ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.324.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 324

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
22 ta' Novembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1081/2012 tad-9 ta’ Novembru 2012 għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012 tad-9 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ( 1 )

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1081/2012

tad-9 ta’ Novembru 2012

għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/93 tat-30 ta’ Marzu 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Huma meħtieġa dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 116/2009, li jipprovdi, fost l-oħrajn, għat-twaqqif ta’ sistema ta’ liċenzjar ta’ esportazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ oġġetti kulturali elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Sabiex jigi assigurat li liċenzi ta’ esportazzjoni kif hemm provdut fl-imsemmi Regolament ikunu uniformi huma meħtieġa regoli li jirregolaw it-tfassil, il-ħruġ u l-użu tal-formola. Għal dak il-għan, għandu jkun magħmul disponibbli kampjun ta’ liċenza.

(4)

Sabiex jiġi eleminat xogħol amministrattiv mhux neċessarju, huwa meħtieġ kunċett ta’ liċenzi miftuħin għall-esportazzjoni temporanja ta’ oġġetti kulturali minn persuni responsabbli jew organizzazzjonijiet għall-użu u/jew għall-esibizzjoni f’pajjiżi terzi.

(5)

L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu vantaġġ minn dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu jistgħu jagħmlu hekk inrelazzjoni mal-oġġetti, persuni u organizzazzjonijiet kulturali tagħhom. Il-kundizzjonijiet li jridu jkunu mwettqa se jkunu differenti minn Stat Membru għall-ieħor. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu jekk jużawx liċenzi miftuħin jew mhux miftuħin u jniżżlu l-kundizzjonijiet li jridu jiġu milħuqa għall-ħruġ tagħhom.

(6)

Liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom isiru f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 116/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA I

FORMA TAL-LIĊENZA

Artikolu 1

1.   Għandu jkun hemm tliet tipi ta’ liċenzi għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali li għandhom ikunu maħruġa u użati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 116/2009 u ma’ dan ir-Regolament:

(a)

il-liċenza standard;

(b)

il-liċenza miftuħa speċifika;

(c)

il-liċenza miftuħa ġenerali.

2.   L-użu tal-liċenżi tal-esportazzjoni m’għandhom bl-ebda mod jaffettwaw l-obbligi konnessi mal-formalitajiet tal-esportazzjoni jew mad-dokumenti relatati.

3.   Formuli tal-licenza ta’ esportazzjoni għandhom jingħataw, meta jintalbu, mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 116/2009.

Artikolu 2

1.   Liċenza standard għandha normalment tiġi użata għal kull oġġett għall-esportazzjoni li hu suġġett għar-Regolament (KE) Nru 116/2009.

Madanakollu kull Stat Membru individwali kkonċernat jista’ jiddeċiedi jekk jixtieqx jew le li joħroġ xi liċenzi miftuħa speċifiċi jew ġenerali li jistgħu jintużaw minflok jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi relatati magħhom huma milħuqa kif imniżżel fl-Artikoli 10 u 13.

2.   Liċenza miftuħa speċifika għandha tkopri l-esportazzjoni temporanja ripetuta ta’ oġġett kulturali speċifiku minn persuna jew organizzazzjoni partikolari kif imniżżel fl-Artikolu 10.

3.   Liċenza miftuħa ġenerali għandha tkopri kull esportazzjoni temporanja ta’ xi oġġetti kulturali minn dawk li jifformaw parti minn kollezzjoni permanenti ta’ mużew jew istituzzjoni oħra, kif imniżżel fl-Artikolu 13.

4.   L-Istat Membru jista’ jirrevoka kull liċenza miftuħa speċifika jew ġenerali f’kull ħin jekk il-kundizzjonijiet taħt liema kienet inħarġet m’għadhomx sodisfatti. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni immedjatament jekk il-liċenza maħruġa mhix irkuprata u tista’ tiġi użata irregolarment. Il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

5.   L-Istati Membri jistgħu jintroduċu liema miżuri raġonevoli li huma jaraw neċessarji fit-territorju nazzjonali tagħhom biex jimmonitorjaw l-użu tal-liċenzi miftuħa tagħhom.

TAQSIMA II

IL-LIĊENZA STANDARD

Artikolu 3

1.   Liċenzi standard għandhom ikunu maħruġa fuq il-formola, li mudell tagħha jinsab fl-Anness I. Il-formola għandha tkun stampata fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, imħejjija biex issir kitba fuqha u tiżen mhux anqas minn 55 g/m2.

2.   Il-qies tal-formoli għandu jkun ta’ 210 × 297 mm.

3.   Il-formoli għandhom isiru f’forma stampata jew elettronika u jimtlew f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni nnominata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-formola jistgħu jitolbu li din tkun tradotta fil-lingwa, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ dak l-Istat Membru. F’dan il-każ, l-ispejjeż tat-traduzzjoni għandhom jitħallsu mid-detentur tal-liċenza.

4.   Stati Membri għandhom ikunu responsabbli:

(a)

li jistampaw il-formoli, li jkollhom l-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka ta’ identifikazzjoni;

(b)

li jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jevitaw il-falsifikazzjoni ta’ formoli. Il-mezzi ta’ identifikazzjoni adottati minn Stati Membri għal dan il-għan għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni, biex jiġu komunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

5.   Formoli għandhom preferibbilment jimtlew b’mezzi mekkaniċi jew elettroniċi. Iżda, l-applikazzjoni tista’ timtela bl-idejn b’mod leġġibbli; fil-każ tal-aħħar din għandha tkun miktuba bil-linka u b’ittri kbar.

Ikun x’ikun il-metodu użat, formoli m’għandhomx ikollhom tħassir, kitba fuq oħra jew alterazzjonijiet oħra.

Artikolu 4

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, għandha tinħareġ liċenza ta’ esportazzjoni separata għal kull kunsinna ta’ oġġetti kulturali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kunsinna għandha tfisser jew oġġett kulturali wieħed jew numru ta’ oġġetti kulturali.

3.   Fejn kunsinna tikkonsisti f’numru ta’ oġġetti kulturali, huma l-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu jekk liċenza ta’ esportazzjoni waħda jew aktar għandhomx jinħarġu għall-kunsinna kkonċernata.

Artikolu 5

Il-formola għandu jkollha tliet folji:

(a)

folja waħda, immarkata Nru 1, li għandha tkun l-applikazzjoni;

(b)

folja waħda, immarkata Nru 2, għad-detentur;

(c)

folja waħda, immarkata Nru 3, li għandha tingħata lura lill-awtorità emittenti.

Artikolu 6

1.   L-applikant għandu jimla l-kaxxi 1, 3, 6 sa 21, 24 u, jekk ikun meħtieġ, 25 tal-applikazzjoni u l-folji l-oħra, minbarra fejn l-istampar minn qabel tal-kaxxa jew tal-kaxxi jkun awtorizzat.

Madankollu, Stati Membri jistgħu jeżiġu li l-applikazzjoni biss tkun teħtieġ li timtela.

2.   L-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

(a)

dokumentazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-oġġett(i) kulturali u l-istatus legali tiegħu (tagħhom) fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni, permezz ta’ xi dokumenti ta’ sostenn (fattura, stima esperta, eċċ), fejn ikun xieraq;

(b)

ritratt debitament awtentikat jew, meta jkun xieraq u fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ritratti mhux tal-kulur jew tal-kulur (ta’ qies ta’ mill-inqas 8 cm bi 12 cm) tal-oġġetti kulturali kkonċernati.

Din il-ħtieġa tista’ tkun sostitwita, meta jkun xieraq u fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, b’lista dettaljata tal-oġġetti kulturali.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu, għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ liċenza ta’ esportazzjoni, il-preżentazzjoni fiżika tal-oġġetti kulturali li jkunu ser jiġu esportati.

4.   L-ispejjeż kollha magħmula fir-rigward tal-paragrafi 2 u 3 għandhom jitħallsu mill-applikant li jitlob il-liċenza ta’ esportazzjoni.

5.   Sabiex tingħata liċenza ta’ esportazzjoni, il-formola mimlija kif imiss għandha tigi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 116/2009. Meta l-awtorità tkun tat il-licenza ta’ esportazzjoni, folja 1i għandha tinżamm minn dik l-awtorità u l-folji li jifdal għandhom jintbagħtu lura lid-detentur tal-liċenza ta’ esportazzjoni jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Artikolu 7

Dawn li ġejjin għandhom jiġu ppreżentati insostenn tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni:

(a)

il-folja tad-detentur;

(b)

il-folja li għandha tintbagħat lura lill-awtorità emittenti.

Artikolu 8

1.   L-uffiċċju doganali responsabbli biex jirċievi d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandu jiżgura li l-entrati fuq id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew, jekk ikun applikabbli, il-carnet ATA, jikkorrispondi mal-entrati fuq il-liċenza ta’ esportazzjoni u li referenza għal-liċenza ta’ esportazzjoni tiddaħħal fil-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew fuq il-mamma tal-carnet ATA.

Dan għandu jieħu miżuri xierqa għall-finijiet ta’ identifikazzjoni. Il-miżuri jistgħu jikkonsistu fit-twaħħil ta’ siġill jew timbru tal-uffiċċju doganali. Il-folja tal-formola tal-liċenza ta’ esportazzjoni li għandha tingħata lura lill-awtorità emittenti għandha tkun mehmuża mal-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni.

2.   Wara li timtela l-kaxxa 23 fil- folji 2 u 3, l-uffiċċju doganali awtorizzat biex jaċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandu jirritorna lid-dikjarant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu/tagħha l- folja intiża għad-detentur.

3.   Il-folja tal-formola tal-liċenza li għandha tingħata lura lill-awtorità emittenti, għandha takkompanja l-kunsinna sal-uffiċċju doganali fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni.

L-uffiċċju doganali għandu jagħmel it-timbru tiegħu mal-kaxxa 26 tal-formola u jirritornaha lill-awtorità emittenti.

Artikolu 9

1.   Il-perjodu ta’ validità ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni m’għandux jeċċedi tnax-il xahar mid-data tal-ħruġ.

2.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għal esportazzjoni temporanja, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispeċifikaw il-limitu ta’ żmien li fih l-oġġetti kulturali għandhom jiġu ri-importati fl-Istat Membru li jkun ħariġhom.

3.   Meta liċenza ta’ esportazzjoni tiskadi mingħajr ma tkun ġiet użata, id-detentur għandu minnufih jibgħat lura lill-awtorità li toħroġha l-folji li jkunu fil-pussess tiegħu.

TAQSIMA III

LIĊENZI MIFTUĦA SPEĊIFIĊI

Artikolu 10

1.   Liċenzi miftuħa speċifiċi jistgħu jkunu maħruġa għal oġġett kulturali speċifiku li jista’ jkun temporanjament esportat mill-Unjoni fuq bażi regolari għall-użu u/jew għall-esibizzjoni f’pajjiż terz. L-oġġett kulturali jrid ikun proprjetà ta’, jew ikun fil-pussess leġittimu ta’, persuna jew organizzazzjoni partikolari li tuża u jew tesibixxi l-oġġett.

2.   Liċenza tista’ tkun maħruġa biss bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet huma konvinti li dik il-persuna jew organizzazzjoni kkonċernata toffri l-garanziji kollha kkunsidrati neċessarji għall-oġġett biex ikun irritornat f’kundizzjoni tajba lill-Unjoni u li dak l-oġġett jista’ jkun deskritt jew immarkat b’mod li ma jkunx hemm ebda dubju li fil-mument ta’ esportazzjoni temporanja dak l-oġġett li jkun esportat huwa dak deskritt fil-liċenza miftuħa speċifika.

3.   Liċenza ma tistax tkun valida għal perjodu li jeċċedi ħames snin.

Artikolu 11

Il-liċenza għandha tkun ippreżentata insostenn ta’ dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni bil-miktub jew tkun disponibbli f’każijiet oħra għall-produzzjoni mal-oġġetti kulturali għal eżami fuq talba.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-liċenza hija ppreżentata jistgħu jistaqsu li hija tiġi tradotta fil-lingwa, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru. F’dak il-każ, l-ispejjeż tat-traduzzjoni għandu jkoprihom id-detentur tal-liċenza.

Artikolu 12

1.   L-uffiċċju doganali awtorizzat biex jaċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandu jassigura li l-oġġetti ppreżentati huma dawk deskritti fuq il-liċenza ta’ esportazzjoni u li referenza tkun magħmula għal dik il-liċenza fil-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jekk dikjarazzjoni bil-miktub hija meħtieġa.

2.   Jekk dikjarazzjoni bil-miktub hija meħtieġa mbagħad il-liċenza għandha tkun mehmuża mal-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni u takkompanja l-oġġett sal-uffiċċju doganali fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fejn il-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni hija disponibbli għall-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu, il-liċenza għandha wkoll tkun disponibbli għalih għall-użu f’okkażjoni li tiġi wara.

TAQSIMA IV

LIĊENZI MIFTUĦA ĠENERALI

Artikolu 13

1.   Liċenzi miftuħa ġenerali jistgħu jkunu maħruġa lil mużewijiet jew istituzzjonijiet oħrajn biex ikopru l-esportazzjoni temporanja ta’ kull oġġett li jappartieni lill-kollezzjoni permanenti tagħhom li jista’ jkun temporanjament esportat mill-Unjoni fuq bażi regolari għall-esibizzjoni f’pajjiż terz.

2.   Liċenza tista’ tiġi maħruġa biss jekk l-awtoritajiet huma konvinti li l-istituzzjoni toffri l-garanziji kollha kkunsidrati neċessarji biex l-oġġett ikun irritornat f’kundizzjoni tajba lejn l-Unjoni. Il-liċenza tista’ tiġi użata biex tkopri kull tagħqid ta’ oġġetti fil-kollezzjoni permanenti f’kull waħda mill-okkażjonijiet ta’ esportazzjoni temporanja. Hija tista’ tkun użata biex tkopri serje ta’ tagħqid differenti ta’ oġġetti kemm b’mod konsekuttiv jew konkorrenti.

3.   Liċenza ma tistax tkun valida għal perjodu li jeċċedi ħames snin.

Artikolu 14

Il-liċenza għandha tkun ippreżentata insostenn tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-liċenza hija ppreżentata jistgħu jistaqsu biex hija tkun maqluba fil-lingwa, jew f’waħda mil-lingwi uffiċċjali, ta’ dak l-Istat Membru. F’dak il-każ, l-ispejjeż tat-traduzzjoni għandu jkoprihom id-detentur tal-liċenza.

Artikolu 15

1.   L-uffiċċju doganali awtorizzat li jaċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandu jassigura li l-liċenza hija ppreżentata flimkien ma’ lista tal-oġġetti esportati u li huma deskritti wkoll fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni. Il-lista għandha tkun fuq karta miktuba fuq (headed paper) tal-istituzzjoni u kull paġna għandha tiġi ffirmata minn wieħed mill-persuni tal-istituzzjoni u msemmi fuq il-liċenza. Kull paġna għandha tkun ukoll ittimbrata bit-timbru tal-istituzzjoni kif impoġġija fuq il-liċenza. Referenza għal-liċenza għandha tkun magħmula fil-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni.

2.   Il-liċenza għandha tkun mehmuża mal-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni u trid takkumpanja l-kunsinna sal-uffiċċju doganali fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fejn il-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni hija disponibbli għall-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu l-liċenza għandha wkoll tkun disponibbli għalih għall-użu f’okkażjoni li tiġi wara.

TAQSIMA V

FORMOLI TAL-LIĊENZI MIFTUĦA

Artikolu 16

1.   Liċenzi miftuħa speċifiċi għandhom ikunu maħruġa fuq il-formola li mudell tagħha jinsab fl-Anness II.

2.   Liċenzi miftuħa ġenerali għandhom ikunu maħruġa fuq il-formola li mudell tagħha jinsab fl-Anness III.

3.   Il-formola tal-liċenza għandha ssir f’forma stampata jew elettronika b’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Unjoni.

4.   Il-liċenza għandha tkejjel 210 × 297 mm. Tolleranza ta’ tnaqqis ta’ 5 mm jew biż-żieda ta’ 8 mm fit-tul għandha tkun permessa.

Il-karta użata għandha tkun bajda u ħielsa minn polpa mekkanika, imħejjija għall-għanijiet tal-kitba u li tiżen mhux inqas minn 55 g/m2. Hija għandha tkun stampata b’disinn blu ċar guilloche fl-isfond sabiex tikxef kull falsifikazzjoni minn mezzi mekkanċi jew kimiċi.

5.   It-tieni folja tal-liċenza, li m’għandux ikollha disinn guilloche fl-isfond, hija għall-użu jew rekords tal-esportatur biss.

Il-formola tal-applikazzjoni li trid tintuża għandha tkun preskritta mill-Istat Membru kkonċernat.

6.   L-Istati Membri jistgħu jirriservaw id-dritt li jistampaw il-formoli tal-liċenza jew li jeħduhom biex jiġu stampati minn stampaturi approvati. Fl-aħħar każ, kull formola għandu jkollha referenza għal tali approvazzjoni.

Kull formola għandu jkollha l-isem u l-indirizz tal-istampatur jew il-marka li biha l-istampatur jista’ jiġi identifikat. Hija għandu jkollha wkoll numru tas-serje, jew stampat jew ittimbrat, li bih tista’ tkun identifikata.

7.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jieħdu kull miżura neċessarja sabiex tiġi evitata l-falsifikazzjoni tal-liċenzi.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni adottat mill-Istati Membri għal dan l-għan għandu jkun notifikat lill-Kummissjoni, għall-komunikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

8.   Il-liċenzi għandhom ikunu magħmula minn mezzi mekkaniċi jew elettroniċi. F’ċirkostanzi eċċezzjonali huma jistgħu jkunu magħmula minn pinen suwed ball point b’ittri kapitali.

Huma m’għandhomx ikun fihom tħassir, kliem miktubin fuq xulxin jew alterazzjonijiet oħra.

TAQSIMA VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Ir-Regolament (KEE) Nru 752/93 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 77, 31.3.1993, p. 24.

(3)  Ara l-Anness IV.


ANNESS I

Mudell tal-formola tal-liċenza ta’ esportazzjoni standard

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

1.   Ġenerali

1.1.

Huma meħtieġa liċenzi għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali biex jiġi protett il-wirt kulturali tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 116/2009.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1081/2012 jistabbilixxi l-forma li biha l-liċenzi ta’ esportazzjoni standard għandhom isiru. L-intenzjoni hija li jiġu ggarantiti verifiki standardizzati għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali barra l-fruntieri tal-Unjoni.

Żewġ tipi oħra ta’ liċenza għall-esportazzjoni huma previsti, jiġifieri:

liċenzi miftuħa speċifiċi, li għandhom jinħarġu għal oġġetti kulturali speċifiċi li jistgħu jiġu esportati temporanjament mill-Unjoni fuq bażi regolari għall-użu u/jew il-wiri f’pajjiż terz,

liċenzi miftuħa ġenerali, li għandhom jinħarġu lil mużewijiet u lil istituzzjonijiet oħra biex ikopru l-esportazzjoni temporanja ta’ kwalunkwe waħda mill-oġġetti li jkunu jappartienu għall-kollezzjonijiet permanenti tagħhom li jistgħu jiġu esportati temporanjment mill- Unjoni fuq bażi regolari għall-wiri f’pajjiż terz.

1.2.

It-tliet folji tal-formola tal-liċenza ta’ esportazzjoni standard għandhom jimtlew b’mod li jinqraw u ma jitħassrux, preferibbilment b’mezzi elettroniċi jew mekkaniċi. Jekk jimtlew bl-idejn, dawn għandhom jinkitbu bil-linka u b’ittri kapitali. Dawn taħt l-ebda ċirkostanza ma jista’ jkun fihom tħassir, kliem miktub fuq ieħor jew tibdil ieħor.

1.3.

Il-kaxxi kollha li ma jintużawx għandhom ikunu ngassati b’linji biex xejn ma jiġi miżjud.

Il-folji jistgħu jiġu identifikati bin-numerazzjoni u l-funzjoni tagħhom, indikati fil-marġini tax-xellug. L-ordni tagħhom fis-sett huwa kif ġej:

—   Folja Nru 1: applikazzjoni li għandha tinżamm mill-awtorità emittenti (indika f’kull Stat Membru l-identità ta’ dik l-awtorità); fil-każ ta’ listi addizzjonali, għandhom jintużaw daqstant folji Nru 1 daqs kemm ikun meħtieġ; huwa l-jedd tal-awtoritajiet emittenti kompetenti li jistabbilixxu jekk għandhiex tinħareġ liċenza ta’ esportazzjoni waħda jew aktar;

—   Folja Nru 2: li għandha tiġi ppreżentata b’appoġġ għad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni fl-uffiċċju doganali kompetenti tal-esportazzjoni u tinżamm mid-detentur tal-liċenza wara li tiġi ttimbrata minn dak l-uffiċċju;

—   Folja Nru 3: li għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali kompetenti tal-esportazzjoni u għandha tmur mal-konsenja minn hemm ‘il quddiem sa ma din tasal fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni; l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jittimbra din il-folja u mbagħad jirritornaha lill-awtorità emittenti.

2.   Intestaturi

Kaxxa 1:

Applikant: Isem tal-individwu jew kumpannija u indirizz residenzjali sħiħ tal-kwartier ġenerali tal-kumpannija.

Kaxxa 2:

Liċenza ta’ esportazzjoni: Biex timtela mill-awtoritajiet kompetenti.

Kaxxa 3:

Destinatarju: Isem u indirizz sħiħ tad-destinatarju, inkluż il-pajjiż terz li lilu l-oġġett ikun qed jiġi esportat temporanjament jew permanentement.

Kaxxa 4:

Indika jekk l-esportazzjoni hijiex permanenti jew temporanja.

Kaxxa 5:

Awtorità emittenti: Isem tal-awtiorità kompetenti u l-Istat Membru li qed joħroġ l-awtorizzazzjoni.

Kaxxa 6:

Rappreżentant tal-applikant: Għandha timtela biss meta l-applikant ikun qed juża rappreżentant awtorizzat.

Kaxxa 7:

Sid tal-oġġetti(i): Isem u indirizz

Kaxxa 8:

Deskrizzjoni skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 116/2009. Kategorija(i) tal-oġġetti kulturali: Dawn l-oġġetti huma kklassifikati skont kategoriji enumerati mill-1 sal-15. Daħħal biss in-numru korrispondenti.

Kaxxa 9:

Deskrizzjoni tal-oġġett(i) kulturali: Agħti n-natura eżatta tal-oġġett(i) (pereżempju pittura, skultura, basso riljev, matriċi negattiva jew kopja pożittiva fil-każ ta’ pellikoli, għamara jew oġġetti, strumenti mużikali) u agħti deskrizzjoni oġġettiva dwar id-dehra tal-oġġett(i).

Għal oġġetti tal-kategorija 13: għid x’tip ta’ kollezzjoni u/jew l-oriġini ġeografika.

Għal kollezzjonijiet jew eżemplari xjentifiċi: agħti l-isem xjentifiku.

Għal kollezzjonijiet arkeoloġiċi komposti minn għadd kbir ta’ oġġetti: huwa biżżejjed li wieħed jagħti deskrizzjoni ġenerika, li għandu jkollha magħha attestat jew ċertifikat maħruġ mill-korp jew mill-istituzzjoni xjentifika jew arkeoloġika u lista tal-oġġetti.

Jekk ma jkunx hemm spazju biex jiġu deskritti l-oġġetti kollha, l-applikant għandu jżid kemm paġni żejda jkun hemm bżonn.

Kaxxa 10:

Kodiċi NM: Bħala indikazzjoni, agħti l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda.

Kaxxa 11:

Numru/kwantità: Agħti n-numru tal-oġġetti, partikolarment fejn jikkostitwixxu sett.

Fil-każ tal-pellikoli, agħti indikazzjoni tan-numru tal-irkiekel, il-format u t-tul.

Kaxxa 12:

Valur fil-munita nazzjonali: Agħti l-valur tal-oġġett(i) fil-munita nazzjonali.

Kaxxa 13:

Skop tal-esportazzjoni tal-oġġett(i) kulturali/Raġuni għaliex intalbet il-liċenza. Għid jekk l-oġġett li sa jiġi esportat inbiegħx jew jekk hemmx il-ħsieb li jinbiegħ, jiġi esibit, valutat, imsewwi jew użat b’xi mod ieħor, u jekk ir-ritorn tiegħu huwiex obbligatorju.

Kaxxa 14:

Titolu jew suġġett: Jekk ix-xogħol ma jkollux isem eżatt, indika s-suġġett tiegħu permezz ta’ sommarju tad-dehra tal-oġġett jew, fil-każ ta’ pellikoli, is-suġġett.

Għal strumenti xjentifiċi jew oġġetti oħra li għalihom mhux possibbli li wieħed jispeċifika titolu jew suġġett, huwa biżżejjed li timtela l-kaxxa 9.

Kaxxa 15:

Qisien: Qisien (f’ċentimetri) tal-oġġetti u xi rfid.

Fil-każ ta’ għamliet komplessi u mhux tas-soltu, agħti indikazzjoni tal-miżuri skont din l-ordni: Għ x W x F (għoli, wisa’, fond).

Kaxxa 16:

Datazzjoni: Fejn ma tkunx magħrufa data preċiża, indika s-seklu u parti mis-seklu (l-ewwel kwart, l-ewwel nofs) jew il-millenju (kategoriji 1 u 7).

Għal oġġetti antiki li għalihom jgħoddu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ antikità (aktar minn 50 jew 100 sena jew bejn 50 u 100 sena), u li għalihom mhux biżżejjed li wieħed jindika s-seklu, speċifika s-sena, anke jekk bejn wieħed u ieħor (pereżempju madwar l-1890, bejn wieħed u ieħor tal-1950).

Rigward pellikoli, jekk id-data ma tkunx magħrufa, speċifika d-deċennju.

Fil-każ ta’ settijiet (arkivji u libreriji), indika d-dati l-aktar kmieni u l-aktar tard.

Kaxxa 17:

Karattersitiċi oħra: Agħti kwalunkwe informazzjoni oħra fuq aspetti formali li jistgħu jkunu siewja għall-identifkazzjoni, pereżempju anteċedenti storiċi, kondizzjonijiet tal-eżekuzzjoni, sidien preċedenti stat ta’ preservazzjoni u restawr, bibliografija, kodiċi jew marka elettronika.

Kaxxa 18:

Dokumenti ppreżentati/indikazzjonijiet speċifiċi relatati mal-identifikazzjoni: Indika bi slaleb fil-kaxex approprjati.

Kaxxa 19:

Artist, perjodu, bottega u/jew stil: Agħti l-isem tal-artist jekk ikun magħruf jew irreġistrat. Jekk l-opri jkunu prodotti jew kopji kollaborattivi, indika l-artisti jew l-artist ikkupjat, jekk ikun magħruf. Jekk l-opra tkun attribwita biss għal artist wieħed, niżżel “Attribwita lil […]”.

Jekk l-artist ma jkunx magħruf, niżżel il-bottega, l-iskola jew l-istil (pereżempju bottega ta’ Velasquez, skola Venezjana, perjodu Ming, stil Luiġi XV jew stil Vittorjan).

Fil-każ ta’ oġġetti stampati, agħti l-isem tal-pubblikatur, il-post u s-sena tal-pubblikazzjoni.

Kaxxa 20:

Materjal jew teknika: L-informazzjoni li tingħata f’din il-kaxxa għandha tkun preċiża kemm jista’ jkun. Indika l-materjali li ntużaw u speċifika t-teknika mħaddma (pereżempju pittura taż-żejt, kopja minn inċiżjoni fuq l-injam, disinn bil-lapis jew bil-faħma, forma biċ-ċera perduta, pellikola tan-nitrat, eċċ.).

Kaxxa 21

(folja 1): Applikazzjoni: Għandha timtela mill-applikant jew minn rappreżentant tiegħu/tagħha, li għandu jidħol responsabbli għall-korrettezza tal-informazzjoni fornuta fl-applikazzjoni u fid-dokumenti li jappoġġawha.

Kaxxa 22:

Firma u timbru tal-awtorità emittenti: Li għandhom jiġu mdaħħla mill-awtorità kompetenti, bil-post u d-data, fuq it-tliet folji tal-liċenza.

Kaxxa 23:

(folji 2 u 3): Għandha timtela mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni: Għandha timtela mill-uffiċjju doganali fejn isiru t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni u fejn tiġi ppreżentata l-liċenza ta’ esportazzjoni.

“Uffiċċju doganali tal-esportazzjoni” tfisser l-uffiċċju fejn titressaq id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni u fejn isiru l-formalitajiet tal-esportazzjoni.

Kaxxa 24:

Ritratti tal-oġġetti kulturali: Ritratt bil-kulur (tal-anqas 9 x 12 ċm) għandu jitwaħħal bil-kolla. Biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tri-dimensjonali, jistgħu jkunu meħtieġa ritratti tad-diversi faċċati.

L-awtorità kompetenti għandha tiċċertifika r-ritratt b’firma u bit-timbru tal-awtorità emittenti.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu jeħtieġu ritratti oħra.

Kaxxa 25:

Paġni supplimentari: Agħti n-numru ta’ paġni addizzjonali, jekk ikun hemm.

Kaxxa 26:

(folji 2 u 3): Uffiċċju doganali tal-ħruġ: Għandha timtela mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

“Uffiċċju doganali tal-ħruġ” tfisser l-aħħar uffiċċju doganali qabel ma l-oġġetti jħallu t-territorju doganali tal- Unjoni.


ANNESS II

Mudell tal-formola tal-liċenzi speċifiċi miftuħa u tal-folji tagħha

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Mudell tal-formola tal-liċenzi miftuħa ġenerali u tal-folji tagħha

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/93

(ĠU L 77, 31.3.1993, p. 24)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1526/98

(ĠU L 201, 17.7.1998, p. 47)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 656/2004

(ĠU L 104, 8.4.2004, p. 50)


ANNESS V

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 752/93

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1) frażi tal-bidu

Artikolu 1(1) frażi tal-bidu

Artikolu 1(1) l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 1(1) punti (a), (b) u (c)

Artikolu 1(2) u (3)

Artikolu 1(2) u (3)

Artikolu 2(1) l-ewwel sentenza

Artikolu 2(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1) it-tieni sentenza

Artikolu 2(1) it-tieni subpargrafu

Artikolu 2(2) sa (5)

Artikolu 2(2) sa (5)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 3(3) l-ewwel sentenza

Artikolu 3(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(3) it-tieni u t-tielet sentenzi

Artikolu 3(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(4) kliem tal-bidu

Artikolu 3(4) kliem tal-bidu

Artikolu 3(4) l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 3(4) punti (a) u (b)

Artikolu 3(5) l-ewwel u t-tieni sentenzi

Artikolu 3(5) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(5) it-tielet sentenza

Artikolu 3(5) it-tieni subpargrafu

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5 kliem tal-bidu

Artikolu 5 kliem tal-bidu

Artikolu 5 l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 5 punti (a), (b) u (c)

Artikolu 6(1) l-ewwel sentenza

Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(1) it-tieni sentenza

Artikolu 6(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(2) kliem tal-bidu

Artikolu 6(2) kliem tal-bidu

Artikolu 6(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 6(2) punti (a) u (b)

Artikolu 6(3), (4) u (5)

Artikolu 6(3), (4) u (5)

Artikolu 7 frażi tal-bidu

Artikolu 7 frażi tal-bidu

Artikolu 7 l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 7 punti (a) u (b)

Artikoli 8(1) u (2)

Artikolu 8 (1) u (2)

Artikolu 8(3) l-ewwel sentenza

Artikolu 8(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(3) it-tieni sentenza

Artikolu 8(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikoli 10 sa 15

Artikoli 10 sa 15

Artikolu 16(1), (2) u (3)

Artikolu 16(1), (2) u (3)

Artikolu 16(4) l-ewwel u t-tieni sentenzi

Artikolu 16(4) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(4) it-tielet u r-raba' sentenzi

Artikolu 16(4) it-tieni subparagafu

Artikolu 16(5)

Artikolu 16(5)

Artikolu 16(6) l-ewwel u t-tieni sentenzi

Artikolu 16(6) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(6) it-tielet u r-raba' sentenzi

Artikolu 16(6) it-tieni subparagrafu

Artiklu 16(7) l-ewwel sentenza

Artikolu 16(7) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(7) it-tieni sentenza

Artikolu 16(7) it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(8) l-ewwel u t-tieni sentenzi

Artikolu 16(8) l-ewwel subparagafu

Artikolu 16(8) it-tielet sentenza

Artikolu 16(8) it-tieni subparagrafu

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Annessi I, II u III

Annessi I, II u III

Anness IV

Anness V


22.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1082/2012

tad-9 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) ma fihx regoli dettaljati għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Huwa neċessarju li jiġu introdotti tali regoli sabiex jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom hija stabbilita l-konformità fir-rigward tas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom juru lill-Kummissjoni kif huma jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-punt 11.6 fir-rigward tal-punt 6.8 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013.

Il-validaturi indipendenti ċċertifikati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jibqgħu kkwalifikati biex iwettqu validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ spedituri magħrufa fl-Istati Membri sakemm tiskadi ċ-ċertifikazzjoni jew għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin, skont liema perjodu jkun l-iqsar.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tevalwa l-applikazzjoni tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


ANNESS

A.

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 6.3.1.2(b) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel subparagrafu, “validatur indipendenti” hija mibdula bi “validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE”.

(b)

Fit-tieni subparagrafu, “validatur indipendenti” hija mibdula bi “validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE”.

(2)

Il-punt 6.4.1.2(b) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel subparagrafu, “validatur indipendenti” hija mibdula bi “validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE”.

(b)

Fit-tieni subparagrafu, “validatur indipendenti” hija mibdula bi “validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE”.

(c)

Fit-tielet subparagrafu, “validatur indipendenti” hija mibdula bi “validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE”.

(d)

Fil-ħames subparagrafu, “validatur indipendenti” hija mibdula bi “validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE”.

B.

Il-punt 6.8 huwa mibdul b’dan li ġej:

“6.8   IL-PROTEZZJONI TAL-MERKANZIJA U L-POSTA LI JINĠARRU MINN PAJJIŻI TERZI LEJN L-UNJONI

6.8.1   Nominazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru

6.8.1.1.

Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f’pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-Dokument mehmuż 6-F għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jkun innominat bħala ‘Trasportatur ta’ Merkanzija jew ta’ Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz’ (ACC3):

(a)

mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-Ċertifikat tal-Operatur tat-trasportatur tal-ajru;

(b)

mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru elenkat fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009 (1) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2011 (2) dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni skont it-tifsira tal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara, għat-trasportaturi tal-ajru li mhumiex detenturi ta’ Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru;

(c)

mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn it-trasportatur tal-ajru għandu l-bażi prinċipali tiegħu tal-operazzjonijiet fl-Unjoni, jew minn kwalunkwe awtorità xierqa oħra tal-Unjoni bi ftehim ma’ dik l-awtorità xierqa, għat-trasportaturi tal-ajru li mhumiex detenturi ta’ Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru u li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 748/2009.

6.8.1.2.

In-nominazzjoni ta’ trasportatur tal-ajru bħala ACC3 fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu tal-merkanzija u tal-posta minn ajruport li għalih tkun meħtieġa nominazzjoni tal-ACC3 (minn hawn ‘il quddiem, ‘l-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija’) għanda tkun abbażi ta’

(a)

in-nomina ta’ persuna b’responsabbiltà globali f’isem it-trasportatur tal-ajru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-merkanzija jew tal-posta fir-rigward tal-operazzjoni rilevanti tal-merkanzija; u

(b)

sat-30 ta’ Ġunju 2014, ‘Dikjarazzjoni tal-impenji – ACC3’ kif stipulat fid-Dokument mehmuż 6-H li tikkonferma l-implimentazzjoni tal-programm ta’ sigurtà li jkopri l-punti speċifikati fid-Dokument mehmuż 6-G. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata f’isem it-trasportatur tal-ajru mir-rappreżentant legali tiegħu jew mill-persuna responsabbli mis-sigurtà. Id-dikjarazzjoni oriġinali jew kopja tagħha għandha tinżamm mill-awtorità xierqa sad-data tal-iskadenza tan-nominazzjoni tal-ACC3;

(c)

mill-1 ta’ Lulju 2014, rapport ta’ validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jikkonferma l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà.

6.8.1.3.

L-awtorità xierqa għandha talloka identifikatur alfanumeriku uniku fil-format standard lill-ACC3 innominat li jidentifika t-trasportatur tal-ajru u l-ajruport tal-pajjiż terz li għalih it-trasportatur tal-ajru jkun ġie nnominat biex iġorr il-merkanzija jew il-posta lejn l-Unjoni.

6.8.1.4.

In-nominazzjoni għandha tkun valida minn dakinhar li l-awtorità xierqa tkun daħħlet id-dettalji tal-ACC3 fid-database tal-Unjoni tal-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa, għal perjodu massimu ta’ ħames snin.

6.8.1.5.

ACC3 elenkat fid-database tal-Unjoni tal-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha għall-operazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz.

6.8.2.   Validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-ACC3

6.8.2.1.

Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fir-rigward tal-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija ta’ trasportatur tal-ajru għandha tikkonsisti minn

(a)

eżami tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li jiżgura r-rilevanza u l-kompletezza tiegħu fir-rigward tal-punti kollha stipulati fid-Dokument mehmuż 6-G; u

(b)

verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija permezz tal-użu tal-lista ta’ kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3.

6.8.2.2.

Il-verifika tal-implimentazzjoni tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha ssir fuq il-post, f’wieħed minn dawn il-gradi:

1.

Fl-ajruport minn fejn it-trasportatur tal-ajru jkollu operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija qabel ma tkun tista’ tingħata n-nominazzjoni bħala ACC3 għal dak l-ajruport.

Jekk, bħala riżultat ta’ dan, il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tistabbilixxi n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi elenkati fil-lista ta’ kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3, l-awtorità xierqa ma għandhiex tinnomina lit-trasportatur tal-ajru bħala ACC3 għall-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija mingħajr prova tal-implimentazzjoni tal-miżuri mit-trasportatur tal-ajru sabiex jiġi rrettifikat in-nuqqas identifikat.

2.

F’għadd rappreżentattiv ta’ ajruporti b’operazzjonijiet rilevanti ta’ merkanzija ta’ trasportatur tal-ajru qabel tingħata nominazzjoni bħala ACC3 għall-ajruporti kollha b’operazzjonijiet rilevanti ta’ merkanzija ta’ dak it-trasportatur tal-ajru. Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)

Din l-għażla tintalab mit-trasportatur tal-ajru li jopera bosta operazzjonijiet rilevanti ta’ merkanzija bl-ajru;

(b)

l-awtorità xierqa tkun ivverifikat li t-trasportatur tal-ajru japplika programm ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

(c)

in-numru rappreżentattiv għandu jkun mill-inqas 3 jew 5 %, skont liema jkun l-ogħla, u l-ajruporti kollha jkunu jinsabu f’oriġini ta’ riskju għoli;

(d)

l-awtorità xierqa tkun qablet ma’ pjan direzzjonali li jiżgura l-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għal kull sena tan-nominazzjoni f’ajruporti addizzjonali li għalihom tkun sejra tingħata n-nominazzjoni bħala ACC3 jew sakemm jiġu vvalidati l-ajruporti kollha. Dawk il-validazzjonijiet għandhom kull sena jkunu mill-inqas ugwali fin-numru għal dawk meħtieġa fil-punt (c). Il-pjan direzzjonali għandu jgħid x’inhuma r-raġunijiet li jsostnu l-għażla tal-ajruporti addizzjonali;

(e)

in-nominazzjonijiet kollha bħala ACC3 għandhom jiġu fi tmiemhom fl-istess ġurnata;

(f)

fejn waħda mill-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE maqbula skont il-pjan direzzjonali tistabbilixxi n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi elenkati fil-lista ta’ kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3, l-awtorità xierqa li tinnomina għandha titlob prova tal-implimentazzjoni tal-miżuri li jirrettifikaw in-nuqqas identifikat f’dak l-ajruport, u, skont is-serjetà tan-nuqqas, titlob:

validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tal-ajruporti kollha li għalihom tkun meħtieġa n-nominazzjoni tal-ACC3 skont il-punt 6.8.2.2.1 fi ħdan l-iskadenza stabbilita mill-awtorità xierqa, jew

id-doppju tan-numru tal-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE stabbiliti skont il-punt (d) għal kull sena mis-snin li jifdal ta’ nominazzjonijiet bħala ACC3.

6.8.2.3.

L-awtorità xierqa tista’ tinnomina trasportatur tal-ajru bħala ACC3 għal perjodu limitat, li jiġi fi tmiemu mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2016, fejn validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma tkunx tista’ sseħħ għal raġunijiet oġġettivi li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru. Fejn tali nominazzjoni tingħata għal perjodu ta’ aktar minn 3 xhur, l-awtorità xierqa għandha tkun ivverifikat li t-trasportatur tal-ajru japplika programm ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

6.8.2.4.

Fejn il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ ACC3 tkun saret qabel l-1 ta’ Lulju 2014 u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tat-tieni sentenza tal-punt 6.8.3.2 ma tkunx ġiet ikkonfermata, l-ACC3 għandu jipprovdi lill-awtorità xierqa bi prova tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2014. Il-prova għandha tikkonsisti minn aġġornament tal-parti rispettiva tal-programm tas-sigurtà u tista’ tikkonsisti minn verifika ta’ segwitu fuq il-post.

6.8.2.5.

Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha tiġi rreġistrata f’rapport ta’ validazzjoni li jkun jikkonsisti mill-inqas fid-dikjarazzjoni tal-impenji stipulati fid-Dokument mehmuż 6-H1, il-lista ta’ kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3 u dikjarazzjoni mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE kif stipulata fid-Dokument mehmuż 11-A. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jissottometti r-rapport ta’ validazzjoni lill-awtorità x-xierqa u għandu jipprovdi kopja tagħha lit-trasportatur tal-ajru vvalidat.

6.8.3.   Il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta li jaslu minn pajjiż terz

6.8.3.1.

L-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija u l-posta kollha li jinġarru għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f’ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati, sakemm:

(a)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta titgħabba; jew

(b)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn speditur magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta titgħabba; jew

(c)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn speditur in konto [akkont], taħt ir-responsabbiltà ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, il-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba, u ma tinġarrx fuq inġenju tal-ajru tal-passiġġieri; jew

(d)

il-kunsinna tkun eżentata mill-iskrinjar skont il-punt 6.1.1.d tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta tkun saret merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli sa ma titgħabba.

6.8.3.2.

Sat-30 ta’ Ġunju 2014, ir-rekwiżiti tal-iskrinjar stipulati fil-punt 6.8.3.1 għandhom, bħala minimu, jissodisfaw l-istandards tal-ICAO. Minn hemm ‘il quddiem, il-merkanzija u l-posta li jinġarru lejn l-Unjoni għandhom jiġu skrinjati skont wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.

6.8.3.3.

L-ACC3 għandu jiżgura, fir-rigward ta’

(a)

it-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija jew tal-posta, li l-iskrinjar skont il-punt 6.8.3.2 jew il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati fil-punt tal-oriġini jew f’xi punt ieħor fil-katina tal-provvista u li tali kunsinni jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta jitgħabbew.

(b)

il-merkanzija u l-posta b’riskju għoli, li l-iskrinjar skont il-punt 6.7 ikun ġie applikat minnu nnifsu jew minn entità vvalidata tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fil-punt tal-oriġini jew f’xi punt ieħor fil-katina tal-provvista, li tali kunsinni jkunu ġew ittikkettjati bħala SHR u li jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta jitgħabbew.

6.8.3.4.

L-identifikatur alfanumeriku uniku tal-ACC3 u l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna kif imsemmi fil-punt 6.3.2.6(d), maħruġa minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandhom jiġu indikati fid-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, jew fil-forma ta’ polza tat-tagħbija bl-ajru, ta’ dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f’dikjarazzjoni separata u, jew f’format elettroniku jew bil-miktub.

6.8.3.5.

Fin-nuqqas ta’ aġent regolat li ssir referenza għalih fil-punt 6.8.4, l-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz elenkat fid-Dokument mehmuż 6Fii jista’ joħroġ id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà.

6.8.4.   Il-validazzjoni tal-aġenti regolati u tal-ispedituri magħrufa

6.8.4.1.

Sabiex isiru aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew speditur magħruf, l-entitajiet minn pajjiżi terzi għandhom jiġu vvalidati skont waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin u għandhom ikunu elenkati fid-database tal-ACC3(s) fejn jitwasslu direttament il-merkanzija jew il-posta sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:

(a)

il-programm tas-sigurtà tal-ACC3 għandu jistabbilixxi d-dettalji tal-kontrolli tas-sigurtà implimentati f’ismu minn entitajiet minn pajjiżi terzi minn fejn huwa jaċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament sabiex jinġarru lejn l-Unjoni. Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tal-ACC3 għandha tivvalida l-kontrolli tas-sigurtà applikati minn dawk l-entitajiet; jew

(b)

l-entitajiet minn pajjiżi terzi jissottomettu l-attivitajiet rilevanti ta’ ġestjoni tal-merkanzija għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE f’intervalli ta’ mhux aktar minn 5 snin u jipprovdu lill-ACC3(s) b’kopja tar-rapport tal-validazzjoni.

6.8.4.2.

Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1(b) tikkonkludi li l-entità

(a)

irnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija fil-lista ta’ kontroll rilevanti, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jgħid li l-entità hija nnominata bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew bħala speditur magħruf. Il-validatur għandu jipprovdi lill-entità vvalidata bl-oriġinal tar-rapport tal-validazzjoni;

(b)

naqset milli tikkonforma mal-objettivi msemmija fil-lista ta’ kontroll rilevanti, l-entità ma tkunx awtorizzata biex topera l-ġarr tal-merkanzija lejn l-UE. Hija għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll kompluta li tgħid x’inhuma n-nuqqasijiet.

6.8.4.3.

L-ACC3 għandu iżomm(u) database li tagħti mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull aġent regolat jew speditur magħruf li jkun soġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1, minn fejn huwa jaċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:

(a)

id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide,

(b)

in-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju,

(c)

id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà,

(d)

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli,

(e)

fejn ikun disponibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2014, ir-rapport tal-validazzjoni.

Id-database għandha tkun disponibbli għal spezzjoni tal-ACC3.

Entitajiet ivvalidati oħrajn tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jistgħu jżommu database ta’ dan it-tip.

6.8.5   In-nuqqas tal-konformità u s-sospensjoni tan-nominazzjoni bħala ACC3

6.8.5.1.   In-nuqqas tal-konformità

1.

F’każ li l-Kummissjoni jew awtorità xierqa tidentifika nuqqas serju relatat ma’ operazzjoni tal-ACC3 li jitqies bħala li għandu impatt sinifikanti fuq il-livell globali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni, hija għandha:

(a)

tgħarraf minnufih lill-ACC3 ikkonċernat, titolbu l-kummenti u tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirrettifika n-nuqqas serju;

(b)

tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

2.

Meta awtorità xierqa ma tkunx għamlet ir-rettifika, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-kumitat regolatorju għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, tikkonkludi li t-trasportatur ma għandux jibqa’ jkun rikonoxxut bħala ACC3, kemm għal rotot speċifiċi kif ukoll għar-rotot kollha minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, id-dettalji tal-ACC3 għandhom jitneħħew mid-database tal-Unjoni tal-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa.

3.

Trasportatur tal-ajru li r-rikonoxximent tiegħu bħala ACC3 ikun ġie rtirat skont il-punt 6.8.5.1 ma għandux jerġa’ jiddaħħal jew jiġi inkluż fid-database tal-Unjoni tal-aġenti regolati jew l-ispedituri magħrufa sakemm il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma tkunx ikkonfermat li n-nuqqas serju ġie rrettifikat u l-kumitat dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili jkun ġie mgħarraf dwar dan mill-awtorità rilevanti xierqa.

6.8.5.2.   Is-sospensjoni

L-awtorità xierqa li nnominat l-ACC3 hija responsabbli għat-tneħħija tal-ACC3 mid-‘database tal-Unjoni ta’ aġenti regolati u spedituri magħrufa’

(a)

fuq it-talba tat-trasportatur tal-ajru jew bi qbil miegħu jew

(b)

fejn l-ACC3 ma jsegwix l-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija u ma jirreaġixxix għal talba għall-kummenti jew inkella jfixkel il-valutazzjoni tar-riskju għall-avjazzjoni.

(1)  ĠU L 219, 22.8.2009, p. 1."

(2)  ĠU L 107, 27.4.2011, p. 1."

(3)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.”"

C.

Id-Dokument mehmuż li ġej jiddaħħal wara d-Dokument mehmuż 6-C:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-C3

LISTA TA’ KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ACC3

In-nominazzjoni bħala ACC3 (Trasportaturi tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru li joperaw lejn l-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz) hija l-prerekwiżit għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru lejn l-Unjoni Ewropea (4) (UE) jew l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera u hija meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011 (5).

In-nominazzjoni bħala ACC3 hija fil-prinċipju (6) meħtieġa għat-titjiriet kollha li jġorru merkanzija jew posta għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fl-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE. L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-Islanda, tan-Norveġja u tal-Isvizzera huma lkoll responsabbli għan-nominazzjoni ta’ trasportaturi tal-ajru speċifiċi bħala ACC3. In-nominazzjoni hija bbażata fuq il-programm tas-sigurtà ta’ trasportatur tal-ajru u fuq verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni skont l-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll tal-validazzjoni.

Il-lista ta’ kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà applikata għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru (7) fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li japplika għal nominazzjoni bħala ACC3.

Għandu jintbagħat rapport ta’ validazzjoni lill-awtorità ta’ nominazzjoni x-xierqa u lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta’ xahar wara l-verifika fuq il-post. Partijiet integrali tar-rapport ta’ validazzjoni għandhom ikunu mill-inqas:

il-lista ta’ kontroll mimlija, iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u, fejn applikabbli, bil-kummenti dwarha mill-entità vvalidata;

id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument mehmuż 6-H1 stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-entità vvalidata; u

dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument mehmuż 11-A stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F’kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.

Il-Parti 3 – Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, il-Parti 6 – Id-database, il-Parti 7 – L-iskrinjar u l-Parti 8 – Merkanzija jew posta b’riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalidati fl-isfond tar-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Għall-partijiet l-oħrajn, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta’ gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).

Noti dwar il-mili:

Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta’ kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan.

Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta’ din il-parti.

PARTI 1

Identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur

1.1   

Id-data/i tal-validazzjoni

Uża l-format eżatt tad-data, bħal 01.10.2012 sa 02.10.2012

jj/xx/ssss

 

1.2   

Id-data tal-validazzjoni preċedenti u l-Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI) tal-ACC3, fejn disponibbli

jj/xx/ssss

 

UAI

 

1.3   

Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Isem

 

Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità

 

UAI

 

L-indirizz tal-e-Mail

 

In-numru tat-telefon – inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

1.4   

L-isem tat-trasportatur tal-ajru li għandu jiġi vvalidat

Isem

 

AOC (iċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru) maħruġ fi (l-isem tal-Istat):

 

Il-kodiċi tal-IATA (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru), jew il-kodiċi tal-ICAO (l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali) jekk il-kodiċi tal-IATA ma jeżistix għat-trasportatur tal-ajru. Speċifika liema kodiċi.

 

L-Istat responsabbli għan-nominazzjoni tat-trasportatur tal-ajru bħala ACC3

 

1.5   

Id-dettalji tal-post tal-ajruport tal-pajjiż terz li għandu jiġi vvalidat jew il-faċilitajiet tal-merkanzija/posta marbuta miegħu

Isem

 

Il-kodiċi tal-IATA (jew tal-ICAO) għall-ajruport

 

Il-pajjiż

 

1.6   

In-natura tan-negozju tat-trasportatur tal-ajru – Jista’ jkun applikabbli aktar minn tip wieħed ta’ negozju

(a)

Trasportatur tal-passiġġieri u tal-merkanzija/posta

(b)

Trasportatur tal-merkanzija u l-posta biss

(c)

Trasportatur tal-merkanzija biss

(d)

Trasportatur tal-posta biss

(e)

Integratur

(f)

Trasportatur mikri (charter)

 

1.7   

L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru minn pajjiżi terzi

Isem

 

It-titolu tal-impjieg

 

L-indirizz tal-e-Mail

 

In-numru tat-telefon – inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

1.8   

L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur tal-ajru fl-ajruport fejn issir iż-żjara

Numru/Taqsima/Bini/Ajruport

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

1.9   

L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur tal-ajru, eż il-kwartieri korporattivi

Numru/Taqsima/Bini/Ajruport

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

PARTI 2

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-ACC3 fl-ajruport

Objettiv: Ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista’ tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Id-dettalji ta’ tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta’ din il-lista ta’ kontroll. L-ACC3 ma għandux jaċċetta merkanzija jew posta biex tinġarr fuq inġenju tal-ajru fil-limiti tal-UE sakemm l-applikazzjoni tal-iskrinjar jew ta’ kontrolli tas-sigurtà oħrajn ma tkunx ikkonfermata u miżmuma responsabbli minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, minn speditur magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, jew sakemm tali kunsinni ma jkunux soġġetti għall-iskrinjar skont ir-regoli tal-UE.

L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li jiġu applikati kontrolli xierqa tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE sakemm dawn ma jkunux eżentati mill-iskrinjar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u bil-kundizzjoni li l-merkanzija jew il-posta jkunu protetti minn hemm ‘il quddiem sakemm jitgħabbew fuq l-inġenju tal-ajru. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jikkonsistu minn:

Skrinjar fiżiku li għandu jkun ta’ standard suffiċjenti biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna; jew

Kontrolli tas-sigurtà oħrajn li huma parti minn proċess ta’ Sigurtà fil-Katina tal-Provvista li jiżguraw b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna applikati minn aġenti regolati u vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn spedituri magħrufa jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

Referenza: Il-punt 6.8.3

2.1   

It-trasportatur tal-ajru stabbilixxa proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel titgħabba fuq inġenju tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

2.2   

Il-kontrolli tas-sigurtà huma applikati mit-trasportatur tal-ajru jew f’ismu minn entità koperta skont il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru?

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, liema entitajiet mhux koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw kontrolli tas-sigurtà għal merkanzija jew posta bl-ajru li tinġarr minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE?

 

Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji

Kumpanija privata ta’ ġestjoni tal-merkanzija

Kumpanija regolata mill-gvern

Faċilità jew entità ta’ skrinjar tal-gvern

Oħrajn

 

2.3   

Permezz ta’ liema strumenti u struzzjonijiet it-trasportatur tal-ajru jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà huma applikati bil-mod meħtieġ?

 

2.4   

It-trasportatur tal-ajru huwa kapaċi jesiġi li jsiru l-kontrolli tas-sigurtà xierqa f’każ li l-iskrinjar jitwettaq minn entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, bħalma huma l-faċilitajiet tal-gvern?

IVA jew LE

 

Jekk LE, ipprovdi d-dettalji

 

2.5   

Ġie implimentat xi programm ta’ aġenti regolati/spedituri magħrufa għall-merkanzija u l-posta bl-ajru skont l-istandards tal-ICAO fl-Istat tal-ajruport fejn issir iż-żjara ta’ validazzjoni?

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi tal-programm u kif dan iddaħħal fis-seħħ

 

2.6   

Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklussività u r-robustezza tal-proċess.

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 3

Il-Programm tas-Sigurtà tat-trasportatur tal-ajru

Objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li l-programm tas-sigurtà tiegħu jkun jinkludi l-miżuri kollha tas-sigurtà tal-avjazzjoni li huma rilevanti u suffiċjenti biex il-merkanzija u l-posta bl-ajru jinġarru lejn l-UE

Il-programm tas-sigurtà u d-dokumentazzjoni assoċjata tat-trasportatur tal-ajru għandhom ikunu l-bażi tal-kontrolli tas-sigurtà applikati skont l-objettiv ta’ din il-lista ta’ kontroll. It-trasportatur tal-ajru jista’ jikkunsidra li jgħaddi d-dokumentazzjoni tiegħu lill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE qabel ma ssir iż-żjara fuq il-post, biex tgħinu jiffamiljarizza ruħu mad-dettalji tal-postijiet li jrid iżur.

Referenza: Il-punt 6.8.2.1 u d-Dokument mehmuż 6-G

Nota: Il-punti li ġejjin elenkati fid-Dokument mehmuż 6-G kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandhom ikunu koperti b’mod xieraq:

(a)

deskrizzjoni tal-miżuri għall-merkanzija u l-posta bl-ajru;

(b)

il-proċeduri għall-aċċettazzjoni

(c)

l-iskema u l-kriterji tal-aġent regolat

(d)

l-iskema u l-kriterji tal-ispeditur magħruf;

(e)

l-iskema u l-kriterji tal-ispeditur in konto [akkont];

(f)

l-istandard tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku;

(g)

il-post tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku;

(h)

id-dettalji dwar it-tagħmir tal-iskrinjar;

(i)

id-dettalji tal-operatur jew tal-fornitur tas-servizz;

(j)

il-lista ta’ eżenzjonijiet mill-iskrinjar tas-sigurtà jew mill-eżami fiżiku;

(k)

it-trattament ta’ merkanzija u posta bl-ajru b’riskju għoli.

3.1   

Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru

Data – uża l-format eżatt tad-data jj/xx/ssss

 

Verżjoni

 

Il-programm ġie sottomess lil awtorità xierqa tal-UE/ŻEE fi stadju aktar bikri? Jekk IVA, meta għal nominazzjoni bħala ACC3? Għal skopijiet oħrajn?

 

3.2   

Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi tal-lista ta’ hawn fuq?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

3.3   

Il-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni deskritti mill-programm tas-sigurtà huma rilevanti u biżżejjed sabiex jiżguraw il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE skont l-istandards meħtieġa?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

3.4   

Konklużjoni: Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 4

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal

Objettiv: L-ACC3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza u l-ġestjoni tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà jippossjedu l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u ngħataw taħriġ adegwat.

Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-ACC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenzija, sewwieqa, eċċ.) b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:

kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal verifiki tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-ajruport ivvalidat; u

ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-ajruport ivvalidat.

Referenza: Il-punt 6.8.3.1

Nota:

Verifika tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta’ persuna, inkluż fejn ikun legalment permessibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta’ individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta’ sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO).

Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta’ xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta’ qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta’ qabel (definizzjoni tal-Unjoni).

4.1   

Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persunal kollu b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkun soġġetti għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.2   

Din il-proċedura tinkludi?

Verifika tal-preċedenti personali

Verifika qabel l-impjieg

Verifika tar-rekords kriminali

Intervisti

Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

 

4.3   

Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.4   

Din il-proċedura tinkludi?

Verifika tal-preċedenti personali

Verifika qabel l-impjieg

Verifika tar-rekords kriminali

Intervisti

Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

 

4.5   

Il-persunal b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru marbuta?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ

 

4.6   

Il-persunal li jaċċettaw, jiskrinjaw u/jew jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jirċievu xi taħriġ relatat mal-impjieg speċifiku?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tal-korsijiet tat-taħriġ.

 

4.7   

Il-persunal imsemmija fil-punti 4.5 u 4.6 jirċievu taħriġ rikorrenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti

 

4.8   

Konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal jiżguraw li l-persunal kollu b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkunu ġew assenjati u mħarrġin kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 5

Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni

Objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċedura fis-seħħ sabiex mal-aċċettazzjoni jivvaluta u jivverifika l-istatus tas-sigurtà ta’ kunsinna fir-rigward tal-verifiki preċedenti.

Il-proċedura għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

Verifika ta’ jekk il-kunsinna titwassalx minn persuna nnominata mill-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-EU jew minn speditur magħruf kif elenkat fid-database tagħha (il-Parti 6) jew minn speditur in konto [akkont] ta’ tali aġent regolat;

Verifika ta’ jekk il-kunsinna hijiex ippreżentata bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sigurtà (polza tat-tagħbija bl-ajru u informazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà bil-kitba jew b’mod elettroniku) li tikkorrespondi għall-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru li jkunu qegħdin jitwasslu;

Verifika ta’ jekk il-kunsinna hijiex ħielsa minn kwalunkwe sinjal ta’ tbagħbis; u

Verifika ta’ jekk il-kunsinna għandhiex tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM).

Referenza: Il-punt 6.8.3.1

Nota:

Aġent regolat jew speditur magħruf huwa entità li tiġġestixxi merkanzija li tkun ġiet ivvalidata b’suċċess minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew li l-miżuri ta’ sigurtà tagħha jkunu ġew inklużi fil-programm tas-sigurtà tal-ACC3 ivvalidat mill-UE (f’dak il-każ, l-ACC3 huwa ko-responsabbli għall-miżuri tas-sigurtà).

Speditur in konto [akkont] huwa entità li tiġġestixxi merkanzija akkont tagħha stess taħt ir-responsabbiltà ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. Dan l-aġent regolat huwa responsabbli b’mod sħiħ mill-kontrolli tas-sigurtà applikati mill-ispeditur in konto [akkont].

Il-persuna nnominata tikkorrespondi għall-persuna inkarigata biex twassal il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għal fuq it-trasportatur tal-ajru. Il-persuna li twassal il-kunsinna fuq it-trasportatur tal-ajru għandha tippreżenta karta tal-identità, passaport, liċenzja tas-sewqan jew xi dokument ieħor, li jkun jinkludi ritratt tagħha u li jkun inħareġ jew li jkun ġie rikonoxxut mill-awtorità nazzjonali.

5.1   

Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din hijiex ġejja minn aġent regolat, minn speditur magħruf jew minn speditur in konto [akkont] li jkun ivvalidat jew rikonoxxut skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-merkanzija bl-ajru u elenkat fid-database miżmuma mit-trasportatur tal-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura

 

5.2   

Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk id-destinazzjoni tagħha hijiex ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE - spjega

 

5.3   

Jekk IVA – it-trasportatur tal-ajru jissottometti l-merkanzija kollha tiegħu għall-istess kontrolli tas-sigurtà meta d-destinazzjoni tkun ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura

 

5.4   

Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din għandhiex titqies bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM), inkluż għal kunsinni li jitwasslu b’mezzi oħrajn ta’ trasport minbarra bl-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif?

Iddeskrivi l-proċedura

 

5.5   

Meta jaċċetta kunsinna taħt sigurtà, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din kinitx protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mingħajr awtorizzazzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif (siġilli, katnazzi, eċċ.).

 

5.6   

Jekk it-trasportatur tal-ajru jaċċetta t-tranżitu tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru f’dan il-post (merkanzija/posta li titlaq fuq l-istess inġenju tal-ajru li tkun waslet fuqu), it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi abbażi tad-dejta mogħtija jekk hemmx bżonn jiġu applikati jew le kontrolli ta’ sigurtà ulterjuri?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif jiġi stabbilit dan?

 

Jekk LE, x’tip ta’ kontrolli huma applikati sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

 

5.7   

Jekk it-trasportatur tal-ajru jaċċetta t-trasferiment tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru f’dan il-post (merkanzija/posta li titlaq fuq inġenju tal-ajru differenti minn dak li tkun waslet fuqu), it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi abbażi tad-dejta mogħtija jekk hemmx bżonn jiġu applikati jew le kontrolli ta’ sigurtà ulterjuri?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif jiġi stabbilit dan?

 

Jekk LE, x’tip ta’ kontrolli huma applikati sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

 

5.8   

Il-persuna li twassal il-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà lit-trasportatur tal-ajru hija meħtieġa tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali li jkun fih ritratt?

IVA jew LE

 

5.9   

Konklużjoni: Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni huma biżżejjed biex jistabbilixxu jekk il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġix minn katina ta’ provvista sikura jew jekk hemmx bżonn li tiġi soġġetta għal skrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 6

Id-database

Objettiv: Meta l-ACC3 ma jkunx obbligat li japplika skrinjar ta’ 100 % għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, l-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija jew il-posta tkun ġejja minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur magħruf jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat.

Għall-monitoraġġ tar-rekord għall-verifika rilevanti għas-sigurtà, l-ACC3 għandu jżomm database li tagħti l-informazzjoni li ġejja għal kull entità jew persuna li mingħandha jkun aċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament:

L-istatus tal-entità involuta (aġent regolat jew speditur magħruf)

Id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide

In-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju

Id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli.

Meta jirċievi merkanzija jew posta bl-ajru, l-ACC3 għandu jiċċekkja fid-database jekk l-entità hijiex imniżżla. Jekk l-entità ma tkunx inkluża fid-database, il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru mwassla minnha tkun trid tiġi skrinjata qabel titgħabba.

Referenza: Il-punti 6.8.4.1 u 6.8.4.3

6.1

It-trasportatur tal-ajru jżomm database li tinkludi, skont kif xieraq, id-dettalji msemmija hawn fuq, ta’:

Aġenti regolati u vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

Spedituri magħrufa vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

Spedituri in konto [akkont] ta’ aġent regolat (fuq bażi volontarja)?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi d-database

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

6.2   

Il-persunal li jaċċettaw il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għandhom aċċess faċli għad-database?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

6.3   

Id-database tiġi aġġornata b’mod regolari sabiex tipprovdi dejta affidabbli lill-persunal li jaċċetta merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

6.4   

Konklużjoni: It-trasportatur tal-ajru jżomm xi database li tiżgura t-trasparenza sħiħa fir-rigward tiegħu mal-entitajiet li mingħandhom jirċievi direttament merkanzija jew posta (skrinjata jew ikkontrollata mis-sigurtà) għat-trasport lejn l-UE/iż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 7

L-iskrinjar

Objettiv: Meta l-ACC3 jaċċetta merkanzija u posta mingħand entità li mhijiex ivvalidata għas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew il-merkanzija kkunsinjata ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn dak iż-żmien li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà, l-ACC3 għandu jiżgura li din il-merkanzija/posta bl-ajru tiġi skrinjata qabel titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru. L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f’ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-UE għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.

Meta l-ACC3 ma jiskrinjax il-merkanzija jew il-posta bl-ajru huwa nnifsu, huwa għandu jiżgura li l-iskrinjar xieraq jitwettaq skont ir-rekwiżiti tal-UE. Il-proċeduri tal-iskrinjar għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, it-trattament tat-trasferiment u/jew it-tranżitu tal-merkanzija u l-posta.

Meta l-iskrinjar tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru jitwettaq minn jew f’isem l-awtorità xierqa fil-pajjiż terz, l-ACC3 li jirċievi tali merkanzija jew posta bl-ajru mingħand l-entità għandu jiddikjara dan il-fatt fil-programm tas-sigurtà tiegħu, u jispeċifika l-mod li bih jista’ jiġi żgurat skrinjar adegwat.

Nota: Minkejja li l-punt 6.8.3.2. jippermetti li ACC3’s japplikaw l-istandards tal-ICAO bħala minimu biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8.3.1 sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tqis ir-rekwiżiti tal-iskrinjar tal-UE, anke jekk il-validazzjoni titwettaq qabel l-1 ta’ Lulju 2014.

Referenza: Il-punti 6.8.3.1, 6.8.3.2, 6.8.3.3

7.1   

L-iskrinjar huwa applikat mit-trasportatur tal-ajru jew f’ismu minn entità koperta taħt il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru?

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji.

Jekk applikabbli, ipprovdi d-dettalji tal-entità jew entitajiet koperta/i skont il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru:

Isem

indirizz tal-post

Preżenza ta’ status AEO, jekk applikabbli

 

Jekk LE, liema entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw l-iskrinjar għall-merkanzija jew il-posta bl-ajru kkunsinjata minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE?

Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji

Kumpanija privata ta’ ġestjoni tal-merkanzija

Kumpanija regolata mill-gvern

Faċilità jew entità ta’ skrinjar tal-gvern

Oħrajn

 

7.2   

Liema metodi ta’ skrinjar jintużaw għall-merkanzija bl-ajru u għall-posta bl-ajru?

Speċifika, inklużi d-dettalji tal-apparat li jintuża għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru (il-manifattur, it-tip, il-verżjoni tas-softwer, l-istandard, in-numru tas-serje, eċċ.) għall-metodi kollha użati

 

7.3   

L-apparat jew il-metodu użat (eż. klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi) huwa inkluż fl-aktar lista ta’ konformità riċenti tal-UE, tal-ECAC jew tat-TSA?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, agħti d-dettalji li jispeċifikaw l-approvazzjoni tal-apparat u d-data tagħha, kif ukoll kwalunkwe indikazzjoni li turi li l-apparat huwa konformi mal-istandards tal-apparat tal-UE

 

7.4   

L-apparat qiegħed jintuża skont il-CONOPS (il-kunċett tal-operazzjonijiet) tal-manifatturi u l-apparat qiegħed jiġi ttestjat u ssirlu manutenzjoni regolari?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

7.5   

In-natura tal-kunsinna qiegħda tittieħed f’kunsiderazzjoni matul l-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi żgurat li l-metodu ta’ skrinjar magħżul qiegħed jiġi applikat għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma jitqiegħed ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna

 

7.6   

Hemm xi proċess għar-riżoluzzjoni tal-allarm iġġenerat mill-apparat tal-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess li jintuża għar-riżoluzzjoni tal-allarmi sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli n-nuqqas ta’ oġġetti pprojbiti.

 

Jekk LE, iddeskrivi x’jiġri mill-kunsinna.

 

7.7   

Hemm xi kunsinni li huma eżentati mill-iskrinjar tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

7.8   

Hemm xi eżenzjonijiet li mhumiex konformi mal-lista tal-Unjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.9   

L-aċċess għaż-żona tal-iskrinjar huwa kkontrollat sabiex jiġi żgurat li membri tal-persunal awtorizzati u mħarrġin biss jingħataw aċċess?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.10   

Hemm xi sistema stabbilita ta’ kontroll tal-kwalità u/jew ittestjar fis-seħħ?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.11   

Konklużjoni: Il-merkanzija/posta bl-ajru qiegħda tiġi skrinjata b’wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tad-Deċiżjoni 2010/774/UE għal standard biżżejjed sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li din ma jkun fiha ebda oġġett ipprojbit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 8

Merkanzija jew Posta b’Riskju Għoli (HRCM)

Objettiv: Kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f’postijiet identifikati bħala ta’ riskju għoli mill-UE jew li jidhru li ġew imbagħbsa b’mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-oriġini ta’ riskju għoli u l-istruzzjonijiet tal-iskrinjar jiġu pprovduti mill-awtorità xierqa tal-UE/taż-ŻEE li tkun innominat l-ACC3. L-ACC3 għandu jkollu proċedura li permezz tagħha jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

L-ACC3 għandu jibqa’ f’kuntatt mal-awtorità xierqa responsabbli għall-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE li jġorr il-merkanzija lejhom sabiex ikollu disponibbli l-aħħar stat ta’ informazzjoni dwar l-oriġini ta’ riskju għoli.

L-ACC3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta’ riskju għoli minn trasportatur tal-ajru ieħor jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ trasportazzjoni.

Referenza: Il-punti 6.7 u 6.8.3.4

Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta’ “SHR”, jiġifieri li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.

8.1   

Il-persunal tat-trasportatur tal-ajru responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà jaf liema merkanzija u posta bl-ajru għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta ta’ riskju għoli (HRCM)?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

8.2   

It-trasportatur tal-ajru għandu xi proċeduri fis-seħħ għall-identifikazzjoni tal-HRCM?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

8.3   

L-HRCM hija soġġetta għal proċeduri ta’ skrinjar tal-HRCM skont il-leġiżlazzjoni tal-UE?

IVA jew LE

 

Jekk LE, indika l-proċeduri applikati

 

8.4   

Wara l-iskrinjar, it-trasportatur tal-ajru joħroġ dikjarazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà għall-SHR fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif jinħareġ l-istatus tas-sigurtà u f’liema dokument

 

8.5   

Konklużjoni: Il-proċess implimentat mit-trasportatur tal-ajru huwa rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-HRCM kollha jkunu ġew ittrattati kif xieraq qabel tgħabbew?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 9

Il-protezzjoni

Objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċessi fis-seħħ sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta’ aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrining, sakemm titgħabba.

Il-protezzjoni tista’ tiġi pprovduta b’mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (barrikati, kmamar imsakkrin, eċċ.), umani (patrols, persunal imħarrġa, eċċ.) u teknoloġiċi (CCTV, allarm, eċċ.).

Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà.

Referenza: Il-punt 6.8.3

9.1   

Il-protezzjoni tal-merkanzija bl-ajru u tal-posta bl-ajru taħt sigurtà tiġi applikata mit-trasportatur tal-ajru jew f’ismu minn entità koperta taħt il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru?

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, liema entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw il-miżuri ta’ protezzjoni għall-merkanzija jew il-posta bl-ajru li jinġarru minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE?

Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji

Kumpanija privata ta’ ġestjoni tal-merkanzija

Kumpanija regolata mill-gvern

Faċilità jew entità ta’ skrinjar tal-gvern

Oħrajn

 

9.2   

Il-protezzjoni u l-kontrolli tas-sigurtà qegħdin fis-seħħ biex jipprevjenu milli jsir xi tbagħbis matul il-proċess tal-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

9.3   

Hemm xi proċessi fis-seħħ biex jiżguraw li l-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, li għalihom ġew applikati kontrolli tas-sigurtà, huma protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn dak il-ħin li jintrabtu sakemm jitgħabbew?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qegħdin jiġu protetti

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

9.4   

Konklużjonijiet: Il-protezzjoni tal-kunsinni hija robusta biżżejjed biex tipprevjeni interferenza illegali?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 10

Dokumentazzjoni ta’ appoġġ

Objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li:

(1)

L-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna jkun indikat fid-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, jew fil-forma ta’ polza tat-tagħbija bl-ajru, ta’ dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f’dikjarazzjoni separata u jew fil-format elettroniku jew bil-miktub; u

(2)

L-identifikatur alfanumeriku uniku tiegħu jkun jidher fuq id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għall-kunsinni li jinġarru, f’format elettroniku jew bil-miktub.

Referenza: Il-punti 6.3.2.6 (d), 6.8.3.4 u 6.8.3.5

Nota: jistgħu jiġu indikati l-istatus tas-sigurtà li ġejjin:

“SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta, jew

“SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss, jew

“SHR”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.

Fin-nuqqas ta’ aġent regola, l-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz eżentat mir-reġim tal-ACC3 jista’ joħroġ id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà.

10.1   

Il-kunsinni huma akkumpanjati minn dokumentazzjoni li tikkonferma l-kontrolli tas-sigurtà preċedenti u attwali?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-kontenut tad-dokumentazzjoni

 

Jekk LE, spjega għalfejn u kif il-merkanzija jew il-posta hija ttrattata bħala “sikura” mit-trasportatur tal-ajru jekk din titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru

 

10.2   

Id-dokumentazzjoni tinkludi l-identifikatur alfanumeriku uniku ACC3 tat-trasportatur tal-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

10.3   

Id-dokumentazzjoni tispeċifika l-istatus tas-sigurtà tal-merkanzija u kif inkiseb dan l-istatus?

IVA jew LE

 

10.4   

Konklużjoni: Il-proċess tad-dokumentazzjoni huwa biżżejjed biex jiġi żgurat li l-merkanzija jew il-posta jkollha magħha d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ xierqa li tispeċifika l-istatus korrett tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 11

Il-konformità

Objettiv: Wara li jivvaluta l-għaxar partijiet preċedenti ta’ din il-lista ta’ kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika tiegħu fuq il-post tikkorrespondix mal-kontenut tal-parti tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li tiddeskrivi l-miżuri għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u jekk il-kontrolli tas-sigurtà jimplimentawx biżżejjed l-objettivi elenkati f’din il-lista ta’ kontroll.

Għall-konklużjonijiet tiegħek, iddistingwi bejn erba’ każijiet prinċipali possibbli:

(1)

Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru huwa f’konformità mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-verifika fuq il-post tikkonferma l-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll; jew

(2)

Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru huwa f’konformità mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, iżda l-verifika fuq il-post ma tikkonfermax il-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll; jew

(3)

Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru mhuwiex konformi mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, iżda l-verifika fuq il-post tikkonferma l-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll; jew

(4)

Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru mhuwiex konformi mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-verifika fuq il-post ma tikkonfermax il-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll.

11.   

1 Konklużjoni ġenerali: Indika l-każ li huwa l-eqreb għas-sitwazzjoni vvalidata

1, 2, 3 jew 4

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

L-isem tal-validatur:

Data:

Firma:

ANNESS

Lista ta’ persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati

Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta’ kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.

(4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit."

(5)  ĠU L 220, 26.8.2011, p. 9. Il-punt 6.8.1.1 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010: Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f’pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-dokument mehmuż 6-F għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jkun innominat bħala ‘Trasportatur ta’ Merkanzija jew ta’ Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz’ (ACC3)"

(6)  Dan ma japplikax għall-merkanzija jew għall-posta bl-ajru li jinġarru minn numru żgħir ta’ pajjiżi eżentati mir-reġim tal-ACC3"

(7)  Merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fil-lista ta’ kontroll ta’ din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera”"

D.

Id-Dokument mehmuż 6-F huwa mibdul b’li ġej:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-F

MERKANZIJA U POSTA

6-Fi

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

6-Fii

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, LI GĦALIHOM MHIJIEX MEĦTIEĠA NOMINAZZJONI BĦALA ACC3

Il-pajjiżi terzi, kif ukoll il-pajjiżi u t-territorji b’relazzjonijiet speċjali mal-Unjoni skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li għalihom mhijiex meħtieġa nominazzjoni bħala ACC3 huma elenkati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

6-Fiii

L-ATTIVITAJIET TA’ ValidaZZJONI TA’ PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IL-KAPITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA EKWIVALENTI GĦALL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE”

E.

Id-Dokument mehmuż li ġej jiddaħħal wara d-Dokument mehmuż 6-H

DOKUMENT MEHMUŻ 6-H1

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — ACC3 IVVALIDAT GĦAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien nieħu nota ta’ dan li ġej:

Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta’ sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta’ merkanzija bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE (8) fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta’ kontroll jew imsemmija fih (9).

[L-isem tat-trasportatur tal-ajru] jista’ jiġi nnominat biss bħala ‘Trasportatur ta’ Merkanzija jew Posta bl-Ajru li jopera fl-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz’ (ACC3) ladarba rapport tal-validazzjoni tal-UE jkun ġie sottomess u aċċettat mill-awtorità xierqa ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda, tan-Norveġja jew tal-Isvizzera għal dak il-għan, u d-dettalji tal-ACC3 ikunu ddaħħlu fid-database tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa.

Jekk ir-rapport jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità fil-miżuri tas-sigurtà li jirreferi għalihom, dan jista’ jwassal għall-irtirar tan-nominazzjoni ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] bħala ACC3 diġà miksuba għal dan l-ajruport, liema rtirar jispiċċa jipprevjeni lil [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] milli jittrasporta merkanzija jew posta bl-ajru lejn iż-żona tal-UE/taż-ŻEE għal dan l-ajruport.

Ir-rapport huwa validu għal ħames snin u għalhekk jiskadi mhux aktar tard minn _.

F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien niddikjara li:

[l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jaċċetta li tittieħed azzjoni ta’ segwitu xierqa bil-għan li jiġu mmonitorjati l-istandards ikkonfermati mir-rapport.

Kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] li ma tkunx tirrikjedi validazzjoni sħiħa mill-ġdid għandha tiġi nnotata fir-rapport oriġinali billi tiżdied l-informazzjoni, filwaqt li l-informazzjoni preċedenti tintħalla viżibbli. Dan jista’ jikkonċerna l-bidliet li ġejjin:

(1)

ir-responsabbiltà globali għas-sigurtà tiġi assenjata lil kwalunkwe persuna minbarra l-persuna msemmija fil-punt 1.7 tad-Dokument mehmuż 6-C3 għar-Regolament (UE) Nru 185/2010;

(2)

kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li x’aktarx tħalli impatt sinifikanti fuq is-sigurtà;

[l-isem tat-trasportatur tal-ajru] sejjer jgħarraf lill-awtorità li tkun innominatu bħala ACC3 jekk [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] iwaqqaf il-kummerċ, ma jibqax ikollu x’jaqsam ma’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma jkunx jista’ jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti vvalidati f’dan ir-rapport.

[l-isem tat-trasportatur tal-ajru] sejjer iżomm il-livell tas-sigurtà kkonfermat f’dan ir-rapport bħala konformi mal-objettiv stabbilit fil-lista ta’ kontroll u, fejn xieraq, jimplimenta u japplika kwalunkwe miżura ta’ sigurtà addizzjonali meħtieġa sabiex jiġi nnominat bħala ACC3 fejn l-istandards tas-sigurtà jkunu ġew identifikati bħala insuffiċjenti, sakemm issir il-validazzjoni sussegwenti tal-attivitajiet ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru].

F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Il-kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma.

(8)  Ajruporti li jinsabu fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, f’Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Irlanda, fl-Italja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, f’Malta, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovakja, fis-Slovenja, fi Spanja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Islanda, fin-Norveġja u fl-Isvizzera."

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 859/2011”"

F.

Fil-punt 8.1.3.2(b) “validatur indipendenti” hija mibdula bi “validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE”.

G.

Fil-Kapitolu 11, jitħassar il-punt 11.0.5.

H.

Fil-Kapitolu 11, it-taqsimiet 11.5 u 11.6 huma mibdula b’dawn li ġejjin:

“11.5.   IL-KWALIFIKI TA’ DAWK LI JĦARRĠU

11.5.1.

L-awtorità xierqa għandha żżomm jew ikollha aċċess għal-listi ta’ dawk li jħarrġu li jkunu ċċertifikati li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 11.5.2 jew 11.5.3.

11.5.2.

Dawk li jħarrġu għandu jkun sarilhom kontroll tal-isfond b’suċċess skont il-punt 11.1.3 u għandhom jipprovdu evidenza tal-kwalifiki jew tal-għarfien rilevanti.

11.5.3.

Dawk li jħarrġu li jkunu ġew irreklutati jew li kienu qegħdin jipprovdu taħriġ speċifikat f’dan ir-Regolament qabel ma daħal fis-seħħ għandhom, tal-anqas, jissodisfaw lill-awtorità xierqa li huma:

(a)

għandhom l-għarfien u l-kompetenzi speċifikati fil-punt 11.5.5; u

(b)

qegħdin jagħtu biss korsijiet approvati mill-awtorità xierqa skont il-punt 11.2.1.3.

11.5.4.

Sabiex persuna tiġi ċċertifikata bħala persuna kkwalifikata biex tagħti t-taħriġ definit fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 u fil-punti 11.2.4 u 11.2.5, tali persuna għandu jkollha għarfien dwar l-ambjent tax-xogħol fil-qasam rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni u l-kwalifiki u l-kompetenzi fl-oqsma li ġejjin:

(a)

tekniki tal-istruzzjoni; u

(b)

elementi tas-sigurtà li għandhom jiġu mgħallma.

11.5.5.

L-awtorità xierqa għandha jew hija stess tipprovdi t-taħriġ lil dawk li jħarrġu jew inkella tapprova u żżomm lista ta’ korsijiet adegwati ta’ taħriġ b’rabta mas-sigurtà. L-awtorità xierqa għandha tiżgura li dawk li jħarrġu jirċievu taħriġ jew tagħrif regolari dwar l-iżviluppi fl-oqsma rilevanti.

11.5.6.

Meta l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta li t-taħriġ mogħti minn persuna kkwalifikata biex tħarreġ qiegħed jirriżulta fil-kompetenzi rilevanti, l-awtorità xierqa għandha jew tirtira l-approvazzjoni tal-kors jew inkella tiżgura li dak li jħarreġ jiġi sospiż jew jitneħħa mil-lista ta’ dawk li jħarrġu kkwalifikati, skont kif ikun xieraq.

11.6.   IL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

11.6.1.   Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE hija proċess standardizzat, iddokumentat, imparzjali u oġġettiv li jintuża sabiex tinkiseb u tiġi evalwata l-evidenza bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ konformità tal-entità vvalidata mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u fl-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu.

11.6.2.   Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

(a)

tista’ tkun rekwiżit għall-kisba jew iż-żamma ta’ status legali skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu;

(b)

tista’ titwettaq minn awtorità xierqa jew minn validatur approvat bħala validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew validatur rikonoxxut bħala ekwivalenti għalih, f’konformità ma’ dan il-Kapitolu;

(c)

għandha tivvaluta l-miżuri ta’ sigurtà applikati taħt ir-responsabbiltà tal-entità vvalidata jew partijiet minnhom li għalihom l-entità tkun qiegħda tfittex il-validazzjoni. Mill-inqas, hija għandha tikkonsisti minn

(1)

evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti tas-sigurtà, inkluż il-programm tas-sigurtà tal-entità vvalidata jew l-ekwivalenti tiegħu, u

(2)

verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni, li għandha tinkludi verifika fuq il-post tal-operazzjonijiet rilevanti tal-entità vvalidata, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor.

(d)

għandha tiġi rikonoxxuta mill-Istati Membri kollha.

11.6.3.   Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni għall-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

11.6.3.1.

L-Istati Membri għandhom japprovaw il-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fuq il-bażi tal-kapaċità tal-valutazzjoni tal-konformità, li għandha tinkludi

(a)

l-indipendenza mill-industrija vvalidata, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor.

(b)

il-kompetenza xierqa tal-persunal fil-qasam tas-sigurtà li għandu jiġi vvalidat, kif ukoll il-metodi li jintużaw sabiex tali kompetenza tinżamm fil-livell imsemmi fil-punt 11.6.3.5; u

(c)

il-funzjonalità u l-adegwatezza tal-proċessi tal-validazzjoni.

11.6.3.2.

Fejn ikun rilevanti, l-approvazzjoni għandha tikkunsidra ċ-ċertifikati ta’ akkreditazzjoni fir-rigward tal-istandards armonizzati rilevanti, jiġifieri EN-ISO/IEC 17020 minflok tivvaluta mill-ġdid il-kapaċità tal-valutazzjoni tal-konformità.

11.6.3.3.

Validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jista’ jkun kwalunkwe individwu jew entità legali.

11.6.3.4.

Il-korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jista’ jingħata s-setgħa li jakkredita l-kapaċità tal-valutazzjoni tal-konformità tal-entitajiet legali sabiex iwettqu l-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, jadottaw miżuri amministrattivi f’dak ir-rigward u jwettqu s-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

11.6.3.5.

Kull individwu li jwettaq validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jkollu kompetenza u sfond xierqa, u għandu

(a)

ikun soġġett għal verifika tal-preċedenti personali skont il-punt 11.1.3 li għandha tkun rikorrenti mill-inqas kull 5 snin;

(b)

iwettaq il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE b’mod imparzjali u oġġettiv, għandu jifhem it-tifsira tal-indipendenza u japplika metodi sabiex jevita sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-entità vvalidata;

(c)

ikollu biżżejjed għarfien teoretiku u esperjenza prattika fil-qasam tal-kontroll tal-kwalità, kif ukoll ħiliet u attributi personali rispettivi sabiex jiġbor, jirreġistra u jivvaluta s-sejbiet abbażi ta’ lista ta’ kontroll. B’mod partikolari fir-rigward ta’;

(1)

il-prinċipji, il-proċeduri u t-tekniki tal-monitoraġġ tal-konformità,

(2)

il-fatturi li jaffettwaw il-prestazzjoni u s-superviżjoni umana,

(3)

l-irwol u s-setgħat tal-validatur, inkluż fuq il-kunflitt ta’ interess;

(d)

jipprovdi evidenza ta’ kompetenza xierqa abbażi tat-taħriġ u/jew esperjenza ta’ xogħol minima fir-rigward tal-oqsma li ġejjin:

(1)

Il-prinċipji tas-sigurtà tal-avjazzjoni ġenerali tal-Unjoni u l-istandards ICAO tas-sigurtà tal-avjazzjoni;

(2)

Standards speċifiċi relatati mal-attività vvalidata u kif dawn jiġu applikati għall-operazzjonijiet;

(3)

It-teknoloġiji tas-sigurtà u t-tekniki rilevanti għall-proċess tal-validazzjoni.

(e)

jgħaddi minn taħriġ rikorrenti bi frekwenza suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li huwa jżomm il-kompetenzi eżistenti u jakkwista kompetenzi ġodda bil-għan li jieħu kont tal-iżviluppi li jseħħu fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni.

11.6.3.6.

L-awtorità xierqa għandha jew tipprovdi t-taħriġ għall-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE hija stess jew inkella tapprova u żżomm lista ta’ korsijiet xierqa ta’ taħriġ b’rabta mas-sigurtà.

11.6.3.7.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-approvazzjoni ta’ validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għal attivitajiet ta’ validazzjoni li jitwettqu biss fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’isem l-awtorità xierqa ta’ dak l-Istat Membru. F’każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti tal-punt 11.6.4.2 mhumiex applikabbli.

11.6.3.8.

L-approvazzjoni ta’ validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha tiskadi wara perjodu massimu ta’ 5 snin.

11.6.4.   Ir-rikonoxximent u s-sospensjoni tal-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

11.6.4.1.

Validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma għandux jitqies bħala approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jkunu elenkati fid-‘database tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa’. Kull validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jiġi pprovdut b’evidenza tal-istatus tiegħu minn jew f’isem l-awtorità xierqa. Għall-perjodu li matulu d-database tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa ma tkunx tista’ ddaħħal reġistrazzjonijiet fir-rigward tal-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, l-awtorità xierqa għandha tikkomunika d-dettalji neċessarji tal-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE lill-Kummissjoni, li għandha tagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri kollha.

11.6.4.2.

Il-validaturi approvati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandhom jiġu rikonoxxuti mill-Istati Membri kollha.

11.6.4.3.

Jekk validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE juri li ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punti 11.6.3.1 jew 11.6.3.5, l-awtorità/awtoritajiet xierqa li jkunu approvawh għandhom jirtiraw l-approvazzjoni u jneħħu lill-validatur mid-‘database tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa’.

11.6.4.4.

L-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li joperaw programmi tal-assigurazzjoni tal-kwalità jistgħu jiġu approvati bħala validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE bil-kundizzjoni li l-miżuri ekwivalenti ta’ dawk il-programmi jiżguraw validazzjoni imparzjali u oġġettiva. Ir-rikonoxximent għandu jsir bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet xierqa ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri.

11.6.4.5.

Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi l-attivitajiet ta’ validazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet jew mill-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni taħt il-ġurisdizzjoni ta’ u rikonoxxuti minn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali meta hija tkun tista’ tikkonferma l-ekwivalenza tagħhom għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. Lista tagħhom għandha tinżamm fid-Dokument mehmuż 6Fiii.

11.6.5.   Ir-rapport dwar il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (‘ir-rapport tal-validazzjoni’)

11.6.5.1.

Ir-rapport tal-validazzjoni għandu jirreġistra l-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u jkun fih mill-inqas

(a)

lista ta’ kontroll mimlija ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u, meta jintalab, isiru l-kummenti dwarha mill-entità vvalidata fid-dettall meħtieġ,

(b)

dikjarazzjoni tal-impenji ffirmata mill-entità vvalidata, u

(c)

dikjarazzjoni tal-indipendenza fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-individwu li jwettaq il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

11.6.5.2.

Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jistabbilixxi l-livell ta’ konformità mal-objettivi inklużi f’din il-lista ta’ kontroll u jirreġistra dawn is-sejbiet fil-parti xierqa tal-lista ta’ kontroll.

11.6.5.3.

Dikjarazzjoni tal-impenji għandha tiddikjara l-impenn tal-entità vvalidata sabiex tkompli taħdem skont l-istandards tat-tħaddim ivvalidati b’suċċess.

11.6.5.4.

L-entità vvalidata tista’ tiddikjara l-qbil jew in-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-livell ta’ konformità stabbilit fir-rapport tal-validazzjoni. Dikjarazzjoni bħal din għandha ssir parti integrali mir-rapport tal-validazzjoni.

11.6.5.5.

In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni.

11.6.5.6.

F’kull każ, ir-rapport għandu jkun bl-Ingliż u għandu jintbagħat lill-awtorità xierqa, fejn applikabbli, kif ukoll lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta’ xahar wara li ssir il-verifika fuq il-post.

11.7   RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAT-TAĦRIĠ

11.7.1.

Kwalunkwe kompetenza miksuba minn persuna sabiex tissodisfa r-rekwiżiti skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu fi Stat Membru wieħed għandhom jiġu rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor.

DOKUMENT MEHMUŻ 11-A

DIKJARAZZJONI TAL-INDIPENDENZA – VALIDATUR TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

(a)

Jien nikkonferma li stabbilixxejt il-livell tal-konformità tal-entità vvalidata b’mod imparzjali u oġġettiv.

(b)

Jien nikkonferma li minix, u fis-sentejn li għaddew ma kontx, impjegat mill-entità vvalidata.

(c)

Jien nikkonferma li ma għandi ebda interess ekonomiku jew xi interess dirett jew indirett ieħor fl-eżitu tal-attività tal-validazzjoni, fl-entità vvalidata jew fil-membri affiljati magħha.

(d)

Jien nikkonferma li la għandi, u fit-tnax-il xahar li għaddew la kelli xi relazzjoni kummerċjali, bħal taħriġ u konsulenza lil hinn mill-proċess tal-validazzjoni, mal-entità vvalidata f’oqsma relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(e)

Jien nikkonferma li r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE huwa bbażat fuq evalwazzjoni bir-reqqa tal-ġbir tal-fatti tad-dokumentazzjoni rilevanti dwar is-sigurtà, inkluż il-programm tas-sigurtà tal-entitajiet ivvalidati, jew l-ekwivalenti tiegħu, u l-attivitajiet ta’ verifika fuq il-post.

(f)

Jien nikkonferma li r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE huwa bbażat fuq valutazzjoni tal-oqsma kollha li huma rilevanti għas-sigurtà u li dwarhom il-validatur huwa mitlub li jagħti opinjoni bbażata fuq il-lista ta’ kontroll rilevanti tal-UE.

(g)

Jien nikkonferma li applikajt metodoloġija li tippermetti li jsiru rapporti separati dwar il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fir-rigward ta’ kull entità vvalidata, kif ukoll li tiżgura l-oġġettività u l-imparzjalità tal-ġbir tal-fatti u l-evalwazzjoni, fejn bosta entitajiet qegħdin jiġu vvalidati f’azzjoni konġunta.

(h)

Jien nikkonferma li ma aċċettajt ebda benefiċċju finanzjarju jew xi benefiċċji oħrajn, ħlief għal dritt ta’ ħlas raġonevoli għall-validazzjoni, flimkien ma’ kumpens għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni.

Jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għar-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

L-isem tal-individwu li għamel il-validazzjoni:

L-isem tal-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE:

Data:

Firma.

(10)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.”"