ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2014.045.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 143/2014
tal-14 ta’ Frar 2014
li japprova s-sustanza attiva piridalil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-piridalil, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma sodisfatti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/669/KE (3). |
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fid-9 ta’ Ottubru 2006, l-Awstrija rċeviet applikazzjoni mingħand Sumitomo Chemical Agro Europe S.A.S. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva piridalil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2007/669/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fit-8 ta’ Jannar 2009. |
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni analizzawh l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fl-24 ta’ Mejju 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva piridalil (4). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fit-13 ta’ Diċembru 2013 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-piridalil. |
(5) |
Mill-bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-piridalil jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fir-rigward tal-użu li kien eżaminat u ddettaljat fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li l-piridalil tiġi approvata. |
(6) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ, madankollu, li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma. |
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel ma tingħata l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni. |
(8) |
Madankollu, bla ħsara għall-obbligi stipiulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b’konsegwenza tal-approvazzjoni, u b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-piridalil. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi. |
(9) |
L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. |
(10) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva piridalil, kif speċifikata fl-Anness I, hi approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-piridalil bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-kolonna tad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idu, jew ikollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE, skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li jkun fih il-piridalil bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll ikunu elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sat-30 ta’ Ġunju 2014, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Meta dan ikun stabbilit, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-piridalil bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2015; jew |
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih il-piridalil bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-irtirar fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti. |
Artikolu 3
Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/669/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers imressqa għal analiżi fid-dettall fid-dawl tal-inklużjoni possibbli ta’ Adoxophyes orana granulovirus, amisulbrom, emamectin, pyridalyl u Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 274, 18.10.2007, p. 15).
(4) The EFSA Journal 2013;11(6):3240. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||
Piridalil Nru CAS 179101-81-6 Nru CIPAC 792 |
2,6-dikloro-4-(3,3-dikloroallilossi)fenil 3-[5-(trifluworometil)-2-piridilossi]propil etere |
≥ 910 g/kg |
l-1 ta’ Lulju 2014 |
it-30 ta’ Ġunju 2024 |
PARTI A L-użi fis-serer bi struttura permanenti biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-piridalil, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali nhar it-13 ta’ Diċembru 2013 għandhom jitqiesu. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:
Fejn ikun il-każ, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju. L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar:
L-applikant għandu jibgħat lill-Kumissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni relevanti fir-rigward tal-punt 1) sal-31 ta’ Diċembru 2014 u l-informazzjoni fir-rigward tal-punti 2) u 3) sat-30 ta’ Ġunju 2016. L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità programm ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ kontaminazzjoni lill-ilma ta’ taħt l-art mill-metabolit HTFP fiż-żoni vulnerabbli qabel it-30 ta’ Ġunju 2016. Ir-riżultati ta’ dak il-programm ta’ monitoraġġ għandhom jintbagħtu bħala rapport ta’ monitoraġġ lill-Istat Membru relatur, lill-Kumissjoni u lill-Awtorità qabel it-30 ta’ Ġunju 2018. |
(1) Fir-rapport tar-reviżjoni hemm aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
Numru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (*) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||
“64 |
Piridalil Nru CAS 179101-81-6 Nru CIPAC 792 |
2,6-dikloro-4-(3,3-dikloroallilossi)fenil 3-[5-(trifluworometil)-2-piridilossi]propil etere |
≥ 910 g/kg |
l-1 ta’ Lulju 2014. |
it-30 ta’ Ġunju 2024. |
PARTI A L-użi fis-serer bi struttura permanenti biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-piridalil, u b’mod partikolari l-Annessi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali nhar it-13 ta’ Diċembru 2013 għandhom jitqiesu. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:
Fejn ikun il-każ, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju. L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar:
L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni relevanti fir-rigward tal-punt 1) sal-31 ta’ Diċembru 2014 u l-informazzjoni fir-rigward tal-punti 2) u 3) sat-30 ta’ Ġunju 2016. L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità programm ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ kontaminazzjoni lill-ilma ta’ taħt l-art mill-metabolit HTFP fiż-żoni vulnerabbli qabel it-30 ta’ Ġunju 2016. Ir-riżultati ta’ dak il-programm ta’ monitoraġġ għandhom jintbagħtu bħala rapport ta’ monitoraġġ lill-Istat Membru relatur, lill-Kumissjoni u lill-Awtorità qabel it-30 ta’ Ġunju 2018.” |
(*) Fir-rapport tar-reviżjoni hemm aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 144/2014
tal-14 ta’ Frar 2014
li japprova s-sustanza attiva valifenalat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-valifenalat, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/586/KE (3). |
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-2 ta’ Settembru 2005 l-Ungerija rċeviet applikazzjoni mingħand Isagro S.p.A. (4) biex is-sustanza attiva valifenalat tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2006/586/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fid-19 ta’ Frar 2008, ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (5), fit-18 ta’ Lulju 2011 l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mill-Ungerija tressqet fil-format ta’ abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni f’April 2012. |
(4) |
L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fil-31 ta’ Mejju 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva valifenalat (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew evalwati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fit-13 ta’ Diċembru 2013 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-valifenalat. |
(5) |
Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-valifenalat huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-valifenalat jiġi approvat. |
(6) |
Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma. |
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni. |
(8) |
Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-valifenalat. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi. |
(9) |
L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (7) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw sustanzi attivi. |
(10) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (8) għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva, valifenalat, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Evalwazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-valifenalat bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Sa dik id-data dawn għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu dossier, jew ikollu aċċess għalih, li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-valifenalat bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Skont dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Meta dan ikun stabbilit:
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-valifenalat bħala l-unika sustanza attiva, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015; jew |
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih il-valifenalat bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att(i) rispettivi li żiedu s-sustanza/i rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza/i, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti. |
Artikolu 3
Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1)
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/586/KE tal-25 ta’ Awwissu 2006 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti li tressqu għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-chromafenozide, halosufuron, tembotrione, valifenal u Zucchini yellow mosaic virus — tal-varjazzjoni dgħajfa fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 236, 31.8.2006, p. 31).
(4) Fis-17 ta’ Ġunju 2013, Isagro S.p.A. informa lill-Kummissjoni li s-sjieda tas-sustanza attiva ġiet ittrasferita lil Belchim Crop Protection SA/NV.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).
(6) The EFSA Journal 2013; 11(6):3253. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
Valifenalat Nru CAS 283159-90-0 Nru CIPAC 857 |
Metil N-(isopropossikarbonil)-L-valil-(3RS)-3-(4-klorofenil)-β-alaninat |
≥ 980 g/kg |
L-1 ta’ Lulju 2014 |
It-30 ta’ Ġunju 2024 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-valifenalat, u b’mod partikolari l-Annessi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmu akkwatiku. Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri ta’ mitigazzjoni. L-applikant għandu jibgħat tagħrif ta’ konferma dwar il-potenzjal tal-metabolit S5 li jniġġes l-ilma ta’ taħt l-art. In-notifikatur għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità t-tagħrif rilevanti sat-30 ta’ Ġunju 2016. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni:
Numru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
“70 |
Valifenalat Nru CAS 283159-90-0 Nru CIPAC 857 |
Metil N-(isopropossikarbonil)-L-valil-(3RS)-3-(4-klorofenil)-β-alaninat |
≥ 980 g/kg |
L-1 ta’ Lulju 2014 |
It-30 ta’ Ġunju 2024 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-valifenalat, u b’mod partikolari l-Annessi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmu akkwatiku. Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri ta’ mitigazzjoni. L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar il-potenzjal tal-metabolit S5 li jniġġes l-ilma ta’ taħt l-art. In-notifikatur għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità t-tagħrif rilevanti sat-30 ta’ Ġunju 2016.” |
(*) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tar-reviżjoni.
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 145/2014
tal-14 ta’ Frar 2014
li japprova s-sustanza attiva tijenkarbażon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/566/KE (3) tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għat-tijenkarbażon. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-13 ta’ April 2007, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Bayer CropScience AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva tijenkarbażon fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2008/566/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, ġew valutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fis-17 ta’ Diċembru 2008, ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ssottometta abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4) fis-7 ta’ Lulju 2011 l-applikant talab informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mir-Renju Unit ġiet sottomessa fil-format ta’ abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni f’April 2012. |
(4) |
L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fis-17 ta’ Ġunju 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tijenkarbażon (5). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u fit-13 ta’ Diċembru 2013 ġew iffinalizzati fil-format ta’ rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għat-tijenkarbażon. |
(5) |
Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu t-tijenkarbażon mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li s-sustanza tijenkarbażon tiġi approvata. |
(6) |
Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma. |
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni. |
(8) |
Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tijenkarbażon. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi. |
(9) |
L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. |
(10) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva tijenkarbażon, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tijenkarbażon bħala sustanza attiva sat-31 ta’ Diċembru 2014.
Sa dik id-data dawn għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier, jew għandu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li fih it-tijenkarbażon bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll ġew elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Meta dan ikun stabbilit, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih it-tijenkarbażon bħala l-unika sustanza attiva, fejn ikun meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015; jew |
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih it-tijenkarbażon bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att jew l-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza jew sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti. |
Artikolu 3
Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/566/KE tal-1 ta’ Lulju 2008 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-phosphane u t-thiencarbazone fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 52).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).
(5) EFSA Journal 2013; 11(7):3270. Jista’ jinstab onlajn: www.efsa.europa.eu
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
Tijenkarbażon Nru CAS 317815-83-1 Nru CIPAC 797 |
4- [(4,5-diidro- 3-metossi- 4-metil- 5-osso-1H-1,2,4-triażol- 1-il)karbonilsulfamojl]-5-metiltijofen- 3-karbossilat tal-metil |
≥ 950 g/kg |
L-1 ta’ Lulju 2014 |
It-30 ta’ Ġunju 2024 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar it-tijenkarbażon, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:
Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju. L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar il-potenzjal li t-tijenkarbażon jiġi ttrasportat fl-atmosfera fuq distanza kbira u dwar l-impatti ambjentali relatati. Dik l-informazzjoni ta’ konferma għandha tikkonsisti mir-riżultati ta’ programm ta’ monitoraġġ li jevalwa l-possibbiltà li t-tijenkarbażon jiġi ttrasportat fl-atmosfera fuq distanza kbira u l-impatti ambjentali relatati. L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sat-30 ta’ Ġunju 2016 dan il-programm ta’ monitoraġġ u r-riżultati f’forma ta’ rapport ta’ monitoraġġ sat-30 ta’ Ġunju 2018. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni:
Numru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
“71 |
Tijenkarbażon Nru CAS 317815-83-1 Nru CIPAC 797 |
4- [(4,5-diidro- 3-metossi- 4-metil- 5-osso-1H-1,2,4-triażol- 1-il)karbonilsulfamojl]-5-metiltijofen- 3-karbossilat tal-metil |
≥ 950 g/kg |
L-1 ta’ Lulju 2014 |
It-30 ta’ Ġunju 2024 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar it-tijenkarbażon, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari
Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju. L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar il-potenzjal li t-tijenkarbażon jiġi trasportat fl-atmosfera fuq distanza kbira u dwar l-impatti ambjentali relatati. Dik l-informazzjoni ta’ konferma għandha tikkonsisti mir-riżultati ta’ programm ta’ monitoraġġ li jevalwa l-possibbiltà li t-tijenkarbażon jiġi ttrasportat fl-atmosfera fuq distanza kbira u l-impatti ambjentali relatati. L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità dan il-programm ta’ monitoraġġ sat-30 ta’ Ġunju 2016, filwaqt li r-riżultati f’forma ta’ rapport ta’ monitoraġġ għandu jissottomettihom sat-30 ta’ Ġunju 2018.” |
(*) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 146/2014
tal-14 ta’ Frar 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
107,2 |
MA |
59,8 |
|
TN |
63,9 |
|
TR |
111,3 |
|
ZZ |
85,6 |
|
0707 00 05 |
EG |
182,1 |
JO |
206,0 |
|
MA |
168,6 |
|
TR |
153,3 |
|
ZZ |
177,5 |
|
0709 91 00 |
EG |
97,7 |
ZZ |
97,7 |
|
0709 93 10 |
MA |
38,2 |
TR |
145,8 |
|
ZZ |
92,0 |
|
0805 10 20 |
EG |
44,0 |
IL |
67,6 |
|
MA |
55,0 |
|
TN |
52,5 |
|
TR |
73,3 |
|
ZZ |
58,5 |
|
0805 20 10 |
IL |
122,3 |
MA |
81,6 |
|
ZZ |
102,0 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
121,1 |
JM |
112,4 |
|
KR |
142,4 |
|
MA |
127,8 |
|
TR |
76,1 |
|
ZZ |
116,0 |
|
0805 50 10 |
AL |
39,1 |
MA |
71,7 |
|
TR |
60,9 |
|
ZZ |
57,2 |
|
0808 10 80 |
CN |
95,7 |
MK |
30,8 |
|
US |
168,8 |
|
ZZ |
98,4 |
|
0808 30 90 |
AR |
193,7 |
CL |
174,0 |
|
CN |
71,8 |
|
TR |
122,2 |
|
US |
128,6 |
|
ZA |
97,9 |
|
ZZ |
131,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 147/2014
tal-14 ta’ Frar 2014
li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Frar 2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati. |
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Frar 2014, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda. |
(5) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mis-16 ta’ Frar 2014, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.
ANNESS I
Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Frar 2014
Kodiċi NM |
Isem tal-merkanzija |
Dazju għall-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 19 00 1001 11 00 |
QAMĦ durum ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
ex 1001 91 20 |
QAMĦ komuni, għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 99 00 |
QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ |
0,00 |
1002 10 00 1002 90 00 |
SEGALA |
0,00 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi |
0,00 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2) |
0,00 |
1007 10 90 1007 90 00 |
SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ |
0,00 |
(1) L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:
— |
3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez, |
— |
2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.
ANNESS II
Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I
31.1.2014-14.2.2014
(1) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(2) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(1) Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(2) Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(3) Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
DEĊIŻJONIJIET
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Frar 2014
dwar it-tqegħid fis-suq għall-użu essenzjali ta’ prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram
(notifikata bid-dokument C(2014) 718)
(It-testi bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Pollakk u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
(2014/85/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 fuq l-ewwel fażi tal-programm msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, (2) ir-ram ġie notifikat għall-użu, fost l-oħrajn, fit-tipi tal-prodott 2, 5 u 11, kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (3). |
(2) |
Ma tressaq l-ebda fajl komplut fl-iskadenzi stipulati bħala appoġġ għall-inklużjoni tar-ram fl-Annessi I, IA jew IB għad-DIrettiva 98/8/KE. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-ram m’għandux jibqa’ jitqiegħed fis-suq għall-użu f’tipi tal-prodott 2, 5 jew 11 mill-1 ta’ Frar 2013. |
(3) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja ressqu applikazzjonijiet separati lill-Kummissjoni għall-permess li jippermetti t-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram għall-użi indikati minn “Iva” fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
(4) |
Il-Kummissjoni għamlet dawn il-listi disponibbli pubblikament b’mezzi elettroniċi. Waslu l-kummenti u saru disponibbli pubblikament. |
(5) |
Isegwi mill-applikazzjonijiet li t-tixrid tal-Legionella ġie assoċjat, b’mod partikolari, mal-użu ta’ ilma bħal ilma tax-xorb, l-ilma għall-banju, l-ilma tad-doċċa, u l-ilma f’torrijiet għat-tkessiħ. Barra minn hekk, jirriżulta li l-Leġjonella tista’ tkun fatali, speċjalment fi gruppi vulnerabbli bħall-pazjenti tal-isptarjiet. Skont l-applikazzjonijiet, għażla ta’ sistema xierqa għal kontroll tal-Leġjonella hija kumplessa u tiddependi fuq għadd ta’ parametri bħad-disinn tas-sistema, l-età, il-kumplessità u l-kimika tal-ilma. |
(6) |
Jirriżulta wkoll minn xi applikazzjonijiet, li l-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram jintużaw biex jipprevjenu t-tkabbir ta’ organiżmi fil-pajp ewlieni għad-dħul tal-ilma għall-pjattaformi taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar, fejn dak l-użu huwa essenzjali biex jiġi evitat l-imblukkar tal-pajp tad-dħul ta’ ilma użat għal, fost l-oħrajn, l-ipproċessar, il-produzzjoni tal-ilma tax-xorb u tal-banju, u t-tifi tan-nar, peress li l-imblukkar tal-pajp jista’ jkun fatali għas-saħħa u s-sigurtà tal-persunal fl-installazzjoni. |
(7) |
Xi kummenti li waslu matul il-konsultazzjoni pubblika lindikaw l-eżistenza ta’ metodi alternattivi għal sistema tad-diżinfettar tal-ilma. Madankollu, l-Istati Membri li ppreżentaw l-applikazzjonijiet argumentaw li, fit-territorji tagħhom, huwa meħtieġ li jkun hemm firxa adegwata ta’ alternattivi tekniċi u ekonomiċi disponibbli għall-kontroll tal-legionella, u, fejn rilevanti, sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-imblokkar tal-pajp ewlieni tad-dħul tal-ilma għal installazzjonijiet offshore. Dan ġie kkonfermat f’xi konsultazzjonijiet pubbliċi mill-utenti tal-prodotti inkwistjoni, bħall-isptarijiet. |
(8) |
Jidher għalhekk probabbli li n-nuqqas ta’ permess għall-użu għall-kontroll tal-Legionella, jew fejn rilevanti għal prevenzjoni tat-tkabbir ta’ organiżmi fil-pajp ewleini għad-dħul tal-ilma għal pjattaformi taż-żejt u l-gass offshore, f’dawk l-Istati Membri attwalment jippreżenta riskju serju għas-saħħa pubblika. Id-derogi mitluba għall-użu essenzjali huma għalhekk attwalment meħtieġa. |
(9) |
Madankollu, sakemm applikazzjoni kompluta għall-approvazzjoni tar-ram għall-użu fit-tipi ta’ prodotti rilevanti ma titressaqx mingħajr dewmien żejjed, l-utenti tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram għandhom jimplimentaw metodi alternattivi ta’ kontroll tal-Legionella jew ta’ prevenzjoni tat- tkabbir tal-oragniżmu. Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li, f’dan il-każ, l-utenti f’dawk l-Istati Membri jkunu infurmati b’mod attiv fi żmien xieraq biex ikunu jistgħu jiżguraw li dawk il-metodi alternattivi jkunu effettivi qabel ma l-prodotti bijoċidali li jkun fihom ram jiġu rtirati mis-suq. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali li fihom ir-ram (Nru KE 231-159-6; CAS No. 7440-50-8) għall-użi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
2. Jekk jitressqu, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembeu 2014, fajls kompluti għall-approvazzjoni tar-ram għat-tip tal-prodotti rilevanti għal dawn l-użi mill-Istat Membru li qed jevalwa, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja jistgħu jkomplu jippermettu l-awtorizzazzjoni ta’ dak itt-tqegħid fis-suq sal-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-każijiet fejn sustanza tiġi jew ma tiġix approvata.
3. F’każijiet oħra għajr dawk ipprovduti fil-paragrafu 2, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja jistgħu jkomplu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 2017 sakemm dawk l-Istati Membri jiżguraw, sa mill-1 ta’ Jannar 2015, li l-utenti jkunu attivament infurmati dwar il-ħtieġa immedjata li jiġu implimentati metodi alternattivi għall-għanijiet rilevanti.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Polonja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
(3) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(4) ĠU L 38, 11.2.2012, p. 48.
ANNESS
L-użi li l-Istati Membri elenkati hawn taħt jistgħu jippermettu, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet tal- Artikolu 1
|
Ir-Renju Unit |
Spanja |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Il-Polonja |
It-tip ta’ prodott 2: Għall-kontroll tal-Legionella f’ilma għall-użu tal-bniedem, bħal l-ilma tal-banju u għad-doċċa |
Iva |
Iva |
|
Iva |
It-tip ta’ prodott 5: Għall-kontroll tal-Legionella fl-ilma tax-xorb |
Iva |
Iva |
Iva |
|
It-tip ta’ prodott 11: Għall-kontroll tal-Legionella f’torrijiet tat-tkessiħ |
|
Iva |
Iva |
Iva |
It-tip ta’ prodott 11: Għall-prevenzjoni tat-tkabbir ta’ organiżmi f’pajpijiet tal-ilma fuq pjattaformi offshore taż-żejt u l-gass |
|
|
Iva |
|
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/24 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Frar 2014
li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina huma awtorizzati
(notifikata bid-dokument C(2014) 692)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/86/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/156/KE tistipola l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ equidae ħajjin fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 13(1)(a) waħda mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ ekwidi fl-Unjoni hija li l-pajjiż terz kien ħieles mill-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela għal perjodu ta’ sentejn. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (3) tipprovdi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja biex jieħdu sehem fi tlielaq, kompetizzjonijiet jew avvenimenti kulturali. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (4) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-ekwidi u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom. Din il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/167/UE (5) tal-Kummissjoni li temenda l-lista fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE tipprovdi li d-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati, id-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali, l-importazzjonijiet ta’ ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni, u l-importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina mill-Messiku bħalissa mhumiex awtorizzati. |
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet evalwazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi dwar id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel skedati għall-esportazzjoni temporanja lejn il-Belt tal-Messiku (Messiku). Dik l-evalwazzjoni fiha dettalji komprensivi dwar il-miżuri ta’ bijosigurtà applikati mit-Théâtr équestre Zingaro għall-protezzjoni tal-qagħda tas-saħħa taż-żwiemel tagħhom matul ir-residenza tagħhom fil-Belt tal-Messiku kif ukoll il-miżuri ta’ kwarantina, imposti mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi fuq dawk iż-żwiemel mal-wasla lura tagħhom. |
(6) |
Minħabba l-grad tas-superviżjoni veterinarja, il-kontrolli tas-saħħa ta’ rutina miftiehma u s-separazzjoni minn ekwidi ta’ qagħda ta’ saħħa inferjuri, huwa possibbli li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għad-dħul mill-ġdid ta’ dawn iż-żwiemel wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 90 jum biex jipparteċipaw f’avvenimenti kulturali ekwestri speċifiċi fil-Belt tal-Messiku. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 93/195/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Minħabba li l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jikkonċernaw biss reġjun ta’ altitudni għolja matul staġun xitwi niexef u bnazzi b’inqas riskju ta’ trażmissjoni permezz ta’ vettur tal-istomatite vesikulari jew ċerti sottotipi ta’ enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela, id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 90 ġurnata lejn iż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku, reġjun fejn l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela ma kenitx irrapportata għal aktar minn sentejn (2) għandu jiġi awtorizzat. |
(9) |
L-entrata għal dak il-pajjiż terz fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata. |
(10) |
Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:
1. |
Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fl-Artikolu 1:
|
2. |
Ġie miżjud Anness X ġdid, kif stabbilit fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
L-Anness I mad-Deċiżjoni Nru 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/167/UE tat-3 ta’ April 2013 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (ĠU L 95, 5.4.2013, p. 19).
ANNESS I
ANNESS II
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE l-entrata għall-Messiku tinbidel b’dan li ġej:
“MX |
Messiku |
MX-0 |
Il-pajjiż kollu |
D |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
MX-1 |
Iż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku |
D |
— |
X |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Validu sal-15 ta’ April 2014” |
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/29 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Frar 2014
fir-rigward ta’ miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ Xylella fastidiosa (Well u Raju) fi ħdan l-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2014) 726)
(2014/87/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Xylella fastidiosa (Well u Raju) (minn issa ’l quddiem “l-organiżmu speċifikat”) hija elenkata fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE bħala pest mhux magħruf li jseħħ fl-Unjoni u li l-introduzzjoni tiegħu ġewwa l-Istati Membri kollha, u t-tixrid tiegħu fihom, huwa pprojbit. |
(2) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2013, l-Italja infurmat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħha, f’żewġ żoni separati tal-provinċja ta’ Lecce, fir-reġjun ta’ Apulia. Sussegwentement żewġ tifqigħat separati oħra ġew identifikati fl-istess provinċja. Il-preżenza ta’ organiżmu speċifikat kienet ikkonfermata fir-rigward ta’ diversi speċijiet ta’ pjanti, inkluż l-Olea europaea L., il-Prunus amygdalus Batsch, in-Nerium oleander L. u l-Quercus sp. L. li bdew juru ħruq ta’ weraq u sintomi ta’ tnaqqis rapidu. Din hija l-ewwel darba li ġiet ikkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tal-Unjoni. Għal diversi speċijiet ta’ pjanti oħra, verifiki li jirrigwardaw il-preżenza tiegħu għadhom ma ġewx konklużi. L-identifikazzjoni tal-vettur tal-organiżmu speċifikat f’Apulia hija pendenti. |
(3) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2013, ir-reġjun ta’ Apulia ħa miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni u l-qerda tal-organiżmu speċifikat (2) skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE. |
(4) |
L-Italja rrappurtat li l-ispezzjonijiet li kienet wettqet ma wrew l-ebda preżenza tal-organiżmu speċifikat fil-provinċji ġirien ta’ Brindisi u Taranto. |
(5) |
Bi tweġiba għal talba mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “l-Awtorità”, adottat dikjarazzjoni fil-25 ta’ Novembru 2013 (3) li tinkludi l-konklużjonijiet li ġejjin. L-organiżmu speċifikat probabbilment għandu firxa wiesgħa ħafna ta’ pjanti ospitanti, inklużi ħafna pjanti kkultivati u pjanti spontanji komuni fl-Ewropa. |
(6) |
Il-mogħdija ta’ diffużjoni ewlenija għall-organiżmu speċifikat hija l-moviment tal-pjanti għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ. Hija ta’ tħassib ukoll il-mogħdija ta’ diffużjoni tal-vetturi infettivi tal-organiżmu speċifikat li jinġarr fuq kunsinni tal-pjanti. Il-frott u l-injam huma mogħdijiet ta’ diffużjoni minuri bi probabbiltà ta’ introduzzjoni negliġibbli. Iż-żrieragħ, il-fjuri maqtugħin u l-weraq ornamentali huma mogħdijiet ta’ diffużjoni minuri bi probabbiltà ta’ introduzzjoni baxxa. Il-moviment ta’ pjanti infettati għat-tħawwil huwa l-aktar mod effiċjenti għal tixrid b’distanzi twal ta’ dan l-organiżmu speċifikat. |
(7) |
Fid-dawl tan-natura tal-organiżmu speċifikat, huwa probabbli li jinfirex ħafna u bil-ħeffa. Sabiex jiġi żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jinfirixx mal-bqija tal-Unjoni, hemm bżonn li jittieħdu immedjatament ċerti miżuri. Sakemm tkun disponibbli informazzjoni aktar speċifika dwar il-firxa tal-ospitant, il-vetturi, il-mogħdijiet ta’ diffużjoni u l-għażliet ta’ tnaqqis tar-riskju, huwa xieraq li l-moviment jiġi pprojbit possibbilment barra minn żoni li jinkludu pjanti infettati. |
(8) |
Filwaqt li jitqiesu l-postijiet tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat, is-sitwazzjoni ġeografika partikolari fil-provinċja amministrattiva ta’ Lecce u l-inċertezzi dwar il-kriterji ta’ demarkazzjoni, dik il-provinċja kollha għandha tkun soġġetta għal dik il-projbizzjoni, sabiex dik il-projbizzjoni tiġi applikata malajr u b’mod effettiv. |
(9) |
Dik il-projbizzjoni għandha tinteressal-pjanti għall-koltivazzjoni, minbarra ż-żrieragħ, minħabba li dawk il-pjanti huma l-mogħdija ta’ diffużjoni ewlenija għall-organiżmu speċifikat. Madankollu, it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar estensiv fil-provinċja ta’ Lecce, sabu li pjanti għat-tħawwil li jappartjenu għal ċerti genera u speċijiet, u li joriġinaw f’partijiet infettati ta’ Lecce, mhumiex infettati mill-organiżmu speċifikat. Abbażi ta’ dik l-evidenza, il-projbizzjoni ma tikkonċernax ħafna pjanti għat-tħawwil ta’ dawk il-genera u speċijiet li ġew inklużi fil-kampjun u ttestjati rigward il-preżenza tal-organiżmu speċifikat. Barra minn hekk, ikun xieraq li minn dik il-projbizzjoni jiġu wkoll eżentati pjanti għat-tħawwil li tkabbru f’siti bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat u li jappartjenu għal genera u speċijiet soġġetti għal skemi ta’ ċertifikazzjoni li jirrikjedu li dawn ikunu soġġetti għal testijiet uffiċjali dwar l-organiżmu speċifiku u misjuba ħielsa minn dak l-organiżmu. |
(10) |
Minħabba informazzjoni limitata dwar il-preżenza possibbli tal-organiżmu speċifikat fil-bqija tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali dwar il-preżenza ta’ dan l-organiżmu fit-territorji tagħhom. Fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta’ pjanti ospitanti potenzjali, dawk l-istħarriġiet għandhom jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ kull żona, il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti ospitanti, u l-karatteristiċi potenzjali tal-vetturi potenzjali. |
(11) |
Sabiex jiġbru kemm jista’ jkun informazzjoni possibbli dwar l-organiżmu speċifikat u l-preżenza tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi kkomunikata lilhom. |
(12) |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih bil-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni, biex jiżguraw ħarsa ġenerali effettiva dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(13) |
Huwa xieraq li l-miżuri jiġu rreveduti sat-30 ta’ April 2014, l-aktar tard, sabiex titqies informazzjoni aktar xjentifika u teknika li se ssir disponibbli, kif ukoll ir-riżultati tal-ispezzjonijiet kontinwi u t-testijiet imwettqa mill-awtoritajiet Taljani. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Moviment tal-pjanti għat-tħawwil
Il-moviment tal-pjanti għat-tħawwil ’il barra mill-provinċja ta’ Lecce, ir-reġjun ta’ Apulia, l-Italja, għandu jiġi pprojbit.
Dik il-projbizzjoni ma tapplikax għal:
(a) |
żrieragħ; |
(b) |
ħafna pjanti għat-tħawwil tal-genera u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li ġew inklużi fil-kampjun u li ġew ittestjati rigward il-preżenza ta’ Xylella fastidiosa (Well u Raju) (minn issa ’l quddiem: “l-organiżmu speċifiku”) u nstab li kienu ħielsa minn dak l-organiżmu; |
(c) |
pjanti għat-tħawwil tal-genera u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness II li jkunu tkabbru f’siti bi protezzjoni fiżika kompleta kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat u li huma ċċertifikati uffiċjalment taħt skema ta’ ċertifikazzjoni li titlob li jkunu soġġetti għal ittestjar uffiċjali rigward il-preżenza ta’ organiżmu speċifikat, u jinstabu ħielsa minn dak l-organiżmu. |
Artikolu 2
Stħarriġiet
1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġiet għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fit-territorju tagħhom. Dawk l-istħarriġiet għandhom jitwettqu, kif xieraq, billi jitqiesu l-bijoloġija, il-kundizzjonijiet ta’ tkabbir u l-perjodi ta’ tkabbir tal-pjanti soġġetti għall-istħarriġ, il-kundizzjonijiet klimatiċi, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-karatteristiċi tal-vetturi potenzjali.
2. Ir-riżultati tal-istħarriġiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena u għandhom ikopru perjodu ta’ sena li jintemm fit-30 ta’ Settembru tal-istess sena. Ir-riżultati tal-ewwel stħarriġ għandhom jiġu nnotifikati sal-31 ta’ Ottubru 2014 u għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Frar 2014 sat-30 ta’ Settembru 2014.
Artikolu 3
Notifika fir-rigward tal-preżenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn xi ħadd isir jaf bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat jew ikollu raġuni jissuspetta din il-preżenza, dik il-persuna għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti fi żmien 10 ijiem kalendarji.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk tkun mitluba mill-awtorità kompetenti, il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni li jkollha dwar dik il-preżenza.
Artikolu 4
Konformità
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bil-miżuri li ħadu biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Reviżjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rriveduta sat-30 ta’ April 2014.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Deliberazione della Giunta Regionale, Regione Puglia, N.2023 del 29.10.2013 (Misure di emergenza per la prevenzione, il controllo e la eradicazione del batterio da quarantena Xylella fastidiosa associato al “Complesso del disseccamento rapido dell’olivo”).
(3) Dikjarazzjoni tal-EFSA dwar il-pjanti ospitanti, il-mogħdijiet tad-dħul u diffużjoni u l-għażliet ta’ tnaqqis tar-riskju għal Xylella fastidiosa Wells et al. EFSA Journal 2013; 11(11):3468, 50 pp. doi:10.2903/j.efsa.2013.3468.
ANNESS I
Il-lista tal-ġenera u tal-ispeċijiet imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1
|
Abelia R. Br. |
|
Acacia dealbata Link |
|
Acca sellowiana (O. Berg) Burret |
|
Arbutus unedo L. |
|
Begonia L. |
|
Boronia crenulata Sm. |
|
Brachychiton discolor F. Muell. |
|
Buxus sempervirens L. |
|
Callistemon citrinus (Curtis) Skeels |
|
Camellia L. |
|
Ceratonia siliqua L. |
|
Cercis siliquastrum L. |
|
Chamelaucium uncinatum Schauer |
|
Cinnamomun camphora (L.) J.Presl. |
|
Citrus L. |
|
Crataegus Tourn. ex L. |
|
Cyclamen L. |
|
Diosma L. |
|
Eriobotrya japonica (Thunb.) Lindl. |
|
Euphorbia pulcherrima Willd. ex Klotzsch |
|
Ficus L. |
|
Grevillea R.Br. ex Knight |
|
Ilex aquifolium L. |
|
Jasminum L. |
|
Laurus nobilis L. |
|
Lavandula angustifolia Mill. |
|
Ligustrum vulgare L. |
|
Magnolia grandiflora L. |
|
Mandevilla sanderi (Hemsl.) Woodson |
|
Metrosideros Banks ex Gaertn. |
|
Morus alba L. |
|
Myrtus communis L. |
|
Nandina domestica Thunb. |
|
Polygala myrtifolia L. |
|
Punica granatum L. |
|
Rosa L. |
|
Salvia officinalis L. |
|
Schinus molle L. |
|
Trachelospermum jasminoides (Lindl.) Lem. |
|
Viburnum tinus L. |
|
Viola L. |
|
Vitis L. |
|
Weigela florida (Bunge) A. DC. |
ANNESS II
Il-lista tal-ġenera u tal-ispeċijiet imsemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1
|
Apium graveolens L. |
|
Brassica L. |
|
Capsicum annuum L. |
|
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. & Nakai |
|
Cucumis melo L. |
|
Cucurbita pepo L. |
|
Foeniculum vulgare Mill. |
|
Lactuca L. |
|
Petroselinum Hill |
|
Solanum lycopersicum L. |
|
Solanum melongena L. |
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/34 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Frar 2014
li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta’ oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq Betel (“Piper betle”) jew li jikkonsistu minnu
(notifikata bid-dokument C(2014) 794)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/88/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel b’mod ġenerali, u s-sikurezza tal-ikel b’mod partikolari, fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali. Dan jistipula miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni meta jkun evidenti li ikel impurtat minn pajjiż terz x’aktarx huwa ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem. |
(2) |
Minn Ottubru 2011, 142 notifika nħarġu għas-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Ikel u l-Għalf minħabba l-preżenza ta’ firxa wiesgħa ta’ razez patoġeniċi tas-salmonella fl-oġġetti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu mill-weraq Betel (“Piper betle”, magħrufa komunement bħala “Paan leaf” jew “Betel quid”) li joriġinaw jew jiġu konsenjati mill-Bangladexx. |
(3) |
Il-Bangladexx informa lill-Kummissjoni li min-Novembru 2012 kien hemm projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet kollha tal-weraq Betel, sakemm isseħħ l-introduzzjoni ta’ programm għall-esportazzjoni ta’ weraq Betel bla patoġeni. |
(4) |
L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur tal-Kummissjoni wettaq verifika fil-Bangladexx mit-30 ta’ Jannar sas-7 ta’ Frar 2013 sabiex jivvaluta s-sistema ta’ kontrolli uffiċjali għall-esportazzjoni ta’ pjanti lejn l-Unjoni. Huwa sab li l-programm għall-esportazzjoni ta’ weraq betel bla patoġeni kien għadu qed jiġi żviluppat. Il-verifika kkonkludiet li n-nuqqasijiet kienu preżenti f’kull stadju tas-sistema tal-esportazzjoni, u b’mod partikolari fl-istadju ta’ spezzjoni qabel l-esportazzjoni. L-ispezzjoni qabel l-esportazzjoni hija essenzjali sabiex ikun żgurat li lejn l-Unjoni jiġi esportat biss weraq betel li jikkonforma ma’ dak il-programm. |
(5) |
Minkejja l-miżuri introdotti mill-Bangladexx u l-azzjoni li ttieħdet minnu kontra l-esportaturi li ma jkunux konformi, il-weraq betel għadu qed jiġi esportat lejn l-Unjoni mill-Bangladexx u għad hemm għadd kbir ta’ twissijiet rapidi. |
(6) |
Dak il-livell għoli ta’ kontaminazzjoni jippreżenta riskju serju għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk huwa xieraq li jiġu sospiżi l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq betel jew li jikkonsistu minnu minn dak il-pajjiż terz, sakemm jaslu biżżejjed garanziji minnu. |
(7) |
Sabiex il-Bangladexx jingħata żmien biżżejjed biex jipprovdi tweġiba u biex iqis il-miżuri xierqa tal-immaniġġjar tar-riskju, is-sospensjoni temporanja tal-importazzjonijiet tal-weraq betel għandha tidħol fis-seħħ minn tal-inqas sal-31 ta’ Lulju 2014. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti kollha tal-ikel li fihom weraq betel jew li jikkonsistu minnu (“Piper betle”) inklużi, iżda mhux limitati għal dawk iddikjarati bil-kodiċi NM 1404 90 00, li joriġinaw jew jiġu konsenjati mill-Bangladexx.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
L-ispejjeż kollha mġarrba fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallsu mid-destinatarju jew mill-aġent tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2014.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/36 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Frar 2014
dwar proġett bi prova għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ kooperazzjoni amministrattiva deskritti fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/89/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”), li ġiet stabbilita mir-Regolament tal-IMI, hija softwer aċċessibbli permezz tal-Internet, żviluppata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, sabiex tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni stabbiliti fl-atti tal-Unjoni rigward is-suq intern billi tipprovdi mekkaniżmu ċentrali ta’ komunikazzjoni biex jiffaċilita l-iskambju transfruntieri ta’ informazzjoni u assistenza reċiproka. |
(2) |
Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixi ċerti regoli komuni għaċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferrovija biex jingħelbu d-differenzi nazzjonali u b’hekk tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politiki tal-Unjoni dwar il-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbilità u l-libertà li tipprovdi servizzi fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport, sabiex ikun aktar faċli għas-sewwieqa tal-ferrovija biex jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor. Dan jinkludi, b’mod partikolari, l-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali tal-liċenzji u taċ-ċertifikati tas-sewwieqa tal-ferrovija. |
(3) |
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (AFE) stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet stabbilità biex tappoġġa lill-Kummissjoni biex tiżgura approċċ armonizzat għall-interoperabbiltà u għas-sikurezza tal-ferroviji fl-Unjoni. |
(4) |
“Feasibility Study of Interoperable Registers of Train Driving Licences and Complementary Certificates” mill-AFE u adottat fit-2 ta’ April 2013, qies li l-IMI kienet għodda xierqa biex jiġi implimentat skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri tal-liċenzja nazzjonali u rrakkomanda li jiġi organizzat proġett bi prova. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/17/KE (4) tistabbilixxi li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea hija responsabbli għall-monitoraġġ u għar-rapportar dwar it-tħaddim tal-proġett bi prova. Ir-Regolament tal-IMI jirrikjedi lill-Kummissjoni biex tevalwa r-riżultat tal-proġett bi prova. |
(6) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-għanijiet tal-proġett pilota
Biex tittestja l-effikaċja tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) għall-implimentazzjoni tad-dospożizzjonijiet elenkati fl-Artikoli 4 u 5 hawn taħt, il-Kummissjoni twettaq proġett bi prova.
Artikolu 2
L-awtoritajiet kompetenti
Għall-finjijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu dawk msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (minn issa ’l quddiem “l-awtoritajiet kompetenti”).
Artikolu 3
Monitoraġġ u rapportar
Sabiex l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tissodisfa l-ħidmiet ta’ monitoraġġ u rapportar provduti fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/17/KE, il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Aġenzija bi statistiċi u informazzjoni dwar l-użu tal-IMI.
Artikolu 4
Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti
1. Għall-finijiet tal-proġett bi prova, l-IMI tintuża bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-iskambju ta’ informazzjoni stabbiliti fid-dispożizzjoni li ġejjin:
(a) |
punt (b) tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2007/59/KE, rigward il-punti 4 u 5 tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/17/KE; |
(b) |
L-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Nru 2007/59/KE, |
(c) |
L-Artikolu 29(3) tad-Direttiva Nru 2007/59/KE, |
(d) |
punt (b) tal-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE, għat-talbiet għal aktar spezzjoni jew sospensjoni. |
2. Kooperazzjoni amministrattiva skont il-paragrafu 1 tiġi implimentata fil-proċedura stabbilita fl-Anness I.
Artikolu 5
Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni
1. Għall-finijiet tal-proġett bi prova, l-IMI tintuża fost l-awtoritajiet kompetenti u bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-punt (b) tal-Artiklu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE dwar l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn; |
(b) |
il-punt (c) tal-Artiklu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE dwar l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn; |
(c) |
it-tieni subparagrafu tal-Artiklu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE dwar l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn; |
(d) |
l-Artikolu 29(5) tad-Direttiva 2007/59/KE, għar-riferiment lill-Kummissjoni. |
2. Il-kooperazzjoni amministrattiva skont il-paragrafu 1 tiġi implimentata skont il-proċedura stabbilita fl-Anness II
Artikolu 6
L-Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-proġett bi prova dwar jekk l-għan stabbilit fl-Artikolu 1 inkisibx jew le u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn tliet snin wara li tibda tqis il-kriterji li ġejjin:
(a) |
kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta; |
(b) |
il-kosteffettività; |
(c) |
funzjonalitajiet ta’ traduzzjoni effettivi; |
(d) |
użu faċli; |
(e) |
sodisfazzjoni ġenerali tal-utent. |
2. L-evalwazzjoni tal-proġett bi prova tiġi bbażata fuq l-informazzjoni statistika miġbura mill-IMI u fuq l-opinjoni mill-parteċipanti, inkluż mill-inqas wieħed ta’ utent minn fuq l-Internet indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ferrovjarja Ewropea(ir-Regolament tal-Aġenzija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2010/17/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 17).
(5) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
ANNESS I
PROĊEDURA GĦAT-TALBA TA' INFORMAZZJONI
ANNESS II
PROĊEDURA TA' NOTIFIKA