ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.274.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 918/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti, swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti, livelli limitu ta’ notifika, livelli limitu ta’ likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet, waqgħat sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji u avvenimenti avversi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(7), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 23(7) u l-Artikolu 30 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 jimponi ċerti miżuri b’rabta mal-bejgħ bin-nieqes u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu. L-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta Atti Ddelegati biex jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan l-att iddelegat jissupplimenta u jemenda ċerti elementi mhux essenzjali. |
(2) |
Id-dispożizzjonijet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li l-livelli limitu ta’ notifika u ta’ pubblikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jiddependu mid-definizzjonijiet u l-metodi ta’ kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes filwaqt li d-dispożizzjonijiet dwar waqgħat fil-valur ta’ strumenti finanzjarji u waqgħat fil-likwidità ta’ swieq tad-dejn sovran u d-determinazzjoni ta’ avvenimenti avversi huma marbutin b’mod li ma tistax tifridhom. Biex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet dwar il-bejgħ bin-nieqes li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien, huwa xieraq li jiġu inklużi d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 236/2012 f’Regolament uniku. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 fih ċerti definizzjonijiet. Għal aktar ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li jiġu previsti dispożizzjonijiet supplementari ulterjuri b’rabta mad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2(1), b’mod partikolari meta persuna fiżika jew ġuridika titqies li jkollha s-sjieda ta’ strument finanzjarju għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ bejgħ bin-nieqes u speċifikazzjoni ulterjuri ta’ meta persuna fiżika jew ġuridika “żżomm” sehem jew strument ta’ dejn għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. L-ispeċifikazzjonijiet jintgħażlu biex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) Nru 236/2012 ikollu l-effett maħsub b’mod konsistenti minkejja l-approċċ diverġenti tal-liġijiet tal-Istati Membri. Il-kunċetti ta’ sjieda u parteċipazzjoni azzjonarja fi Stati Membri fir-rigward ta’ titoli attwalment mhumiex armonizzati iżda d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 huma maħsuba biss biex jiġu applikati għall-bejgħ bin-nieqes u biex ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żvilupp ġuridiku futur bħall-armonizzazjoni tal-leġiżlazzjoni. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 jimponi restrizzjonijiet u obbligi, bħal rekwiżiti ta’ notifika u ta’ pubblikazzjoni, fuq persuni naturali jew ġuridiċi li jżommu jew jidħlu f’pożizzjonijet bin-nieqes netti f’ishma u dejn sovran. Pożizzjonijiet twal u bin-nieqes f’ishma u dejn sovran jistgħu jinżammu u jiġu stmati f’modi differenti. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u l-intenzjoni tal-miżuri dwar pożizzjonijiet bin-nieqes f’ishma u dejn sovran tingħata effett, huwa għalhekk meħtieġ li tingħata speċifikazzjoni ulterjuri dwar kif għandhom jiġu kkalkulati l-pożizzjonijet bin-nieqes netti. Bejgħ bin-nieqes jista’ jseħħ permezz ta’ strumenti uniċi jew permezz ta’ basktijiet ta’ dejn sovran u għalhekk jeħtieġ li jiġi speċifikat kif bejgħ bin-nieqes permezz ta’ basktijiet huma inklużi f’dawn il-kalkoli. Sabiex jiġi żgurat approċċ sod għall-kalkolu ta’ pożizzjonijiet ta’ bejgħ bin-nieqes netti, jeħtieġ li jiġi applikat approċċ aktar restrittiv fl-ispeċifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet twal fl-ishma milli ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes. Peress li l-valur ta’ wħud mill-istrumenti finanzjarji jiddependi minn varjazzjonijiet fil-prezz tal-istrumenti sottostanti, jeħtieġ li jiġi speċifikat kif dan għandu jitqies. Il-metodoloġija aġġustata skont id-delta hija speċifikata peress li hija prattika aċċettata b’mod komuni. |
(5) |
Pożizzjonijiet bin-nieqes netti jiġu kkalkulati b’referenza għall-pożizzjonijiet twal u bin-nieqes miżmuma minn persuna fiżika jew ġuridika. Madankollu pożizzjonijiet twal u bin-nieqes jistgħu jinżammu minn enititajiet differenti fi grupp jew f’fondi differenti mmaniġġjati minn maniġer ta’ fondi. Pożizzjonijiet bin-nieqes netti kbar jistgħu jiġu moħbija billi jiġu ddistribwiti bejn entitajiet fi grupp jew bejn fondi differenti. Biex jitnaqqas l-evitar u jiġi żgurat li n-notifiki u r-rapportar ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes jipprovdu stampa preċiża u rappreżentattiva, huma meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati li jispeċifikaw kif il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti għandhom jitwettqu għall-entitajiet fi grupp jew għall-maniġers ta’ fondi. Biex dawn id-dispożizzjonijiet jingħataw effett jeħtieġ li tiġi ddefinita t-tifsira ta’ strateġija ta’ investiment sabiex jiġi ċċarat liema pożizzjonijiet bin-nieqes tal-entitajiet fi grupp u liema pożizzjonijiet bin-nieqes tal-fondi għandhom jiġu aggregati. Jeħtieġ ukoll li jiġu ddefiniti l-attivitajiet ta’ mmaniġġjar biex jiġi ċċarat liema pożizzjonijiet bin-nieqes tal-fondi għandhom jiġu aggregati. Sabiex jiġi żgurat li jsiru n-notifiki, jeħtieġ li jiġi speċifikat liema entitajiet fi grupp jew f’fondi differenti huma meħtieġa biex jitwettqu l-kalkoli u jsiru n-notifiki. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 jimponi restrizzjonijiet fuq id-dħul fi tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti iżda jippermetti swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti li wieħed ikun daħal fihom għal finijiet leġittimi ta’ ħħeġġjar. Varjetà wiesgħa ta’ assi u obbligazzjonijiet jistgħu jiġu ħħeġġjati bl-użu ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu iżda d-distinzjoni bejn iħħeġġjar leġittimu u spekulazzjoni f’ħafna mill-każijiet taf tkun diffiċli. Għalhekk hija meħtieġa speċifikazzjoni dettaljata u addizzjonali tal-każijiet li fihom swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana tista’ titqies bħala koperta. Meta jkun meħtieġ li miżura kwantitattiva ta’ korrelazzjoni tiġi speċifikata fuq bażi konsistenti, għandha tintuża miżura sempliċi u aċċettata b’mod wiesa’ bħall-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ Pearson, ikkalkulat bħala l-kovarjanza ta’ żewġ varjabbli diviż bil-prodott tad-devjazzjonijiet standard tagħhom. It-tqabbil ta’ assi u obbligazzjonijiet biex tinħoloq ħeġġ perfetta fil-prattika huwa diffiċli minħabba l-karatteristiċi varjati ta’ assi u obbligazzjonijiet differenti kif ukoll il-volatilità fil-valuri tagħhom. Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 jesiġi approċċ proporzjonat għall-miżuri u fid-definizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu skoperta, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi speċifikat kif approċċ proporzjonat għandu jiġi applikat għall-assi u l-obbligazzjonijiet iħħeġġjati minn swap ta’ inadempjenza tal-kreditu. Billi r-Regolament (UE) Nru 236/2012 ma jippreskrivix grad speċifiku tal-korrelazzjoni meħtieġa għal pożizzjoni koperta fi swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana, jeħtieġ li jiġi speċifikat li l-korrelazzjoni għandha tkun waħda sinifikattiva. |
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 jesiġi li persuna fiżika jew ġuridika li żżomm pożizzjoni bin-nieqes netta f’dejn sovran li tkun qabżet livell limitu għandha tinnotifika dawn il-pożizzjonijiet lill-awtorità kompetenti rilevanti. Għalhekk hija meħtieġa speċifikazzjoni xierqa ta’ dan il-livell limitu. Valuri minimali li ma jkollhom l-ebda impatt sinifikanti fuq is-suq tad-dejn sovran rilevanti ma għandhomx jesiġu notifika u l-livell limitu għandu jqis, inter alia, il-likwidità ta’ kull suq tal-bonds individwali rilevanti u l-istokk tad-dejn sovran pendenti kif ukoll l-għanijiet ta’ din il-miżura. |
(8) |
Id-dejta meħtieġa għall-kalkolu tal-livelli limitu tan-notifika għal pożizzjonijiet bin-nieqes netti b’rabta ma’ dejn sovran maħruġ mhix se tkun disponibbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk iż-żewġ kriterji użati biex jiġu ffissati l-livelli ta’ notifika inizjali fid-data tal-pubblikazzjoni għandhom l-ewwel nett ikunu l-ammont totali ta’ dejn sovran maħruġ pendenti tal-emittent sovran u t-tieni l-eżistenza ta’ suq tal-futuri likwidu għal dak id-dejn sovran. Livelli limitu riveduti għandhom jiġu adottati meta tkun disponibbli d-dejta rilevanti dwar il-kriterji kollha. |
(9) |
Meta l-likwidità f’suq tad-dejn sovran taqa’ taħt ċertu livell limitu, ir-restrizzjonijiet fuq l-investituri li jidħlu f’bejgħ bin-nieqes ta’ dejn sovran skopert jistgħu jitneħħew temporanjament sabiex tiġi stimolata l-likwidità f’dak is-suq. Meta jkun hemm waqgħa sinifikanti fil-valur ta’ strument finanzjarju f’ċentru tan-negozjar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu, jillimitaw il-bejgħ bin-nieqes jew inkella jillimitaw it-tranżazzjonijiet f’dak l-istrument. Hemm varjetà wiesgħa ta’ strumenti u huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-livell limitu għal kull klassi differenti ta’ strumenti finanzjarji filwaqt li jitqiesu d-differenzi bħal dawk bejn l-istrumenti u l-volatilitajiet differenti tas-swieq rispettivi tagħhom. |
(10) |
F’dan ir-Regolament ma hemmx speċifikat livell limitu għal waqgħa sinifikanti fil-valur tal-prezz ta’ unità ta’ UCITS elenkat, għajr għal Fondi Negozjati fil-Borża li huma UCITS, peress li għalkemm il-prezz jista’ jvarja liberament fiċ-ċentru tan-negozjar, huwa soġġett għal regola fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (2) li żżomm il-prezzijiet qrib il-valur tal-assi netti tal-UCITS. Ma ġie speċifikat l-ebda livell limitu għal waqgħa sinifikanti fil-valur tad-derivattivi għajr dawk speċifikati f’dan ir-Regolament. |
(11) |
Dan ir-Regolament jiċċara s-setgħat ta’ intervent, kemm tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif ukoll tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) li ġiet stabbilita u teżerċita s-setgħat tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward ta’ avvenimenti jew żviluppi avversi. Lista ta’ dawn l-avvenimenti hija meħtieġa biex jiġi żgurat approċċ konsistenti filwaqt li jkunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet xierqa f’każ ta’ avvenimenti jew żviluppi avversi mhux previsti. |
(12) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-istess jum meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2012 (4). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati li jissupplimentaw l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fir-rigward ta’:
— |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fejn tingħata speċifikazzjoni ulterjuri tad-definizzjonijiet ta’ sjieda u bejgħ bin-nieqes; |
— |
L-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fejn tingħata speċifikazzjoni ulterjuri ta’ każijiet ta’ u l-metodu għall-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta u d-definizzjoni ta’ parteċipazzjoni azzjonarja; |
— |
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fejn tingħata speċifikazzjoni ulterjuri ta’ pożizzjonijiet skoperti fi swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani u l-metodi tal-kalkolu għall-gruppi u għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi; |
— |
L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fejn tingħata speċifikazzjoni ulterjuri tal-livell limitu ta’ notifika għal bejgħ bin-nieqes sinifikanti f’dejn sovran; |
— |
L-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fejn tingħata speċifikazzjoni ulterjuri tal-livell limitu ta’ likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes ta’ dejn sovran; |
— |
L-Artikolu 23(7) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fejn tingħata speċifikazzjoni ulterjuri tat-tifsira ta’ waqgħat sinifikanti fil-valur ta’ strumenti finanzjarji għajr ishma likwidi; |
— |
L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fejn tingħata speċifikazzjoni ulterjuri tal-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni tal-każijiet li fihom jokkorru l-avvenimenti jew l-iżviluppi avversi msemmija fl-Artikoli minn 18 sa 21 u fl-Artikolu 27 u t-theddid imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“Grupp” tfisser dawk l-entitajiet ġuridiċi li huma impriżi kkontrollati fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(f) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-unika persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla t-tali impriża. |
(b) |
“Emittent supranazzjonali” tfisser emittent fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 2(1)(d)(i), (iv), (v) u (vi) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. |
KAPITOLU II
SPEĊIFIKAZZJONI SUPPLEMENTARI TAD-DEFINIZZJONIJIET SKONT L-ARTIKOLU 2(2) U L-ARTIKOLU 3(7)(a)
Artikolu 3
Speċifikazzjoni tat-terminu “sjieda” u definizzjoni ta’ bejgħ bin-nieqes
1. Għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ bejgħ bin-nieqes, id-determinazzjoni, fejn applikabbli, ta’ jekk persuna fiżika jew ġuridika titqiesx li tkun is-sid ta’ strument finanzjarju meta jkun hemm sjidiet ġuridiċi jew użufruttwarji tagħhom għandha ssir skont il-liġi applikabbli għall-bejgħ bin-nieqes rilevanti ta’ dak is-sehem jew strument ta’ dejn. Meta persuni fiżiċi jew ġuridiċi huma l-użufruttwarji ta’ sehem jew strument ta’ dejn, dak is-sehem jew strument ta’ dejn għandu jitqies li s-sid tiegħu jkun l-użufruttwarju finali, inkluż meta s-sehem jew l-istrument ta’ dejn jinżamm minn persuna nnominata. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-użufruttwarju għandu jkun l-investitur li jassumi r-riskju ekonomiku tal-akkwist ta’ strument finanzjarju.
2. Għall-finijiet tal-punti (i), (ii) u (iii) tal-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, u “bejgħ bin-nieqes” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, ma jinkludix:
(a) |
il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji li ġew ittrasferiti taħt ftehim ta’ self ta’ titoli jew ftehim repo, sakemm dawk it-titoli jiġu jew irritornati inkella ċ-ċedent jirtira t-titoli sabiex jiġi effettwat saldu meta jkun dovut; |
(b) |
il-bejgħ ta’ strument finanzjarju minn persuna fiżika jew ġuridika li tkun xtrat strument finanzjarju qabel il-bejgħ iżda ma tkunx ħadet il-konsenja ta’ dak l-istrument finanzjarju meta jkun sar il-bejgħ sakemm l-istrument finanzjarju jiġi kkonsenjat fi żmien meta s-saldu jkun jista’ jiġi effetwat meta jkun dovut; |
(c) |
il-bejgħ ta’ strument finanzjarju minn persuna fiżika jew ġuridika li eżerċitat opzjoni jew pretensjoni simili fuq dak l-istrument finanzjarju, sakemm dak l-istrument finanzjarju jiġi kkonsenjat fi żmien meta s-saldu jkun jista’ jiġi effettwat meta jkun dovut. |
Artikolu 4
Parteċipazzjoni azzjonarja
Persuna fiżika jew ġuridika titqies li qed iżżomm sehem jew strument ta’ dejn għall-finijiet tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
Il-persuna fiżika jew ġuridika tkun is-sid ta’ sehem jew strument ta’ dejn skont l-Artikolu 3(1); |
(b) |
F’każ ta’ pretensjoni eżekutibbli fuq it-trasferiment tas-sjieda ta’ sehem jew strument ta’ dejn lill-persuna fiżika jew ġuridika skont il-liġi applikabbli għall-bejgħ rilevanti. |
KAPITOLU III
POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI SKONT L-ARTIKOLU 3(7)(b)
Artikolu 5
Pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’ishma – pożizzjonijiet twal
1. Il-parteċipazzjoni azzjonarja permezz ta’ pożizzjoni twila f’basket ta’ ishma għandha, b’rabta ma’ dak is-sehem, titqies ukoll sal-punt li dak is-sehem ikun irrappreżentat fil-basket.
2. Kwalunkwe skopertura permezz ta’ strument finanzjarju għajr sehem li jikkonferixxi vantaġġ fianzjarju f’każ ta’ żieda fil-prezz tas-sehem kif stabbilit fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tfisser kwalunkwe skopertura għal kapital azzjonarju permezz ta’ strument wieħed jew aktar elenkati fl-Anness I, il-Parti 1.
L-iskopertura msemmija fl-ewwel subparagrafu tiddependi mill-valur tas-sehem li trid tiġi kkalkulata l-pożizzjoni bin-nieqes netta tiegħu, u li jikkonferixxi vantaġġ finanzjarju f’każ ta’ żieda fil-prezz jew fil-valur ta’ sehem.
Artikolu 6
Pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’ishma – pożizzjonijiet bin-nieqes
1. Bejgħ bin-nieqes ta’ sehem permezz ta’ bejgħ bin-nieqes f’basket ta’ ishma għandu, b’rabta ma’ dak is-sehem, jitqies ukoll sal-punt li dak is-sehem ikun irrappreżentat fil-basket.
2. Għall-finijiet tal-Artikoli 3(1)(a) u 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 meta pożizzjoni fi strument finanzjarju, inklużi dawk elenkati fl-Anness I, il-Parti 1, tikkonferixxi vantaġġ finanzjarju f’każ ta’ nuqqas fil-prezz jew fil-valur tas-sehem, din il-pożizzjoni għandha titqies fil-kalkolu tal-pożizzjoni bin-nieqes.
Artikolu 7
Pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’ishma – ġenerali
Il-kriterji li ġejjin għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti msemmija fl-Artikoli 5 u 6:
(a) |
huwa irrilevanti jekk kienx hemm qbil dwar saldu bi flus jew konsenja fiżika ta’ assi sottostanti. |
(b) |
pożizzjonijiet bin-nieqes fi strumenti finanzjarji li jagħtu lok għal pretensjoni għal ishma mhux maħruġa, u drittijiet ta’ sottoskrizzjoni, bonds konvertibbli u strumenti oħrajn paragunabbli ma għandhomx jitqiesu bħala pożizzjonijiet bin-nieqes meta tiġi kkalkulata pożizzjoni bin-nieqes. |
Artikolu 8
Pożizzjoni bin-nieqes netta f’dejn sovran – pożizzjonijiet twal
1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u l-Anness II, l-ipprezzar għandu jfisser ir-rendiment, jew fejn ma jkunx hemm rendiment għal wieħed mill-assi jew waħda mill-obbligazzjonijiet rilevanti jew ir-rendiment ma jkunx komparatur xieraq bejn l-assi jew l-obbligazzjonijiet rilevanti, għandu jfisser il-prezz. Il-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ strument ta’ dejn sovran permezz ta’ pożizzjoni twila f’basket ta’ strumenti ta’ dejn sovran ta’ emittenti differenti għandha, b’rabta ma’ dak id-dejn sovran, titqies ukoll sal-punt li dak id-dejn sovran ikun irrappreżentat fil-basket.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, kwalunkwe skopertura permezz ta’ strument għajr id-dejn sovran li jikkonferixxi vantaġġ finanzjarju f’każ ta’ żieda fil-prezz ta’ dejn sovran tfisser kwalunkwe skopertura permezz ta’ strument wieħed jew aktar elenkati fl-Anness I, il-Parti 2 dejjem sakemm il-valur tagħhom ikun jiddependi mill-valur tad-dejn sovran li trid tiġi kkalkulata l-pożizzjoni bin-nieqes netta tiegħu, u li jikkonferixxi vantaġġ finanzjarju f’każ ta’ żieda fil-prezz jew fil-valur ta’ dejn sovran.
3. Dejjem sakemm ikunu kkorrelatati ħafna skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 u l-paragrafi 4 u 5, il-parteċipazzjonijiet azzjonarji netti kollha ta’ dejn sovran ta’ emittent sovran li jkun ikkorrelatat ħafna mal-ipprezzar tad-dejn sovran fi kwalunkwe pożizzjoni bin-nieqes għandu jiġi inkluż fil-kalkolu ta’ pożizzjoni twila. Strumenti ta’ dejn sovran minn emittenti li jkun jinsabu barra l-Unjoni ma għandhomx jiġu inklużi.
4. Għal assi bi prezz tas-suq likwidu, korrelazzjoni għolja bejn l-ipprezzar ta’ strument ta’ dejn ta’ emittent sovran ieħor u l-ipprezzar ta’ dejn tal-emittent sovran speċifiku għandha titkejjel fuq bażi storika bl-użu ta’ dejta ta’ kuljum akkumulata u ppeżata għall-perjodu tat-12-il xahar ta’ qabel il-pożizzjoni fid-dejn sovran. Għal assi li għalihom ma hemmx suq likwidu jew l-istorja tal-prezzijiet hija ta’ anqas minn 12-il xahar, għandha tintuża sostituzzjoni xierqa ta’ dewmien simili.
5. Għall-finijiet tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, strument ta’ dejn u dejn sovran maħruġ għandhom jitqiesu bħala kkorrelatati ħafna meta l-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ Pearson ikun tal-anqas 80 % bejn l-ipprezzar tal-istrument tad-dejn ta’ emittent sovran ieħor u l-ipprezzar tad-dejn sovran speċifiku għall-perjodu rilevanti.
6. Jekk il-pożizzjoni sussegwentement ma tibqax ikkorrelatata ħafna abbażi ta’ perjodu kontinwu ta’ 12-il xahar, id-dejn sovran tal-emittent sovran li preċedentement kien ikkorrelatat ħafna ma għandux jibqa’ jitqies meta tkun se tiġi kkalkulata pożizzjoni twila. Madankollu, pożizzjonijiet ma għandhomx jitqiesu li waqfu jkunu kkorrelatati ħafna meta jkun hemm waqgħa temporanja fil-livell tal-korrelazzjoni tad-dejn sovran għal mhux aktar minn tliet xhur taħt il-livell stabbilit fil-paragrafu 4, sakemm il-koeffiċjent tal-korrelazzjoni jkun tal-anqas 60 % tul dan il-perjodu ta’ tliet xhur.
7. Fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, huwa irrilevanti jekk kienx hemm qbil dwar saldu bi flus jew konsenja fiżika ta’ assi sottostanti.
Artikolu 9
Pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’dejn sovran – pożizzjonijiet bin-nieqes
1. Bejgħ bin-nieqes ta’ dejn sovran permezz ta’ bejgħ ta’ basket ta’ dejn sovran għandu, b’rabta ma’ dak id-dejn sovran, jitqies ukoll sal-punt li dak id-dejn sovran ikun irrappreżentat fil-basket.
2. Għall-finijiet tal-Artikoli 3(1)(a) u 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 meta pożizzjoni fi strument, inklużi dawk elenkati fl-Artikolu 8(2), tikkonferixxi vantaġġ finanzjarju f’każ ta’ nuqqas fil-prezz jew fil-valur tad-dejn sovran, din il-pożizzjoni għandha titqies fil-kalkolu tal-pożizzjoni bin-nieqes.
3. Kwalunkwe swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran irreferenzjat għal emittent sovran għandu jiġi inkluż fil-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’dak id-dejn sovran. Bejgħ ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani għandu jitqies bħala pożizzjonijiet twal u xiri ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani għandu jitqies bħala pożizzjonijiet bin-nieqes.
4. Jekk swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana tkun qed tiħħeġġja riskju għajr id-dejn sovran irreferenzjat, il-valur tar-riskju ħħeġġjat ma jistax jiġi ttrattat bħala pożizzjoni twila għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk persuna fiżika jew ġuridika għandhiex pożizzjoni bin-nieqes netta fid-dejn sovran maħruġ ta’ emittent sovran.
5. Fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, huwa irrilevanti jekk kienx hemm qbil dwar saldu bi flus jew konsenja fiżika ta’ assi sottostanti.
Artikolu 10
Metodu tal-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti b’rabta mal-ishma
1. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta f’ishma skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, għandha tintuża l-metodoloġija aġġustata skont id-delta għall-ishma stabbilita fl-Anness II.
2. Kwalunkwe kalkolu minn persuna fiżika jew ġuridika ta’ pożizzjoni twila jew bin-nieqes b’rabta mal-istess ishma għandha tuża l-istess metodi.
3. Il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti għandu jqis tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji kollha, kemm jekk isiru f’ċentru tan-negozjar kif ukoll lil hinn minnu, li jikkonferixxu vantaġġ finanzjarju f’każ ta’ bidla fil-prezz jew fil-valur tas-sehem.
Artikolu 11
Kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti għal dejn sovran
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’dejn sovran għandhom jiġu kkalkulati billi jitqiesu tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji kollha li jikkonferixxu vantaġġ finanzjarju f’każ ta’ bidla fil-prezz jew fir-rendiment tad-dejn sovran. Għal dejn sovran għandha tintuża l-metodoloġija aġġustata skont id-delta stabbilita fl-Anness II.
2. Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 il-pożizzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati għal kull emittent sovran li fih persuna fiżika jew ġuridika żżomm pożizzjoni bin-nieqes.
KAPITOLU IV
POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI F'FONDI JEW FI GRUPPI SKONT L-ARTIKOLU 3(7)(c)
Artikolu 12
Metodu tal-kalkolu tal-pożizzjonijiet għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar relatati ma’ diversi fondi jew portafolli mmanniġġjati
1. Il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta f’emittent partikolari għandu jsir skont l-Artikoli 3(7)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għal kull fond individwali, irrispettivament mill-forma ġuridika tiegħu u għal kull portafoll immaniġġjat.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 12 u l-Artikolu 13, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“Strateġija ta’ Investiment” tfisser strateġija li tiġi segwita minn entità maniġerjali, fir-rigward ta’ emittent partikolari, li timmira li jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta jew twila netta meħuda permezz ta’ tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji varji maħruġa minn dak l-emittent jew relatati miegħu. |
(b) |
“Attivitajiet ta’ mmaniġġjar” tfisser immaniġġjar ta’ fondi irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom u mmaniġġjar ta’ portafolli skont mandati mogħtija minn klijenti fuq bażi diskrezzjonarja ta’ klijent klijent meta tali portafolli jinkludu strument finanzjarju wieħed jew aktar. |
(c) |
“Entità maniġerjali” tfisser persuna ġuridika jew entità, inkluż diviżjoni, unità jew dipartiment li timmaniġġja, fuq bażi diskrezzjonarja, fondi jew portafolli skont mandat. |
3. L-entità maniġerjali għandha taggrega l-pożizzjonijiet bin-nieqes netti tal-fondi u l-portafolli fil-kuntest tal-maniġment tagħha li għalih tkun qed tiġi segwita l-istess strateġija ta’ investiment b’rabta ma’ emittent partikolari.
4. Meta jiġi applikat il-metodu deskritt hawn fuq, l-entità maniġerjali għandha:
(a) |
tqis il-pożizzjonijiet tal-fondi u l-portafolli li l-immaniġġjar tagħhom ġie ddelegat minn parti terza; |
(b) |
teskludi l-pożizzjonijiet tal-fondi u l-portafolli li l-immaniġġjar tagħhom ġie ddelegat lil parti terza. |
L-entità maniġerjali għandha tirrapporta, u tiżvela fejn ikun meħtieġ, il-pożizzjoni bin-nieqes netta li tirriżulta mill-paragrafi 3 u 4 meta tilħaq jew taqbeż livell limitu ta’ notifika jew divulgazzjoni skont l-Artikoli 5 sa 11 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
5. Meta entità ġuridika unika tkun qed twettaq attivitajiet ta’ mmaniġġjar flimkien ma’ attivitajiet oħrajn mhux ta’ mmaniġġjar, għandha tapplika l-metodu deskritt stabbilit fil-paragrafi 1 sa 3 lill-attivitajiet ta’ mmaniġġjar biss tagħha u tirrapporta, u tiżvela l-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li jirriżultaw.
6. Għall-attivitajiet tagħha mhux ta’ mmaniġġjar li jagħtu lok għal parteċipazzjoni azzjonarja ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes mill-entità għall-kont tagħha stess, dik l-entità ġuridika unika għandha twettaq il-kalkolu tal-pożizzjoni bin-nieqes netta f’emittent partikolari skont l-Artikolu 3(7)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 u tirrapporta, u tiżvela l-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li jirriżultaw.
Artikolu 13
Metodu tal-kalkolu ta’ pożizzjonijiet għal entitajiet ġuridiċi fi grupp li jkollhom pożizzjonijiet twal jew bin-nieqes b’rabta ma’ emittent partikolari
1. Il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta għandu jsir skont l-Artikolu 3(7)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għal kull entità ġuridika li tikkostitwixxi l-grupp. L-entità ġuridika rilevanti, jew f’isimha, il-grupp li tappartjeni fih, għandhom jirrapportaw u jiżvelaw, il-pożizzjoni bin-nieqes netta f’emittent partikolari meta tilħaq jew taqbeż livell limitu ta’ notifika jew ta’ divulgazzjoni. Meta entità waħda jew aktar mill-entitajiet ġuridiċi li jikkostitwixxu l-grupp ikunu entitajiet maniġerjali, għandhom japplikaw il-metodu deskritt fl-Artikoli 12(1) sa 12(4) għal attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi u portafolli.
2. Il-pożizzjonijiet bin-nieqes u twal netti tal-entitajiet ġuridiċi kollha li jikkostitwixxu l-grupp għandhom jiġu aggregati u nnettjati, bl-eċċezzjoni tal-pożizzjonijiet tal-entitajiet maniġerjali li jwettqu l-attivitajiet ta’ mmaniġġjar. Il-grupp għandu jirrapporta, u jiżvela fejn rilevanti, il-pożizzjoni bin-nieqes netta f’emittent partikolari meta tilħaq jew taqbeż livell limitu ta’ notifika jew divulgazzjoni rilevanti.
3. Meta pożizzjoni bin-nieqes netta tilħaq jew taqbeż il-livell limitu ta’ notifika skont l-Artikolu 5 jew il-livell limitu ta’ divulgazzjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, entità ġuridika fi grupp għandha tirrapporta, u tiżvela skont l-Artikoli 5 sa 11 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 il-pożizzjoni bin-nieqes netta f’emittent partikolari kkalkulata skont il-paragrafu 1 sakemm l-ebda pożizzjoni bin-nieqes netta fil-livell tal-grupp ikkalkulata skont il-paragrafu 2 ma tilħaq jew taqbeż livell limitu ta’ notifika jew ta’ divulgazzjoni. Entità ġuridika maħtura għal dan l-għan għandha tirrapporta, u tiżvela fejn rilevanti, il-pożizzjoni bin-nieqes netta fil-livell tal-grupp f’emittent partikolari kkalkulat skont il-paragrafu 2 meta:
(i) |
ma jintlaħaq jew jinqabeż l-ebda livell limitu ta’ notifika jew ta’ divulgazzjoni minn kwalunkwe entità ġuridika fil-grupp; |
(ii) |
livell limitu ta’ notifika jew ta’ divulgazzjoni jintlaħaq jew jinqabeż b’mod simultanju kemm mill-grupp innifsu kif ukoll minn kwalunkwe entità ġuridika f’dak il-grupp. |
KAPITOLU V
SWAPS TA’ INADEMPJENZA TAL-KREDITU SOVRANI KOPERTI SKONT L-ARTIKOLU 4(2)
Artikolu 14
Każijiet li mhumiex pożizzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti
1. Fil-każijiet li ġejjin pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana ma għandhiex titqies bħala pożizzjoni skoperta skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
(a) |
Fir-rigward tal-ħeġġijiet għall-fini tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana ma għandhiex titqies bħala pożizzjoni skoperta skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 u għandha sservi bħala ħeġġ kontra riskju ta’ waqgħa fil-valur tal-assi jew l-obbligazzjonijiet ikkorrelatati mar-riskju ta’ waqgħa tal-valur tad-dejn sovran li jkun irreferenzjat mill-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu u meta dawk l-assi jew l-obbligazzjonijiet jirreferu għal entitajiet tas-settur pubbliku jew privat fl-istess Stat Membru. |
(b) |
Pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana, li fiha l-assi jew l-obbligazzjonijiet jirreferu għall-entitajiet tas-settur pubbliku jew privat fl-istess Stat Membru bħala r-referenza sovrana għall-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu, ma għandhiex titqies bħala pożizzjoni skoperta skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 meta:
|
(c) |
Pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana, fejn l-assi jew l-obbligazzjonijiet jirreferu għal emittent sovran li fih ir-referenza sovrana għall-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu tkun garanti jew azzjonista, ma għandhiex titqies bħala pożizzjoni skoperta skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 meta:
|
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, korrelazzjoni għandha teżisti bejn il-valur tal-assi jew l-obbligazzjoni li tkun qed tiġi ħħeġġjata u l-valur tad-dejn sovran irreferenzjat kif stabbilit fl-Artikolu 18.
Artikolu 15
Każijiet li mhumiex pożizzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti fejn l-obbligant huwa stabbilit jew l-assi jew l-obbligazzjoni tinsab f’aktar minn Stat Membru ieħor.
1. Meta l-obbligant ta’, jew il-kontroparti għal, assi jew obbligazzjoni jkun stabbilit f’aktar minn Stat Membru wieħed, pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana ma għandhiex titqies bħala pożizzjoni skoperta fil-każijiet li ġejjin, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, u sakemm it-test tal-korrelazzjoni fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament jiġi ssodisfat f’kull każ:
(a) |
meta jkun hemm kumpanija prinċipali fi Stat Membru wieħed u sussidjarja fi Stat Membru ieħor u jkun sar self lis-sussidjarja. Meta s-sussidjarja tingħata appoġġ ta’ kreditu espliċitu jew impliċitu mill-kumpanija prinċipali, għandu jkun permissibbli x-xiri ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu fl-Istat Membru tal-kumpanija prinċipali minflok tas-sussidjarja; |
(b) |
meta jkun hemm kumpanija azzjonarja prinċipali li tkun is-sid ta’ jew tikkontrolla kumpanija operattiva sussidjarja fi Stati Membri differenti. Jekk il-kumpanija prinċipali tkun l-emittent ta’ bond iżda s-sussidjarja tkun is-sid tal-assi u d-dħul li jkunu ħħeġġjati, għandu jkun permissibbli x-xiri ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani rreferenzjati lill-Istat Membru tas-sussidjarja; |
(c) |
biex tiħħeġġja skopertura fi Stat Membru wieħed li jkun investa fid-dejn sovran ta’ Stat Membru ieħor sal-punt li dik il-kumpanija se ssofri impatt sinifikanti fil-każ ta’ waqgħa sinifikanti fil-valur tad-dejn sovran tal-Istat Membru l-ieħor, sakemm il-kumpanija tkun stabbilita fiż-żewġ Stati Membri. Meta l-korrelazzjoni bejn dan ir-riskju u d-dejn tat-tieni Stat Membru tkun ikbar mill-korrelazzjoni bejn dan ir-riskju u d-dejn tal-Istat Membru li fih il-kumpanija tkun stabbilita għandu jkun permissibbli li jinxtraw swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani rreferenzjati lit-tieni Stat Membru. |
2. Pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana ma għandhiex titqies bħala pożizzjoni skoperta fil-każijiet li ġejjin, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, u sakemm it-test tal-korrelazzjoni fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament jiġi ssodisfat f’kull każ:
(a) |
meta l-obbligant ta’, jew il-kontroparti għal, assi jew obbligazzjoni li tkun qed tiġi ħħeġġjata jkun/tkun kumpanija li topera madwar l-Unjoni jew meta l-iskopertura ħħeġġjata tkun marbuta mal-Unjoni jew l-Istati Membri li għandhom l-euro bħala l-munita tagħhom, għandu jkun permissibbli li tiġi ħħeġġjata ma’ indiċi Ewropew jew taż-żona tal-euro ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu ta’ bonds sovrani; |
(b) |
meta kontroparti għal assi jew obbligazzjoni li tkun qed tiġi ħħeġġjata tkun emittent supranazzjonali, għandu jkun permissibbli li r-riskju tal-kontroparti jiġi ħħeġġjat ma’ basket ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu magħżul b’mod xieraq li jirreferenzja dawk il-garanti jew l-azzjonisti tal-entità; |
Artikolu 16
Ġustifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tidħol f’pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti:
(a) |
tiġġustifika lil dik l-awtorità kompetenti liema mill-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 15 ġew issodisfati meta daħlet f’dik il-pożizzjoni; |
(b) |
turi lill-awtorità kompetenti konformità mat-test tal-korrelazzjoni fl-Artikolu 18 u r-rekwiżiti tal-proporzjonalità fl-Artikolu 19 fir-rigward ta’ dik il-pożizzjoni ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana fi kwalunkwe ħin li tkun qed iżżomm dik l-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu. |
Artikolu 17
Assi u obbligazzjonijiet iħħeġġjati
L-eżempji li ġejjin huma każijiet meta l-assi u l-obbligazzjonijiet jistgħu jiġu ħħeġġjati permezz ta’ pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 15 u 18 fir-Regolament (UE) Nru 236/2012:
(a) |
pożizzjoni twila fid-dejn sovran tal-emittent rilevanti; |
(b) |
kwalunkwe pożizzjoni jew portafoll użati fil-kuntest ta’ ħħeġġjar ta’ skoperturi lill-emittent sovran irreferenzjat fl-iswaps ta’ inadempjenza tal-kreditu; |
(c) |
kwalunkwe assi jew obbligazzjoni li tirreferi għall-entitajiet fis-settur pubbliku fl-Istat Membru li d-dejn sovran tiegħu huwa rreferenzjat fl-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu. Dan jinkludi skoperturi ta’ amministrazzjonijiet ċentrali, reġjonali u lokali, entitajiet tas-settur pubbliku jew kwalunkwe skopertura ggarantita mill-entità rreferenzjata u jista’ jinkludi kuntratti finanzjarji, portafoll ta’ assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji, tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ rati ta’ mgħax jew ta’ muniti fejn l-iswap tal-inadempjenza tal-kreditu sovrana tintuża bħala għodda ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-kontroparti għall-iħħeġġjar ta’ skopertura ta’ kuntratti finanzjarji jew ta’ kummerċ barrani; |
(d) |
skoperturi ta’ entitajiet tas-settur privat stabbiliti fl-Istat Membru li huwa rreferenzjat fl-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana. L-iskoperturi inkwistjoni jinkludu iżda mhumiex limitati għal self, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti (inkluża skopertura potenzjali meta jkun meħtieġ kapital regolatorju għal tali skopertura), riċevibbli u garanziji. L-assi u l-obbligazzjonijiet jinkludu iżda mhumiex limitati għal kuntratti finanzjarji, portafoll ta’ assi jew obbligi finanzjarji, tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ rati ta’ mgħax jew ta’ muniti fejn l-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana tintuża bħala għodda ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-kontroparti għall-iħħeġġjar ta’ skopertura ta’ kuntratti finanzjarji jew skoperturi ta’ kummerċ barrani; |
(e) |
kwalunkwe skopertura indiretta ta’ kwalunkwe entità minn dawk imsemmija hawn fuq miksuba permezz ta’ skopertura ta’ indiċijiet, fondi jew entitajiet ad hoc. |
Artikolu 18
Testijiet tal-korrelazzjoni
1. It-test tal-korrelazzjoni msemmi f’dan il-Kapitolu għandu jiġi ssodisfat f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
It-test tal-korrelazzjoni kwantittativ għandu jiġi ssodisfat billi jintwera koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ Pearson ta’ mill-anqas 70 % bejn il-prezz tal-assi jew l-obbligazzjonijiet u l-prezz tad-dejn sovran ikkalkulat fuq bażi storika bl-użu ta’ dejta tal-anqas għal perjodu ta’ 12-il xahar ta’ jiem ta’ negozjar immedjatament qabel id-data meta tittieħed il-pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu; |
(b) |
il-korrelazzjoni kwalitattiva għandha tiġi ssodisfata billi tintwera korrelazzjoni sinifikattiva, li tfisser korrelazzjoni li tkun ibbażata fuq dejta xierqa u ma tkunx evidenza ta’ sempliċi dipendenza temporanja. Il-korrelazzjoni għandha tiġi kkalkulata fuq bażi storika bl-użu ta’ dejta għat-12-il xahar ta’ jiem ta’ negozjar qabel ma tittieħed il-pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu, ippeżata mal-perjodu taż-żmien l-aktar reċenti. Għandu jintuża perjodu ta’ żmien differenti jekk jintwera li l-kundizzjonijiet prevalenti f’dak il-perjodu kienu simili għal dawk fil-perjodu taż-żmien meta għandha tittieħed il-pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu jew li tokkorri fil-perjodu ta’ skopertura li qed tiġi ħħeġġjata. Għal assi li għalihom ma hemmx prezz tas-suq likwidu jew meta ma jkunx hemm storja tal-prezz twila biżżejjed, għandha tintuża sostituzzjoni xierqa. |
2. It-test tal-korrelazzjoni fil-paragrafu 1 għandu jitqies li ġie ssodisfat jekk jista’ jintwera li:
(a) |
L-esponiment li qed jiġi ħħeġġjat huwa relatat ma’ impriża fejn sidha jkun l-emittent sovran jew fejn l-emittent sovran ikun is-sid tal-maġġoranza tal-kapital azzjonarju li jagħti dritt għal vot jew li d-dejn tagħha jkun iggarantit mill-emittent sovran; |
(b) |
l-iskopertura li qed tiġi ħħeġġjata hija marbuta ma’ gvern reġjonali, lokali jew muniċipali tal-Istat Membru; |
(c) |
l-esponiment li qed jiġi ħħeġġjat huwa marbut ma’ impriża li l-flussi tal-flus tagħha jiddependu b’mod sinifikanti minn kuntratti minn emittent sovran jew proġett li jkun iffinanzjat jew iffinanzjat b’mod sinifikanti jew sottoskritt minn emittent sovran, bħal, pereżempju, proġett tal-infrastruttura. |
3. Il-parti rilevanti għandha tiġġustifika li t-test ta’ korrelazzjoni jkun ġie ssodisfat meta l-pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana tkun ittieħdet fuq talba tal-awtorità kompetenti rilevanti.
Artikolu 19
Proporzjonalità
1. Biex jiġi ddeterminat jekk id-daqs tal-pożizzjoni tal-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana huwiex proporzjonat għad-daqs tal-iskoperturi ħħeġġjati, fejn ma tkunx possibbli ħeġġ perfetta, mhijiex meħtieġa korrispondenza eżatta u sovrapożizzjonament limitat tal-kopertura għandu jkun permess skont il-paragrafu 2. Il-parti rilevanti għandha tiġġustifika, fuq talba tal-awtorità kompetenti, għalfejn mhijiex possibbli korrispondenza eżatta.
2. Meta jkun iġġustifikat min-natura tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jkunu qegħdin jiġu ħħeġġjati u r-relazzjoni tagħhom mal-valur tal-obbligi tal-emittent sovran li jkunu fl-ambitu tal-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu, għandu jinżamm valur akbar tal-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana biex jiġi ħħeġġjat valur speċifiku ta’ skoperturi. Madankollu, dan għandu jkun permess biss fejn jintwera li valur akbar ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana huwa meħtieġ biex jikkorrispondi għal miżura rilevanti ta’ riskju assoċjat mal-portafoll ta’ referenza, filwaqt li jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
(a) |
id-daqs tal-pożizzjoni nominali; |
(b) |
il-proporzjon tas-sensitivittà tal-iskoperturi għall-obbligi tal-emittent sovran li jkunu fl-ambitu tal-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu; |
(c) |
jekk l-istrateġija ta’ ħħeġġjar involuta hijiex dinamika jew statika. |
3. Id-detentur tal-pożizzjoni huwa responsabbli li jiżgura li l-pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana tiegħu tibqa’ proporzjonata l-ħin kollu u li d-durata tal-pożizzjoni tal-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana tiġi allinjata mill-aktar qrib possibbli skont il-konvenzjonijiet u l-likwidità tas-suq prevalenti mad-durata tal-iskoperturi li jkunu qed jiġu ħħeġġjati jew il-perjodu li matulu l-persuna jkollha l-ħsieb li żżomm l-iskopertura. Jekk l-iskoperturi li jkunu qed jiġu ħħeġġjati mill-pożizzjoni tal-iswap tal-inadempjenza tal-kreditu jiġu llikwidati jew jinfdew, dawn għandhom jew jiġu sostitwiti bi skoperturi ekwivalenti jew il-pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu għandha titnaqqas jew tiġi eliminata mod ieħor.
4. Sakemm pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu tkun koperta meta tittieħed, ma għandhiex tiġi ttrattata bħala pożizzjoni li saret skoperta fejn l-unika raġuni għalfejn il-pożizzjoni tkun saret skoperta tkun flutwazzjoni fil-valur tas-suq tal-iskoperturi ħħeġġjati jew il-valur ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana.
5. Fiċ-ċirkostanzi kollha, fejn partijiet jaċċettaw pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu bħala konsegwenza tal-obbligi tagħhom bħala membri ta’ kontroparti ċentrali li tikklerja t-tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu u b’riżultat tal-operazzjoni tar-regoli ta’ dik il-kontroparti ċentrali, it-tali pożizzjoni għandha tiġi ttrattata bħala involontarja u mhux bħala pożizzjoni meħuda mill-parti u għalhekk ma għandhiex titqies bħala skoperta skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
Artikolu 20
Metodu tal-kalkolu ta’ pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana skoperta
1. Il-kalkolu ta’ pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana ta’ persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun il-pożizzjoni netta tagħha.
2. Meta jiġi kkalkulat il-valur tar-riskji eliġibbli ħħeġġjati jew li se jiġu ħħeġġjati minn pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana għandha ssir distinzjoni bejn strateġiji ta’ ħħeġġjar statiċi u dinamiċi. Għall-iħħeġġjar statiku, bħal skoperturi diretti ta’ emittenti sovrani jew korpi tas-settur pubbliku tal-emittent sovran, il-kejl użat għandu jkun il-miżura tal-inadempjenza għal għarrieda (jump to default) tat-telf jekk l-entità li għaliha hu espost id-detentur tal-pożizzjoni ssir inadempjenti. Il-valur li jirriżulta mbagħad għandu jitqabbel mal-valur nozzjonali nett tal-pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu.
3. Meta jiġi kkalkulat il-valur tar-riskji aġġustati għall-valur tas-suq li għalihom hija meħtieġa strateġija dinamika ta’ ħħeġġjar, il-kalkoli għandhom jitwettqu fuq bażi aġġustata għar-riskji minflok fuq bażi nozzjonali, filwaqt li jitqies sa liema punt skopertura tista’ tiżdied jew tonqos matul id-durata tagħha u l-volatilatijiet relattivi tal-assi u l-obbligazzjonijiet li qed jiġu ħħeġġjati u tad-dejn sovran irreferenzjat. Aġġustament skont il-beta għandu jintuża jekk l-assi jew l-obbligazzjoni li għaliha l-pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu qed tintuża bħala ħeġġ tkun differenti mill-assi ta’ referenza tal-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu.
4. Skoperturi indiretti għal riskji, bħal pereżempju permezz ta’ indiċijiet, fondi, entitajiet ad hoc, u għal pożizzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu għandhom jitqiesu sal-punt li jkunu qed jiġu rrappreżentati l-assi, l-obbligazzjoni jew l-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu fl-indiċi, il-fond jew mekkaniżmu ieħor.
5. Il-valur tal-portafoll eliġibbli ta’ assi jew obbligazzjonijiet li se jiġu ħħeġġjati għandu jitnaqqas mill-valur tal-pożizzjoni tal-iswaps ta’ inadempjenza tal-kreditu netta miżmuma. Jekk iċ-ċifra li tirriżulta tkun pożittiva l-pożizzjoni għandha titqies bħala pożizzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu skoperta skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
KAPITOLU VI
LIVELLI LIMITU TA’ NOTIFIKA GĦAL POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI F’DEJN SOVRAN SKONT L-ARTIKOLU 7(3)
Artikolu 21
Livelli limitu ta’ notifika għal pożizzjonijiet bin-nieqes netti relatati mad-dejn sovran maħruġ
1. Il-miżura rilevanti għal-livell limitu li jiskatta n-notifika lill-awtorità kompetenti rilevanti ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti fid-dejn sovran maħruġ ta’ emittent sovran għandha tkun perċentwal tal-ammont totali ta’ dejn sovran maħruġ pendenti għal kull emittent sovran.
2. Il-livell limitu ta’ rapportar għandu jkun ammont monetarju. Dan l-ammont monetarju għandu jiġi ffissat bl-applikazzjoni tal-livell limitu tal-perċentwal għad-dejn sovran pendenti tal-emittent sovran u espress bħala l-eqreb miljun ta’ euro sħiħ.
3. L-ammont monetarju implikat bil-livell limitu tal-perċentwal għandu jiġi rivedut u aġġornat kull tliet xhur sabiex jirrifletti l-bidliet fl-ammont totali ta’ dejn sovran maħruġ pendenti ta’ kull emittent sovran.
4. L-ammont monetarju implikat bil-livell limitu tal-perċentwal u l-ammont totali tad-dejn sovran maħruġ pendenti għandu jiġi kkalkulat skont il-metodu tal-kalkolu għal pożizzjonijiet bin-nieqes netti fid-dejn sovran.
5. L-ammonti inizjali u l-livelli inkrimentali addizzjonali għall-emittenti sovrani għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-fatturi li ġejjin:
(a) |
Il-livelli limitu ma għandhomx jesiġu notifiki ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti ta’ valuri minimali fi kwalunkwe emittent sovran; |
(b) |
l-ammont totali ta’ dejn sovran pendenti għal emittent sovran u d-daqs medju tal-pożizzjonijiet miżmuma mill-parteċipanti fis-suq relatati mad-dejn sovran ta’ dak l-emittent sovran; |
(c) |
il-likwidità tas-suq tad-dejn sovran ta’ kull emittent sovran, inkluż fejn xieraq, il-likwidità tas-suq tal-futuri għal dak id-dejn sovran. |
6. Meta jitqiesu l-fatturi tal-paragrafu 5, il-livelli limitu ta’ notifika rilevanti għall-ammont inizjali li għandhom jitqiesu għal kull emittent sovran huma perċentwali ekwivalenti għal 0,1 % jew 0,5 % tal-ammont totali ta’ dejn sovran maħruġ pendenti. Il-perċentwal rilevanti li għandu jiġi applikat għal kull emittent għandu jiġi ddeterminat fl-applikazzjoni tal-kriterji deskritti fil-paragrafu 5, sabiex kull emittent sovran jiġi assenjat wieħed miż-żewġ livelli limitu ta’ perċentwal użati biex jiġu kkalkulati l-ammonti monetarji li jkunu rilevanti għan-notifika.
7. Iż-żewġ kategoriji ta’ livelli limitu inizjali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament se jkunu:
(a) |
Livell limitu inizjali ta’ 0.1 % applikabbli fejn l-ammont totali tad-dejn sovran maħruġ pendenti jkun bejn 0 u 500 biljun euro; |
(b) |
Livell limitu ta’ 0.5 % applikabbli fejn l-ammont totali tad-dejn sovran maħruġ pendenti jkun aktar minn 500 biljun euro jew fejn ikun hemm suq likwidu tal-futuri għad-dejn sovran partikolari. |
8. Il-livelli inkrimentali addizzjonali għandhom jiġu ffissati għal 50 % tal-livelli limitu inizjali u għandhom ikunu:
(a) |
kull 0.05 % aktar mil-livell limitu ta’ notifika inizjali ta’ 0.1 % jibda minn 0.15 %; |
(b) |
kull 0.25 % aktar mil-livell limitu inizjali ta’ 0.5 % jibda minn 0.75 %; |
9. L-emittent sovran għandu jgħaddi għall-grupp tal-livell limitu x-xieraq meta jkun hemm bidla fis-suq tad-dejn sovran tal-emittent sovran u, bl-applikazzjoni tal-fatturi speċifikati fil-paragrafu 5, u dik il-bidla tkun ilha tal-anqas sena kalendarja.
KAPITOLU VII
PARAMETRI U METODI GĦALL-KALKOLU TAL-LIVELL LIMITU TAL-LIKWIDITÀ GĦAS-SOSPENSJONI TAR-RESTRIZZJONIJIET FUQ BEJGĦ BIN-NIEQES F’DEJN SOVRAN SKONT L-ARTIKOLU 13(4)
Artikolu 22
Metodi għall-kalkolu u d-determinazzjoni tal-livell limitu tal-likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes f’dejn sovran
1. Il-miżura tal-likwidità tad-dejn sovran maħruġ li għandha tintuża minn kull awtorità kompetenti hija d-dħul, iddefinit bħala l-valur nominali totali ta’ strumenti tad-dejn innegozjati, b’rabta ma’ basket ta’ parametri referenzjarji b’maturitajiet differenti.
2. Is-sospensjoni temporanja ta’ restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes skopert f’dejn sovran tista’ tiġi skattata meta d-dħul ta’ xahar jaqa’ taħt il-ħames perċentil tal-volum ta’ kull xahar innegozjat fit-tnax-il xhar ta’ qabel.
3. Biex jitwettqu dawn il-kalkoli, kull awtorità kompetenti għandha tuża d-dejta rappreżentattiva immedjatament disponibbli, minn ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar, minn negozjar barra l-Borża (OTC) jew mit-tnejn li huma, u mbagħad tgħarraf lill-AETS dwar id-dejta użata.
4. Qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħa li jneħħu r-restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes relatat ma’ dejn sovran, għandhom jiżguraw li l-waqgħa sinifikanti fil-likwidità ma tkunx ir-riżultat ta’ effetti staġjonali fuq il-likwidità.
KAPITOLU VIII
WAQGĦA SINIFIKANTI FIL-VALUR GĦAL STRUMENTI FINANZJARJI GĦAJR ISHMA LIKWIDI SKONT L-ARTIKOLU 23
Artikolu 23
Waqgħa sinifikanti fil-prezz għal strumenti finanzjarji għajr ishma likwidi
1. Fir-rigward ta’ sehem għajr sehem likwidu, waqgħa sinifikanti fil-valur matul jum wieħed ta’ negozjar imqabbla mal-prezz tal-għeluq tal-jum ta’ negozjar preċedenti tfisser:
(a) |
tnaqqis fil-prezz tas-sehem ta’ 10 % jew aktar fejn is-sehem jiġi inkluż fl-indiċi ta’ ekwità ewlieni nazzjonali u jkun l-istrument finanzjarju sottostanti għal kuntratt ta’ derivattivi elenkat għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar; |
(b) |
tnaqqis fil-prezz tas-sehem ta’ 20 % jew aktar fejn il-prezz tas-sehem ikun EUR 0,50 jew aktar, jew l-ekwivalenti fil-munita lokali; |
(c) |
tnaqqis fil-prezz tas-sehem ta’ 40 % jew aktar fil-każijiet l-oħra kollha. |
2. Żieda ta’ 7 % jew aktar fir-rendiment tul il-kurva tar-rendiment matul jum wieħed ta’ negozjar għall-emittent sovran rilevanti għandha titqies bħala waqgħa sinfikanti fil-valur għal bond sovran.
3. Żieda ta’ 10 % jew aktar fir-rendiment ta’ bond korporattiv matul jum wieħed ta’ negozjar għandha titqies bħala waqgħa sinfikanti fil-valur ta’ bond korporattiv.
4. Tnaqqis ta’ 1,5 % jew aktar fil-prezz ta’ strument tas-suq monetarju matul jum wieħed ta’ negozjar għandu jitqies bħala waqgħa sinifikanti fil-valur ta’ strument tas-suq monetarju.
5. Tnaqqis ta’ 10 % jew aktar fil-prezz ta’ fond negozjat fil-Borża matul jum wieħed ta’ negozjar għandu jitqies bħala waqgħa sinfikanti fil-valur għal fond negozjat fil-Borża, inklużi l-Fondi negozjati fil-Borża li huma UCITS. Fond negozjat fil-Borża ingranat għandu jiġi aġġustat bil-proporzjon ta’ ingranaġġ rilevanti biex jirrifletti waqgħa ta’ 10 % fil-prezz ta’ fond negozjat fil-Borża dirett u mhux ingranat ekwivalenti. Fond reverse nnegozjat fil-Borża għandu jiġi aġġustat b’fattur ta’ -1 biex jirrifletti waqgħa ta’ 10 % fil-prezz ta’ fond negozjat fil-Borża dirett u mhux ingranat ekwivalenti.
6. Meta derivattiv, inklużi kuntratti finanzjarji għad-differenza, jiġi nnegozjat f’ċentru ta’ negozjar u jkollu bħala l-uniku strument finanzjarju sottostanti, strument finanzjarju li għalih waqgħa sinifikanti fil-valur hija speċifikata f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, waqgħa sinifikanti fil-valur f’dak l-istrument derivattiv għandha titqies li tkun seħħet meta kien hemm waqgħa sinifikanti f’dak l-istrument finanzjarju sottostanti.
KAPITOLU IX
AVVENIMENTI JEW ŻVILUPPI AVVERSI SKONT L-ARTIKOLU 30
Artikolu 24
Kriterji u fatturi li għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni ta’ meta jokkorru avvenimenti jew żviluppi avversi u theddid
1. Għall-finijiet tal-Artikoli 18 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 avvenimenti jew żviluppi avversi li jistgħu jikkostitwixxu theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew il-fiduċja fis-suq fl-Istat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor jew f’aktar Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 jinkludu kwalunkwe att, riżultat, fatt, jew avveniment li huwa jew jista’ jkun mistenni li jwassal għal dan li ġej:
(a) |
problemi finanzjarji, monetarji jew baġitarji serji li jistgħu jwasslu għal instabbilità finanzjarja li tikkonċerna Stat Membru jew bank jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni, fornituri tal-infrastrutturi tas-suq u kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li joperaw fl-Unjoni meta din tista’ thedded il-funzjonament xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni; |
(b) |
azzjoni ta’ klassifikazzjoni jew inadempjenza minn kwalunkwe Stat Membru jew minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fornituri tal-infrastruttura tas-suq u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li joperaw fl-Unjoni li tikkawża jew li tista’ raġonevolment tkun mistennija li tikkawża inċertezza severa wara s-solvenza tagħhom; |
(c) |
pressjonijiet sostanzjali fuq bejgħ jew volatilità mhux tas-soltu li jikkawżaw spirali sinifikanti ‘l isfel fi kwalunkwe strument finanzjarju relatat ma’ kwalunkwe bank u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fornituri tal-infrastruttura tas-suq u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi li joperaw fl-Unjoni u emittenti sovrani skont kif ikun il-każ; |
(d) |
kwalunkwe ħsara rilevanti għall-istrutturi fiżiċi ta’ emittenti finanzjarji importanti, infrastrutturi tas-suq, sistemi tal-ikklerjar u s-saldu, u superviżuri li jistgħu jaffettwaw is-swieq b’mod avvers b’mod partikolari fejn tali ħsara tirriżulta minn diżastru naturali jew attakk terroristiku; |
(e) |
kwalunkwe disturb rilevanti fi kwalunkwe sistema ta’ pagamenti jew proċess ta’ saldu, b’mod partikolari meta jkun relatat ma’ operazzjonijiet interbankarji, li jikkawża jew li jista’ jikkawża nuqqasijiet sinifikanti ta’ pagamenti jew ta’ saldu jew dewmien fis-sistemi ta’ pagamenti tal-Unjoni, speċjalment meta dawn jistgħu jwasslu għall-propagazzjoni ta’ stress finanzjarju jew ekonomiku f’bank jew f’istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja globali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fornituri tal-infrastruttura tas-suq u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi jew fi Stat Membru; |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 27, l-AETS għandha tqis il-possibbiltà ta’ kwalunkwe riperkussjoni jew effett ta’ kontaġju għal sistemi jew emittenti oħrajn u, speċjalment, l-eżistenza ta’ kwalunkwe tip ta’ fenomenu awtosodisfaċenti meta jitqiesu l-kriterji fil-paragrafu 1.
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 28(2)(a), theddida għall-funzjonament xieraq u l-integrità ta’ swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi jew parti minnha fl-Unjoni għandha tfisser:
(a) |
kwalunkwe theddida ta’ instabbiltà finanzjarja serja, monetarja jew baġitarja li tikkonċerna Stat Membru jew lis-sistema finanzjarja fi Stat Membru meta din tista’ thedded serjament il-funzjonament xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha fl-Unjoni jew ta’ parti minnha; |
(b) |
il-possibbiltà ta’ inadempjenza minn kwalunkwe Stat Membru jew emittent supranazzjonali; |
(c) |
kwalunkwe ħsara serja lill-istrutturi fiżiċi ta’ emittenti finanzjarji importanti, infrastrutturi tas-suq, sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu, u superviżuri li jistgħu jaffettwaw b’mod serju swieq transkonfinali b’mod partikolari fejn tali ħsara tirriżulta minn diżastru naturali jew attakk terroristiku meta dan jista’ jhedded b’mod serju l-funzjonament xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha fl-Unjoni jew ta’ parti minnha; |
(d) |
kwalunkwe disturb serju fi kwalunkwe sistema ta’ pagamenti jew proċess ta’ saldu, b’mod partikolari meta jkun relatat ma’ operazzjonijiet interbankarji, li jikkawża jew li jista’ jikkawża pagamenti sinifikanti jew nuqqasijiet ta’ saldu jew dewmien fis-sistemi ta’ pagamenti transkonfinali tal-Unjoni, speċjalment meta dawn jistgħu jwasslu għall-propagazzjoni ta’ stress finanzjarju jew ekonomiku fis-sistema finanzjarja kollha fl-Unjoni jew f’parti minnha. |
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(4) Ara paġna 16 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
ANNESS I
PARTI 1
Artikoli 5 u 6
— |
Opzjonijiet; |
— |
Ċertifikati koperti; |
— |
Futuri; |
— |
Strumenti relatati mal-indiċijiet; |
— |
Kuntratti għad-differenza; |
— |
Ishma/unitajiet ta’ fondi negozjati fil-Borża; |
— |
Swaps; |
— |
Imħatri fuq firxiet (spread bets); |
— |
Prodotti ta’ investiment għall-konsumaturi jew għall-professjonisti aggregati; |
— |
Derivattivi kumplessi; |
— |
Ċertifikati relatati ma’ ishma; |
— |
Irċevuti tad-depożitu globali; |
PARTI 2
Artikolu 7
— |
Opzjonijiet; |
— |
Futuri; |
— |
Strumenti relatati mal-indiċijiet; |
— |
Kuntratti għad-differenza; |
— |
Swaps; |
— |
Imħatri fuq firxiet; |
— |
Derivattivi kumplessi; |
— |
Ċertifikati relatati mad-dejn sovran. |
ANNESS II
PARTI 1
Il-Metodoloġija aġġustata skont id-delta għall-ishma
Artikolu 10
1. Kwalunkwe derivattiv u pożizzjoni tal-likwidità għandhom jitqiesu abbażi ta’ delta aġġustata, fejn il-pożizzjoni tal-likwidità tiġi attribwita delta 1. Biex tiġi kkalkulata d-delta ta’ derivattiv, l-investituri għandhom iqisu l-volatilità attwali implikata tad-derivattiv u l-prezz tal-għeluq jew l-aħħar prezz tal-istrument sottostanti. Biex tiġi kkalkulata pożizzjoni bin-nieqes netta inklużi investiment ta’ ekwità jew ta’ flus u derivattivi, persuni naturali jew ġuridiċi għandhom jikkalkulaw il-pożizzjoni tad-delta individwali aġġustata ta’ kull derivattiv li jinżamm fil-portafoll, billi jiżdiedu jew jitnaqqsu l-pożizzjonijiet ta’ likwidità kollha skont kif ikun xieraq.
2. Pożizzjoni bin-nieqes ta’ likwidità nominali ma tistax tiġi kkompensata b’pożizzjoni twila nominali ekwivalenti meħuda f’derivattivi. Pożizzjonijiet twal f’derivattivi aġġustati skont id-delta ma jistgħux jikkompensaw pożizzjonijiet bin-nieqes nominali identiċi meħuda fi strumenti finanzjarji oħrajn minħabba l-aġġustament skont id-delta. Persuni naturali jew ġuridiċi li jidħlu f’kuntratti ta’ derivattivi u li jagħtu lok għal pożizzjonijiet bin-nieqes netti li jridu jiġu nnotifikati jew ippubblikati skont l-Artikoli 5 sa 11 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandhom jikkalkulaw bidliet fil-pożizzjonijiet bin-nieqes netti fil-portafoll tagħhom li jokkorru mill-bidliet fid-delta.
3. Kwalunkwe tranżazzjoni li tikkonferixxi vantaġġ finanzjarju fil-każ ta’ bidla fil-prezz jew fil-valur tas-sehem miżmum bħala parti minn basket, indiċi jew fond negozjat fil-Borża għandha tiġi inkluża meta tiġi kkalkulata l-pożizzjoni f’kull sehem individwali. Pożizzjonijiet f’dawn l-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu kkalkulati billi jitqies il-piż ta’ dak is-sehem fil-basket, indiċi jew fond sottostanti. Persuni naturali jew ġuridiċi għandhom iwettqu kalkoli f’dawn l-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
4. Il-pożizzjoni bin-nieqes netta għandha tiġi kkalkulata billi jiġu nnettjati l-pożizzjonijiet twal u bin-nieqes aġġustati skont id-delta f’emittent speċifiku.
5. Għall-kapital azzjonarju maħruġ, meta l-emittenti jkollhom diversi klassijiet ta’ ishma, l-għadd totali tal-ishma maħruġa f’kull klassi għandu jitqies u jingħadd.
6. Il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti għandhom iqisu bidliet fil-kapital azzjonarju tal-emittent li jista’ jiskatta jew jelimina obbligi ta’ notifika skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
7. Ishma ġodda maħruġa minn żieda kapitali għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-kapital azzjonarju maħruġ mid-data li fiha jiġu elenkati għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar.
8. Il-pożizzjoni bin-nieqes netta espressa bħala perċentwal tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpanija għandha tiġi kkalkulata bid-diviżjoni tal-pożizzjoni bin-nieqes netta f’ishma ekwivalenti bit-total tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpanija.
PARTI 2
Il-Metodoloġija aġġustata skont id-delta għad-dejn sovran
Artikolu 11
1. Kwalunkwe pożizzjoni ta’ likwidità għandha titqies bl-użu tal-valur nominali tagħha aġġustat għad-durata. Opzjonijiet u strumenti derivattivi oħrajn għandhom jiġu aġġustati skont id-delta tagħhom li għandha tiġi kkalkulata skont il-parti 1. Il-kalkoli tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li fihom kemm investimenti ta’ flus kif ukoll ta’ derivattivi għandhom ikunu l-pożizzjoni individwali aġġustata skont id-delta ta’ kull derivattiv miżmum fil-portafoll, biż-żieda jew it-tnaqqis tal-pożizzjonijiet ta’ likwidità kollha u l-pożizzjonijiet ta’ likwidita għandu jkollhom delta ekwivalenti għal 1.
2. Pożizzjonijet nominali f’bonds maħruġa f’muniti għajr l-euro għandhom jiġu kkonvertiti f’euro bl-użu tal-aħħar prezz spot aġġornat tal-munita affidabbli disponibbli. L-istess prinċipji għandhom japplikaw għall-istrumenti finanzjarji l-oħrajn.
3. Derivattivi oħrajn, bħal bonds forward, għandhom jiġu aġġustati wkoll skont il-paragrafi 1, 2 u 3.
4. Kwalunkwe interess ekonomiku jew pożizzjoni li toħloq vantaġġ finanzjarju f’dejn sovran miżmuma bħala parti minn basket, indiċi jew fond negozjat fil-Borża għandu jiġi inkluż meta tiġi kkalkulata l-pożizzjoni f’kull dejn sovran individwali. Pożizzjonijiet f’dawn l-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu kkalkulati billi jitqies il-piż ta’ dik l-iskopertura sovrana fil-basket, indiċi jew fond sottostanti. L-investituri għandhom iwettqu kalkoli f’dawn l-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
5. Il-kalkoli għal strumenti ta’ dejn sovran b’korrelazzjoni għolja għandhom isegwu l-istess metodi ta’ kalkolu għall-pożizzjonijet twal fi strumenti ta’ dejn ta’ emittent sovran. Pożizzjonijiet twal fi strumenti ta’ dejn ta’ emittent sovran, li l-prezz tagħhom huwa kkorrelatat ħafna mal-ipprezzar tad-dejn sovran speċifiku, għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ kalkolu. Meta dawn il-pożizzjonijiet ma jibqgħux jissodisfaw it-test tal-korrelazzjoni għolja ma għandhomx jibqgħu jitqiesu biex jikkompensaw pożizzjonijiet bin-nieqes.
6. Pożizzjonijiet twal nominali ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu bħala pożizzjonijiet bin-nieqes. Fil-kalkolu ta’ pożizzjoni ta’ investitur ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani għandhom jintużaw il-pożizzjonijiet netti tiegħu. Pożizzjonijiet maħsuba biex ikopru jew jiħħeġġjaw permezz tax-xiri ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu li mhumiex bonds sovrani mhux se jitqiesu bħala pożizzjonijiet twal. Swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu għandhom jitqiesu li ġew attribwiti delta 1.
7. Il-pożizzjoni bin-nieqes netta għandha tiġi kkalkulata bl-innettjar ta’ pożizzjonijiet twal u bin-nieqes ekwivalenti aġġustati skont id-delta nominali fid-dejn sovran maħruġ ta’ emittent sovran.
8. Il-pożizzjoni bin-nieqes netta għandha tiġi espressa bħala ammont monetarju f’euro.
9. Il-kalkolu tal-pożizzjonijiet għandu jqis il-bidliet fil-korrelazzjonijiet u fid-dejn sovran totali ta’ emittent sovran.
10. Il-pożizzjonijiet twal fi strumenti ta’ dejn ta’ emittent sovran li l-ipprezzar tagħhom huwa kkorrelatat ħafna mal-ipprezzar tad-dejn sovran ta’ emittent sovran biss għandhom jitqiesu biex jikkompensaw pożizzjonijiet bin-nieqes f’dan id-dejn sovran. Pożizzjoni twila speċifika ta’ dejn ikkorrelatat ħafna għandu jintuża darba biss biex jikkompensa pożizzjoni bin-nieqes f’każijiet fejn l-investitur iżomm diversi pożizzjonijiet bin-nieqes ta’ emittenti sovrani differenti. L-istess pożizzjoni twila ma tistax tiġi applikata diversi drabi biex tpaċi pożizzjonijiet bin-nieqes differenti meħuda f’dejn sovran ikkorrelatat ħafna.
11. Persuni naturali jew ġuridiċi b’allokazzjonijiet multipli ta’ pożizzjonijiet twal ta’ dejn ikkorrelatat ħafna ta’ diversi emittenti sovrani differenti għandu jkollhom reġistri li juru l-metodi tal-allokazzjoni tagħhom.
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/16 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 919/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa fil-valur għal ishma likwidi u strumenti finanzjarji oħra
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji li hemm fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (2) għandu jiġi adattat għall-modi differenti li fihom tiġi riflessa dik il-waqgħa skont it-tip ta’ strument finanzjarju kkonċernat. Dak il-metodu jista' jieħu l-forma ta’ waqgħa reali fil-prezz tal-istrument finanzjarju, ta’ żieda fir-rendiment ta’ strument ta’ dejn maħruġ minn emittent korporattiv jew żieda fir-rendiment tul il-kurva tar-rendiment għall-istrumenti tad-dejn maħruġa minn emittenti sovrani. |
(2) |
Dan ir-Regolament għandu jinqara flimkien mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 (3), li jiddefinixxi l-livelli limitu għall-waqgħa sinifikanti fil-valur ta’ ishma nonlikwidi, strumenti ta’ dejn maħruġa minn emittenti sovrani u korporattivi, Fondi Negozjati fil-Borża, strumenti tas-suq monetarju u derivattivi li l-uniku strument finanzjarju sottostanti tagħhom jiġi nnegozjat f'ċentru tan-negozjar. Dan ir-Regolament għandu għalhekk ikun limitat għall-ispeċifikazzjoni tal-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa sinifikanti fil-valur ta’ dawn l-istrumenti. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u ċ-ċertezza legali għal parteċipanti fis-suq u awtoritajiet kompetenti, id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħal dik tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 u r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 918/2012. |
(4) |
Peress li r-Regolament (UE) Nru 236/2012 irrikonoxxa li standards tekniċi vinkolanti għandhom jiġu adottati qabel ma dak ir-Regolament ikun jista' jiġi applikat b'mod utli, u peress li huwa essenzjali li qabel l-1 ta’ Novembru 2012 jiġu speċifikati l-elementi mhux essenzjali meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-konformità mill-parteċipanti fis-suq ma’ dak ir-Regolament u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(5) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni. |
(6) |
L-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jispeċifika l-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa fil-valur ta’ 10 % għall-ishma likwidi nnegozjati f'ċentru tan-negozjar kif stabbilit fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
2. Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll il-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa fil-valur għall-istrumenti finanzjarji li ġejjin innegozjati f'ċentru tan-negozjar kif speċifikat fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 918/2012 adottat skont l-Artikolu 23(7) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012:
(a) |
ishma nonlikwidi; |
(b) |
l-istrumenti finanzjarji mhux derivattivi li ġejjin:
|
(c) |
derivattivi li l-uniku sottostanti għalihom huwa strument finanzjarju nnegozjat f'ċentru ta’ negozjar. |
Artikolu 2
Metodu tal-kalkolu ta’ waqgħa sinifikanti fil-valur għall-ishma likwidi u nonlikwidi
1. Għal sehem innegozjat f'ċentru tan-negozjar, il-waqgħa fil-valur għandha tiġi kkalkulata mill-prezz tal-għeluq uffiċjali tal-jum tan-negozjar preċedenti f'dak iċ-ċentru tan-negozjar iddefinit skont ir-regoli applikabbli ta’ dak iċ-ċentru tan-negozjar.
2. Dak il-metodu tal-kalkolu għandu jeskludi kwalunke ċaqliq 'l isfel fil-prezz li jirriżulta esklussivament minn qsim jew kwalunkwe azzjoni korporattiva jew miżuri simili adottati mill-emittent fuq il-kapital azzjonarju maħruġ tiegħu li jistgħu jirriżultaw f'aġġustament tal-prezz miċ-ċentru tan-negozjar rilevanti.
Artikolu 3
Metodu tal-kalkolu ta’ waqgħa sinifikanti fil-valur għal strumenti finanzjarji oħra mhux derivattivi
1. Waqgħa sinifikanti fil-valur għal strumenti finanzjarji oħra għajr ishma u li ma jaqgħux fil-kategoriji tad-derivattivi elenkati fil-punti minn (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE għandha tiġi kkalkulata skont il-metodu fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2. Għal strument finanzjarju li għalih il-waqgħa sinifikanti fil-valur imsemmi fl-Artikolu 23(7) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 titkejjel b'rabta ma’ prezz fiċ-ċentru tan-negozjar rilevanti, dik il-waqgħa għandha tiġi kkalkulata mill-prezz tal-għeluq uffiċjali fiċ-ċentru tan-negozjar rilevanti ddefinit skont ir-regoli applikabbli ta’ dak iċ-ċentru tan-negozjar.
3. Għal strument finanzjarju ta’ dejn maħruġ minn emittent sovran li għalih il-waqgħa sinifikanti fil-valur imsemmi fl-Artikolu 23(7) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 titkejjel b'rabta mal-kurva tar-rendiment, dik il-waqgħa għandha tiġi kkalkulata bħala żieda tul il-kurva tar-rendiment imqabbla mal-kurva tar-rendiment tal-emittent sovran fl-għeluq tan-negozjar tal-jum tan-negozjar preċedenti, kif ikkalkulata abbażi ta’ dejta disponibbli għall-emittent f'dak iċ-ċentru tan-negozjar.
4. Għal strument finanzjarju li għalih il-waqgħa sinifikanti fil-valur imsemmi fl-Artikolu 23(7) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 titkejjel b'rabta ma’ varjazzjoni tar-rendiment, dik il-waqgħa għandha tiġi kkalkulata bħala żieda tar-rendiment attwali imqabbla mar-rendiment ta’ dak l-istrument fl-għeluq tan-negozjar tal-jum tan-negozjar preċedenti, kif ikkalkulata abbażi ta’ dejta disponibbli għal dak l-istrument f'dak iċ-ċentru tan-negozjar.
Artikolu 4
Metodu tal-kalkolu ta’ waqgħa sinifikanti fil-valur għad-derivattivi
Waqgħa sinifikanti fil-valur għal strumenti finanzjarji li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ derivattivi elenkati fil-punti minn (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE u li għandhom strument finanzjarju sottostanti uniku li jiġi nnegozjat f'ċentru tan-negozjar u li għalih waqgħa sinifikanti fil-valur ġiet speċifikata skont l-Artikolu 2 jew l-Artikolu 3, għandha tiġi kkalkulata b'referenza għall-waqgħa sinifikanti fil-valur tal-istrument finanzjarju sottostanti.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(3) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 920/2012
tal-4 ta’ Ottubru 2012
li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għal bastimenti li jistadu bil-konz li jtajru l-bandiera ta’ Ċipru jew huma reġistrati fih, li jkunu qed jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 36, il-paragrafu 2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jiffissal-ammont ta’ tonn li jista’ jsir sajd għalih fl-2012 mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (3), jirrikjedi lill-Istati Membri li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kwota individwali allokata lill-bastimenti tagħhom b’tul ta’ iktar minn 24 metru, u għall-bastimenti tal-qbid b’tul ta’ anqas minn 24 m, mill-inqas dwar il-kwota allokata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lill-gruppi ta’ bastimenti li jistadu b’irkaptu simili. |
(3) |
Il-Politika Komuni tas-Sajd hija mfassla b’tali mod li tiżgura l-vijabbiltà fit-tul tas-settur tas-sajd permezz tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin abbażi tal-approċċ ta’ prekawzjoni. |
(4) |
Skont l-Artikolu 36, il-paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni ssib li, abbażi tal-informazzjoni li tingħata mill-Istati Membri u ta’ informazzjoni rilevanti oħra fil-pussess tagħha, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Unjoni Ewropea, għal Stat Membru jew għal grupp ta’ Stati Membri jitqiesu li ġew eżawriti għal irkaptu wieħed jew iktar jew għal flotta waħda jew aktar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan u għandha tipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għaż-żona, għall-irkaptu, għall-istokk, għall-grupp tal-istokkijiet jew għall-flotta konċernata involuti f’dawk l-attivitajiet tas-sajd speċifiċi. |
(5) |
Mill-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni jidher li l-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran allokati lill-bastimenti li jistadu bil-konz li jtajru l-bandiera ta’ Ċipru jew li huma rreġistrati fih ġew eżawriti. |
(6) |
Fit-22 ta’ Awwissu 2012, Ċipru informa lill-Kummissjoni bil-fatt li kien impona waqfien fuq l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tiegħu li jistadu bil-konz attivi fis-sajd għat-tonn fl-2012. Fil-5 ta’ Settembru Ċipru informa lill-Kummissjoni li dan l-għeluq daħal fis-seħħ fid-09:39 fit-22 ta’ Awwissu 2012. |
(7) |
Mingħajr preġudizzju għall-azzjoni li ttieħdet minn Ċipru msemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tikkonferma l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn mit-22 ta’ Awwissu 2012 fid-09:39 fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti tas-sajd bil-konz li jtajru l-bandiera ta’ Ċirpu jew li huma reġistrati fih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti li jistadu bil-konz u li jtajru l-bandiera ta’ Ċipru jew li huma reġistrati fih għandu jiġi pprojbit mill-22 ta’ Awwissu 2012 fid-09:39, l-aktar tard.
Minn dik id-data għandu jiġi pprojbit ukoll li stokk ta’ dan it-tip maqbud minn dawk il-bastimenti tas-sajd jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jiġi ttrażbordat, ittrasferiet jew jinħatt l-art.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 25, 27.1.2012, p. 55.
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 921/2012
tat-8 ta’ Ottubru 2012
li jemenda għall-179 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-27 ta' Settembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) OJ L 139, 29.5.2002, p. 9; Edizzjoni speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01, pp. 294 - 307.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni naturali" titħassar:
‘Abdullahi Hussein Kahie. Indirizz: 26 Urtegata Street, Oslo 0187 In-Norveġja. Data tat-twelid: 22.9.1959. Post tat-twelid: Mogadixu, is-Somalja. Nazzjonalità: Norweġiża. Nru tal-passaport: (a) 26941812 (Passaport Norveġiż maħruġ fit-23.11.2008, (b) 27781924 (Passaport Norveġiż maħruġ fil-11.5.2010 validu sal-11.5.2020. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 22095919778. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.11.2001.’
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 922/2012
tat-8 ta’ Ottubru 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
55,0 |
MA |
69,4 |
|
MK |
44,6 |
|
TR |
55,3 |
|
XS |
41,5 |
|
ZZ |
53,2 |
|
0707 00 05 |
MK |
22,1 |
TR |
123,3 |
|
ZZ |
72,7 |
|
0709 93 10 |
TR |
115,7 |
ZZ |
115,7 |
|
0805 50 10 |
AR |
79,1 |
CL |
108,8 |
|
TR |
84,5 |
|
UY |
79,0 |
|
ZA |
98,1 |
|
ZZ |
89,9 |
|
0806 10 10 |
MK |
23,1 |
TR |
117,4 |
|
ZZ |
70,3 |
|
0808 10 80 |
BR |
79,8 |
CL |
99,9 |
|
NZ |
132,1 |
|
US |
158,1 |
|
ZA |
113,1 |
|
ZZ |
116,6 |
|
0808 30 90 |
CN |
59,1 |
TR |
110,0 |
|
ZZ |
84,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DIRETTIVI
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/24 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/24/UE
tat-8 ta’ Ottubru 2012
li temenda, għall-għan tal-adattament tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-konnesjonijiet motorizzati ta’ tratturi u l-protezzjoni tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (1), u b’mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 19(1) tagħha,
Billi:
(1) |
It-Taqsima 4.2 tal-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE (2) tistipula dispożizzjonijiet ġenerali għal konnessjoni motorizzata (PTO) fuq quddiem. It-Tabella 2 ta’ dak l-Anness tistipula l-applikazzjoni tal-istandard ISO 8759-1:1998 għall-kategoriji ta’ tratturi mgħammra b’konnessjoni motorizzata fuq quddiem li jistabbilixxi wkoll dimensjonijiet għall-postazzjoni tal-PTO ta’ quddiem. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti għall-postazzjoni mhumiex kompatibbli ma’ għadd kbir ta’ tratturi għall-agrikoltura u l-foresti minħabba r-rekwiżiti ġodda tad-disinn. |
(2) |
Ir-rekwiżiti għal konnessjoni motorizzata ta’ quddiem li huma stabbiliti fid-Direttiva 86/297/KEE jikkonċernaw biss kwistjonijiet ta’ sikurezza, jiġifieri, il-postazzjoni tal-PTO, ir-rekwiżiti ta’ lqugħ u ż-żona l-vojta (mhux iħallini ndaħħallek kumment allura ħa nniżlu hawn: fil-Euramis sibtha żona ta’ żgombru u togħġobni iktar wara li rajt xi tfisser eżattament “clearance zone”. F’idejk. Il-postazzjoni tal-PTO impost bid-Direttiva 86/297/KEE mhux kompatibbli ma’ diversi kategoriji ta’ tratturi li attwalment jinsabu fis-suq u l-għodod immuntati tagħhom. It-Tabella 2 tal-Anness I tad-Direttiva 86/297/KEE diġà teskludi l-kategoriji tat-tratturi T4.1 u T4.3 mir-rekwiżiti tal-postazzjoni. |
(3) |
Tratturi tal-kategoriji T1, T2, T3, T4.2 u T5, apparti dawk tal-kategoriji T4.1 u T4.3 li attwalment huma eżentati mir-rekwiżiti tal-klawsola 4.2 tal-istandard ISO 8759-1:1998, ma jistgħux ikunu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. |
(4) |
Bosta tratturi jistgħu jkunu mgħammra b’tipi ta’ konnessjoni motorizzata speċjali, li għalihom l-istandard ISO 8759-1:1998 ma japplikax. |
(5) |
Fil-każ ta’ tratturi tal-kategorija T3, l-istandard japplika biss meta t-trattur ikun mgħammar b’konnessjoni motorizzata kif speċifikat f’dak l-istandard. Madankollu, kategoriji oħra ta’ vetturi, bħat-tratturi T2 u ċerti tratturi T1 iżgħar, jistgħu jiġu mgħammra b’tipi ta’ konnessjonijiet motorizzati speċjali, li mhumiex koperti mill-istandard. Konsegwentement, l-eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-istandard ISO 8759-1:1998 għandha tiġi estiża wkoll għal tratturi tal-kategoriji T1 u T2. |
(6) |
Hemm diffikultajiet tal-istess tip fil-kategoriji C korrispondenti. |
(7) |
Billi l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard ISO 8759-1:1998 bl-eċċezzjoni tal-klawsola 4.2, għandhom japplikaw għat-tratturi kollha tal-kategoriji T u C li huma mgħammra b’konnessjonijiet motorizzati ta’ quddiem, it-Tabella 2 ma tibqax meħtieġa u għaldaqstant għandha titħassar. |
(8) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 86/297/KEE għandha tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 86/297/KEE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt 4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4.2. Dispożizzjonijiet għal konnessjonijiet motorizzati ta’ quddiem L-ispeċifikazzjonijiet tal-ISO 8759-1:1998, bl-eċċezzjoni tal-klawsola 4.2. tiegħu, japplikaw għat-tratturi kollha tal-kategoriji T u C li huma mgħammra b’konnessjonijiet motorizzati kif speċifikat f’ dan l-istandard.” |
(2) |
It-Tabella 2 titħassar. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2013.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 186, 8.7.1986, p. 19.
DEĊIŻJONIJIET
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/26 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Ottubru 2012
li tawtorizza lill-Ungerija biex tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2012/624/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bl-ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-3 ta’ Frar 2012, l-Ungerija talbet l-awtorizzazzjoni biex tidderoga, mill-1 ta’ Lulju 2012 u għal perjodu ta’ sentejn, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE li tirregola l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-awtoritajiet tat-taxxa. F’dik l-ittra, l-Ungerija semmiet li mhux se tfittex it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra, permezz ta’ ittra datata s-26 ta’ April 2012, bit-talba tar-Ungerija u permezz ta’ ittra datata t-2 ta’ Mejju 2012, nnotifikat lill-Ungerija li hi kellha l-informazzjoni kollha li kienet tikkunsidra meħtieġa sabiex tqis it-talba. Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal awtorizzazzjoni lill-Kunsill fid-29 ta’ Ġunju 2012. |
(3) |
Il-persuna responsabbli mill-ħlas tal-VAT hi, b’regola ġenerali, il-persuna taxabbli li tipprovdi l-prodotti, skont l-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE. L-għan tad-deroga mitluba mill-Ungerija hu li, għal perjodu limitat, titfa’ r-responsabbiltà fuq il-persuna taxxabbli li tkun saritilha l-provvista ta’ ċerti prodotti agrikoli mhux proċessati fis-setturi taċ-ċereali u żerriegħa għaż-żejt. |
(4) |
F’dawk is-setturi, l-Ungerija nnotatat li għadd ta’ Kummerċjanti huma involuti f’forom differenti ta’ evażjoni tat-taxxa, kemm internament kif ukoll fil-kummerċ Intra-Komunitarju, billi ma jħallsux lill-awtoritajiet tat-taxxa il-VAT li huma jkun ġabru fuq il-provvisti tagħhom. Il-klijenti tagħhom, sa fejn huma persuni taxxabbli bi dritt sħiħ għal tnaqqis, jibqgħu intitolati jnaqqsu l-VAT. |
(5) |
In-nomina ta’ persuna taxxabbli li lilha jsir il-forniment bħala dik responsabbli għall-VAT minflok il-fornitur tkun miżura temporanja ta’ emerġenza li twassal biex titneħħa l-opportunità li wieħed jinvolvi ruħu f’dik il-forma ta’ evażjoni. Sabiex il-miżura tkun effettiva hija għandha tkopri l-ħsad tal-2012. Hija għandha tintemm wara perjodu ta’ sentejn, li għandu jkun biżżejjed għall-Ungerija sabiex tintroduċi fis-settur agrikolu miżuri definittivi li jkunu kompatibbli mad-Direttiva 2006/112/KE u li jipprevenu u jiġġieldu din il-forma ta’ evażjoni. |
(6) |
Biex ikun prevenut it-trasferiment tal-evażjoni tat-taxxa għall-istadju ta’ proċessar tal-prodotti, għall-prodotti jew setturi oħra, l-Ungerija għandha tintroduċi miżuri xierqa ta’ kontroll u obbligi ta’ rappurtar u tinnotifika lill-Kummissjoni dwarhom. |
(7) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżura speċjali tapplika biss għal ċertu prodotti agrikoli speċifiċi u biex tkun garantita ċ-ċertezza legali tagħha, il-prodotti koperti mill-miżura speċjali għandhom ikunu determinati bl-użu tan-nomenklatura magħquda stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2). |
(8) |
Il-miżura speċjali hija proporzjonata mal-objettivi mfittxa minħabba li hija limitata fiż-żmien u mhux maħsuba biex tapplika b’mod ġenerali iżda biss għal għadd ta’ prodotti speċifikati bir-reqqa li normalment mhumiex destinati għal konsum finali fi stat mhux mibdul, u li b’relazzjoni magħhom l-evażjoni tat-taxxa ikkawżat telf sostanzjali ta’ dħul mill-VAT. |
(9) |
Il-miżura speċjali mhux ikollha l-ebda effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jkunu ġejjin mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Ungerija hija b’dan awtorizzata li tinnomina bħala l-persuna responsabbli biex tħallas il-VAT, lill-persuna taxxabbli li lilha jsiru fornimenti tal-prodotti li ġejjin, kif stipulat fin-nomenklatura magħquda stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87.
Kodiċi tan-NM |
Prodott |
1001 |
Qamħ u taħlita ta’ ċereali (meslin) |
1002 |
Segala |
1003 |
Xgħir |
1004 |
Ħafur |
1005 |
Qamħirrum |
1008 60 00 |
Ibridu tal-qamħ u x-xgħir (triticale) |
1201 |
Soja, imkissra jew le |
1205 |
Żerriegħa tan-nevew jew tal-kolza, imkissra jew le |
1206 00 |
Żerriegħa tal-ġirasol, imkissra jew le |
Artikolu 2
L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 1 hija soġġetta għall-kondizzjoni li l-Ungerija ddaħħal miżuri ta’ kontroll xieraq u effikaċji u obbligi ta’ rappurtar fir-rigward ta’ persuni taxxabbli li jfornu l-prodotti li għalihom tapplika din id-Deċiżjoni.
L-Ungerija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-introduzzjoni tal-miżuri u l-obbligi msemmija fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2014.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. CHARALAMBOUS
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Ottubru 2012
taħtar membru Ċiprijott tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2012/625/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1). |
(2) |
Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Andreas LOUROUTZIATIS, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Manthos MAVROMMATIS hu b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. CHARALAMBOUS
(1) ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-4 ta’ Ottubru 2012
li taħtar sitt membri Rumeni u ħames membri supplenti Rumeni fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2012/626/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Decebal ARNĂUTU, is-Sur Veronica DIACONU, is-Sinjura Edita Emőke LOKODI, is-Sur Constantin OSTAFICIUC, is-Sur Vasile SAVA u s-Sur Gheorghe Bunea STANCU, saru vakanti s-siġġijiet ta’ sitt membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Árpád Szabolcs CSEHI, is-Sur Gheorghe FLUTUR, is-Sinjura Mariana MIRCEA, is-Sur Mircia MUNTEAN u s-Sinjura Ioana TRIFOI, saru vakanti s-siġġijiet ta’ ħames membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. CHARALAMBOUS
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/30 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Ottubru 2012
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/627/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni tat mandat lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET) li l-kompiti tiegħu ġew assunti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2011 skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (2) (AETS), fejn talbet il-parir tagħhom fir-rigward tal-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(2) |
Fil-parir mogħti fit-18 ta’ April 2012, l-AETS issuġġeriet li l-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jista’ jitqies bħala ekwivalenti għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. |
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, sabiex il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, jeħtieġ li jkun ivvalutat jekk ġewx issodisfati tliet kundizzjonijiet. |
(4) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. Il-qafas legali u regolatorju tal-Awstralja għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu kien introdott fl-1 ta’ Jannar 2010. Il-liġijiet u regolamenti rilevanti kollha, partikolarment l-Att dwar il-Korporazzjonijiet (2001) u l-Att dwar il-Kummissjoni Awstraljana tat-Titoli u l-Investimenti (Australian Securities and Investments Commission – ASIC) (2001), daħlu fis-seħħ. Skont dan il-qafas regolatorju, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu għandhom ikunu rreġistrati u taħt superviżjoni fuq bażi kontinwa mill-Kummissjoni Awstraljana tat-Titoli u l-Investimenti (ASIC). Il-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja jagħti biżżejjed setgħat lill-ASIC li jippermettu s-superviżjoni u l-infurzar effettivi tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluża s-setgħa li tissanzjona s-CRAs (Credit Rating Agencies) li jiksru r-regoli applikabbli: L-ASIC tista’ tingħata l-mandat li tissekwestra kotba mhux prodotti mis-CRAs. Abbażi ta’ mandat ta’ tfittxija mogħti mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti, l-ASIC għandha s-setgħa li tfittex fil-bini tas-CRAs. Minbarra dan, l-ASIC hija mogħtija s-setgħa mill-Att dwar il-Korporazzjonijiet li tapplika għand qorti federali għal ordnijiet biex tiġi kkanċellata l-liċenzja ta’ aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Wara tali kanċellazzjoni ta’ liċenzja, l-ASIC tista’ tapplika għand qorti għal ordnijiet li jipprojbixxu b’mod permanenti li CRA toħroġ klassifikazzjonijiet tal-krediti fl-Awstralja. Taħt l-Att dwar il-Korporazzjonijiet, l-ASIC tista’ tapplika għal ordnijiet biex titwaqqaf imġiba illegali minn CRA jew biex jiġu imposti multi fuqha meta tikser waħda mill-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-servizzi finanzjarji. Fil-ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż bejn l-AETS u l-ASIC huwa previst skambju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ miżuri ta’ infurzar u dawk superviżorji meħuda fil-konfront ta’ CRAs transfruntieri. |
(5) |
Skont it-tieni kundizzjoni, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għar-regoli legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għal dawk stipulati mill-Artikoli 6 sa 12 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja jissodisfa l-għanijiet tal-qafas regolatorju tal-UE għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess. Il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess hija meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Awstraljana (Att dwar l-ASIC) inkluż l-obbligu ta’ ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u rekwiżiti organizzazzjonali, partikolarment fir-rigward tal-esternalizzazzjoni, iż-żamma tar-rekords u l-kunfidenzjalità. Fir-rigward tal-governanza korporattiva, il-kundizzjonijiet ta’ liċenzja tal-ASIC jesiġu li CRA tkun organizzata b’tali mod li tiżgura li l-interess kummerċjali tagħha ma jfixkilx l-indipendenza u l-preċiżjoni tal-attivitajiet tagħha ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-qafas Awstraljan jesiġi wkoll li s-CRAs jistabbilixxu funzjoni rigoruża ta’ evalwazzjoni għal metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni u jinkludi firxa wiesgħa ta’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet tal-krediti u l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni. Għaldaqstant, il-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja jilħaq l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, il-proċessi organizzazzjonali u l-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u l-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk dan jipprovdi protezzjoni ekwivalenti f’termini ta’ integrità, trasparenza, governanza tajba tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u affidabbiltà tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(6) |
Skont it-tielet kundizzjoni, is-sistema regolatorja fil-pajjiż terz għandha tevita l-indħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta’ dak il-pajjiż terz fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji. Kwalunkwe ndħil bħal dan fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni jmorru kontra l-għanijiet tal-Kapitolu 7 tal-Att dwar il-Korporazzjonijiet tal-Awstralja tal-2001 u l-għanijiet tal-ASIC. La l-ASIC u lanqas xi awtorità pubbika oħra ma tista’ tingħatalhom is-setgħa li jindaħlu fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew il-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, |
(7) |
Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li huma ssodisfati mill-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Għaldaqstant, il-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja għall-aġenziji ta’ klassifikazjoni tal-kreditu għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-AETS, se tkompli timmonitorja l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu jitqies bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
9.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/32 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Ottubru 2012
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/628/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni tat mandat lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET) li l-kompiti tiegħu ġew assunti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2011 bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (2) (AETS), fejn talbet il-parir tekniku tagħhom dwar il-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(2) |
Fl-ewwel parir mogħti fil-21 ta’ Mejju 2010, il-KRET enfasizza żewġ oqsma (dwar il-kwalità tal-metodoloġiji u l-klassifikazzjonijiet, u fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet) fejn baqgħu jippersistu differenzi sinifikanti bejn l-oqfsa tal-Istati u tal-Unjoni. Sussegwentement, wara d-dħul fis-seħħ tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act fil-21 ta’ Lulju 2010, l-AETS aġġornat lill-Kummissjoni bil-parir tekniku tagħha li jindika li l-qafas superviżorju u legali tal-Istati Uniti fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu seta’ jitqies bħala ekwivalenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. |
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, sabiex il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz ikun ikkunsidrat bħala ekwivalenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, jeħtieġ li jkun ivvalutat jekk ġewx issodisfati tliet kundizzjonijiet. |
(4) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u jkunu soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. Il-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jikkonsisti mill-Att ta’ Riforma tal-Aġenżiji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu tal-2006 (l-"Att dwar l-Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni") li jipprova jtejjeb il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet sabiex jipproteġi lill-investituri u fl-interess pubbliku, billi jrawwem ir-responsabbiltà, it-trasparenza u l-kompetizzjoni fl-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u t-taqsima 15E (3), it-taqsima 17 (4) u t-taqsima 21B(a) (5) tal-Att dwar il-Kambju tat-Titoli (l-"Att dwar il-Kambju"). Id-dispożizzjonijiet operattivi tal-Att dwar l-Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni saru applikabbli mal-adozzjoni, min-naħa tal-SEC, ta’ sensiela ta’ regoli li jimplimentaw programm għar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu f’Ġunju 2007 li jirreġistraw bħala Organizzazzjonijiet ta’ Klassifikazzjonijiet Statistiċi Rikonoxxuti Nazzjonalment (Nationally Recognized Statistical Ratings Organizations - NRSRO). Sabiex ikun permess l-użu tal-klassifikazzjonijiet tagħhom għal finijiet regolatorji, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jirreġistraw mal-SEC u sussegwentement dawn ikunu taħt superviżjoni mill-SEC fuq bażi kontinwa. L-SEC ingħatalha firxa komprensiva ta’ setgħat superviżorji li jippermettulha tinvestiga jekk l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jikkonformawx mal-obbligi legali tagħhom. Dawk is-setgħat jinkludu s-setgħa li taċċessa d-dokumenti, li twettaq investigazzjonijiet u li twettaq spezzjonijiet fuq il-post, kif ukoll is-setgħa li tesiġi aċċess għar-rekords ta’ reġistrazzjonijiet telefoniċi u ta’ komunikazzjoni elettronika. L-SEC tista’ teżerċita dawn is-setgħat mhux biss fir-rigward tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, iżda wkoll fir-rigward ta’ persuni oħra involuti f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. It-Taqsima 15E(p)(3)(A) tal-Att dwar il-Kambju tesiġi li l-SEC twettaq eżami ta’ kull NRSRO mill-inqas kull sena u li tirrapporta dwar is-sejbiet ta’ dawn l-eżamijiet (6). Fejn l-SEC diġà stabbiliet li NRSRO kisret xi obbligu li jirriżulta mill-qafas regolatorju rilevanti, hija tista’ tadotta firxa wiesgħa ta’ miżuri superviżorji sabiex twaqqaf il-ksur. Dawk il-miżuri jinkludu s-setgħa li tirtira r-reġistrazzjoni, tissospendi l-użu ta’ klassifikazzjonijiet għall-finijiet regolatorji u li tordna lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu biex iwaqqfu l-ksur. L-SEC tista’ wkoll timponi penali severi fuq aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għall-ksur tar-rekwiżiti rilevanti. Għalhekk, l-NRSROs huma soġġetti għas-superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. Fil-ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż bejn l-AETS u l-SEC huwa previst skambju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ miżuri ta’ infurzar u dawk superviżorji meħuda fil-konfront ta’ CRAs transfruntieri. |
(5) |
Skont it-tieni kundizzjoni, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għar-regoli legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għal dawk stipulati mill-Artikolu 6 sal-Artikolu 12 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti jilħaq l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, il-proċessi organizzazzjonali u l-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u l-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, il-qafas tal-Istati Uniti jipprovdi protezzjonijiet ekwivalenti f’termini ta’ integrità, trasparenza, governanza tajba tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u affidabbiltà tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(6) |
Skont it-tielet kundizzjoni, is-sistema regolatorja fil-pajjiż terz għandha tevita l-indħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta’ dak il-pajjiż terz fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji. F’dan ir-rigward, l-SEC u kwalunkwe awtorità pubblika oħra fl-Istati Uniti huma pprojbiti bil-liġi milli jindaħlu fis-sustanza tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(7) |
Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li huma ssodisfati mill-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, il-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-AETS, se tkompli timmonitorja l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu jitqies bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(3) 15 U.S.C.78o-7.
(4) 15 U.S.C.78q.
(5) 15 U.S.C.78u-2.
(6) Ara r-rapport ta' sommarju tal-Eżamijiet tal-Persunal tal-SEC ta' kull NRSRO ta' Settembru 2011.