’ jkopri perijodu li jkun itwal minn 12-il xahar.

Artikolu 49

Avviżi dwar kuntratti

L-avviżi dwar kuntratti għandhom jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(5) u l-Artikolu 32. L-avviżi dwar kuntratti għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness V parti C u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51.

Artikolu 50

Avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratt

1.   Mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konklużjoni ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas, li huwa sussegwenti għad-deċiżjoni dwar l-għoti jew il-konklużjoni tiegħu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż dwar kuntratt bir-riżultati tal-proċedura tal-akkwist.

Dawn l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V, parti D u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51.

2.   Fejn is-sejħa għall-kompetizzjoni għall-kuntratt ikkonċernat tkun saret fil-forma ta’ avviż informattiv minn qabel u l-awtorità kontraenti tkun iddeċidiet li mhijiex ser tagħti kuntratti ulterjuri matul il-perjodu kopert mill-avviż informattiv minn qabel, l-avviż dwar l-għoti ta’ kuntratt għandu jkun fih indikazzjoni speċifika dwar dan.

Fil-każ ta’ ftehimiet qafas konklużi skont l-Artikolu 33, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx ikunu marbutin li jibagħtu avviż bir-riżultati tal-proċedura ta’ akkwist għal kull kuntratt ibbażat fuq dak il-ftehim. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jirraggruppaw l-avviżi tar-riżultati tal-proċedura tal-akkwist għall-kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.

3.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż tal-għotja ta’ kuntratti fi żmien 30 jum mill-għoti ta’ kull kuntratt ibbażat fuq sistema dinamika ta’ xiri. Madanakollu, jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, huma għandhom jibagħtu l-avviżi miġburin flimkien fi żmien 30 jum mit-tmiem ta’ kull trimestru.

4.   Ċerta informazzjoni dwar l-għoti ta’ kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas tista’ ma titħalliex tiġi ppubblikata fejn il-pubblikazzjoni tkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku, pubbliku jew privat partikolari, jew fejn din tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn l-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 51

Forma u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

1.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49 u 50 għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V fil-format ta’ forom standard, inklużi forom standard għal rettifiki.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk il-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 89(2).

2.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49 u 50 għandhom jitfasslu, jintbagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u ppubblikati skont l-Anness VIII. L-avviżi għandhom ikunu ppubblikati mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu. L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-avviżi mill- Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġġarrbu mill-Unjoni.

3.   L-avviżi msemmija fl-Artikolu 48, 49 u 50 għandhom jiġu ppubblikati sħaħ fil-lingw(i) uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea magħżulin mill-awtorità kontraenti. Dik il-verżjoni tal-lingwa jew dawk il-verżjonijiet tal-lingwa għandha(hom) tikkostitwixxi/jikkostitwixxi l-uniku test(i) awtentiku/awtentiċi. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikati fil-lingwi uffiċċjali l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

4.   L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiżgura li jibqgħu jiġu ppubblikati t-test sħiħ u s-sommarju tal-avviżi informattivi minn qabel imsemmija fl-Artikolu 48(2) u s-sejħiet għall-kompetizzjoni li jwaqqfu sistema dinamika ta’ xiri, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 34(4):

(a)

fil-każ ta’ avviżi informattivi minn qabel, għal 12-il xahar jew sakemm jiġi riċevut avviż dwar għoti ta’ kuntratt kif speċifikat fl-Artikolu 50 li jindika li l-ebda kuntratt ulterjuri mhu ser jingħata matul il-perjodu ta’ 12-il xahar kopert mis-sejħa għall-kompetizzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi soċjali jew servizzi oħra speċifiċi, l-avviż informattiv minn qabel msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 75(1) għandu jibqa’ jiġi ppubblikat sa tmiem il-perijodu ta’ validità indikat oriġinarjament jew sakemm avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jiġi riċevut kif previst fl-Artikolu 50 b’indikazzjoni li mhux ser jingħataw aktar kuntratti matul il-perijodu kopert bis-sejħa għall-kompetizzjoni;

(b)

fil-każ ta’ sejħiet għall-kompetizzjonijiet li jwaqqfu sistema dinamika ta’ xiri, għall-perjodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri.

5.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu provi tad-dati li fihom jintbagħtu l-avviżi.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti konferma lill-awtorità kontraenti dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, fejn tindika d-data ta’ dik il-pubblikazzjoni. Din il-konferma għandha tikkostitwixxi prova tal-pubblikazzjoni.

6.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw avviżi dwar kuntratti pubbliċi li mhumiex soġġetti għar-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni stabbilit f’din id-Direttiva dejjem jekk dawk l-avviżi jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’mezzi elettroniċi skont il-format u l-proċeduri għat-trażmissjoni indikati fl-Anness VIII.

Artikolu 52

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

1.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49 u 50 u l-informazzjoni li tinstab fihom ma għandhomx jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali qabel il-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 51. Madankollu, fi kwalunkwe eventwalità l-pubblikazzjoni tista’ ssir fil-livell nazzjonali meta l-awtoritajiet kontraenti ma jkunux ġew innotifikati bil-pubblikazzjoni fi żmien 48 siegħa wara l-konferma tar-riċevuta tal-avviż skont l-Artikolu 51.

2.   L-avviżi ppubblikati fil-livell nazzjonali ma għandux ikun fihom informazzjoni għajr dik li jkun hemm fl-avviżi mibgħuta lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew dik ippubblikata fuq profil ta’ xerrej, iżda għandhom jindikaw id-data li fiha ntbagħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew id-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq il-profil ta’ xerrej.

3.   L-avviżi informattivi minn qabel ma għandhomx jiġu ppubblikati fuq profil ta’ xerrej qabel ma jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea l-avviż tal-pubblikazzjoni tagħhom f’dik il-forma. Għandhom jindikaw dik id-data ta’ meta ntbagħtu.

Artikolu 53

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom, b’mezzi elettroniċi, joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż skont l-Artikolu 51 jew mid-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew tal-istedina għall-konferma tal-interess għandu jispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fuqu hija aċċessibbli d-dokumentazzjoni.

Fejn ma jistax jiġi offrut l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokument tal-akkwist minħabba waħda mir-raġunijiet stiplulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma tal-interess li d-dokumenti tal-akkwist ikkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra mhux elettroniċi skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti għandu jiġi estiż b’ħamest ijiem, ħlief fil-każijiet ta’ urġenza debitament issostanzjata msemmija fl-Artikoli 27(3), l-Artikolu 28(6) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1).

Fejn ma jistax jiġu offrut l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokument tal-akkwist minħabba l-fatt li l-awtoritajiet kontraenti għandhom l-intenzjoni li japplikaw l-Artikolu 21(2) ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma tal-interess liema miżuri maħsuba għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni huma jesiġu u kif għandu jinkiseb l-aċċess għad-dokumenti kkonċernati. F’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti għandu jiġi estiż b’ħamest ijiem, ħlief fil-każijiet ta’ urġenza debitament issostanzjata msemmija fl-Artikoli 27(3), l-Artikolu 28(6) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1).

2.   Sakemm it-talba tkun saret fi żmien adegwat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali relatata mal-ispeċifikazzjonijiet u kwalunkwe dokumenti ta’ sostenn lill-offerenti kollha li qed jieħdu sehem fil-proċedura ta’ akkwist mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel il-limitu ta’ żmien stabbilit għar-riċevuta ta’ offerti. Fil-każ ta’ proċedura aċċellerata kif imsemmi fl-Artikoli 27(3) u l-Artikolu 28(6), dak il-perijodu għandu jkun ta’ erbat ijiem.

Artikolu 54

Stediniet lill-kandidati

1.   Fi proċeduri ristretti, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv, sħubijiet għall-innovazzjoni u proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, b’mod simultanju u bil-miktub, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-kandidati magħżula sabiex jissottomettu l-offerti tagħhom jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, sabiex jieħdu sehem fid-djalogu.

Fejn avviż informattiv minn qabel jintuża bħala sejħa għall-kompetizzjoni b’mod simultanju u bil-miktub skont l-Artikolu 48(2), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-operaturi ekonomiċi li esprimew l-interess tagħhom sabiex jikkonfermaw l-interess kontinwu tagħhom.

2.   L-istediniet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu referenza għal indirizz elettroniku li fih id-dokumenti tal-akkwist tqiegħdu għad-dispożizzjoni diretta b’mezzi elettroniċi. L-istediniet għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti tal-akkwist, fejn dawk id-dokumenti ma jkunux is-suġġett ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas, għar-raġunijiet stipulati fit-tieni jew fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(1) u li ma jkunux saru disponibbli b’xi mod ieħor. Barra minn hekk, l-istediniet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Anness IX.

Artkolu 55

L-informar ta’ kandidati u offerenti

1.   Malajr kemm jista’ jkun, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jgħarrfu lil kull kandidat u offerent bid-deċiżjonijiet li ħadu rigward il-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-għoti ta’ kuntratt jew ammissjoni għal sistema dinamika ta’ xiri, inklużi r-raġunijiet għal kull deċiżjoni li ma jiġix konkluż ftehim qafas, li ma jingħatax kuntratt li għalih saret sejħa għall-kompetizzjoni, li terġa’ tinfetaħ il-proċedura jew li ma tiġix implimentata sistema dinamika ta’ xiri.

2.   Fuq talba mill-kandidat jew offerent ikkonċernat, malajr kemm jista’ jkun, u f’kull eventwalità fi żmien 15-il jum mir-riċevuta ta’ talba bil-miktub, l-awtorità kontraenti għandha tinforma:

(a)

lil kull kandidat li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talba għall-parteċipazzjoni tiegħu,

(b)

lil kull offerent li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu, inklużi, għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 42(5) u (6), ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta’ nuqqas ta’ ekwivalenza jew għad-deċiżjoni tagħha li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali,

(c)

lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bil-karatteritsiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula kif ukoll l-istess tal-offerenti jew il-partijiet għall-ftehim qafas li ntagħżlu,

(d)

lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bit-twettiq u l-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.

3.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jżommu mistura ċerta informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, rigward l-għoti ta’ kuntratt, il-konklużjoni ta’ ftehim qafas jew ammissjoni għal sistema dinamika ta’ xiri, fejn l-għoti ta’ din l-informazzjoni xxekkel l-infurzar tal-liġi, jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku, pubbliku jew privat partikolari, jew tkun tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi ekonomiċi.

Taqsima 3

L-għażla ta’ parteċipanti u l-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 56

Prinċipji ġenerali

1.   Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’kriterji stipulati skont l-Artikoli 67 sa 69, sakemm l-awtorità kontraenti tkun ivverifikat f’konformità mal-Artikoli 59 sa 61 li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti, mal-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess u fid-dokumenti tal-akkwist, billi jittieħed f’kunsiderazzjoni, fejn applikabbli, l-Artikolu 45;

(b)

l-offerta ġejja minn offerent li mhuwiex eskluż skont l-Artikolu 57 u li jissodisfa l-kriterji ta’ għażla stipulati mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 58 u, fejn applikabbli, ir-regoli u l-kriterji nondiskriminatorji msemmija fl-Artikolu 65.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmijin fl-Artikolu 18(2).

2.   Fil-proċeduri miftuħa, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jeżaminaw l-offerti qabel ma jiġu vverifikati n-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni u l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla skont l-Artikoli 57 sa 64. Fejn jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà, huma għandhom jiżguraw li l-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni u l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla titwettaq b’mod imparzjali u trasparenti sabiex l-ebda kuntratt ma jingħata lil offerent li kellu jiġi eskluż skont l-Artikolu 57 jew li ma jissodisfax il-kriterji ta’ għażla stipulati mill-awtoriità kontraenti.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-użu tal-proċedura fl-ewwel subparagrafu, jew li jillimitawha għal ċerti tipi ta’ akkwist jew għal ċirkostanzi speċifiċi.

3.   Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-operaturi ekonomiċi tkun jew tidher li tkun mhux kompleta jew żbaljata jew fejn dokumenti speċifiċi huma nieqsa, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva, jesiġu lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li jissottomettu, jissupplementaw, jikkjarifikaw jew jimlew l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni rilevanti f’limitu ta’ żmien adatt, sakemm tali esiġenzi isiru b’konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 87 sabiex temenda l-lista fl-Anness X, fejn meħtieġ, biex iżżid ftehimiet internazzjonali ġodda li ġew ratifikati mill-Istati Membri kollha jew fejn il-ftehimiet internazzjonali eżistenti msemmija ma għadhomx jiġu ratifikati mill-Istati Membri kollha jew inkella nbidlu, pereżempju fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-kontenut jew id-denominazzjoni tagħhom.

Subtaqsima 1

Kriterji għall-għażla kwalitattiva

Artikolu 57

Raġunijiet għall-esklużjoni

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-akkwist fejn ikunu stabbilixxew, permezz ta’ verifika skont l-Artikoli 59, 60 u 61, jew huma b’xi mod ieħor konxji li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżijoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/JHA26 (32);

(b)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal- Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri ta l-Unjoni Ewropea (33) u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/JHA (34) kif ukoll korruzzjoni kif definita fil-liġi nazzjonali tal-awtorità kontraenti jew l-operatur ekonomiku;

(c)

frodi skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-‘interessi finanzjarji’ tal-Komunitajiet Ewropej (35);

(d)

reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (36) rispettivament, jew inċitazzjoni jew għajnuna jew tixwix jew tentattivi għal twettiq ta’ reat, kif spjegat fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas;

(e)

ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);

(f)

it-tħaddim tat-tfal u forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38).

L-obbligu li operatur ekonomiku jiġi eskluż għandu japplika wkoll fejn il-persuna kkundannata b’sentenza definittiva hija membru tal-korp amministrattiv, ta’ tmexxija jew ta’ superviżjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku jew li għandu setgħat ta’ rappreżentazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fi ħdanu.

2.   Operatur ekonomiku għandu jiġi eskluż milli jipparteċipa fi proċedura ta’ akkwist fejn l-awtorità kontraenti tkun konxja li l-operatur ekonomiku qed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u fejn dan ġie stabbilit b’deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li jkollha effett finali u vinkolanti skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn ikun stabbiliti jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jintalbu mill-Istati Membri biex jeskludu l-parteċipazzjoni tal-operatur ekonomiku minn proċedura tal-akkwist meta l-awtorità kontraenti tista’ turi bi kwalunkwe mezz adegwat li l-operatur ekonomiku qed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tat-taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

Dan il-paragrafu ma għandux jibqa’ japplika meta operatur ekonomiku jkun issodisfa l-obbligi tiegħu billi ħallas jew daħal fi ftehim vinkolanti bil-ħsieb li jitħallsu t-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali debiti, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe interess akkumulat jew multi.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu għal deroga mill-esklużjoni obbligatorja prevista fil-paragrafi 1 u 2, fuq bażi eċċezzjonali, għal raġunijiet imperattivi relatati mal-interess pubbliku bħas-saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu għal deroga mill-esklużjoni obbligatorja prevista fil-paragrafu 2, fejn esklużjoni tkun kjarament sproporzjonata, b’mod partikolari fejn ammonti żgħar biss ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jkunu ma tħallsux jew fejn l-operatur ekonomiku kien infurmat bl-ammont eżatt dovut wara l-ksur tal-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fi żmien li ma kellux il-possibbiltà li jieħu miżuri kif previsti fit-tielet subparagrafu ta’ paragrafu 2 qabel l-iskadenza għat-talba ta’ parteċipazzjoni jew, fi proċeduri miftuħa, l-iskadenza biex jippreżenta l-offerta tiegħu.

4.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jiġu obbligati minn Stati Membri li jeskludu mill-parteċipazzjoni fi proċedura tal-akkwist kwalunkwe operatur ekonomiku fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi permezz ta’ kwalunkwe mezz adegwat ksur tal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 18(2);

(b)

fejn l-operatur ekonomiku jkun fallut jew huwa soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn jinsab fi ftehim ma’ kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu huma sospiżi jew qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali;

(c)

fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi b’mezz adegwat li l-operatur ekonomiku huwa ħati ta’ kondotta professjonali ħażina serja, li trendi l-integrità tiegħu dubjuża;

(d)

fejn l-awtorità kontraenti ikollha indikazzjonijiet plawsibbli biżżejjed biex tikkonkludi li l-operatur ekonomiku ikun daħal f’akkordji ma’ operaturi ekonomiċi oħrajn li għandhom l-għan li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(e)

fejn konflitt ta’ interess skont it-tifsira tal-Artikolu 24 ma jistax jiġi rimedjat b’mod effettiv minn miżuri oħrajn inqas intrużivi;

(f)

fejn id-distorsjoni ta’ kompetizzjoni minħabba l-involviment ta’ qabel tal-operaturi ekonomiċi fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist, kif imsemmi fl-Artikolu 41, ma tistax tiġi rimedjata minn miżuri oħrajn inqas intrużivi;

(g)

fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ rekwiżit sostantiv taħt kuntratt pubbliku preċedenti, kuntratt preċedenti ma’ entità kontraenti jew kuntratt ta’ konċessjoni preċedenti li wassal għat-terminazzjoni antiċipata ta’ dan il-kuntratt preċedenti, penali jew sanzjonijiet komparabbli;

(h)

fejn l-operatur ekonomiku kien ħati ta’ rappreżentazzjoni qarrieqa serja fl-għoti tal-informazzjoni rikjesta għall-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni jew l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla, ikun żamm mistura tali informazzjoni jew ma jistax jissottometti id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa skont l-Artikolu 59; jew

(i)

fejn l-operatur ekonomiku ikun ħa azzjoni biex jinfluwenza b’mod mhux adegwat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti, biex jakkwista informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux adegwati fil-proċedura tal-akkwist jew biex jagħti informazzjoni qarrieqa b’negliġenza li jista’ jkollha influwenza materjali fuq deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-esklużjoni, l-għażla jew l-għoti.

Irrispettivament mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu jew jistgħu jipprovdu għall-possibblità li l-awtorità kontraenti ma teskludix operatur ekonomiku li jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija f’dak il-punt, fejn l-awtorità kontraenti tkun stabbilixxiet li l-operatur ekonomiku inkwistjoni jkun jista’ jwettaq il-kuntratt, b’teħid fil-kont tar-regoli u l-miżuri nazzjonali applikabbli dwar il-kontinwazzjoni tal-kummerċ fil-każ tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (b).

5.   Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jeskludu operatur ekonomiku fejn jinsab li l-operatur huwa, fid-dawl ta’ atti li saru jew li ma sarux, qabel jew inkella matul il-proċedura, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jiġu obbligati mill-Istati Membri li jeskludu, operatur ekonomiku fejn jinsab li l-operatur huwa, fid-dawl ta’ atti li saru jew li ma sarux, qabel jew inkella matul il-proċedura, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

6.   Kwalunkwe operatur ekonomiku li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 jista’ jipprovdi evidenza, bil għan li l-miżuri meħudin mill-operatur ekonomiku jkunu biżżejjed biex juru l-affidabbiltà tiegħu minkejja l-eżistenza ta’ raġuni rilevanti għall-esklużjoni. Jekk tali evidenza titqies bħala suffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat ma għandux ikun eskluż mill-proċedura tal-akkwist.

Għal dan il-għan, l-operatur ekonomiku għandu jagħti prova li hu ħallas jew impenja ruħu li jħallas kumpens fir-rigward ta’ kwalunkwe dannu maħluq mir-reat jew mill-kondotta ħażina tiegħu, li ċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi u li ħa miżuri konkreti tekniċi, organizzattivi u tal-persunal li huma adegwati sabiex jipprevjenu reati jew kondotta ħażina ulterjuri.

Il-miżuri meħuda mill-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu evalwati b’kont meħud tal-gravità u ċ-ċirkostanzi partikolari tar-reat jew tal-kondotta ħażina. Fejn il-miżuri jitqiesu bħala mhux suffiċjenti, l-operatur ekonomiku għandu jirċievi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

Operatur ekonomiku li jkun ġie eskluż b’sentenza finali milli jipparteċipa fi proċeduri tal-għoti ta’ akkwist jew ta’ konċessjoni ma għandux ikun intitolat li jagħmel użu mill-possibbiltà provduta taħt dan il-paragrafu matul il-perijodu ta’ esklużjoni li jirriżulta minn dik is-sentenza fl-Istati Membri fejn is-sentenza tkun daħlet fis-seħħ.

7.   Permezz ta’ liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva u b’kont meħud għad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet implimentattivi ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, huma għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu tal-esklużjoni jekk ma ttieħdet l-ebda miżura, kif speċifikat fil-paragrafu 6, mill-operatur ekonomiku biex juri l-affidabbiltà tiegħu. Fejn il-perijodu ta’ esklużjoni ma jkunx ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali, dak il-perijodu ma għandux ikun itwal minn ħames snin mid-data tal-kundanna bis-sentenza finali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u tliet snin mid-data tal-avveniment rilevanti fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 4.

Artikolu 58

Kriterji ta’ għażla

1.   Kriterji ta’ għażla jistgħu jirreferu għal:

(a)

l-adattabilità għat-twettiq tal-attività professjonali;

(b)

il-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja;

(c)

il-kapaċità teknika u professjonali.

Bħala rekwiżiti għall-parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jimponu biss il-kriterji msemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 dwar l-operaturi ekonomiċi. Huma għandhom jillimitaw kwalunkwe rekwiżit għal dawk li huma addati biex jiġi żgurat li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-kapaċitajiet tekniċi u professjonali li jwettaq il-kuntratt li għandu jingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt.

2.   Fir-rigward tal-adattabilità għat-twettiq tal-attività professjonali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati f’wieħed mir-reġistri professjonali jew kummerċjali miżmuma fl-Istati Membri ta’ stabbiliment tagħhom, kif spjegat fl-Anness XI jew biex jikkonformaw ma’ kwalunkwe talba oħra stabbilita f’dak l-Anness.

Fil-proċeduri tal-akkwist għal servizzi, sa fejn l-operaturi ekonomiċi jrid ikollhom awtorizzazzjoni partikolari jew ikunu membri ta’ organizzazzjoni partikolari sabiex ikunu jistgħu jwettqu s-servizz ikkonċernat fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, l-awtorità kontraenti tista’ titlobhom jagħtu prova li għandhom awtorizzazzjoni jew sħubija bħal din.

3.   Fir-rigward tal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jimponu rekwiżiti li jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi għandhom il-kapaċità ekonomika u finanzjarja neċessarja biex iwettqu l-kuntratt. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu, b’mod partikolari, li l-operaturi ekonomiċi jkollhom ċertu fatturat annwali minimu, inkluż ċertu fatturat minimu fil-qasam kopert mill-kuntratt. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet annwali tagħhom li turi, pereżempju, il-proporzjon bejn l-assi u l-passivi. Huma jistgħu wkoll jeżigu livell adegwat ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz għar-riskju professjonali.

Il-fatturat annwali minimu li l-operaturi ekonomiċi huma obbligati li jkollhom ma għandux ikun aktar mid-doppju tal-valur stmat tal-kuntratt, għajr f’każijiet debitament ġustifikati bħal dawk relatati mar-riskji speċjali marbutin man-natura tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti. L-awtorità kontraenti għandha tindika r-raġunijiet prinċipali għal tali rekwiżit fid-dokumenti tal-akkwist jew fir-rapport individwali msemmi fl-Artikolu 84.

Pereżempju, il-proporzjon bejn l-assi u l-passivi jista’ jittieħed kont tiegħu fejn l-awtorità kontraenti tispeċifika l-metodi u l-kriterji għat-tali konsiderazzjoni fid-dokumenti tal-akkwist. Dawn il-metodi u kriterji għandhom ikunu trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji.

Meta kuntratt ikun maqsum f’lottijiet, dan l-Artikolu għandu japplika b’relazzjoni għal kull lott individwali. Madanakollu, l-awtorità kontraenti tista’ tistabbilixxi l-fatturat annwali minimu li l-operaturi ekonomiċi huma obbligati li jkollhom b’referenza għal gruppi ta’ lottijiet f’każ li l-offerent li jirbaħ il-kuntratt jingħata diversi lottijiet li għandhom jitwettqu fl-istess żmien.

Fejn kuntratti bbażati fuq ftehim qafas kellhom jingħataw wara ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni, ir-rekwiżit ta’ fatturat annwali massimu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-daqs massimu mistenni tal-kuntratti speċifiċi li ser jitwettqu fl-istess żmien, jew inkella, fejn dan ma jkunx magħruf, fuq il-bażi tal-valur stmat tal-ftehim qafas. Fil-każ ta’ sistemi dinamiċi tax-xiri, ir-rekwiżit ta’ fatturat annwali massimu msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-daqs massimu previst ta’ kuntratti speċifiċi li ser jingħataw taħt dik is-sistema.

4.   Fir-rigward tal-abbiltà teknika u professjonali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jimponu rekwiżiti li jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jkollhom ir-riżorsi umani u tekniċi u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettqu l-kuntratt bi standard adegwat ta’ kwalità.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jkollhom livell ta’ esperjenza suffiċjenti verifikata permezz ta’ riferenzi adatti minn kuntratti mwettqa fil-passat. Awtorità kontraenti tista’ tassumi li operatur ekonomiku ma għandux l-kapaċitajiet professjonali meħtieġa fejn l-awtorità kontraenti tkun stabbiliet li l-operatur ekonomiku għandu interessi kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv it-twettiq tal-kuntratt.

Fi proċeduri tal-akkwist għal provvisti li jirrikjedu xogħol ta’ tqegħid fil-post jew installazzjoni, servizzi jew xogħlijiet, il-kapaċità professjonali tal-operaturi ekonomiċi li jipprovdu s-servizz jew li jwettqu l-installazzjoni jew ix-xogħol tista’ tiġi evalwata fir-rigward tal-ħiliet, l-effiċjenza, l-esperjenza u l-affidabbiltà tagħhom.

5.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw il-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ parteċipazzjoni, li jistgħu jingħataw bħala livelli minimi ta’ abbiltà, flimkien mal-mezzi adegwati ta’ prova, fl-avviż dwar il-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess.

Artikolu 59

Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku

1.   Fil-mument tas-sottomissjoni ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni jew tal-offerti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku (DEAU) li jikkonsisti minn awtodikjarazzjoni aġġornata bħala evidenza preliminari b’sostituzzjoni għal ċertifikati maħruġin minn awtoritajiet pubbliċi jew terzi persuni li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku rilevanti jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

mhuwiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57 li fihom l-operaturi ekonomiċi għandhom jew jistgħu jiġu esklużi;

(b)

jissodisfa l-kriterji rilevanti ta’ għażla li ġew stabbiliti skont l-Artikolu 58;

(c)

fejn applikabbli, jissodisfa r-regoli u l-kriterji oġġettivi li ġew stabbiliti skont l-Artikolu 65.

Fejn l-operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra skont l-Artikolu 63, id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu jkun fih ukoll l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fir-rigward tat-tali entitajiet.

Id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu jikkonsisti f’dikjarazzjoni formali mill-operatur ekonomiku li r-raġuni rilevanti għall-esklużjoni ma tapplikax u/jew li l-kriterju rilevanti ta’ għażla huwa ssodisfat u għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kif meħtieġa mill-awtorità kontraenti. Id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu wkoll jidentifika l-awtorità pubblika jew it-terza persuna responsabbli għall-ħruġ tad-dokumenti ta’ sostenn u għandu jkun fih dikjarazzjoni formali li jgħid li l-operatur ekonomiku ser ikun jista’, fuq talba u mingħajr dewmien, jipprovdi dawk id-dokumenti ta’ sostenn.

Fejn l-awtorità kontraenti tista’ takkwista d-dokumenti ta’ sostenn direttament permezz ta’ aċċess għal database skont il-paragrafu 5, id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu wkoll ikun fih l-informazzjoni meħtieġa għal dan l-iskop, bħall-indirizz tal-Internet tad-database, kwalunkwe data ta’ identifikazzjoni u, fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni neċessarja tal-kunsens.

L-operaturi ekonomiċi jistgħu jerġgħu jużaw id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku li jkun diġà ntuża f’ proċedura ta’ akkwist preċedenti, dment li jikkonfermaw li l-informazzjoni li fih għadha korretta.

2.   Id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu jitfassal abbażi ta’ formula standard. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dik il-formula standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 89(3).

Id-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku għandu jiġi pprovdut esklussivament f’forma elettronika.

3.   Minkejja l-Artikolu 92, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni prattika tad-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku, b’kont meħud tal-iżvilupp tekniku tad-databases fl-Istati Membri u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2017.

Fejn adegwat, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti għal soluzzjonijiet li jottimizzaw l-aċċess transkonfinali għat-tali database u l-użu ta’ ċertifikati u attestazzjonijiet fis-suq intern.

4.   Awtorità kontraenti tista’, fi kwalunkwe mument matul il-proċedura, titlob lill-offerenti u lill-kandidati jissottomettu d-dokumenti ta’ sostenn kollha jew parti minnhom fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata t-tmexxija korretta tal-proċedura.

Qabel ma tagħti l-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha, ħlief fir-rigward tal-kuntratti bbażati fuq ftehimiet qafas meta tali kuntratti jkunu konklużi f’konformità mal-Artikolu 33(3) jew il-punt (a) tal-Artikolu 33(4), tobbliga lill-offerent li lilu tkun iddeċidiet li tagħti l-kuntratt li jippreżenta dokumenti ta’ sostenn aġġornati skont l-Artikolu 60 u, fejn adegwat, l-Artikolu 62. L-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi sabiex jissupplimentaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati riċevuti skont l-Artikoli 60 u 62.

5.   Minkejja l-paragrafu 4, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jiġu obbligati jissottomettu dokumenti ta’ sostenn jew informazzjoni dokumentarja oħra fejn u jekk l-awtorità kontraenti għandha l-possibbiltà li tikseb iċ-ċertifikati jew l-informazzjoni rilevanti direttament permezz ta’ aċċess għal database nazzjonali fi kwalunkwe Stat Membru li jkun disponibbli mingħajr ħlas, bħal reġistru nazzjonali tal-akkwisti, dossier tal-kumpanniji virtwali, sistema elettronika għall-ħażna tad-dokumenti jew sistema ta’ prekwalifikazzjoni.

Minkejja l-paragrafu 4, l-operaturi ekonomiċi m’għandhomx ikunu meħtieġa li jippreżentaw dokumenti ta’ appoġġ, fejn l-awtorità kontraenti li tkun tat il-kuntratt jew li tkun ikkonkludiet il-ftehim qafas, diġà jkollha dawn id-dokumenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-databases li jkun fihom informazzjoni rilevanti dwar operaturi ekonomiċi u li jistgħu jiġu kkonsultati mill-awtoritajiet kontraenti tagħhom jistgħu wkoll jiġu kkonsultati, taħt l-istess kondizzjonijiet, minn awtoritajiet kontraenti ta’ Stati Membri oħra.

6.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli u aġġornati fl-e-Certis lista kompleta ta’ databases li fihom informazzjoni rilevanti dwar l-operaturi ekonomiċi li tista’ tiġi kkonsultata minn awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri oħra. Jekk mitluba, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil Stati Membri oħra kwalunkwe informazzjoni relatata mad-databases imsemmijin f’dan l-Artikolu.

Artikolu 60

Mezzi ta’ prova

1.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu ċ-ċertifikati, id-dikjarazzjonijiet u l-mezzi l-oħra ta’ prova imsemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness XII bħala evidenza tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 57 u għall-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla skont l-Artikolu 58.

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jitolbu mezzi ta’ prova għajr dawk imsemmija f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 62. Fir-rigward tal-Artikolu 63, l-atturi ekonomiċi jistgħu jiddependu fuq kwalunkwe mezz adegwat sabiex jagħtu prova lill-awtorità kontraenti li ser jkollhom ir-riżorsi meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħhom.

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw dan li ġej bħala evidenza suffiċjenti li l-ebda mill-każijiet speċifikati fl-Artikolu 57 ma japplikaw għall-operatur ekonomiku:

(a)

fir-rigward tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, tiġi pprovduta silta mir-reġistru relevanti, bħall-kondotta jew, fin-nuqqas ta’ din, ta’ dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti fl-Istat Membru jew fil-pajjiż ta’ oriġini jew fil-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku jkun stabbilit billi juri li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti;

(b)

fir-rigward tal-paragrafu 2 u l-punt (b) tal-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru jew fil-pajjiż ikkonċernat.

Fejn l-Istat Membru jew il-pajjiż inkwistjoni ma joħroġx dokumenti jew ċertifikati bħal dawn, jew fejn dawn ma jkoprux l-każijiet kollha speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 u l-punt (b) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 57, dawn jistgħu jiġu sostitwiti b’dikjarazzjoni bil-ġurament jew, fi Stati Membri jew pajjiżi fejn ma hemmx dispożizzjoni għal dikjarazzjonijiet bil-ġurament, b’dikjarazzjoni solenni magħmula mill-persuna kkonċernata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti, nutar jew korp professjonali jew kummeċjali kompetenti, fl-Istat Membru jew fil-pajjiż ta’ oriġini jew fl-Istat Membru jew fil-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku ikun stabbilit.

Fejn ikun rilevanti, Stat Membru għandu jipprovdi dikjarazzjoni uffiċjali li tistqarr li d-dokumenti jew ċertifikati msemmijin f’dan il-paragrafu ma jinħarġux jew li huma ma jkoprux il-każijiet kollha speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 u l-punt (b) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 57. Dawn id-dikjarazzjonijiet uffiċjali għandhom ikunu disponibbli permezz tar-repożitorju online taċ-ċertifikati (e-Certis) imsemmi fl-Artikolu 61.

3.   Bħala regola ġenerali, il-prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ waħda jew aktar mir-referenzi elenkati fl-Anness XII, Parti 1.

Fejn, għal kwalunkwe raġuni valida, l-operatur ekonomiku ma jkunx jista’ jipprovdi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, jista’ jagħti prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kontraenti tqis bħala adatt.

4.   Evidenza tal-abbiltajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ mezz wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness XII, Parti 2, skont in-natura, il-kwantità jew l-importanza, u l-użu tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi.

5.   Jekk mitluba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra kwalunkwe informazzjoni li tirrigwarda r-raġunijiet għall-esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57, l-adattabilità għall-eżerċizzju tal-attività professjonali, u l-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tal-offerenti msemmijin fl-Artikolu 58, u kwalunkwe informazzjoni relatata mal-mezzi ta’ prova msemmijin f’dan l-Artikolu.

Artikolu 61

Repożitorju online taċ-ċertifikati (e-Certis)

1.   Bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-offerti transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tikkonċerna ċertifikati u forom oħra ta’ provi dokumentati introdotti fl-e-Certis stabbilita mill-Kummissjoni tibqa’ aġġornata kostantement.

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għall-e-Certis u jistgħu jesiġu primarjament dawk it-tipi ta’ ċertifikati jew forom ta’ evidenza dokumentata li jkunu koperti bl-e-Certis.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fl-e-Certis il-verżjonijiet lingwistiċi kollha tad-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku.

Artikolu 62

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom, fejn jesiġu li jiġu pprovduti ċertifikati maħruġin minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ garanzija tal-kwalità, anki dwar l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità, jirreferu għas-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità bbażati fuq is-serje ta’ standards Ewropej rilevanti ċċertifikati minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Għandhom ukoll jaċċettaw evidenza oħra ta’ miżuri ekwivalenti ta’ garanzija tal-kwalità fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma kellux il-possibbiltà li jikseb tali ċertifikati fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li l-miżuri ta’ garanziji tal-kwalità jikkonformaw mal-istandards ta’ garanziji tal-kwalità meħtieġa.

2.   Fejn l-awtoritajiet kontraenti jesiġu li jiġu pprovduti ċertifikati mfassla minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti sistemi jew standards ta’ ġestjoni ambjentali, għandhom jirreferu għall-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Ambjent u Verifika (EMAS) tal-Unjoni jew għal sistemi ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn kif rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jew standards oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

Fejn operatur ekonomiku seta’ juri li ma għandux aċċess għal tali ċertifikati, jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti għandu jaċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li dawn il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta’ ġestjoni ambjentali applikabbli.

3.   Jekk mitluba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħrajn, skont l-Artikolu 86, kwalunkwe informazzjoni relatata mad-dokumenti mressqa bħala prova ta’ konformità mal-istandards ta’ kwalità u dawk ambjentali msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 63

Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra

1.   Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-qagħda ekonomika u finanzjarja kif stabbilit skont l-Artikolu 58(3), u l-kriterji relatati mal-abbiltà teknika jew professjonali kif stabbilit skont l-Artikolu 58(4), operatur ekonomiku jista’, fejn dan ikun adegwat u għal kuntratt partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitjiet ta’ entitajiet oħra, irrilevanti min-natura legali tar-rabtiet li għandu magħhom. Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-kwalifiki edukattivi u professjonali kif jinsabu fil-punt (f) tal-Anness XII Parti II jew l-esperjenza professjonali rilevanti, l-operaturi ekonomiċi jistgħu madankollu jiddependu biss fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra meta dawn tal-aħħar ser iwettqu l-ħidmiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawn il-kapaċitajiet. Meta operatur ekonomiku jkun irid jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, dan għandu jagħti prova lill-awtorità kontraenti li huwa ser ikollu r-riżorsi meħtieġa għad-dispożizzjoni tiegħu, pereżempju, billi jippreżenta impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan.

L-awtorità kontraenti għandha, f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 61, tivverifika jekk l-entitajiet li fuq il-kapaċità tagħhom l-operatur ekonomiku għandu l-intenzjoni li jiddependi, jissodisfawx il-kriterji ta’ għażla rilevanti u jekk hemmx raġunijiet għal esklużjoni skont l-Artikolu 57. L-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li ma tissodisfax kriterju ta’ għażla rilevanti, jew li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni. L-awtorità kontraenti tista’ tesiġi jew tintalab minn Stat Membru biex tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni.

Fejn operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-awtorità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Taħt l-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) jista’ jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

2.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, kuntratti ta’ servizzi u operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post jew ta’ istallazzjoni fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ provvista, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jesiġu li ċerti kompiti kritiċi jitwettqu direttament mill-offerent stess jew, fejn l-offerta tkun sottomessa minn grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 19(2), minn parteċipant f’dak il-grupp.

Artikolu 64

Listi uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni minn korpi stabbiliti taħt liġi pubblika jew privata

1.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu jew iżommu listi uffiċjali ta’ kuntratturi, fornituri ta’ provvisti jew fornituri ta’ servizzi approvati jew jipprovdu għal ċertifikazzjoni minn korpi ta’ ċertifikazzjoni li jikkonformaw mal-istandards Ewropej ta’ ċertifikazzjoni skont it-tifsira tal-Anness VII.

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-indirizz tal-korp ta’ ċertifikazzjoni jew il-korp responsabbli mil-listi uffiċjali, li ser jintbagħtulhom l-applikazzjonijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jadattaw il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni fuq il-listi uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 u għall-ħruġ ta’ ċertifikati minn korpi ta’ ċertifikazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ din is-subtaqsima.

L-Istati Membri għandhom jadattaw dawn il-kondizzjonijiet ukoll għall-Artikolu 63 fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni sottomessi minn operaturi ekonomiċi li jappartjenu għal grupp u li jitolbu riżorsi mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom mill-kumpanniji l-oħra fil-grupp. F’dawn il-każijiet, dawk l-operaturi għandhom jagħtu prova lill-awtorità li tistabbilixxi l-lista uffiċjali li huma ser ikollhom dawk ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom matul il-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat li jikkonferma r-reġistrazzjoni tagħhom fuq il-lista uffiċjali u li matul l-istess perijodu dawk il-kumpanniji ser jibqgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ għażla kwalitattiva fi ħdan il-lista uffiċjali jew iċ-ċertifikat li fuqhom jiddependu l-operaturi għar-reġistrazzjoni tagħhom.

3.   Operaturi ekonomiċi rreġistrati fil-listi uffiċjali jew li għandhom ċertifikat jistgħu, għal kull kuntratt, jissottomettu ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti jew iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp kompetenti ta’ ċertifikazzjoni lill-awtorità kontraenti.

Dawk iċ-ċertifikati għandhom jispeċifikaw ir-referenzi li ppermettew dawk l-operaturi ekonomiċi jiġu rreġistrati fuq il-lista uffiċjali jew li jiksbu ċ-ċertifikazzjoni u l-klassifikazzjoni mogħtija f’dik il-lista.

4.   Reġistrazzjoni ċertifikata fuq listi uffiċjali mill-korpi kompetenti jew ċertifikat maħruġ mill-korp ta’ ċertifikazzjoni għandha tikkostitwixxi suppożizzjoni ta’ adattabilità fir-rigward tar-rekwiżiti għall-għażla kwalitattiva fi ħdan il-lista uffiċjali jew iċ-ċertifikat.

5.   Ma għandux jinxteħet dubju mingħajr ġustifikazzjoni fuq l-informazzjoni li tista’ tinkiseb mir-reġistrazzjoni fuq listi uffiċjali jew miċ-ċertifikati. Fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u t-taxxi, kull meta jkun ser jingħata kuntratt jista’ jkun meħtieġ ċertifikat addizzjonali ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku rreġistrat.

L-awtoritajiet kontraenti ta’ Stati Membri oħra għandhom japplikaw il-paragrafu 3 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu favur dawk l-operaturi ekonomiċi biss li huma stabbiliti fl-Istat Membru li għandu l-lista uffiċjali.

6.   Ir-rekwiżiti ta’ prova għall-kriterji għall-għażla kwalitattiva koperti mil-lista uffiċjali jew miċ-ċertifikat għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 60 u, fejn adegwat, mal-Artikolu 62. Għal kwalunkwe reġistrazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħra fuq il-lista uffiċjali jew għaċ-ċertifikazzjoni tagħhom, l-ebda prova jew dikjarazzjonijiet ulterjuri ma għandhom ikunu meħtieġa għajr dawk mitluba mill-operaturi ekonomiċi nazzjonali.

Fi kwalunkwe mument, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu r-reġistrazzjoni tagħhom fuq il-lista uffiċjali jew il-ħruġ ta’ ċertifikat. Huma għandhom jiġu mgħarrfa fi żmien perijodu raġonevolment qasir bid-deċiżjoni meħuda mill-awtorità li tfassal il-lista uffiċjali jew il-korp kompetenti ta’ ċertifikazzjoni.

7.   Operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra ma għandhomx ikunu obbligati li jagħmlu din ir-reġistrazzjoni jew li jiksbu din iċ-ċertifikazzjoni sabiex jieħdu sehem f’kuntratt pubbliku. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħra. Huma għandhom ukoll jaċċettaw mezzi ekwivalenti ta’ prova.

8.   Jekk mitluba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra kwalunkwe informazzjoni relatata mad-dokumenti ppreżentati bħala evidenza li l-operaturi ekonomiċi jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex jiġu reġistrati fuq il-lista uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati jew bħala evidenza li l-operaturi ekonomiċi minn Stat Membru ieħor għandhom ċertifikazzjoni ekwivalenti.

Subtaqsima 2

Tnaqqis tan-numru ta’ kandidati, offerti u soluzzjonijiet

Artikolu 65

Tnaqqis tan-numru ta’ kandidati kwalifikati mod ieħor li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem

1.   Fi proċeduri ristretti, proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv u sħubijiet għall-innovazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla li ser jistiednu għall-offerti jew sabiex imexxu djalogu, dment li jkun disponibbli n-numru minimu, f’konformità mal-paragrafu 2, ta’ kandidati kwalifikati.

2.   Fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw il-kriterji jew ir-regoli oġġettivi u mhux diskriminatorji li beħsiebhom japplikaw, in-numru minimu ta’ kandidati li beħsiebhom jistiednu u, fejn dan ikun adegwat, in-numru massimu.

Fil-proċedura ristretta, in-numru minimu ta’ kandidati għandu jkun ħamsa. Fil-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, fil-proċedura ta’ djalogu kompetittiv u fis-sħubija għall-innovazzjoni, in-numru minimu ta’ kandidati għandu jkun tlieta. Fi kwalunkwe każ, in-numru ta’ kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu numru ta’ kandidati tal-inqas daqs in-numru minimu. Madankollu, fejn in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u l-livell minimu ta’ abbiltà, kif imsemmi fl-Artikolu 58(5), ikun inqas min-numru minimu, l-awtorità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura billi tistieden il-kandidati bil-kapaċitajiet meħtieġa. Fil-kuntest tal-istess proċedura, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tinkludi operaturi ekonomiċi li ma talbux li jieħdu sehem, jew kandidati li ma għandhomx il-kapaċitajiet meħtieġa.

Artikolu 66

Tnaqqis tan-numru ta’ offerti u soluzzjonijiet

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jirrikorru għall-għażla li jnaqqsu n-numru ta’ offerti li għandhom jiġu nnegozjati kif stipulat fl-Artikolu 29(6) jew ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi kif stipulat fl-Artikolu 30(4), dawn għandhom jagħmlu dan billi japplikaw il-kriterji tal-għoti ddikjarati fid-dokumenti tal-akkwist. Fl-istadju finali, in-numru finali għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina billi jkun hemm biżżejjed offerti, soluzzjonijiet jew kandidati kwalifikati.

Subtaqsima 3

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 67

Kriterji għall-għoti tal-kuntratt

1.   Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw il-prezz ta’ ċerti provvisti jew ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuq l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża.

2.   Mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti, l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża għandha tiġi identifikata abbażi tal-prezz jew l-ispiża, bl-użu ta’ approċċ kost-effettiv, bħall-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont l-Artikolu 68, u tista’ tinkludi l-aħjar bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità, li għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ kriterji li jinkludu aspetti kwalitattivi, ambjentali u/jew soċjali marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu, pereżempju:

(a)

il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi u l-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu,

(b)

l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt, fejn il-kwalità tal-persunal assenjat tista’ tħalli impatt sinifikanti fuq il-livell tal-prestazzjoni tal-kuntratt; jew

(c)

is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, il-kondizzjonijiet ta’ twassil bħad-data ta’ twassil, il-proċess ta’ twassil u l-perijodu ta’ twassil jew il-perijodu ta’ tlestija.

L-element ta’ spiża jista’ wkoll jieħu l-forma ta’ prezz fissa jew spiża fissa li abbażi tagħhom l-operaturi ekonomiċi jikkompetu fuq il-kriterji ta’ kwalità biss.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw il-prezz biss jew l-ispiża biss bħala l-kriterju uniku għall-għoti jew jillimitaw l-użu tagħhom għal ċerti kategoriji ta’ awtoritajiet kontraenti jew ċerti tipi ta’ kuntratti.

3.   Il-kriterji tal-għoti għandhom jitqiesu li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku fejn huma relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jingħataw taħt dak il-kuntratt fi kwalunkwe aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inklużi l-fatturi involuti:

(a)

fil-proċessi speċifiċi tal-produzzjoni, il-provvista jew il-kummerċ ta’ dawk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi; jew

(b)

fi proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom,

anke fejn fatturi bħal dawn ma jagħmlux parti mis-sustanza materjali tagħhom.

4.   Il-kriterji tal-għoti ma għandux ikollhom l-effett li jagħtu lill-awtorità kontraenti libertà mingħajr restrizzjonijiet għall-għażla. Huma għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom jiġu akkumpanjati mill-ispeċifikazzjonijiet li jippermettu li l-informazzjoni mogħtija mill-offerenti tiġi vverifikata b’mod effettiv sabiex jiġi vvalutat kemm l-offerti jissodisfaw il-kriterji tal-għoti. Fil-każ ta’ dubju, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv il-preċiżjoni tal-informazzjoni u l-evidenza mogħtija mill-offerenti.

5.   L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika fid- dokumenti tal-akkwist, il-piż relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, għajr meta din tkun identifikata abbażi tal-prezz biss.

Dawk il-proporzjonijiet jistgħu jkunu espressi billi tkun provduta sensiela b’firxa massima adattata.

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni li tonqos skont l-importanza.

Artikolu 68

Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja

1.   L-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom, safejn ikun rilevanti, ikopru l-ispejjeż kollha li ġejjin jew partijiet minnhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet:

(a)

spejjeż imġarrba mill-awtorità kontraenti jew utenti oħra, bħal:

(i)

spejjeż relatati mal-akkwist,

(ii)

spejjeż tal-użu, bħal konsum tal-enerġija u riżorsi oħra,

(iii)

spejjeż tal-manutenzjoni,

(iv)

spejjeż ta’ tmiem iċ-ċiklu, bħall-ġbir u l-ispejjeż tar-riċiklaġġ.

(b)

spejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali marbutin mal-prodott, is-servizz jew ix-xogħlijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, dment li l-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat; tali spejjeż jistgħu jinkludu l-ispiża ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

2.   Meta l-awtoritajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, huma għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist id-data li għandha tingħata mill-offerenti u l-metodu li ser tuża l-awtorità kontraenti biex tiddetermina l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja abbażi ta’ dik id-data.

Il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-ispejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha:

(a)

huwa bbażat fuq kriteriji li jistgħu jkunu verifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni. B’mod partikolari, fejn ma ġiex stabbilit għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, ma għandux jiffavorixxi jew jiżvantaġġa mingħajr ġustifikazzjoni lil ċerti operaturi ekonomiċi;

(b)

ikun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(c)

id-data mitluba tista’ tingħata bi sforz raġonevoli minn operaturi ekonomiċi normalment diliġenti, inklużi operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terżi parti għall-FAP jew ftehimiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija marbuta bihom.

3.   Kull meta metodu komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja ikun sar obbligatorju minn att leġislattiv tal-Unjoni, dak il-metodu komuni għandu jiġi applikat għall-valutazzjoni tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja.

Lista ta’ atti leġislattivi għal dawn, u fejn meħtieġ l-atti delegati li jissuplimentawhom, tinsab fl-Anness XIII. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jikkonċerna l-aġġornament ta’ dik il-lista, meta aġġornament tal-lista huwa meħtieġ minħabba l-adozzjoni ta’ leġislazzjoni ġdida li tagħmel il-metodu komuni obbligatorju jew tħassar jew timmodifika atti legali eżistenti.

Artikolu 69

Offerti baxxi wisq

1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż proposti fl-offerta meta l-offerti jkunu jidhru baxxi b’mod mhux normali fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi.

2.   L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

(a)

l-ekonomija tal-metodu ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ manifattura jew tas-servizzi pprovduti jew tal-metodu tal-kostruzzjoni;

(b)

is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kondizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għall-forniment tal-prodotti jew servizzi jew għall-eżekuzzjoni tax-xogħol;

(c)

l-oriġinalità tax-xogħol, provvisti jew servizzi proposti mill-offerent;

(d)

konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2);

(e)

konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 71;

(f)

il-possibbiltà li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

3.   L-awtorità kontraenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din tista’ tiċħad l-offerta biss fejn il-provi pprovduti ma jispjegawx b’mod sodisfaċenti l-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż proposti, b’kont meħud tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 18(2).

4.   Fejn awtorità kontraenti tistabbilixxi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tista’ tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni waħedha biss wara konsultazzjoni mal-offerent fejn, fi ħdan limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, dan tal-aħħar ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Fejn l-awtorità kontraenti tiċħad offerta f’dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dan.

5.   Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva, kwalunkwe informazzjoni li għandhom, bħal liġijiet, regolamenti, ftehimiet kollettivi universalment applikabbli jew standards tekniċi nazzjonali, relatata mal-evidenza u d-dokumenti ppreżentati fir-rigward tad-dettalji elenkati fil-paragrafu 2.

KAPITOLU IV

Twettiq tal-kuntratt

Artikolu 70

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċjali relatati mat-twettiq ta’ kuntratt, dment li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt skont it-tifsira tal-Artikolu 67(3) u indikati fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew fid-dokumenti ta’ akkwist. Dawk il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, relatati mal-innovazzjoni, ambjentali, soċjali jew relatati mal-impjieg.

Artikolu 71

Sottokuntrattar

1.   L-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2) hija żgurata permezz ta’ azzjoni adegwata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaġixxu fl-ambitu tar-responsabbiltà u l-kompetenza tagħhom.

2.   Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika wkoll kwalunkwe sottokuntrattur propost.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt pubbliku (il-kuntrattur prinċipali). Tali miżuri jistgħu jinkludu mekkaniżmi adatti li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali joġġezzjona għal pagamenti mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-kontrattur prinċipali.

5.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet u fir-rigward ta’ servizzi li għandhom jiġu provduti f’faċilità taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti, wara l-għoti tal-kuntratt u mhux aktar tard minn meta jibda t-twettiq tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur prinċipali jindika lill-awtorità kontraenti l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u r-rappreżentanti legali tas-sottokuntratturi tiegħu, li huma involuti fit-tali xogħlijiet jew servizzi, kif magħrufa f’dan il-punt ta’ żmien. L-awtorità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur prinċipali javża lill-awtorità kontraenti bi kwalunkwe tibdil f’din l-informazzjoni waqt il-perijodu tal-kuntratt kif ukoll bl-informazzjoni meħtieġa dwar kwalunkwe sottokuntrattur ġdid li jinvolvi sussegwentement fit-tali xogħlijiet jew servizzi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligu tal-għoti tal-informazzjoni meħtieġa direttament fuq il-kuntrattur prinċipali.

Fejn meħtieġ għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun akkumpanjata mill-awtodikjarazzjonijiet tas-sottokuntratturi kif previst fl-Artikolu 59. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jipprevedu li s-sottokuntratturi li huma ppreżentati wara l-għoti tal-kuntratt għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati u dokumenti oħra ta’ appoġġ minflok l-awtodikjarazzjoni.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-fornituri.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jestendu jew jistgħu jiġu obbligati minn Stati Membri li jestendu l-obbligi previsti fl-ewwel subparagrafu, pereżempju:

(a)

għall-kuntratti ta’ provvista, għall-kuntratti ta’ servizzi minbarra dawk li jikkonċernaw servizzi li jiġu provduti fil-faċilitajiet taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti jew għall-fornituri involuti f’kuntratti ta’ xogħlijiet jew servizzi;

(b)

għas-sottokuntratturi tas-sottokuntratturi tal-kuntrattur prinċipali jew aktar ‘l isfel fil-katina tas-sottokuntrattar.

6.   Bil-għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2), jistgħu jittieħdu miżuri adegwati, bħal:

(a)

Fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru jipprovdi għal mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-sottokuntratturi u l-kuntrattur prinċipali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li r-regoli rilevanti jiġu applikati f’konformità mal-kondizzjonijiiet stipulati fl-Artikolu 18(2).

(b)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 61, jivverifikaw jew ikunu obbligati mill-Istati Membri li jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni ta’ sottokuntratturi skont l-Artikolu 57. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni. L-awtorità kontraenti tista’ tesiġi jew tiġi obbligata minn Stat Membru li tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet mhux obbligatorji għall-esklużjoni.

7.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli ta’ responsabbiltà aktar stretti skont il-liġi nazzjonali jew imorru aktar ‘l hinn skont il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi, pereżempju billi jipprevedu għal pagamenti diretti lis-sottokuntratturi mingħajr ma huma jkollhom il-ħtieġa li jitolbu tali pagament dirett.

8.   Dawk l-Istati Membri li għażlu li jipprevedu miżuri skont il-paragrafi 3, 5 jew 6 għandhom jispeċifikaw, skont il-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi u wara li kkunsidraw id-dritt tal-Unjoni, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dawk il-miżuri. Billi jagħmlu dan, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikabilità tagħhom, pereżempju fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti, ċerti kategoriji ta’ awtoritajiet kontraenti jew operaturi ekonomiċi kif ukoll ta’ ċerti ammonti.

Artikolu 72

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

1.   Kuntratti u ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur monetarju tagħhom, ikunu ġew previsti fid-dokumenti inizjali tal-akkwist fi klawżoli ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli, li jistgħu jinkludi klawżoli ta’ reviżjoni ta’ prezzijiet, jew għażliet. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura ta’ modifiki jew għażliet possibbli kif ukoll il-kondizzjonijiet li taħthom dawn jistgħu jintużaw. Ma għandhomx jipprovdu għal modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas;

(b)

għal xogħlijiet, servizzi jew provvisti addizzjonali mill-kuntrattur oriġinali li saru meħtieġa u li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali fejn bidla fil-kuntrattur:

(i)

ma tistax issir għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi bħalma huma r-rekwiżiti ta’ interkambjalità jew interoperabbiltà mat-tagħmir, is-servizzi jew l-installazzjonijiet eżistenti akkwistati taħt l-akkwist inizjali; u

(ii)

tikkawża inkonvenjenza sinifikanti jew duplikazzjoni sostanzjali tal-ispejjeż għall-awtorità kontraenti.

Madankollu, kwalunkwe żieda fil-prezz ma tistax taqbeż 50 % tal-valur tal-kuntratt oriġinali; fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, din il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki suċċessivi ma għandux ikollhom l-għan li tiġi evitata din id-Direttiva;

(c)

fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-ħtieġa ta’ modifika nġiebet minħabba ċirkostanzi li awtorità kontraenti diliġenti ma setgħetx tipprevedi;

(ii)

il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt;

(iii)

kwalunkwe żieda fil-prezz mhijiex ogħla minn 50 % tal-valur tal-kuntratt oriġinali jew tal-ftehim qafas. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, dik il-limitazzjoni għandha tapplika għall-valur ta’ kull modifika. Tali modifiki suċċessivi ma għandux ikollhom l-għan li tiġi evitata din id-Direttiva;

(d)

fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-awtorità kontraenti bħala konsegwenza ta’ wieħed minn dawn:

(i)

klawżola ta’ reviżjoni mhix ekwivoka jew għażla f’konformità mal-punt (a);

(ii)

suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv, inkluż it-teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni, akkwist jew insolvenza ta’ operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; jew

(iii)

f’każ li l-awtorità kontraenti nnifisha tassumi l-obbligi tal-kuntrattur prinċipali lejn is-sottokuntratturi tiegħu fejn din il-possibbiltà hija prevista taħt il-leġislazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 71;

(e)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, mhumiex sostanzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 4.

Awtoritajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw kuntratt fil-każijiet stipulati taħt il-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż dwar dan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness V, parti G u għandu jkun ppubblikat skont l-Artikolu 51.

2.   Barra minn hekk, u mingħajr l-ebda ħtieġa li jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stipulati taħt il-punti (a) sa (d) tal-paragrafi 4 humiex sodisfatti, il-kuntratti jistgħu ugwalment jiġu mmodifikati mingħajr ma tkun meħtieġa proċedura ġdida ta’ akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn il-valur tal-modifika ikun anqas miż-żewġ valuri li ġejjin:

(i)

il-limiti stipulati fl-Artikolu 4; u

(ii)

10 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ servizz u ta’ provvista u taħt il-15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ xogħlijiet.

Madanakollu, il-modifika ma tistax tibdel in-natura ġenerali tal-kuntratt jew ftehim qafas. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi valutat abbażi tal-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-prezz imsemmi fil-paragrafu 2 u l-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, il-prezz aġġornat għandu jkun il-valur ta’ referenza meta l-kuntratt ikun jinkludi klawżola ta’ indiċjar.

4.   Modifika ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fin-natura minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura ta’ akkwist inizjali, kienu jippermettu d-dħul ta’ kandidati oħra minbarra dawk inizjalment magħżula jew l-aċċettazzjoni ta’ offerta oħra minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura ta’ akkwist;

(b)

il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas favur il-kuntrattur b’tali mod li ma kienx previst fil-kuntratt inizjali jew il-ftehim qafas;

(c)

il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas b’mod konsiderevoli;

(d)

fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-awtorità kontraenti f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1.

5.   Proċedura ġdida ta’ akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva għandha tkun meħtieġa għal modifiki oħra tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku jew ftehim qafas matul it-terminu tiegħu minbarra dawk previsti taħt il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 73

Terminazzjoni ta’ kuntratti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, għall-anqas fiċ-ċirkostanzi li ġejjin u skont il-kondizzjonijiet determinati mil-liġi nazzjonali applikabbli, li jitterminaw kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu, meta:

(a)

il-kuntratt kien soġġett għal modifika sostanzjali, li kienet tkun teħtieġ proċedura ġdida ta’ akkwist skont l-Artikolu 72;

(b)

il-kuntrattur kien, fil-ħin tal-għoti tal-kuntratt, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(1) u għalhekk kellu jiġi eskluż mill-proċedura ta’ akkwist;

(c)

il-kuntratt ma kellux jingħata lill-kuntrattur fid-dawl ta’ ksur serju tal-obbligi skont it-Trattati u din id-Direttiva li ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.

TITOLU III

REĠIMI PARTIKOLARI TA’ AKKWISTI

KAPITOLU I

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 74

Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn elenkati fl-Anness XIV għandhom jingħataw skont dan il-Kapitolu, fejn il-valur tal-kuntratti jkun daqs jew akbar mil-limitu indikat fil-punt (d) tal-Artikolu 4.

Artikolu 75

Pubblikazzjoni ta’ avviżi

1.   Awtoritajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 74 jridu jħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-modi:

(a)

permezz ta’ notifika kuntrattwali, li għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Anness V Parti H, f’konformità mal-formoli standard imsemmija fl-Artikolu 51; jew

(b)

permezz ta’ notifika ta’ informazzjoni minn qabel, li għandha tiġi ppubblikata kontinwament u li jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V Parti I. In-notifika ta’ informazzjoni minn qabel għandha tirreferi b’mod speċifiku għat-tipi ta’ servizzi li ser ikunu s-suġġett tal-kuntratti li għandhom jingħataw. Hija għandha tindika li l-kuntratti ser jingħataw mingħajr aktar pubblikazzjoni u tistieden lill-operaturi ekonomiċi interessati biex jesprimu l-interess tagħhom bil-miktub.

L-ewwel subparagrafu, madankollu, ma għandux japplika fejn proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel setgħet intużat f’konformità mal-Artikolu 32 għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz.

2.   Awtoritajiet kontraenti li taw kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 74 għandhom iħabbru r-riżultati tal-proċedura tal-akkwist permezz ta’ avviż dwar għoti ta’ kuntratt, li għandu jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Anness V Parti J, f’konformità mal-formoli standard imsemmija fl-Artikolu 51. Madanakollu jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, huma għandhom jibagħtu l-avviżi miġbura fi żmien 30 jum mit-tmiem ta’ kull trimestru.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formoli standard imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 89(2).

4.   L-avviżi msemmijin f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51.

Artikolu 76

Prinċipji għall-għoti ta’ kuntratti

1.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw regoli nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti soġġetti għal dan il-Kapitolu biex jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi. L-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw ir-regoli proċedurali applikabbli sakemm it-taliregoli jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu kont tal-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà, l-aċċessibbiltà tal-prezz, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, inklużi l-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi għandha ssir abbażi tal-offerta li toffri l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità, b’teħid fil-kont tal-kwalità u l-kriterji tas-sostenibbiltà għas-servizzi soċjali.

Artikolu 77

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirriżervaw id-dritt li organizzazzjoni tipparteċipa fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi esklussivament għal dawk is-servizzi ta’ saħħa, dawk soċjali u dawk kulturali kif imsemmijin fl-Artikolu 74, li huma koperti mill-kodiċi CPV 75121000-0, 75122000-7, 75123000-4„ 79622000-0, 79624000-4, 79625000-1, 80110000-8, 80300000-7, 80420000-4, 80430000-7, 80511000-9, 80520000-5, 80590000-6, minn 85000000-9 sa 85323000-9, 92500000-6, 92600000-7, 98133000-4, 98133110-8.

2.   L-organizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-objettiv tagħha huwa t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku marbuta mat-twassil tas-servizzi msemmijin fil-paragrafu 1;

(b)

il-profitti jerġgħu jiġu investiti bil-għan li jinkiseb l-objettiv tal-organizzazzjoni. Fejn il-profitti jkunu mqassma jew jerġgħu jitqassmu, dan għandu jkun ibbażat fuq konsiderazzjonijiet parteċipattivi;

(c)

l-istrutturi tal-ġestjoni jew tas-sjieda tal-organizzazzjoni li qed twettaq il-kuntratt għandhom huma bbażati fuq sjieda mill-impjegati jew prinċipji parteċipattivi, jew jeħtieġu l-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati, l-utenti jew il-partijiet interessati; u

(d)

l-organizzazzjoni ma tkunx ingħatat kuntratt għas-servizzi konċernati mill-awtorità kontraenti konċernata skont dan l-Artikolu fl-aħħar tliet snin.

3.   It-tul massimu tal-kuntratt ma għandux ikun aktar minn tliet snin.

4.   Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

5.   Minkejja l-Artikolu 92, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effetti ta’ dan l-Artikolu u tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

KAPITOLU II

Regoli li jirregolaw kompetizzjonijiet ta’ disinn

Artikolu 78

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika għal:

(a)

kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati bħala parti minn proċedura li twassal għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz;

(b)

kompetizzjonijiet ta’ disinn bi premji jew ħlasijiet lill-parteċipanti.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-limitu msemmi fl-Artikolu 4 huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-valur stmat qabel il-VAT tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz, inklużi kwalunkwe premji possibbli jew ħlasijiet lill-parteċipanti.

Fil-każijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-limitu massimu jirreferi għall-ammont totali ta’ premji u ħlasijiet inkluż il-valur stmat nett tal-VAT tal-kuntratt għal servizzi pubbliċi li jista’ sussegwentement ikun konkluż taħt l-Artikolu 32(4) jekk l-awtorità kontraenti tkun ħabbret l-intenzjoni tagħha li tagħti kuntratt bħal dan fl-avviż ta’ kompetizzjoni.

Artikolu 79

Avviżi

1.   L-awtoritajiet kontraenti li beħsiebhom jorganizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom iħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż ta’ kompetizzjoni.

Fejn ikunu beħsiebhom jagħtu kuntratt ta’ servizz sussegwenti skont l-Artikolu 32(4), dan għandu jkun indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni.

2.   L-awtoritajiet kontraenti li organizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom jibagħtu avviż bir-riżultati tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 51 u għandhom ikunu jistgħu jagħtu prova tad-data ta’ meta jkunu bagħtu l-avviż.

Fejn l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tal-kompetizzjoni jxekkel l-infurzar tal-liġi, imur kontra l-interess pubbliku jew jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriża partikolari, kemm jekk pubblika jew privata, jew jista’ jippreġudika kompetizzjoni leali bejn fornituri ta’ servizzi, din l-informazzjoni tista’ tinżamm milli tiġi ppubblikata.

3.   L-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51(2) sa (6) u l-Artikolu 52. Dawn għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita rispettivament fl-Anness V, partijiet E u F fil-format tal-formoli standard.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 89(2).

Artikolu 80

Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn u l-għażla tal-parteċipanti

1.   Meta jorganizzaw kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw proċeduri li huma adattati għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu I u ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Id-dħul ta’ parteċipanti għal kompetizzjonijiet ta’ disinn ma għandhiex tkun limitata:

(a)

mir-referenza għat-territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru;

(b)

minn raġunijiet li, skont il-liġi tal-Istat Membru fejn tiġi organizzata il-kompetizzjoni, dawn ikunu meħtieġa li jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

3.   Fejn il-kompetizzjonijiet ta’ disinn huma limitati għal numru limitat ta’ parteċipanti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu kriterji tal-għażla ċari u mhux diskriminatorji. Fi kwalunkwe każ, in-numru ta’ kandidati mistiedna jipparteċipaw għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Artikolu 81

Kompożizzjoni tal-ġurija

Il-ġurija għandha tkun komposta esklussivament minn persuni fiżiċi li huma indipendenti mill-parteċipanti fil-kompetizzjoni. Fejn tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari mill-parteċipanti f’kompetizzjoni, mill-anqas terz mill-membri tal-ġurija għandu jkollhom dik il-kwalifika jew kwalifika ekwivalenti.

Artikolu 82

Deċiżjonijiet tal-ġurija

1.   Il-ġurija għandha tkun awtonoma fid-deċiżjonijiet jew l-opinjonijiet tagħha.

2.   Il-ġurija għandha teżamina l-pjanijiet u l-proġetti ppreżentati mill-kandidati b’mod anonimu u fuq il-bażi unika tal-kriterji indikati fl-avviż dwar il-kompetizzjoni.

3.   Il-ġurija għandha tirreġistra l-klassifikazzjoni tal-proġetti f’rapport, iffirmat mill-membri tagħha, magħmula skont il-merti ta’ kull proġett, flimkien mal-kummenti dwarha u kwalunkwe punti li jeħtieġ li jiġu ċċarati.

4.   L-anonimità għandha tiġi osservata sakemm il-ġurija tasal għall-opinjoni jew deċiżjoni tagħha.

5.   Jekk ikun hemm bżonn, il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna jwieġbu mistoqsijiet li l-ġurija rreġistrat fil-minuti sabiex jiċċaraw kwalunkwe aspett mill-proġetti.

6.   Għandhom jinżammu minuti sħaħ tad-djalogu bejn il-membri tal-ġurija u l-kandidati.

TITOLU IV

GOVERNANZA

Artikolu 83

Infurzar

1.   Sabiex jiżguraw implimentazzjoni korretta u effiċjenti b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-anqas il-kompiti stabbiliti f’dan l-Artikolu jitwettqu minn awtorità, korp jew struttura waħda jew aktar. Huma għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-awtoritajiet, il-korpi u l-istrutturi kompetenti kollha għal dawk il-kompiti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ akkwist pubbliku hija mmonitorjata.

Meta l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ monitoraġġ, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jirċievu informazzjoni, jidentifikaw ksur speċifiku jew problemi sistemiċi, huma għandhom jingħataw is-setgħa biex jindikaw dawk il-problemi lill-awtoritajiet ta’ awditjar, qrati jew qrati ġenerali nazzjonali jew awtoritajiet jew strutturi adegwati oħra, bħall-ombudsman, il-parlamenti nazzjonali jew il-kumitati tagħhom.

3.   Ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ skont il-paragrafu 2 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ modi adattati ta’ informazzjoni. Dawn ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-Kummissjoni. Pereżempju, jistgħu jiġu integrati fir-rapporti ta’ monitoraġġ imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Sat-18 ta’ April 2017 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni, li jkopri, fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-aktar sorsi frekwenti ta’ applikazzjoni ħażina jew ta’ inċertezza legali, inklużi problemi possibbli strutturali jew rikorrenti fl-applikazzjoni tar-regoli, fil-livell tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku u dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rappurtar adegwat ta’ każijiet ta’ frodi fl-akkwist, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra.

Il-Kummissjoni tista’, mhux iktar tard minn kull tliet snin, titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ politiki nazzjonali srateġiċi tal-akkwist

Għall-finijiet ta dan il-paragrafu u l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, “SME” għandha tinftiehem kif definita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (39).

Abbażi tad-data riċevuta taħt dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport regolarment dwar l-implimentazzjoni u l-aħjar prattiki ta’ politiki nazzjonali tal-akkwist fis-suq intern.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

informazzjoni u gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku tkun disponibbli mingħajr ħlas sabiex tassisti l-awtoritajiet kontraenti u l-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, biex japplikaw ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku b’mod korrett; u

(b)

jkun disponibbli appoġġ għall-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-ippjanar u t-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist.

5.   L-Istati Membri għandhom, mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntatti tagħha mal-Istati Membri, jinnominaw punt ta’ referenza għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-akkwist pubbliku.

6.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom, għall-anqas matul il-perijodu tal-kuntratt, iżommu kopji tal-kuntratti konklużi kollha b’valur daqs jew akbar minn:

(a)

EUR 1 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista pubbliċi jew kuntratti pubbliċi ta’ servizzi;

(b)

EUR 10 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu aċċess għal dawk il-kuntratti; madankollu, aċċess għal dokumenti speċifiċi jew punti ta’ informazzjoni jistgħu jiġu rrifjutati sa ċertu punt u skont il-kondizzjonijiet previsti fir-regoli applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-protezzjoni tad-data.

Artikolu 84

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

1.   Għal kull kuntratt jew ftehim qafas kopert minn din id-Direttiva, u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub li mill-anqas għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità kontraenti, is-suġġett u l-valur tal-kuntratt, il-ftehim qafas jew is-sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

fejn applikabbli, ir-riżultati tal-għażla kwalitattiva u/jew it-tnaqqis ta’ numri skont l-Artikoli 65 u 66, jiġifieri:

(i)

l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti magħżula u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(ii)

l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti miċħuda u r-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħhom;

(c)

ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ offerti meqjusa bħala baxxi wisq;

(d)

isem l-offerent li jintgħażel u r-raġunijiet għalfejn intgħażlet l-offerta tiegħu u, fejn dan ikun magħruf, is-sehem tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas li l-offerent li jintgħażel beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi; u, fejn magħruf f’dan il-mument ta’ żmien, l-ismijiet tas-sottokuntratturi tal-kuntrattur prinċipali, jekk ikun hemm;

(e)

għal proċeduri kompetittivi bin-negozjati u d-djalogi kompetittivi, iċ-ċirkostanzi kif stabbiliti fl-Artikolu 26 li jiġġustifikaw l-użu ta’ dawn il-proċeduri;

(f)

għal proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 30 li jiġġustifikaw l-użu ta’ din il-proċedura;

(g)

fejn applikabbli, ir-raġunijiet għalfejn l-awtorità kontraenti ddeċidiet li ma tagħtix kuntratt jew ftehim qafas jew li ma tistabbilixxix sistema dinamika ta’ xiri;

(h)

fejn applikabbli, ir-raġunijiet għalfejn intużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni minbarra dawk elettroniċi għat-tfigħ tal-offerti;

(i)

fejn applikabbli, il-kunflitti ta’ interess identifikati u l-miżuri sussegwenti meħuda.

Dan ir-rapport ma għandux jintalab fir-rigward ta’ kuntratti bbażati fuq ftehimiet qafas meta dawn jiġu konklużi f’konformità mal-Artikolu 33(3) jew il-punt (a) tal-Artikolu 33(4).

Sakemm l-avviż tal-għoti tal-kuntratt imfassal skont l-Artikolu 50 jew l-Artikolu 75(2) fih l-informazzjoni mitluba f’dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirreferu għal dak l-avviż.

2.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri ta’ akkwist kollha, kemm jekk dawn isiru b’mezzi elettroniċi jew le. Għal dak il-għan, huma għandhom jiżguraw li jżommu dokumentazzjoni suffiċjenti biex jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda fl-istadji kollha tal-proċedura tal-akkwist, bħad-dokumentazzjoni dwar il-komunikazzjoni ma’ operaturi ekonomiċi u deliberazzjonijiet interni, it-tħejjija tad-dokumenti tal-akkwist, djalogu jew negozjati jekk ikun hemm, l-għażla u l-għoti tal-kuntratt. Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm għall-anqas għal perijodu ta’ tliet snin mid-data tal-għoti tal-kuntratt.

3.   Ir-rapport, jew l-elementi ewlenin tiegħu, għandu jiġu komunikat lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet, korpi jew strutturi kompetenti msemmija fl-Artikolu 83 fejn dawn jitolbu li jsir hekk.

Artikolu 85

Rapportar nazzjonali u informazzjoni statistika

1.   Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-kwalità u l-kompletezza tad-data li tista’ tittieħed mill-avviżi, msemmija fl-Artikoli 48, 49, 50, 75 u 79, li huma ppubblikati f’konformità mal-Anness IX.

Meta l-kwalità u l-kompletezza tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu mhumiex konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 48(1), l-Artikolu 49, l-Artikolu 50(1), l-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 79(3), il-Kummissjoni għandha titlob informazzjoni kumplimentari mill-Istat Membru kkonċernat. Fi żmien raġonevoli, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni statistika nieqsa mitluba mill-Kummissjoni.

2.   Sat-18 ta’ April 2017 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport statistiku lill-Kummissjoni għall-akkwist li kien ikun kopert b’din id-Direttiva kieku l-valur tiegħu qabeż il-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 4, li jindika stima tal-valur totali aggregat ta’ akkwist bħal dan matul il-perijodu kkonċernat. Dik l-istima tista’ b’mod partikolari tiġi bbażata fuq data disponibbli skont rekwiżiti tal-pubblikazzjoni nazzjonali jew fuq stimi bbażati fuq kampjuni.

Dak ir-rapport jista’ jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 83(3).

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni informazzjoni dwar l-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom relatata mal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar ta’ din id-Direttiva, kif ukoll dwar l-inizjattivi nazzjonali meħuda sabiex tingħata gwida jew tiġi assistita l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwisti pubbliċi, jew inkella sabiex tingħata tweġiba għall-isfidi għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

Dik l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 83(3).

Artikolu 86

Kooperazzjoni amministrattiva

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, u għandhom jimplimentaw miżuri għall-kooperazzjoni effettiva bejniethom sabiex jiżguraw skambju ta’ informazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 42, 43, 44, 57, 59, 60, 62, 64 u 69. Għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jiskambjaw informazzjoni b’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data msemmija fid-Direttivi 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40) u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41).

3.   Sabiex tiġi ttestjata l-adattabilità tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilit minn Regolament (UE) Nru 1024/2012 għall-finijiet li tiġi skambjata informazzjoni koperta minn din id-Direttiva, proġett pilota għandha tiġi mnedija sat-18 ta’ April 2015.

TITOLU V

SETGĦAT IDDELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 87

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 6, 22, 23, 56, u 68 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu mhux determinat ta’ żmien mis-17 ta’ April 2014.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 22, 23, 56, u 68 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 6, 22, 23, 56, u 68 għandu jidħol fis-seħħ biss fejn ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 88

Proċedura ta’ urġenza

1.   Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(5). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni li ssir oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 89

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE (42). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 90

Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-18 ta’ April 2016. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1) sat-18 ta’ Ottubru 2018, ħlief meta l-użu ta’ mezzi elettroniċi huwa obbligatorju skont l-Artikoli 34, 35 jew 36, l-Artikolu 37(3), l-Artikolu 51(2) jew l-Artikolu 53.

Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1) għal korpi ċentrali għall-akkwisti sat-18 ta’ April 2017.

Meta Stat Membru jagħżel li jipposponi l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1), dak l-Istat Membru għandu jipprovdi li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu bejn il-mezzi ta’ komunikazzjoni li ġejjin għal kull komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni:

(a)

mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 22;

(b)

posta jew mezzi ta’ ġarr adatti oħra;

(c)

fax;

(d)

taħlita ta’ dawk il-mezzi.

3.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(2) sat-18 ta’ April 2018.

4.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) sat-18 ta’ Ottubru 2018.

5.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 61(2) sat-18 ta’ Ottubru 2018.

6.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 sa 1d, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

7.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 91

Tħassir

Id-Direttiva 2004/18/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ April 2016.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XV.

Artikolu 92

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern, b’mod partikolari f’termini ta’ fatturi bħall-għoti transkonfinali ta’ kuntratti u spejjeż tat-transazzjoni, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

Il-Kummissjoni għandha, fejn possibbli u adegwat, tikkunsidra li tissuġġerixxi żieda fl-ammonti massimi applikabbli taħt il-FAP matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss. Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti massimi applikabbli taħt il-FAP, ir-rapport għandu, fejn dan ikun adegwat, ikun segwit minn proposta għal att legali li temenda l-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 93

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 94

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 84.

(2)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 49.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014.

(4)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.).

(6)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(7)  Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(9)  Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (ara paġna 243 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.).

(11)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(12)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(13)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(14)  Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33).

(15)  Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

(16)  Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(17)  Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).

(18)  Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU - Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Vol. 01 p. 51).

(19)  Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).

(20)  Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

(21)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(22)  Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(23)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(24)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(25)  Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).

(26)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(27)  Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(28)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36).

(29)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 66).

(30)  Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(31)  Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(32)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(33)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(34)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(35)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

(36)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(37)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(38)  Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(39)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124 of 20.5.2003, p. 36).

(40)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(41)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(42)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi (ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15).


ANNESS I

AWTORITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI

IL-BELĠJU

1.

Services publics fédéraux (Ministeri):

1.

Federale Overheidsdiensten (Ministeri):

SPF Chancellerie du Premier Ministre;

FOD Kanselarij van de Eerste Minister;

SPF Personnel et Organisation;

FOD Kanselarij Personeel en Organisatie;

SPF Budget et Contrôle de la Gestion;

FOD Budget en Beheerscontrole;

SPF Technologie de l’Information et de la Communication (Fedict);

FOD Informatie- en Communicatietechnologie (Fedict);

SPF Affaires étrangères, Commerce extérieur et Coopération au Développement;

FOD Buitenlandse Zaken, Buitenlandse Handel en Ontwikkelingssamenwerking;

SPF Intérieur;

FOD Binnenlandse Zaken;

SPF Finances;

FOD Financiën;

SPF Mobilité et Transports;

FOD Mobiliteit en Vervoer;

SPF Emploi, Travail et Concertation sociale;

FOD Werkgelegenheid, Arbeid en sociaal overleg

SPF Sécurité Sociale et Institutions publiques de Sécurité Sociale;

FOD Sociale Zekerheid en Openbare Instellingen van sociale Zekerheid

SPF Santé publique, Sécurité de la Chaîne alimentaire et Environnement;

FOD Volksgezondheid, Veiligheid van de Voedselketen en Leefmilieu;

SPF Justice;

FOD Justitie;

SPF Economie, PME, Classes moyennes et Energie;

FOD Economie, KMO, Middenstand en Energie;

Ministère de la Défense;

Ministerie van Landsverdediging;

Service public de programmation Intégration sociale, Lutte contre la pauvreté et Economie sociale;

Programmatorische Overheidsdienst Maatschappelijke Integratie, Armoedsbestrijding en sociale Economie;

Service public fédéral de Programmation Développement durable;

Programmatorische federale Overheidsdienst Duurzame Ontwikkeling;

Service public fédéral de Programmation Politique scientifique;

Programmatorische federale Overheidsdienst Wetenschapsbeleid;

2.

Régie des Bâtiments;

2.

Regie der Gebouwen;

Office national de Sécurité sociale;

Rijksdienst voor sociale Zekerheid;

Institut national d’Assurance sociales pour travailleurs indépendants

Rijksinstituut voor de sociale Verzekeringen der Zelfstandigen;

Institut national d’Assurance Maladie-Invalidité;

Rijksinstituut voor Ziekte- en Invaliditeitsverzekering;

Office national des Pensions;

Rijksdienst voor Pensioenen;

Caisse auxiliaire d’Assurance Maladie-Invalidité;

Hulpkas voor Ziekte-en Invaliditeitsverzekering;

Fond des Maladies professionnelles;

Fonds voor Beroepsziekten;

Office national de l’Emploi;

Rijksdienst voor Arbeidsvoorziening

IL-BULGARIJA

Администрация на Народното събрание

Aдминистрация на Президента

Администрация на Министерския съвет

Конституционен съд

Българска народна банка

Министерство на външните работи

Министерство на вътрешните работи

Министерство на държавната администрация и административната реформа

Министерство на извънредните ситуации

Министерство на земеделието и храните

Министерство на здравеопазването

Министерство на икономиката и енергетиката

Министерство на културата

Министерство на образованието и науката

Министерство на околната среда и водите

Министерство на отбраната

Министерство на правосъдието

Министерство на регионалното развитие и благоустройството

Министерство на транспорта

Министерство на труда и социалната политика

Министерство на финансите

Aġenziji tal-Istat, kummissjonijiet tal-Istat, aġenziji eżekuttivi u awtoritajiet statali oħrajn stabbiliti bil-liġi jew b’Digriet tal-Kunsill tal-Ministri li għandhom funzjoni relatata mal-eżerċizzju tal-poter eżekuttiv:

Агенция за ядрено регулиране

Висшата атестационна комисия

Държавна комисия за енергийно и водно регулиране

Държавна комисия по сигурността на информацията

Комисия за защита на конкуренцията

Комисия за защита на личните данни

Комисия за защита от дискриминация

Комисия за регулиране на съобщенията

Комисия за финансов надзор

Патентно ведомство на Република България

Сметна палата на Република България

Агенция за приватизация

Агенция за следприватизационен контрол

Български институт по метрология

Държавна агенция “Архиви”

Държавна агенция “Държавен резерв и военновременни запаси”

Държавна агенция “Национална сигурност”

Държавна агенция за бежанците

Държавна агенция за българите в чужбина

Държавна агенция за закрила на детето

Държавна агенция за информационни технологии и съобщения

Държавна агенция за метрологичен и технически надзор

Държавна агенция за младежта и спорта

Държавна агенция по горите

Държавна агенция по туризма

Държавна комисия по стоковите борси и тържища

Институт по публична администрация и европейска интеграция

Национален статистически институт

Национална агенция за оценяване и акредитация

Националната агенция за професионално образование и обучение

Национална комисия за борба с трафика на хора

Агенция “Митници”

Агенция за държавна и финансова инспекция

Агенция за държавни вземания

Агенция за социално подпомагане

Агенция за хората с увреждания

Агенция по вписванията

Агенция по геодезия, картография и кадастър

Агенция по енергийна ефективност

Агенция по заетостта

Агенция по обществени поръчки

Българска агенция за инвестиции

Главна дирекция “Гражданска въздухоплавателна администрация”

Дирекция “Материално-техническо осигуряване и социално обслужване” на Министерство на вътрешните работи

Дирекция “Оперативно издирване” на Министерство на вътрешните работи

Дирекция “Финансово-ресурсно осигуряване” на Министерство на вътрешните работи

Дирекция за национален строителен контрол

Държавна комисия по хазарта

Изпълнителна агенция “Автомобилна администрация”

Изпълнителна агенция “Борба с градушките”

Изпълнителна агенция “Българска служба за акредитация”

Изпълнителна агенция “Военни клубове и информация”

Изпълнителна агенция “Главна инспекция по труда”

Изпълнителна агенция “Държавна собственост на Министерството на отбраната”

Изпълнителна агенция “Железопътна администрация”

Изпълнителна агенция “Изпитвания и контролни измервания на въоръжение, техника и имущества”

Изпълнителна агенция “Морска администрация”

Изпълнителна агенция “Национален филмов център”

Изпълнителна агенция “Пристанищна администрация”

Изпълнителна агенция “Проучване и поддържане на река Дунав”

Изпълнителна агенция “Социални дейности на Министерството на отбраната”

Изпълнителна агенция за икономически анализи и прогнози

Изпълнителна агенция за насърчаване на малките и средни предприятия

Изпълнителна агенция по лекарствата

Изпълнителна агенция по лозата и виното

Изпълнителна агенция по околна среда

Изпълнителна агенция по почвените ресурси

Изпълнителна агенция по рибарство и аквакултури

Изпълнителна агенция по селекция и репродукция в животновъдството

Изпълнителна агенция по сортоизпитване, апробация и семеконтрол

Изпълнителна агенция по трансплантация

Изпълнителна агенция по хидромелиорации

Комисията за защита на потребителите

Контролно-техническата инспекция

Национален център за информация и документация

Национален център по радиобиология и радиационна защита

Национална агенция за приходите

Национална ветеринарномедицинска служба

Национална служба “Полиция”

Национална служба “Пожарна безопасност и защита на населението”

Национална служба за растителна защита

Национална служба за съвети в земеделието

Национална служба по зърното и фуражите

Служба “Военна информация”

Служба “Военна полиция”

Фонд “Републиканска пътна инфраструктура”

Авиоотряд 28

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo dopravy

Ministerstvo financí

Ministerstvo kultury

Ministerstvo obrany

Ministerstvo pro místní rozvoj

Ministerstvo práce a sociálních věcí

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Ministerstvo spravedlnosti

Ministerstvo školství, mládeže a tělovýchovy

Ministerstvo vnitra

Ministerstvo zahraničních věcí

Ministerstvo zdravotnictví

Ministerstvo zemědělství

Ministerstvo životního prostředí

Poslanecká sněmovna PČR

Senát PČR

Kancelář prezidenta

Český statistický úřad

Český úřad zeměměřičský a katastrální

Úřad průmyslového vlastnictví

Úřad pro ochranu osobních údajů

Bezpečnostní informační služba

Národní bezpečnostní úřad

Česká akademie věd

Vězeňská služba

Český báňský úřad

Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

Správa státních hmotných rezerv

Státní úřad pro jadernou bezpečnost

Česká národní banka

Energetický regulační úřad

Úřad vlády České republiky

Ústavní soud

Nejvyšší soud

Nejvyšší správní soud

Nejvyšší státní zastupitelství

Nejvyšší kontrolní úřad

Kancelář Veřejného ochránce práv

Grantová agentura České republiky

Státní úřad inspekce práce

Český telekomunikační úřad

ID-DANIMARKA

Folketinget

Rigsrevisionen

Statsministeriet

Udenrigsministeriet

Beskæftigelsesministeriet

5 styrelser og institutioner (5 aġenziji u istituzzjonijiet)

Domstolsstyrelsen

Finansministeriet

5 styrelser og institutioner (5 aġenziji u istituzzjonijiet)

Forsvarsministeriet

5 styrelser og institutioner (5 aġenziji u istituzzjonijiet)

Ministeriet for Sundhed og Forebyggelse

Adskillige styrelser og institutioner, herunder Statens Serum Institut (Diversi aġenziji u istituzzjonijiet, inkluż Statens Serum Institut)

Justitsministeriet

Rigspolitichefen, anklagemyndigheden samt 1 direktorat og et antal styrelser (il-Kummissarju tal-Pulizija, il-prosekutur pubbliku, direttorat 1 u għadd ta’ aġenziji)

Kirkeministeriet

10 stiftsøvrigheder (10 awtoritajiet tad-djoċesi)

Kulturministeriet – Ministeru tal-Kultura

4 styrelser samt et antal statsinstitutioner (4 dipartimenti u għadd ta’ istituzzjonijiet)

Miljøministeriet

5 styrelser (5 aġenziji)

Ministeriet for Flygtninge, Invandrere og Integration

1 styrelse (aġenzija 1)

Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri

4 direktoraterog institutioner (4 direttorati u istituzzjonijiet)

Ministeriet for Videnskab, Teknologi og Udvikling

Adskillige styrelser og institutioner, Forskningscenter Risø og Statens uddannelsesbygninger (Diversi aġenziji u istituzzjonijiet, inkluż il-Laboratorju Nazzjonali ta’ Risoe u Bini Nazzjonali ta’ Riċerka u Edukazzjoni Daniża)

Skatteministeriet

1 styrelse og institutioner (aġenzija 1 u diversi istituzzjonijiet)

Velfærdsministeriet

3 styrelser og institutioner (3 aġenziji u diversi istituzzjonijiet)

Transportministeriet

7 styrelser og institutioner, herunder Øresundsbrokonsortiet (7 aġenziji u istituzzjonijet, inkluż Øresundsbrokonsortiet)

Undervisningsministeriet

3 styrelser, 4 undervisningsinstitutioner og 5 andre institutioner (3 aġenziji, 4 stabbilimenti edukattivi, 5 istituzzjonijiet oħra)

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Adskilligestyrelser og institutioner (Diversi aġenziji u istituzzjonijiet)

Klima- og Energiministeriet

3 styrelse og institutioner (3 aġenziji u istituzzjonijiet)

IL-ĠERMANJA

Auswärtiges Amt

Bundeskanzleramt

Bundesministerium für Arbeit und Soziales

Bundesministerium für Bildung und Forschung

Bundesministerium für Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz

Bundesministerium der Finanzen

Bundesministerium des Innern (oġġetti għall-użu ċivili biss)

Bundesministerium für Gesundheit

Bundesministerium für Familie, Senioren, Frauen und Jugend

Bundesministerium der Justiz

Bundesministerium für Verkehr, Bau und Stadtentwicklung

Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie

Bundesministerium für wirtschaftliche Zusammenarbeit und Entwicklung

Bundesministerium der Verteidigung (minbarra oġġetti militari)

Bundesministerium für Umwelt, Naturschutz und Reaktorsicherheit

L-ESTONJA

Vabariigi Presidendi Kantselei;

Eesti Vabariigi Riigikogu;

Eesti Vabariigi Riigikohus;

Riigikontroll;

Õiguskantsler;

Riigikantselei;

Rahvusarhiiv;

Haridus- ja Teadusministeerium;

Justiitsministeerium;

Kaitseministeerium;

Keskkonnaministeerium;

Kultuuriministeerium;

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium;

Põllumajandusministeerium;

Rahandusministeerium;

Siseministeerium;

Sotsiaalministeerium;

Välisministeerium;

Keeleinspektsioon;

Riigiprokuratuur;

Teabeamet;

Maa-amet;

Keskkonnainspektsioon;

Metsakaitse- ja Metsauuenduskeskus;

Muinsuskaitseamet;

Patendiamet;

Tarbijakaitseamet;

Riigihangete Amet;

Taimetoodangu Inspektsioon;

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet;

Veterinaar- ja Toiduamet

Konkurentsiamet;

Maksu- ja Tolliamet;

Statistikaamet;

Kaitsepolitseiamet;

Kodakondsus- ja Migratsiooniamet;

Piirivalveamet;

Politseiamet;

Eesti Kohtuekspertiisi Instituut;

Keskkriminaalpolitsei;

Päästeamet;

Andmekaitse Inspektsioon;

Ravimiamet;

Sotsiaalkindlustusamet;

Tööturuamet;

Tervishoiuamet;

Tervisekaitseinspektsioon;

Tööinspektsioon;

Lennuamet;

Maanteeamet;

Veeteede Amet;

Julgestuspolitsei;

Kaitseressursside Amet;

Kaitseväe Logistikakeskus;

Tehnilise Järelevalve Amet.

L-IRLANDA

President’s Establishment

Houses of the Oireachtas – [Il-Parlament]

Department of theTaoiseach – [Il-Prim Ministru]

Central Statistics Office

Department of Finance

Office of the Comptroller and Auditor General

Office of the Revenue Commissioners

Office of Public Works

State Laboratory

Office of the Attorney General

Office of the Director of Public Prosecutions

Valuation Office

Office of the Commission for Public Service Appointments

Public Appointments Service

Office of the Ombudsman

Chief State Solicitor’s Office

Department of Justice, Equality and Law Reform

Courts Service

Prisons Service

Office of the Commissioners of Charitable Donations and Bequests

Department of the Environment, Heritage and Local Government

Department of Education and Science

Department of Communications, Energy and Natural Resources

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Department of Transport

Department of Health and Children

Department of Enterprise, Trade and Employment

Department of Arts, Sports and Tourism

Department of Defence

Department of Foreign Affairs

Department of Social and Family Affairs

Department of Community, Rural and Gaeltacht – [reġjuni fejn hu mitkellem il-Gaeliku] Affairs

Arts Council

National Gallery.

IL-GREĊJA

Υπουργείο Εσωτερικών;

Υπουργείο Εσωτερικών;

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών;

Υπουργείο Ανάπτυξης;

Υπουργείο Δικαιοσύνης;

Υπουργείο Εθνικής Παιδείας και Θρησκευμάτων;

Υπουργείο Πολιτισμού;

Υπουργείο Υγείας και Κοινωνικής Αλληλεγγύης;

Υπουργείο Περιβάλλοντος, Χωροταξίας και Δημοσίων Έργων;

Υπουργείο Απασχόλησης και Κοινωνικής Προστασίας;

Υπουργείο Μεταφορών και Επικοινωνιών;

Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων;

Υπουργείο Εμπορικής Ναυτιλίας, Αιγαίου και Νησιωτικής Πολιτικής;

Υπουργείο Μακεδονίας- Θράκης;

Γενική Γραμματεία Επικοινωνίας;

Γενική Γραμματεία Ενημέρωσης;

Γενική Γραμματεία Νέας Γενιάς;

Γενική Γραμματεία Ισότητας;

Γενική Γραμματεία Κοινωνικών Ασφαλίσεων;

Γενική Γραμματεία Απόδημου Ελληνισμού;

Γενική Γραμματεία Βιομηχανίας;

Γενική Γραμματεία Έρευνας και Τεχνολογίας;

Γενική Γραμματεία Αθλητισμού;

Γενική Γραμματεία Δημοσίων Έργων;

Γενική Γραμματεία Εθνικής Στατιστικής Υπηρεσίας Ελλάδος;

Εθνικό Συμβούλιο Κοινωνικής Φροντίδας;

Οργανισμός Εργατικής Κατοικίας;

Εθνικό Τυπογραφείο;

Γενικό Χημείο του Κράτους;

Ταμείο Εθνικής Οδοποιίας;

Εθνικό Καποδιστριακό Πανεπιστήμιο Αθηνών;

Αριστοτέλειο Πανεπιστήμιο Θεσσαλονίκης;

Δημοκρίτειο Πανεπιστήμιο Θράκης;

Πανεπιστήμιο Αιγαίου;

Πανεπιστήμιο Ιωαννίνων;

Πανεπιστήμιο Πατρών;

Πανεπιστήμιο Μακεδονίας;

Πολυτεχνείο Κρήτης;

Σιβιτανίδειος Δημόσια Σχολή Τεχνών και Επαγγελμάτων;

Αιγινήτειο Νοσοκομείο;

Αρεταίειο Νοσοκομείο;

Εθνικό Κέντρο Δημόσιας Διοίκησης;

Οργανισμός Διαχείρισης Δημοσίου Υλικού;

Οργανισμός Γεωργικών Ασφαλίσεων;

Οργανισμός Σχολικών Κτιρίων;

Γενικό Επιτελείο Στρατού;

Γενικό Επιτελείο Ναυτικού;

Γενικό Επιτελείο Αεροπορίας;

Ελληνική Επιτροπή Ατομικής Ενέργειας;

Γενική Γραμματεία Εκπαίδευσης Ενηλίκων;

Υπουργείο Εθνικής Άμυνας;

Γενική Γραμματεία Εμπορίου.

SPANJA

Presidencia de Gobierno

Ministerio de Asuntos Exteriores y de Cooperación

Ministerio de Justicia

Ministerio de Defensa

Ministerio de Economía y Hacienda

Ministerio del Interior

Ministerio de Fomento

Ministerio de Educación, Política Social y Deportes

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Ministerio de Trabajo e Inmigración

Ministerio de la Presidencia

Ministerio de Administraciones Públicas

Ministerio de Cultura

Ministerio de Sanidad y Consumo

Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino

Ministerio de Vivienda

Ministerio de Ciencia e Innovación

Ministerio de Igualdad

FRANZA

1.   Ministeri

Services du Premier ministre

Ministère chargé de la santé, de la jeunesse et des sports

Ministère chargé de l’intérieur, de l’outre-mer et des collectivités territoriales

Ministère chargé de la justice

Ministère chargé de la défense

Ministère chargé des affaires étrangères et européennes

Ministère chargé de l’éducation nationale

Ministère chargé de l’économie, des finances et de l’emploi

Secrétariat d’Etat aux transports

Secrétariat d’Etat aux entreprises et au commerce extérieur

Ministère chargé du travail, des relations sociales et de la solidarité

Ministère chargé de la culture et de la communication

Ministère chargé du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Ministère chargé de l’agriculture et de la pêche

Ministère chargé de l’enseignement supérieur et de la recherche

Ministère chargé de l’écologie, du développement et de l’aménagement durables

Secrétariat d’Etat à la fonction publique

Ministère chargé du logement et de la ville

Secrétariat d’Etat à la coopération et à la francophonie

Secrétariat d’Etat à l’outre-mer

Secrétariat d’Etat à la jeunesse, des sports et de la vie associative

Secrétariat d’Etat aux anciens combattants

Ministère chargé de l’immigration, de l’intégration, de l’identité nationale et du co-développement

Secrétariat d’Etat en charge de la prospective et de l’évaluation des politiques publiques

Secrétariat d’Etat aux affaires européennes,

Secrétariat d’Etat aux affaires étrangères et aux droits de l’homme

Secrétariat d’Etat à la consommation et au tourisme

Secrétariat d’Etat à la politique de la ville

Secrétariat d’Etat à la solidarité

Secrétariat d’Etat en charge de l’industrie et de la consommation

Secrétariat d’Etat en charge de l’emploi

Secrétariat d’Etat en charge du commerce, de l’artisanat, des PME, du tourisme et des services

Secrétariat d’Etat en charge de l’écologie

Secrétariat d’Etat en charge du développement de la région-capitale

Secrétariat d’Etat en charge de l’aménagement du territoire

2.   Istituzzjonijiet, awtoritajiet indipendenti u ġurisdizzjonijiet

Présidence de la République

Assemblée Nationale

Sénat

Conseil constitutionnel

Conseil économique et social

Conseil supérieur de la magistrature

Agence française contre le dopage

Autorité de contrôle des assurances et des mutuelles

Autorité de contrôle des nuisances sonores aéroportuaires

Autorité de régulation des communications électroniques et des postes

Autorité de sûreté nucléaire

Autorité indépendante des marchés financiers

Comité national d’évaluation des établissements publics à caractère scientifique, culturel et professionnel

Commission d’accès aux documents administratifs

Commission consultative du secret de la défense nationale

Commission nationale des comptes de campagne et des financements politiques

Commission nationale de contrôle des interceptions de sécurité

Commission nationale de déontologie de la sécurité

Commission nationale du débat public

Commission nationale de l’informatique et des libertés

Commission des participations et des transferts

Commission de régulation de l’énergie

Commission de la sécurité des consommateurs

Commission des sondages

Commission de la transparence financière de la vie politique

Conseil de la concurrence

Conseil des ventes volontaires de meubles aux enchères publiques

Conseil supérieur de l’audiovisuel

Défenseur des enfants

Haute autorité de lutte contre les discriminations et pour l’égalité

Haute autorité de santé

Médiateur de la République

Cour de justice de la République

Tribunal des Conflits

Conseil d’Etat

Cours administratives d’appel

Tribunaux administratifs

Cour des Comptes

Chambres régionales des Comptes

Cours et tribunaux de l’ordre judiciaire (Cour de Cassation, Cours d’Appel, Tribunaux d’instance et Tribunaux de grande instance)

3.   Stabbilimenti pubbliċi nazzjonali

Académie de France à Rome

Académie de marine

Académie des sciences d’outre-mer

Académie des technologies

Agence centrale des organismes de sécurité sociale (ACOSS)

Agence de biomédicine

Agence pour l’enseignement du français à l’étranger

Agence française de sécurité sanitaire des aliments

Agence française de sécurité sanitaire de l’environnement et du travail

Agence Nationale pour la cohésion sociale et l’égalité des chances

Agence nationale pour la garantie des droits des mineurs

Agences de l’eau

Agence Nationale de l’Accueil des Etrangers et des migrations

Agence nationale pour l’amélioration des conditions de travail (ANACT)

Agence nationale pour l’amélioration de l’habitat (ANAH)

Agence Nationale pour la Cohésion Sociale et l’Egalité des Chances

Agence nationale pour l’indemnisation des français d’outre-mer (ANIFOM)

Assemblée permanente des chambres d’agriculture (APCA)

Bibliothèque publique d’information

Bibliothèque nationale de France

Bibliothèque nationale et universitaire de Strasbourg

Caisse des Dépôts et Consignations

Caisse nationale des autoroutes (CNA)

Caisse nationale militaire de sécurité sociale (CNMSS)

Caisse de garantie du logement locatif social

Casa de Velasquez

Centre d’enseignement zootechnique

Centre d’études de l’emploi

Centre d’études supérieures de la sécurité sociale

Centres de formation professionnelle et de promotion agricole

Centre hospitalier des Quinze-Vingts

Centre international d’études supérieures en sciences agronomiques (Montpellier Sup Agro)

Centre des liaisons européennes et internationales de sécurité sociale

Centre des Monuments Nationaux

Centre national d’art et de culture Georges Pompidou

Centre national des arts plastiques

Centre national de la cinématographie

Centre National d’Etudes et d’expérimentation du machinisme agricole, du génie rural, des eaux et des forêts (CEMAGREF)

Centre national du livre

Centre national de documentation pédagogique

Centre national des œuvres universitaires et scolaires (CNOUS)

Centre national professionnel de la propriété forestière

Centre National de la Recherche Scientifique (C.N.R.S)

Centres d’éducation populaire et de sport (CREPS)

Centres régionaux des œuvres universitaires (CROUS)

Collège de France

Conservatoire de l’espace littoral et des rivages lacustres

Conservatoire National des Arts et Métiers

Conservatoire national supérieur de musique et de danse de Paris

Conservatoire national supérieur de musique et de danse de Lyon

Conservatoire national supérieur d’art dramatique

Ecole centrale de Lille

Ecole centrale de Lyon

École centrale des arts et manufactures

École française d’archéologie d’Athènes

École française d’Extrême-Orient

École française de Rome

École des hautes études en sciences sociales

Ecole du Louvre

École nationale d’administration

École nationale de l’aviation civile (ENAC)

École nationale des Chartes

École nationale d’équitation

Ecole Nationale du Génie de l’Eau et de l’environnement de Strasbourg

Écoles nationales d’ingénieurs

Ecole nationale d’ingénieurs des industries des techniques agricoles et alimentaires de Nantes

Écoles nationales d’ingénieurs des travaux agricoles

École nationale de la magistrature

Écoles nationales de la marine marchande

École nationale de la santé publique (ENSP)

École nationale de ski et d’alpinisme

École nationale supérieure des arts décoratifs

École nationale supérieure des arts et techniques du théâtre

École nationale supérieure des arts et industries textiles Roubaix

Écoles nationales supérieures d’arts et métiers

École nationale supérieure des beaux-arts

École nationale supérieure de céramique industrielle

École nationale supérieure de l’électronique et de ses applications (ENSEA)

Ecole nationale supérieure du paysage de Versailles

Ecole Nationale Supérieure des Sciences de l’information et des bibliothécaires

Ecole nationale supérieure de la sécurité sociale

Écoles nationales vétérinaires

École nationale de voile

Écoles normales supérieures

École polytechnique

École technique professionnelle agricole et forestière de Meymac (Corrèze)

École de sylviculture Crogny (Aube)

École de viticulture et d’œnologie de la Tour- Blanche (Gironde)

École de viticulture — Avize (Marne)

Etablissement national d’enseignement agronomique de Dijon

Établissement national des invalides de la marine (ENIM)

Établissement national de bienfaisance Koenigswarter

Établissement public du musée et du domaine national de Versailles

Fondation Carnegie

Fondation Singer-Polignac

Haras nationaux

Hôpital national de Saint-Maurice

Institut des hautes études pour la science et la technologie

Institut français d’archéologie orientale du Caire

Institut géographique national

Institut National de l’origine et de la qualité

Institut national des hautes études de sécurité

Institut de veille sanitaire

Institut National d’enseignement supérieur et de recherche agronomique et agroalimentaire de Rennes

Institut National d’Etudes Démographiques (I.N.E.D)

Institut National d’Horticulture

Institut National de la jeunesse et de l’éducation populaire

Institut national des jeunes aveugles — Paris

Institut national des jeunes sourds — Bordeaux

Institut national des jeunes sourds — Chambéry

Institut national des jeunes sourds — Metz

Institut national des jeunes sourds — Paris

Institut national de physique nucléaire et de physique des particules (I.N.P.N.P.P)

Institut national de la propriété industrielle

Institut National de la Recherche Agronomique (I.N.R.A)

Institut National de la Recherche Pédagogique (I.N.R.P)

Institut National de la Santé et de la Recherche Médicale (I.N.S.E.R.M)

Institut national d’histoire de l’art (I.N.H.A.)

Institut national de recherches archéologiques préventives

Institut National des Sciences de l’Univers

Institut National des Sports et de l’Education Physique

Institut national supérieur de formation et de recherche pour l’éducation des jeunes handicapés et les enseignements inadaptés

Instituts nationaux polytechniques

Instituts nationaux des sciences appliquées

Institut national de recherche en informatique et en automatique (INRIA)

Institut national de recherche sur les transports et leur sécurité (INRETS)

Institut de Recherche pour le Développement

Instituts régionaux d’administration

Institut des Sciences et des Industries du vivant et de l’environnement (Agro Paris Tech)

Institut supérieur de mécanique de Paris

Institut Universitaires de Formation des Maîtres

Musée de l’armée

Musée Gustave-Moreau

Musée national de la marine

Musée national J.-J.-Henner

Musée du Louvre

Musée du Quai Branly

Muséum National d’Histoire Naturelle

Musée Auguste-Rodin

Observatoire de Paris

Office français de protection des réfugiés et apatrides

Office National des Anciens Combattants et des Victimes de Guerre (ONAC)

Office national de la chasse et de la faune sauvage

Office National de l’eau et des milieux aquatiques

Office national d’information sur les enseignements et les professions (ONISEP)

Office universitaire et culturel français pour l’Algérie

Ordre national de la Légion d’honneur

Palais de la découverte

Parcs nationaux

Universités

4.   Korpi nazzjonali pubbliċi oħra

Union des groupements d’achats publics (UGAP)

Agence Nationale pour l’emploi (A.N.P.E)

Caisse Nationale des Allocations Familiales (CNAF)

Caisse Nationale d’Assurance Maladie des Travailleurs Salariés (CNAMS)

Caisse Nationale d’Assurance-Vieillesse des Travailleurs Salariés (CNAVTS)

IL-KROAZJA

Hrvatski sabor

Predsjednik Republike Hrvatske

Ured predsjednika Republike Hrvatske

Ured predsjednika Republike Hrvatske po prestanku obnašanja dužnosti

Vlada Republike Hrvatske

uredi Vlade Republike Hrvatske

Ministarstvo gospodarstva

Ministarstvo regionalnog razvoja i fondova Europske unije

Ministarstvo financija

Ministarstvo obrane

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Ministarstvo unutarnjih poslova

Ministarstvo pravosuđa

Ministarstvo uprave

Ministarstvo poduzetništva i obrta

Ministarstvo rada i mirovinskog sustava

Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture

Ministarstvo poljoprivrede

Ministarstvo turizma

Ministarstvo zaštite okoliša i prirode

Ministarstvo graditeljstva i prostornog uređenja

Ministarstvo branitelja

Ministarstvo socijalne politike i mladih

Ministarstvo zdravlja

Ministarstvo znanosti, obrazovanja i sporta

Ministarstvo kulture

državne upravne organizacije

uredi državne uprave u županijama

Ustavni sud Republike Hrvatske

Vrhovni sud Republike Hrvatske

sudovi

Državno sudbeno vijeće

državna odvjetništva

Državnoodvjetničko vijeće

pravobraniteljstva

Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave

Hrvatska narodna banka

državne agencije i uredi

Državni ured za reviziju

L-ITALJA

Korpi ta’ xiri

Presidenza del Consiglio dei Ministri

Ministero degli Affari Esteri

Ministero dell’Interno

Ministero della Giustizia e Uffici giudiziari (esklużi “giudici di pace”)

Ministero della Difesa

Ministero dell’Economia e delle Finanze

Ministero dello Sviluppo Economico

Ministero delle Politiche Agricole, Alimentari e Forestali

Ministero dell’Ambiente, Tutela del Territorio e del Mare

Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

Ministero del Lavoro, della Salute e delle Politiche Sociali

Ministero dell’Istruzione, Università e Ricerca

Ministero per i Beni e le Attività culturali, comprensivo delle sue articolazioni periferiche

Korpi nazzjonali pubbliċi oħra:

CONSIP (Concessionaria Servizi Informatici Pubblici)

ĊIPRU

Προεδρία και Προεδρικό Μέγαρο

Γραφείο Συντονιστή Εναρμόνισης

Υπουργικό Συμβούλιο

Βουλή των Αντιπροσώπων

Δικαστική Υπηρεσία

Νομική Υπηρεσία της Δημοκρατίας

Ελεγκτική Υπηρεσία της Δημοκρατίας

Επιτροπή Δημόσιας Υπηρεσίας

Επιτροπή Εκπαιδευτικής Υπηρεσίας

Γραφείο Επιτρόπου Διοικήσεως

Επιτροπή Προστασίας Ανταγωνισμού

Υπηρεσία Εσωτερικού Ελέγχου

Γραφείο Προγραμματισμού

Γενικό Λογιστήριο της Δημοκρατίας

Γραφείο Επιτρόπου Προστασίας Δεδομένων Προσωπικού Χαρακτήρα

Γραφείο Εφόρου Δημοσίων Ενισχύσεων

Αναθεωρητική Αρχή Προσφορών

Υπηρεσία Εποπτείας και Ανάπτυξης Συνεργατικών Εταιρειών

Αναθεωρητική Αρχή Προσφύγων

Υπουργείο Άμυνας

Υπουργείο Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος

Τμήμα Γεωργίας

Κτηνιατρικές Υπηρεσίες

Τμήμα Δασών

Τμήμα Αναπτύξεως Υδάτων

Τμήμα Γεωλογικής Επισκόπησης

Μετεωρολογική Υπηρεσία

Τμήμα Αναδασμού

Υπηρεσία Μεταλλείων

Ινστιτούτο Γεωργικών Ερευνών

Τμήμα Αλιείας και Θαλάσσιων Ερευνών

Υπουργείο Δικαιοσύνης και Δημοσίας Τάξεως

Αστυνομία

Πυροσβεστική Υπηρεσία Κύπρου

Τμήμα Φυλακών

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Τμήμα Εφόρου Εταιρειών και Επίσημου Παραλήπτη

Υπουργείο Εργασίας και Κοινωνικών Ασφαλίσεων

Τμήμα Εργασίας

Τμήμα Κοινωνικών Ασφαλίσεων

Τμήμα Υπηρεσιών Κοινωνικής Ευημερίας

Κέντρο Παραγωγικότητας Κύπρου

Ανώτερο Ξενοδοχειακό Ινστιτούτο Κύπρου

Ανώτερο Τεχνολογικό Ινστιτούτο

Τμήμα Επιθεώρησης Εργασίας

Τμήμα Εργασιακών Σχέσεων

Υπουργείο Εσωτερικών

Επαρχιακές Διοικήσεις

Τμήμα Πολεοδομίας και Οικήσεως

Τμήμα Αρχείου Πληθυσμού και Μεταναστεύσεως

Τμήμα Κτηματολογίου και Χωρομετρίας

Γραφείο Τύπου και Πληροφοριών

Πολιτική Άμυνα

Υπηρεσία Μέριμνας και Αποκαταστάσεων Εκτοπισθέντων

Υπηρεσία Ασύλου

Υπουργείο Εξωτερικών

Υπουργείο Οικονομικών

Τελωνεία

Τμήμα Εσωτερικών Προσόδων

Στατιστική Υπηρεσία

Τμήμα Κρατικών Αγορών και Προμηθειών

Τμήμα Δημόσιας Διοίκησης και Προσωπικού

Κυβερνητικό Τυπογραφείο

Τμήμα Υπηρεσιών Πληροφορικής

Υπουργείο Παιδείας και Πολιτισμού

Υπουργείο Συγκοινωνιών και Έργων

Τμήμα Δημοσίων Έργων

Τμήμα Αρχαιοτήτων

Τμήμα Πολιτικής Αεροπορίας

Τμήμα Εμπορικής Ναυτιλίας

Τμήμα Οδικών Μεταφορών

Τμήμα Ηλεκτρομηχανολογικών Υπηρεσιών

Τμήμα Ηλεκτρονικών Επικοινωνιών

Υπουργείο Υγείας

Φαρμακευτικές Υπηρεσίες

Γενικό Χημείο

Ιατρικές Υπηρεσίες και Υπηρεσίες Δημόσιας Υγείας

Οδοντιατρικές Υπηρεσίες

Υπηρεσίες Ψυχικής Υγείας

IL-LATVJA

Ministeri, segretarjati ta’ Ministri għal assenjazzjonijiet speċjali, u l-istituti subordinati tagħhom

Aizsardzības ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Ārlietu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Bērnu un ģimenes lietu ministrija un tās padotībā esošas iestādes

Ekonomikas ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Finanšu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Iekšlietu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Izglītības un zinātnes ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Kultūras ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Labklājības ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Reģionālās attīstības un pašvaldības lietu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Satiksmes ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Tieslietu ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Veselības ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Vides ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Zemkopības ministrija un tās padotībā esošās iestādes

Īpašu uzdevumu ministra sekretariāti un to padotībā esošās iestādes

Satversmes aizsardzības birojs

Istituzzjoni oħra tal-istat

Augstākā tiesa

Centrālā vēlēšanu komisija

Finanšu un kapitāla tirgus komisija

Latvijas Banka

Prokuratūra un tās pārraudzībā esošās iestādes

Saeimas kanceleja un tās padotībā esošās iestādes

Satversmes tiesa

Valsts kanceleja un tās padotībā esošās iestādes

Valsts kontrole

Valsts prezidenta kanceleja

Tiesībsarga birojs

Nacionālā radio un televīzijas padome

Citas valsts iestādes, kuras nav ministriju padotībā (Istituzzjonijiet oħra tal-istati mhux subordinati għall-ministeri)

IL-LITWANJA

Prezidentūros kanceliarija

Seimo kanceliarija

Istituzzjonijiet fir-responsabbiltà tas-Seimas [Parlament]: Lietuvos mokslo taryba;

Seimo kontrolierių įstaiga;

Valstybės kontrolė;

Specialiųjų tyrimų tarnyba;

Valstybės saugumo departamentas;

Konkurencijos taryba;

Lietuvos gyventojų genocido ir rezistencijos tyrimo centras;

Vertybinių popierių komisija;

Ryšių reguliavimo tarnyba;

Nacionalinė sveikatos taryba;

Etninės kultūros globos taryba;

Lygių galimybių kontrolieriaus tarnyba;

Valstybinė kultūros paveldo komisija;

Vaiko teisių apsaugos kontrolieriaus įstaiga;

Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija;

Valstybinė lietuvių kalbos komisija;

Vyriausioji rinkimų komisija;

Vyriausioji tarnybinės etikos komisija;

Žurnalistų etikos inspektoriaus tarnyba.

Vyriausybės kanceliarija

Istituzzjonijiet fir-responsabbiltà tal-Vyriausybė [Gvern]:

Ginklų fondas;

Informacinės visuomenės plėtros komitetas;

Kūno kultūros ir sporto departamentas;

Lietuvos archyvų departamentas;

Mokestinių ginčų komisija;

Statistikos departamentas;

Tautinių mažumų ir išeivijos departamentas;

Valstybinė tabako ir alkoholio kontrolės tarnyba;

Viešųjų pirkimų tarnyba;

Narkotikų kontrolės departamentas;

Valstybinė atominės energetikos saugos inspekcija;

Valstybinė duomenų apsaugos inspekcija;

Valstybinė lošimų priežiūros komisija;

Valstybinė maisto ir veterinarijos tarnyba;

Vyriausioji administracinių ginčų komisija;

Draudimo priežiūros komisija;

Lietuvos valstybinis mokslo ir studijų fondas;

Lietuvių grįžimo į Tėvynę informacijos centras.

Konstitucinis Teismas

Lietuvos bankas

Aplinkos ministerija

Istituzzjonijiet taħt Aplinkos ministerija [Ministeru tal-Ambjent]:

Generalinė miškų urėdija;

Lietuvos geologijos tarnyba;

Lietuvos hidrometeorologijos tarnyba;

Lietuvos standartizacijos departamentas;

Nacionalinis akreditacijos biuras;

Valstybinė metrologijos tarnyba;

Valstybinė saugomų teritorijų tarnyba;

Valstybinė teritorijų planavimo ir statybos inspekcija.

Finansų ministerija

Istituzzjonijiet taħt Finansų ministerija [Ministeru tal-Finanzi]:

Muitinės departamentas;

Valstybės dokumentų technologinės apsaugos tarnyba;

Valstybinė mokesčių inspekcija;

Finansų ministerijos mokymo centras.

Krašto apsaugos ministerija

Istituzzjonijiet taħt Krašto apsaugos ministerija [Ministeru tad-Difiża Nazzjonali]:

Antrasis operatyvinių tarnybų departamentas;

Centralizuota finansų ir turto tarnyba;

Karo prievolės administravimo tarnyba;

Krašto apsaugos archyvas;

Krizių valdymo centras;

Mobilizacijos departamentas;

Ryšių ir informacinių sistemų tarnyba;

Infrastruktūros plėtros departamentas;

Valstybinis pilietinio pasipriešinimo rengimo centras.

Lietuvos kariuomenė

Krašto apsaugos sistemos kariniai vienetai ir tarnybos

Kultūros ministerija

Istituzzjonijiet taħt Kultūros ministerija [Ministeru tal-Kultura]:

Kultūros paveldo departamentas;

Valstybinė kalbos inspekcija.

Socialinės apsaugos ir darbo ministerija

Istituzzjonijiet taħt Socialinės apsaugos ir darbo ministerija [Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol]:

Garantinio fondo administracija;

Valstybės vaiko teisių apsaugos ir įvaikinimo tarnyba;

Lietuvos darbo birža;

Lietuvos darbo rinkos mokymo tarnyba;

Trišalės tarybos sekretoriatas;

Socialinių paslaugų priežiūros departamentas;

Darbo inspekcija;

Valstybinio socialinio draudimo fondo valdyba;

Neįgalumo ir darbingumo nustatymo tarnyba;

Ginčų komisija;

Techninės pagalbos neįgaliesiems centras;

Neįgaliųjų reikalų departamentas.

Susisiekimo ministerija

Istituzzjonijiet taħt Susisiekimo ministerija [Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni]:

Lietuvos automobilių kelių direkcija;

Valstybinė geležinkelio inspekcija;

Valstybinė kelių transporto inspekcija;

Pasienio kontrolės punktų direkcija.

Sveikatos apsaugos ministerija

Istituzzjonijiet taħt Sveikatos apsaugos ministerija [Ministeru tas-Saħħa]:

Valstybinė akreditavimo sveikatos priežiūros veiklai tarnyba;

Valstybinė ligonių kasa;

Valstybinė medicininio audito inspekcija;

Valstybinė vaistų kontrolės tarnyba;

Valstybinė teismo psichiatrijos ir narkologijos tarnyba;

Valstybinė visuomenės sveikatos priežiūros tarnyba;

Farmacijos departamentas;

Sveikatos apsaugos ministerijos Ekstremalių sveikatai situacijų centras;

Lietuvos bioetikos komitetas;

Radiacinės saugos centras.

Švietimo ir mokslo ministerija

Istituzzjonijiet taħt Švietimo ir mokslo ministerija [Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza]:

Nacionalinis egzaminų centras;

Studijų kokybės vertinimo centras.

Teisingumo ministerija

Istituzzjonijiet taħt Teisingumo ministerija [Ministeru tal-Ġustizzja]:

Kalėjimų departamentas;

Nacionalinė vartotojų teisių apsaugos taryba;

Europos teisės departamentas.

Ūkio ministerija

Istituzzjonijiet taħt Ūkio ministerija [Ministeru tal-Ekonomija]:

Įmonių bankroto valdymo departamentas;

Valstybinė energetikos inspekcija;

Valstybinė ne maisto produktų inspekcija;

Valstybinis turizmo departamentas.

Užsienio reikalų ministerija

Diplomatinės atstovybės ir konsulinės įstaigos užsienyje bei atstovybės prie tarptautinių organizacijų

Vidaus reikalų ministerija

Istituzzjonijiet taħt Vidaus reikalų ministerija [Ministeru tal-Intern]:

Asmens dokumentų išrašymo centras;

Finansinių nusikaltimų tyrimo tarnyba;

Gyventojų registro tarnyba;

Policijos departamentas;

Priešgaisrinės apsaugos ir gelbėjimo departamentas;

Turto valdymo ir ūkio departamentas;

Vadovybės apsaugos departamentas;

Valstybės sienos apsaugos tarnyba;

Valstybės tarnybos departamentas;

Informatikos ir ryšių departamentas;

Migracijos departamentas;

Sveikatos priežiūros tarnyba;

Bendrasis pagalbos centras.

Žemės ūkio ministerija

Istituzzjonijiet taħt Žemės ūkio ministerija [Ministeru tal-Agrikoltura]:

Nacionalinė mokėjimo agentūra;

Nacionalinė žemės tarnyba;

Valstybinė augalų apsaugos tarnyba;

Valstybinė gyvulių veislininkystės priežiūros tarnyba;

Valstybinė sėklų ir grūdų tarnyba;

Žuvininkystės departamentas

Teismai [Qrati]:

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas;

Lietuvos apeliacinis teismas;

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas;

apygardų teismai;

apygardų administraciniai teismai;

apylinkių teismai;

Nacionalinė teismų administracija

Generalinė prokuratūra

Entitajiet ta’ Amministrazzjoni Pubbliċi Ċentrali oħra (institucijos [istituzzjonijiet], įstaigos [stabbilimenti], tarnybos [aġenziji])

Aplinkos apsaugos agentūra;

Valstybinė aplinkos apsaugos inspekcija;

Aplinkos projektų valdymo agentūra;

Miško genetinių išteklių, sėklų ir sodmenų tarnyba;

Miško sanitarinės apsaugos tarnyba;

Valstybinė miškotvarkos tarnyba;

Nacionalinis visuomenės sveikatos tyrimų centras;

Lietuvos AIDS centras;

Nacionalinis organų transplantacijos biuras;

Valstybinis patologijos centras;

Valstybinis psichikos sveikatos centras;

Lietuvos sveikatos informacijos centras;

Slaugos darbuotojų tobulinimosi ir specializacijos centras;

Valstybinis aplinkos sveikatos centras;

Respublikinis mitybos centras;

Užkrečiamųjų ligų profilaktikos ir kontrolės centras;

Trakų visuomenės sveikatos priežiūros ir specialistų tobulinimosi centras;

Visuomenės sveikatos ugdymo centras;

Muitinės kriminalinė tarnyba;

Muitinės informacinių sistemų centras;

Muitinės laboratorija;

Muitinės mokymo centras;

Valstybinis patentų biuras;

Lietuvos teismo ekspertizės centras;

Centrinė hipotekos įstaiga;

Lietuvos metrologijos inspekcija;

Civilinės aviacijos administracija;

Lietuvos saugios laivybos administracija;

Transporto investicijų direkcija;

Valstybinė vidaus vandenų laivybos inspekcija;

Pabėgėlių priėmimo centras

IL-LUSSEMBURGU

Ministère d’Etat

Ministère des Affaires Etrangères et de l’Immigration

Ministère de l’Agriculture, de la Viticulture et du Développement Rural

Ministère des Classes moyennes, du Tourisme et du Logement

Ministère de la Culture, de l’Enseignement Supérieur et de la Recherche

Ministère de l’Economie et du Commerce extérieur

Ministère de l’Education nationale et de la Formation professionnelle

Ministère de l’Egalité des chances

Ministère de l’Environnement

Ministère de la Famille et de l’Intégration

Ministère des Finances

Ministère de la Fonction publique et de la Réforme administrative

Ministère de l’Intérieur et de l’Aménagement du territoire

Ministère de la Justice

Ministère de la Santé

Ministère de la Sécurité sociale

Ministère des Transports

Ministère du Travail et de l’Emploi

Ministère des Travaux publics

L-UNGERIJA

Egészségügyi Minisztérium

Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium

Gazdasági és Közlekedési Minisztérium

Honvédelmi Minisztérium

Igazságügyi és Rendészeti Minisztérium

Környezetvédelmi és Vízügyi Minisztérium

Külügyminisztérium

Miniszterelnöki Hivatal

Oktatási és Kulturális Minisztérium

Önkormányzati és Területfejlesztési Minisztérium

Pénzügyminisztérium

Szociális és Munkaügyi Minisztérium

Központi Szolgáltatási Főigazgatóság

MALTA

Uffiċċju tal-Prim Ministru (Office of the Prime Minister)

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali (Ministry for the Family and Social Solidarity)

Ministeru tal-Edukazzjoni Żgħażagħ u Impjieg (Ministry for Education Youth and Employment)

Ministeru tal-Finanzi (Ministry of Finance)

Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura (Ministry for Resources and Infrastructure)

Ministeru tat-Turiżmu u Kultura (Ministry for Tourism and Culture)

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern (Ministry for Justice and Home Affairs)

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent (Ministry for Rural Affairs and the Environment)

Ministeru għal Għawdex (Ministry for Gozo)

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ (Ministry of Health, the Elderly and Community Care)

Ministeru tal-Affarijiet Barranin (Ministry of Foreign Affairs)

Ministeru għall-Investimenti, l-Industrija u t-Teknologija ta’ Informazzjoni (Ministry for Investment, Industry and Information Technology)

Ministeru għall-Kompetittivà u l-Komunikazzjoni (Ministry for Competitiveness and Communications)

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq (Ministry for Urban Development and Roads)

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Ministerie van Algemene Zaken

Bestuursdepartement

Bureau van de Wetenschappelijke Raad voor het Regeringsbeleid

Rijksvoorlichtingsdienst

Ministerie van Binnenlandse Zaken en Koninkrijksrelaties

Bestuursdepartement

Centrale Archiefselectiedienst (CAS)

Algemene Inlichtingen- en Veiligheidsdienst (AIVD)

Agentschap Basisadministratie Persoonsgegevens en Reisdocumenten (BPR)

Agentschap Korps Landelijke Politiediensten

Ministerie van Buitenlandse Zaken

Directoraat-generaal Regiobeleid en Consulaire Zaken (DGRC)

Directoraat-generaal Politieke Zaken (DGPZ)

Directoraat-generaal Internationale Samenwerking (DGIS)

Directoraat-generaal Europese Samenwerking (DGES)

Centrum tot Bevordering van de Import uit Ontwikkelingslanden (CBI)

Centrale diensten ressorterend onder S/PlvS (Servizzi ta’ Appoġġ li jaqgħu taħt is-Segretarju Ġenerali u l-Viċi Segretarju Ġenerali)

Buitenlandse Posten (ieder afzonderlijk)

Ministerie van Defensie — (Ministeru tad-Difiża)

Bestuursdepartement

Commando Diensten Centra (CDC)

Defensie Telematica Organisatie (DTO)

Centrale directie van de Defensie Vastgoed Dienst

De afzonderlijke regionale directies van de Defensie Vastgoed Dienst

Defensie Materieel Organisatie (DMO)

Landelijk Bevoorradingsbedrijf van de Defensie Materieel Organisatie

Logistiek Centrum van de Defensie Materieel Organisatie

Marinebedrijf van de Defensie Materieel Organisatie

Defensie Pijpleiding Organisatie (DPO)

Ministerie van Economische Zaken

Bestuursdepartement

Centraal Planbureau (CPB)

SenterNovem

Staatstoezicht op de Mijnen (SodM)

Nederlandse Mededingingsautoriteit (NMa)

Economische Voorlichtingsdienst (EVD)

Agentschap Telecom

Kenniscentrum Professioneel & Innovatief Aanbesteden, Netwerk voor Overheidsopdrachtgevers (PIANOo)

Regiebureau Inkoop Rijksoverheid

Octrooicentrum Nederland

Consumentenautoriteit

Ministerie van Financiën

Bestuursdepartement

Belastingdienst Automatiseringscentrum

Belastingdienst

de afzonderlijke Directies der Rijksbelastingen (id-diversi Taqsimiet tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana fil-Pajjiżi l-Baxxi kollha)

Fiscale Inlichtingen- en Opsporingsdienst (inkl. Economische Controle dienst (ECD))

Belastingdienst Opleidingen

Dienst der Domeinen

Ministerie van Justitie

Bestuursdepartement

Dienst Justitiële Inrichtingen

Raad voor de Kinderbescherming

Centraal Justitie Incasso Bureau

Openbaar Ministerie

Immigratie en Naturalisatiedienst

Nederlands Forensisch Instituut

Dienst Terugkeer & Vertrek

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Bestuursdepartement

Dienst Regelingen (DR)

Agentschap Plantenziektenkundige Dienst (PD)

Algemene Inspectiedienst (AID)

Dienst Landelijk Gebied (DLG)

Voedsel en Waren Autoriteit (VWA)

Ministerie van Onderwijs, Cultuur en Wetenschappen

Bestuursdepartement

Inspectie van het Onderwijs

Erfgoedinspectie

Centrale Financiën Instellingen

Nationaal Archief

Adviesraad voor Wetenschaps- en Technologiebeleid

Onderwijsraad

Raad voor Cultuur

Ministerie van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

Bestuursdepartement

Inspectie Werk en Inkomen

Agentschap SZW

Ministerie van Verkeer en Waterstaat

Bestuursdepartement

Directoraat-Generaal Transport en Luchtvaart

Directoraat-generaal Personenvervoer

Directoraat-generaal Water

Centrale diensten (Servizzi Ċentrali)

Servizzi kondiviżi Organisatie Verkeer en Watersaat

Koninklijke Nederlandse Meteorologisch Instituut KNMI

Rijkswaterstaat, Bestuur

De afzonderlijke regionale Diensten van Rijkswaterstaat (Kull servizz reġjonali individwali tad-Direttorat Ġenerali tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Immaniġġar tal-Ilma)

De afzonderlijke specialistische diensten van Rijkswaterstaat (Kull servizz speċjali individwali tad-Direttorat Ġenerali tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Immaniġġar tal-Ilma)

Adviesdienst Geo-Informatie en ICT

Adviesdienst Verkeer en Vervoer (AVV)

Bouwdienst

Corporate Dienst

Data ICT Dienst

Dienst Verkeer en Scheepvaart

Dienst Weg- en Waterbouwkunde (DWW)

Rijksinstituut voor Kunst en Zee (RIKZ)

Rijksinstituut voor Integraal Zoetwaterbeheer en Afvalwaterbehandeling (RIZA)

Waterdienst

Inspectie Verkeer en Waterstaat, Hoofddirectie

Port state Control

Directie Toezichtontwikkeling Communicatie en Onderzoek (TCO)

Toezichthouder Beheer Eenheid Lucht

Toezichthouder Beheer Eenheid Water

Toezichthouder Beheer Eenheid Land

Ministerie van Volkshuisvesting, Ruimtelijke Ordening en Milieubeheer

Bestuursdepartement

Directoraat-generaal Wonen, Wijken en Integratie

Directoraat-generaal Ruimte

Directoraat-general Milieubeheer

Rijksgebouwendienst

VROM Inspectie

Ministerie van Volksgezondheid, Welzijn en Sport

Bestuursdepartement

Inspectie Gezondheidsbescherming, Waren en Veterinaire Zaken

Inspectie Gezondheidszorg

Inspectie Jeugdhulpverlening en Jeugdbescherming

Rijksinstituut voor de Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

Sociaal en Cultureel Planbureau

Agentschap t.b.v. het College ter Beoordeling van Geneesmiddelen

Tweede Kamer der Staten-Generaal

Eerste Kamer der Staten-Generaal

Raad van State

Algemene Rekenkamer

Nationale Ombudsman

Kanselarij der Nederlandse Orden

Kabinet der Koningin

Raad voor de rechtspraak en de Rechtbanken

L-AWSTRIJA

Bundeskanzleramt

Bundesministerium für europäische und internationale Angelegenheiten

Bundesministerium für Finanzen

Bundesministerium für Gesundheit, Familie und Jugend

Bundesministerium für Inneres

Bundesministerium für Justiz

Bundesministerium für Landesverteidigung

Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Bundesministerium für Soziales und Konsumentenschutz

Bundesministerium für Unterricht, Kunst und Kultur

Bundesministerium für Verkehr, Innovation und Technologie

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Bundesministerium für Wissenschaft und Forschung

Österreichische Forschungs- und Prüfzentrum Arsenal Gesellschaft m.b.H

Bundesbeschaffung G.m.b.H

Bundesrechenzentrum G.m.b.H

IL-POLONJA

Kancelaria Prezydenta RP

Kancelaria Sejmu RP

Kancelaria Senatu RP

Kancelaria Prezesa Rady Ministrów

Sąd Najwyższy

Naczelny Sąd Administracyjny

Wojewódzkie sądy administracyjne

Sądy powszechne — rejonowe, okręgowe i apelacyjne

Trybunał Konstytucyjny

Najwyższa Izba Kontroli

Biuro Rzecznika Praw Obywatelskich

Biuro Rzecznika Praw Dziecka

Biuro Ochrony Rządu

Biuro Bezpieczeństwa Narodowego

Centralne Biuro Antykorupcyjne

Ministerstwo Pracy i Polityki Społecznej

Ministerstwo Finansów

Ministerstwo Gospodarki

Ministerstwo Rozwoju Regionalnego

Ministerstwo Kultury i Dziedzictwa Narodowego

Ministerstwo Edukacji Narodowej

Ministerstwo Obrony Narodowej

Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi

Ministerstwo Skarbu Państwa

Ministerstwo Sprawiedliwości

Ministerstwo Infrastruktury

Ministerstwo Nauki i Szkolnictwa Wyższego

Ministerstwo Środowiska

Ministerstwo Spraw Wewnętrznych i Administracji

Ministerstwo Spraw Zagranicznych

Ministerstwo Zdrowia

Ministerstwo Sportu i Turystyki

Urząd Komitetu Integracji Europejskiej

Urząd Patentowy Rzeczypospolitej Polskiej

Urząd Regulacji Energetyki

Urząd do Spraw Kombatantów i Osób Represjonowanych

Urząd Transportu Kolejowego

Urząd Dozoru Technicznego

Urząd Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

Urząd do Spraw Repatriacji i Cudzoziemców

Urząd Zamówień Publicznych

Urząd Ochrony Konkurencji i Konsumentów

Urząd Lotnictwa Cywilnego

Urząd Komunikacji Elektronicznej

Wyższy Urząd Górniczy

Główny Urząd Miar

Główny Urząd Geodezji i Kartografii

Główny Urząd Nadzoru Budowlanego

Główny Urząd Statystyczny

Krajowa Rada Radiofonii i Telewizji

Generalny Inspektor Ochrony Danych Osobowych

Państwowa Komisja Wyborcza

Państwowa Inspekcja Pracy

Rządowe Centrum Legislacji

Narodowy Fundusz Zdrowia

Polska Akademia Nauk

Polskie Centrum Akredytacji

Polskie Centrum Badań i Certyfikacji

Polska Organizacja Turystyczna

Polski Komitet Normalizacyjny

Zakład Ubezpieczeń Społecznych

Komisja Nadzoru Finansowego

Naczelna Dyrekcja Archiwów Państwowych

Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego

Generalna Dyrekcja Dróg Krajowych i Autostrad

Państwowa Inspekcja Ochrony Roślin i Nasiennictwa

Komenda Główna Państwowej Straży Pożarnej

Komenda Główna Policji

Komenda Główna Straży Granicznej

Inspekcja Jakości Handlowej Artykułów Rolno-Spożywczych

Główny Inspektorat Ochrony Środowiska

Główny Inspektorat Transportu Drogowego

Główny Inspektorat Farmaceutyczny

Główny Inspektorat Sanitarny

Główny Inspektorat Weterynarii

Agencja Bezpieczeństwa Wewnętrznego

Agencja Wywiadu

Agencja Mienia Wojskowego

Wojskowa Agencja Mieszkaniowa

Agencja Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa

Agencja Rynku Rolnego

Agencja Nieruchomości Rolnych

Państwowa Agencja Atomistyki

Polska Agencja Żeglugi Powietrznej

Polska Agencja Rozwiązywania Problemów Alkoholowych

Agencja Rezerw Materiałowych

Narodowy Bank Polski

Narodowy Fundusz Ochrony Środowiska i Gospodarki Wodnej

Państwowy Fundusz Rehabilitacji Osób Niepełnosprawnych

Instytut Pamięci Narodowej — Komisja Ścigania Zbrodni Przeciwko Narodowi Polskiemu

Rada Ochrony Pamięci Walk i Męczeństwa

Służba Celna Rzeczypospolitej Polskiej

Państwowe Gospodarstwo Leśne “Lasy Państwowe”

Polska Agencja Rozwoju Przedsiębiorczości

Urzędy wojewódzkie

Samodzielne Publiczne Zakłady Opieki Zdrowotnej, jeśli ich organem założycielskim jest minister, centralny organ administracji rządowej lub wojewoda

IL-PORTUGALL

Presidência do Conselho de Ministros

Ministério das Finanças e da Administração Pública

Ministério da Defesa Nacional

Ministério dos Negócios Estrangeiros

Ministério da Administração Interna

Ministério da Justiça

Ministério da Economia e da Inovação

Ministério da Agricultura, Desenvolvimento Rural e Pescas

Ministério da Educação

Ministério da Ciência, Tecnologia e do Ensino Superior

Ministério da Cultura

Ministério da Saúde

Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social

Ministério das Obras Públicas, Transportes e Comunicações

Ministério do Ambiente, do Ordenamento do Território e do Desenvolvimento Regional

Presidença da Republica

Tribunal Constitucional

Tribunal de Contas

Provedoria de Justiça

IR-RUMANIJA

Administrația Prezidențială

Senatul României

Camera Deputaților

Inalta Curte de Casație și Justiție

Curtea Constituțională

Consiliul Legislativ

Curtea de Conturi

Consiliul Superior al Magistraturii

Parchetul de pe lângă Inalta Curte de Casație și Justiție

Secretariatul General al Guvernului

Cancelaria primului Ministru

Ministerul Afacerilor Externe

Ministerul Economiei și Finanțelor

Ministerul Justiției

Ministerul Apărării

Ministerul Internelor și Reformei Administrative

Ministerul Muncii, Familiei și Egalității de Sanse

Ministerul pentru Intreprinderi Mici și Mijlocii, Comerț, Turism și Profesii Liberale

Ministerul Agriculturii și Dezvoltării Rurale

Ministerul Transporturilor

Ministerul Dezvoltării, Lucrărilor Publice și Locuinței

Ministerul Educației Cercetării și Tineretului

Ministerul Sănătății Publice

Ministerul Culturii și Cultelor

Ministerul Comunicațiilor și Tehnologiei Informației

Ministerul Mediului și Dezvoltării Durabile

Serviciul Român de Informații

Serviciul de Informații Externe

Serviciul de Protecție și Pază

Serviciul de Telecomunicații Speciale

Consiliul Național al Audiovizualului

Consiliul Concurenței (CC)

Direcția Națională Anticorupție

Inspectoratul General de Poliție

Autoritatea Națională pentru Reglementarea și Monitorizarea Achizițiilor Publice

Consiliul Național de Soluționare a Contestațiilor

Autoritatea Națională de Reglementare pentru Serviciile Comunitare de Utilități Publice (ANRSC)

Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

Autoritatea Navală Română

Autoritatea Feroviară Română

Autoritatea Rutieră Română

Autoritatea Națională pentru Protecția Drepturilor Copilului

Autoritatea Națională pentru Persoanele cu Handicap

Autoritatea Națională pentru Turism

Autoritatea Națională pentru Restituirea Proprietăților

Autoritatea Națională pentru Tineret

Autoritatea Națională pentru Cercetare Stiințifica

Autoritatea Națională pentru Reglementare în Comunicații și Tehnologia Informației

Autoritatea Națională pentru Serviciile Societății Informaționale

Autoritatea Electorală Permanente

Agenția pentru Strategii Guvernamentale

Agenția Națională a Medicamentului

Agenția Națională pentru Sport

Agenția Națională pentru Ocuparea Forței de Muncă

Agenția Națională de Reglementare în Domeniul Energiei

Agenția Română pentru Conservarea Energiei

Agenția Națională pentru Resurse Minerale

Agenția Română pentru Investiții Străine

Agenția Națională pentru Intreprinderi Mici și Mijlocii și Cooperație

Agenția Națională a Funcționarilor Publici

Agenția Națională de Administrare Fiscală

Agenția de Compensare pentru Achiziții de Tehnică Specială

Agenția Națională Anti-doping

Agenția Nucleară

Agenția Națională pentru Protecția Familiei

Agenția Națională pentru Egalitatea de Sanse între Bărbați și Femei

Agenția Națională pentru Protecția Mediului

Agenția națională Antidrog

IS-SLOVENJA

Predsednik Republike Slovenije

Državni zbor Republike Slovenije

Državni svet Republike Slovenije

Varuh človekovih pravic

Ustavno sodišče Republike Slovenije

Računsko sodišče Republike Slovenije

Državna revizijska komisja za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

Slovenska akademija znanosti in umetnosti

Vladne službe

Ministrstvo za finance

Ministrstvo za notranje zadeve

Ministrstvo za zunanje zadeve

Ministrstvo za obrambo

Ministrstvo za pravosodje

Ministrstvo za gospodarstvo

Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano

Ministrstvo za promet

Ministrstvo za okolje in prostor

Ministrstvo za delo, družino in socialne zadeve

Ministrstvo za zdravje

Ministrstvo za javno upravo

Ministrstvo za šolstvo in šport

Ministrstvo za visoko šolstvo, znanost in tehnologijo

Ministrstvo za kulturo

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

višja sodišča

okrožna sodišča

okrajna sodišča

Vrhovno državno tožilstvo Republike Slovenije

Okrožna državna tožilstva

Državno pravobranilstvo

Upravno sodišče Republike Slovenije

Višje delovno in socialno sodišče

delovna sodišča

Davčna uprava Republike Slovenije

Carinska uprava Republike Slovenije

Urad Republike Slovenije za preprečevanje pranja denarja

Urad Republike Slovenije za nadzor prirejanja iger na srečo

Uprava Republike Slovenije za javna plačila

Urad Republike Slovenije za nadzor proračuna

Policija

Inšpektorat Republike Slovenije za notranje zadeve

Generalštab Slovenske vojske

Uprava Republike Slovenije za zaščito in reševanje

Inšpektorat Republike Slovenije za obrambo

Inšpektorat Republike Slovenije za varstvo pred naravnimi in drugimi nesrečami

Uprava Republike Slovenije za izvrševanje kazenskih sankcij

Urad Republike Slovenije za varstvo konkurence

Urad Republike Slovenije za varstvo potrošnikov

Tržni inšpektorat Republike Slovenije

Urad Republike Slovenije za intelektualno lastnino

Inšpektorat Republike Slovenije za elektronske komunikacije, elektronsko podpisovanje in pošto

Inšpektorat za energetiko in rudarstvo

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Inšpektorat Republike Slovenije za kmetijstvo, gozdarstvo in hrano

Fitosanitarna uprava Republike Slovenije

Veterinarska uprava Republike Slovenije

Uprava Republike Slovenije za pomorstvo

Direkcija Republike Slovenije za caste

Prometni inšpektorat Republike Slovenije

Direkcija za vodenje investicij v javno železniško infrastrukturo

Agencija Republike Slovenije za okolje

Geodetska uprava Republike Slovenije

Uprava Republike Slovenije za jedrsko varstvo

Inšpektorat Republike Slovenije za okolje in prostor

Inšpektorat Republike Slovenije za delo

Zdravstveni inšpektorat

Urad Republike Slovenije za kemikalije

Uprava Republike Slovenije za varstvo pred sevanji

Urad Republike Slovenije za meroslovje

Urad za visoko šolstvo

Urad Republike Slovenije za mladino

Inšpektorat Republike Slovenije za šolstvo in šport

Arhiv Republike Slovenije

Inšpektorat Republike Slovenije za kulturo in medije

Kabinet predsednika Vlade Republike Slovenije

Generalni sekretariat Vlade Republike Slovenije

Služba vlade za zakonodajo

Služba vlade za evropske zadeve

Služba vlade za lokalno samoupravo in regionalno politiko

Urad vlade za komuniciranje

Urad za enake možnosti

Urad za verske skupnosti

Urad za narodnosti

Urad za makroekonomske analize in razvoj

Statistični urad Republike Slovenije

Slovenska obveščevalno-varnostna agencija

Protokol Republike Slovenije

Urad za varovanje tajnih podatkov

Urad za Slovence v zamejstvu in po svetu

Služba Vlade Republike Slovenije za razvoj

Informacijski pooblaščenec

Državna volilna komisija

IS-SLOVAKKJA

Il-Ministeri u awtoritajiet governattivi ċentrali oħrajn li ssir referenza għalihom bħal fl-Att Nru 575/2001 Coll. dwar l-istruttura tal-attivitajiet tal-Gvern u l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni ċentrali tal-istat fil-formulazzjoni ta’ regolamenti aktar tard:

Kancelária Prezidenta Slovenskej republiky

Národná rada Slovenskej republiky

Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

Ministerstvo financií Slovenskej republiky

Ministerstvo dopravy, pôšt a telekomunikácií Slovenskej republiky

Ministerstvo pôdohospodárstva Slovenskej republiky

Ministerstvo výstavby a regionálneho rozvoja Slovenskej republiky

Ministerstvo vnútra Slovenskej republiky

Ministerstvo obrany Slovenskej republiky

Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky

Ministerstvo zahraničných vecí Slovenskej republiky

Ministerstvo práce, sociálnych vecí a rodiny Slovenskej republiky

Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky

Ministerstvo školstva Slovenskej republiky

Ministerstvo kultúry Slovenskej republiky

Ministerstvo zdravotníctva Slovenskej republiky

Úrad vlády Slovenskej republiky

Protimonopolný úrad Slovenskej republiky

Štatistický úrad Slovenskej republiky

Úrad geodézie, kartografie a katastra Slovenskej republiky

Úrad jadrového dozoru Slovenskej republiky

Úrad pre normalizáciu, metrológiu a skúšobníctvo Slovenskej republiky

Úrad pre verejné obstarávanie

Úrad priemyselného vlastníctva Slovenskej republiky

Správa štátnych hmotných rezerv Slovenskej republiky

Národný bezpečnostný úrad

Ústavný súd Slovenskej republiky

Najvyšši súd Slovenskej republiky

Generálna prokuratura Slovenskej republiky

Najvyšši kontrolný úrad Slovenskej republiky

Telekomunikačný úrad Slovenskej republiky

Úrad priemyselného vlastníctva Slovenskej republiky

Úrad pre finančný trh

Úrad na ochranu osobn ý ch udajov

Kancelária verejneho ochranu prav

IL-FINLANDJA

Oikeuskanslerinvirasto — Justitiekanslersämbetet

Liikenne- ja viestintäministeriö — Kommunikationsministeriet

Ajoneuvohallintokeskus AKE — Fordonsförvaltningscentralen AKE

Ilmailuhallinto — Luftfartsförvaltningen

Ilmatieteen laitos — Meteorologiska institutet

Merenkulkulaitos — Sjöfartsverket

Merentutkimuslaitos — Havsforskningsinstitutet

Ratahallintokeskus RHK — Banförvaltningscentralen RHK

Rautatievirasto — Järnvägsverket

Tiehallinto — Vägförvaltningen

Viestintävirasto — Kommunikationsverket

Maa- ja metsätalousministeriö — Jord- och skogsbruksministeriet

Elintarviketurvallisuusvirasto — Livsmedelssäkerhetsverket

Maanmittauslaitos — Lantmäteriverket

Maaseutuvirasto — Landsbygdsverket

Oikeusministeriö — Justitieministeriet

Tietosuojavaltuutetun toimisto — Dataombudsmannens byrå

Tuomioistuimet — Domstolar

Korkein oikeus — Högsta domstolen

Korkein hallinto-oikeus — Högsta förvaltningsdomstolen

Hovioikeudet — Hovrätter

Käräjäoikeudet — Tingsrätter

Hallinto-oikeudet –Förvaltningsdomstolar

Markkinaoikeus — Marknadsdomstolen

Työtuomioistuin — Arbetsdomstolen

Vakuutusoikeus — Försäkringsdomstolen

Kuluttajariitalautakunta — Konsumenttvistenämnden

Vankeinhoitolaitos — Fångvårdsväsendet

HEUNI — Yhdistyneiden Kansakuntien yhteydessä toimiva Euroopan kriminaalipolitiikan instituutti — HEUNI — Europeiska institutet för kriminalpolitik, verksamt i anslutning till Förenta nationerna

Konkurssiasiamiehen toimisto — Konkursombudsmannens byrå

Kuluttajariitalautakunta — Konsumenttvistenämnden

Oikeushallinnon palvelukeskus — Justitieförvaltningens servicecentral

Oikeushallinnon tietotekniikkakeskus — Justitieförvaltningens datateknikcentral

Oikeuspoliittinen tutkimuslaitos (Optula) — Rättspolitiska forskningsinstitutet

Oikeusrekisterikeskus — Rättsregistercentralen

Onnettomuustutkintakeskus — Centralen för undersökning av olyckor

Rikosseuraamusvirasto — Brottspåföljdsverket

Rikosseuraamusalan koulutuskeskus — Brottspåföljdsområdets utbildningscentral

Rikoksentorjuntaneuvosto — Rådet för brottsförebyggande

Saamelaiskäräjät — Sametinget

Valtakunnansyyttäjänvirasto — Riksåklagarämbetet

Vankeinhoitolaitos — Fångvårdsväsendet

Opetusministeriö — Undervisningsministeriet

Opetushallitus — Utbildningsstyrelsen

Valtion elokuvatarkastamo — Statens filmgranskningsbyrå

Puolustusministeriö — Försvarsministeriet

Puolustusvoimat — Försvarsmakten

Sisäasiainministeriö — Inrikesministeriet

Väestörekisterikeskus — Befolkningsregistercentralen

Keskusrikospoliisi — Centralkriminalpolisen

Liikkuva poliisi — Rörliga polisen

Rajavartiolaitos — Gränsbevakningsväsendet

Lääninhallitukset — Länstyrelserna

Suojelupoliisi — Skyddspolisen

Poliisiammattikorkeakoulu — Polisyrkeshögskolan

Poliisin tekniikkakeskus — Polisens teknikcentral

Poliisin tietohallintokeskus — Polisens datacentral

Helsingin kihlakunnan poliisilaitos — Polisinrättningen i Helsingfors

Pelastusopisto — Räddningsverket

Hätäkeskuslaitos — Nödcentralsverket

Maahanmuuttovirasto — Migrationsverket

Sisäasiainhallinnon palvelukeskus — Inrikesförvaltningens servicecentral

Sosiaali- ja terveysministeriö — Social- och hälsovårdsministeriet

Työttömyysturvan muutoksenhakulautakunta — Besvärsnämnden för utkomstskyddsärenden

Sosiaaliturvan muutoksenhakulautakunta — Besvärsnämnden för social trygghet

Lääkelaitos — Läkemedelsverket

Terveydenhuollon oikeusturvakeskus — Rättsskyddscentralen för hälsovården

Säteilyturvakeskus — Strålsäkerhetscentralen

Kansanterveyslaitos — Folkhälsoinstitutet

Lääkehoidon kehittämiskeskus ROHTO — Utvecklingscentralen för läkemedelsbe-handling

Sosiaali- ja terveydenhuollon tuotevalvontakeskus — Social- och hälsovårdens produkttillsynscentral

Sosiaali- ja terveysalan tutkimus- ja kehittämiskeskus Stakes — Forsknings- och utvecklingscentralen för social- och hälsovården Stakes

Vakuutusvalvontavirasto — Försäkringsinspektionen

Työ- ja elinkeinoministeriö — Arbets- och näringsministeriet

Kuluttajavirasto — Konsumentverket

Kilpailuvirasto — Konkurrensverket

Patentti- ja rekisterihallitus — Patent- och registerstyrelsen

Valtakunnansovittelijain toimisto — Riksförlikningsmännens byrå

Valtion turvapaikanhakijoiden vastaanottokeskukset – Statliga förläggningar för asylsökande

Energiamarkkinavirasto - Energimarknadsverket

Geologian tutkimuskeskus — Geologiska forskningscentralen

Huoltovarmuuskeskus — Försörjningsberedskapscentralen

Kuluttajatutkimuskeskus — Konsumentforskningscentralen

Matkailun edistämiskeskus (MEK) — Centralen för turistfrämjande

Mittatekniikan keskus (MIKES) — Mätteknikcentralen

Tekes — teknologian ja innovaatioiden kehittämiskeskus - Tekes — utvecklingscentralen för teknologi och innovationer

Turvatekniikan keskus (TUKES) — Säkerhetsteknikcentralen

Valtion teknillinen tutkimuskeskus (VTT) — Statens tekniska forskningscentral

Syrjintälautakunta — Nationella diskrimineringsnämnden

Työneuvosto — Arbetsrådet

Vähemmistövaltuutetun toimisto — Minoritetsombudsmannens byrå

Ulkoasiainministeriö — Utrikesministeriet

Valtioneuvoston kanslia — Statsrådets kansli

Valtiovarainministeriö — Finansministeriet

Valtiokonttori — Statskontoret

Verohallinto — Skatteförvaltningen

Tullilaitos — Tullverket

Tilastokeskus — Statistikcentralen

Valtion taloudellinen tutkimuskeskus — Statens ekonomiska forskningscentral

Ympäristöministeriö — Miljöministeriet

Suomen ympäristökeskus — Finlands miljöcentral

Asumisen rahoitus- ja kehityskeskus — Finansierings- och utvecklingscentralen för boendet

Valtiontalouden tarkastusvirasto — Statens revisionsverk

L-ISVEZJA

A

Affärsverket svenska kraftnät

Akademien för de fria konsterna

Alkohol- och läkemedelssortiments-nämnden

Allmänna pensionsfonden

Allmänna reklamationsnämnden

Ambassader

Ansvarsnämnd, statens

Arbetsdomstolen

Arbetsförmedlingen

Arbetsgivarverk, statens

Arbetslivsinstitutet

Arbetsmiljöverket

Arkitekturmuseet

Arrendenämnder

Arvsfondsdelegationen

Arvsfondsdelegationen

B

Banverket

Barnombudsmannen

Beredning för utvärdering av medicinsk metodik, statens

Bergsstaten

Biografbyrå, statens

Biografiskt lexikon, svenskt

Birgittaskolan

Blekinge tekniska högskola

Bokföringsnämnden

Bolagsverket

Bostadsnämnd, statens

Bostadskreditnämnd, statens

Boverket

Brottsförebyggande rådet

Brottsoffermyndigheten

C

Centrala studiestödsnämnden

D

Danshögskolan

Datainspektionen

Departementen

Domstolsverket

Dramatiska institutet

E

Ekeskolan

Ekobrottsmyndigheten

Ekonomistyrningsverket

Ekonomiska rådet

Elsäkerhetsverket

Energimarknadsinspektionen

Energimyndighet, statens

EU/FoU-rådet

Exportkreditnämnden

Exportråd, Sveriges

F

Fastighetsmäklarnämnden

Fastighetsverk, statens

Fideikommissnämnden

Finansinspektionen

Finanspolitiska rådet

Finsk-svenska gränsälvskommissionen

Fiskeriverket

Flygmedicincentrum

Folkhälsoinstitut, statens

Fonden för fukt- och mögelskador

Forskningsrådet för miljö, areella näringar och samhällsbyggande, Formas

Folke Bernadotte Akademin

Forskarskattenämnden

Forskningsrådet för arbetsliv och socialvetenskap

Fortifikationsverket

Forum för levande historia

Försvarets materielverk

Försvarets radioanstalt

Försvarets underrättelsenämnd

Försvarshistoriska museer, statens

Försvarshögskolan

Försvarsmakten

Försäkringskassan

G

Gentekniknämnden

Geologiska undersökning

Geotekniska institut, statens

Giftinformationscentralen

Glesbygdsverket

Grafiska institutet och institutet för högre kommunikation- och reklamutbildning

Granskningsnämnden för radio och TV

Granskningsnämnden för försvarsuppfinningar

Gymnastik- och Idrottshögskolan

Göteborgs universitet

H

Handelsflottans kultur- och fritidsråd

Handelsflottans pensionsanstalt

Handelssekreterare

Handelskamrar, auktoriserade

Handikappombudsmannen

Handikappråd, statens

Harpsundsnämnden

Haverikommission, statens

Historiska museer, statens

Hjälpmedelsinstitutet

Hovrätterna

Hyresnämnder

Häktena

Hälso- och sjukvårdens ansvarsnämnd

Högskolan Dalarna

Högskolan i Borås

Högskolan i Gävle

Högskolan i Halmstad

Högskolan i Kalmar

Högskolan i Karlskrona/Ronneby

Högskolan i Kristianstad

Högskolan i Skövde

Högskolan i Trollhättan/Uddevalla

Högskolan på Gotland

Högskolans avskiljandenämnd

Högskoleverket

Högsta domstolen

I

ILO kommittén

Inspektionen för arbetslöshetsförsäkringen

Inspektionen för strategiska produkter

Institut för kommunikationsanalys, statens

Institut för psykosocial medicin, statens

Institut för särskilt utbildningsstöd, statens

Institutet för arbetsmarknadspolitisk utvärdering

Institutet för rymdfysik

Institutet för tillväxtpolitiska studier

Institutionsstyrelse, statens

Insättningsgarantinämnden

Integrationsverket

Internationella programkontoret för utbildningsområdet

J

Jordbruksverk, statens

Justitiekanslern

Jämställdhetsombudsmannen

Jämställdhetsnämnden

Järnvägar, statens

Järnvägsstyrelsen

K

Kammarkollegiet

Kammarrätterna

Karlstads universitet

Karolinska Institutet

Kemikalieinspektionen

Kommerskollegium

Konjunkturinstitutet

Konkurrensverket

Konstfack

Konsthögskolan

Konstnärsnämnden

Konstråd, statens

Konsulat

Konsumentverket

Krigsvetenskapsakademin

Krigsförsäkringsnämnden

Kriminaltekniska laboratorium, statens

Kriminalvården

Krisberedskapsmyndigheten

Kristinaskolan

Kronofogdemyndigheten

Kulturråd, statens

Kungl. Biblioteket

Kungl. Konsthögskolan

Kungl. Musikhögskolan i Stockholm

Kungl. Tekniska högskolan

Kungl. Vitterhets-, historie- och antikvitetsakademien

Kungl Vetenskapsakademin

Kustbevakningen

Kvalitets- och kompetensråd, statens

Kärnavfallsfondens styrelse

L

Lagrådet

Lantbruksuniversitet, Sveriges

Lantmäteriverket

Linköpings universitet

Livrustkammaren, Skoklosters slott och Hallwylska museet

Livsmedelsverk, statens

Livsmedelsekonomiska institutet

Ljud- och bildarkiv, statens

Lokala säkerhetsnämnderna vid kärnkraftverk

Lotteriinspektionen

Luftfartsverket

Luftfartsstyrelsen

Luleå tekniska universitet

Lunds universitet

Läkemedelsverket

Läkemedelsförmånsnämnden

Länsrätterna

Länsstyrelserna

Lärarhögskolan i Stockholm

M

Malmö högskola

Manillaskolan

Maritima muséer, statens

Marknadsdomstolen

Medlingsinstitutet

Meteorologiska och hydrologiska institut, Sveriges

Migrationsverket

Militärhögskolor

Mittuniversitetet

Moderna museet

Museer för världskultur, statens

Musikaliska Akademien

Musiksamlingar, statens

Myndigheten för handikappolitisk samordning

Myndigheten för internationella adoptionsfrågor

Myndigheten för skolutveckling

Myndigheten för kvalificerad yrkesutbildning

Myndigheten för nätverk och samarbete inom högre utbildning

Myndigheten för Sveriges nätuniversitet

Myndigheten för utländska investeringar i Sverige

Myndigheten för radio och tv

Mälardalens högskola

N

Nationalmuseum

Nationellt centrum för flexibelt lärande

Naturhistoriska riksmuseet

Naturvårdsverket

Nordiska Afrikainstitutet

Notarienämnden

Nämnd för arbetstagares uppfinningar, statens

Nämnden för statligt stöd till trossamfund

Nämnden för styrelserepresentationsfrågor

Nämnden mot diskriminering

Nämnden för elektronisk förvaltning

Nämnden för RH anpassad utbildning

Nämnden för hemslöjdsfrågor

O

Oljekrisnämnden

Ombudsmannen mot diskriminering på grund av sexuell läggning

Ombudsmannen mot etnisk diskriminering

Operahögskolan i Stockholm

P

Patent- och registreringsverket

Patentbesvärsrätten

Pensionsverk, statens

Personregisternämnd statens, SPAR-nämnden

Pliktverk, Totalförsvarets

Polarforskningssekretariatet

Post- och telestyrelsen

Premiepensionsmyndigheten

Presstödsnämnden

R

Rederinämnden

Regeringskansliet

Regeringsrätten

Resegarantinämnden

Registernämnden

Revisorsnämnden

Riksantikvarieämbetet

Riksarkivet

Riksbanken

Riksdagsförvaltningen

Riksdagens ombudsmän

Riksdagens revisorer

Riksgäldskontoret

Rikshemvärnsrådet

Rikspolisstyrelsen

Riksrevisionen

Rikstrafiken

Riksutställningar, Stiftelsen

Riksvärderingsnämnden

Rymdstyrelsen

Rådet för Europeiska socialfonden i Sverige

Räddningsverk, statens

Rättshjälpsmyndigheten

Rättshjälpsnämnden

Rättsmedicinalverket

S

Samarbetsnämnden för statsbidrag till trossamfund

Sameskolstyrelsen och sameskolor

Sametinget

SIS, Standardiseringen i Sverige

Sjöfartsverket

Skatterättsnämnden

Skatteverket

Skaderegleringsnämnd, statens

Skiljenämnden i vissa trygghetsfrågor

Skogsstyrelsen

Skogsvårdsstyrelserna

Skogs och lantbruksakademien

Skolverk, statens

Skolväsendets överklagandenämnd

Smittskyddsinstitutet

Socialstyrelsen

Specialpedagogiska institutet

Specialskolemyndigheten

Språk- och folkminnesinstitutet

Sprängämnesinspektionen

Statistiska centralbyrån

Statskontoret

Stockholms universitet

Stockholms internationella miljöinstitut

Strålsäkerhetsmyndigheten

Styrelsen för ackreditering och teknisk kontroll

Styrelsen för internationellt utvecklingssamarbete, SIDA

Styrelsen för Samefonden

Styrelsen för psykologiskt försvar

Stängselnämnden

Svenska institutet

Svenska institutet för europapolitiska studier

Svenska ESF rådet

Svenska Unescorådet

Svenska FAO kommittén

Svenska Språknämnden

Svenska Skeppshypotekskassan

Svenska institutet i Alexandria

Sveriges författarfond

Säkerhetspolisen

Säkerhets- och integritetsskyddsnämnden

Södertörns högskola

T

Taltidningsnämnden

Talboks- och punktskriftsbiblioteket

Teaterhögskolan i Stockholm

Tingsrätterna

Tjänstepensions och grupplivnämnd, statens

Tjänsteförslagsnämnden för domstolsväsendet

Totalförsvarets forskningsinstitut

Totalförsvarets pliktverk

Tullverket

Turistdelegationen

U

Umeå universitet

Ungdomsstyrelsen

Uppsala universitet

Utlandslönenämnd, statens

Utlänningsnämnden

Utrikesförvaltningens antagningsnämnd

Utrikesnämnden

Utsädeskontroll, statens

V

Valideringsdelegationen

Valmyndigheten

Vatten- och avloppsnämnd, statens

Vattenöverdomstolen

Verket för förvaltningsutveckling

Verket för högskoleservice

Verket för innovationssystem (VINNOVA)

Verket för näringslivsutveckling (NUTEK)

Vetenskapsrådet

Veterinärmedicinska anstalt, statens

Veterinära ansvarsnämnden

Väg- och transportforskningsinstitut, statens

Vägverket

Vänerskolan

Växjö universitet

Växtsortnämnd, statens

Å

Åklagarmyndigheten

Åsbackaskolan

Ö

Örebro universitet

Örlogsmannasällskapet

Östervångsskolan

Överbefälhavaren

Överklagandenämnden för högskolan

Överklagandenämnden för nämndemanna-uppdrag

Överklagandenämnden för studiestöd

Överklagandenämnden för totalförsvaret

IR-RENJU UNIT

Cabinet Office

Office of the Parliamentary Counsel

Central Office of Information

Charity Commission

Crown Estate Commissioners (Infiq fuq l-Elezzjonijiet Biss)

Crown Prosecution Service

Department for Business, Enterprise and Regulatory Reform

Competition Commission

Gas and Electricity Consumers’ Council

Office of Manpower Economics

Department for Children, Schools and Families

Department of Communities and Local Government

Rent Assessment Panels

Department for Culture, Media and Sport

British Library

British Museum

Commission for Architecture and the Built Environment

The Gambling Commission

Historic Buildings and Monuments Commission for England (Wirt Ingliż)

Imperial War Museum

Museums, Libraries and Archives Council

National Gallery

National Maritime Museum

National Portrait Gallery

Natural History Museum

Science Museum

Tate Gallery

Victoria and Albert Museum

Wallace Collection

Department for Environment, Food and Rural Affairs

Agricultural Dwelling House Advisory Committees

Agricultural Land Tribunals

Agricultural Wages Board and Committees

Cattle Breeding Centre

Countryside Agency

Plant Variety Rights Office

Royal Botanic Gardens, Kew

Royal Commission on Environmental Pollution

Department of Health

Dental Practice Board

National Health Service Strategic Health Authorities

NHS Trusts

Prescription Pricing Authority

Department for Innovation, Universities and Skills

Higher Education Funding Council for England

National Weights and Measures Laboratory

Patent Office

Department for International Development

Department of the Procurator General and Treasury Solicitor

Legal Secretariat to the Law Officers

Department for Transport

Maritime and Coastguard Agency

Department for Work and Pensions

Disability Living Allowance Advisory Board

Independent Tribunal Service

Medical Boards and Examining Medical Officers (Pensjonijiet tal-Gwerra)

Occupational Pensions Regulatory Authority

Regional Medical Service

Social Security Advisory Committee

Export Credits Guarantee Department

Foreign and Commonwealth Office

Wilton Park Conference Centre

Government Actuary’s Department

Government Communications Headquarters

Home Office

HM Inspectorate of Constabulary

House of Commons

House of Lords

Ministry of Defence

Defence Equipment & Support

Meteorological Office

Ministry of Justice

Boundary Commission for England

Combined Tax Tribunal

Council on Tribunals

Court of Appeal — Criminal

Employment Appeals Tribunal

Employment Tribunals

HMCS Regions, Crown, County and Combined Courts (Ingilterra u Wales)

Immigration Appellate Authorities

Immigration Adjudicators

Immigration Appeals Tribunal

Lands Tribunal

Law Commission

Legal Aid Fund (Ingilterra u Wales)

Office of the Social Security Commissioners

Parole Board and Local Review Committees

Pensions Appeal Tribunals

Public Trust Office

Supreme Court Group (Ingilterra u Wales)

Transport Tribunal

The National Archives

National Audit Office

National Savings and Investments

National School of Government

Northern Ireland Assembly Commission

Northern Ireland Court Service

Coroners Courts

County Courts

Court of Appeal and High Court of Justice in Northern Ireland

Crown Court

Enforcement of Judgements Office

Legal Aid Fund

Magistrates’ Courts

Pensions Appeals Tribunals

Northern Ireland, Department for Employment and Learning

Northern Ireland, Department for Regional Development

Northern Ireland, Department for Social Development

Northern Ireland, Department of Agriculture and Rural Development

Northern Ireland, Department of Culture, Arts and Leisure

Northern Ireland, Department of Education

Northern Ireland, Department of Enterprise, Trade and Investment

Northern Ireland, Department of the Environment

Northern Ireland, Department of Finance and Personnel

Northern Ireland, Department of Health, Social Services and Public Safety

Northern Ireland, Office of the First Minister and Deputy First Minister

Northern Ireland Office

Crown Solicitor’s Office

Department of the Director of Public Prosecutions for Northern Ireland

Forensic Science Laboratory of Northern Ireland

Office of the Chief Electoral Officer for Northern Ireland

Police Service of Northern Ireland

Probation Board for Northern Ireland

State Pathologist Service

Office of Fair Trading

Office for National Statistics

National Health Service Central Register

Office of the Parliamentary Commissioner for Administration and Health Service Commissioners

Paymaster General’s Office

Postal Business of the Post Office

Privy Council Office

Public Record Office

HM Revenue and Customs

The Revenue and Customs Prosecutions Office

Royal Hospital, Chelsea

Royal Mint

Rural Payments Agency

Scotland, Auditor-General

Scotland, Crown Office and Procurator Fiscal Service

Scotland, General Register Office

Scotland, Queen’s and Lord Treasurer’s Remembrancer

Scotland, Registers of Scotland

The Scotland Office

The Scottish Ministers

Architecture and Design Scotland

Crofters Commission

Deer Commission for Scotland

Lands Tribunal for Scotland

National Galleries of Scotland

National Library of Scotland

National Museums of Scotland

Royal Botanic Garden, Edinburgh

Royal Commission on the Ancient and Historical Monuments of Scotland

Scottish Further and Higher Education Funding Council

Scottish Law Commission

Community Health Partnerships

Special Health Boards

Health Boards

The Office of the Accountant of Court

High Court of Justiciary

Court of Session

HM Inspectorate of Constabulary

Parole Board for Scotland

Pensions Appeal Tribunals

Scottish Land Court

Sheriff Courts

Scottish Police Services Authority

Office of the Social Security Commissioners

The Private Rented Housing Panel and Private Rented Housing Committees

Keeper of the Records of Scotland

The Scottish Parliamentary Body Corporate

HM Treasury

Office of Government Commerce

United Kingdom Debt Management Office

The Wales Office (Uffiċċju tas-Segretarju tal-Istat għal Wales)

The Welsh Ministers

Higher Education Funding Council for Wales

Local Government Boundary Commission for Wales

The Royal Commission on the Ancient and Historical Monuments of Wales

Valuation Tribunals (Wales)

Welsh National Health Service Trusts and Local Health Boards

Welsh Rent Assessment Panels


ANNESS II

LISTA TAL-ATTIVITAJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (6)(A) TAL-ARTIKOLU 2(1)

Fil-każ ta’ kwalunkwe differenza fl-interpretazzjoni bejn is-CPV u l-NACE, għandha tapplika n-nomenklatura tas-CPV.

NACE Rev. 1 (1)

Kodiċi CPV

TAQSIMA F

KOSTRUZZJONI

Diviżjoni

Grupp

Klassi

Suġġett

Noti

45

 

 

Kostruzzjoni

Din id-diviżjoni tinkludi:

il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid u xogħlijiet, restawr u tiswijiet komuni.

45000000

 

45,1

 

Preparazzjoni tas-sit

 

45100000

 

 

45,11

Demolizzjoni u tifrik ta’ bini; ċaqliq tal-art

Din il-klassi tinkludi:

demolizzjoni ta’ bini u strutturi oħrajn,

tindif ta’ siti tal-bini,

ċaqliq tal-art: skavar, landfill, livellar u kklassifikar ta’ siti ta’ kostruzzjoni, tħaffir ta’ trinek, tneħħija ta’ blat, titjir, eċċ.

preparazzjoni ta’ sit għal tħaffir fil-minjieri:

tneħħija ta’ ġebel u żviluppi u preparazzjonijiet oħrajn ta’ proprjetajiet u siti minerali.

Din il-klassi tinkludi:

drenaġġ tas-sit tal-bini.

drenaġġ ta’ art agrikola jew imsaġġra.

45110000

 

 

45,12

Drilling bi prova u tħaffir

Din il-klassi tinkludi:

drilling bi prova, tħaffir bi prova u core sampling għal skopijiet ta’ kostruzzjoni, ġeofiżiċi, ġeoloġiċi jew simili.

Din il-klassi teskludi:

drilling ta’ produzzjoni tal-bjar taż-żejt jew tal-gass, ara 11.20.

drilling tal-bjar tal-ilma, ara 45.25,

tħaffir ta’ xaft, ara 45.25,

esplorazzjoni tal-art fejn jinsabu ż-żejt u l-gassijiet, kejl ġeofiżiku, ġeoloġiku u sismiku, ara 74.20.

45120000

 

45,2

 

Bini ta’ kostruzzjonijiet kompleti jew partijiet minnhom; inġinerija ċivili

 

45200000

 

 

45,21

Kostruzzjoni ġenerali tal-bini u xogħlijiet tal-inġinerija ċivili

Din il-klassi tinkludi:

il-kostruzzjoni ta’ bini ta’ kull tip, kostruzzjonijiet tal-inġinerija ċivili,

pontijiet, inklużi dawk għal toroq prinċipali elevati, vjadotti, mini u passaġġi taħt it-triq,

pipelines f’distanzi twal, komunikazzjoni u kondutturi li jfornu forza elettrika,

pipelines urbani, komunikazzjoni u kondutturi li jfornu forza elettrika fl-ibliet,

xogħlijiet urbani anċillari,

immuntar u twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati fuq is-sit.

Din il-klassi teskludi:

attivitajiet ta’ servizz inċidentali għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, ara 11.20,

twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati kompleti minn partijiet awtomanifatturati mhux tal-konkrit, ara d-diviżjonijiet 20, 26 u 28,

xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnasji, kampijiet tat-tennis, korsi tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħrajn, ara 45.23,

installazzjoni ta’ bini, ara 45.3,

tlestija ta’ bini, ara 45.4,

attivitajiet tal-arkitettura u l-inġinerija, ara 74.20,

ġestjoni tal-proġetti għal kostruzzjoni, ara 74.20.

45210000

Għajr:

– 45213316

45220000

45231000

45232000

 

 

45,22

Twaqqif ta’ kisi tal-bjut u oqfsa

Din il-klassi tinkludi:

bini ta’ soqfa,

kisi tal-bjut,

trattament biex ma jgħaddix l-ilma.

45261000

 

 

45,23

Kostruzzjoni ta’ toroq prinċipali, toroq, ajruporti u faċilitajiet sportivi

Din il-klassi tinkludi:

kostruzzjoni ta’ toroq prinċipali, toroq, toroq oħra għall-vetturi u toroq pedonali,

kostruzzjoni ta’ linji ferrovjarji,

kostruzzjoni ta’ runways tal-ajruporti,

xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnasji, kampijiet tat-tennis, korsi tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra,

żebgħa tas-sinjali tat-toroq fuq il-wiċċ tat-toroq u l-parkeġġi.

Din il-klassi teskludi:

ċaqliq tal-art preliminari, ara 45.11.

45212212 u DA03

45230000

għajr:

– 45231000

– 45232000

– 45234115

 

 

45,24

Kostruzzjoni ta’ proġetti tal-ilma

Din il-klassi tinkludi:

il-kostruzzjoni ta’:

passaġġi tal-ilma, xogħlijiet fil-portijiet u fix-xmajjar, portijiet li jintużaw għal skopijiet ta’ pjaċir (marinas), locks, eċċ.,

digi u dykes,

tindif mill-ħama,

xogħlijiet fis-sottosuperfiċje.

45240000

 

 

45,25

Xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni li jinvolvi snajja’ speċjali

Din il-klassi tinkludi:

attivitajiet ta’ kostruzzjoni li jispeċjalizzaw f’aspett wieħed komuni għal tipi differenti ta’ strutturi, li jeħtieġu ħiliet jew apparat speċjalizzati,

kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż il-battipali (pile driving),

drilling ta’ bjar tal-ilma u tħaffir ta’ xaftijiet,

twaqqif ta’ elementi tal-azzar mhux awtomanifatturati,

tgħawwiġ tal-azzar,

tqegħid tal-briks u ssettjar tal-ġebel,

armar u żarmar ta’ scaffolds u pjattaformi tax-xogħol, inkluż kiri ta’ scaffolds u pjattaformi tax-xogħol,

kostruzzjoni ta’ ċumniji u fran industrijali

Din il-klassi teskludi:

il-kiri ta’ scaffolds mingħajr l-armar u ż-żarmar, ara 71.32

45250000

45262000

 

45,3

 

Installazzjoni ta’ bini

 

45300000

 

 

45,31

Installazzjoni ta’ sistemi ta’ wajers u tagħmir tal-elettriku

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew fi proġetti oħrajn ta’ kostruzzjoni ta’:

wajering u fittings tal-elettriku

sistemi ta’ telekomunikazzjoni,

sistemi ta’ tisħin bl-elettriku,

antenni u aerials residenzjali

allarm tan-nar,

sistemi ta’ allarm kontra s-serq,

lifts u escalators,

kalamiti tas-sajjetti, eċċ.

45213316

45310000

Għajr:

– 45316000

 

 

45,32

Attivitajiet ta’ xogħol ta’ iżolazzjoni

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew fi proġetti oħrajn ta’ kostruzzjoni ta’ iżolament termali, tal-ħoss jew tal-vibrazzjoni.

Din il-klassi teskludi:

trattament biex ma jgħaddix l-ilma, ara 45.22

45320000

 

 

45,33

Sistema ta’ pajpijiet tal-ilma

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew fi proġetti oħrajn ta’ kostruzzjoni ta’:

tagħmir tal-ilma u tal-kmamar tal-banju,

fittings tal-gass,

apparat u tubi ta’ tisħin, ventilazzjoni, tkessiħ jew kondizzjonar tal-arja,

sistemi ta’ sprinklers.

Din il-klassi teskludi:

installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin bl-elettriku, ara 45.31.

45330000

 

 

45,34

Installazzjoni oħra fil-bini

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ sistemi ta’ illuminazzjoni u sinjalar għat-toroq, il-linji ferrovarji, l-ajruporti u l-portijiet,

installazzjonijiet f’bini jew fi proġetti oħrajn ta’ kostruzzjoni ta’ fittings u fixtures n.e.c.

45234115

45316000

45340000

 

45,4

 

Tlestija tal-bini

 

45400000

 

 

45,41

Tikħil

Din il-klassi tinkludi:

applikazzjoni f’bini jew fi proġetti oħrajn ta’ kostruzzjoni ta’ ġibs ta’ ġewwa u ta’ barra u stucco, inklużi materjali tat-torn relatati.

45410000

 

 

45,42

Installazzjonijiet mill-mastrudaxxa

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ bibien, twieqi, oqfsa tal-bibien u tat-twieqi, kċejjen tal-qies, turġien, tagħmir tal-ħwienet u ta’ dik ix-xorta, mhux awtomanifatturati, tal-injam jew ta’ materjal ieħor,

tlestija tal-partijiet interni bħas-soqfa, kisi tal-ħitan bl-injam, partitions mobbli, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

tqegħid ta’ parquet u kisi ieħor tal-injam għall-art, ara 45.43.

45420000

 

 

45,43

Kisi tal-art u tal-ħajt

Din il-klassi tinkludi:

tqegħid, kisi bil-madum, dendil jew fittings fil-bini jew proġetti oħrajn ta’ kostruzzjoni ta’:

madum tal-ħajt jew tal-art magħmula minn ċeramika, konkrit jew ġebel għall-bini,

kisi tal-art bil-parquet u b’injam ieħor u kisi tal-art bil-linolju,

inkluż bil-gomma jew plastik,

terrazzo, irħam, granit jew lavanja għall-kisi tal-art jew tal-ħajt,

wallpaper.

45430000

 

 

45,44

Tibjid u tqegħid tal-ħġieġ fit-twieqi

Din il-klassi tinkludi:

tibjid tal-bini minn ġewwa u minn barra,

tibjid ta’ strutturi tal-inġinerija ċivili,

installazzjoni ta’ ħġieġ, mirja, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

installazzjoni ta’ twieqi, ara 45.42,

45440000

 

 

45,45

Tlestija ta’ bini ieħor

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ pixxini privati tal-għawm,

tindif bil-fwar, sand blasting u attivitajiet simili għall-parti ta’ barra tal-bini,

tlestija ta’ bini ieħor u xogħol ta’ rfinar n.e.c.

Din il-klassi teskludi:

tindif minn ġewwa ta’ bini u strutturi oħrajn, ara 74.70.

45212212 u DA04

45450000

 

45,5

 

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew tad-demolizzjoni bl-operatur

 

45500000

 

 

45,50

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew tad-demolizzjoni bl-operatur

Din il-klassi teskludi:

il-kiri ta’ makkinarju għall-kostruzzjoni u għad-demolizzjoni mingħajr operaturi, ara 71.32

45500000


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).


ANNESS III

LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(b) FIR-RIGWARD TA’ KUNTRATTI MOGĦTIJA MILL-AWTORITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAD-DIFIŻA

L-uniku test applikabbli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva huwa dak fl-Anness 1, punt 3 tal-FAP li fuqu hija bbażata l-lista indikattiva tal-prodotti:

Kapitolu 25:

Melħ, kubrit, prodotti ta’ trab u ġebel, materjal ta’ tikħil, ġir u siment

Kapitolu 26:

Minerali metalliċi, skart u rmied

Kapitolu 27:

Karburanti minerali, żjut minerali u prodotti li jiġu mid-distillazzjoni tagħhom, sustanzi li fihom il-qatran, xemgħat minerali

minbarra:

ex ex 27.10 : karburanti speċjali tal-magni

Kapitolu 28:

Sustanzi kimiċi inorganiċi, komponenti ta’ metalli prezzjużi organiċi u inorganiċi, ta’ metalli ta’ rare-earth, ta’ elementi radjuattivi u ta’ isotopi

minbarra:

 

ex ex 28.09 : splussivi

 

ex ex 28.13 : splussivi

 

ex ex 28.14 : gas tad-dmugħ

 

ex ex 28.28 : splussivi

 

ex ex 28.32 : splussivi

 

ex ex 28.39 : splussivi

 

ex ex 28.50 : prodotti tossiċi

 

ex ex 28.51 : prodotti tossiċi

 

ex ex 28.54 : splussivi

Kapitolu 29:

Sustanzi kimiċi organiċi

minbarra:

 

ex ex 29.03 : splussivi

 

ex ex 29.04 : splussivi

 

ex ex 29.07 : splussivi

 

ex ex 29.08 : splussivi

 

ex ex 29.11 : splussivi

 

ex ex 29.12 : splussivi

 

ex ex 29.13 : prodotti tossiċi

 

ex ex 29.14 : prodotti tossiċi

 

ex ex 29.15 : prodotti tossiċi

 

ex ex 29.21 : prodotti tossiċi

 

ex ex 29.22 : prodotti tossiċi

 

ex ex 29.23 : prodotti tossiċi

 

ex ex 29.26 : splussivi

 

ex ex 29.27 : prodotti tossiċi

 

ex ex 29.29 : splussivi

Kapitolu 30:

Prodotti farmaċewtiċi

Kapitolu 31:

Fertilizzanti

Kapitolu 32:

Estratti ta’ smurija u ta’ żebgħa, affarijiet li jintużaw għas-smurija u d-derivattivi tagħhom, żebgħa, kuluri, żebgħa u verniċ, stokk, fillers u stoppings, inka

Kapitolu 33:

Żjut essenzjali u resinoids, fwieħa, prodotti kosmetiċi u preparamenti tat-twaletta

Kapitolu 34:

Sapun, aġenti organiċi li huma attivi fis-superfiċje, preparamenti tal-ħasil, preparamenti tal-lubrikanti, xemgħat artifiċjali, xemgħat ippreparati, preparamenti ta’ ppolixxjar u tibrix, xemgħat u oġġetti simili, taħlit tal-immudellar u ‘xemgħat dentali’

Kapitolu 35:

Sustanzi albuminojdjali, kolla, enżimi

Kapitolu 37:

Oġġetti tal-fotografija u ċ-ċinematografija

Kapitolu 38:

Prodotti kimiċi mixxellanji,

minbarra:

ex ex 38.19 : prodotti tossiċi

Kapitolu 39:

Rażi artifiċjali u materjali tal-plastik, esteri u eteri ta’ ċellulosi, oġġetti magħmula minnhom,

minbarra:

ex ex 39.03 : splussivi

Kapitolu 40:

Gomma, gomma sintetika, factice u oġġetti magħmula minnhom,

minbarra:

ex ex 40.11 : tajers li huma bullet-proof

Kapitolu 41:

Ġild tal-annimali mhux maħdum u ġilda tal-ġisem (minbarra ġild bil-pil) u ġilda

Kapitolu 42:

Oġġetti tal-ġilda, sarġ u riedni, oġġetti relatati mal-ivvjaġġar, basktijiet tal-idejn u kontenituri simili, oġġetti magħmula mill-istonku tal-annimali (minbarra l-istonku tad-dudu tal-ħarir)

Kapitolu 43:

Ġild bil-pil u pil artifiċjali, manifatturi tagħhom

Kapitolu 44:

Injam u oġġetti tal-injam, faħam magħmul mill-injam

Kapitolu 45:

Sufra u oġġetti magħmula mis-sufra

Kapitolu 46:

Manifatturi ta’ tiben tal-esparto u materjali oħra ta’ immaljar, xogħol tat-tiben u xogħol tal-qasab

Kapitolu 47:

Materjal użat għall-manifattura tal-karti

Kapitolu 48:

Karti u kartonċin, oġġetti magħmula mill-polpa tal-karti, mill-karti jew mill-kartonċin

Kapitolu 49:

Kotba stampati, gazzetti, stampi u prodotti oħrajn tal-industrija tal-istampar, manuskritti, tiposkritti u pjanti

Kapitolu 65:

Armar tar-ras u partijiet tagħhom

Kapitolu 66:

Umbrelel, sunshades, bsaten, frosti, riding-crops u partijiet tagħhom

Kapitolu 67:

Rix u pil ippreparati u oġġetti magħmula minn rix u minn pil, fjuri artifiċjali, oġġetti magħmula minn xagħar uman

Kapitolu 68:

Oġġetti magħmula mill-ġebel, mill-ġibs, mis-siment, mill-asbestos, mill-majka u minn materjali simili

Kapitolu 69:

Prodotti taċ-ċeramika

Kapitolu 70:

Ħġieġ u affarijiet magħmula mill-ħġieġ

Kapitolu 71:

Perli, ħaġar prezzjuż u semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli prezzjużi rromblati, u artikoli magħmulin minnhom, ġojellerija finta

Kapitolu 73:

Ħadid u azzar u oġġetti magħmula minnhom

Kapitolu 74:

Ramm u oġġetti magħmula minnu

Kapitolu 75:

Nikil u oġġetti magħmula minnu

Kapitolu 76:

Aluminju u oġġetti magħmula minnu

Kapitolu 77:

Manjesju u berilljum u oġġetti magħmula minnhom

Kapitolu 78:

Ċomb u oġġetti magħmula minnu

Kapitolu 79:

Żingu u oġġetti magħmula minnu

Kapitolu 80:

Landa u oġġetti magħmula minnha

Kapitolu 81:

Metalli ta’ bażi oħra li jintużaw fil-ħidma tal-metalli u oġġetti magħmula minnhom

Kapitolu 82:

Għodda, biċċiet tal-għodda, pożati, imgħaref u frieket, magħmula minn metall ta’ bażi, u partijiet tagħhom,

minbarra:

 

ex ex 82.05 : għodod

 

ex ex 82.07 : għodod, partijiet

Kapitolu 83:

Oġġetti mixxellanji ta’ metall ta’ bażi

Kapitolu 84:

Bojlers, makkinarju u appliances mekkaniċi, partijiet tagħhom,

minbarra:

 

ex ex 84.06 : magni

 

ex ex 84.08 : magni oħra

 

ex ex 84.45 : makkinarju

 

ex ex 84.53 : magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data

 

ex ex 84.55 : partijiet minn magni taħt l-intestatura Nru 84.53

 

ex ex 84.59 : reatturi nukleari

Kapitolu 85:

Makkinarju u tagħmir tal-elettriku, partijiet tagħhom,

minbarra:

 

ex ex 85.13 : apparat tat-telekomunikazzjoni

 

ex ex 85.15 : apparat tat-trasmissjoni

Kapitolu 86:

Lokomottivi tal-linji tal-ferrovija u tal-linji tat-tramm, vaguni u partijiet tagħhom, linji fissi u muntaġġi tal-ferrovija u tat-tramm, apparat ta’ sinjalar tat-traffiku ta’ kull tip (mhux imħaddma bl-elettriku),

minbarra:

 

ex ex 86.02 : lokomottivi armati, tal-elettriku

 

ex ex 86.03 : lokomottivi armati oħrajn

 

ex ex 86.05 : vaguni armati

 

ex ex 86.06 : vaguni tat-tiswija

 

ex ex 86.07 : vaguni

Kapitolu 87:

Vetturi, minbarra vaguni tal-ferrovija jew tramm, u partijiet tagħhom,

minbarra:

 

ex ex 87.08 : tankijiet u vetturi armati oħrajn

 

ex ex 87.01 : tratturi

 

ex ex 87.02 : vetturi militari

 

ex ex 87.03 : trakkijiet tal-irmunkar

 

ex ex 87.09 : muturi

 

ex ex 87.14 : trailers

Kapitolu 89:

Vapuri, dgħajjes u strutturi li jżommu f’wiċċ l-ilma,

minbarra:

ex ex 89.01A : vapuri tal-gwerra

Kapitolu 90:

Strumenti u apparat ottiċi, fotografiċi, ċinematografiċi, għall-kejl, għall-kontroll, għall-preċiżjoni u li jintużaw fil-mediċina u fl-operazzjonijiet, partijiet tagħhom,

minbarra:

 

ex ex 90.05 : trombi

 

ex ex 90.13 : strumenti mixxellanji, lasers

 

ex ex 90.14 : telemetri

 

ex ex 90.28 : strumenti elettriċi u elettroniċi għall-kejl

 

ex ex 90.11 : mikroskopji

 

ex ex 90.17 : strumenti mediċi

 

ex ex 90.18 : apparat tat-terapija mekkanika

 

ex ex 90.19 : apparat tal-ortopedija

 

ex ex 90.20 : apparat tal-X-ray

Kapitolu 91:

Il-manifattura ta’ arloġġi tal-polz u ta’ arloġġi

Kapitolu 92:

Strumenti mużikali, apparat li jirrekordja jew jirriproduċi l-ħsejjes, apparat li jirrekordja jew jirriproduċi immaġini jew ħsejjes tat-televiżjoni, partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti

Kapitolu 94:

Għamara u partijiet tal-għamara, sodod, saqqijiet, affarijiet li jagħtu sostenn lis-saqqijiet, kuxxini u arredamenti mimlija simili,

minbarra:

ex ex 94.01A : sits tal-inġenji tal-ajru

Kapitolu 95:

Oġġetti u manifatturi ta’ materjal ta’ skultura jew immudellar

Kapitolu 96:

Xkupi, xkupilji, powder-puffs u passaturi

Kapitolu 98:

Oġġetti manifatturati mixxellanji


ANNESS IV

REKWIŻITI RELATATI MAL-GĦODOD U L-ISTRUMENTI GĦAR-RIĊEVUTA ELETTRONIKA TA’ OFFERTI, TALBIET GĦAL PARTEĊIPAZZJONI KIF UKOLL PJANIJIET U PROĠETTI F’KOMPETIZZJONIJIET TAD-DISINN

L-għodod u l-istrumenti għar-riċevuta elettronika ta’ offerti, talbiet għal parteċipazzjoni kif ukoll pjanijiet u proġetti f’kompetizzjonijiet tad-disinn għandhom jiggarantixxu, b’mezzi tekniċi u proċeduri xierqa, li:

(a)

jkunu jistgħu jiġu determinati bi preċiżjoni l-ħin u d-data eżatti tar-riċevuta tal-offerta, tat-talbiet għal parteċipazzjoni u s-sottomissjoni ta’ pjanijiet u proġetti;

(b)

jkun jista’ jiġi raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien stabbiliti, ħadd ma jkollu aċċess għad-data trasmessa taħt dawn ir-rekwiżiti;

(c)

persuni awtorizzati biss jistgħu jfasslu jew jibdlu d-dati għall-ftuħ tad-data riċevuta;

(d)

matul l-istadji differenti tal-proċedura ta’ akkwist jew tal-kompetizzjoni tad-disinn, l-aċċess għad-data kollha sottomessa, jew għal parti minnha, irid ikun possibbli biss għal persuni awtorizzati;

(e)

persuni awtorizzati biss għandhom jagħtu aċċess għal data li tkun ġiet trasmessa u wara d-data preskritta biss;

(f)

data riċevuta u miftuħa skont dawn ir-rekwiżiti trid tibqa’ aċċessibbli biss għal dawk il-persuni awtorizzati li jistgħu jarawha;

(g)

fejn ikun hemm ksur tal-projbizzjoni mill-aċċess jew tal-kondizzjonijiet imsemmija taħt il-punti (b), (c), (d), (e) u (f) jew ikun hemm tentattiv biex isir dan, jista’ jiġi żgurat b’mod raġonevoli li dak il-ksur jew dawk it-tentattivi jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.


ANNESS V

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI

PARTI A

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi tal-pubblikazzjoni ta’ avviż informattiv minn qabel fuq profil ta’ xerrej

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

2.

It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa

3.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni li l-awtorità kontraenti hija korp ċentralizzat tal-akkwisti jew li hija jew jista’ jkun hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.

4.

Il-kodiċi CPV.

5.

L-indirizz fuq l-Internet tal-“profil ta’ xerrej” (URL).

6.

Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel fuq il-profil ta’ xerrej.

PARTI B

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi informattivi minn qabel

(kif imsemmija fl-Artikolu 48)

I.   Informazzjoni li għandha tiġi tiddaħħal fil-każijiet kollha

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

2.

L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-Internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti ta’ akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.

Meta aċċess mhux mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet stabbiliti fit-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(1), indikazzjoni kif id-dokumenti ta’ akkwisti jistgħu jiġu aċċessati.

3.

It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa

4.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni li l-awtorità kontraenti hija korp ċentralizzat tal-akkwisti jew li hija jew jista’ jkun hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.

5.

Il-kodiċi CPV; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

6.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

7.

Deskrizzjoni qasira tal-akkwist: in-natura u sa fejn jestendu x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi.

8.

Fejn dan l-avviż ma jintużax bħala mezz sabiex isejjaħ għall-kompetizzjoni, id-data/i stmati għall-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt jew avviżi dwar kuntratti fir-rigward tal-kuntratt(i) msemmija f’dan l-avviż informattiv minn qabel.

9.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

10.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

11.

Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex kopert mill-FAP.

II.   Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta meta l-avviż jintuża bħala mezz sabiex isejjaħ għal kompetizzjoni (artikolu 48(2))

1.

Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom jgħarrfu lill-awtorità bl-interess tagħhom fil-kuntratt jew kuntratti.

2.

Tip ta’ proċedura tal-għoti (proċeduri ristretti, li jinvolvu sistema dinamika ta’ xiri jew le, jew proċeduri kompetittivi man-negozjar).

3.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk:

(a)

huwiex involut ftehim qafas,

(b)

hijiex involuta sistema dinamika ta’ xiri.

4.

Sa fejn dan ikun diġà magħruf, il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment tal-prodotti, xogħlijiet jew servizzi u d-dewmien tal-kuntratt.

5.

Sa fejn dawn ikunu diġà magħrufa, il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

(a)

fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt pubbliku huwiex ristrett għal workshops protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex ristrett għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,

(b)

fejn dik tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk l-għoti tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,

(c)

deskrizzjoni qasira tal-kriterji tal-għażla.

6.

Sa fejn dawn ikunu diġà magħrufa, deskrizzjoni qasira tal-kriterji li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt.

7.

Sa fejn dan ikun diġà magħruf, il-kobor totali stmat tal-kuntratt(i); fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

8.

Limiti ta’ żmien għar-riċevuta tal-espressjonijiet ta’ interess.

9.

Indirizz fejn għandhom jiġu trasmessi l-espressjonijiet ta’ interess.

10.

Lingwa jew lingwi awtorizzati għall-preżentazzjoni ta’ kandidaturi jew offerti.

11.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk:

(a)

hijiex ser tkun meħtieġa/aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,

(b)

hijiex ser tintuża ordni elettronika,

(c)

huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,

(d)

jekk huwiex ser ikun aċċettat il-ħlas elettroniku.

12.

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.

13.

L-isem u l-indirizz tal- korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward il-limiti ta’ żmien għall-proċeduri ta’ reviżjoni jew, jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

PARTI C

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti

(kif imsemmija fl-Artikolu 49)

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

2.

L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-Internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti ta’ akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.

Meta aċċess mhux mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet stabbiliti fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 53(1), indikazzjoni kif id-dokumenti ta’ akkwisti jistgħu jiġu aċċessati.

3.

It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa

4.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni li l-awtorità kontraenti hija korp ċentrali għall-akkwist jew li hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.

5.

Il-kodiċi CPV; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

6.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

7.

Deskrizzjoni qasira tal-akkwist: in-natura u sa fejn huma estiżi x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi. Meta l-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta għal kull lott. Fejn xieraq, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe għażla.

8.

L-ordni tal-kobor totali stmat tal-kuntratt(i); fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

9.

Ammissjoni jew projbizzjoni ta’ varjanti.

10.

Il-perijodu għat-twassil jew il-forniment tal-provvisti, xogħlijiet jew servizzi u, sa fejn ikun possibbli, id-dewmien tal-kuntratt.

(a)

Fil-każ ta’ ftehim qafas, indikazzjoni tad-dewmien ippjanat tal-ftehim qafas, li tiddikjara, fejn dan ikun xieraq, ir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien li jaqbeż l-erba’ snin; sa fejn din tkun possibbli, indikazzjoni tal-valur jew l-ordni tal-kobor u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw, in-numru u, fejn dan ikun xieraq, in-numru massimu propost ta’ operaturi ekonomiċi li għandhom jieħdu sehem.

(b)

Fil-każ ta’ sistema dinamika ta’ xiri, indikazzjoni tad-dewmien ippjanat ta’ dik is-sistema; sa fejn tkun possibbli, indikazzjoni tal-valur jew l-ordni tal-kobor u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw.

11.

Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

(a)

fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt pubbliku huwiex ristrett għal workshops protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex ristrett għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,

(b)

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari; referenza għal-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva rilevanti,

(c)

lista u deskrizzjoni qasira tal-kriterji rigward is-sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi li tista’ twassal għall-esklużjoni tagħhom u tal-kriterji tal-għażla; livelli minimi ta’ standards possibilment meħtieġa; indikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa (dikjarazzjonijiet proprji, dokumentazzjoni).

12.

Tip ta’ proċedura tal-għoti; fejn xierqa, raġunijiet għall-użu ta’ proċedura aktar imħaffa (fi proċeduri miftuħa u ristretti u proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar);

13.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk:

(a)

huwiex involut ftehim qafas,

(b)

hijiex involuta sistema dinamika ta’ xiri,

(c)

huwiex involut irkant elettroniku (fil-każ ta’ proċeduri miftuħa jew ristretti jew proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar).

14.

Fejn il-kuntratt għandu jinqasam f’lottijiet, indikazzjoni tal-possibbiltà li jsiru offerti għal lott waħda, għal diversi jew għal-lottijiet kollha; indikazzjoni dwar kwalunkwe limitazzjoni possibbli tan-numru ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent wieħed. Fejn il-kuntratt ma jinqasamx f’lottijiet, indikazzjoni tar-raġunijiet għal dan, sakemm din l-informazzjoni ma tingħatax fir-rapport individwali.

15.

Fil-każ ta’ proċedura ristretta, proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, fejn sar rikors għall-għażla ta’ tnaqqis tan-numru ta’ kandidati li għandhom jiġu mistiedna jissottomettu offerti, jinnegozjaw jew jieħdu sehem fid-djalogu: numru minimu u, fejn xieraq, massimu propost ta’ kandidati u kriterji oġġettivi li għandhom jintużaw sabiex jintgħażlu l-kandidati inkwistjoni.

16.

Fil-każ ta’ proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, indikazzjoni, fejn din tkun xierqa, tar-rikors għal proċedura maqsuma fi stadji sabiex jitnaqqas b’mod gradwali n-numru ta’ offerti li għandhom jiġu negozjati jew in-numru ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi.

17.

Fejn xieraq, kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

18.

Il-kriterji li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ kuntratt jew kuntratti. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, għandhom jiġu indikati l-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv.

19.

Limitu ta’ żmien biex jaslu l-offerti (proċeduri miftuħa) jew talbiet għall-parteċipazzjoni (proċeduri ristrtti, proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, sistemi ta’ xiri dinamiku, djalogi kompetittivi, sħubijiet ta’ innovazzjoni).

20.

L-indirizz fejn għandhom jibagħtu l-offerti jew it-talbiet għal parteċipazzjoni.

21.

Fil-każ ta’ proċeduri miftuħa:

(a)

il-perijodu ta’ żmien li matulu l-offerent irid iżomm l-offerta tiegħu,

(b)

id-data, il-ħin u l-post għall-ftuħ tal-offerti,

(c)

il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti f’dan il-ftuħ.

22.

Il-lingwa jew lingwi li biha/bihom iridu jinkitbu l-offerti jew it-talbiet għal parteċipazzjoni.

23.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk:

(a)

hijiex ser tkun aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,

(b)

hijiex ser tintuża ordni elettronika,

(c)

huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,

(d)

jekk huwiex ser ikun aċċettat il-ħlas elettroniku.

24.

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.

25.

L-isem u l-indirizz tal- korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward id-dati ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

26.

Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) reklamati f’dan l-avviż.

27.

Fil-każ ta’ akkwist rikorrenti, l-iskeda ta’ żmien stmata sabiex jiġu ppubblikati avviżi ulterjuri.

28.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

29.

Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex kopert mill-FAP.

30.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

PARTI D

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi tal-għoti tal-kuntratt

(kif imsemmija fl-Artikolu 50)

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

2.

It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa

3.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk l-awtorità kontraenti hijiex korp ċentrali għall-akkwisti jew li hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.

4.

Il-kodiċi CPV.

5.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi;

6.

Deskrizzjoni qasira tal-akkwist: in-natura u sa fejn huma estiżi x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi. Meta l-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta għal kull lott. Fejn xieraq, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe għażla.

7.

Tip ta’ proċedura talgħoti; fil-każ ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, ġustifikazzjoni.

8.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk:

(a)

kienx involut ftehim qafas,

(b)

kinitx involuta sistema dinamika ta’ xiri.

9.

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 67 li ntużaw għall-għoti tal-kuntratt jew kuntratti. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk kinitx inovluta l-organizzazzjoni ta’ irkant elettroniku (fil-każ ta’ proċeduri miftuħa jew ristretti jew proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar b’pubblikazzjoni minn qabel).

10.

Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt(i) jew il-ftehim(iet) qafas wara d-deċiżjoni li jingħata(w) jew jiġi/u konkluż(i).

11.

In-numru ta’ offerti riċevuti fir-rigward ta’ kull għoti, inkluż:

(a)

in-numru ta’ offerti riċevuti minn operaturi ekonomiċi li huma impriżi żgħar u medji,

(b)

numru ta’ offerti riċevuti minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz,

(c)

in-numru ta’ offerti riċevuti b’mod elettroniku.

12.

Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-offerenti li ntgħażlu, inkluża

(a)

informazzjoni dwar jekk l-offerent li ntgħażel huwiex impriża żgħira u medja,

(b)

informazzjoni dwar jekk il-kuntratt ingħatax lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi (impriża konġunta, konsorzju jew oħrajn).

13.

Il-valur tal-offerta (offerti) li ntgħażlu jew l-ogħla offerta u l-inqas offerta li ttieħdu f’kunsiderazzjoni għall-għoti jew għotjiet ta’ kuntratti.

14.

Fejn dawn ikunu xierqa, għal kull għoti, il-valur u l-proporzjon tal-kuntratt li aktarx li jingħata bħala sottokuntratt lil partijiet terzi.

15.

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.

16.

L-isem u l-indirizz tal- korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward id-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

17.

Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) reklamati f’dan l-avviż.

18.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

19.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

PARTI E

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fit-tfassil tal-avviżi tal-kompetizzjoni

(kif imsemmija fl-Artikolu 79(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

2.

L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-Internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti ta’ akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.

Meta aċċess mhux mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet stabbiliti fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 53(1), indikazzjoni kif id-dokumenti ta’ akkwisti jistgħu jiġu aċċessati.

3.

It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa.

4.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk l-awtorità kontraenti hijiex korp ċentrali għall-akkwisti jew li hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.

5.

Il-kodiċi CPV; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

6.

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-proġett.

7.

In-numru u l-valur ta’ kwalunkwe premju.

8.

It-tip ta’ kompetizzjoni tad-disinn (miftuħa jew ristretta).

9.

Fil-każ ta’ kompetizzjoni miftuħa tad-disinn, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ proġetti.

10.

Fil-każ ta’ kompetizzjoni ristretta tad-disinn:

(a)

in-numru ta’ parteċipanti ppjanati,

(b)

l-ismijiet tal-parteċipanti li diġà ntgħażlu, jekk ikun hemm,

(c)

il-kriterji għall-għażla tal-parteċipanti,

(d)

il-limitu ta’ żmien għat-talbiet għal parteċipazzjoni.

11.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni li l-parteċipazzjoni hija ristretta għal professjoni speċifika.

12.

Il-kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-proġetti.

13.

Indikazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-ġurija torbotx fuq l-awtorità kontraenti.

14.

Il-ħlasijiet li jridu jsiru lill-parteċipanti kollha, jekk ikun hemm.

15.

Indikazzjoni dwar jekk wara l-kompetizzjoni tad-disinn humiex ser jingħataw xi kuntratti lir-rebbieħ jew rebbieħa tal-kompetizzjoni tad-disinn.

16.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

17.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

PARTI F

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi tar-riżultati tal-kompetizzjoni

(kif imsemmija fl-Artikolu 79(2))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

2.

It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa

3.

Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk l-awtorità kontraenti hijiex korp ċentrali għall-akkwisti jew li hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.

4.

Il-kodiċi CPV.

5.

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-proġett.

6.

Valur tal-premji.

7.

It-tip ta’ kompetizzjoni (miftuħa jew ristretta) tad-disinn.

8.

Kriterji li ġew applikati fl-evalwazzjoni tal-proġetti.

9.

Id-data tad-deċiżjoni tal-ġurija.

10.

In-numru ta’ parteċipanti.

(a)

In-numru ta’ parteċipanti li huma SMEs.

(b)

In-numru ta’ parteċipanti minn barra l-pajjiż.

11.

L-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tar-rebbieħ(a) tal-kompetizzjoni u indikazzjoni dwar jekk ir-rebbieħ(a) huwiex/humiex impriżi żgħar u medji.

12.

Informazzjoni dwar jekk il-kompetizzjoni ta’ disinn hijiex relatata ma’ proġett jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.

13.

Data/i u refereza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-proġett(i) kkonċernati minn dan l-avviż.

14.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

15.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

PARTI G

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’avviżi ta’ modifiki ta’ kuntratt matul it-terminu tiegħu

(kif imsemmi fl-Artikolu 72(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

2.

Il-kodiċi CPV.

3.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi;

4.

Deskrizzjoni tal-akkwist qabel u wara l-modifika: in-natura u sa fejn huma estiżi x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi.

5.

Fejn applikabbli, iż-żieda fil-prezz ikkawżata mill-modifika.

6.

Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li rendew il-modifika neċessarja.

7.

Id-data tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.

8.

Fejn applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-attur ekonomiku jew tal-operaturi l-ġodda.

9.

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.

10.

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

11.

Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) kkonċernat(i) minn dan l-avviż.

12.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

13.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

PARTI H

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar għoti ta’ kuntratt li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra

(kif imsemmija fl-Artikolu 75(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti.

2.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ provvista u ta’ servizzi

3.

Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inklużi l-kodiċi CPV.

4.

Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi

fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal workshops protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għal programmi ta’ impjiegi protetti,

fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari.

5.

Limitu/i ta’ żmien sabiex tiġi kkuntattjata l-awtorità kontraenti rigward il-parteċipazzjoni.

6.

Deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li ser tkun applikata.

PARTI I

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża minn qabel f’avviżi ta’ informazzjoni dwar is-servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra

(kif imsemmi fl-Artikolu 75(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti.

2.

Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-valur totali stmat tal-kuntratt u l-kodiċi CPV.

3.

Sa fejn dan ikun diġà magħruf:

(a)

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ provvista u ta’ servizzi

(b)

il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt.

(c)

kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt pubbliku huwiex ristrett għal workshops protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex ristrett għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,

fejn dik tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,

(d)

deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.

4.

Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-awtorità kontraenti dwar l-interess fil-kuntratt jew il-kuntratti u l-perijodu u limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz fejn għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.

PARTI J

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar għoti ta’ kuntratt li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra

(kif imsemmija fl-Artikolu 75(2))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti.

2.

Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inklużi l-kodiċi CPV.

3.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ provvista u ta’ servizzi

4.

In-numru ta’ offerti riċevuti.

5.

Il-prezz jew il-firxa ta’ prezzijiet (massimi/minimi) mħallsa.

6.

Għal kull għotja, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-operatur ekonomiku jew l-operaturi li ntgħażlu.

7.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.


ANNESS VI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DOKUMENTI TAL-AKKWIST RELATATI MAL-IRKANTIJIET ELETTRONIĊI

(Artikolu 35(4))

Meta l-awtoritajiet konraenti jiddeċiedu li jagħmlu rkant elettroniku, id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu għall-inqas id-dettalji li ġejjin:

(a)

il-karatteristiċi, li l-valuri tagħhom ser ikunu s-suġġett tal-irkant elettroniku, dejjem jekk dawn il-karatteristiċi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jingħataw f’ċifri jew perċentwali;

(b)

kwalunkwe limitu fuq il-valuri li jista’ jiġi sottomess, peress li jirriżulta mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;

(c)

l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun xierqa, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;

(d)

l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess tal-irkant elettroniku;

(e)

il-kondizzjonijiet li skonthom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn dawn ikunu xierqa, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;

(f)

l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna t-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.


ANNESS VII

DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, it-totalità ta’ preskrizzjonijiet tekniċi b’mod partikolari fid-dokumenti tal-akkwist, li jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ materjal, prodott jew provvista, sabiex dawk jipprovdu l-użu li huma maħsuba għalih mill-awtorità kontraenti; dawk il-karatteristiċi jinkludu livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà) u valutazzjoni tal-konformità, prestazzjoni, sikurezza jew dimensjonijiet, inklużi l-proċeduri li jikkonċernaw il-garanzija tal-kwalità, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti u l-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħlijiet; barra minn hekk, dawk il-karatteristiċi jinkludu regoli relatati mad-disinn u l-ispejjeż, it-test, il-kondizzjonijiet ta’ spezzjoni u aċċettabbiltà għax-xogħlijiet u l-metodi jew tekniki ta’ kostruzzjoni u l-kondizzjonijiet tekniċi kollha l-oħrajn li l-awtorità kontraenti qiegħda f’pożizzjoni li tippreskrivi, skont regolamenti ġenerali jew speċifiċi, fir-rigward tax-xogħlijiet kompluti u fir-rigward tal-materjali jew komponenti li dawn jinvolvu;

(b)

fil-każ ta’ provvista pubblika jew kuntratti ta’ servizzi, speċifikazzjoni f’dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott jew servizz, bħal-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, id-disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża l-aċċessibilità għal persuni b’diżabbiltà) u valutazzjoni tal-konformtià, il-prestazzjoni, l-użu tal-prodott, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi rekwiżiti rilevanti għall-prodott fir-rigward tal-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti, il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni f’kull satdju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-provvista jew servizz u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(2)

“standard” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda milli ġejjin:

(a)

“standard internazzjonali” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni ta’ istandardizzazzjoni internazzjonali u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,

(b)

“standard Ewropew” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni ta’ istandardizzazzjoni Ewropej u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,

(c)

“standard nazzjonali” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni ta’ istandardizzazzjoni nazzjonali u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali;

(3)

“valutazzjoni Teknika Ewropea” tfisser il-valutazzjoni dokumentata tal-prestazzjoni ta’ prodott ta’ kostruzzjoni, f’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, f’konformità mad-Dokument ta’ Valutazzjoni Ewropea, kif definit fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (1);

(4)

“speċifikazzjoni teknika komuni” tfisser speċifikazzjoni teknika fil-qasam tal-ICT stabbilita skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(5)

“referenza teknika” tfisser kwalunkwe proġett imwettaq mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, għajr standards Ewropej, skont il-proċeduri adattati għall-iżvilupp ta’ ħtiġijiet tas-suq.


(1)  Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).


ANNESS IX

KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI

1.   Pubblikazzjoni ta’ avviżi

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49, 50, 75 u 79 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u ppubblikati skont ir-regoli li ġejjin:

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 48, 49, 50, 75 u 79 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet kontraenti fil-każ ta’ avviż informattiv minn qabel ippubblikat fuq profil ta’ xerrej skont l-Artikolu 48(1).

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw din l-informazzjoni fuq l-Internet fuq “profil ta’ xerrej” kif imsemmi fil-punt 2(b).

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti lill-awtorità kontraenti l-konferma msemmija fl-Artikolu 51(5), it-tieni subparagrafu.

2.   Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni komplimentarja jew addizzjonali

(a)

Ħlief meta previst mod ieħor fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 53(1), l-awtoritajiet konraenti għandhom jippubblikaw id-dokumenti tal-akkwist fit-totalità tagħhom fuq l-Internet.

(b)

Il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi avviżi informattivi minn qabel kif stipulat fl-Artikolu 48(1), informazzjoni dwar stediniet kurrenti għal offerti, xiri skedat, kuntratti konklużi, proċeduri kkanċellati u kwalunkwe informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, telefon u numru tal-fax, indirizz postali u indirizz tal-posta elettronika. Il-profil tax-xerrej jista’ jinkludi wkoll avviżi ta’ informazzjoni minn qabel użati bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, li huma ppubblikati fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 52.

3.   Il-format u l-proċeduri sabiex jintbagħtu avviżi b’mod elettroniku

Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-Internet “http://simap.europa.eu”.


ANNESS IX

KONTENUTI TAL-ISTEDINIET GĦAS-SOTTMISSJONI TA’ OFFERTA, GĦAL PARTEĊIPAZZJONI FID-DJALOGU JEW GĦAL KONFERMA TAL-INTERESS STIPULATI FL-ARTIKOLU 54

1.

Bħala minimu, l-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerta jew għal parteċipazzjoni fi djalogu stipulati fl-Artikolu 54 irid ikun fihom:

(a)

referenza għas-sejħa għall-kompetizzjoni ppubblikata;

(b)

id-data ta’ skadenza għar-riċevuta ta’ offerti, l-indirizz li fuqhom iridu jintbagħtu l-offerti u l-lingwa jew il-lingwi li jridu jinkitbu bihom;

(c)

fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, id-data u l-indirizz stabbiliti għall-bidu tal-konsultazzjoni u l-lingwa jew il-lingwi użati;

(d)

referenza għal kwalunkwe dokument mehmuż possibbli li għandu jiġi sottomess, jew bħala prova ta’ dikjarazzjonijiet verifikabbli mill-offerent skont l-Artikoli 60 u, fejn dan ikun applikabbli, l-Artikolu 62 jew inkella bħala suppliment tal-informazzjoni msemmija f’dawk l-Artikoli, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 60a u 62;

(e)

l-ippeżar relattiv tal-kriterji għall-għoti tal-kuntratt jew, fejn dan ikun xieraq, l-ordni dixxendenti ta’ importanza għal dawn il-kriterji, fejn dawn ma jingħatawx fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew fid-dokument deskrittiv.

Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti mogħtija permezz ta’ djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) ma għandhiex tidher fl-istedina għal parteċipazzjoni fid-djalogu jew għan-negozjar, iżda għandha tidher fl-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerta.

2.

Meta ssir sejħa għall-kompetizzjoni permezz ta’ avviż informattiv minn qabel, l-awtoritajiet kontraenti għandhom sussegwentement jistiednu lill-kandidati kollha sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratt ikkonċernat qabel ma jibdew l-għażla tal-offerenti jew parteċipanti fin-negozjati.

Dik l-istedina għandha tinkludi mill-anqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-natura u l-kwantità, inklużi l-għażliet kollha li jikkonċernaw kuntratti komplimentarji u, fejn possibbli, iż-żmien disponibbli stmat għat-twettiq ta’ dawn l-opzjonijiet għal kuntratti rinnovabbli, in-natura u l-kwantità u, fejn possibbli, id-dati ta’ pubblikazzjoni stmati ta’ avviżi ulterjuri ta’ kompetizzjoni għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jinħarġu għall-offerti;

(b)

it-tip ta’ proċedura: proċedura ristretta jew proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar;

(c)

fejn din tkun xierqa, id-data li fiha ser jibdew jew jintemmu t-twassil tal-provvisti jew it-twettiq tax-xogħlijiet jew servizzi;

(d)

meta ma jkunx jista’ jiġi offrut aċċess elettroniku, l-indirizz u d-data ta’ għeluq għas-sottomissjoni ta’ talbiet għad-dokumenti tal-akkwist u l-lingwa jew lingwi li għandhom jinkitbu bihom;

(e)

l-indirizz tal-awtorità kontraenti li għandha tagħti l-kuntratt;

(f)

il-kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, il-garanziji finanzjarji u l-informazzjoni meħtieġa minn operaturi ekonomiċi;

(g)

il-forma tal-kuntratt li huwa s-suġġett tal-istedina għall-offerti: xiri, kiri jew xiri bin-nifs, jew kwalunkwe taħlita ta’ dawn; u

(h)

il-kriterji tal-għoti ta’ kuntratt u l-ippeżar tagħhom jew, fejn din tkun xierqa, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, fejn din l-informazzjoni ma tingħatax fl-avviż informattiv minn qabel jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar.


ANNESS X

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI SOĊJALI U AMBJENTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 18(2)

il-Konvenzjoni 87 tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni;

il-Konvenzjoni 98 tal-ILO dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv;

il-Konvenzjoni 29 tal-ILO dwar ix-Xogħol Furzat;

il-Konvenzjoni 105 tal-ILO dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat;

il-Konvenzjoni 138 tal-ILO dwar l-Età Minima;

il-Konvenzjoni 111 tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni (Impjieg u Xogħol);

il-Konvenzjoni 100 tal-ILO dwar Remunerazzjoni Ugwali;

il-Konvenzjoni 182 tal-ILO dwar l-Agħar Forom ta’ Tħaddim tat-Tfal;

Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-Protezzjoni tal-Faxx tal-Ożonu u l-Protokoll ta’ Montreal tagħha dwar sustanzi li jeżawrixxu l-Faxx tal-Ożonu;

Il-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Basel);

Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Sustanzi Organiċi Persistenti li Jniġġsu (il-Konvenzjoni POPs ta’ Stokkolma);

Il-Konvenzjoni dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (UNEP/FAO) (il-Konvenzjoni PIC) Rotterdam, 10 ta’ Settembru 1998 u t-tliet (3) Protokolli reġjonali tagħha.


ANNESS XI

REĠISTRI  (1)

— Ir-reġistri professjonali u tan-negozji u d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti għal kull Stat Membru huma:

fil-Belġju ir-“Registre du Commerce”/“Handelsregister”, u, fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi, l-“Ordres professionels/Beroepsorden”;

fil-Bulgarija, it-“Търговски регистър”;

fir-Repubblika Ċeka, l-“obchodní rejstřík”;

fid-Danimarka, l-“Erhvervsstyrelsen”;

fil-Ġermanja, il-“Handelsregister”, il-Handwerksrolle”, u, fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi, il-“Vereinsregister”, il-“Partnerschaftsregister” u l-“Mitgliedsverzeichnisse der Berufskammern der Länder”;

fl-Estonja, ir-“Registrite ja Infosüsteemide Keskus”;

fl-Irlanda, l-operatur ekonomiku jista’ jintalab jipprovdi ċertifikat mir-Registrar of Companies jew mir-Registrar of Friendly Societies jew, fejn dan ma jkunx ċertifikat b’dan il-mod, ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata ddikjarat b’ġurament li hi attiva fil-professjoni inkwistjoni fil-pajjiż li hija stabbilita fih, f’post speċifiku taħt isem tan-negozju partikolari;

fil-Greċja, il-“Μητρώο Εργοληπτικών Επιχειρήσεων — ΜΕΕΠ” tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Ippjanar Urban u Nazzjonali u x-Xogħlijiet Pubbliċi (Υ.ΠΕ.ΧΩ.Δ.Ε) fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet; il-“Βιοτεχνικό ή Εμπορικό ή Βιομηχανικό Επιμελητήριο” u l-“Μητρώο Κατασκευαστών Αμυντικού Υλικού” fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvisti; fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi, il-fornitur tas-servizzi jista’ jintalab jipprovdi dikjarazzjoni b’ġurament quddiem nutar dwar it-twettiq tal-professjoni kkonċernata; fil-każijiet speċifikati għal-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti, għall-forniment ta’ servizzi ta’ riċerka kif imsemmi fl-Anness I, ir-reġistru professjonali “Μητρώο Μελετητών” u l-“Μητρώο Γραφείων Μελετών”;

fi Spanja, ir-“Registro Oficial de Licitadores y Empresas Clasificadas del Estado” fir-rigward ta’ xogħlijiet u kuntratti ta’ servizzi, u, fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvisti, ir-“Registro Mercantil” jew, fil-każ ta’ individwi, ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata ddikjarat b’ġurnament li hi attiva fil-professjoni inkwistjoni;

fi Franza, ir-“Registre du commerce et des sociétés” u r-“Répertoire des métiers”;

fil-Kroazja, is-“Sudski registar” u l-“Obrtni registrar” jew, fil-każ ta’ xi attivitajiet, ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata hija awtorizzata li tkun involuta fl-attività kummerċjali jew il-professjoni inkwistjoni;

fl-Italja, ir-“Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato”; fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi u anke r-“Registro delle commissioni provinciali per l’artigianato” jew, minbarra r-reġistri diġà msemmija, il-“Consiglio nazionale degli ordini professionali” fir-rigward ta’ kuntratti ta’ servizzi; fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet jew ta’ servizzi, l-“Albo nazionale dei gestori ambientali” flimkien mar-reġistri diġà msemmija;

f’Ċipru, il-kuntrattur jista’ jintalab jipprovdi ċertifikat mill-“Council for the Registration and Audit of Civil Engineering and Building Contractors (Συμβούλιο Εγγραφής και Ελέγχου Εργοληπτών Οικοδομικών και Τεχνικών Έργων)” skont il-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Awditjar ta’ Kuntratturi tal-Inġinerija Ċivili u tal-Bini (Registration and Audit of Civil Engineering and Building Contractors Law) fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet; fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvisti u servizzi l-fornitur tal-provvista jew il-fornitur tas-servizz jista’ jintalab jipprovdi ċertifikat mir-“Registrar of Companies and Official Receiver” (Έφορος Εταιρειών και Επίσημος Παραλήπτης) jew, fejn dan mhuwiex il-każ, ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata ddikjarat b’ġurament li hija attiva fil-professjoni inkwistjoni fil-pajjiż li hija stabbilita, f’post speċifiku u taħt isem tan-negozju partikolari;

fil-Latvja, l-“Uzņēmumu reģistrs”;

fil-Litwanja, il-“Juridinių asmenų registras”;

fil-Lussemburgu, ir-“Registre aux firmes” u r-“Rôle de la Chambre des métiers”;

fl-Ungerija, iċ-“Cégnyilvántartás”, l-“egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása” u, fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi, xi “szakmai kamarák nyilvántartása” jew, fil-każ ta’ xi attivitajiet, ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata hija awtorizzata li twettaq l-attività kummerċjali jew il-professjoni inkwistjoni;

f’Malta, l-operatur ekonomiku jikseb in-“numru ta’ registrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenzja ta’ kummerċ” tiegħu, u fil-każ ta’ sħubija jew kumpannija, in-numru ta’ reġistrazzjoni rilevanti kif maħruġ mill-Malta Financial Services Authority;

fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-“Handelsregister”;

fl-Awstrija, il-“Firmenbuch”, il-“Gewerberegister”, il-“Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern”;

fil-Polonja, il-“Krajowy Rejestr Sądowy”;

fil-Portugall, l-“Instituto da Construção e do Imobiliário” (INCI) fir-rigward tal-kuntratti ta’ xogħlijiet; ir-“Registro Nacional das Pessoas Colectivas” fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvisti u servizzi;

fir-Rumanija, ir-“Registrul Comerțului”;

fis-Slovenja, is-“sodni register” u l-“obrtni register”;

fis-Slovakkja, l-“Obchodný register”;

fil-Finlandja, il-“Kaupparekisteri”/“Handelsregistret”;

fl-Isvezja, l-“aktiebolags-, handels- eller föreningsregistren”;

fir-Renju Unit, l-operatur ekonomiku jista’ jintalab jipprovdi ċertifikat mir-Registrar of Companies li jiddikjara li huwa ċertifikat bħala inkorporat jew reġistrat jew, fejn ma jkunx ċertifikat b’dan il-mod, ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata ddikjarat b’ġurament li hija attiva fil-professjoni f’post speċifiku taħt isem tan-negozju partikolari.


(1)  Għall-finijiet tal-Artikolu 58(2), “reġistri professjonali jew tan-negozji” tfisser dawk elenkati f’dan l-Anness u, fejn saru bidliet fil-livell nazzjonali, ir-reġistri li ħadulhom posthom.


ANNESS XII

MEZZI TA’ PROVA TAL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Parti I:   Il-qagħda ekonomika u finanzjarja

Bħala regola ġenerali, prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku tista’ tkun ipprovduta minn waħda jew aktar mir-referenzi li ġejjin:

(a)

dikjarazzjonijiet xierqa minn banek, jew, fejn xieraq, prova tal-assigurazzjoni ta’ indennizz għar-riskju professjonali rilevanti;

(b)

il-preżentazzjoni ta’ rendikonti finanzjarji jew estratti mir-rendikonti finanzjarji, fejn il-pubblikazzjoni tar-rendikonti finanzjarji tkun meħtieġa skont il-liġi tal-pajjiż li fih l-operatur ekonomiku jkun stabbilit;

(c)

dikjarazzjoni tal-fatturat ġenerali tal-impriża u, fejn xierqa, tal-fatturat fil-qasam kopert mill-kuntratt għal massimu tal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli, jiddependi mid-data li fiha ġiet stabbilita l-impriża jew li fiha l-operatur ekonomiku beda l-attività, sa fejn l-informazzjoni dwar dawn il-fatturati tkun disponibbli.

Parti II:   Abbiltà teknika

Mezzi li jipprovdu prova tal-abbiltajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi, kif stipulat fl-Artikolu 58:

(a)

il-listi li ġejjin:

(i)

lista tax-xogħlijiet imwettqa matul massimu ta’ ħames snin, flimkien ma’ ċertifikati tat-twettiq u r-riżultat sodisfaċenti tal-aktar xogħlijiet importanti; fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ kompetizzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jindikaw li ser jittieħdu f’kunsiderazzjoni provi ta’ xogħlijiet rilevanti mwettqa aktar minn ħames snin qabel;

(ii)

lista tal-konsenji prinċipali effettwati jew is-servizzi ewlenin ipprovduti matul mhux aktar mill-aħħar tliet snin, bis-somom, dati u riċevituri involuti, kemm jekk pubbliċi kif ukoll jekk privati. Fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ kompetizzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jindikaw li jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni provi ta’ provvisti jew servizzi rilevanti mwassla jew imwettqa aktar minn tliet snin qabel;

(b)

indikazzjoni tat-tekniċi jew il-korpi tekniċi involuti, kemm jekk jappartjenu jew le b’mod dirett għall-impriża tal-operatur ekonomiku, b’mod partikolari dawk responsabbli mill-kontroll tal-kwalità u, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, dawk li l-kuntrattur jista’ jinkariga sabiex iwettqu x-xogħol;

(c)

deskrizzjoni tal-faċilitajiet u l-miżuri tekniċi użati mill-operatur ekonomiku għall-iżgurar tal-kwalità u l-faċilitajiet ta’ studju u riċerka tal-impriża; (c a)

(d)

indikazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni u ta’ traċċar tal-katina tal-provvista li l-operatur ekonomiku ser ikun jista’ japplika meta jwettaq il-kuntratt;

(e)

fejn il-prodotti jew is-servizzi li jridu jiġu pprovduti huma kumplessi jew, b’mod eċċezzjonali, huma meħtieġa għal skop speċjali, verifika mwettqa mill-awtoritajiet kontraenti jew f’isimhom minn korp uffiċjali kompetenti tal-pajjiż li fih huwa stabbilit il-fornitur tal-provvista jew il-fornitur tas-servizz, soġġett għall-ftehim ta’ dak il-korp, fuq il-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-fornitur tal-provvista jew il-kapaċità teknika tal-fornitur tas-servizz u, fejn dak ikun meħtieġ, fuq il-mezzi ta’ studju u riċerka li huma disponibbli għalih u l-miżuri ta’ kontroll tal-kwalità li ser iħaddem;

(f)

il-kwalifiki edukattivi u professjonali ta’ min jipprovdi servizz jew kuntrattur u/jew dawk tal-persunal maniġerijali tal-impriża u, sakemm ma jiġux ivvalutati bħala kriterju tal-għoti;

(g)

indikazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni ambjentali li l-operatur ekonomiku ser ikun jista’ japplika meta jwettaq il-kuntratt;

(h)

dikjarazzjoni tal-ammont annwali medju ta’ ħaddiema tal-fornitur jew tal-kuntrattur tas-servizz u n-numru ta’ persunal amministrattiv għall-aħħar tliet snin;

(i)

dikjarazzjoni dwar l-għodod, l-impjant u t-tagħmir tekniku għad-dispożizzjoni tal-fornitur jew il-kuntrattur tas-servizz għat-twettiq tal-kuntratt;

(j)

indikazzjoni tas-sehem tal-kuntratt li l-operatur ekonomiku beħsiebu possibilment li jagħtih bħala sottokuntratt;

(k)

fir-rigward tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti:

(i)

kampjuni, deskrizzjonijiet jew ritratti, li l-awtentiċità tagħhom trid tiġi ċertifikata fejn l-awtorità kontraenti titlob dan;

(ii)

ċertifikati mfassla minn istituti jew aġenziji uffiċjali tal-kontroll tal-kwalità b’kompetenza rikonoxxuta li jikkonfermaw il-konformità tal-prodotti identifikati b’mod ċar mir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet jew standards tekniċi.


ANNESS XIII

LISTA TAL-ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 68(3)

Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


ANNESS XIV

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 74

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

75200000-8; 75231200-6; 75231240-8; 79611000-0; 79622000-0 [Servizzi ta’ provvista ta’ persunal għal għajnuna domestika]; 79624000-4 [Servizzi ta’ provvista għall-infermiera] u 79625000-1 [Servizzi ta’ provvista għal persunal mediku] minn 85000000-9 sa 85323000-9; 98133100-5, 98133000-4; 98200000-5; 98500000-8 [Familji privati b’persuni impjegati] u 98513000-2 sa 98514000-9 [Servizzi ta’ xogħol għall-familji, Servizzi minn persunal ta’ aġenzija għall-familji, Servizzi minn persunal klerikali għall-familji, Persunal temporanju għall-familji, Servizzi ta’ għajnuna għall-familji u Servizzi domestiċi]

Saħħa, servizzi soċjali u dawk relatati

85321000-5 u 85322000-2, 75000000-6 [Servizzi amministrattivi, tad-difiża u tas-sigurtà soċjali], 75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80000000-4 Servizzi edukattivi u ta’ taħriġ sa 80660000-8; minn 92000000-1 sa 92700000-8

79950000-8 [Servizzi ta’ esebizzjonijiet, fieri u ta’ organizzazzjoni ta’ kungressi], 79951000-5 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ seminars], 79952000-2 [Servizzi ta’ avvenimenti], 79952100-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali], 79953000-9 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ festivals], 79954000-6 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ festini], 79955000-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ sfilati tal-moda], 79956000-0 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ fieri u esebizzjonijiet]

Servizzi amministrattivi soċjali, edukattivi, ta’ kura tas-saħħa u kulturali

75300000-9

Servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorja (1)

75310000-2, 75311000-9, 75312000-6, 75313000-3, 75313100-4, 75314000-0, 75320000-5, 75330000-8, 75340000-1

Servizzi tal-benefiċċji

98000000-3; 98120000-0; 98132000-7; 98133110-8 u 98130000-3

Servizzi komunitarji, soċjali u personali oħrajn inkluż servizzi mogħtija minn trade unions, organizzazzjonijiet politiċi, assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u servizzi ta’ organizzazzjoni bi sħubiji oħrajn.

98131000-0

Servizzi reliġjużi

55100000-1 sa 55410000-7; 55521000-8 sa 55521200-0 [55521000-8 Servizzi ta’ forniment tal-ikel għal familji privat, 55521100-9 Servizzi ta’ Meals-on-wheels, 55521200-0 Servizzi ta’ twassil ta’ ikel fid-djar]

55520000-1 Servizzi ta’ forniment tal-ikel, 55522000-5 Servizzi ta’ forniment tal-ikel għal impriżi tat-trasport, 55523000-2 Servizzi ta’ forniment tal-ikel għal impriżi oħrajn u istituzzjonijiet oħrajn, 55524000-9 Servizzi ta’ forniment tal-ikel għall-iskejjel

55510000-8 Servizzi ta’ kantins, 55511000-5 Servizzi ta’ kantins u ta’ kafetteriji għal klijentela ristretta, 55512000-2 Servizzi ta’ ġestjoni ta’ kantins, 55523100-3 Servizzi ta’ ikel għall-iskejjel

Servizzi ta’ lukandi u ristoranti

79100000-5 sa 79140000-7; 75231100-5;

Servizzi legali, sakemm mhux esklużi skont il-punt (d) tal-Artikolu 10

75100000-7 sa75120000-3; 75123000-4; 75125000-8 sa 75131000-3

Servizzi amministrattivi oħra u servizzi tal-gvern

75200000-8 sa 75231000-4

Provvista ta’ servizzi lill-komunità

75231210-9 sa 75231230-5; 75240000-0 sa 75252000-7; 794300000-7; 98113100-9

Servizzi relatati mal-ħabs, is-sigurtà pubblika u servizzi ta’ salvataġġ sa fejn mhumiex esklużi f’konformità mal-punt (h) tal-Artikolu 10

79700000-1 sa 79721000-4 [Servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ sigurtà, Servizzi ta’ monitoraġġ ta’ allarm, Servizzi ta’ sigurtà, Servizzi ta’ għassa, Servizzi ta’ sorveljanza, Servizzi ta’ sistemi ta’ traċċar, Servizzi ta’ traċċar ta’ maħrubin, Servizzi ta’ rondi, Servizzi ta’ rilaxx ta’ badges ta’ identifikazzjoni, Servizzi ta’ investigazzjoni u Servizzi ta’ aġenziji ta’ detektivs] 79722000-1[Servizzi ta’ grafoloġija], 79723000-8 [Servizzi ta’ analiżi tal-iskart]

Servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ sigurtà

98900000-2 [Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u korpi extraterritorjali] u 98910000-5 [Servizzi speċifiċi għal organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali]

Servizzi internazzjonali

64000000-6 [Servizzi postali u tat-telekomunikazzjoni], 64100000-7 [Servizzi tal-posta u ta’ kurriera], 64110000-0 [Servizzi postali], 64111000-7 [Servizzi postali relatati ma’ gazzetti u perjodiċi], 64112000-4 [Servizzi postali relatati ma’ ittri], 64113000-1 [Servizzi postali relatati ma’ pakketti], 64114000-8 [Servizzi tal-bank tal-uffiċċju postali], 64115000-5 [Kiri ta’ kaxxi tal-ittri], 64116000-2 [Servizzi ta’ posta li għandha tinġabar mill-posta], 64122000-7 [Posta interna tal-uffiċċji u servizzi ta’ messaġġiera]

Servizzi postali

50116510-9 [Servizzi ta’ ffurmar mill-ġdid ta’ tajers], 71550000-8 [Servizzi ta’ ħaddied]

Servizzi oħrajn


(1)  Dawn is-servizzi mhumiex koperti minn din id-Direttiva fejn dawn huma organizzati bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. L-Istati Membri huma liberi biex jorganizzaw l-għoti ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħra bħala servizzi ta’ interess ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali.


ANNESS XV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI  (1)

Din id-Direttiva

Id-Direttiva 2004/18/KE

Art. 1, par. 1, 2, 4, 5 u 6

Art. 1, par. 3

Art. 10

Art. 2, par 1, punt (1)

Art. 1, par. 9, l-ewwel subparagrafu

Art. 2, par 1, punt (2)

Art. 7, punt (a)

Art. 2, par 1, punt (3)

Art. 2, par 1, punt (4) (a)

Art. 1, par. 9, it-tieni subparagrafu, punt (a)

Art. 2, par 1, punt (4) (b)

Art. 1, par. 9, it-tieni subparagrafu, punt (b)

Art. 2, par 1, punt (4) (c)

Art. 1, par. 9, it-tieni subparagrafu, punt (c)

Art. 2, par 1, punt (5)

Art. 1, par. 2, punt (a)

Art. 2, par 1, punt (6)

Art. 1, par. 2, punt (b), l-ewwel sentenza

Art. 2 par 1, punt (7)

Art. 1, par. 2, punt (b), it-tieni sentenza

Art. 2, par 1, punt (8)

Art. 1, par. 2, punt (c)

Art. 2, par 1, punt (9)

Art. 1, par. 2, punt (d)

Art. 2, par 1, punt (10)

Art. 1, par. 8, it-tieni subparagrafu

Art. 2, par 1, punt (11)

Art. 1, par. 8, it-tielet subparagrafu

Art. 2, par 1, punt (12)

Art. 1, par. 8, it-tielet subparagrafu

Art. 2, par 1, punt (13)

Art. 23, par. 1

Art. 2, par 1, punt (14)

Art. 1, par. 10

Art. 2, par 1, punt (15)

Art. 2, par 1, punt (16)

Art. 1, par. 10

Art. 2, par 1, punt (17)

Art. 2, par 1, punt (18)

Art. 1, par. 12

Art. 2, par 1, punt (19)

Art. 1, par. 13

Art. 2, par 1, punt (20)

Art. 2, par 1, punt (21)

Art. 1, par. 11, punt (e)

Art. 2, par 1, punt (22)

Art. 2, par 1, punt (23)

Art. 2, par 1, punt (24)

Art. 2, par 2

Art. 3, par. 1

Art. 3, par. 1, l-ewwel subparagrafu

Art. 3, par. 2, it-tieni subparagrafu

Art. 22; Art. 1, par. 2, punt (d)

Art. 3, par. 3

Art. 3, par. 4

Art. 3, par. 5

Art. 3, par. 4

Art. 4

Art. 7, 67

Art. 5, par. 1

Art. 9, par. 1

Art. 5, par. 2

Art. 5, par. 3

Art. 9, par. 3, Art. 9 par. 7, it-tieni subparagrafu,

Art. 5, par. 4

Art. 9, par. 2

Art. 5, par. 5

Art. 9, par. 9

Art. 5, par. 6

Art. 5, par. 7

Art. 9, par. 4

Art. 5, par. 8

Art. 9, par. 5, punt (a), 1st subparagrafu

Art. 5, par. 9

Art. 9, par. 5, punt (b), 1st u it-tieni subparagrafu

Art. 5, par. 10

Art. 9, par. 5, punt (a), it-tielet subparagrafu

Art. 9, par. 5, punt (b), it-tielet subparagrafu

Art. 5, par. 11

Art. 9, par. 7

Art. 5, par. 12

Art. 9, par. 6

Art. 5, par. 13

Art. 9, par. 8, punt (a)

Art. 5, par. 14

Art. 9, par. 8, punt (b)

Art. 6, par. 1 to 6

Art. 78, Art. 79, par. 2, punt (a)

Art. 6, par. 7

Art. 79(2)(d)

Art. 7

Art. 12, Art. 68(a)

Art. 8, l-ewwel subparagrafu

Art. 13, Art. 68(b)

Art. 8, it-tieni subparagrafu

Art. 1, par. 15

Art. 9

Art. 15, Art. 68(b)

Art. 10, punt (a)

Art. 16, punt (a)

Art. 10, punt (b)

Art. 16, punt (b)

Art. 10, punt (c)

Art. 16, punt (c)

Art. 10, punt (d)

Art. 10, punt (e)

Art. 16, punt (d)

Art. 10, punt (f)

Art. 10, punt (g)

Art. 16, punt (e)

Art. 10, punt (h)

Art. 10, punt (i)

Art. 10, punt (j)

Art. 11

Art. 18

Art. 12

Art. 13, l-ewwel subparagrafu

Art. 8, l-ewwel subparagrafu

Art. 13, it-tieni subparagrafu

Art. 8, it-tieni subparagrafu

Art. 14

Art. 16, punt (f)

Art. 15, par. 1 u 2

Art. 10, Art. 14, Art. 68(b)

Art. 15(3)

Art. 14, Art. 68(b)

Art. 16

Art. 17, par. 1

Art. 10, it-tieni subparagrafu; Art. 12 tad-Direttiva 2009/81/KE

Art. 17, par. 2

Art. 18, par. 1

Art. 2

Art. 18, par. 2

Art. 19, par. 1

Art. 4, par. 1

Art. 19, par. 2 - 3

Art. 4, par. 2

Art. 20, par. 1

Art. 19

Art. 20, par. 2

Art. 19, it-tieni subparagrafu

Art. 21, par. 1

Art. 6

Art. 21, par. 2

Art. 22, par. 1

Art. 42, par. 1, 2 u 4; Art. 71, par. 1

Art. 22, par. 2

Art. 22, par. 3

Art. 42, par. 3, Art. 71 par. 2

Art. 22, par. 4

Art. 22, par. 5

Art. 22, par. 6

Art. 42, par. 5 u 6, Art. 71 par. 3

Art. 22, par. 7, l-ewwel subparagrafu

Art. 79, par. 2, punt (g)

Art. 22 par. 7, it-tieni + t-tielet subparagrafu

Art. 23, par. 1

Art. 1, par. 14, l-ewwel subparagrafu

Art. 23, par. 2

Art. 79, par. 2 punti (e) u (f)

Art. 24

Art. 25

Art. 5

Art. 26, par. 1

Art. 28, l-ewwel subparagrafu

Art. 26, par. 2

Art. 26, par. 3

Art. 26, par. 4

Art. 26, par. 5, l-ewwel subparagrafu

Art. 26, par. 5, it-tieni subparagrafu

Art. 26, par. 6

Art. 27, par. 1, l-ewwel subparagrafu

Art. 1 par. 11 punt (a)

Art. 27, par. 1, it-tieni + t-tielet subparagrafu

Art. 38, par. 2

Art. 27, par. 2

Art. 38, par. 4

Art. 27, par. 3

Art. 27, par. 4

Art. 28, par. 1

Art. 38, par. 3, punt (a), Art. 1 par. 11 punt (b)

Art. 28, par. 2

Art. 1 par. 11(b), Art. 38, par. 3(b), Art. 44, par 3, l-ewwel sentenza

Art. 28, par. 3

Art. 38, par. 4

Art. 28, par. 4

Art. 28, par. 5

Art. 28, par. 6

Art. 38, par. 8

Art. 29, par. 1, l-ewwel subparagrafu

Art. 1 par. 11 punt (d)

Art. 29, par. 1, t-tieni - t-tielet subparagrafu

Art. 29, par. 1, ir-raba’ subparagrafu

Art. 38, par 3 (a) + (b)

Art. 29, par. 2

Art. 1 par. 11 punt (d)), Art. 44, par 3, l-ewwel sentenza

Art. 29, par. 3

Art. 30, par. 2

Art. 29, par. 4

Art. 29, par. 5

Art. 30, par. 3

Art. 29, par. 6

Art. 30, par. 4

Art. 29, par. 7

Art. 30, par. 2

Art. 30, par. 1

Art. 1 par. 11 punt (c), Art. 38, par. 3, Art 44, par 3, l-ewwel sentenza

Art. 30, par. 2

Art. 29, par. 2, par. 7

Art. 30, par. 3

Art. 29, par. 3

Art. 30, par. 4

Art. 29, par. 4

Art. 30, par. 5

Art. 29, par. 5

Art. 30, par. 6

Art. 29, par. 6

Art. 30, par. 7

Art. 29, par. 7

Art. 30, par. 8

Art. 29, par. 8

Art. 31

Art. 32, par. 1

Art. 31, l-ewwel sentenza

Art. 32, par. 2, punt (a)

Art. 31, punt (1) (a)

Art. 32, par. 2, punt (b)

Art. 31, punt (1) (b)

Art. 32, par. 2, punt (c)

Art. 31, punt (1) (c)

Art. 32, par. 3, punt (a)

Art. 31, punt (2) (a)

Art. 32, par. 3, punt (b)

Art. 31, punt (2) (b)

Art. 32, par. 3, punt (c)

Art. 31, punt (2) (c)

Art. 32, par. 3, punt (d)

Art. 31, punt (2) (d)

Art. 32, par. 4

Art. 31, punt (3)

Art. 32, par. 5

Art. 31, punt (4) (b)

Art. 33, par. 1

Art. 32, par. 1, Art. 1, par. 5, Art 32, par 2 l-ewwel u r-raba’ subparagrafu

Art. 33, par. 2

Art. 32, par. 2, t-tieni u t-tielet subparagrafu

Art. 33, par. 3

Art. 32, par. 3

Art. 33, par. 4

Art. 32, par. 4

Art. 33, par. 5

Art. 32, par. 4

Art. 34, par. 1

Art. 33, par. 1; Art. 1, par. 6

Art. 34, par. 2

Art. 33, par. 2

Art. 34, par. 3

Art. 33, par. 2 fl-aħħar

Art. 34, par. 4

Art. 33, par. 3

Art. 34, par. 5

Art. 33, par. 4

Art. 34, par. 6

Art. 33, par. 6

Art. 34, par. 7

Art. 34, par. 8

Art. 34, par. 9

Art. 33, par. 7, it-tielet subparagrafu

Art. 35, par. 1, l-ewwel subparagrafu

Art. 54, par. 1

Art. 35, par. 1, t-tieni + it-tielet subparagrafu

Art. 1, par. 7

Art. 35, par. 2

Art. 54, par. 2, l-ewwel + t-tieni subparagrafu

Art. 35, par. 3

Art. 54, par. 2, it-tielet subparagrafu

Art. 35, par. 4

Art. 54, par. 3

Art. 35, par. 5

Art. 54, par. 4

Art. 35, par. 6

Art. 54, par. 5

Art. 35, par. 7

Art. 54, par. 6

Art. 35, par. 8

Art. 54, par. 7

Art. 35, par. 9

Art. 54, par. 8, l-ewwel subparagrafu

Art. 36

Art. 37, par. 1

Art. 11, par. 1

Art. 37, par. 2

Art. 11, par. 2

Art. 37, par. 3

Art. 37, par. 4

Art. 11, par. 2

Art. 38

Art. 39

Art. 40

Premessa (8)

Art. 41

Art. 42, par. 1

Art. 23, par. 1

Art. 42, par. 2

Art. 23, par. 2

Art. 42, par. 3

Art. 23, par. 3

Art. 42, par. 4

Art. 23, par. 8

Art. 42, par. 5

Art. 23, par. 4, l-ewwel subparagrafu

Art. 42, par. 6

Art. 23, par. 5, l-ewwel + t-tieni subparagrafu

Art. 43, par. 1

Art. 23, par. 6

Art. 43, par. 2

Art. 23, par. 6, l-l-ewwel inċiż

Art. 44, par. 1

Art. 23, par. 4, t-tieni subparagrafu; par 5, t-tieni + t-tielet subparagrafu; par 6, t-tieni subparagrafu; par 7

Art. 44, par. 2

Art. 23, par. 4, l-ewwel subparagrafu; par 5, l-ewwel subparagrafu; par 6, l-ewwel subparagrafu

Art. 44, par. 3

Art. 45, par. 1

Art. 24, par. 1 u 2

Art. 45, par. 2

Art. 24, par. 3

Art. 45, par. 3

Art. 24, par. 4

Art. 46

Art. 47, par. 1

Art. 38, par. 1

Art. 47, par. 2

Art. 38, par. 7

Art. 47, par. 3

Art. 38, par. 7

Art. 48, par. 1

Art. 35, par. 1, Art. 36, par. 1

Art. 48, par. 2

Art. 49

Art. 35, par. 2; Art. 36, par. 1

Art. 50, par. 1-3

Art. 35, par. 4, l-ewwel - t-tielet subparagrafu, Art. 36, par. 1

Art. 50, par. 4

Art. 35, par. 4, il-ħames subparagrafu

Art. 51, par. 1

Art. 36, par. 1, Art. 79, par. 1, punt (a)

Art. 51, par. 2

Art. 36, par. 2

Art. 51, par. 2

Art. 36, par. 3 u par. 4, it-tieni subparagrafu

Art. 51, par. 3

Art. 36, par. 4, l-ewwel subparagrafu

Art. 51, par. 4

Art. 51, par. 5, l-ewwel subparagrafu

Art. 36, par. 7

Art. 51, par. 5, t-tieni subparagrafu

Art. 36, par. 8

Art. 51, par. 6

Art. 37

Art. 52, par. 1

Art. 36, par. 5, l-ewwel subparagrafu

Art. 52, par. 2 u 3

Art. 36, par. 5, it-tieni u t-tielet subparagrafu.

Art. 53, par. 1

Art. 38, par. 6

Art. 53, par. 2

Art. 39, par. 2

Art. 54, par 1

Art. 40, par. 1

Art. 54, par. 2

Art. 40, par. 2

Art. 55, par. 1

Art. 41, par. 1

Art. 55, par. 2

Art. 41, par. 2

Art. 55, par. 3

Art. 41, par. 3

Art. 56, par. 1, l-ewwel subparagrafu

Art. 44, par 1

Art. 56, par. 1, it-tieni subparagrafu

Art. 56, par. 2

Art. 56, par. 3

Art. 56, par. 4

Art. 57, par. 1,

Art. 45, par. 1

Art. 57, par. 2

Art. 45, par. 2 (e), (f)

Art. 57, par. 3

Art. 45, par. 1, it-tieni subparagrafu

Art. 57 par. 4

Art. 45, par. 2

Art. 57, par. 5

Art. 57, par. 6

Art. 57, par. 7

Art. 45, par. 1, it-tieni subparagrafu, u par. 2, it-tieni subparagrafu

Art. 58, par. 1

Art. 44, par. 1; par 2, l-ewwel + t-tieni subparagrafu

Art. 58, par. 2

Art. 46

Art. 58, par. 3

Art. 47

Art. 58, par. 4

Art. 48

Art. 58, par. 5

Art. 44, par. 2

Art. 59

Art. 60, par. 1

Art. 47, par. 4 sa 5, Art. 48, par. 6

Art. 60, par. 2

Art. 45, par. 3

Art. 60, par. 3 u 4

Art. 47, par. 1 + 5, Art. 48, par.2

Art. 60, par. 5

Art. 61

Art. 62, par. 1

Art. 49

Art. 62, par. 2

Art. 50

Art. 62, par. 3

Art. 63, par. 1

Art. 47, par. 2, 3; Art. 48, par. 3,4

Art. 63, par. 2

Art. 64, par. 1

Art. 52, par. 1, Art. 52 par. 7

Art. 64, par. 2, l-ewwel subparagrafu

Art. 52, par. 1, it-tieni subparagrafu

Art. 64, par. 2, it-tieni subparagrafu

Art. 52, par. 1, it-tielet subparagrafu

Art. 64, par. 3

Art. 52, par. 2

Art. 64, par. 4

Art. 52, par. 3

Art. 64, par. 5, l-ewwel subparagrafu

Art. 52, par. 4, l-ewwel subparagrafu

Art. 64, par. 5, it-tieni subparagrafu

Art. 52, par. 4, it-tieni subparagrafu

Art. 64, par. 6, l-ewwel subparagrafu

Art. 52, par. 5, l-ewwel subparagrafu

Art. 64, par. 6, it-tieni subparagrafu

Art. 52, par. 6

Art. 64, par. 7

Art. 52, par. 5, it-tieni subparagrafu

Art. 64, par. 8

Art. 65

Art. 44, par. 3

Art. 66

Art. 44, par 4

Art. 67, par. 1

Art. 53, par 1

Art. 67, par. 2

Art. 53, par 1

Art. 67, par. 3

Art. 67, par. 4

Premessa 1; Premessa 46, it-tielet paragrafu.

Art. 67, par. 5

Art. 53, par. 2

Art. 68

Art. 69, par. 1

Art. 55, par. 1

Art. 69, par. 2, punt (a)

Art. 55, par. 1, subparagrafu 2 (a)

Art. 69, par. 2, punt (b)

Art. 55, par. 1, subparagrafu 2 (b)

Art. 69, par. 2, punt (c)

Art. 55, par. 1, subparagrafu 2 (c)

Art. 69, par. 2, punt (d)

Art. 55, par. 1, subparagrafu 2 (d)

Art. 69, par. 2, punt (e)

Art. 69, par. 2, punt (f)

Art. 55, par. 1, subparagrafu 2 (e)

Art. 69, par. 3, l-ewwel subparagrafu

Art. 55, par. 2

Art. 69, par. 3, it-tieni subparagrafu

Art. 69, par. 4

Art. 55, par. 3

Art. 69, par. 5

Art. 70

Art. 26

Art. 71, par. 1

Art. 71, par. 2

Art. 25, l-ewwel subparagrafu

Art. 71, par. 3

Art. 71, par. 4

Art. 25, it-tieni subparagrafu

Art. 71, par. 5 to 8

Art. 72

Art. 73

Art. 74

Art. 75

Art. 76

Art. 77

Art. 78

Art. 67, par. 2

Art. 79, par. 1 - 2

Art. 69, par. 1 - 2

Art. 79, par. 3

Art. 70, par. 1; Art. 79, par. 1, punt (a)

Art. 80, par. 1

Art. 80, par. 2

Art. 66„ par. 2

Art. 80, par. 3

Art. 72

Art. 81

Art. 73

Art. 82

Art. 74

Art. 83, par. 1

Art. 81, l-ewwel subparagrafu

Art. 83, par. 2 to 6

Art. 84

Art. 43

Art. 85

Art. 86

Art. 87

Art. 77, par. 3 u 4

Art. 88

Art. 77, par. 5

Art. 89, par. 1 + 2

Art. 77, par. 1, 2

Art. 89, par. 3

Art. 90, par 1

Art. 80, par 1, t-tieni subpar

Art. 90, par 2 – 5

Art. 90, par 6

Art 80, par 2

Art. 91

Art. 82

Art. 92

Art. 93

Art. 83

Art. 94

Art. 84

Anness I

Anness IV

Anness II

Anness I

Anness III

Anness V

Anness III

Anness IV, (a) – (f)

Anness X (b) – (h)

Anness IV, (ga)

Anness V – part A

Anness VII – A

Anness V – Parti B – I.

Anness VII – A

Anness V – Parti B – II.

Anness V – Parti C

Anness VII – A

Anness V – Parti D

Anness VII – A

Anness V – Parti E

Anness VII – D

Anness V – Parti F

Anness VII – D

Anness V – Parti G

Anness V – Parti H

Anness V – Parti I

Anness V – Parti J

Anness VI

Art. 54, par. 3, punti (a) – (f)

Anness VII

Anness VI

Anness VIII

Anness VIII

Anness IX, 1.

Artikolu 40, par. 5

Anness IX, 2.

Anness X

Anness XI

Anness IX A, B, C

Anness XII, Parti 1

Artikolu 47, par. 1

Anness XII, Parti 2

Artikolu 48, par. 2

Anness XIII

Anness XIV

Anness II

Anness XV

Anness XII


(1)  “Adattat” tfisser li nbidel t-tqegħid tal-kliem tat-test, filwaqt li nżammet it-tifsira tad-direttivi revokati. Bidliet fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva revokata huma indikati bit-terminu “emendat”.


28.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/243


DIRETTIVA 2014/25/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fid-dawl tar-riżultati tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju2011 intitolat “Rapport ta’ Evalwazzjoni - l-Impatt u l-Effettività tal-Leġislazzjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-UE” (traduzzjoni mhux uffiċjali) jidher xieraq li jinżammu r-regoli dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta peress li l-awtoritajiet nazzjonali jibqgħu jkunu jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba ta’ dawk l-entitajiet, inklużi l-parteċipazzjoni fil-kapital tagħhom u r-rappreżentazzjoni fil-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-entitajiet. Raġuni oħra għalfejn għandu jibqa’ jiġi rregolat l-akkwist f’dawk is-setturi tinsab fin-natura magħluqa tas-swieq li fihom joperaw l-entitajiet f’dawk is-setturi, minħabba l-eżistenza ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri li jikkonċernaw il-provvista lil, il-provvediment jew l-operazzjoni tan-netwerks għall-għoti tas-servizz ikkonċernat.

(2)

Sabiex jiġi żgurat il-ftuħ għall-kompetizzjoni tal-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri tal-akkwist fir-rigward ta’ kuntratti ‘l fuq minn ċertu valur. Din il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex tiżgura l-effett tal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u b’mod partikolari l-moviment liberu tal-oġġetti, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll il-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament indaqs, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Fid-dawl tan-natura tas-setturi affettwati, il-koordinazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist fil-livell tal-Unjoni għandha, filwaqt li tissalvagwardja l-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, tistabbilixxi qafas għal prattika kummerċjali tajba u għandha tippermetti flessibilità massima.

(3)

Għal akkwisti li l-valur tagħhom huwa inqas mil-limitu meħtieġ biex tinbeda l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi mfakkra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward l-applikazzjoni xierqa tar-regoli u l-prinċipji tat-TFUE.

(4)

L-akkwist pubbliku għandu rwol ċentrali fl-istrateġija Ewropa 2020, stipulata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020, strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, (“l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”), bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom jiġu riveduti u modernizzati sabiex tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, tiġi ffaċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) fl-akkwist pubbliku u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-għanijiet soċjali komuni. Barra minn hekk, hemm il-bżonn li jiġu ċċarati l-ideat u l-kunċetti bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti tal-każistika stabbilita sew u relatata tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Meta tkun qed tiġi implimentata din id-Direttiva, għandu jittieħed kont tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (6) b’mod partikolari f’rabta mal-għażla tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, speċifikazzjonijiettekniċi, kriterji ta’ għoti u kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(6)

Ikun xieraq li l-kunċett ta’ akkwist ikun viċin kemm jista’ jkun ta’ dak applikat skont id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), billi jiġu kkunsidrati b’mod debitu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi koperti b’din id-Direttiva.

(7)

Għandu jiġi mfakkar li xejn f’din id-Direttiva ma jobbliga lill-Istati Membri biex jagħtu kuntratt jew jesternalizzaw il-forniment ta’ servizzi li huma jixtiequ jipprovdu huma stess jew jorganizzaw b’mezzi oħra għajr akkwist fis-sens ta’ din id-Direttiva. Il-forniment ta’ servizzi bbażati fuq il-liġijiet, ir-regolamenti jew kuntratti ta’ impjieg, ma għandhomx jiġu koperti. F’ċerti Stati Membri, dan jista’ pereżempju jkun il-każ għall-forniment ta’ ċerti servizzi għall-komunità, bħall-provvista tal-ilma għax-xorb.

(8)

Huwa wkoll xieraq li jiġi mfakkar li din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri. Lanqas ma għandha tittratta l-liberalizzazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, riservat għall-entitajiet pubbliċi jew privati, jew il-privatizzazzjoni tal-entitajiet pubbliċi li jipprovdu s-servizzi.

Bl-istess mod għandu jiġi mfakkar ukoll li l-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħra bħal servizzi postali jew bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali jew bħala taħlita tagħhom. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali ma għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(9)

Fl-aħħar, għandu jiġi mfakkar li din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jiddefinixxu, f’konformità mad-Dritt tal-Unjoni, servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, l-ambitu tagħhom u l-karatteristiċi tas-servizz li għandu jiġi pprovdut, inkluż kwalunkwe kondizzjoni marbuta mal-kwalità tas-servizz, sabiex jiġu segwiti l-objettivi tal-politika pubblika tagħhom. Din id-Direttiva għandha tkun ukoll mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali f’konformità mal-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26 dwar Servizzi ta’ Interess Ġenerali anness għat-TFUE u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tittrattax il-finanzjament ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew sistemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam soċjali, skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(10)

Kuntratt għandu jitqies biss bħala kuntratt għal xogħlijiet jekk is-suġġett tiegħu jkopri speċfikament l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Anness 1, anke jekk il-kuntratt ikopri l-forniment ta’ servizzi oħra neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ attivitajiet bħal dawn. Kuntratti ta’ servizz, partikolarment fl-isfera ta’ servizzi tal-ġestjoni ta’ proprjetà, jistgħu, f’ċerti ċirkostanzi, jinkludu xogħlijiet. Madankollu, sa fejn dawn ix-xogħlijiet huma inċidentali għall-kontenut tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, u huma konsegwenza possibbli tiegħu jew kumpliment tiegħu, il-fatt li dawn ix-xogħlijiet huma inklużi fil-kuntratt ma jiġġustifikax il-kwalifika tal-kuntratt ta’ servizz bħala kuntratt ta’ xogħol.

Madankollu, bil-ħsieb tad-diversità tal-kuntratti ta’ xogħol, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għal kuntratti għad-disinn u l-eżekuzzjoni ta’ xogħol li għandhom jingħataw jew separatament jew b’mod konġunt. Din id-Direttiva mhix intiża li tippreskrivi għotjiet ta’ kuntratti konġunti jew separati.

(11)

It-twettiq ta’ xogħol li jikkorrispondi mar-rekwiżiti speċifikati minn entità kontraenti jitlob li l-entità inkwistjoni għandha tkun ħadet miżuri biex tiddefinixxi t-tip ta’ xogħol jew, tal-inqas, kellha influwenza deċiżiva fuq it-tfassil tiegħu. Jekk il-kuntrattur jwettaqx ix-xogħol kollu jew parti minnu bil-mezzi tiegħu stess jew jiżgurax li dan isir b’mezzi oħra ma għandux ibiddel il-klassifikazzjoni tal-kuntratt bħala kuntratt ta’ xogħlijiet, sakemm il-kuntrattur jassumi obbligu dirett jew indirett li huwa legalment infurzabbli biex jiżgura li x-xogħlijiet ser jitwettqu.

(12)

Il-kunċetti ta’ “awtoritajiet kontraenti” u b’mod partikolari dak ta’ “korpi rregolati mil-liġi pubblika” ġew eżaminati ripetutament fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Biex jiġi ċċarat li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ratione personae għandu jibqa’ l-istess, huwa xieraq li tinżamm id-definizzjoni li l-Qorti bbażat fuqha u li jiġu inkorporati ċertu għadd ta’ kjarifiki mogħtija minn dik il-każistika bħala mezz biex jinftiehmu d-definizzjonijiet infushom, mingħajr l-intenzjoni li jinbidel il-fehim tal-kunċett kif elaborat mill-każistika.

Għal dak l-iskop, għandu jiġi ċċarat li korp li jopera f’kondizzjonijiet normali tas-suq, għandu l-għan li jagħmel profitt, u jġarrab it-telf li jirriżulta mill-eżerċizzju tal-attività tiegħu, ma għandux jitqies bħala “korp irregolat mil-liġi pubblika” peress li l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li jkun ġie stabbilit biex jissodisfa jew ikun ingħata l-inkarigu biex jissodisfa, jistgħu jitqiesu li huma ta’ natura industrijali jew kummerċjali. Bl-istess mod, il-kondizzjoni dwar l-oriġini tal-finanzjament tal-korp ikkunsidrat ġiet ukoll eżaminata mill-każistika, li ċċarat fost oħrajn li jkun iffinanzjat “fil-biċċa l-kbira” tfisser għal aktar min-nofs u li dak il-finanzjament jista’ jinkludi ħlasijiet minn utenti li huma imposti, ikkalkulati u miġbura f’konformità mar-regoli tal-liġi pubblika.

(13)

Fil-każ ta’ kuntratti mħalltin, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati fir-rigward tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt fejn il-partijiet differenti li jifformaw il-kuntratt għandhom objettiv inseparabbli. Għandu għalhekk jiġi ċċarat kif l-entitajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw jekk il-partijiet humiex separabbli jew le. Dik il-kjarifika għandha tkun ibbażata fuq il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Id-determinazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ, fejn l-intenzjonijiet espressi jew preżunti tal-entità kontraenti rigward id-diversi aspetti li jifformaw kuntratt imħallat bħala indiviżibbli ma għandhomx ikunu suffiċjenti, iżda għandhom ikunu sostnuti b’evidenza oġġettiva li tista’ tiġġustifikahom u tistabbilixxi l-ħtieġa li jsir kuntratt waħdieni. Ħtieġa ġustifikata bħal din biex isir kuntratt waħdieni tista’ pereżempju tkun fil-każ tal-kostruzzjoni ta’ bini wieħed, li parti minnu tkun ser tintuża direttament mill-entità kontraenti kkonċernata u parti oħra titħaddem fuq bażi ta’ konċessjonijiet, pereżempju biex jingħataw faċilitajiet ta’ parkeġġ għall-pubbliku. Għandu jiġi ċċarat li l-ħtieġa li jiġi konkluż kuntratt waħdieni tista’ tkun minħabba raġunijiet kemm ta’ natura teknika kif ukoll ta’ natura ekonomika.

(14)

Fil-każ ta’ kuntratti mħallta, li jistgħu jiġu sseparati, l-entitajiet kontraenti huma, dejjem liberi li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati tal-kuntratt imħallat, f’liema każ, id-dispożizzjonijiet applikabbli għal kull parti separata għandhom ikunu ddeterminati esklużivament fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ dak il-kuntratt speċifiku. Min-naħa l-oħra, meta l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jinkludu elementi oħra fl-akkwist, ikun xi jkun il-valur tagħhom u r-reġim legali li l-elementi miżjuda jkunu b’mod ieħor soġġetti għalihom, il-prinċipju ewlieni għandu jkun li, meta jingħata kuntratt skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jekk jingħata waħdu, din id-Direttiva għandha tkompli tapplika għall-kuntratt imħallat kollu.

(15)

Madankollu, għandha ssir dispożizzjoni speċjali għal kuntratti mħallta li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà jew partijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-TFUE. F’każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun possibbli sakemm l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u li d-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma tittiħidx biex jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Għandu jiġi ċċarat li l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jinżammu milli jagħżlu li japplikaw din id-Direttiva għal ċerti kuntratti mħallta minflok japplikaw id-Direttiva 2009/81/KE.

(16)

Barra minn hekk, il-kuntratti jistgħu jingħataw bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ diversi attivitajiet, li possibbilment huma soġġetti għal reġimi legali differenti. Għandu jiġi ċċarat li r-reġim legali applikabbli għal kuntratt waħdieni maħsub li jkopri diversi attivitajiet għandu jkun soġġett għar-regoli applikabbli għall-attività li għaliha huwa maħsub prinċipalment. Id-determinazzjoni tal-attività li għaliha l-kuntratt huwa prinċipalment maħsub tista’ tkun ibbażata fuq analiżi tar-rekwiżiti li l-kuntratt speċifiku jrid jilħaq, li għandha titwettaq mill-entità kontraenti bil-għan li jiġi stmat il-valur tal-kuntratt u biex jitfasslu d-dokumenti ta’ akkwist. F’ċerti każijiet, bħax-xiri ta’ biċċa waħda ta’ tagħmir għas-segwiment ta’ attivitajiet li għalihom ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni li tippermetti stima tar-rati rispettivi ta’ użu, jista’ jkun oġġettivament impossibbli li jiġi stabbilit għal liema attività l-kuntratt ġie prinċipalment maħsub. Ir-regoli applikabbli għal każijiet bħal dawn għandhom jiġu indikati.

(17)

Għandu jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ “operaturi ekonomiċi” għandha tiġi interpretata b’mod wiesa’ sabiex tiġi inkluża kwalunkwe persuna u/jew entitità li toffri l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xogħol, il-provvista ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq, irrispettivament mill-forma legali li taħtha hija għażlet li topera. Għalhekk, ditti, fergħat, sussidjarji, sħubiji, soċjetajiet kooperattivi, kumpanniji limitati, universitajiet, u forom oħra ta’ entitajiet pubbliċi jew privati li mhumiex persuni fiżiċi kollha għandhom jaqgħu taħt il-kunċett ta’ operatur ekonomiku, sew jekk huma “persuni ġuridiċi” jew le fiċ-ċirkostanzi kollha.

(18)

Għandu jiġi ċċarat li gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inkluż fejn dawn ikunu ngħaqdu fil-forma ta’ assoċjazzjoni temporanja, jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti mingħajr ma jkun meħtieġ li huma jieħdu forma legali speċifika. Sa fejn dan hu meħtieġ, pereżempju fejn hi mitluba responsabbiltà konġunta u diversa, tista’ tintalab forma speċifika meta tali gruppi jingħataw il-kuntratt.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu b’mod espliċitu kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw il-kriterji u r-rekwiżiti għall-kwalifikazzjoni u l-għażla kwalitattiva stabbiliti f’din id-Direttiva, li huma meħtieġa minn operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw waħedhom.

It-twettiq tal-kuntratti minn gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jista’ jirrikjedi l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet, li mhumiex imposti fuq il-parteċipanti individwali. Dawn il-kondizzjonijiet, li għandhom ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u jkunu proporzjonati, jistgħu pereżempju jinkludu r-rekwiżiti tal-ħatra ta’ rappreżentazzanza konġunta jew ta’ sieħeb mexxej għall-finijiet tal-proċedura tal-akkwist jew jitolbu informazzjoni dwar l-iffurmar tagħhom.

(19)

Sabiex jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u tal-posta huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati fuq bażi li mhuwiex l-istatus legali tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi żgurat, li ma jiġix preġudikat it-trattament ugwali ta’ entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u ta’ dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 TFUE, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema ta’ sjieda għall-proprjetà fl-Istati Membri.

(20)

Il-kunċett ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi huwa ċentrali għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, peress li l-entitajiet li la huma awtoritajiet kontraenti u lanqas impriżi pubbliċi fit-tifsira ta’ din id-Direttiva huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha sal-punt biss li dawn jeżerċitaw waħda mill-attivitajiet koperti abbażi ta’ dawn id-drittijiet. Għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat li d-drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura bbażata fuq kriterji oġġettivi, b’mod partikolari skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni, u li għalihom ġiet żgurata pubbliċità adegwata ma jikkostitwixxux drittijiet speċjali jew esklużivi għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Dik il-leġislazzjoni għandha tinkludi d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (13).

Għandu jiġi ċċarat ukoll li dik il-lista ta’ leġislazzjoni mhix eżawrjenti u li d-drittijiet fi kwalunke forma, inkluż permezz ta’ atti ta’ konċessjoni, li ngħataw permezz ta’ proċeduri oħra bbażati fuq kriterji oġġettivi u li għalihom ġiet żgurata pubbliċità adegwata ma jikkostitwixxux drittijiet speċjali jew esklużivi għall-finijiet tad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ratione personae. Il-kunċett ta’ drittijiet esklużivi għandu jintuża wkoll fil-kuntest li jiddetermina jekk l-użu ta’ proċedura nnegozjata mingħajr sejħa minn qabel għal kompetizzjoni jkunx ġustifikat minħabba li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu fornuti biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba l-protezzjoni ta’ ċerti drittijiet esklużivi.

Madankollu, b’kont meħud tar-ratio legis differenti wara dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ drittijiet esklużivi ma jeħtieġx li jkollu l-istess tifsira fiż-żewġ kuntesti. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li entità, li kisbet id-dritt esklużiv biex tipprovdi servizz partikolari f’żona ġeografika, mogħti b’segwitu għal proċedura bbażata fuq kriterji oġġettivi li għalihom ġiet żgurata trasparenza adegwata, ma tkunx, jekk korp privat, entità kontraenti fiha nfisha, iżda madankollu tkun l-unika entità li tista’ tipprovdi s-servizz ikkonċernat f’dak il-qasam.

(21)

Ċerti entitajiet huma attivi fl-oqsma tal-produzzjoni, it-trasmissjoni jew id-distribuzzjoni kemm tat-tisħin kif ukoll tat-tkessiħ. Jista’ jkun hemm xi inċertezzi rigward liema regoli japplikaw għal attivitajiet relatati mat-tisħin u mat-tkessiħ rispettivament. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti, l-impriżi pubbliċi u l-kumpanniji privati, li huma attivi fis-settur tat-tisħin huma soġġetti għal din id-Direttiva., madankollu, fil-każ ta’ impriżi privati, dwar il-kondizzjoni addizzjonali ta’ operazzjoni abbażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi. Min-naħa l-oħra, awtoritajiet kontraenti li jaħdmu fil-qasam tat-tkessiħ huma soġġetti għar-regoli tad-Direttiva 2014/24/UE, filwaqt li impriżi pubbliċi u impriżi privati, irrispettivament minn jekk dawn tal-aħħar jaħdmux abbażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, mhumiex soġġetti għal regoli dwar l-akkwist. Fl-aħħar għandu jiġi ċċarat li kuntratti mogħtija għat-twettiq kemm ta’ kuntratti tat-tisħin kif ukoll tat-tkessiħ għandhom jiġu eżaminati skont id-dispożizzjonijiet dwar kuntratti għat-twettiq ta’ diversi attivitajiet biex jiġi ddeterminat liema regoli dwar l-akkwist, jekk hemm, ser jirregolaw l-għoti.

(22)

Qabel ma tiġi prevista kwalunkwe bidla għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u d-Direttiva 2014/24/UE għal dan is-settur, is-sitwazzjoni tas-settur tat-tkessiħ għandha tiġi eżaminata sabiex tinkiseb biżżejjed informazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni kompetittiva, il-livell tal-akkwist transkonfinali u l-fehmiet tal-partijiet interessati. Peress li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) dwar il-Konċessjonijiet għal dan is-settur jista’ jkollha impatt sostanzjali f’termini ta’ ftuħ tas-suq, dan l-eżami għandu jitwettaq meta jiġi vvalutat l-impatt tad-Direttiva 2014/23/UE.

(23)

Mingħajr ma jiġi estiż b’xi mod il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jiġi ċċarat li l-produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku huma koperti meta din id-Direttiva tirreferi għall-provvista tal-elettriku.

(24)

L-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur tal-ilma tajjeb għax-xorb jistgħu jittrattaw ukoll attivitajiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-ilma, bħall-proġetti fil-qasam tal-inġinerija idrawlika, l-irrigazzjoni, id-dranaġġ tal-art jew ir-rimi u t-trattament tad-dranaġġ. F’dan il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu japplikaw il-proċeduri tal-akkwist previsti f’din id-Direttiva fir-rigward tal-attivitajiet kollha tagħhom li għandhom x’jaqsmu mal-ilma, tkun xi tkun il-parti miċ-ċiklu tal-ilma kkonċernata. Madankollu, ir-regoli dwar l-akkwist tat-tip propost għall-provvista ta’ prodotti mhumiex xierqa għax-xiri tal-ilma, minħabba li hemm il-bżonn li l-ilma jinkiseb minn għejun li jinsabu ħdejn iż-żona fejn ser jintuża l-ilma.

(25)

Huwa xieraq li jiġu esklużi l-akkwisti magħmula bl-iskop ta’ esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass peress li dan is-settur b’mod konsistenti nstab li huwa soġġett għal tali pressjoni kompetittiva li d-dixxiplina ta’ akkwist li rriżultat mir-regoli dwar l-akkwist tal-Unjoni ma għadhiex meħtieġa. Hekk kif l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass tkompli taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jista’ jkun hemm il-bżonn li ssir distinzjoni bejn esplorazzjoni u estrazzjoni. Meta jsir dan, “esplorazzjoni” għandha tiġi kkunsidrata li tinkludi l-attivitajiet li twettqu sabiex jiġi vverifikat jekk iż-żejt u l-gass humiex preżenti f’żona partikolari, u, jekk hemm, jekk jistax jiġi sfruttat b’mod kummerċjali, waqt li “estrazzjoni” għandha tiġi kkunsidrata bħala l-“produzzjoni” ta’ żejt u gass. F’konformità mal-prattika stabbilita f’każijiet ta’ amalgamazzjoni, “produzzjoni” għandha titqies ukoll li tinkludi “żvilupp”, jiġifieri l-istabbiliment ta’ infrastruttura adegwata għal produzzjoni fil-futur (pjattaformi taż-żejt, pajpijiet, terminals, eċċ.).

(26)

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħmlu l-użu mill-mezzi kollha possibbli disponibbli għalihom fil-liġi nazzjonali sabiex jipprevjenu distorsjonijiet fil-proċeduri tal-akkwist li jirriżutaw minn kunflitti ta’ interess. Dan jista’ jinkludi proċeduri sabiex jiġu identifikati, evitati u rimedjati kunflitti ta’ interess.

(27)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (15), approvat b’mod partikolari l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi (il-“FAP”). L-għan tal-FAP huwa li jistabbilixxi qafas multilaterali ta’ drittijiet u dmirijiet ibbilanċjati marbuta mal-kuntratti pubbliċi bil-għan li tinkiseb il-liberalizzazzjoni u t-twessigħ tal-kummerċ dinji. Għal kuntratti koperti mill-Annessi 3, 4 u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP, kif ukoll permezz ta’ ftehimiet internazzjonali rilevanti oħrajn li l-Unjoni hija marbuta bihom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jissodisfaw l-obbligi skont dawn il-ftehimiet billi japplikaw din id-Direttiva għall-operaturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-ftehimiet.

(28)

Il-FAP japplika għall-kuntratti li jaqbżu ċerti limiti, stipulati fil-FAP u mfissra bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. Il-limiti stabbiliti b’din id-Direttiva għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li dawn jikkorrispondu mal-ekwivalenti f’euro tal-limiti tal-FAP. Huwa meħtieġ ukoll li jsiru dispożizzjonijiet għal reviżjonijiet perjodiċi tal-limiti mfissra f’euro sabiex jiġu aġġustati, permezz ta’ operazzjoni purament matematika, għall-varjazzjonijiet possibbli fil-valur tal-euro fir-rigward ta’ dawk id-drittijiet speċjali ta’ prelevament.

Barra minn dawk l-aġġustamenti matematiċi perijodiċi, matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss għandha tiġi esplorata żieda fil-limiti mniżżla fil-FAP.

Sabiex tiġi evitata multiplikazzjoni tal-limiti huwa barra minn hekk xieraq, mingħajr preġudizzju għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni, li jkomplu japplikaw l-istess limiti għall-entitajiet kontraenti kollha, irrispettivament mis-settur li joperaw fih.

(29)

Għandu jiġi ċċarat li, għall-istima tal-valur ta’ kuntratt, għandu jiġi kkunsidrat id-dħul kollu, sew jekk jasal mill-entità kontraenti jew mill-partijiet terzi.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li, għall-iskop tal-istima tal-limiti, il-kunċett ta’ provvisti simili għandu jinftiehem bħala prodotti li huma maħsuba għal użi identiċi jew simili, bħal provvisti ta’ firxa ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ diversi oġġetti ta’ għamara tal-uffiċċju. Tipikament, operatur ekonomiku attiv fil-qasam ikkonċernat x’aktarx jinkludi dawk il-provvisti bħala parti mill-firxa normali tiegħu ta’ prodotti.

(30)

Għall-finijiet tal-istima tal-valur ta’ akkwist partikolari, għandu jiġi ċċarat li għandu jkun permess li l-istima tal-valur tiġi bbażata fuq subdiviżjoni tal-akkwist biss meta dan huwa ġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi. Pereżempju, jista’ jkun iġġustifikat li valuri kuntrattwali jiġu stmati fil-livell ta’ unità operazzjonali separata tal-awtorità kontraenti dment li l-unità partikolari tkun responsabbli b’mod indipendenti għall-akkwist tagħha. Wieħed jista’ jassumi dan meta unità operazzjonali separata tmexxi b’mod indipendenti l-proċeduri tal-akkwist u tieħu d-deċiżjonijiet dwar xiri, ikollha linja ta’ baġit separata għad-dispożizzjoni tagħha għall-akkwisti kkonċernati, tikkonkludi l-kuntratt b’mod indipendenti u tiffinanzjah minn baġit li hi għandha għad-dispożizzjoni tagħha. Subdiviżjoni ma tkunx iġġustifikata meta l-entità kontraenti sempliċiment torganizza l-akkwist biss b’mod deċentralizzat.

(31)

Din id-Direttiva, peress li hi indirizzata lill-Istati Membri, ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f’isimhom u għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt din id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-akkwist irregolat minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(32)

Għandu jiġi mfakkar li s-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni u forom oħra simili ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim normalment jiġu pprovduti minn korpi jew individwi li jkun hemm qbil dwarhom, jew magħżula, b’mod li ma jistax jiġi regolat minn regoli dwar l-akkwist. Għandu jiġi ċċarat li din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti ta’ servizzi għall-provvista ta’ dawn is-servizzi, irrispettivament mid-denominazzjoni tagħhom taħt il-liġi nazzjonali.

(33)

Ċertu għadd ta’ servizzi legali jitwettqu minn fornituri ta’ servizz li huma maħturin minn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru, jinvolvu rappreżentanza ta’ klijenti fi proċedimenti ġudizzjarji minn avukati, għandhom jiġu pprovduti minn nutari jew huma konnessi mal-eżerċitar tal-awtorità uffiċjali. Tali servizzi legali ġeneralment huma pprovduti minn korpi jew individwi maħtura jew magħżula b’mod li ma jistax jiġi rregolat minn regoli dwar l-akkwist, bħal pereżempju il-ħatra ta’ Avukati tal-Istat f’ċerti Stati Membri. Dawk is-servizzi legali għandhom għalhekk ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(34)

Huwa adatt li jiġi speċifikat li l-kunċett ta’ strumenti finanzjarji kif imsemmi f’din id-Direttiva tingħata l-istess tifsira bħal f’leġislazzjoni oħra tas-suq intern u, fid-dawl tal-ħolqien riċenti tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, għandu jiġi stipulat li l-operazzjonijiet li jsiru ma’ dik il-Faċilità u dak il-Mekkaniżmu għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Finalment għandu jiġi ċċarat li s-self, ikunx marbut jew le mal-ħruġ ta’ titoli jew ta’ strumenti finanzjarji oħra jew operazzjonijiet oħra magħhom, għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(35)

Għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jipprevedi espliċitament li d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE japplikaw, rispettivament, għal kuntratti ta’ servizzi u għal kuntratti ta’ servizz pubbliku għas-servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tramm, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 japplika għal konċessjonijiet għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tramm. Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li dak ir-Regolament ikompli japplika għal kuntratti ta’ servizz pubbliku kif ukoll għal konċessjonijiet ta’ servizz għat-trasport pubbliku ta’ passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro. Biex jiġu ċċarati r-relazzjonijiet bejn din id-Direttiva u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jiġi previst espliċitament li din id-Direttiva ma għandhomx ikunu applikabbli għal kuntratti ta’ servizz għall-forniment ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro, li l-għoti tagħhom għandu jibqa’ soġġett għal dak ir-Regolament. Sa fejn ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jħalli f’idejn il-liġi nazzjonali biex tiddevja mir-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li kuntratti ta’ servizz għas-servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro għandhom jingħataw bi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt b’segwitu għar-regoli ġenerali tagħhom tal-akkwist pubbliku.

(36)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċerti servizzi ta’ emerġenza fejn dawn jitwettqu minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt, peress li jkun diffiċli li tiġi ppreservata n-natura partikolari ta’ dawk l-organizzazzjonijiet f’każ li l-fornituri tas-servizz kellhom jintgħażlu f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, l-esklużjoni ma għandhiex tiġi estiża lil hinn min dak li hu strettament meħtieġ. Għandu għalhekk jiġi stabbilit b’mod espliċitu li s-servizzi tat-trasport ta’ pazjenti bl-ambulanza ma għandhomx jiġu esklużi. Barra minn hekk, f’dak il-kuntest, jeħtieġ li jiġi ċċarat li Grupp 601 tas-CPV “Servizzi tat-Trasport fuq l-Art” ma jkoprix is-servizzi tal-ambulanza, li jinsabu fil-klassi 8514 tas-CPV. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li s-servizzi, li huma koperti mill-kodiċi 85143000-3 tas-CPV li jikkonsistu esklużivament minn servizzi ta’ trasport ta’ pazjenti bl-ambulanza għandhom ikunu soġġetti għar-reġim speċjali stipulat għal servizzi soċjali u servizzi oħra speċifiċi “(ir-reġim inqas strett”); Konsegwentement, kuntratti mħallta għall-forniment ta’ servizzi ta’ ambulanzi b’mod ġenerali għandhom ukoll ikunu soġġetti għal reġim inqas strett jekk il-valur tas-servizzi tat-trasport ta’ pazjenti bl-ambulanza ikun akbar mill-valur ta’ servizzi oħra tal-ambulanza.

(37)

F’ċerti każijiet, awtorità kontraenti jew assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti tista’ tkun l-uniku sors għal servizz partikolari, fir-rigward tal-forniment ta’ liema hija tgawdi minn dritt esklużiv f’konformità ma’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ppubblikati li huma kompatibbli mat-TFUE. Għandu jiġi ċċarat li din id-Direttiva m’hemmx bżonn li tapplika għall-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz lil dik l-awtorità kontraenti jew assoċjazzjoni.

(38)

Hemm inċertezza legali kbira dwar sa liema punt kuntratti konklużi bejn l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiġu koperti mir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti fost l-Istati Membri u anke fost l-awtoritajiet kontraenti. Peress li dik il-każistika tkun applikabbli bl-istess mod għall-awtoritajiet pubbliċi meta dawn joperaw fis-setturi koperti b’din id-Direttiva, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-istess regoli japplikaw u huma interpretati bl-istess mod kemm f’din id-Direttiva kif ukoll fid-Direttiva 2014/24/UE.

(39)

Ħafna entitajiet kontraenti huma organizzati bħala grupp ekonomiku li jista’ jinkludi sensiela ta’ impriżi separati; spiss kull waħda minn dawn l-impriżi jkollha rwol speċjalizzat fil-kuntest ġenerali tal-grupp ekonomiku. Huwa għalhekk xieraq li jiġu esklużi ċerti kuntratti ta’ servizzi, provvista u xogħlijiet mogħtija lil impriża assoċjata li jkollha bħala l-attività prinċipali tagħha l-forniment ta’ dawn is-servizzi, provvista jew xogħlijiet lill-grupp li hija tagħmel parti minnu, aktar milli jiġu offruti fis-suq. Huwa xieraq ukoll li jiġu esklużi ċerti kuntratti ta’ servizz, provvista u xogħlijiet mogħtija minn entità kontraenti lil impriża konġunta li hija magħmula minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-għan li jitwettqu attivitajiet koperti minn din id-Direttiva u li l-entità hija parti minnhom. Madankollu, huwa adatt li jiġi żgurat li din l-esklużjoni ma toħloqx distorsjonijiet fil-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-impriżi jew l-impriżi konġunti li huma affiljati mal-entitajiet kontraenti; huwa adatt li jiġi pprovdut sett adegwat ta’ regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-limiti massimi li fihom l-impriżi jistgħu jiksbu parti mill-fatturat tagħhom mis-suq u li ‘l fuq minnhom jistgħu jitilfu l-possibbiltà li jingħataw konċessjonijiet mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni, il-kompożizzjoni ta’ tali impriżi konġunti u l-istabbiltà tar-rabtiet bejn dawn l-impriżi konġunti u l-entitajiet kontraenti li huma magħmula minnhom.

(40)

Huwa xieraq ukoll li tiġi ċċarata l-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u d-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ kuntratti lil impriżi assoċjati jew fil-kuntest ta’ impriżi konġunti.

(41)

L-impriżi għandhom jitqiesu bħala affiljati meta jkun hemm influwenza dominanti diretta jew indiretta bejn l-entità kontraenti u l-impriża kkonċernata jew meta t-tnejn ikunu soġġetti għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra, f’dan il-kuntest, parteċipazzjoni privata per se ma għandhiex tkun rilevanti. Il-verifika ta’ jekk impriża hijiex affiljata ma’ entità kontraenti partikolari jew le għandha tkun tista’ tiġi mwettqa bl-aktar mod faċli possibbli. B’konsegwenza, u minħabba li l-eżistenza possibbli ta’ tali influwenza dominanti diretta jew indiretta kellha diġà tkun ivverifikata għall-finijiet li jiġi deċiż jekk il-kontijiet annwali tal-impriżi u l-entitajiet ikkonċernati għandhomx ikunu kkonsolidati, impriżi għandhom jiġu kkunsidrati bħala affiljati fejn l-kontijiet annwali tagħhom ikunu kkonsolidati. Madankollu, ir-regoli tal-Unjoni dwar kontijiet konsolidati mhumiex applikabbli f’ċertu numru ta’ każijiet, pereżempju minħabba d-daqs tal-impriżi involuti jew minħabba li ċerti kondizzjonijiet relatati mal-forma legali tagħhom ma jkunux ġew sodisfatti. F’każijiet bħal dawn, fejn id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) mhijiex applikabbli, ser ikun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk hijiex preżenti influwenza dominanti diretta jew indiretta billi jitqiesu s-sjieda, il-parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolaw dawn l-impriżi.

(42)

Il-kofinanzjament ta’ programmi ta’ riċerka u żvilupp (R&Ż) minn sorsi tal-industrija għandu jkun inkoraġġut. Konsegwentement għandu jiġi ċċarat li din id-Direttiva tapplika biss fejn mhemm l-ebda kofinanzjament bħal dan u fejn ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ R&Ż imorru għand l-entità kontraenti kkonċernata. Dan ma għandux jeskludi l-possibbiltà li l-fornitur tas-servizz li jkun wettaq dawk l-attivitajiet jista’ jippubblika kont dwarhom dment li l-awtorità kontraenti żżomm id-dritt esklużiv li tuża r-riżultati tar-R&Ż fit-tħaddim tal-affarijiet tagħha stess. Madankollu kondiviżjoni fittizja tar-riżultati tar-R&Ż jew parteċipazzjoni purament simbolika fir-rimunerazzjoni tal-fornitur tas-servizz m’għandiex tipprevjeni l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(43)

Din id-Direttiva la għandha tapplika għal kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ attività li hija soġġetta għal din id-Direttiva u lanqas għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jiġu organizzati għas-segwiment ta’ din l-attività jekk, fl-Istat Membru li fih titwettaq din l-attività, hi tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex limitat. Huwa għalhekk xieraq li tinżamm il-proċedura, applikabbli għas-setturi kollha, jew partijiet minnha, koperti minn din id-Direttiva li tippermetti li jitqiesu l-effetti ta’ ftuħ attwali jew fil-ġejjieni għall-kompetizzjoni. Din il-proċedura għandha tipprovdi ċertezza legali għall-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll proċess xieraq ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li tiżgura, applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-Unjoni f’dan il-qasam, f’terminu qasir ta’ żmien. Fl-interess taċ-ċertezza legali għandu jiġi ċċarat li d-Deċiżjonijiet kollha adottati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva dwar l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jibqgħu jkunu applikabbli.

(44)

L-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ kriterji oġġettivi, b’kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi tas-settur jew tal-partijiet ikkonċernati tiegħu. Madanakollu, din il-valutazzjoni hija limitata mid-dati ta’ skadenza qosra applikabbli u mill-bżonn li wieħed joqgħod fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni - jew mis-sorsi diġà għad-dispożizzjoni jew mill-informazzjoni miksuba fil-kuntest tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 35 - li ma tistax tiġi ssupplimentata b’metodi li jieħdu aktar żmien, inklużi, b’mod partikolari l-inkjesti pubbliċi indirizzati lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati. Il-valutazzjoni tal-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni li tista’ titwettaq fil-kuntest ta’ din id-Direttiva konsegwentement hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-kompetizzjoni.

(45)

Il-valutazzjoni ta’ jekk settur partikolari, jew partijiet minnu, huwiex espost direttament għall-kompetizzjoni għandha tiġi eżaminata fir-rigward tal-qasam speċifiku li fih l-attività, jew il-partijiet kkonċernati tagħha, jitwettqu mill-operaturi ekonomiċi rilevanti, ‘l hekk imsejjaħ “suq ġeografiku rilevanti”. Billi dak il-kunċett huwa kruċjali għall-valutazzjoni, huwa għandu jingħata definizzjoni xierqa, ibbażata fuq kunċetti eżistenti fil-liġi tal-Unjoni. Għandu jiġi ċċarat ukoll li s-suq ġeografiku rilevanti jista’ ma jikkonċidix mat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat; konsegwentement, għandu jkun possibbli li jiġu limitati deċiżjonijiet dwar l-applikabbiltà tal-eżenzjoni għal partijiet tat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

(46)

L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni xierqa tal-Unjoni li tiftaħ settur partikolari, jew parti minnu, ser jitqiesu li jipprovdu raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stmat li hemm aċċess liberu għas-suq inkwistjoni. Din il-leġislazzjoni xierqa għandha tiġi identifikata bħala anness li jista’ jiġi aġġornat mill-Kummissjoni. Meta tkun qed taġġorna dak l-anness, il-Kummissjoni għandha tqis partikolarment l-adozzjoni possibbli ta’ miżuri li jitolbu ftuħ ġenwin għall-kompetizzjoni ta’ setturi oħra għajr dawk li diġà hemm leġislazzjoni li tirreferi għalihomf’dak l-Anness, bħal dik ta’ trasport ferrovjarju nazzjonali tal-passiġġieri.

(47)

Fejn aċċess liberu għal suq imsemmi mhuwiex preżunt abbażi tal-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni adatta, għandu jintwera li, de jure u de facto, dan l-aċċess huwa liberu. Meta Stat Membru jestendi l-applikazzjoni ta’ att legali tal-Unjoni li jiftaħ settur partikolari għal kompetizzjoni għal sitwazzjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-att legali, pereżempju billi tiġi applikata d-Direttiva 94/22/KE għas-settur tal-faħam jew id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) għas-servizz tal-passiġġieri fil-livell nazzjonali, dik iċ-ċirkostanza għandha titqies meta jiġi vvalutat jekk l-aċċess għas-settur ikkonċernat huwiex liberu.

(48)

L-awtoritajiet nazzjonali indipendenti, bħar-regolaturi settorjali jew l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, normalment ikollhom kompetenza, informazzjoni u għarfien speċjalizzati li jkunu rilevanti meta jiġi vvalutat jekk attività partikolari jew partijiet minnha humiex esposti direttament għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. Talbiet għal eżenzjoni għandhom għalhekk fejn adatt ikunu akkumpanjati minn, jew jinkorporaw, pożizzjoni riċenti dwar is-sitwazzjoni kompetittiva fis-settur ikkonċernat, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata.

Fin-nuqqas ta’ pożizzjoni raġunata u ssostanzjata adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, aktar ħin huwa meħtieġ għall-valutazzjoni ta’ talba għal eżenzjoni. Il-perijodi li fihom il-Kummissjoni trid twettaq il-valutazzjonijiet tagħha ta’ tali talbiet għandhom għalhekk jiġu mmodifikati kif adatt.

(49)

Il-Kummissjoni għandha dejjem tkun obbligata teżamina talbiet, li huma f’konformità mar-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-proċeduri biex jiġi stabbilit jekk attività partikolari, jew partijiet minnha, tkunx esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-kumplessità ta’ tali talbiet tista’ tkun tali li mhux dejjem ikun possibbli li tiġi żgurata l-adozzjoni, fl-iskadenzi applikabbli, tal-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu jekk attività partikolari jew partijiet minnha tkunx direttament esposta għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett.

(50)

Għandu jiġi ċċarat li l-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li titlob lill-Istati Membri jew l-entitajiet kontraenti biex jipprovdu jew jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien xieraq biex tagħmel dan li, b’kont debitu meħud ukoll tal-ħtieġa li jintlaħqu l-iskadenzi stabbiliti għall-adozzjoni tal-Kummissjoni tal-att ta’ implimentazzjoni tagħha, għandu jqis fatturi bħall-kumplessità tal-informazzjoni mitluba u jekk l-informazzjoni hijiex lesta biex tkun aċċessibbli.

(51)

L-impjiegi u x-xogħol jikkontribwixxu għall-integrazzjoni fis-soċjetà u huma elementi prinċipali fil-garanzija ta’ opportunitajiet ugwali għal kulħadd. F’dan il-kuntest, sessjonijiet ta’ ħidma protetti jista’ jkollhom rwol sinifikanti. L-istess jgħodd għal impriżi soċjali oħra li l-għan prinċipali tagħhom hu li jappoġġaw l-integrazzjoni jew ir-reintegrazzjoni soċjali u professjonali tal-persuni diżabbli u żvantaġġati, bħal ma huma n-nies qiegħda, il-membri ta’ minoranzi żvantaġġati jew gruppi soċjalment emarġinati. Madankollu, dawn is-sessjonijiet ta’ ħidma jew negozji jistgħu ma jkunux kapaċi jiksbu kuntratti b’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, huwa adatt li jkun previst li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirriservaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew ta’ ċerti gruppi minnhom għal sessjonijiet ta’ ħidma jew negozji bħal dawn jew jirriservaw it-twettiq tal-kuntratti għall-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

(52)

Bil-ħsieb ta’ integrazzjoni adatta ta’ rekwiżiti ambjentali, soċjali u tax-xogħol fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku huwa ta’ importanza partikolari li l-Istati Membri u l-entitajiet kontraenti jieħdu miżuri rilevanti biex jiżguraw konformità mal-obbligi fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn jitwettqu x-xogħlijiet jew jiġu pprovduti s-servizzi u li jirriżultaw minn liġijiet, regolamenti, digrieti u deċiżjonijiet, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni, kif ukoll minn ftehimiet kollettivi, dejjem jekk tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. Bl-istess mod, obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali ratifikati mill-Istati Membri kollha u elenkati fl-Anness XIV għandhom japplikaw matul it-twettiq tal-kuntratt. Madankollu, dan ma għandu bl-ebda mod iżomm l-applikazzjoni ta’ termini u kondizzjonijiet ta’ impjieg li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.

Il-miżuri rilevanti għandhom jiġu applikati f’konformità mal-prinċipji bażiċi tad-dritt tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li jiġi żgurat trattament ugwali. Tali miżuri rilevanti għandhom jiġu applikati f’konformità mad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u b’mod li jiżgura trattament ugwali u li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra operaturi ekonomiċi u ħaddiema minn Stati Membri oħra.

(53)

Is-servizzi għandhom jitqiesu bħala pprovduti fil-post li fih jitwettqu l-prestazzjonijiet karatteristiċi. Meta s-servizzi jiġu pprovduti mill-bogħod, pereżempju servizzi pprovduti minn call centres, dawk is-servizzi għandhom jitqiesu li ġew ipprovduti fil-post fejn jitwettqu s-servizzi, irrispettivament mill-postijiet u l-Istati Membri li għalihom jiġu mmirati s-servizzi.

(54)

L-obbligi rilevanti jistgħu jiġu riflessi fi klawsoli kuntrattwali. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġu inklużi klawsoli li jiżguraw konformità mal-ftehimiet kollettivi f’konformità mad-dritt tal-Unjoni f’kuntratti pubbliċi. In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi rilevanti jista’ jitqies bħala kondotta serjament ħażina min-naħa tal-operatur ekonomiku kkonċernat, li tista’ twassal għall-esklużjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku.

(55)

Il-kontroll tal-osservanza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-liġiambjentali, soċjali u tax-xogħol għandu jsir fl-istadji rilevanti tal-procedura tal-akkwist, meta jiġu applikati l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-għażla tal-parteċipanti u l-għoti tal-kuntratti, meta jiġi applikat il-kriterju ta’ esklużjoni u meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw offerti baxxi b’mod anormali. Il-verifika meħtieġa għal dak il-għan għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari dawk li jirregolaw il-mezzi ta’ prova u l-awtodikjarazzjonijiet.

(56)

F’din id-Direttiva xejn ma għandu jxekkel l-impożizzjoni jew l-infurzar ta’ miżuri meħtieġa biex jiġu protetti l-politika pubblika, il-moralità pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa, il-ħajja tal-bniedem u dik tal-annimali, il-preservazzjoni tal-ħajja tal-pjanti jew miżuri ambjentali oħrajn, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-iżvilupp sostenibbli, dment li dawk il-miżuri jkunu konformi mat-TFUE.

(57)

Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-ekoinnovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni u tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-entitajiet kontraenti għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b’hekk jixprunaw l-innovazzjoni. Ix-xiri ta’ prodotti, xogħlijiet u servizzi innovattivi għandhom irwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza sfidi soċjali kbar. Huwa jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus kif ukoll għall-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa’ f’termini ta’ ħolqien ta’ ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u b’hekk jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli.

Għandu jitfakkar li għadd ta’ mudelli ta’ akkwist ġew deskritti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2007 intitolata “L-akkwist pubbliku pre-kummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta’ kwalità għolja fl-Ewropa” (traduzzjoni mhux uffiċjali), li tittratta l-akkwist ta’ dawk is-servizzi ta’ R&Ż li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawk il-mudelli għandhom jibqgħu disponibbli, iżda din id-Direttiva għandha wkoll tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist tal-innovazzjoni u tgħin lill-Istati Membri biex jiksbu l-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni.

(58)

Minħabba l-importanza tal-innovazzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jiġu inkoraġġuti jippermettu varjanti spiss kemm jista’ jkun. Konsegwentement għandha tinġibed l-attenzjoni ta’ dawk l-entitajiet għall-ħtieġa li jiġu definiti r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu minn varjanti qabel jiġu indikati li jistgħu jiġu ppreżentati varjanti.

(59)

Meta l-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodott jew servizz innovattiv jew ta’ xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li jirriżultaw ma tistax tiġi sodisfatta bis-soluzzjonijiet diġà disponibbli fis-suq, l-entitajiet kontraenti għandu jkollhom aċċess għal proċedura tal-akkwist speċifika fir-rigward ta’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din il-proċedura speċifika għandha tippermetti lill-entitajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija għall-innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet ġodda u innovattivi dment li dak il-prodott jew servizz jew xogħlijiet innovattivi jkunu jistgħu jitwasslu bil-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż miftiehma mingħajr il-ħtieġa ta’ proċedura tal-akkwist separata għax-xiri. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-regoli proċedurali li japplikaw għall-proċedura kompetittiva nnegozjata b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, u l-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi biss tal-aħjar relazzjoni bejn il-press u l-kwalità, li hija l-aktar xierqa biex jitqabblu l-offerti għal soluzzjonijiet innovattivi. Kemm fir-rigward ta’ proġetti kbar ħafna kif ukoll fir-rigward ta’ proġetti innovattivi iżgħar, is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tkun strutturata b’tali mod li tkun tista’ tipprovdi d-“domanda tas-suq” meħtieġa, biex b’hekk tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma jingħalaq is-suq. L-entitajiet kontraenti għalhekk ma għandhomx jużaw is-sħubiji għall-innovazzjoni b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni. F’ċerti każijiet, l-istabbiliment ta’ sħubiji għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab jista’ jikkontribwixxi biex jiġu evitati effetti bħal dawn.

(60)

L-esperjenza wriet li d-djalogu kompetittiv, li huwa previst fid-Direttiva 2014/24/UE, intuża f’każijiet fejn l-awtoritajiet kontraenti ma jkunux jistgħu jiddefinixxu l-mezzi biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom jew biex jivvalutaw x’jista’ joffri s-suq f’termini ta’ soluzzjonijiet tekniċi, finanzjarji jew legali. Din is-sitwazzjoni tista’ tinħoloq b’mod partikolari fil-każ ta’ proġetti innovattivi, l-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali kbar fit-trasport integrat, netwerks kbar ta’ kompjuters jew proġetti li jinvolvu finanzjament kumpless u strutturat. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jitħallew iqiegħdu din l-għodda għad-dispożizzjoni tal-entitajiet kontraenti. Fejn rilevanti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jaħtru mexxej tal-proġett sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni tajba bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtorità kontraenti matul il-proċedura tal-għoti tal-kuntratt.

(61)

Minħabba l-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, il-proċeduri negozjati mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel għandhom jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna. Din l-eċċezzjoni għandha tkun limitata għal każijiet fejn il-pubblikazzjoni ma tkunx possibbli, minħabba raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżata minn ġrajjiet imprevedibbli għall-awtorità kontraenti u li ma jistgħux jiġu attribwiti lilha, jew fejn ikun ċar mill-bidu nett li l-pubblikazzjoni mhux ser toħloq aktar kompetizzjoni jew riżultati ta’ akkwist aħjar, b’mod speċjali minħabba li jkun hemm oġġettivament operatur ekonomiku wieħed biss li jista’ jwettaq il-kuntratt. Dan huwa l-każ tax-xogħlijiet artistiċi, fejn l-identità tal-artist tiddetermina intrinsikament il-karattru uniku u l-valur tal-oġġett artistiku nnifsu. L-esklużività tista’ tirriżulta wkoll minn raġunijiet oħrajn, iżda huma biss sitwazzjonijiet ta’ esklużività oġġettiva li jistgħu jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, fejn is-sitwazzjoni ta’ esklużività ma tkunx inħolqot mill-entità kontraenti stess bil-ħsieb ta’ proċedura tal-akkwist futura.

L-entitajiet kontraenti li jirrikorru għal din l-eċċezzjoni għandhom jipprovdu raġunijiet għalfejn ma hemmx alternattivi jew sostituti raġonevoli bħal ma hu l-użu ta’ kanali tad-distribuzzjoni alternattivi inkluż barra l-Istat Membru tal-entità kontraenti jew billi jitqiesu xogħlijiet, provvisti u servizzi funzjonalment komparabbli.

Fejn is-sitwazzjoni ta’ esklużività tkun minħabba raġunijiet tekniċi, huma għandhom jiġu ddefiniti rigorożament u jiġu ġġustifikati fuq bażi ta’ każ b’każ. Huma jistgħu jinkludu, pereżempju, il-fatt li jkun teknikament kważi impossibbli li operatur ekonomiku ieħor jilħaq il-prestazzjoni meħtieġa jew in-neċessità li jintużaw kompetenza, għodod jew mezzi speċifiċi li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu operatur ekonomiku wieħed biss. Ir-raġunijiet tekniċi jistgħu jirriżultaw ukoll minn rekwiżiti speċifiċi ta’ interoperabbiltà li jridu jiġu sodisfatti sabiex ikun żgurat il-funzjonament tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li ser jiġu akkwistati.

Fl-aħħar nett, proċedura tal-akkwist ma tkunx siewja meta l-provvisti jinxtraw direttament minn suq ta’ prodotti bażiċi, inklużi pjattaformi tan-negozju għal prodotti bażiċi bħal ma huma skambji ta’ prodotti agrikoli, materja prima u enerġija, fejn l-istruttura ta’ negozjar multilaterali rregolata u ssorveljata tiggarantixxi l-prezzijiet tas-suq b’mod naturali.

(62)

Għandu jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali ma tipprevjeni bl-ebda mod l-iżvelar pubbliku ta’ partijiet mhux kunfidenzjali tal-kuntratti konklużi, inkluż kwalunkwe bidla sussegwenti.

(63)

Il-mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi tal-akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri tal-akkwist, peress li huma jsaħħu bil-kbir il-possibbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi biex jipparteċipaw fi proċeduri tal-akkwist fis-suq intern. Għal dak il-għan, it-trasmissjoni ta’ avviżi f’forma elettronika, id-disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist u - wara perijodu ta’ transizzjoni ta’ 30 xahar - il-komunikazzjoni elettronika kompleta, jiġifieri il-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluża t-trasmissjoni ta’ talbiet għal parteċipazzjoni u, b’mod partikolari, it-trasmissjoni tal-offerti (preżentazzjoni elettronika) għandhom ikunu obbligatorji. L-Istati Membri u l-entitajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi li jmorru lil hinn jekk ikunu jixtiequ. Għandu jiġi ċċarat li l-użu obbligatorju tal-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni skont din id-Direttiva ma għandux, madankollu, jobbliga lill-entitajiet kontraenti biex iwettqu pproċessar elettroniku tal-offerti, lanqas ma għandu jobbliga evalwazzjoni elettronika jew ipproċessar awtomatiku. Barra minn hekk, skont din id-Direttiva, l-ebda element tal-proċess tal-akkwist pubbliku wara l-għoti tal-kuntratt ma għandu jkun kopert mill-obbligu li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, lanqas ma għandha tkun il-komunikazzjoni interna fl-entità kontraenti.

(64)

L-entitajiet kontraenti għandhom, ħlief f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, jużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni mhux diskriminatorji, ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) f’użu ġenerali u li ma jirristrinġux l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal- akkwist. L-użu ta’ tali mezzi ta’ komunikazzjoni għandhom jieħdu kont ukoll tal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltajiet. Għandu jiġi ċċarat li l-obbligu li jintużaw mezzi elettroniċi fl-istadji kollha tal-proċedura tal-akkwist pubbliku mhix adatta lanqas fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi tirrikjedi għodod speċjalizzati jew formati ta’ fajls li ġeneralment mhumiex disponibbli lanqas fejn il-komunikazzjoni kkonċernata setgħet tiġi ttrattata biss bl-użu ta’ tagħmir speċjalizzat tal-uffiċċju. Għalhekk l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx ikunu obbligati li jirrikjedu l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni f’ċerti każijiet, li għandhom jiġu elenkati b’mod eżawrjenti. Din id-Direttiva tistipula li tali każijiet għandhom jinkludu sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-użu ta’ tagħmir speċjalizzat tal-uffiċċju li mhux ġeneralment disponibbli għall-entitajiet kontraenti bħal printers b’format wiesa’. F’xi proċeduri tal-akkwist, id-dokumenti tal-akkwist jistgħu jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ mudell fiżiku jew fuq skala li ma jistax jiġi ppreżentat lill-entitajiet kontraenti bl-użu ta’ mezzi elettroniċi. F’tali sitwazzjonijiet, il-mudell għandu jkun trażmess lill-entitajiet kontraenti bil-posta jew b’mezz ta’ ġarr adatt ieħor.

Għandu jiġi ċċarat madankollu li l-użu ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni għandu jkun limitat għal dawk l-elementi tal-offerta li għalihom mhumiex meħtieġa mezzi ta’ komunikazzjoni.

Huwa xieraq li jiġi ċċarat li, fejn meħtieġ għal raġunijiet tekniċi, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu limitu massimu tad-daqs tal-fajls li jistgħu jiġu ppreżentanti.

(65)

Jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali li fihom l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu permessi ma jużawx mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fejn in-nuqqas tal-użu ta’ tali mezzi ta’ komunikazzjoni hija meħtieġ sabiex tiġi protetta n-natura partikolarment sensittiva tal-informazzjoni. Għandu jiġi ċċarat li fejn l-użu ta’ għodod elettroniċi li mhumiex ġeneralment disponibbli jista’ joffri l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni, dawn l-għodod elettroniċi għandhom jintużaw. Dan jista’ pereżempju jkun il-każ fejn awtoritajiet kontraenti jitolbu l-użu ta’ mezzi siguri dedikati ta’ komunikazzjoni li għalihom huma joffru aċċess.

(66)

Formati tekniċi jew standards ta’ proċeesi u messaġġi li huma differenti jistgħu joħolqu ostakoli għall-interoperabbiltà, mhux biss f’kull Stat Membru iżda wkoll u speċjalment bejn l-Istati Membri. Pereżempju, biex jipparteċipaw fi proċedura tal-akkwist li fiha l-użu ta’ katalgi elettroniċi, li huwa format għall-preżentazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li huwa komuni għall-offerenti kollha li jipparteċipaw u li jista’ jiġi ttrattat elettronikament, huwa permess jew meħtieġ, l-operaturi ekonomiċi huma, fin-nuqqas ta’ standardizzazzjoni, meħtieġa li jbiddlu l-katalgi tagħhom stess skont kull proċedura tal-akkwist, li jinvolvi l-provvediment ta’ informazzjoni simili ħafna f’formati differenti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-entitajiet kontraenti kkonċernati. Għalhekk l-istandardizzazzjoni tal-formati tal-katalgu ttejjeb il-livell ta’ interoperabbiltà, issaħħaħ l-effiċjenza kif ukoll tnaqqas l-isforz meħtieġ mill-operaturi ekonomiċi.

(67)

Meta tikkunsidra jekk hux meħtieġ li tiġi żgurata jew imsaħħa l-interoperabbiltà bejn formati tekniċi jew standards ta’ proċessi jew ta’ messaġġi differenti billi tagħmel l-użu ta’ standards speċifiċi obbligatorji, u jekk ikun hekk, liema standards timponi, il-Kummissjoni għandha tieħu l-akbar kont tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati kkonċernati. Hija għandha tikkunsidra wkoll sa liema punt standard partikolari diġà intuża fil-prattika mill-operaturi ekonomiċi u mill-entitajiet kontraenti u kemm dan iffunzjona tajjeb. Qabel ma jsir l-użu ta’ kwalunkwe standard partikolari obbligatorju, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra bir-reqqa l-ispejjeż li dan jista’ jinkludi, b’mod partikolari f’termini ta’ adattamenti għal soluzzjonijiet eżistenti għall-akkwist elettroniku, inklużi l-infrastruttura, il-proċessi jew is-software.

Fejn l-istandards ikkonċernati mhumiex żviluppati minn organizzazzjoni ta’ standardizzazzjoni internazzjonali, Ewropea jew nazzjonali, huma għandhom jilħqu r-rekwiżiti applikabbli għall-istandards tal-ICT kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

(68)

Qabel ma jispeċifikaw il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw fl-istadji differenti tal-proċedura tal-għoti, l-Istati Membri u l-entitajiet kontraenti għandhom jevalwaw il-proporzjonalità bejn min-naħa waħda r-rekwiżiti mmirati biex tiġi żgurata identifikazzjoni korretta u affidabbli tal-ispedituri tal-komunikazzjoni kkonċernata kif ukoll l-integrità tal-kontenut tagħha u min-naħa l-oħra r-riskju tal-problemi bħal f’sitwazzjonijiet fejn messaġġi jintbagħtu minn speditur li huwa differenti minn dak indikat. Jekk il-kondizzjonijiet ikunu l-istess, dan ikun ifisser li l-livell ta’ sigurtà meħtieġ għal, pereżempju, posta elettronika li titlob konferma tal-indirizz eżatt fejn tkun ser issir laqgħa ta’ informazzjoni, ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit fl-istess livell tal-offerta nnifisha li tikkostitwixxi offerta vinkolanti għall-operatur ekonomiku. Bl-istess mod, l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tista’ tirriżulta fil-ħtieġa ta’ livelli aktar baxxi ta’ sigurtà fir-rigward mal-preżentazzjoni mill-ġdid ta’ katalgi elettroniċi jew il-preżentazzjoni ta’ offerti fil-kuntest ta’ minikompetizzjonijiet taħt il-ftehim qafas jew l-aċċess tad-dokumenti tal-akkwist.

(69)

Filwaqt li elementi essenzjali ta’ proċedura tal-akkwist bħad-dokumenti ta’ akkwist, it-talbiet għal parteċipazzjoni, il-konferma ta’ interess u l-offerti għandhom dejjem isiru bil-miktub, komunikazzjoni verbali mal-operaturi ekonomiċi għandha tkompli tkun altrimenti possibbli, kemm-il darba l-kontenut tagħha jkun iddokumentat sa livell suffiċjenti. Dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat livell adegwat ta’ trasparenza li jippermetti verifika ta’ kemm il-prinċipju ta’ trattament ugwali ikun ġie rispettat. B’mod partikolari, huwa essenzjali li l-komunikazzjoni bil-fomm mal-offerenti li jista’ jkollha impatt fuq il-kontenut u l-valutazzjoni tal-offerti tkun iddokumentata sa punt suffiċjenti u b’mezzi adatti, bħal reġistrazzjonijiet bil-miktub jew bl-awdjo jew sommarji tal-elementi prinċipali tal-komunikazzjoni.

(70)

Madwar is-swieq tal-Unjoni tax-xiri pubbliku qed tinbet tendenza qawwija lejn l-aggregazzjoni tad-domanda mix-xerrejja pubbliċi, bil-ħsieb li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, inklużi prezzijiet aktar baxxi u spejjeż ta’ tranżazzjoni, u għat-titjib u l-professjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akkwisti. Dan jista’ jintlaħaq permezz tal-konċentrazzjoni tax-xiri skont l-għadd ta’ entitajiet kontraenti involuti, jew il-volum u l-valur matul iż-żmien. Madankollu, l-aggregazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tax-xiri għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva tal-kapaċità tal-akkwist u l-kollużjoni, u biex jiġu ppreservati t-trasparenza u l-kompetizzjoni, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-swieq tal-SMEs.

(71)

Rikors għal ftehimiet qafas jista’ jkun teknika ta’ akkwist pubbliku effiċjenti madwar l-Unjoni kollha; madankollu, hemm bżonn li l-kompetizzjoni tissaħħaħ billi jitjiebu t-trasparenza tal-akkwisti mwettqa permezz ta’ ftehimiet qafas u l-aċċess għalihom. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet applikabbli għal dawk il-ftehimiet, b’mod partikolari billi jiġi previst li l-għoti ta’ kuntratti speċifiċi bbażat fuq tali ftehimiet isir abbażi ta’ regoli u kriterji oġġettivi, pereżempju wara kompetizzjoni żgħira, u billi jiġi limitat it-tul tal-ftehimiet qafas.

(72)

Għandu jiġi ċċarat ukoll li filwaqt li kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw il-kuntratt qabel tmiem l-obbligu tal-ftehim qafas innifsu, it-tul tal-kuntratti individwali bbażati fuq ftehim qafas ma jeħtieġx li jikkoinċidi mat-tul ta’ dak il-ftehim qafas, iżda jista’ jkun, kif adegwat, iqsar jew itwal. B’mod partikolari, għandu jiġi permess li t-tul tal-kuntratti individwali jiġi stabbilit abbażi ta’ ftehim qafas li jqis fatturi bħaż-żmien meħtieġ għat-twettiq tagħhom; fejn tkun inkluża l-manutenzjoni tat-tagħmir li l-ħajja utli mistennija tiegħu tkun ta’ aktar minn tmien snin jew fejn ikun meħtieġ taħriġ estensiv tal-persunal biex jitwettaq il-kuntratt.

Għandu wkoll jiġi ċċarat li jista’ jkun hemm każijiet eċċezzjonali li fihom it-tul tal-ftehimiet qafas infushom għandu jitħalla jkun itwal minn tmien snin. Dawn il-każijiet, li għandhom ikunu ġustifikati kif mistħoqq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas, jistgħu jseħħu pereżempju meta l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jarmu t-tagħmir li l-perjodu tal-amortizzament tiegħu jkun itwal minn tmien snin u li għandu jkun disponibbli fi kwalunkwe mument matul it-tul sħiħ tal-ftehim qafas. Fil-kuntest partikolari ta’ utilitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali lill-pubbliku jista’ jkun hemm il-ħtieġa f’ċerti każijiet kemm għal ftehimiet qafas itwal kif ukoll ta’ kuntratti individwali itwal; pereżempju fil-każ tal-ftehimiet qafas li għandhom l-għan li jiżguraw manutenzjoni ordinarja jew straordinarja ta’ netwerks li jistgħu jeħtieġu li jitħaddem tagħmir għoli minn persunal li jkun irċieva taħriġ ferm speċjalizzat ad hoc bil-għan li tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tas-servizzi u l-minimizzazzjoni ta’ xkiel possibbli.

(73)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ ukoll li jiġu aġġustati r-regoli li jirregolaw is-sistemi dinamiċi ta’ xiri biex b’hekk l-entitajiet kontraenti jieħdu vantaġġ sħiħ mill-possibbiltajiet li joffri dak l-istrument. Jeħtieġ li s-sistemi jiġu ssimplifikati, b’mod partikolari huma għandhom jitħaddmu fil-forma ta’ proċedura ristretta, biex b’hekk jeliminaw il-bżonn għall-offerti indikattivi, li ġew identifikati bħala wieħed mill-piżijiet ewlenin assoċjati mas-sistemi dinamiċi ta’ xiri. Għalhekk, kull operatur ekonomiku li jippreżenta talba għall-parteċipazzjoni u jissodisfa l-kriterji tal-għażla għandu jkun permess jieħu sehem fil-proċeduri tal-akkwist li jitwettqu permezz tas-sistema dinamika ta’ xiri matul il-perijodu ta’ validità tagħha.

It-teknika ta’ xiri tippermetti li l-entità kontraenti jkollha firxa partikolarment wiesgħa ta’ offerti u b’hekk tiżgura l-użu ottimu ta’ fondi pubbliċi permezz ta’ kompetizzjoni wiesgħa fir-rigward ta’ prodotti użati komunament jew minn fuq l-ixkaffa, xogħlijiet jew servizzi li huma ġeneralment disponibbli fis-suq.

(74)

L-eżami ta’ dawk it-talbiet għall-parteċipazzjoni għandu normlament isir fi żmien massimu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, peress li l-evalwazzjoni tal-kriterji tal-għażla ser issir fuq il-bażi tar-rekwiżiti għal dokumentazzjoni stabbiliti mill-entitajiet kontraenti, fejn applikabbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet issimplifikati tad-Direttiva 2014/24/UE. Madankollu, meta sistema dinamika ta’ xiri hija stabbilta l-ewwel darba, l-entitajiet kontraenti jistgħu, bi tweġiba għall-ewwel pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt jew tal-istedina biex jiġi kkonfermat l-interess, jiġu ffaċċjati b’għadd tant kbir ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni li huma jista’ jkollhom bżonn aktar żmien biex jeżaminaw it-talbiet. Dak għandu jkun ammissibbli, kemm-il darba ma jkun tnieda l-ebda akkwist speċifiku qabel ma t-talbiet kollha jkunu ġew eżaminati.

L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu liberi li jorganizzaw il-mod li bih huma beħsiebhom jeżaminaw it-talbiet għal parteċipazzjoni, pereżempju billi jiddeċiedu li jwettqu tali eżamijiet darba biss fil-ġimgħa, dment li l-iskadenzi għall-eżami ta’ kull talba ta’ ammissjoni jiġu osservati. L-entitajiet kontraenti li jużaw il-kriterji tal-esklużjoni jew tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE fil-kuntest ta’ sistema dinamika ta’ xiri, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-Direttiva bl-istess mod bħall-awtoritajiet kontraenti li joperaw sistema dinamika ta’ xiri skont id-Direttiva 2014/24/UE.

(75)

Sabiex tavvanza l-possibiltajiet tal-SMEs li jipparteċipaw f’sistema dinamika ta’ xiri fuq skala kbira, pereżempju waħda li titħaddem minn korp ta’ xiri ċentrali ta’ xiri, l-awtorità jew l-entità kontraenti kkonċernata għandha tkun tista’ tartikola s-sistema f’kategoriji ddefiniti oġġettivament ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi. Tali kategoriji għandhom jiġu ddefiniti b’referenza għal fatturi oġġettivi li jistgħu pereżempju jinkludu d-daqs massimu permess ta’ kuntratti speċifiċi li għandhom jingħataw fil-kategorija kkonċernata jew żona ġeografika speċifika li fiha għandhom jitwettqu kuntratti speċifiċi sussegwenti.Fejn sistema dinamika ta’ xiri tinqasam f’kategoriji, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tapplika kriterji tal-għażla li huma proporzjonali għall-karatteristiċi tal-kategorija kkonċernata.

(76)

Għandu jiġi ċċarat li rkanti elettroniċi normalment mhumiex xierqa għal ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet u ċerti kuntratti ta’ servizzi li jkollhom bħala s-suġġett tagħhom prestazzjonijiet intellettwali, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, għaliex huma biss l-elementi xierqa għal evalwazzjoni awtomatika b’mezzi elettroniċi, mingħajr l-ebda intervent jew apprezzament mill-entità kontraenti, jiġifieri elementi li huma kwantifikabbli sabiex ikunu espressi f’ċifri jew perċentwali, li jistgħu jkunu soġġetti għal irkanti elettroniċi.

Madankollu, għandu jkun iċċarat ukoll li l-irkantijiet elettroniċi jistgħu jintużaw fi proċedura tal-akkwist għax-xiri ta’ dritt speċifiku ta’ propjetà intellettwali. Huwa wkoll xieraq li jiġi mfakkar li filwaqt li entitajiet kontraenti jibqgħu ħielsa li japplikaw kriterji tal-għażla li jippermettulhom inaqqsu l-għadd ta’ kandidati jew offerenti dment li jkun għadu ma bediex l-irkant, ma għandu jkun permess l-ebda tnaqqis ieħor tal-għadd ta’ offerenti parteċipanti fl-irkant elettroniku wara li jkun beda l-irkant.

(77)

Qegħdin jiġu żviluppati kontinwament tekniki ġodda ta’ xiri elettroniku, bħalma huma l-katalgi elettroniċi. Il-katalgi elettroniċi huma format għall-preżentazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li jkun komuni għall-offerenti parteċipanti kollha u li jista’ jiġi ttrattat elettronikament. Eżempju jista’ jkun offerti preżentati fil-forma ta’ spreadsheet. L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu katalgi elettroniċi fil-proċeduri disponibbli kollha fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni huwa mitlub. Il-katalgi elettroniċi jgħinu biex tiżdied il-kompetizzjoni u jiġi ssimplifikat ix-xiri pubbliku, b’mod partikolari f’termini ta’ ffrankar ta’ ħin u flus. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli biex jiġi żgurat li dan l-użu jkun konformi ma’ din id-Direttiva u mal-prinċipji ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza. Għalhekk, l-użu ta’ katalgi elettroniċi għall-preżentazzjoni tal-offerti ma għandux jimplika l-possibbiltà ta’ operaturi ekonomiċi li jillimitaw lilhom infushom għat-trasmissjoni tal-katalgu ġenerali tagħhom. L-operaturi ekonomiċi xorta għandhom jadattaw il-katalgi ġenerali minħabba l-proċedura speċifika tal- akkwist. Tali adattament jiżgura li l-katalgu li jiġi trażmess bi tweġiba għal proċedura speċifika tal-akkwist ikun fih biss prodotti, xogħlijiet jew servizzi li l-operaturi ekonomiċi jkunu vvalutaw - wara eżami attiv - li jikkorrispondu għar-rekwiżiti tal-entità kontraenti. Meta jagħmlu dan, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jikkuppjaw informazzjoni li tinsab fil-katalgi ġenerali tagħhom, iżda m’għandhomx jitħallew jippreżentaw il-katalgu ġenerali bħala tali. Barra minn hekk, fejn jiġu offruti garanziji suffiċjenti fir-rigward tal-assigurazzjoni tat-traċċabbiltà, it-trattament ugwali u l-prevedibbiltà, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jiġġeneraw offerti fir-rigward ta’ xiri speċifiku fuq il-bażi tal-katalogi elettroniċi trasmessi qabel, b’mod partikolari fejn il-kompetizzjoni tkun reġgħet infetħet skont ftehim qafas jew fejn tkun qed tintuża sistema dinamika ta’ xiri.

Fejn ikunu ġenerati offerti mill-entità kontraenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jingħata l-possibbiltà li jivverifika li l-offerta hekk kostitwita mill-entità kontraenti ma jkunx fiha żbalji materjali. Fejn ikun hemm żbali materjali, l-operatur ekonomiku m’għandux ikun marbut mill-offerta ġġenerata mill-entità kontraenti sakemm ma jkunx ikkoreġut l-iżball.

F’konformità mar-rekwiżiti tar-regoli għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jevitaw ostakli mhux iġġustifikati għall-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċeduri tal-akkwist li fihom l-offerti għandhom ikunu ppreżentati fil-forma ta’ katalgi elettroniċi u li jiggarantixxu l-konformità mal-prinċipji ġenerali tan-nondiskriminazzjoni u trattament ugwali.

(78)

It-tekniki ta’ xiri ċentralizzat qed jintużaw dejjem aktar fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Il-korpi ta’ xiri ċentrali huma responsabbli għat-twettiq tal-akkwisti, il-ġestjoni ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri jew jew l-għoti ta’ kuntratti/ftehimiet qafas għal awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti oħrajn, b’rimunerazzjoni jew mingħajrha. L-entitajiet kontraenti li għalihom ġie konkluż ftehim qafas għandhom ikunu jistgħu jużawh għal xiri individwali jew ripetittiv. Fid-dawl tal-volumi kbar mixtrija, tali tekniki jistgħu jgħinu biex iżidu l-kompetizzjoni u għandhom jgħinu sabiex jipprofessjonalizzaw l-akkwist pubbliku. Għalhekk għandha tiġi prevista definizzjoni tal-Unjoni ta’ korpi ta’ xiri ċentrali dedikati għal entitajiet kontraenti u għandu jiġi ċċarat li korpi ta’ xiri ċentrali joperaw b’żewġ modi differenti.

L-ewwel nett, huma għandhom ikunu kapaċi jaġixxu bħala bejjiegħa bl-ingrossa billi jbigħu, jaħżnu, ibigħu mill-ġdid jew, it-tieni nett, għandhom ikunu jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji billi jagħtu kuntratti, joperaw sistemi dinamiċi ta’ xiri jew jikkonkludu ftehimiet qafas li għandhom jintużaw minn entitajiet kontraenti.

Rwol intermedjarju bħal dan jista’ f’xi każijiet jitwettaq billi l-proċeduri tal-akkwist rilevanti jsiru b’mod awtonomu, mingħajr struzzjonijiet dettaljati mill-entitajiet kontraenti kkonċernati; f’każijiet oħra, bit-twettiq tal-proċeduri ta’ għoti rilevanti taħt l-istruzzjonijiet tal-entitajiet kontraenti kkonċernati, f’isimhom u għall-kont tagħhom.

Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-osservanza tal-obbligi skont din id-Direttiva, anke fil-każ ta’ rimedji, bejn il-korp ta’ xiri ċentrali u l-entitajiet kontraenti li jakkwistaw minn jew permezz tiegħu. Meta l-korp ċentrali ta’ xiri jkun responsabbli biss għat-twettiq tal-proċeduri tal-akkwist, din għandha wkoll tkun unikament u direttament responsabbli għal-legalità tal-proċeduri. Meta entità kontraenti tmexxi ċerti partijiet tal-proċedura, pereżempju l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni taħt ftehim qafas jew l-għoti ta’ kuntratti individwali bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri, hija għandha tibqa’ responsabbli għall-istadji li tmexxi.

(79)

L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħtu kuntratt ta’ servizz għall-provvista ta’ attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati lil korp ta’ xiri ċentrali mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti f’din id-Direttiva. Għandu jkun permess ukoll li tali kuntratti ta’ servizz jinkludu l-provvista ta’ attivitajiet ta’ xiri anċillari. Kuntratti ta’ servizz bħal dawn għall-forniment ta’ attivitajiet ta’ xiri anċillari għandhom, meta mwettqa b’mod ieħor minn korp ta’ xiri ċentrali b’rabta mal-forniment ta’ attivitajiet ta’ xiri ċentrali lill-awtorità kontraenti kkonċernata, jingħataw skont din id-Direttiva. Għandu jitfakkar ukoll li din id-Direttiva ma għandhiex tapplika fejn attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati jew anċillari jiġu pprovduti jekk mhux b’kuntratt għal interess pekunarju li jikkostitwixxi akkwist fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

(80)

It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-korpi ta’ xiri ċentrali m’għandu bl-ebda mod jostakola l-prattiki attwali tal-akkwist konġunt okkażjonali, jiġifieri akkwist komuni inqas istituzzjonalizzat u sistematiku jew il-prattika stabbilita li jsir rikors għal fornituri ta’ servizz li jħejju u jiġġestixxu l-proċeduri tal-akkwist f’isem u għall-kont ta’ entità kontraenti u taħt l-istruzzjonijiet tagħha. Għall-kuntrarju, ċerti karatteristiċi ta’ akkwist konġunt għandhom jiġu ċċarati minħabba r-rwol importanti li l-akkwist konġunt jista’ jkollu, mhux l-inqas b’rabta ma’ proġetti innovattivi.

L-akkwist konġunt jista’ jieħu ħafna forom differenti, li jvarjaw minn akkwist ikkoordinat permezz tat-tħejjija ta’ speċifikazzjonijet tekniċi komuni għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jiġu akkwistati minn għadd ta’ entitajiet kontraenti, li kull waħda minnhom twettaq proċedura tal-akkwist separata, għal sitwazzjonijiet fejn l-entitajiet kontraenti kkonċernati jwettqu konġuntament proċedura waħda tal-akkwist jew billi jaġixxu flimkien jew billi jafdaw entità kontraenti waħda bil-ġestjoni tal-proċedura tal-akkwist f’isem l-entitajiet kontraenti kollha.

Fejn diversi entitajiet kontraenti jwettqu konġuntament proċedura tal-akkwist, huma għandhom ikunu konġuntament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. Madankollu, fejn partijiet biss tal-proċedura tal-akkwist jitwettqu konġuntament mill-entitajiet kontraenti, ir-responsabbiltà konġunta għandha tapplika biss għal dawk il-partijiet tal-proċedura li twettqu flimkien. Kull entità kontraenti għandha tkun kompletament responsabbli rigward il-proċedura jew parti mill-proċeduri li hija twettaq waħidha, bħall-għoti ta’ kuntratt, il-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-operazzjoni ta’ sistema dinamika ta’ xiri jew il-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni skont ftehim qafas.

(81)

Mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni huma partikolarment xierqa biex jappoġġaw prattiki u għodod ta’ xiri ċentralizzat minħabba li joffru l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid u pproċessar awtomatiku tad-data u ta’ tnaqqis fl-ispejjeż relatati mal-informazzjoni u t-transazzjonijiet. Għaldaqstant, bħala l-ewwel pass, l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni bħal dawn għandu jsir obbligatorju għall-korpi ta’ xiri ċentrali, filwaqt li għandhom jiġu ffaċilitati wkoll il-prattiki konverġenti madwar l-Unjoni. Dan għandu jiġi segwit minn obbligu ġenerali li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċeduri tal-akkwist kollha wara perijodu tranżitorju ta’ 30 xahar.

(82)

Attwalment, l-għoti konġunt ta’ kuntratti minn entitajiet kontraenti ta’ Stati Membri differenti qed jiffaċċja diffikultajiet legali speċifiċi rigward konflitti tal-liġijiet nazzjonali. Minkejja l-fatt li d-Direttiva 2004/17/KE ppermettiet impliċitament akkwist pubbliku konġunt transkonfinali, l-entitajiet kontraenti għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet legali u prattiċi konsiderevoli fix-xiri minn korpi ta’ xiri ċentrali fi Stati Membri oħra jew fl-għoti b’mod konġunt ta’ kuntratti. Sabiex l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jiksbu benefiċċju massimu mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta’ skala u kondiviżjoni tar-riskji u l-benefiċċji, mhux l-anqas għal proġetti innovattivi li jinvolvu ammont akbar ta’ riskju minn dak raġonevolment tollerabbli minn entità kontraenti waħda, dawk id-diffikultajiet għandhom jiġu remedjati. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar l-akkwist konġunt transkonfinali sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-entitajiet kontraenti u jissaħħu l-benefiċċji tas-suq intern bil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ negozju transkonfinali għall-fornituri u għal min jipprovdi servizz. Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet għal użu transkonfinali ta’ korpi ta’ xiri ċentralizzati u jagħżlu l-leġislazzjoni applikabbli għall-akkwist pubbliku, inkluż il-leġislazzjoni applikabbli dwar ir-rimedji, f’każijiet ta’ proċeduri konġunti transkonfinali li jikkumplimentaw il-konflitt ta’ regoli ta’ liġi tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (21). Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti differenti minn Stati Membri għandhom ikunu jistgħu jwaqqfu entitajiet legali konġunti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għal dan it-tip ta’ akkwist konġunt.

Madankollu, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jużaw possibbiltajiet għal akkwist konġunt transkonfinali għall-iskop ta’ ċirkomvenzjoni ta’ regoli ta’ liġi pubbliċi obbligatorji, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, li huma applikabbli għalihom fl-Istat Membru fejn jinsabu. Regoli bħal dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-aċċess ta’ dokumenti jew rekwiżiti speċifiċi għat-traċċabbiltà ta’ provvisti sensittivi.

(83)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa mix-xerrejja jeħtieġ li jippermettu li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni kif ukoll jilħaq l-objettivi ta’ sostenibbiltà. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fis-suq, inklużi dawk imfassla abbażi tal-kriterji ta’ prestazzjoni marbuta maċ-ċiklu tal-ħajja u s-sostenibilità tal-proċess tal-produzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi.

Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jitfasslu b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni, permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil operatur ekonomiku speċifiku, billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-oepratur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dak l-objettiv jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli. Ir-rekwiżiti funzjonali u dawk relatati mal-prestazzjoni huma wkoll mezzi adatti li jiffavorixxu l-innovazzjoni fl-akkwist pubbliku u għandhom jintużaw b’mod kemm jista’ jkun wiesa’. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-entitajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw l-offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti oħrajn li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-entitajiet kontraenti u li huma ekwivalenti f’termini ta’ sikurezza. Għandha tkun ir-responsabilità tal-operatur ekonomiku li jagħti prova tal-ekwivalenza mat-tikketta mitluba.

Sabiex jagħtu prova ta’ ekwivalenza, għandu jkun possibli li jintalab li l-offerenti jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza. Madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal dossier tekniku tal-manifattur fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti, dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti jew il-kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kriterji tal-għoti jew il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(84)

Għal kull akkwist maħsub biex jintuża minn persuni, sew jekk il-pubbliku ġenerali jew il-persunal tal-entità kontraenti, jeħtieġ li l-entitajiet kontraenti jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex iqisu l-kriterji ta’ aċċessibilità għal persuni b’diżabbiltà, jew id-disinn għall-utenti kollha, ħlief f’każijiet iġġustifikati kif adatt.

(85)

L-entitajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti partikolari, bħall-Ekotikketta Ewropea, l-ekotikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta oħra, sakemm il-ħtiġijiet għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħalma huma d-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawk ir-rekwiżiti jitfasslu u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, permezz ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri u organizzazzjonijiet ambjentali, filwaqt li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Għandu jiġi ċċarat li l-partijiet interessati jistgħu jkunu korpi pubbliċi jew privati, kumpanniji jew kwalunkwe xorta ta’ organizzazzjoni mhux governattiva (organizzazzjoni li mhijiex parti minn gvern u li mhijiex kumpanniji konvenzjonali).

Għandu jiġi ċċarat bl-istess mod li korpi jew organizzazzjonijiet nazzjonali jew governattivi speċifiċi jistgħu jkunu involuti fl-istabbiliment ta’ rekwiżiti ta’ tikkettar li jistgħu jintużaw b’rabta mal-akkwisti minn awtoritajiet pubbliċi mingħajr ma dawk il-korpi jew organizzazzjonijiet jitilfu l-istatus tagħhom bħala partijiet terzi. Referenzi għal tikketti m’għandhomx ikollhom l-effett li jirrestrinġu l-innovazzjoni.

(86)

Fit-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu kont tar-rekwiżiti li joriġinaw mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari b’rabta mad-disinn tal-ipproċessar tad-data personali (protezzjoni tad-data mid-disinn).

(87)

L-akkwist pubbliku għandu jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-SMEs. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu inkoraġġuti jużaw il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki li jinsab fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 bit-titolu “Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki għall-Iffaċilitar tal-Aċċess mill-SMEs għall-Kuntratti tal-Akkwist Pubbliku, li jipprovdi gwida dwar kif jistgħu japplikaw il-qafas tal-akkwist pubbliku b’mod li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs. Għal dak il-għan, għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-kuntratti jistgħu jinqasmu f’lottijiet. Tali diviżjoni tista” ssir fuq bażi kwantitattiva, billi d-daqs tal-kuntratti individwali jkun jikkorrispondi aħjar għall-kapaċità tal-SMEs, jew fuq bażi kwalitattiva, skont is-snajja’ u l-ispeċjalizzazzjonijiet differenti involuti, biex il-kontenut tal-kuntratti individwali jiġi adattat aktar mill-qrib għas-setturi speċjalizzati tal-SMEs jew skont il-fażijiet differenti sussegwenti tal-proġett. Id-daqs u s-suġġett tal-lottijiet għandhom jiġi ddeterminati liberament mill-entità kontraenti, li, skont ir-regoli rilevanti dwar il-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist, għandha wkoll titħalla tagħti wħud mil-lottijiet mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jmorru lil hinn fl-isforzi tagħhom biex jiffaċilitaw l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, billi jintorduċu obbligu li tiġi kkunsidrata l-adegwatezza tad-diviżjoni tal-kuntratti f’lottijiet għal kuntratti li jkunu iżgħar, u billi jesiġu li l-entitajiet kontraenti jipprovdu ġustifikazzjoni għal deċiżjoni li l-kuntratti ma jiġux diviżi f’lottijiet jew billi jagħmlu diviżjoni f’lottijiet obbligatorja taħt ċerti kondizzjonijiet. Bl-istess skop, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu liberi li jipprovdu mekkaniżmi għal pagamenti diretti lis-sottokuntratturi.

(88)

Fejn il-kuntratti jiġu maqsuma f’lottijiet, l-entitajiet kontraenti għandhom, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw l-affidabbiltà tal-provvista, jitħallew jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jista’ jippreżenta offerta għalihom operatur ekonomiku; għandhom jitħallew jillimitaw ukoll l-għadd ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent partikolari.

Madankollu, l-objettiv ta’ ffaċilitar ta’ aċċess akbar għall-akkwist pubbliku mill-SMEs jista’ jixxekkel jekk l-entitajiet kontraenti jkunu obbligati jagħtu l-kuntratti lott b’lott anke meta dan ikun ifisser li jkollhom jaċċettaw soluzzjonijiet sostanzjalment anqas vantaġġużi meta mqabbla mal-għoti li jiġbor fih bosta lottijiet jew kollha kemm huma. Fejn il-possibbiltà li jiġi applikat metodu bħal dan tkun ġiet indikata b’mod ċar minn qabel, għandu jkun għalhekk possibbli għall-entitajiet kontraenti li jwettqu valutazzjoni komparattiva tal-offerti sabiex jistabbilixxu jekk l-offerti ppreżentati minn offerent partikolari għal kombinazzjoni speċifika ta’ lottijiet, bħala unità sħiħa, jissodisfawx il-kriterji ta’ għoti stipulati skont din id-Direttiva fir-rigward ta’ dawk il-lottijiet aħjar mill-offerti għal-lottijiet individwali kkonċernati meta jittieħdu b’mod iżolat. Jekk dan ikun il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jagħtu kuntratt li jiġbor il-lottijiet inkwistjoni lill-offerent ikkonċernat. Għandu jiġi ċċarat li l-entitajiet kontraenti għandhom iwettqu valutazzjoni komparattiva ta’ dan it-tip billi l-ewwel jiddeterminaw liema offerti jissodisfaw l-aħjar il-kriterji tal-għoti stipulati għal kull lott individwali u mbagħad jqabbluha mal-offerti ppreżentati minn offerent partikolari għal kombinazzjoni speċifika ta’ lottijiet, mittieħda bħala unità sħiħa.

(89)

Sabiex jitħaffu l-proċeduri u jsiru aktar effiċjenti, il-limiti ta’ żmien għall-parteċipazzjoni fi proċeduri tal-akkwist għandhom jinżammu kemm jista’ jkun qosra mingħajr il-ħolqien ta’ ostakoli mhux meħtieġa għall-aċċess ta’ operaturi ekonomiċi mis-suq intern u partikolarment tal-SMEs. Għandu jinżamm preżenti għalhekk li, meta jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu kont b’mod partikolari tal-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti, anke jekk dan jimplika stabbiliment ta’ limiti ta’ żmien li huma itwal minn dawk minimi previsti f’din id-Direttiva. L-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, b’mod partikolari d-disponibbiltà elettronika sħiħa ta’ dokumenti tal-akkwist u t-trasmissjoni elettronika ta’ komunikazzjoni għal operaturi ekonomiċi, offerenti u kandidati, iwassal min-naħa l-oħra għal iżjed trasparenza u ffrankar ta’ ħin. Għalhekk, għandu jiġi previst it-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien minimi applikabbli għal proċeduri miftuħa f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-FAP u soġġett għall-kondizzjoni li huma jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trasmissjoni ppjanat fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti għandu jkollhom l-opportunità li jqassru aktar il-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-offerti fi proċeduri miftuħa f’każijiet fejn stat ta’ urġenza jagħmel il-limiti ta’ żmien fi proċeduri miftuħa mhux prattiċi, iżda ma jagħmilx proċedura miftuħa bi skadenza mqassra impossibbli. Huwa biss f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn urġenza estrema kkawżati minn avvenimenti imprevedibbli mill-entità kontraenti kkonċernata li mhumiex attribwibbli lil dik l-entità kontraenti, tagħmilha impossibbli li titwettaq proċedura regolari anke b’limiti ta’ żmien imqassra, li l-entitajiet ikkonċernati għandhom u jkollhom, sa fejn ikun strettament neċessarju, ikollhom il-possibbiltà li jagħtu kuntratti bi proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel. Dan jista’ jkun il-każ fejn katastrofi naturali jeħtieġu azzjoni immedjata.

(90)

Għandu jiġi ċċarat li l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi jkollhom ħin biżżejjed li fih ifasslu offerti li joffru tweġiba tista’ tinkludi li l-iskadenzi li jkunu ġew stabbiliti inizjalment jista’ jkun li jkollhom jittawlu. B’mod partikolari, dan ikun il-każ, fejn isiru bidliet sinifikanti lid-dokumenti tal-akkwist. Għandu jiġi speċifikat ukoll li, f’dak il-każ, bidliet sinifikanti għandhom jinftiehmu bħala bidliet li jkopru, b’mod partikolari l-ispeċifiċitajiet tekniċi, li fir-rigward tagħhom l-operaturi ekonomiċi jkunu jeħtieġu ħin addizzjonali sabiex jifhmu u jwieġbu b’mod xieraq. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li bidliet bħal dawn ma għandhomx ikunu tant sostanzjali li l-ammissjoni ta’ kandidati oħra minbarra dawk magħżula inizjalment tkun ġiet permessa jew ikunu attirati parteċipanti addizzjonali. Dak jista’, b’mod partikolari, jkun il-każ fejn il-bidliet jagħmlu l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fil-karattru minn dak inizjalment stipulat fid-dokumenti tal-akkwist.

(91)

Għandu jiġi ċċarat li l-informazzjoni dwar ċerti deċiżjonijiet meħuda matul proċedura tal-akkwist, inkluża d-deċiżjoni li ma jingħatax kuntratt jew li ma jiġix konkluż ftehim qafas għandha tinbagħat mill-entitajiet kontraenti, mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkollhom jitolbu tali informazzjoni. Għandu jitfakkar ukoll li d-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE (22) tipprevedi obbligu għall-entitajiet kontraenti, għal darba oħra mingħajr ma l-kandidati jew l-offerenti jkollhom jitlobu dan, li jipprovdu lill-kandidati jew l-offerenti kkonċernati sommarju tar-raġunijiet rilevanti għal xi wħud mid-deċiżjonijiet ċentrali li jittieħdu matul il-proċedura tal-akkwist. Fl-aħħar nett għandu jiġi ċċarat li l-kandidati u l-offerenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu aktar informazzjoni dettaljata dwar dawn ir-raġunijiet, li l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu meħtieġa jagħtu ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji biex ma jagħmlux dan. Dawk ir-raġunijiet għandhom jiġu stabbiliti f’din id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza neċessarja fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist li jinvolvu negozjati u djalogi mal-offerenti, l-offerenti li jkunu għamlu offerta ammissibbli għandhom, ħlief fejn ikun hemm raġunijiet serji biex dan ma jsirx, ikunu jistgħu jitolbu informazzjoni dwar it-twettiq u l-progress tal-proċedura.

(92)

Sakemm tinżamm il-kompatibilità mal-ħtieġa li jiġi żgurat l-għan ta’ prattika kummerċjali soda filwaqt li titħalla flessibilità massima, huwa xieraq li tiġi prevista l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku fir-rigward ta’ rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħila ekonomika u finanzjarja u l-evidenza dokumentarja. L-entitajiet kontraenti għalhekk għandhom ikunu jistgħu japplikaw il-kriterji tal-għażla previsti f’dik id-Direttiva u, fejn jagħmlu dan, huma imbagħad għandhom ikunu obbligati li japplikaw ċerti dispożizzjonijiet oħra li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-limitu massimu għal rekwiżiti dwar id-dħul minimu kif ukoll dwar l-użu tad-Dokument Uniku Ewropew għall-Akkwist.

(93)

L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu li l-miżuri jew l-iskemi ta’ ġestjoni ambjentali jiġu applikati matul it-twettiq ta’ kuntratt. L-iskemi ta’ ġestjoni ambjentali, sew jekk huma rreġistrati kif ukoll jekk le taħt l-istrumenti tal-Unjoni bħar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), jistgħu juru li l-operatur ekonomiku għandu l-kapaċità teknika li jwettaq il-kuntratt. Deskrizzjoni tal-miżuri implimentati mill-operatur ekonomiku biex jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni ambjentali għandha tiġi aċċettata bħala alternattiva għall-iskemi ta’ reġistrazzjoni ta’ ġestjoni ambjentali bħala forma ta’ evidenza, meta l-operatur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal skemi ta’ reġistrazzjoni ta’ ġestjoni ambjentali jew l-ebda possibbiltà li jiksbihom fil-limiti ta’ żmien rilevanti.

(94)

Il-kunċett tal-kriterji ta’ għoti huwa ċentrali għal din id-Direttiva, għalhekk huwa importanti li d-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu ppreżentati bl-aktar mod sempliċi u simplifikat possibbli. Dan jista’ jinkiseb bl-użu tat-terminoloġija “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża” bħala l-ogħla kunċett, peress li l-offerti kollha rebbieħa għandhom finalment jintgħażlu skont dak li l-entità kontraenti individwali tqis li jkun ekonomikament l-aħjar soluzzjoni fost dawk offruti. Biex tiġi evitata l-konfużjoni bil-kriterji tal-għoti li attwalment hija magħrufa bħala “l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża” fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, għandha tintuża terminoloġija differenti biex tkopri dak il-kunċett, “l-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità”;. Konsegwentement, għandha tiġi interpretata skont il-każistika marbuta ma’ dawk id-Direttivi, ħlief fejn ikun hemm soluzzjoni materjalment differenti f’din id-Direttiva.

(95)

Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali, bil-ħsieb li jiġi żgurat tqabbil oġġettiv tal-valur relattiv tal-offerti sabiex jiġi determinat, f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, liema offerta hija l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. Għandu jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għandha tkun ivvalutata abbażi tal-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità li għandha dejjem tinkludi element ta’ prezz jew spiża. Għandu jiġi ċċarat bl-istess mod li din il-valutazzjoni tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża tista’ sseħħ ukoll abbażi tal-effettività tal-prezz jew il-kosteffettività biss. Huwa għalhekk aktar xieraq li jiġi mfakkar li l-entitajiet kontraenti huma ħielsa li jistabbilixxu standards ta’ kwalità xierqa billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

Sabiex jiġi mħeġġeġ akkwist pubbliku orjentat aktar lejn il-kwalità, l-Istati Membri għandhom jitħallew jipprojbixxu jew jagħmlu restrizzjonijiet fuq l-użu tal-prezz biss jew il-kost biss biex tiġi vvalutata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża meta jqisu dan xieraq.

Biex tiġi żgurata konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali fl-għoti ta’ kuntratti, l-entitajiet kontraenti għandhom jiġu obbligati joħolqu t-trasparenza meħtieġa biex l-offerenti kollha jkunu jistgħu jkunu informati b’mod raġonevoli dwar il-kriterji u l-arranġamenti li ser jiġu applikati fid-deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt. Għaldaqstant l-entitajiet kontraenti għandu jkollhom l-obbligu li jindikaw il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt u l-piż relattiv mogħti lil kull wieħed minn dawk il-kriterji. L-entitajiet kontraenti għandhom, madankollu, jitħallew jidderogaw minn dak l-obbligu li jindikaw il-piż tal-kriterji f’każijiet ġustifikati kif meħtieġ li għalihom għandhom ikunu kapaċi jagħtu raġunijiet, fejn il-piż ma jistax jiġi stabbilit bil-quddiem, b’mod partikolari minħabba l-kumplessità tal-kuntratt. F’tali każijiet, huma għandhom jindikaw il-kriterji billi jibdew mill-aktar importanti.

(96)

L-Artikolu 11 TFUE, jeħtieġ illi r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-entitajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

(97)

Meta jivvalutaw l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità l-entitajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u kwalitattivi tal-għoti marbuta mas-suġġett tal-kuntratt li abbażi tagħhom huma ser jivvalutaw l-offerti sabiex tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża mill-perspettiva tal-entità kontraenti. Dawk il-kriterji għandhom għaldaqstant jippermettu valutazzjoni komparattiva tal-livell ta’ prestazzjoni offrut minn kull offerta li għandha tiġi vvalutata fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif iddefinit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Fil-kuntest tal-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità, lista mhux eżawrjenti ta’ kriterji tal-għoti possibbli tinsab f’din id-Direttiva. L-entitajiet kontraenti għandhom jiġu mħeġġa jagħżlu kriterji tal-għoti li jippermettulhom jiksbu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-aktar adatti għall-ħtiġijiet tagħhom.

Il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu libertà tal-għażla mingħajr limitu fuq l-entità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u ġusta u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effettiv.

Biex tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, id-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt ma għandhiex tkun ibbażata biss fuq kriterji ta’ nuqqas ta’ spiża. Għaldaqstant kriterji kwalitattivi għandhom jiġu akkumpanjati minn kriterju ta’ spiża li jista’, fuq l-għażla tal-entità kontraenti, ikun jew il-prezz jew approċċ ta’ kosteffettività bħall-ispiża taċ-ċiklu ta’ ħajja. Madankollu, il-kriterji tal-għoti ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni ta’ ċerti servizzi jew jistabbilixxu prezzijiet fissi għal ċerti provvisti.

(98)

Fejn dispożizzjonijiet nazzjonali jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni ta’ ċerti servizzi jew jistabbilixxu prezzijiet fissi għal ċerti provvisti, għandu jiġi ċċarat li jibqa’ jkun possibbli li jiġi vvalutat il-valur għall-flus abbażi ta’ fatturi oħra lil hinn mill-prezz jew id-dħul biss. Skont is-servizz jew il-prodott ikkonċernat, dawn il-fatturi jistgħu pereżempju, jinkludu kondizzjonijiet ta’ distribuzzjoni u pagament, aspetti tal-assistenza lill-klijenti wara l-bejgħ (eż. sas-servizzi ta’ konsulenza u ta’ tibdil) jew l-aspetti ambjentali jew soċjali (eż. jekk kotba ġewx stampati fuq karta riċiklata jew fuq karta minn injam sostenibbli, l-ispejjeż fuq l-esternalitajiet ambjentali jew jekk żdiditx l-integrazzjoni soċjali tal-persuni żvantaġġati jew ta’ membri ta’ gruppi vulnerabbli fost il-persuni maħtura biex iwettqu l-kuntratt). Minħabba l-bosta possibbiltajiet tal-evalwazzjoni tal-valur għall-flus abbażi ta’ kriterji sostantivi, għandu jiġi evitat li l-lottijiet jittellgħu bix-xorti bħala l-uniku mezz ta’ għoti ta’ kuntratt.

(99)

Kull meta l-kwalità tal-persunal impjegat tkun rilevanti għal-livell ta’ prestazzjoni tal-kuntratt, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu wkoll jużaw bħala kriterju tal-għoti l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-twettiq tal-kuntratt u, b’riżultat ta’ dan, il-valur ekonomiku tal-offerta. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’kuntratti għal servizzi intellettwali bħal servizzi ta’ konsulenza jew ta’ arkitettura. L-entitajiet kontraenti li jużaw din il-possibbiltà għandhom jiżguraw, bil-mezzi kuntrattwali adatti, li l-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt effettivament jissodisfa l-istandards ta’ kwalità speċifikati u li tali persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-entità kontraenti li tivverifika li l-persunal li ser jeħodlu postu jkun jista’ jilħaq livell ekwivalenti ta’ kwalità.

(100)

Huwa ta’ importanza fundamentali li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. F’dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li l-akkwist pubbliku huwa kruċjali biex tiġi stimolata l-innovazzjoni, li hija ta’ importanza kbira għat-tkabbir futur fl-Ewropa. Minħabba d-differenzi importanti bejn is-setturi u s-swieq individwali, madankollu ma jkunx xieraq li jiġu ffissati rekwiżiti obbligatorji għall-akkwist ambjentali, soċjali u tal-innovazzjoni.

Il-leġislatura tal-Unjoni diġà ffissat rekwiżiti tal-akkwist obbligatorji għall-kisba ta’ għanijiet speċifiċi fis-setturi tal-vetturi tat-trasport bit-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24)) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25)). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ metodoloġiji komuni għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja avvanzat b’mod sinifikanti.

Għalhekk jidher xieraq li wieħed ikompli f’din it-triq, fejn il-leġislazzjoni speċifika skont is-settur tieħu ħsieb tiffissal-objettivi u l-miri obbligatorji għall-funzjoni tal-politiki partikolari u l-kondizzjonijiet prevalenti fis-settur rilevanti u biex tippromwovi l-iżvilupp u l-użu tal-approċċi Ewropej għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja bħala rinforz ulterjuri tal-użu tal-akkwist pubbliku f’appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.

(101)

Dawk il-miżuri speċifiċi għas-settur għandhom jiġu kkumplimentati minn adattament tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li għandhom jagħtu s-setgħa lill-entitajiet kontraenti sabiex isegwu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-istrateġiji tax-xiri tagħhom. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li, minbarra meta tiġi vvalutata abbażi tal-prezz biss, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeterminaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u l-anqas spejjeż billi jużaw approċċ li jikkalkula l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja.Il-kunċett tal-kalkolu tal-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja jinkludi l-ispejjeż kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi.

Dan ifisser spejjeż interni bħar-riċerka li għad trid issir, l-iżvilupp, il-produzzjoni, it-trasport, l-użu, il-manutenzjoni u l-ispejjeż tar-rimi fi tmiem il-ħajja, iżda jista’ jinkludi wkoll spejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali, bħat-tniġġis ikkawżat mill-estrazzjoni tal-materja prima użata fil-prodott jew ikkawżata mill-prodott innifsu jew mill-manifattura tiegħu, dment li dawn ikunu jistgħu jiġu immonetizzati u sorveljati. Il-metodi li l-entitajiet kontraenti jużaw biex jivvalutaw l-ispejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u mhux diskriminatorju u jkunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Tali metodi jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew dak lokali, iżda għandhom, biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni permezz ta’ metodoloġiji mfasslin apposta, jibqgħu ġenerali fis-sens li ma għandhomx jiġu stabbiliti speċifikament għal proċedura partikolari tal-akkwist pubbliku. Għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni fil-livell tal-Unjoni għall-kalkolu tal-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategoriji speċifiċi ta’ provvisti jew servizzi. Fejn jiġu żviluppati tali metodoloġiji komuni, l-użu tagħhom għandu jsir obbligatorju.

Barra minn hekk, il-fattibbiltà tal-ħolqien ta’ metodoloġija komuni dwar l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja soċjali għandha tiġi eżaminata, b’kont meħud tal-metodoloġiji eżistenti bħal-Linji Gwida għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja Soċjali tal-Prodotti adottati fi ħdan il-qafas tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent.

(102)

Barra minn hekk, bil-għan ta’ integrazzjoni aħjar tal-konsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali fil-proċeduri tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jużaw kriterji tal-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti taħt il-kuntratt pubbliku f’kull aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċikli tal-ħajja tagħhom mill-estrazzjoni ta’ materja prima għall-prodott sal-istadju tar-rimi tal-prodott, inklużi fatturi involuti fil-proċess speċifiku tal-produzzjoni, il-provvista jew il-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu għal dawk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jew proċess speċifiku waqt stadju aħħari taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, anke meta tali fatturi mhumiex parti mis-sustanza materjali tagħhom. Il-kriterji u l-kondizzjonijiet li jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni jew provvista bħal dan huma, pereżempju, li l-manifattura tal-prodotti mixtrija ma involvietx sustanzi kimiċi tossiċi, jew li s-servizzi mixtrija jiġu pprovduti bl-użu ta’ magni effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

F’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan jinkludi wkoll kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti relatati mal-provvista jew l-użu ta’ prodotti minn kummerċ ġust matul it-twettiq tal-kuntratt li jkun ser jingħata. Il-kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti marbuta ma’ konsiderazzjonijiet ambjentali jistgħu jinkludu, pereżempju, il-kunsinna, l-imballaġġ u d-disponiment tal-prodotti, u fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet u servizzi, it-tnaqqis tal-iskart u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.

Madankollu, il-kondizzjoni ta’ rabta mas-suġġett tal-kuntratt teskludi kriterji u kondizzjonijiet relatati mal-politika korporattiva ġenerali, li ma tistax titqies fattur li jikkaratterizza l-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mixtrija. L-entitajiet kontraenti għalhekk ma għandhomx jitħallew jirrikjedu li l-offerenti jkollhom ċerta politika ta’ responsabbiltà soċjali jew ambjentali korporattiva stabbilita.

(103)

Huwa essenzjali li l-kriterji għall-għoti jew il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt li jirrigwardaw l-aspetti soċjali tal-proċess ta’ produzzjoni jkunu relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jkunu ser jiġu pprovduti taħt il-kuntratt. Barra minn hekk, huma għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u ma għandhomx jintgħażlu jew jiġu applikati b’mod li jiddiskrimina direttament jew indirettament kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi partijiet għall-FAP jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li għalihom l-Unjoni hija parti. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet bażiċi ta’ ħidma rregolati fid-Direttiva 96/71/KE, bħar-rati minimi ta’ ħlas, għandhom jibqgħu fil-livell stabbilit mil-leġislazzjoni nazzjonali jew minn ftehimiet kollettivi applikati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva.

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt jistgħu wkoll ikollhom l-intenzjoni li jiffavorixxu l-promozzjoni tal-ugwaljanza tan-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol, aktar parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik privata, il-ħarsien tal-ambjent jew il-ġid tal-annimali u, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u biex jiġu impjegati aktar persuni żvantaġġati milli huwa meħtieġ skont il-leġislazzjoni nazzjonali.

(104)

Il-miżuri bil-għan li titħares is-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni, li tiġi ffavorita l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew ta’ membri ta’ gruppi vulnerabbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt jew biex jitħarrġu fil-ħiliet meħtieġa għall-kuntratt inkwistjoni, jistgħu wkoll ikunu s-suġġett ta’ kriterji għall-għoti jew kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt dment li dawn ikunu marbuta max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti taħt il-kuntratt. Pereżempju, tali kriterji jew kondizzjonijiet jistgħu jirreferu, fost l-oħrajn, għall-impjieg ta’ persuni li ilhom ifittxu xogħol, l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew żgħażagħ waqt it-twettiq tal-kuntratt li jkun ser jingħata. Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-entitajiet kontraenti jistgħu jipprovdu rekwiżiti soċjali bħal dawn li jikkaratterizzaw direttament il-prodott jew is-servizz inkwistjoni, bħall-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltajiet jew tfassil għall-utenti kollha.

(105)

Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lil operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, reati terroristiċi, ħasil tal-flus jew finanzjament ta’ terroriżmu. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu wkoll iwassal għal esklużjoni obbligatorja fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu deroga minn dawk l-esklużjonijiet obbligatorji f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ħtiġijiet aktar importanti fl-interess ġenerali jagħmlu l-għoti tal-kuntratt indispensabbli. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ meta tilqim jew tagħmir ta’ emerġenza meħtieġa b’mod urġenti jkunu jistgħu jinxtraw biss mingħand operatur ekonomiku li għalih tapplika b’xi mod ieħor waħda mir-raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni. Peress li l-entitajiet kontraenti, li mhumiex awtoritajiet kontraenti, jista’ ma jkollhomx aċċess għal prova mingħajr dubju dwar il-kwistjoni, huwa xieraq li l-għażla ta’ jekk jiġux applikati l-kriterji ta’ esklużjoni mniżżla fid-Direttiva 2014/24/UE titħalla f’idejn dawn l-entitajiet kontraenti. Għalhekk, l-obbligu li japplikaw l-Artikolu 57(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24/UE għandu b’hekk jiġi limitat għall-entitajiet kontraenti li huma awtoritajiet kontraenti.

(106)

Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu operaturi ekonomiċi li wrew li mhumiex affidabbli, pereżempju minħabba ksur ta’ obbligi ambjentali jew soċjali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew forom oħra ta’ kondotta professjonali serjament skorretta, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Għandu jiġi ċċarat li kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità tista’ twassal għad-dubju fl-integrità ta’ operatur ekonomiku u għalhekk twassal biex l-operatur ekonomiku ma jkunx adattat biex jingħata kuntratt pubbliku irrispettivament minn jekk l-operatur ekonomiku jkollux il-kapaċità ekonomika u teknika biex jitwettaq il-kuntratt.

Filwaqt li wieħed iqis li l-entità kontraenti ser tkun responsabbli għall-konsegwenzi tad-deċiżjoni possibbilment żbaljata tagħha, l-entitajiet kontraenti għandhom jibqgħu liberi wkoll li jqisu li kien hemm kondotta professjonali serjament skorretta, fejn, qabel issir deċiżjoni finali u vinkolanti dwar il-preżenza ta’ raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni, huma jkunu jistgħu juru bi kwalunkwe mezz adatt li l-operatur ekonomiku kiser l-obbligi tiegħu, inklużi obbligi dwar il-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, sakemm mhux previst mod ieħor fil-liġi nazzjonali. Huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jeskludu kandidati jew offerenti li t-twettiq tagħhom ta’ kuntratti pubbliċi preċedenti jew kuntratti ma’ entitajiet kontraenti oħra wera nuqqasijiet kbar fir-rigward ta’ rekwiżiti sostantivi, pereżempju n-nuqqas ta’ twassil jew prestazzjoni ta’ suċċess, nuqqasijiet sinifikanti tal-prodott jew is-servizz mogħti, li b’hekk ma setax jintuża għall-iskop maħsub, jew imġiba skorretta li tqajjem dubji serji dwar l-affidabbiltà tal-operatur ekonomiku. Il-liġi nazzjonali għandha tipprevedi t-tul massimu għal esklużjonijiet bħal dawn.

Fl-applikazzjoni ta’ raġunijiet fakultattivi għall-esklużjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-prinċipju tal-proporzjonalità. Irregolaritajiet minuri għandhom iwasslu għall-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Madankollu każijiet ripetuti ta’ irregolaritajiet minuri jistgħu jqajmu dubji dwar l-affidibbiltà ta’ operatur ekonomiku li jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjoni tiegħu.

(107)

Meta l-entitajiet kontraenti jkunu obbligati jew jagħżlu li japplikaw tali kriterji ta’ esklużjoni li għadhom kif issemmew, huma għandhom japplikaw id-Direttiva 2014/24/UE rigward il-possibilità li l-operaturi ekonomiċi jadottaw miżuri ta’ konformità bil-għan li jirrimedjaw il-konsegwenzi ta’ xi reati jew kondotta skorretta u sabiex b’mod effettiv jipprevjenu ripetizzjonijiet ta’ mġiba ħażina.

(108)

L-offerti li jidhru baxxi wisq fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex tajbin. Meta l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-entità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. Ir-rifjut għandu jkun obbligatorju f’każijiet fejn l-entità kontraenti tkun stabbilixxiet li l-prezz baxx b’mod anormali jew l-ispejjeż proposti jkunu rriżultaw min-nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni obbligatorja tal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali kompatibbli magħha fl-oqsma tal-liġi soċjali jew tax-xogħol jew ambjentali jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol.

(109)

Il-kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt huma biex jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi marbutin mat-twettiq tal-kuntratt. B’differenza għall-kriterji tal-għoti ta’ kuntratti li huma l-bażi għal valutazzjoni komparattiva tal-kwalità tal-offerti, il-kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt jikkostitwixxu rekwiżiti oġġettivi fissi li ma għandhom l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-offerti. Il-kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt għandhom ikunu kumpatibbli ma’ din id-Direttiva dment li mhumiex direttament jew indirettament diskriminatorji u huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, li jkopri l-fatturi kollha involuti fil-proċess speċifiku ta’ produzzjoni, forniment jew kummerċjalizzazzjoni. Dan jinkludi kondizzjonijiet dwar il-proċess tat-twettiq tal-kuntratt, iżda jeskludi rekwiżiti li jirreferu għall-politika korporattiva ġenerali.

(110)

Huwa importanti li l-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati f’din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, tkun żgurata permezz ta’ azzjonijiet adatti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-ambitu tar-responsabbiltajiet u l-kompetenzi tagħhom, bħal aġenziji tal-ispezzjoni tax-xogħol jew aġenziji tal-ħarsien ambjentali.

Huwa wkoll meħtieġ li tiġi żgurata xi ftit ta’ trasparenza fil-katina tas-sottokuntratti, peress li din tagħti informazzjoni lill-entitajiet kontraenti dwar min hu preżenti fis-siti tal-bini li fuqhom qed isiru x-xogħlijiet għalihom, jew dwar liema impriżi qed jipprovdu servizzi fil-bini, infrastrutturi jew żoni, bħal fil-kunsilli lokali, skejjel tal-istat, faċilitajiet sportivi, portijiet jew awtostradi, li għalihom l-entitajiet kontraenti huma responsabbli jew li fuqhom jagħmlu superviżjoni diretta. Għandu jiġi ċċarat li l-obbligu tat-tqassim tal-informazzjoni meħtieġa ser ikun responsabbiltà tal-kuntrattur ewlieni, jew abbażi ta’ klawsoli speċifiċi, li kull entità kontraenti jkollha tinkludi fil-proċeduri kollha tal-akkwist, jew abbażi tal-obbligi li l-Istati Membri jimponu fuq il-kuntratturi ewlenin permezz ta’ dispożizzjonijiet ġeneralment applikabbli.

Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kondizzjonijiet relatati mal-infurzar tal-osservanza tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew bid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati f’din id-Direttiva, dment li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu applikati kull meta l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-sottokuntratturi u l-kuntrattur ewlieni. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jmorru lil hinn, pereżempju billi jestendu l-obbligi ta’ trasparenza, billi jippermettu pagament dirett lis-sottokuntratturi jew billi jippermettu jew jitolbu lill-awtoritajiet kontraenti biex jivverifikaw li s-sottokuntratturi mhuma fl-ebda sitwazzjonili twassal għall-esklużjoni tal-operaturi ekonomiċi. Fejn tali miżuri jiġu applikati fuq sottokuntratturi, għandha tiġi żgurata koerenza mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratturi prinċipali sabiex l-eżistenza ta’ raġunijiet għall-esklużjoni obbligatorja jiġu segwiti minn talba li l-kuntrattur ewlieni jissostitwixxi s-sottokuntrattur imsemmi. Meta tali verifika turi l-preżenza ta’ raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jitolbu s-sostituzzjoni. Madankollu, għandu jiġi stabbilit b’mod espliċitu wkoll li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jkunu obbligati jitolbu s-sostituzzjoni tas-sottokuntrattur ikkonċernat fejn l-esklużjoni tal-kuntratturi ewlenin tkun obbligatorja f’tali każijiet.

Għandu jkun stabbilit ukoll b’mod espliċitu li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jipprevedu regoli ta’ passivi aktar stretti skont il-liġi nazzjonali jew li jmorru lil hinn skont il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi.

(111)

B’kont meħud tad-diskussjonijiet attwali dwar dispożizzjonijiet orizzontali li jirregolaw relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku, huwa adegwat li għal perijodu interim jinżamm l-istatus quo tal-iskema li tapplika għas-settur tas-servizzi skont l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE. Konsegwentement, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jibqgħu kif inhuma, inkluż id-dispożizzjoni għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni fejn impriżi tal-Unjoni għandhom diffikultajiet biex ikollhom aċċess għal swieq ta’ pajjiżi terzi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jibqgħu jiġu adottati mill-Kunsill.

(112)

Għandu jiġi mfakkar li r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (26) japplika għall-kalkolazzjoni ta’ limiti ta’ ħin miġbura f’din id-Direttiva.

(113)

Huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet skont liema, il-modifiki għal kuntratt matul it-twettiq tiegħu jeħtieġu proċedura ta’ akkwist ġdida, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija meħtieġa proċedura ta’ akkwist ġdida fil-każ fejn isiru bidliet materjali fil-kuntratt inizjali, b’mod partikolari għall-ambitu u l-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet, inkluż id-distribuzzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Dawn il-bidliet juru l-intenzjoni tal-partijiet li jerġgħu jinnegozjaw it-termini jew il-kondizzjonijiet essenzjali tal-kuntratt. Dan huwa l-każ b’mod partikolari jekk il-kondizzjonijiet emendati kellhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura, kieku dawn kienu parti mill-proċedura inizjali.

Modifiki għall-kuntratt li jirriżultaw f’bidla żgħira tal-valur tal-kuntratt sa ċertu valur għandhom dejjem ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li ssir proċedura tal-akkwist ġdida. Għal dan il-għan u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, din id-Direttiva għandha tipprovdi limiti de minimis, li taħthom proċedura tal-akkwist mhijiex meħtieġa. Modifiki għall-kuntratt ‘il fuq minn dawn il-limiti għandhom ikunu possibbli mingħajr il-ħtieġa li ssir proċedura tal-akkwist ġdida sakemm ikunu konformi mal-kondizzjonijiet relevanti stipulati f’din id-Direttiva.

(114)

Awtoritajiet kontraenti jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet fejn isiru meħtieġa xogħlijiet, provvisti jew servizzi addizzjonali; f’każijiet bħal din modifika tal-kuntratt inizjali mingħajr proċedura ta’ akkwist ġdida tista’ tkun ġustifikata, b’mod partikolari fejn l-għoti ta’ provvisti addizzjonali huma maħsuba jew bħala tibdil parzjali nkella bħala estensjoni tas-servizzi, provvisti jew installazzjonijiet eżistenti fejn bidla fil-fornitur tobbliga lill-entità kontraenti takkwista materjal, xogħlijiet jew servizzi b’karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manutenzjoni

(115)

L-enitatijiet kontraenti jistgħu jkunu ffaċċjati b’ċirkostanzi esterni li ma setgħux jipprevedu meta mogtħija l-kuntratt, b’mod partikolari meta t-twettiq tal-kuntratt ikopri perijodu twil. F’dan il-każ, huwa meħtieġ ċertu livell ta’ flessibilità biex il-kuntratt jiġi adattat għal dawk iċ-ċirkostanzi mingħajr il-bżonn ta’ proċedura talakkwist ġdida. Il-kunċett ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jirreferi għal ċirkostanzi li ma setgħux ikunu mbassra minkejja tħejjija raġonevolment diliġenti tal-għoti inizjali mill-entità kontraenti, filwaqt li jitqiesu l-mezzi disponibbli tiegħu, in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett speċifiku, il-prattika tajba fil-qasam inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi żgurata relazzjoni xierqa bejn ir-riżorsi li jintefqu fit-tħejjija tal-għoti u l-valur prevedibbli tiegħu.

Madankollu, dan ma jistax japplika fil-każijiet fejn modifika tirriżulta f’alterazzjoni tan-natura tal-akkwist ġenerali, pereżempju billi jiġu sostitwiti x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati b’xi ħaġa differenti jew billi jinbidel fundamentalment it-tip ta’ akkwist, minħabba li, f’sitwazzjoni bħal din, wieħed jista’ jassumi li jkun hemm influwenza ipotetika fuq ir-riżultat.

(116)

F’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza, l-offerent magħżul ma għandux, pereżempju meta kuntratt jintemm minħabba defiċjenzi fit-twettiq, jiġi sostitwit minn operatur ekonomiku ieħor mingħajr ma jerġa’ jinfetaħ il-kuntratt għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent magħżul li jwettaq il-kuntratt għandu jkun jista’, b’mod partikolari meta l-kuntratt jingħata lil aktar minn impriża waħda, jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-kuntratt, bħal riorganizzazzjonijiet purament interni, xiri, amalgamazzjonijiet u akkwisti jew insolvenza. Tali bidliet strutturali ma għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri tal-akkwist ġodda għall-kuntratti kollha mwettqa minn dak l-offerent.

(117)

L-entitajiet kontraenti għandhom, fil-kuntratti individwali stess, ikollhom il-possibbiltà li jipprevedu modifiki permezz ta’ klawżoli ta’ reviżjoni jew għażla, iżda dawn il-klawsoli ma għandhomx jagħtuhom diskrezzjoni illimitata. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi sa liema punt jistgħu jiġu pprovduti modifiki fil-kuntratt inizjali. Konsegwentement għandu jiġi ċċarat li klawsoli ta’ reviżjoni jew ta’ għażla abbozzati b’mod ċar biżżejjed jistgħu pereżempju jipprevedu indiċizzazzjonijiet tal-prezzijiet jew jiżguraw li, pereżempju tagħmir ta’ komunikazzjoni li għandu jingħata tul perijodu partikolari jibqa’ jkun adattat, anke fil-każ ta’ tibdil fil-protokolli tal-komunikazzjoni jew bidliet teknoloġiċi oħra. Għandu jkun ukoll possibbli taħt klawsoli ċari biżżejjed li jiġu previsti adattamenti tal-kuntratt li jsiru meħtieġa minħabba diffikultajiet tekniċi li jkunu feġġew matul l-operazzjoni jew il-manutenzjoni. Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-kuntratti jistgħu, pereżempju, jinkludu kemm manutenzjoni ordinarja kif ukoll jipprevedu interventi ta’ manutenzjoni straordinarja li tista’ tkun meħtieġa sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni ta’ servizz pubbliku.

(118)

L-entitajiet kontraenti xi kultant jaffaċċaw ċirkostanzi li jitolbu tmiem bikri tal-kuntratti pubbliċi sabiex jikkonformaw mal-obbligi taħt il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, skont il-kondizzjonijiet iddeterminati mil-liġi nazzjonali, li jtemmu l-kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu jekk mitlub mid-dritt tal-Unjoni.

(119)

Ir-riżultati tad-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2011 intotolata “Rapport ta’ Evalwazzjoni: Impatt u Effettivita tal-Leġislazzjoni tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku” ssuġġerew li l-esklużjoni ta’ ċerti servizzi mill-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2004/17/KE għandha tiġi riveduta. Bħala riżultat, l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva għandha tiġi estiża għal għadd ta’ servizzi.

(120)

Ċerti kategoriji ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, b’mod partikolari dawk li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawk is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-kuntratti għal dawk is-servizzi, b’limitu ogħla minn dak li japplika għal servizzi oħra.

Fil-kuntest partikolari tal-akkwisti f’dawk is-setturi, is-servizzi lill-persuna b’valuri taħt dak il-limitu ġeneralment ma jkunux ta’ interess għall-fornituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hemm indikazzjonijiet konkreti għall-kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali.

Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dak il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawk is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-Direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali, ippubblikat mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali. Meta jiddeterminaw il-proċeduri li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ kuntratti għal servizzi lill-persuna, l-Istati Membri għandhom ikunu jqisu l-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jaħdmu wkoll għall-objettivi li jissimplifikaw u jtaffu l-piż amministrattiv għall-entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi, għandu jiġi ċċarat li dan jista’ jinvolvi wkoll li wieħed jiddependi fuq regoli applikabbli għal kuntratti għal servizzi mhux soġġetti għar-reġim speċifiku.

L-Istati Membri u/jew l-entitajiet kontraenti jibqgħu liberi li jipprovdu dawk is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni tal-kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-entità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

(121)

Bl-istess mod, servizzi ta’ lukandi u ristoranti huma tipikament offruti biss minn operaturi li jinsabu fil-post speċifiku tal-konsenja ta’ dawk is-servizzi u għalhekk għandhom ukoll dimensjoni transkonfinali limitata. Għalhekk huma għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett, minn limitu ta’ EUR 1 000 000. Kuntratti kbar għal servizzi ta’ lukandi u ristoranti ‘l fuq minn dak il-limitu jistgħu jkunu ta’ interess għal diversi operaturi ekonomiċi, bħal aġenziji tal-ivvjaġġar u intermedjarji oħra, anke fuq bażi transkonfinali.

(122)

Bl-istess mod, ċerti servizzi legali jikkonċernaw esklużivament kwistjonijiet ta’ liġi purament nazzjonali u għalhekk huma tipikament offruti biss minn operaturi li jinsabu fl-Istat Membru kkonċernat u konsegwentement għandhom ukoll dimensjoni transkonfinali limitata. Għalhekk huma għandhom ikunu koperti biss mir-reġim anqas strett, minn limitu ta’ EUR 1 000 000. Kuntratti kbar ta’ servizz legali ‘l fuq minn dak il-limitu jistgħu jkunu ta’ interess għal diversi operaturi ekonomiċi, bħad-ditti legali internazzjonali, kif ukoll fuq bażi transkonfinali, b’mod partikolari fejn dawn jinvolvu kwistjonijiet legali li jirriżultaw minn jew għandhom bħala sfond tagħhom il-liġi tal-Unjoni jew liġi internazzjonali oħra jew li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed.

(123)

L-esperjenza wriet li serje ta’ servizzi oħra, bħas-servizzi ta’ salvataġġ, servizzi ta’ tifi tan-nar u servizzi tal-ħabs normalment huma biss ta’ interess transkonfinali fil-mument li huma jiksbu massa kritika suffiċjenti permezz tal-valur relattivament għoli tagħhom. Sa fejn huma mhumiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu inklużi skont ir-reġim anqas strett. Sa fejn il-forniment tagħhom huwa fil-fatt ibbażat fuq kuntratti, kategoriji oħra ta’ servizzi, bħal servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà, dawn normalment x’aktarx jippreżentaw biss interess transkonfinali minn limitu ta’ EUR 1 000 000 u konsegwentement għandhom ikunu biss hemmhekk soġġetti għar-reġim anqas strett.

(124)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi, din id-Direttiva għandha tippermetti li l-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-akkwist għal ċerti servizzi fl-oqsma tas-servizzi tas-saħħa, soċjali u kulturali għandhom jiġu riservati għal organizzazzjonijiet li huma bbażati fuq is-sjieda tal-impjegat jew il-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati fit-tmexxija tagħhom, u għall-organizzazzjonijiet eżistenti bħal kooperattivi biex jipparteċipaw fit-twassil ta’ dawn is-servizzi lill-utenti aħħarin. Din id-dispożizzjoni hija limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni esklużivament għal ċerti servizzi tas-saħħa, soċjali u oħrajn relatati, ċerti servizzi ta’ edukazzjoni u taħriġ, libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħra, servizzi sportivi, u servizzi għad-djar privati, u mhi maħsuba biex tkopri l-ebda waħda mill-esklużjonijiet previsti b’mod ieħor minn din id-Direttiva. Dawk is-servizzi għandhom ikunu koperti biss mir-“reġim anqas strett”.

(125)

Huwa xieraq li jiġu identifikati dawk is-servizzi permezz ta’ referenza għal pożizzjonijiet speċfiċi tal-“Vokabularju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV)” kif adottat bir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), li hija nomenklatura strutturata b’mod ġerarkiku, maqsuma f’diviżjonijiet, gruppi, klassijiet, kategoriji u subkategoriji. Biex tiġi evitata l-inċertezza legali, għandu jiġi ċċarat li referenza għal diviżjoni ma twassalx impliċitament għal referenza għal subdiviżjonijiet subordinati. Tali kopertura komprensiva minflok għandha tiġi stabbilita espliċitament billi jissemmew il-pożizzjonijiet rilevanti kollha, fejn xieraq bħala firxa ta’ kodiċi.

(126)

Tradizzjonalment kompetizzjonijiet ta’ disinn intużaw l-aktar fl-oqsma tal-ippjanar tat-territorju, l-arkitettura u l-inġinerija jew l-ipproċessar ta’ data. Madankollu jeħtieġ jiġi mfakkar li dawn l-istrumenti flessibbli jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet oħra u li jista’ jiġi stipulat li l-kuntratti ta’ servizzi sussegwenti jingħataw lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ disinn permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni.

(127)

L-evalwazzjoni wriet li għad hemm ħafna titjib xi jsir fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni. Bil-ħsieb ta’ applikazzjoni aktar effiċjenti u konsistenti tar-regoli, huwa essenzjali li wieħed ikollu ħarsa ġenerali tajba tal-problemi strutturali u x-xejriet ġenerali possibbli fil-politiki nazzjonali dwar l-akkwist, sabiex il-problemi possibbli jiġu indirizzati b’miri aktar preċiżi. Dik il-ħarsa ġenerali għandha tinkiseb permezz ta’ monitoraġġ adatt, li r-riżultati tiegħu għandhom jiġu ppubblikati regolarment, sabiex ikun jista’ jsir dibattitu infurmat dwar titjib possibbli għar-regoli u l-prattika ta’ akkwist. Il-kisba ta’ ħarsa ġenerali tajba bħal din ukoll tista’ tippermetti viżjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-akkwist pubbliku fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu kif u minn min għandu jsir dan il-monitoraġġ fil-prattika; meta jagħmlu hekk, huma għandhom jibqgħu liberi wkoll li jiddeċiedu jekk il-monitoraġġ għandux ikun ibbażat fuq kontroll ex post abbażi ta’ kampjuni jew fuq kontroll ex ante sistematiku tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku koperti minn din id-Direttiva. Għandu jkun possibbli li l-problemi potenzjali jinġiebu għall-attenzjoni tal-korpi adatti; dan ma għandux neċessarjament jirrikjedi li dawk li wettqu l-monitoraġġ jidhru quddiem qrati u tribunali.

Gwida, informazzjoni u għajnuna aħjar għall-entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi jistgħu wkoll jikkontribwixxu ferm għat-tisħiħ tal-effiċjenza tal-akkwist pubbliku, permezz ta’ għarfien aħjar, aktar ċertezza legali u professjonalizzazzjoni tal-prattiki tal-akkwist; tali gwida għandha ssir disponibbli għall-entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi kull fejn jidher li tkun meħtieġa biex tittejjeb l-applikazzjoni korretta tar-regoli. Il-gwida li għandha tingħata tista’ tkopri s-suġġetti kollha rilevanti għall-akkwist pubbliku, bħall-ippjanar tal-akkwisti, il-proċeduri, l-għażla tat-tekniki u l-istrumenti u l-prattiki tajbin fit-twettiq tal-proċeduri. F’dak li jirrigwarda kwistjonijiet legali, il-gwida ma għandhiex neċessarjament tammonta għal analiżi legali kompleta tal-kwistjonijiet ikkonċernati; tista’ tkun limitata għal indikazzjoni ġenerali tal-elementi li għandhom jitqiesu għall-analiżi dettaljata sussegwenti tal-kwistjonijiet, pereżempju billi tindika każistika li tista’ tkun rilevanti jew noti ta’ gwida jew sorsi oħra li jkunu eżaminaw il-kwistjoni speċifika kkonċernata.

(128)

Id-Direttiva 92/13/KEE tipprevedi ċerti proċeduri ta’ reviżjoni li għandhom ikunu disponibbli għallinqas għal kull persuna li jkollha jew li kellha interess li tikseb kuntratt partikolari u li saritilha ħsara jew li qiegħda fir-riskju li ssirilha ħsara minn ksur allegat tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi. Dawk il-proċeduri ta’ reviżjoni ma għandhomx jiġu affettwati minn din id-Direttiva. Madankollu, iċ-ċittadini, il-partijiet interessati kkonċernati, kemm jekk organizzati jew le, u persuni jew korpi oħrajn li ma għandhomx aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni skont id-Direttiva 92/13/KEE xorta għandhom interess leġittimu, bħala persuni li jħallsu t-taxxa, fi proċeduri tal-akkwist tajbin. Għaldaqstant huma għandhom jingħataw possibbiltà, b’mod differenti mis-sistema ta’ reviżjoni skont id-Direttiva 92/13/KEE u mingħajr ma neċessarjament jinvolvi li huma jidhru quddiem qrati u tribunali, biex jindikaw ksur possibbli ta’ din id-Direttiva lil awtorità jew struttura kompetenti. Sabiex ma jiġux idduplikati awtoritajiet jew strutturi eżistenti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu rikors għal awtoritajiet jew strutturi ta’ monitoraġġ ġenerali, korpi ta’ superviżjoni settorjali, awtoritajiet ta’ superviżjoni muniċipali, awtoritajiet ta’ kompetizzjoni, l-ombudsman jew l-awtoritajiet nazzjonali ta’ verifika.

(129)

Sabiex jiġi sfruttat b’mod sħiħ il-potenzjal tal-akkwist pubbliku biex jikseb l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv l-akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv ser ikollu jaqdi r-rwol tiegħu wkoll. Għaldaqstant huwa importanti li tinkiseb ħarsa ġenerali tal-iżviluppi fil-qasam tal-akkwist strateġiku sabiex wieħed ikollu idea infurmata tax-xejriet ġenerali fil-livell ġenerali f’dak il-qasam. Kwalunkwe rapport adatt diġà mħejji jista’ naturalment jintuża f’dan il-kuntest ukoll.

(130)

Fid-dawl tal-potenzjal tal-SMEs għall-ħolqien tax-xogħol, it-tkabbir u l-innovazzjoni, huwa importanti li jitħeġġu biex jieħdu sehem fl-akkwist pubbliku, kemm permezz ta’ dispożizzjonijiet adatti f’din id-Direttiva kif ukoll permezz ta’ inizjattivi fil-livell nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda previsti f’din id-Direttiva għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tal-livell ta’ suċċess, li jfisser is-sehem tal-SMEs fil-valur totali ta’ kuntratti mogħtija. Mhuwiex adatt li jiġu imposti ishma obbligatorji ta’ suċċess, madankollu, l-inizjattivi nazzjonali biex tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-SMEs għandha tiġi mmonitorjata mill-qrib minħabba l-importanza tagħha.

(131)

Diġà ġew stabbiliti għadd ta’ proċeduri u metodi ta’ ħidma fir-rigward tal-komunikazzjonijiet u l-kuntatti tal-Kummissjoni mal-Istati Membri, bħal komunikazzjonijiet u kuntatti marbuta mal-proċeduri previsti taħt l-Artikoli 258 u 260 tat-TFUE, in-Netwerk għas-Soluzzjoni tal-Problemi tas-Suq Intern (SOLVIT) u l-EU Pilot, li ma jiġux modifikati minn din id-Direttiva. Dawn għandhom, madankollu, jiġu kkomplementati mill-għażla ta’ punt waħdieni ta’ referenza f’kull Stat Membru għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, li jiffunzjona bħala punt uniku ta’ dħul għal materji li jirrigwardaw l-akkwist pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat. Din il-funzjoni tista’ titwettaq minn persuni jew strutturi li jkunu diġà regolarment f’kuntatt mal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-akkwist pubbliku, bħall-punti nazzjonali ta’ kuntatt, il-membri tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi, il-Membri tan-Netwerk tal-Akkwisti jew okkażjonijiet ta’ koordinazzjoni nazzjonali.

(132)

It-traċċabbiltà u t-trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi proċeduri tal-akkwist huma essenzjali biex jiġu żgurati proċeduri tajbin, inkluża l-ġlieda b’mod effiċjenti kontra l-korruzzjoni u l-frodi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom għalhekk iżommu kopji tal-kuntratti ta’ valur għoli konklużi, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu aċċess għal dawn id-dokumenti lill-partijiet interessati skont ir-regoli applikabbli dwar aċċess għad-dokumenti. Barra minn hekk, l-elementi u d-deċiżjonijiet essenzjali ta’ proċeduri tal-akkwist individwali għandhom jiġu ddokumentati minn entitajiet kontraenti f’rapport dwar l-akkwist. Biex jiġi evitat piż amministrattiv kull fejn possibbli, għandu jkun permess li r-rapport dwar l-akkwist jirreferi għal informazzjoni li diġà tinsab fl-avviż dwar l-għoti tal-kuntratt rilevanti. Is-sistemi elettroniċi għall-pubblikazzjoni ta’ dawn l-avviżi, ġestiti mill-Kummissjoni, għandhom ukoll jittejbu bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-dħul ta’ data filwaqt li jsir eħfef li wieħed joħroġ rapporti globali u jagħmel skambju ta’ data bejn is-sistemi.

(133)

Bil-għan ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u sabiex jitnaqqas il-piż fuq l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament jekk il-kwalità u l-kompletezza tal-informazzjoni fl-avviżi li jiġu ppubblikati f’rabta mal-proċeduri tal-akkwist pubbliku humiex biżżejjed biex jippermettu lill-Kummissjoni toħroġ l-informazzjoni statistika li inkella jkollha tintbagħat mill-Istati Membri.

(134)

Kooperazzjoni amministrattiva effettiva hija neċessarja għall-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ proċeduri tal-għoti f’sitwazzjonijiet transkonfinali, b’mod partikolari rigward il-verifika tar-raġunijiet għall-esklużjoni u l-kriterji u l-applikazzjoni ta’ standards ta’ kwalità u dawk ambjentali. Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) tista’ tipprovdi mezz elettroniku siewi biex tiġi ffaċilitata u msaħħa l-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġestjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni abbażi ta’ proċeduri sempliċi u unifikati li jegħlbu l-ostakoli lingwistiċi. Għandu konsegwentement jitnieda proġett pilota mill-aktar fis possibbli biex jiġi vverifikat jekk l-espansjoni tal-IMI tkunx xierqa biex tkopri l-iskambju ta’ informazzjoni skont din id-Direttiva.

(135)

Sabiex ikun hemm adattament għall-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u regolatorji rapidi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ għadd ta’ elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva. Minħabba l-ħtieġa li jiġu rispettati l-ftehimiet internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li timmodifika l-proċeduri tekniċi għall-metodi ta’ kalkolu li jirrigwardaw il-livelli limiti stabbiliti kif ukoll li perjodikament tirrevedi l-istess livelli limiti nfushom; ir-referenzi għan-nomenklatura tas-CPV jistgħu jgħaddu minn bidliet regolatorji fil-livell tal-Unjoni u huwa neċessarju li dawn il-bidliet jiġu riflessi fit-test ta’ din id-Direttiva; id-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir għall-irċevuta elettronika għandhom jinżammu aġġornati mal-iżviluppi teknoloġiċi; huwa meħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li trendi ċerti standards tekniċi obbligatorji għall-komunikazzjoni elettronika sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formati u proċessi u messaġġi fil-proċeduri tal-akkwist imwettqa b’mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni billi jittieħed kont tal-iżviluppi teknoloġiċi; il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-lista tal-atti leġislattivi tal-Unjoni li tistabbilixxi metodoloġiji komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja,; il-lista ta’ Konvenzjonijiet Soċjali u Ambjentali Internazzjonali 9 u l-lista tal-leġislazzjoni tal-Unjoni li l-implimentazzjoni tagħha toħloq suppożizzjoni ta’ aċċess ħieles għal suq partikolari kif ukoll l-Anness II„ li jistabbilixxi lista ta’ atti legali li għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, għandhom jiġu adattati malajr sabiex jinkorporaw il-miżuri adottati fuq bażi settorjali. Sabiex tiġi sodisfatta din il-ħtieġa, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li żżomm il-listi aġġornati. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(136)

Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta gruppi ta’ esperti adatti fil-qasam tal-akkwist elettroniku biex tiżgura kompożizzjoni bilanċjata tal-gruppi ewlenin tal-partijiet interessati.

(137)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, rigward il-proċedura biex tintbagħat u tiġi ppubblikata d-data msemmija fl-Anness IX u l-proċedura biex jitfasslu u jintbagħtu avviżi, il-formoli standard għall-pubblikazzjoni tal-avviżi, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

(138)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-formoli standard għall-pubblikazzjoni tal-avviżi, li ma għandhom l-ebda impatt, la mil-lat finanzjarju u lanqas fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, dawk l-atti huma kkaratterizzati minn għan amministrattiv sempliċi u jservu biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti b’din id-Direttiva.

Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet sabiex jiġi stabbilit jekk attività partikolari hijiex esposta direttament għal kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess huwa ħieles, għandhom jiġu adottati skont kondizzjonijiet li jiggarantixxu kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni anke fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-proċedura, kif previst fl-Artikolu 35, biex jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli kif ukoll l-atti ta’ implimentazzjoni nfushom. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

(139)

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti fuq is-suq intern li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta tagħmel dan, għandha tieħu kont ta’ fatturi bħal-livell tal-akkwisti transkonfinali, il-parteċipazzjoni tal-SMEs, l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u r-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji.

Skont l-Artikolu XXII(7) tiegħu, il-FAP għandu jkun soġġett għal aktar negozjati tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u perjodikament wara dan. F’dak il-kuntest, għandu wkoll jiġi eżaminat jekk il-livell ta’ limiti stabbiliti huwiex adatt, b’kont meħud tal-impatt tal-inflazzjoni fid-dawl ta’ perjodu twil mingħajr tibdil fil-limiti fil-FAP; fl-eventwalità li l-livell tal-limiti stabbiliti jinbidel bħala konsegwenza, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tadotta proposta għal att legali li temenda l-limiti stabbiliti kif stipulati f’din id-Direttiva.

(140)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li japplikaw għal ċerti proċeduri ta’ akkwist pubbliku, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda li jista’ minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(141)

Id-Direttiva 2004/17/KE għandha tiġi revokata.

(142)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni ta’ tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni b’wieħed jew aktar mid-dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur jikkunsidra t-trasmissjoni ta’ dawn id-dokumenti bħala waħda ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

TITOLU I:

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, U PRINĊIPJI ĠENERALI

KAPITOLU I:

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1:

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2:

Definizzjonijiet

Artikolu 3:

Awtoritajiet kontraenti

Artikolu 4:

Entitajiet kontraenti

Artikolu 5:

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività

Artikolu 6;

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet

KAPITOLU II:

Attivitajiet

Artikolu 7:

Dispożizzjonijiet Komuni

Artikolu 8:

Gass u tisħin

Artikolu 9:

Elettriku

Artikolu 10:

Ilma

Artikolu 11:

Servizzi ta’ trasport

Artikolu 12:

Portijiet u ajruporti

Artikolu 13:

Servizzi postali

Artikolu 14:

Estrazzjoni ta’ żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam jew karburanti solidi oħra

KAPITOLU III:

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

TAQSIMA 1:

LIMITI STABBILITI

Artikolu 15:

Limiti stabbiliti

Artikolu 16:

Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist

Artikolu 17:

Reviżjoni tal-limiti stabbiliti

TAQSIMA 2:

KUNTRATTI ESKLUŻI U KOMPETIZZJONIJIET TA’ DISINN

Subtaqsima 1:

Esklużjonijiet applikabbli għall-entitajiet kontraenti kollha u esklużjonijiet speċjali għas-setturi tal-ilma u l-enerġija

Artikolu 18:

Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi

Artikolu 19:

Kuntratti u kompetizzjonjijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet, għajr it-twettiq ta’ attività koperta jew għat-twettiq ta’ attività bħal din f’pajjiż terz

Artikolu 20:

Kuntratti mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali

Artikolu 21:

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Artikolu 22:

Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv

Artikolu 23:

Kuntratti mogħtija minn ċerti entitajiet kontraenti għax-xiri ta’ ilma u għall-provvista ta’ enerġija jew ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija

Subtaqsima 2:

Akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża u sigurtà

Artikolu 24:

Difiża u sigurtà

Artikolu 25:

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 26:

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Artikolu 27:

Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali

Subtaqsima 3:

Relazzjonijiet speċjali (kooperazzjoni, impriżi assoċjati u impriżi konġunti)

Artikolu 28:

Kuntratti bejn awtoritajiet kontraenti

Artikolu 29:

Kuntratti mogħtija lil impriża affiljata

Artikolu 30:

Kuntratti mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tifforma parti minn impriża konġunta

Artikolu 31:

Notifika tal-informazzjoni

Subtaqsima 4:

Sitwazzjonijiet speċifiċi

Artikolu 32:

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Artikolu 33:

Kuntratti soġġetti għal arranġamenti speċjali

Subtaqsima 5:

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u dispożizzjonijiet proċedurali relatati magħhom

Artikolu 34:

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni

Artikolu 35:

Proċedura għall-istabbiliment dwar jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli

KAPITOLU IV:

Prinċipji ġenerali

Artikolu 36:

Prinċipji tal-akkwisti

Artikolu 37:

Atturi ekonomiċi

Artikolu 38:

Kuntratti riżervati

Artikolu 39:

Kunfidenzjalità

Artikolu 40:

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

Artikolu 41:

Nomenklaturi

Artikolu 42

Kunflitti ta’ interess

TITOLU II:

REGOLI APPLIKABBLI GĦAL KUNTRATTI

KAPITOLU I:

Proċeduri

Artikolu 43:

Kundizzjonijiet relatati mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u ftehimiet internazzjonali oħra

Artikolu 44:

Għażla tal-proċeduri

Artikolu 45:

Proċedura miftuħa

Artikolu 46:

Proċedura ristretta

Artikolu 47:

Proċedura nnegozjata b’sejħa għall-kompetizzjoni minn qabel

Artikolu 48:

Djalogu kompetittiv

Artikolu 49:

Sħubija għall-innovazzjoni

Artikolu 50:

L-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni minn qabel

KAPITOLU II:

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 51:

Ftehimiet qafas

Artikolu 52:

Sistemi dinamiċi ta’ xiri

Artikolu 53:

Irkantijiet elettroniċi

Artikolu 54:

Katalogi elettroniċi

Artikolu 55:

Attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti u korpi ċentrali għall-akkwisti

Artikolu 56:

Akkwisti konġunti okkażjonali

Artikolu 57:

Akkwisti konġunti bejn entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

KAPITOLU III:

Kondotta tal-proċedura

TAQSIMA 1:

TĦEJJIJA

Artikolu 58:

Konslutazzjonijiet preliminari mas-suq

Artikolu 59:

Involviment minn qabel ta’ kandidati jew offerenti

Artikolu 60:

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 61:

Tikketti

Artikolu 62:

Rapporti tat-test, ċeritifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

Artikolu 63:

Komunikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 64

Varjanti

Artikolu 65:

Qsim ta’ kuntratti f’lottijiet

Artikolu 66:

Tfassil ta’ limiti ta’ żmien

TAQSIMA 2:

PUBBLIKAZZJONI U TRASPARENZA

Artikolu 67:

Avviżi indikattivi perjodiċi

Artikolu 68:

Avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni

Artikolu 69:

Avviżi dwar kuntratti

Artikolu 70:

Avviżi dwar għoti ta’ kuntratti

Artikolu 71:

Mod u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

Artikolu 72:

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

Artikolu 73:

Disponibilità elettronika tad-dokumenti tal-akkwisti

Artikolu 74:

Stediniet lill-kandidati

Artikolu 75:

L-informar lill-applikanti għall-kwalifika, kandidati u offerenti

TAQSIMA 3:

GĦAŻLA TA’ PARTEĊIPANTI U L-GĦOTI TA’ KUNTRATTI

Artikolu 76:

Prinċipji ġenerali

Subtaqsima 1:

Kwalifikazzjoni u għażla kwalitattiva

Artikolu 77:

Sistemi ta’ kwalifikazzjoni

Artikolu 78:

Kriterji għall-għażla kwalitattiva

Artikolu 79

Affidabilità fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra

Artikolu 80:

Użu tar-raġunijiet ta’ esklużjoni u l-kritejri tal-għażla speċifikati taħt id-Direttiva 2014/24/UE

Artikolu 81:

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u standards ta’ ġestjoni ambjentali

Subtaqsima 2:

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 82:

Kriterji ta’ għoti ta’ kuntratti

Artikolu 83:

Ċiklu tal-ħajja u l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja

Artikolu 84:

Offerti baxxi wisq

TAQSIMA 4:

OFFERTI LI JINKLUDU PRODOTTI LI JORIĠINAW F’PAJJIŻI TERZI U RELAZZJONIJIET MA’ DAWK IL-PAJJIŻI

Artikilu 85:

Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi

Artikolu 86:

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi rigward kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi

KAPITOLU IV:

Twettiq tal-kuntratt

Artikolu 87:

Kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt

Artikolu 88:

Sottokuntrattar

Artikolu 89:

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

Artikolu 90:

Terminazzjoni ta’ kuntratti

TITOLU III:

REĠIMI TA’ AKKWISTI PARTIKOLARI

KAPITOLU I:

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 91:

Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 92:

Pubblikazzjoni ta’ avviżi

Artikolu 93:

Prinċipji għall-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 94:

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

KAPITOLU II:

Regoli li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ta’ disinn

Artikolu 95:

Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 96:

Avviżi

Artikolu 97:

Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-għażla tal-parteċipanti u tal-ġurija

Artikolu 98:

Deċiżjonijiet tal-ġurija

TITOLU IV:

GOVERNANZA

Artikolu 99:

Infurzar

Artikolu 100:

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

Artikolu 101:

Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika

Artikolu 102:

Kooperazzjoni amministrattiva

TITOLU V:

SETGĦAT DELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIRT FINALI

Artikolu 103:

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 104:

Proċedura ta’ urġenza

Artikolu 105:

Proċedura tal-kumitat

Artikolu 106:

Traspożizzjoni

Artikolu 107:

Tħassir

Artikolu 108:

Reviżjoni

Artikolu 109:

Dħul fis-seħħ

Artikolu 110:

Destinatarji

ANNESSI:

ANNESS I:

Lista ta’ attivitajiet kif stabbilit fil-punt 2(a) tal-Artikolu 2

ANNESS II:

Lista ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(3)

ANNESS III:

Lista ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 34(3)

ANNESS IV:

Dati ta’ skadenza għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35

ANNESS V:

Rekwiżiti relatati ma’ strumenti sabiex jaslu b’mod elettroniku offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifikazzjoni kif ukoll pjanijiet u proġetti fil-kompetizzjonijiet

ANNESS VI Parti A:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż indikattiv perjodiku (kif stipulat fl-Artikolu 67)

ANNESS VI Parti B:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar pubblikazzjoni ta’ avviż indikattiv perjodiku fuq profil ta’ xerrej mhux użat bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni (kif stipulat fl-Artikolu 67(1))

ANNESS VII:

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET FL-IRKANTI ELETTRONIĊI (l-Artikolu 53(4))

ANNESS VIII:

Definizzjoni ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi

ANNESS IX:

Karatteristiċi li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni

ANNESS X:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni (kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(4) u fl-Artikolu 68)

ANNESS XI:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti (kif stipulat fl-Artikolu 69)

ANNESS XII:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar għoti ta’ kuntratt (kif stipulat fl-Artikolu 70)

ANNESS XIII:

Kontenuti tal-istediniet għas-sottomissjoni ta’ offerta, għall-parteċipazzjoni fid-djalogu, għan-negozjar jew għall-konferma tal-interess speċifikati taħt l-Artikolu 74

ANNESS XIV:

Lista ta’ Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol imsemmija fl-Artikolu 36(2)

ANNESS XV:

Lista tal-leġislazzjoni tal-UE msemmija fl-Artikolu 83(3)

ANNESS XVI:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar modifiki ta’ kuntratt matul it-terminu tiegħu (kif stipulat fl-Artikolu 89(6))

ANNESS XVII:

Servizzi msemmija fl-Artikolu 91

ANNESS XVIII:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra (kif stipulat fl-Artikolu 92)

ANNESS XIX:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar kompetizzjoni ta’ disinn (kif stipulat fl-Artikolu 96(1))

ANNESS XX:

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-riżultati tal-avviżi dwar kompetizzjoni ta’ disinn (kif stipulat fl-Artikolu 96(1))

ANNESS XXI:

Tabella ta’ korrelazzjoni

TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, U PRINĊIPJI ĠENERALI

KAPITOLU I

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist mill-entitajiet kontraenti fir-rigward ta’ kuntratti kif ukoll kompetizzjonijiet ta’ disinn, li l-valur tagħhom huwa stmat li mhuwiex inqas mil-limiti stipulati fl-Artikolu 15.

2.   Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa l-akkwist, permezz ta’ kuntratt ta’ provvisti, xogħlijiet jew servizzi ta’ xogħlijiet, ta’ provvisti jew servizzi minn entità kontraenti waħda jew aktar mingħand operaturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-entitajiet kontraenti, dejjem jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jkunu maħsuba għall-kisba ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14.

3.   L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija soġġetta għall-Artikolu 346 TFUE.

4.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, bi qbil mal-liġi tal-Unjoni, x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti għalihom. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma taffettwax id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jekk, kif u sa liema punt jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess skont l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26..

5.   Din id-Direttiva ma taffettwax il-mod kif l-Istati Membri jorganizzaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom.

6.   Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandux jinkludi servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi” tfisser kuntratti għall-interess finanzjarju konklużi bil-miktub bejn entità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar u li għandhom bħala objettiv l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-provvista tas-servizzi;

(2)

“kuntratti ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-eżekuzzjoni jew, kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet, skont it-tifsira tal-Anness I;

(b)

l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħol;

(c)

it-twettiq bi kwalunkwe mezz ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-entità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew id-disinn tax-xogħol;

(3)

“xogħol” tfisser l-eżitu tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni u inġinerija ċivili meħuda bħala ħaġa waħda li fiha nnifiha hija suffiċjenti biex taqdi funzjoni ekonomika jew teknika;

(4)

“kuntratti ta’ provvista” tfisser kuntratti li għandhom bħala objettiv tagħhom ix-xiri, it-twellija, il-keri jew ix-xiri bil-kiri, b’għażla jew mingħajr għażla tal-fakultà tax-xiri, ta’ prodotti. Kuntratti ta’ provvista jistgħu jinkludu, bħala aspett sekondarju, attivitajiet fuq il-post u ta’ installazzjoni;

(5)

“kuntratti ta’ servizz” tfisser kuntratti li għandhom bħala għan il-forniment ta’ servizzi, minbarra dawk imsemmija fil-punt 2;

(6)

“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew entità kontraenti, jew grupp ta’ persuni u/jew entitajiet bħal dawn, inklużi kwalunkwe assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi, li joffri li jagħmel xogħlijiet u/jew biċċa xogħol, li jipprovdi prodotti jew li jforni servizzi fis-suq;

(7)

“offerent” tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;

(8)

“kandidat” tfisser operatur ekonomiku li jkun fittex stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura ristretta jew innegozjata, fi djalogu kompetittiv jew fi sħubija tal-innovazzjoni;

(9)

“dokument tal-akkwist” tfisser kwalunkwe dokument prodott jew imsemmi mill-entità kontraenti sabiex tiddeskrivi jew tiddetermina elementi tal-akkwist jew tal-proċedura, inkluż l-avviż ta’ kuntratt, l-avviż perjodiku indikattiv jew l-avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki fejn dawn jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, id-dokument deskrittiv, il-kondizzjonijiet proposti tal-kuntratt, il-formati għall-preżentazzjoni ta’ dokumenti mill-kandidati u l-offerenti, informazzjoni dwar l-obbligi applikabbli b’mod ġenerali u kwalunkwe dokumenti addizzjonali;

(10)

“attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri” tfisser attivitajiet imwettqa fuq bażi permanenti, f’waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

l-akkwist ta’ provvisti u/jew servizzi maħsuba għall-entitajiet kontraenti,

(b)

l-għoti ta’ kuntratti jew il-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-entitajiet kontraenti;

(11)

“attivitajiet anċillari ta’ xiri” tfisser l-attivitajiet li jikkonsistu fl-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet ta’ xiri, b’mod partikolari fil-forom li ġejjin:

(a)

infrastruttura teknika li tippermetti lill-entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti ta’ pubbliċi jew jikkonkludu ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi;

(b)

pariri dwar it-tmexxija jew it-tfassil tal-proċeduri ta’ akkwist;

(c)

tħejjija u ġestjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist f’isem u akkont tal-entità kontraenti kkonċernata;

(12)

“korp ċentrali ta’ xiri” tfisser entità kontraenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva jew awtorità kontraenti fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE dment li tipprovdi attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati u, possibbilment, attivitajiet ta’ xiri anċillari.

L-akkwist imwettaq minn korp ċentrali ta’ xiri sabiex jitwettqu attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri, għandu jitqies bħala akkwist biex titwettaq attività kif deskritt fl-Artikoli 8 sa 14. L-Artikolu 18 ma għandux japplika għal akkwist imwettaq minn korp ċentrali ta’ xiri sabiex jitwettqu attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri;

(13)

“fornitur ta’ servizzi ta’ akkwist” tfisser korp pubbliku jew privat li joffri attivitajiet ta’ xiri anċillari fis-suq;

(14)

“miktub” jew “bil-miktub” tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew ċifri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew ikkommunikati wara, inkluża informazzjoni trażmessa u maħżuna permezz ta’ mezzi elettroniċi;

(15)

“mezz elettroniku” tfisser mezz li juża tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data, li tiġi trażmessa, imwassla u riċevuta bil-wajers, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra;

(16)

“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp li għandhom isiru, il-produzzjoni, il-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni, matul l-eżistenza kollha tal-prodott jew ix-xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizz, mix-xiri ta’ materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u t-tmiem is-servizz jew l-użu;

(17)

“kompetizzjonijiet ta’ disinn” tfisser dawk il-proċeduri li jgħinu lill-entità kontraenti biex takkwista pjanijiet jew disinni magħżula minn ġurija wara li jkunu nħarġu għal kompetizzjoni bi jew mingħajr l-għoti ta’ premjijiet, prinċipalment fl-oqsma tal-ippjanar tat-territorju, l-arkitettura, l-inġinerija u l-ipproċessar tad-data;

(18)

“innovazzjoni” tfisser l-implementazzjoni ta’ prodott, servizz jew proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti, inkluż iżda mhux limitat għall-proċessi ta’ produzzjoni, bini jew kostruzzjoni, metodu ġdid ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew metodu organizzattiv ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni li fost l-oħrajn ikollha l-għan li tgħin biex jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

(19)

“tikketta” tfisser kwalunkwe dokument, ċertifikat jew attestazzjoni uffiċjali li tikkonferma li x-xogħolijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri partikolari jilħqu ċerti rekwiżiti;

(20)

“rekwiżit(i) tat-tikketti” tfisser ir-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mix-xogħolijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri partikolari sabiex tinkiseb it-tikketta kkonċernata.

Artikolu 3

Awtoritajiet kontraenti

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, il-korpi rregolati mil-liġi pubblika, l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew aktar minn dawn l-awtoritajiet jew wieħed jew aktar minn dawn il-korpi rregolati mil-liġi pubblika.

2.   “Awtoritajiet reġjonali” tinkludi l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi, elenkati b’mod mhux eżawrjenti f’NUTS 1 u 2, kif imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (30)

3.   “Awtoritajiet lokali” tinkludi l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 3 u unitajiet amministrattivi iżgħar, kif imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003;

4.   “Korpi rregolati mil-liġi pubblika” tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jissodisfaw il-bżonnijiet fl-interess ġenerali, li ma jkollhomx karattru industrijali jew kummerċjali;

(b)

għandhom personalità ġuridika, u

(c)

huma ffinanzjati, fil-parti l-kbira, mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika; jew soġġetti għal superviżjoni maniġerjali minn dawk il-korpi; jew li għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika.

Artikolu 4

Entitajiet kontraenti

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, entitajiet kontraenti huma entitajiet li:

(a)

huma awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi u li jsegwu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14;

(b)

meta dawn ma jkunux awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi, ikollhom bħala waħda mill-attivitajiet tagħhom xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14, jew kwalunkwe taħlita tagħhom u joperaw fuq il-bażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

2.   “Impriża pubblika” tfisser kull impriża li fuqha l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżerċitaw influwenza dominanti b’mod dirett jew indirett minħabba li din tkun proprjetà tagħhom, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha;

Influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti għandha ssir fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk l-awtoritajiet, b’mod dirett jew indirett:

(a)

ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;

(b)

ikunu jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbuta ma’ ishma maħruġa mill-impriża,

(c)

ikunu jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “drittijiet speċjali jew esklużivi” tfisser drittijiet mogħtija minn awtorita kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva li l-effett tagħha huwa li tillimita l-eżerċizzju ta’ attivitajiet kif definit fl-Artikoli 8 sa 14 għal entità waħda jew aktar, u li sostanzjalment taffettwa l-kapaċità ta’ entitajiet oħra li jwettqu din l-attività.

Id-drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi ma għandhomx jikkostitwixxu drittijiet speċjali jew esklużivi fis-sens tal-ewwel subparagrafu.

Proċeduri bħal dawn jinkludu:

(a)

proċeduri ta’ akkwist b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, id-Direttiva 2009/81/KE, id-Direttiva 2014/23/UE jew din id-Direttiva;

(b)

proċeduri skont atti legali oħra tal-Unjoni elenkati fl-Anness II, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 dwar il-modifika tal-lista tal-atti legali tal-Unjoni u li hija stipulata fl-Anness II, meta fuq il-bażi tal-adozzjoni ta’ atti legali ġodda, it-tħassir jew il-modifika ta’ dawn l-atti legali, dawn l-emendi jirriżultaw li huma neċessarji.

Artikolu 5

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività

1.   Il-paragrafu 2 għandu japplika għal kuntratti mħallta li bħala suġġett għandhom tipi differenti tal-akkwist li kollha huma koperti minn din id-Direttiva.

Il-paragrafi 13 sa 5 għandhom japplikaw għal kuntratti mħallta li bħala suġġett għandhom l-akkwist kopert minn din id-Direttiva u l-akkwist kopert minn reġimi legali oħra.

2.   Il-kuntratti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom żewġ tipi jew aktar ta’ akkwist (xogħlijiet, servizzi jew provvisti) għandhom jingħataw f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip ta’ akkwist li jikkaratterizza s-suġġett ewlieni tal-kuntratt inkwistjoni.

Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi fis-sens tal-Kapitolu I tat-Titolu III u parzjalment f’servizzi oħra jew f’kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi u parzjalment fi provvisti, is-suġġett prinċipali għandu jkun determinat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi jew il-provvisti rispettivi jkun l-ogħla.

3.   Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari jkunu oġġettivament separabbli, għandu japplika l-paragrafu 4. Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari ma jkunux oġġettivament separabbli, għandu japplika l-paragrafu 5.

Fejn parti ta’ kuntratt partikolari tkun koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 25 ta’ din id-Direttiva.

4.   Fil-każ ta’ kuntratti li għandhom bħala suġġett l-akkwist kopert b’din id-Direttiva kif ukoll akkwist mhux kopert b’din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema reġim legali għandu japplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, din id-Direttiva għandha, dment li ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 25, tapplika għall-kuntratt imħallat li jirriżulta, irrispettivament mill-valur tal-partijiet li kieku jaqgħu taħt reġim legali differenti u irrispettivament mil-liema reġim legali li dawn il-partijiet kienu jkunu soġġetti għalihom mod ieħor.

Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jkun fihom elementi ta’ kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi u ta’ konċessjonijiet, il-kuntratt imħallat għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, dment li l-valur stmat tal-parti tal-kuntratt li tikkostitwixxi kuntratt kopert b’din id-Direttiva, ikkalkulat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, huwa daqs jew akbar mil-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 15.

5.   Meta l-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari huma oġġettivament mhux separabbli, ir-reġim legali applikabbli għandu jkun iddeterminat abbażi tas-suġġett ewlieni ta’ dak il-kuntratt.

Artikolu 6

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet

1.   Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-finijiet ta’ kull attività separata jew li jagħtu kuntratt waħdieni. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati, id-deċiżjoni dwar liema regoli għandhom japplikaw għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-attività separata kkonċernata.

Minkejja l-paragrafu 5, fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, fejn waħda mill-attivitajiet ikkonċernati tkun koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 26 ta’ din id-Direttiva.

L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jew l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati ma għandhiex, madanakollu, tittieħed bil-għan li jiġi eskluż il-kuntratt jew kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni jew ta’ din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE.

2.   Kuntratt li huwa maħsub li jkorpi numru ta’ attivitajiet għandu jkun soġġett għar-regoli applikabbli għall-attività li għaliha dan kien maħsub prinċipalment.

3.   Fil-każ ta’ kuntratti li għalihom ikun oġġettivament impossibbli li jiġi ddeterminat għal liema attività huwa jkun maħsub prinċipalment, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati skont il-punti (a), (b) u (c):

(a)

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha hu maħsub il-kuntratt tkun soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra għad-Direttiva 2014/24/UE;

(b)

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha huwa maħsub il-kuntratt hija soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra għad-Direttiva 2014/23/UE;

(c)

il-kuntratt għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha huwa maħsub il-kuntratt hija soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra mhija soġġetta la għal din id-Direttiva, la għad-Direttiva 2014/24/UE u lanqas għad-Direttiva 2014/23/UE.

KAPITOLU II

Attivitajiet

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet Komuni

Għall-finijiet tal-Artikoli 8, 9 u 10, “provvista” għandha tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut.

Madankollu, il-produzzjoni ta’ gass fil-forma ta’ estrazzjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14.

Artikolu 8

Gass u tisħin

1.   Sa fejn huma kkonċernati l-gass u t-tisħin, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ gass jew tisħin;

(b)

il-provvista ta’ gass jew tisħin lil dawn in-netwerks.

2.   Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ gass jew tisħin lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku, ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn jiġu sodisfatti kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni ta’ gass jew tisħin minn dik l-awtorità kontraenti hija l-konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mit-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikoli 9 sa 11;

(b)

il-provvista lin-netwerk pubbliku għandha l-għan biss li tisfrutta ekonomikament din il-produzzjoni u tammonta għal mhux aktar minn 20 % tad-dħul tal-entità kontraenti abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

Artikolu 9

Elettriku

1.   Sa fejn huwa kkonċernat l-elettriku, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ elettriku;

(b)

il-provvista ta’ elettriku lil dawn in-netwerks.

2.   Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ elettriku lil netwerks li fissi jipprovdu servizz lill-pubbliku ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni ta’ elettriku minn dik l-entità kontraenti ssir peress li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikoli 8, 10 u 11;

(b)

il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraenti stess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ enerġija ta’ dik l-entità kontraenti, fuq il-bażi tal-medja tat-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

Artikolu 10

Ilma

1.   Għal dak li jirrigwarda l-ilma, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba sabiex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;

(b)

il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil netwerks bħal dawn.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati minn entitajiet kontraenti li jwettqu attività msemmija fil-paragrafu 1 u li huma marbutin ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew drenaġġ tal-art, dment li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawn il-proġetti jew minn installazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-drenaġġ,

(b)

mar-rimi u t-trattament tad-drenaġġ.

3.   Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb minn dik l-entità kontraenti ssir peress li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 8 sa 11;

(b)

il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraentistess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ ilma tajjeb għax-xorb ta’ dik l-entità kontraenti, fuq il-bażi tal-medja tat-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.

Artikolu 11

Servizzi tat-trasport

Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, b’sistemi awtomatizzati, bit-tramway, bit-trolley bus, bil-karozza tal-linja jew bil-kejbil.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi tat-trasport, għandu jiġi kkunsidrat li hu stabbilit netwerk fejn is-servizz ikun ipprovdut f’kondizzjonijiet ta’ tħaddim preskritti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, bħal kondizzjonijiet fuq ir-rotot li għandhom jiġu servuti, il-kapaċità li għandha tkun disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz.

Artikolu 12

Portijiet u ajruporti

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-isfruttar ta’ żona ġeografika għall-finijiet ta’ provvista ta’ ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet oħra ta’ terminals għal trasportaturi bl-ajru, bil-baħar jew permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma.

Artikolu 13

Servizzi postali

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’:

(a)

servizzi postali;

(b)

servizzi oħra minbarra servizzi postali, bil-kondizzjoni li servizzi bħal dawn ikunu pprovduti minn entità li tipprovdi anke servizzi postali fit-tifsira tal-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1) mhumiex sodisfatti fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu fi ħdan il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31):

(a)   “oġġett postali”: tfisser oġġett indirizzat fil-forma finali li fiha għandu jinġarr, irrispettivament mit-toqol. Minbarra l-oġġetti ta’ korrispondenza, dawn l-oġġetti jinkludu wkoll pereżempju kotba, katalgi, gazzetti, perjodiċi u pakketti postali li jkun fihom merkanzija b’valur kummerċjali jew mingħajru, irrispettivament mit-toqol tagħhom;

(b)   “servizzi postali”: tfisser servizzi li jikkonsistu fil-ġbir, l-issortjar, il-ħruġ u t-tqassim ta’ oġġetti postali. Dan għandu jinkludi kemm is-servizzi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni kif ukoll dawk li jaqgħu barra minnu tas-servizz universali stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 97/67/KE;

(c)   “servizzi oħra għajr servizzi postali”: tfisser servizzi pprovduti fl-oqsma li ġejjin:

(i)

servizzi ta’ ġestjoni tas-servizz tal-posta (servizzi li jseħħu qabel u wara d-dispaċċ, inklużi “servizzi ta’ ġestjoni tal-kamra tal-ittri”);

(ii)

servizzi li jikkonċernaw oġġetti postali li mhux inklużi f’punt (a), bħall-posta diretta mingħajr l-ebda indirizz.

Artikolu 14

Estrazzjoni ta’ żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam jew karburanti solidi oħra

Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet relatati mal-isfruttar ta’ żona ġeografika bl-għan ta’:

(a)

estrazzjoni ta’ żejt jew gass;

(b)

esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam u karburanti solidi oħra.

KAPITOLU III

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

Taqsima 1

Limiti massimi

Artikolu 15

Limiti massimi

Għajr fejn dawn jiġu preklużi permezz tal-esklużjonijiet fl-Artikoli 18 sa 23 jew skont l-Artikolu 34, rigward it-twettiq tal-attività inkwistjoni, din id-Direttiva għandha tapplika għal akkwisti b’valur mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li daqs jew ogħla mil-limiti stabbiliti li ġejjin:

(a)

EUR 414 000 għal kuntratti ta’ provvista u servizz kif ukoll għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn;

(b)

EUR 5 186 000 għal kuntratti ta’ xogħlijiet;

(c)

EUR 1 000 000 għal kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn elenkati fl-Anness XVII.

Artikolu 16

Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist

1.   Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist għandu jkun ibbażat fuq l-ammont totali pagabbli, mingħajr il-VAT, kif stmat mill-entità kontraenti, inkluż kull forma ta’ għażla u kull tiġdid ta’ kuntratti kif stabbilit b’mod espliċitu fid-dokumenti tal-akkwist.

Meta l-entità kontraenti tipprevedi għotjiet jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tikkunsidrahom meta tikkalkula l-valur stmat tal-akkwist.

2.   Meta l-entità kontraenti tkun magħmula minn unitajiet operazzjonali separati, għandu jittieħed kont tal-valur totali stmat għal kull unità operazzjonali individwali.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn unità operazzjonali separata hija indipendentament responsabbli mill-akkwist tagħha jew ċerti kategoriji tagħha, il-valuri jistgħu jkunu stmati fil-livell tal-unità inkwistjoni.

3.   L-għażla tal-metodu użat għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Akkwist uniku ma għandux ikun subdiviż bl-effett li ma jitħalliex jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dan ma jkunx ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi.

4.   Dak il-valur stmat għandu jkun validu fil-mument li fih tintbagħat is-sejħa għal kompetizzjoni, jew, fil-każijiet fejn mhijiex prevista sejħa għal kompetizzjoni bħal din, fil-mument li fih l-entità kontraenti tiftaħ il-proċedura ta’ akkwist ta’ kuntratt, pereżempju, fejn adatt, billi jiġu kkuntattjati l-operaturi ekonomiċi b’rabta mal-akkwist.

5.   Fir-rigward ta’ ftehimiet qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu nett stmat tal-VAT tal-kuntratti kollha previsti għat-terminu totali tal-ftehim jew is-sistema.

6.   Fil-każ ta’ sħubijiet tal-innovazzjoni, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu nett stmat tal-VAT tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li għandhom isiru matul l-istadji kollha tas-sħubija prevista kif ukoll tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li għandhom jiġu żviluppati u akkwistati fl-aħħar tas-sħubija prevista.

7.   Għall-finijiet tal-Artikolu 15, fil-valur stmat ta’ kuntratt ta’ xogħol, l-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali stmat ta’ kwalunkwe provvista jew servizz li l-entitajiet kontraenti jqegħdu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur, dejjem jekk dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.

8.   Meta xogħol propost jew il-forniment propost ta’ servizzi jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ kuntratti fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jitqies il-valur totali stmat ta’ dawn il-lottijiet kollha.

Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 15, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

9.   Meta proposta għall-akkwist ta’ provvisti simili tista’ tirriżulta f’kuntratti mogħtija fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali stmat tal-lottijiet kollha bħal dawn meta jiġu applikati l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15.

Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 15, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

10.   Minkejja l-paragrafi 8 u 9, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti ta’ lottijiet individwali mingħajr ma japplikaw il-proċeduri previsti skont din id-Direttiva, sakemm il-valur nett stmat tal-lott ikkonċernat tal-VAT ikun inqas minn EUR 80 000 għal provvisti jew servizzi jew EUR 1 miljun għal xogħlijiet. Madankollu, il-valur aggregat tal-lottijiet, mogħtija b’dan il-mod, mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, ma għandux ikun aktar minn 20 % tal-valur aggregat tal-lottijiet kollha li fihom jinqasam ix-xogħol propost, l-akkwist propost ta’ provvisti simili jew il-forniment propost ta’ servizzi.

11.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz u provvista li huma ta’ natura regolari jew li hemm il-ħsieb li jiġġeddu f’perijodu partikolari, il-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jiġi bbażat fuq dan li ġej:

(a)

il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja aġġustata, fejn possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu matul it-12-il xahar ta’ wara l-kuntratt inizjali;

(b)

jew il-valur totali stmat tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-12-il xahar wara l-ewwel kunsinna, jew matul is-sena finanzjarja jekk din tkun itwal minn 12-il xahar.

12.   Rigward kuntratti ta’ provvista li għandhom x’jaqsmu ma’ kiri b’self, kiri jew xiri bin-nifs ta’ prodotti, il-valur li jrid jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti fuq terminu fiss, jekk dak it-terminu jkun inqas minn jew daqs 12-il xahar, il-valur totali stmat għat-terminu tal-kuntratt jew, meta t-terminu tal-kuntratt huwa aktar minn 12-il xahar, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu fiss jew li t-terminu tagħhom ma jistax jiġi definit, il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.

13.   Rigward kuntratti ta’ servizzi, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt, fejn xieraq, għandu jkun kif ġej:

(a)

servizzi ta’ assigurazzjoni: il-primjum pagabbli, u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

(b)

servizzi bankarji u finanzjarji oħra: il-miżati, il-kummissjonijiet dovuti, l-imgħax u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

(c)

kuntratti ta’ disinn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli u forom oħra ta’ rimunerazzjoni.

14.   Rigward kuntratti ta’ servizzi li ma jindikawx prezz totali, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti fuq terminu fiss, jekk dak it-terminu huwa inqas minn jew ugwali għal 48 xahar: il-valur totali għat-terminu sħiħ tagħhom;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu fiss jew b’terminu itwal minn 48 xahar: il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.

Artikolu 17

Reviżjoni tal-livelli

1.   Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15 jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti fil-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l- Akkwisti Pubbliċi mill-Gvern (FAP) u fejn dan ikun neċessarju, għandha tirrevedihom skont dan l-Artikolu.

F’konformità mal-kalkolu stabbilit fil-FAP, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur ta’ dawn il-limiti fuq il-bażi tal-medja tal-valur ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perijodu ta’ 24 xahar li jagħlqu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euro sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-FAP, imfissra f’SDRs.

2.   Kull sentejn mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valuri, fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, tal-limiti stabbiliti msemmija fli-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15, reveduti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valur, fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 15.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-FAP, id-determinazzjoni ta’ dawn il-valuri gandha tkun ibbażata fuq il-valuri medji ta’ kuljum ta’ dawk il-muniti, li jikkorrispondu għal-limitu stabbilit applikabbli mogħti f’euro matul l-24 xahar li jintemmu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limiti riveduti msemmijin fil-paragrafu 1, il-valuri tagħhom korrispondenti fil-muniti nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, u l-valur iddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru wara r-reviżjoni tagħhom.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tadatta l-metodoloġija stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kwalunkwe bidla fil-metodoloġija pprovduta fil-FAP għar-reviżjoni tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15 u għad-determinazzjoni tal-valuri korrispondenti stabbiliti fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri, li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tirrevedi l-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15, meta dan ikun meħtieġ.

5.   Meta reviżjoni tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15 tkun neċessarja iżda ż-żmien ma jippermettix l-użu tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 103 u għalhekk raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 104 għandha tapplika għal atti ddelegati li huma adottati skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Taqsima 2

Kuntratti esklużi u kompetizzjonijiet ta’ disinn; dispożizzjonijiet speċjali għall-akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża u sigurtà

Subtaqsima 1

Esklużjonijiet applikabbli għall-entitajiet kontraenti kollha u esklużjonijiet speċjali għas-setturi tal-ilma u l-enerġija

Artikolu 18

Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi, sakemm l-entità kontraenti ma tgawdi mill-ebda dritt speċjali jew esklużiv li tbigħ jew tikri s-suġġett ta’ dawn il-kuntratti, filwaqt li entitajiet oħra jkunu ħielsa li jbigħuh jew jikruh taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk tal-entità kontraenti.

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk jintalbu jagħmlu dan bil-kategoriji kollha ta’ prodotti jew attivitajiet li huma jqisu bħala esklużi skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista’ perjodikament tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal għanijiet ta’ informazzjoni, ta’ listi tal-kategoriji ta’ prodotti u attivitajiet li hija tqis bħala koperti minn din l-esklużjoni. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jsemmu meta jkunu qed jibagħtu l-informazzjoni.

Artikolu 19

Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet differenti mit-twettiq ta’ attività koperta jew għat-twettiq ta’ attività bħal din f’pajjiż terz

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti li l-entitajiet kontraenti jagħtu għal għanijiet, differenti mit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom kif deskritt fl-Artikoli 8 sa 14 jew għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet f’pajjiż terz, f’kondizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta’ netwerk jew ta’ żona ġeografika fl-Unjoni u ma għandhiex tapplika lanqas għal kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati għal għanijiet bħal dawn.

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, b’kull attività li huma jqisu bħala eskluża skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista’ perjodikament tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal għanijiet ta’ informazzjoni, listi tal-kategoriji ta’ attivitajiet li hija tqis bħala koperti minn din l-esklużjoni. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jsemmu meta jkunu qed jibagħtu din l-informazzjoni.

Artikolu 20

Kuntratti mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li l-entità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità ma’ proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbilita bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

strument legali li joħloq obbligi legali internazzjonali, bħal ftehim internazzjonali konkluż f’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-isfruttament konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b)

organizzazzjoni internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrumenti legali kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi msemmi fl-Artikolu 105.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tagħti jew torganizza skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-konċessjonijiet ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn dik l-organizzazzjoni jew istituzzjoni; fil-każ ta’ konċessjonijiet ikkofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri applikabbli tal-akkwist.

3.   L-Artikolu 27 għandu japplika għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew huma organizzati skont ir-regoli internazzjonali. Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għal dawk il-kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn.

Artikolu 21

Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti ta’ servizz għal:

(a)

l-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ art, bini eżistenti, jew proprjetà immobbli oħra jew drittijiet konċernati fuqhom;

(b)

is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(c)

kwalunkwe wieħed mis-servizzi legali li ġejjin:

(i)

rappreżentanza legali ta’ klijent minn avukat fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE (32) fi:

arbitraġġ jew konċiljazzjoni li jsiru fi Stat Membru, pajjiż terz jew quddiem istanza internazzjonali ta’ arbitraġġ jew konċiljazzjoni; jew

proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati, it-tribunali jew l-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz jew quddiem qrati, tribunali jew istituzzjonijiet internazzjonali;

(ii)

parir legali mogħti bi tħejjija għal kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti msemmi fil-punt (i) ta’ dan il-punt jew meta jkun hemm indikazzjoni tanġibbli u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta’ tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

(iii)

servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;

(iv)

servizzi legali mogħtija minn trustees jew gwardjani maħturin jew servizzi legali oħrajn li l-fornituri tagħhom huma indikati minn qorti jew tribunal fl-Istat Membru kkonċernat jew minn liġi biex iwettqu kompiti speċifiċi taħt is-superviżjoni ta’ tribunali jew qrati bħal dawn;

(v)

servizzi legali oħrajn li fl-Istat Membru kkonċernat huma konnessi, anke b’mod okkażjonali, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali;

(d)

is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) u l-operazzjonijiet imwettqa bil-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(e)

self, irrispettivament jekk huwiex marbut mal-kwistjoni, bejgħ, xiri jew trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra;

(f)

kuntratti ta’ impjieg;

(g)

is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija jew metro;

(h)

difiża ċivili, protezzjoni ċivili, u ta’ prevenzjoni ta’ perikolu li huma fornuti minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt, u li huma koperti mill-kodiċi CPV: 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8; 98113100-9 u 85143000-3 minbarra servizzi tal-ambulanza għat-trasport ta’ pazjenti;

(i)

kuntratti għal ħin ta’ xandir jew il-forniment ta’ programm li huma mogħtija lil fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva jew tar-radju.Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “fornituri ta’ servizzi tal-media” għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik skont il-punt (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (34). “Programm” għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik skont il-punt (b) tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, iżda għandha wkoll tinkludi programmi tar-radju u materjali tal-programmi. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “programm materjali” għandu jkollha l-istess tifsira bħal “programm”.

Artikolu 22

Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti ta’ servizz mogħtija lil entità li hija fiha nnifisha awtorità kontraenti jew lil assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv li huma jgawdu skont liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva pubblikata li tkun kompatibbli mat-TFUE.

Artikolu 23

Kuntratti mogħtija minn ċerti entitajiet kontraenti għax-xiri ta’ ilma u għall-provvista ta’ enerġija jew ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika:

(a)

għal kuntratti għax-xiri ta’ ilma jekk dawn ikunu ngħataw minn entitajiet kontraenti involuti f’waħda jew fiż-żewġ attivitajiet relatati mal-ilma tajjeb għax-xorb imsemmija fl-Artikolu 10(1);

(b)

għal kuntratti mogħtija minn awtoritajiet kontraenti nfushom li jkunu attivi fis-settur tal-enerġija billi dawn ikunu involuti f’attività msemmija fl-Artikolu 8 (1), l-Artikolu 9 (1) jew l-Artikolu 14 għall-provvista:

(i)

ta’ enerġija;

(ii)

ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija.

Subtaqsima 2

Akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża u sigurtà

Artikolu 24

Difiża u sigurtà

1.   Fir-rigward tal-kuntratti mogħtija u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE;

(b)

kuntratti li għalihom id-Direttiva 2009/81/KE ma tapplikax skont l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li mhumiex eżentati mod ieħor skont il-paragrafu 1, sa fejn il-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi ggarantita permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, pereżempju bl-impożizzjoni ta’ rekwiżiti mmirati għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-entità kontraenti tagħmel disponibbli fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt kif previst f’din id-Direttiva.

Barra minn hekk, u f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 346(1) tat-TFUE, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li mhumiex eżentati mod ieħor skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa fejn l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tobbliga lill-Istat Membru biex jagħti informazzjoni li huwa jqis l-iżvelar tagħha bħala kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

3.   Fejn l-akkwist u t-twettiq tal-kuntratt jew kompetizzjoni ta’ disinn huma ddikjarati bħala sigrieti jew għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri ta’ sigurtà speċjali skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika dment li l-Istat Membru jkun iddetermina li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jistgħux jiġu ggarantiti minn miżuri inqas intrużivi, bħal dawk li jissemmew fl-ewwwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Artikolu 25

Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

1.   Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jkopru l-istess attività li għandhom bħala s-suġġett tagħhom akkwist kopert minn din id-Direttiva u akkwist jew elementi oħra koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika dan l-Artikolu.

2.   Fejn partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari huma oġġettivament separabbli, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku.

Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw biex jiddeterminaw ir-reġim legali applikabbli:

(a)

fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku huwa ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi;

(b)

fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 2009/81/KE, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità ma’ dik id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku jkun ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi. Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi u l-esklużjonijiet previsti minn dik id-Direttiva.

Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma għandiex, madankollu, tittieħed bl-għan li l-kuntratti jiġu esklużi mill-applikazzjoni jew ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

3.   Il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal kuntratti mħallta li għalihom kieku japplikaw kemm il-punt (a) kif ukoll il-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu.

4.   Fejn il-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari mhumiex separabbli oġġettivament, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fejn huwa jinkludi elementi li għalihom japplika l-Artikolu 346 tat-TFUE; fejn dan mhux il-każ tista’ tingħata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/81/KE.

Artikolu 26

Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

1.   Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-finijiet ta’ kull attività separata jew li jagħtu kuntratt waħdieni. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-attività separata kkonċernata.

Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandu japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni u l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati ma għandhiex issir bl-għan li kuntratt jew il-kuntratti jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.

2.   Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru attività li hija soġġetta għal din id-Direttiva u oħra li hija:

(a)

soġġetta għad-Direttiva 2009/81/KE, jew

(b)

koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE,

il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE fil-każijiet imniżżlin taħt punt (a) u jistgħu jingħataw mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva fil-każijiet imniżżlin taħt il-punt (b). Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi u l-esklużjonijiet previsti bid-Direttiva 2009/81/KE.

Il-kuntratti mniżżlin taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li barra minn hekk jinkludu akkwist jew elementi oħra li huma koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jistgħu jingħataw mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva.

Madankollu, l-ewwel u t-tieni subparagrafi japplikaw bil-kondizzjoni li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u d-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma titteħidx bl-għan li kuntratt jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 27

Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża u sigurtà li l-entità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż f’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-użu konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;

(b)

ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-impriżi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz;

(c)

organizzazzjoni internazzjonali.

Il-ftehimiet jew l-arranġamenti kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċimsemmi fl-Artikolu 105.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tagħti skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-konċessjonijiet ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn din l-organizzazzjoni jew istituzzjoni. Fil-każ ta’ kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma kofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri tal-akkwist applikabbli.

Subtaqsima 3

Relazzjonijiet speċjali (kooperazzjoni, impriżi affiljati u impriżi konġunti)

Artikolu 28

Kuntratti bejn awtoritajiet kontraenti

1.   Kuntratt mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika oħra rregolata mid-dritt privat jew mid-dritt pubbliku għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess;

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika kkontrollata jitwettqu fit-twettiq tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(c)

mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, rikjesti minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.

Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq entità ġuridika li huwa simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza deċiżiva fuq iż-żewġ objettivi strateġiċi u deċiżjonijiet sinifikanti tal-entità ġuridika kkontrollata. Tali kontroll jista’ jkun ukoll eżerċitat minn persuna ġuridika oħra, li hija stess tkun ikkontrollata bl-istess mod mill-awtorità kontraenti.

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll fejn persuna kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-awtorità kontraenti li tikkontrollaha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika li tingħata l-kuntratt pubbliku bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar rikjesti mid-dispożizzjonijiet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċisiva fuq il-persuna ġuridika.

3.   Awtorità kontraenti, li ma teżerċitax kontroll fis-sens tal-paragrafu 1, fuq persuna ġuridika rregolata minn dritt privat jew pubbliku, tista’ madankollu tagħti kuntratt għal dik il-persuna ġuridika mingħajr ma tapplika din id-Direttiva, fejn huma sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità kontraenti teżerċita b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħrajn kontroll fuq dik il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess.

(b)

aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu fit-twettiq tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti; u

(c)

mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, rikjesti minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li jeżerċitaw kontroll konġunt fuq persuna ġuridika meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma magħmula minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti. Rappreżentanti individwali jistgħu jirrappreżentaw l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti kollha, jew ħafna minnhom;

(ii)

dawk l-awtoritajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw flimkien influwenza deċiżiva fuq l-objettivi strateġiċi u d-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; u

(iii)

il-persuna ġuridika kkontrollata ma ssegwi l-ebda interess li jmur kontra dak tal-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll,

4.   Kuntratt konkluż esklużivament bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti bl-għan li jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi li huma għandhom iwettqu jkunu pprovduti bil-ħsieb li jiksbu l-għanijiet li għandhom komuni;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hija rregolata biss minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku; u

(c)

l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jwettqu fis-suq miftuħ inqas minn 20 % tal-attivitajiet ikkonċernati mill-kooperazzjoni.

5.   Għall-finijiet li jiġi ddeterminatil-perċentwali ta’ attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-punt (b) tal-ewwelsubparagrafu tal-paragrafu 3 u fil-punt (c) tal-paragrafu 4, għandu jittieħed kont tal-fatturat totali medju, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħal kostijiet mġarrba minn persuna ġuridika rilevanti fir-rigward ta’ servizzi, provvisti u xogħlijiet għat-tliet snin li jippreċedu l-għoti tal-kuntratt.

Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot dik il-persuna ġuridika jew ta’ meta bdew l-attivitajiet jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva bħall-ispejjeż, mhijiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew ma għadhiex rilevanti, għandu jkun biżżejjed li jintwera li d-daqs tal-attività huwa kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.

Artikolu 29

Kuntratti mogħtija lil impriża affiljata

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “impriża affiljata” tfisser kwalunkwe impriża li l-kontijiet annwali tagħha huma konsolidati ma’ dawk tal-entità kontraenti f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/34/UE.

2.   Fil-każ ta’ entitajiet, li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE, “impriża affiljata” għandha tfisser kwalunkwe impriża li:

(a)

tista’ tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;

(b)

tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti; jew

(c)

bħall-entità kontraenti, hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, in-nozzjoni ta’ “influwenza dominanti” għandu jkollha l-istess tifsira bħal fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2).

3.   Minkejja l-Artikolu 28 u jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 4, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija:

(a)

minn entità kontraenti lil impriża affiljata, jew

(b)

minn impriża konġunta, esklużivament ifformata minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bl-iskop li jwettqu attivitajiet deskritti fl-Artikoli 8 sa 14, lil impriża li hija affiljata ma’ waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti.

4.   Il-paragrafu 3 għandu japplika għal:

(a)

kuntratti ta’ servizzi dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata fuq it-tliet snin preċedenti, b’kont meħud tas-servizzi kollha pprovduti minn dik l-impriża, jkun ġej mill-forniment ta’ servizzi lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;

(b)

kuntratti ta’ provvista dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, b’kont meħud tal-provvisti kollha pprovduti minn dik l-impriża, fit-tliet snin preċedenti jkun ġej mill-forniment ta’ provvisti lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;

(c)

għal kuntratti ta’ xogħol dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, b’kont meħud tax-xogħlijiet kollha pprovduti minn dik l-impriża, fit-tliet snin preċedenti jkun ġej mill-forniment ta’ xogħlijiet lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom.

5.   Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot l-impriża affiljata jew meta bdew l-attivitajiet, il-fatturat mhuwiex disponibbli għat-tliet snin ta’ qabel, ikun biżżejjed li dik l-impriża turi li l-fatturat imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 4 ikun kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.

6.   Fejn aktar minn impriża waħda affiljati mal-entità kontraenti, li magħha jifformaw grupp ekonomiku, jipprovdu l-istess servizzi, provvisti jew xogħlijiet, jew simili, il-perċentwali għandu jiġi kkalkolat billi jitqies il-fatturat totali li jkun ġej mill-forniment tas-servizzi, tal-provvisti jew tax-xogħlijiet rispettivament minn dawk l-impriżi affiljati.

Artikolu 30

Kuntratti mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tifforma parti minn impriża konġunta

Minkejja l-Artikolu 28, u jekk l-impriża konġunta twaqqfet sabiex twettaq l-attività kkonċernata fuq perijodu minimu ta’ tliet snin u li l-istrument li jwaqqaf l-impriża konġunta jistipula li l-entitajiet kontraenti li jifformawha ser ikunu parti minnha għal tal-inqas l-istess perijodu, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall–kuntratti mogħtija minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

impriża konġunta, iffurmata esklużivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bl-għan li jitwettqu attivitajiet skont it-tifsira tal-Artikoli 8 sa 14, lil waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti; jew

(b)

entità kontraenti lil tali impriża konġunta li tifforma parti minnha.

Artikolu 31

Notifika ta’ informazzjoni

L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, bl-informazzjoni li ġejja rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 29(2) u (3) u l-Artikolu 30:

(a)

l-ismijiet tal-impriżi jew tal-impriżi konġunti kkonċernati,

(b)

in-natura u l-valur tal-kuntratti involuti,

(c)

provi meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħataw il-kuntratti u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 29 jew 30.

Subtaqsima 4

Sitwazzjonijiet speċifiċi

Artikolu 32

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal kuntratti ta’ servizzi għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp, li huma koperti mill-kodiċi 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-benefiċċji jkunu dovuti esklużivament lill-entità kontraenti għall-użu tagħhom fit-twettiq tan-negozju proprju tagħha, u

(b)

is-servizz ipprovdut huwa kompletament remunerat mill-entità kontraenti.

Artikolu 33

Kuntratti soġġetti għal arranġamenti speċjali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom jiżguraw, permezz tal-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u miżuri xierqa oħrajn, li kwalunkwe entità li topera fis-setturi msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/205/KE (35) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/73/KE (36):

(a)

tosserva l-prinċipji għal kontra d-diskriminazzjoni u l-akkwist kompetittiv fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti, xogħlijiet u servizzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li l-entità tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi ekonomiċi rigward l-intenzjonijiet ta’ akkwist tagħha;

(b)

tikkomunika lill-Kummissjoni, taħt il-kondizzjonijiet definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/327/KEE (37), informazzjoni relatata mal-kuntratti li tagħti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34, ir-Renju Unit għandu jiżgura, permezz tal-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jew miżuri xierqa oħra, li kull entità li topera fis-setturi msemmija fid-Deċiżjoni 97/367/KEE tapplika l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kuntratti mogħtija għat-twettiq ta’ dik l-attività partikolari fl-Irlanda ta’ Fuq.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mogħtija bl-iskop ta’ esplorazzjoni għaż-żejt jew gass.

Subtaqsima 5

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u dispożizzjonijiet proċedurali relatati magħhom

Artikolu 34

Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni

1.   Kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva. L-attività kkonċernata tista’ tagħmel parti minn settur kbir jew tiġi eżerċitata biss f’ċerti partijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Il-valutazzjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu, li ser issir fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni u għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Valutazzjoni bħal din għandha ssir b’kont meħud tas-suq għall-attivitajiet inkwistjoni u s-suq ġeografiku ta’ referenza fis-sens tal-paragrafu 2.

2.   Għall-għanijiet ta’ paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kwistjoni ta’ jekk attività hijiex esposta direttament għal kompetizzjoni għandha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ kriterji li huma f’konformita mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar il-kompetizzjoni. Dawk jistgħu jinkludu l-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi konċernati, l-eżistenza ta’ prodotti jew servizzi alternattivi meqjusa bħala sostitwibbli fuq in-naħa tal-provvista jew tad-domanda, il-prezzijiet u l-presenza attwali jew potenzali ta’ aktar minn provveditur wieħed tal-prodotti jew servizzi msemmija.

Is-suq ġeografiku ta’ referenza, li fuq il-bażi tiegħu hija valutata l-espożizzjoni għall-kompetizzjoni, għandu jikkonsisti f’żona li fiha l-impriżi kkonċernati huma involuti fil-provvista u d-domanda ta’ prodotti jew servizzi, li fihom il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed u li jistgħu jiġu distinti minn żoni tal-viċinat għax, b’mod partikolari, il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma apprezzabilment differenti f’dawk iż-żoni. Dik il-valutazzjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tan-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati, tal-eżistenza ta’ ostakli għad-dħul jew ta’ preferenzi tal-konsumaturi, ta’ differenzi apprezzabbli tas-sehem mis-suq tal-impriżi bejn iż-żona kkonċernata u ż-żoni tal-viċinat jew ta’ differenzi sostanzjali fil-prezz.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-aċċess għal suq għandu jitqies bħala mhux ristrett jekk l-Istat Membru implimenta u applika l-leġislazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness III.

Jekk ma jkunx jista’ jiġi supponut aċċess ħieles għal suq partikolari fuq il-bażi tal-ewwel subparagrafu, għandu jintwera li l-aċċess għas-suq inkwistjoni huwa ħieles de facto u de jure.

Artikolu 35

Proċedura biex jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli

1.   Meta Stat Membru jew, fejn il-leġislazzoni tal-Istat Membru kkonċernat tipprovdi dan, entità kontraenti tikkunsidra li, abbażi tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 34(2) u (3), attività partikolari hija direttament esposta għal kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett, din tista’ tressaq talba lill-Kummissjoni biex ikun stabbilit li din id-Direttiva ma tapplikax għall-għoti ta’ kuntratti jew għall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn għat-tkomplija ta’ dik l-attività, fejn adatt flimkien mal-pożizzjoni adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata. Tali talbiet jistgħu jirrigwardaw attivitajiet li jagħmlu parti minn settur akbar jew li jiġu eżerċitati biss f’ċerti partijiet tal-Istat Membru kkonċernat.

Fit-talba, l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernata għandha tinfurma lill-Kummissjoni dwar il-fatti rilevanti kollha, u b’mod partikolari dwar kwalunkwe liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ftehim dwar konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1).

2.   Sakemm talba li tkun ġejja minn entità kontraenti ma tkunx akkumpanjata minn pożizzjoni raġunata u sostanzjata, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, li tanalizza bir-reqqa l-kondizzjonijiet għall-applikabbiltà possibbli tal-Artikolu 34(1) għall-attività kkonċernata f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dak l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru konċernat għandu f’tali każijiet jinfurma lill-Kummissjoni dwar il-fatti rilevanti kollha, u b’mod partikolari dwar kwalunkwe liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ftehim dwar konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1).

3.   Wara talba mressqa f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati fil-perjodi stipulati fl-Anness IV, tistabbilixxi jekk attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 34. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 105(2).

Kuntratti intenzjonati biex jippermettu t-twettiq tal-attività kkonċernata u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati għas-segwitu ta’ attività bħal din, ma għandhomx jibqgħu suġġetti għal din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

Il-Kummissjoni tkun adottat l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-applikabbiltà tal-Artikolu 34(1) fil-perjodu previst fl-Anness IV;

(b)

ma tkunx adottat l-att ta’ implimentazzjoni fil-perjodu previst fl-Anness IV.

4.   Wara s-sottomissjoni ta’ talba, l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernati tista’, bi qbil mal-Kummissjoni, timmodifika b’mod sostanzjali t-talba tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet jew taż-żoni ġeografiċi kkonċernati. F’dak il-każ, għandu japplika perjodu ġdid għall-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni, li għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Anness IV, sakemm ma jsirx qbil dwar perjodu iqsar mill-Kummissjoni u l-Istat Membru jew l-entità kontraenti li ppreżentat it-talba.

5.   Meta attività fi Stat Membru partikolari diġà tkun soġġetta għal proċedura skont il-paragrafi 1,2 u 4, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess attività fl-istess Stat Membru qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward tal-ewwel talba ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest tal-ewwel talba.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jinkludi tal-inqas ir-regoli relatati ma’:

(a)

il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-informazzjoni, tad-data li fiha jibda u jintemm il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 tal-Anness IV, inklużi kwalunkwe prolungamenti jew sospensjonijiet ta’ dawk il-perjodi, kif previst f’dak l-Anness;

(b)

il-pubblikazzjoni tal-applikabbiltà possibbli tal-Artikolu 34(1) f’konformità mal-punt b tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(c)

id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-forma, il-kontenut u dettalji oħra skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 105(2).

KAPITOLU IV

Prinċipji ġenerali

Artikolu 36

Prinċipji ta’ akkwist

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.

It-tfassil tal-akkwist ma għandux isir bil-ħsieb li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew biex b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni għandha titqies bħala artifiċjalment imnaqqsa meta d-disinn tal-akkwist isir bl-intenzjoni li jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adatti biex jiżguraw li fit-twettiq ta’ kuntratti pubbliċi, l-operaturi ekonomiċi huma konformi mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness II.

Artikolu 37

Operaturi ekonomiċi

1.   L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz rilevanti, ma għandhomx jiġu rrifjutati unikament minħabba r-raġuni li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.

Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi u xogħlijiet kif ukoll kuntratti ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ bini u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.

2.   Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri tal-akkwist. Huma m’għandhomx jintalbu ikollhom forma legali speċifika mill-entitajiet kontraenti sabiex jippreżentaw offerta jew talba ta’ parteċipazzjoni.

Fejn meħtieġ, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiċċaraw fid-dokumenti tal-akkwist kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu l-kriterji u r-rekwiżiti għas-selezzjoni kwalitattiva u kwantitattiva msemmija fl-Artikoli 77 sa 81 dment li dan ikun ġustifikat b’ raġunijiet oġġettivi u proporzjonat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif grupp ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu dawk ir-rekwiżiti.

Kwalunkwe kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u għandhom ikunu proporzjonati.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-entitatjiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jassumu forma ġuridika speċifika ladarba jkunu ngħataw il-kuntratt, sa fejn tali bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt.

Artikolu 38

Kuntratti riżervati

1.   L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri tal-akkwist għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti, dment li tal-inqas 30 % tal-impjegati ta’dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew il-programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabbiltà jew ħaddiema żvantaġġati.

2.   Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

Artikolu 39

Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali li għaliha l-entità kontraenti tkun soġġetta, b’mod partikolari leġislazzjoni li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr preġudizzju għall-obbligi relatati mar-reklamar ta’ kuntratti mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 70 u 75, l-entità kontraenti ma għandhiex tiddivulga informazzjoni mgħoddija lilha minn operaturi ekonomiċi li huma indikaw bħala kunfidenzjali, inklużi, iżda mhux limitati għal, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.

2.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jimponu rekwiżiti fuq l-operaturi ekonomiċi bil-għan li tiġi mħarsa n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li l-entitajiet kontraenti jqiegħdu għad-dispożizzjoni matul il-proċedura tal-akkwist, inkluża l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni b’rabta mal-operazzjoni ta’ sistema ta’ kwalifiki, kemm jekk din kienet soġġetta għal notifika jew le dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki użata bħala mezz sabiex issejjaħ għalkompetizzjoni.

Artikolu 40

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni kollha taħt din id-Direttiva, b’mod partikolari l-preżentazzjoni elettronika, jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. L-għodod u l-apparat li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, ma għandhomx ikunu diskriminatorji, iridu jkunu ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tal-ICT fl-użu ġenerali u ma għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-akkwist.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-entitajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati jitolbu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

minħabba n-natura speċjalizzata tal-akkwist, l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi jitlob għodod, mezzi jew formati ta’ fajl speċifiċi li ġeneralment mhumiex disponibbli jew aċċettati minn applikazzjonijiet li jkunu ġeneralment disponibbli;

(b)

l-applikazzjonijiet li jaċċettaw il-formati ta’ fajl li huma adatti għad-deskrizzjoni tal-offerti jużaw formati ta’ fajl li ma jistgħux jinqraw minn ebda applikazzjoni oħra miftuħa jew ġeneralment disponibbli jew li huma taħt skema ta’ liċenzjar proprjetarju u ma jistgħux isiru disponibbli għat-tniżżil jew għall-użu mill-bogħod mill-entità kontraenti;

(c)

l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika tkun titlob tagħmir ta’ uffiċċju speċjalizzat li ma jkunx ġeneralment disponibbli għall-entitajiet kontraenti;

(d)

id-dokumenti tal-akkwist jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ mudelli fiżiċi jew fuq skala li ma jkunux jistgħu jintbagħtu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi.

Fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li għalihom ma jintużawx mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu, il-komunikazzjoni għandha ssir permezz tal-posta jew b’mezz ta’ ġarr adatt ieħor jew b’taħlita ta’ posta jew mezz ta’ ġarr adatt ieħor u mezzi elettroniċi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-entitajiet kontraenti mhumiex obbligati li jesiġu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni elettronika sa fejn l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi jkun meħtieġ minħabba ksur ta’ sigurtà ta’ dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni jew għall-protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ natura partikolarment sensittiva li titlob livell għoli ta’ protezzjoni li ma jistax ikun żgurat kif suppost bl-użu ta’ għodod u apparat elettroniċi li jkunu ġeneralment disponibbli għall-operaturi ekonomiċi jew li jistgħu jsiru disponibbli għalihom permezz ta’ mezzi alternattivi ta’ aċċess fis-sens tal-paragrafu 5.

Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-entitajiet kontraenti li titlob, f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex mezzi elettroniċi fil-proċess ta’ sottomissjoni biex tindika fir-rapporti individwali msemmija fl-Artikolu 100 ir-raġunijiet għal dan ir-rekwiżit. Fejn applikabbli, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fir-rapport individwali r-raġunijiet għaliex l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi ġew ikkunsidrati neċessarji fl-applikazzjoni tar’raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-komunikazzjoni orali tista’ tintuża fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet oħra li ma jikkonċernawx l-elementi essenzjali ta’ proċedura tal-akkwist, dment li l-kontenut tal-komunikazzjoni orali jkun iddokumentat fi grad suffiċjenti. Għal dan il-għan l-elementi essenzjali tal-proċedura tal-akkwist jinkludu dokumenti tal-akkwist, talbiet għall-parteċipazzjoni u konfermi ta’ interess u ta’ offerti. B’mod partikolari, komunikazzjonijiet orali mal-offerenti li jista’ jkollhom impatt sostanzjali fuq il-kontenut u l-valutazzjoni tal-offerti għandhom ikunu ddokumentati fi grad suffiċjenti u b’mezzi adatti, bħal reġistrazzjonijiet bil-miktub jew bl-awdjo jew sommarji tal-elementi prinċipali tal-komunikazzjoni.

3.   F’kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta’ informazzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li jkunu preservati l-integrità tad-data u l-kunfidenzjalità tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni. Għandhom jeżaminaw il-kuntest tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni biss meta l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tagħhom ikun skada.

4.   Għal kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu l-użu ta’ għodod elettroniċi speċifiċi, bħal għodod ta’ mmudellar elettroniku ta’ informazzjoni jew oħrajn simili. F’tali każijiet l-awtoritajiet kontraenti għandhom joffru mezzi alternattivi ta’ aċċess kif previst fil-paragrafu 5 sa meta dawn l-għodod isiru ġeneralment disponibbli fis-sens tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal- paragrafu 1

5.   Fejn ikun meħtieġ, l-entitajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu l-użu ta’ għodod li mhumiex disponibbli b’mod ġenerali, dment li l-entitajiet kontraenti joffru mezzi alternattivi ta’ aċċess.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li joffru mezzi alternattivi adatti ta’ aċċess fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, meta huma:

(a)

joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal dawk l-għodod u l-apparat mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Anness IX jew mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew tal-istedina għall-konferma tal-interess għandu jispeċifika l-indirizz elettroniku li fuqu dawk l-għodod u l-apparat huma aċċessibbli;

(b)

jiżguraw li l-offerenti li ma jkollhomx aċċess għall-għodod u l-mezzi kkonċernati, jew ma jkollhom l-ebda possibbiltà li jiksbuhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess ma jkunx attribwibbli għall-offerent ikkonċernat, ikollhom aċċess għall-proċedura tal-akkwist permezz tal-użu ta’ tokens proviżorji li jkunu disponibbli mingħajr ħlas online; jew

(c)

jappoġġaw kanal alternattiv għall-preżentazzjoni elettronika tal-offerti.

6.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għal għodod u mezzi għat-trasmissjoni elettronika u r-riċevuta ta’ offerti u għar-riċevuta b’mezzi elettroniċi ta’ talbiet għal parteċipazzjoni:

(a)

informazzjoni dwar speċifikazzjonijiet għas-sottomissjoni elettronika tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni, inklużi l-qlib ta’ data f’kodiċi u l-istampar tal-ħin, għandha tkun għad-dispożizzjoni ta’ partijiet interessati;

(b)

L-Istati Membri, jew l-entitajiet kontraenti li jaġixxu f’qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jispeċifikaw il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw fid-diversi stadji tal-proċedura tal-akkwist speċifika; il-livell għandu jkun proporzjonat għar-riskji involuti;

(c)

fejn l-Istati Membri, jew l-entitajiet kontraenti li jaġixxu f’qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, jikkonkludu li l-livell tar-riskji, ivvalutat taħt il-punt b ta’ dan il-paragrafu, ikun tali li jkunu meħtieġa Firem Elettroniċi avvanzati kif definiti mid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw firem elettroniċi avvanzati appoġġati minn ċertifikat elettroniku kwalifikat, filwaqt li jieħdu kont ta’ jekk dawk iċ-ċertifikati humiex ipprovduti minn fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li jinsab f’lista ta’ fiduċja kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE (39), maħluqa jew le bi strument ta’ ħolqien ta’ firma sigura, soġġetti għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-entitajiet kontraeti għandhom jistabbilixxu l-format tal-firma avvanzata meħtieġa fuq il-bażi tal-formati stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE (40) u għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex dawk il-formati jkunu jistgħu jiġu pproċessati b’mod tekniku; fil-każ fejn ikun intuża format differenti tal-firma elettronika, il-fima elettronika jew it-trasportatur tad-dokument elettroniku għandu jinkludi informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti, li jkunu fir-responsabbiltà tal-Istat Membru. Il-possibbiltajiet ta’ validazzjoni għandhom jippermettu lill-entità kontraenti tivvalida online, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti l-firem elettroniċi li jkunu rċevew bħala firma elettronika avvanzata bl-appoġġ ta’ ċertifikat kwalifikat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw informazzjoni dwar il-fornitur tas-servizzi ta’ validazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-Istat Membru;

(ii)

fejn offerta tkun iffirmata bl-appoġġ ta’ ċertifikat kwalifikat li huwa inkluż f’lista ta’ fiduċja, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx japplikaw rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jxekklu l-użu ta’ dawk il-firem mill-offerenti.

Rigward dokumenti li jintużaw fi proċedura ta’ akkwist li jkunu ffirmati minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew entità emittenti oħra, l-awtorità jew entità emittenti kompetenti tista’ tistabbilixxi l-format avvanzat dwar il-firma rikjest skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2011/130/UE. Huma għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex ikunu jistgħu jipproċessaw dak il-format teknikament billi jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-fini tal-ipproċessar tal-firma fid-dokument ikkonċernat. Tali dokumenti għandu jkun fihom, fil-firma elettronika jew fid-dokument elettroniku, informazzjoni tat-trasportatur dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti li jippermettu l-validazzjoni online tal-firma elettronika rċevuta, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex temenda d-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness V sabiex tieħu kont tal-iżviluppi tekniċi.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 103 sabiex temenda l-lista mniżżla fil-punti (a) sa (d) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn l-iżviluppi teknoloġiċi jirriżultaw f’eċċezzjonijiet kontinwi mill-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi mhux adegwati jew, eċċezzjonalment, fejn għandhom ikunu pprovduti eċċezzjonijiet ġodda minħabba żviluppi teknoloġiċi.

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formats tekniċi kif ukoll tal-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġi, b’mod partikolari fil-kuntest transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tistabbilixxi l-użu obbligatorju ta’ tali standards tekniċi speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-preżentazzjoni elettronika, katalogi elettroniċi u mezzi għal awtentikazzjoni elettronika, biss fejn l-istandards tekniċi ġew ittestjati bir-reqqa u l-ulilità tagħhom ġiet ippruvata fil-prattika. Qabel ma jsir użu minn kwalunkwe standard tekniku obbligatorju, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra b’attenzjoni l-ispejjeż li dan jista’ jinvolvi, b’mod partikolari f’termini ta’ adattamenti għal soluzzjonijiet eżistenti għall-akkwist elettroniku, inklużi l-infrastruttura, il-proċessi jew is-software.

Artikolu 41

Nomenklaturi

1.   Kwalunkwe referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku għandha ssir billi jintuża l-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi (CPV) kif adottat mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002,

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tadatta l-kodiċi CPV msemmija f’din id-Direttiva, kull meta bidliet fin-Nomenklatura tas-CPV iridu jiġu riflessi f’din id-Direttiva u ma jimplikawx modifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 42

Konflitt ta’ interess

L-Istati Membri għandhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu miżuri adatti biex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw konflitti ta’ interess li jirriżultaw fit-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist sabiex jiġi evitat kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u jiġi żgurat trattament ugwali għall-operaturi ekonomiċi kollha.

Il-kunċett ta’ konflitti ta’ interess għandu tal-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew ta’ fornitur ta’ servizzi tal-akkwisti li jaġixxi f’isem l-awtorità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-akkwist jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku, jew personali ieħor li jista’ jiġi kkunsidrat li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-akkwist.

TITOLU II

REGOLI APPLIKABBLI GĦAL KUNTRATTI

KAPITOLU I

Proċeduri

Artikolu 43

Kondizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra

Sa fejn huma koperti mill-Annessi 3, 4, u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP u minn ftehimiet internazzjonali oħrajn li l-Unjoni Ewropea hija marbuta bihom, l-entitajiet kontraenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) għandhom jagħtu trattament lix-xogħlijiet, il-provvisti, s-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, il-provvisti, is-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

Artikolu 44

Għażla tal-proċeduri

1.   Meta jagħtu kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet jew servizzi, l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri aġġustati sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47, tkun ġiet ippubblikata sejħa għal kompetizzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li dawk l-entitajiet kontraenti jistgħu japplikaw biss proċeduri miftuħa jew ristretti jew innegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel kif irregolati f’din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-entitajiet kontraenti jistgħu japplikaw djalogi u sħubijiet għall-innovazzjoni kompetittivi kif irregolati f’din id-Direttiva.

4.   Is-sejħa għal kompetizzjoni tista’ ssir b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a)

avviż perjodiku indikattiv skont l-Artikolu 67 fejn il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata;

(b)

avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki skont l-Artikolu 68 fejn il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata jew permezz ta’ djalogu kompetittiv jew ta’ sħubija għall-innovazzjoni;

(c)

permezz ta’ avviż ta’ kuntratt skont l-Artikolu 69.

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, l-operaturi ekonomiċi li esprimew l-interess tagħhom wara l-pubblikazzjoni tal-avviż perjodiku indikattiv għandhom sussegwentement jiġu mistiedna sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom bil-miktub permezz ta’ “stedina għall-konferma tal-interess” f’konformità mal-Artikolu 74.

5.   Fil-każijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi msemmijin espliċitament fl-Artikolu 50, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu l-applikazzjoni ta’ dik il-proċedura f’każijiet oħrajn għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 50.

Artikolu 45

Proċedura miftuħa

1.   Fil-proċeduri miftuħa, kwalunkwe operatur ekonomiku interessat jista’ jippreżenta offerta fir-rigward ta’ sejħa għal kompetizzjoni

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti għandu jkun ta’ 35 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

L-offerta għandha tkun akkumpanjata mill- informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li tkun mitluba mill-entità kontraenti.

2.   Meta l-entitajiet kontraenti jkunu ppubblikaw avviż perjodiku indikattiv li ma ntużax huwa stess bħala mezz ta’ sejħa għalkompetizzjoni, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jitqassar għal 15-il jum, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

l-avviż perjodiku indikattiv inkluda, minbarra l-informazzjoni meħtieġa mit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness VI, l-informazzjoni kollha meħtieġa mit-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness VI, sa fejn din l-informazzjoni msemmija l-aħħar kienet disponibbli fiż-żmien meta ġie ppubblikat l-avviż perjodiku indikattiv;

(b)

l-avviż perjodiku indikattiv intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

3.   Fejn stat ta’ urġenza ssostanzjat debitament mill-entità kontraenti jrendi bħala imprattikabbli l-limitu ta’ żmien stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, din tista’ jistabbilixxi limitu ta’ żmien li ma għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

4.   L-entità kontraenti tista’ tnaqqas b’ħamest ijiem il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta hi taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 40(4) u l-Artikolu 40(5) u (6).

Artikolu 46

Proċedura ristretta

1.   Fi proċeduri ristretti, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jippreżenta talba sabiex jipparteċipa bħala tweġiba għal sejħa għal kompetizzjoni billi jipprovdi l- informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-entità kontraenti.

Bħala regola ġenerali, il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn 15-il jum.

2.   Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna li jagħmlu dan mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal- informazzjoni pprovduta li jistgħu jippreżentaw offerta. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2).

Il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti jista’ jitfassal permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-entità kontraenti u l-kandidati magħżula, bil-kondizzjoni li l-kandidati magħżula kollha jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jippreżentaw l-offerti tagħhom.

Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, il- limitu ta’ żmien għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha l-istedina għall-offerta tkun intbagħtet.

Artikolu 47

Proċedura nnegozjata b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel

1.   Fi proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jippreżenta talba biex jipparteċipa bi tweġiba għal sejħa għalkompetizzjoni, billi jipprovdi l- informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li hija rikjesta mill-entità kontraenti.

Bħala regola ġenerali, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għalkompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun ta’ inqas minn 15-il jum.

2.   Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi li ġew mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal- informazzjoni pprovduta li jistgħu jipparteċipaw fin-negozjati. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2).

Il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti jista’ jiġi stabbilit permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-entità kontraenti u l-kandidati magħżula, bil-kondizzjoni li dawn kollha jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jippreżentaw l-offerti tagħhom.

Fin-nuqqas ta’ qbil dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, il- limitu ta’ żmien għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha l-istedina għall-offerta tkun intbagħtet.

Artikolu 48

Djalogu kompetittiv

1.   Fi djalogu kompetittiv, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jippreżenta talba sabiex jipparteċipa bi tweġiba għal sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 44(4) billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-entità kontraenti.

Bħala regola ġenerali, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn 15-il jum.

Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2). Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju tal-għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 82(2).

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu u jiddefinixxu l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħhom fis-sejħa għal kompetizzjoni u/jew f’dokument deskrittiv. Fl-istess ħin u fl-istess dokumenti, huma għandhom jistabbilixxu u jiddefinixxu l-kriterji tal-għoti magħżula wkoll u jistabbilixxu perijodu ta’ żmien indikattiv.

3.   Flimkien mal-parteċipanti magħżulin skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 76 sa 81, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiftħu djalogu li l-għan tiegħu jkun li jiġu identifikati u definiti l-aktar mezzi xierqa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom. Huma jistgħu jiddiskutu l-aspetti kollha tal-akkwist mal-parteċipanti magħżulin matul dan id-djalogu.

Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost il-parteċipanti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi parteċipanti fuq oħrajn.

F’konformità mal-Artikolu 39, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn kandidat jew offerent li qed jipparteċipa fid-djalogu mingħajr il-qbil tiegħu. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.

4.   Id-djalogi kompetittivi jistgħu jseħħu fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ soluzzjonijiet li jridu jiġi diskussi matul l-istadju ta’ djalogu billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti stipulati fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv. Fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv, l-entità kontraenti għandha tindika jekk hijiex ser tuża dik l-għażla.

5.   L-entità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun tista’ tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.

6.   Wara li jiddikjaraw li d-djalogu huwa konkluż u wara li jgħarrfu lill-parteċipanti li jifdal dwar dan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbuhom jippreżentaw l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ppreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandu jkun fihom l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

Fuq talba tal-entità kontraenti, dawk l-offerti jistgħu jkunu ċċarati, ippreċiżati u pperfezzjonati. Madankollu, tali kjarifika, preċiżazzjoni u perfezzjonament jew informazzjoni addizzjonali ma tistax tinvolvi bidliet fl-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inkluż il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stipulati fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv, fejn varjazzjonijiet għal dawk l-aspetti, ħtiġijiet u rekwiżiti x’aktarx joħolqu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew ikollhom effett diskriminatorju.

7.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivvalutaw l-offerti rċevuti fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv.

Fuq talba tal-entità kontraenti, in-negozjati mal-offerent identifikat bħala dak li ssottometta l-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 82(2) jistgħu jsiru biex jiġu kkonfermati impenji finanzjarji jew termini oħra li jkunu fl-offerta billi jiġu ffinalizzati t-termini tal-kuntratt dment li tali negozjati ma jkollhomx l-effett li materjalment jimmodifikaw l-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inklużi l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv u ma jirriskjax li jgħawweġ il-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.

8.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jispeċifikaw premji jew ħlasijiet għall-parteċipanti fid-djalogu.

Artikolu 49

Sħubija għall-innovazzjoni

1.   Fi sħubiji għall-innovazzjoni, kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jippreżenta talba sabiex jipparteċipa bi tweġiba għal sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 44(4) billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li ġiet rikjesta mill-entità kontraenti.

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tidentifika l-ħtieġa għal prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi li ma tistax tintlaħaq bix-xiri ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet li huma diġà disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika liema elementi ta’ din id-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha. L-indikazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tas-soluzzjoni meħtieġa u jiddeċiedu jekk jitolbux li jipparteċipaw fil-proċedura.

L-entità kontraenti tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi sħubija għall-innovazzjoni ma’ sieħeb wieħed jew ma’ diversi sħab li jwettqu attivitajiet separati ta’ riċerka u żvilupp.

Bħala regola ġenerali, il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun stabbilit għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn 15-il jum. Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jipparteċipaw fil-proċedura. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti biex jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2). Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi unika tal-kriterju tal-għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità f’konformità mal-Artikolu 82(2).

2.   Is-sħubija għall-innovazzjoni għandu jkollha l-għan li tiżviluppa prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li jirriżultaw, dment li huma jikkorrispondu għal-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż massimi maqbula bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-parteċipanti.

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f’fażijiet suċċessivi li jsegwu s-sekwenza ta’ passi fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li tista’ tinkludi l-manifattura tal-provvista, il-forniment tas-servizzi jew it-tlestija tax-xogħlijiet. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab u tipprovdi għall-ħlas tar-remunerazzjoni f’pagamenti parzjali adatti.

Abbażi ta’ dawk il-miri, l-entità kontraenti tista’ tiddeċiedi wara kull fażi li ttemm is-sħubija għall-innovazzjoni jew, f’każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni b’diversi sħab, li tnaqqas in-numru ta’ sħab billi ttemm kuntratti individwali, dment li l-entità kontraenti tkun indikat fid-dokumenti tal-akkwist dawk il-possibiltajiet u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

3.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-entitajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw mal-offerenti dawk l-offerti inizjali u dawk kollha sussegwenti sottomessi minnhom, għajr l-offerta finali, sabiex jittejjeb il-kontenut tagħhom.

Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji tal-għoti ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.

4.   Matul in-negozjati, l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw it-trattament ugwali tal-offerenti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li jista’ jagħti vantaġġ lil xi offerenti fuq oħrajn. Huma għandhom jinfurmaw lill-offerenti kollha, li l-offerti tagħhom ma jkunux ġew eliminati skont il-paragrafu 5, bil-miktub dwar kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew dokumenti oħra tal-akkwist minbarra dawk li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi. Wara dawk il-bidliet, l-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu biżżejjed ħin lill-offerenti biex jimmodifikaw u jerġgħu jippreżentaw l-offerti emendati, kif adatt.

F’konformità mal-Artikolu 39, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat jew offerent li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil tiegħu. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.

5.   In-negozjati matul il-proċeduri tas-sħubiji għall-innovazzjoni jistgħu jsiru fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ offerti li għandhom jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist. Fl-avviż dwar il-kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tindika jekk hix ser tuża dik l-alternattiva.

6.   Fl-għażla tal-kandidati, l-entitajiet kontraenti għandhom b’mod partikolari japplikaw il-kriterji li jikkonċernaw il-kapaċità tal-kandidati fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi.

Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-entità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti bis-soluzzjonijiet eżistenti.

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tiddefinixxi l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fil-każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab, l-entità kontraenti ma għandhiex, f’konformità mal-Artikolu 39, tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni konfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb fil-qafas tas-sħubija mingħajr il-qbil ta’ dak is-sieħeb. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.

7.   L-entità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, id-durata u l-valur tal-fażijiet differenti jirreflettu l-livell ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhix disponibbli fis-suq. Il-valur stmat ta’ provvisti, servizzi jew xogħlijiet mixtrija ma għandux ikun sproporzjonat meta mqabbel mal-investiment għall-iżvilupp tagħhom.

Artikolu 50

L-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel

L-entitajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni jew l-ebda talba adatta għall-parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bi tweġiba għal proċedura b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, dejjem jekk il-kondizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati;

Offerta għandha tkun meqjusa bħala mhux adatta meta hija irrilevanti għall-kuntratt, minħabba li b’mod ċar mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist. Talba għall-parteċipazzjoni għandha tiġi meqjusa mhux adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista’ jkun eskluż f’konformità mal-Artikoli 78(1) jew 80(1), jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla stipulati mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikoli 78 jew 80;

(b)

meta kuntratt ikun purament għall-fini ta’ riċerka, esperiment, studju jew żvilupp, u mhux għall-fini li jiġi assigurat profitt jew bl-iskop ta’ rkupru tal-ispejjeż ta’ riċerka u żvilupp, u sa fejn l-għoti ta’ tali kuntratt ma jippreġudikax l-għoti b’mod kompetittiv ta’ kuntratti sussegwenti li, b’mod partikolari, ikollhom dawk l-iskopijiet;

(c)

fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu forniti biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(i)

l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew l-akkwist ta’ xogħol artistiku uniku jew ta’ rappreżentazzjoni artistika unika;

(ii)

hemm nuqqas ta’ kompetizzjoni minħabba raġunijiet tekniċi;

(iii)

il-protezzjoni ta’ drittijiet esklużivi, inkluż drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

L-eċċezzjonijiet deskritti fil-punti (ii) u (iii) għandhom japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhijiex ir-riżultat ta’ limitazzjonijiet artifiċjali fil-parametri tal-akkwist;

(d)

sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżata minn avvenimenti mhux prevedibbli mill-entità kontraenti, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien stabbiliti għal proċeduri miftuħa, proċeduri ristretti u proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel. Iċ-ċirkostanzi invokati sabiex jiġġustifikaw l-urġenza kbira qatt ma għandhom ikunu attribwibbli lill-entità kontraenti;

(e)

fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista għal konsenji addizzjonali mill-fornitur oriġinali li huma maħsuba jew bħala sostituzzjoni parzjali tal-provvisti jew installazzjonijiet jew inkella bħala l-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet eżistenti, fejn bidla fil-fornitur tkun tobbliga lill-entità kontraenti sabiex tikseb provvisti li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fit-tħaddim u l-manutenzjoni;

(f)

għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu mir-repetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili assenjati lill-kuntrattur li l-istess entitajiet kontraenti tawh kuntratt preċedenti, dejjem jekk dawn ix-xogħlijiet jew servizzi jikkonformaw ma’ proġett bażiku li għalih ingħata l-ewwel kuntratt skont proċedura f’konformità mal-Artikolu 44(1).

Il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kondizzjonijiet li fihom ser jingħataw. Hekk kif l-ewwel proġett jinħareġ għall-offerti, l-użu possibbli ta’ din il-proċedura għandu jiġi divulgat u l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-istima tal-ispiża totali tax-xogħlijiet jew is-servizzi sussegwenti meta japplikaw l-Artikoli 15 u 16;

(g)

għal provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-prodotti bażiċi;

(h)

għal xiri bl-irħis, fejn ikun possibbli li jiġu akkwistati provvisti billi jittieħed vantaġġ minn opportunità partikolarment vantaġġuża disponibbli għal żmien qasir ħafna bi prezz konsiderevolment aktar baxx mill-prezzijiet normali tas-suq;

(i)

għal xiri ta’ provvisti jew servizzi b’kondizzjonijiet partikolarment vantaġġużi, jew mingħand fornitur li qed jagħmel stralċ definittiv tal-attivitajiet ta’ negozju tiegħu jew mil-likwidatur fi proċedura ta’ insolvenza, arranġament mal-kredituri jew proċedura simili taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali;

(j)

fejn il-kuntratt ta’ servizz ikkonċernat jiġi wara kompetizzjoni ta’ disinn organizzata skont din id-Direttiva u ser tingħata, skont ir-regoli provduti fil-kompetizzjoni ta’ disinn, lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa ta’ dik il-kompetizzjoni; fil-każ imsemmi l-aħħar, ir-rebbieħa kollha għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fin-negozjati.

KAPITOLU II

Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat

Artikolu 51

Ftehimiet qafas

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri previsti f’din id-Direttiva.

Ftehim qafas ifisser ftehim bejn entità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn adatt, il-kwantitajiet previsti.

It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż it-tmien snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas.

2.   Il-kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw abbażi ta’ regoli u kriterji oġġettivi, li jistgħu jinkludu l-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni fost dawk l-operaturi ekonomiċi li huma parti għall-ftehim qafas kif konkluż. Dawn ir-regoli u l-kriterji għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist għall-ftehim qafas.

Ir-regoli u l-kriterji oġġettivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi li huma partijiet għall-ftehim. Fejn huwa inkluż ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien li huwa twil biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu sottomessi offerti għal kull kuntratt speċifiku u l-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu kull kuntratt lill-offerent li ssottometta l-aħjar offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ftehim qafas.

L-entitajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-ftehimiet qafas b’mod skorrett jew b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni.

Artikolu 52

Sistemi dinamiċi ta’ xiri

1.   Għal xiri użat b’mod komuni, li l-karatteristiċi tiegħu, kif ġeneralment ikunu disponibbli fis-suq, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-entitajiet kontraenti, huma jistgħu jużaw sistema dinamika ta’ xiri. Is-sistema dinamika ta’ xiri għandha tiġi operata bħala proċess kompletament elettroniku u għandha tkun miftuħa matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema tax-xiri għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla. Hija tista’ tiġi diviża f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi li huma definiti oġġettivament fuq il-bażi ta’ karatteristiċi tal-akkwist li għandhom jitwettqu taħt il-kategorija kkonċernata. Tali karatteristiċi jistgħu jinkludu referenza għad-daqs massimu permissibbli tal-kuntratti speċifiċi sussegwenti jew għal żona ġeografika speċifika fi fiha ser jitwettqu kuntratti speċifiċi sussegwenti.

2.   Sabiex isir akkwist skont sistema dinamika ta’ xiri, l-entitajiet kontraenti għandhom isegwu r-regoli tal-proċedura ristretta. Il-kandidati kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla għandhom jitħallew jużaw is-sistema, f’konformità mal-Artikolu 78 (2) in-numru ta’ kandidati li għandhom jiġu ammessi għas-sistema ma għandux ikun limitat. Meta l-entitajiet kontraenti jkunu ddividew is-sistema f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jispeċifikaw il-kriterji tal-għażla applikabbli għal kull kategorija.

Minkejja l-Artikolu 46, għandhom japplikaw il-limiti ta’ żmien li ġejjin:

(a)

Bħala regola ġenerali, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma tista’ tkun inqas minn 15-il jum. L-ebda limitu ta’ żmien ulterjuri għar-riċevuta ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni ma għandu japplika ladarba tkun intbagħtet l-istedina għal offerta għall-ewwel akkwist speċifiku skont is-sistema dinamika ta’ xiri.

(b)

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta. It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 46(2) għandhom japplikaw.

(3)   Il-komunikazzjonijiet kollha fil-kuntest ta’ sistema dinamika ta’ xiri għandhom isiru biss b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 40(1), (3), (5) u (6).

4.   Għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratti taħt sistema dinamika ta’ xiri, l-entitajiet kontraenti għandhom:

(a)

jippubblikaw sejħa għal kompetizzjoni billi jagħmluha ċara li hemm sistema dinamika ta’ xiri involuta;

(b)

jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist, mill-inqas in-natura u l-kwantità stmata tax-xiri previst, kif ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa li tikkonċerna s-sistema dinamika ta’ xiri inklużi kif joperaw is-sistema dinamika ta’ xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi;

(c)

jindikaw kwalunkwe diviżjoni f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi u l-karatteristiċi li jiddefinixxuhom;

(d)

joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, sakemm is-sistema tkun valida, għad-dokumenti tal-akkwist f’konformità mal-Artikolu 73.

5.   L-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu lil kwalunkwe operatur ekonomiku, matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, il-possibilità li jagħmlu talba sabiex jipparteċipaw fis-sistema taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. L-entitajiet kontraenti għandhom jiffinalizzaw il-valutazzjoni tagħhom ta’ talbiet bħal dawn skont il-kriterji tal-għażla fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol wara r-riċevuta tagħhom. Dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża għal 15-il jum ta’ xogħol f’każijiet individwali meta jkun iġġustifikat, b’mod partikolari minħabba l-ħtieġa li tiġi eżaminata dokumentazzjoni addizzjonali jew b’xi mod ieħor issir verifika dwar jekk il-kriterji tal-għażla ġewx issodisfati.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, sakemm ma tkunx intbagħatet l-istedina għall-offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri, l-entitajiet kontraenti jistgħu jestendu l-perijodu ta’ evalwazzjoni sakemm ma tkun ħarġet l-ebda stedina għall-offerti matul il-perijodu estiż ta’ evalwazzjoni. L-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist it-tul tal-perijodu estiż li huma bi ħsiebhom japplikaw.

L-entitajiet kontraenti għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat malajr kemm jista’ jkun dwar jekk ġiex ammess fis-sistema dinamika ta’ xiri jew le.

6.   L-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-parteċipanti ammessi kollha sabiex jippreżentaw offerta għal kull akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri, f’konformità mal-Artikolu 74. Fejn is-sistema dinamika ta’ xiri tkun ġiet diviża f’kategoriji ta’ xogħlijiet, prodotti jew servizzi, l-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-parteċipanti kollha li jkunu ġew ammessi fil-kategorija li tikkorrispondi għall-akkwist speċifiku kkonċernat sabiex jippreżentaw offerta.

Huma għandhom jagħtu l-kuntratt lill-offerent li ppreżenta l-aqwa offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt għas-sistema dinamika ta’ xiri, fl-istedina għall-konferma tal-interess, jew, fejn il-mezz għas-sejħa għal kompetizzjoni huwa avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fl-istedina għall-offerti. Fejn adatt, dawn il-kriterji jistgħu jiġu fformulati bi preċiżjoni akbar fl-istedina għall-offerti.

7.   L-entitajiet kontraenti li, f’konformità mal-Artikolu 80 japplikaw raġunijiet għal esklużjoni u kriterji tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE, jistgħu, fi kwalunkwe mument matul il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, jirrikjedu lill-parteċipanti ammessi jippreżentaw awtodikjarazzjoni mġedda u aġġornata kif previst fl-Artikolu 59(1) ta’ dik id-Direttiva, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tintbagħat dik it-talba.

Il-paragrafi (2) sa (4) tal-Artikolu 59 għandhom japplikaw matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri.

8.   L-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri fis-sejħa għal kompetizzjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ validità, billi jużaw il-formoli standard li ġejjin:

(a)

fejn il-perijodu ta’ validità jinbidel mingħajr ma tiġi mwaqqfa s-sistema, il-formola użata iniżjalment għas-sejħa għal kompetizzjoni għas-sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

fejn is-sistema tiġi tterminata, avviż dwar għoti ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 70.

9.   Ma tista’ tiġi imposta l-ebda tariffa qabel jew waqt il-perjodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri fuq l-operaturi ekonomiċi interessati fis-sistema dinamika ta’ xiri jew li jkun parti għaliha.

Artikolu 53

Irkantijiet elettroniċi

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jużaw irkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, riveduti ‘l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

Għal dan il-fini, l-entitajiet kontraenti għandhom jistrutturaw l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti li dawn jiġu kklassifikati bl-użu ta’ metodi ta’ evalwazzjoni awtomatiċi.

Ċerti kuntratti ta’ servizzi u ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet li għandhom prestazzjonijiet intellettwali bħala s-suġġett tagħhom, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, li ma jistgħux jiġu kklassifikati bl-użu ta’ metodi awtomatiċi ta’ evalwazzjoni, ma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ rkanti elettroniċi.

2.   Fi proċeduri miftuħa jew proċeduri ristretti jew innegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li l-għoti ta’ kuntratt għandu jiġi preċedut minn irkant elettroniku meta l-kontenut tad-dokumenti tal-akkwist, b’mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, jistgħu jiġu stabbiliti bi preċiżjoni.

Fl-istess ċirkostanzi, irkant elettroniku jista’ jsir fil-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni fost il-partijiet għal ftehim qafas kif previst fl-Artikolu 51(2) u dwar il-ftuħ għal kompetizzjoni ta’ kuntratti li għandhom jingħataw taħt is-sistema dinamika ta’ xiri msemmija fl-Artikolu 52.

3.   L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-elementi tal-offerti li ġejjin:

(a)

biss fuq prezzijiet fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-prezz biss,

(b)

fuq prezzijiet u/jew il-valuri l-ġodda tal-karatteristiċi tal-offerti indikati fid-dokumenti tal-akkwist, fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità jew lill-offerta bl-aktar prezz baxx meta jintuża approċċ tal-kosteffikaċja.

4.   L-entitajiet kontraenti li jiddeċiedu li jorganizzaw irkant elettroniku għandhom jiddikjaraw dan il-fatt fl-avviż ta’ kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew, fejn jintuża avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki bħala mezz għas-sejħa għal kompetizzjoni, fl-istedina għall-offerti. Id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni stipulata fl-Anness VII.

5.   Qabel ma jipproċedu bl-irkant elettroniku, l-entitajiet kontraenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti skont il-kriterju jew il-kriterji tal-għoti u skont l-ippeżar stabbilit għalihom.

Offerta għandha tkun meqjusa ammissibbli meta tkun ġiet sottomessa minn offerent, li ma kienx ġie eskluż skont l-Artikolu 78(1) jew 80(1) u li jissodisfa l-kriterji tal-għażla stipulati mill-Artikoli 78 u 80, u li l-offerta tiegħu tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mingħajr ma tkun irregolari jew mhux aċċettabbli jew mhux adatta.

B’mod partikolari, offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-awtorità kontraenti bħala anormalment baxxi, għandhom jitqiesu irregolari. B’mod partikolari, offerti ppreżentati minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki mitluba, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-awtorità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist għandhom jitqiesu inaċċettabbli.

Offerta għandha tkun meqjusa bħala mhux adatta meta hija irrilevanti għall-kuntratt, minħabba li b’mod ċar mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist. Talba għall-parteċipazzjoni għandha tiġi meqjusa mhux adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista’ jkun eskluż f’konformità mal-Artikoli 78(1) jew 80(1), jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla stipulati mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikoli 78 jew 80.

L-offerenti kollha li jkunu ppreżentaw offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b’mod simultanju b’mezzi elettroniċi sabiex jipparteċipaw fl-irkant elettroniku billi jintużaw, mid-data u l-ħin speċifikati, il-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-istedina. L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’għadd ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel jumejn ta’ xogħol wara d-data li fiha ntbagħtu l-istediniet.

6.   L-istedina għandha tkun akkumpanjata mir-riżultat tal-evalwazzjoni sħiħa tal-offerta rilevanti, imwettqa skont l-ippeżar speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 82(5).

L-istedina għandha tiddikjara wkoll l-istat tal-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku sabiex jiġu determinati l-klassifikazzjonijiet awtomatiċi l-ġodda fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri l-ġodda sottomessi. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, dik il-formula għandha tinkorpora l-ippeżar tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi determinata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fl-avviż użat bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokumenti tal-akkiwst l-oħra. Madanakollu, għal dak il-fini, kwalunkwe medda għandha titnaqqas minn qabel għal valur speċifikat.

Fejn huma awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant.

7.   Matul kull fażi ta’ rkant elettroniku l-entitajiet kontraenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-offerenti kollha biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f’kull mument. Jistgħu jikkomunikaw ukoll informazzjoni oħra rigward prezzijiet jew valuri oħra ppreżentati, dejjem jekk dan ikun iddikjarat fl-ispeċifikazzjonijiet. Fi kwalunkwe mument, dawn jistgħu jħabbru wkoll in-numru ta’ parteċipanti f’dik il-fażi tal-irkant. Madanakollu, fl-ebda każ ma jistgħu jiddivulgaw l-identitajiet tal-offerenti matul kwalunkwe fażi tal-irkant elettroniku.

8.   L-entitajiet kontraenti għandhom jagħlqu irkant elettroniku b’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:

(a)

fid-data u l-ħin indikati preċedentement;

(b)

meta ma jirċevux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, jekk qabel dawn iddikjaraw iż-żmien li huma jħallu li jgħaddi wara li jirċievu l-aħħar preżentazzjoni qabel ma jagħlqu l-irkant elettroniku; jew

(c)

meta jkun tlesta n-numru ta’ fażijiet tal-irkant identifikati preċedentement.

Meta l-entitajiet kontraenti ikollhom l-intenzjoni li jagħlqu irkant elettroniku skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, possibbilment flimkien mal-arranġamenti stabbiliti fil-punt (b) tiegħu, l-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant għandha tindika l-iskeda ta’ żmien għal kull fażi tal-irkant.

9.   Wara li jagħlqu irkant elettroniku, l-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu l-kuntratt f’konformità mal-Artikolu 82 fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.

Artikolu 54

Katalogi elettroniċi

1.   Fejn ikun meħtieġ l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ kumunikazzjoni, l-entitajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-offerti jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku jew jinkludu katalogu elettroniku.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-użu ta’ katalogi elettroniċi obbligatorju b’rabta ma’ ċerti tipi ta’ akkwist.

L-offerti ppreżentati fil-forma ta’ katalogu elettroniku jistgħu jkunu akkumpanjati minn dokumenti oħra, li jikkompletaw l-offerta.

2.   Il-katalogi elettroniċi għandhom jiġu stabbiliti mill-kandidati jew mill-offerenti bil-ħsieb li jipparteċipaw fi proċedura tal-akkwist partikolari skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format stabbiliti mill-entità kontraenti.

Barra minn hekk, il-katalogi elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-għodod ta’ komunikazzjoni elettronika kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stabbilit mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikolu 40.

3.   Fejn il-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi hija aċċettata jew meħtieġa, l-entitajiet kontraenti għandhom:

(a)

jiddikjaraw dan fl-avviż ta’ kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, jew, fejn il-mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jkun avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar;

(b)

jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist l-informazzjoni kollha meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 40(6) rigward il-format, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi għall-katalogu.

4.   Fejn ġie konkluż ftehim qafas ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed wara l-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi, l-entitajiet kontraenti jistgħu jipprovdu li l-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi jseħħ fuq il-bażi ta’ katalogi aġġornati. F’dak il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom jużaw wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

jistiedu lill-offerenti sabiex jippreżentaw mill-ġdid il-katalogi elettroniċi tagħhom, adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt inkwistjoni; jew

(b)

jinnotifikaw lill-offerenti li għandhom il-ħsieb li jiġbru mill-katalogi elettroniċi li diġà ġew ppreżentati l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni, dejjem jekk l-użu ta’ dan il-metodu jkun ġie mħabbar fid-dokumenti tal-akkwist tal-ftehim qafas.

5.   Fejn l-entitajiet kontraenti jiftħu mill-ġdid kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi skont il-punt (b) tal-paragrafu 4, dawn għandhom jinnotifikaw lill-offerenti bid-data u l-ħin li fihom għandhom il-ħsieb li jiġbru l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni u għandhom jagħtu lill-offerenti l-possibilità li jiċħdu tali ġbir ta’ informazzjoni.

L-entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu perijodu adegwat bejn in-notifika u l-istess ġbir tal-informazzjoni.

Qabel ma jagħtu l-kuntratt, l-entitajiet kontraenti għandhom jippreżentaw l-informazzjoni miġbura lill-offerent ikkonċernat, sabiex b’hekk jagħtuh l-opportunità li jikkontesta jew jikkonferma li l-offerta hekk ikkostitwita ma fiha l-ebda żball materjali.

6.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti fuq il-bażi ta’ sistema dinamika ta’ xiri billi jesiġu li offerti għal kuntratt speċifiku għandhom jiġu ppreżentati fil-format ta’ katalogu elettroniku.

L-entitajiet kontraenti jistgħu wkoll jagħtu kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 dejjem jekk it-talba għal parteċipazzjoni fis-sistema dinamika ta’ xiri tkun akkumpanjata minn katalogu elettroniku skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format stabbiliti mill-entità kontraenti. Sussegwentement, dak il-katalogu għandu jimtela’ mill-kandidati, meta dawn ikunu ġew mgħarrfa bl-intenzjoni tal-entità kontraenti li tikkostitwixxi l-offerti permezz tal-proċedura stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 4.

Artikolu 55

Attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri u korpi ċentrali tax-xiri

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi mingħand korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tax-xiri msemmija fil-punt (a) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-entitajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw xogħlijiet, provvisti u servizzi billi jużaw kuntratti mogħtija minn korp ċentrali tax-xiri, bl-użu ta’ sistemi dinamiċi tax-xiri operati minn korp ċentrali tax-xiri jew bl-użu ta’ ftehim qafas konkluż minn korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2. Fejn sistema dinamika ta’ xiri li tkun operata minn korp ċentrali tax-xiri tista’ tintuża minn entitajiet kontraenti oħrajn, dan għandu jiġi indikat fis-sejħa għal kompetizzjoni li tistabbilixxi dik is-sistema dinamika ta’ xiri.

Fir-rigward tal-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ċerti akkwisti għandhom isiru permezz tal-korpi ċentrali tax-xiri jew permezz ta’ korp ċentrali speċifiku tax-xiri wieħed jew aktar.

2.   Entità kontraenti tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta takkwista provvisti jew servizzi mingħand korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tax-xiri msemmija fil-punt (a) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.

Barra minn hekk, entità kontraenti tissodisfa wkoll l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta takkwista xogħlijiet, provvisti jew servizzi billi tuża kuntratti mogħtija mill-korp ċentrali tax-xiri, bl-użu ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri operati mill-korp ċentrali tax-xiri jew billi jużaw ftehim qafas konkluż mill-korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tax-xiri msemmija fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.

Madankollu, l-entità kontraenti kkonċernata għandha tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li tmexxi hija stess, bħal:

(a)

l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika ta’ xiri, li tkun operata minn korp ċentrali tax-xiri; jew

(b)

it-twettiq tal-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali tax-xiri.

3.   Il-proċeduri kollha tal-akkwist immexxija minn korp ċentrali tax-xiri għandhom jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 40.

4.   Mingħajr ma japplikaw il-proċeduri previsti f’din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratt ta’ servizzi għall-provvista ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri lil korp ċentrali tax-xiri.

Tali kuntratti ta’ servizzi jistgħu jinkludu wkoll il-provvista ta’ attivitajiet anċillari ta’ xiri.

Artikolu 56

Akkwisti konġunti okkażjonali

1.   Żewġ entitajiet kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt.

2.   Fejn it-twettiq ta’ proċedura tal-akkwisti ssir kollha kemm hi b’mod konġunt f’isem u għan-nom tal-entitajiet kontraenti kkonċernati kollha, huma għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Dan japplika wkoll f’każijiet fejn entità kontraenti waħda tamminstra l-proċedura tal-akkwist, waqt li taġixxi f’isimha stess u f’isem l-entitajiet kontraenti l-oħra kkonċernati.

Fejn it-twettiq ta’ proċedura tal-akkwist ma tkunx kollha kemm hi mwettqa f’isem u għan-nom tal-entitajiet kontraenti kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt biss għal dawk il-partijiet imwettqin b’mod konġunt. Kull entità kontraenti għandu jkollha r-responsabbiltà unika li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li hija twettaq f’isimha u għan-nom tagħha stess.

Artikolu 57

Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 28 sa 31, l-entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jaġixxu b’mod konġunt fl-għoti ta’ kuntratti billi jużaw wieħed mill-mezzi previsti f’dan l-Artikolu.

L-entitajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-mezzi previsti f’dan l-Artikolu għall-fini li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji tad-dritt pubbliku f’konformità mad-dritt tal-Unjoni li huma soġġetti għalih fl-Istat Membru tagħhom.

2.   Stat Membru ma għandux jipprojbixxi lill-entitajiet kontraenti tiegħu milli jużaw attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri offruti minn korpi ċentrali ta’ xiri li jinsabu fi Stat Membru ieħor.

Madankollu, fir-rigward ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri offruti minn korpi ċentrali tax-xiri li jinsabu fi Stat Membru ieħor li mhuwiex tal-entità kontraenti, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jispeċifikaw li l-entitajiet kontraenti tagħhom jistgħu jużaw biss l-attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri kif definiti jew fil-punt (a) jew fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.

3.   Il-provvista tal-attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri minn korp ċentrali tax-xiri li jinsab fi Stat Membru ieħor għandha titmexxa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali tax-xiri.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali tax-xiri għandhom japplikaw ukoll għal dan li ġej:

(a)

l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

it-twettiq ta’ ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas.

4.   Diversi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jagħtu kuntratt pubbliku, jikkonkludu ftehim qafas jew joperaw sistema dinamika ta’ xiri b’mod konġunt. Huma jistgħu wkoll jagħtu kuntratti fuq il-bażi tal-ftehim qafas jew tas-sistema dinamika ta’ xiri. Sakemm l-elementi neċessarji ma jkunux ġew irregolati minn ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Istati Membri kkonċernati, l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom jikkonkludu ftehim li jiddetermina:

(a)

ir-responsabbiltajiet tal-partijiet u d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli relevanti;

(b)

l-organizzazzjoni interna tal-proċedura tal-akkwist, inklużi l-ġestjoni tal-proċedura, id-distribuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvisti jew servizzi li ser jiġu akkwistati, u l-konklużjoni tal-kuntratti.

Entità kontraenti parteċipanti tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta tixtri xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn entità kontraenti li hija responsabbli għall-proċedura tal-akkwist. Meta jiġu determinati r-responsabbiltajiet u l-liġi nazzjonali applikabbli kif imsemmija fil-punt (a), l-entitajiet kontraenti parteċipanti jistgħu jallokaw responsabbiltajiet speċifiċi bejniethom u jiddeterminaw id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali applikabbli ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri rispettivi. L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-liġi nazzjonali applikabbli li tirriżulta għandhom jissemmew fid-dokumenti tal-akkwist għal kuntratti mogħtija b’mod konġunt.

5.   Fejn diversi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti waqqfu entità legali konġunta, inklużi r-Raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) jew entitajiet oħra stabbiliti skont id-dritt tal-Unjoni, permezz ta’ deċiżjoni tal-korp kompetenti tal-entità konġunta, l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom jaqblu dwar ir-regoli tal-akkwist nazzjonali applikabbli ta’ wieħed mill-Istati Membri li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha;

(b)

id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta qed twettaq l-attivitajiet tagħha.

Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jew japplika għal perijodu indeterminat, fejn dan ikun stabbilit fl-att kostituttiv tal-entità konġunta, jew jista’ jiġi limitat għal ċertu perijodu ta’ żmien, għal ċerti tipi ta’ kuntratti jew għal għotja ta’ kuntratt individwali waħda jew aktar.

KAPITOLU III

Kondotta tal-proċedura

Taqsima 1

Tħejjija

Artikolu 58

Konsultazzjonijiet preliminari tas-suq

Qabel ma jniedu proċedura ta’ akkwist, l-entitajiet kontraenti jistgħu jorganizzaw konslutazzjonijiet mas-suq bil-ħsieb tat-tħejjija tal-akkwist u biex jgħarrfu lill-operaturi ekonomiċi bil-pjanijiet u r-rekwiżiti ta’ akkwist tagħhom.

Għal dan il-għan, l-entitajiet kontraenti jistgħu pereżempju jfittxu jew jaċċettaw parir minn esperti jew awtoritajiet indipendenti jew minn parteċipanti tas-suq. Dak il-parir jista’ jintuża fl-ippjanar u t-twettiq tal-proċedura tal-akkwist, sakemm dan il-parir ma jkollux l-effett ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

Artikolu 59

Involviment minn qabel ta’ kandidati jew offerenti

Fejn kandidat jew offerent jew impriża relatata ma’ kandidat jew offerent ta parir lill-entità kontraenti, sew jekk fil-kuntest tal-Artikolu 58 u sew jekk le, jew kien involut b’xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tieħu l-miżuri adatti sabiex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix mgħawġa mill-parteċipazzjoni ta’ dak il-kandidat jew l-offerent.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-komunikazzjoni lill-kandidati u l-offerenti l-oħra ta’ informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest ta’ jew li tirriżulta mill-involviment tal-kandidat jew l-offerent fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist u l-iffissar ta’ limiti ta’ żmien adegwati għar-riċevuta ta’ offerti. Il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż biss minn dik il-proċedura fejn ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dmir ta’ osservazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Qabel kull esklużjoni bħal din, il-kandidati jew l-offerenti għandhom jingħataw l-opportuntià li juru li l-involviment tagħhom fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist ma jistax jgħawweġ il-kompetizzjoni. Il-miżuri meħuda għandhom jiġu dokumentati fir-rapport individwali meħtieġ mill-Artikolu 100.

Artikolu 60

Speċifikazzjonijiet tekniċi

1.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jistabbilixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħlijiet, servizz jew provvista.

Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall-proċess jew metodu speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mitluba jew għal proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu anke fejn tali fatturi ma jiffurmawx parti mis-sustanza materjali tagħhom, dment li huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonali għall-valur u l-objettivi tiegħu.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jispeċifikaw ukoll jekk hux ser ikun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Għall-akkwisti kollha li huma maħsubin għall-użu minn persuni fiżiċi, kemm jekk il-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk il-persunal tal-entità kontraenti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, minbarra f’każijiet debitament ġustifikati, għandhom jitfasslu b’mod li jieħdu kont tal-kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha.

Fejn ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ aċċessibbiltà huma adottati permezz ta’ att legali tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibilità għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha, jiġu definiti b’referenza għalihom.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom joffru aċċess ugwali tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-akkwist u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mingħajr ġustifikazzjoni għall-ftuħ tal-akkwist pubbliku għal kompetizzjoni.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli tekniċi nazzjonali obbligatorji, sa fejn ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu formulati b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

f’termini tar-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali, inklużi l-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lill-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u l-entitajiet kontraenti jitħallew jagħtu l-kuntratt;

(b)

permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, fl-ordni ta’ preferenza, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, il-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew - fejn xi waħda minn dawk ma teżistix - l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-użu tal-provvisti;

(c)

f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali msemmija fil-punt (a), b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) bħala mezz ta’ suppożizzjoni ta’ konformità ma’ tali rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali;

(d)

permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) għal ċerti karatteristiċi, u permezz ta’ referenza għar-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali msemmija fil-punt (a) għal karatteristiċi oħrajn.

4.   Sakemm dan ma jkunx ġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jirreferu għal isem ta’ ditta jew provenjenza speċifiċi, jew proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu favoriti jew eliminati ċerti impriżi jew ċerti prodotti. Din ir-referenza għandha tkun permessa, fuq bażi eċċezzjonali, fejn ma tkunx possibbli deskrizzjoni preċiża u intelliġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt skont il-paragrafu 3. Din ir-referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

5.   Fejn entità kontraenti tuża l-għażla li tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, ma għandhiex tiċħad offerta minħabba r-raġuni li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għalihom ġiet ippreżentata l-offerta ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li hi rreferiet għalihom, ladarba l-offerent jagħti prova fl-offerta tiegħu bi kwalunkwe mezz adatt, inkluż il-mezz ta’ prova msemmi fl-Artikolu 62 li s-soluzzjonijiet proposti jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b’mod ekwivalenti.

6.   Fejn entità kontraenti tuża l-għażla prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li tifformula speċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali, ma għandhiex tiċħad offerta għal provvisti, servizzi jew xogħlijiet li jikkonformaw ma’ standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, ma’ approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjoni teknika komuni, standard internazzjonali jew sistema ta’ referenza teknika stabbilita minn korp ta’ standardizzazzjoni Ewropew, fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jindirizzaw ir-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali li hi tkun stabbilixxiet.

Fl-offerta tiegħu, l-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz adatt, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 62, li l-provvisti, is-servizz jew ix-xogħol konformi mal-istandard jilħqu r-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali tal-entità kontraenti.

Artikolu 61

Tikketti

1.   Fejn entitajiet kontraenti jkollhom l-intenzjoni jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi speċifiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn huma jistgħu, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew fil-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt, jitolbu tikketta speċifika bħala mezz ta’ prova li x-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti jikkorrispondu għall-karatteristiċi meħtieġa, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

ir-rekwiżiti tat-tikketta jikkonċernaw biss kriterji li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma adegwati sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(b)

ir-rekwiżiti tat-tikketta huma bbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji;

(c)

it-tikketti huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, is-sħab soċjali, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi;

(d)

it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(e)

ir-rekwiżiti tat-tikketta huma stipulati minn parti terza li fuqha l-operatur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta ma jistax jeżerċita influwenza deċiżiva.

Fejn l-entitajiet kontraenti ma jeħtiġux li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tat-tikketta, huma għandhom jindikaw ir-rekwiżiti tat-tikketta li qed issir referenza għalihom.

L-entitajiet kontraenti li jirrikjedu tikketta speċifika għandhom jaċċettaw it-tikketti kollha li jikkonfermaw li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jissodisfaw rekwiżiti tat-tikketta ekwivalenti.

Fejn operatur ekonomiku jkun wera li ma għandux il-possibbiltà li jikseb it-tikketta speċifika indikata mill-entità kontraenti jew tikketta ekwivalenti fil-limiti taż-żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-entità kontraenti għandha taċċetta mezzi adatti oħrajn ta’ prova, li jistgħu jinkludu dossier tekniku mill-manifattur, dment li l-operatur ekonomiku konċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li huwa għandu jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikketta speċifika jew ir-rekwiżiti speċifiċi indikati mill-entità kontraenti.

2.   Fejn tikketta tissodisfa l-kondizzjonijiet previsti fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 iżda tistabbilixxi wkoll rekwiżiti mhux marbutin mas-suġġett tal-kuntratt, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jesiġu t-tikketta bħala tali iżda jistgħu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjoni teknika b’referenza għal dawk tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta’ dik it-tikketta, jew inkella, fejn dan ikun neċessarju, partijiet minnha li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u li jkunu adatti sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ dan is-suġġett.

Artikolu 62

Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu rapport tat-test minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità jew ċertifikat maħruġ minn tali korp bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mar-rekwiżiti jew kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

Fejn l-entitajiet kontraenti jirrikjedu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati mfasslin minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità speċifiku, l-entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati minn korpi għall-valutazzjoni tal-konformità ekwivalenti oħrajn.

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, korp għall-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inkluż l-ikkalibrar, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42).

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw mezzi adatti oħra ta’ prova li huma differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, bħal dossier tekniku tal-manifattur, fejn l-operatur ekonomiku konċernat ma kellux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti dwar l-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1, jew l-ebda possibilità li jiksibhom fil-limiti taż-żmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess mhuwiex attribwibbli lill-operatur ekonomiku konċernat u sakemm l-operatur ekonomiku konċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti jew il-kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

3.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni relatata mal-prova u dokumenti ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 60(6), l-Artikolu 61 u l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-operatur ekonomiku għandhom jipprovdu din l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 102.

Artikolu 63

Komunikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi

1.   Fuq talba tal-operaturi ekonomiċi interessati li jiksbu kuntratt, b’mod regolari, l-entitajiet kontraenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi imsemmija fil-kuntratti tagħhom ta’ provvista, xogħlijiet jew servizzi li beħsiebhom japplikaw għal kuntratti li s-sejħa għal kompetizzjoni tagħhom huwa avviż perjodiku indikattiv. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni b’mezzi elettroniċi permezz ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas.

Madankollu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu trasmessi permezz ta’ mezzi oħra li mhux mezzi elettroniċi fejn aċċess mingħajr restrizzjonijiet sħiħ, dirett u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist ma jistax jiġi offrut għal waħda mir-raġunijiet imniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) jew fejn l-aċċess mhux ristrett, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist ma jistx jiġi offrut minħabba li l-entitajiet kontraenti beħsiebhom japplikaw l-Artikolu 39(2).

2.   Fejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu bbażati fuq dokumenti disponibbli għall-operaturi ekonomiċi b’mezzi elettroniċi permezz ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas, l-inklużjoni ta’ referenza għal dawk id-dokumenti għandha tkun biżżejjed.

Artikolu 64

Varjanti

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw jew jesiġu lill-offerenti li jippreżentaw varjanti li jilħqu r-rekwiżiti minimi speċifikati mill-entità kontraenti.

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk jawtorizzawx jew jesiġux varjanti u, jekk iva, ir-rekwiżiti minimi li għandhom jiġu milħuqa mill-varjanti u kwalunkwe rekwiżit speċifiku għall-preżentazzjoni tagħhom, b’mod partikolari jekk il-varjanti jistgħux jiġu ppreżentati biss fejn offerta, li ma tkunx varjant, tkun ġiet ippreżentata wkoll. Fejn ikunu awtorizzati jew rikjesti varjanti, dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-kriterji tal-għoti magħżula jistgħu jiġu applikati għall-varjanti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti minimi kif ukoll għal offerti li jikkonformaw li mhumiex varjanti.

2.   Fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista jew kuntratti ta’ servizzi, l-entitajiet kontraenti li awtorizzaw jew irrikjedew varjanti ma għandhomx jirrifjutaw varjant fuq il-bażi unika li, jekk jintlaqa’, dan iwassal jew għal kuntratt ta’ servizz minflok kuntratt ta’ provvista jew għal kuntratt ta’ provvista minflok kuntratt ta’ servizz.

Artikolu 65

Tqassim ta’ kuntratti f’lottijiet

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kuntratt fil-forma ta’ lottijiet separati u jistgħu jiddeterminaw id-daqs u s-suġġett ta’ tali lottijiet.

Fl-avviż ta’ kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, jew, fejn il-mezzi għas-sejħa għal kompetizzjoni hija avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk l-offerti jistgħux jiġu ppreżentati biss għal lott wieħed, għal diversi lottijiet jew għal-lottijiet kollha.

2.   L-entitajiet kontraenti jistgħu, anke fejn jistgħu jiġu ppreżentati offerti għal diversi lottijiet jew għal-lottijiet kollha, jillimitaw in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent wieħed, sakemm in-numru massimu ta’ lottijiet għal kull offerent ikun iddikjarat fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, għal offerta jew għal negozjar. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw l-objettiv u l-kriterji jew ir-regoli mhux diskriminatorji li huma beħsiebhom japplikaw biex jiddeterminaw liema lottijiet ser jingħataw fejn l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti tirriżulta fl-għoti lil offerent wieħed ta’ aktar lottijiet min-numru massimu.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, fejn jista’ jingħata aktar minn lott wieħed lill-istess offerent, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratt li jikkombina diversi lottijiet jew il-lottijiet kollha fejn ikunu speċifikaw fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istendina għall-konferma tal-interess, għal offerta jew għal negozjar li huma jirriservaw il-possibbiltà li jagħmlu dan u jindikaw kif il-lottijiet jew il-gruppi jistgħu jiġu kkombinati.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju l-għoti ta’ kuntratti fil-forma ta’ lottijiet separati taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u b’konsiderazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u, fejn adatt, il-paragrafu 3.

Artikolu 66

Determinazzjoni tal-limiti taż-żmien

1.   Meta jiffissaw il-limiti ta’ żmien għat-talbiet għal parteċipazzjoni u r-riċevuta ta’ offerti, l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu kont partikolari tal-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fl-Artikolu 45 sa 49.

2.   Fejn l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara fuq il-post jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti li jappoġġaw id-dokumenti tal-akkwist, il-limiti ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti, li għandhom ikunu itwal mil-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fl-Artikoli 45 sa 49, għandhom jiġu ffissati sabiex l-operaturi ekonomiċi kkonċernati kollha jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinħolqu l-offerti.

3.   L-entitajiet kontraenti għandhom jestendu l-limiti taż-żmien għar-riċevuta ta’ offerti sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinħolqu l-offerti fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn, għal kwalunkwe raġuni, l-informazzjoni addizzjonali, għalkemm mitluba mill-operatur ekonomiku fi żmien adegwat, ma tiġix ipprovduta tal-anqas sitt ijiem qabel l-iskadenza ffissata għar-riċevuta tal-offerti. Fil-każ ta’ proċedura miftuħa aċċelerata kif imsemmi fl-Artikolu 45(3), dak il-perijodu għandu jkun ta’ erbat ijiem;

(b)

fejn isiru bidliet sinifikanti lid-dokumenti tal-akkwist.

It-tul tal-estensjoni għandu jkun proporzjonat mal-importanza tal-informazzjoni jew tal-bidla.

Fejn l-informazzjoni addizzjonali ma ġietx mitluba fi żmien adegwat jew l-importanza tagħha mhix sinifikanti fid-dawl tat-tħejjija ta’ offerti reattivi,l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu meħtieġa li jestendu l-limiti ta’ żmien.

Taqsima 2

Pubblikazzjoni u trasparenza

Artikolu 67

Avviżi perjodiċi indikattivi

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jħabbru l-intenzjonijiet tagħhom ta’ akkwisti ppjanati permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż perjodiku indikattiv. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fil-parti A, taqsima I tal-Anness VI. Għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew mill-entitajiet kontraenti fuq il-profili ta’ xerrej tagħhom f’konformità mal-punt 2(b) tal-Anness IX. Fejn l-avviż perjodiku indikattiv jiġi ppubblikat mill-entitajiet kontraenti fuq il-profil tax-xerrej tagħhom, huma għandhom jibagħtu avviż tal-pubblikazzjoni tal-avviż perjodiku indikattiv fuq profil ta’ xerrej lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-punt 3 tal-Anness IX. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness VI Parti B.

2.   Meta sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż perjodiku indikattiv fir-rigward ta’ proċeduri ristretti jew proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, l-avviż għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jirreferi b’mod speċifiku għall-provvisti, ix-xogħlijiet jew is-servizzi li se jkunu s-suġġett tal-kuntratt li għandu jingħata;

(b)

jindika li l-kuntratt ser jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata mingħajr pubblikazzjoni ulterjuri ta’ sejħa għal kompetizzjoni u li jistieden lill-operaturi ekonomiċi interessati sabiex jesprimu l-interess tagħhom;

(c)

jkun fih, minbarra l-informazzjoni stabbilita fil-parti A, taqsima I tal-Anness VI, l-informazzjoni stabbilita fil-parti A, taqsima II tal-Anness VI;

(d)

ikun intbagħat għall-pubblikazzjoni mhux aktar minn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-konferma tal-interess.

Dawn l-avviżi ma għandhomx jiġu ppubbblikati fuq profil ta’ xerrej. Madankollu, il-pubblikazzjoni addizzjonali fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 72, jekk ikun hemm, tista’ ssir fuq profil ta’ xerrej.

Il-perijodu kopert mill-avviż perjodiku indikattiv għandu bħala massimu jkun ta’ 12-il xahar mid-data li fiha l-avviż jkun intbagħat għall-pubblikazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra, l-avviż perjodiku indikattiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) jista’ jkopri perijodu li jkun itwal minn 12-il xahar.

Artikolu 68

Avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki

1.   Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jimplimentaw sistema ta’ kwalifiki skont l-Artikolu 77, is-sistema għandha tkun is-suġġet ta’ avviż kif imsemmi fl-Anness X, li jindika l-fini tas-sistema ta’ kwalifiki u kif għandu jsir aċċess għar-regoli rigward it-tħaddim tagħha.

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw il-perijodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifiki fl-avviż dwar l-eżistenza tas-sistema. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ validità, billi jużaw il-formoli standard li ġejjin:

(a)

fejn il-perijodu ta’ validità jinbidel mingħajr ma tiġi tterminata s-sistema, il-formola għall-avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistemi ta’ kwalifiki;

(b)

fejn is-sistema tiġi tterminata, avviż dwar għoti ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 70.

Artikolu 69

Avviżi dwar kuntratti

L-avviżi dwar kuntratti jistgħu jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha. Dawn għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fil-parti rilevanti tal-Anness XI u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 71.

Artikolu 70

Avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratt

1.   Mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konklużjoni ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas wara d-deċiżjoni dwar l-għoti jew il-konklużjoni tiegħu, l-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż dwar kuntratt bir-riżultati tal-proċedura tal-akkwist.

Dan l-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XII u għandu jiġi ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 71.

2.   Fejn is-sejħa għal kompetizzjoni għall-kuntratt ikkonċernat tkun saret fil-forma ta’ avviż perjodiku indikattiv u l-entità kontraenti tkun iddeċidiet li mhijiex ser tagħti kuntratti ulterjuri matul il-perijodu kopert mill-avviż perjodiku indikattiv, l-avviż dwar l-għoti ta’ kuntratt għandu jkun fih indikazzjoni għal dak l-effett.

Fil-każ ta’ ftehimiet qafas konklużi f’konformità mal-Artikolu 51, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx ikunu marbutin li jibagħtu avviż bir-riżultati tal-proċedura tal-akkwist għal kull kuntratt ibbażat fuq dak il-ftehim. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti għandhom jiġbru l-avviżi tar-riżultati tal-proċedura tal-akkwist għal kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.

L-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż dwar għoti ta’ kuntratt fi żmien 30 jum mill-għoti ta’ kull kuntratt fuq il-bażi ta’ sistema dinamika ta’ xiri. Madankollu huma jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.

3.   L-informazzjoni pprovduta skont l-Anness XII u intenzjonata għall-pubblikazzjoni għandha tiġi ppubblikata skont l-Anness IX. Ċerta informazzjoni dwar l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas tista’ ma titħallhiex tiġi ppubblikata fejn il-pubblikazzjoni tkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku jew tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku partikolari, pubbliku jew privat, jew fejn din tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn l-operaturi ekonomiċi.

Fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp (“servizzi R&Ż”), l-informazzjoni li tikkonċerna n-natura u l-kwantità tas-servizzi tista’ rispettivament tkun limitata għal:

(a)

l-indikazzjoni “servizzi R&Ż” fejn il-kuntratt ingħata permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-Artikolu 50(b);

(b)

informazzjoni li tal-inqas hija dettaljata hekk kif kien indikat fl-avviż li ntuża bħala mezz għal sejħa għal kompetizzjoni.

4.   Informazzjoni pprovduta f’konformità mal-Anness XII u mmarkata bħala mhux maħsuba għall-pubblikazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’forma simplifikata biss u f’konformità mal-Anness IX għal skopijiet statistiċi.

Artikolu 71

Forma u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

1.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67 sa 70 għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi VI Parti A, VI Parti B, X, XI u XII u fil-format ta’ formoli standard, inklużi formoli standard għal corrigenda.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk il-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 105.

2.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67 sa 70 għandhom jitfasslu, jintbagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati skont l-Anness IX. L-avviżi għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu. L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-avviżi mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġġarrbu mill-Unjoni.

3.   L-avviżi msemmija fl-Artikolu 67 sa 70 għandhom jiġu ppubblikati sħaħ fil-lingwa/i uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea magħżulin mill-entità kontraenti. Dik il-verżjoni lingwistika jew dawk il-verżjonijiet lingwistiċi għandhom jikkostitwixxu l-uniku test awtentiku/l-uniċi testi awtentiċi. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikati fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

4.   L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiżgura li t-test sħiħ u s-sommarju tal-avviżi perjodiċi indikattivi msemmija fl-Artikolu 67(2), sejħiet għal kompetizzjoni li jistabbilixxu sistema dinamika ta’ xiri kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 52(3) u l-avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki użata bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 44(2) għandhom jibqgħu jiġu ppubblikati:

(a)

fil-każ ta’ avviżi perjodiċi indikattivi għal 12-il xahar jew sakemm jiġi riċevut avviż dwar għoti ta’ kuntratt kif previst fl-Artikolu 70(2) li jindika li l-ebda kuntratti ulterjuri ma huma se jingħataw matul il-perijodu ta’ 12-il xahar kopert mis-sejħa għalkompetizzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi soċjali jew servizzi oħra speċifiċi, l-avviż perjodiku informattiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) għandu jibqa’ jiġi ppubblikat sa tmiem il-perijodu ta’ validità indikat oriġinarjament jew sakemm avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jiġi riċevut kif previst fl-Artikolu 70 b’indikazzjoni li mhux ser jingħataw aktar kuntratti matul il-perijodu kopert bis-sejħa għal kompetizzjoni;

(b)

fil-każ ta’ sejħiet għal kompetizzjoni li jistabbilixxu sistema dinamika ta’ xiri, għall-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri;

(c)

fil-każ ta’ avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki għall-perijodu ta’ validità tagħha.

5.   L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu provi tad-dati li fihom jintbagħtu l-avviżi.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti konferma lill-entità kontraenti dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, li fiha tindika d-data ta’ dik il-pubblikazzjoni. Din il-konferma għandha tikkostitwixxi prova tal-pubblikazzjoni.

6.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw avviżi dwar kuntratti għal xogħlijiet, provvisti jew servizz li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva dejjem jekk dawk l-avviżi jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’mezzi elettroniċi skont il-format u l-proċeduri għat-trasmissjoni indikati fl-Anness IX.

Artikolu 72

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

1.   L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67 sa 70 u l-informazzjoni li tinsab fihom ma għandhomx jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali qabel il-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 71. Madankollu, fi kwalunkwe eventwalità l-pubblikazzjoni tista’ ssir fil-livell nazzjonali meta l-entitajiet kontraenti ma jkunux ġew innotifikati bil-pubblikazzjoni fi żmien 48 siegħa wara l-konferma tar-riċevuta tal-avviż skont l-Artikolu 71.

2.   L-avviżi ppubblikati fil-livell nazzjonali ma għandux ikun fihom informazzjoni għajr dik li jkun hemm fl-avviżi mibgħuta lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew dik ippubblikata fuq profil ta’ xerrej, iżda għandhom jindikaw id-data li fiha ntbagħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew id-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq il-profil ta’ xerrej.

3.   L-avviżi perjodiċi indikattivi ma għandhomx jiġu ppubblikati fuq profil ta’ xerrej qabel ma jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea l-avviż tal-pubblikazzjoni tagħhom f’dik il-forma.

Artikolu 73

Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom, b’mezzi elettroniċi, joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 71 jew mid-data li fiha tkun intbgħatet stedina għall-konferma tal-interess.

Fejn il-mezzi għas-sejħa għal kompetizzjoni jkun avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, dan l-aċċess għandu jiġi offrut malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn meta tintbagħat l-istedina għall-offerti jew għan-negozjar. It-test tal-avviż jew ta’ dawk l-istediniet għandu jispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fih ikunu aċċessibbli d-dokumenti tal-offerta.

Fejn ma jistax jiġu offrut l-aċċess dirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist minħabba waħda mir-raġunijiet stiplulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1), l-entitajiet kontraenti jistgħu jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma ta’ interess li d-dokumenti tal-akkwist ikkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra mhux mezzi elettroniċi skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jiġi mtawwal b’ħamest ijiem, għajr fil-każijiet ta’ urġenza debitament sostanzjata msemmija fl-Artikolu 45(3) u fejn il-limitu ta’ żmien ikun stabbilit bi qbil reċiproku skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2).

Fejn ma jistax jiġu offrut aċċessdirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist minħabba l-fatt li l-entitajiet kontraenti jkollhom l-intenzjoni li japplikaw l-Artikolu 39(2), huma għandhom jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma ta’ interess jew, fejn il-mezzi tas-sejħa għal kompetizzjoni tkun avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fid-dokumenti tal-akkwist liema miżuri maħsuba għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni huma jesiġu u kif għandu jinkiseb l-aċċess għad-dokumenti kkonċernati. F’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jiġi mtawwal b’ħamest ijiem, għajr fil-każijiet ta’ urġenza debitament sostanzjata msemmija fl-Artikolu 45(3) u fejn il-limitu ta’ żmien ikun stabbilit bi qbil reċiproku skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2).

2.   Sakemm it-talba tkun saret fi żmien adegwat, l-entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali relatata mal-ispeċifikazzjonijiet u kwalunkwe dokument ta’ sostenn lill-offerenti kollha li qed jieħdu sehem fil-proċedura tal-akkwist mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel il-limitu ta’ żmien stabbilit għar-riċevuta ta’ offerti. Fil-każ ta’ proċedura miftuħa aċċelerata kif imsemmi fl-Artikolu 45(3), dak il-perijodu għandu jkun ta’ erbat ijiem.

Artikolu 74

Stediniet lill-kandidati

1.   Fi proċeduri ristretti, proċeduri ta’ djalogi kompetittivi, sħubijiet għall-innovazzjoni u proċeduri nnegozjati b’sejħiet għal kompetizzjoni minn qabel, b’mod simultanju u bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-kandidati magħżula sabiex jippreżentaw l-offerti tagħhom, jieħdu sehem fid-djalogu jew jinnegozjaw.

Fejn avviż perjodiku indikattiv jintuża bħala sejħa għal kompetizzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 44(4), b’mod simultanju u bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-operaturi ekonomiċi li jkunu wrew l-interess tagħhom sabiex jikkonfermaw l-interess kontinwat tagħhom.

2.   L-istediniet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu referenza għal indirizz elettroniku li fih id-dokumenti tal-akkwist tqiegħdu għal dispożizzjoni diretta b’mezzi elettroniċi. L-istediniet għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti tal-akkwist, fejn dawk id-dokumenti ma jkunux is-suġġett ta’ aċċess dirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas, għar-raġunijiet stipulati fit-tielet jew ir-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1) u ma jkunux saru disponibbli b’xi mod ieħor. Barra minn hekk, l-istediniet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Anness XIII.

Artikolu 75

L-infurmar lill-applikanti għall-kwalifika, kandidati u offerenti

1.   Malajr kemm jista’ jkun, l-entitajiet kontraenti għandhom jinfurmaw lil kull kandidat u offerent bid-deċiżjonijiet li ħadu rigward il-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-għoti ta’ kuntratt jew ammissjoni għal sistema dinamika ta’ xiri, inklużi r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li ma jiġix konkluż ftehim qafas, li ma jingħatax kuntratt li għalih tkun saret sejħa għal kompetizzjoni jew li terġa’ tinfetaħ il-proċedura, jew li ma tiġix implimentata sistema dinamika ta’ xiri.

2.   Fuq talba minn kwalunkwe kandidat jew offerent ikkonċernat, malajr kemm jista’ jkun, u f’kull eventwalità fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jinfurmaw:

(a)

lil kull kandidat li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal parteċipazzjoni;

(b)

lil kull offerent li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu, inklużi, għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 60(5) u (6), ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta’ nuqqas ta’ ekwivalenza jew għad-deċiżjoni tagħha li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jew dawk funzjonali;

(c)

lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bil-karatteritsiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula, kif ukoll l-isem tal-offerenti jew il-partijiet għall-ftehim qafas li ntagħżlu;

(d)

lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bit-twettiq u l-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.

3.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jżommu ċerta informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 milli tiġi ppubblikata dwar l-għoti ta’ kuntratt, il-konklużjoni tal-ftehim qafas jew dwar l-ammissjoni għal sistema dinamika ta’ xiri, ma għandhiex tiġi ppubblikata fejn il-pubblikazzjoni tkun ixxekkel l-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku jew tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku partikolari, pubbliku jew privat, jew li tkun tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn l-operaturi ekonomiċi.

4.   L-entitajiet kontraenti li jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta’ kwalifika għandhom jinfurmaw lill-applikanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar il-kwalifika fi żmien sitt xhur.

Jekk id-deċiżjoni ma tkunx ser tieħu aktar minn erba’ xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, l-entità kontraenti għandha tinforma lill-applikant, fi żmien xahrejn mill-applikazzjoni, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-perijodu itwal u sad-data massima li fiha l-applikazzjoni tiegħu ser tiġi aċċettata jew miċħuda.

5.   L-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda għandhom jiġu infurmati bid-deċiżjoni ta’ ċaħda u bir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn 15-il jum mid-data tad-deċiżjoni ta’ ċaħda. Ir-raġunijiet għandhom ikunu bbażati fuq kriterji għall-kwalifika msemmija fl-Artikolu 77(2).

6.   L-entitajiet kontraenti li jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta’ kwalifika jistgħu jtemmu l-kwalifika ta’ operatur ekonomiku għal dawk ir-raġunijiet ibbażati fuq il-kriterji għall-kwalifika msemmija fl-Artikolu 77(2) biss. Kull ħsieb sabiex tintemm il-kwalifika għandu tiġi notifikata bil-miktub lill-operatur ekonomiku, tal-anqas 15-il jum mid-data li fiha tkun ser tintemm il-kwalifika, flimkien mar-raġuni jew ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-azzjoni proposta.

Taqsima 3

Għażla ta’ parteċipanti u għoti ta’ kuntratti

Artikolu 76

Prinċipji ġenerali

1.   Għall-finijiet tal-għażla ta’ parteċipanti fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom, għandhom japplikaw ir-regoli kollha ġejjin:

(a)

l-entitajiet kontraenti jkunu pprovdew ir-regoli u l-kriterji ta’ esklużjoni tal-offerti jew tal-kandidati f’konformità mal-Artikolu 78(1) jew l-Artikolu 80(1) għandhom jeskludu operaturi ekonomiċi identifikati skont dawn ir-regoli u li jissodisfaw dawn il-kriterji;

(b)

għandhom jagħżlu offerenti u kandidati skont ir-regoli u l-kriterji oġġettivi stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 78 u 80;

(c)

fi proċeduri ristretti, fi proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni, fi djalogi kompetittivi u fi sħubijiet għall-innovazzjoni, fejn dan ikun adatt, dawn għandhom inaqqsu l-għadd ta’ kandidati magħżula skont il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 78(2).

2.   Fejn sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika u għall-fini li jintgħażlu parteċipanti fil-proċeduri ta’ akkwist għall-kuntratti speċifiċi li huma s-suġġett tas-sejħa għal kompetizzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom:

(a)

jikkwalifikaw operaturi ekonomiċi f’konformità mal-Artikolu 77;

(b)

japplikaw, għal dawn l-operaturi ekonomiċi kkwalifikati, dawk id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 li huma rilevanti għal proċeduri ristretti jew innegozjati, għal djalogi kompetittivi jew għal sħubijiet għall-innovazzjoni.

3.   Meta jagħżlu l-parteċipanti għal proċedura ristretta jew innegozjata, għal djalogu kompetittiv jew għal sħubija għall-innovazzjoni, fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom dwar il-kwalifika jew meta l-kriterji jew ir-regoli jkunu qed jiġu aġġornati, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx:

(a)

jimponu kondizzjonijiet amministrattivi, tekniċi jew finanzjarji fuq ċerti operaturi ekonomiċi li ma għandhomx jiġu impost fuq oħrajn;

(b)

jesiġu testijiet jew evidenza li jkunu jiddupplikaw l-evidenza oġġettiva diġà disponibbli

4.   Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-operaturi ekonomiċi tkun jew tidher li tkun mhux kompleta, nieqsa jew żbaljata, l-entitajiet kontraenti jistgħu, sakemm il-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva ma tipprevedix mod ieħor, jesiġu lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li jissottomettu, jissupplementaw, jikkjarifikaw jew jimlew l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni rilevanti f’limitu ta’ żmien adatt, sakemm tali esiġenzi isiru b’konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.

5.   L-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw li l-offerti ppreżentati mill-offerenti magħżula jikkonformaw mar-regoli u r-rekwiżiti applikabbli għall-offerti u jagħtu l-kuntratt fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 82 u 84, b’kont meħud tal-Artikolu 64.

6.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmijin fl-Artikolu 36(2).

7.   Fi proċeduri miftuħa, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jeżaminaw l-offerti qabel ma jivverifikaw l-adattabbiltà tal-offerti, dment li jiġu osservati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 76 sa 84, inkluża r-regola li l-kuntratt ma għandux jingħata lil offerent li kellu jiġi eskluż skont l-Artikolu 80 jew li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikolu 78(1) u l-Artikolu 80.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-użu tal-proċedura fl-ewwel subparagrafu, jew li jillimitawha, għal ċerti tipi ta’ akkwist jew għal ċirkostanzi speċifiċi.

8.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 103 biex temeda l-lista fl-Anness XIV, fejn meħtieġ, iżżid ftehimiet internazzjonali ġodda li jkunu ġew irratifikati mill-Istati Membri kollha jew fejn il-ftehimiet internazzjonali eżistenti msemmija ma jkunux għadhom irratifikati mill-Istati Membri kollha jew ikunu nbidlu mod ieħor, pereżempju fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-kontenut u l-isem tagħhom.

Subtaqsima 1

Kwalifika u għażla kwalitattiva

Artikolu 77

Sistemi ta’ kwalifika

1.   L-entitajiet kontraenti li jixtiequ dan jistgħu jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta’ kwalifika tal-operaturi ekonomiċi.

L-entitajiet kontraenti li jistabbilixxu jew iħaddmu sistema ta’ kwalifika għandhom jiżguraw li fil-ħin kollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu kwalifika.

2.   Is-sistema taħt il-paragrafu 1 tista’ tinvolvi stadji ta’ kwalifika differenti.

L-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u l-għażla ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu kwalifika u kriterji u regoli oġġettivi għat-tħaddim tas-sistema ta’ kwalifika, li jkopru suġġetti bħall-iskrizzjoni fis-sistema, l-aġġornar perijodiku tal-kwalifiki, f’każ li jkun hemm, u t-tul ta’ żmien tas-sistema.

Fejn dawk il-kriterji u r-regoli jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi, għandhom japplikaw l-Artikoli 60 sa 62. Il-kriterji u r-regoli jistgħu jiġu aġġornati kif meħtieġ.

3.   Il-kriterji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operaturi ekonomiċi fuq talba tagħhom. Dawk il-kriterji u r-regoli aġġornati għandhom jiġu kkomunikati lill-operaturi ekonomiċi interessati.

Fejn entità kontraenti tqis li s-sistema ta’ kwalifika ta’ ċerti entitajiet jew korpi oħra tissodisfa r-rekwiżiti tagħha, għandha tikkomunika lill-operaturi ekonomiċi interessati l-ismijiet tal-entitajiet jew il-korpi l-oħra.

4.   Għandu jinżamm rekord bil-miktub ta’ operaturi ekonomiċi kkwalifikati; dan jista’ jinqasam f’kategoriji skont it-tip ta’ kuntratt li għalih tkun valida l-kwalifika.

5.   Meta sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, għandhom jingħataw kuntratti speċifiċi għax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi koperti mis-sistema ta’ kwalifika permezz ta’ proċeduri ristretti jew proċeduri nnegozjati, li fihom l-offerenti u l-parteċipanti kollha jintgħażlu fost il-kandidati diġà kkwalifikati skont din is-sistema.

6.   Kwalunkwe bidla mwettqa b’rabta mat-talbiet għall-kwalifika jew mal-aġġornar jew il-konservazzjoni ta’ kwalifika diġà miksuba skont is-sistema għandha tkun proporzjonata għall-ispejjeż iġġenerati.

Artikolu 78

Kriterji għal għażla kwalitattiva

1.   L-entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u l-għażla ta’ offerenti jew kandidati; dawk ir-regoli jew il-kriterji għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi ekonomiċi interessati.

2.   Fejn l-entitajiet kontraenti jeħtieġu li jiżguraw bilanċ adatt bejn il-karatteristiċi partikolari tal-proċedura ta’ akkwist u r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tagħha, dawn jistgħu, fi proċeduri ristretti jew innegozjati, fi djalogi kompetittivi jew fi sħubijiet għall-innovazzjoni, jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi li jirreflettu din il-ħtieġa u li jippermettu lill-entità kontraenti tnaqqas l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna għall-offerti jew għan-negozjar. Madanakollu, l-għadd ta’ kandidati magħżula għandu jieħu kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni adegwata.

Artikolu 79

Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra

1.   Fejn ir-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u l-għażla ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu l-kwalifika f’sistema ta’ kwalifika jinkludu rekwiżiti relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku, jew għall-abbiltajiet tekniċi u professjonali tiegħu, irrispettivament min-natura legali tar-rabta bejnu u dawk l-entitajiet. Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-kwalifiki edukattivi u professjonali tal-fornitur ta’ servizz jew tal-kuntrattur jew dawk tal-persunal maniġerjali tal-impriża jew mal-esperijenza professjonali rilevanti, madankollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu joqogħdu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra meta l-entitajiet l-oħra jkunu ser iwettqu x-xogħlijiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawn il-kapaċitajiet. Fejn operatur ekonomiku jrid joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, huwa għandu jagħti prova lill-entità kontraenti li dawn ir-riżorsi ser ikunu disponibbli lilu matul il-perijodu tal-validità tas-sistema ta’ kwalifika, pereżempju billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan.

Fejn, f’konformità mal-Artikolu 80 ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jkunu rreferew għall-kriterji ta’ esklużjoni jew tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE, l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw f’konformità mal-Artikolu 80(3) jekk l-entitajiet l-oħra li l-operatur ekonomiku jkun ser joqgħod fuq il-kapaċitajiet tagħhom jissodisfawx il-kriterji tal-għażla rilevanti jew jekk ikunx hemm raġunijiet għal esklużjoni, li jkunu rreferew għaliha l-entitajiet kontraenti, f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE. L-entità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni li tkun irreferiet għalihom l-entità kontraenti. L-entità kontraenti tista’ tesiġi jew tista’ tiġi rikjesta mill-Istat Membru li titlob li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni li tkun irreferiet għalihom l-entità kontraenti.

Fejn operatur ekonomiku joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-entità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Bl-istess kondizzjoniijet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 37(2) jista’ joqgħod fuq il-kapaċità ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

2.   Fejn ir-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u tal-għażla ta’ kandidati u offerenti fi proċeduri miftuħa, ristretti jew innegozjati, fi djalogi kompetittivi jew fi sħubijiet għall-innovazzjoni jinkludu rekwiżiti relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku, jew l-abbiltajiet tekniċi u professjonal tiegħu, l-operatur ekonomiku jista’, fejn meħtieġ u għal kuntratt partikolari, joqgħod fuq il-kapaċità ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabta bejnu u dawk l-entitajiet. Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-kwalifiki edukattivi u professjonali tal-fornitur ta’ servizz jew tal-kuntrattur jew dawk tal-persunal maniġerjali tal-impriża jew mal-esperijenza professjonali rilevanti, madankollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu joqogħdu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra meta l-entitajiet l-oħra jkunu ser iwettqu x-xogħlijiet jew is-servizzi li għalihom huma meħtieġa dawn il-kapaċitajiet. Fejn operatur ekonomiku jrid joqgħod fuq il-kapaċitajiet tal-entitajiet l-oħra, huwa għandu jagħti prova lill-entità kontraenti li r-riżorsi meħtieġa ser ikunu disponibbli lilha, pereżempju billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan.

Fejn, f’konformità mal-Artikolu 80 ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jkunu rreferew għall-kriterji ta’ esklużjoni jew tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE, l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw f’konformità mal-Artikolu 80(3) jekk l-entitajiet l-oħra li l-operatur ekonomiku jkun ser joqgħod fuq il-kapaċitajiet tagħhom jissodisfawx il-kriterji tal-għażla rilevanti jew jekk ikunx hemm raġunijiet għal esklużjoni, li jkunu rreferew għaliha l-entitajiet kontraenti, f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE. L-entità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li ma tissodisfax kriterju tal-għażla rilevanti, jew li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni li tkun irreferiet għalihom l-entità kontraenti. L-entità kontraenti tista’ tesiġi jew tista’ tiġi rikjesta mill-Istat Membru li titlob li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni li l-entità kontraenti għamlet referenza għalihom.

Fejn operatur ekonomiku joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-entità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Bl-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 37 jista’ joqgħod fuq il-kapaċitjiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

3.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, kuntratti ta’ servizzi u operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post jew ta’ istallazzjoni fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ provvista, l-entitajiet kontraenti jistgħu jesiġu li ċerti kompiti importanti jitwettqu direttament mill-offerent stess jew, fejn l-offerta ppreżentata minn grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 37(2), minn parteċipant f’dak il-grupp.

Artikolu 80

Użu tar-raġunijiet ta’ esklużjoni u l-kriterji tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE

1.   Ir-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u tal-għażla ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu kwalifika f’sistema ta’ kwalifika u r-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u tal-għażla ta’ kandidati u offerenti fi proċeduri miftuħa, ristretti jew innegozjati, fi djalogi kompetittivi jew fi sħubijiet għall-innovazzjoni jistgħu jinkludu r-raġunijiet għall-esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

Fejn l-entità kontraenti tkun awtorità kontraenti, dawk il-kriterji u r-regoli għandhom jinkludu r-raġunijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

Jekk l-Istati Membri jesiġu dan, dawk il-kriterji u r-regoli għandhom, barra minn hekk, jinkludu r-raġunijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

2.   Il-kriterji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinkludu l-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fih, l-aktar fir-rigward tal-limiti għar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-fatturat annwali, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu.

3.   Għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu japplikaw l-Artikoli 59 sa 61 tad-Direttiva 2014/24/UE.

Artikolu 81

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom, fejn jesiġu li jiġu pprovduti ċertifikati maħruġin minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ garanzija tal-kwalità, anke dwar l-aċċessibilità għal persuni b’diżabbiltà, jirreferu għas-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità bbażati fuq is-sensiela ta’ standards Ewropej relevanti ċċertifikati minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Għandhom ukoll jaċċettaw evidenza oħra ta’ miżuri ekwivalenti ta’ garanzija tal-kwalità fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma kellux possibbiltà li jikseb tali ċertifikati fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li l-miżuri ta’ garanzija tal-kwalità jikkonformaw mal-istandards ta’ garanziji tal-kwalità meħtieġa.

2.   Meta l-entitajiet kontraenti jesiġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati mfassla minn korpi indipedenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti sistemi jew standards ta’ ġestjoni ambjentali, għandhom jirreferu għas-Sistema ta’ Ekoġestjoni u Verifika (EMAS) tal-Unjoni jew għal sistemi ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn kif rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jew standards ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn ibbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjoni rilevanti minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

Fejn operatur ekonomiku wera li ma kellux aċċess għal tali ċertifikati, jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-entità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li dawn il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta’ ġestjoni ambjentali applikabbli.

3.   Fuq talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħrajn kwalunkwe informazzjoni relatata mad-dokumenti mressqa bħala evidenza ta’ konformità mal-istandards tal-kwalità u ambjentali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Subtaqsima 2

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 82

Kriterji tal-għoti ta’ kuntratt

1.   Mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi nazzjonali dwar il-prezz ta’ ċerti provvisti jew ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntrattifuq l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża.

2.   Mill-perspettiva tal-entità kontraenti, l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża għandha tiġi identifikata abbażi tal-prezz jew l-ispiża, bl-użu ta’ approċċ kosteffettiv, bħall-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont l-Artikolu 83, u tista’ tinkludi l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità, li għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ kriterji, li jinkludu aspetti kwalitattivi, ambjentali u/jew soċjali marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu, pereżempju:

(a)

il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi u l-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu;

(b)

l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt, fejn il-kwalità tal-persunal assenjat jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-livell tal-prestazzjoni tal-kuntratt; jew

(c)

is-servizz ta’ wara l-bejgħ u assistenza teknika, kondizzjonijiet tal-konsenja bħad-data ta’ konsenja, il-proċess ta’ konsenja u l-perijodu ta’ konsenja jew il-perijodu ta’ twettiq, impenji fir-rigward ta’ komponenti u s-sigurtà tal-provvista.

L-element ta’ spiża jista’ jieħu l-forma ta’ prezz jew spiża fissa li abbażi tagħha l-operaturi ekonomiċi jikkompetu fuq il-kriterji tal-kwalità biss.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti ma jistgħux jużaw il-prezz biss jew l-ispiża biss bħala l-kriterju uniku tal-għoti jew jillimitaw l-użu tagħhom għal ċerti kategoriji ta’ entitajiet kontraenti jew ċerti tipi ta’ kuntratti.

3.   Il-kriterji tal-għoti għandhom jitqiesu li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku fejn huma relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jingħataw taħt dak il-kuntratt fi kwalunkwe aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inklużi l-fatturi involuti fi:

(a)

il-proċessi speċifiċi tal-produzzjoni, il-provvista jew il-kummerċ ta’ dawk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi; jew

(b)

proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom,

anke fejn fatturi bħal dawn ma jagħmlux parti mis-sustanza materjali tagħhom.

4.   Il-kriterji tal-għoti ma għandux ikollhom l-effett li jagħtu lill-entità kontraenti libertà mingħajr restrizzjonijiet għall-għażla. Huma għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom jiġu akkumpanjati mill-ispeċifikazzjonijiet li jippermettu li l-informazzjoni mogħtija mill-offerenti tiġi vverifikata b’mod effettiv sabiex jiġi vvalutat kemm l-offerti jissodisfaw il-kriterji tal-għoti. Fil-każ ta’ dubju, l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv il-preċiżjoni tal-informazzjoni u l-evidenza mogħtija mill-offerenti.

5.   L-entità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumenti tal-akkwist, il-piż relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża; għajr meta din tkun identifikata abbażi tal-prezz biss.

Dak l-ippeżar jista’ jingħata billi tiġi pprovduta medda b’firxa massima adatta;

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-entità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni dixxendentali ta’ importanza.

Artikolu 83

Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja

1.   L-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom, sa fejn ikun rilevanti, ikopru l-ispejjeż kollha li ġejjin jew partijiet minnhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet

(a)

spejjeż li jaqgħu fuq l-entità kontraenti jew utenti oħra, bħal:

(i)

spejjeż relatati mal-akkwist,

(ii)

spejjeż tal-użu, bħal konsum tal-enerġija u riżorsi oħra,

(iii)

spejjeż tal-manutenzjoni,

(iv)

spejjeż ta’ tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-ġbir u l-ispejjeż tar-reċiklaġġ

(b)

spiża attribwita lil esternalitajiet ambjentali marbuta mal-prodott, is-servizz jew ix-xogħlijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, dment li l-valur monetarju tagħhom jista’ jiġi ddeterminat u vverifikat; tali spejjeż jistgħu jinkludu l-ispejjeż tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

2.   Meta entitajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, huma għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist id-data li għandha tingħata mill-offerenti u l-metodu l-entità kontraenti li ser tuża biex tiddetermina l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja abbażi ta’ dik id-dejta.

Il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-ispejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun ibbażat fuq kriteriji li jistgħu jiġu vverifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni. B’mod partikolari, fejn ma ġiex stabbilit għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, ma għandux jiffavorixxi jew jiżvantaġġa mingħajr ġustifikazzjoni lil ċerti operaturi ekonomiċi;

(b)

ikun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

(c)

id-data mitluba tista’ tingħata bi sforz raġonevoli minn operaturi ekonomiċi normalment diliġenti, inklużi operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi parti għall-FAP jew għal ftehimiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija marbuta bihom.

3.   Kull meta metodu komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja jkun sar obbligatorju minn att leġislattiv tal-Unjoni, dak il-metodu komuni għandu jiġi applikat għall-valutazzjoni tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja.

Lista ta’ atti leġislattivi għal dawn, u fejn meħtieġ l-atti ddelegati li jissuplimentawhom, tinsab fl-Anness XV.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 103 li jikkonċerna l-aġġornament ta’ dik il-lista, meta aġġornament tal-lista huwa meħtieġ minħabba l-adozzjoni ta’ leġislazzjoni ġdida li tagħmel il-metodu komuni obbligatorju jew tħassar jew timmodifika leġislazzjoni eżistenti.

Artikolu 84

Offerti baxxi b’mod anormali

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom jitolbu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż proposti fl-offerti, meta jidher li l-offerti huma baxxi b’mod anormali fir-rigward tal-ħidma, il-provvisti jew is-servizzi.

2.   L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

(a)

l-ekonomija tal-proċess ta’ manifattura, tas-servizzi pprovduti jew tal-metodu ta’ kostruzzjoni;

(b)

is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kondizzjoni eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għall-forniment ta’ prodotti jew is-servizzi jew għat-twettiq tax-xogħol;

(c)

l-oriġinalità tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħol proposti mill-offerent;

(d)

konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 36(2);

(e)

konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 88;

(f)

il-possibbiltà li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

3.   L-entità kontraenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din tista’ tiċħad l-offerta biss fejn l-evidenza pprovduta ma tagħtix ġustifikazzjoni sodisfaċenti tal-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż proposti, b’kont meħud tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.

L-entitajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa b’mod anormali għax ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 36(2).

4.   Fejn entità kontraenti tistabbilixxi li offerta hija baxxa b’mod anormali għax l-offerent ikun kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tista’ tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni waħedha iżda biss wara konsultazzjoni mal-offerent fejn, fil-limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-entità kontraenti, dan tal-aħħar ma jkunx jista’ juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. Fejn l-entità kontraenti tiċħad offerta f’dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

5.   Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħrajn permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva kwalunkwe informazzjoni li għandhom, bħal liġijiet, regolamenti, ftehimiet kollettivi jew standards tekniċi nazzjonali applikabbli universalment, relatati mal-evidenza u d-dokumenti ppreżentati fir-rigward tad-dettalji elenkati fil-paragrafu 2.

Taqsima 4

Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi u relazzjonijiet ma’ dawk il-pajjiżi

Artikolu 85

Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal offerti li jkopru prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni ma kkonkludietx, la f’livell multilaterali u lanqas bilaterali, ftehim li jiżgura aċċess komparabbli u effettiv għal impriżi tal-Unjoni għas-swieq ta’ dawk il-pajjiżi terzi. Huwa għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

2.   Kwalunkwe offerta ppreżentata għall-għoti ta’ kuntratt ta’ provvista tista’ tiġi miċħuda fejn il-proporzjon tal-prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, kif stabbilit f’konformità mar-Regolament(UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43), jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti li jikkostitwixxu l-offerta.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, software użat f’tagħmir tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni għandu jitqies bħala prodotti.

3.   Soġġett għat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn żewġ offerti jew aktar huma ekwivalenti fid-dawl tal-kriterji tal-għoti ta’ kuntratt definiti fl-Artikolu 82, għandha tingħata preferenza lil dawk l-offerti li ma jistgħux jiġu rifjutati skont paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-prezzijiet ta’ dawk l-offerti għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, jekk id-differenza fil-prezz ma taqbiżx it-3 %.

Madankollu, offerta ma għandhiex tiġi preferuta minn oħra skont l-ewwel subparagrafu fejn l-aċċettazzoni tagħha tkun tobbliga lill-entità kontraenti li takkwista tagħmir li għandu karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk ta’ tagħmir eżistenti, li jirriżulta f’inkompatibbiltà, diffikultajiet tekniċi fl-operat u l-manutenzjoni, jew spejjeż sproporzjonati.

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dawk il-pajjiżi terzi li għalihom il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu ġew estiżi b’Deċiżjoni tal-Kunsill f’konformità mal-paragrafu 1 ma għandux jittieħed kont tagħhom meta jiġi stabbilit il-proporzjon, imsemmi fil-paragrafu 2, tal-prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi.

5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2015 u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar f’negozjati multilaterali jew bilaterali fir-rigward tal-aċċess għal impriżi tal-Unjoni fis-swieq ta’ pajjiżi terzi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, dwar kwalunkwe riżultat li dawn in-negozjati setgħu kisbu, u dwar l-implimentazzjoni fil-prattika tal-ftehimiet kollha li jkunu ġew konklużi.

Artikolu 86

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi rigward kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi

1.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diffikultà ġenerali, fil-liġi jew fil-fatt, li jkunu ltaqgħu magħha u ġiet rapportata mill-impriżi tagħhom huma u jiżguraw l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz f’pajjiżi terzi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019 u perijodikament wara dan, dwar il-ftuħ ta’ kuntratti ta’ servizz f’pajjiż terzi u dwar progress f’negozjati ma’ dawn il-pajjiżi dwar dan is-suġġett, partikolarment fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

3.   Il-Kummisssjoni għandha tagħmel sforz, billi tavviċina lill-pajjiż terz ikkonċernat, biex tirrimedja kwalunkwe sitwazzjoni li fiha ssib, fuq il-bażi jew tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew ta’ informazzjoni oħra, li, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz, pajjiż terz:

(a)

ma jagħtix lill-impriżi tal-Unjoni aċċess effettiv komparabbli ma’ dak mogħti mill-Unjoni lill-impriżi ta’ dak il-pajjiż; jew

(b)

ma jagħtix lill-impriżi tal-Unjoni trattament nazzjonali jew l-istess opportunitajiet kompetittivi li huma disponibbli għall-impriżi nazzjonali; jew

(c)

jagħti lil impriżi minn pajjiżi terzi oħra trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lil impriżi tal-Unjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’kull diffikultà, fil-liġi jew fil-fatt, li jkunu ltaqgħu magħha u li ġiet rapportata mill-impriżi tagħhom u li tirriżulta minn nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi tax-xogħol elenkati fl-Anness XIV meta dawk l-impriżi jkunu ppruvaw jiżguraw l-għoti ta’ kuntratti f’pajjiżi terzi.

5.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni tista’ f’kull ħin tipproponi li l-Kunsill jadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi jew jirrestrinġi, fuq perijodu li jrid jiġi stabbilit f’dak l-att ta’ implimentazzjoni, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz lil:

(a)

impriżi rregolati mil-liġi tal-pajjiż terz inkwistjoni;

(b)

impriżi affiljati mal-impriżi speċifikati f’punt (a) u li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni imma ma għandhomx rabta diretta u effettiva mal-ekonomija ta’ Stat Membru;

(c)

impriżi li jippreżentaw offerti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom servizzi li joriġinaw fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Il-Kunsill għandu jaġixxi, b’maġġoranza kwalifikata, kemm jista’ jkun malajr.

Il-Kummissjoni tista’ tipproponi dawk il-miżuri fuq inizjattiva proprja jew fuq it-talba ta’ Stat Membru.

6.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-impenji tal-Unjoni b’rabta ma’ pajjiżi terzi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali dwar l-akkwist pubbliku, partikolarment fil-qafas tad-WTO.

KAPITOLU IV

Twettiq tal-kuntratt

Artikolu 87

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti

L-entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċjali dwar it-twettiq ta’ kuntratt, dment li huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt fit-tifsira tal-Artikolu 82(3) u indikati fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokumenti tal-akkwist. Dawk il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, dawk relatati mal-innovazzjoni, ambjentali, soċjali jew dawk relatati mal-impjiegi.

Artikolu 88

Sottokuntrattar

1.   L-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 36(2) hija żgurata permezz ta’ azzjoni adegwata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaġixxu fl-ambitu tar-responsabbiltà u l-kompetenza tagħhom.

2.   Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li huwa jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anke kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-entità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt pubbliku (il-kuntrattur ewlieni). Tali miżuri jistgħu jinkludu mekkaniżmi adatti li jippermettu lill-kuntrattur ewlieni joġġezzjona għal pagamenti mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-kuntrattur ewlieni.

5.   Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet u fir-rigward ta’ servizzi li għandhom jiġu provduti fil-faċilità taħt is-superviżjoni diretta tal-entità kontraenti, wara l-għoti tal-kuntratt u mhux aktar tard minn meta jibda t-twettiq tal-kuntratt, l-entità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur ewlieni jindika lill-entità kontraenti l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u r-rappreżentanti legali tas-sottokuntratturi tagħha, li huma involuti f’ tali xogħlijiet jew servizzi, kif magħrufa f’dan il-punt ta’ żmien. L-entità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur ewlieni javża lill-entità kontraenti bi kwalunkwe tibdil f’din l-informazzjoni waqt il-perijodu tal-kuntratt kif ukoll bl-informazzjoni meħtieġa dwar kwalunkwe sottokuntrattur ġdid li jinvolvi sussegwentement f’ tali xogħlijiet jew servizzi.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligu tal-għoti tal-informazzjoni meħtieġa direttament fuq il-kuntrattur ewlieni.

Fejn meħtieġ għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun akkumpanjata mill-awtodikjarazzjonijiet tas-sottokuntratturi kif imsemmi fl-Artikolu 80(3). Il-miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jipprevedu li s-sottokuntratturi li huma ppreżentati wara l-għoti tal-kuntratt għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati u dokumenti oħra ta’ sostenn minflok l-awtodikjarazzjoni.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-fornituri.

L-entitajiet kontraenti jistgħu jestendu jew jistgħu jintalbu minn Stat Membru li jestendu l-obbligi previsti fl-ewwel subparagrafu, għal pereżempju:

(a)

kuntratti ta’ provvista, għall-kuntratti ta’ servizzi minbarra dawk li jikkonċernaw servizzi li jiġu provduti fil-faċilitajiet taħt is-superviżjoni diretta tal-entità kontraenti jew għall-fornituri involuti f’kuntratti ta’ xogħlijiet jew servizzi;

(b)

sottokuntratturi tas-sottokuntratturi tal-kuntrattur ewlieni jew aktar ‘l isfel fil-katina tas-sottokuntrattar.

6.   Bil-għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 36(2), jistgħu jittieħdu miżuri adegwati, bħal:

(a)

Fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-sottokuntratturi u l-kuntrattur ewlieni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li r-regoli rilevanti jiġu applikati f’konformità mal-kondizzjonijiiet stipulati fl-Artikolu 36(2).

(b)

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 80(3) ta’ din id-Direttiva, jivverifikaw jew jistgħu jintalbu minn Stati Membri biex jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni ta’ sottokuntratturi skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni. L-awtorità kontraenti tista’ tesiġi jew tintalab minn Stat Membru biex tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet mhux obbligatorji għall-esklużjoni.

7.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli ta’ responsabbiltà aktar stretti skont il-liġi nazzjonali jew imorru aktar lil hinn skont il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi, pereżempju billi jipprevedu pagamenti diretti lis-sottokuntratturi mingħajr ma huma jkollhom il-ħtieġa li jitolbu tali pagament dirett.

8.   Dawk l-Istati Membri li għażlu li jipprevedu miżuri skont il-paragrafi 3, 5 jew 6 għandhom jispeċifikaw, skont il-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi u wara li kkunsidraw id-dritt tal-Unjoni, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dawk il-miżuri. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikabbiltà tagħhom, pereżempju fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti, ċerti kategoriji ta’ entitajiet kontraenti jew operaturi ekonomiċi jew fir-rigward ta’ ċerti ammonti.

Artikolu 89

Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom

1.   Kuntratti u ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur monetarju tagħhom, ikunu ġew previsti fid-dokumenti inizjali tal-akkwist fi klawsoli ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli, li jistgħu jinkludi klawsoli ta’ reviżjoni ta’ prezzijiet, jew għażliet. Dawn il-klawsoli għandhom jiddikjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tal-modifiki jew l-għażliet possibbli kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom dawn jistgħu jintużaw. Huma ma għandhomx jipprevedu modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas;

(b)

għal xogħlijiet, servizzi jew provvisti addizzjonali mill-kuntrattur oriġinali, irrispettivament mill-valur tagħhom, li saru neċessarji u li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali fejn bidla fil-kuntrattur:

(i)

ma tistax issir għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi bħalma huma r-rekwiżiti li tagħmir eżistenti jista’ jinbidel ma’ xulxin jew l-interoperabbiltà tiegħu, software, servizzi jew installazzjonijiet eżistenti akkwistati taħt l-akkwist inizjali; u

(ii)

tikkawża inkonvenjenza sinifikanti jew duplikazzjoni sostanzjali tal-ispejjeż għall-entità kontraenti;

(c)

fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-ħtieġa għal modifika nġiebet minħabba ċirkostanzi li entità kontraenti diliġenti ma setgħetx tbassar;

(ii)

il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt;

(d)

Fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-entità kontraenti bħala konsegwenza ta’ wieħed minn dawn:

(i)

klawsola ta’ reviżjoni jew għażla inekwivoka f’konformità mal-punt (a),

(ii)

suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara ristrutturar korporattiv, inkluż teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni u akkwist jew insolvenza, ta’ operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva stabbiliti inizjalment, dment li dan ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħra għall-kuntratt u ma jkunx immirat lejn iċ-ċirkomvenzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; jew

(iii)

f’każ li l-entità kontraenti nnifisha tassumi l-obbligi tal-kuntrattur ewlieni lejn is-sottokuntratturi tiegħu fejn din il-possibbiltà hija prevista taħt il-leġislazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 88;

(e)

fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, ma jkunux sostanzjali fis-sens tal-paragrafu 4.

L-entitajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw kuntratt fil-każijiet stabbiliti taħt punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tali avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness XVI u jkun ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 71.

2.   Barra minn hekk, u mingħajr l-ebda ħtieġa li jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stipulati taħt il-punti (a) sa (d) tal-paragrafi 4 humiex sodisfatti, il-kuntratti jistgħu ugwalment jiġu mmodifikati mingħajr ma tkun meħtieġa proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn il-valur tal-modifika jkun anqas miż-żewġ valuri li ġejjin:

(i)

il-limiti stabbilit fl-Artikolu 15; u

(ii)

10 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ servizz u ta’ provvista u taħt il-15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ xogħlijiet.

Madanakollu, il-modifika ma tistax tibdel in-natura ġenerali tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-prezz aġġornat għandu jkun il-valur ta’ referenza meta l-kuntratt jinkludi klawsoli tal-indiċjar.

4.   Modifika ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fin-natura minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies bħala bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura tal-akkwist inizjali, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ kandidati oħra minbarra dawk magħżula inizjalment jew l-aċċettazzjoni ta’ offerta oħra minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura tal-akkwist;

(b)

il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas favur il-kuntrattur b’tali mod li ma kienx previst fil-kuntratt jew fil-ftehim qafas inizjali;

(c)

il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas b’mod konsiderevoli;

(d)

fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-entità kontraenti f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1.

5.   Proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva għandha tkun meħtieġa għal modifiki oħra tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet, provvista jew servizz jew ftehim qafas matul it-terminu tiegħu minbarra dawk previsti taħt il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 90

Tmiem ta’ kuntratti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, tal-inqas skont iċ-ċirkostanzi li ġejjin u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali applikabbli, li jtemmu kuntratt ta’ xogħlijiet, provvista jew servizz matul it-terminu tiegħu, fejn:

(a)

il-kuntratt kien soġġett għal modifika sostanzjali li kienet tkun tirrikjedi proċedura ġdida ta’ akkwist skont l-Artikolu 89;

(b)

il-kuntrattur kien, fil-mument tal-għoti tal-kuntratt, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/24/UE u għalhekk kellu jiġi eskluż mill-proċedura tal-akkwist f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 80(1) ta’ din id-Direttiva;

(c)

il-kuntratt ma kellux jingħata lill-kuntrattur fid-dawl ta’ ksur serju tal-obbligi skont it-Trattati u din id-Direttiva li ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.

TITOLU III

REĠIMI TAL-AKKWIST PARTIKOLARI

KAPITOLU I

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Artikolu 91

Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

Kuntratti għal servizzi soċjali u oħrajn speċifiċi elenkati fl-Anness XVII għandhom jingħataw skont dan il-Kapitolu, fejn il-valur tal-kuntratti jkun daqs jew akbar mil-limitu indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15.

Artikolu 92

Pubblikazzjoni ta’ avviżi

1.   Entitajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 91 għandhom iħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ wieħed minn dawn il-modi:

(a)

permezz ta’ avviż ta’ kuntratt; jew

(b)

permezz ta’ avviż perjodiku indikattiv, li għandu jiġi ppubblikat kontinwament. L-avviż perjodiku indikattiv għandu jirreferi b’mod speċifiku għat-tipi ta’ servizzi li ser ikunu s-suġġett tal-kuntratti li għandhom jingħataw. Huwa għandu jindika li l-kuntratti ser jingħataw mingħajr aktar pubblikazzjoni u jistieden lil operaturi ekonomiċi interessati biex jesprimu l-interess tagħhom bil-miktub; jew

(c)

permezz ta’ avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, li għandha tiġi ppubblikata kontinwament.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn setgħet intużat proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel f’konformità mal-Artikolu 50 għall-għoti ta’ kuntratt ta’ servizz.

2.   Entitajiet kontraenti li taw kuntratt għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 91 għandhom iħabbru r-riżultati permezz ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt. Madankollu huma jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.

3.   L-avviżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Anness XVIII, rispettivament fil-parti A, B, C jew D, skont l-avviżi tal-mudell standard. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 105.

4.   L-avviżi msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 71.

Artikolu 93

Prinċipji tal-għoti ta’ kuntratti

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti soġġetti għal dan il-Kapitolu, biex jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi. L-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu r-regoli ta’ proċedura applikabbli sakemm regoli bħal dawn jippermettu li l-entitajiet kontraenti jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jieħdu kont tal-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà, l-aċċessibbiltà tal-prezz, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, inklużi l-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi għandha ssir abbażi tal-offerta li tirrappreżenta tal-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità, b’kont meħud tal-kriterji tal-kwalità u s-sostenibbiltà għas-servizzi soċjali.

Artikolu 94

Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-entitajiet kontraenti li huma awtoritajiet kontraenti jistgħu jirriżervaw id-dritt għal organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi esklużivament għal dawk is-servizzi ta’ saħħa, dawk soċjali u dawk kulturali kif imsemmijin fl-Artikolu 91, li huma koperti mill-kodiċi CPV 75121000-0, 75122000-7, 75123000-4, 79622000-0, 79624000-4, 79625000-1, 80110000-8, 80300000-7, 80420000-4, 80430000-7, 80511000-9, 80520000-5, 80590000-6, minn 85000000-9 sa 85323000-9, 92500000-6, 92600000-7, 98133000-4, 98133110-8.

2.   Organizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-objettiv tagħha huwa t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku marbuta mat-twettiq tas-servizzi msemmijin fil-paragrafu 1;

(b)

il-profitti jerġgħu jiġu investiti bil-għan li jinkiseb l-objettiv tal-organizzazzjoni. Fejn il-profitti jkunu mqassma jew jerġgħu jitqassmu, dan għandu jkun ibbażat fuq konsiderazzjonijiet parteċipattivi;

(c)

l-istrutturi tal-ġestjoni jew tas-sjieda tal-organizzazzjoni li qed twettaq il-kuntratt huma bbażati fuq sjieda mill-impjegati jew prinċipji parteċipattivi, jew jeħtieġu l-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati, l-utenti jew il-partijiet interessati; u

(d)

l-organizzazzjoni ma kinitx ingħatat kuntratt għas-servizzi konċernati mill-awtorità kontraenti konċernata skont dan l-Artikolu fl-aħħar tliet snin.

3.   It-tul massimu tal-kuntratt ma għandux ikun aktar minn tliet snin.

4.   Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

5.   Minkejja l-Artikolu 108, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effetti ta’ dan l-Artikolu u tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

KAPITOLU II

Ir-Regoli li japplikaw għal kompetizzjonijiet ta’ disinn

Artikolu 95

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati bħala parti minn proċedura tal-akkwist għal kuntratt ta’ servizz, dment li l-valur stmat tal-kuntratt, qabel il-VAT, u inklużi kwalunkwe premju jew ħlas possibbli lill-parteċipanti, ikun daqs jew akbar mill-ammont stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 15.

2.   Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn kollha fejn l-ammont totali ta’ premji u ħlasijiet tal-kompetizzjoni għall-parteċipanti, inkluż il-valur stmat qabel il-VAT tal-kuntratt ta’ servizz li sussegwentement jista’ jiġi konkluż skont il-punt (j) tal-Artikolu 50 jekk l-entità kontraenti ma teskludix dan l-għoti fl-avviż ta’ kompetizzjoni, ikun daqs jew akbar mill-ammont stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 15.

Artikolu 96

Avviżi

1.   L-entitajiet kontraenti li beħsiebhom jorganizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom isejħu għal kompetizzjoni permezz ta’ avviż ta’ kompetizzjoni.

Fejn ikunu beħsiebhom jagħtu kuntratt ta’ servizz sussegwenti skont il-punt (j) tal-Artikolu 50, dan għandu jiġi indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni ta’ disinn.

L-entitajiet kontraenti li organizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom iħabbru r-riżultati permezz ta’ avviż.

2.   Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Anness XIX u l-avviż tar-riżultati ta’ kompetizzjoni ta’ disinn għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Anness XX fil-format ta’ formoli standard. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 105.

L-avviż tar-riżultati ta’ kompetizzjoni ta’ disinn għandu jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fi żmien 30 jum mill-għeluq tal-kompetizzjoni ta’ disinn.

Fejn il-ħruġ ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tal-kompetizzjoni jkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi jew inkella jmur kontra l-interess pubbliku jew ikun jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku partikolari, kemm pubbliku jew privat, jew ikun jista’ jippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn operaturi ekonomiċi, din l-informazzjoni tista’ ma titħalliex tiġi ppubblikata.

3.   L-Artikolu 71(2) sa (6) għandu japplikawkoll għal avviżi dwar kompetizzjonijiet ta’ disinn.

Artikolu 97

Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn, is-selezzjoni tal-parteċipanti u tal-ġurija

1.   Meta jorganizzaw kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw proċeduri li huma adattati għat-Titolu I u għal dan il-Kapitolu.

2.   L-ammissjoni ta’ parteċipanti għal kompetizzjonijiet ta’ disinn ma għandhiex tkun limitata:

(a)

minħabba r-referenza għat-territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru;

(b)

minħabba r-raġunijiet li, skont il-liġi tal-Istat Membru fejn tiġi organizzata l-kompetizzjoni, dawn ikunu meħtieġa jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

3.   Fejn il-kompetizzjonijiet ta’ disinn ikunu limitati għal għadd ta’ parteċipanti, l-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu kriterji tal-għażla ċari u mhux diskriminatorji. Madanakollu, f’kull każ, l-għadd ta’ kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

4.   Il-ġurija għandha tkun komposta esklużivament minn persuni fiżiċi li huma indipendenti mill-parteċipanti fil-kompetizzjoni. Fejn tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari mill-parteċipanti f’kompetizzjoni, tal-inqas terz mill-membri tal-ġurija għandu jkollhom dik il-kwalifika jew kwalifika ekwivalenti.

Artikolu 98

Deċiżjonijiet tal-ġurija

1.   Il-ġurija għandha tkun awtonoma fid-deċiżjonijiet jew l-opinjoniet tagħha.

2.   Il-ġurija għandha teżamina l-pjanijiet u l-proġetti ppreżentati mill-kandidati b’mod anonimu u fuq il-bażi unika tal-kriterji indikati fl-avviż ta’ kompetizzjoni.

3.   Il-ġurija għandha tirreġistra l-klassifikazzjoni tal-proġetti f’rapport, iffirmat mill-membri tagħha, magħmula skont il-merti ta’ kull proġett, flimkien mal-kummenti tagħha u kwalunkwe punti li jeħtieġ li jiġu ċċarati.

4.   L-anonimità għandha tiġi osservata sakemm il-ġurija tasal għal opinjoni jew deċiżjoni.

5.   Jekk ikun jeħtieġ, il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna jwieġbu mistoqsijiet li l-ġurija rreġistrat fil-minuti sabiex jiċċaraw kwalunkwe aspett mill-proġetti.

6.   Għandhom jinżammu minuti sħaħ tad-djalogu bejn il-membri tal-ġurija u l-kandidati.

TITOLU IV

GOVERNANZA

Artikolu 99

Infurzar

1.   Sabiex jiżguraw implimentazzjoni korretta u effiċjenti b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas il-kompiti stabbiliti f’dan l-Artikolu jitwettqu minn awtorità, korp jew struttura waħda jew aktar. Huma għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-awtoritajiet u l-istrutturi kompetenti kollha għal dawk il-kompiti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-akkwist pubbliku tiġi mmonitorjata.

Meta l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ monitoraġġ jidentifikaw, fuq inizjattiva proprja jew wara li taslilhom informazzjoni, ksur speċifiku jew problemi sistemiċi, huma għandhom jingħataw is-setgħa biex jindikaw dawk il-problemi lill-awtoritajiet ta’ verifika, lill-qrati jew lit-tribunali nazzjonali jew awtoritajiet jew strutturi adegwati oħra, bħall-ombudsman, il-parlamenti nazzjonali jew il-kumitati tagħhom.

3.   Ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ skont il-paragrafu 2 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ modi adegwati ta’ informazzjoni. Dawn ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-Kummissjoni. Pereżempju, jistgħu jiġu integrati fir-rapporti ta’ monitoraġġ imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Sat-18 ta’ April 2017 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport ta’ monitoraġġ, li jkopri, fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-aktar sorsi frekwenti ta’ applikazzjoni ħażina jew ta’ inċertezza legali, inklużi problemi possibbli strutturali jew rikorrenti fl-applikazzjoni tar-regoli, fil-livell tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku u dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rappurtar adegwat ta’ każijiet ta’ frodi fl-akkwist, korruzzjoni, konflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra.

Il-Kummissjoni tista’, mhux iktar tard minn kull tliet snin, titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ politiki nazzjonali strateġiċi tal-akkwist.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “SME” għandha tinftiehem kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (44).

Fuq il-bażi tad-data li tirċievi taħt dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport regolarment dwar l-implimentazzjoni u l-aħjar prattiki tal-politiki nazzjonali tal-akkwist fis-suq intern.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

informazzjoni u gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku tkun disponibbli mingħajr ħlas sabiex tassisti l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, biex japplikaw ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku b’mod korrett; u

(b)

ikun disponibbli appoġġ għall-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-ippjanar u t-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist.

5.   L-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, għandhom jinnominaw punt ta’ referenza għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-akkwist pubbliku.

6.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom, tal-inqas matul il-kuntratt, iżommu kopji tal-kuntratti konklużi kollha b’valur daqs jew akbar minn:

(a)

EUR 1 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista jew kuntratti ta’ servizz;

(b)

EUR 10 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jippermettu l-aċċess għal dawk il-kuntratti; madankollu, aċċess għal dokumenti speċifiċi jew punti ta’ informazzjoni jistgħu jiġu rrifjutati sa ċertu punt u skont il-kondizzjonijiet previsti fir-regoli applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-protezzjoni tad-data.

Artikolu 100

Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

1.   L-entitajiet kontraenti għandhom iżommu l-informazzjoni adatta dwar kull kuntratt jew ftehim qafas kopert b’din id-Direttiva u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri. Din l-informazzjoni għandha tkun biżżejjed sabiex tagħtihom il-possibilità li aktar tard jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda marbutin ma’:

(a)

il-kwalifika u l-għażla tal-operaturi ekonomiċi u l-għoti ta’ kuntratti;

(b)

l-użu ta’ proċeduri nnegozjati mingħajr sejħa għal kompetizzjoni permezz tal-Artikolu 50;

(c)

in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli II sa IV tat-Titolu II permezz tad-derogi previsti fil-Kapitoli II u III tat-Titolu I;

(d)

fejn meħtieġ, ir-raġunijiet li għalihom intużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni għajr mezzi elettroniċi għall-preżentazzjoni elettronika.

Sakemm l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt imfassal f’konfomità mal-Artikolu 70 jew l-Artikolu 92(2) ikun fih l-informazzjoni mitluba f’dan il-paragrafu, l-entitajiet kontraenti jistgħu jirreferu għal dak l-avviż.

2.   L-entitajiet kontraenti għandhom jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri tal-akkwist kollha, kemm jekk il-proċeduri jsiru b’mezzi elettroniċi kif ukoll jekk ma jsirux hekk. Għal dak il-għan, huma għandhom jiżguraw li jżommu dokumentazzjoni biżżejjed biex jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda fl-istadji kollha tal-proċedura tal-akkwist, bħad-dokumentazzjoni dwar il-komunikazzjoni ma’ operaturi ekonomiċi u deliberazzjonijiet interni, it-tħejjija tad-dokumenti tal-akkwist, id-djalogu jew in-negozjati jekk ikun hemm, l-għażla u l-għoti tal-kuntratt. Id-dokumentazzjoni għandha tinżamm minn tal-inqas għal tliet snin mid-data tal-għoti tal-kuntratt.

3.   L-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni, jew l-elementi ewlenin tagħha, għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet, il-korpi jew l-istrutturi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 99 fejn dawn jitolbu li jsir hekk.

Artikolu 101

Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kwalità u l-kompletezza tad-data li tista’ tittieħed mill-avviżi, imsemmija fl-Artikoli 67 sa 71, 92 u 96, li huma ppubblikati f’konformità mal-Anness IX.

Meta l-kwalità u l-kompletezza tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tkunx konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 67(1), l-Artikolu 68(1), l-Artikolu 69, l-Artikolu 70(1), l-Artikolu 92(3) u l-Artikolu 96(2), il-Kummissjoni għandha tesiġi informazzjoni kumplementari mill-Istat Membru kkonċernat. Fi żmien raġonevoli, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni statistika nieqsa li tesiġi l-Kummissjoni.

2.   Sat-18 ta' April 2017 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport statistiku dwar l-akkwist li kien ikun kopert minn din id-Direttiva kieku l-valur tiegħu jaqbeż il-limitu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 15, li jindika stima tal-valur totali aggregat ta’ akkwist bħal dan matul il-perijodu kkonċernat. Dik l-istima tista’, b’mod partikolari, tiġi bbażata fuq data disponibbli skont rekwiżiti tal-pubblikazzjoni nazzjonali jew fuq stimi bbażati fuq kampjuni.

Dak ir-rapport jista’ jiġi integrat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 99(3).

Artikolu 102

Kooperazzjoni amministrattiva

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, u għandhom jimplimentaw miżuri għall-kooperazzjoni effettiva bejniethom sabiex jiżguraw skambju ta’ informazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 62, 81 u 84. Huma għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jiskambjaw informazzjoni f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali prevista fid-Direttivi 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46).

3.   Biex jiġi vverifikat jekk hux adatt l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 għall-finijiet li tiġi skambjata informazzjoni koperta minn din id-Direttiva, proġett pilota għandu jitnieda sat-18 ta’ April 2015.

TITOLU V

SETGĦAT IDDELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 103

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4, 17, 40, 41, 76 u 83 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu mhux determinat ta’ żmien mis-17 ta’ April 2014.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 17, 40, 41, 76 u 83 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4, 17, 40, 41, 76 u 83 għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 104

Proċedura ta’ urġenza

1.   Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni skont l-paragrafu 2. In-notifika ta’ att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 103(5). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni li ssir oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 105

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE (47). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 106

Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-18 ta’ April 2016. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(1) sat-18 ta’ Ottubru 2018, għajr fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi huwa obbligatorju skont l-Artikoli 52, 53, 54, Artikolu 55(3), Artikolu 71(2) jew l-Artikolu 73.

Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istai Membri jistgħu jippostponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(1) għal korpi ċentrali tax-xiri skont l-Artikolu 55(3) sat-18 ta’ April 2017.

Fejn Stat Membru jagħżel li jipposponi l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(1), dak l-Istat Membru għandu jipprovdi li l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu bejn il-mezzi ta’ komunikazzjoni li ġejjin għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni kollha:

(a)

mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 40;

(b)

posta jew mezzi ta’ ġarr adatti oħra;

(c)

fax;

(d)

taħlita ta’ dawn il-mezzi.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn il-miżuri għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew issir referenza għal din id-Direttiva meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxi kif għandha ssir referenza bħal din.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma se jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 107

Tħassir

Id-Direttiva 2004/17/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ April 2016.

Referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XXI.

Artikolu 108

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern, b’mod partikolari f’termini ta’ fatturi bħall-għoti transkonfinali ta’ kuntratti u spejjeż ta’ tranżazzjoni, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.

Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli u adatt, tikkunsidra li tissuġġerixxi żieda tal-ammonti limiti applikabbli skont il-FAP matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss. Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti limiti applikabbli taħt il-FAP, ir-rapport għandu, jekk dan ikun meħtieġ, ikun segwit minn proposta leġislattiva li temenda l-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 109

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 110

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 84.

(2)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 49.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014.

(4)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri tal-akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(6)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(7)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ara paġna 65 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).

(9)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(10)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(11)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(12)  Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3).

(13)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(14)  Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku (ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(15)  Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(16)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(17)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(18)  Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(19)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(20)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(21)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(22)  Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14).

(23)  Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

(24)  Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(25)  Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).

(26)  Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU - Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Vol. 01 p. 51).

(27)  Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).

(28)  Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (ir-“Regolament dwar l-IMI”) (ĠU L 316 of 14.11.2012, p. 1).

(29)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(30)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(31)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(32)  Direttiva tal-Kunsill Nru 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).

(33)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(34)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(35)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/205/KE tal-4 ta’ Marzu 2002 wara talba tal-Awstrija b’applikazzjoni għar-reġim speċjali previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/38/KEE (ĠU L 68, 12.3.2002, p. 31).

(36)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/73/KE tal-15 ta’ Jannar 2004 fuq talba mill-Ġermanja sabiex tapplika l-proċedura speċjali stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/38/KEE (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 57).

(37)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/327/KEE tat-13 ta’ Mejju 1993 li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-entitajiet kuntraenti li jisfruttaw żoni ġeografiċi għall-iskop tal-esplorazzjoni għal jew għall-estrazzjoni ta’ żejt, gass, faħam jew karburanti solidi oħra jridu jikkommunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kuntratti li jagħtu (ĠU L 129, 27.5.1993, p. 25).

(38)  Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(39)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal- punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7806) (ĠU L 74, 20.10.2009, p. 36).

(40)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE tal-25 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 66).

(41)  Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(42)  Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(43)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(44)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, tal-20.5.2003, p. 36).

(45)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(46)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(47)  Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi (ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15).


ANNESS I

LISTA TA’ ATTIVITAJIET KIF STABBILIT FIL-PUNT (A) TAL-PUNT 2 TAL-ARTIKOLU 2

Fil-każ ta’ kwalunkwe differenza fl-interpretazzjoni bejn is-CPV u n-NACE, għandha tapplika n-nomenklatura CPV.

NACE (1)

Kodiċi CPV

TAQSIMA F

KOSTRUZZJONI

Diviżjoni

Grupp

Klassi

Suġġett

Noti

45

 

 

Kostruzzjoni

Din id-diviżjoni tinkludi:

Kostruzzjoni ta’ bini ġdid u xogħlijiet, restawrar u tiswijiet komuni.

45000000

 

45.1

 

Preparazzjoni tas-sit

 

45100000

 

 

45.11

Demolizzjoni u tifrik ta’ bini; ċaqliq ta’ terrepien

Din il-klassi tinkludi:

demolizzjoni ta’ bini u strutturi oħrajn,

tindif ta’ siti ta’ bini,

skavar, mili ta’ art, livellar u gradazzjoni ta’ siti ta’ kostruzzjoni, tħaffir ta’ trinek, tneħħija ta’ blat, sparar ta’ furnelli, eċċ.

preparazzjoni ta’ sit għat-tħaffir ta’ minjieri:

tneħħija tal-materjal tal-wiċċ u żviluppi u preparamenti oħrajn ta’ proprjetajiet u siti minerali.

Din il-klassi tinkludi wkoll:

drenaġġ tas-sit tal-bini.

drenaġġ ta’ art agrikola jew imsaġġra.

45110000

 

 

45.12

Tħaffir u titqib bi prova

Din il-klassi tinkludi:

tħaffir bi prova, titqib bi prova u teħid ta’ kampjuni għal skopijiet ta’ kostruzzjoni, ġeofiżiċi, ġeoloġiċi jew simili.

Din il-klassi teskludi:

tħaffir ta’ bjar tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass, ara 11.20.

tħaffir ta’ bjar tal-ilma, ara 45.25,

tħaffir ta’ xaftijiet, ara 45.25,

esplorazzjoni ta’ baċir taż-żejt u tal-gass, stħarriġ ġeofiżiku, ġeoloġiku u siżmiku, ara 74.20.

45120000

 

45.2

 

Bini ta’ kostruzzjonijiet sħaħ jew partijiet tagħhom; inġinerija ċivili

 

45200000

 

 

45.21

Kostruzzjoni ġenerali tal-bini u xogħlijiet tal-inġinerija ċivili

Din il-klassi tinkludi:

kostruzzjoni tat-tipi kollha ta’ bini kostruzzjonijiet ta’ inġinerija ċivili,

pontijiet, inklużi dawk għal awtostradi elevati, vijadotti, mini u passaġġi taħt it-triq,

linji ta’ pajpijiet fit-tul, linji tal-komunikazzjoni u tal-enerġija,

linji ta’ pajpijiet urbani, linji urbani ta’ komunikazzjoni u tal-enerġija,

xogħlijiet urbani anċillari,

assemblaġġ u twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati fuq is-sit.

Din il-klassi teskludi:

attivitajiet ta’ servizz inċidentali għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, ara 11.20,

twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati sħaħ minn partijiet awtomanifatturati mhux tal-konkrit, ara d-diviżjonijiet 20, 26 u 28,

xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra, ara 45.23,

installazzjonijiet ta’ bini, ara 45.3,

kompletar ta’ bini, ara 45.4,

attivitajiet arkitettoniċi u ta’ inġinerija, ara 74.20,

ġestjoni ta’ proġetti għal kostruzzjoni, ara 74.20.

45210000

Ħlief:

– 45213316

45220000

45231000

45232000

 

 

45.22

Tqegħid ta’ għata u kostruzzjoni ta’ oqfsa tas-soqfa tal-bini

Din il-klassi tinkludi:

bini ta’ bjut,

kisi ta’ bjut,

issiġillar mill-ilma.

45261000

 

 

45.23

Kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, ajruporti u faċilitajiet tal-isport

Din il-klassi tinkludi:

kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, toroq prinċipali u mogħdijiet oħra għall-vetturi u għall-mixi,

kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija,

kostruzzjoni ta’ runways għall-ajruplani,

xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra,

żbigħ ta’ marki fuq uċuh tat-toroq u parkeġġi tal-karozzi.

Din il-klassi teskludi:

ċaqliq preliminari ta’ terrapien, ara 45.11.

45212212 u DA03

45230000

ħlief:

– 45231000

– 45232000

– 45234115

 

 

45.24

Kostruzzjoni ta’ proġetti tal-ilma

Din il-klassi tinkludi

kostruzzjoni ta’:

mogħdijiet tal-ilma, xogħlijiet f’portijiet u xmajjar, portijiet tad-divertiment (marini), mekkaniżmi tad-diżlivelli fix-xmajjar, eċċ.,

digi,

tħammil,

xogħol taħt il-wiċċ.

45240000

 

 

45.25

Xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni li jinvolvi snajja’ speċjali

Din il-klassi tinkludi:

attivitajiet ta’ kostruzzjoni li jispeċjalizzaw f’aspett wieħed komuni għal tipi differenti ta’ strutturi, li jeħtieġu sengħa jew apparat speċjalizzat,

kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż tismir ta’ pil-aħħarri fl-art,

tħaffir u kostruzzjoni ta’ bjar tal-ilma, tħaffir ta’ xaftijiet,

twaqqif ta’ elementi tal-azzar mhux awtomanifatturati,

tagħwiġ tal-azzar,

tqegħid ta’ brikks u ssettjar ta’ ġebel,

scaffolds u armar u żmontar ta’ pjattaformi tax-xogħol, inkluż kiri ta’ scaffolds u pjattaformi tax-xogħol,

twaqqif ta’ ċmieni u fran industrijali.

Din il-klassi teskludi:

kiri ta’ scaffolds mingħajr armar u żmontar, ara 71.32

45250000

45262000

 

45.3

 

Installazzjoni ta’ bini

 

45300000

 

 

45.31

Installazzjoni ta’ sistemi ta’ wajers u fittings tal-elettriku

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni fil-bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

wajers u attrezzaturi tal-elettriku,

sistemi tat-telekomunikazzjoni,

sistemi ta’ tisħin bl-elettriku,

antenni u aerials residenzali,

sistemi ta’ allarm tan-nirien,

sistemi ta’ allarm kontra s-serq,

liftijiet u eskalejters,

kalamiti tas-sajjetti, eċċ.

45213316

45310000

Ħlief:

– 45316000

 

 

45.32

Attivitajiet ta’ xogħol ta’ iżolazzjoni

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ iżolament għas-sħana, il-ħsejjes jew il-vibrazzjoni.

Din il-klassi teskludi:

issiġillar mill-ilma, ara 45.22.

45320000

 

 

45.33

Sistema ta’ pajpijiet tal-ilma

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

tagħmir idrawliku u sanitarju,

attrezzaturi tal-gass,

tagħmir u tubi għat-tisħin, il-ventilazzjoni, ir-refriġerazzjoni jew l-ikkondizzjonar tal-arja,

sistemi ta’ tbexxix.

Din il-klassi teskludi:

installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin bl-elettriku, ara 45.31.

45330000

 

 

45.34

Installazzjoni oħra fil-bini

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ sistemi ta’ illuminazzjoni u sinjalar għal toroq, ferroviji, ajruporti u portijiet,

installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ attrezzaturi u montaġġi mhux klassifikati xi mkien ieħor

45234115

45316000

45340000

 

45.4

 

Kompletar tal-bini

 

45400000

 

 

45.41

Tikħil

Din il-klassi tinkludi:

applikazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ kisi jew tikħil ta’ ġewwa u ta’ barra, inkluż materjal tal-injam relatat.

45410000

 

 

45.42

Installazzjonijiet mill-mastrudaxxa

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ bibien, twieqi, ċaċċiż tal-bibien u tat-twieqi, kċejjen tal-qies, turġien, armaturi tal-ħwienet u ħwejjeġ simili, mhux awtomanifatturati, tal-injam jew ta’ materjal ieħor,

kompletar ta’ ġewwa bħal soffitti, kisjiet tal-injam tal-ħitan, ħitan diviżorji mobbli, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

it-tqegħid ta’ parkett u kisi ieħor tal-injam tal-art, ara 45.43.

45420000

 

 

45.43

Kisi tal-art u l-ħajt

Din il-klassi tinkludi:

tqegħid, kisi bil-madum, dendil jew immontar f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’:

madum tal-ħitan jew tal-art taċ-ċeramika, tal-konkrit jew tal-ġebel maqtugħ,

parkett u kisi ieħor tal-art bl-injam, tapiti u kisi tal-art bil-linolju,

inkluż tal-gomma jew tal-pl-aħħarik,

kisi tal-art jew tal-ħitan bit-terrazzo, l-irħam, il-granit jew bil-lavanja,

karti tal-ħitan.

45430000

 

 

45.44

Tpinġija u tqegħid tal-ħġieġ fit-twieqi

Din il-klassi tinkludi:

żebgħa minn ġewwa u minn barra ta’ bini,

żebgħa ta’ strutturi tal-inġinerija ċivili,

installazzjoni ta’ ħġieġ, mirja, eċċ.

Din il-klassi teskludi:

installazzjoni ta’ twieqi, ara 45.42,

45440000

 

 

45.45

Kompletar ta’ bini ieħor

Din il-klassi tinkludi:

installazzjoni ta’ pixxini tal-għawm privati,

tindif bil-fwar, sand bl-aħħaring u attivitajiet similari fuq barra tal-bini,

kompletar ieħor ta’ bini u xogħol ta’ rfinar mhux klassifikat xi mkien ieħor

Din il-klassi teskludi:

tindif min ġewwa ta’ bini u strutturi oħra, ara 74.70.

45212212 u DA04

45450000

 

45.5

 

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew demolizzjoni bl-operatur

 

45500000

 

 

45.50

Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew demolizzjoni bl-operatur

Din il-klassi teskludi:

kiri ta’ makkinarju u apparat għal kostruzzjoni jew demolizzjoni mingħajr operaturi, ara 71.32.

45500000


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta Ottubru 1990 (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).


ANNESS II

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)

Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklużivi” fis-sens tal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva. Dawn li ġejjin huma proċeduri, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel, għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ atti legali oħra tal-Unjoni li ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklużivi” fit-tifsira tal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva:

(a)

l-għoti ta’ awtorizzazzjoni sabiex jitħaddmu installazzjonijiet tal-gass naturali skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(b)

awtorizzazzjoni jew stedina għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet tal-produzzjoni elettrika ġodda skont id-Direttiva 2009/72/KE;

(c)

l-għoti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE, ta’ awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ servizz postali li mhuwiex jew li ma għandux jiġi riżervat;

(d)

proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attività li tinvolvi l-użu ta’ idrokarboni skont id-Direttiva 94/22/KE;

(e)

kuntratti pubbliċi ta’ servizzi skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’karozzi tal-linja, trammijiet, ferrovija jew metro, li ngħataw abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti f’konformità mal-Artikolu 5(3) tiegħu, dment li t-tul tagħhom jikkonforma mal-Artikolu 4(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament.


ANNESS III

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 34(3)

A.   Trasport jew distribuzzjoni ta’ gass jew tisħin

Id-Direttiva 2009/73/KE

B.   Produzzjoni, trasmissjoni jew distribuzzjoni ta’ enerġija elettrika

Id-Direttiva 2009/72/KE

C.   Produzzjoni, trasport jew distribuzzjoni ta’ ilma għax-xorb

[Ebda entrata]

D.   Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi tal-ferroviji

 

Trasport tal-Merkanzija bil-Ferroviji

 

Direttiva 2012/34/UE

 

Trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferroviji

 

Direttiva 2012/34/UE

 

Trasport nazzjonali tal-passiġġieri bil-ferroviji

 

[Ebda entrata]

E.   Entitajiet kontraenti fil-qasam ta’ servizzi urbani tal-ferrovija, tat-trammijiet, tat-trolleybus jew tal-motor bus

[Ebda entrata]

F.   Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi postali

Id-Direttiva 97/67/KE

G.   Estrazzjoni ta’ żejt jew gass

Id-Direttiva 94/22/KE

H.   Esplorazzjoni għal u estrazzjoni ta’ faħam jew fjuwils solidi oħrajn

[Ebda entrata]

I.   Entitajiet kontraenti fil-qasam ta’ portijiet tal-baħar jew interni jew tagħmir ieħor ta’ terminals

[Ebda entrata]

J.   Entitajiet kontraenti fil-qasam tal-installazzjonijiet tal-ajruporti

[Ebda entrata]


ANNESS IV

DATI TA’ SKADENZA GĦALL-ADOZZJONI TAL-ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 35

1.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 għandhom jiġu adottati fi żmien il-perijodi li ġejjin:

(a)

90 jum ta’ xogħol fejn l-aċċess ħieles għal suq partikolari huwa preżunt abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3);

(b)

130 jum ta’ xogħol f’każijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt (a).

Il-perijodi stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu estiżi bi 15-il jum ta’ xogħol fejn it-talba ma tkunx akkumpanjata minn pożizzjoni motivata u sostanzjata, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, li tanalizza bir-reqqa l-kondizzjonijiet għall-applikabbiltà possibbli tal-Artikolu 34(1) għall-attività kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 34(2) u (3).

Dawk id-dati ta’ skadenza għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba msemmija fl-Artikolu 35(1) jew, meta l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta ma tkunx sħiħa, fil-jum ta’ xogħol ta’ wara r-riċevuta tal-informazzjoni sħiħa.

Il-perijodi stipulati fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni bil-qbil tal-Istat Membru jew tal-entità kontraenti li jkunu ppreżentaw it-talba.

2.

Il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernati jew l-awtorità nazzjonali indipendenti msemmija taħt il-paragrafu 1 jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha jew sabiex jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien adatt. Fil-każ ta’ tweġibiet tard jew mhux sħaħ, il-perijodi stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu sospiżi għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u r-riċevuta tal-informazzjoni sħiħa u korretta.


ANNESS V

REKWIŻITI RELATATI MA’ GĦODOD U APPARAT SABIEX JASLU B’MOD ELETTRONIKU OFFERTI, TALBIET GĦAL PARTEĊIPAZZJONI, APPLIKAZZJONIJIET GĦAL KWALIFIKA KIF UKOLL PJANIJIET U PROĠETTI FIL-KOMPETIZZJONIJIET

L-għodod u l-apparat sabiex jaslu b’mod elettroniku offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifika kif ukoll pjanijiet u proġetti f’kompetizzjonijiet tal-inqas għandhom jiggarantixxu, b’mezzi tekniċi u proċeduri adattati, li:

(a)

il-ħin u d-data eżatti ta’ meta jaslu l-offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifika kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ pjanijiet u proġetti jistgħu jiġu determinati bi preċiżjoni;

(b)

ikun jista’ jiġi raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien stabbiliti, ħadd ma jkollu aċċess għad-data trasmessa taħt dawk r-rekwiżiti;

(c)

il-persuni awtorizzati biss jistgħu jistabbilixxu jew jibdlu d-dati għall-ftuħ tad-data li tkun waslet;

(d)

matul l-istadji varji tal-proċedura ta’ kwalifika, il-proċedura tal-akkwist jew il-kompetizzjoni, l-aċċess għad-data kollha ppreżentata, jew għal parti minnha, għandu jkun possibbli biss għal persuni awtorizzati;

(e)

il-persuni awtorizzati biss għandhom jagħtu aċċess għad-data trażmessa u għandhom jagħmlu dan wara d-data speċifikata biss;

(f)

data li tasal u li tinfetaħ skont dawk ir-rekwiżiti għandha tibqa’ aċċessibbli biss għal dawk il-persuni awtorizzati li jistgħu jarawha,

(g)

fejn ikun hemm ksur tal-projbizzjoni mill-aċċess jew tal-kondizzjonijiet imsemmija taħt il-punti (b) sa (f) jew ikun hemm tentattiv biex isir dan, jista’ jiġi żgurat b’mod raġonevoli li dak il-ksur jew dawk it-tentattivi jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.


ANNESS VI

PARTI A

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ INDIKATTIV PERJODIKU

(kif imsemmi fl-Artikolu 67)

I.   Informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-każijiet kollha

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

(a)

Għal kuntratti ta’ provvista: in-natura u l-kwantità jew il-valur tas-servizzi jew prodotti li għandhom jiġu pprovduti (Kodiċi CPV).

(b)

Għal kuntratti ta’ xogħol: in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, il-karatteristiċi ġenerali tax-xogħol jew tal-lottijiet b’referenza għax-xogħol (Kodiċi CPV).

(c)

Għal kuntratti ta’ servizz: l-akkwist totali maħsub f’kull waħda mill-kategoriji ta’ servizzi previsti (Kodiċi CPV).

4.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż jew ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej.

5.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

II.   Tagħrif li għandu jiġi pprovdut fejn l-avviż jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew jippermetti t-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien għall-irċevuta tal-offerti (Artikolu 67(2))

6.

Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-entità bl-interess tagħhom fil-kuntratt jew kuntratti.

7.

Indirizz tal-posta elettronika jew fuq l-Internet li fih ser ikunu disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti tal-akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.

Meta aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet mogħtija fit-tielet u r-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1), indikazzjoni kif jista’ jsir aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.

8.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

9.

Limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ applikazzjonijiet għal stedina għal offerta jew għan-negozjar.

10.

In-natura u l-kwantità tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti jew in-natura ġenerali tax-xogħol jew tal-kategorija tas-servizz u deskrizzjoni, li tiddikjara jekk il-ftehim(iet) ta’ qafas huwiex/humiex previst(i), inkluża kwalunkwe għażla għal akkwist ulterjuri u ż-żmien stmat disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba kien hemm tiġdid, jekk kien hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni. Dikjarazzjoni dwar jekk humiex involuti xiri, kiri, xiri bil-kiri jew xi taħlita ta’ dawk involuti.

11.

Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet f’każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tal-kunsinna jew tat-twettiq f’każ ta’ provvisti u ta’ servizz; jekk il-kuntratt hu maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott.

12.

Limiti ta’ żmien għall-konsenja jew it-twettiq jew id-dewmien ta’ kuntratt ta’ servizz u, sa fejn dan ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.

13.

L-indirizz li fuqu l-intrapriżi interessati għandhom jibagħtu l-espressjonijiet ta’ interess tagħhom bil-miktub.

14.

Limitu ta’ żmien għall-wasla ta’ espressjonijiet ta’ interess.

15.

Il-lingwa jew lingwi awtorizzati għall-preżentazzjoni ta’ kandidaturi jew offerti.

16.

Il-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi, u garanziji finanzjarji u tekniċi meħtieġa mill-fornituri.

17.

(a)

Id-data stmata għat-tnedija tal-proċeduri tal-akkwist fir-rigward tal-kuntratt jew kuntratti (jekk din tkun magħrufa);

(b)

It-tip ta’ proċedura tal-akkwist (proċeduri ristretti, kemm jekk jinvolvu sistema dinamika ta’ xiri jew le, jew proċeduri nnegozjati).

18.

Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

19.

Fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk:

(a)

hijiex ser tkun meħtieġa/aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,

(b)

hijiex ser tintuża ordni elettronika,

(c)

huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,

(d)

huwiex ser ikun aċċettat ħlas elettroniku.

20.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

21.

Fejn dawn ikunu magħrufa, il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tissemma l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet, jew mhumiex ser jiġu indikati fl-istedina għall-konferma tal-interess imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 67(2) jew fl-istedina għall-offerti għan-negozjar.

PARTI B

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR PUBBLIKAZZJONI TA’ AVVIŻ INDIKATTIV PERJODIKU FUQ PROFIL TA’ XERREJ MHUX UŻAT BĦALA MEZZ TA’ SEJĦA GĦAL KOMPETIZZJONI

(kif imsemmi fl-Artikolu 67(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Kodiċijiet CPV.

4.

L-indirizz fuq l-Internet tal-“profil ta’ xerrej” (URL).

5.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel fuq il-profil ta’ xerrej.


ANNESS VII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FID-DOKUMENTI TAL-AKKWIST RELATATI MAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET FL-IRKANTIJIET ELETTRONIĊI (ARTIKOLU 53(4))

Meta l-entitajiet kontraenti jiddeċiedu li jagħmlu rkant elettroniku, id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu għall-inqas id-dettalji li ġejjin:

(a)

il-karatteristiċi, li l-valuri tagħhom ser ikunu s-suġġett tal-irkant elettroniku, dejjem jekk dawn il-karatteristiċi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jingħataw f’ċifri jew perċentwali;

(b)

kwalunkwe limiti fuq il-valuri li jistgħu jiġu ppreżentati, peress li jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;

(c)

l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun adatt, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;

(d)

l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess tal-irkant elettroniku;

(e)

il-kondizzjonijiet li bihom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;

(f)

il-kondizzjonijiet li skonthom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti.


ANNESS VIII

DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva,

(1)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser waħda milli ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz jew provvista, speċifikazzjoni f’dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott jew servizz, bħal-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, id-disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformità, il-prestazzjoni, l-użu tal-prodott, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi rekwiżiti rilevanti għall-prodott fir-rigward tal-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti, il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-provvista jew servizz u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, it-totalità tal-preskrizzjonijiet tekniċi li jinsabu b’mod partikolari fid-dokumenti tal-akkwist, li tiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa minn materjal, prodott jew provvista, li tippermetti li materjal, prodott jew provvista jkunu deskritti b’mod li jwettqu tajjeb l-użu li jkunu intenzjonati għalih mill-entità kontraenti; dawk il-karatteristiċi jinkludu livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, disinn għall-ħtiġijiet kollha (inkluż l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformità, prestazzjoni, sikurezza jew dimensjonijiet, inkluż il-proċeduri dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità, terminoloġija, simboli, ittestjar u metodi tal-ittestjar, imballaġġ, immarkar u tikkettar, struzzjonijiet għall-utent, u proċessi u metodi ta’ produzzjoni fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħlijiet; dawk il-karatteristiċi jinkludu wkoll regoli dwar id-disinn u l-kalkolu tal-ispejjeż, il-kondizzjonijiet tal-ittestjar, spezzjoni u aċċettazzjoni għax-xogħlijiet u l-metodi jew it-teknika tal-kostruzzjoni u l-kondizzjonijiet tekniċi kollha l-oħra li l-entità kontraenti tkun f’pożizzjoni li tippreskrivi, skont regolamenti ġenerali jew speċifiċi, fir-rigward tax-xogħlijiet kompluti u tal-materjali jew il-partijiet li jinvolvu;

(2)

“standard” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut, għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda milli ġejjin:

(a)

“standard internazzjonali” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni internazzjonali tal-istandards u maħruġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,

(b)

“standard Ewropew” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u maħruġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,

(c)

“standard nazzjonal” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u maħruġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali;

(3)

“Valutazzjoni Teknika Ewropea” tfisser il-valutazzjoni dokumentata tal-prestazzjoni ta’ prodott ta’ kostruzzjoni, f’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, f’konformità mad-Dokument ta’ Valutazzjoni Ewropew, kif definit fil-punt 12 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (1);

(4)

“speċifikazzjoni teknika komuni” tfisser speċifikazzjoni teknika fil-qasam tal-ICT stabbilita skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(5)

“referenza teknika” tfisser kwalunkwe proġett imwettaq mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, għajr standards Ewropej, skont il-proċeduri adattati għall-iżvilupp tal-ħtiġijiet tas-suq.


(1)  Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).


ANNESS XI

KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI

1.   Pubblikazzjoni ta’ avviżi

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67, 68, 69, 70, 92 u 96 iridu jintbagħtu mill-entitajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67, 68, 69, 70, 92 u 96 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mill-entitajiet kontraenti fil-każ ta’ avviż indikattiv perjodiku ppubblikat fuq profil ta’ xerrej skont l-Artikolu 67(1).

Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw din l-informazzjoni fuq l-Internet fuq “profil ta’ xerrej” kif imsemmi fil-punt 2(b) aktar ‘l isfel;

(b)

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ser jagħti lill-entità kontraenti l-konferma msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71 (5).

2.   Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni komplementari jew addizzjonali

(a)

Ħlief meta previst mod ieħor fit-tielet u r-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1), l-entitajiet kontraenti għandhom jippubblikaw id-dokumenti tal-akkwist fit-totalità tagħhom fuq l-Internet;

(b)

Il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi avviżi indikattivi perjodiċi kif imsemmi fl-Artikolu 67(1), informazzjoni dwar stediniet kurrenti għal offerti, xiri skedat, kuntratti konklużi, proċeduri kkanċellati u kwalunkwe informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, telefon u numru tal-fax, indirizz postali u indirizz tal-posta elettronika. Il-profil tax-xerrej jista’ jinkludi wkoll avviżi indikattivi perjodiċi użati bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, li huma ppubblikati fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 72.

3.   Il-format u l-proċeduri għat-trażmissjoni elettronika ta’ avviżi

Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-http://simap.eu.int}”.


ANNESS X

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ DWAR L-EŻISTENZA TA’ SISTEMA TA’ KWALIFIKA

(kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(4) u fl-Artikolu 68)

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

4.

L-iskop tas-sistema ta’ kwalifika (deskrizzjoni tal-prodotti, servizzi jew xogħlijiet jew kategoriji tagħhom li għandhom jinxtraw permezz tas-sistema - Kodiċi CPV). Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

5.

Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-operaturi ekonomiċi rigward il-kwalifika tagħhom skont is-sistema u l-metodi li skonthom kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ser tiġi verifikata. Fejn id-deskrizzjoni ta’ dawn il-kondizzjonijiet u metodi ta’ verifika tkun imdaqqsa u bbażata fuq dokumenti disponibbli għall-operaturi ekonomiċi interessati, sommarju tal-kondizzjonijiet ewlenin u l-metodi u referenza għal dawk id-dokumenti għandhom ikunu biżżejjed.

6.

Il-perijodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifika u l-formalitajiet għat-tiġdid tagħha.

7.

Referenza għall-fatt li l-avviż jaġixxi bħala sejħa għal kompetizzjoni.

8.

L-indirizz li minn fuqu tista’ tinkiseb informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalifika (fejn dan ikun differenti mill-indirizz imsemmi taħt il-punt 1).

9.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien biex jitressqu l-appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

10.

Fejn dawn ikunu magħrufa, il-kriterji msemmija fl-Artikolu 782li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn li-kriterji, għandhom jissemmew fejn ma jkunux jidhru fl-ispeċifikazzjonijiet jew fejn ma jkunux ser jiġu indikati fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar.

11.

Fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk:

(a)

hijiex ser tkun meħtieġa/aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,

(b)

hijiex ser tintuża ordni elettronika,

(c)

huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,

(d)

huwiex ser ikun aċċettat ħlas elettroniku.

12.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.


ANNESS XI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TA’ KUNTRATTI

(kif imsemmija fl-Artikolu 69)

A.   PROĊEDURI MIFTUĦA

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

4.

In-natura tal-kuntratt (provvista, xogħlijiet jew servizz, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas jew inkella sistema dinamika ta’ xiri), deskrizzjoni (kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.

5.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

6.

Għal provvisti u xogħlijiet:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (CPV codes), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);

(b)

Indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u/jew għall-prodotti kollha meħtieġa.

Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mill-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;

(c)

Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti.

7.

Għal servizzi:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;

(b)

Indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;

(c)

Ir-referenza tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva;

(d)

Indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;

(e)

Indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.

8.

Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.

9.

Il-limiti ta’ żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt ta’ servizz u, sa fejn din tkun possibbli, id-data ta’ bidu.

10.

L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-Internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti tal-akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.

Meta aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet mogħtija fit-tielet u r-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1), indikazzjoni kif jista’ jsir aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.

11.

(a)

Data finali għall-wasla ta’ offerti jew offerti indikattivi fejn titnieda sistema dinamika ta’ xiri;

(b)

L-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;

(c)

Il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.

12.

(a)

Fejn applikabbli, il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti fil-ftuħ tal-offerti;

(b)

Id-data, il-ħin u l-post ta’ dan il-ftuħ.

13.

Fejn dawn ikunu applikabbli, kwalunkwe depożitu jew garanzija meħtieġa.

14.

Il-kondizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.

15.

Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.

16.

Il-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi tal-operatur ekonomiku li ngħata l-kuntratt.

17.

Il-perijodu li matulu l-offerent huwa marbut iżomm l-offerta tiegħu miftuħa.

18.

Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

19.

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss,il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tkun indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawk il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet.

20.

Fejn adatt, id-data/i u r-referenza/i għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.

21.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tad-dipartiment li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

22.

Data ta’ meta l-entità kontraenti bagħtet l-avviż.

23.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

B.   PROĊEDURI RISTRETTI

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

4.

In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas), deskrizzjoni (Kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.

5.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

6.

Għal provvisti u xogħlijiet:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (Kodiċi CPV), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);

(b)

Indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u/jew għall-prodotti kollha meħtieġa.

Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mill-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;

(c)

L-informazzjoni li tikkonċerna l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi t-tfassil tal-proġetti wkoll.

7.

Għal servizzi:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;

(b)

Indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;

(c)

Referenza għal-liġi, għar-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva;

(d)

Indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;

(e)

Indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.

8.

Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.

9.

Limiti taż-żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt u, sa fejn ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.

10.

Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.

11.

(a)

L-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni;

(b)

L-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;

(c)

Il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.

12.

L-aħħar data li fiha jistgħu jintbagħtu stediniet għall-offerti.

13.

Fejn dawn ikunu applikabbli, kwalunkwe depożitu jew garanzija meħtieġa.

14.

Il-kondizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.

15.

Informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-operatur ekonomiku u l-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi mitluba minnu.

16.

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tkun indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawk il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew mhux ser jiġu indikati fl-istedina għall-offerti.

17.

Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

18.

Fejn adatt, id-data/i u r-referenza/i għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.

19.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

20.

Id-data li fiha l-entitajiet kontraenti bagħtu l-avviż.

21.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

C.   PROĊEDURI NNEGOZJATI

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

4.

In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas), deskrizzjoni (kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.

5.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

6.

Għal provvisti u xogħlijiet:

(a)

In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (kodiċi CPV), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);

(b)

Indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u/jew għall-prodotti kollha meħtieġa.

Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mill-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;

(c)

Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti.

7.

Għal servizzi:

(a)

In-natura u l-kwantità tas-servizzi li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;

(b)

Indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;

(c)

Ir-referenza tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva;

(d)

Indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;

(e)

Indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.

8.

Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.

9.

Limiti taż-żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt u, sa fejn ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.

10.

Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.

11.

(a)

L-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni;

(b)

L-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;

(c)

Il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.

12.

Fejn ikun adatt, kwalunkwe depożiti u garanziji meħtieġa.

13.

Il-kondizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.

14.

Informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-operatur ekonomiku u l-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi mitluba minnu.

15.

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss,il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tiġi indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, fejn dawk ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew li mhumiex ser jiġu indikat fl-istedina għan-negozjar.

16.

Fejn ikun adatt, l-ismijiet u l-indirizzi tal-operaturi ekonomiċi diġà magħżula mill-entità kontraenti.

17.

Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

18.

Fejn ikun adatt, id-dati u r-referenza/i tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.

19.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

20.

Data ta’ meta l-entità kontraenti bagħtet l-avviż.

21.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.


ANNESS XII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ DWAR GĦOTI TA’ KUNTRATT

(kif imsemmi fl-Artikolu 70)

I.   Informazzjoni għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (1)

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi u l-kodiċi CPV; fejn ikun adatt, iddikjara jekk hux ftehim qafas).

4.

Tal-inqas, indikazzjoni mqassra tan-natura u l-kwantità tal-prodotti, xogħlijiet jew servizzi pprovduti.

5.

(a)

Il-forma tas-sejħa għal kompetizzjoni (avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni; avviż perjodiku; sejħa għal offerti);

(b)

Data/i u referenza/i tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(c)

Fil-każ ta’ kuntratti mogħtija mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, indikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti tal-Artikolu 50.

6.

Proċedura tal-akkwist (miftuħa, ristretta jew innegozjata).

7.

Numru ta’ offerti li waslu, li jispeċifika

(a)

in-numru ta’ offerti li waslu minn operaturi ekonomiċi li huma SMEs,

(b)

in-numru ta’ offerti li waslu minn barra l-pajjiż,

(c)

in-numru ta’ offerti li waslu b’mod elettroniku.

Fil-każ ta’ għotjiet multipli (lottijiet, ftehimiet qafas multipli), din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull għoti.

8.

Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt(i) jew tal-ftehim(iet) qafas wara d-deċiżjoni li jingħata(w) jew jiġi/u konkluż(i).

9.

Il-prezz imħallas għax-xiri bi prezz innegozjat skont l-Artikolu 50(h).

10.

Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-offerent magħżul, inkluża:

(a)

informazzjoni dwar jekk l-offerent magħżul huwiex SME,

(b)

informazzjoni dwar jekk il-kuntratt ingħatax lil konsorzju.

11.

Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt ġiex sottokuntrattat jew jistax jiġi sottokuntrattat.

12.

Il-prezz imħallas jew il-prezzijiet tal-ogħla u l-inqas offerti meħuda f’kunsiderazzjoni fl-għoti tal-kuntratt.

13.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

14.

Informazzjoni fakultattiva:

il-valur u s-sehem tal-kuntratt li ġie sottokuntrattat jew li jista’ jiġi sottokuntrattat lil partijiet terzi,

il-kriterji tal-għoti.

II.   L-informazzjoni mhijiex maħsuba għall-pubblikazzjoni

15.

In-numru ta’ kuntratti mogħtija (fejn l-għoti jinqasam bejn diversi fornituri).

16.

Il-valur ta’ kull kuntratt mogħti.

17.

Il-pajjiż tal-oriġini tal-prodott jew tas-servizz (oriġini Komunitarja jew oriġini non-Komunitarja; jekk tal-aħħar, imqassma skont il-pajjiż terz).

18.

Liema kriterji tal-għoti ntużaw?

19.

Il-kuntratt ingħata lil offerent li ppreżenta varjant skont l-Artikolu 64(1)?

20.

Kien hemm xi offerti li ġew esklużi għar-raġuni li kienu baxxi wisq, f’konformità mal-Artikolu 84?

21.

Id-data ta’ trażmissjoni tal-avviż mill-entità kontraenti.


(1)  L-informazzjoni fl-intestaturi 6, 9 u 11 titqies bħala informazzjoni mhux bl-iskop ta’ pubblikazzjoni fejn l-entità li tkun qed tagħti l-kuntratt tikkunsidra li l-pubblikazzjoni tagħha tista’ tkun ta’ ħsara għal interess kummerċjali sensittiv.


ANNESS XIII

KONTENUT TAL-ISTEDINIET GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA’ OFFERTA, GĦAL PARTEĊIPAZZJONI FID-DJALOGU, GĦAN-NEGOZJAR JEW GĦALL- KONFERMA TA’ INTERESS PREVISTI TAĦT L-ARTIKOLU 74

1.

L-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta, għal parteċipazzjoni fid-djalogu jew għan-negozjar kif previst taħt l-Artikolu 74 irid ikun fiha tal-inqas:

(a)

id-data finali għall-wasla ta’ offerti, l-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu, u l-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom;

Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti mogħtija permezz ta’ djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, din l-informazzjoni ma għandhiex tidher fl-istedina għan-negozjar, iżda għandha tidher fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta.

(b)

fil-każ ta’ djalogu kompetittiv id-data u l-indirizz intenzjonati għall-bidu ta’ konsultazzjoni u l-lingwa jew lingwi użati;

(c)

referenza għal kwalunkwe sejħa għal kompetizzjoni ppubblikata;

(d)

indikazzjoni dwar kwalunkwe dokument li jrid ikun mehmuż;

(e)

il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt, fejn dawn mhumiex indikati fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika użat bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni;

(f)

l-ippeżar relattiv tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew, fejn adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, jekk din l-informazzjoni ma tingħatax fl-avviż dwar kuntratt, fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ kwalifika jew fl-ispeċifikazzjonijiet.

2.

Meta ssir sejħa għal kompetizzjoni permezz ta’ avviż indikattiv perjodiku, l-entitajiet kontraenti għandhom sussegwentement jistiednu lill-kandidati kollha sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratt ikkonċernat qabel ma jibdew l-għażla tal-offerenti jew parteċipanti fin-negozjati.

Bħala minimu, din l-istedina għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-natura u l-kwantità, inklużi l-għażliet kollha li jikkonċernaw kuntratti komplementari u, jekk ikunu possibbli, iż-żmien disponibbli stmat għat-twettiq ta’ dawn l-għażliet għal kuntratti rinnovabbli, in-natura u l-kwantità u, jekk ikunu possibbli, id-dati ta’ pubblikazzjoni stmati ta’ avviżi ulterjuri ta’ kompetizzjoni għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jinħarġu għall-offerti;

(b)

it-tip ta’ proċedura: (ristretta jew innegozjata);

(c)

fejn ikun adatt, id-data li fiha ser jibdew jew jintemmu t-twassil tal-provvisti jew it-twettiq tax-xogħlijiet jew servizzi;

(d)

fejn ma jistax jiġi offrut aċċess elettroniku, l-indirizz u d-data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għad-dokumenti tal-akkwist u l-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom;

(e)

l-indirizz tal-entità kontraenti;

(f)

il-kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, il-garanziji finanzjarji u l-informazzjoni meħtieġa minn operaturi ekonomiċi;

(g)

il-forma tal-kuntratt li hu s-suġġett tal-istedina għall-offerti: xiri, kiri, xiri bin-nofs, jew kwalunkwe taħlita minnhom: u

(h)

il-kriterji tal-għoti ta’ kuntratt u l-ippeżar tagħhom jew, fejn ikun adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, jekk din l-informazzjoni ma tingħatax fl-avviż indikattiv jew fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar.


ANNESS XIV

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI SOĊJALI U AMBJENTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 36(2)

Il-Konvenzjoni 87 tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni;

Il-Konvenzjoni 98 tal-ILO dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv;

Il-Konvenzjoni 29 tal-ILO dwar ix-Xogħol Furzat;

Il-Konvenzjoni 105 tal-ILO dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat;

Il-Konvenzjoni 138 tal-ILO dwar l-Età Minima;

Il-Konvenzjoni 111 tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni (Impjieg u Xogħol);

Il-Konvenzjoni 100 tal-ILO dwar Remunerazzjoni Ugwali;

Il-Konvenzjoni 182 tal-ILO dwar l-Agħar Forom ta’ Tħaddim tat-Tfal;

Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll tagħha ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

Il-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll taċ-Ċaqliq Transkonfinali tal-Iskart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Basel);

Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar it-Tniġġis Organiku Persistenti (il-Konvenzjoni POPs ta’ Stokkolma);

Il-Konvenzjoni dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiki u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (UNEP/FAO) (il-Konvenzjoni PIC) Rotterdam, 10.9.1998 u t-tliet (3) Protokolli reġjonali tagħha.


ANNESS XV

LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(3)

Id-Direttiva 2009/33/KE


ANNESS XVI

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA F’AVVIŻI TA’ MODIFIKI TA’ KUNTRATT MATUL IT-TERMINU TIEGĦU

(kif imsemmi fl-Artikolu 89(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Il-kodiċi CPV.

4.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.

5.

Deskrizzjoni tal-akkwist qabel u wara l-modifika: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u l-firxa tas-servizzi.

6.

Fejn ikun applikabbli, iż-żieda fil-prezz ikkaġunata mill-modifika.

7.

Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li għamlu l-modifika meħtieġa.

8.

Id-data ta’ deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt.

9.

Fejn ikun applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi l-ġodda.

10.

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni.

11.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna d-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnhom tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.


ANNESS XVII

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 91

Kodiċi tas-CPV

Deskrizzjoni

75200000-8; 75231200-6; 75231240-8; 79611000-0; 79622000-0 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal għal għajnuna domestika]; 79624000-4 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal infermiera] u 79625000-1 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal mediku] minn 85000000-9 sa 85323000-9; 98133100-5, 98133000-4 u 98200000-5 u 98500000-8 [Djar privati b’persuni impjegati] u 98513000-2 sa 98514000-9 [Servizzi ta’ xogħol manwali ġewwa djar, Servizzi ta’ persunal ta’ aġenzija għal djar, Servizzi ta’ persunal klerikali għal djar, Persunal temporanju ġewwa djar, Servizzi ta’ għajnuna fid-dar u Servizzi domestiċi]

Servizzi tas-saħħa, soċjali u servizzi oħra relatati

85321000-5 u 85322000-2, 75000000-6 [Servizzi ta’ amministrazzjoni, difiża u sigurtà soċjali], 75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80000000-4 Servizzi ta’ edukazzjoni u taħriġ sa 80660000-8; minn 92000000-1 sa 92700000-8 79950000-8 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet, fieri u kungressi], 79951000-5 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ seminars], 79952000-2 [Servizzi ta’ avvenimenti], 79952100-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali], 79953000-9 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ festivals], 79954000-6 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ parties], 79955000-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet tal-moda], 79956000-0 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ fieri u wirjiet]

Servizzi amministrattivi soċjali, edukattivi, tal-kura tas-saħħa u kulturali

75300000-9

Servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorja (1)

75310000-2, 75311000-9, 75312000-6, 75313000-3, 75313100-4, 75314000-0, 75320000-5, 75330000-8, 75340000-1

Servizzi ta’ benefiċċju

98000000-3, 98120000-0; 98132000-7; 98133110-8 u 98130000-3

Servizzi komunitarji, soċjali u personali oħrajn inklużi servizzi mogħtija minn trade unions, organizzazzjonijiet politiċi, assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u servizzi oħrajn ta’ organizzazzjonijiet ta’ sħubija

98131000-0

Servizzi reliġjużi

55100000-1 sa 55410000-7; 55521000-8 sa 55521200-0 [55521000-8 Servizzi tal-ikel għal djar privati, 55521100-9 Servizzi ta’ “meals-on-wheels”, 55521200-0 Servizzi ta’ kunsinna ta’ ikliet] 55510000-8 [Servizzi ta’ kantins], 55511000-5 [Servizzi ta’ kantins u servizzi oħrajn ta’ kafetteriji bi klijentela ristretta], 55512000-2 [Servizzi ta’ maniġġar tal-kantins], 55523100-3 [Servizzi ta’ ikliet fl-iskejjel], 55520000-1[Servizzi ta’ catering], 55522000-5 [Servizzi ta’ catering għal intrapriżi tat-trasport], 55523000-2 [Servizzi ta’ catering għal intrapriżi oħrajn jew istituzzjonijiet oħrajn], 55524000-9 [Servizzi ta’ catering fl-iskejjel]

Servizzi ta’ lukandi u ristoranti

79100000-5 sa 79140000-7; 75231100-5;

Servizzi legali, sa fejn mhumiex esklużi skont l-Artikolu 21(c)

75100000-7 sa 75120000-3; 75123000-4; 75125000-8 sa 75131000-3

Servizzi amministrattivi oħrajn u servizzi tal-gvern

75200000-8 sa 75231000-4

Forniment ta’ servizzi lill-komunità

75231210-9 sa75231230-5; 75240000-0 sa75252000-7; 794300000-7; 98113100-9

Servizzi relatati ma’ ħabsijiet, servizzi ta’ sigurtà pubblika u ta’ salvataġġ, sa fejn mhumiex esklużi skont l-Artikolu 21(h)

79700000-1 sa 79721000-4 [Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà, Servizzi ta’ sigurtà, Servizzi ta’ monitoraġġ tal-allarm, Servizzi ta’ gwardja, Servizzi ta’ sorveljanza, Servizzi ta’ sistemi ta’ intraċċar, Servizzi ta’ intraċċar tal-maħrubin, Servizzi ta’ għassa, Servizz ta’ ħruġ ta’ karti tal-identità, Servizzi ta’ investigazzjoni u Servizzi ta’ aġenzija ta’ investigaturi] 79722000-1[Servizzi ta’ grafoloġija], 79723000-8 [Servizzi ta’ analiżi tal-iskart]

Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà

98900000-2 [Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u korpi extra-territorjali] u 98910000-5 [Servizzi speċifiċi għall-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali]

Servizzi internazzjonali

64000000-6 [Servizzi ta’ posta u telekomunikazzjoni], 64100000-7 [Servizzi ta’ posta u kurrier], 64110000-0 [Servizzi ta’ posta], 64111000-7 [Servizzi ta’ posta relatati mal-gazzetti u l-perjodiki], 64112000-4 [Servizzi tal-posta relatati mal-ittri], 64113000-1 [Servizzi tal-posta relatati mal-pakketti], 64114000-8 [Servizzi ta’ bank tal-uffiċċji tal-posta], 64115000-5 [Kiri tal-kaxxi tal-ittri], 64116000-2 [Servizzi post-restante], 64122000-7 [Servizzi ta’ posta interna fl-uffiċċji u ta’ messaġġiera]

Servizzi tal-posta

50116510-9 [Servizzi ta’ mmudellar mill-ġdid tat-tajers], 71550000-8 [Servizzi ta’ ħaddied]

Servizzi Mixxellanji


(1)  Dawn is-servizzi mhumiex koperti minn din id-Direttiva fejn dawn huma organizzati bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. L-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħrajn bħala servizzi ta’ interess ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali.


ANNESS XVIII

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA

(kif imsemmi fl-Artikolu 92)

Parti A   Avviż dwar kuntratt

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Deskrizzjoni tas-servizzi jew kategoriji minnhom u fejn applikabbli, x-xogħlijiet u l-provvisti inċidentali li għandhom jinxtraw, inkluża indikazzjoni tal-kwantitajiet u l-valuri involuti, kodiċi CPV.

4.

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tat-twettiq tas-servizzi.

5.

Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

6.

Il-kondizzjonijiet ewlenin li għandhom jiġu sodisfatti mill-atturi ekonomiċi rigward il-parteċipazzjoni tagħhom jew, fejn dan ikun adatt, l-indirizz elettroniku fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dettaljata.

7.

Limitu/i ta’ żmien sabiex tiġi kkuntattjata l-entità kontraenti rigward il-parteċipazzjoni.

8.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Parti B   Avviż indikattiv perjodiku

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti.

2.

Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-kodiċi CPV.

3.

Sa fejn dan ikun diġà magħruf:

(a)

il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet f’każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi,

(b)

il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment ta’ provvisti, ix-xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt,

(c)

kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew minn dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,

(d)

deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.

4.

Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-entità kontraenti dwar l-interess tagħhom fil-kuntratt jew fil-kuntratti u l-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz li fih għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.

Parti C   Avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti.

2.

Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-kodiċi CPV.

3.

Sa fejn dan ikun diġà magħruf:

(a)

Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’każ ta’ kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi,

(b)

il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment tal-provvisti, xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt,

(c)

kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,

fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew minn dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,

(d)

deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.

4.

Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-awtorità dwar l-interess fil-kuntratt jew il-kuntratti u l-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz li fih għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.

5.

Il-perijodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifika u l-formalitajiet għat-tiġdid tagħha.

Parti D   Avviż dwar għoti ta’ kuntratt

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Tal-inqas, indikazzjoni mqassra tan-natura u l-kwantità tas-servizzi u fejn applikabbli, ix-xogħlijiet u l-provvisti inċidentali pprovduti.

4.

Referenza tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

5.

Għadd ta’ offerti li waslu.

6.

L-isem u l-indirizz tal-attur(i) ekonomiku/ekonomiċi magħżul/a.

7.

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.


ANNESS XIX

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI TA’ DISINN

(kif imsemmi fl-Artikolu 96(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Deskrizzjoni tal-proġett (kodiċi CPV).

4.

In-natura tal-kompetizzjoni: miftuħa jew ristretta.

5.

Fil-każ ta’ kompetizzjonijiet miftuħa: id-data finali meta jistgħu jiġu rċevuti l-proġetti.

6.

Fil-każ ta’ kompetizzjonijiet ristretti:

(a)

in-numru ta’ parteċipanti previsti, jew il-firxa;

(b)

fejn ikun applikabbli, l-ismijiet tal-parteċipanti diġà magħżula;

(c)

il-kriterji għall-għażla tal-parteċipanti;

(d)

l-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni.

7.

Fejn applikabbli, indikazzjoni dwar jekk il-parteċipazzjoni hijiex riżervata għal professjoni partikolari.

8.

Kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni ta’ proġetti.

9.

Fejn applikabbli, l-ismijiet tal-membri magħżula tal-ġurija.

10.

Indikazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-ġurija hijiex vinkolanti fuq l-awtorità.

11.

Fejn ikunu applikabbli, in-numru u l-valur tal-premji.

12.

Fejn ikun applikabbli, id-dettalji tal-ħlasijiet għall-parteċipanti kollha.

13.

Indikazzjoni dwar jekk ir-rebbieħa tal-premji jingħatawx xi kuntratti ta’ segwitu.

14.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

15.

Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.

16.

Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti


ANNESS XX

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI BIR-RIŻULTATI TA’ KOMPETIZZJONIJIET TA’ DISINN

(kif imsemmija fl-Artikolu 96(1))

1.

L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2.

L-attività ewlenija mwettqa.

3.

Deskrizzjoni tal-proġett (kodiċi CPV).

4.

In-numru totali ta’ parteċipanti.

5.

In-numru ta’ parteċipanti barranin.

6.

Ir-rebbieħ(a) tal-kompetizzjoni.

7.

Fejn ikun applikabbli, il-premju/i.

8.

Informazzjoni oħra.

9.

Referenza għall-avviż dwar kompetizzjoni ta’ disinn.

10.

L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

11.

Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.


ANNESS XXI

TABELLA TA’ KORRELLAZZJONI

Din id-Direttiva

Direttiva 2004/17/KE

Art. 1

Art. 2, l-ewwel sentenza

Art. 1, par. 1

Art. 2, punt 1

Art. 1, par. 2, punt (a)

Art. 2, punt 2

Art. 1, par. 2, punt (b), l-ewwel sentenza

Art. 2, punt 3

Art. 1, par. 2, punt (b), it-tieni sentenza

Art. 2, punt 4

Art. 1, par. 2, punt (c)

Art. 2, punt 5

Art. 1, par. 2, punt (d), l-ewwel subpar.

Art. 2, punt 6

Art. 1, par. 7, l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 2, punt 7

Art. 1, par. 7, it-tielet subpar.

Art. 2, punt 8

Art. 1, par. 7, it-tielet subpar.

Art. 2, punt 9

Art. 34, par. 1

Art. 2, punt 10

Art. 1, par. 8

Art. 2, punt 11

Art. 2, punt 12

Art. 1, par. 8

Art. 2, punt 13

Art. 2, punt 14

Art. 1, par. 11

Art. 2, punt 15

Art. 1, par. 12

Art. 2, punt 16

Art. 2, punt 17

Art. 1, par. 10

Art. 2, punt 18

Art. 2, punt 19

Art. 2, punt 20

Art. 3, par. 1

Art. 2, par. 1, punt (a), l-ewwel subpar.

Art. 3, par. 2

Art. 3, par. 3

Art. 3, par. 4

Art. 2, par. 1, punt (a), it-tieni subpar.

Art. 4, par. 1

Art. 2, par. 2

Art. 4, par. 2

Art. 2, par. 1, punt (b)

Art. 4, par. 3, l-ewwel subparagrafu

Art. 2, par. 3;

Art. 4, par. 3, it-tieni & it-tielet subparagrafu

Art. 4, par. 4

Art. 5, par. 1

Art. 5, par. 2, l-ewwel subparagrafu

Art. 5, par. 2, it-tieni subparagrafu

Art. 1, par. 2, punt (d), it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 5, par. 3

Art. 5, par. 4, l-ewwel u it-tieni subpar.

Art. 5, par. 4, it-tielet subparagrafu

Art. 5, par. 5

Art. 6, par. 1, l-ewwel u it-tieni subpar.

Art. 6, par. 1, it-tielet subpar.

Art. 9, par. 1, it-tieni subpar

Art. 6, par. 2

Art. 9, par. 1, l-ewwel subpar

Art. 6, par. 3, punt a

Art. 9, par. 2

Art. 6, par. 3, punt b

Art. 6, par. 3, punt c

Art. 9, par. 3

Art. 7

Art. 3, par. 1 u par. 3, Art. 4, par. 1; Art. 7, punt a

Art. 8

Art. 3, par. 1 & 2

Art. 9, par. 1

Art. 3, par. 3

Art. 9, par. 2

Art. 3, par. 4

Art. 10

Art. 4

Art. 11

Art. 5, par. 1

Art. 5, par. 2

Art. 12

Art. 7, punt (b)

Art. 13, par. 1

Art. 6, par. 1 u par. 2(c) in fine

Art. 13, par. 2, punt (a)

Art. 6, par. 2, punt (a)

Art. 13, par. 2, punt (b)

Art. 6, par. 2, punt (b)

Art. 13, par. 2, punt (c), punti i u ii

Art. 6, par. 2, punt (c), l-ewwel u it-tielet inċiż

Art. 6, par. 2, punt (c), it-tieni, ir-raba, il-ħames u is-sitt inċiż

Art. 14, punt (a)

Art. 7, punt (a)

Art. 14, punt (b)

Art. 7, punt (a)

Art. 8

Anness I - X

Art. 15

Art. 16 & 61

Art. 16, par. 1

Art. 17, par. 1; Art. 17, par. 8

Art. 16, par. 2

Art. 16, par. 3

Art. 17, par. 2; Art. 17, par. 8

Art. 16, par. 4

Art. 16, par. 5

Art. 17, par. 3

Art. 16, par. 6

Art. 16, par. 7

Art. 17, par. 4 & 5

Art. 16, par. 8

Art. 17, par. 6(a), l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 16, par. 9

Art. 17, par. 6(b), l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 16, par. 10

Art. 17, par. 6(a), it-tielet subpar. & par. 6(b), it-tielet subpar.

Art. 16, par. 11

Art. 17, par. 7

Art. 16, par. 12

Art. 17, par. 9

Art. 16, par. 13

Art. 17, par. 10

Art. 16, par. 14

Art. 17, par. 11

Art. 17

Art. 69

Art. 18, par. 1

Art. 19, par. 1

Art. 18, par. 2

Art. 19, par. 2

Art. 19, par. 1

Art. 20, par. 1; Art. 62, punt 1

Art. 19, par. 2

Art. 20, par. 2

Art. 20

Art. 22; Art. 62, punt 1

Art. 21, punt (a)

Art. 24, punt (a)

Art. 21, punt (b)

Art. 24, punt (b)

Art. 21, punt (c)

Art. 21, punt (d)

Art. 24, punt (c)

Art. 21, punt (e)

Art. 21, punt (f)

Art. 24, punt (d)

Art. 21, punt (g)

Art. 21, punt (h)

Art. 21, punt (i)

Art. 22

Art. 25

Art. 23

Art. 26

Art. 24, par. 1

Art. 22a

Art. 24, par. 2

Art. 21; Art. 62, punt 1

Art. 24, par. 3

Art. 21; Art. 62, punt 1

Art. 25

Art. 26

Art. 27, par. 1

Art. 22a in fine, Art. 12 tad-Direttiva 2009/81/KE

Art. 27, par. 2

Art. 28

Art. 29, par. 1

Art. 23, par. 1

Art. 29, par. 2

Art. 23, par. 1

Art. 29, par. 3

Art. 23, par. 2

Art. 29, par. 4

Art. 23, par. 3, punti (a) sa (c)

Art. 29, par. 5

Art. 23, par. 3, it-tieni subpar.

Art. 29, par. 6

Art. 23, par. 3, it-tielet subpar.

Art. 30

Art. 23, par. 4

Art. 31

Art. 23, par. 5

Art. 32

Art. 24, punt (e)

Art. 33, par. 1 u 2

Art. 27

Art. 33, par. 3

Art. 34, par. 1, l-ewwel u it-tieni sentenzas

Art. 30, par. 1; Art. 62, punt (2)

Art. 34, par. 1, it-tielet sentenza

Art. 34, par. 1, ir-rabà sentenza

Art. 30, par. 2, Premessa 41

Art. 34, par. 2, l-ewwel subparagrafu

Art. 30, par. 2

Art. 34, par. 2, it-tieni subparagrafu

Art. 34, par. 3

Art. 30, par. 3

Art. 35, par. 1

Art. 30, par. 4, l-ewwel subpar.; par. 5, l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 35, par. 2

Art. 30, par. 5, l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 35, par. 3

Art. 30, par. 4, it-tieni subpar.; par. 5, ir-rabà subpar.; Art. 62, punt (2)

Art. 30, par. 4, it-tielet subpar.

Art. 35, par. 4

Art. 35, par. 5

Art. 30, par. 6, it-tieni subpar.

Art. 35, par. 6

Art. 30, par. 6, it-tielet & ir-rabà subpar.

Art. 36, par. 1

Art. 10

Art. 36, par. 2

Art. 37

Art. 11

Art. 38, par. 1

Art. 28, l-ewwel subpar.

Art. 38, par. 2

Art. 28, it-tieni subpar.

Art. 39

Art. 13

Art. 40, par. 1

Art. 48, par. 1, 2 u 4; Art. 64, par. 1

Art. 40, par. 2

Art. 40, par. 3

Art. 48, par. 3; Art. 64, par. 2

Art. 40, par. 4

Art, 40, par. 5

Art. 40, par. 6

Art. 48, par. 5 u 6; Art. 64, par. 3

Art. 40, par. 7, l-ewwel subpar.

Art. 70, par. 2, punt f & it-tieni subpar

Art. 40, par. 7, it-tieni & it-tielet subpar.

 

Art. 41, par. 1

Art. 1, par. 13

Art. 41, par 2

Art. 70, par. 2, punti (c) & (d); Art. 70, par. 2, it-tieni subpar.

Art. 42

Art. 43

Art. 12

Art. 44, par. 1

Art. 40, par. 1 & 2

Art. 44, par. 2

Art. 40, par. 2

Art. 44, par. 3

Art. 44, par. 4

Art. 42, par 1 & par. 3, punt b

Art. 44, par. 5

Fil-bidu of Art. 40(3)

Art. 45, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 1, par. 9, punt (a);

Art. 45, par. 1, it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 45, par. 2

Art. 45, par. 2

Art. 45, par. 4

Art. 45, par. 3

Art. 45, par. 4

Art. 46

Art. 1, par. 9, punt (b); Art. 45, par. 3

Art. 47

Art. 1, par. 9, punt (c); Art. 45, par. 3

Art. 48

Art. 49

Art. 50, punt (a)

Art. 40, par. 3, punt (a)

Art. 50, punt (b)

Art. 40, par. 3, punt (b)

Art. 50, punt (c)

Art. 40, par. 3, punt (c)

Art. 50, punt (d)

Art. 40, par. 3, punt (d)

Art. 50, punt (e)

Art. 40, par. 3, punt (e)

Art. 50, punt (f)

Art. 40, par. 3, punt (g)

Art. 50, punt (g)

Art. 40, par. 3, punt (h)

Art. 50, punt (h)

Art. 40, par. 3, punt (j)

Art. 50, punt (i)

Art. 40, par. 3, punt (k)

Art. 50, punt (j)

Art. 40, par. 3, punt (l)

Art. 51, par. 1, l-ewwel & it-tieni subparagrafu

Art. 14, par. 1; Art. 1, par. 4

Art. 51, par. 1, it-tielet subparagrafu

Art. 51, par. 2, l-ewwel and it-tieni subpar.

Art. 51, par. 2, it-tielet subpar.

Art. 14, par. 4

Art. 52, par. 1

Art. 1, par. 5; Art. 15, par. 1

Art. 52, par. 2

Art. 15, par. 2

Art. 52, par. 3

Art. 15, par. 2, l-aħħar sentenza

Art. 52, par. 4

Art. 15, par. 3

Art. 52, par. 5

Art. 15, par. 4

Art. 52, par. 6

Art. 15, par. 6

Art. 52, par. 7

Art. 52, par. 8

Art. 52, par. 9

Art. 15, par. 7, it-tielet subpar.

Art. 53, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 1, par. 6; Art. 56, par. 1

Art. 53, par. 1, it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 1, par. 6

Art. 53, par. 2

Art. 56, par. 2

Art. 53, par. 3

Art. 56, par. 2, it-tielet subpar.

Art. 53, par. 4

Art. 56, par. 3

Art. 53, par. 5

Art. 56, par. 4

Art. 53, par. 6

Art. 56, par. 5

Art. 53, par. 7

Art. 56, par. 6

Art. 53, par. 8

Art. 56, par. 7

Art. 53, par. 9

Art. 56, par. 8

Art. 54

Art. 55, par. 1

Art. 29, par. 1

Art. 55, par. 2

Art. 29, par. 2

Art. 55, par. 3

Art. 55, par. 4

Art. 29, par. 2

Art. 56

Art. 57

Art. 58

Premessa 15

Art. 59

Art. 60, par. 1

Art. 34, par. 1

Art. 60, par. 2

Art. 34, par. 2

Art. 60, par. 3

Art. 34, par. 3

Art. 60, par. 4

Art. 34, par. 8

Art. 60, par. 5

Art. 34, par. 4

Art. 60, par. 6

Art. 34, par. 5

Art. 61, par. 1

Art. 34, par. 6

Art. 61, par. 2

Art. 34, par. 6

Art. 62, par. 1

Art. 34, par. 4, it-tieni subpar.; 5, it-tieni & it-tielet subpar.; 6, it-tieni subpar.; par. 7

Art. 62, par. 2

Art. 34, par. 4, l-ewwel subpar.; 5, l-ewwel subpar., 6, l-ewwel subpar.

Art. 62, par. 3

Art. 63

Art. 35

Art. 64, par. 1

Art. 36, par. 1

Art. 64, par. 2

Art. 36, par. 2

Art. 65

Art. 66, par. 1

Art. 45, par. 1

Art. 66, par. 2

Art. 45, par. 9

Art. 45, par. 10

Art. 66, par. 3

Art. 45, par. 9

Art. 67, par. 1

Art. 41, par. 1 & 2

Art. 67, par. 2

Art. 42, par. 3; Art. 44, par. 1

Art. 68

Art. 41, par. 3

Art. 69

Art. 42, par. 1, punt (c); Art. 44, par. 1

Art. 70, par. 1

Art. 43, par. 1, l-ewwel subpar.; Art. 44, par. 1

Art. 70, par. 2

Art. 43, par. 1, it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 70, par. 3

Art. 43, par 2 & 3

Art. 70, par. 4

Art. 43, par. 5

Art. 71, par. 1

Art. 44, par. 1;

Art. 70, par. 1, punt (b)

Art. 71, par. 2, l-ewwel sentenza

Art. 44, par. 2, 3

Art. 71, par 2, it-tieni & it-tielet sentenza

Art. 44, par. 4, it-tieni subpar.

Art. 71, par 3

Art. 44, par. 4, l-ewwel subpar.

Art. 71, par. 4

Art. 71, par. 5, l-ewwel subpar.

Art. 44, par. 6

Art. 71, par. 5, it-tieni subpar.

Art. 44, par. 7

Art. 71, par. 6

Art. 44, par. 8

Art. 72, par. 1

Art. 44, par. 5, l-ewwel subpar.

Art. 72, par. 2 and 3

Art. 44, par. 5, it-tieni & it-tielet subpar.

Art. 73, par. 1

Art. 45, par. 6

Art. 73, par. 2

Art. 46, par.2

Art. 74, par. 1

Art. 47, par. 1, l-ewwel sentenza & par. 5, l-ewwel subpar.

Art. 74, par. 2

Art. 47, par. 1, it-tieni sentenza &

Par. 5, it-tieni subpar.

Art. 75, par. 1

Art. 49, par. 1

Art. 75, par. 2

Art. 49, par. 2, l-ewwel & it-tieni subpar.

Art. 75, par. 3

Art. 49, par. 2, it-tielet subpar.

Art. 75, par. 4, 5 and 6

Art. 49, par. 3, 4 & 5

Art. 76, par. 1

Art. 51, par. 1

Art. 76, par. 2

Art. 51, par. 2

Art. 76, par. 3

Art. 52, par. 1

Art. 76, par. 4

Art. 76, par. 5

Art. 51, par. 3

Art. 76, par. 6

Art. 76, par. 7

Art. 76, par. 8

Art. 77, par. 1

Art. 53, par. 1

Art. 77, par. 2

Art. 53, par. 2

Art. 77, par. 3

Art. 53, par. 6

Art. 77, par. 4

Art. 53, par. 7

Art. 77, par. 5

Art. 53, par. 9

Art. 77, par. 6

Art. 78, par. 1

Art. 54, par. 1 & 2

Art. 78, par. 2

Art. 54, par. 3

Art. 79, par. 1

Art. 53, par. 4 & 5

Art. 79, par. 2

Art. 54, par. 5 & 6

Art. 79, par. 3

Art. 80, par. 1

Art. 53, par. 3; Art. 54, par. 4

Art. 80, par. 2

Art. 80, par. 3

Art. 53, par. 3; Art. 54, par. 4

Art. 81, par. 1

Art. 52, par. 2

Art. 81, par. 2

Art. 52, par. 3

Art. 81, par. 3

Art. 82, par. 1

Art. 55, par. 1

Art. 82, par. 2

Art. 55, par. 1

Art. 82, par. 3

Art. 82, par. 4

Premessa 1; Premessa 55, it-tielet par.

Art. 82, par. 5

Art. 55, par. 2

Art. 83

Art. 84, par. 1

Art. 57, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 84, par. 2, punt (a)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (a)

Art. 84, par. 2, punt (b)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (b)

Art. 84, par. 2, punt (c)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (c)

Art. 84, par. 2, punt (d)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (d)

Art. 84, par. 2, punt (e)

Art. 84, par. 2, punt (f)

Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (e)

Art. 84, par. 3, l-ewwel subparagrafu

Art. 57, par. 2

Art. 84, par. 3, it-tieni subparagrafu

Art. 84, par. 4

Art. 57, par. 3

Art. 84, par. 5

Art. 85, par. 1, 2, 3, 4 and Art. 86

Art. 58, par 1 - 4; Art. 59

Art. 85, par. 5

Art. 58, par. 5

Art. 87

Art. 38

Art. 88, par. 1

Art. 88, par. 2

Art. 37, l-ewwel sentenza

Art. 88, par. 3

Art. 88, par. 4

Art. 37, it-tieni sentenza

Art. 88, par. 5 - 8

Art. 89

Art. 90

Art. 91

Art. 92

Art. 93

Art. 94

Art. 95

Art. 61

Art. 96, par. 1

Art. 63, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 96, par. 2, l-ewwel subparagrafu

Art. 63, par. 1, l-ewwel subpar;

Art. 96, par. 2, it-tieni u it-tielet subparagrafi

Art. 63, par. 1, it-tieni subpar., l-ewwel u it-tieni sentenza

Art. 96, par. 3

Art. 63, par. 2

Art. 97, par. 1

Art. 65, par. 1

Art. 97, par. 2

Art. 60, par. 2

Art. 97, par. 3 & 4

Art. 65, par. 2 & 3

Art. 98

Art. 66

Art. 99, par. 1

Art. 72, l-ewwel subpar.

Art. 99, par. 2 - 6

Art. 100

Art. 50

Art. 101

Art. 102

Art. 103

Art. 68, par. 3 & 4

Art. 104

Art. 68, par. 5

Art. 105, par 1 & 2

Art. 68, par. 1 & 2

Art. 105, par. 3

Art. 106, par. 1

Art. 71, par. 1, l-ewwel subpar.

Art. 106, par. 2

Art. 106, par. 3

Art. 71, par. 1, it-tielet subpar

Art. 107

Art. 73

Art. 108

Art. 109

Art. 74

Art. 110

Art. 75

Anness I to X

Anness I (minbarra l-ewwel sentenza)

Anness XII (minbarra n-nota tal-qiegħ 1)

l-ewwel sentenza ta’ Anness I

In-nota tal-qiegħ 1 sa Anness XII

Anness II

Anness III, punti A, B, C, E, F, G, H, I u J

Anness XI

Anness III, punt D

Anness IV, punt 1, l-ewwel sa it-tielet subparagrafu

Art. 30, par. 6, l-ewwel subpar.

Anness IV, punt 1, ir-rabà subparagrafu

Anness IV, punt 2

Art. 30, par. 6, l-ewwel subpar., it-tieni sentenza

Anness V, (a) – (f)

Anness XXIV, (b) – (h)

Anness V, (g)

Anness VI

Anness XV

Anness VII

Art. 56, par. 3, it-tieni subpar., punti (a) — (f)

Anness VIII, minbarra għal punt 4

Anness XXI, minbarra għal punt 4

Anness VIII, punt 4

Anness XXI, punt 4

Anness IX

Anness XX

Anness X

Anness XIV

Anness XI

Anness XIII

Anness XII

Anness XVI

Anness XIII, punt 1

Art. 47, par. 4

Anness XIII, punt 2.

Art. 47, par. 5

Anness XIV

Anness XXIII

Anness XV

Anness XVI

Anness XVI

Anness XVII

Anness XVII

Anness XVIII

Anness XIX

Anness XVIII

Anness XX

Anness XIX

Anness XXI

Anness XXVI

Anness XXII

Anness XXV


28.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/375


DIRETTIVA 2014/36/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Għall-istabbiliment gradwali ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi għal miżuri li għandhom jiġu adottati fl-oqsma tal-asil, l-immigrazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

(2)

It-TFUE jipprovdi li l-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-immigrazzjoni bl-għan li, f’kull stadju, jiġu żgurati l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta’ migrazzjoni u t-trattament ġust ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fl-Istati Membri. Għal dak l-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw miżuri dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u dwar id-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom.

(3)

Il-Programm tal-Aja, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-4 ta’ Novembru 2004, irrikonoxxa li l-migrazzjoni legali se jkollha rwol importanti fit-titjib tal-iżvilupp tal-ekonomija, u talab lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ politika dwar il-migrazzjoni legali, inklużi proċeduri ta’ ammissjoni, li jkunu kapaċi jwieġbu malajr għat-talbiet li dejjem ivarjaw għall-impjieg tal-migranti fis-suq tax-xogħol.

(4)

Il-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2006 qabel dwar sensiela ta’ passi għall-2007. Dawk il-passi jinkludu l-iżvilupp ta’ politiki ta’ immigrazzjoni legali mmexxijin sew li jirrispettaw bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali, bħala għajnuna għall-Istati Membri biex jilħqu l-ħtiġijiet tax-xogħol eżistenti u dawk futuri. Huwa sejjaħ ukoll sabiex jiġu esplorati l-mezzi li jiffaċilitaw il-migrazzjoni temporanja.

(5)

Il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, adottat mill-Kunsill Ewropew fis-16 ta’ Ottubru 2008, jesprimi l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jmexxu politika ġusta, effettiva u konsistenti biex jiġu ttrattati l-isfidi u l-opportunitajiet ta’ migrazzjoni. Il-Patt huwa l-bażi tal-politika komuni dwar il-migrazzjoni mmexxija bi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri u b’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u bbażat fuq il-ġestjoni xierqa ta’ flussi ta’ migrazzjoni, mhux biss fl-interess tal-pajjiżi ospitanti iżda anke tal-pajjiżi ta’ oriġini u tal-migranti nfushom.

(6)

Il-Programm ta’ Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta’ Diċembru 2009, jirrikonoxxi li l-immigrazzjoni tal-ħaddiema tista’ tikkontribwixxi għal żieda fil-kompetittività u fil-vitalità ekonomika u li, fil-kuntest tal-isfidi demografiċi importanti li ser tiffaċċja l-Unjoni fil-futur b’żieda fit-talba għall-ħaddiema, il-politiki flessibbli dwar l-immigrazzjoni ser ikunu ta’ kontribut importanti għall-iżvilupp u l-prestazzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni fit-tul. Jenfasizza wkoll l-importanza li jiġi żgurat trattament ġust taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju tal-Istati Membri u li tittejjeb ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp. Hu jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jibqgħu jimplimentaw il-Pjan ta’ Politika dwar il-Migrazzjoni Legali dettaljat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005.

(7)

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tal-flussi ta’ migrazzjoni għall-kategorija speċifika ta’ migrazzjoni temporanja staġonali u għall-iżgurar ta’ kondizzjonijiet deċenti tax-xogħol u tal-għajxien għall-ħaddiema staġonali, permezz tal-istabbiliment ta’ regoli ġusti u trasparenti għall-ammissjoni u s-soġġorn u billi tiddefinixxi d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi għal inċentivi u salvagwardji għall-prevenzjoni ta’ soġġorni mtawlin u/jew tal-fatt li soġġorn temporanju jsir permanenti. Barra minn hekk, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ser jikkontribwixxu biex jiġi evitat li tali soġġorn temporanju jsir soġġorn mhux awtorizzat.

(8)

L-Istati Membri għandhom jagħtu effett lil din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f’minoranza nazzjonali, ġid, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali f’konformità, b’mod partikolari, mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE (5) u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (6).

(9)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti ta’ Adeżjoni rilevanti.

(10)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-volumi ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom għall-finijiet ta’ xogħol staġonali kif speċifikat fit-TFUE.

(11)

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-kondizzjonijiet tal-forniment ta’ servizzi fil-qafas tal-Artikolu 56 TFUE. B’mod partikolari, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li, skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), japplikaw għal ħaddiema mibgħuta minn impriżi stabbiliti ġewwa Stat Membru biex jipprovdu servizz fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

(12)

Din id-Direttiva għandha tkopri r-relazzjonijiet ta’ xogħol diretti bejn il-ħaddiema staġonali u min iħaddem. Madankollu, fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tippermetti l-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bħala ħaddiema staġonali permezz ta’ aġenziji ta’ impjieg jew ta’ xogħol temporanju stabbiliti fit-territorju tiegħu u li għandhom kuntratt dirett mal-ħaddiem staġonali, dawn l-aġenziji ma għandhomx ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(13)

Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ u f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, jelenkaw dawk is-setturi ta’ impjieg li jinkludu attivitajiet li jiddipendu mill-mogħdija tal-istaġuni. L-attivitajiet li jiddipendu mill-mogħdija tal-istaġuni jinstabu tipikament f’setturi bħall-agrikoltura u l-ortikultura, u b’mod partikolari matul il-perijodu tat-tħawwil jew tal-ħsad, jew bħat-turiżmu, b’mod partikolari matul il-perijodu tal-vaganzi.

(14)

Jekk hekk ikun previst fil-liġi nazzjonali u fejn ikun f’konformità mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 10 TFUE, l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw trattament aktar favorevoli għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi speċifiċi meta mqabbel maċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħrajn meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet fakultattivi ta’ din id-Direttiva.

(15)

Għandu jkun biss possibbli li wieħed japplika għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġonali waqt li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun qed jirrisjedi barra mit-territorju tal-Istati Membri.

(16)

Għandu jkun possibbli li tiġi rifjutata l-ammissjoni għall-finijiet stabbiliti ta’ din id-Direttiva għal raġunijiet iġġustifikati b’mod xieraq. B’mod partikolari, għandu jkun possibbli li tiġi rifjutata l-ammissjoni jekk Stat Membru jikkunsidra, abbażi ta’ valutazzjoni tal-fatti, li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat huwa theddida potenzjali għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.

(17)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(18)

Din id-Direttiva ma għandhiex tolqot ħażin drittijiet li jkunu ngħataw lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu diġà joqogħdu legalment fi Stat Membru biex jaħdmu.

(19)

Fil-każ ta’ Stati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (Kodiċi dwar il-Viżi), ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (11) japplikaw fl-intier tagħhom. Għaldaqstant, għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum, il-kondizzjonijiet tal-ammissjoni ta’ ħaddiema staġonali fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ huma rregolati minn dawk l-istrumenti, filwaqt li din id-Direttiva għandha tirregola biss il-kriterji u r-rekwiżiti għall-aċċess għal impjieg. Fil-każ ta’ Stati Membri li ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, japplika biss il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen imsemmija f’din id-Direttiva jappartjenu għal dik il-parti tal-acquis ta’ Schengen fejn l-Irlanda u r-Renju Unit ma jiħdux sehem u għalhekk dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għalihom.

(20)

Il-kriterji u r-rekwiżiti għall-ammissjoni kif ukoll raġunijiet għal rifjut u rtirar jew nuqqas ta’ estensjoni/nuqqas ta’ tiġdid għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum għandhom ikunu definiti f’din id-Direttiva sa fejn huwa kkonċernat l-impjieg bħala ħaddiem staġonali. Meta jinħarġu viżi għal soġġorn qasir għall-fini ta’ xogħol staġonali d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta’ Schengen rigward il-kondizzjonijiet ta’ dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll raġunijiet għal rifjut, estensjoni, annullament jew revoka ta’ dawk il-viżi japplikaw skont il-każ. B’mod partikolari, kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-rifjut, l-annullament jew ir-revoka ta’ viża u r-raġunijiet li fuqhom din tkun ibbażata għandhom jiġu notifikati, f’konformità mal-Artikoli 32(2) u 34(6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

(21)

Għal ħaddiema staġonali li jiġu ammessi għal soġġorni ta’ aktar minn 90 jum, din id-Direttiva għandha tiddefinixxi kemm il-kondizzjonijiet għall-ammissjoni u s-soġġorn fit-territorju kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għall-aċċess għal impjieg fl-Istati Membri.

(22)

Din id-Direttiva għandha tipprovdi għal sistema ta’ dħul flessibbli bbażata fuq id-domanda u fuq kriterji oġġettivi, bħal pereżempju kuntratt validu ta’ xogħol jew offerta vinkolanti ta’ impjieg li tispeċifika l-aspetti essenzjali tal-kuntratt jew ir-relazzjoni tal-impjieg.

(23)

L-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jagħmlu test li juri li kariga ma tistax tiġi okkupata minn ġewwa s-suq domestiku tax-xogħol.

(24)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għal ammissjoni b’mod partikolari meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx osserva l-obbligu li jirriżulta minn deċiżjoni ta’ ammissjoni preċedenti bħala ħaddiem staġonali li jħalli t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat mal-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali.

(25)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jesiġu minn min iħaddem biex jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex jiġi evitat abbuż u użu ħażin possibbli tal-proċedura stabbilita f’din id-Direttiva.

(26)

Il-provvediment għal proċedura unika li twassal għal permess wieħed ikkombinat, li jkopri kemm soġġorn kif ukoll xogħol, għandu jikkontribwixxi għal simplifikazzjoni tar-regoli li huma attwalment applikabbli għall-Istati Membri. Dak m’għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jaħtar l-awtoritajiet kompetenti u l-mod kif għandhom ikunu involuti fil-proċedura unika, skont l-ispeċifiċitajiet nazzjonali tal-organizzazzjoni amministrattiva u tal-prattika.

(27)

In-nomina tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ awtoritajiet oħra u, fejn applikabbli, l-imsieħba soċjali, f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha.

(28)

Huwa meħtieġ li din id-Direttiva tipprovdi għal ċerta flessibbiltà għall-Istati Membri fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet li għandhom jinħarġu għall-ammissjoni (dħul, soġġorn u xogħol) ta’ ħaddiema staġonali. Il-ħruġ ta’ viża għal soġġorn twil f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12(2) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri joħorġu awtorizzazzjoni minn qabel għal xogħol fl-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet ta’ impjieg kif previsti minn din id-Direttiva ġew iċċekkjati u ġew sodisfatti, għandu jitniżżel ċar fuq dawk l-awtorizzazzjonijiet li huma nħarġu għall-fini ta’ xogħol staġonali. Fejn jinħarġu viżi għal soġġorn qasir biss, l-Istati Membri għandhom jużaw l-intestatura “kummenti” tal-istiker tal-viża għal dak l-għan.

(29)

Għas-soġġorni kollha li ma jaqbżux 90 jum, l-Istati Membri għandhom jagħżlu li joħorġu jew viża għal soġġorn qasir jew viża għal soġġorn qasir akkumpanjata minn permess tax-xogħol f’każijiet fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jeħtieġ viża f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx suġġett għar-rekwiżit ta’ viża u fejn l-Istat Membru ma jkunx applika l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom joħorġu permess tax-xogħol għalih jew għaliha bħala awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali. Għas-soġġorni kollha li jaqbżu 90 jum, l-Istati Membri għandhom jagħżlu li joħorġu waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin: viża għal soġġorn twil; permess ta’ ħaddiem staġonali; jew permess ta’ ħaddiem staġonali akkumpanjat minn viża għal soġġorn twil, jekk il-viża għal soġġorn twil tkun meħtieġa skont il-liġi nazzjonali għal dħul fit-territorju. Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jipprekludi lill-Istati Membri milli jagħtu permess tax-xogħol direttament lil min iħaddem.

(30)

Fejn tkun meħtieġa viża għall-uniku fini ta’ dħul fit-territorju ta’ Stat Membru u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet biex jinħariġlu permess ta’ ħaddiem staġonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kull fakultà li jikseb il-viża meħtieġa u għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw b’mod effettiv għal dak l-għan.

(31)

It-tul massimu ta’ soġġorn għandu jiġi ffissat mill-Istati Membri u jkun limitat għal perijodu ta’ bejn ħames u disa’ xhur li, flimkien mad-definizzjoni ta’ xogħol staġonali, għandu jiżgura li x-xogħol ikun ta’ natura ġenwinament staġonali. Għandu jsir provvediment biex f’dak it-tul ta’ żmien massimu ta’ soġġorn, ikun possibbli li l-kuntratt jiġi estiż jew li jinbidel min iħaddem, bil-kondizzjoni li l-kriterji tal-ammissjoni jibqgħu jiġu sodisfatti. Dak għandu jservi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ abbużi li l-ħaddiema staġonali jistgħu jaffaċċjaw jekk ikunu marbutin ma’ persuna waħda li tħaddem u fl-istess ħin biex jipprovdi għal reazzjoni flessibbli għal ħtiġijiet reali tal-forza tax-xogħol ta’ min iħaddem. Il-possibbiltà li l-ħaddiem staġonali jkun impjegat minn persuna differenti li tħaddem taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva ma għandhiex tirriżulta fil-possibbiltà li l-ħaddiem staġonali jfittex impjieg fit-territorju tal-Istati Membri waqt li jkun qiegħed.

(32)

Meta jiddeċiedu dwar l-estensjoni ta’ soġġorn jew dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkunsidraw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol.

(33)

F’każijiet fejn ħaddiem staġonali jkun ġie ammess għal soġġorn li ma jaqbiżx 90 jum u fejn l-Istat Membru jkun iddeċieda li jestendi s-soġġorn lil hinn minn 90 jum, il-viża għal soġġorn qasir għandha tiġi sostitwita jew b’viża għal soġġorn twil jew b’permess ta’ ħaddiema staġonali.

(34)

B’kont meħud ta’ ċerti aspetti tal-migrazzjoni ċirkolari kif ukoll tal-prospetti ta’ impjieg tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi lil hinn minn staġun wieħed u tal-interessi ta’ min iħaddem fl-Unjoni biex ikunu jistgħu jserrħu fuq forza tax-xogħol aktar stabbli u diġà mħarrġa, għandu jsir provvediment għall-possibbiltà ta’ proċeduri ta’ ammissjoni ffaċilitati fir-rigward ta’ ċittadini bona fide ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew ammessi bħala ħaddiema staġonali fi Stat Membru tal-inqas fil-ħames snin preċedenti, u li dejjem irrispettaw il-kriterji u l-kondizzjonijiet kollha previsti taħt din id-Direttiva għad-dħul u s-soġġorn fl-Istat Membru kkonċernat. Arranġamenti bħal dawn ma għandhomx jaffettwaw, jew jevadu, ir-rekwiżit li l-impjieg ikun ta’ natura staġonali.

(35)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u s-soġġorn, inklużi d-drittijiet u l-obbligi u s-salvagwardji proċedurali kif stabbiliti f’din id-Direttiva u kull evidenza dokumentarja meħtieġa għal applikazzjoni ta’ soġġorn u xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru bħala ħaddiem staġonali, tkun disponibbli għall-applikanti.

(36)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra min iħaddem fil-każ ta’ ksur tal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Dawk is-sanzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn miżuri kif previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/52/KE u għandhom jinkludu, jekk ikun il-każ, ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem biex iħallas kumpens lill-ħaddiema staġonali. Il-mekkaniżmi neċessarji għandhom jiġu stabbiliti biex ikun possibbli li l-ħaddiema staġonali jiksbu l-kumpens li jkunu intitolati għalih anke jekk ma jibqgħux fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni.

(37)

Għandu jiġi stabbilit sett ta’ regoli li jirregolaw il-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjonijiet għal ammissjoni bħala ħaddiem staġonali. Dik il-proċedura għandha tkun effikaċi u maniġġabbli, b’kont meħud tal-piż normali tax-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, kif ukoll trasparenti u ġusti, sabiex joffru ċertezza legali xierqa lil dawk ikkonċernati.

(38)

Fil-każ ta’ viżi għal soġġorn qasir, is-salvagwardji proċedurali huma regolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta’ Schengen.

(39)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjonijet għal awtorizzazzjoni għal skop ta’ xogħol staġonali malajr kemm jista’ jkun wara li jiġu ppreżentati. Fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal estensjoni jew tiġdid, fejn dawn jiġu ppreżentati fil-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi responsabbli kollha biex jiżguraw li l-ħaddiem staġonali ma jkunx obbligat jinterrompi r-relazzjoni tal-impjieg tiegħu jew tagħha mal-istess persuna li tħaddmu, u li ma jkunx impedut milli jibdel il-persuna li tħaddmu, minħabba proċeduri amministrattivi li jkunu għaddejjin. L-applikanti għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal estensjoni jew tiġdid malajr kemm jista’ jkun. Fi kwalunkwe każ, il-ħaddiem staġonali għandu jkun jista’ jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, u fejn ikun il-każ jibqa’ jaħdem, sa meta tittieħed deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għal estensjoni jew tiġdid mill-awtoritajiet kompetenti.

(40)

Minħabba n-natura tax-xogħol staġonali, l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa biex ma jimponux tariffa għat-trattament tal-applikazzjonijiet. Fil-każ li Stat Membru, minkejja dan, jiddeċiedi li jimponi tariffa, din it-tariffa ma għandhiex tkun sproporzjonata jew eċċessiva.

(41)

Il-ħaddiema staġonali għandhom ilkoll jibbenefikaw minn akkomodazzjoni li tiżgura standard tal-għajxien adegwat. L-awtorità kompetenti għandha tiġi informata dwar kwalunkwe bidla tal-akkomodazzjoni. Fejn l-arranġamenti għal dik l-akkomodazzjoni jsiru minn min iħaddem jew permezz tiegħu, il-kera ma għandhiex tkun eċċessiva paragunata mar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiem staġonali u paragunata mal-kwalità ta’ dik l-akkomodazzjoni, il-kera ta’ ħaddiem staġonali ma għandhiex titnaqqas awtomatikament mill-paga tiegħu jew tagħha, min iħaddem għandu jipprovdi lill-ħaddiem staġonali kuntratt ta’ kera jew dokument ekwivalenti li jiddikjara l-kondizzjonijiet tal-kera għall-akkomodazzjoni, u min iħaddem għandu jiżgura li l-akkomodazzjoni tilħaq l-istandards ġeneral tas-saħħa u tas-sikurezza li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

(42)

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom fil-pussess tagħhom dokument tal-ivvjaġġar validu u awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali skont din id-Direttiva minn Stat Membru li japplika bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen jitħallew jidħlu fit-territorju u jiċċaqilqu b’mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ, għal perijodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum f’konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (12) (il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen).

(43)

B’kont meħud tas-sitwazzjoni speċjalment vulnerabbli ta’ ħaddiema staġonali ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tan-natura temporanja tal-assenjament tagħhom, jeħtieġ li tiġi pprovduta protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema staġonali ċittadini ta’ pajjiżi terzi, anke fil-qasam tas-sigurtà soċjali, biex tiġi vverifikata regolarment il-konformità u biex jiġi ggarantit bis-sħiħ ir-rispett lejn il-prinċipju ta’ trattament ugwali bħall-ħaddiema li huma ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, filwaqt li jinżamm il-prinċipju tal-istess ħlas għall-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, u billi jiġu applikati ftehimiet kollettivi u arranġamenti oħra dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li jkunu ġew konklużi fi kwalunkwe livell jew li għalihom hemm dispożizzjoni statutorja, f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, taħt l-istess termini bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

(44)

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-prinċipji li jinsabu fil-Karta Soċjali Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 1961 u, fejn rilevanti, il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Istatus Ġuridiku tal-Ħaddiema Migranti tal-24 ta’ Novembru 1977.

(45)

Flimkien mad-dispożizzjonijiet leġislattivi, amministrattivi u regolatorji applikabbli għall-ħaddiema ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ u ftehimiet kollettivi u kuntratti konklużi fi kwalunkwe livell, f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, għandhom japplikaw ukoll għall-ħaddiema staġonali ċittadini ta’ pajjiżi terzi bl-istess kondizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

(46)

Il-ħaddiema staġonali li jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jingħataw trattament ugwali fir-rigward ta’ dawk il-fergħat tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Din id-Direttiva ma tarmonizzax il-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-Istati Membri u ma tkoprix l-assistenza soċjali. Hija limitata għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Din id-Direttiva ma għandhiex tagħti aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom interessi transkonfinali bejn l-Istati Membri.

Minħabba n-natura temporanja tas-soġġorn ta’ ħaddiema staġonali u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn ħaddiema staġonali u ċ-ċittadini tagħhom stess u għandhom ikunu jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll il-benefiċċji tat-taxxa.

Din id-Direttiva ma għandhiex tipprovdi għar-riunifikazzjoni tal-familji. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tagħtix drittijiet relatati ma’ sitwazzjonijiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni bħal, pereżempju, sitwazzjonijiet fejn il-membri tal-familja jirrisjedu f’pajjiż terz. Madankollu, dak m’għandux jaffettwa d-dritt tas-superstiti li jirċievu drittijiet mill-ħaddiem staġonali biex jirċievu l-pensjoni tas-superstiti meta jkunu jirrisjedu f’pajjiż terz. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni nondiskriminatorja mill-Istati Membri ta’ liġi nazzjonali li tipprovdi għal regoli de minimis dwar il-kontribuzzjonijiet għas-sistemi tal-pensjoni. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi, sabiex jiġu żgurati kopertura effettiva tas-sigurtà soċjali matul is-soġġorn u l-esportazzjoni ta’ drittijiet miksubin mill-ħaddiema staġonali, fejn applikabbli.

(47)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni ma tillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll l-ammont ta’ dawn il-benefiċċji u l-perijodu li jingħataw għalih. Madankollu, meta jkunu qed jeżerċitaw dik is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

(48)

Kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt ta’ trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali taħt din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010.

(49)

Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari tad-dispożizzjonijiet rigward id-drittijiet, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti mekkaniżmi adatti għall-monitoraġġ ta’ min iħaddem u, fejn xieraq, li jsiru ispezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorji rispettivi tagħhom. L-għażla ta’ min iħaddem li jiġu ispezzjonati għandha tkun ibbażata primarjament fuq valutazzjoni tar-riskju li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri b’kont meħud ta’ fatturi bħas-settur li fih kumpannija topera u kwalunkwe ksur irreġistrat fil-passat.

(50)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi li permezz tagħhom il-ħaddiema staġonali jistgħu jfittxu rimedju legali u jressqu lmenti direttament jew permezz ta’ partijiet terzi rilevanti bħat-trade unions jew assoċjazzjonijiet oħrajn. Dak huwa kkunsidrat neċessarju biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema staġonali mhumiex konxji mill-eżistenza tal-mekkaniżmi tal-infurzar jew joqogħdu lura milli jużawhom f’isimhom stess, għaliex jibżgħu mill-konsegwenzi possibbli. Il-ħaddiema staġonali għandhom ikollhom aċċess għal protezzjoni ġudizzjarja kontra l-vittimizzazzjoni b’riżultat ta’ lment li jagħmlu.

(51)

Minħabba li l-objettivi din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ proċedura speċjali ta’ ammissjoni, l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet għal dħul u soġġorn għall-fini ta’ impjieg staġonali minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u d-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema staġonali, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’kont meħud tal-politiki tal-immigrazzjoni u tal-impjieg fil-livell Ewropew u nazzjonali. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(52)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari l-Artikoli 7, 15(3), 17, 27, 28, 31 u 33(2) tagħha, f’konformità mal-Artikolu 6 tat-TUE.

(53)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 (15), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom ma’ dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis it-trasmissjoni ta’ tali dokumenti bħala ġustifikata.

(54)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, u mhumiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(55)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Direttiva tiddetermina l-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali u tiddefinixxi d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali.

2.   Għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum, din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-acquis ta’ Schengen b’mod partikolari l-Kodiċi dwar il-Viżi, il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u r-Regolament (KE) Nru 539/2001.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu barra mit-territorju tal-Istati Membri u li japplikaw biex ikunu ammessi jew li ġew ammessi, taħt it-termini ta’ din id-Direttiva, fit-territorju ta’ Stat Membru għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li meta jippreżentaw l-applikazzjoni, ikunu jirresjedu fit-territorju ta’ Stat Membru bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 15.

2.   Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ u f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, jelenkaw dawk is-setturi ta’ impjieg li jinkludu attivitajiet li jiddependu mill-mogħdija tal-istaġuni. L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw dik il-lista, fejn ikun il-każ u f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-modifiki.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li:

(a)

jwettqu attivitajiet f’isem impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fil-qafas tal-forniment ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE, inklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkollokati minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru fil-qafas tal-forniment ta’ servizzi skont id-Direttiva 96/71/KE;

(b)

huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu fl-Unjoni, f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);

(c)

għandhom, flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni skont ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jew bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) TFUE;

(b)

“ħaddiem staġonali” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li jżomm il-post ta’ residenza prinċipali tiegħu jew tagħha f’pajjiż terz u jkun joqgħod legalment u temporanjament fit-territorju ta’ Stat Membru biex iwettaq attività li tiddipendi mill-mogħdija tal-istaġuni, skont kuntratt tax-xogħol wieħed jew aktar b’terminu fiss konkluż(i) direttament bejn dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u min iħaddem stabbilit f’dak l-Istat Membru.

(c)

“attività li tiddipendi mill-mogħdija tal-istaġuni” tfisser attività li hija marbuta ma’ ċertu żmien tas-sena permezz ta’ avveniment rikorrenti jew sensiela ta’ avvenimenti marbuta ma’ kondizzjonijiet staġonali li matulhom il-livelli ta’ ħaddiema meħtieġa huma sinifikattivament ogħla minn dawk neċessarji għall-operazzjonijiet kontinwi tas-soltu;

(d)

“permess ta’ ħaddiem staġonali” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa bl-użu ta’ format stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (17) li jirriferi għal xogħol staġonali u li jintitola lid-detentur tiegħu li joqgħod u jaħdem fit-territorju ta’ Stat Membru għal soġġorn li jaqbeż 90 jum taħt it-termini ta’ din id-Direttiva;

(e)

“viża għal soġġorn qasir” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif previst fil-punt (2)(a) tal-Artikolu 2 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jew maħruġa f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ;

(f)

“viża għal soġġorn twil” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif previst fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen jew maħruġa f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ;

(g)

“proċedura unika ta’ applikazzjoni” tfisser proċedura li twassal, abbażi ta’ applikazzjoni waħda għall-awtorizzazzjoni ta’ soġġorn u tax-xogħol ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru, għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess ta’ ħaddiem staġonali;

(h)

“awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali” tfisser kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9 li tintitola lid-detentur tagħhom biex joqgħod u jaħdem fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni taħt din id-Direttiva;

(i)

“permess tax-xogħol” tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali għall-fini ta’ xogħol fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli ta’:

(a)

il-liġi tal-Unjoni, inklużi ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi bejn l-Unjoni jew bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa u pajjiż terz wieħed jew aktar min-naħa l-oħra;

(b)

ftehimiet bilaterali jew multilaterali konklużi bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew li jżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li tapplika għalihom fir-rigward tal-Artikoli 18, 19, 20, 23 u 25.

KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI

Artikolu 5

Kriterji u rekwiżiti għall-ammissjoni għall-finijiet ta’ impjieg bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum

1.   L-applikazzjonijiet għal ammissjoni fi Stat Membru taħt it-termini ta’ din id-Direttiva għal soġġorn li ma jaqbiżx 90 jum għandhom ikunu akkumpanjati minn:

(a)

kuntratt validu ta’ xogħol jew, jekk previst mil-liġi jew regolamenti amministrattivi jew prattika nazzjonali, offerta vinkolanti ta’ impjieg għal xogħol bħala ħaddiem staġonali fl-Istat Membru kkonċernat ma’ persuna li tħaddem stabbilita f’dak l-Istat Membru li jispeċifikaw:

(i)

il-post u t-tip ta’ xogħol;

(ii)

it-tul tal-impjieg;

(iii)

ir-remunerazzjoni;

(iv)

is-sigħat ta’ xogħol kull ġimgħa jew xahar;

(v)

l-ammont ta’ kwalunkwe leave imħallas;

(vi)

fejn applikabbli, kondizzjonijiet ta’ xogħol rilevanti oħra; u

(vii)

jekk possibbli, id-data meta jibda l-impjieg.

(b)

evidenza tal-akkwist ta’, jew, jekk prevista fil-liġi nazzjonali, tal-applikazzjoni għal assigurazzjoni tal-mard minħabba r-riskji kollha li normalment ikopru liċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat għall-perijodi li fihom il-kopertura mit-tali assigurazzjoni u d-dritt għall-benefiċċji korrespondenti mhumiex ipprovduti b’konnessjoni max-xogħol, jew bħala riżultat tax-xogħol li jkun sar f’dak l-Istat Membru;

(c)

evidenza li l-ħaddiem staġonali ser ikollu akkomodazzjoni xierqa jew li ser tiġi pprovduta akkomodazzjoni xierqa, skont l-Artikolu 20.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ikunu f’konformità ma’ liġijiet, ftehimiet kollettivi u/jew prattika li jkunu applikabbli.

3.   Fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-ħaddiem staġonali ma jkollu ebda rikors għas-sistemi tal-assistenza soċjali tagħhom.

4.   Fil-każijiet fejn fil-kuntratt tax-xogħol jew fl-offerta vinkolanti għal impjieg ikun speċifikat li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ser jeżerċita professjoni regolata, kif definit fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-applikant jippreżenta dokumentazzjoni li tiċċertifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali għall-eżerċizzju ta’ dik il-professjoni regolata.

5.   Meta jeżaminaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1), l-Istati Membri li ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ għandhom jivverifikaw li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz:

(a)

ma jippreżentax riskju ta’ immigrazzjoni illegali;

(b)

mhuwiex biħsiebu jitlaq mit-territorju tal-Istat Membri mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 6

Kriterji u rekwiżiti għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li jaqbżu 90 jum

1.   L-applikazzjonijiet għal ammissjoni fi Stat Membru skont it-termini ta’ din id-Direttiva għal soġġorn li jaqbeż 90 jum, għandhom ikunu akkumpanjati minn:

(a)

kuntratt validu ta’ xogħol jew, jekk tkun prevista mil-liġi jew regolamenti amministrattivi jew prattika nazzjonali, offerta vinkolanti ta’ impjieg għal xogħol bħala ħaddiem staġonali fl-Istat Membru kkonċernat ma’ persuna li tħaddem stabbilita f’dak l-Istat Membru, li jispeċifikaw:

(i)

il-post u t-tip ta’ xogħol;

(ii)

it-tul tal-impjieg;

(iii)

ir-remunerazzjoni;

(iv)

is-sigħat ta’ xogħol kull ġimgħa jew xahar;

(v)

l-ammont ta’ kwalunkwe leave imħallas;

(vi)

fejn applikabbli, kondizzjonijiet ta’ xogħol rilevanti oħra; u

(vii)

jekk possibbli, id-data ta’ meta jibda l-impjieg;

(b)

evidenza tal-akkwist ta’, jew, jekk prevista fil-liġi nazzjonali, tal-applikazzjoni, għal assigurazzjoni tal-mard minħabba r-riskji kollha li normalment huma koperti għaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat fil-perijodi fejn il-kopertura tal-assigurazzjoni u d-dritt għall-benefiċċji korrespondenti mhumiex ipprovduti f’konnessjoni max-xogħol, jew b’riżultat tax-xogħol imwettaq f’dak l-Istat Membru;

(c)

evidenza li l-ħaddiem staġonali ser ikollu akkomodazzjoni xierqa jew li ser tiġi pprovduta akkomodazzjoni xierqa, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jikkonformaw ma’ liġijiet, ftehimiet kollettivi u/jew prattika li jkunu applikabbli.

3.   Fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-ħaddiem staġonali ser ikollu biżżejjed riżorsi matul is-soġġorn tiegħu jew tagħha biex imantni lilu nnifsu mingħajr rikors għas-sistemi tal-assistenza soċjali tagħhom.

4.   Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma kkunsidrati bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika m’għandhomx jiġu ammessi.

5.   Meta jeżaminaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jippreżentax riskju ta’ immigrazzjoni illegali u li hu jew hi mhumiex biħsiebhom jitilqu mit-territorju tal-Istat Membri l-aktar tard fid-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni.

6.   Fil-każijiet fejn fil-kuntratt tax-xogħol jew fl-offerta vinkolanti għal impjieg ikun speċifikat li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ser jeżerċita professjoni regolata, kif definit fid-Direttiva 2005/36/KE, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-applikant jippreżenta dokumentazzjoni li tiċċertifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali għall-eżerċizzju ta’ dik il-professjoni rregolata.

7.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkollhom fil-pussess tagħhom dokument tal-ivvjaġġar li jkun validu taħt il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-perijodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar ikopri mill-inqas il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li:

(a)

il-perijodu ta’ validità jaqbeż iż-żmien maħsub ta’ soġġorn b’massimu ta’ tliet hur;

(b)

id-dokument tal-ivvjaġġar ikun inħareġ fl-aħħar għaxar snin; u

(c)

id-dokument tal-ivvjaġġar ikollu mill-inqas żewġ paġni vojta.

Artikolu 7

Volumi ta’ ammissjoni

Din id-Direttiva ma għandhiex tinċidi fuq id-dritt ta’ Stat Membru li jiddetermina l-volumi ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu fit-territorju tiegħu għall-fini ta’ xogħol staġonali. Fuq din il-bażi, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali tista’ titqies inammissibbli jew tiġi rifjutata.

Artikolu 8

Raġunijiet għal rifjut

1.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:

(a)

ma jkunx hemm konformità mal-Artikoli 5 jew 6; jew

(b)

id-dokumenti ppreżentati għall-fini tal-Artikoli 5 jew 6 jkunu nkisbu bi frodi, jew iffalsifikati, jew imbagħbsa.

2.   L-Istati Membri għandhom, jekk ikun il-każ, jirrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:

(a)

il-persuna li tħaddem ġiet sanzjonata skont il-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali;

(b)

in-negozju tal-persuna li tħaddem qed jiġi jew ġie xolt skont il-liġijiet nazzjonali ta’ insolvenza jew ma tkunx qed issir ebda attività ekonomika; jew

(c)

il-persuna li tħaddem tkun ġiet sanzjonata taħt l-Artikolu 17.

3.   L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk il-pożizzjoni vakanti inkwistjoni tistax timtela minn ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment f’dak l-Istat Membru, u f’dak il-każ huma jistgħu jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti rilevanti ta’ Adeżjoni.

4.   Stat Membru jista’ jirrifjuta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:

(a)

il-persuna li tħaddem tkun naqset milli tissodisfa l-obbligi legali tagħha rigward is-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni, id-drittijiet tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol jew it-termini ta’ impjieg, kif previst fil-liġijiet u/jew ftehimiet kollettivi li jkunu applikabbli;

(b)

fi żmien it-12-il xahar li jippreċedu immedjatament id-data tal-applikazzjoni, il-persuna li tħaddem tkun eliminat pożizzjoni full-time sabiex toħloq pożizzjoni vakanti li l-persuna li tħaddem tkun qed tipprova timla bl-użu ta’ din id-Direttiva;

(c)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx osserva l-obbligi li jirriżultaw minn deċiżjoni preċedenti ta’ ammissjoni bħala ħaddiem staġonali.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut ta’ applikazzjonigħandha tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-interessi tal-ħaddiem staġonali, u jirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.   Ir-raġunijiet għal rifjut tal-ħruġ ta’ viża għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

Artikolu 9

Irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali

1.   L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:

(a)

id-dokumenti ppreżentati għall-fini tal-Artikoli 5 jew 6 kienu nkisbu bi frodi, jew iffalsifikati, jew imbagħbsa; jew

(b)

id-detentur ikun qed joqgħod fil-pajjiż għal finijiet li mhumiex dawk li għalihom hu kien awtorizzat li joqgħod.

2.   L-Istati Membri għandhom, jekk ikun il-każ, jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:

(a)

il-persuna li tħaddem ġiet sanzjonata skont il-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali;

(b)

in-negozju tal-persuna li tħaddem qed jiġi jew ġie xolt skont il-liġijiet nazzjonali ta’ insolvenza jew ma tkunx qed issir ebda attività ekonomika;

(c)

il-persuna li tħaddem ġiet sanzjonata taħt l-Artikolu 17.

3.   L-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:

(a)

m’għadx hemm iżjed konformità mal-Artikoli 5 jew 6;

(b)

il-persuna li tħaddem tkun naqset milli tissodisfa l-obbligi legali tagħha rigward is-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni, id-drittijiet tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol jew it-termini ta’ impjieg, kif previst fil-liġijiet applikabbli u/jew fi ftehimiet kollettivi;

(c)

il-persuna li tħaddem ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt il-kuntratt tax-xogħol; jew

(d)

fi żmien it-12-il xahar li jippreċedu immedjatament id-data tal-applikazzjoni, il-persuna li tħaddem eliminat pożizzjoni full-time sabiex toħloq pożizzjoni vakanti li persuna li tħaddem tkun qed tipprova timla bl-użu ta’ din id-Direttiva.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz japplika għal protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) jew għal protezzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-interessi tal-ħaddiem staġonali, u tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.   Ir-raġunijiet għal rifjut jew revoka ta’ viża għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

Artikolu 10

Obbligu ta’ kooperazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jesiġu mill-persuna li tħaddem biex tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-ħruġ, l-estensjoni jew it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali.

KAPITOLU III

PROĊEDURA U AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-FINI TA’ XOGĦOL STAĠONALI

Artikolu 11

Aċċess għall-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu aċċessibbli faċilment lill-applikanti l-informazzjoni dwar l-evidenza dokumentarja kollha meħtieġa għal applikazzjoni u l-informazzjoni dwar id-dħul u s-soġġorn, inklużi d-drittijiet u l-obbligi u s-salvagwardji proċedurali tal-ħaddiem staġonali.

2.   Meta l-Istati Membri joħorġu awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali lil ċittadin ta’ pajjiżi terzi, huma għandhom jipprovduh ukoll b’informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva, inklużi l-proċeduri ta’ lment.

Artikolu 12

Awtorizzazzjonijiet għall-fini ta’ xogħol staġonali

1.   Għal soġġorni li ma jaqbżux id-90 jum, għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-Artikolu 5 u ma jaqgħux taħt ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom joħorġu waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin għall-fini ta’ xogħol staġonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn qasir kif stipulat fil-Kodiċi dwar il-Viżi u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (20):

(a)

viża għal soġġorn qasir, li tindika li hija maħruġa għall-fini ta’ xogħol staġonali;

(b)

viża għal soġġorn qasir u permess tax-xogħol li jindikaw li huma maħruġa għall-fini ta’ xogħol staġonali; jew

(c)

permess tax-xogħol li jindika li huwa maħruġ għall-fini ta’ xogħol staġonali, fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun eżentat mir-rekwiżit ta’ viża f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u l-Istat Membru kkonċernat ma japplikax lilu l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament.

Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu jew l-għall-awtorizzazzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (c) jew għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c).

2.   Għal soġġorni li jaqbżu d-90 jum, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-Artikolu 5a u ma jaqgħux taħt ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom joħorġu waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin għall-fini ta’ xogħol staġonali:

(a)

viża għal soġġorn twil, li tindika li hija maħruġa għall-fini ta’ xogħol staġonali;

(b)

permess tax-xogħol staġonali; jew

(c)

permess tax-xogħol staġonali jew viża għal soġġorn twil, jekk il-viża għal soġġorn twil hija meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali għad-dħul fit-territorju.

Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal waħda biss mill-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

3.   Mingħajr preġudizzju għall-acquis ta’ Schengen, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk applikazzjoni għandhiex tiġi ppreżentat minn ċittadin ta’ pajjiż terz u/jew mill-persuna li tħaddem.

L-obbligu tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-applikazzjoni għandhiex tiġi ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz u/jew mill-persuna li tħaddem għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament li jeħtieġ li t-tnejn li huma jkunu involuti fil-proċedura.

4.   Il-permess tax-xogħol staġonali msemmi fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-użu tal-format stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002. L-Istati Membri għandhom idaħħlu referenza fuq il-permess li tiddikjara li dan huwa maħruġ għall-fini ta’ xogħol staġonali.

5.   Fil-każ ta’ viżi għal soġġorn twil, l-Istati membri għandhom idaħħlu referenza li tiddikjara li din hija maħruġa għall-fini ta’ xogħol staġonali taħt l-intestatura ‘kummenti’ fuq l-istiker tal-viża f’konformità mal-punt 12 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1683/95.

6.   L-Istati Membri jistgħu jindikaw informazzjoni addizzjonali relatata mar-relazzjoni ta’ impjieg tal-ħaddiem staġonali f’format ta’ karta, jew jaħżnu tali data f’format elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u fil-punt (a)16 tal-Anness għalih.

7.   Fejn tkun meħtieġa viża għall-uniku fini ta’ dħul fit-territorju ta’ Stat Membru u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet biex jinħariġlu permess ta’ ħaddiem staġonali taħt il-punt (c) tas-subparagrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kull fakultà li jikseb il-viża meħtieġa.

8.   Il-ħruġ ta’ viża għal soġġorn twil imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri joħorġu awtorizzazzjoni minn qabel għal xogħol fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 13

Applikazzjonijiet għal permess ta’ ħaddiem staġonali

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu u jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet għal, u biex joħorġu, permessi ta’ ħaddiem staġonali.

2.   Applikazzjoni għal permess ta’ ħaddiem staġonali għandha tiġi ppreżentata fi proċedura unika ta’ applikazzjoni.

Artikolu 14

Perijodu ta’ żmien tas-soġġorn

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perijodu massimu ta’ soġġorn għal ħaddiema staġonali li għandu jkun mhux inqas minn ħames xhur u mhux aktar minn disa’ xhur fi kwalunkwe perijodu ta’ 12-il xahar. Wara dak il-perijodu, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jħalli t-territorju tal-Istati Membru sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma ħariġx permess ta’ residenza skont il-liġi nazzjonali jew il-liġi tal-Unjoni għal finijiet oħra minbarra xogħol staġonali.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu massimu ta’ żmien fi kwalunkwe perijodu ta’ 12-il xahar, li matulu persuna li tħaddem titħalla timpjega ħaddiema staġonali. Dak il-perijodu għandu jkun mill-anqas il-perijodu massimu ta’ soġġorn determinat skont il-paragrafu 1.

Artikolu 15

Estensjoni tas-soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali

1.   Fil-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 14(1) u dment li l-Artikoli 5 jew 6 jiġu sodisfatti u r-raġunijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 8(2) u, jekk applikabbli, fl-Artikolu 8(4) mhumiex sodisfatti, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiema staġonali estensjoni waħda tas-soġġorn tagħhom, fejn il-ħaddiema staġonali jestendu l-kuntratt tagħhom mal-istess persuna li tħaddem.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jħallu lill-ħaddiema staġonali jestendu l-kuntratt tagħhom mal-istess persuna li tħaddem u s-soġġorn tagħhom aktar minn darba waħda, dment li l-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 14(1) ma jinqabiżx.

3.   Fil-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 14(1) u dment li l-Artikoli 5 jew 6 jiġu sodisfatti u r-raġunijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 8(2) u, jekk applikabbli, fl-Artikolu 8(4) mhumiex sodisfatti, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiema staġonali estensjoni waħda tas-soġġorn tagħhom biex ikunu impjegati ma’ persuna differenti li tħaddem.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jippermettu lill-ħaddiema staġonali jiġu impjegati minn persuna differenti li tħaddem u li jestendu s-soġġorn tagħhom aktar minn darba waħda, dment li l-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 14(1) ma jinqabiżx.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni meta l-ħaddiem staġonali ammess taħt din id-Direttiva qiegħed fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

6.   L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali meta l-post vakanti inkwistjoni jista’ jimtela miċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-Istat Membru. Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-preferenza għal ċittadini tal-Unjoni kif espressa fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti rilevanti ta’ Adeżjoni.

7.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn ikun intlaħaq il-perijodu massimu ta’ soġġorn kif definit fl-Artikolu 14(1).

8.   L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali maħruġa abbażi ta’ din id-Direttiva jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz japplika għal protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva 2011/95/UE jew jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz japplika għal protezzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat.

9.   L-Artikolu 9(2) u l-punti (b), (c) u (d) u l-Artikolu 9(3) ma għandhomx japplikaw għal ħaddiem staġonali li japplika biex jiġi impjegat minn persuna differenti li tħaddem f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu meta dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-persuna li tħaddem preċedenti.

10.   Ir-raġunijiet għal estensjoni ta’ viża għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

11.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1), kwalunkwe deċiżjoni dwar applikazzjoni għal estensjoni jew tiġdid għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-interessi tal-ħaddiem staġonali, u tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Artikolu 16

Faċilitar tad-dħul mill-ġdid

1.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw id-dħul mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu ammessi f’dak l-Istat Membru bħala ħaddiema staġonali mill-anqas darba waħda fil-ħames snin preċedenti, u li jirrispettaw bis-sħiħ il-kondizzjonijiet applikabbli għall-ħaddiema staġonali taħt din id-Direttiva matul kull soġġorn tagħhom.

2.   Il-faċilitazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi waħda jew aktar miżuri, bħal:

(a)

l-għoti ta’ eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ preżentazzjoni ta’ wieħed jew aktar mid-dokumenti msemmija fl-Artikoli 5 jew 6;

(b)

il-ħruġ ta’ diversi permessi ta’ ħaddiema staġonali f’att amministrattiv uniku;

(c)

proċedura aċċellerata li twassal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess ta’ ħaddiem staġonali jew viża għal soġġorn twil;

(d)

prijorità fl-analiżi tal-applikazzjonijiet għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġonali inkluż il-kunsiderazzjoni ta’ ammissjonijiet preċedenti meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet fir-rigward tal-eżawriment tal-volumi tal-ammissjoni.

Artikolu 17

Sanzjonijiet kontra min iħaddem

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet kontra persuni li jħaddmu li ma ssodisfawx l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, inkluż l-esklużjoni ta’ persuni li jħaddmu li qegħdin fi ksur serju tal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għall-impjieg ta’ ħaddiema staġonali. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali tiġi rtirata f’konformità mal-Artikolu 91a) u l-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 9(3), min iħaddem għandu jkun suġġett li jħallas kumpens lill-ħaddiem staġonali f’konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali. Kwalunkwe responsabbiltà għandha tkopri kwalunkwe obbligu pendenti li min iħaddem ikollu jirrispetta jekk l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali ma tkunx ġiet irtirata.

3.   Fejn min iħaddem huwa sottokuntrattur li kiser din id-Direttiva u fejn il-kuntrattur prinċipali u kwalunkwe sottokuntrattur intermedju ma wettqux l-obbligi ta’ diliġenza dovuta kif definiti bil-liġi nazzjonali, il-kuntrattur prinċipali u kwalunkwe sottokuntrattur intermedju jistgħu:

(a)

jkunu suġġetti għas-sanzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)

ikunu responsabbli, minbarra jew minflok min iħaddem, biex iħallsu kwalunkwe kumpens dovut lill-ħaddiem staġonali f’konformità mal-paragrafu 2;

(c)

ikunu responsabbli, minbarra jew minflok min iħaddem, biex iħallsu kwalunkwe ħlas b’lura dovut lill-ħaddiem staġonali skont il-liġi nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli aktar stretti dwar ir-responsabbiltà taħt il-liġi nazzjonali.

Artikolu 18

Salvagwardji proċedurali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jadottaw deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub, f’konformità mal-proċeduri ta’ notifika taħt il-liġi nazzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 90 jum mid-data li fiha kienet ġiet ippreżentata l-applikazzjoni kompluta.

2.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għal estensjoni tas-soġġorn jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li l-ħaddiem staġonali ma jkunx obbligat iwaqqaf ir-relazzjoni tal-impjieg tiegħu jew tagħha mal-istess persuna li tħaddmu, jew li ma jitħalliex jibdel il-persuna li tħaddmu, minħabba proċeduri amministrattivi li jkunu għaddejjin.

Fejn il-validità tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali tiskadi matul il-proċedura għall-estensjoni jew it-tiġdid, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiem staġonali jibqa’ fit-territorju tagħhom sa meta l-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, dment li l-applikazzjoni kienet ippreżentata fiż-żmien tal-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni u li l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 14(1) ma skadiex.

Fejn ikun japplika t-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jiddeċiedu li:

(a)

joħrġu permessi ta’ residenza nazzjonali temporanji jew awtorizzazzjonijiet ekwivalenti sakemm tittieħed deċiżjoni; jew

(b)

jippermettu lill-ħaddiem staġonali jaħdem sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni.

Matul il-perijodu tal-analiżi tal-applikazzjoni għal estensjoni jew tiġdid, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

3.   Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni pprovduta b’appoġġ għall-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant f’perijodu raġonevoli dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u jistabbilixxu skadenza raġonevoli sabiex din tiġi pprovduta. Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sa meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu irċievu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

4.   Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tiddikjara bħala inammissibbli applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jew li tirrifjuta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jew li tirrifjuta estensjoni ta’ soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali għandhom jingħataw bil-miktub lill-applikant. Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali għandha tingħata bil-miktub kemm lill-ħaddiem staġonali u, jekk previst fil-liġi nazzjonali, lil min iħaddem.

5.   Kwalunkwe deċiżjoni li tiddikjara bħala inammissibbli applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jew li tirrifjuta l-applikazzjoni, li tirrifjuta l-estensjoni tas-soġġorn jew it-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali jew li tirtira awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali għandha tkun miftuħa għal kontestazzjoni legali fl-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-liġi nazzjonali. In-notifika miktuba għandha tispeċifika l-qorti jew l-awtorità amministrattiva li lihom jista’ jsir rikors ta’ appell u l-limitu ta’ żmien għall-appell.

6.   Is-salvagwardji proċedurali rigward il-viżi għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

Artikolu 19

Tariffi u spejjeż

1.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu ħlas ta’ tariffi għall-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet f’konformità ma’ din id-Direttiva. Il-livell ta’ tali tariffi ma għandux ikun sproporzjonat jew eċċessiv. It-tariffi għall-viżi għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta’ Schengen. Fejn dawk it-tariffi huma mħallsa miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu sabiex huma jkunu intitolati li jiġu rimburżati mill-persuna li tħaddem f’konformità mal-liġi nazzjonali.

2.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu li min iħaddem ħaddiema staġonali jħallas għal:

(a)

l-ispiża tal-vjaġġ mill-post ta’ oriġini tal-ħaddiema staġonali sal-post tax-xogħol fl-Istat Membru kkonċernat u l-vjaġġ lura;

(b)

l-ispiża tal-assigurazzjoni kontra l-mard imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 6(1).

Meta jkunu mħallsa minn min iħaddem, dawn l-ispejjeż ma għandhomx ikunu rkuprabbli mill-ħaddiema staġonali.

Artikolu 20

Akkomodazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu evidenza li l-ħaddiem staġonali ser jibbenefika minn akkomodazzjoni li tiżgura standard ta’ għajxien adegwat skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, għat-tul kollu tas-soġġorn tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tiġi informata bi kwalunkwe tibdil ta’ akkomodazzjoni tal-ħaddiem staġonali.

2.   Fejn l-arranġamenti għall-akkomodazzjoni jsiru minn jew permezz ta’ min iħaddem:

(a)

il-ħaddiem staġonali jista’ jiġi meħtieġ iħallas kera li ma għandhiex tkun eċċessiva meta mqabbla mar-remunerazzjoni netta tiegħu u meta mqabbla mal-kwalità tal-akkomodazzjoni. Il-kera ma għandhiex tiġi mnaqqsa awtomatikament mill-paga tal-ħaddiem staġonali;

(b)

min iħaddem għandu jipprovdi lill-ħaddiem staġonali b’kuntratt ta’ kera jew dokument ekwivalenti li fih huma ddikjarati b’mod ċar il-kondizzjonijiet ta’ kera tal-akkomodazzjoni;

(c)

min iħaddem għandu jiżgura li l-akkomodazzjoni tissodisfa l-istandards ġenerali ta’ saħħa u sikurezza li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 21

Stazzjonament mis-servizzi pubbliċi ta’ impjieg

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-istazzjonament tal-ħaddiema staġonali għandu jsir biss mis-servizzi pubbliċi ta’ impjieg.

KAPITOLU IV

DRITTIJIET

Artikolu 22

Drittijiet abbażi tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali

Matul il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 12, id-detentur għandu mill-inqas igawdi d-drittijiet li ġejjin:

(a)

id-dritt għal dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni,

(b)

l-aċċess liberu għat-territorju kollu tal-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni skont il-liġi nazzjonali;

(c)

id-dritt li jeżerċita l-attività konkreta tal-impjieg li ġiet awtorizzata skont l-awtorizzazzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 23

Dritt għat-trattament ugwali

1.   Il-ħaddiema staġonali huma intitolati għal trattament ugwali meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti tal-anqas fir-rigward ta’:

(a)

it-termini ta’ impjieg, inkluża l-età minima ta’ impjieg, u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u s-sensja, is-sigħat tax-xogħol, il-btajjel u l-vakanzi, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

(b)

id-dritt tal-istrajkjar u li tittieħed azzjoni industrijali, f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, u l-libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha huma impenjati f’xi xogħol speċifiku, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji konferiti minn organizzazzjonijiet bħal dawn, inkluż id-dritt għan-negozjar u għall-konklużjoni ta’ ftehimiet kollettivi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika;

(c)

il-pagamenti b’lura li għandhom isiru minn min iħaddem, dwar kwalunkwe remunerazzjoni pendenti liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz;

(d)

il-fergħat ta’ sigurtà soċjali, kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

(e)

l-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista ta’ prodotti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, minbarra l-akkomodazzjoni, mingħajr preġudizzju għal-libertà kuntrattwali f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali;

(f)

is-servizzi ta’ konsulenza dwar ix-xogħol staġonali mogħtija minn uffiċċji tal-impjieg;

(g)

l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

(h)

ir-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti;

(i)

il-benefiċċji tat-taxxa, kemm-il darba l-ħaddiem staġonali jkun meqjus bħala residenti għal finijiet fiskali fl-Istat Membru kkonċernat.

Il-ħaddiema staġonali li jmorru joqogħdu f’pajjiż terz, jew is-superstiti ta’ ħaddiema staġonali bħal dawn li jkunu residenti f’pajjiż terz li jkollhom drittijiet derivanti mill-ħaddiem staġonali, għandhom jirċievu pensjonijiet statutorji bbażati fuq l-impjieg preċedenti tal-ħaddiem staġonali u akkwiżiti skont il-leġiżlazzjoni stipulata fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, b’dawk l-istess kondizzjonijiet u b’dawk l-istess rati bħalma jkunu dovuti liċ-ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati meta jmorru joqogħdu f’pajjiż terz.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali:

(i)

taħt il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, billi jeskludu l-benefiċċji għall-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010;

(ii)

taħt il-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, billi tiġi limitata l-applikazzjoni tiegħu għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività speċifika ta’ impjieg u billi jiġu esklużi l-għotjiet ta’ studju u ta’ manteniment u self jew għotjiet u self oħrajn;

(iii)

taħt il-punt (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fir-rigward tal-benefiċċji tat-taxxa billi tiġi limitata l-applikazzjoni għal każijiet fejn il-post ta’ residenza rreġistrat jew tas-soltu tal-membri tal-familja tal-ħaddiem staġonali, li għalihom hu/hi titlob benefiċċji, ikun jinsab fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Id-dritt għal trattament ugwali stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru li jirtira jew li jirrifjuta li jestendi jew iġedded l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali f’konformità mal-Artikoli 9 u 15.

Artikolu 24

Monitoraġġ, valutazzjoni u ispezzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal miżuri biex jipprevjenu abbużi possibbli u biex jissanzjonaw kontravenzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Il-miżuri għandhom jinkludu l-monitoraġġ, il-valutazzjoni u, fejn ikun il-każ, l-ispezzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-prattika amministrattiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi responsabbli mill-ispezzjoni tax-xogħol jew l-awtoritajiet kompetenti u, fejn previst skont il-liġi nazzjonali għall-ħaddiema nazzjonali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema jkollhom aċċess għall-post tax-xogħol u, bi ftehim tal-ħaddiem, għall-akkomodazzjoni.

Artikolu 25

Il-faċilitazzjoni tal-ilmenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effikaċi li permezz tagħhom ħaddiema staġonali jistgħu jressqu ilmenti kontra l-persuni li jħaddmuhom, direttament jew permezz ta’ partijiet terzi li jkollhom, skont il-kriterji stabbiliti fil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu fl-iżgurar tal-konformità ma’ din id-Direttiva, jew permezz ta’ awtorità kompetenti tal-Istat Membru meta dan ikun previst fil-liġi nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet terzi li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva, jistgħu, jew f’isem il-ħaddiem staġonali, jew b’appoġġ għalih, bl-approvazzjoni tiegħu jew tagħha, ikunu parti fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ċivili, esklużi l-proċeduri u d-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir, li jkunu previsti għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema staġonali jkollhom l-istess aċċess bħall-ħaddiema l-oħra f’pożizzjoni simili għal miżuri ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija jew trattament ħażin ieħor mill-persuna li tħaddem bħala reazzjoni għal ilment fi ħdan l-intrapriża jew għal kwalunkwe proċediment legali maħsub għall-infurzar tal-konformità ma’ din id-Direttiva.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Statistika

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-istatistika dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-fini ta’ xogħol staġonali maħruġa għall-ewwel darba u, sa fejn possibbli, dwar l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-awtorizzazzjoni tagħhom għall-fini ta’ xogħol staġonali ġiet estiża, imġedda jew irtirata. Dik l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont iċ-ċittadinanza, u sa fejn hu possibbli skont il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni u s-settur ekonomiku.

2.   L-istatistika indikata fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma’ perijodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-1 ta’ Ottubru 2017.

3.   L-istatistika indikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata skont ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

Artikolu 27

Rappurtar

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kwalunkwe emenda neċessarja.

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Settembru 2016. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk tal-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk tal-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 30

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 97.

(2)  ĠU C 166, 7.6.2011, p. 59.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2014..

(4)  Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).

(6)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).

(7)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(8)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(9)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(10)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(11)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(12)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(13)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(14)  Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (ĠU L 344, 29.12.2010, p. 1).

(15)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(16)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(17)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1).

(18)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

(19)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

(20)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1).

(21)  Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).