ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.025.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 34/2013
tas-16 ta’ Jannar 2013
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għat-2-fenilfenol, l-ametoktradin, ir-razez DSM 14940 u DSM 14941 tal-Aureobasidium pullulans, iċ-ċiprokonażol, id-difenokonażol, id-ditjokarbamati, il-folpet, il-propamokarb, l-ispinosad, l-ispirodiklofen, it-tebufenpirad u t-tetrakonażol f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 (1) (a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għat-2-fenilfenol, id-dikwat, id-ditjokarbamati u l-folpet, il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġew stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-ametoktradin, il-biksafen, iċ-ċiprokonażol, id-difenokonażol, l-epossikonażol, il-propamokarb, l-ispinosad, l-ispirodiklofen, it-tebufenpirad u t-tetrakonażol l-MRLs ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għar-razez DSM 14940 u DSM 14941 tal-Aureobasidium pullulans ma ġew stabbiliti ebda MRLs speċifiċi fl-Anness II u III u s-sustanza lanqas ġiet inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għalhekk japplika l-valur iffissat ta’ 0,01 mg/kg. |
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva ametoktradin fuq il-kurrat, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu mmodifikati l-MRLs eżistenti. |
(3) |
Fejn tidħol il-biksafen, saret tali applikazzjoni għaż-żerriegħa tan-nevew, iż-żerriegħa tal-kittien, iż-żerriegħa tal-peprin u ż-żerriegħa tal-mustarda. Fejn tidħol iċ-ċiprokonażol, saret tali applikazzjoni għaż-żerriegħa tal-peprin. Fejn tidħol id-difenokonażol, saret tali applikazzjoni għal-lampun, it-tut u l-kukurbiti (bil-qoxra tittiekel). Fejn jidħol id-dikwat, saret tali applikazzjoni għall-fidloqqom. Fejn jidħlu d-ditjokarbamati, saret tali applikazzjoni għat-tewm, il-basal, ix-shallots, il-kukurbiti u l-asparagu. Fejn tidħol l-epossikonażol, saret tali applikazzjoni għall-prodotti ġejjin mill-annimali filwaqt li tqiesu l-livelli tar-residwi fi prodotti tal-għalf li jirriżultaw mill-użu tal-epossikonażol fuq il-qamħirrum. Fejn tidħol il-folpet, saret tali applikazzjoni għall-għeneb tal-għasir. Fejn tidħol il-propamokarb, saret tali applikazzjoni għall-kaboċċi. Fejn tidħol l-ispinosad, saret tali applikazzjoni għall-karfus, il-bużbież, il-lampun u t-tut. Fejn tidħol l-ispirodiklofen, saret tali applikazzjoni għall-frawli u l-banana. Fejn tidħol it-tebufenpirad, saret tali applikazzjoni għall-ħjar u l-qarabagħli. Fejn tidħol it-tetrakonażol, saret tali applikazzjoni għaż-żerriegħa tan-nevew. |
(4) |
Fil-kuntest ta' proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih ir-razez DSM 14940 u DSM 14941 tas-sustanza attiva Aureobasidium pullulans, saret tali applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex dik is-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(5) |
Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 saret applikazzjoni għall-ametoktradin fuq il-patata, il-ħxejjex tropikali bl-għeruq u t-tuberi, il-basal, it-tewm, ix-shallots, l-ispring onions, it-tadam, il-bżar, il-brunġiel, l-okra, solanakei oħrajn, il-ħjar, il-gherkins, il-qarabagħli, kukurbiti oħrajn (bil-qoxra tittiekel), il-kukurbiti (bil-qoxra ma tittikilx), il-brokkli, il-kaboċċi, il-kaboċċa Ċiniża, il-ħass, l-iskarola, il-krexxuni, il-krexxuni tal-art, ir-rukola, il-mustarda l-ħamra, il-weraq u n-nebbieta tal-Brassica spp., l-ispinaċi, il-weraq tal-pitravi, il-burdlieqa, il-karfus, il-bużbież u l-ħops. L-applikant isostni li l-użu awtorizzat tal-ametoktradin fuq dawn l-għelejjel fl-Istati Uniti u fil-Kanada jwassal għal residwi ogħla mill-MRLs fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li huma meħtieġa MRLs ogħla biex ma jkunx hemm ostakli fil-kummerċ għall-importazzjoni ta' dawn l-għelejjel. |
(6) |
Fejn tidħol l-ispirodiklofen, saret tali applikazzjoni biex l-MRLs eżistenti jiżdiedu fil-każ tal-papaya, l-avocado u l-mango minħabba li l-użu awtorizzat ta’ dik is-sustanza fuq dawn l-għelejjel fl-Istati Uniti jwassal għal residwi li jisbqu l-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Biex ma jkunx hemm ostakli fil-kummerċ mill-importazzjoni ta' dawn l-għelejjel hemm bżonn li l-MRLs jiżdiedu. |
(7) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ngħaddew lill-Kummissjoni. |
(8) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ’il quddiem "l-Awtorità", evalwat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni, u dan filwaqt li eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumatur u fejn rilevanti għall-annimali, u tat opinjonijiet motivati fuq l-MRLs proposti (2). Din għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
(9) |
Fl-opinjonijiet motivati tagħha l-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-użu tal-ametoktradin fuq l-ispring onions, id-dejta mressqa ma kinitx biżżejjed biex jiġi stabbilit MRL ġdid. Għat-tadam u l-bżar, id-dejta li tressqet ma tixhidx il-ħtieġa li jiġu modifikati l-MRLs eżistenti. Fir-rigward tal-użu tal-bissafen fuq iż-żerriegħa tan-nevew, iż-żerriegħa tal-kittien, iż-żerriegħa tal-peprin u ż-żerriegħa tal-mustarda, id-dejta li tressqet mhix biżżejjed biex jiġi ffissat MRL ġdid. Fir-rigward tad-dikwat, l-Awtorità kkonkludiet li l-użu intenzjonat mhuwiex sostnut biżżejjed bid-dejta dwar ir-residwi u li bħalissa ma jistgħu jiġu awtorizzati l-ebda użi ġodda qabel ma ssir reviżjoni komprensiva tal-MRLs eżistenti. Fir-rigward tar-residwi tal-epossikonażol fil-prodotti tal-annimali, id-dejta mressqa ma tixhidx il-ħtieġa li jiġi modifikat l-MRL eżistenti. Fir-rigward tal-użu tal-ispirodiklofen fuq il-frawli, id-dejta mressqa mhix biżżejjed biex jiġi ffissat MRL ġdid. |
(10) |
Fir-rigward tad-ditjokarbamati ġejjin mill-użu tal-metiram fuq l-asparagu, il-basal, ix-shallots, u l-kukurbiti (bil-qoxra tittiekel), ma hemm bżonn ta’ ebda modifika fl-MRLs minħabba li l-MRLs stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma identiċi għal dawk mitluba. |
(11) |
Fir-rigward tar-razez DSM 14940 u DSM 14941 tal-Aureobasidium pullulans, l-Awtorità kkonkludiet li l-inklużjoni tagħhom fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f’lokha. |
(12) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta ġew sodisfatti u li, abbażi ta’ stima tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp ta’ konsumaturi Ewropej speċifiċi, it-tibdil fl-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għall-perjodu qasir minħabba konsum estrem tal-għelejjel u l-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) jew id-doża ta’ referenza akuta (ARfD). |
(13) |
Fir-rigward tat-2-fenilfenol fil-frott taċ-ċitru, fir-Regolament (KE) Nru 304/2010 (3) l-MRLs kienu stabbiliti hekk sat-30 ta’ Settembru 2012, u dan sakemm jitressqu u jiġu evalwati żewġ testijiet addizzjonali tar-residwi fuq il-frott taċ-ċitru kif ukoll studji validi dwar l-istabbiltà waqt il-ħżin. Dawk it-testijiet u dik id-dejta tressqet lil Spanja, l-Istat Membru relatur għal dik is-sustanza, f’Marzu 2012. Spanja evalwat dik id-dejta u ħejjiet rapport ta’ evalwazzjoni li tressaq quddiem il-Kummissjoni fit-18 ta’ Lulju 2012. Sabiex jingħata ż-żmien meħtieġ biex l-Awtorità tivvaluta dak ir-rapport u biex il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha, huwa f’loku li l-validità ta' dawn l-MRLs tiġi estiża sat-30 ta’ Settembru 2014. |
(14) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità, u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti għas-suġġett li qed jiġi kkunsidrat, il-modifiki rilevanti għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(15) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(16) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, l-emenda dwar it-2-fenilfenol għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2012. |
(17) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 1(a) tal-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA, li huma disponibbli f': http://www.efsa.europa.eu:
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for ametoctradin in various commodities. EFSA Journal 2012;10(6):2771 [43 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2771. |
|
Reasoned opinion of EFSA: Potential inclusion of the microorganism Aureobasidium pullulans strains DSM 14940 and DSM 14941 in Annex IV of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2011;9(11):2435 [25 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2435. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for bixafen in oilseed rape, linseed, poppy seed and mustard seed. EFSA Journal 2012; 10(7):2844 [28 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2844. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for cyproconazole in poppy seed. EFSA Journal 2012; 10(7):2834 [26 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2834. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for difenoconazole in raspberries, blackberries and cucurbits (edible peel). EFSA Journal 2012; 10(8):2867 [30 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2867. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for diquat in borage (including echium (Echium plantagineum)). EFSA Journal 2012; 10(5):2711 [24 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2711. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for dithiocarbamates (expressed as carbon disulfide) in bulb vegetables, cucurbits and asparagus. EFSA Journal 2012;10(7):2846 [36 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2846. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for epoxiconazole in products of animal origin. EFSA Journal 2012;10(6):2795 [34 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2795. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for folpet in wine grapes. EFSA Journal 2012;10(6):2769 [31 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2769. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for propamocarb in radishes and kale. EFSA Journal 2012;10(4):2684 [30 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2684.Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for spinosad in celery, fennel, raspberries and blackberries. EFSA Journal 2012;10(6):2770 [27 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2770. |
|
Reasoned opinion on the modification of MRLs for spirodiclofen in strawberries bananas, avocado, mango and papaya. EFSA Journal 2012;10(7):2821 [30 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2821. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for tebufenpyrad in cucumbers and courgettes. EFSA Journal 2012;10(6):2793 [25 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2793. |
|
Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for tetraconazole in rape seed. EFSA Journal 2012;10(7):2842 [31 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2842. |
ANNESS
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni għall-ametoktradin, iċ-ċiprokonażol, id-difenokonażol, il-propamokarb, l-ispinosad, l-ispirodiklofen, it-tebufenpirad u t-tetrakonażol jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(3) |
Fl-Anness IV tiżdied l-entrata: “ir-razez DSM 14940 u DSM 14941 tal-Aureobasidium pullulans” f’ordni alfabetika. |
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(**) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
2-phenylphenol
(+) |
MRL validu sat-30 ta' Settembru 2014 sakemm jiġu ppreżentati u evalwati żewġ provi addizzjonali għar-residwi fuq il-frott taċ-ċitru u studji validi dwar l-istabbiltà fil-ħżin.
|
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(***) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(****) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
Dithiocarbamates (dithiocarbamates expressi bħala CS2, inklużi maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram and ziram)
L-MRLs espressi bħala CS2 jistgħu joħorġu minn dithiocarbamates differenti u għalhekk ma jirriflettux Prattika Agrikola Tajba (GAP) waħda. Għalhekk mhux xieraq li dawn l-MRLs jintużaw biex tiġi ċċekkjata l-konformita' ma' GAP.
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram).
|
(+) |
(mz, me, pr, t, z)
|
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram). |
(+) |
(mz, t)
|
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram). |
(+) |
(mz, me, t, z)
|
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram). |
(+) |
(ma, mz, me, pr, t)
|
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram). |
(+) |
(t)
|
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram). |
(+) |
(mz)
|
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram). |
(+) |
(mz, pr)
|
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram). |
(+) |
(mz, me, t)

(ma, mz, me, pr)

(ma, me, pr, t)

(me) Fil-parentesi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mż: mankożeb me: metiram pr: propineb t: tiram ż: ziram).
|
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram). |
(+) |
(ma, mz)

(mz, me)

(me) Fil-parentesi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mż: mankożeb me: metiram pr: propineb t: tiram ż: żiram).

(pr)
|
(+) |
Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb mz: mancozeb me: metiram pr: propineb t: thiram z: ziram). |
Folpet
(+) |
Is-somma ta' captan u folpet.
|
(3) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*****) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(F)= Soluble tax-xaħam
ametoctradin
(+) |
Ametoktradin, metabolit 4-(7-ammino-5-etil [1,2,4]triażolo, [1,5-a]pirimidin-6-yl) aċidu butanojku (M650F01) u metabolit 6-(7-ammino-5-etil [1,2,4]triażolo [1,5-a]pirimidin-6-il) aċidu eżanojku (M650F06), espress bħala ametoktradin
|
26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/49 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 35/2013
tat-18 ta’ Jannar 2013
li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għad-dimetomorf, l-indoksakarb, il-piraklostrobin u t-trifloksistrobin f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Għall-indoksakarb, il-piraklostrobin u t-trifloksistrobin, il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għad-dimetomorf, l-MRLs ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva dimetomorf fil-brassika bil-weraq, fl-iscarole, fil-krexxuni u fil-krexxuni tal-art, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu modifikati l-MRLs eżistenti. |
(3) |
Fil-każ tal-indoksakarb, din l-applikazzjoni tressqet fil-każ tal-frawli, il-lampun, il-kaboċċa Ċiniża, il-valerjanella, l-iscarole, il-witloof, il-fażola bl-imżiewed, il-kardun, il-bużbież, ir-rabarbru u l-fażola tas-soja. Fil-każ tal-piraklostrobin, din l-applikazzjoni tressqet fil-każ tal-brassika bil-weraq, il-qamħirrum ħelu, il-qamħirrum, il-millieġ u s-sorgu. Fil-każ tat-trifloksitrobin, din l-applikazzjoni tressqet fil-każ tal-basal aħdar u l-qaqoċċ. |
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tressqet applikazzjoni għad-dimetomorf fuq il-brassika bil-fjuri, il-ġidra, il-ħass, il-karfus it-tewm, il-basal u xorta oħra ta' basal. L-applikant isostni li l-użu awtorizzat tad-dimetomorf fuq dawn il-prodotti tar-raba' fl-Istati Uniti u fil-Kanada jwassal għal residwi li jaqbżu l-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u hemm bżonn ta' MRLs ogħla sabiex jiġu evitati l-ostakli kummerċjali għall-importazzjoni ta' dawn il-prodotti tar-raba'. |
(5) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet kienu evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta' evalwazzjoni tressqu lill-Kummissjoni. |
(6) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità", evalwat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni fejn, b'mod partikolari, eżaminat ir-riskji għall-konsumatur u fejn rilevanti għall-annimali, u tat opinjonijiet raġunati fuq l-MRLs proposti (2). Għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
(7) |
Fl-opinjonijiet motivati tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li, rigward l-użu tad-dimetomorf fuq il-brassika bil-fjuri, id-dejta ppreżentata hija biżżejjed sabiex tistabbilixxi MRL ġdid għall-brokkoli biss. Fil-każ tal-indoksakarb fuq l-iscarole u l-fażola tas-soja, id-dejta ppreżentata ma turix bżonn li jiġi mmodifikat l-MRL eżistenti. Għall-witloof, id-dejta ppreżentata m'hijiex biżżejjed sabiex tistabbilixxi MRL ġdid. Fil-każ tal-użu tal-piraklostrobin fuq il-qamħirrum ħelu, id-dejta mressqa mhix biżżejjed biex jinħareġ MRL ġdid. |
(8) |
Dwar l-użu tad-dimetomorf fuq il-krexxun u l-krexxun tal-art, ma hi meħtieġa ebda modifika fl-MRLs u dan minħabba li l-MRLs stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma identiċi għal dawk mitluba. Dwar l-użu tal-piraklostrobin fuq il-qamħirrum, il-millieġ u s-sorgu, m'hemm bżonn ta' ebda modifika fl-MRLs u dan minħabba li l-MRLs stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma identiċi għal dawk mitluba. |
(9) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta ntlaħqu u li t-tibdil fl-MRLs mitlub mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur fuq bażi tal-assessjar tal-esponiment tal-konsumatur għas-27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għall-perjodu qasir minħabba konsum estrem tal-prodotti rilevanti tal-għelieqi ma wrew li kien hemm riskju li jinqabżu l-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) jew id-doża ta’ referenza akuta (ARfD). |
(10) |
Fuq il-bażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità, u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti għas-suġġett li qed jiġi kkunsidrat, l-emendi rilevanti fl-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA jinsab fis-sit: http://www.efsa.europa.eu:
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for dimethomorph in several vegetable crops. EFSA Journal 2012; 10(7):2845 [35 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2845.
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for indoxacarb in various crops. EFSA Journal 2012;10(7):2833 [33 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2833.Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for pyraclostrobin in leafy brassica and various cereals. EFSA Journal 2012;10(3):2606 [36 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2606.
Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for trifloxystrobin in spring onions and globe artichokes. EFSA Journal 2012; 10(9):2873 [25 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2012.2873.
ANNESS
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonna għall-indoksakarb, il-piraklostrobin u t-trifloksistrobin tinbidel kif ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(2) |
Fil-Parti A ta' Anness III, il-kolonni għad-dimetomorf jinbidlu kif ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(**) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
(F)= Soluble tax-xaħam
Trifloxystrobin (F)
triflossistrobin - kodiċi 1000000: Is-somma ta' triflossistrobin u l-metabolit tiegħu (E,E)-metossimino- {2-[1-(3-trifluwometil-fenil)-etilideneammino-ossimetil]-fenil}-aċidu aċetiku (CGA 321113)”
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(***) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika”