ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.045.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 45

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
15 ta' Frar 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2014 tal-14 ta’ Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva piridalil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2014 tal-14 ta’ Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva valifenalat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 145/2014 tal-14 ta’ Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva tijenkarbażon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 146/2014 tal-14 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 147/2014 tal-14 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Frar 2014

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/85/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2014 dwar it-tqegħid fis-suq għall-użu essenzjali ta’ prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram (notifikata bid-dokument C(2014) 718)

22

 

 

2014/86/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2014 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina huma awtorizzati (notifikata bid-dokument C(2014) 692)  ( 1 )

24

 

 

2014/87/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2014 fir-rigward ta’ miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ Xylella fastidiosa (Well u Raju) fi ħdan l-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2014) 726)

29

 

 

2014/88/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2014 li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta’ oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq Betel (Piper betle) jew li jikkonsistu minnu (notifikata bid-dokument C(2014) 794)  ( 1 )

34

 

 

2014/89/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2014 dwar proġett bi prova għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ kooperazzjoni amministrattiva deskritti fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern ( 1 )

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 143/2014

tal-14 ta’ Frar 2014

li japprova s-sustanza attiva piridalil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-piridalil, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma sodisfatti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/669/KE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fid-9 ta’ Ottubru 2006, l-Awstrija rċeviet applikazzjoni mingħand Sumitomo Chemical Agro Europe S.A.S. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva piridalil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2007/669/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fit-8 ta’ Jannar 2009.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni analizzawh l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fl-24 ta’ Mejju 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva piridalil (4). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fit-13 ta’ Diċembru 2013 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-piridalil.

(5)

Mill-bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-piridalil jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fir-rigward tal-użu li kien eżaminat u ddettaljat fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li l-piridalil tiġi approvata.

(6)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ, madankollu, li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel ma tingħata l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla ħsara għall-obbligi stipiulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b’konsegwenza tal-approvazzjoni, u b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-piridalil. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva piridalil, kif speċifikata fl-Anness I, hi approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-piridalil bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-kolonna tad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idu, jew ikollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE, skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li jkun fih il-piridalil bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll ikunu elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sat-30 ta’ Ġunju 2014, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Meta dan ikun stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-piridalil bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-piridalil bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-irtirar fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/669/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers imressqa għal analiżi fid-dettall fid-dawl tal-inklużjoni possibbli ta’ Adoxophyes orana granulovirus, amisulbrom, emamectin, pyridalyl u Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 274, 18.10.2007, p. 15).

(4)  The EFSA Journal 2013;11(6):3240. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Piridalil

Nru CAS 179101-81-6

Nru CIPAC 792

2,6-dikloro-4-(3,3-dikloroallilossi)fenil 3-[5-(trifluworometil)-2-piridilossi]propil etere

≥ 910 g/kg

l-1 ta’ Lulju 2014

it-30 ta’ Ġunju 2024

PARTI A

L-użi fis-serer bi struttura permanenti biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-piridalil, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali nhar it-13 ta’ Diċembru 2013 għandhom jitqiesu.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

ir-riskju lill-ħaddiema li jerġgħu jidħlu fiż-żona ttrattata;

(b)

ir-riskju lill-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza tiġi applikata fir-reġjuni bil-ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

(c)

ir-riskju lill-għasafar, mammiferi u organiżmi akkwatiċi.

Fejn ikun il-każ, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar:

1.

l-informazzjoni tossikoloġika u ekotossikoloġika biex tindirizza r-relevanza tal-impuritajiet 4, 13, 16, 22 u 23;

2.

ir-relevanza tal-metabolit HTFP u, fir-rigward ta’ dak il-metabolit, il-valutazzjoni tar-riskju lill-ilma ta’ taħt l-art għall-użi kollha fuq il-ħxejjex fis-serer;

3.

ir-riskju lill-invertebrati akkwatiċi.

L-applikant għandu jibgħat lill-Kumissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni relevanti fir-rigward tal-punt 1) sal-31 ta’ Diċembru 2014 u l-informazzjoni fir-rigward tal-punti 2) u 3) sat-30 ta’ Ġunju 2016.

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità programm ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ kontaminazzjoni lill-ilma ta’ taħt l-art mill-metabolit HTFP fiż-żoni vulnerabbli qabel it-30 ta’ Ġunju 2016. Ir-riżultati ta’ dak il-programm ta’ monitoraġġ għandhom jintbagħtu bħala rapport ta’ monitoraġġ lill-Istat Membru relatur, lill-Kumissjoni u lill-Awtorità qabel it-30 ta’ Ġunju 2018.


(1)  Fir-rapport tar-reviżjoni hemm aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“64

Piridalil

Nru CAS 179101-81-6

Nru CIPAC 792

2,6-dikloro-4-(3,3-dikloroallilossi)fenil 3-[5-(trifluworometil)-2-piridilossi]propil etere

≥ 910 g/kg

l-1 ta’ Lulju 2014.

it-30 ta’ Ġunju 2024.

PARTI A

L-użi fis-serer bi struttura permanenti biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-piridalil, u b’mod partikolari l-Annessi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali nhar it-13 ta’ Diċembru 2013 għandhom jitqiesu.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

ir-riskju lill-ħaddiema li jerġgħu jidħlu fiż-żona ttrattata;

(b)

ir-riskju lill-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza tiġi applikata fir-reġjuni bil-ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

(c)

ir-riskju lill-għasafar, mammiferi u organiżmi akkwatiċi.

Fejn ikun il-każ, il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar:

1.

l-informazzjoni tossikoloġika u ekotossikoloġika biex tindirizza r-relevanza tal-impuritajiet 4, 13, 16, 22 u 23;

2.

ir-relevanza tal-metabolit HTFP u, fir-rigward ta’ dak il-metabolit, il-valutazzjoni tar-riskju lill-ilma ta’ taħt l-art għall-użi kollha fuq il-ħxejjex fis-serer;

3.

ir-riskju lill-invertebrati akkwatiċi.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni relevanti fir-rigward tal-punt 1) sal-31 ta’ Diċembru 2014 u l-informazzjoni fir-rigward tal-punti 2) u 3) sat-30 ta’ Ġunju 2016.

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità programm ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ kontaminazzjoni lill-ilma ta’ taħt l-art mill-metabolit HTFP fiż-żoni vulnerabbli qabel it-30 ta’ Ġunju 2016. Ir-riżultati ta’ dak il-programm ta’ monitoraġġ għandhom jintbagħtu bħala rapport ta’ monitoraġġ lill-Istat Membru relatur, lill-Kumissjoni u lill-Awtorità qabel it-30 ta’ Ġunju 2018.”


(*)  Fir-rapport tar-reviżjoni hemm aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 144/2014

tal-14 ta’ Frar 2014

li japprova s-sustanza attiva valifenalat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-valifenalat, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/586/KE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-2 ta’ Settembru 2005 l-Ungerija rċeviet applikazzjoni mingħand Isagro S.p.A. (4) biex is-sustanza attiva valifenalat tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2006/586/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fid-19 ta’ Frar 2008, ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (5), fit-18 ta’ Lulju 2011 l-applikant intalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mill-Ungerija tressqet fil-format ta’ abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni f’April 2012.

(4)

L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fil-31 ta’ Mejju 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva valifenalat (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew evalwati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fit-13 ta’ Diċembru 2013 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-valifenalat.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-valifenalat huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-valifenalat jiġi approvat.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-valifenalat. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (7) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (8) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva, valifenalat, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Evalwazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-valifenalat bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Sa dik id-data dawn għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu dossier, jew ikollu aċċess għalih, li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-valifenalat bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Skont dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Meta dan ikun stabbilit:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-valifenalat bħala l-unika sustanza attiva, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-valifenalat bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att(i) rispettivi li żiedu s-sustanza/i rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza/i, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/586/KE tal-25 ta’ Awwissu 2006 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti li tressqu għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-chromafenozide, halosufuron, tembotrione, valifenal u Zucchini yellow mosaic virus — tal-varjazzjoni dgħajfa fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 236, 31.8.2006, p. 31).

(4)  Fis-17 ta’ Ġunju 2013, Isagro S.p.A. informa lill-Kummissjoni li s-sjieda tas-sustanza attiva ġiet ittrasferita lil Belchim Crop Protection SA/NV.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(6)  The EFSA Journal 2013; 11(6):3253. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Valifenalat

Nru CAS 283159-90-0

Nru CIPAC 857

Metil N-(isopropossikarbonil)-L-valil-(3RS)-3-(4-klorofenil)-β-alaninat

≥ 980 g/kg

L-1 ta’ Lulju 2014

It-30 ta’ Ġunju 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-valifenalat, u b’mod partikolari l-Annessi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmu akkwatiku.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri ta’ mitigazzjoni.

L-applikant għandu jibgħat tagħrif ta’ konferma dwar il-potenzjal tal-metabolit S5 li jniġġes l-ilma ta’ taħt l-art.

In-notifikatur għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità t-tagħrif rilevanti sat-30 ta’ Ġunju 2016.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tal-analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“70

Valifenalat

Nru CAS 283159-90-0

Nru CIPAC 857

Metil N-(isopropossikarbonil)-L-valil-(3RS)-3-(4-klorofenil)-β-alaninat

≥ 980 g/kg

L-1 ta’ Lulju 2014

It-30 ta’ Ġunju 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-valifenalat, u b’mod partikolari l-Annessi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmu akkwatiku.

Fejn huwa xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri ta’ mitigazzjoni.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar il-potenzjal tal-metabolit S5 li jniġġes l-ilma ta’ taħt l-art.

In-notifikatur għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità t-tagħrif rilevanti sat-30 ta’ Ġunju 2016.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tar-reviżjoni.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 145/2014

tal-14 ta’ Frar 2014

li japprova s-sustanza attiva tijenkarbażon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/566/KE (3) tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għat-tijenkarbażon.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-13 ta’ April 2007, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Bayer CropScience AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva tijenkarbażon fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2008/566/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew valutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fis-17 ta’ Diċembru 2008, ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ssottometta abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4) fis-7 ta’ Lulju 2011 l-applikant talab informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mir-Renju Unit ġiet sottomessa fil-format ta’ abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni f’April 2012.

(4)

L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fis-17 ta’ Ġunju 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tijenkarbażon (5). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u fit-13 ta’ Diċembru 2013 ġew iffinalizzati fil-format ta’ rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għat-tijenkarbażon.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu t-tijenkarbażon mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li s-sustanza tijenkarbażon tiġi approvata.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tijenkarbażon. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Is-sustanza attiva tijenkarbażon, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tijenkarbażon bħala sustanza attiva sat-31 ta’ Diċembru 2014.

Sa dik id-data dawn għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier, jew għandu aċċess għal dossier, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li fih it-tijenkarbażon bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll ġew elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Meta dan ikun stabbilit, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih it-tijenkarbażon bħala l-unika sustanza attiva, fejn ikun meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih it-tijenkarbażon bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att jew l-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza jew sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/566/KE tal-1 ta’ Lulju 2008 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-phosphane u t-thiencarbazone fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 52).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  EFSA Journal 2013; 11(7):3270. Jista’ jinstab onlajn: www.efsa.europa.eu

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Tijenkarbażon

Nru CAS 317815-83-1

Nru CIPAC 797

4- [(4,5-diidro- 3-metossi- 4-metil- 5-osso-1H-1,2,4-triażol- 1-il)karbonilsulfamojl]-5-metiltijofen- 3-karbossilat tal-metil

≥ 950 g/kg

L-1 ta’ Lulju 2014

It-30 ta’ Ġunju 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar it-tijenkarbażon, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

ir-riskju għall-ilma ta’ taħt l-art, jekk is-sustanza tkun applikata f’kundizzjonijiet ġeografiċi jew klimatiċi vulnerabbli;

(b)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar il-potenzjal li t-tijenkarbażon jiġi ttrasportat fl-atmosfera fuq distanza kbira u dwar l-impatti ambjentali relatati.

Dik l-informazzjoni ta’ konferma għandha tikkonsisti mir-riżultati ta’ programm ta’ monitoraġġ li jevalwa l-possibbiltà li t-tijenkarbażon jiġi ttrasportat fl-atmosfera fuq distanza kbira u l-impatti ambjentali relatati. L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sat-30 ta’ Ġunju 2016 dan il-programm ta’ monitoraġġ u r-riżultati f’forma ta’ rapport ta’ monitoraġġ sat-30 ta’ Ġunju 2018.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“71

Tijenkarbażon

Nru CAS 317815-83-1

Nru CIPAC 797

4- [(4,5-diidro- 3-metossi- 4-metil- 5-osso-1H-1,2,4-triażol- 1-il)karbonilsulfamojl]-5-metiltijofen- 3-karbossilat tal-metil

≥ 950 g/kg

L-1 ta’ Lulju 2014

It-30 ta’ Ġunju 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar it-tijenkarbażon, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-13 ta’ Diċembru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari

(a)

lir-riskju għall-ilma ta’ taħt l-art jekk is-sustanza tkun applikata f’kundizzjonijiet ġeografiċi jew klimatiċi vulnerabbli;

(b)

lir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jibgħat informazzjoni ta’ konferma dwar il-potenzjal li t-tijenkarbażon jiġi trasportat fl-atmosfera fuq distanza kbira u dwar l-impatti ambjentali relatati.

Dik l-informazzjoni ta’ konferma għandha tikkonsisti mir-riżultati ta’ programm ta’ monitoraġġ li jevalwa l-possibbiltà li t-tijenkarbażon jiġi ttrasportat fl-atmosfera fuq distanza kbira u l-impatti ambjentali relatati. L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità dan il-programm ta’ monitoraġġ sat-30 ta’ Ġunju 2016, filwaqt li r-riżultati f’forma ta’ rapport ta’ monitoraġġ għandu jissottomettihom sat-30 ta’ Ġunju 2018.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 146/2014

tal-14 ta’ Frar 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

107,2

MA

59,8

TN

63,9

TR

111,3

ZZ

85,6

0707 00 05

EG

182,1

JO

206,0

MA

168,6

TR

153,3

ZZ

177,5

0709 91 00

EG

97,7

ZZ

97,7

0709 93 10

MA

38,2

TR

145,8

ZZ

92,0

0805 10 20

EG

44,0

IL

67,6

MA

55,0

TN

52,5

TR

73,3

ZZ

58,5

0805 20 10

IL

122,3

MA

81,6

ZZ

102,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

121,1

JM

112,4

KR

142,4

MA

127,8

TR

76,1

ZZ

116,0

0805 50 10

AL

39,1

MA

71,7

TR

60,9

ZZ

57,2

0808 10 80

CN

95,7

MK

30,8

US

168,8

ZZ

98,4

0808 30 90

AR

193,7

CL

174,0

CN

71,8

TR

122,2

US

128,6

ZA

97,9

ZZ

131,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 147/2014

tal-14 ta’ Frar 2014

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Frar 2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Frar 2014, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Frar 2014, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Frar 2014

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

31.1.2014-14.2.2014

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

186,59

127,85

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

269,23

259,23

239,23

Primjum tal-Golf

126,47

26,28

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

17,35 EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Frar 2014

dwar it-tqegħid fis-suq għall-użu essenzjali ta’ prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram

(notifikata bid-dokument C(2014) 718)

(It-testi bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Pollakk u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(2014/85/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 fuq l-ewwel fażi tal-programm msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, (2) ir-ram ġie notifikat għall-użu, fost l-oħrajn, fit-tipi tal-prodott 2, 5 u 11, kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (3).

(2)

Ma tressaq l-ebda fajl komplut fl-iskadenzi stipulati bħala appoġġ għall-inklużjoni tar-ram fl-Annessi I, IA jew IB għad-DIrettiva 98/8/KE. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE tad-9 ta’ Frar 2012 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-ram m’għandux jibqa’ jitqiegħed fis-suq għall-użu f’tipi tal-prodott 2, 5 jew 11 mill-1 ta’ Frar 2013.

(3)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja ressqu applikazzjonijiet separati lill-Kummissjoni għall-permess li jippermetti t-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram għall-użi indikati minn “Iva” fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(4)

Il-Kummissjoni għamlet dawn il-listi disponibbli pubblikament b’mezzi elettroniċi. Waslu l-kummenti u saru disponibbli pubblikament.

(5)

Isegwi mill-applikazzjonijiet li t-tixrid tal-Legionella ġie assoċjat, b’mod partikolari, mal-użu ta’ ilma bħal ilma tax-xorb, l-ilma għall-banju, l-ilma tad-doċċa, u l-ilma f’torrijiet għat-tkessiħ. Barra minn hekk, jirriżulta li l-Leġjonella tista’ tkun fatali, speċjalment fi gruppi vulnerabbli bħall-pazjenti tal-isptarjiet. Skont l-applikazzjonijiet, għażla ta’ sistema xierqa għal kontroll tal-Leġjonella hija kumplessa u tiddependi fuq għadd ta’ parametri bħad-disinn tas-sistema, l-età, il-kumplessità u l-kimika tal-ilma.

(6)

Jirriżulta wkoll minn xi applikazzjonijiet, li l-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram jintużaw biex jipprevjenu t-tkabbir ta’ organiżmi fil-pajp ewlieni għad-dħul tal-ilma għall-pjattaformi taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar, fejn dak l-użu huwa essenzjali biex jiġi evitat l-imblukkar tal-pajp tad-dħul ta’ ilma użat għal, fost l-oħrajn, l-ipproċessar, il-produzzjoni tal-ilma tax-xorb u tal-banju, u t-tifi tan-nar, peress li l-imblukkar tal-pajp jista’ jkun fatali għas-saħħa u s-sigurtà tal-persunal fl-installazzjoni.

(7)

Xi kummenti li waslu matul il-konsultazzjoni pubblika lindikaw l-eżistenza ta’ metodi alternattivi għal sistema tad-diżinfettar tal-ilma. Madankollu, l-Istati Membri li ppreżentaw l-applikazzjonijiet argumentaw li, fit-territorji tagħhom, huwa meħtieġ li jkun hemm firxa adegwata ta’ alternattivi tekniċi u ekonomiċi disponibbli għall-kontroll tal-legionella, u, fejn rilevanti, sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-imblokkar tal-pajp ewlieni tad-dħul tal-ilma għal installazzjonijiet offshore. Dan ġie kkonfermat f’xi konsultazzjonijiet pubbliċi mill-utenti tal-prodotti inkwistjoni, bħall-isptarijiet.

(8)

Jidher għalhekk probabbli li n-nuqqas ta’ permess għall-użu għall-kontroll tal-Legionella, jew fejn rilevanti għal prevenzjoni tat-tkabbir ta’ organiżmi fil-pajp ewleini għad-dħul tal-ilma għal pjattaformi taż-żejt u l-gass offshore, f’dawk l-Istati Membri attwalment jippreżenta riskju serju għas-saħħa pubblika. Id-derogi mitluba għall-użu essenzjali huma għalhekk attwalment meħtieġa.

(9)

Madankollu, sakemm applikazzjoni kompluta għall-approvazzjoni tar-ram għall-użu fit-tipi ta’ prodotti rilevanti ma titressaqx mingħajr dewmien żejjed, l-utenti tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom ir-ram għandhom jimplimentaw metodi alternattivi ta’ kontroll tal-Legionella jew ta’ prevenzjoni tat- tkabbir tal-oragniżmu. Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li, f’dan il-każ, l-utenti f’dawk l-Istati Membri jkunu infurmati b’mod attiv fi żmien xieraq biex ikunu jistgħu jiżguraw li dawk il-metodi alternattivi jkunu effettivi qabel ma l-prodotti bijoċidali li jkun fihom ram jiġu rtirati mis-suq.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali li fihom ir-ram (Nru KE 231-159-6; CAS No. 7440-50-8) għall-użi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Jekk jitressqu, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembeu 2014, fajls kompluti għall-approvazzjoni tar-ram għat-tip tal-prodotti rilevanti għal dawn l-użi mill-Istat Membru li qed jevalwa, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja jistgħu jkomplu jippermettu l-awtorizzazzjoni ta’ dak itt-tqegħid fis-suq sal-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-każijiet fejn sustanza tiġi jew ma tiġix approvata.

3.   F’każijiet oħra għajr dawk ipprovduti fil-paragrafu 2, ir-Renju Unit, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja jistgħu jkomplu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 2017 sakemm dawk l-Istati Membri jiżguraw, sa mill-1 ta’ Jannar 2015, li l-utenti jkunu attivament infurmati dwar il-ħtieġa immedjata li jiġu implimentati metodi alternattivi għall-għanijiet rilevanti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Polonja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 228, 8.9.2000, p. 6.

(3)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 38, 11.2.2012, p. 48.


ANNESS

L-użi li l-Istati Membri elenkati hawn taħt jistgħu jippermettu, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet tal- Artikolu 1

 

Ir-Renju Unit

Spanja

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Il-Polonja

It-tip ta’ prodott 2: Għall-kontroll tal-Legionella f’ilma għall-użu tal-bniedem, bħal l-ilma tal-banju u għad-doċċa

Iva

Iva

 

Iva

It-tip ta’ prodott 5: Għall-kontroll tal-Legionella fl-ilma tax-xorb

Iva

Iva

Iva

 

It-tip ta’ prodott 11: Għall-kontroll tal-Legionella f’torrijiet tat-tkessiħ

 

Iva

Iva

Iva

It-tip ta’ prodott 11: Għall-prevenzjoni tat-tkabbir ta’ organiżmi f’pajpijiet tal-ilma fuq pjattaformi offshore taż-żejt u l-gass

 

 

Iva

 


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/24


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Frar 2014

li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina huma awtorizzati

(notifikata bid-dokument C(2014) 692)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/86/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistipola l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ equidae ħajjin fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 13(1)(a) waħda mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ ekwidi fl-Unjoni hija li l-pajjiż terz kien ħieles mill-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela għal perjodu ta’ sentejn.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (3) tipprovdi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja biex jieħdu sehem fi tlielaq, kompetizzjonijiet jew avvenimenti kulturali.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (4) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-ekwidi u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom. Din il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/167/UE (5) tal-Kummissjoni li temenda l-lista fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE tipprovdi li d-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati, id-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali, l-importazzjonijiet ta’ ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni, u l-importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina mill-Messiku bħalissa mhumiex awtorizzati.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet evalwazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi dwar id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel skedati għall-esportazzjoni temporanja lejn il-Belt tal-Messiku (Messiku). Dik l-evalwazzjoni fiha dettalji komprensivi dwar il-miżuri ta’ bijosigurtà applikati mit-Théâtr équestre Zingaro għall-protezzjoni tal-qagħda tas-saħħa taż-żwiemel tagħhom matul ir-residenza tagħhom fil-Belt tal-Messiku kif ukoll il-miżuri ta’ kwarantina, imposti mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi fuq dawk iż-żwiemel mal-wasla lura tagħhom.

(6)

Minħabba l-grad tas-superviżjoni veterinarja, il-kontrolli tas-saħħa ta’ rutina miftiehma u s-separazzjoni minn ekwidi ta’ qagħda ta’ saħħa inferjuri, huwa possibbli li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għad-dħul mill-ġdid ta’ dawn iż-żwiemel wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 90 jum biex jipparteċipaw f’avvenimenti kulturali ekwestri speċifiċi fil-Belt tal-Messiku.

(7)

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Minħabba li l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jikkonċernaw biss reġjun ta’ altitudni għolja matul staġun xitwi niexef u bnazzi b’inqas riskju ta’ trażmissjoni permezz ta’ vettur tal-istomatite vesikulari jew ċerti sottotipi ta’ enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela, id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 90 ġurnata lejn iż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku, reġjun fejn l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela ma kenitx irrapportata għal aktar minn sentejn (2) għandu jiġi awtorizzat.

(9)

L-entrata għal dak il-pajjiż terz fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

(10)

Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1.

Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fl-Artikolu 1:

“—

ħadu sehem f’avvenimenti kulturali speċifiċi fiż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness X ma’ din id-Deċiżjoni.”

2.

Ġie miżjud Anness X ġdid, kif stabbilit fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness I mad-Deċiżjoni Nru 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/167/UE tat-3 ta’ April 2013 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (ĠU L 95, 5.4.2013, p. 19).


ANNESS I

“ANNESS X

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE l-entrata għall-Messiku tinbidel b’dan li ġej:

“MX

Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

D

 

MX-1

Iż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku

D

X

Validu sal-15 ta’ April 2014”


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Frar 2014

fir-rigward ta’ miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ Xylella fastidiosa (Well u Raju) fi ħdan l-Unjoni

(notifikata bid-dokument C(2014) 726)

(2014/87/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Xylella fastidiosa (Well u Raju) (minn issa ’l quddiem “l-organiżmu speċifikat”) hija elenkata fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE bħala pest mhux magħruf li jseħħ fl-Unjoni u li l-introduzzjoni tiegħu ġewwa l-Istati Membri kollha, u t-tixrid tiegħu fihom, huwa pprojbit.

(2)

Fil-21 ta’ Ottubru 2013, l-Italja infurmat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħha, f’żewġ żoni separati tal-provinċja ta’ Lecce, fir-reġjun ta’ Apulia. Sussegwentement żewġ tifqigħat separati oħra ġew identifikati fl-istess provinċja. Il-preżenza ta’ organiżmu speċifikat kienet ikkonfermata fir-rigward ta’ diversi speċijiet ta’ pjanti, inkluż l-Olea europaea L., il-Prunus amygdalus Batsch, in-Nerium oleander L. u l-Quercus sp. L. li bdew juru ħruq ta’ weraq u sintomi ta’ tnaqqis rapidu. Din hija l-ewwel darba li ġiet ikkonfermata l-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tal-Unjoni. Għal diversi speċijiet ta’ pjanti oħra, verifiki li jirrigwardaw il-preżenza tiegħu għadhom ma ġewx konklużi. L-identifikazzjoni tal-vettur tal-organiżmu speċifikat f’Apulia hija pendenti.

(3)

Fid-29 ta’ Ottubru 2013, ir-reġjun ta’ Apulia ħa miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni u l-qerda tal-organiżmu speċifikat (2) skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE.

(4)

L-Italja rrappurtat li l-ispezzjonijiet li kienet wettqet ma wrew l-ebda preżenza tal-organiżmu speċifikat fil-provinċji ġirien ta’ Brindisi u Taranto.

(5)

Bi tweġiba għal talba mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “l-Awtorità”, adottat dikjarazzjoni fil-25 ta’ Novembru 2013 (3) li tinkludi l-konklużjonijiet li ġejjin. L-organiżmu speċifikat probabbilment għandu firxa wiesgħa ħafna ta’ pjanti ospitanti, inklużi ħafna pjanti kkultivati u pjanti spontanji komuni fl-Ewropa.

(6)

Il-mogħdija ta’ diffużjoni ewlenija għall-organiżmu speċifikat hija l-moviment tal-pjanti għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ. Hija ta’ tħassib ukoll il-mogħdija ta’ diffużjoni tal-vetturi infettivi tal-organiżmu speċifikat li jinġarr fuq kunsinni tal-pjanti. Il-frott u l-injam huma mogħdijiet ta’ diffużjoni minuri bi probabbiltà ta’ introduzzjoni negliġibbli. Iż-żrieragħ, il-fjuri maqtugħin u l-weraq ornamentali huma mogħdijiet ta’ diffużjoni minuri bi probabbiltà ta’ introduzzjoni baxxa. Il-moviment ta’ pjanti infettati għat-tħawwil huwa l-aktar mod effiċjenti għal tixrid b’distanzi twal ta’ dan l-organiżmu speċifikat.

(7)

Fid-dawl tan-natura tal-organiżmu speċifikat, huwa probabbli li jinfirex ħafna u bil-ħeffa. Sabiex jiġi żgurat li l-organiżmu speċifikat ma jinfirixx mal-bqija tal-Unjoni, hemm bżonn li jittieħdu immedjatament ċerti miżuri. Sakemm tkun disponibbli informazzjoni aktar speċifika dwar il-firxa tal-ospitant, il-vetturi, il-mogħdijiet ta’ diffużjoni u l-għażliet ta’ tnaqqis tar-riskju, huwa xieraq li l-moviment jiġi pprojbit possibbilment barra minn żoni li jinkludu pjanti infettati.

(8)

Filwaqt li jitqiesu l-postijiet tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat, is-sitwazzjoni ġeografika partikolari fil-provinċja amministrattiva ta’ Lecce u l-inċertezzi dwar il-kriterji ta’ demarkazzjoni, dik il-provinċja kollha għandha tkun soġġetta għal dik il-projbizzjoni, sabiex dik il-projbizzjoni tiġi applikata malajr u b’mod effettiv.

(9)

Dik il-projbizzjoni għandha tinteressal-pjanti għall-koltivazzjoni, minbarra ż-żrieragħ, minħabba li dawk il-pjanti huma l-mogħdija ta’ diffużjoni ewlenija għall-organiżmu speċifikat. Madankollu, it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar estensiv fil-provinċja ta’ Lecce, sabu li pjanti għat-tħawwil li jappartjenu għal ċerti genera u speċijiet, u li joriġinaw f’partijiet infettati ta’ Lecce, mhumiex infettati mill-organiżmu speċifikat. Abbażi ta’ dik l-evidenza, il-projbizzjoni ma tikkonċernax ħafna pjanti għat-tħawwil ta’ dawk il-genera u speċijiet li ġew inklużi fil-kampjun u ttestjati rigward il-preżenza tal-organiżmu speċifikat. Barra minn hekk, ikun xieraq li minn dik il-projbizzjoni jiġu wkoll eżentati pjanti għat-tħawwil li tkabbru f’siti bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat u li jappartjenu għal genera u speċijiet soġġetti għal skemi ta’ ċertifikazzjoni li jirrikjedu li dawn ikunu soġġetti għal testijiet uffiċjali dwar l-organiżmu speċifiku u misjuba ħielsa minn dak l-organiżmu.

(10)

Minħabba informazzjoni limitata dwar il-preżenza possibbli tal-organiżmu speċifikat fil-bqija tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali dwar il-preżenza ta’ dan l-organiżmu fit-territorji tagħhom. Fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta’ pjanti ospitanti potenzjali, dawk l-istħarriġiet għandhom jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ kull żona, il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti ospitanti, u l-karatteristiċi potenzjali tal-vetturi potenzjali.

(11)

Sabiex jiġbru kemm jista’ jkun informazzjoni possibbli dwar l-organiżmu speċifikat u l-preżenza tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi kkomunikata lilhom.

(12)

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih bil-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni, biex jiżguraw ħarsa ġenerali effettiva dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa xieraq li l-miżuri jiġu rreveduti sat-30 ta’ April 2014, l-aktar tard, sabiex titqies informazzjoni aktar xjentifika u teknika li se ssir disponibbli, kif ukoll ir-riżultati tal-ispezzjonijiet kontinwi u t-testijiet imwettqa mill-awtoritajiet Taljani.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Moviment tal-pjanti għat-tħawwil

Il-moviment tal-pjanti għat-tħawwil ’il barra mill-provinċja ta’ Lecce, ir-reġjun ta’ Apulia, l-Italja, għandu jiġi pprojbit.

Dik il-projbizzjoni ma tapplikax għal:

(a)

żrieragħ;

(b)

ħafna pjanti għat-tħawwil tal-genera u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li ġew inklużi fil-kampjun u li ġew ittestjati rigward il-preżenza ta’ Xylella fastidiosa (Well u Raju) (minn issa ’l quddiem: “l-organiżmu speċifiku”) u nstab li kienu ħielsa minn dak l-organiżmu;

(c)

pjanti għat-tħawwil tal-genera u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness II li jkunu tkabbru f’siti bi protezzjoni fiżika kompleta kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat u li huma ċċertifikati uffiċjalment taħt skema ta’ ċertifikazzjoni li titlob li jkunu soġġetti għal ittestjar uffiċjali rigward il-preżenza ta’ organiżmu speċifikat, u jinstabu ħielsa minn dak l-organiżmu.

Artikolu 2

Stħarriġiet

1.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġiet għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fit-territorju tagħhom. Dawk l-istħarriġiet għandhom jitwettqu, kif xieraq, billi jitqiesu l-bijoloġija, il-kundizzjonijiet ta’ tkabbir u l-perjodi ta’ tkabbir tal-pjanti soġġetti għall-istħarriġ, il-kundizzjonijiet klimatiċi, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u l-karatteristiċi tal-vetturi potenzjali.

2.   Ir-riżultati tal-istħarriġiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena u għandhom ikopru perjodu ta’ sena li jintemm fit-30 ta’ Settembru tal-istess sena. Ir-riżultati tal-ewwel stħarriġ għandhom jiġu nnotifikati sal-31 ta’ Ottubru 2014 u għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Frar 2014 sat-30 ta’ Settembru 2014.

Artikolu 3

Notifika fir-rigward tal-preżenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn xi ħadd isir jaf bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat jew ikollu raġuni jissuspetta din il-preżenza, dik il-persuna għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti fi żmien 10 ijiem kalendarji.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk tkun mitluba mill-awtorità kompetenti, il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni li jkollha dwar dik il-preżenza.

Artikolu 4

Konformità

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bil-miżuri li ħadu biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rriveduta sat-30 ta’ April 2014.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Deliberazione della Giunta Regionale, Regione Puglia, N.2023 del 29.10.2013 (Misure di emergenza per la prevenzione, il controllo e la eradicazione del batterio da quarantena Xylella fastidiosa associato al “Complesso del disseccamento rapido dell’olivo”).

(3)  Dikjarazzjoni tal-EFSA dwar il-pjanti ospitanti, il-mogħdijiet tad-dħul u diffużjoni u l-għażliet ta’ tnaqqis tar-riskju għal Xylella fastidiosa Wells et al. EFSA Journal 2013; 11(11):3468, 50 pp. doi:10.2903/j.efsa.2013.3468.


ANNESS I

Il-lista tal-ġenera u tal-ispeċijiet imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1

 

Abelia R. Br.

 

Acacia dealbata Link

 

Acca sellowiana (O. Berg) Burret

 

Arbutus unedo L.

 

Begonia L.

 

Boronia crenulata Sm.

 

Brachychiton discolor F. Muell.

 

Buxus sempervirens L.

 

Callistemon citrinus (Curtis) Skeels

 

Camellia L.

 

Ceratonia siliqua L.

 

Cercis siliquastrum L.

 

Chamelaucium uncinatum Schauer

 

Cinnamomun camphora (L.) J.Presl.

 

Citrus L.

 

Crataegus Tourn. ex L.

 

Cyclamen L.

 

Diosma L.

 

Eriobotrya japonica (Thunb.) Lindl.

 

Euphorbia pulcherrima Willd. ex Klotzsch

 

Ficus L.

 

Grevillea R.Br. ex Knight

 

Ilex aquifolium L.

 

Jasminum L.

 

Laurus nobilis L.

 

Lavandula angustifolia Mill.

 

Ligustrum vulgare L.

 

Magnolia grandiflora L.

 

Mandevilla sanderi (Hemsl.) Woodson

 

Metrosideros Banks ex Gaertn.

 

Morus alba L.

 

Myrtus communis L.

 

Nandina domestica Thunb.

 

Polygala myrtifolia L.

 

Punica granatum L.

 

Rosa L.

 

Salvia officinalis L.

 

Schinus molle L.

 

Trachelospermum jasminoides (Lindl.) Lem.

 

Viburnum tinus L.

 

Viola L.

 

Vitis L.

 

Weigela florida (Bunge) A. DC.


ANNESS II

Il-lista tal-ġenera u tal-ispeċijiet imsemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1

 

Apium graveolens L.

 

Brassica L.

 

Capsicum annuum L.

 

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. & Nakai

 

Cucumis melo L.

 

Cucurbita pepo L.

 

Foeniculum vulgare Mill.

 

Lactuca L.

 

Petroselinum Hill

 

Solanum lycopersicum L.

 

Solanum melongena L.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Frar 2014

li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta’ oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq Betel (“Piper betle”) jew li jikkonsistu minnu

(notifikata bid-dokument C(2014) 794)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/88/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel b’mod ġenerali, u s-sikurezza tal-ikel b’mod partikolari, fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali. Dan jistipula miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni meta jkun evidenti li ikel impurtat minn pajjiż terz x’aktarx huwa ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem.

(2)

Minn Ottubru 2011, 142 notifika nħarġu għas-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Ikel u l-Għalf minħabba l-preżenza ta’ firxa wiesgħa ta’ razez patoġeniċi tas-salmonella fl-oġġetti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu mill-weraq Betel (“Piper betle”, magħrufa komunement bħala “Paan leaf” jew “Betel quid”) li joriġinaw jew jiġu konsenjati mill-Bangladexx.

(3)

Il-Bangladexx informa lill-Kummissjoni li min-Novembru 2012 kien hemm projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet kollha tal-weraq Betel, sakemm isseħħ l-introduzzjoni ta’ programm għall-esportazzjoni ta’ weraq Betel bla patoġeni.

(4)

L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur tal-Kummissjoni wettaq verifika fil-Bangladexx mit-30 ta’ Jannar sas-7 ta’ Frar 2013 sabiex jivvaluta s-sistema ta’ kontrolli uffiċjali għall-esportazzjoni ta’ pjanti lejn l-Unjoni. Huwa sab li l-programm għall-esportazzjoni ta’ weraq betel bla patoġeni kien għadu qed jiġi żviluppat. Il-verifika kkonkludiet li n-nuqqasijiet kienu preżenti f’kull stadju tas-sistema tal-esportazzjoni, u b’mod partikolari fl-istadju ta’ spezzjoni qabel l-esportazzjoni. L-ispezzjoni qabel l-esportazzjoni hija essenzjali sabiex ikun żgurat li lejn l-Unjoni jiġi esportat biss weraq betel li jikkonforma ma’ dak il-programm.

(5)

Minkejja l-miżuri introdotti mill-Bangladexx u l-azzjoni li ttieħdet minnu kontra l-esportaturi li ma jkunux konformi, il-weraq betel għadu qed jiġi esportat lejn l-Unjoni mill-Bangladexx u għad hemm għadd kbir ta’ twissijiet rapidi.

(6)

Dak il-livell għoli ta’ kontaminazzjoni jippreżenta riskju serju għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk huwa xieraq li jiġu sospiżi l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq betel jew li jikkonsistu minnu minn dak il-pajjiż terz, sakemm jaslu biżżejjed garanziji minnu.

(7)

Sabiex il-Bangladexx jingħata żmien biżżejjed biex jipprovdi tweġiba u biex iqis il-miżuri xierqa tal-immaniġġjar tar-riskju, is-sospensjoni temporanja tal-importazzjonijiet tal-weraq betel għandha tidħol fis-seħħ minn tal-inqas sal-31 ta’ Lulju 2014.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti kollha tal-ikel li fihom weraq betel jew li jikkonsistu minnu (“Piper betle”) inklużi, iżda mhux limitati għal dawk iddikjarati bil-kodiċi NM 1404 90 00, li joriġinaw jew jiġu konsenjati mill-Bangladexx.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

L-ispejjeż kollha mġarrba fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallsu mid-destinatarju jew mill-aġent tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Lulju 2014.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Frar 2014

dwar proġett bi prova għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ kooperazzjoni amministrattiva deskritti fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/89/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”), li ġiet stabbilita mir-Regolament tal-IMI, hija softwer aċċessibbli permezz tal-Internet, żviluppata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, sabiex tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni stabbiliti fl-atti tal-Unjoni rigward is-suq intern billi tipprovdi mekkaniżmu ċentrali ta’ komunikazzjoni biex jiffaċilita l-iskambju transfruntieri ta’ informazzjoni u assistenza reċiproka.

(2)

Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixi ċerti regoli komuni għaċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferrovija biex jingħelbu d-differenzi nazzjonali u b’hekk tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politiki tal-Unjoni dwar il-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbilità u l-libertà li tipprovdi servizzi fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport, sabiex ikun aktar faċli għas-sewwieqa tal-ferrovija biex jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor. Dan jinkludi, b’mod partikolari, l-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali tal-liċenzji u taċ-ċertifikati tas-sewwieqa tal-ferrovija.

(3)

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (AFE) stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet stabbilità biex tappoġġa lill-Kummissjoni biex tiżgura approċċ armonizzat għall-interoperabbiltà u għas-sikurezza tal-ferroviji fl-Unjoni.

(4)

“Feasibility Study of Interoperable Registers of Train Driving Licences and Complementary Certificates” mill-AFE u adottat fit-2 ta’ April 2013, qies li l-IMI kienet għodda xierqa biex jiġi implimentat skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri tal-liċenzja nazzjonali u rrakkomanda li jiġi organizzat proġett bi prova.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/17/KE (4) tistabbilixxi li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea hija responsabbli għall-monitoraġġ u għar-rapportar dwar it-tħaddim tal-proġett bi prova. Ir-Regolament tal-IMI jirrikjedi lill-Kummissjoni biex tevalwa r-riżultat tal-proġett bi prova.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-għanijiet tal-proġett pilota

Biex tittestja l-effikaċja tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) għall-implimentazzjoni tad-dospożizzjonijiet elenkati fl-Artikoli 4 u 5 hawn taħt, il-Kummissjoni twettaq proġett bi prova.

Artikolu 2

L-awtoritajiet kompetenti

Għall-finjijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu dawk msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (minn issa ’l quddiem “l-awtoritajiet kompetenti”).

Artikolu 3

Monitoraġġ u rapportar

Sabiex l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tissodisfa l-ħidmiet ta’ monitoraġġ u rapportar provduti fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/17/KE, il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Aġenzija bi statistiċi u informazzjoni dwar l-użu tal-IMI.

Artikolu 4

Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   Għall-finijiet tal-proġett bi prova, l-IMI tintuża bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-iskambju ta’ informazzjoni stabbiliti fid-dispożizzjoni li ġejjin:

(a)

punt (b) tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2007/59/KE, rigward il-punti 4 u 5 tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/17/KE;

(b)

L-Artikolu 29(2) tad-Direttiva Nru 2007/59/KE,

(c)

L-Artikolu 29(3) tad-Direttiva Nru 2007/59/KE,

(d)

punt (b) tal-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE, għat-talbiet għal aktar spezzjoni jew sospensjoni.

2.   Kooperazzjoni amministrattiva skont il-paragrafu 1 tiġi implimentata fil-proċedura stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 5

Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni

1.   Għall-finijiet tal-proġett bi prova, l-IMI tintuża fost l-awtoritajiet kompetenti u bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-punt (b) tal-Artiklu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE dwar l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn;

(b)

il-punt (c) tal-Artiklu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE dwar l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn;

(c)

it-tieni subparagrafu tal-Artiklu 29(4) tad-Direttiva 2007/59/KE dwar l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn;

(d)

l-Artikolu 29(5) tad-Direttiva 2007/59/KE, għar-riferiment lill-Kummissjoni.

2.   Il-kooperazzjoni amministrattiva skont il-paragrafu 1 tiġi implimentata skont il-proċedura stabbilita fl-Anness II

Artikolu 6

L-Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tal-proġett bi prova dwar jekk l-għan stabbilit fl-Artikolu 1 inkisibx jew le u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn tliet snin wara li tibda tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta;

(b)

il-kosteffettività;

(c)

funzjonalitajiet ta’ traduzzjoni effettivi;

(d)

użu faċli;

(e)

sodisfazzjoni ġenerali tal-utent.

2.   L-evalwazzjoni tal-proġett bi prova tiġi bbażata fuq l-informazzjoni statistika miġbura mill-IMI u fuq l-opinjoni mill-parteċipanti, inkluż mill-inqas wieħed ta’ utent minn fuq l-Internet indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ferrovjarja Ewropea(ir-Regolament tal-Aġenzija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2010/17/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 17).

(5)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).


ANNESS I

PROĊEDURA GĦAT-TALBA TA' INFORMAZZJONI

Image

ANNESS II

PROĊEDURA TA' NOTIFIKA

Image