ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.129.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 129

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
14 ta' Mejju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 431/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

12

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 432/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κοπανιστή (Kopanisti) (DOP)]

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 434/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mâche nantaise (IĠP)]

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 435/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Βόρειος Μυλοπόταμος Ρεθύμνης Κρήτης (Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis) (DPO)]

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 436/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queijo de Cabra Transmontano/Queijo de Cabra Transmontano Velho (DPO)]

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2013 tat-8 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti komoditajiet lejn l-Unjoni jew jgħaddu fi tranżitu minnha ( 1 )

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 438/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jemenda u jikkoreġi l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ ċerti addittivi tal-ikel ( 1 )

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jemenda għall-192 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

34

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 440/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/217/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (notifikata bid-dokument C(2013) 2589)  ( 1 )

38

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja — Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 430/2013

tat-13 ta’ Mejju 2013

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri provviżorji

(1)

Fil-15 ta’ Novembru 2012 permezz tar-Regolament (UE) Nru 1071/2012 (2) (“ir-Regolament provviżorju”) il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u mit-Tajlandja.

(2)

Il-proċedura nbdiet b’riżultat ta’ notifika ta’ bidu (3) ppubblikata fis-16 ta’ Frar 2012 wara lment imressaq fit-3 ta' Jannar 2012 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Fittings ta’ Fonduti ta’ Tubi jew Pajpijiet bil-Kamin, ta’ Ħadid Fondut Malleabbli tal-Unjoni Ewropea (“l-ilmentatur”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin ta’ ħadid fondut malleabbli (“fittings malleabbli bil-kamin”).

(3)

Kif stipulat fil-premessa (15) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 ("il-perjodu ta’ investigazzjoni" jew il-"PI"). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   Proċedura sussegwenti

(4)

Wara l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jkunu imposti miżuri antidumping provviżorji ("l-iżvelar provviżorju"), bosta partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub biex juru fehmiethom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tanalizza l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-konklużjonijiet definittivi tagħha.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(6)

Parti interessata stqarret li l-prodott li jimportaw ma għandux ikun parti mill-prodott ikkonċernat, minħabba li l-prodott għandu ċerti pekuljaretajiet tekniċi. Dawn il-fittings malleabbli jużaw ħjut koniċi, bil-kontra tal-ħjut paralleli tal-fittings malleabbli oħrajn importati.

(7)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li, minbarra dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, dawk il-fittings bi ħjut koniċi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-fittings malleabbli oħrajn importati. Barra minn hekk, f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu, l-investigazzjoni wriet li fittings bi ħjut koniċi jintużaw b’mod simili tal-fittings malleabbli oħrajn importati. Tabilħaqq, fi Stat Membru wieħed fejn iż-żewġ tipi huma użati, ikunu nstabu li huma interkambjabbli. Għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx.

(8)

Parti waħda interessata stqarret li fittings fonduti malleabbli b’erba’ żbokki jistgħu jinbiegħu mal-Unjoni kollha, filwaqt fittings fonduti malleabbli bi tliet żbokki jistgħu jinbiegħu biss fir-Renju Unit, ir-Repubblika tal-Irlanda, Malta u Ċipru. B’hekk fittings fonduti bi tliet u b’erba’ żbokki ma jikkompetux b’mod sħiħ fis-suq tal-Unjoni.

(9)

Madankollu, l-investigazzjoni uriet li l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti malleabbli bi tliet żbokki li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati mmorru għal pajjiżi kontinentali Ewropej bħall-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja u Spanja. B’hekk huwa konkluż li fittings fonduti bi tliet u b’erba’ żbokki jikkompetu b’mod sħiħ fis-suq tal-Unjoni u mhux biss f’numru limitat ta’ Stati Membri.

(10)

Importatur sostna t-talba tiegħu li korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni ma għandhomx jaqgħu fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dak l-importatur argumenta li korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni għandhom użu differenti u forna l-evidenza ta’ appoġġ li l-ħjut fuq il-korp ta’ fittings ta’ kompressjoni jistgħu jingħarfu faċilment mill-ħjut fuq standard fitting, għaliex huwa magħmul skont standard ISO (4). Wara li ġiet ikkunsidrata l-evidenza li tressqet, ġie konkluż li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott għandu jiġi limitat kif xieraq.

(11)

Żewġ partijiet oħra interessati argumentaw għal esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ta’ fittings ta’ kondjuwits tal-elettriku ta’ ħadid malleabbli u, b’mod partikolari, kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils ċirkolari b’ħadid fondut malleabbli li huma komponent ewlieni ta’ tubi tal-kondjuwit tal-elettriku kollha u installazzjonijiet ta’ fittings ta’ kondjuwits. Huma sostnew li tali kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils jservu għanijiet differenti (jiġifieri l-konteniment u l-protezzjoni ta’ sistemi ta’ wajering elettriku bħala, kontra l-iżgurar ta' fluss tal-gass mingħajr telf ta’ gass jew ilma bħal fil-każ ta’ fittings standard investigati f’dan il-proċediment). Huma wkoll jingħarfu faċilment minn fittings oħrajn (pjuttost milli jkollhom ikunu assolutament issikkati b’gass jew likwidi dawn ikollhom għotjien ħfief meta mmuntati f’sistema wara l-importazzjoni li jippermetti aċċess faċli għal kejbils). Wara kunsiderazzjoni bir-reqqa ta’ dawn l-argumenti, ġie konkluż li kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils ċirkolari b’ħadid fondut malleabbli mingħajr għatu għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott.

(12)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie meqjus xieraq li tiġi riveduta d-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott kif stabbilita fir-Regolament provviżorju. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat huwa definittivament definit bħala fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7307 19 10, minbarra korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-ħajta metrika ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils ċirkolari b’ħadid fondut malleabbli mingħajr għatu.

(13)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħrajn dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, is-sejbiet fil-premessi minn (17) sa (21) u minn (23) sa (28) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

C.   TEĦID TA' KAMPJUNI

(14)

Wara l-iżvelar provviżorju, ma waslu l-ebda kummenti dwar it-teħid tal-kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni, produtturi esportaturi fir-RPĊ u importaturi mhux relatati. Konsegwentement, is-sejbiet stabbiliti fil-premessi minn (29) sa (31) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

D.   DUMPING

1.   Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1.1.   Trattament tal-ekonomija tas-suq u trattament individwali

(15)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tat-trattament tal-ekonomija tas-suq u trattament individwali, is-sejbiet provviżorji fil-premessi minn (32) sa (46) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

1.2.   Pajjiż analogu

(16)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-pajjiż analogu, is-sejbiet fil-premessi minn (47) sa (53) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

1.3.   Valur normali, il-prezz tal-esportazzjoni u tqabbil

(17)

Produttur esportatur Ċiniż wieħed talab li l-valur normali għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku mill-uniku produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu, anki jekk ma jkunux magħmula fi kwantitajiet rappreżentattivi kif stabbilit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tista’ tiġi aċċettata fil-każ ta’ pajjiż analogu. Għaldaqstant, il-bejgħ domestiku fl-andament normali tal-kummerċ mill-uniku produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu ntuża biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(18)

L-istess produttur esportatur Ċiniż stqarr li l-marġini ta’ dumping għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-bejgħ mill-esportazzjoni kollu, u mhux biss għat-tipi ta’ prodott direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa mill-produttur tal-pajjiż analogu fis-suq domestiku tiegħu. Din it-talba ġiet aċċettata. Għal dawn it-tipi ta’ prodotti li ma jistgħux jitqabblu b’mod dirett, il-valur normali kien ibbażat fuq il-valur medju normali aritmetiku għat-tipi ta’ prodotti li jaqblu, aġġustati mill-valur tas-suq tad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku.

(19)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar il-valur normali, il-prezz tal-esportazzjoni u t-tqabbil, is-sejbiet fil-premessi (54), minn (59) sa (61) u minn (64) sa (67) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

1.4.   Marġnijiet ta’ dumping

(20)

Għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun, il-valur normali medju peżat ta’ kull tip ta’ prodott simili stabbilit għall-pajjiż analogu kien imqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif previst fl-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku.

(21)

Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta’ Dumping %

Hebei Jianzhi

57,8

Jinan Meide

40,8

Qingdao Madison

24,6

(22)

Il-marġni medju peżat ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun ġie kkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Kif xieraq, dak il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet stabbiliti għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(23)

Fuq dik il-bażi, il-marġni ta’ dumping ikkalkulat għall-kumpaniji li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun ġie provviżorjament stabbilit fil-livell ta’ 41,1 %.

(24)

Fir-rigward tal-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, il-marġnijiet ta’ dumping ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dak il-għan, il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit l-ewwel billi tqabblu l-volumi tal-esportazzjonijiet lill-Unjoni rrappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mal-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, kif stabbilit fil-premessa (51) hawn taħt.

(25)

Billi l-kooperazzjoni kienet tammonta għal aktar minn 50 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali lejn l-Unjoni u l-industrija tista’ titqies bħala frammentata minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-livell ta’ kooperazzjoni jista’ jitqies bħala wieħed għoli. Għalhekk, il-marġini residwu tad-dumping ġie stabbilit fil-livell tal-kumpanija inkluża fil-kampjun bl-ogħla marġni ta’ dumping.

(26)

Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta’ Dumping %

Hebei Jianzhi

57,8

Jinan Meide

40,8

Qingdao Madison

24,6

Kumpaniji oħra li kkooperaw

41,1

Il-kumpaniji l-oħra kollha

57,8

2.   L-Indoneżja

2.1.   Il-valur normali, il-prezz tal-esportazzjoni u t-tqabbil

(27)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor dwar il-valur normali, il-prezz tal-esportazzjoni u t-tqabbil, is-sejbiet fil-premessi minn (75) sa (87) u (91) tar-Regolament provviżorju rigward l-Indoneżja huma b’dan ikkonfermati.

2.2.   Marġnijiet ta’ dumping

(28)

Minħabba li l-livell ta’ kooperazzjoni tqies li kien għoli (il-volum tal-esportazzjonijiet tal-unika kumpanija Indoneżjana li kkooperat kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-esportazzjonijiet Indoneżjani totali lejn l-Unjoni matul il-PI), il-marġni ta’ dumping għall-produtturi esportaturi Indoneżjani l-oħra kollha ġie stabbilit fl-istess livell bħal tal-kumpanija li kkooperat.

(29)

Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta’ Dumping %

PT. Tri Sinar Purnama

11,0

Il-kumpaniji l-oħra kollha

11,0

3.   It-Tajlandja

3.1.   Il-valur normali, il-prezz tal-esportazzjoni u t-tqabbil

(30)

Ma waslu l-ebda kummenti li jwasslu għal kwalunkwe bidla fil-metodoloġija applikata jew kalkolu tad-dumping attwali mwettqa fir-rigward tat-Tajlandja.

(31)

Konsegwentement, is-sejbiet fil-premessi minn (75) sa (88) tar-Regolament provviżorju rigward il-valur normali, il-prezz tal-esportazzjoni u t-tqabbil fir-rigward tat-Tajlandja huma b’dan ikkonfermati.

3.2.   Marġnijiet ta’ dumping

(32)

Analiżi u rfinar fl-operat tal-kalkolu tad-dumping irriżulta f’xi ftit inqas marġini ta’ dumping ta’ 15,5 % għal wieħed mill-produtturi esportaturi Tajlandiżi. Il-marġni ta’ dumping għall-produttur esportatur li kkoopera huwa kkonfermat b’mod definittiv f’livell provviżorju.

(33)

Minħabba li l-livell ta’ kooperazzjoni tqies li kien għoli (il-volum tal-esportazzjonijiet taż-żewġ kumpaniji Tajlandiżi li kkooperaw kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi totali lejn l-Unjoni matul il-PI), il-marġni ta’ dumping għall-produtturi esportaturi Tajlandiżi l-oħra kollha ġie ffissat fil-livell tal-ogħla marġni ta’ dumping taż-żewġ kumpaniji li kkooperaw.

(34)

Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping definittivi għall-kumpaniji Tajlandiżi, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta’ Dumping %

BIS Pipe Fitting Industry Co., Ltd

15,5

Siam Fittings Co., Ltd

50,7

Il-kumpaniji l-oħra kollha

50,7

E.   ĦSARA

1.   Produzzjoni tal-Unjoni

(35)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor li jikkonferma l-produzzjoni tal-Unjoni, il-premessa (94) tar-Regolament provviżorju hija b'din ikkonfermata. Huwa miżjud li matul il-perjodu kkunsidrat il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tliet produtturi oħra fl-Unjoni li waqfu l-produzzjoni bejn l-2008 u l-2009, u produttur ieħor waqqaf il-produzzjoni madwar tmiem il-perjodu kkunsidrat.

2.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(36)

Partijiet interessati sostnew li ż-żewġ gruppi fil-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni qed jimportaw il-prodott ikkonċernat, u għaldaqstant, m’għandhomx jitqiesu bħala parti mill-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(1)(a).

(37)

F’dan ir-rigward, kien stabbilit li ż-żewġ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun tabilħaqq jimportaw il-prodott ikkonċernat. Madankollu, l-ewwel nett, ta’ min jinnota li s-sejba li produttur tal-Unjoni huwa wkoll importatur tal-prodott ikkonċernat ma għandux iwassal awtomatikament għall-esklużjoni ta’ dan il-produttur tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, u t-tieni nett, għal kull wieħed mill-produtturi tal-Unjoni, dawn l-importazzjonijiet kienu żgħar meta mqabbla mal-produzzjoni totali u l-bejgħ ta’ gruppi ta’ kumpaniji. Huwa għalhekk ikkonfermat li ż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji huma kkunsidrati parti mill-industrija tal-Unjoni.

(38)

Barra dan, parti interessata waħda ddikjarat li produttur wieħed ma għandux jitqies bħala parti tal-industrija tal-Unjoni, peress li produttur tal-Unjoni huwa allegatament relatat ma’ importatur tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, l-ewwel nett, ta’ min jinnota li s-sejba ta’ relazzjoni bejn produttur tal-Unjoni u esportatur ma għandiex twassal awtomatikament għall-esklużjoni ta’ dak il-produttur tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, u t-tieni nett, ma ngħatat l-ebda evidenza li r-relazzjoni bejn il-produttur tal-Unjoni u l-importatur, jekk kien hemm, kienu jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-kwantitajiet importati mill-importatur relatat allegat huma biss frazzjoni żgħira tal-kwantitajiet prodotti u mibjugħa mill-produttur tal-Unjoni relatat allegat. Għalhekk, anki jekk il-produttur tal-Unjoni u l-importatur instabu li kienu relatati, il-produttur tal-Unjoni xorta jitqies bħala parti mill-industrija tal-Unjoni.

(39)

Fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni għall-fini tal-valutazzjoni tal-ħsara, il-produtturi kollha tal-Unjoni li jimmanifatturaw il-prodott simili matul il-perjodu kkunsidrat huma kkunsidrati li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni u dawn għalhekk se jkunu msemmija bħala “l-industrija tal-Unjoni” fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

3.   Konsum tal-Unjoni

(40)

Waħda mill-partijiet interessati kkummentat li matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni qabżet il-bejgħ. Fl-istess ħin, kien rappurtat tnaqqis fil-ħażniet, li mhuwiex plawsibbli hekk kif minħabba li l-produzzjoni qabżet il-bejgħ missu wassal għal żieda fl-istokks.

(41)

Għandu jiġi nnotat f’dan ir-rigward li tabilħaqq, filwaqt li fl-istadju provviżorju tal-produzzjoni u l-istokks nstabu li ġew irrappurtati b’mod korrett, seħħ żball fir-rappurtar tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u xi volumi tal-bejgħ ta’ produtturi tal-Unjoni li ma ttiħdux fil-kampjun ma kinux kompletament meqjusa. Dan ġie korrett u bħala konsegwenza, il-konsum tal-Unjoni u l-ishma tas-suq fis-suq tal-Unjoni kellhom jiġu riveduti wkoll skont dan. Minħabba l-għeluq ta’ tliet produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat imsemmi fil-premessa (113) tar-Regolament provviżorju, ir-reviżjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-Unjoni għandha impatt iktar sinifikanti fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

(42)

Il-konsum tal-Unjoni naqas konsiderevolment b’28 % bejn l-2008 u l-2009, u sussegwentement żdied b’7 punti perċentwali għal livell ta’ 21 % inqas mill-konsum fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2008

2009

2010

PI

Konsum tal-Unjoni

84 270

60 807

60 640

66 493

Indiċi

100

72

72

79

Sors:

Id-dejta mill-ilmenti, il-Eurostat u t-tweġibiet tal-kwestjonarju

4.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.1.   Stima kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(43)

Rigward il-volumi tal-importazzjonijiet soġġetti għal dumping mill-Indoneżja, kien ikkonfermat li dawn kienu jikkostitwixxu biss madwar 2,5 % tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-PI. Għalhekk, huma jistgħu jitqiesu li ma jikkostitwixxux kawża ta’ ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku jew id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Antidumping tad-WTO.

(44)

Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, ġie deċiż b’mod definittiv li dawk l-importazzjonijiet ma jiġux akkumulati mal-importazzjonijiet soġġetti għal dumping mit-Tajlandja u r-RPĊ.

(45)

Rigward il-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajlandja għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità, partijiet interessati affermaw li l-importazzjonijiet Tajlandiżi ma għandhomx jiġu stmati b’mod kumulattiv ma’ importazzjonijiet Ċiniżi għal għadd ta’ raġunijiet.

(46)

L-ewwel nett, kien argumentat li l-kwantità ta’ bejgħ tal-importazzjonijiet Tajlandiżi hija ħafna inqas minn dik tal-importazzjonijiet Ċiniżi, u li l-kwantità ta’ bejgħ tal-importazzjonijiet Tajlandiżi qed tonqos f’termini assoluti. Madankollu, il-kwantità ta’ importazzjonijiet Tajlandiżi ma kinetx negliġibbli, u għalhekk biżżejjed li tippermetti akkumulazzjoni. Barra minn hekk, minkejja li l-importazzjonijiet mit-Tajlandja qed jonqsu f’termini assoluti kif muri fit-tabella fil-premessa (51) hawn taħt, kienu qed jiksbu 19 % tas-sehem tas-suq matul il-perjodu kkunsidrat, kif jidher fit-tabella fil-premessa (52) hawn taħt.

(47)

F’termini ta’ prezzijiet, kien argumentat li l-importazzjonijiet mit-Tajlandja qed jinbiegħu, bħala medja, bi prezzijiet ogħla mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Filwaqt li dan huwa korrett, l-importazzjonijiet Tajlandiżi madankollu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet mit-Tajlandja u l-importazzjonijiet Ċiniżi kienet qed tonqos b’mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat minn EUR 698/tunnellata fl-2008 għal EUR 472/tunnellata matul il-PI, kif muri fit-tabella tal-premessa (108) tar-Regolament provviżorju.

(48)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe talba jew kummenti oħra, il-kontenut tal-premessi minn (98) sa (105) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

4.2.   Il-volum, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet dumped ikkonċernati, il-prezzijiet tal-importazzjoni u t-twaqqigħ fil-prezz tagħhom.

(49)

Xi partijiet interessati sostnew li l-volumi ta’ importazzjoni għar-RPĊ iddikjarati fil-premessa (106) tar-Regolament provviżorju huma għoljin wisq, hekk kif il-kodiċi tan-NM rilevanti jinkludi kull tip ta’ fittings tal-ħadid fondut malleabbli, mhux biss fittings bil-kamin.

(50)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li mhux il-kwantitajiet sħaħ irrappurtati fil-kodiċi NM kienu preżunti fittings bil-kamin. Il-volumi rrappurtati fir-Regolament provviżorju kienu diġà ġew ikkoreġuti 'l isfel, fuq il-bażi ta' informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Dawn il-volumi kienu konformi mal-informazzjoni li tinsab fl-ilment. Il-partijiet interessati kellhom biżżejjed żmien biex jikkummentaw dwar dan. Madankollu, l-ebda informazzjoni f’dan ir-rigward ma ġiet sottomessa minn kwalunkwe parti interessata jew qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju, u lanqas fil-limitu ta’ żmien mogħti għas-sottomissjoni tal-kummenti minn dak tar-Regolament provviżorju. Il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża pprovdiet xi informazzjoni kwantifikata dwar il-livell allegatament korrett tal-importazzjonijiet Ċiniżi tard ħafna fil-proċedura, kważi xahrejn wara l-iskadenza għas-sottmissjoni tal-kummenti għar-Regolament provviżorju, li jfisser li kienet ipprovduta biss kważi sena wara l-bidu tal-investigazzjoni, meta ċ-ċifri tal-importazzjoni ġew żvelati għall-ewwel darba fil-verżjoni mhux limitata tal-ilment. Is-sottomissjoni ta’ din l-informazzjoni barra l-iskadenza ma tippermettix għall-verifika tagħha permezz ta’ proċess ta’ eżami oġġettiv mingħajr ma testendi l-perjodu tal-investigazzjoni lil hinn mill-15-il xahar prevalenti ta’ skadenza kif stabbilit fl-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni tidher li sostanzjalment ma tistqarrx il-kwantitajiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, peress li hija bbażata fuq stimi li tikkonċerna l-esportazzjonijiet ta’ kumpaniji li kkooperaw biss u ma setgħetx għalhekk tkun meqjusa bħala preċiża. Għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx.

(51)

Madankollu, numru ta’ importaturi provdew informazzjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet tagħhom ta’ prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat importat bl-istess kodiċi NM matul il-perjodu kkunsidrat. Din l-informazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata, u l-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati kienu riveduti 'l isfel skont dan.

Volum ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni (tunnellati)

 

2008

2009

2010

PI

Ir-RPĊ

24 180

20 876

20 416

28 894

Indiċi

100

86

84

119

It-Tajlandja

3 723

2 681

3 331

3 485

Indiċi

100

72

89

94

Iż-żewġ pajjiżi kkonċernati

27 903

23 558

23 747

32 379

Indiċi

100

84

85

116

Sors:

Id-dejta mill-ilmenti, il-Eurostat u t-tweġibiet tal-kwestjonarju

(52)

Bħala konsegwenza tal-kwistjoni li tikkonċerna l-bejgħ tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni msemmija fil-premessa (41) hawn fuq, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet soġġetti għal dumping miż-żewġ pajjiżi kkonċernati kellu jiġi rivedut ukoll. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet soġġetti għal dumping miż-żewġ pajjiżi kkonċernati, żdied bi 15,6 punti perċentwali minn 33,1 % għal 48,7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tkabbir fis-sehem tas-suq seħħ fil-biċċa l-kbira bejn l-2010 u l-PI, matul perjodu ta’ rkupru fid-domanda.

Sehem tas-suq tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PI

Ir-RPĊ

28,7  %

34,3  %

33,7  %

43,5  %

Indiċi

100

120

117

151

It-Tajlandja

4,4  %

4,4  %

5,5  %

5,2  %

Indiċi

100

100

124

119

Iż-żewġ pajjiżi kkonċernati

33,1  %

38,7  %

39,2  %

48,7  %

Indiċi

100

117

118

147

Sors:

Id-dejta mill-ilmenti, il-Eurostat u t-tweġibiet tal-kwestjonarju

(53)

Parti waħda interessata talbet l-informazzjoni aggregata tal-prezz tal-bejgħ skont it-tip ta’ prodott għall-industrija tal-Unjoni li għandha tiġi divulgata. Madankollu, peress li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien kompost minn żewġ gruppi biss ta’ produtturi, kif indikat fil-premessa (111) tar-Regolament provviżorju, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, l-informazzjoni aggregata attwali ma tistax tiġi żvelata. Din ir-raġuni tapplika wkoll għall-iżvelar tal-prezz tal-bejgħ aggregat skont it-tip ta’ prodott.

(54)

Partijiet interessati stqarrew li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jidħlu fl-Unjoni f’livell differenti ta’ kummerċ milli l-oġġetti mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni. Ġie kkonfermat li dan huwa l-każ, u l-industrija tal-Unjoni u l-importaturi tipikament jaqsmu għadd sostanzjali ta’ klijenti. It-talba għalhekk tista’ tkun aċċettata u konċessjoni f’għamla ta’ aġġustament għal-livell tal-kummerċ kien applikat.

(55)

B’riżultat ta’ dan, il-marġnijiet ta’ twaqqigħ fil-prezzijiet li jingħataw fil-premessa (110) tar-Regolament provviżorju ġew riveduti 'l isfel. Madankollu, il-marġnijiet tat-twaqqigħ fil-prezzijiet li nstabu, tipikament jibqgħu sostanzjali f’minn 25 % sa 45 %, bl-unika eċċezzjoni ta’ esportatur Tajlandiż wieħed fejn il-marġini ta’ tnaqqis nstab li kien ta’ madwar 10 %.

(56)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe talba jew kummenti oħra, il-kontenut tal-premessi minn (108) sa (109) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

5.   Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(57)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessa (111) tar-Regolament provviżorju hija b'dan ikkonfermata.

5.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

(58)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-premessi minn (112) sa (114) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.2.   Ħażniet

(59)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-ħażniet, il-premessa (115) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata.

5.3.   Volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(60)

Bħala konsegwenza tal-ħruġ imsemmi fil-premessa (41) hawn fuq, il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kellhom jiġu riveduti wkoll. Il-volum tal-bejgħ tal-produtturi kollha tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti b’36 % bejn l-2008 u l-2009 minħabba tnaqqis fid-domanda. Wara l-2009, madankollu, id-domanda fl-Unjoni żdiedet b’madwar 6 000 tunnellata, kif imsemmi fil-premessa (42) hawn fuq, iżda l-bejgħ tal-Unjoni naqas aktar minn 5 punti perċentwali oħra jew 2 440 tunnellata sa tmiem il-perjodu kkunsidrat.

Volum tal-bejgħ tal-Unjoni (tunnellati)

Il-produtturi kollha

2008

2009

2010

PI

Bejgħ tal-Unjoni

48 823

31 069

30 466

28 629

Indiċi

100

64

62

59

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(61)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas kontinwament b’26 % jew 14,8 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet soġġetti għal dumping kisbu 15,6 punti perċentwali ta’ sehem mis-suq matul l-istess perjodu, kif indikat fil-premessa (52) hawn fuq.

Sehem tas-suq tal-Unjoni

Il-produtturi kollha

2008

2009

2010

PI

Sehem mis-suq

57,9  %

51,1  %

50,2  %

43,1  %

Indiċi

100

88

87

74

Sors:

Id-dejta mill-ilmenti, il-Eurostat u t-tweġibiet tal-kwestjonarju

(62)

Parti waħda interessata stqarret li l-ishma tas-suq fis-segment tas-suq mhux domestiku fir-Renju Unit kienu se juru ishma differenti tas-suq, bl-industrija tal-Unjoni li għandha sehem ikbar tas-suq, filwaqt li s-sehem tal-importazzjonijiet Ċiniżi jkun iżgħar f'dan is-segment partikolari tas-suq tal-Unjoni.

(63)

Jista’ jkun il-każ li l-industrija tal-Unjoni għandha sehem ikbar f’segment partikolari tas-suq f’Stat Membru wieħed. Huwa fil-fatt normali li bosta operaturi ekonomiċi ma għandhomx l-istess ishma tas-suq fis-segmenti kollha tas-suq tal-Istati Membri kollha. Madankollu, l-analiżi attwali tal-ħsara tkopri s-suq kollu tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, kien verament ikkonfermat li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti, kif spejgat hawn fuq.

6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(64)

Fin-nuqqas ta’ xi talba jew kummenti oħra, il-kontenut tal-premessi minn (118) sa (133) tar-Regolament provviżorju, inkluża l-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, huwa b'dan ikkonfermat.

F.   KAWŻALITÀ

1.   Effett ta’ fatturi oħra

1.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(65)

Bħala konsegwenza tal-kwistjoni li tikkonċerna l-bejgħ tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni msemmija fil-premessa (41) hawn fuq, is-sehem mis-suq tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kellu jiġi rivedut ukoll. Għall-pajjiżi terzi l-oħra, kien hemm importazzjonijiet limitati matul il-perjodu sħiħ ikkonċernat. Is-sehem totali mis-suq ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iż-żewġ pajjiżi kkonċernati, naqas bi 0,8 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, minn 9,0 % għal 8,2 %.

(66)

L-akbar sorsi ta’ warajhom ta’ importazzjonijiet matul il-PI kienu l-Brażil, l-Indoneżja, u t-Turkija, li kellhom ishma mis-suq ta’ bejn 1,3 % u 1,5 % rispettivament, u dawn il-pajjiżi kollha tilfu sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat.

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet

 

2008

2009

2010

PI

Il-Brażil

3,1  %

3,6  %

3,9  %

1,5  %

L-Indoneżja

1,5  %

2,4  %

1,9  %

1,5  %

It-Turkija

1,3  %

1,9  %

1,8  %

1,3  %

Pajjiżi Oħra

3,0  %

2,3  %

3,1  %

3,9  %

Total

9,0  %

10,2  %

10,6  %

8,2  %

Indiċi

100

114

118

92

Sors:

Eurostat

(67)

Minħabba l-volumi limitati u x-xejra stabbli, jista’ jiġi konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiżi kkonċernati ma jidhrux li kkontribwew għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

1.2.   Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

(68)

Partijiet interessati argumentaw li l-konsum tal-Unjoni żviluppa b’mod negattiv minħabba t-tfaċċar ta’ prodotti sostituti mmanifatturati b’materjali differenti għajr ħadid fondut malleabbli, bħall-plastik, azzar inossidabbli, azzar bil-karbonju u r-ram, kif ukoll teknoloġiji ġodda ta’ konnessjoni. Bħala konsegwenza, xi produtturi tal-Unjoni estendew il-firxa tal-prodotti tagħhom, li issa tinkludi wkoll xi wħud minn dawn il-prodotti ta’ sostituzzjoni.

(69)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-effetti ta’ sostituzzjoni kienu indirizzati fil-premessa (146) tar-Regolament provviżorju. Dawn l-effetti ta’ sostituzzjoni kellhom impatt negattiv fuq il-konsum tal-Unjoni, li bħala konsegwenza kellhom effett fuq il-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni.

(70)

Madankollu, kif diġà ġie indikat fir-Regolament provviżorju, l-effett ta’ ħsara tat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni ġie aggravat miż-żieda stabbli ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li kisbu 15,6 punti perċentwali ta’ sehem mis-suq f’suq li kien qed jiċkien. Kif indikat fil-premessa 60 hawn fuq, id-domanda fl-Unjoni żdiedet b’madwar 6 000 tunnellata bejn l-2009 u l-PI, iżda l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’aktar minn 2 440 tunnellata oħra sa tmiem il-perjodu kkunsidrat f’suq li qed jirkupra.

(71)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-iżvilupp negattiv tal-konsum tal-Unjoni ma jiksirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet dumped u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Tnaqqis fil-kapaċità ta’ produzzjoni mhux minħabba importazzjonijiet dumped

(72)

Partijiet interessati stqarrew li t-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni msemmi fil-premessa (113) tar-Regolament provviżorju huwa minħabba l-għeluq ta’ tliet produtturi tal-Unjoni bejn l-2008 u l-2009 minħabba l-kriżi ekonomika. Dan it-tnaqqis jista’ b’hekk allegatament ma jiġix attribwit għal importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(73)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li dan kien diġà ssemma fil-premessa (113) tar-Regolament provviżorju li r-raġuni ewlenija għat-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni kienet l-għeluq ta’ tliet produtturi tal-Unjoni.

(74)

Madankollu, l-għeluq ta’ tliet produtturi tal-Unjoni għandu jitqies bħala effett f’domanda li qed tonqos. Matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis tas-suq tal-Unjoni msemmi fil-premessa (42) kien suġġett għal importazzjonijiet li kienu qed jiżdiedu b'mod kontinwu mill-pajjiżi kkonċernati, li kisbu 15,6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, kif spjegat fil-premessa (52) hawn fuq. Għalhekk huwa ċar li mhux biss id-domanda li qed tonqos ikkontribwixxiet għall-għeluq ta’ tliet produtturi tal-Unjoni u b’hekk għat-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kien hemm ukoll rabta ċara bejn it-tnaqqis fil-kapaċità ta’ produzzjoni tal-Unjoni u ż-żieda fis-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet dumped.

1.4.   Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi tal-Unjoni

(75)

Partijiet interessati stqarru li l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni kienet għamlitha b’idejha stess, peress li allegatament importaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat. Din l-affermazzjoni ma ġietx appoġġata mis-sejbiet tal-investigazzjoni. L-informazzjoni pprovduta miż-żewġ produtturi u esportaturi tal-Unjoni li kkooperaw uriet li, għal kull wieħed mill-gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, dawn l-importazzjonijiet kienu minuri meta mqabbla mal-produzzjoni u l-bejgħ totali ta’ oġġetti kif diġà indikat fil-premessa (37) hawn fuq. Minħabba l-inutilità tal-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernati mill-industrija tal-Unjoni, ġie konkluż li dawk l-importazzjonijiet ma kkontribwixxewx b’mod sinifikanti għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza, l-allegazzjoni ġiet miċħuda.

1.5.   Użu tal-2008 bħala sena tal-bidu

(76)

Partijiet interessati sostnew li t-tendenza li qed tiddeterjora tal-industrija tal-UE hija bbażata fil-biċċa l-kbira fuq l-użu tal-2008 bħala punt ta’ referenza għall-perjodu kkunsidrat. Allegatament, il-2008 kienet sena eċċezzjonalment tajba għall-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-informazzjoni inkluża fl-ilment tissuġġerixxi li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-UE fl-2007 kien simili jew aħjar mis-sitwazzjoni fl-2008. B’hekk huwa konkluż li s-sejba ta’ ħsara ma tiddependix fuq l-użu tal-2008 bħala s-sena tal-bidu.

2.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(77)

Meta tqies li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe talba jew kummenti oħra, il-kontenut tal-premessi minn (134) sa (153) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

(78)

B’konklużjoni, huwa kkonfermat li l-ħsara materjali li soffriet l-industrija tal-Unjoni, li hija kkaratterizzata minn tnaqqis fil-profittabilità, il-volumi tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet ikkonċernati li huma l-oġġett ta’ dumping. Tabilħaqq, l-effett ta’ domanda li tonqos fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini tal-kapaċità ta’ produzzjoni, produzzjoni u bejgħ kien wieħed limitat.

(79)

Meta titqies l-analiżi ta’ hawn fuq li għamlet distinzjoni xierqa u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, hawnhekk qed jiġi kkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jdawrux il-fatt li l-ħsara vvalutata trid tkun attribwita lill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping.

G.   INTERESS TAL-UNJONI

(80)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra, il-premessi minn (154) sa (164) tar-Regolament provviżorju, inkluża l-konklużjoni li ma teżisti l-ebda raġuni soda kontra l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, huma b’dan ikkonfermati.

H.   MIŻURI DEFINITTIVI

1.   Livell ta’ tneħħija tal-ħsara

(81)

Il-livelli tat-tneħħija tal-ħsara ġew aġġustati biex iqisu l-livell ta’ aġġustament kummerċjali magħmula fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz kif spjegat fil-premessi (54) u (55) hawn fuq. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment speċifiku, il-premessi minn (165) sa (170) tar-Regolament provviżorju qegħdin b’dan jiġu kkonfermati.

2.   Miżuri definittivi

(82)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9 tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li għandu jiġi impost dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u t-Tajlandja fil-livell tal-marġini tad-dumping u tal-ħsarat l-aktar baxxi li jinstabu, skont ir-regola tad-dazju l-aktar baxx, li f’kull każ huwa l-marġini tal-ħsara.

(83)

Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Tajlandiżi, id-dazju tal-kumpaniji l-oħrajn kollha għaż-żewġ pajjiżi ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla dazju li għandu jiġi impost fuq il-kumpaniji, rispettivament, inklużi fil-kampjun jew li kienu qegħdin jikkooperaw fl-investigazzjoni mill-pajjiż rispettiv. Id-dazju tal-"kumpaniji l-oħra kollha" għandu jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kinux ikkooperaw fl-investigazzjoni u biex il-kumpaniji li ma kellhomx esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI.

(84)

Għall-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun elenkati fl-Anness, ir-rata tad-dazju provviżorju hija stabbilita fil-medja peżata tar-rati tal-kumpaniji fil-kampjun.

(85)

Ir-rati tad-dazji antidumping definittivi huma kif ġej:

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Kumpanija

Marġini tad-dumping %

Marġni tal-Ħsara %

Rata tad-Dazju %

Hebei Jianzhi Casting Group Ltd.

57,8

96,1

57,8

Jinan Meide Casting Co., Ltd.

40,8

84,4

40,8

Qingdao Madison Industrial Co., Ltd.

24,6

89,4

24,6

Kumpaniji oħra li kkooperaw

41,1

86,3

41,1

Il-kumpaniji l-oħra kollha

 

 

57,8

It-Tajlandja

Kumpanija

Marġini tad-dumping %

Marġni tal-Ħsara %

Rata tad-Dazju %

BIS Pipe Fitting Industry Co., Ltd

15,5

43,1

15,5

Siam Fittings Co., Ltd

50,7

14,9

14,9

Il-kumpaniji l-oħra kollha

 

 

15,5

(86)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Gћalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju nazzjonali applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u magħmula mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifikati msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(87)

Kwalunkwe talba gћall-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju antidumping gћal kumpaniji individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (5) bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament għandu wara jiġi emendat kif xieraq bl-aġġornament tal-lista ta’ kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali.

(88)

Fir-rigward tar-RPĊ, sabiex jiġi żgurat l-istess trattament bejn kwalunkwe esportatur ġdid u l-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, id-dazju medju ppeżat impost fuq dawn il-kumpaniji tal-aħħar għandu jiġi previst sabiex jiġi applikat għal kwalunkwe esportatur ġdid li nkella jkollu dritt għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku billi dak l-Artikolu ma japplikax fejn ikun sar it-teħid tal-kampjuni.

(89)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju definittiv ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajlandja, u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (“żvelar finali”). Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

(90)

Minħabba li wara l-iżvelar finali ma tressaq l-ebda argument ġdid li seta’ jinfluwenza r-riżultat tal-valutazzjoni tal-każ, ma hemm bżonn ta’ ebda modifika tal-konklużjonijiet kif dettaljati hawn fuq.

I.   IMPENN

(91)

Produttur esportatur Tajlandiż li kkoopera offra impenn fuq il-prezz skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu l-prodott ikkonċernat jeżisti f’numri kbir ta’ tipi tal-prodott (il-produttur esportatur irrapporta iktar minn 900 tip tal-prodott li nbiegħu fl-UE), li għalihom il-prezzijiet ivarjaw b’mod sinifikanti (sa 200 % fi ħdan it-tipi l-aktar mibjugħa imma xi ftit prodotti li nbiegħu inqas jistgħu jkunu 10 darbiet ogħla minn oħrajn), biex b’hekk ikunu ta’ riskju għoli għal kumpens trasversali. Barra minn hekk, it-tipi ta’ prodotti jistgħu jinbidlu fid-disinn u l-prodott finali. B’hekk kien ikkunsidrat li l-prodott mhuwiex xieraq għal impenn fuq il-prezz. Ukoll, kienet il-prattika konsistenti tal-Kummissjoni fl-aħħar snin li ma taċċettax impenji fuq il-prezz f’każijiet fejn il-prodott jeżisti f’numru kbir ta’ tipi. B’konsegwenza, l-offerta ta’ impenn fuq il-prezz ġiet miċħuda.

J.   ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVVIŻORJU

(92)

Minħabba l-kobor tal-marġnijiet ta' dumping misjuba u fid-dawl tal-livell ta' ħsara kkważata lill-industrija tal-Unjoni, jitqies li hu meħtieġ li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping provviżorju impost bir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru definittivament. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti garantiti fil-livell tad-dazji provviżorji biss għandhom jinġabru b’mod definittiv, waqt li l-ammonti garantiti lil hinn mir-rata definittiva tad-dazji antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

(93)

Bħala korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-ħajta metrika ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu issa huma esklużi mill-korp ta' applikazzjoni tal-prodott (ara l-premessi (8) u (11) hawn fuq), l-ammonti garantiti b’mod provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-ħajta metrika ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu għandhom jiġu rilaxxati.

K.   TMIEM IL-PROĊEDIMENT FIR-RIGWARD TAL-INDONEŻJA

(94)

Kif spjegat fil-premessa (43) hawn fuq, il-volumi ta’ importazzjonijiet dumped mill-Indoneżja jistgħu jitqiesu li ma jikkostitwixxux kawża ta’ ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, huwa kkunsidrat li l-miżuri protettivi mhumiex neċessarji u li l-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja għandu jiġi mitmum.

(95)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien intiż li jiġi rrakkomandat it-tmiem taż-żewġ investigazzjonijiet u ma tqajmu l-ebda oġġezzjonijiet,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv antidumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li jeskludi korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-ħajta metrika ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqa’ fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u t-Tajlandja.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-Dazju %

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Hebei Jianzhi Casting Group Ltd. - Yutian County

57,8

B335

 

Jinan Meide Casting Co., Ltd. - Jinan

40,8

B336

 

Qingdao Madison Industrial Co., Ltd. -Qingdao

24,6

B337

 

Hebei XinJia Casting Co., Ltd. - XuShui County

41,1

B338

 

Shijiazhuang Donghuan Malleable Iron Castings Co., Ltd. – Xizhaotong Town

41,1

B339

 

Linyi Oriental Pipe Fittings Co., Ltd. - Linyi City

41,1

B340

 

China Shanxi Taigu County Jingu Cast Co., Ltd. - Taigu County

41,1

B341

 

Yutian Yongli Casting Factory Co., Ltd. – Yutian County

41,1

B342

 

Langfang Pannext Pipe Fitting Co., Ltd. - LangFang, Hebei

41,1

B343

 

Tangshan Daocheng Casting Co., Ltd. -Hongqiao Town, Yutian County

41,1

B344

 

Tangshan Fangyuan Malleable Steel Co., Ltd. – Tangshan

41,1

B345

 

Taigu Tongde Casting Co., Ltd. – Nanyang Village, Taigu

41,1

B346

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

57,8

B999

It-Tajlandja

BIS Pipe Fitting Industry Co., Ltd. - Samutsakorn

15,5

B347

 

Siam Fittings Co., Ltd. - Samutsakorn

14,9

B348

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

15,5

B999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   L-ammonti garantiti permezz tad-dazji provviżorji antidumping skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2012 fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li jeskludi korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-ħajta metrika ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqa’ fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010) u li joriġinaw mir- RPĊ u t-Tajlandja, għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti b’eċċess tar-rati tad-dazju definittiv antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

2.   L-ammonti żgurati permezz ta’ dazji provviżorji ta’ antidumping skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2012 fuq l-importazzjonijiet ta’ korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-ħajta metrika ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu u li joriġinaw mir- RPĊ u t-Tajlandja, għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-RPĊ jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011),

mhux relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-RPĊ li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament,

li effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi jżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja differenzjata ta’ 41,1 %.

Artikolu 4

Il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li attwalment jaqa’ fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 u li joriġinaw fl-Indoneżja huwa b’dan mitmum.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 318, 15.11.2012, p. 10.

(3)  ĠU C 44, 16.2.2012, p. 33.

(4)  Fittings ta’ kompressjoni jużaw ISO DIN 13-il ħajta metrika, filwaqt li l-istandard fittings fonduti normalment jużaw ħjut ISO 7/1 u ISO 228/1.

(5)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office N105, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/12


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 431/2013

tat-13 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 (2) jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

(2)

Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2093 (2013). Dik ir-Riżoluzzjoni emendat l-embargo fuq l-armi impost mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 733 (1992) u li ġie elaborat aktar mill-UNSCR 1425 (2002). L-UNSCR 2093 (2013) tipprovdi għal deroga mill-projbizzjoni ta’ assistenza relatata ma’ armamenti u tagħmir militari intiż għall-appoġġ tas-sħab strateġiċi tal-AMISOM, għall-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u għall-missjoni suċċessura tal-Uffiċċju Politiku tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Somalja, u tissospendi parzjalment l-embargo fuq l-armi relattivament għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja.

(3)

Fil-25 ta’ April 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/201/PESK (3), li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK u tipprovdi għal derogi ekwivalenti għal dawk previsti mir-Riżoluzzjoni 2093 (2013).

(4)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk teħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet ta’ implimentazzjoni, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2a

B’deroga mill-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti, kif indikata fil-websajts stabbiliti fl-Anness I, fl-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit, tista’ tawtorizza, taħt dawk il-kundizzjonijiet li hija tikkunsidra xierqa:

(a)

l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk tkun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikunu maħsuba unikament għas-sostenn tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) imsemmija fil-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2093 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew għall-użu minnha, jew għall-użu esklużiv ta’ Stati u organizzazzjonijiet reġjonali li jwettqu miżuri taħt il-paragrafu 6 tal-UNSCR 1851 (2008) u l-paragrafu 10 tal-UNSCR 1846 (2008);

(b)

l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk tkun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikun maħsuba unikament għas-sostenn tas-sħab strateġiċi tal-AMISOM, jew għall-użu minnhom„ li joperaw biss taħt il-Kunċett Strateġiku tal-Unjoni Afrikana tal-5 ta’ Jannar 2012, u f’kooperazzjoni u koordinazzjoni ma’ AMISOM kif stipulat fil-paragrafu 36 tal-UNSCR 2093 (2013);

(c)

l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk tkun iddeterminat li dan it-tip ta’ finanzjament, pariri, assistenza jew taħriġ ikunu maħsuba unikament għas-sostenn jew l-użu tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż l-Uffiċċju Politiku tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Somalja jew il-missjoni suċċessura tiegħu kif stipulat fil-paragrafu 37 tal-UNSCR 2093 (2013);

(d)

l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li tali pariri, assistenza jew taħriġ huma maħsuba biss għall-fini li jgħin biex jiżviluppa l-istituzzjonijet tas-settur tas-sigurtà, b’mod konsistenti mal-proċess politiku stabbilit fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-UNSCR 1744 (2007); u

(ii)

l-Istat Membru kkonċernat innotifika lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 751 (1992) bid-determinazzjoni li tali pariri, assistenza jew taħriġ ikunu maħsuba biss għall-fini li jgħinu biex jiżviluppaw l-istituzzjonijet tas-settur tas-sigurtà, b’mod konsistenti mal-proċess politiku stabbilit fil-paragrafi 1, 2 u 3 tar-Riżoluzzjoni UNSCR 1744 (2007) u bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti tiegħu li tagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat ma jkunx oġġezzjona għal dak il-perkors ta’ azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol min-notifika;

(e)

l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari, ħlief f’dak li għandu x’jaqsam mal-punti stipulati fl-Anness III, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li tali pariri, assistenza jew taħriġ huma maħsuab biss għall-iżvilupp tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja, u biex jipprovdu s-sigurtà għall-poplu tas-Somalja; u

(ii)

issir notifika lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 751 (1992) mill-inqas ħamest ijiem qabel kwalunkwe għoti ta’ pariri, assistenza jew taħriġ maħsuba biss għall-iżvilupp tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja, u biex jipprovdu s-sigurtà għall-poplu tas-Somalja, jipprovdu d-dettalji ta’ dawn il-pariri, assistenza jew taħriġ skont il-paragrafu 38 tal-UNSCR 2093 (2013); u, jekk ikun xieraq,

(iii)

l-Istat Membru kkonċernat, wara li jkun informa lill-Gvern Federali tas-Somalja bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk, ikun innotifika lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 751 (1992), mill-inqas ħamest ijiem bil-quddiem, bid-determinazzjoni li tali pariri, assistenza jew taħriġ ikun maħsub biss għall-iżvilupp tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja, u li jipprovdu s-sigurtà għall-poplu tas-Somalja, u bl-intenzjoni tal-Awtorità Kompetenti tiegħu li tagħti awtorizzazzjoni, inkluż l-informazzjoni rilevanti kollha skont il-paragrafu 38 tal-UNSCR 2093 (2013).”.

(2)

Fl-Artikolu 3(1), il-punti (c) u (d) huma mħassra.

(3)

It-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17

(2)  ĠU L 24, 29.1.2003, p. 2.

(3)  ĠU L 116, 26.4.2013, p. 10.


ANNESS

“ANNESS III

Lista ta’ oġġetti msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 2a

1.

Missili surface-to-air, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADs);

2.

Xkubetti, howitzers, u kanuni b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u munizzjon u komponenti ddisinjati apposta għalihom. (Dan ma jinkludix lanċaturi ta’ rockets kontra t-tankijiet sparati minn fuq l-ispalla bħal RPGs jew LAWs, granati sparati bl-azzarini, jew lanċaturi tal-granati);

3.

Busijiet b’kalibru akbar minn 82 mm;

4.

Armi ggwidati kontra t-tankijiet, inklużi Missili Ggwidati Kontra t-Tankijiet (ATGMs) u munizzjon u komponenti mfassla b’mod speċjali għal dawn l-oġġetti;

5.

Kargi u mezzi maħsuba għal użu militari b’materjali enerġetiċi; mini u materjal relatat;

6.

Miri tal-armi b’kapaċità għall-viżjoni bil-lejl.”


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/15


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 432/2013

tat-13 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 (2) jimponi miżuri restrittivi kontra l-persuni, entitajiet u korpi identifikati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, kif previst fir-Riżoluzzjoni 1844 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)

Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2093 (2013) li aġġornat il-kriterji ta’ nominazzjoni applikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbiliti taħt ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja.

(3)

Fil-25 ta’ April 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/201/PESK (3), li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK u tipprovdi għal derogi ekwivalenti għal dawk previsti mir-Riżoluzzjoni 2093 (2013).

(4)

Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk teħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tagħha, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Anness I ikun jikkonsisti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:

(a)

li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi atti li jheddu l-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni fis-Somalja, jew jheddu l-Gvern Federali tas-Somalja jew il-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) bil-forza;

(b)

li aġixxew bi ksur tal-embargo fuq l-armi jew tal-projbizzjoni kontra l-provvista ta' għajnuna relatata jew tar-restrizzjonijiet tal-bejgħ mill-ġdid u t-trasferiment tal-armi kif stipulat fil-paragrafu 34 tal-UNSCR 2093 (2013);

(c)

li jostakolaw l-għoti ta' għajnuna umanitarja lis-Somalja, jew l-aċċess jew distribuzzjoni fir-rigward tal-għajnuna umanitarja fis-Somalja;

(d)

li huma mexxejja politiċi jew militari li jirreklutaw jew jużaw tfal f’konflitti armati fis-Somalja bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(e)

li huma responsabbli għal ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli fis-Somalja bil-fatt li jiġu mmirati persuni ċivili, inklużi tfal u nisa, f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati, inklużi qtil u mankament, vjolenza sesswali u dik ibbażata fuq il-ġeneru tal-persuna, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spostament furzat.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

(2)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 116, 26.4.2013, p. 10.


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 433/2013

tas-7 ta’ Mejju 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κοπανιστή (Kopanisti) (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Greċja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Κοπανιστή” (Kopanisti), irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (3).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2009 (4). Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(4)  ĠU C 186, 26.6.2012, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

IL-GREĊJA

Κοπανιστή (Kopanisti) (DOP)


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 434/2013

tas-7 ta’ Mejju 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mâche nantaise (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Mâche nantaise”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1645/1999 (3).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda għall-ispeċifikazzjoni ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU L 195 28.7.1999, p. 7.

(4)  ĠU C 242, 11.8.2012, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

FRANZA

Mâche nantaise (IĠP)


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 435/2013

tas-7 ta’ Mejju 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Βόρειος Μυλοπόταμος Ρεθύμνης Κρήτης (Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis) (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Greċja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Βόρειος Μυλοπόταμος Ρεθύμνης Κρήτης” (Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis), irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (3).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4). Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(4)  ĠU C 183, 23.6.2012, p. 21.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

IL-GREĊJA

Βόρειος Μυλοπόταμος Ρεθύμνης Κρήτης (Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis) (DPO)


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 436/2013

tas-7 ta’ Mejju 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queijo de Cabra Transmontano/Queijo de Cabra Transmontano Velho (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Portugall għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Queijo de Cabra Transmontano”/“Queijo de Cabra Transmontano Velho”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/1996 (3).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (4), f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 163, 9.6.2012, p. 5.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

IL-PORTUGALL

Queijo de Cabra Transmontano/Queijo de Cabra Transmontano Velho (DPO)


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 437/2013

tat-8 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti komoditajiet lejn l-Unjoni jew jgħaddu fi tranżitu minnha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (2), jipprevedi li l-komoditajiet koperti b’dak ir-Regolament jistgħu biss jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu fi tranżitu minnha mill-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet għal pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li għandhom jitqiesu bħala ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja f’dak ir-rigward għall-komoditajiet maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni.

(3)

Il-Messiku huwa elenkat fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu jistgħu jiġu importati fl-Unjoni bajd u prodotti tal-bajd speċifikati ħielsa mill-patoġeni, sakemm dawn ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat rilevanti msemmi fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(4)

Fil-każ ta’ prodotti tal-bajd, iċ-ċertifikat imsemmi fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jinkludi attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali li turi li dawn ġejjin minn stabbiliment ħieles mill-HPAI. Barra minn hekk, dik l-attestazzjoni tiċċertifika jew li ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-HPAI matul tal-anqas it-30 jum ta’ qabel f’raġġ ta’ 10 km minn dak l-istabbiliment jew li l-prodotti tal-bajd kienu pproċessati skont wieħed mit-trattamenti stabbiliti f’dak iċ-ċertifikat.

(5)

Fl-2012 bosta tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H7N3 ġew ikkonfermati fl-Istat ta’ Jalisco fil-Messiku, f’żona b’densità għolja ta’ rziezet fejn jitrabbew it-tjur. Il-Messiku applika politika ta’ qerda u wettaq tilqim ta’ emerġenza kontra l-influwenza tat-tjur biex jikkontrolla t-tifqigħat.

(6)

Fl-aħħar ta’ Settembru 2012 ġiet ikkonfermata l-aħħar tifqigħa tal-HPAI ta’ dik l-epidemija u f’Diċembru 2012 il-Messiku ddikjara li t-tifqigħat ġew eradikati.

(7)

Fit-8 ta’ Jannar 2013, il-Messiku nnotifika lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H7N3 fit-tjur fit-territorju tiegħu fl-Istat ta’ Aguascalientes. Il-marda nfirxet ukoll lejn l-Istati ta’ Jalisco u Guanajuato.

(8)

Minħabba l-konferma tat-tifqigħat tal-HPAI, it-territorju tal-Messiku ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda.

(9)

Ir-rikorrenza tat-tifqigħat tal-HPAI tqajjem tħassib dwar l-effettività tal-miżuri, inkluż it-tilqim, li huma applikati fil-Messiku biex jikkontrollaw l-HPAI.

(10)

L-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-bajd ipproċessati skont wieħed mit-trattamenti stabbiliti fiċ-ċertifikat rilevanti msemmi fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li joriġinaw f’pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li mhumiex ħielsa mill-HPAI, jitqiesu li jippreżentaw riskju negliġibbli għall-introduzzjoni tal-vajrus fl-Unjoni.

(11)

Madankollu, minħabba l-firxa rapida tal-marda tal-HPAI u r-riskju li t-tifqigħat tal-HPAI ma jiġux individwati fil-ħin mill-awtorità kompetenti Messikana, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni jew it-tranżitu minnha ta’ prodotti tal-bajd mill-Messiku għandhom jiġu pprojbiti temporanjament sakemm ikunu jistgħu jiġu pprovduti garanziji sodisfaċenti minn dak il-pajjiż.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Messiku qed tinbidel b’dan li ġej:

“MX-Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

P2

Is-17 ta’ Mejju 2013”

 

 

 

 


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 438/2013

tat-13 ta’ Mejju 2013

li jemenda u jikkoreġi l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ ċerti addittivi tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

Il-lista tal-addittivi tal-ikel tal-Unjoni ġiet stabbilita abbażi tal-addittivi tal-ikel li jistgħu jintużaw fl-ikel skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (3), id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel (4), u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/2/KE tal-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (5), u wara reviżjoni tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Il-lista tal-Unjoni stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 telenka l-addittivi tal-ikel abbażi tal-kategoriji tal-ikel li magħhom jistgħu jiżdiedu dawk l-addittivi.

(4)

Minħabba d-diffikultajiet preżenti matul it-trasferiment tal-addittivi tal-ikel għas-sistema l-ġdida ta’ kategorizzazzjoni prevista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ġew introdotti ċerti żbalji u għandhom jiġu kkoreġuti. B’mod partikolari, l-użu tal-antiossidanti fi frott u ħxejjex imqaxxra u mqatta’ għandu jkun limitat għal frott u ħxejjex ippakkjati minn qabel, imkessħa, mhux ipproċessati u lesti għall-konsum biss. L-użu tal-aċidu sorbiku – sorbati, aċidu Benżojku – benżoati; il-p-idrossibenżoati(E 200–219) għandhom ikomplu jkunu awtorizzati fi prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana, u l-użu tan-Natamiċina (E 235) għandu jibqa’ jkun awtorizzat f’zalzett ikkurat imnixxef u ttrattat bis-sħana. Il-limiti massimi għall-użu tal-Kurkumina (E 100) f’ħut ipproċessat u prodotti tas-sajd inkluż molluski u krustaċji għandhom jiġu introdotti u jikkorrispondu mal-livelli speċifikati fid-Direttiva 94/36/KE. Il-limiti massimi għall-użu tad-diossidu tas-siliċju – silikati (E 551– 559) għandhom jinbidlu għal quantum satis kif speċifikat fid-Direttiva 95/2/KE u għall-użu tad-diossidu tas-siliċju - silikati (E 551 - 553) kif speċifikat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta’ użu u l-livelli ta’ użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju (6).

(5)

Hemm kjarifiki meħtieġa fir-rigward tal-użu tal-addittivi tal-ikel f’ċerti kategoriji tal-ikel. Fil-kategorija tal-ikel 13.1.4. “Ikel ieħor għat-tfal iż-żgħar” għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ użu għall-addittivi tal-ikel E 332 “Ċitrati tal-potassju” u E338 “Aċidu fosforiku”. Fil-kategorija tal-ikel 14.2.6 “Xorb spirituż kif definit fir-Regolament (KE) Nru 110/2008” l-użu ta’ kuluri tal-ikel ma għandux ikun awtorizzat f’Geist kif definit fl-Anness II.17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (7) L-użu tal-kuluri tal-ikel Isfar kinolin (E 104), Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u lewn il-pepprin 4R, Aħmar kuċċinilja A (E 124) f’ċertu xorb spirituż għandu jiġi introdott mill-ġdid minħabba li dan l-użu mhux ta’ tħassib dwar is-sikurezza għat-tfal. Għandu jiġi kkjarifikat li Karamelli (E 150a-d) jista’ jintuża fil-prodotti kollha li jappartjenu għall-kategorija tal-ikel 14.2.7.1 “Inbejjed aromatizzati”.

(6)

Għalhekk, il-lista tal-addittivi tal-ikel tal-Unjoni għandha tiġi kkoreġuta, ikkjarifikata u titlesta sabiex tinkludi l-użi kollha permessi u tikkonforma mal-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Minħabba li l-lista tal-Unjoni hija emendata sabiex tinkludi l-użi diġà permessi f’konformità mad-Direttiva 94/35/KE, id-Direttiva 94/36/KE, u d-Direttiva 95/2/KE, tikkostitwixxi aġġornament ta’ din il-lista li x’aktarx ma jħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, mhux meħtieġ li tfittex l-opinjoni tal-Awtorità.

(8)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3.

(4)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13.

(5)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1.

(6)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14.

(7)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.


ANNESS

Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-kategorija 01.7.1 “Prodotti tal-ġobon mhux misjur minbarra prodotti li jagħmlu parti mill-kategorija 16”, l-entrata li tikkonċerna “Grupp I” tinbidel b’dan li ġej:

 

“Grupp I

Addittivi

 

 

ħlief il-mozzarella

(2)

Fil-kategorija tal-ikel 04.1.2 “Frott u ħxejjex imqaxxrin u mqattgħin”, l-entrati rigward l-addittivi tal-ikel E 300 “Aċidu askorbiku”, E 301 “Askorbat tas-sodju”, E 302 “Askorbat tal-kalċju”, E 330 “Aċidu ċitriku”, E 331 “Ċitrati tas-sodju”, E 332 “Ċitrati tal-potassju” u E 333 “Ċitrati tal-Kalċju” jinbidlu b’dan li ġej:

 

“E 300

Aċidu askorbiku

quantum satis

 

frott u ħxejjex imkessħa mhux ipproċessati lesti għall-konsum u patata mqaxxra u mhux ipproċessata ppakkjata minn qabel biss

 

E 301

Askorbat tas-sodju

quantum satis

 

frott u ħxejjex imkessħa mhux ipproċessati lesti għall-konsum u patata mqaxxra u mhux ipproċessata ppakkjata minn qabel biss

 

E 302

Askorbat tal-kalċju

quantum satis

 

frott u ħxejjex imkessħa mhux ipproċessati lesti għall-konsum u patata mqaxxra u mhux ipproċessata ppakkjata minn qabel biss

 

E 330

Aċidu ċitriku

quantum satis

 

frott u ħxejjex imkessħa mhux ipproċessati lesti għall-konsum u patata mqaxxra u mhux ipproċessata ppakkjata minn qabel biss

 

E 331

Ċitrati tas-sodju

quantum satis

 

frott u ħxejjex imkessħa mhux ipproċessati lesti għall-konsum u patata mqaxxra u mhux ipproċessata ppakkjata minn qabel biss

 

E 332

Ċitrati tal-potassju

quantum satis

 

frott u ħxejjex imkessħa mhux ipproċessati lesti għall-konsum u patata mqaxxra u mhux ipproċessata ppakkjata minn qabel biss

 

E 333

Ċitrati tal-kalċju

quantum satis

 

frott u ħxejjex imkessħa mhux ipproċessati lesti għall-konsum u patata mqaxxra u mhux ipproċessata ppakkjata minn qabel biss”

(3)

Il-kategorija tal-ikel 08.2.2 “Laħam ipproċessat trattat bis-sħana” hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 200-219 tiddaħħal wara l-entrata li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 200-203 “Aċidu sorbiku – sorbati”

 

“E 200-219

Aċidu sorbiku - sorbati; Aċidu benżojku – benżoati;

p-idrossibenżoati

quantum satis

(1) (2)

trattament superfiċjali ta’ prodotti tal-laħam imnixxfin biss”

(b)

l-entrata li ġejja li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 235 tiddaħħal wara l-entrata li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 210-213 “Aċidu benżojku – benżoati”

 

“E 235

Natamiċina

1

(8)

trattament superfiċjali ta’ zalzett imnixxef ikkurat biss”

(c)

in-nota (8) f’qiegħ il-paġna li ġejja tiddaħħal wara n-nota (7) f’qiegħ il-paġna:

“(8):

mg/dm2 superfiċje (mhux preżenti f’fond ta’ 5 mm)”

(4)

Il-kategorija tal-ikel 09.2 “Ħut ipproċessat u prodotti tas-sajd inklużi molluski u krustaċji” hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 100 “Kurkumina” għall-użu fil-pejst tal-ħut u tal-krustaċji tinbidel b’dan li ġej:

 

“E 100

Kurkumina

100

(35)

pejst tal-ħut u pejst tal-krustaċji biss”

(b)

l-entrata li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 100 “Kurkumina” għall-użu fil-ħut iffumikat tinbidel b’dan li ġej:

 

“E 100

Kurkumina

100

(37)

ħut iffumigat biss”

(c)

In-noti (35), (36) u (37) f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(35):

Massimu individwalment jew għat-taħlita ta’ E 100, E 102, E 120, E 122, E 142, E 151, E 160e, E 161b

(36):

Massimu individwalment jew għat-taħlita ta’ E 100, E 102, E 120, E 122, E 129, E 142, E 151, E 160e, E 161b

(37):

Massimu individwalment jew għat-taħlita ta’ E 100, E 102, E 120, E 151, E 160e”

(5)

Il-kategorija tal-ikel 13.1.4 “Ikel ieħor għat-tfal iż-żgħar” hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati rigward l-addittivi tal-ikel E 331 “Ċitrati tas-sodju”, E 332 “Ċitrati tal-potassju” u E 338 “Aċidu fosforiku” jinbidlu b’dan li ġej:

 

“E 331

Ċitrati tas-sodju

2 000

(43)

 

 

E 332

Ċitrati tal-potassju

quantum satis

(43)

 

 

E 338

Aċidu fosforiku

 

(1) (4) (44)”

 

(b)

għandhom jiżdiedu n-noti (43) u (44) li ġejjin f’qiegħ il-paġna:

“(43):

E 331 u E 332 huma awtorizzati individwalment jew flimkien u skont il-limiti stabbiliti fid-Direttivi 2006/141/KE, 2006/125/KE, 1999/21/KE

(44):

Skont il-limiti stabbiliti fid-Direttivi 2006/141/KE, 2006/125/KE u 1999/21/KE”

(6)

Il-kategorija tal-ikel 13.1.5.2 “Ikel tad-dieta għat-trabi u għal tfal żgħar għal għanijiet mediċinali speċjali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE”, it-test fl-ewwel ringiela jinbidel b’dan li ġej:

“L-addittivi tal-grupp 13.1.2 u 13.1.3 huma applikabbli, ħlief E 270, E 333, E 341”

(7)

Il-kategorija tal-ikel 14.2.6 “Xorb spirituż kif definit fir-Regolament (KE) Nru 110/2008” hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel li jappartjenu għall-Grupp II, il-Grupp III u li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 123 “għobbejra” u E 150a-d “Karamelli” jinbidlu b’dan li ġej:

 

“Grupp II

Kuluri fi quantum satis

quantum satis

 

ħlief: xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 5(1) u denominazzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-paragrafi 1-14 tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u spirti (preċeduti mill-isem tal-frotta) miksuba b’maċerazzjoni u distillazzjoni, Geist (bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata), London Gin, Sambuca, Maraschino, Marrasquino jew Maraskino u Mistrà

 

Grupp III

Kuluri b’limitu massimu kkombinat

200

 

ħlief: xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 5(1) u denominazzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-paragrafi 1-14 tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u spirti (preċeduti mill-isem tal-frotta) miksuba b’maċerazzjoni u distillazzjoni, Geist (bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata), London Gin, Sambuca, Maraschino, Marrasquino jew Maraskino u Mistrà

 

E 123

Għobbejra

30

 

ħlief: xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 5(1) u denominazzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-paragrafi 1-14 tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u spirti (preċeduti mill-isem tal-frotta) miksuba b’maċerazzjoni u distillazzjoni, Geist (bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata), London Gin, Sambuca, Maraschino, Marrasquino jew Maraskino u Mistrà

 

E 150a-d

Karamelli

quantum satis

 

ħlief: spirti tal-frott, spriti (preċeduti mill-isem tal-frotta) miksuba b’maċerazzjoni u distillazzjoni, Geist (bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata), London Gin, Sambuca, Maraschino, Marrasquino jew Maraskino u Mistrà. Wiski, il-wiski jista’ jinkludi biss E 150a.”

(b)

l-entrati li ġejjin li jikkonċernaw addittivi tal-ikel E 104 u E 110 jiddaħħlu wara l-entrata li tikkonċerna l-Grupp III:

 

“E 104

Isfar Kinolina

180

(61)

ħlief: xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 5(1) u denominazzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-paragrafi 1-14 tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u spirti (preċeduti mill-isem tal-frotta) miksuba b’maċerazzjoni u distillazzjoni, Geist (bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata), London Gin, Sambuca, Maraschino, Marrasquino jew Maraskino u Mistrà.

 

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

100

(61)

ħlief: xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 5(1) u denominazzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-paragrafi 1-14 tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u spirti (preċeduti mill-isem tal-frotta) miksuba b’maċerazzjoni u distillazzjoni, Geist (bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata), London Gin, Sambuca, Maraschino, Marrasquino jew Maraskino u Mistrà”

(c)

l-entrata li ġejja li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 124 tiddaħħal wara l-entrata li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 123 “Għobbejra”

 

“E 124

Lewn il-pepprin 4R, Aħmar Kuċċinilja A

170

(61)

ħlief: xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 5(1) u denominazzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-paragrafi 1-14 tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u spirti (preċeduti mill-isem tal-frotta) miksuba b’maċerazzjoni u distillazzjoni, Geist (bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata), London Gin, Sambuca, Maraschino, Marrasquino jew Maraskino u Mistrà.”

(d)

tiżdied in-nota (61) li ġejja f’qiegħ il-paġna:

“(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għall-Grupp III”

(8)

Fil-kategorija tal-ikel 14.2.7.1 “Inbejjed aromatizzati”, l-entrata li ġejja li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 150a-d Karamelli titħassar:

 

“E 150a-d

Karamelli

quantum satis

 

americano, bitter vino biss”

(9)

Fil-kategorija tal-ikel 17.1 “Supplimenti tal-ikel forniti f’forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, esklużi forom li wieħed jista’ jomgħod”, l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 551 – 559 “Diossidu tas-siliċju – silikati” tinbidel b’dan li ġej:

 

“E 551 - 559

Diossidu tas-siliċju - silikati

quantum satis

 

 

Perjodu ta’ applikazzjoni:

sal-31 ta’ Jannar 2014

 

E 551 - 553

Diossidu tas-siliċju - silikati

quantum satis

 

 

Perjodu ta’ applikazzjoni:

Mill-1 ta’ Frar 2014”

(10)

Fil-kategorija tal-ikel 17.2 “Supplimenti tal-ikel fornuti f’forma likwida”, l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 551-559 “Diossidu tas-siliċju – silikati” jinbidel b’dan li ġej:

 

“E 551 - 559

Diossidu tas-siliċju - silikati

quantum satis

 

 

Perjodu ta’ applikazzjoni:

sal-31 ta’ Jannar 2014

 

E 551 - 553

Diossidu tas-siliċju - silikati

quantum satis

 

 

Perjodu ta’ applikazzjoni:

Mill-1 ta’ Frar 2014”

(11)

Fil-kategorija tal-ikel 17.3 “Supplimenti tal-ikel fornuti f’tip ta’ ġulepp jew forma li tingħomod”, l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 551-559 “Diossidu tas-siliċju – silikati” tinbidel b’dan li ġej:

 

“E 551 - 559

Diossidu tas-siliċju - silikati

quantum satis

 

 

Perjodu ta’ applikazzjoni:

sal-31 ta’ Jannar 2014

 

E 551 - 553

Diossidu tas-siliċju - silikati

quantum satis

 

 

Perjodu ta’ applikazzjoni:

Mill-1 ta’ Frar 2014”


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 439/2013

tat-13 ta’ Mejju 2013

li jemenda għall-192 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta' Mejju 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-KSNU.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

‘Mohamed Ben Mohamed Ben Khalifa Abdelhedi (alias Mohamed Ben Mohamed Abdelhedi). Indirizz: (a) Via Galileo Ferraries 64, Varese, l-Italja; (b) 261 Kramdah Road (km 2), Sfax, it-Tuneżija. Data tat-twelid: 10.8.1965. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L965734 (passaport Tuneżin maħruġ fis-6.2.1999, skada fil-5.2.2004). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BDL MMD 65M10 Z352S, (b) Isem l-omm: Shadhliah Ben Amir; (c) Kien residenti fl-Italja minn Awwissu 2009. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.6.2004.’


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 440/2013

tat-13 ta’ Mejju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,2

MA

60,8

TN

116,7

TR

91,1

ZZ

73,5

0707 00 05

AL

32,3

MK

34,4

TR

132,0

ZZ

66,2

0709 93 10

AL

78,9

TR

133,0

ZZ

106,0

0805 10 20

EG

50,2

IL

63,8

MA

55,1

ZZ

56,4

0805 50 10

TR

98,0

ZA

97,2

ZZ

97,6

0808 10 80

AR

113,6

BR

104,5

CL

122,0

CN

91,8

MK

32,3

NZ

155,0

US

209,3

ZA

112,7

ZZ

117,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/38


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Mejju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati

(notifikata bid-dokument C(2013) 2589)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/217/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (2), tistabbilixxi regoli dwar l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3).

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam, stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, bil-kundizzjoni li dawk il-komoditajiet jikkonformaw mat-trattament imsemmi f’dik il-Parti.

(3)

Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi minn “B” sa “F”, elenkati mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed.

(4)

Il-Messiku huwa elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE kif awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem meħudin minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, li ġew soġġetti għat-trattament speċifiku D.

(5)

Fl-2012 għadd ta’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotip H7N3 ġew ikkonfermati fl-Istat ta’ Jalisco fil-Messiku, f’żona b’densità għolja ta’ rziezet fejn jitrabbew it-tjur. Il-Messiku applika politika ta’ qerda u wettaq tilqim ta’ emerġenza kontra l-influwenza tat-tjur biex jikkontrolla t-tifqigħat.

(6)

Fl-aħħar ta’ Settembru 2012 ġiet ikkonfermata l-aħħar tifqigħa tal-HPAI ta’ dik l-epidemija u f’Diċembru 2012 il-Messiku ddikjara li t-tifqigħat ġew eradikati.

(7)

Fit-8 ta’ Jannar 2013, il-Messiku nnotifika lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H7N3 fit-tjur fit-territorju tiegħu fl-Istat ta’ Aguascalientes. Il-marda nfirxet ukoll lejn l-Istati ta’ Jalisco u Guanajuato.

(8)

Minħabba l-konferma tat-tifqigħat tal-HPAI, it-territorju tal-Messiku ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda.

(9)

Ir-rikorrenza tat-tifqigħat tal-HPAI tqajjem tħassib dwar l-effettività tal-miżuri, inkluż it-tilqim, li huma applikati fil-Messiku biex jikkontrollaw l-HPAI.

(10)

L-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem meħudin minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, li ġew soġġetti għal trattament kif stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex ħielsa mill-HPAI, jitqiesu li jippreżentaw riskju negliġibbli għall-introduzzjoni tal-vajrus fl-Unjoni.

(11)

Madankollu, minħabba l-firxa rapida tal-HPAI u r-riskju li t-tifqigħat tal-HPAI ma jiġux individwati fil-ħin mill-awtorità kompetenti Messikana, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem li joriġinaw f’dak il-pajjiż terz għandhom jiġu awtorizzati biss fejn dawk il-komoditajiet ikunu ġew soġġetti għat-trattament speċifiku B kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, billi dak it-trattament huwa aktar sever minn dak attwalment applikabbli għal dawk il-komoditajiet skont il-Parti 2 ta’ dak l-Anness.

(12)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(13)

Sabiex jiġi evitat taqlib bla bżonn fil-kummerċ, għandu jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni, li matulu kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem meħudin minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, li joriġinaw fil-Messiku u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2007/777/KE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jistgħu jkomplu jiġu importati lejn l-Unjoni jew jgħaddu minnha.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Awwissu 2013, il-kunsinni, inklużi dawk li jinġarru fuq l-ibħra mqallba, li joriġinaw fil-Messiku, li fihom prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem meħudin minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi li ġew soġġetti għat-trattament speċifiku D stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni jew jgħaddu minnha bil-kundizzjoni li jkunu akkumpanjati biċ-ċertifikat rilevanti komplut u ffirmat qabel is-17 ta’ Mejju 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-entrata għall-Messiku qed tinbidel b’dan li ġej:

“MX

Il-Messiku

A

D

D

A

B

B

A

D

D

XXX

A

B

XXX”


14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.