ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.145.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 145

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
31 ta' Mejju 2013


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2013/14/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 499/2013 tat-30 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/250/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għar-rubinetterija sanitarja (notifikata bid-dokument C(2013) 2826)  ( 1 )

6

 

 

2013/251/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2013 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fil-Portugall fl-2007 u l-2008 (notifikata bid-dokument C(2013) 2864)

31

 

 

2013/252/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2013 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-marda tal-ilsien blù fid-Danimarka fl-2007 u fl-2008 (notifikata bid-dokument C(2013) 2865)

33

 

 

2013/253/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/473/KE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) (notifikata bid-dokument C(2013) 3057)

35

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 469/2013 tat-22 ta’ Mejju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina protetta b’etilċelluloża bħala addittivi tal-għalf ( ĠU L 136, 23.5.2013 )

37

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/1


DIRETTIVA 2013/14/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2013

li temenda d-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tipprovdi għar-regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (IORP). Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tipprovdi għar-regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS). Bl-istess mod, id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tipprovdi għar-regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-maniġers tal-fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs). It-tliet Direttivi kollha jistabbilixxu rekwiżiti prudenzjali fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskji minn IORPs, minn kumpaniji ta’ ġestjoni u ta’ investiment fir-rigward tal-UCITS u mill-AIFMs, rispettivament.

(2)

Wieħed mill-effetti tal-kriżi finanzjarja kien id-dipendenza żejda tal-investituri, inklużi l-IORPs, l-UCITS u l-fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs), fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu biex jagħmlu l-investimenti tagħhom fi strumenti tad-dejn, mingħajr ma neċessarjament iwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti ta’ dawn l-istrumenti tad-dejn. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-investimenti magħmula mill-IORPs, UCITS u AIFs u, għalhekk, sabiex jiġu protetti l-investituri f’dawk il-fondi, huwa xieraq li l-IORPs, fir-rigward tal-UCITS, il-kumpaniji ta’ gestjoni u investiment, u AIFMs, jkunu obbligati jevitaw li jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu jew li jużawhom bħala l-uniku kriterju meta jivvalutaw ir-riskju involut fl-investimenti magħmula mill-IORPs, UCITS AIFs. Il-prinċipju ġenerali kontra d-dipendenza żejda fuq gradazzjonijiet tal-kreditu għandu għalhekk jiġi integrat fil-proċessi u s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskji tal-IORPs,il-kumpaniji ta’ gestjoni u investiment fir-rigward tal-UCITS, u AIFMs, u adattat għall-ispeċifiċitajiet tagħhom.

(3)

Sabiex ikompli jiġi speċifikat il-prinċipju ġenerali kontra d-dipendenza żejda fuq gradazzjonijiet tal-kreditu, li għandu jiġi introdott fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari sabiex ikun żgurat li l-kumpaniji ta’ gestjoni u investiment fir-rigward tal-UCITS, u AIFMs ikunu effettivament imwaqqfa milli jkollhom dipendenza żejda fuq gradazzjonijiet tal-kreditu sabiex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-assi miżmuma. F’dan ir-rigward, huwa xieraq li f’dawk id-Direttivi, jiġu emendati s-setgħat tal-Kummissjoni li tadotta atti ddelegati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ġenerali rigward il-proċessi u s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskji applikati minn kumpaniji ta’ gestjoni u investiment fir-rigward tal-UCITS, u AIFMs. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li tippubblika r-riżultati ta’ tali konsultazzjonijiet. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(4)

Il-miżuri rilevanti stabbiliti f’din id-Direttivi għandhom ikunu komplementari għal dispożizzjonijiet oħrajn fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (7). Dawk id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu l-għan ġenerali tat-tnaqqis tad-dipendenza żejda mill-investituri fuq gradazzjonijiet tal-kreditu u għandhom jiffaċilitaw il-kisba ta’ dak l-għan.

(5)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-dipendenza żejda tal-IORPs, UCITS u AIFMs fuq gradazzjonijiet tal-kreditu meta jagħmlu l-investimenti tagħhom, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti fil-livell tal-Istati Membri li jaġixxu b’mod koordinat u jista’ għalhekk, permezz tal-istruttura pan-Unjoni u l-impatt tal-attivitajiet tal-IORPs, UCITS, AIFMs u aġenziji li jiggradaw il-kreditu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

(6)

Id-Direttivi 2003/41/KE, 2009/65/KE u 2011/61/UE għandhom għalhekk jiġu emendati.

(7)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar dokumenti (8) ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f’każijiet fejn dan ikun iġġustifikat, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar fejn tiġi spjegata r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 2003/41/KE

Fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/41/KE jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet taħt superviżjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetentijimmonitorjaw l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-istituzzjonijiet, jivvalutaw l-użu ta’ referenzi għall-gradazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kif definiti fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (*), fil-politika ta’ investiment tagħhom u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxu l-mitigazzjoni tal-impatt ta’ referenzi bħal dawn, bil-ħsieb li titnaqqas id-dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq tali gradazzjonijiet tal-kreditu.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE

L-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/65/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’li ġej:

“1.   Il-kumpaniji ta’ ġestjoni jew ta’ investiment għandhom japplikaw proċess ta’ ġestjoni tar-riskji li jippermettilhom jimmonitorjaw u jkejlu fi kwalunkwe ħin ir-riskju tal-pożizzjonijiet u l-kontribut tagħhom għall-profil ta’ riskju globali tal-portafoll ta’ UCITS. B’mod partikolari, huma ma għandhomx jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kif definiti fl- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (**), għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS.;

(**)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.”;"

(2)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti,għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-kumpaniji ta’ ġestjoni jew investiment, jivvalutaw l-użu tar-referenzi għall-gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-politika ta’ investiment tal-UCITS u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxu l-mitigazzjoni tal-impatt ta’ referenzi bħal dawn, bil-ħsieb li titnaqqas id-dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq tali gradazzjonijiet tal-kreditu.”;

(3)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) jinbidel b’li ġej:

“(a)

kriterji għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskji applikat mill-kumpanija ta’ ġestjoni jew investiment skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;”;

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw li l-kumpanija ta’ ġestjoni jew investiment tkun prevenuta milli tiddependi esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS.”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2011/61/UE

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2011/61/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’li ġej:

“2.   L-AIFMs għandhom jimplimentaw sistemi adegwati ta’ ġestjoni tar-riskji sabiex jidentifikaw, ikejlu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw kif xieraq ir-riskji kollha rilevanti għal kull strateġija ta’ investiment tal-AIF u li għalihom huwa jew jista’ jkun espost kull AIF. B’mod partikolari, l-AIFMs ma għandhomx jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kif definiti fl- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (***), għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-AIFs.

(***)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.”;"

(2)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘3a.   Filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-AIFs, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-keditu tal-AIFMs, jivvalutaw l-użu tar-referenzi għall-gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fil-politika ta’ investiment tal-AIFs u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxu l-mitigazzjoni tal-impatt ta’ referenzi bħal dawn, bil-ħsieb li titnaqqas id-dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq tali gradazzjonijiet tal-kreditu.”;

(3)

fil-paragrafu 5 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-miżuri li jispeċifikaw is-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw l-prevenzjoni tal-AIFMs milli jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-AIFs.”.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-21 ta’ Diċembru 2014. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwarhom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  ĠU C 167, 13.6.2012, p. 2.

(2)  ĠU C 229, 31.7.2012, p. 64.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2013.

(4)  ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(5)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(6)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(8)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 499/2013

tat-30 ta’ Mejju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

15,1

MA

57,6

MK

65,0

TN

48,3

TR

71,8

ZZ

51,6

0707 00 05

AL

41,5

MK

42,6

TR

142,5

ZZ

75,5

0709 93 10

TR

140,2

ZZ

140,2

0805 10 20

EG

45,2

IL

71,7

MA

72,3

ZA

76,7

ZZ

66,5

0805 50 10

AR

105,4

TR

95,7

ZA

100,3

ZZ

100,5

0808 10 80

AR

168,1

BR

65,1

CL

119,8

CN

96,0

NZ

146,0

US

166,5

ZA

117,8

ZZ

125,6

0809 29 00

US

785,8

ZZ

785,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Mejju 2013

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għar-rubinetterija sanitarja

(notifikata bid-dokument C(2013) 2826)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/250/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Minħabba li l-konsum tal-ilma u l-enerġija relatata mat-tisħin tal-ilma jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impatti ambjentali kumplessivi ta’ unitajiet domestiċi u ta’ bini mhux domestiku, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja”. Il-kriterji għandhom, b’mod partikolari jippromwovu prodotti effiċjenti fl-użu tal-ilma, li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-konsum tal-ilma u b’hekk ukoll fl-enerġija meħtieġa għat-tisħin tal-ilma.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja” għandu jiġbor fih: viti tal-ilma domestiċi, bexxiexi tad-doċċa u doċċi li fil-biċċa l-kbira jintużaw għat-twassil tal-ilma għall-iġjene personali, it-tindif, it-tisjir u x-xorb, inkluż meta jiġu kkumerċjalizzati għal użu mhux domestiku.

2.   Il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja”.

(a)

viti tal-ilma tal-banju;

(b)

doċċi b’pum/b’manku doppju;

(c)

rubinetterija sanitarja b’użu speċifiku mhux domestiku.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni:

(1)

“vit tal-ilma” tfisser valv li jitħaddem direttament jew indirettament, b’mod mekkaniku u/jew awtomatiku u li minnu jitwassal l-ilma;

(2)

“bexxiexa tad-doċċa” tfisser

(a)

żbokk fiss fl-għoli jew mal-ġenb tad-doċċa, żbokk tad-doċċa ta’ ilma bi pressjoni jew tagħmir simili li jista’ jiġi aġġustat, u li jiggwida l-ilma minn sistema ta’ provvista għal fuq l-utent; jew

(b)

żbokk tad-doċċa mobbli li jinżamm fl-idejn, imqabbad ma’ vit tal-ilma b’manku tad-doċċa u li jista’ jiddendel direttament fuq il-vit tal-ilma jew mal-ħajt bl-għajnuna ta’ sapport xieraq;

(3)

“doċċa” tfisser kombinazzjoni ta’ bexxiexa tad-doċċa u valvi tal-kontroll interrelatati u/jew apparat li jiġi imballat u mibjugħ bħala kitt;

(4)

“doċċa b’pum/b’manku doppju” tfisser doċċa mgħammra b’manki jew pumi separati għall-kontroll tal-provvista tal-ilma kiesaħ u l-ilma sħun;

(5)

“doċċa tal-elettriku” tfisser doċċa mgħammra b’apparat għat-tisħin tal-ilma lokalizzat għad-doċċa bl-użu tal-elettriku;

(6)

“rubinetterija sanitarja b’użu speċifiku mhux domestiku” tfisser rubinetterija sanitarja li teħtieġ fluss tal-ilma illimitat biex tissodisfa l-funzjoni mhux domestika maħsuba;

(7)

“apparat li jillimita l-fluss tal-ilma” tfisser apparat tekniku li jillimita l-fluss tal-ilma għal volum partikolari u li jippermetti fluss tal-ilma ogħla biss meta jiġi attivat mill-utent għal perjodu ta’ ħin determinat waqt użu uniku;

(8)

“ir-rata massima disponibbli ta’ fluss tal-ilma” tfisser l-ogħla rata disponibbli ta’ fluss tal-ilma mis-sistema jew mill-aċċessorju individwali;

(9)

“ir-rata massima l-aktar baxxa disponibbli ta’ fluss tal-ilma” tfisser l-aktar rata baxxa ta’ fluss tal-ilma mis-sistema jew l-aċċessorju individwali disponibbli meta l-valv ikun miftuħ kollu;

(10)

“karatteristika teknika tas-sigurtà” tfisser apparat li jifforma parti minn rubinetterija sanitarja kkontrollata b’senser li jintuża biex jipprevjeni l-fluss kontinwu tal-ilma billi jwaqqaf il-provvista tal-ilma wara ħin issettjat minn qabel, anke jekk ikun hemm persuna jew oġġett fil-medda tas-senser.

Artikolu 3

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għal prodott ikklassifikat fil-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja” ddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni relatati stabbiliti fl-Anness, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja” għandu jkun “x”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U REKWIŻITI TA’ VALUTAZZJONI U TA’ VERIFIKA

Kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal rubinetterija sanitarja:

1.

Il-konsum tal-ilma u l-iffrankar tal-enerġija relatat

2.

Materjali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb

3.

Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

4.

Il-kwalità tal-prodott u l-lonġevità

5.

Imballaġġ

6.

Informazzjoni għall-utent

7.

L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u ta’ verifika huma indikati f’kull kriterju.

Fejn l-applikant huwa meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta’ testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant jew mill-fornitur tiegħu jew it-tnejn li huma.

Fejn huwa possibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tal-Istandard Ewropew EN ISO 17025 (1) jew l-ekwivalenti.

Fejn huwa xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju, dejjem jekk il-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Bħala prerekwiżit, il-prodott irid jilħaq ir-rekwiżiti legali rispettivi kollha tal-pajjiż (pajjiżi) li fih il-prodott huwa maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.

Kriterju 1.   Il-konsum tal-ilma u l-iffrankar tal-enerġija relatat

(a)   Rata massima disponibbli tal-fluss tal-ilma

Ir-rati massimi disponibbli tal-fluss tal-ilma tar-rubinetterija sanitarja, indipendentement mill-pressjoni tal-ilma, ma għandhomx jaqbżu l-valuri elenkati fit-Tabella 1.

It-Tabella 1

Ir-rati massimi disponibbli tal-fluss tal-ilma għal “rubinetterija sanitarja”

Subgrupp tal-prodott

Rata tal-fluss tal-ilma

[l/min]

Viti tal-ilma tal-kċina

mingħajr l-apparat li jillimita l-fluss

6,0

bl-apparat li jillimita l-fluss (2)

8,0

Viti tal-ilma tas-sink

mingħajr l-apparat li jillimita l-fluss

6,0

bl-apparat li jillimita l-fluss (2)

8,0

Bexxiexi tad-doċċa u doċċi (3)

8,0

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott mar-rekwiżit u jispeċifika r-rata massima ta’ fluss tal-ilma (f’1/min) tal-prodott sottomess għall-proċedura ta’ tikkettar flimkien mar-riżultati tat-testijiet li saru skont il-proċedura ta’ ttestjar indikata fl-istandards EN rispettivi għat-tip ta’ prodotti mogħti (ara t-Tabella 2). L-ittestjar għandu jsir bi pressjoni ta’ 1,5, 3,0 u 4,5 bar (± 0,2 bar) għal prodotti li jingħad li huma adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni għolja (tipikament minn 1,0 sa 5,0 bar) jew bi pressjoni ta’ 0,2, 0,3 u 0,5 bar (± 0,02 bar) għal prodotti li jingħad li huma adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni baxxa (tipikament minn 0,1 sa 0,5 bar). Valur medju ta’ tliet kejlijiet ma għandux jaqbeż il-valuri tar-rata massima ta’ fluss indikati fit-Tabella 1. Għal viti tal-ilma b’żennuna waħda u viti tal-ilma tal-kċina biż-żennuna tal-iżbokk maqsuma, ir-rata tal-fluss għandha tkun l-għadd totali taż-żewġ flussi, jiġifieri l-fluss totali għas-sink mill-vit tal-ilma sħun jew tal-ilma kiesaħ. Barra minn hekk, il-prodotti bl-għażla ta’ setting ekonomiku (jiġifieri l-apparat li jillimita l-fluss), deskrizzjoni tal-apparat applikat (jiġifieri l-parametri tekniċi ewlenin tiegħu u l-installazzjoni, l-issettjar u l-istruzzjonijiet dwar l-użu) għandhom jiġu sottomessi.

It-Tabella 2

Standards EN rigward il-grupp ta’ prodotti “rubinetterija sanitarja”

Numru

Titlu

EN 200

Rubinetterija sanitarja. Viti individwali u kombinazzjoni ta’ viti għal sistemi tal-provvista tal-ilma tat-tip 1 u tat-tip 2 – Speċifikazzjoni teknika ġenerali

EN 816

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet b’għeluq awtomatiku (PN10)

EN 817

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet ta’ miksers mekkaniċi (PN10) – Speċifikazzjonijiet tekniċi ġenerali

EN 1111

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet ta’ miksers termostatiċi (PN10) – Speċifikazzjoni teknika ġenerali

EN 1112

Rubinetterija sanitarja. Żbokkijiet tad-doċċi għal rubinetterija sanitarja għal sistemi tal-provvista tal-ilma tat-tip 1 u tat-tip 2 – Speċifikazzjoni teknika ġenerali

EN 1286

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet ta’ miksers mekkaniċi ta’ pressjoni baxxa. Speċifikazzjoni teknika ġenerali

EN 1287

Rubinetterija sanitarja. Valvijiet ta’ miksers termostatiċi ta’ pressjoni baxxa. Speċifikazzjonijiet tekniċi ġenerali

EN 15091

Rubinetterija sanitarja. Rubinetterija sanitarja bi ftuħ u għeluq elettroniku

EN 248

Rubinetterija sanitarja. Speċifikazzjoni ġenerali għal kisjiet ta’ Ni-Cr elettrodepożitati

EN60335-1

Apparat Domestiku u Elettriku Simili

EN60335-2-35

Apparat Domestiku u Elettriku Simili, Sikurezza, Rekwiżiti Partikulari għal Ħiters tal-ilma Instantanji

(b)   Ir-rata massima ta’ fluss tal-ilma disponibbli l-aktar baxxa

Ir-rati massimi ta’ fluss tal-ilma disponibbli l-aktar baxxi tar-rubinetterija sanitarja, indipendentement mill-pressjoni tal-ilma, ma għandhomx ikunu aktar baxxi mill-valuri mogħtija fit-Tabella 3:

It-Tabella 3

L-aktar rati baxxi massimi disponibbli tal-flussi tal-ilma għal “rubinetterija sanitarja”

Subgrupp tal-prodott

Ir-rata tal-fluss tal-ilma

[l/min]

Viti tal-ilma tal-kċina

2,0

Viti tal-ilma tas-sink

2,0

Doċċi u bexxiexi tad-doċċa

4,5

Doċċi tal-elettriku u doċċi ta’ pressjoni baxxa (*)

3,0

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott mar-rekwiżit u jispeċifika r-rata massima tal-fluss tal-ilma disponibbli l-aktar baxxa tal-prodott sottomess għall-proċedura ta’ tikkettar flimkien mar-riżultati tat-testijiet imwettqa skont il-proċedura tal-ittestjar indikata fi standards EN rispettivi għat-tip ta’ prodotti mogħti (ara t-Tabella 2). 1,5, 3,0 u 4,5 bar (± 0,2 bar) għal prodotti li jingħad li huma adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni għolja (tipikament minn 1,0 sa 5,0 bar) jew ta’ pressjoni ta’ 0,2, 0,3 u 0,5 bar (± 0,02 bar) għal prodotti li jingħad li huma adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni baxxa (tipikament minn 0,1 sa 0,5 bar). Valur medju ta’ tliet kejlijiet ma għandux ikun aktar baxx mill-valur tar-rata tal-fluss kif mogħti fit-Tabella 3. Għal viti tal-ilma b’żennuna waħda u viti tal-ilma tal-kċina biż-żennuna tal-iżbokk maqsuma, ir-rata tal-fluss għandha tkun l-għadd totali taż-żewġ flussi, jiġifieri l-fluss totali għas-sink mill-vit tal-ilma sħun jew tal-ilma kiesaħ.

(c)   Kontroll tat-temperatura

Ir-rubinetterija sanitarja għandha tkun mgħammra b’apparat avvanzat jew soluzzjoni teknika li tippermetti lill-utent finali jikkontrolla t-temperatura u/jew l-ilma sħun, pereżempju billi dan jillimita t-temperatura tal-ilma jew il-provvista tal-ilma sħun, jew permezz ta’ aġġustament termostatiku.

Is-soluzzjoni għandha tiġi speċifikata biex tipprovdi lill-utent b’kontroll preċiż tat-temperatura tal-ilma mill-vit tal-ilma jew mid-doċċa, indipendentement mis-sistema tat-tisħin li tkun imqabbda magħhom. Soluzzjonijiet possibbli jistgħu jinkludu, pereżempju, barriera tal-ilma sħun, provvista ta’ ilma kiesaħ fil-pożizzjoni tan-nofs u/jew valv ta’ mikser termostatiku.

Rubinetterija sanitarja mfassla biex titwaħħal ma’ provvista tal-ilma li diġà għandha kontroll tat-temperatura, u l-bexxiexi tad-doċċa għandhom ikunu eżentati minn dan il-kriterju.

Valutazzjoni u verifika: fl-applikazzjoni sottomessa lill-korp kompetenti, l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jipprovdi dokumentazzjoni li tiddeskrivi t-teknoloġija jew l-apparat applikat fil-prodott. Fejn il-provvista tal-ilma diġà jkollha temperatura kkontrollata, l-applikant għandu jispjega l-proprjetà teknika speċifika li tagħmel ir-rubinetterija sanitarja adattata għall-immuntar ma’ din il-forma ta’ sistema.

(d)   Kontroll tal-ħin

Dan il-kriterju japplika għar-rubinetterija sanitarja li tinbiegħ jew tiġi kkumerċjalizzata flimkien ma’ apparat għall-kontroll tal-ħin (jiġifieri apparat li jekk ma jkunx qed jintuża jwaqqaf il-fluss tal-ilma wara ċertu ħin, pereżempju sensers li jwaqqfu l-fluss tal-ilma meta utent joħroġ mill-medda tas-senser, jew wara perjodu ta’ ħin issettjat għall-użu, pereżempju, minutieri, li jwaqqfu l-fluss tal-ilma meta jintlaħaq il-ħin massimu tal-fluss).

Għal rubinetterija sanitarja mgħammra b’minutieri, il-perjodu massimu tal-fluss issettjat minn qabel ma għandux jaqbeż il-15-il sekonda għall-viti tal-ilma u l-35 sekonda għad-doċċi. Madanakollu, il-prodott għandu jkun iddisinjat biex jippermetti lill-installatur jaġġusta l-ħin tal-fluss skont l-applikazzjoni maħsuba tal-prodott.

Għal rubinetterija sanitarja mgħammra b’senser, il-ħin ta’ dewmien għat-tifi wara l-użu ma għandux jaqbeż is-sekonda (1) għall-viti tal-ilma u t-tliet sekondi (3) għad-doċċi. Barra minn hekk, ir-rubinetterija sanitarja mgħammra b’senser għandu jkollha “karatteristika teknika ta’ sigurtà” b’ħin ta’ tifi minn qabel ta’ massimu ta’ żewġ minuti (2) biex tipprevjeni aċċident jew fluss kontinwu tal-ilma mill-viti tal-ilma jew mid-doċċi meta dawn ma jkunux qed jintużaw.

Valutazzjoni u verifika: il-prodott jew is-sistema għandhom jiġu ttestjati skont il-firxa ta’ pressjonijiet stipulata (3,0 bar (± 0,2 bar) għal valvi ta’ pressjoni għolja jew 0,5 bar (± 0,02 bar) għal valvi ta’ pressjoni baxxa) biex wieħed jivverifika li l-kontroll tal-ħin jintefa f’tolleranza ta’ 10 % ta’ dak speċifikat mill-applikant. L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jispeċifika li t-tip ta’ soluzzjoni użata fil-parametri tekniċi tiegħu (ħin tal-fluss tal-ilma ssettjat minn qabel għall-minutieri, il-ħin ta’ dewmien għat-tifi tas-sensers wara li jintużaw), u jipprovdi r-riżultati ta’ test li jkun sar skont l-istandard EN 15091 għar-rubinetterija sanitarja li tinfetaħ u tingħalaq b’mod elettroniku jew l-EN 816 għall-valvi b’għeluq awtomatiku lill-korp kompetenti bħala parti mill-applikazzjoni.

Kriterju 2.   Materjali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb

Karatteristiki kimiċi u iġjeniċi ta’ materjali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb

Sustanzi u materjali użati fi prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb, jew impuritajiet assoċjati magħhom, ma għandhomx jirrilaxxaw fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kwalunkwe kompost f’konċentrazzjonijiet ogħla milli meħtieġ għall-iskop tal-użu tiegħu u ma għandhomx inaqqsu l-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem b’mod dirett jew indirett (4). Ma għandhom jikkawżaw l-ebda deterjorament fil-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fir-rigward ta’ dehra, riħa jew togħma. Fil-limiti rakkomandati għal operazzjoni korretta (jiġifieri l-kundizzjonijiet ta’ użu kif stipulati fl-istandards EN rispettivi indikati fit-Tabella 2), il-materjali ma għandu jsirilhom l-ebda tibdil li jkun ta’ ħsara għall-prestazzjoni tal-prodott. Materjali mingħajr ir-reżistenza adegwata għall-korrużjoni għandhom jitħarsu kif xieraq biex ma jippreżentawx riskju għas-saħħa.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jissottometti dokumentazzjoni relevanti jew riżultati ta’ testijiet, kif indikat hawn taħt:

Materjali metalliċi f’kuntatt mal-ilma tax-xorb użati fir-rubinetterija sanitarja għandhom jiġu elenkati fil-lista pożittiva “Aċċettazzjoni ta’ Materjali Metalliċi għal Prodotti f’Kuntatt mal-Ilma tax-Xorb” kif mogħtija fl-Appendiċi. L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit. Jekk il-materjali metalliċi ma jiġux inklużi f’din il-lista pożittiva, għandhom jiġu sottomessi r-riżultati tat-testijiet imwettqa skont l-approċċ għal “Żieda ta’ Materjali fil-Lista ta’ Kompożizzjoni fil-Kategorija ta’ Materjali”, kif deskritt fl-Appendiċi, u bl-użu tal-istandard EN 15664-1. Inkella, jekk ir-regolamenti nazzjonali obbligatorji jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn il-prodott se jitqiegħed fis-suq, għandu jiġi sottomess ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ dawn il-materjali metalliċi u/jew il-prodott metalliku maħruġ mill-awtoritajiet nazzjonali jew il-laboratorji responsabbli.

Materjali organiċi f’kuntatt mal-ilma tax-xorb għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti rispettivi tal-Istat Membru fejn il-prodott se jitqiegħed fis-suq. Għandu jiġi sottomess ċertifikat, jew jekk xieraq, ir-riżultati tat-testijiet maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali jew il-laboratorji responsabbli.

Barra minn hekk, jekk meħtieġ mir-regolamenti nazzjonali jew l-Istat Membru fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq, għandhom jiġu sottomessi r-riżultati tat-testijiet għat-tisħiħ tat-tkabbir mikrobjali u l-valutazzjoni tar-riħa u tat-togħma tal-ilma.

Kriterju 3.   Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati

(a)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe oġġett (5) tagħha ma għandux ikollu sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (7) u lanqas ma għandu jkollu sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-frażijiet tar-riskju hawn taħt ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Madanakollu, jekk l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu

Dikjarazzjoni ta’ Periklu (9)

Frażi ta’ Riskju (10)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23/26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf.

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lit-tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi wara esponiment għal żmien twil jew ripetut

R48/25/24/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi wara esponiment għal żmien twil jew ripetut

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika

R50

H410 Tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika b’effetti għal żmien twil

R50-53

H411 Tossiku għall-ħajja akkwatika b’effetti għal żmien twil

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-ħajja akkwatika b’effetti għal żmien twil

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għal żmien twil lill-ħajja akkwatika

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jmiss mal-ilma jarmi gass tossiku

R29

EUH031 Meta jmiss mal-aċidi jarmi gass tossiku

R31

EUH032 Meta jmiss mal-aċidi jarmi gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn

R39-41

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew li jgħaddu minn modifika kimika b’mod li l-periklu identifikat qabel jitneħħa) huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażi ta’ riskju elenkati hawn fuq, li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew fil-kategoriji ta’ periklu, u għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 (a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ konċentrazzjoni ġeneriċi jew speċifiċi ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fejn jiġu ddeterminati limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi.

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 (d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,1 % piż skont il-piż.

Il-prodott finali ma jridx jiġi ttikkettat skont id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu ta’ hawn fuq.

Is-sustanzi/komponenti li ġejjin huma dderogati speċifikament minn dan ir-rekwiżit.

Nikil f’azzar inossidabbli ta’ kull tip

Id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu u l-frażijiet ta’ riskju kollha

Oġġetti u partijiet omoġeni ta’ rubinetterija sanitarja f’kuntatt mal-ilma tax-xorb, magħmula minn ligi, li jaqgħu taħt l-Artikolu 23 (d) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u li huma elenkati fil-Parti B tal-“Aċċettazzjoni ta’ Materjali Metalliċi użati għal Prodotti f’Kuntatt mal-Ilma tax-Xorb” – Approċċ Komuni” jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom jiżdiedu ma din il-lista kif elenkat fl-Appendiċi 1.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu u l-frażijiet ta’ riskju kollha

Nikil f’saff tal-kisi protettiv, jekk ir-rilaxx tan-nikil mis-saffi tan-nikil jew minn kisja li jkun fiha n-nikil fuq l-uċuħ interni ta’ prodotti li huma maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb ittestjati skont l-istandard EN 16058 (**)  (***) ma jaqbiżx l-10 μg/l.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu u l-frażijiet ta’ riskju kollha

Komponenti elettroniċi tar-rubinetterija sanitarja, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/65/UE (****)

Id-dikjarazzjonijiet ta’ periklu u l-frażijiet ta’ riskju kollha

Valutazzjoni u verifika: għal kull oġġett jew kwalunkwe parti omoġena tiegħu l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħal dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tagħhom, dwar in-nonklassifikazzjoni tas-sustanzi msemmija fil-lista ta’ hawn fuq skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista’ jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b’informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiki relevanti assoċjati mad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, bil-livell ta’ dettall speċifikat fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Kompilazzjoni tal-Iskedi ta’ Dejta ta’ Sigurtà).

Informazzjoni dwar il-karatteristiki intrinsiċi tas-sustanzi tista’ tiġi ġġenerata permezz ta’ mezzi oħra minbarra t-testijiet, pereżempju permezz tal-użu ta’ metodi alternattivi bħal metodi in vitro, b’mudelli kwantitattivi ta’ struttura-attività jew bl-użu ta’ raggruppament jew read-across skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-qsim tad-dejta relevanti huwa mħeġġeġ ferm.

L-informazzjoni pprovduta għandha tkun relatata mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanza jew it-taħlitiet użati fil-prodott finali.

Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-REACH eżentati mill-obbligi ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 REACH, dikjarazzjoni b’dan l-għan tkun biżżejjed biex tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq.

(b)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta preżenti f’taħlitiet, f’oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġena ta’ oġġett kumpless f’konċentrazzjonijiet > 0.1 %. Limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw f’każijiet fejn il-konċentrazzjoni hija anqas minn 0.1 %.

Valutazzjoni u verifika: Il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-ECHA (13)

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjali u kopji ta’ Skedi ta’ Dejta ta’ Sigurtà għal sustanzi jew taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal sustanzi jew taħlitiet. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi ta’ Dejta ta’ Sigurtà skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal sustanzi u taħlitiet.

Kriterju 4.   Il-kwalità tal-prodott u l-lonġevità

(a)   Rekwiżiti ġenerali

Il-prodott għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ġenerali tal-istandards rispettivi EN elenkati fit-Tabella 2 jew mar-regolamenti legali nazzjonali obbligatorji korrispondenti. Ir-rekwiżit rigward ir-rati tal-flussi tal-ilma huwa eskluż minn dan il-kriterju.

Fejn applikabbli, it-tindif tal-elementi tal-prodotti, li jista’ jkun meħtieġ taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu, għandu jsir bl-użu ta’ għodod jew aġenti sempliċi.

(b)   Kundizzjoni u kwalità tas-superfiċje esposta tal-kisja bl-Ni-Cr

Prodott sanitarju li għandu kisja metallika ta’ Ni-Cr (minkejja n-natura tal-materjal substrat) għandu jkun konformi mal-istandard EN 248.

(c)   Kemm jista’ jissewwa l-prodott u d-disponibbiltà tal-ispare parts

Il-prodott għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li l-komponenti skambjabbli tiegħu jkunu jistgħu jinbidlu faċilment mill-utent finali jew minn inġinier professjonali tas-servizz, kif xieraq. L-informazzjoni dwar liema elementi jistgħu jinbidlu għandha tiġi indikata b’mod ċar fil-folja tal-informazzjoni mehmuża mal-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll struzzjonijiet ċari biex jippermetti lill-utent finali jew lill-esperti mħarrġa, biex iwettqu tiswijiet bażiċi, kif xieraq.

L-applikant għandu jiżgura barra minn hekk li l-ispare parts ikunu disponibbli għall-anqas għal seba’ snin minn tmiem il-produzzjoni.

(d)   Garanzija

L-applikant għandu jagħti garanzija ta’ minimu ta’ erba’ snin għal tiswija jew bdil.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jipprovdi eżempji tal-folja tal-informazzjoni dwar il-prodott u t-termini tal-garanzija lill-korp kompetenti bħala parti mill-applikazzjoni.

Fir-rigward tal-punti (a) u (b) l-applikant għandu barra minn hekk jipprovdi lill-korp kompetenti bir-riżultati tat-testijiet li saru skont l-istandards elenkati fit-Tabella 2 fir-rigward tal-punt (a) u l-istandard EN 248 fir-rigward tal-punt (b) bħala parti mill-applikazzjoni.

Kriterju 5.   Imballaġġ

L-imballaġġ għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-komponenti tal-imballaġġ kollha għandhom ikunu jistgħu jiġu separati faċilment bl-idejn f’materjali individwali sabiex jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ,

(b)

fejn jintuża, l-imballaġġ tal-kartun għandu jikkonsisti minn tal-anqas 80 % ta’ materjal irriċiklat.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jipprovdi l-korp kompetenti b’kampjun(i) tal-imballaġġ bħala parti mill-applikazzjoni.

Kriterju 6.   Informazzjoni għall-utent

Il-prodott għandu jkun akkumpanjat minn informazzjoni relevanti għall-utent, li jipprovdi pariri dwar l-użu xieraq tal-prodott, u użu li jagħmel anqas ħsara lill-ambjent, kif ukoll dwar il-manutenzjoni tiegħu. L-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b’mod stampat (fuq l-imballaġġ u/jew id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott) u/jew f’format elettroniku:

(a)

informazzjoni li l-impatt ambjentali ewlieni huwa relatat mal-fażi ta’ użu tal-prodott, jiġifieri mal-konsum tal-ilma u l-enerġija relatata mat-tisħin tal-ilma u pariri dwar kif l-użu razzjonali jista’ jnaqqas l-impatt ambjentali,

(b)

informazzjoni li l-prodott ingħata l-Ekotikketta tal-UE, flimkien ma’ spjega qasira imma speċifika dwar xi jfisser dan, flimkien mal-informazzjoni ġenerali pprovduta ħdejn il-logo tal-Ekotikketta tal-UE,

(c)

ir-rata massima tal-fluss f’1/min (ittestjata kif indikat fil-Kriterju 1(a)),

(d)

struzzjonijiet dwar l-installazzjoni, inkluż informazzjoni dwar il-pressjonijiet speċifiċi ta’ operazzjoni li l-prodott huwa adattat għalihom,

(e)

pariri li jikkonċernaw il-kwistjoni tal-istaġnar tal-ilma u twissija relatata kontra x-xorb ta’ ilma tal-vit wara ħin ta’ staġnar itwal (applikabbli għall-viti tal-ilma), bħal pereżempju “Biex tevita l-ħela tal-ilma tax-xorb, uża ilma staġnat (eż. bħall-ilma użat filgħodu jew wara l-btajjel) pereżempju għall-ifflaxxjar tat-tojlits, biex tieħu doċċa jew għall-ġnien”),

(f)

rakkomandazzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni xierqa (inkluż it-tindif u d-dekalċifikazzjoni) tal-prodott, li jsemmu l-istruzzjonijiet kollha rilevanti, b’mod partikolari:

(i)

pariri dwar il-manutenzjoni u l-użu tal-prodotti,

(ii)

informazzjoni dwar liema spare parts jistgħu jinbidlu,

(iii)

struzzjonijiet li jikkonċernaw it-tibdil ta’ woxers jekk il-viti jibdew iqattru l-ilma,

(iv)

pariri dwar it-tindif ta’ rubinetterija sanitarja b’materjali xierqa għall-prevenzjoni ta’ ħsara lis-superfiċje interna u esterna tagħhom.

(v)

pariri dwar is-servisjar regolari u xieraq tal-aeraturi.

Għal rubinetterija sanitarja (ħlief il-bexxiexi tad-doċċa) li ma tkunx mgħammra b’apparat għall-kontroll tal-ħin, it-test li ġej għandu jiġi riprodott b’mod viżibbli fuq l-imballaġġ tal-prodott:

“Dan il-prodott tal-Ekotikketta tal-UE huwa maħsub għal użu domestiku. Mhuwiex maħsub għal użu f’ambjent mhux domestiku għal użu multiplu u frekwenti (eż. faċilitajiet pubbliċi fl-iskejjel, uffiċini, sptarijiet, pixxini)”.

Għal rubinetterija sanitarja mgħammra b’apparat għall-kontroll tal-ħin, it-test li ġej għandu jiġi riprodott b’mod viżibbli fuq l-imballaġġ tal-prodott:

“Dan il-prodott tal-Ekotikketta tal-UE huwa maħsub b’mod partikolari għal użu f’ambjent mhux domestiku għal użu multiplu u frekwenti (eż. f’faċilitajiet pubbliċi fl-iskejjel, fl-uffiċini, fl-isptarijiet, fil-pixxini)”.

Għal “bexxiexi tad-doċċa għal fluss tal-ilma limitat” għandha titqiegħed informazzjoni fuq l-iskeda tal-prodott rigward il-ħtieġa li tiġi ċċekkjata l-kompatibbiltà meta użati ma’ doċċa tal-elettriku, eż. “jekk jogħġbok iċċekkja li din il-bexxiexa tad-doċċa għal fluss limitat hija kompatibbli mas-sistema dad-doċċa eżistenti tiegħek f’każ li tiddeċiedi li tużaha ma’ doċċa tal-elettriku”.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżit u jipprovdi lill-korp kompetenti b’kampjun jew kampjuni tal-informazzjoni għall-utent u/jew link għall-websajt tal-manifattur li jkun fiha din l-informazzjoni bħala parti mill-applikazzjoni.

Kriterju 7.   L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa għall-kitba għandha tinkludi t-test li ġej:

Effiċjenza tal-ilma mtejba

Potenzjal miżjud ta’ ffrankar tal-enerġija

B’dan il-prodott iċċertifikat tiffranka l-ilma, l-enerġija u l-flus.

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa għall-kitba jinsabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq il-websajt:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/pdf/logo%20guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.


(1)  ISO/IEC 17025:2005 Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza ta’ laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni

(2)  L-apparat li jillimita l-fluss irid jippermetti l-issettjar tar-rata tal-fluss tal-ilma prestabbilita (is-setting biex tiffranka l-ilma) għall-valur massimu ta’ 6 l/min. Ir-rata massima disponibbli tal-fluss tal-ilma ma għandhiex taqbeż it-8 l/min.

(3)  Il-bexxiexi tad-doċċa u d-doċċi b’aktar minn opzjoni waħda ta’ kif joħroġ ir-raxx tal-ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għas-setting bil-fluss tal-ilma l-aktar għoli.

(*)  Prodotti kkummerċjalizzati biex ikunu adattati għal installazzjonijiet ta’ pressjoni baxxa, li tipikament jiffunzjonaw bi pressjoni li tvarja minn 0,1 sa 0,5 bar.

(4)  L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

(5)  Fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) Oġġett: tfisser prodott li waqt il-produzzjoni jingħata forma, wiċċ jew disinn speċjali li jiddeterminaw il-funzjoni tiegħu sa grad akbar milli tagħmel il-kompożizzjoni kimika tiegħu;

(6)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1.

(8)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

(10)  Id-Direttiva 67/548/KEE b’aġġustament għar-REACH skont id-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u d-Direttiva 1999/45/KE (12) kif emendat

(11)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850.

(12)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(**)  Fejn rekwiżiti nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-prodott se jitqiegħed fis-suq jew il-proċedura rispettiva tal-ittestjar għar-rilaxx tan-nikil mill-kisja huma fis-seħħ, minflok tista’ titressaq prova li dawn ir-rekwiżiti nazzjonali ntlaħqu, biex tipprova l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit.

(***)  EN 16058 Influwenza ta’ materjali metalliċi fuq l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem – Test dinamiku tar-rigg għall-eżami ta’ kisjiet tal-wiċċ b’saffi tan-nikil – Metodu ta’ ttestjar fuq perjodu fit-tul.

(****)  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku.

(13)  http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Appendiċi

L-informazzjoni li ġejja hija bbażata fuq ir-rapport dwar “L-AĊĊETTAZZJONI TA’ MATERJALI METALLIĊI UŻATI GĦAL PRODOTTI F’KUNTATT MAL-ILMA TAX-XORB. Approċċ Komuni. Parti A – Proċedura għall-aċċettazzjoni u Parti B – Lista ta’ Kompożizzjoni Komuni” aċċessibbli fuq http://www.umweltbundesamt.de/wasser-e/themen/trinkwasser/4ms-initiative.htm.

Silta 1 mill-“AĊĊETTAZZJONI TA’ MATERJALI METALLIĊI UŻATI GĦAL PRODOTTI F’KUNTATT MAL-ILMA TAX-XORB. Approċċ Komuni. Parti A. Proċedura għall-aċċettazzjoni” ppreżentata fil-Kapitolu 2.

1.   Aċċettazzjoni ta’ materjali metalliċi fil-Lista ta’ Kompożizzjoni

Materjali metalliċi użati għall-PDW jridu jkunu elenkati fil-Lista ta’ Kompożizzjoni.

1.1.   Proċedura għaż-żieda ta’ materjali mal-Lista ta’ Kompożizzjoni

Ir-responsabbiltà ewlenija għall-valutazzjoni ta’ materjali se tibqa’ fil-livell nazzjonali billi jintużaw proċessi stabbiliti u r-riżorsi tal-esperti disponibbli hemm. Madanakollu, l-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet u l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ aċċettazzjoni deskritti hawn taħt hija kumplessa. Għal din ir-raġuni Kumitat tal-Esperti għandu jagħti pariri dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Il-Kumitat tal-Esperti għandu jkollu l-kompetenzi li ġejjin:

Għarfien kompetenti tal-korrużjoni u r-rilaxx tal-metall

Kompetenza dwar it-tossikoloġija u l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ilma tax-xorb relatati ma’ aspetti tas-saħħa tal-bniedem

Fehim tal-modi li bihom il-materjali metalliċi u l-prodotti jiġu użati fit-trattament u l-provvista tal-ilma tax-xorb

Il-grupp ta’ erba’ Stati Membri qabel fuq proċedura komuni biex jaċċetta materjali fuq Lista ta’ Kompożizzjoni komuni. Din il-proċedura hija deskritta fil-Parti B ta’ dan id-dokument.

1.2.   Struttura tal-Lista ta’ Kompożizzjoni

Il-Lista ta’ Kompożizzjoni fiha kategoriji differenti ta’ materjali metalliċi.

Kategorija hija ddefinita bħala:

grupp ta’ materjali bl-istess karatteristiki fir-rigward tal-qasam ta’ applikazzjoni tagħhom, ta’ kif jaġixxu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb u tar-restrizzjonijiet fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma u/jew l-erja tas-superfiċje.

Il-Lista ta’ Kompożizzjoni fiha l-firxa ta’ kompożizzjonijiet tal-kategoriji.

Kull kategorija għandha materjal wieħed ta’ referenza.

Materjal ta’ Referenza huwa ddefinit bħala:

materjal li jaqa’ f’kategorija li għaliha l-karatteristiki tar-rilaxx tal-metall fl-ilma tax-xorb huma magħrufa u jistgħu jerġgħu jiġu riprodotti, il-kompożizzjoni hija kkontrollata b’mod strett u l-elementi ta’ interess ikunu fil-limitu ta’ aċċettabbiltà, jew qribu. L-effetti possibbli ta’ ċerti kostitwenti li jinibixxu r-rilaxx tal-metall għandhom jitqiesu.

Taħt kull kategorija se jiġu elenkati materjali metalliċi disponibbli kummerċjalment aċċettati għall-użu f’PDW. Il-materjali jistgħu jintużaw biss għal ċerti prodotti minħabba r-restrizzjonijiet fir-rigward tal-erja tas-superfiċje (Tabella 1).

Tabella 1

Gruppi tal-prodotti għal materjali metalliċi

Grupp tal-Prodotti

Eżempji ta’ prodotti jew partijiet ta’ prodotti

Superfiċje ta’ kuntatt preżunta

“a”

A

Pajpijiet fl-installazzjoni tal-bini

Pipelines mhux miksija fis-sistemi tal-provvista tal-ilma

100  %

B

Fittings

Partijiet anċillari

Partijiet ta’ pompi fl-installazzjonijiet tal-bini

Partijiet ta’ valvi fl-installazzjonijiet tal-bini

10  %

C

Partijiet li jiċċaqilqu fil-miter tal-ilma

Partijiet ta’ pompi fis-sistemi tal-provvista tal-ilma

Partijiet ta’ valvi fis-sistemi tal-provvista tal-ilma

1  %

—   Grupp tal-Prodotti A: superfiċje ta’ kuntatt sa 100 %

Għall-pajpijiet f’installazzjoni tal-bini jista’ jintuża l-istess materjal għad-dijametri kollha. Materjal uniku jista’ jikkontribwixxi għal kważi 100 % tas-superfiċje f’kuntatt mal-ilma eż. ram, azzar galvanizzat jew azzar inossidabbli. L-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għal użu sikur trid tassumi l-perċentwal massimu possibbli. L-aċċettazzjoni ta’ kompożizzjoni għall-użu bħala pajpijiet tinkludi l-aċċettazzjoni għall-użi kollha (eż. fittings, komponenti, eċċ.).

Dan il-grupp jinkludi wkoll pipelines metalliċi mhux miksija fis-sistemi tal-provvista tal-ilma u l-proċessi tat-trattament tal-ilma.

—   Grupp tal-Prodotti B superfiċje ta’ kuntatt sa 10 %

Fittings jew partijiet anċillari jistgħu jiġu prodotti minn materjal wieħed jew minn materjali kemxejn differenti mal-installazzjoni kollha tal-binjiet. L-aktar komuni jkunu magħmula minn ligi tar-ram li fihom iċ-ċomb. Minħabba l-potenzjal li jirrilaxxaw iċ-ċomb fl-ilma hemm bżonn li jiġi restritt il-kuntatt totali tas-superfiċje ta’ prodotti magħmula minn dawn il-ligi. Għal valutazzjonijiet ta’ materjali għal dawn il-prodotti hija preżunta kontribuzzjoni erja tas-superfiċje ta’ 10 % f’kuntatt mal-ilma.

Dan il-grupp jinkludi wkoll partijiet metalliċi ta’ pompi u valvi użati f’installazzjonijiet tal-bini.

—   Grupp tal-Prodotti C: superfiċje ta’ kuntatt ta’ anqas minn 1 %

Għal raġunijiet tekniċi, jista’ jkun hemm il-bżonn li jiġu prodotti partijiet żgħar minn kompożizzjonijiet li mhumiex aċċettati għall-Grupp tal-Prodotti B, fittings u partijiet anċillari. Kompożizzjonijiet oħra b’rati ta’ rilaxx ogħla jistgħu jiġu aċċettati f’dan l-apparat sakemm l-użu tagħhom ma jżidx il-kontaminazzjoni totali tal-ilma tax-xorb b’mod sinifikanti. L-użu ta’ tali kompożizzjonijiet għandu jkun limitat għal partijiet li ma jaqbżux 1 % tas-superfiċje totali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb; pereżempju, il-korp ta’ miter tal-ilma jkun hemm bżonn li jiġi prodott minn kompożizzjoni aċċettata għall-Grupp tal-Prodotti B iżda parti li tiċċaqlaq tista’ tiġi prodotta minn materjal elenkat fil-Grupp tal-Prodotti C.

Dan il-grupp jinkludi wkoll partijiet metalliċi minn pompi u valvoli użati fis-sistemi tal-provvista tal-ilma u fil-proċessi tat-trattament tal-ilma.

1.3.   Dejta meħtieġa għall-valutazzjoni

L-aċċettazzjoni ta’ materjali metalliċi hija bbażata fuq riżultati ta’ testijiet fuq perjodu fit-tul fuq test tal-irrigjar skont EN 15664-1. Il-perjodu minimu tal-ittesjtar huwa sitt xhur u jista’ jiġi estiż. Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-ittestjar skont EN 15664-1 huma deskritti f’1.4 u 1.5.

L-aċċettazzjoni ta’ materjal ta’ referenza għal kategorija teħtieġ aċċettazzjoni ta’ riżultati mit-test tal-EN 15664-1 li jkun twettaq b’ilmijiet differenti (ara EN 15664-2) li jirrappreżentaw il-firxa normali ta’ kompożizzjonijiet tal-ilmijiet tax-xorb fl-UE.

Biex iżżid materjal f’kategorija, jenħtieġ test komparattiv mal-materjal ta’ referenza bl-użu ta’ EN 15664-1. Għall-ittestjar komparattiv huwa suffiċjenti l-użu ta’ ilma tax-xorb lokali, dejjem jekk l-ilma jkun korrużiv kif xieraq (ara EN 15664-2).

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta:

Rapporti ta’ testijiet skont EN 15664-1

Rapporti ta’ testijiet għall-kompożizzjoni tal-eżemplar tat-test

Għal kull kompożizzjoni, l-informazzjoni dwar il-limiti għall-elementi kostitwenti tal-illigar ewlieni u l-valuri massimi għall-impuritajiet. Tali limiti se jkunu aktar stretti għall-Materjali ta’ Referenza milli għal-ligi kummerċjali

Standard(s) Ewropew/j applikabbli eżistenti għall-materjal

Il-karatteristiki materjali

Prodotti li għandhom jiġu mmanifatturati mill-materjal u l-użi tagħhom (fattur a)

Il-proċess tal-produzzjoni

Informazzjoni oħra kkunsidrata xierqa biex tappoġġ il-valutazzjoni

1.4.   Speċifikazzjoni tal-eżemplar tat-test

Għall-ittestjar ta’ materjal skont EN 15664-1 l-eżemplari tat-test għandhom ikunu ta’ ċertu kompożizzjoni.

L-elementi kollha li jaqbżu 0,02 % jistgħu jkunu relevanti u għandhom ikunu ddikjarati għall-kompożizzjoni tal-materjal li jrid jiġi elenkat. Għal impuritajiet taħt 0,02 %, il-produttur huwa responsabbli mil-ligi/materjali biex jiżgura li ma jseħħ l-ebda rilaxx bil-potenzjal li jikkawża impatti negattivi fuq is-saħħa.

Il-kompożizzjoni tal-eżemplari tat-test għandha tkun kif ġej:

1.4.1.   Materjali ta’ referenza

L-eżemplari tat-test sottomessi għall-ittestjar ta’ materjal ġdid ta’ referenza u l-eżemplari tat-test użati bħala materjali ta’ referenza għall-ittestjar komparattiv għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Il-kostitwenti u l-impuritajiet għandhom ikunu fil-firxa kif iddikjarat.

Nota: Il-kompożizzjoni tal-materjal ta’ referenza għandha tkun aċċettata qabel jinbeda l-ittestjar. Il-firxa ta’ kompożizzjoni għandha tkun limitata ħafna u l-materjal ta’ referenza għandu jirrappreżenta materjal tal-agħar każ fir-rigward tar-rilaxx tal-metall ta’ tħassib għall-kategorija.

1.4.2.   Materjali kandidati għal ittestjar komparattiv

Għall-materjali kandidati, il-firxa ta’ kompożizzjoni u l-impuritajiet permessi tagħha għandhom jiġu definiti. L-ittestjar komparattiv huwa possibbli, jekk il-firxa ta’ kompożizzjoni definita tal-materjal kandidat tikkonforma mad-definizzjoni ta’ kategorija eżistenti ta’ materjali.

Il-kompożizzjoni tal-eżemplari tat-test użati għall-ittestjar għandha tkun aktar ristretta mill-firxa ta’ kompożizzjoni definita ta’ dan il-materjal. Abbażi tal-għarfien dwar il-ligi tar-ram il-kompożizzjoni tal-eżemplari tat-test trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

 

Kostitwenti:

Cu, Zn bħala kostitwenti għandhom ikunu fil-firxa kif iddikjarat.

As bħala kostitwent għandu jkun akbar minn 66 % tal-firxa ddikjarata. (eż. jekk il-firxa ddikjarata hija ≤ 0,15 %, mela 66 % tal-firxa (0,15 %) hija 0,10 %; Għalhekk, il-kontenut tal-elementi għandu jkun 0,10 – 0,15 %.)

Al, Si u P għandhom ikunu anqas minn 50 % tal-firxa ddikjarata

Għall-kostitwenti l-oħra kollha l-kontenut għandu jkun akbar minn 80 % tal-firxa ddikjarata (eż. jekk il-firxa ddikjarata hija 1,6 sa 2,2 %, mela 80 % tal-firxa (0,6 %) hija 0,48 %; għalhekk, il-kontenut tal-elementi għandu jkun akbar minn 2,08 %.).

 

Impuritajiet:

L-impuritajiet li għandhom jiġu analizzati fl-ilma ta’ kuntatt (ara 1.5) għandhom ikunu akbar minn 60 % tal-kontenut massimu ddikjarat

Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu differenti għal ligi mhux tar-ram oħra.

1.5.   Analiżi tal-ilma

Jekk materjal ta’ referenza ġdid jiġi ttestjat, l-ilma ta’ kuntatt skont EN 15664-1 għandu jiġi analizzat għall-elementi kollha li jaqbżu 0.02 % fil-kompożizzjoni tal-materjal iddikjarat bl-eċċezzjoni ta’:

Sn, Si u P jekk ikunu preżenti bħala kostitwenti

Fe, Sn, Mn, Al, Si u P jekk ikunu preżenti bħala impuritajiet fil-liga

Għall-ittestjar komparattiv, l-analiżi tal-ilma ta’ kuntatt tista’ tkun limitata għal ċerti elementi speċifikati għal kull kategorija fil-lista ta’ kompożizzjoni.

1.6.   Kriterji ta’ aċċettazzjoni

It-Tabella 2 tipproponi l-kontribuzzjonijiet aċċettabbli mill-PDW metalliku għall-konċentrazzjonijiet ġenerali tal-metalli fil-viti tal-konsumaturi. Hija bbażata fuq il-valuri ta’ aċċettazzjoni għall-valuri parametriċi kimiċi u indikaturi fid-DWD. Il-kontribuzzjonijiet aċċettabbli ġew derivati bl-użu tal-prinċipji li ġejjin:

90 % għall-elementi li għalihom il-PDW metalliku jikkostitwixxi l-uniku sors ewlieni ta’ kontaminazzjoni;

50 % għall-elementi li għalihom sorsi oħra ta’ kontaminazzjoni huma possibbli

Fil-każ ta’ parametri oħra mhux elenkati fid-DWD intużaw il-kriterji li ġejjin:

Żingu: il-konċentrazzjonijiet ta’ dan l-element, preżenti fis-sistemi ta’ provvista tal-ilma fejn intużaw pajpijiet tal-azzar galvanizzat, mhumiex tossiċi. Madanakollu, iż-żingu jista’ jwassal għal ilmenti dwar it-togħma u d-dehra tal-ilma. Il-valur ta’ referenza propost intbagħat biex jiżgura li ż-żingu ma jnaqqasx l-aċċettabbiltà estetika tal-ilma (WHO, 2004).

Landa, bismut, molibdenu, titanju: dawn il-valuri ta’ referenza huma bbażati fuq valuri provviżorji rrakkomandati minn espert tat-tossikoloġija (Fawell, 2003).

Metalli oħra: Esperti tat-tossikoloġija se jintalbu parir dwar valur ta’ referenza xieraq kif meħtieġ

Biex tagħti lok għal żmien għall-iżvilupp ta’ saffi protettivi naturali, huwa propost li l-proċedura tat-test tissimula perjodu ta’ kondizzjonament ta’ tliet xhur, li matulu jkun ittollerat nuqqas ta’ konformità żgħir mal-konċentrazzjoni tar-referenza.

Tabella 2

Kontribuzzjonijiet aċċettabbli u konċentrazzjonijiet ta’ referenza għall-aċċettazzjoni ta’ kostitwenti metalliċi tal-PDW metalliku

Parametru

Kontribuzzjoni aċċettabbli mill-PDW metalliku

Valur parametriku DWD jew valur ta’ referenza propost f’DW

(μg/l)

Konċentrazzjoni ta’ Referenza “RC” għall-Iskema ta’ Aċċettazzjoni

(μg/l)

Parti B:   Parametri kimiċi

Antimonju

50  %

5

2,5

Arseniku

50  %

10

5

Kromu

50  %

50

25

Kadmju

50  %

5

2,5

Ram

90  %

2 000

1 800

Ċomb

50  %

10

5

Nikil

50  %

20

10

Selenju

50  %

10

5

Parti C:   Parametri indikaturi

Aluminju

50  %

200

100

Ħadid

50  %

200

100

Manganiż

50  %

50

25

Oħrajn Mhux elenkati f’DWD

Bismut

90  %

10

9

Molibdenu

50  %

20

10

Landa

50  %

6 000

3 000

Titanju

50  %

15

7,5

Żingu

90  %

3 000

2 700

1.7.   Iż-żieda ta’ Materjal ta’ Referenza għal Kategorija jew Materjal li ma jaqax taħt Kategorija elenkata

L-addizzjoni jew il-bidla ta’ firxa ta’ element ta’ lligar tista’ ċċaqlaq liga barra minn Kategorija u din il-bidla tista’ tinfluwenza b’mod sinifikanti l-karatteristiki tar-rilaxx tal-metall tal-materjal. F’dan il-każ u għal liga li tirrappreżenta Kategorija (Materjal ta’ Referenza) għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja.

L-informazzjoni elenkata f’1.3

Fejn kompożizzjoni ġdida proposta ma tkunx komparabbli ma’ Kategorija ta’ materjali elenkata, ir-riżultati tat-test kollha mill-ittestjar tar-rig tal-pajp skont l-EN15664-1 bl-użu ta’ mill-anqas tliet ilmijiet differenti tax-xorb definiti fl-EN15664-2 għandhom ikunu pprovduti.

1.7.1.   Aċċettazzjoni ta’ Materjal ta’ Referenza

Għall-valutazzjoni tar-riżultati tar-rig tat-test (skont l-EN 15664-1) il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonjiet ekwivalenti tal-pajp MEPn(T) għandha titqies.

Għall-perjodi kollha ta’ operazzjoni (T) tiġi kkalkulata l-medja tal-MEPn(T) tat-tliet linji tat-test f’rig wieħed: MEPa(T).

Il-materjal jista’ jiġi aċċettat għall-grupp tal-prodotti bis-superfiċje ta’ kuntatt preżunta (ara t-Tabella 1), jekk:

(I)

MEPa(T) * a ≤ RC għal T = 16, 21 u 26 ġimgħa

(II)

MEPa(Tb) ≥ MEPa(T) għal {Tb, T} = {12, 16}, {16, 21} u {21, 26} ġimgħa

jiġu ssodisfati għall-ilmijiet tax-xorb ittestjati kollha.

It-test jista’ jiġi estiż sa sena, jekk il-Kriterju II ma jiġix issodisfat. F’dan il-każ il-materjal huwa aċċettabbli, jekk

(III)

MEPa(Tb) ≥ MEPa(T) għal {Tb, T} = {26, 39} u {39, 52} ġimgħa

jiġi ssodisfat għall-ilmijiet tax-xorb ittestjati, fejn il-Kriterju II ma ġiex issodisfat.

Is-sett sħiħ ta’ dejta disponibbli għandu jitqies. Għat-test rig skont l-EN 15664-1 dawn huma:

Riżultati tal-linji tat-test individwali,

riżultati ta’ staġnar ta’ 4 sigħat u

parametri tal-kompożizzjoni tal-ilma.

Jekk kampjuni ta’ staġnar kienu analizzati minbarra r-rekwiżiti fl-EN 15664-1, din id-dejta għandha titqies ukoll għall-valutazzjoni.

Il-Kumitat tal-Esperti għandu jiddeċiedi, jekk id-dejta disponibbli hix ta’ kwalità suffiċjenti (eż. l-ebda differenza ewlenija tat-tliet linji tat-test, interpretazzjoni tal-anomaliji) biex titwettaq valutazzjoni u jekk tkun ta’ kwalità suffiċjenti, jiddeċiedi jekk jaċċettax il-materjal ibbażat fuq il-kriterji msemmija hawn fuq. Il-materjali aċċettati se jiżdiedu mal-Lista ta’ Kompożizzjoni flimkien mal-Kategorija bħala Materjal ta’ Referenza.

1.8.   Iż-Żieda ta’ Materjali mal-Lista ta’ Kompożizzjoni fil-Kategorija ta’ materjali

Meta jintwera li l-kostitwenti ta’ materjal kandidat għall-approvazzjoni jaqgħu taħt Kategorija partikulari, il-materjal jista’ jiżdied mal-Lista ta’ Kompożizzjoni dejjem jekk prova ta’ testijiet komparattivi li titwettaq abbażi tal-Materjal ta’ Referenza f’rig test standardizzat, EN 15664-1, bl-użu ta’ ilma wieħed definit f’EN15664-2 juri riżultati sodisfaċenti.

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta għal kull materjal:

L-informazzjoni elenkata f’1.3

Riżultati mill-ittestjar komparattiv bl-użu tar-rig test tal-pajpijiet EN 15664-1 relattiv għall-Materjal ta’ Referenza tal-Kategorija

1.8.1.   Aċċettazzjoni ta’ materjal permezz ta’ ttestjar komparattiv

Għall-valutazzjoni tar-riżultati tat-test rig (skont EN 15664-1) il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonjiet ekwivalenti tal-pajp MEPn(T) għandha titqies.

Għall-perjodi kollha ta’ operazzjoni (T) tiġi kkalkulata l-medja tal-MEPn(T) tat-tliet linji tat-test fir-rig: MEPa(T).

Għall-Materjal ta’ Referenza għandu jitqies MEPa,RM(T) tat-tliet linji ta’ referenza.

Il-materjal jista’ jiġi aċċettat għal grupp tal-prodotti bis-superfiċje ta’ kuntatt preżunta tal-Materjal ta’ Referenza (ara t-Tabella 1), jekk:

(I)

MEPa(T) ≤ MEPa,RM(T) għal T = 16, 21 u 26 ġimgħa

(II)

MEPa(Tb) ≥ MEPa(T) għal {Tb, T} = {12, 16}, {16, 21} u {21, 26} ġimgħa

jiġu ssodisfati għall-ilma tax-xorb ittestjat.

It-test jista’ jiġi estiż sa sena, jekk il-Kriterju II ma jiġix issodisfat. F’dan il-każ il-materjal huwa aċċettabbli, jekk

(III)

MEPa(Tb) ≥ MEPa(T) għal {Tb, T} = {26, 39} u {39, 52} ġimgħa

jiġi ssodisfat.

Is-sett sħiħ ta’ dejta disponibbli għandu jitqies. Għar-rig tat-test skont EN 15664-1 dawn huma:

Riżultati tal-linji tat-test individwali,

riżultati ta’ staġnar ta’ 4 sigħat u

parametri tal-kompożizzjoni tal-ilma.

Jekk minbarra r-rekwiżiti fl-EN 15664-1 ġew analizzati l-kampjuni ta’ staġnar, din id-dejta għandha titqies ukoll għall-valutazzjoni.

Il-Kumitat tal-Esperti għandu jiddeċiedi jekk id-dejta disponibbli hix ta’ kwalità suffiċjenti (eż. l-ebda differenza ewlenija tat-tliet linji tat-test, interpretazzjoni tal-anomaliji) biex titwettaq valutazzjoni u jekk tkun ta’ kwalità suffiċjenti, jiddeċiedi jekk jaċċettax il-materjal ibbażat fuq il-kriterji msemmija hawn fuq. Il-materjali aċċettati se jiġu miżjuda mal-Lista ta’ Kompożizzjoni għall-Kategorija tal-Materjal ta’ Referenza użat għal ittestjar komparattiv.

Silta 2 tal-“AĊĊETTAZZJONI TA’ MATERJALI METALLIĊI UŻATI GĦAL PRODOTTI F’KUNTATT MAL-ILMA TAX-XORB. Approċċ Komuni. Parti B – Lista ta’ Kompożizzjoni Komuni” ppreżentata fil-Kapitolu 2.

Ligi tar-ram

Ligi tar-ram-żingu-ċomb

1.8.1.1.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni tal-Kategorija

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

≥ 57,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Arseniku

0,02

Ċomb

≤ 3,5

Bismut

0,02

Aluminju

≤ 1,0

Kadmju

0,02

Ħadid

≤ 0,5

Kromu

0,02

Siliċju

≤ 1,0

Nikil

0,2

Landa

≤ 0,5

 

 


Kompożizzjoni tal-Materjal ta’ Referenza

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

57,0 – 59,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Arseniku

0,02

Ċomb

1,9-2,1

Bismut

0,02

 

 

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Nikil

0,2

 

 

Aluminju

0,2

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,02

 

 

Landa

0,3

Elementi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-ilma ta’ migrazzjoni:

Ċomb, nikil, ram, żingu

Iż-żieda ta’:

Għal kull element: Fatturi ta’ aċċettazzjoni pparagunati mal-materjal ta’ referenza msemmi

1.8.1.2.   Ligi aċċettati

Liga aċċettata Ram isfar B2 (ibbażata fuq CW617N CW612N)

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

57,0 – 60,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Arseniku

0,02

Ċomb

1,6 – 2,2

Bismut

0,02

 

 

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Nikil

0,1

 

 

Aluminju

0,05

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,03

 

 

Landa

0,3

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-Aċċettazzjoni

Rapport ta’ Riċerka Konormattiva Ġermaniża RG_CPDW_01_074

Dossier John Nuttall (Marzu 2006)

Liga aċċettata Ram isfar B1 (ibbażata fuq CW614N, CW603N)

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

57,0 – 62,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Arseniku

0,02

Ċomb

2,5 – 3,5

Bismut

0,02

 

 

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Nikil

0,2

 

 

Aluminju

0,05

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,03

 

 

Landa

0,3

Aċċettati għall-gruppi tal-prodott li ġejjin

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-Aċċettazzjoni

Rapport ta’ Riċerka Konormattiva Ġermaniża RG_CPDW_01_074

Dossier John Nuttall (Marzu 2006)

Ligi tar-ram-żingu-ċomb-arseniku

1.8.1.3.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni tal-Kategorija

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

≥ 61,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Bismut

0,02

Arseniku

≤ 0,15

Kadmju

0,02

Ċomb

≤ 2,2

Kromu

0,02

Aluminju

≤ 1,0

Nikil

0,2

Ħadid

≤ 0,5

 

 

Siliċju

≤ 1,0

 

 

Landa

≤ 0,5

 

 


Kompożizzjoin tal-Materjal ta’ Referenza

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

61,0-63,0

Antimonju

0,02

Żingu

Il-bqija

Bismut

0,02

Arseniku

0,09-0,13

Kadmju

0,02

Ċomb

1,4-1,6

Kromu

0,02

Aluminju

0,5-0,7

Nikil

0,2

 

 

Ħadid

0,12

 

 

Siliċju

0,02

 

 

Landa

0,3

Elementi għal konsiderazzjoni fl-ilma ta’ migrazzjoni:

Ċomb, nikil, arseniku, ram, żingu

Restrizzjonijiet għall-użu ta’ materjali metalliċi fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma (abbażi tas-saħħa)

Abbażi tar-riżultati tar-riċerka ddedikata li għadha għaddejja (mill-industrija), l-elementi tal-illigar (kostitwenti) u l-impuritajiet se jkunu limitati b’tali mod li l-ligi jistgħu jintużaw fi kwalunkwe ilma tax-xorb.

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C

Bażi għall-Proposta

Dossier John Nuttall (Marzu 2006)

Iż-żieda ta’:

Għal kull element: Fatturi ta’ aċċettazzjoni pparagunati mal-materjal ta’ referenza msemmi

Ligi tar-ram-landa-żingu-ċomb

1.8.1.4.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni tal-Kategorija

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

Il-bqija

Aluminju

0,01

Żingu

≤ 6,5

Antimonju

0,1

Landa

≤ 13,0

Arseniku

0,03

Ċomb

≤ 3,0

Bismut

0,02

Nikil

≤ 0,6

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,01


Kompożizzjoin tal-Materjal ta’ Referenza

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

Il-bqija

Aluminju

0,01

Żingu

5,9-6,2

Antimonju

0,1

Landa

3,9-4,1

Arseniku

0,03

Ċomb

2,8-3,0

Bismut

0,02

Nikil

0,5-0,6

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,01

Elementi għal konsiderazzjoni fl-ilma ta’ migrazzjoni:

Ċomb, nikil, antimonju, ram, żingu, landa

Iż-żieda ta’:

Għal kull element: Fatturi ta’ aċċettazzjoni b’paragun mal-materjal ta’ referenza msemmi

1.8.1.5.   Ligi aċċettati

Liga aċċettata Gunmetal GM1 (ibbażata fuq CC491K)

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

84,0 – 88,0

Aluminju

0,01

Żingu

4,0 – 6,0

Antimonju

0,1

Landa

4,0 – 6,0

Arseniku

0,03

Ċomb

2,5-3,0

Bismut

0,02

Nikil

0,1-0,6

Kadmju

0,02

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ħadid

0,3

 

 

Siliċju

0,01

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-Proposta: Rapport ta’ Riċerka Konormattiva Ġermaniża RG_CPDW_01_074, Dossier John Nuttall (Marzu 2006)

Rammijiet

Ram

1.8.1.6.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni għall-Kategorija

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

≥ 99,9

Total tal-oħrajn

≤ 0,1

Fosforu

≤ 0,04

 

 


Kompożizzjoni tar-Referenza

Kostitwent

Numru EN

Cu-DHP

CW 024 A

Elementi għal konsiderazzjoni fl-ilma ta’ migrazzjoni:

L-ebda element: ma hemmx bżonn ta’ ttestjar komparattiv

1.8.1.7.   Ligi aċċettati

Ram (Cu-DHP)

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ram

≥ 99,9

Total tal-oħrajn

≤ 0,1

Fosforu

≤ 0,04

 

 

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti A:

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Restrizzjonijiet għall-użu ta’ materjali metalliċi fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma (ibbażati fuq is-saħħa)

Il-formazzjoni tal-komposti tar-ram fuq is-superfiċje tal-pajpijiet tar-ram u konsegwentement id-dsisoluzzjoni huma influwenzati b’mod qawwi minn komposti minuri tal-kompożizzjoni tal-ilma. F’ċerti kompożizzjonijiet tal-ilma, ir-rata tal-lissija tar-ram tista’ tilħaq livelli inaċċettabbli. Jista’ jagħti l-każ li l-Istati Membri jkollhom bżonn jiggwidaw lill-industrija tal-ilma u lill-fornituri u l-installaturi tal-pajpijiet tar-ram dwar restrizzjonijiet li jista’ jkun hemm bżonn li jiġu introdotti fir-rigward tal-użu ta’ pajp tar-ram f’kompożizzjonijiet tal-ilma fejn tista’ sseħħ lissija eċċessiva tar-ram.

Jeħtieġ li titwettaq aktar riċerka rigward il-kompatibbiltà tar-ram ma’ ċerti kompożizzjonijiet ta’ ilma bl-użu ta’ proċeduri armonizzati għall-investigazzjoni u l-evalwazzjoni.

Bażi għall-Proposta

Ir-riżultati tar-riċerka u l-esperjenza prattika f’diversi Stati Membri huma meħtieġa biex jikkaratterizzaw il-kundizzjonijiet għal użu sikur.

Nota:

Il-kontaminazzjoni tal-ilma tax-xorb minn pajpijiet tar-ram tiddependi minn diversi karatteristiki tal-kompożizzjoni tal-ilma. Sa issa għad ma hemm l-ebda kunsens dwar l-azzjoni u l-interazzjoni kkombinata tagħhom. B’mod partikolari, hemm informazzjoni inadegwata dwar il-firxa ta’ kompożizzjonijiet tal-ilma tax-xorb fejn ikun hemm l-akbar possibbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mad-DWD.

Tubi rar-Ram miksija bil-landa u Fittings tar-Ram miksija bil-landa

Għal tubi tar-ram miksija bil-landa u mmuntar tar-ram miksija bil-landa bħala materjal bażi jintuża r-ram skont 4.3.1. Fuq dan il-materjal substrat jiġi ddepożitat saff irqiq tal-landa permezz ta’ proċessi differenti. Permezz tad-diffużjoni ta’ joni fis-saff tal-landa, tiġi ffurmata l-formazzjoni ta’ fażi intermetallika dejjem tiżdied li tikkonsisti mil-landa u r-ram (fażi-η = Cu6Sn5)

1.8.1.8.   Kategorija

Limiti ta’ kompożizzjoni tal-Kategorija: saff tal-landa

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità ta’

Massimu (%)

Landa u Ram

99,90

Antimonju

0,01

 

 

Arseniku

0,01

 

 

Bismut

0,01

 

 

Kadmju

0,01

 

 

Kromu

0,01

 

 

Ċomb

0,01

 

 

Nikil

0,01


Kompożizzjoni tar-Referenza

Tubu tar-ram skont l-EN 1057

Kostitwent

Numru EN

Cu-DHP

CW 024 A

1.8.1.9.   Ligi aċċettati

Ram CW 024 A bi ħxuna tas-saff tal-landa ta’ 1 μm bil-kompożizzjoni li ġejja:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità ta’

Massimu (%)

Landa

90

Antimonju

0,01

Ram

< 10

Arseniku

0,01

 

 

Bismut

0,01

 

 

Kadmju

0,01

 

 

Kromu

0,01

 

 

Ċomb

0,01

 

 

Nikil

0,01

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti A:

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-proposta:

Testijiet tal-lissija

a

:

testijiet tar-rig f’ilmijiet tax-xorb rappreżentattivi Ġermaniżi, ippubblikati: A. Baukloh, S. Priggemeyer, U. Reiter, B. Winkler, Chemically inner tinned Copper Pipes,, Metall 10-11 (1998) 592 - 600.

b

:

Testijiet tar-rig skont DIN 50931 (test tar-rig): Rapport tekniku DVGW/TZW, 2000

Approvazzjonijiet li jeżistu diġà mingħajr restrizzjonijiet fl-ilmijiet tax-xorb

Il-Pajjiżi l-Baxxi: skont BRL-K19005,

Il-Ġermanja: skont DIN 50930, T6 u DVGW GW 392)

Id-Danimarka, ETA

Azzar galvanizzat

1.8.1.10.   Kategorija

Il-kisja taż-żingu li tirriżulta mill-proċess ta’ galvanizzazzjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin.

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Żingu

 

Antimonju

0,01

 

 

Arseniku

0,02

 

 

Kadmju

0,01

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ċomb

0,05

 

 

Bismut

0,01

1.8.1.11.   Ligi aċċettati

Il-kisja taż-żingu li tirriżulta mill-proċess ta’ galvanizzazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin.

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Żingu

 

Antimonju

0,01

 

 

Arseniku

0,02

 

 

Kadmju

0,01

 

 

Kromu

0,02

 

 

Ċomb

0,05

 

 

Bismut

0,01

Gwida dwar ir-restrizzjonijiet għall-użu ta’ materjali metalliċi fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma

Il-formola li ġejja hija proposta bħala mezz biex jiġu identifikati l-kompożizzjonijiet tal-ilma fejn ir-rati ta’ korrużjoni għall-azzar galvanizzat huma aċċettabbli.

pH ≥ 7,5 jew CO2 liberu ≤ 0,25 mmol/L

U

Alkalinità ≥ 1,5 mmol/L

U

S1 < 2 (definizzjoni ta’ S1 hawn taħt)

U

Kalċju ≥ 0,5 mmol/L

U

Konduttività ≤ 600 μS/cm b’25 °C

U

S2 < 1 jew S2> 3 (definizzjoni ta’ S2 hawn taħt)

Formula konċentrazzjonijiet f’mmol/l

Formula konċentrazzjonijiet f’mmol/l

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp tal-Prodotti A:

Grupp tal-Prodotti B

Grupp tal-Prodotti C:

Bażi għall-proposta

Hemm regolamenti fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ilma fi Franza (DTU 60.1/NF P 40-201) u fil-Ġermanja (DIN 50930-3). Dawn il-limiti huma bbażati fuq esperjenza prattika iżda espressa b’modi differenti. Il-proposta tkopri l-aktar l-istess kompożizzjonijiet tal-ilma bħaż-żewġ regolamenti. Il-proposta tqis ir-riżultati disponibbli mir-riċerka fil-Ġermanja u r-riċerka konormattiva.

Il-proposta tinkorpora wkoll ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija f’EN 12502-3 fir-rigward tar-riskju tal-korrużjoni lokalizzata. Din il-korrużjoni lokalizzata spiss twassal għal deterjorament fil-kwalità tal-ilma bħala riżultat tal-prodotti ta’ korrużjoni tal-ħadid.

Il-proposta hija bbażata fuq ir-riżultati li nkisbu b’pajpijiet tal-azzar galvanizzat b’konċentrazzjonijiet taċ-ċomb bejn 1,0 % u 0,6 % fis-saff taż-żingu, u tassumi mġiba simili fil-pajpijiet b’konċentrazzjonijiet taċ-ċomb aktar baxxi.

Azzar tal-karbonju

Azzar tal-karbonju għall-pajpijiet u t-tankijiet

Azzar tal-karbonju mingħajr saffi protettivi permanenti mhux adattat għall-użu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb.

Azzar tal-karbonju għall-partijiet anċillari

L-azzar tal-karbonju mhux protett jista’ jintuża għal applikazzjonijiet speċifiċi (eż. pompi, valvoli) u għal superfiċje żgħira biss f’kuntatt mal-ilma.

1.8.1.12.   Kategorija

Il-kostitwenti u l-impuritajiet ma għandhomx jaqbżu l-limiti massimi ddikjarati hawn taħt:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ħadid

 

Antimonju

0,02

Karbonju

≤ 2,11

Arseniku

0,02

Kromu

≤ 1,0

Kadmju

0,02

Molibdenu

≤ 1,0

Ċomb

0,02

Nikil

≤ 0,5

 

 

1.8.1.13.   Ligi aċċettati

Il-kostitwenti u l-impuritajiet ma għandhomx jaqbżu l-limiti massimi ddikjarati hawn taħt:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

Ħadid

 

Antimonju

0,02

Karbonju

≤ 2,11

Arseniku

0,02

Kromu

≤ 1,0

Kadmju

0,02

Molibdenu

≤ 1,0

Ċomb

0,02

Nikil

≤ 0,5

 

 

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp C

Bażi għall-proposta

Abbozz tar-Regolament Taljan

Kalkolu tal-impatt possibbli fuq id-DW

Ħadid fondut

Ħadid fondut għall-pajpijiet u t-tankijiet

Ħadid fondut mingħajr saffi protettivi permanenti mhux adattat għal pajpijiet u fittings f’kuntatt mal-ilma tax-xorb.

Ħadid fondut għall-partijiet anċillari

Il-ħadid fondut mhux protett jista’ jintuża għal applikazzjonijiet speċifiċi (eż. pompi, valvoli) u għal superfiċje żgħira biss f’kuntatt mal-ilma. Il-kompożizzjoni tagħhom għandha bżonn tiġi rregolata.

1.8.1.14.   Kategorija

Il-kostitwenti u l-impuritajiet ma għandhomx jaqbżu l-limiti massimi ddikjarati hawn taħt:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

 

 

Antimonju

0,02

Ħadid

 

Arseniku

0,02

Karbonju

 

Kadmju

0,02

Kromu

≤ 1,0

Ċomb

0,02

Molibdenu

≤ 1,0

 

 

Nikil

≤ 6,0

 

 

1.8.1.15.   Ligi aċċettati

Il-kostitwenti u l-impuritajiet ma għandhomx jaqbżu l-limiti massimi ddikjarati hawn taħt:

Kostitwent

Kontenut (%)

Impurità

Massimu (%)

 

 

Antimonju

0,02

Ħadid

 

Arseniku

0,02

Karbonju

 

Kadmju

0,02

Kromu

≤ 1,0

Ċomb

0,02

Molibdenu

≤ 1,0

 

 

Nikil

≤ 6,0

 

 

Aċċettati għall-gruppi tal-prodotti li ġejjin

Grupp C

Bażi għall-proposta

Abbozz tar-Regolament Taljan

Regolament Franċiż

Kalkolu tal-impatt possibbli fuq id-DW


31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Mejju 2013

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fil-Portugall fl-2007 u l-2008

(notifikata bid-dokument C(2013) 2864)

(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)

(2013/251/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-paragrafu (6) tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 84 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (3) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regoli ta’ Applikazzjoni”), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u adottati mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ġew delegati s-setgħat mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li tgħin biex tinqered il-bluetongue malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (4) jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal sostenn finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (5) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-bluetongue fil-Portugall fl-2007 u l-2008 (6).

(5)

Fit-30 ta’ Marzu 2009, l-Portugall ippreżenta talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Awstrija f’ittra bid-data tas-16 ta’ Frar 2012. It-tweġiba finali flimkien mal-qbil tal-awtoritajiet Portugiżi waslu fit-3 ta’ Awwissu 2012.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati ġew fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

L-awtoritajiet Portugiżi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fil-Portugall fl-2007 u l-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE.

(9)

Diġà tħallsu l-ewwel porzjon ta’ EUR 1 498 023,27, it-tieni porzjon ta’ EUR 900 000,00 u t-tielet porzjoni ta’ EUR 550 000,00.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-bluetongue fil-Portugall fl-2007 u l-2008 hija stabbilita għal EUR 2 986 419,35. Tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ta’ EUR 2 986 419,35, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa stabbilit għal EUR 38 396,08.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(5)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(6)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.


31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Mejju 2013

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-marda tal-ilsien blù fid-Danimarka fl-2007 u fl-2008

(notifikata bid-dokument C(2013) 2865)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(2013/252/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-paragrafu 6 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 84 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (3) (minn hawn ‘il quddiem magħrufin bħala “ir-Regoli ta’ Applikazzjoni”), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun preċedut minn deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li jinvolvu n-nefqa u adottati mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom ġew delegati s-setgħat mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-marda tal-ilsien blù malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwali li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (4) jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (5) kkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-marda tal-ilsien blù fid-Danimarka fl-2007 u l-2008.

(5)

Fil-31 ta’ Marzu 2009, id-Danimarka bagħtet talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. It-talba tal-ispiża kienet sottomessa għal verifika ex ante li saret f’Lulju 2010. Ir-rakkomandazzjoni ġiet finalment eżegwita mill-awtoritajiet Daniżi kmieni fl-2013. Il-metodu tal-Kummissjoni biex tikkalkula n-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali tagħha ġew ikkomunikati lid-Danimarka f’ittra bid-data tal-21 ta’ Frar 2013. Id-Danimarka qablet miegħu fit-22 ta’ Frar 2013.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

L-awtoritajiet Daniżi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-ammont totali tas-sostenn finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-marda tal-ilsien blù fid-Danimarka fl-2007 u fl-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE.

(9)

L-ewwel pagament ta’ EUR 800 000,00 diġà tħallas

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-marda tal-ilsien blù fid-Danimarka fl-2007 u fl-2008 hija stabbilita għal EUR 3 061 529,48. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Wara li kkunsidrat il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ta’ EUR 3 061 529,48, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilit għal EUR 2 261 529,48 għad irid jiġi mħallas.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(5)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.


31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Mejju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2006/473/KE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru)

(notifikata bid-dokument C(2013) 3057)

(2013/253/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment il-punti 16.2, 16.3 u 16.4 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE tal-5 ta’ Lulju 2006 li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) (2) ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi huma rikonoxxuti bħala ħielsa minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi lill-Bangladexx bħala ħieles miċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru). Fuq il-bażi tal-verifika li twettqet fil-Bangladexx mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju f’Ġunju 2010 u fi Frar 2013 jidher li l-Bangladexx ma għandux jibqa’ jingħaraf bħala ħieles minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi ċerti Stati tal-Brażil bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) u ċerti Stati tal-Brażil bħala ħielsa mill-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru). Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa mill-Brażil u l-verifika mwettqa fil-Brażil mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju f’Novembru 2011, l-Istati ta’ Maranhão, Mato Grosso u Roraima u l-Istati ta’ Amazonas, Bahia, Espírito Santo, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Minas Gerais, Paraná u Santa Catarina ma għandhomx jibqgħu jingħarfu bħala ħielsa minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara rispettivament.

(4)

Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi lill-Ghana bħala ħielsa miċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru). Fuq il-bażi tal-verifika li twettqet fil-Ghana mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju f’April-Mejju 2012, jidher li l-Ghana ma għandhiex tibqa’ tingħaraf bħala ħielsa minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara.

(5)

Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi l-Istati Uniti bħala ħielsa mill-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru). Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa mill-Istati Uniti, il-kontej ta’ Collier, Hendry u Polk li jinsabu fl-Istat ta’ Florida ma għandhomx jibqgħu jingħarfu bħala ħielsa mill-organiżmu ta’ ħsara msemmi.

(6)

Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi wkoll lis-Sudan bħala pajjiż terz ħieles mill-Xanthomonas campestris li huma patoġeniċi għaċ-Ċitru. Fl-2011 is-Sudan t’Isfel sar stat-nazzjon indipendenti. Konsegwentement, is-Sudan t’Isfel għandu jiġi elenkat f’dik id-Deċiżjoni bħala pajjiż terz ħieles mill-Xanthomonas campestris li huma patoġeniċi għaċ-Ċitru.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/473/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/473/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

L-Afrika: l-Afrika t’Isfel, il-Gambja, il-Ghana, il-Ginea, il-Kenja, is-Sudan, is-Sudan t’Isfel, is-Sważiland u ż-Żimbabwe;”

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

Il-Brażil, għajr l-Istati ta’ Maranhão, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Minas Gerais, Paraná, Rio Grande do Sul, Roraima, Santa Catarina u São Paulo;”

(2)

Fl-Artikolu 2, il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Amerika ta’ Fuq, Ċentrali u t’Isfel, il-Karibew, l-Asja, bl-eċċezzjoni tal-Bangladexx u l-Jemen, l-Ewropa u l-Oċeanja;

(b)

il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Afrika, bl-eċċezzjoni tal-Angola, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Gabon, il-Ghana, il-Ginea, il-Kenja, il-Możambik, in-Niġerja, l-Uganda, iż-Żambja u ż-Żimbabwe.”

(3)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Amerika ta’ Fuq, Ċentrali u t’Isfel, bl-eċċezzjoni tal-Arġentina, il-Brażil u l-Istati Uniti, il-Karibew u l-Ewropa;

(b)

il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Asja, bl-eċċezzjoni tal-Bangladexx, il-Butan, iċ-Ċina, l-Indoneżja, il-Filippini u t-Tajwan;

(c)

il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Afrika, bl-eċċezzjoni tal-Afrika t’Isfel, il-Ghana, il-Kenja, il-Możambik, Sważiland, iż-Żambja u ż-Żimbabwe;”

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

il-Brażil: iż-żoni kollha ħlief l-Istati ta’ Amazonas, Bahia, Espírito Santo, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Minas Gerais, Paraná, Rio de Janeiro, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo.”

(c)

Fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

l-Istati Uniti: iż-żoni kollha ħlief il-kontej ta’ Collier, Hendry u Polk li jinsabu fl-Istat ta’ Florida.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: il-Kapitolu 3, il-Volum 29, p. 258.

(2)  ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 960.


Rettifika

31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/37


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 469/2013 tat-22 ta’ Mejju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina protetta b’etilċelluloża bħala addittivi tal-għalf

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 136 tat-23 ta' Mejju 2013 )

F’paġna 7, fl-Anness, l-ewwel kolonna “Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv”, l-entrata “3c3108” għandha tinqara “3c308”


31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.