ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.313.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 313

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
22 ta' Novembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/671/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013 dwar l-iffirmar tal-Ftehim, f’isem l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f’dak li jirrigwarda l-kollettività ta’ Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa

1

 

 

2013/672/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

4

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1181/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 u li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013

13

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1182/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 754/2009, (UE) Nru 1262/2012, (UE) Nru 39/2013 u (UE) Nru 40/2013 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1183/2013 tat-12 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Slovenski med (IĠP)]

30

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1184/2013 tat-12 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prés-salés du Mont-Saint-Michel (DPO)]

32

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1185/2013 tal-21 ta’ Novembru 2013 għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pâté de Campagne Breton (IĠP)]

34

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1186/2013 tal-21 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Orkney Scottish Island Cheddar (IĠP)]

40

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1187/2013 tal-21 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva pentijopirad, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

42

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1188/2013 tal-21 ta’ Novembru 2013 li jipprovdi perjodu mnaqqas ta’ notifika qabel il-wasla fil-port tal-bastimenti tal-Unjoni impenjati fis-sajd ta’ stokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent li jiżbarkaw fil-portijiet Spanjoli

47

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1189/2013 tal-21 ta’ Novembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

49

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1190/2013 tal-21 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

51

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Novembru 2013

dwar l-iffirmar tal-Ftehim, f’isem l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f’dak li jirrigwarda l-kollettività ta’ Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa

(2013/671/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 113 u 115 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u it-tieni paragrafu tal-Artikolu 218(8),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew Nru 2010/718/UE (1) il-gżira ta’ Saint-Barthélemy ma baqgħetx reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 u kisbet l-istatus ta’ pajjiż jew ta’ territorju extra-Ewropew kif imsemmi fil- Parti Erbgħa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Ir-Repubblika Franċiża kienet obbligat ruħha li tikkonkludi l-ftehimiet meħtieġa sabiex jiġu miżmuma l-interessi tal-Unjoni f’din il-bidla, sabiex jiġu garantiti fost l-oħrajn l-mekkaniżmi tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (2) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3) japplikaw bl-istess mod fir-rigward ta’ Saint-Barthélemy wara l-bidla fl-istatus tagħha.

(2)

B’segwitu għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill fl-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża rigward l-applikazzjoni għall-kollettività ta’ Saint-Barthélemy tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”).

(3)

L-iskop tal-Ftehim hu li jiggarantixxi li l-mekkaniżmi tad-Direttivi 2011/16/UE u 2003/48/KE, li huma maħsuba b’mod partikolari biex jiġġieldu kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa transfruntiera, jibqgħu japplikaw għal Saint-Barthélemy, minkejja l-bidla fl-istatus tagħha.

(4)

Il-Ftehim għandu jkun iffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data ulterjuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,

Artikolu 1

L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni għall-kollettività ta’ Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta’ Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).

(4)  It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Novembru 2013

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn

(2013/672/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (1) (“il-Ftehim ta’ Sħubija”).

(2)

L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja Protokoll ġdid (“il-Protokoll il-ġdid”)li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet ta’ sajd fl-ibħra li fihom il-Mawritanja teżerċita s-sovranità jew l-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd.

(3)

Il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/827/UE (2), u ġie applikat proviżorjament mid-data tal-firma tiegħu.

(4)

Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn (“il-Protokoll”) (3) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f’isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 11 tal-Protokoll (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 361, 31.12.2012, p. 43.

(3)  It-test tal-protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 361, 31.12.2012, p. 44 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1180/2013

tad-19 ta’ Novembru 2013

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (1) jirrikjedi li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-twettiq sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b’kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), u wkoll fid-dawl ta’ kull parir riċevut mingħand il-kunsilli konsultattivi reġjonali.

(2)

Il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp ta’ sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’tali mod li f’kull Stat Membru tiġi żgurata stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew għal kull tip ta’ sajd u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(3)

Il-qabdiet totali permessibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

(4)

Għall-istokkijiet suġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mar-regoli stipulati f’dawk il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (“il-Pjan għall-Bakkaljaw tal-Baħar Baltiku”) (2).

(5)

Fid-dawl tal-parir xjentifiku l-aktar reċenti, il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Baħar Baltiku tista’ tiġi introdotta mingħajr ma tfixkel l-għanijiet tal-Pjan għall-Bakkaljaw tal-Baħar Baltiku u mingħajr ma tikkawża żieda fil-mortalità mis-sajd. Tali flessibbiltà tkun tista’ tippermetti ġestjoni effiċjenti tal-isforz tas-sajd fejn il-kwoti mhumiex allokati ugwalment fost il-flotta ta’ Stat Membru u tiffaċilità reazzjonijiet rapidi għal skambji ta’ kwoti. Għalhekk għandu jkun permissibbli għal Stat Membru biex jalloka, lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħrajn li jtajru l-bandiera tiegħu.

(6)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b’mod partikolari dispożizzjonijiet fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-dejta dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet relatati mal-iżbarkar tal-istokkijiet suġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta tintbagħat dejta lill-Kummissjoni.

(7)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4), huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għall-miżuri varji msemmija fih.

(8)

Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li jinfetħu t-tipi ta’ sajd koperti minn dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2014. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 2

Il-kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES)” tfisser iż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (5);

(b)

“Baħar Baltiku” tfisser is-suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32;

(c)

“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(d)

“qabda totali permissibli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(e)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(f)

“jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li fih bastiment ma jkunx fil-port.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

It-TACs u l-allokazzjonijiet

It-TACs, il-kwoti u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

riallokazzjonjiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

żbarkar addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 37, 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għal stokkijiet soġġetti għal TAC prekawzjonali, u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6

Il-kondizzjonijiet għall-iżbarkar tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

Ħut minn stokkijiet li għalihom hemm stabbiliti limiti ta’ qbid għandu jinżamm abbord jew jiġi żbarkat biss jekk il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali jkunu saru minn bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita.

Artikolu 7

Il-limiti tal-isforz tas-sajd

1.   Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma stipulati fl-Anness II.

2.   Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-suddiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-suddiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 8(3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-suddiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 8(3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-suddiviżjoni.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8

Trażmissjoni ta’ dejta

Meta l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni relatata mal-iżbark tal-kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).

(2)  Regolament (KE) Nru 1098/2007 tal-Kunsill tal-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).


ANNESS I

TACs APPLIKABBLI SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA GĦALL-BASTIMENTI TAL-UNJONI F’ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom b’mod funzjonali, fejn xieraq.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Ir-referenza għall-istokkijiet tal-ħut issir skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringa

Gadus morhua

COD

Bakkaljaw

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja’

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

is-suddiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Il-Finlandja

112 977

TAC analitika

L-Isvezja

24 823

L-Unjoni

137 800

It-TAC

137 800


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

is-suddiviżjonijiet 22*24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Id-Danimarka

2 769

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Ġermanja

10 900

Il-Finlandja

1

Il-Polonja

2 570

L-Isvezja

3 514

L-Unjoni

19 754

It-TAC

19 754


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

l-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.2; HER/3D29.; HER/3D32.

Id-Danimarka

2 480

TAC analitika

Il-Ġermanja

658

L-Estonja

12 664

Il-Finlandja

24 721

Il-Latvja

3 125

Il-Litwanja

3 291

Il-Polonja

28 085

L-Isvezja

37 701

L-Unjoni

112 725

It-TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

is-suddiviżjoni 28.1

HER/03D.RG

L-Estonja

14 186

TAC analitika

Il-Latvja

16 534

L-Unjoni

30 720

It-TAC

30 720


Speċi

:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona

:

l-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Id-Danimarka

15 147

TAC analitika

Il-Ġermanja

6 025

L-Estonja

1 476

Il-Finlandja

1 159

Il-Latvja

5 632

Il-Litwanja

3 710

Il-Polonja

17 440

L-Isvezja

15 345

L-Unjoni

65 934

It-TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona

:

is-suddiviżjonijiet 22*24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Id-Danimarka

7 436

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Ġermanja

3 636

L-Estonja

165

Il-Finlandja

146

Il-Latvja

615

Il-Litwanja

399

Il-Polonja

1 990

L-Isvezja

2 650

L-Unjoni

17 037

It-TAC

17 037


Speċi

:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona

:

l-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Id-Danimarka

2 443

TAC prekawzjonali

Il-Ġermanja

271

Il-Polonja

511

L-Isvezja

184

L-Unjoni

3 409

It-TAC

3 409


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

l-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22*31

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Id-Danimarka

22 087  (1)

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Ġermanja

2 457  (1)

L-Estonja

2 245  (1)

Il-Finlandja

27 541  (1)

Il-Latvja

14 049  (1)

Il-Litwanja

1 651  (1)

Il-Polonja

6 700  (1)

L-Isvezja

29 857  (1)

L-Unjoni

106 587  (1)

It-TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

l-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjoni 32

SAL/3D32.

L-Estonja

1 344  (2)

TAC prekawzjonali

Il-Finlandja

11 762  (2)

L-Unjoni

13 106  (2)

It-TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona

:

l-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Id-Danimarka

23 672  (3)

TAC analitika

Il-Ġermanja

14 997  (3)

L-Estonja

27 489  (3)

Il-Finlandja

12 392  (3)

Il-Latvja

33 200  (3)

Il-Litwanja

12 010  (3)

Il-Polonja

70 456  (3)

L-Isvezja

45 763  (3)

L-Unjoni

239 979

It-TAC

Mhux rilevanti


(1)  Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.

(2)  Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.

(3)  Tal-inqas 92 % tal-ħut żbarkat li jingħadd mal-kwota jrid ikun ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta’ aringi għandhom jingħaddu mat-8 % li jibqa’ tal-kwota (HER/*3BCDC).


ANNESS II

IILIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD

1.

L-Istati Membri għandhom jallokaw id-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu bi xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, b’konzijiet tal-qiegħ, b’konzijiet ħlief il-konzijiet mitluqa, ix-xolfa tal-idejn u l-irkaptu tat-trejjix, li jkunu sa:

(a)

147 jum neqsin mill-port fis-suddiviżjonijiet tal-ICES 22, 23 u 24, bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007; kif ukoll

(b)

146 jum neqsin mill-port fis-suddiviżjonijiet tal-ICES 25, 26, 27 u 28, bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2.

L-għadd massimu ta’ jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni msemmija fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu speċifikat fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla mill-għadd massimu ta’ jiem nieqes mill-port allokat għal waħda minn dawk iż-żewġ żoni.

3.

B’deroga mill-punti 1 u 2, u fejn il-ġestjoni effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd teħtieġ hekk, Stat Membru jista’ jalloka d-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ta’ sajd għal għadd ta’ jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħrajn li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu soġġetti għal restrizzjoni tal-isforz fl-istess żona u fejn il-kapaċità, f’termini ta’ kW, ta’ kull bastiment donatur tkun daqs jew akbar minn dik tal-bastimenti riċevituri. L-għadd ta’ bastimenti riċevituri ma jistax jeċċedi l-15 % tal-għadd totali ta’ bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-punt 1.


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/13


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1181/2013

tad-19 ta’ Novembru 2013

dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 u li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) fir-rigward tas-sena kalendarja 2013. Ladarba l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma kinux iddeterminaw dan l-aġġustament sat-30 ta’ Ġunju 2013, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (2), stabbilixxiet hi stess dak l-aġġustament fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 (3).

(2)

Il-previżjonijiet għall-pagamenti diretti u n-nefqa relatata mas-suq tal-Ittra ta’ Emenda tal-Kummissjoni Nru 2 tal-Abbozz tal-Baġit għall-2014 juru l-ħtieġa li jiġi adattat l-ammont ta’ dixxiplina finanzjarja li tqies fl-Abbozz tal-Baġit għall-2014. Dik l-Ittra ta’ Emenda ġiet stabbilita billi tqis l-ammont ta’ dixxiplina finanzjarja ta’ EUR 902,9 miljun, inkluż l-ammont għar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu.

(3)

Fis-16 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill biex tiġi ffissata rata ta’ aġġustament oħra għall-pagamenti diretti, fir-rigward tas-sena kalendarja 2013, abbażi tal-Artikolu 18(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(4)

L-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi dawk l-aġġustamenti u intuża mill-Kummissjoni bħala bażi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2013.

(5)

L-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jipprevedi li sal-1 ta’ Diċembru, abbażi ta’ informazzjoni ġdida fil-pussess tiegħu, il-Kunsill huwa kapaċi jadatta r-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti. Madankollu, b’kont meħud tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Mejju 2008 fil-Kawża C-133/06 (4), dik il-bażi legali derivata ma tistax tintuża aktar leġittimament.

(6)

L-Artikolu 43(3) TFUE jippermetti li l-Kunsill jadotta miżuri dwar l-iffissar tal-għajnuna. Għalhekk, fil-qafas tad-dixxiplina finanzjarja, ir-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw lil bidwi għal applikazzjoni għall-għajnuna għandha tiġi ffissata fuq dik il-bażi legali.

(7)

Bħala regola ġenerali, bdiewa li jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti għal sena kalendarja waħda (N) jitħallsu f’perijodu fiss ta’ pagament li jaqa’ taħt is-sena finanzjarja (N + 1). Madanakollu, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jagħmlu pagamenti tardivi, sa ċertu limitu, lill-bdiewa lil hinn minn dan il-perijodu ta’ pagament mingħajr ebda limiti ta’ żmien. Tali pagamenti tardivi jistgħu jaqgħu f’sena finanzjarja sussegwenti. Meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata f’sena kalendarja partikolari, ir-rata ta’ aġġustament ma għandhiex tiġi applikata għal pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ġew sottomessi fis-snin kalendarji għajr dik li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja. Għaldaqstant, biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa, huwa xieraq li jiġi stipulat li r-rata ta’ aġġustament għandha tapplika biss għall-pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ġew sottomessi fis-sena kalendarja li għaliha d-dixxiplina finanzjarja hi applikata, irrispettivament minn meta jsiru l-ħlasijiet lill-bdiewa.

(8)

Fil-ftehim politiku dwar ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni tas-26 ta’ Ġunju 2013, ġie deċiż li d-dixxiplina finanzjarja ser tapplika għall-pagamenti diretti li jkunu aktar minn EUR 2 000. Barra minn hekk, kien hemm ukoll ftehim li r-rimborż ta’ approprjazzjonijiet mhux użati (jekk ikun hemm) fi tmiem ta’ sena finanzjarja jitħallas lill-bdiewa fis-sena ta’ wara skont id-dixxiplina finanzjarja. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, huwa xieraq li jiġi ffissat l-istess limitu matul is-snin. Id-dixxiplina finanzjarja għandha tiġi applikata b’mod simili għas-sena kalendarja 2013 biex tkun konsistenti ma’ dak li ġie miftiehem li jiġi applikat fil-futur; għaldaqstant, huwa xieraq li l-applikazzjoni tar-rata ta’ aġġustament tiġi prevista biss għal ammonti aktar minn EUR 2 000.

(9)

L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi li fil-qafas tal-applikazzjoni tal-iskeda taż-żidiet provduta fl-Artikolu 121 ta’ dak ir-Regolament għall-pagamenti diretti kollha li ngħataw fl-Istati Membri l-ġodda fis-sens tal-Artikolu 2(g) ta’ dak ir-Regolament, id-dixxiplina finanzjarja ma għandhiex tapplika għall-Istati Membri l-ġodda qabel il-bidu tas-sena kalendarja li fir-rigward tagħha l-livell tal-pagamenti diretti li japplika fl-Istati Membri l-ġodda jkun tal-anqas ugwali għal dak li kien il-livell applikabbli għal tali pagamenti fl-Istati Membri l-oħra. Peress li l-pagamenti diretti għadhom soġġetti għall-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet fis-sena kalendarja 2013 fil-Bulgarija u r-Rumanija, ir-rata ta’ aġġustament li għandha tiġi determinata permezz ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tapplika għall-pagamenti lill-bdiewa f’dawn l-Istati Membri.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 ġie emendat permezz tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja. Peress li l-Kroazja hija soġġetta għall-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet previsti fl-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fis-sena kalendarja 2013, ir-rata ta’ aġġustament li għandha tiġi determinata permezz ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tapplika għall-pagamenti lill-bdiewa fil-Kroazja.

(11)

Sabiex jiġi żgurat li r-rata li ġiet adattata tkun applikabbli mid-data prevista fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 rigward meta għandhom jibdew il-ħlasijiet lill-bidwi, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2013.

(12)

Ir-rata l-ġdida ta’ aġġustament għandha titqies għall-kalkolu tal-ħlasijiet kollha li għandhom jingħataw lil bidwi għal applikazzjoni għall-għajnuna li tressqet fir-rigward tas-sena kalendarja 2013. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2013 għandu għaldaqstant jiġi rrevokat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-ammonti tal-pagamenti diretti fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li għandhom jingħataw lil bidwi li jkunu aktar minn EUR 2 000 għal applikazzjoni għall-għajnuna mressqa fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 għandhom jitnaqqsu b’2,453658 %.

2.   It-tnaqqis stipulat fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2013 huwa rrevokat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal- 21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 tad-9 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 (ĠU L 268, 10.10.2013, p. 5).

(4)  Sentenza tas-6 ta’ Mejju 2008, Każ C-133/06 Parlament Ewropew v Kunsill [2008] ECR I-3189.


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/15


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1182/2013

tad-19 ta’ Novembru 2013

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 754/2009, (UE) Nru 1262/2012, (UE) Nru 39/2013 u (UE) Nru 40/2013 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (1) jirrikjedi li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-twettiq sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b’kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), u wkoll fid-dawl ta’ kull parir li jasal mingħand il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

(2)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 (2), il-Kunsill eskluda ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 (3). L-isforz tas-sajd permess għal bastimenti suġġetti għal dak ir-reġim fil-preżent huwa ffissat mill-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 (4) u l-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsilll (UE) Nru 40/2013 (5).

(3)

F’Ġunju 2013, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika l-parir tiegħu għall-marlozz tat-Tramuntana fl-2014. F’dak il-parir, l-ICES jindika li l-bijomassa tal-istokk għandha rekord għoli fl-2013 u, barra minn hekk, li l-mortalità tas-sajd naqset ħafna f’dawn l-aħħar snin. L-ICES ta parir li fl-2014, it-TAC tista’ tiżdied b’49 % għal 81 846 tunnellata. L-Irlanda u Spanja talbu, fid-dawl ta’ dan il-parir, li t-TAC fis-seħħ għal dan l-istokk tiżdied matul is-sena minn 55 105 tunnellata għal 69 440 tunnellata, biex jintlaħaq il-livell ta’ żbarki li l-ICES jistma bħala korrispondenti għal-livelli attwali tal-mortalità tas-sajd, li huma mbagħad konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli. It-talba hija meqjusa bħala aċċettabbli abbażi tal-impenn mill-Istati Membri kkonċernati li jiżguraw, permezz ta’ kontroll rigoruż tas-sajd, li l-isforz tas-sajd u għalhekk ir-rati ta’ mortalità tas-sajd jibqgħu kostanti.

(4)

Grupp ta’ bastimenti li jtarju l-bandiera ta’ Spanja u li jistadu fil-Punent tal-Iskozja bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija minn Spanja fl-2013, l-STECF ma kienx f’pożizzjoni li jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 baqgħux sodisfati fil-perjodu ta’ ġestjoni tal-2012. Għalhekk jixraq li dan il-grupp ta’ bastimenti Spanjoli jiġi inkluż mill-ġdid fir-reġim tal-isforz tas-sajd. Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009 u l-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(5)

Grupp ta’ bastimenti li jtarju l-bandiera ta’ Franza u li jistadu fil-Baħar tat-Tramuntana bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Franza fl-2013, l-STECF ivvaluta li l-qabdiet għal dawk il-bastimenti qabżu l-livell limitu stabbilit. Għalhekk jixraq li dak il-grupp ta’ bastimenti Franċiżi jiġi inkluż mill-ġdid fir-reġim tal-isforz tas-sajd imsemmi hawn fuq. Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009 u l-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(6)

Grupp ta’ bastimenti li jtarju l-bandiera tar-Renju Unit u li għandhom fil-mira mriewaħ (Aequipecten opercularis) madwar Isle of Man fil-Baħar Irlandiż bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Madankollu, minħabba żball matematiku, il-limiti tal-isforzi fl-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 ma jirriflettux din l-esklużjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 39/2013 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif meħtieġ.

(7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (6) jiffissal-limiti tal-qbid għall-2013 u l-2014 fir-rigward tal-lista ta’ klieb il-baħar tal-baħar fond. Il-Kummissjoni talbet lill-ICES biex jagħtiha parir dwar jekk jixraqx li dik il-lista tiġi riveduta. L-ICES ikkonkluda li hemm informazzjoni xjentifika suffiċjenti li tappoġġa l-esklużjoni tal-gattarell ħalqu iswed (Galeus melastomus) u l-inklużjoni tal-ispeċijiet kollha tal-ġeneru Centrophorus (Centrophorus spp.) fil-lista tal-klieb il-baħar tal-baħar fond. Ir-Regolament (UE) Nru 1262/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(8)

Skont l-eżitu tal-konsultazzjonijiet bejn l-istati kostali dwar il-ġestjoni tal-kavalli, l-istokkafixx, l-aringi Atlanto-Skandiku u l-haddock tal-Baħar tat-Tramuntana, l-Unjoni tista’ tawtorizza s-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni sa 10 % lil hinn mill-kwota disponibbli għall-Unjoni, sakemm kwalunkwe kwantità utlizzata lil hinn mill-kwota disponibbli għall-Unjoni tkun imnaqqsa mill-kwota tagħha għall-2014. Bl-istess mod, fl-2014 l-Unjoni tista’ tuża kwalunkwe kwantità mhux utilizzata sa 10 % tal-kwota disponibbli għaliha fl-2013. Huwa adatt li tali flessibbiltà ssir possibbli fl-iffissar ta’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet ekwi għall-bastimenti tal-Unjoni billi l-Istati Membri kkonċernati jitħallew jagħżlu li jużaw kwota ta’ flessibbiltà. Meta Stat Membru ma jkunx għażel l-użu tal-kwota ta’ flessibilità fir-rigward ta’ stokk partikolari, huwa xieraq li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jibqgħu japplikaw skont l-Artikolu 10(2) ta’ Regolament (UE) Nru 40/2013.

(9)

Fil-Laqgħa Annwali tagħha fl-2013, il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) adottat Riżoluzzjoni li timmira lejn il-protezzjoni tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku u applikabbli għall-bastimenti tas-sajd fir-Reġistru tal-Bastimenti Awtorizzati tal-IOTC billi pprojbiet, bħala miżura pilota interim, li tinżamm abbord, tiġi ttrasbordata, tiġi żbarkata jew tinħażen kwalunkwe parti tal-karkassa jew karkassa sħiħa tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku. Ir-riżoluzzjoni tipprovdi għal eċċezzjoni għas-sajd artiġanali, jiġifieri bastimenti tas-sajd li jiżvolġu operazzjonijiet tas-sajd fi ħdan iż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tal-Istat Membru li jtajru l-bandiera tiegħu. Ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(10)

Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2010, il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) adottat rakkomandazzjoni li tillimita l-għadd ta’ bastimenti li qed jistadu b’mod attiv għall-alonga tal-Paċifiku tan-Nofsinhar fiż-Żona tal-Konvenzjoni fin-Nofsinhar ta’ 20° S. Konsegwentement, għandu jiġi żgurat li l-bastimenti tal-Unjoni jibqgħu joperaw mingħajr ma jimmiraw lejn dik l-ispeċi fiż-żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fin-Nofsinhar ta’ 20° S. Ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(11)

L-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet Norveġiżi u għall-bastimenti tan-Norveġja fl-ilmijiet tal-Unjoni huma stabbiliti kull sena fid-dawl tal-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tas-sajd li jsiru f’konformità mal-ftehimiet bilaterali dwar is-sajd man-Norveġja (7). Sa meta jiġu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet dwar l-arranġamenti għall-2013, ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 iffissa opportunitajiet tas-sajd proviżorji għall-istokkijiet konċernati. Fit-18 ta’ Jannar 2013, ġew konklużi l-konsultazzjonijiet man-Norveġja, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 297/2013 (8) emenda d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 40/2013. Madankollu, l-istokk tat-tusk fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV ġie eskluż bi żball mir-Regolament (UE) Nru 297/2013. Barra minn hekk, l-ammont ta’ stokkafixx li n-Norveġja tista’ tistad għalih fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni II, IVa, V, VI fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u ż-żona VII fil-Punent ta’ 12° W ma jirriflettix ir-reġistru maqbul wara l-konsultazzjonijiet ma’ dak il-pajjiż. L-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(12)

Ġie identifikat żball fl-għadd ta’ bastimenti u l-kapaċità allokata lill-Unjoni u awtorizzata biex tistad għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC. L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif meħtieġ.

(13)

Skont l-Att ta’ Adeżjoni tal-2012 u l-adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, id-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd allokati fil-livell tal-Unjoni għall-Kroazja fl-2013 għandhom jiġu inklużi fl-istrumenti rilevanti tal-Unjoni. Iċ-ċifri li jikkonċernaw is-sajd għat-tonn u l-kapaċitajiet tal-biedja tal-Kroazja miżjudin b’dan ir-Regolament jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT) għall-pjan ta’ rkupru tat-tonn għall-Kroazja sal-2013. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (9), kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kapaċità tas-sajd tiegħu hija proporzjonata mal-kwota tiegħu.

(14)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-isforz tas-sajd għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2013. Id-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-qbid u l-allokazzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013, ħlief għad-dispożizzjonijeit il-ġodda fir-rigward tad-WCPFC u l-IOTC, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet inklużi bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw mid-data tal-adeżjoni. Tali applikazzjoni retroattiva ma tippreġudikax il-prinċipju taċ-ċertezza legali għaliex l-opportunitajiet tas-sajd konċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Minħabba l-fatt li l-modifikazzjonijiet fir-reġimi tal-isforz għandhom effett dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi tal-flotot konċernati, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 754/2009

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 754/2009, jitħassru l-punti (b) u (j).

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1262/2012

L-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 huwa emendat skont it-test li jinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 39/2013

1.   L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 huwa emendat f’konformità mat-test li jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 huwa emendat f’konformità mat-test li jinsab fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 40/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

Flessibbiltà fl-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd ta’ ċerti stokkijiet

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:

(a)

il-merluzz tal-linja sewda fiż-żona IV, l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa;

(b)

l-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali ta’ I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV;

(ċ)

il-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa, IIIb, IIIc u IIId;

(d)

il-kavalli fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta’ IIa, XII u XIV;

(e)

il-kavalli fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1;

(f)

il-kavalli fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa;

(g)

l-aringa fl-ilmijiet tal-UE, Norveġiżi u internazzjonali ta’ I u II.

2.   Għal kwalunkwe waħda mill-ħażniet identifikati fil-paragrafu 1a, Stat Membru jista’ jagħżel li jżid is-sett inizjali tiegħu fil-kwota tal-Anness I sa 10 %. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. Wara tali notifika, il-kwota miżjuda għandha titqies bħala l-kwota allokata lil dak l-Istat Membru għall-2013.

3.   Kwalunkwe kwantità utilizzata fl-2013 taħt tali kwota miżjuda li teċċedi l-kwota inizjali għandha titnaqqas fuq bażi ta’ tunnellata għal tunnellata għall-fini tal-ikkalkular tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2014.

4.   Kwalunkwe kwantità mhux utilizzata taħt il-kwota inizjali sa 10 % ta’ dik il-kwota għandha tiżdied għall-fini tal-ikkalkular tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2014.

5.   Għandu jittieħed kont ta’ kwalunkwe kwantità trasferita lejn Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 kif ukoll ta’ kwalunkwe kwantità mnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għall-fini li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet utilizzati u l-kwantitajiet mhux utilizzati taħt il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Fejn Stat Membru jkun uża l-għażla fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ stokk partikolari, l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m’għandhomx japplikaw għal tali stokk fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru.”;

(2)

fl-Artikolu 10(2), l-ittri “l-Anness I ta” jitħassru.

(3)

l-Artikolu 23 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Klieb il-baħar

1.   Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord jew l-iżbark ta’ kwalunkwe parti ta’ karkassa jew karkassa sħiħa tal-pixxivolpi tal-ispeċijiet kollha tal-familja Alopiidae f’kull tip ta’ sajd.

2.   Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord jew l-iżbark ta’ kwalunkwe parti tal-karakassa jew il-karkassa sħiħa tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) fi kwalunkwe sajd, ħlief għal bastimenti li t-tul globali tagħhom huwa ta’ inqas minn 24 metru impenjati biss għall-operazzjonijiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Istat Membru li jtarju l-bandiera tiegħu, u sakemm il-qabda tagħhom tkun maħsuba biss għall-konsum lokali.

3.   Meta l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jinqabdu b’mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. L-eżemplari għandhom jiġu rrilaxxati minnufih.”.

(4)

l-Artikolu 29 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Kundizzjonijiet tas-sajd għat-tonn għajnu kbira, it-tonna safra, u l-alonga tan-Nofsinhar tal-Paċifiku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiżdidux il-jiem tas-sajd allokati lill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine għat-tonn għajnu kbira (Thunnus obesus), it-tonna safra (Thunnus albacares), u l-palamit (Katsuwonus pelamis) fil-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fl-ibħra internazzjonali u li jinsabu bejn 20° N u 20° S.

2.   Il-bastimenti tal-Unjoni ma għandux ikollhom l-alonga tal-Paiċifiku tan-Nofsinhar (Thunnus alalunga) fil-mira fiż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fin-Nofsinhar ta’ 20° S.”.

(5)

l-Anness IA huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(6)

l-Anness ID huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(7)

l-Anness IIA huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament;

(8)

l-Anness IV huwa emendat skont it-test li jidher tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament;

(9)

l-Anness VI huwa emendat skont it-test li jidher tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikoli 3(1), 4(1), 4(2), 4(5) u 4(9) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013. L-Artikoli 1, 3(2) u 4(7) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2013 u l-Artikolu 4(6) u (8) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 214, 19.8.2009, p. 16).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa, għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (ĠU L 23, 25.1.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54).

(6)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).

(7)  Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L 226, 29.8.1980, p. 48).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 297/2013 tas-27 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 44/2012, (UE) Nru 39/2013 u (UE) Nru 40/2013 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 10).

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1).


ANNESS I

Fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1262/2012, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘klieb il-baħar tal-baħar fond’ tfisser il-lista tal-ispeċijiet li ġejja:

Isem komuni

Kodiċi Alpha-3

Isem xjentifiku

Gattarelli tal-baħar fond

API

Apristurus spp.

Frilled shark

HXC

Chlamydoselachus anguineus

Żagħrun

CWO

Centrophorus spp.

Mazzola Portugiża

CYO

Centroscymnus coelolepis

Longnose velved dogfish

CYP

Centroscymnus crepidater

Mazzola sewda

CFB

Centroscyllium fabricii

Mazzola munqar l-għasfur

DCA

Deania calcea

Murruna sewda

SCK

Dalatias licha

Mazzola tal-fanal maġġuri

ETR

Etmopterus princeps

Mazzola tal-fanal

ETX

Etmopterus spinax

Mouse catshark

GAM

Galeus murinus

Murruna ta’ sitt garġi

SBL

Hexanchus griseus

Sailfin roughshark (Sharpback shark)

OXN

Oxynotus paradoxus

Knifetooth dogfish

SYR

Scymnodon ringens

Greenland shark

GSK

Somniosus microcephalus


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 39/2013, l-erba’ entrati għall-komponent tat-Tramuntana tal-istokk tal-merluzz huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Speċi

:

Merluzz

Merluccius merluccius

Żona

:

IIIa; l-ilmijiet tal-EU tas-Subdiviżjonijiet 22-32

(HKE/3 A/BCD)

Id-Danimarka

1 929  (2)

TAC Analitika

L-Isvezja

164  (2)

L-Unjoni

2 093

TAC

2 093  (1)


Speċi

:

Merluzz

Merluccius merluccius

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE ta’ IIa u IV

(HKE/2AC4-C)

Il-Belġju

35

TAC Analitika

Id-Danimarka

1 409

Il-Ġermanja

162

Franza

312

Il-Pajjiżi l-Baxxi

81

Ir-Renju Unit

439

L-Unjoni

2 438

TAC

2 438  (3)


Speċi

:

Merluzz

Merluccius merluccius

Żona

:

VI u VII; l-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb;

l-ilmijiet internazzjonali ta’ XII u XIV

(HKE/571214)

Il-Belġju

358  (4)  (6)

TAC Analitika

Japplika l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament

Spanja

11 478  (6)

Franza

17 726  (4)  (6)

L-Irlanda

2 148  (6)

Il-Pajjiżi l-Baxxi

231  (4)  (6)

Ir-Renju Unit

6 998  (4)  (6)

L-Unjoni

38 939

TAC

38 939  (5)


Speċi

:

Merluzz

Merluccius merluccius

Żona

:

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

(HKE/8ABDE.)

Il-Belġju

12  (7)

TAC Analitika

Spanja

7 991

Franza

17 944

Il-Pajjiżi l-Baxxi

23  (7)

L-Unjoni

25 970

TAC

25 970  (8)


(1)  Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:

69 440

(2)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għall-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV. Madankollu, trasferimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.

(3)  Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:

69 440

(4)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għall-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV. Madankollu, trasferimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.

(5)  Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:

69 440

(6)  Minbarra din il-kwota, Stat Membru jista’ jagħti allokazzjoni addizzjonali fi ħdan limitu ġenerali ta’ 1 % tal-kwota allokata lilu lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li jkunu qed jipparteċipaw fi provi ta’ attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, skont il-Kapitolu II tat-Titolu II ta’ dan ir-Regolament.

Kondizzjoni speċjali:

fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, fiż-żoni li ġejjin ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżlin hawn taħt:

 

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe (HKE/*8ABDE)

Il-Belġju

46

Spanja

1 852

Franza

1 852

L-Irlanda

231

Il-Pajjiżi l-Baxxi

23

Ir-Renju Unit

1 042

L-Unjoni

5 046

(7)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għaż-żona IV u għall-ilmijiet tal-UE taż-żona IIa. Madankollu, trasferimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.

(8)  Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:

69 440

Kondizzjoni speċjali:

fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, fiż-żoni li ġejjin ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżlin hawn taħt:

 

VI uVII; l-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta’ XII u XIV (HKE/*57-14)

Il-Belġju

2

Spanja

2 315

Franza

4 166

Il-Pajjiżi l-Baxxi

7

L-Unjoni

6 490 ”


ANNESS III

L-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kolonna għar-Renju Unit (UK) fit-Tabella (c) tal-Appendiċi 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Irkaptu regolat

UK

TR1

339 592

TR2

1 086 399

TR3

0

BT1

0

BT2

111 693

GN

5 970

GT

158

LL

70 614 ”

(b)

il-kolonna għal Spanja (ES) fit-Tabella (d) tal-Appendiċi 1 tinbidel b’dan li ġej:

“Irkaptu regolat

ES

TR1

249 152

TR2

0

TR3

0

BT1

0

BT2

0

GN

13 836

GT

0

LL

1 402 142 ”


ANNESS IV

L-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata għat-tusk fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Tusk

Brosme brosme

Żona

:

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV

(USK/04-N.)

Il-Belġju

0

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Id-Danimarka

165

Il-Ġermanja

1

Franza

0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

0

Ir-Renju Unit

4

L-Unjoni

170

TAC

Mhux rilevanti”

(b)

l-entrata għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni II, IVa, V, VI fit-Tramuntana ta’ 56° 30′N u ż-żona VII fil-Punent ta’ 12° W tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni II, IVa, V, VI fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u ż-żona VII fil-Punent ta’ 12° W

(WHB/24A567)

In-Norveġja

99 408  (1)  (2)

TAC Analitika

TAC

643 000


(1)  Għandhom jittieħdu mil-limiti tal-qbid tan-Norveġja stabbiliti skont l-arranġament tal-Istati Kostali.

(2)  Kondizzjoni speċjali: il-qabda fiż-żona IV ma għandhiex tkun aktar minn 24 852 tunnellata, jiġifieri 25 % tal-kwota ta’ aċċess tan-Norveġja.”


ANNESS V

Fl-Anness ID tar-Regolament (UE) Nru 40/2013, l-entrata għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran hija sostitwita b’din li ġejja:

“Speċi

:

Tonn

Thunnus thynnus

Żona

:

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran

(BFT/AE45WM)

Ċipru

69,44  (4)  (7)

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Greċja

129,07  (7)

Spanja

2 504,45  (2)  (4)  (7)

Franza

2 471,23  (2)  (3)  (4)  (7)

L-Italja

1 950,42  (4)  (5)  (7)

Croatia

390,59  (6)  (7)

Malta

160,02  (4)  (7)

Il-Portugall

235,50  (7)

Stati Membri oħra

27,93  (1)  (7)

L-Unjoni

7 938,65  (2)  (3)  (4)  (5)  (7)

TAC

13 400


(1)  Bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Malta u l-Portugall u esklussivament bħala qbid inċidentali.

(2)  Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti ta’ qabdiet u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri li ġejjin għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*8301):

Spanja

364,09

Franza

164,27

L-Unjoni

528,36

(3)  Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn li jiżen mhux inqas minn 6,4 kg jew li fih mhux inqas minn 70 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*641):

Franza

100

L-Unjoni

100

(4)  Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 2 tal-Anness IV (BFT/*8302):

Spanja

50,09

Franza

49,42

L-Italja

39,01

Ċipru

3,20

Malta

4,71

L-Unjoni

146,43

(5)  Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness IV (BFT/*643):

L-Italja

39,01

L-Unjoni

39,01

(6)  Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness IV għall-finijiet ta’ akkwakultura (BFT/*8303F):

Il-Kroazja

351,53

L-Unjoni

351,53

(7)  B’ deroga mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 302/2009, is-sajd għat-tonn bil-purse seine huwa awtorizzat fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Mediterran mis-26 ta’ Mejju sal- 24 ta’ Ġunju 2013 inkluż.”


ANNESS VI

Fl-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013, il-kolonna għal Franza (FR) fl-Appendiċi 1 tinbidel b’dan li ġej:

“Irkaptu regolat

FR

TR1

1 505 354

TR2

6 496 811

TR3

101 316

BT1

0

BT2

1 202 818

GN

342 579

GT

4 338 315

LL

125 141 ”


ANNESS VII

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IV

IŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-ICCAT  (1)

1.

Għadd massimu ta’ dgħajjes tal-UE tal-lixka u tas-sajd bir-rixa awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm fil-Lvant tal-Atlantiku

Spanja

60

Franza

8

L-Unjoni

68

2.

Għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni tas-sajd kostali artiġjanali awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm fil-Mediterran

Spanja

119

Franza

87

L-Italja

30

Ċipru

7

Malta

28

L-Unjoni

316

3.

Għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu attivament għat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet ta’ akkwakultura

Il-Kroazja

9

L-Italja

12

L-Unjoni

21

4.

L-għadd massimu u l-kapaċità totali f’tunnellaġġ gross ta’ bastimenti tas-sajd ta’ kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw jew iħottu l-art tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran

Tabella A

Għadd ta’ bastimenti tas-sajd

 

Ċipru

Il-Kroazja

Il-Greċja

L-Italja

Franza

Spanja

Malta (2)

Bastimenti tas-sajd bil-purse seines

1

9

1

12

17

6

1

Bastimenti tas-sajd bil-konz

4

0

0

30

8

12

20

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka

0

0

0

0

8

60

0

Xlief tal-idejn

0

12

0

0

29

2

0

Bastiment tat-tkarkir

0

0

0

0

57

0

0

Sajd artiġjanali ieħor (3)

0

0

16

0

87

32

0

Tabella B

Kapaċità totali f’tunnellaġġ gross

 

Ċipru

Il-Kroazja

Il-Greċja

L-Italja

Franza

Spanja

Malta

Bastimenti tas-sajd bil-purse seines

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Bastimenti tas-sajd bil-konz

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Dgħajjes tas-sajd bil-lixka

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Bix-xolfa tal-idejn

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Bastimenti tat-tkarkir

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Sajd artiġjanali ieħor

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

Għad trid tiġi stabbilita

5.

L-għadd massimu ta’ nases għall-użu fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għas-sajd tat-tonn awtorizzat minn kull Stat Membru

 

Għadd ta’ nases

Spanja

5

L-Italja

6

Il-Portugall

1  (4)

6.

Il-kapaċità massima ta’ kultivazzjoni u ta’ tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-kontribut massimu ta’ tonn maqbud mis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-farms tiegħu tal-akkwakultura fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran

Tabella A

Kapaċità massima tal-kultivazzjoni u tismin tat-tonn

 

Għadd ta’ farms

Kapaċità (f’tunnellati)

Spanja

17

11 852

L-Italja

15

13 000

Il-Greċja

2

2 100

Ċipru

3

3 000

Il-Kroazja

7

7 880

Malta

8

12 300

Tabella B

Kontribut massimu ta’ tonn maqbud mis-salvaġġ (f’tunnellati)

Spanja

5 855

L-Italja

3 000

Il-Greċja

785

Ċipru

2 195

Il-Kroazja

2 947

Malta

8 768 ”


(1)  In-numri li jidhru fit-taqsimiet 1, 2 u 3 jistgħu jonqsu sabiex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(2)  Bastiment tas-sajd wieħed bil-purse seine ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit b’mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.

(3)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b’iktar minn ikrkaptu wieħed (bil-konz, bix-xolfa tal-idejn, bir-rixa).

(4)  Dan in-numru jista’ jiżdied, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.


ANNESS VIII

Fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 40/2013, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC

Stat Membru

Għadd massimu ta’ bastimenti

Kapaċità (tunnellaġġ gross)

Spanja

27

11 590

Franza

41

5 382

Il-Portugall

15

6 925

Ir-Renju Unit

4

1 400

L-Unjoni

87

25 297 ”


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1183/2013

tat-12 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Slovenski med (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba tas-Slovenja biex id-denominazzjoni “Slovenski med” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 157, 4.6.2013, p. 12.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I tat-Trattat:

Il-kategorija 1.4.   Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Slovenski med (IĠP)


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1184/2013

tat-12 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prés-salés du Mont-Saint-Michel (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba minn Franza biex id-denominazzjoni “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Prés-salés du Mont-Saint-Michel” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 57, 27.2.2013, p. 19.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

FRANZA

Prés-salés du Mont-Saint-Michel (DPO)


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1185/2013

tal-21 ta’ Novembru 2013

għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pâté de Campagne Breton (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Franza biex id-denominazzjoni “Pâté de Campagne Breton” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Il-Pajjiżi l-Baxxi ddikjaraw l-oppożizzjoni tagħhom għal din ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjoni tqieset ammissibbli skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kellha x’taqsam esssenzjalment man-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u b’mod partikolari mal-fatt li l-materja prima, jiġifieri l-laħam tal-majjal, irid jiġi minn razez tal-majjali rikonoxxuti fi Franza, u mhuwiex soġġett għal kriterji oġġettivi ta’ kwalità.

(5)

B’ittra tal-24 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibdew il-konsultazzjonijiet rilevanti.

(6)

Franza u l-Pajjiżi l-Baxxi laħqu ftehim fi żmien il-perjodu stipulat ta’ sitt xhur. F’konformità ma’ dan il-ftehim, saru xi emendi żgħar għall-ispeċifikazzjoni u għad-dokument uniku billi tħassru l-paragrafi li kellhom x’jaqsmu mal-ġenetika tal-majjali, u dawn ġew sostitwiti bi kriterji oġġettivi li introduċew rabta kawżali bejn il-kwalità tal-laħam tal-majjal u dik tal-prodott finali.

(7)

L-isem “Pâté de Campagne Breton” għalhekk għandu jiddaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; id-dokument uniku għandu jiġi adattat u l-verżjoni emendata tiegħu għandha tiġi ppublikata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku konsolidat li jinkludi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 91, 28.3.2012, p. 4.


ANNESS I

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Il-kategorija 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

FRANZA

Pâté de Campagne Breton (IĠP)


ANNESS II

Dokument uniku kkonsolidat

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)

“PÂTÉ DE CAMPAGNE BRETON”

Nru tal-KE: FR-PGI-0005-0879-23.5.2011

IĠP (X) DPO ( )

1.   Isem

“Pâté de Campagne Breton”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” huwa patè tal-laħam tal-majjal biss, li jsir mil-laħam tal-majjal u mill-ġewwieni tiegħu. Huwa jrid ikun fih l-ingredjenti tal-laħam li ġejjin: grieżem bla ġilda (≥ 25 %), fwied (≥ 20 %), ġlud imsajrin (≥ 5 %), u basal frisk (≥ 5 %). L-ingredjenti tal-laħam kif ukoll il-basal iridu jkunu friski.

Il-patè tat-tip “Pâté de Campagne Breton” hu magħmul minn għadd ta’ biċċiet kbar, imqattgħin b’mod raff, li huma mqassmin b’mod uniformi f’kull biċċa. Dan il-prodott għandu lewn skur, konsistenza soda u togħma qawwija ta’ laħam, fwied u basal.

Minbarra dawn l-ingredjenti li jridu bilfors ikunu preżenti fil-“Pâté de Campagne Breton”, l-ingredjenti li mhumiex magħmulin mil-laħam — minbarra l-basal — jirrappreżentaw massimu ta’ 15 % tal-massa totali użata biex jiġi prodott. ilma (fil-forom kollha tiegħu), brodu ≤ 5 %, zokkor (sukrożju, destrożju, lattożju) ≤ 1 %, bajd sħiħ frisk, l-abjad tal-bajd frisk ≤ 2 % tal-materja xotta/tal-mili, dqiq, lamti ≤ 3 %, aċidu assorbiku u l-askorbat tas-sodju (0,03 % tal-massa totali użata), ġeli u ġelatina G tal-majjal, melħ: ≤ 2 %, bżar: ≤ 0,3 %, ħwawar oħra (in-noċemuskata, it-tewm, il-basal, it-tursin, is-sagħtar, ir-rand), is-sajders u l-ispirti magħmulin mit-tuffieħ (eau de vie, lambig...), ix-Chouchen, in-nitrit tas-sodju jew tal-potassju, karamell ordinarju biex jagħti l-kulur.

L-ingredjenti li ġejjin meħudin flimkien m’għandhomx jeċċedu 1,7 % tal-massa totali użata biex jiġi prodott: il-ġeli u l-ġelatina G tal-majjal, in-noċemuskata, it-tewm, il-basal, it-tursin, is-sagħtar, ir-rand, is-sajders u l-ispirti magħmulin mit-tuffieħ (eau de vie, lambig…), ix-Chouchen u n-nitrit tas-sodju jew tal-potassju.

Meta jkun qed jiġi prodott, id-dijametru tal-biċċiet imqattgħin jiġi adattat għall-forma tal-patè, sabiex tinkiseb dehra sodisfaċenti, ikun xi jkun id-daqs tal-porzjon:

Għall-imballaġġi ta’ ≥ 200 g => id-dijametru tal-biċċiet ≥ 8 mm,

Għall-imballaġġi ta’ ≤ 200 g => id-dijametru tal-biċċiet ≥ 6 mm.

Wara dan, il-biċċiet imqattgħin jitħalltu mal-mili fin li jirriżulta mill-ikkapuljar tal-ingredjenti tal-laħam u ta’ dawk li mhumiex magħmulin mil-laħam. Ix-xaħmijiet jistgħu jinstamtu u mbagħad jiżdiedu mal-mili kif ikun għadhom sħan. Wara, il-mili jiġi ppakkjat u jinħema fil-forn jew jiddaħħal fil-laned b’mod mhux settiku (jiġi ppakkjat f’landa tal-metall, f’bieqja jew f’vażett tal-ħġieġ).

Għall-prodotti li jinbiegħu friski, it-taħlita titgħatta b’borqom frisk tal-majjal u tinħema fil-forn, u b’hekk tikseb il-qoxra tipika tagħha. Il-patès li jinbiegħu fil-bottijiet jinħmew fil-forn sa ma jieħdu qoxra kannellija, imbagħad jitħallew joqogħdu u jiġu sterilizzati.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Sabiex titnaqqas il-preżenza ta’ annimali li għandhom karatteristiċi li huma ġenetikament mhux favorevoli, il-majjali jridu jkunu ħielsa minn allel RN-.

Il-laħmijiet użati biex jiġi prodott il-Pâté de Campagne Breton iridu jkunu ġejjin minn karkassi tal-majjali ta’ iktar minn 80 kilogramma. Il-karkassi ħfief wisq, b’karatteristiċi nutrittivi u teknoloġiċi dgħajfa, huma esklużi.

Sabiex jiġi llimitat l-istress li jista’ jkun ta’ detriment għall-kwalità tal-laħam u tax-xaħam, l-annimali jridu jkunu ħielsa mill-allel li jagħmilhom sensittivi għall-halothane, u għandu jkun hemm perjodu minimu ta’ sagħtejn bejn il-ħatt tal-annimal fil-biċċerija u l-qtil tiegħu.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott ma ssemmi l-ebda rekwiżit speċifiku b’rabta ma’ dan.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-“Pâté de Campagne Breton” issir fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-Pâté de Campagne Breton jinbiegħ:

jew frisk u ppakkjat f’reċipjent tal-fuħħar, imgeżwer f’film tal-plastik jew f’atmosfera mmodifikata jew f’vakwu,

jew frisk u maqtugħ fil-post tal-produzzjoni stess,

jew frisk imqatta’ biċċa biċċa u ppakkjat, mgħotti b’film tal-plastik jew f’atmosfera mmodifikata jew f’vakwu għall-bejgħ self-service,

jew imqiegħed f’laned b’mod mhux settiku u ppakkjat f’bieqja tal-ħġieġ, f’landa tal-metall jew f’vażett tal-ħġieġ.

Il-piż tiegħu jvarja minn 40 gramma sa 10 kilogrammi.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketta tal-prodott għandha tinkludi dan li ġej: l-isem tal-IĠP, jiġifieri “Pâté de Campagne Breton”, l-isem u l-indirizz tal-korp ta’ ċertifikazzjoni u, jekk ikun il-każ, il-marka kollettiva ċċertifikata tiegħu, skont ir-regoli tal-użu tagħha, kif ukoll il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija ż-żona tal-produzzjoni tradizzjonali ta’ dan il-prodott. Din tinkludi t-total taż-żoni kollha tad-dipartimenti li ġejjin: Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Loire-Atlantique u Morbihan.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Ir-reġjun storiku tal-Bretanja jikkorrispondi għaż-żona tradizzjonali tal-produzzjoni tal-Pâté de Campagne Breton. It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam (“charcuterie”) tmur lura sekli sħaħ. Fi żmien il-Bretanja Dukali, fis-seklu 16, il-familji li ġejjin mir-reġjun tal-Bretanja kienu joqtlu l-majjali tagħhom u jipproduċu l-prodotti tal-laħam ippriservat - is-salmura tagħhom stess.

Il-persuni li ġejjin mir-reġjun tal-Bretanja għamlu użu tajjeb minn dan il-fattur speċifiku billi bdew jipproduċu varjetà wiesgħa ta’ prodotti tal-laħam, u b’mod partikulari l-“Pâté de Campagne Breton”, li l-produzzjoni tiegħu ppermettiet li l-ġewwieni u l-fdalijiet tal-laħam li jibqgħu wara li l-majjal jitqatta’ ma jinħlewx.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-“Pâté de Campagne Breton” hija bbażata fuq kwalità speċifika u għarfien speċifiku, kif ukoll fuq ir-reputazzjoni tal-prodott.

A.   Il-kwalità speċifika

Il-fwied, il-gerżuma, il-qoxra u xi kultant ukoll il-biċċiet tar-ras li jistgħu jittieklu jew il-qalb, kienu fost l-ingredjenti li jintużaw fil-Pâté de Campagne Breton. Il-fwied, li kien jitqies bħala parti mill-annimal li fih valur kbir, jagħti lill-patè t-togħma, il-lewn, il-kwalità żejtnija u t-togħma partikulari tiegħu. Il-grieżem, il-qxur imsajrin u l-basal huma tliet ingredjenti tradizzjonali essenzjali oħrajn tal-“Pâté de Campagne Breton”, li jikkontribwixxu wkoll għall-karatteristiki organolettiċi partikulari tal-prodott. Il-basal, li jintuża fil-biċċa l-kbira tar-riċetti tradizzjonali mir-reġjun tal-Bretanja, jintuża biex iħawwar l-ikel.

Il-fwied, il-laħam dgħif u x-xaħam li jintuża fil-prodott għandu jitqatta’ b’mod raff. Il-preżenza ta’ biċċiet kbar tal-laħam f’dan il-prodott hija marbuta mal-metodi tal-produzzjoni li kienu jintużaw qabel. Illum il-ġurnata, sabiex tinżamm din il-karatteristika tal-prodott, il-produtturi tal-prodotti tal-laħam ippriżervat iridu jsiru esperti fit-teknika tat-tqattigħ, sabiex jinkisbu biċċiet b’dijametru kbir.

Il-preżenza ta’ borqom fuq in-naħa ta’ fuq tal-patè, li qabel kien jintuża sabiex il-mili jingħata sura u sabiex jipproteġi l-prodott, għadu sal-lum il-ġurnata karatteristika obbligatorja għall-“Pâté de Campagne Breton” meta jinbiegħ frisk sabiex tiġi ppriżervata d-dehra tradizzjonali tiegħu.

Dan jippermetti li l-prodott jikseb il-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tiegħu: konsistenza soda u mqarqċa u togħma qawwija ta’ laħam, majjal imsajjar, fwied u basal.

B.   Karatteristika oħra: l-għarfien speċifiku

Il-prattika antika kienet li l-laħam jintuża immedjatament malli jitqattal-majjal. Dak iż-żmien, l-għodod mekkaniċi (imnanar għat-tqattigħ tal-laħam, skieken) li kienu jintużaw għat-tqattigħ tal-majjal u tal-laħam kienu jirriżultaw f’biċċiet tal-laħam imqattgħin kbar u għalhekk il-“Pâté de Campagne Breton” kien jiġi prodott b’biċċiet imqattgħin b’mod raff.

Qabel, il-“Pâté de Campagne Breton” kien jinħema fil-forn tal-ħobż għand tal-ħobż jew fil-forn tal-ħobż tar-raħal, f’dixxijiet mhux mgħottijin imsejħa “plats sabots” jew “casses à pâté”, jewinkella f’reċipjenti apposta. Il-ħami f’forn niexef f’dixxijiet mhux mgħottijin iwassal għal karamelizzazzjoni taz-zokkor u jipprovoka reazzjonijiet li jikkontribwixxu għal-lewn kannella tal-qoxra tal-prodott. Qabel jinħema, il-patè kien jitgħatta wkoll b’borqom tal-majjal bl-intenzjoni li t-taħlita tiġi llixxata, tingħata sura u tiġi protetta. B’hekk il-mili kien jibqa’ f’postu u l-prodott ma kienx jixxotta. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Pâté de Campagne Breton” ġejjin mill-metodu ta’ produzzjoni tiegħu, li ngħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ produtturi tal-industrija tal-prodotti tal-laħam, u huma rrikonoxxuti b’mod uffiċjali. Fil-fatt, definizzjoni speċifika ta’ dan it-tip ta’ patè hija inkluża fil-Kodiċi msejjaħ “Code des usages de la Charcuterie, de la Salaison et des Conserves de Viandes”, fil-kategorija msejħa “Pâté de campagne supérieur”.

C.   Ir-reputazzjoni

F’konformità mat-tradizzjoni tal-produzzjoni tiegħu fid-djar individwali, il-produzzjoni fuq skala żgħira tal-Pâté de Campagne Breton inżammet matul is-snin. Qabel, dan il-platt magħmul fid-djar kien jitħejja wara l-“Fest an oc’h”, festa li kienet issir b’rabta mas-sagrifiċċju tal-majjali.

Huwa u jżomm mal-fama tajba tiegħu, il-Pâté de Campagne Breton għandu post importanti fil-wirt kulinari Franċiż.

Għal iktar minn 30 sena, is-setturi industrijali tar-reġjun tal-Bretanja ħadmu flimkien biex ir-reputazzjoni u l-ispeċifiċità tal-“Pâté de Campagne Breton” jibqgħu jitnisslu sal-lum il-ġurnata. Huwa prodott tal-laħam ippreżervat li huwa apprezzat kemm mid-distributuri kif ukoll mill-konsumaturi.

Fl-aħħar tas-seklu 19, l-industrija tal-Bretanja tal-ippreservar tal-ħut fil-laned żviluppat sew. Dawn il-kumpaniji malajr bdew jippreservaw ukoll prodotti tal-ikel oħrajn billi jqegħduhom f’laned b’mod mhux settiku. Fil-fatt, il-Pâté de Campagne Breton tqiegħed fil-laned b’mod mhux settiku għall-ewwel darba diversi deċennji ilu. Illum il-ġurnata, il-konsumaturi japprezzaw il-Pâté de Campagne Breton frisk kif ukoll imqiegħed fil-laned b’mod mhux settiku.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

Il-Pâté de Campagne Breton ġej mit-tradizzjoni twila ta’ tkabbir tal-majjali u tal-ipproċessar tagħhom fil-post tat-tkabbir. Is-sistemi agrikoli fir-reġjun tal-Bretanja malajr iffukaw fuq it-tkabbir, u b’mod partikulari fuq it-tkabbir tal-majjali, f’kull azjenda agrikola.

B’hekk il-produtturi tgħallmu jipproċessaw il-biċċiet kollha tal-laħam li kien ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Minħabba li l-produzzjoni kienet tibda immedjatament wara li jitqattal-laħam tal-annimal, il-friskezza tal-prodott kienet tkun garantita fi żmien meta l-metodi għall-ippreservar tal-laħam kienu limitati.

Tradizzjonalment, kienu jintużaw il-partijiet kollha tal-majjal li setgħu jittieklu, fatt li kien jippermetti li l-prodott ikollu konsistenza u togħma partikulari. L-użu tal-fwied, li fil-bidu tas-seklu 20 kien meqjus bħala parti mill-majjal li fih valur kbir, malajr sar waħda mill-karatteristiki ewlenin tal-Pâté de Campagne Breton, u jagħti lill-prodott lewn li jagħti fir-roża u togħma partikulari ħafna.

Il-produtturi kienu jużaw il-firxa wiesgħa ta’ ħaxix imkabbar lokalment billi introduċew il-basal fil-Pâté de Campagne Breton. Il-preżenza tal-basal tikkontribwixxi għat-togħma partikulari tal-prodott minħabba li, matul it-tisjir, toħroġ it-togħma tal-frott tal-basal, li tikkumplimenta t-togħma tal-laħam perfettament.

Il-Pâté de Campagne Breton huwa r-riżultat tal-għarfien tal-produtturi li rnexxielhom jagħtu lil dan il-prodott karatteristiċi partikulari. Minbarra l-ingredjenti użati, il-biċċiet tal-laħam imqattgħin b’mod raff jgħinu biex wieħed faċilment jidentifika dan il-prodott meta jkun imqatta’ biċċa biċċa. Il-qoxra kannella hija definittivament marbuta mal-prodott minħabba l-ħami tradizzjonali tiegħu fil-fran komunali.

F’dak li jirrigwarda r-reputazzjoni, diversi xogħlijiet jikklassifikaw il-Pâté de Campagne Breton bħala wieħed mill-prodotti tradizzjonali li ġejjin mir-reġjun tal-Bretanja jew jagħtu r-riċetta tiegħu. Diversi gwidi dwar ir-reġjun tal-Bretanja, fosthom “Le Finistère gourmand 1997/1998”, jirreferu għad-diversi speċjalitajiet aniċi u b’mod partikulari jfaħħru l-Pâté de Campagne Breton. Bl-istess mod, il-gwida “Terroir de Bretagne” tfaħħar it-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam ippreservat mir-reġjun tal-Bretanja billi jgħid: “(…) Erbgħin, jew saħansitra ħamsin, kilogramma ta’ Pâté de Campagne Breton jiġu prodotti kull ġimgħa minn produttur tal-prodotti tal-laħam ippreservat fil-kampanja. Kull wieħed minn dawn il-produtturi jħares bl-għira r-riċetta tiegħu stess, għalkemm kollha kemm huma josservaw il-proporzjonijiet bażiċi li ġejjin: terz ġewwieni u żewġ terzi grieżem (…)”. Il-“Pâté de Campagne Breton” jissemma f’għadd ta’ kotba tat-tisjir qodma u ġodda, fosthom f’dawn li ġejjin:

Gastronomie bretonne d’hier et d’aujourd’hui (S. Morand, 1965),

Les cuisines de France - Bretagne (M.Raffael et D. Lozambard, 1990),

Tout est bon dans le cochon (J. C. Frentz, C. Vence, 1988),

L’inventaire du patrimoine culinaire de la France, Bretagne — Produits du terroir et recettes traditionnelles (CNAC, 1994),

Le bottin gourmand 1996,

La France des saveurs, Gallimard 1997,

Vivre ici, hors Bretagne 1994.

Għalhekk, ir-reputazzjoni ta’ dan il-prodott hija marbuta sewwa ma’ ismu, u hija attribwibbli għaż-żona ġeografika.

Dawn il-fatturi kollha flimkien jippermettu ’l dak li jkun jiddistingwi l-“Pâté de Campagne Breton” b’mod faċli mill-patès l-oħra, u jiggarantixxu produzzjoni tipika li għandha l-għeruq tagħha fir-reġjun tal-oriġini tal-prodott.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

[L-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPPateDeCampagneBretonV2.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/40


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1186/2013

tal-21 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Orkney Scottish Island Cheddar (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Orkney Scottish Island Cheddar” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

L-assoċjazzjonijiet Dairy Awstralja, Dairy Companies Association of New Zealand, kif ukoll Consortium for Common Food Names, iddikjaraw li huma kontra din ir-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Dawn l-oġġezzjonijiet tqiesu bħala ammissibbli skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Huwa enfasizzat b’mod partikolari, fi ħdan l-oppożizzjoni msemmija hawn fuq, li r-reġistrazzjoni ta’ din id-denominazzjoni konċernata se tikkomprometti l-eżistenza tad-denominazzjonijiet, il-marki kummerċjali u l-prodotti kummerċjali li b’mod legali għal mill-inqas dawn l-aħħar ħames snin qabel id-data ta’ pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 6(2), u li d-denominazzjoni proposta għar-reġistrazzjoni se tkun ġenerika.

(5)

B’ittra tal-20 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibdew il-konsultazzjonijiet rilevanti.

(6)

Ftehim, li ġie notifikat lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Lulju 2013, ġie maqbul bejn ir-Renju Unit u dawk li qed joġezzjonaw għar-reġistrazzjoni fiż-żmien it-tliet xhur meħtieġa.

(7)

Jirriżulta mill-konsultazzjonijiet li t-tħassib ewlieni dwar l-oppożizzjoni jikkonċerna l-istatus tat-terminu uniku “Cheddar” li jinsab fid-denominazzjoni komposta “Orkney Scottish Island Cheddar”. Madankollu, il-protezzjoni mitluba mill-prodottur ma tikkunsidrax li id-denominazzjoni hija magħmula mill-ensemble tagħha. Skont l-Artikolu 13(1), l-aħħar paragrafu.tar-Regolament UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Cheddar” tista’ tkompli tintuża fit-territorju tal-Unjoni, sakemm jiġu rispettati l-prinċipji tar-regoli legali tal-Unjoni.

(8)

Id-denominazzjoni “Orkney Scottish Island Cheddar” timmerita li tiġi miktuba fir-registru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Minkejja l-ewwel paragrafu, l-isem “Cheddar” jista’ jkompli jintuża fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tagħha jitħarsu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 239, 9.8.2012, p. 5.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

IR-RENJU UNIT

Orkney Scottish Island Cheddar (IĠP)


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/42


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1187/2013

tal-21 ta’ Novembru 2013

li japprova s-sustanza attiva pentijopirad, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-pentijopirad, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tissodisfahom id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/466/UE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fl-10 ta’ Diċembru 2009 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand LKC UK Ltd biex is-sustanza attiva pentijopirad tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2010/466/UE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru relatur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2012.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni analizzawh l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”). Fis-7 ta’ Frar 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni (4) dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva pentijopirad. L-abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità analizzawhom l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u fit-3 ta’ Ottubru 2013 ġew iffinalizzati fil-format ta’ rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għall-pentijopirad.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-pentijopirad huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li l-pentijopirad tiġi approvata.

(6)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta’ konferma.

(7)

Għandu jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(8)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-pentijopirad. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(9)

L-esperjenza tal-inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi valutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw sustanzi attivi.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Kif jispeċifika l-Anness I, is-sustanza attiva pentijopirad hi approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-pentijopirad bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Ottubru 2014.

Sa dik id-data dawn għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għalih, li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-pentijopirad bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2014 l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li titqies il-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Skont dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Meta dan ikun stabbilit:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-pentijopirad bħala l-unika sustanza attiva, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-pentijopirad bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att/i rispettivi li żiedu s-sustanza/i rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza/i, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/466/UE tal-24 ta’ Awwissu 2010 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għall-analiżi dettaljata fid-dawl tal-inklużjoni possibbli ta’ pentijopirad fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 224, 26.8.2010, p. 6).

(4)  EFSA Journal 2013; 11(2):3111. Jista’ jinstab onlajn: www.efsa.europa.eu

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Pentijopirad

Nru CAS 183675-82-3

Nru CIPAC 824

RS)-N-[2-(1,3-dimetilbutil)-3-tijenil]-1-metil-3-(trifluworometil)pirażol-4-karbossammid

≥ 980 g/kg

(50:50 ta’ taħlita racemic)

l-1 ta’ Mejju 2014

it-30 ta’ April 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-pentijopirad, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema;

(b)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u tal-ħamrija.

(c)

ir-riskju għall-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

(d)

il-livell ta’ residwi fl-uċuħ tar-raba’ rotazzjonali wara l-applikazzjoni konsekuttiva tas-sustanza attiva għal bosta snin.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma dwar:

(1)

in-nonrilevanza tal-metabolit M11 (aċidu 3-metil-1-{3-[(1-metil-3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbonil)ammino]tijofen-2-il}pentanojku) għall-ilma ta’ taħt l-art ħlief evidenza relatata mar-riskju tal-karċinoġeniċità, li jiddependi fuq il-klassifikazzjoni tal-ġenitur u speċifikat b’mod separat fi (3) hawn taħt;

(2)

il-profil tossikoloġiku u l-valuri ta’ referenza tal-metabolit PAM;

(3)

ir-rilevanza tal-metaboliti M11 (aċidu 3-metil-1-{3-[(1-metil-3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbonil)ammino]tijofen-2-il}pentanojku), DM-PCA (aċidu 3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbossiliku), PAM (1-metil-3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbossammid) u PCA (aċidu 1-metil-3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbossiliku) u r-riskju tagħhom li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art, jekk il-pentijopirad ikun klassifikat bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala karċinoġeniku tal-kategorija nru 2.

L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, l-informazzjoni rilevanti stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta’ April 2016 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (3) fi żmien sitt xhur min-notifika bid-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni dwar il-pentijopirad.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“57

Pentijopirad

Nru CAS 183675-82-3

Nru CIPAC 824

RS)-N-[2-(1,3-dimetilbutil)-3-tijenil]-1-metil-3-(trifluworometil)pirażol-4-karbossammid

≥ 980 g/kg

(50:50 ta’ taħlita racemic)

l-1 ta’ Mejju 2014

it-30 ta’ April 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-pentijopirad, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema;

(b)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u tal-ħamrija.

(c)

ir-riskju għall-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

(d)

il-livell ta’ residwi fl-uċuħ tar-raba’ rotazzjonali wara l-applikazzjoni konsekuttiva tas-sustanza attiva għal bosta snin.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma dwar:

(1)

in-nonrilevanza tal-metabolit M11 (aċidu 3-metil-1-{3-[(1-metil-3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbonil)ammino]tijofen-2-il}pentanojku) għall-ilma ta’ taħt l-art ħlief evidenza relatata mar-riskju tal-karċinoġeniċità, li jiddependi fuq il-klassifikazzjoni tal-ġenitur u speċifikat b’mod separat fi (3) hawn taħt;

(2)

il-profil tossikoloġiku u l-valuri ta’ referenza tal-metabolit PAM;

(3)

ir-rilevanza tal-metaboliti M11 (aċidu 3-metil-1-{3-[(1-metil-3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbonil)ammino]tijofen-2-il}pentanojku), DM-PCA (aċidu 3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbossiliku), PAM (1-metil-3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbossammid) u PCA (aċidu 1-metil-3-trifluworometil-1H-pirażol-4-karbossiliku) u r-riskju tagħhom li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art, jekk il-pentijopirad ikun klassifikat bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala karċinoġeniku tal-kategorija nru 2.

L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, l-informazzjoni rilevanti stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta’ April 2016 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (3) fi żmien sitt xhur min-notifika bid-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni dwar il-pentijopirad.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1188/2013

tal-21 ta’ Novembru 2013

li jipprovdi perjodu mnaqqas ta’ notifika qabel il-wasla fil-port tal-bastimenti tal-Unjoni impenjati fis-sajd ta’ stokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent li jiżbarkaw fil-portijiet Spanjoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar impenjati f’sajd għal stokkijiet soġġetti għal pjan multiannwali, li għandhom l-obbligu li jirreġistraw b’mod elettroniku d-dejta tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, huma taħt l-obbligu li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom bl-intenzjoni li jiżbarkaw fil-port, mill-inqas erba’ sigħat qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port.

(2)

Skont l-Artikolu 17(2), meta bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu se jidħlu f’port ta’ Stat Membru li huwa differenti mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, l-awtorijiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom huma taħt l-obbligu li hekk kif jirċievu n-notifika elettronika minn qabel għandhom jibgħatuha immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali.

(3)

Skont l-Artikolu 17(6), il-Kummissjoni tista’ tipprovdi għal perjodu ta’ notifika ieħor wara li tqis, fost l-oħrajn, it-tip ta’ prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-iżbark u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti.

(4)

Fit-28 ta’ Settembru 2012, Spanja talbet li l-perjodu ta’ notifika stipulat fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jitnaqqas tal-inqas għal sagħtejn u nofs għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja u li huma impenjati fis-sajd ta’ stokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent. Fost id-diversi flotot li joperaw skont il-pjan, it-talba tikkonċerna l-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ, il-bastimenti bl-għeżula, il-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ għas-sajd li jsir fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Majjistral u l-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet Portugiżi.

(5)

L-istokkijiet ta’ merluzz u ta’ skampu fil-fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent huma suġġetti għall-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ speċi żgħar ta’ ħlejjaq tal-baħar (2).

(6)

Dejta spazjali provduta minn Spanja turi li l-flotot speċifiċi li jtajru l-bandiera ta’ Spanja msemmija fil-premessa (4), bħala regola ġenerali, joperaw f’żoni tas-sajd li huma inqas minn erba’ sigħat ’il bogħod mill-portijiet tal-iżbark tagħhom. Min-naħa l-oħra, dawk il-portijiet tal-iżbark dejjem ikunu inqas minn sagħtejn u nofs ’il bogħod mill-uffiċċji tal-awtoritajiet ta’ kontroll Spanjoli. Għalhekk, jekk il-bastimenti inkwistjoni jintgħażlu għal spezzjoni, perjodu ta’ notifika bil-quddiem ta’ mill-inqas sagħtejn u nofs jippermetti biex l-awtoritajiet ta’ kontroll ikkonċernati iwettqu l-ispezzjoni korrispondenti. Għaldaqstant, huwa xieraq li jitnaqqas il-perjodu ta’ notifika bil-quddiem għal mill-inqas sagħtejn u nofs.

(7)

Għal raġunijiet ta’ trattament ugwali, l-istess tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika bil-quddiem għandu japplika għall-bastimenti ta’ Stati Membri oħra li huma intenzjonati li jiżbarkaw f’portijiet Spanjoli.

(8)

Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Spanja għandha tivvaluta l-impatt tat-tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika fuq il-kontroll tal-iżbarki tal-bastimenti kkonċernati u tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika bil-quddiem fir-rigward tal-ispezzjoni effettiva tal-bastimenti kkonċernati mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll. Jekk, abbażi tas-sejbiet fir-rapport ippreżentat minn Spanja jew abbażi tal-verifiki, l-ispezzjonijiet u l-awditjar imwettqa mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tat-Titolu X tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jidher li t-tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika mhuwiex biżżejjed biex jiżgura l-kontroll ġust tal-iżbarki minn Spanja, il-Kummissjoni se tirrevedi dak il-perjodu skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni impenjati fis-sajd suġġetti għall-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005, li jiżbarkaw il-qabdiet tagħhom fi Spanja u li jappartjentu għall-flotot imniżżla fil-paragrafu 2, il-perjodu minimu ta’ notfika ta’ erba’ sigħat previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu jonqos għal sagħtejn u nofs.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-bastimenti li ġejjin:

(a)

bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ(TR), bastimenti bl-għeżula (GN) u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ (LL) impenjati fis-sajd ta’ stokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu suġġetti għall-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent (Taqsimiet ICES VIIIc u IXa);

(b)

bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ (TR) impenjati fis-sajd ta’ stokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu suġġetti għall-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 fl-ilmijiet Portugiżi (Taqsima ICES IXa).

Artikolu 2

Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Spanja għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-impatt tat-tnaqqis fil-perjodu ta’ notifika fuq il-kontroll tal-iżbarki tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5.


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/49


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1189/2013

tal-21 ta’ Novembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

46,6

MA

41,5

MK

36,9

TR

116,2

ZZ

60,3

0707 00 05

AL

32,3

MK

57,9

TR

96,7

ZZ

62,3

0709 93 10

MA

114,0

TR

105,7

ZZ

109,9

0805 20 10

MA

73,6

TR

76,1

ZA

87,1

ZZ

78,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

78,7

TR

80,1

UY

56,3

ZA

155,9

ZZ

92,8

0805 50 10

TR

71,2

ZZ

71,2

0808 10 80

BA

54,0

BR

93,9

CL

102,3

MK

47,7

NZ

93,9

US

113,5

ZA

204,1

ZZ

101,3

0808 30 90

CN

57,5

TR

116,3

ZZ

86,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/51


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1190/2013

tal-21 ta’ Novembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

128,4

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

130,3

0

AR

157,2

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

299,9

0

AR

228,9

21

BR

319,9

0

CL

253,8

14

TH

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

298,5

0

BR

312,6

0

CL

0408 91 80

Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef

488,5

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

251,3

11

BR

312,2

0

CL


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”