ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.265.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 265

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
29 ta' Settembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLI TA' PROĊEDURA

29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/1


REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Werrej

DISPOŻIZZJONIJIET PRELIMINARI 9

Artikolu 1

Definizzjonijiet 9

Artikolu 2

Portata ta’ dawn ir-Regoli 10

TITOLU I -

FUQ L-ORGANIZZAZZJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA 10

KAPITOLU I -

FUQ L-IMĦALLFIN U FUQ L-AVUKATI ĠENERALI 10

Artikolu 3

Bidu tal-perijodu tal-mandat tal-Imħallfin u tal-Avukati Ġenerali 10

Artikolu 4

Teħid ta’ ġurament 10

Artikolu 5

Impenn solenni 10

Artikolu 6

Tneħħija mill-kariga ta’ Mħallef jew ta’ Avukat Ġenerali 10

Artikolu 7

Ordni ta’ anzjanità 10

KAPITOLU II -

FUQ IL-PRESIDENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, FUQ IL-KOSTITUZZJONI TAL-AWLI U FUQ IN-NOMINA TAL-AVUKAT ĠENERALI EWLIENI 10

Artikolu 8

Elezzjoni tal-President u tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja 10

Artikolu 9

Responsabbiltajiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja 11

Artikolu 10

Responsabbiltajiet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja 11

Artikolu 11

Kostituzzjoni tal-awli 11

Artikolu 12

Elezzjoni tal-Presidenti tal-awli 11

Artikolu 13

Impediment tal-President u tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja 11

Artikolu 14

Nomina tal-Avukat Ġenerali Ewlieni 11

KAPITOLU III -

FUQ L-ASSENJAZZJONI TAL-KAWŻI LILL-IMĦALLFIN RELATURI U LILL-AVUKATI ĠENERALI 11

Artikolu 15

Nomina tal-Imħallef Relatur 11

Artikolu 16

Nomina tal-Avukat Ġenerali 12

KAPITOLU IV -

FUQ L-ASSISTENTI RELATURI 12

Artikolu 17

Assistenti Relaturi 12

KAPITOLU V -

FUQ IR-REĠISTRU 12

Artikolu 18

Ħatra tar-Reġistratur 12

Artikolu 19

Assistent Reġistratur 12

Artikolu 20

Responsabbiltajiet tar-Reġistratur 12

Artikolu 21

Żamma ta’ reġistru 12

Artikolu 22

Konsultazzjoni tar-reġistru, tas-sentenzi u tad-digrieti 13

KAPITOLU VI -

FUQ IL-FUNZJONAMENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA 13

Artikolu 23

Post fejn jinżammu s-seduti tal-Qorti tal-Ġustizzja 13

Artikolu 24

Kalendarju tal-ħidma tal-Qorti tal-Ġustizzja 13

Artikolu 25

Laqgħa ġenerali 13

Artikolu 26

Redazzjoni tal-proċessi verbali 13

KAPITOLU VII -

FUQ IL-KULLEĠĠI ĠUDIKANTI 13

Taqsima 1.

Fuq il-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti 13

Artikolu 27

Kompożizzjoni tal-Awla Manja 13

Artikolu 28

Kompożizzjoni tal-awli b’ħames u bi tliet Imħallfin 14

Artikolu 29

Kompożizzjoni tal-awli fil-każ ta’ konnessjoni jew fil-każ ta’ astensjoni 14

Artikolu 30

Impediment ta’ President ta’ awla 14

Artikolu 31

Impediment ta’ Membru tal-kulleġġ ġudikanti 14

Taqsima 2.

Fuq id-deliberazzjonijiet 14

Artikolu 32

Modalitajiet tad-deliberazzjonijiet 14

Artikolu 33

Numru ta’ Mħallfin li jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet 15

Artikolu 34

Kworum tal-Awla Manja 15

Artikolu 35

Kworum tal-awli b’ħames jew bi tliet Imħallfin 15

KAPITOLU VIII -

FUQ IS-SISTEMA LINGWISTIKA 15

Artikolu 36

Lingwi tal-kawża 15

Artikolu 37

Determinazzjoni tal-lingwa tal-kawża 15

Artikolu 38

Użu tal-lingwa tal-kawża 16

Artikolu 39

Responsabbiltà tar-Reġistratur fil-qasam lingwistiku 16

Artikolu 40

Sistema lingwistika tal-pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja 16

Artikolu 41

Testi awtentiċi 16

Artikolu 42

Dipartiment lingwistiku tal-Qorti tal-Ġustizzja 16

TITOLU II -

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI KOMUNI 16

KAPITOLU I -

FUQ ID-DRITTJIET U L-OBBLIGI TAL-AĠENTI, TAL-KONSULENTI U TAL-AVUKATI 16

Artikolu 43

Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet 16

Artikolu 44

Kwalità ta’ rappreżentanti tal-partijiet 17

Artikolu 45

Tneħħija tal-immunità 17

Artikolu 46

Esklużjoni mill-proċedura 17

Artikolu 47

Għalliema tal-università u partijiet fil-kawża prinċipali 17

KAPITOLU II -

FUQ IN-NOTIFIKI 17

Artikolu 48

Modi ta’ notifika 17

KAPITOLU III -

FUQ IT-TERMINI 18

Artikolu 49

Kalkolu tat-termini 18

Artikolu 50

Rikors kontra att ta’ istituzzjoni 18

Artikolu 51

Terminu għal raġuni ta’ distanza 18

Artikolu 52

Iffissar u proroga ta’ termini 18

KAPITOLU IV -

FUQ ID-DIVERSI MODI TA’ TRATTAMENT TAL-KAWŻI 18

Artikolu 53

Modi ta’ trattament tal-kawżi 18

Artikolu 54

Kawżi magħquda 18

Artikolu 55

Sospensjoni tal-proċedura 18

Artikolu 56

Differiment ta’ kawża għall-għoti ta’ deċiżjoni 19

KAPITOLU V -

FUQ IL-FAŻI BIL-MIKTUB TAL-PROĊEDURA 19

Artikolu 57

Preżentata tal-atti proċedurali 19

Artikolu 58

Tul tal-atti proċedurali 19

KAPITOLU VI -

FUQ IR-RAPPORT PRELIMINARI U FUQ L-ASSENJAZZJONI TAL-KAWŻI LILL-KULLEĠĠI ĠUDIKANTI 19

Artikolu 59

Rapport preliminari 19

Artikolu 60

Assenjazzjoni lill-kulleġġi ġudikanti 20

KAPITOLU VII -

FUQ IL-MIŻURI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PROĊEDURA U FUQ IL-MIŻURI ISTRUTTORJI 20

Taqsima 1.

Fuq il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura 20

Artikolu 61

Miżuri ta’ organizzazzjoni deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja 20

Artikolu 62

Miżuri ta’ organizzazzjoni deċiżi mill-Imħallef Relatur jew mill-Avukat Ġenerali 20

Taqsima 2.

Fuq il-miżuri istruttorji 20

Artikolu 63

Deċiżjoni dwar il-miżuri istruttorji 20

Artikolu 64

Determinazzjoni tal-miżuri istruttorji 20

Artikolu 65

Parteċipazzjoni fil-miżuri istruttorji 20

Artikolu 66

Prova permezz ta’ xhieda 21

Artikolu 67

Eżami tax-xhieda 21

Artikolu 68

Ġurament tax-xhieda 21

Artikolu 69

Sanzjonijiet pekunjarji 21

Artikolu 70

Perizja 21

Artikolu 71

Ġurament tal-periti 21

Artikolu 72

Rikuża ta’ xhud jew ta’ perit 21

Artikolu 73

Spejjeż tax-xhieda u tal-periti 21

Artikolu 74

Proċess verbal tas-seduti istruttorji 22

Artikolu 75

Ftuħ tal-fażi orali tal-proċedura wara l-istruttorja 22

KAPITOLU VIII -

FUQ IL-FAŻI ORALI TAL-PROĊEDURA 22

Artikolu 76

Seduta għas-sottomissjonijiet orali 22

Artikolu 77

Seduta komuni għas-sottomissjonijiet orali 22

Artikolu 78

Tmexxija tat-trattazzjoni 22

Artikolu 79

Seduta bil-magħluq 22

Artikolu 80

Mistoqsijiet 22

Artikolu 81

Għeluq tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali 22

Artikolu 82

Preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali 22

Artikolu 83

Ftuħ jew ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura 22

Artikolu 84

Proċess verbal tas-seduti 23

Artikolu 85

Reġistrazzjoni awdjo tas-seduta 23

KAPITOLU IX -

FUQ IS-SENTENZI U FUQ ID-DIGRIETI 23

Artikolu 86

Data tal-għoti tas-sentenza 23

Artikolu 87

Kontenut tas-sentenza 23

Artikolu 88

Għoti u notifika tas-sentenza 23

Artikolu 89

Kontenut tad-digriet 23

Artikolu 90

Firma u notifika tad-digriet 24

Artikolu 91

Saħħa vinkolanti tas-sentenzi u tad-digrieti 24

Artikolu 92

Pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 24

TITOLU III -

FUQ IR-RINVIJI GĦAL DEĊIŻJONI PRELIMINARI 24

KAPITOLU I -

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 24

Artikolu 93

Kamp ta’ applikazzjoni 24

Artikolu 94

Kontenut tat-talba għal deċiżjoni preliminari 24

Artikolu 95

Anonimat 24

Artikolu 96

Parteċipazzjoni fil-proċedura għal deċiżjoni preliminari 24

Artikolu 97

Partijiet fil-kawża prinċipali 24

Artikolu 98

Traduzzjoni u notifika tat-talba għal deċiżjoni preliminari 25

Artikolu 99

Risposta permezz ta’ digriet motivat 25

Artikolu 100

Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja 25

Artikolu 101

Talba għal kjarifiki 25

Artikolu 102

Spejjeż tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari 25

Artikolu 103

Rettifika tas-sentenzi u tad-digrieti 25

Artikolu 104

Interpretazzjoni tad-deċiżjonijiet preliminari 25

KAPITOLU II -

FUQ IL-PROĊEDURA MĦAFFA GĦAL DEĊIŻJONI PRELIMINARI 26

Artikolu 105

Proċedura mħaffa 26

Artikolu 106

Trażmissjoni tal-atti proċedurali 26

KAPITOLU III -

FUQ IL-PROĊEDURA B’URĠENZA GĦAL DEĊIŻJONI PRELIMINARI 26

Artikolu 107

Kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari 26

Artikolu 108

Deċiżjoni dwar l-urġenza 26

Artikolu 109

Fażi bil-miktub tal-proċedura b’urġenza 26

Artikolu 110

Notifiki u informazzjoni wara l-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura 27

Artikolu 111

Dispensa mill-fażi bil-miktub tal-proċedura 27

Artikolu 112

Deċiżjoni fil-mertu 27

Artikolu 113

Kulleġġ ġudikanti 27

Artikolu 114

Trażmissjoni tal-atti proċedurali 27

KAPITOLU IV -

FUQ L-GĦAJNUNA LEGALI 27

Artikolu 115

Talba għal għajnuna legali 27

Artikolu 116

Deċiżjoni dwar it-talba għal għajnuna legali 27

Artikolu 117

Ammonti li għandhom jitħallsu bħala għajnuna legali 28

Artikolu 118

Irtirar tal-għajnuna legali 28

TITOLU IV -

FUQ IR-RIKORSI DIRETTI 28

KAPITOLU I -

FUQ IR-RAPPREŻENTANZA TAL-PARTJIET 28

Artikolu 119

Obbligu ta’ rappreżentanza 28

KAPITOLU II -

FUQ IL-FAŻI BIL-MIKTUB TAL-PROĊEDURA 28

Artikolu 120

Kontenut tar-rikors 28

Artikolu 121

Informazzjoni dwar in-notifiki 28

Artikolu 122

Annessi mar-rikors 28

Artikolu 123

Notifika tar-rikors 29

Artikolu 124

Kontenut tar-risposta 29

Artikolu 125

Trażmissjoni ta’ dokumenti 29

Artikolu 126

Replika u kontroreplika 29

KAPITOLU III -

FUQ IL-MOTIVI U FUQ IL-PROVI 29

Artikolu 127

Motivi ġodda 29

Artikolu 128

Provi u provi proposti 29

KAPITOLU IV -

FUQ L-INTERVENT 29

Artikolu 129

Għan u effetti tal-intervent 29

Artikolu 130

Talba għal intervent 30

Artikolu 131

Deċiżjoni dwar it-talba għal intervent 30

Artikolu 132

Preżentata ta’ noti 30

KAPITOLU V -

FUQ IL-PROĊEDURA MĦAFFA 30

Artikolu 133

Deċiżjoni dwar il-proċedura mħaffa 30

Artikolu 134

Fażi bil-miktub tal-proċedura 30

Artikolu 135

Fażi orali tal-proċedura 30

Artikolu 136

Deċiżjoni fil-mertu 31

KAPITOLU VI -

FUQ L-ISPEJJEŻ 31

Artikolu 137

Deċiżjoni dwar l-ispejjeż 31

Artikolu 138

Regoli ġenerali dwar it-tqassim tal-ispejjeż 31

Artikolu 139

Spejjeż fiergħa jew vessatorji 31

Artikolu 140

Spejjeż tal-intervenjenti 31

Artikolu 141

Spejjeż fil-każ ta’ rinunzja għall-atti 31

Artikolu 142

Spejjeż fil-każ li ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni 31

Artikolu 143

Spejjeż proċedurali 31

Artikolu 144

Spejjeż li jistgħu jinġabru 31

Artikolu 145

Kontestazzjoni dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru 31

Artikolu 146

Modalitajiet tal-ħlas 32

KAPITOLU VII -

FUQ IL-FTEHIM BONARJU, FUQ IR-RINUNZJA GĦALL-ATTI, FUQ IL-KAŻIJIET FEJN MA JKUNX HEMM LOK LI TINGĦATA DEĊIŻJONI U FUQ IL-KWISTJONIJIET PROĊEDURALI 32

Artikolu 147

Ftehim bonarju 32

Artikolu 148

Rinunzja għall-atti 32

Artikolu 149

Meta ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni 32

Artikolu 150

Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku 32

Artikolu 151

Eċċezzjonijiet u kwistjonijiet proċedurali 32

KAPITOLU VIII -

FUQ IS-SENTENZI FIL-KONTUMAĊJA 32

Artikolu 152

Sentenzi fil-kontumaċja 32

KAPITOLU IX -

FUQ IT-TALBIET U R-RIKORSI LI JIKKONĊERNAW IS-SENTENZI U D-DIGRIETI 33

Artikolu 153

Kulleġġ ġudikanti kompetenti 33

Artikolu 154

Rettifika 33

Artikolu 155

Nuqqas li tingħata deċiżjoni 33

Artikolu 156

Oppożizzjoni 33

Artikolu 157

Oppożizzjoni minn terzi 33

Artikolu 158

Interpretazzjoni 34

Artikolu 159

Reviżjoni 34

KAPITOLU X -

FUQ IS-SOSPENSJONI U FUQ IL-PROĊEDURI GĦAL MIŻURI PROVVIŻORJI OĦRA 34

Artikolu 160

Talba għal sospensjoni jew għal miżuri provviżorji 34

Artikolu 161

Deċiżjoni dwar it-talba 35

Artikolu 162

Digriet ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni jew ta’ miżuri provviżorji 35

Artikolu 163

Bidla fiċ-ċirkustanzi 35

Artikolu 164

Talba ġdida 35

Artikolu 165

Talba mressqa taħt l-Artikoli 280 u 299 TFUE u 164 TKEEA 35

Artikolu 166

Talba mressqa taħt l-Artikolu 81 TKEEA 35

TITOLU V -

FUQ L-APPELLI MID-DEĊIŻJONIJIET TAL-QORTI ĠENERALI 35

KAPITOLU I -

FUQ IL-FORMA, IL-KONTENUT U T-TALBIET TAR-RIKORS TAL-APPELL 35

Artikolu 167

Preżentata tar-rikors tal-appell 35

Artikolu 168

Kontenut tar-rikors tal-appell 35

Artikolu 169

Talbiet, aggravji u argumenti tal-appell 36

Artikolu 170

Talbiet fil-każ li jintlaqa’ l-appell 36

KAPITOLU II -

FUQ IR-RISPOSTA GĦALL-APPELL, IR-REPLIKA U L-KONTROREPLIKA 36

Artikolu 171

Notifika tal-appell 36

Artikolu 172

Partijiet li jistgħu jippreżentaw risposta għall-appell 36

Artikolu 173

Kontenut tar-risposta għall-appell 36

Artikolu 174

Talbiet tar-risposta għall-appell 36

Artikolu 175

Replika u kontroreplika 36

KAPITOLU III -

FUQ IL-FORMA, IL-KONTENUT U T-TALBIET TAL-APPELL INĊIDENTALI 36

Artikolu 176

Appell inċidentali 36

Artikolu 177

Kontenut tal-appell inċidentali 36

Artikolu 178

Talbiet, aggravji u argumenti tal-appell inċidentali 37

KAPITOLU IV -

FUQ IN-NOTI SUSSEGWENTI GĦALL-APPELL INĊIDENTALI 37

Artikolu 179

Risposta għall-appell inċidentali 37

Artikolu 180

Replika u kontroreplika wara appell inċidentali 37

KAPITOLU V -

FUQ L-APPELLI MAQTUGĦA PERMEZZ TA’ DIGRIET 37

Artikolu 181

Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat 37

Artikolu 182

Appell manifestament fondat 37

KAPITOLU VI -

FUQ IL-KONSEGWENZI TAT-TĦASSIR TAL-APPELL PRINĊIPALI GĦALL-APPELL INĊIDENTALI 37

Artikolu 183

Konsegwenzi ta’ rinunzja għall-atti jew ta’ inammissibbiltà manifesta tal-appell prinċipali fuq l-appell inċidentali 37

KAPITOLU VII -

FUQ L-ISPEJJEŻ U FUQ L-GĦAJNUNA LEGALI FL-APPELLI 37

Artikolu 184

Deċiżjoni dwar l-ispejjeż fl-appelli 37

Artikolu 185

Għajnuna legali 38

Artikolu 186

Talba għal għajnuna legali minn qabel 38

Artikolu 187

Deċiżjoni dwar l-għajnuna legali 38

Artikolu 188

Ammonti li għandhom jitħallsu bħala għajnuna legali 38

Artikolu 189

Irtirar tal-għajnuna legali 38

KAPITOLU VIII -

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA APPLIKABBLI GĦALL-APPELLI 38

Artikolu 190

Dispożizzjonijiet oħra applikabbli għall-appelli 38

TITOLU VI -

FUQ L-EŻAMI MILL-ĠDID TAD-DEĊIŻJONIJIET TAL-QORTI ĠENERALI 39

Artikolu 191

Awla għall-eżami mill-ġdid 39

Artikolu 192

Informazzjoni u komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ eżami mill-ġdid 39

Artikolu 193

Eżami mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet mogħtija fuq appell 39

Artikolu 194

Eżami mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet preliminari 39

Artikolu 195

Sentenza fil-mertu wara deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid 40

TITOLU VII -

FUQ L-OPINJONIJIET 40

Artikolu 196

Fażi bil-miktub tal-proċedura 40

Artikolu 197

Nomina tal-Imħallef Relatur u tal-Avukat Ġenerali 40

Artikolu 198

Seduta għas-sottomissjonijiet orali 40

Artikolu 199

Terminu għall-għoti tal-opinjoni 40

Artikolu 200

Għoti tal-opinjoni 40

TITOLU VIII -

PROĊEDURI PARTIKOLARI 40

Artikolu 201

Rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Arbitraġġ 40

Artikolu 202

Proċedura msemmija fl-Artikolu 103 TKEEA 41

Artikolu 203

Proċeduri msemmija fl-Artikoli 104 u 105 TKEEA 41

Artikolu 204

Proċedura prevista fl-Artikolu 111(3) tal-Ftehim ŻEE 41

Artikolu 205

Soluzzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35 tat-TUE, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona 41

Artikolu 206

Talbiet imsemmija fl-Artikolu 269 TFUE 42
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI 42

Artikolu 207

Regoli addizzjonali 42

Artikolu 208

Dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni 42

Artikolu 209

Tħassir 42

Artikolu 210

Pubblikazzjoni u dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regoli 42

REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

wara li rat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, is-sitt paragrafu tal-Artikolu 253 tiegħu,

wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b’mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

wara li rat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 63 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 64 tiegħu,

billi:

(1)

Minkejja li r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja ġew emendati diversi drabi matul is-snin, l-istruttura bażika tagħhom ma nbidlitx mill-adozzjoni inizjali tagħhom fl-4 ta’ Marzu 1953. Ir-Regoli tal-Proċedura tad-19 ta’ Ġunju 1991, attwalment fis-seħħ, baqgħu jirriflettu l-predominanza tar-rikorsi diretti filwaqt li, fil-prattika, il-parti l-kbira ta’ dawn ir-rikorsi llum il-ġurnata taqa’ taħt il-kompetenza tal-Qorti Ġenerali, filwaqt li r-rinviji għal deċiżjoni preliminari mill-qrati nazzjonali jirrappreżentaw, kwantitattivament, l-ikbar kategorija ta’ kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Għandha għaldaqstant tittieħed inkunsiderazzjoni din ir-realtà u konsegwentement għandhom jiġu adattati l-istruttura u l-kontenut tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-evoluzzjoni tal-kawżi mressqa quddiemha.

(2)

Filwaqt li r-rinviji preliminari għandhom jingħataw l-importanza li jistħoqqilhom fir-Regoli tal-Proċedura, għandha fl-istess ħin issir distinzjoni iktar ċara f’dawn ir-Regoli bejn ir-regoli applikabbli għat-tipi kollha ta’ rikorsi u r-regoli partikolari għal kull wieħed minnhom, maqsuma f’titoli separati. Għal finijiet ta’ ċarezza, hemm lok għaldaqstant li d-dispożizzjonijiet proċedurali komuni għall-kawżi kollha mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jinġabru f’titolu preliminari.

(3)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implementazzjoni tad-diversi proċeduri, deher barra minn hekk neċessarju li jiġu kkompletati jew ikkjarifikati, għall-benefiċċju tal-partijiet fil-kawża kif ukoll tal-qrati nazzjonali, ir-regoli applikabbli għal kull waħda minnhom. Dawn jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ parti fil-kawża prinċipali, ta’ intervjenent u ta’ parti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali jew, fil-qasam tar-rinviji preliminari, ir-regoli dwar it-talba lill-Qorti tal-Ġustizzja u l-kontenut tad-deċiżjoni tar-rinviju. Fir-rigward tal-appelli minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, għandha barra minn hekk issir distinzjoni iktar ċara bejn l-appelli prinċipali u dawk inċidentali, wara n-notifika lill-awtur tagħhom ta’ appell prinċipali.

(4)

Min-naħa l-oħra, l-implementazzjoni ta’ ċerti proċeduri, bħall-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, uriet il-kumplessità eċċessiva tagħhom. Għaldaqstant, dawn il-proċeduri għandhom jiġu ssemplifikati billi tiġi prevista, b’mod partikolari, l-għażla, għal sena, ta’ awla b’ħames imħallfin li tkun inkarigata tiddeċiedi kemm dwar il-proposta ta’ eżami mill-ġdid magħmula mill-Avukat Ġenerali Ewlieni kif ukoll dwar il-kwistjonijiet li jkunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid.

(5)

Fl-istess perspettiva, hemm lok li jitħaffu l-modalitajiet proċedurali tat-trattament tat-talbiet għal opinjoni billi jiġu allineati ma’ dawk applikabbli għal kawżi oħra u billi tiġi prevista, konsegwentement, il-parteċipazzjoni ta’ Avukat Ġenerali wieħed fit-trattament tat-talba għal opinjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qari tagħhom, għandhom ukoll jinġabru f’titolu wieħed il-proċeduri partikolari kollha, li bħalissa jinsabu mxerrda f’numru ta’ titolu u kapitoli separati tar-Regoli tal-Proċedura.

(6)

Sabiex tinżamm il-kapaċità tal-qorti, quddiem numru ta’ kawżi li dejjem qiegħed jikber, li taqta’ l-kawżi mressqa quddiemha fi żmien raġonevoli, huwa barra minn hekk neċessarju li jitkomplu l-isforzi mibdija sabiex jitnaqqas it-tul tal-proċeduri li jiżvolġu quddiemha, b’mod partikolari billi jiżdiedu l-possibbiltajiet fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, billi jiġu ssemplifikati r-regoli dwar l-intervent mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tielet paragrafi tal-Artikolu 40 tal-Istatut, u billi tiġi prevista l-possibbiltà li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi mingħajr seduta meta tqis li l-osservazzjonijiet bil-miktub kollha ppreżentati f’kawża partikolari jagħtuha biżżejjed informazzjoni.

(7)

Sabiex ir-regoli applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja jinqraw b’iktar faċilità, huwa fl-aħħar nett neċessarju li jitħassru ċerti regoli li ma baqgħux jintużaw jew li ma jiġux applikati, li jiġu enumerati l-paragrafi kollha tal-artikoli ta’ dawn ir-Regoli, li jingħata titolu speċifiku għal kull wieħed minn dawn l-artikoli, liema titolu jiddeskrivi fil-qasir il-kontenut tagħhom, u li tiġi armonizzata t-terminoloġija tagħhom.

bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2012.

TADOTTA R-REGOLI LI ĠEJJIN:

DISPOŻIZZJONIJIET PRELIMINARI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   F’dawn ir-Regoli:

(a)

id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huma indikati bin-numru tal-artikolu kkonċernat tat-Trattat imsemmi, segwit bl-akronimu “TUE”,

(b)

id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma indikati bin-numru tal-artikolu kkonċernat tat-Trattat imsemmi, segwit bl-akronimu “TFUE”,

(c)

id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika huma indikati bin-numru tal-artikolu kkonċernat tat-Trattat imsemmi, segwit bl-akronimu “TKEEA”,

(d)

il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa msejjaħ “Statut”,

(e)

il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1) huma msejjaħ il-“Ftehim ŻEE”,

(f)

ir-Regolament Nru 1 tal-Kunsill, tal-15 ta’ April 1958, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (2), huwa msejjaħ ir-“Regolament Nru 1 tal-Kunsill”.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-Regoli:

(a)

il-kelma “istituzzjonijiet” tfisser l-istituzzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) TFUE u l-korpi jew l-organi maħluqa mit-Trattati jew minn att adottat b’eżekuzzjoni tagħhom u li jistgħu jidhru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja,

(b)

“Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA” tfisser l-awtorità ta’ sorveljanza msemmija fil-Ftehim ŻEE,

(c)

“partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut” tfisser il-partijiet, l-Istati, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi kollha awtorizzati, skont dan l-artikolu, jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari.

Artikolu 2

Portata ta’ dawn ir-Regoli

Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli jimplementaw u jikkompletaw, sa fejn huwa meħtieġ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TUE, tat-TFUE u tat-TKEEA, kif ukoll l-Istatut.

TITOLU I

FUQ L-ORGANIZZAZZJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Kapitolu I

FUQ L-IMĦALLFIN U FUQ L-AVUKATI ĠENERALI

Artikolu 3

Bidu tal-perijodu tal-mandat tal-Imħallfin u tal-Avukati Ġenerali

Il-mandat ta’ Mħallef jew ta’ Avukat Ġenerali jibda jiddekorri fid-data indikata għal dan il-għan fl-att tal-ħatra. Jekk dan l-att ma jindikax id-data meta jibda l-perijodu tal-mandat, dan il-perijodu għandu jibda jiddekorri mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-att f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Teħid ta’ ġurament

Qabel jassumu l-kariga tagħhom, l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali, fl-ewwel seduta pubblika tal-Qorti tal-Ġustizzja li jattendu għaliha wara l-ħatra tagħhom, għandhom jieħdu l-ġurament segwenti, previst fl-Artikolu 2 tal-Istatut:

“Jiena naħlef li nwettaq id-dmirijiet tiegħi b’imparzjalità sħiħa u skont il-kuxjenza; jiena naħlef li nħares is-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.”

Artikolu 5

Impenn solenni

Minnufih wara li jieħdu l-ġurament, l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni li biha jintrabtu solennement kif previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tal-Istatut.

Artikolu 6

Tneħħija mill-kariga ta’ Mħallef jew ta’ Avukat Ġenerali

1.   Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab, taħt l-Artikolu 6 tal-Istatut, tiddeċiedi dwar jekk Imħallef jew Avukat Ġenerali jkunx għadu fil-pussess tar-rekwiżiti meħtieġa jew jekk ikunx għadu jissodisfa l-obbligi tal-kariga tiegħu, il-President għandu jistieden lill-Imħallef ikkonċernat sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi mingħajr il-preżenza tar-Reġistratur.

Artikolu 7

Ordni ta’ anzjanità

1.   L-anzjanità tal-Imħallfin u tal-Avukati Ġenerali tibda tiġi kkalkolata, mingħajr distinzjoni, mid-data ta’ meta jassumu l-kariga tagħhom.

2.   Fil-każ tal-istess anzjanità fil-kariga, hija l-età li tiddetermina l-ordni ta’ anzjanità.

3.   L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali li l-mandat tagħhom jiġġedded iżommu l-pożizzjoni preċedenti tagħhom fl-ordni ta’ anzjanità.

Kapitolu II

FUQ IL-PRESIDENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, FUQ IL-KOSTITUZZJONI TAL-AWLI U FUQ IN-NOMINA TAL-AVUKAT ĠENERALI EWLIENI

Artikolu 8

Elezzjoni tal-President u tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Minnufih wara t-tibdil parzjali previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 253 TFUE, l-Imħallfin għandhom jeleġġu, għal perijodu ta’ tliet snin, wieħed minn fosthom bħala l-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2.   Fil-każ li l-mandat tal-President jintemm qabel ma jispiċċa t-terminu normali tal-kariga tiegħu, huwa għandu jiġi ssostitwit għall-perijodu li jkun fadal.

3.   Fl-elezzjonijiet previsti f’dan l-artikolu, il-vot għandu jkun sigriet. Jiġi elett l-Imħallef li jikseb il-voti ta’ iktar minn nofs l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk ebda wieħed mill-Imħallfin ma jikseb din il-maġġoranza, għandhom isiru iktar votazzjonijiet sakemm tintlaħaq din il-maġġoranza.

4.   L-Imħallfin għandhom imbagħad jeleġġu, għal perijodu ta’ tliet snin, wieħed minn fosthom bħala l-Viċi President, skont il-modalitajiet previsti fil-paragrafu preċedenti. Il-paragrafu 2 huwa applikabbli fil-każ li l-mandat tal-Viċi President jintemm qabel ma jispiċċa t-terminu normali tal-kariga tiegħu.

5.   L-ismijiet tal-President u tal-Viċi President eletti skont dan l-artikolu għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Responsabbiltajiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Il-President jirrappreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja.

2.   Il-President imexxi l-ħidma tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa jippresjedi l-laqgħat ġenerali tal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll is-seduti u d-deliberazzjonijiet tas-seduta plenarja u tal-Awla Manja.

3.   Il-President jiżgura l-funzjonament tajjeb tad-dipartimenti tal-istituzzjoni.

Artikolu 10

Responsabbiltajiet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Il-Viċi President jassisti lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu u jissostitwixxih fil-każ ta’ impediment.

2.   Huwa jissostitwixxi lill-President, fuq talba tal-President, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti fl-Artikolu 9(1) u (3) ta’ dawn ir-Regoli.

3.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, permezz ta’ deċiżjoni, tippreċiża l-kundizzjonijiet li fihom il-Viċi President jissostitwixxi lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Kostituzzjoni tal-awli

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkostitwixxi fi ħdanha awli b’ħames u bi tliet Imħallfin, skont l-Artikolu 16 tal-Istatut, u għandha tiddeċiedi dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lil dawn l-awli.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħżel l-awli b’ħames Imħallfin li, għal perijodu ta’ sena, ikunu inkarigati mill-kawżi msemmija fl-Artikolu 107 kif ukoll fl-Artikoli 193 u 194.

3.   Għall-kawżi assenjati lil kulleġġ ġudikanti skont l-Artikolu 60, “Qorti tal-Ġustizzja” f’dawn ir-Regoli tirreferi għal dan il-kulleġġ.

4.   Għall-kawżi assenjati lil awla b’ħames jew bi tliet Imħallfin, is-setgħat tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jiġu eżerċitati mill-President tal-awla.

5.   L-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli u l-għażla tal-awli inkarigati mill-kawżi msemmija fl-Artikolu 107 kif ukoll fl-Artikoli 193 u 194 għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Elezzjoni tal-Presidenti tal-awli

1.   Minnufih wara l-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Imħallfin għandhom jeleġġu, għal perijodu ta’ tliet snin, il-Presidenti tal-awli b’ħames Imħallfin.

2.   L-Imħallfin għandhom imbagħad jeleġġu, għal perijodu ta’ sena, il-Presidenti tal-awli bi tliet Imħallfin.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(2) u (3) huma applikabbli.

4.   L-ismijiet tal-Presidenti ta’ awla eletti skont dan l-artikolu għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Impediment tal-President u tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja

Fil-każ ta’ impediment tal-President u tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-funzjonijiet tal-presidenza għandhom jiġu eżerċitati minn wieħed mill-Presidenti ta’ awla b’ħames Imħallfin jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn wieħed mill-Presidenti ta’ awla bi tliet Imħallfin jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn wieħed mill-Imħallfin l-oħra, skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 7.

Artikolu 14

Nomina tal-Avukat Ġenerali Ewlieni

1.   Wara li jinstemgħu l-Avukati Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tinnomina, għal perijodu ta’ sena, Avukat Ġenerali Ewlieni.

2.   Fil-każ li l-mandat tal-Avukat Ġenerali Ewlieni jintemm qabel ma jispiċċa t-terminu normali tal-kariga tiegħu, huwa għandu jiġi ssostitwit għall-perijodu li jkun fadal.

3.   L-isem tal-Avukat Ġenerali Ewlieni nnominat skont dan l-artikolu għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Kapitolu III

FUQ L-ASSENJAZZJONI TAL-KAWŻI LILL-IMĦALLFIN RELATURI U LILL-AVUKATI ĠENERALI

Artikolu 15

Nomina tal-Imħallef Relatur

1.   Fl-iqsar żmien possibbli wara l-preżentata tal-att promotur, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jinnomina l-Imħallef Relatur inkarigat mill-kawża.

2.   Għall-kawżi msemmija fl-Artikolu 107 kif ukoll fl-Artikoli 193 u 194, l-Imħallef Relatur għandu jintgħażel minn fost l-Imħallfin tal-awla magħżula skont l-Artikolu 11(2), fuq proposta tal-President ta’ din l-awla. Jekk, skont l-Artikolu 109, l-awla tiddeċiedi li ma tissuġġettax ir-rinviju għall-proċedura b’urġenza, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jassenja l-kawża mill-ġdid lil Imħallef Relatur assenjat lil awla oħra.

3.   Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jieħu l-miżuri neċessarji fil-każ ta’ impediment ta’ Mħallef Relatur.

Artikolu 16

Nomina tal-Avukat Ġenerali

1.   L-Avukat Ġenerali Ewlieni għandu jiddeċiedi dwar l-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Avukati Ġenerali.

2.   L-Avukat Ġenerali Ewlieni għandu jieħu l-miżuri neċessarji fil-każ ta’ impediment ta’ Avukat Ġenerali.

Kapitolu IV

FUQ L-ASSISTENTI RELATURI

Artikolu 17

Assistenti Relaturi

1.   Jekk tqis li huwa neċessarju għall-eżami u l-istruttorja tal-kawżi li jkollha quddiemha, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, skont l-Artikolu 13 tal-Istatut, tipproponi l-ħatra ta’ Assistenti Relaturi.

2.   L-Assistenti Relaturi jkunu inkarigati b’mod partikolari li:

(a)

jassistu lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċeduri għal miżuri provviżorji,

(b)

jassistu lill-Imħallfin Relaturi fix-xogħol tagħhom.

3.   Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, l-Assistenti Relaturi jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-President ta’ waħda mill-awli jew ta’ Mħallef Relatur, skont il-każ.

4.   Qabel jassumu l-kariga tagħhom, l-Assistenti Relaturi għandhom jieħdu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-ġurament previst fl-Artikolu 4 ta’ dawn ir-Regoli.

Kapitolu V

FUQ IR-REĠISTRU

Artikolu 18

Ħatra tar-Reġistratur

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha taħtar ir-Reġistratur.

2.   Fil-każ li l-pożizzjoni ta’ Reġistratur tkun vakanti, għandu jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-persuni interessati għandhom jiġu mistiedna sabiex, f’terminu ta’ mhux inqas minn tliet ġimgħat, jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom flimkien mal-informazzjoni kollha dwar in-nazzjonalità tagħhom, il-kwalifiki universitarji tagħhom, il-konoxxenzi lingwistiċi tagħhom, il-karigi attwali u preċedenti tagħhom, kif ukoll dwar l-esperjenza fil-qasam ġudizzjarju u internazzjonali li huma jista’ jkollhom.

3.   Il-votazzjoni, li fiha jieħdu sehem l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali, għandha ssir skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 8(3) ta’ dawn ir-Regoli.

4.   Ir-Reġistratur għandu jinħatar għal perijodu ta’ sitt snin. Il-mandat tiegħu jista’ jiġi mġedded. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li ġġedded il-mandat tar-Reġistratur li jkun attwalment jokkupa din il-kariga mingħajr ma tintuża l-proċedura prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu.

5.   Ir-Reġistratur għandu jieħu l-ġurament previst fl-Artikolu 4 u għandu jiffirma d-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu 5.

6.   Ir-Reġistratur jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu biss jekk ma jkunx għadu fil-pussess tar-rekwiżiti meħtieġa jew jekk ma jkunx għadu jissodisfa l-obbligi tal-kariga tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu deċiżjoni wara li tkun tat lir-Reġistratur l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

7.   Jekk ir-Reġistratur jieqaf milli jeżerċita l-kariga tiegħu qabel ma jintemm il-mandat tiegħu, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha taħtar Reġistratur ġdid għal perijodu ta’ sitt snin.

8.   L-isem tar-Reġistratur elett skont dan l-artikolu għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Assistent Reġistratur

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ taħtar, skont il-proċedura prevista fir-rigward tar-Reġistratur, Assistent Reġistratur li jkun inkarigat li jassisti lir-Reġistratur u sabiex jissostitwixxih fil-każ ta’ impediment.

Artikolu 20

Responsabbiltajiet tar-Reġistratur

1.   Ir-Reġistratur huwa inkarigat li, taħt l-awtorità tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirċievi, jibgħat u jżomm id-dokumenti kollha, kif ukoll li jwettaq in-notifiki meħtieġa minn dawn ir-Regoli.

2.   Ir-Reġistratur jassisti lill-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-atti kollha tal-kariga tagħhom.

3.   Ir-Reġistratur għandu l-kustodja tas-siġilli u huwa responsabbli għall-arkivji. Huwa jieħu ħsieb il-pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, il-pubblikazzjoni tal-Ġabra tal-ġurisprudenza.

4.   Ir-Reġistratur imexxi d-dipartimenti tal-istituzzjoni, taħt l-awtorità tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-persunal u għall-amministrazzjoni, kif ukoll għall-preparazzjoni u għall-eżekuzzjoni tal-baġit.

Artikolu 21

Żamma ta’ reġistru

1.   Fir-Reġistru għandu jinżamm, taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur, reġistru li fih jiġu rreġistrati, meta u fl-ordni li ssir il-preżentata tagħhom, l-atti proċedurali kollha u l-annessi u d-dokumenti kollha ppreżentati insostenn tagħhom.

2.   Ir-Reġistratur għandu jagħmel notament tar-reġistrazzjoni fuq id-dokumenti oriġinali u, fuq talba tal-partijiet, fuq il-kopji li huma jippreżentaw għal dan il-għan.

3.   Ir-reġistrazzjonijiet u n-notamenti previsti fil-paragrafu preċedenti huma atti awtentiċi.

4.   Għandu jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li fih jiġu indikati d-data tar-reġistrazzjoni tar-rikors promotur, l-isem tal-partijiet, it-talbiet tar-rikors kif ukoll il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati jew, skont il-każ, id-data tal-preżentata tat-talba għal deċiżjoni preliminari kif ukoll l-indikazzjoni tal-qorti tar-rinviju, tal-partijiet fil-kawża prinċipali u tad-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 22

Konsultazzjoni tar-reġistru, tas-sentenzi u tad-digrieti

1.   Kull persuna tista’ tikkonsulta r-reġistru li jinżamm fir-Reġistru u tista’ tikseb kopji jew estratti tar-reġistru skont it-tariffa tar-Reġistru stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq proposta tar-Reġistratur.

2.   Kull parti fl-istanza tista’ tikseb, skont it-tariffa tar-Reġistru, kopji awtentikati tal-atti proċedurali.

3.   Barra minn dan, kull persuna tista’ tikseb, skont it-tariffa tar-Reġistru, kopji awtentikati tas-sentenzi u tad-digrieti.

Kapitolu VI

FUQ IL-FUNZJONAMENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Artikolu 23

Post fejn jinżammu s-seduti tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, għal waħda jew iktar seduti speċifiċi, tagħżel post differenti minn dak fejn għandha s-sede tagħha.

Artikolu 24

Kalendarju tal-ħidma tal-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Is-sena ġudizzjarja tibda fis-7 ta’ Ottubru ta’ sena kalendarja u tispiċċa fis-6 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.

2.   Il-vaganzi ġudizzjarji għandhom jiġu stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja.

3.   Matul il-vaganzi ġudizzjarji, il-President jista’, fil-każ ta’ urġenza, ilaqqa’ lill-Imħallfin u lill-Avukati Ġenerali.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tosserva l-jiem ta’ vaganza legali tal-post fejn għandha s-sede tagħha.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, għal raġunijiet validi, tagħti leave lill-Imħallfin u lill-Avukati Ġenerali.

6.   Id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji u l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali għandhom jiġu ppubblikati kull sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25

Laqgħa ġenerali

Id-deċiżjonijiet li jkunu jikkonċernaw kwistjonijiet amministrattivi jew il-provvedimenti li għandhom jittieħdu fuq il-proposti li jinsabu fir-rapport preliminari msemmi fl-Artikolu 59 ta’ dawn ir-Regoli għandhom jittieħdu mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-laqgħa ġenerali li fiha għandhom jipparteċipaw, bi dritt ta’ vot, l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali kollha. Ir-Reġistratur għandu jkun preżenti għal dawn id-deliberazzjonijiet sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidix mod ieħor.

Artikolu 26

Redazzjoni tal-proċessi verbali

Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiltaqa’ mingħajr il-preżenza tar-Reġistratur, hija għandha tinkariga lill-Imħallef l-inqas anzjan fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ dawn ir-Regoli sabiex iħejji, jekk ikun meħtieġ, proċess verbal li għandu jiġi ffirmat mill-President u minn dan l-Imħallef.

Kapitolu VII

FUQ IL-KULLEĠĠI ĠUDIKANTI

Taqsima 1.   Fuq il-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti

Artikolu 27

Kompożizzjoni tal-Awla Manja

1.   L-Awla Manja għandha tkun komposta, għal kull kawża, mill-President u mill-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn tliet Presidenti ta’ awla b’ħames Imħallfin, mill-Imħallef Relatur u min-numru ta’ Mħallfin li jkunu neċessarji sabiex jintlaħaq total ta’ ħmistax. Dawn l-Imħallfin tal-aħħar u t-tliet Presidenti ta’ awla b’ħames Imħallfin għandhom jiġu nnominati fuq il-bażi tal-listi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-artikolu, u skont l-ordni indikat f’dawn il-listi. B’dan illi, għal kull kawża assenjata lill-Awla Manja, l-ewwel isem f’kull waħda minn dawn il-listi għandu jkun l-isem tal-Imħallef li jiġi minnufih wara l-aħħar Imħallef innominat fuq il-bażi ta’ din il-lista għall-aħħar kawża assenjata lil dan il-kulleġġ ġudikanti.

2.   Wara l-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, segwita mill-elezzjoni tal-Presidenti ta’ awla b’ħames Imħallfin, għandhom jiġu stabbiliti lista tal-Presidenti ta’ awla b’ħames Imħallfin u lista tal-Imħallfin l-oħra għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awla Manja.

3.   Il-lista tal-Presidenti ta’ awla b’ħames Imħallfin għandha ssegwi l-ordni stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dawn ir-Regoli.

4.   Il-lista tal-Imħallfin l-oħra għandha ssegwi, b’alternanza, l-ordni stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dawn ir-Regoli u l-ordni invers: b’hekk, l-ewwel Imħallef fuq din il-lista jkun l-ewwel wieħed fl-ordni stabbilit fl-artikolu msemmi, it-tieni Mħallef fuq il-lista jkun l-aħħar wieħed skont dan l-ordni, it-tielet Imħallef ikun it-tieni wieħed skont dan l-ordni, ir-raba’ Mħallef ikun dak ta’ qabel tal-aħħar skont dan l-ordni, bil-bqija tal-lista stabbilita b’dan il-mod.

5.   Il-listi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.   Fil-kawżi li jiġu assenjati lill-Awla Manja bejn il-bidu ta’ sena kalendarja li fiha għandu jsir tibdil parjzali tal-Imħallfin u d-data li fiha jsir dan it-tibdil, jistgħu jiġu nnominati żewġ Imħallfin supplenti sabiex jikkompletaw il-kulleġġ ġudikanti sakemm ikun għad hemm dubji dwar jekk ikunx ser jintlaħaq il-kworum imsemmi fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Istatut. Iż-żewġ Imħallfin li fil-lista msemmija fil-paragrafu 4 jinsabu minnufih wara l-aħħar Imħallef innominat għall-kompożizzjoni tal-Awla Manja fil-kawża kkonċernata għandhom jaġixxu bħala Mħallfin supplenti.

7.   L-Imħallfin supplenti għandhom jissostitwixxu, fl-ordni tal-lista msemmija fil-paragrafu 4, lill-Imħallfin li, jekk ikun il-każ, ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fid-deċiżjoni dwar il-kawża.

Artikolu 28

Kompożizzjoni tal-awli b’ħames u bi tliet Imħallfin

1.   L-awli b’ħames Imħallfin u bi tliet Imħallfin għandhom ikunu komposti, għal kull kawża, mill-President tal-awla, mill-Imħallef Relatur u min-numru ta’ Mħallfin li jkunu neċessarji sabiex jintlaħaq total ta’ ħames u tliet Imħallfin, rispettivament. Dawn l-Imħallfin tal-aħħar għandhom jiġu nnominati fuq il-bażi tal-listi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, u skont l-ordni indikat f’dawn il-listi. Għal kull kawża assenjata lil awla, l-ewwel isem f’dawn il-listi għandu jkun l-isem tal-Imħallef li jiġi minnufih wara l-aħħar Imħallef innominat fuq il-bażi ta’ din il-lista għall-aħħar kawża assenjata lill-awla inkwistjoni.

2.   Għall-finijiet tal-kompożizzjoni tal-awli b’ħames Imħallfin, għandhom jiġu stabbiliti, wara l-elezzjoni tal-Presidenti ta’ dawn l-awli, listi li jinkludu l-Imħallfin kollha assenjati lill-awla kkonċernata, bl-eċċezzjoni tal-President tagħha. Il-listi għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod bħal-lista msemmija fl-Artikolu 27(4).

3.   Għall-finijiet tal-kompożizzjoni tal-awli bi tliet Imħallfin, għandhom jiġu stabbiliti, wara l-elezzjoni tal-Presidenti ta’ dawn l-awli, listi li jinkludu l-Imħallfin kollha assenjati lill-awla kkonċernata, bl-eċċezzjoni tal-President tagħha. Il-listi għandhom jiġu stabbiliti skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 7.

4.   Il-listi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Kompożizzjoni tal-awli fil-każ ta’ konnessjoni jew fil-każ ta’ astensjoni

1.   Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li diversi kawżi għandhom jiġu deċiżi flimkien mill-istess kulleġġ ġudikanti, il-kompożizzjoni ta’ dan il-kulleġġ ġudikanti għandha tkun dik stabbilita għall-kawża li r-rapport preliminari fir-rigward tagħha jkun ġie eżaminat l-ewwel.

2.   Meta awla li lilha tkun ġiet assenjata kawża titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, bis-saħħa tal-Artikolu 60(3) ta’ dawn ir-Regoli, li din il-kawża tiġi assenjata mill-ġdid lil kulleġġ ġudikanti ikbar, dan il-kulleġġ ġudikanti għandu jinkludi l-Membri tal-awla li tkun astjeniet milli tieħu konjizzjoni.

Artikolu 30

Impediment ta’ President ta’ awla

1.   Fil-każ ta’ impediment tal-President ta’ awla b’ħames Imħallfin, il-funzjonijiet ta’ President ta’ awla għandhom jiġu eżerċitati minn President ta’ awla bi tliet Imħallfin, jekk ikun il-każ skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dawn ir-Regoli, jew, jekk ebda President ta’ awla bi tliet Imħallfin ma jkun jagħmel parti mill-kulleġġ ġudikanti, minn wieħed mill-Imħallfin l-oħra skont l-ordni stabbilit fl-imsemmi Artikolu 7.

2.   Fil-każ ta’ impediment tal-President ta’ awla bi tliet Imħallfin, il-funzjonijiet ta’ President ta’ awla għandhom jiġu eżerċitati minn Imħallef tal-kulleġġ ġudikanti skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 7.

Artikolu 31

Impediment ta’ Membru tal-kulleġġ ġudikanti

1.   Fil-każ ta’ impediment ta’ Membru tal-Awla Manja, dan il-Membru għandu jiġi ssostitwit minn Imħallef ieħor skont l-ordni tal-lista msemmija fl-Artikolu 27(4).

2.   Fil-każ ta’ impediment ta’ Membru ta’ awla b’ħames Imħallfin, dan il-Membru għandu jiġi ssostitwit minn Imħallef ieħor li jagħmel parti mill-istess awla, skont l-ordni tal-lista msemmija fl-Artikolu 28(2). Jekk l-Imħallef impedit ma jkunx jista’ jiġi ssostitwit minn Imħallef li jagħmel parti mill-istess awla, il-President ta’ din l-awla għandu jinforma b’dan lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jista’ jinnomina Mħallef ieħor sabiex jikkompleta l-awla.

3.   Fil-każ ta’ impediment ta’ Membru ta’ awla bi tliet Imħallfin, dan il-Membru għandu jiġi ssostitwit minn Imħallef ieħor li jagħmel parti mill-istess awla, skont l-ordni tal-lista msemmija fl-Artikolu 28(3). Jekk l-Imħallef impedit ma jkunx jista’ jiġi ssostitwit minn Imħallef li jagħmel parti mill-istess awla, il-President ta’ din l-awla għandu jinforma b’dan lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jista’ jinnomina Mħallef ieħor sabiex jikkompleta l-awla.

Taqsima 2.   Fuq id-deliberazzjonijiet

Artikolu 32

Modalitajiet tad-deliberazzjonijiet

1.   Id-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom ikunu u jibqgħu sigrieti.

2.   Meta tkun inżammet seduta għas-sottomissjonijiet orali, huma biss l-Imħallfin li jkunu pparteċipaw f’din is-seduta u, eventwalment, l-Imħallef Relatur li jiġi inkarigat mill-kawża, li jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet.

3.   Kull wieħed mill-Imħallfin li jkun qiegħed jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet għandu jesprimi l-opinjoni tiegħu, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għaliha.

4.   Il-konklużjonijiet adottati wara diskussjoni finali mill-maġġoranza tal-Imħallfin għandhom jiddeterminaw id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 33

Numru ta’ Mħallfin li jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet

Jekk, minħabba impediment, l-Imħallfin ikunu f’numru biż-żewġ, l-Imħallef l-inqas anzjan fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ dawn ir-Regoli għandu jastjeni milli jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet, sakemm ma jkunx l-Imħallef Relatur. F’dan il-każ, huwa l-Imħallef li jiġi minnufih qablu fl-ordni ta’ anzjanità li għandu jastjeni milli jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet.

Artikolu 34

Kworum tal-Awla Manja

1.   Jekk, għal kawża assenjata lill-Awla Manja, ma jkunx għadu possibbli li jintlaħaq il-kworum imsemmi fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Istatut, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jinnomina Mħallef wieħed jew iktar skont l-ordni tal-lista msemmija fl-Artikolu 27(4) ta’ dawn ir-Regoli.

2.   Jekk tkun inżammet seduta għas-sottomissjonijiet orali qabel din in-nomina, għandhom jerġgħu jinstemgħu s-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.

Artikolu 35

Kworum tal-awli b’ħames jew bi tliet Imħallfin

1.   Jekk, għal kawża assenjata lil awla b’ħames jew bi tliet Imħallfin, ma jkunx għadu possibbli li jintlaħaq il-kworum imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Istatut, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jinnomina Mħallef wieħed jew iktar skont l-ordni tal-listi msemmija rispettivament fl-Artikolu 28(2) u fl-Artikolu 28(3) ta’ dawn ir-Regoli. Jekk l-Imħallef impedit ma jkunx jista’ jiġi ssostitwit minn Imħallef li jagħmel parti mill-istess awla, il-President ta’ din l-awla għandu jinforma minnufih b’dan lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li għandu jinnomina Mħallef ieħor sabiex jikkompleta l-awla.

2.   L-Artikolu 34(2) għandu japplika, mutatis mutandis, għall-awli b’ħames u bi tliet Imħallfin.

Kapitolu VIII

FUQ IS-SISTEMA LINGWISTIKA

Artikolu 36

Lingwi tal-kawża

Il-lingwi tal-kawża huma l-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.

Artikolu 37

Determinazzjoni tal-lingwa tal-kawża

1.   Fir-rikorsi diretti, il-lingwa tal-kawża tintgħażel mir-rikorrent, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-konvenut ikun Stat Membru, il-lingwa tal-kawża għandha tkun il-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat; fil-każ li l-Istat ikollu iktar minn lingwa uffiċjali waħda, ir-rikorrent għandu l-possibbiltà jagħżel il-lingwa li jippreferi;

(b)

fuq talba konġunta tal-partijiet, jista’ jiġi awtorizzat l-użu totali jew parzjali ta’ lingwa oħra minn fost il-lingwi msemmija fl-Artikolu 36;

(c)

fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, u wara li jinstemgħu l-parti l-oħra u l-Avukat Ġenerali, jista’ jiġi awtorizzat, b’deroga mid-dispożizzjonijiet tas-subparagrafi (a) u (b), l-użu totali jew parzjali bħala lingwa tal-kawża ta’ lingwa oħra minn fost il-lingwi msemmija fl-Artikolu 36; din it-talba ma tistax titressaq minn waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

2.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet previsti fis-subparagrafi (b) u (c) tal-paragrafu preċedenti, u bla ħsara għall-Artikolu 38(4) u (5) ta’ dawn ir-Regoli,

(a)

fil-każ ta’ appell mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali, imsemmi fl-Artikoli 56 u 57 tal-Istatut, il-lingwa tal-kawża għandha tkun dik tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tkun is-suġġett tal-appell;

(b)

meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 62 tal-Istatut, li teżamina mill-ġdid deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, il-lingwa tal-kawża għandha tkun dik tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tkun is-suġġett tal-eżami mill-ġdid;

(c)

fil-każ tal-kontestazzjonijiet dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru, tal-oppożizzjoni għal sentenza mogħtija fil-kontumaċja, tal-oppożizzjoni minn terzi kif ukoll tat-talbiet għal interpretazzjoni, għal reviżjoni u tat-talbiet intiżi sabiex jiġi rrimedjat nuqqas li tingħata deċiżjoni, il-lingwa tal-kawża għandha tkun dik tad-deċiżjoni li fir-rigward tagħha jkunu tressqu dawn it-talbiet jew kontestazzjonijiet.

3.   Fil-proċeduri għal deċiżjoni preliminari, il-lingwa tal-kawża għandha tkun il-lingwa tal-qorti tar-rinviju. Fuq talba debitament ġustifikata ta’ waħda mill-partijiet fil-kawża prinċipali, u wara li jinstemgħu l-parti l-oħra fil-kawża prinċipali u l-Avukat Ġenerali, l-użu ta’ lingwa oħra minn fost dawk imsemmija fl-Artikolu 36 jista’ jiġi awtorizzat għall-fażi orali tal-proċedura. Meta tingħata, din l-awtorizzazzjoni tapplika għall-partijiet interessati kollha msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut.

4.   Id-deċiżjoni dwar it-talbiet imsemmija iktar ’il fuq tista’ tittieħed mill-President; il-President jista’ u, meta jkollu l-intenzjoni li jilqa’ t-talba mingħajr il-kunsens tal-partijiet kollha, għandu jgħaddi t-talba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 38

Użu tal-lingwa tal-kawża

1.   Il-lingwa tal-kawża għandha tintuża b’mod partikolari fin-noti u fis-sottomissjonijiet orali tal-partijiet, inklużi l-annessi u d-dokumenti prodotti jew mehmuża, kif ukoll fil-proċessi verbali u d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2.   Kull anness u kull dokument ippreżentat jew mehmuż li jkun miktub b’lingwa differenti mil-lingwa tal-kawża għandu jkollu miegħu traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża.

3.   Madankollu, fil-każ ta’ annessi u dokumenti voluminużi, jistgħu jiġu ppreżentati traduzzjonijiet ta’ estratti. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, ex officio jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tordna li ssir traduzzjoni iktar kompluta jew sħiħa.

4.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet preċedenti, l-Istati Membri huma awtorizzati jużaw il-lingwa uffiċjali tagħhom meta jipparteċipaw fi proċedura għal deċiżjoni preliminari, meta jagħmlu intervent f’kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew meta jressqu kawża quddiem din tal-aħħar taħt l-Artikolu 259 TFUE. Din id-dispożizzjoni tapplika kemm għad-dokumenti miktuba u kemm għad-dikjarazzjonijiet orali. F’kull każ, it-traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża għandha tiġi żgurata mir-Reġistratur.

5.   L-Istati parti fil-Ftehim ŻEE, minbarra l-Istati Membri, kif ukoll l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA, jistgħu jiġu awtorizzati jużaw waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36, li tkun differenti mil-lingwa tal-kawża, meta jipparteċipaw fi proċedura għal deċiżjoni preliminari jew meta jagħmlu intervent f’kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Din id-dispożizzjoni tapplika kemm għad-dokumenti miktuba u kemm għad-dikjarazzjonijiet orali. F’kull każ, it-traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża għandha tiġi żgurata mir-Reġistratur.

6.   L-Istati terzi li japparteċipaw fi proċedura għal deċiżjoni preliminari, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut, jistgħu jiġu awtorizzati jużaw waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36, li tkun differenti mil-lingwa tal-kawża. Din id-dispożizzjoni tapplika kemm għad-dokumenti miktuba u kemm għad-dikjarazzjonijiet orali. F’kull każ, it-traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża għandha tiġi żgurata mir-Reġistratur.

7.   Meta x-xhieda jew il-periti jiddikjaraw li ma jistgħux jesprimu ruħhom b’mod adegwat f’waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tawtorizzahom jifformulaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom f’lingwa oħra. Ir-Reġistratur għandu jiżgura t-traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża.

8.   Il-President u l-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll il-Presidenti ta’ awla fit-tmexxija tat-trattazzjoni, l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali meta jagħmlu mistoqsijiet, u l-Avukati Ġenerali fil-konklużjonijiet tagħhom jistgħu jużaw waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36, li tkun differenti mil-lingwa tal-kawża. Ir-Reġistratur għandu jiżgura t-traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża.

Artikolu 39

Responsabbiltà tar-Reġistratur fil-qasam lingwistiku

Fuq talba ta’ wieħed mill-Imħallfin, tal-Avukat Ġenerali jew ta’ parti, ir-Reġistratur għandu jiżgura li ssir it-traduzzjoni, fil-lingwi magħżula minnhom u msemmija fl-Artikolu 36, ta’ dak li jintqal jew jinkiteb matul il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 40

Sistema lingwistika tal-pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom isiru fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 tal-Kunsill.

Artikolu 41

Testi awtentiċi

It-testi miktuba fil-lingwa tal-kawża jew, jekk ikun il-każ, f’lingwa oħra awtorizzata skont l-Artikoli 37 u 38 ta’ dawn ir-Regoli, huma testi awtentiċi.

Artikolu 42

Dipartiment lingwistiku tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha twaqqaf dipartiment lingwistiku kompost minn esperti li għandhom taħriġ ġuridiku adegwat u għarfien wiesa’ ta’ diversi lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI KOMUNI

Kapitolu I

FUQ ID-DRITTJIET U L-OBBLIGI TAL-AĠENTI, TAL-KONSULENTI U TAL-AVUKATI

Artikolu 43

Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet

1.   L-aġenti, il-konsulenti u l-avukati li jidhru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew quddiem awtorità ġudizzjarja mqabbda mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ ittra rogatorja, għandhom igawdu minn immunità għal dak li jintqal u li jinkiteb minnhom dwar il-kawża jew il-partijiet.

2.   L-aġenti, il-konsulenti u l-avukati għandhom igawdu wkoll mill-privileġġi u l-faċilitajiet li ġejjin:

a)

l-atti u d-dokumenti kollha li jikkonċernaw il-proċedura huma eżenti mit-tfittxija u s-sekwestru. Fil-każ ta’ kontestazzjoni, l-uffiċjali tad-dwana jew tal-pulizija jistgħu jissiġillaw l-atti u d-dokumenti inkwistjoni li mbagħad għandhom jintbagħtu minnufih lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġu spezzjonati fil-preżenza tar-Reġistratur u tal-persuna kkonċernata;

b)

l-aġenti, il-konsulenti u l-avukati għandhom igawdu mil-libertà li jivvjaġġaw sa fejn dan ikun neċessarju għat-twettiq tax-xogħol tagħhom.

Artikolu 44

Kwalità ta’ rappreżentanti tal-partijiet

1.   Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-privileġġi, mill-immunitajiet u mill-faċilitajiet imsemmija fl-artikolu preċedenti, il-persuni kkonċernati għandhom jipproduċu prova minn qabel tal-kwalità tagħhom:

a)

fil-każ tal-aġenti, permezz ta’ dokument uffiċjali maħruġ mill-mandant tagħhom, li għandu jibgħat minnufih kopja tiegħu lir-Reġistratur;

b)

fil-każ tal-avukati, permezz ta’ dokument ta’ attestazzjoni li jiċċertifika li huma awtorizzati jipprattikaw quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor parti fil-Ftehim ŻEE u, meta l-parti rrappreżentata minnhom tkun persuna ġuridika taħt id-dritt privat, permezz ta’ mandat maħruġ minn din tal-aħħar;

c)

fil-każ tal-konsulenti, permezz ta’ mandat maħruġ mill-parti assistita minnhom.

2.   Meta jkun meħtieġ, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu joħroġilhom dokument ta’ attestazzjoni. Il-validità ta’ dan id-dokument hija limitata għal terminu determinat; il-validità tista’ tiġi pprorogata jew imqassra skont it-tul tal-proċedura.

Artikolu 45

Tneħħija tal-immunità

1.   Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 43 ta’ dawn ir-Regoli għandhom jingħataw esklużivament fl-interess tal-kawża.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tneħħi l-immunità meta tqis li t-tneħħija tagħha ma tippreġudikax l-interessi tal-kawża.

Artikolu 46

Esklużjoni mill-proċedura

1.   Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-aġir ta’ aġent, konsulent jew avukat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huwa inkompatibbli mad-dekor tal-Qorti tal-Ġustizzja jew mar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, jew li dan l-aġent, konsulent jew avukat qiegħed juża d-drittijiet li huwa għandu bis-saħħa tal-funzjoni tiegħu għal finijiet differenti minn dawk li għalihom ingħatawlu dawn id-drittijiet, hija għandha tinforma b’dan lill-persuna kkonċernata. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tinforma b’dan lill-awtoritajiet kompetenti li taqa’ taħthom il-persuna kkonċernata, kopja tal-ittra indirizzata lil dawn l-awtoritajiet għandha tintbagħat lill-persuna kkonċernata.

2.   Għall-istess raġunijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin u wara li jinstemgħu l-persuna kkonċernata u l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi, permezz ta’ digriet motivat, li teskludi aġent, konsulent jew avukat mill-proċedura. Dan id-digriet għandu jkollu effett immedjat.

3.   Meta aġent, konsulent jew avukat jiġi eskluż mill-proċedura, il-proċedura għandha tiġi sospiża sal-iskadenza ta’ terminu ffissat mill-President sabiex il-parti kkonċernata tkun tista’ tinnomina aġent, konsulent jew avukat ieħor.

4.   Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-artikolu jistgħu jiġu rrevokati.

Artikolu 47

Għalliema tal-università u partijiet fil-kawża prinċipali

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu huma applikabbli għall-għalliema tal-università li għandhom id-dritt li jagħmlu sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 19 tal-Istatut.

2.   Dawn id-dispożizzjonijiet huma applikabbli wkoll, fil-kuntest tar-rinviji għal deċiżjoni preliminari, għall-partijiet fil-kawża prinċipali meta, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli, dawn il-partijiet huma awtorizzati jidhru quddiem qorti mingħajr l-assistenza ta’ avukat kif ukoll għall-persuni awtorizzati sabiex jirrappreżentawhom skont dawn l-istess regoli.

Kapitolu II

FUQ IN-NOTIFIKI

Artikolu 48

Modi ta’ notifika

1.   In-notifiki previsti f’dawn ir-Regoli għandhom isiru, taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur, fl-indirizz għan-notifika magħżul mid-destinatarju, jew billi tintbagħat kopja tal-att li għandu jiġi nnotifikat permezz ta’ ittra rreġistrata, b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta, jew billi din il-kopja tingħata direttament lid-destinatarju bl-għoti ta’ rċevuta. Il-kopji tal-oriġinal li għandhom jiġu nnotifikati għandhom jiġu ppreparati u awtentikati mir-Reġistratur, sakemm dawn il-kopji ma jkunux ġew prodotti mill-partijiet stess skont l-Artikolu 57(2) ta’ dawn ir-Regoli.

2.   Meta d-destinatarju jkun ta l-kunsens tiegħu li n-notifiki jsirulu permezz ta’ faks jew permezz ta’ kull mezz tekniku ta’ komunikazzjoni ieħor, in-notifika ta’ kull att proċedurali, inklużi s-sentenzi u d-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja, tista’ ssir billi tintbagħat kopja tad-dokument b’dan il-mezz.

3.   Jekk, minħabba raġunijiet tekniċi jew minħabba n-natura jew il-volum tal-att, ma tkunx tista’ ssir tali trażmissjoni, l-att għandu jiġi nnotifikat, jekk ma tkunx ġiet indikata l-għażla tal-indirizz għan-notifika tad-destinatarju, fl-indirizz tad-destinatarju skont il-modalitajiet previsti fil-paragrafu 1. Id-destinatarju għandu jiġi informat dwar dan permezz ta’ faks jew permezz ta’ kull mezz tekniku ta’ komunikazzjoni ieħor. F’dan il-każ, huwa preżunt li l-ittra rreġistrata mibgħuta lid-destinatarju tkun waslitlu fl-għaxar jum wara d-depożitu ta’ din l-ittra fl-uffiċċju postali ta’ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja għandha s-sede tagħha, sakemm mid-dikjarazzjoni ta’ rċevuta ma jirriżultax li l-ittra wasslet għand id-destinatarju f’jum ieħor jew sakemm id-destinatarju ma jinformax lir-Reġistratur, f’terminu ta’ tliet ġimgħat li jiddekorri mill-komunikazzjoni, permezz ta’ faks jew ta’ kull mezz tekniku ta’ komunikazzjoni ieħor, li n-notifika ma waslitlux.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, permezz ta’ deċiżjoni, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom att proċedurali jista’ jiġi nnotifikat b’mezzi elettroniċi. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Kapitolu III

FUQ IT-TERMINI

Artikolu 49

Kalkolu tat-termini

1.   It-termini proċedurali previsti fit-Trattati, fl-Istatut u f’dawn ir-Regoli għandhom jiġi kkalkolati kif ġej:

(a)

jekk terminu espress f’jiem, f’ġimgħat, f’xhur jew fi snin għandu jibda jiddekorri mill-mument li fih iseħħ avveniment jew li fih jitwettaq att, il-jum li matulu jseħħ dan l-avveniment jew jitwettaq dan l-att ma għandux jiġi inkluż fit-terminu;

(b)

terminu espress f’ġimgħat, f’xhur jew fi snin għandu jiskadi mat-tmiem tal-jum li, fl-aħħar ġimgħa, fl-aħħar xahar jew fl-aħħar sena, ikollu l-istess isem jew l-istess numru bħall-jum li matulu seħħ l-avveniment jew twettaq l-att li minnu għandu jiġi kkalkolat it-terminu. Jekk, fil-każ ta’ terminu espress f’xhur jew fi snin, il-jum stabbilit għall-iskadenza ta’ dan it-terminu ma jinzertax fl-aħħar xahar, it-terminu għandu jiskadi mat-tmiem tal-aħħar jum ta’ dan ix-xahar;

(c)

meta terminu jkun espress f’xhur u f’jiem, għandhom l-ewwel jitqiesu x-xhur sħaħ u mbagħad il-jiem;

(d)

it-termini jinkludu s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-jiem ta’ vaganza legali msemmija fl-Artikolu 24(6) ta’ dawn ir-Regoli;

(e)

it-termini ma jiġux sospiżi matul il-vaganzi ġudizzjarji.

2.   Jekk il-jum li fih jiskadi t-terminu jkun is-Sibt, il-Ħadd jew jum ta’ vaganza legali, l-iskadenza ta’ dan it-terminu għandha tiġi ddifferita għat-tmiem tal-jum ta’ xogħol li jmiss.

Artikolu 50

Rikors kontra att ta’ istituzzjoni

Meta terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra att ta’ istituzzjoni jibda jiddekorri mill-pubblikazzjoni tal-att, it-terminu għandu jiġi kkalkolat, fis-sens tal-Artikolu 49(1)(a), mit-tmiem tal-erbatax-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 51

Terminu għal raġuni ta’ distanza

It-termini proċedurali għandhom jiżdiedu b’terminu fiss ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza.

Artikolu 52

Iffissar u proroga ta’ termini

1.   It-termini ffissati mill-Qorti tal-Ġustizzja skont dawn ir-Regoli jistgħu jiġu pprorogati.

2.   Il-President u l-Presidenti ta’ awla jistgħu jiddelegaw lir-Reġistratur is-setgħa li jiffirma fir-rigward tal-iffissar ta’ ċerti termini li, skont dawn ir-Regoli, għandhom jiġu stabbiliti minnhom, jew fir-rigward tal-proroga tagħhom.

Kapitolu IV

FUQ ID-DIVERSI MODI TA’ TRATTAMENT TAL-KAWŻI

Artikolu 53

Modi ta’ trattament tal-kawżi

1.   Bla ħsara għal dispożizzjonijiet partikolari previsti fl-Istatut jew f’dawn ir-Regoli, il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tinkludi fażi bil-miktub u fażi orali.

2.   Meta l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma jkollhiex kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża jew meta talba jew rikors ikunu manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.

3.   Fid-dawl ta’ ċirkustanzi partikolari, il-President jista’ jiddeċiedi li kawża għandha tinqata’ bi prijorità.

4.   Kawża tista’ tiġi suġġetta għal proċedura mħaffa fil-kundizzjonijiet previsti f’dawn ir-Regoli.

5.   Rinviju għal deċiżjoni preliminari jista’ jiġi suġġett għal proċedura b’urġenza fil-kundizzjonijiet previsti f’dawn ir-Regoli.

Artikolu 54

Kawżi magħquda

1.   Meta diversi kawżi tal-istess natura jkollhom l-istess suġġett, dawn il-kawżi jistgħu, f’kull ħin, jintgħaqdu minħabba konnessjoni għall-finijiet tal-fażi bil-miktub jew orali tal-proċedura, jew għall-finijiet tas-sentenza li tagħlaq l-istanza.

2.   Il-President għandu jiddeċiedi dwar it-tgħaqqid tal-kawżi, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jekk il-kawżi inkwistjoni kienu diġà ġew assenjati, u, ħlief fil-każ tar-rinviji għal deċiżjoni preliminari, wara li jinstemgħu il-partijiet ukoll. Il-President jista’ jgħaddi d-deċiżjoni dwar din il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

3.   Kawżi magħquda jistgħu jerġgħu jinfirdu, fil-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2.

Artikolu 55

Sospensjoni tal-proċedura

1.   Il-proċedura tista’ tiġi sospiża:

(a)

fil-każijiet previsti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 54 tal-Istatut, permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja, mogħti wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, permezz ta’ deċiżjoni tal-President, mogħtija wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali u, bl-eċċezzjoni tar-rinviji għal deċiżjoni preliminari, il-partijiet.

2.   Il-proċedura tista’ titkompla permezz ta’ digriet jew ta’ deċiżjoni mogħtija skont l-istess modalitajiet.

3.   Id-digrieti jew id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi preċedenti għandhom jiġu nnotifikati lill-partijiet jew lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut.

4.   Is-sospensjoni tal-proċedura tidħol fis-seħħ fid-data indikata fid-digriet jew fid-deċiżjoni ta’ sospensjoni jew, fin-nuqqas ta’ tali indikazzjoni, fid-data ta’ dan id-digriet jew deċiżjoni.

5.   Matul il-perijodu ta’ sospensjoni, ebda terminu proċedurali ma jiddekorri fir-rigward tal-partijiet jew lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut.

6.   Meta d-digriet jew id-deċiżjoni ta’ sospensjoni ma jiffissawx meta għandha tintemm is-sospensjoni, din tintemm fid-data indikata fid-digriet jew fid-deċiżjoni ta’ tkomplija tal-proċedura jew, fin-nuqqas ta’ tali indikazzjoni, fid-data ta’ dan id-digriet jew deċiżjoni.

7.   Mid-data tat-tkomplija tal-proċedura wara s-sospensjoni, it-termini proċedurali interrotti għandhom jiġu ssostitwiti b’termini ġodda li jibdew jiddekorru mid-data ta’ din it-tkomplija.

Artikolu 56

Differiment ta’ kawża għall-għoti ta’ deċiżjoni

Fid-dawl ta’ ċirkustanzi partikolari, il-President jista’, ex officio jew fuq talba ta’ parti, u wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur, l-Avukat Ġenerali u l-partijiet, jiddeċiedi li kawża għandha tiġi ddifferita sabiex tiġi deċiża f’data sussegwenti.

Kapitolu V

FUQ IL-FAŻI BIL-MIKTUB TAL-PROĊEDURA

Artikolu 57

Preżentata tal-atti proċedurali

1.   L-oriġinal ta’ kull att proċedurali għandu jkun iffirmat bl-idejn mill-aġent jew mill-avukat tal-parti jew, fir-rigward tal-osservazzjonijiet ippreżentati fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari, mill-parti fil-kawża prinċipali jew mir-rappreżentant tagħha meta r-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali jippermettu dan.

2.   Dan l-att, flimkien mal-annessi kollha li jissemmew fih, għandu jiġi ppreżentat flimkien ma’ ħames kopji għall-Qorti tal-Ġustizzja u, fir-rigward tal-proċeduri li ma jkunux proċeduri għal deċiżjoni preliminari, kopja għal kull parti fil-kawża. Dawn il-kopji għandhom jiġu awtentikati mill-parti li tippreżentahom.

3.   Barra minn dan, l-istituzzjonijiet għandhom jipproduċu, fit-termini ffissati mill-Qorti tal-Ġustizzja, it-traduzzjonijiet ta’ kull att proċedurali fil-lingwi l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 tal-Kunsill. Il-paragrafu preċedenti huwa applikabbli.

4.   Ma’ kull att proċedurali għandu jiġi anness faxxiklu, li jiġbor fih l-annessi u d-dokumenti invokati insostenn tal-att, bi skeda li telenka dawn l-annessi u dokumenti.

5.   Jekk, minħabba l-volum ta’ anness jew ta’ dokument, mal-att proċedurali jiġu mehmuża biss estratti minn dan l-anness jew dokument, l-att jew id-dokument kollu jew kopja sħiħa tagħhom għandhom jiġu ppreżentati fir-Reġistru.

6.   Kull att proċedurali għandu jkollu data. Għall-finijiet tat-termini proċedurali, huma biss id-data u s-siegħa tal-preżentata tal-oriġinal fir-Reġistru li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.

7.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6, id-data u s-siegħa li fihom kopja tal-oriġinal iffirmat ta’ att proċedurali, inkluża l-iskeda bil-lista tal-annessi u dokumenti msemmija fil-paragrafu 4, tasal fir-Reġistru permezz ta’ faks jew permezz ta’ kull mezz tekniku ta’ komunikazzjoni ieħor użat mill-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tat-termini proċedurali jekk l-oriġinal iffirmat tal-att, flimkien mal-annessi u mal-kopji msemmija fil-paragrafu 2, jiġi ppreżentat fir-Reġistru sa mhux iktar tard minn għaxart’ijiem wara.

8.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 sa 6, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, permezz ta’ deċiżjoni, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom att proċedurali trażmess lir-Reġistru b’mezz elettroniku jista’ jitqies li huwa l-oriġinal ta’ dan l-att. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 58

Tul tal-atti proċedurali

Bla ħsara għal dispożizzjonijiet partikolari previsti f’dawn ir-Regoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, permezz ta’ deċiżjoni, tistabbilixxi t-tul massimu tan-noti jew tal-osservazzjonijiet ippreżentati quddiemha. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Kapitolu VI

FUQ IR-RAPPORT PRELIMINARI U FUQ L-ASSENJAZZJONI TAL-KAWŻI LILL-KULLEĠĠI ĠUDIKANTI

Artikolu 59

Rapport preliminari

1.   Ladarba tingħalaq il-fażi bil-miktub tal-proċedura, il-President għandu jiffissa d-data li fiha l-Imħallef Relatur għandu jippreżenta rapport preliminari fil-laqgħa ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2.   Ir-rapport preliminari għandu jinkludi proposti dwar il-kwistjoni jekk il-kawża teħtieġx miżuri partikolari ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, miżuri ta’ istruttorja jew, jekk ikun il-każ, talbiet għal kjarifiki mingħand il-qorti tar-rinviju, kif ukoll dwar il-kulleġġ ġudikanti li lilu għandha tiġi assenjata l-kawża. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-proposta tal-Imħallef Relatur dwar id-dispensa eventwali mis-seduta għas-sottomissjonijiet orali kif ukoll dwar il-possibbiltà li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 20 tal-Istatut.

3.   Il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, għandha tiddeċiedi dwar il-provvedimenti li għandhom jittieħdu fuq il-proposti tal-Imħallef Relatur.

Artikolu 60

Assenjazzjoni lill-kulleġġi ġudikanti

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tassenja lill-awli b’ħames u bi tliet Imħallfin kull kawża mressqa quddiemha sakemm, minħabba d-diffikultà jew l-importanza tal-kawża jew minħabba ċirkustanzi partikolari, ma jkunx meħtieġ li l-kawża tiġi assenjata lill-Awla Manja, u sakemm ma jkunx intalab li l-kawża tiġi assenjata lill-Awla Manja, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut, minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-proċedura.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiltaqa’ f’seduta plenarja meta tkun adita skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut. Hija tista’ tassenja l-kawża lis-seduta plenarja meta, skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut, hija tqis li l-kawża tkun ta’ importanza eċċezzjonali.

3.   Il-kulleġġ ġudikanti li lilu tkun ġiet assenjata kawża jista’. f’kull fażi tal-proċedura, jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tassenja mill-ġdid il-kawża lil kulleġġ ġudikanti ikbar.

4.   Jekk il-fażi orali tal-proċedura tinfetaħ mingħajr istruttorja, il-President tal-kulleġġ ġudikanti għandu jiffissa d-data meta għandha tinfetaħ.

Kapitolu VII

FUQ IL-MIŻURI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PROĊEDURA U FUQ IL-MIŻURI ISTRUTTORJI

Taqsima 1.   Fuq il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura

Artikolu 61

Miżuri ta’ organizzazzjoni deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Minbarra l-miżuri li jistgħu jiġi deċiżi skont l-Artikolu 24 tal-Istatut, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tistieden lill-partijiet jew lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut sabiex iwieġbu għal ċerti mistoqsijiet bil-miktub, fit-terminu speċifikat minnha, jew matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali. It-tweġibiet bil-miktub għandhom jiġu kkomunikati lill-partijiet l-oħra jew lill-partijiet interessati l-oħra msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut.

2.   Meta tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-Qorti tal-Ġustizzja, meta jkun possibbli, għandha tistieden lill-parteċipanti f’din is-seduta sabiex jikkonċentraw is-sottomissjonijiet tagħhom fuq mistoqsija jew mistoqsijiet partikolari.

Artikolu 62

Miżuri ta’ organizzazzjoni deċiżi mill-Imħallef Relatur jew mill-Avukat Ġenerali

1.   L-Imħallef Relatur jew l-Avukat Ġenerali jistgħu jitolbu lill-partijiet jew lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut jissottomettu, fit-terminu stabbilit, l-informazzjoni kollha dwar il-fatti, id-dokumenti kollha jew il-punti kollha li huma jqisu li huma rilevanti. It-tweġibiet u d-dokumenti sottomessi għandhom jiġi kkomunikati lill-partijiet l-oħra jew lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut.

2.   L-Imħallef Relatur jew l-Avukat Ġenerali jistgħu wkoll jibagħtu mistoqsijiet lill-partijiet jew lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut sabiex iwieġbuhom matul is-seduta.

Taqsima 2.   Fuq il-miżuri istruttorji

Artikolu 63

Deċiżjoni dwar il-miżuri istruttorji

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi, waqt il-laqgħa ġenerali, jekk hemmx lok li tittieħed miżura istruttorja.

2.   Jekk il-kawża tkun diġà ġiet assenjata lil kulleġġ ġudikanti, huwa dan tal-aħħar li għandu jieħu din id-deċiżjoni.

Artikolu 64

Determinazzjoni tal-miżuri istruttorji

1.   Wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, permezz ta’ digriet li jindika l-fatti li għandhom jiġu pprovati, tistabbilixxi l-miżuri li hija tqis xierqa.

2.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 24 u 25 tal-Istatut, il-miżuri istruttorji jinkludu:

(a)

id-dehra personali tal-partijiet;

(b)

it-talba għal informazzjoni u għal produzzjoni ta’ dokumenti;

(c)

il-prova permezz ta’ xhieda;

(d)

il-perizja;

(e)

l-aċċess.

3.   Il-produzzjoni tal-prova kontrarja u l-amplifikazzjoni tal-provi proposti għandhom jibqgħu rriżervati.

Artikolu 65

Parteċipazzjoni fil-miżuri istruttorji

1.   Jekk il-kulleġġ ġudikanti ma jwettaqx l-istruttorja huwa stess, huwa għandu jinkariga lill-Imħallef Relatur bit-twettiq tagħha.

2.   L-Avukat Ġenerali għandu jipparteċipa fil-miżuri istruttorji.

3.   Il-partijiet jistgħu jassistu għall-miżuri istruttorji.

Artikolu 66

Prova permezz ta’ xhieda

1.   Wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, ex officio jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, tordna l-verifika ta’ ċerti fatti permezz ta’ xhieda.

2.   It-talba ta’ parti sabiex jiġi eżaminat xhud għandha tindika bi preċiżjoni l-fatti li fir-rigward tagħhom għandu jinstema’ u r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżami tiegħu.

3.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat dwar it-talba msemmija fil-paragrafu preċedenti. Jekk din it-talba tintlaqa’, id-digriet għandu għandu jindika l-fatti li għandhom jiġu stabbiliti u għandu jindika x-xhieda li għandhom jinstemgħu fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn il-fatti.

4.   Ix-xhieda għandhom jiġu mħarrka mill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk ikun meħtieġ wara d-depożitu tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 73(1) ta’ dawn ir-Regoli.

Artikolu 67

Eżami tax-xhieda

1.   Wara li ssir il-verifika tal-identità tax-xhieda, il-President għandu jinformahom li ser ikollhom jikkonfermaw il-verità tad-dikjarazzjonijiet tagħhom bil-mod stabbilit f’dawn ir-Regoli.

2.   Ix-xhieda għandhom jinstemgħu mill-Qorti tal-Ġustizzja, wara li l-partijiet jissejħu sabiex jattendu. Wara d-depożizzjoni, il-President jista’, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet jew ex officio, jagħmel mistoqsijiet lix-xhieda.

3.   L-Imħallfin kollha u l-Avukat Ġenerali wkoll jistgħu jagħmlu mistoqsijiet lix-xhieda.

4.   Il-President jista’ jawtorizza lir-rappreżentanti tal-partijiet jagħmlu mistoqsijiet lix-xhieda.

Artikolu 68

Ġurament tax-xhieda

1.   Wara li jagħmel id-depożizzjoni tiegħu, ix-xhud għandu jieħu l-ġurament li ġej:

“Jiena naħlef li għidt is-sewwa, is-sewwa kollu u xejn ħlief is-sewwa”.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li jinstemgħu l-partijiet, teżenta lix-xhud milli jieħu l-ġurament.

Artikolu 69

Sanzjonijiet pekunjarji

1.   Ix-xhieda regolarment imħarrka għandhom joqogħdu għat-taħrika u jidhru għas-seduta.

2.   Meta xhud regolarment imħarrek ma jidhirx quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr raġuni leġittima, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ timponi fuqu sanzjoni pekunjarja ta’ mhux iktar minn EUR 5 000 u tordna taħrika ġdida tax-xhud bi spejjeż tiegħu.

3.   L-istess sanzjoni tista’ tiġi imposta fuq xhud li, mingħajr raġuni leġittima, jirrifjuta li jagħti x-xhieda tiegħu jew li jieħu l-ġurament.

Artikolu 70

Perizja

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tordna perizja. Id-digriet li jinnomina lill-perit għandu jispeċifika l-inkarigu tiegħu u għandu jiffissa terminu għall-preżentazzjoni tar-rapport tiegħu.

2.   Wara l-preżentazzjoni tar-rapport u wara n-notifika tiegħu lill-partijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tordna li jinstema’ l-perit, wara li l-partijiet jissejħu sabiex jattendu. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet jew ex officio, il-President jista’ jagħmel mistoqsijiet lill-perit.

3.   L-Imħallfin kollha u l-Avukat Ġenerali wkoll jistgħu jagħmlu mistoqsijiet lix-xhieda.

4.   Il-President jista’ jawtorizza lir-rappreżentanti tal-partijiet jagħmlu mistoqsijiet lill-perit.

Artikolu 71

Ġurament tal-periti

1.   Wara l-preżentazzjoni tar-rapport, il-perit għandu jieħu l-ġurament li ġej:

“Jiena naħlef li wettaqt l-inkarigu tiegħi bir-ruħ u bil-ħaqq.”

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li jinstemgħu l-partijiet, teżenta lill-perit milli jieħu l-ġurament.

Artikolu 72

Rikuża ta’ xhud jew ta’ perit

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi fil-każ li waħda mill-partijiet tirrikuża xhud jew perit minħabba nuqqas ta’ kapaċità jew ta’ adegwatezza jew minħabba kwalunkwe raġuni oħra, jew fil-każ li xhud jew perit jirrifjuta li jixhed jew li jieħu ġurament.

2.   Ir-rikuża ta’ xhud jew ta’ perit għandha ssir, permezz ta’ att li jinkludi r-raġunijiet għar-rikuża u n-natura tal-provi proposti, f’terminu ta’ ġimagħtejn li jiddekorri min-notifika tad-digriet li jħarrek lix-xhud jew li jinnomina l-perit.

Artikolu 73

Spejjeż tax-xhieda u tal-periti

1.   Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tordna l-eżami ta’ xhieda jew perizja, hija tista’ titlob lill-partijiet, jew lil waħda minnhom, sabiex jagħmlu depożitu bħala garanzija għall-ispejjeż tax-xhieda u tal-periti.

2.   Ix-xhieda u l-periti għandhom dritt għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ tagħhom. Il-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jagħtihom ħlas bil-quddiem fuq dawn l-ispejjeż.

3.   Ix-xhieda huma intitolati għal kumpens għal telf ta’ qligħ u l-periti huma intitolati għal onorarju għall-ħidma tagħhom. Dawn is-somom għandhom jitħallsu mill-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja lix-xhieda u lill-periti wara t-twettiq tad-dmirijiet jew tal-inkarigu tagħhom.

Artikolu 74

Proċess verbal tas-seduti istruttorji

1.   Ir-Reġistratur għandu jħejji proċess verbal ta’ kull seduta istruttorja. Dan il-proċess verbal għandu jiġi ffirmat mill-President u mir-Reġistratur. Il-proċess verbal huwa att awtentiku.

2.   Fil-każ ta’ seduta għall-eżami ta’ xhieda jew ta’ periti, il-proċess verbal għandu jiġi ffirmat mill-President jew mill-Imħallef Relatur inkarigat sabiex iwettaq l-eżami kif ukoll mir-Reġistratur. Qabel jiġi ffirmat il-proċess verbal, ix-xhud jew il-perit għandu jingħata l-possibbiltà li jivverifika l-kontenut tiegħu u li jiffirmah.

3.   Il-proċess verbal għandu jiġi nnotifikat lill-partijiet.

Artikolu 75

Ftuħ tal-fażi orali tal-proċedura wara l-istruttorja

1.   Wara l-għeluq tal-miżuri istruttorji, u sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidix li tagħti lill-partijiet terminu għall-preżentata ta’ osservazzjonijiet bil-miktub, il-President għandu jiffissa d-data għall-ftuħ tal-fażi orali tal-proċedura.

2.   Jekk ikun ingħata terminu għall-preżentata ta’ osservazzjonijiet bil-miktub, il-President għandu jiffissa d-data għall-ftuħ tal-fażi orali tal-proċedura malli jiskadi dan it-terminu.

Kapitolu VIII

FUQ IL-FAŻI ORALI TAL-PROĊEDURA

Artikolu 76

Seduta għas-sottomissjonijiet orali

1.   It-talbiet motivati eventwali għal seduta għas-sottomissjonijiet orali għandhom jitressqu f’terminu ta’ tliet ġimgħat li jiddekorri min-notifika lill-partijiet jew lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut mill-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura. Il-President jista’ jipproroga dan it-terminu.

2.   Fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li ma ssirx seduta għas-sottomissjonijiet orali jekk tqis, minn qari tan-noti jew tal-osservazzjonijiet ippreżentati matul il-fażi bil-miktub tal-proċedura, li għandha biżżejjed informazzjoni sabiex tkun tista’ tiddeċiedi.

3.   Il-paragrafu preċedenti ma japplikax meta titressaq talba motivata għal seduta għas-sottomissjonijiet orali minn parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut li ma tkunx ipparteċipat fil-fażi bil-miktub tal-proċedura.

Artikolu 77

Seduta komuni għas-sottomissjonijiet orali

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li torganizza seduta komuni għal diversi kawżi tal-istess natura meta x-xebh bejniethom jippermetti dan.

Artikolu 78

Tmexxija tat-trattazzjoni

Il-President għandu jiftaħ u jmexxi t-trattazzjoni u għandu jżomm il-bon ordni waqt is-seduta.

Artikolu 79

Seduta bil-magħluq

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li s-seduta tinżamm bil-magħluq meta jkun hemm raġunijiet serji marbuta, b’mod partikolari, mas-sigurtà tal-Istati Membri jew mal-protezzjoni ta’ minuri.

2.   Id-deċiżjoni li s-seduta tinżamm bil-magħluq tinkludi projbizzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni tat-trattazzjoni.

Artikolu 80

Mistoqsijiet

Matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-Membri tal-kulleġġ ġudikanti u l-Avukat Ġenerali jistgħu jagħmlu mistoqsijiet lill-aġenti, lill-konsulenti jew lill-avukati tal-partijiet u, fiċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 47(2) ta’ dawn ir-Regoli, lill-partijiet fil-kawża prinċipali jew lir-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 81

Għeluq tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali

Wara li jinstemgħu s-sottomissjonijiet orali tal-partijiet jew tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, il-President għandu jiddikjara magħluqa s-seduta għas-sottomissjonijiet orali.

Artikolu 82

Preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali

1.   Meta tkun inżammet seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali għandhom jiġu ppreżentati wara l-għeluq tagħha.

2.   Il-President għandu jiddikajra magħluqa l-fażi orali tal-proċedura wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.

Artikolu 83

Ftuħ jew ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ jew il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut.

Artikolu 84

Proċess verbal tas-seduti

1.   Ir-Reġistratur għandu jħejji proċess verbal għal kull seduta. Dan il-proċess verbal għandu jiġi ffirmat mill-President u mir-Reġistratur. Il-proċess verbal huwa att awtentiku.

2.   Il-partijiet u l-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut jistgħu jikkonsultaw kull proċess verbal fir-Reġistru u jistgħu jiksbu kopja tiegħu.

Artikolu 85

Reġistrazzjoni awdjo tas-seduta

Il-President jista’, fuq talba debitament ġustifikata, jawtorizza lil parti jew lil parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut u li pparteċipat fil-fażi bil-miktub jew fil-fażi orali tal-proċedura sabiex tisma’, fil-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-reġistrazzjoni awdjo tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali fil-lingwa użata mill-kelliema matul is-seduta.

Kapitolu IX

FUQ IS-SENTENZI U FUQ ID-DIGRIETI

Artikolu 86

Data tal-għoti tas-sentenza

Il-partijiet jew il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut għandhom jiġu informati dwar id-data tal-għoti tas-sentenza.

Artikolu 87

Kontenut tas-sentenza

Is-sentenza għandha tinkludi:

(a)

l-indikazzjoni li tkun qiegħda tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja,

(b)

l-indikazzjoni tal-kulleġġ ġudikanti,

(c)

id-data tal-għoti tagħha,

(d)

l-ismijiet tal-President u tal-Imħallfin li pparteċipaw fid-deliberazzjonijiet, b’indikazzjoni tal-Imħallef Relatur,

(e)

l-isem tal-Avukat Ġenerali,

(f)

l-isem tar-Reġistratur,

(g)

l-indikazzjoni tal-partijiet jew tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut li pparteċipaw fil-proċedura,

(h)

l-ismijiet tar-rappreżentanti tagħhom,

(i)

fir-rigward tar-rikorsi diretti u tal-appelli, it-talbiet tal-partijiet,

(j)

jekk ikun il-każ, id-data tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali,

(k)

l-indikazzjoni li l-Avukat Ġenerali nstema’ u, jekk ikun il-każ, id-data tal-konklużjonijiet tiegħu,

(l)

espożizzjoni fil-qosor tal-fatti,

(m)

ir-raġunijiet,

(n)

id-dispożittiv, inkluż, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.

Artikolu 88

Għoti u notifika tas-sentenza

1.   Is-sentenza għandha tingħata fil-qorti bil-miftuħ.

2.   L-oriġinal tas-sentenza, iffirmat mill-President, mill-Imħallfin li pparteċipaw fid-deliberazzjonijiet u mir-Reġistratur, għandu jiġi ssiġillat u ddepożitat fir-Reġistru; kopja awtentikata tas-sentenza għandha tiġi nnotifikata lil kull waħda mill-partijiet u, skont il-każ, lill-qorti tar-rinviju, lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut u lill-Qorti Ġenerali.

Artikolu 89

Kontenut tad-digriet

1.   Id-digriet għandu jinkludi:

(a)

l-indikazzjoni li jkun qiegħed jingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja,

(b)

l-indikazzjoni tal-kulleġġ ġudikanti,

(c)

id-data tal-adozzjoni tiegħu,

(d)

l-indikazzjoni tal-bażi legali li fuqha jkun ibbażat,

(e)

l-isem tal-President u, jekk ikun il-każ, l-ismijiet tal-Imħallfin li pparteċipaw fid-deliberazzjonijiet, b’indikazzjoni tal-Imħallef Relatur,

(f)

l-isem tal-Avukat Ġenerali,

(g)

l-isem tar-Reġistratur,

(h)

l-indikazzjoni tal-partijiet jew tal-partijiet fil-kawża prinċipali,

(i)

l-ismijiet tar-rappreżentanti tagħhom,

(j)

indikazzjoni li l-Avukat Ġenerali nstema’,

(k)

id-dispożittiv, inkluż, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.

2.   Fil-każijiet li dawn ir-Regoli jipprovdu li digriet għandu jkun motivat, id-digriet għandu jinkludi wkoll:

(a)

fir-rigward tar-rikorsi diretti u tal-appelli, it-talbiet tal-partijiet,

(b)

espożizzjoni fil-qosor tal-fatti,

(c)

ir-raġunijiet.

Artikolu 90

Firma u notifika tad-digriet

L-oriġinal tad-digriet, iffirmat mill-President u mir-Reġistratur, għandu jiġi ssiġillat u ddepożitat fir-Reġistru; kopja awtentikata tad-digriet għandha tiġi nnotifikata lil kull waħda mill-partijiet u, skont il-każ, lill-qorti tar-rinviju, lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut u lill-Qorti Ġenerali.

Artikolu 91

Saħħa vinkolanti tas-sentenzi u tad-digrieti

1.   Is-sentenza jkollha saħħa vinkolanti sa mill-jum tal-għoti tagħha.

2.   Id-digriet ikollu saħħa vinkolanti sa mill-jum tan-notifika tiegħu.

Artikolu 92

Pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Għandu jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li fih jiġu indikati d-data u d-dispożittiv tas-sentenzi u tad-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja li jagħlqu l-istanza.

TITOLU III

FUQ IR-RINVIJI GĦAL DEĊIŻJONI PRELIMINARI

Kapitolu I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 93

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-proċedura għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu:

(a)

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut,

(b)

fir-rigward tar-rinviji li jistgħu jiġu previsti fi ftehim li tagħhom ikunu parti l-Unjoni jew l-Istati Membri.

Artikolu 94

Kontenut tat-talba għal deċiżjoni preliminari

Minbarra t-test tad-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi:

(a)

espożizzjoni fil-qosor tas-suġġett tal-kawża kif ukoll tal-fatti rilevanti, kif ġew ikkonstatati mill-qorti tar-rinviju jew, minn tal-inqas, espożizzjoni tal-informazzjoni fattwali li fuqha jkunu bbażati d-domandi;

(b)

il-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu japplikaw għall-kawża ineżami u, jekk ikun il-każ, il-ġurisprudenza nazzjonali rilevanti;

(c)

espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.

Artikolu 95

Anonimat

1.   Meta l-anonimat ikun ingħata mill-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tosserva dan l-anonimat fil-kuntest tal-proċedura pendenti quddiemha.

2.   Fuq talba tal-qorti tar-rinviju, imressqa ex officio jew wara talba debitament motivata ta’ parti fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ barra minn hekk, jekk tqis li huwa neċessarju, tagħti l-anonimat lil waħda jew diversi persuni jew entitajiet ikkonċernati mill-kwistjoni.

Artikolu 96

Parteċipazzjoni fil-proċedura għal deċiżjoni preliminari

1.   Skont l-Artikolu 23 tal-Istatut, dawn li ġejjin huma awtorizzati jippreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja:

(a)

il-partijiet fil-kawża prinċipali,

(b)

l-Istati Membri,

(c)

il-Kummissjoni Ewropea,

(d)

l-istituzzjoni li adottat l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu jkunu qegħdin jiġu kkontestati,

(e)

l-Istati parti fil-Ftehim ŻEE, minbarra l-Istati Membri, kif ukoll l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA, meta d-domanda preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja tkun tikkonċerna wieħed mill-oqsma koperti minn dan il-ftehim,

(f)

l-Istati terzi parti fi ftehim li jkopri qasam partikolari konkluż mill-Kunsill, meta l-ftehim jipprevedi dan u meta qorti ta’ Stat Membru tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-qasam kopert minn dan il-ftehim.

2.   In-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fil-fażi bil-miktub tal-proċedura ma jipprekludix parteċipazzjoni fil-fażi orali tal-proċedura.

Artikolu 97

Partijiet fil-kawża prinċipali

1.   Il-partijiet fil-kawża prinċipali huma dawk identifikati bħala tali mill-qorti tar-rinviju skont ir-regoli proċedurali nazzjonali.

2.   Meta din il-qorti tinforma lill-Qorti tal-Ġustizzja li tkun ġiet ammessa parti ġdida fil-kawża prinċipali, fi stadju fejn il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà pendenti, din il-parti tidħol fil-kawża in statu et terminis fil-mument ta’ din l-informazzjoni. L-atti proċedurali kollha li jkunu diġà ġew innotifikati lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut għandhom jiġu kkomunikati lil din il-parti.

3.   Fir-rigward tar-rappreżentanza u tad-dehra tal-partijiet fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli proċedurali fis-seħħ quddiem il-qorti li tkun għamlet ir-rinviju. Fil-każ ta’ dubju dwar jekk persuna tistax tirrappreżenta parti fil-kawża prinċipali skont id-dritt nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ titlob informazzjoni mingħand il-qorti tar-rinviju dwar ir-regoli proċedurali applikabbli.

Artikolu 98

Traduzzjoni u notifika tat-talba għal deċiżjoni preliminari

1.   It-talbiet għal deċiżjoni preliminari msemmija f’dan it-Titolu għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri fil-verżjoni oriġinali, flimkien ma’ traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Istat destinatarju. Jekk ikun xieraq fid-dawl tat-tul tat-talba, din it-traduzzjoni għandha tiġi ssostitwita bi traduzzjoni, fil-lingwa uffiċjali tal-Istat destinatarju, ta’ sunt ta’ din it-talba, li għandu jservi bħala bażi għat-teħid ta’ pożizzjoni minn dan l-Istat. Is-sunt għandu jinkludi t-test sħiħ tad-domanda jew domandi preliminari magħmula. Dan is-sunt għandu jinkludi wkoll, b’mod partikolari, sa fejn dawn l-elementi jkunu jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari, is-suġġett tal-kawża prinċipali, l-argumenti essenzjali tal-partijiet fil-kawża prinċipali, espożizzjoni fil-qosor tal-motivazzjoni tar-rinviju, kif ukoll il-ġurisprudenza u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni invokati.

2.   Fil-każijiet imsemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut, it-talbiet għal deċiżjoni preliminari għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati parti fil-Ftehim ŻEE, minbarra l-Istati Membri, kif ukoll lill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA, fil-verżjoni oriġinali, flimkien ma’ traduzzjoni tat-talba, jew, jekk ikun il-każ, ta’ sunt, f’waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36, skont l-għażla tad-destinatarju.

3.   Meta Stat terz ikollu d-dritt li jipparteċipa fi proċedura għal deċiżjoni preliminari skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi nnotifikata lilu fil-verżjoni oriġinali, flimkien ma’ traduzzjoni tat-talba, jew, jekk ikun il-każ, ta’ sunt, f’waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36, skont l-għażla tal-Istat terz ikkonċernat.

Artikolu 99

Risposta permezz ta’ digriet motivat

Meta domanda preliminari magħmula tkun identika għal domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà ddeċidiet, meta r-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.

Artikolu 100

Talba mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tibqa’ adita b’talba għal deċiżjoni preliminari sakemm il-qorti li tkun ressqitha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma tirtirahiex. L-irtirar ta’ talba jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni san-notifika tad-data tal-għoti tas-sentenza lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut.

2.   Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, tikkonstata li l-kundizzjonijiet li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħha ma għadhomx sodisfatti.

Artikolu 101

Talba għal kjarifiki

1.   Bla ħsara għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u għall-miżuri istruttorji previsti f’dawn ir-Regoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, titlob kjarifiki mingħand il-qorti tar-rinviju fit-terminu ffissat minnha.

2.   It-tweġiba tal-qorti tar-rinviju għal din it-talba għandha tiġi nnotifikata lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut.

Artikolu 102

Spejjeż tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari.

Artikolu 103

Rettifika tas-sentenzi u tad-digrieti

1.   L-iżbalji tal-pinna jew ta’ kalkolu jew l-ineżattezzi evidenti li jista’ jkun hemm fis-sentenzi u fid-digrieti jistgħu jiġu rrettifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja ex officio jew fuq talba minn parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut sakemm din it-talba titressaq f’terminu ta’ ġimagħtejn li jiddekorri mill-għoti tas-sentenza jew min-notifika tad-digriet.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

3.   L-oriġinal tad-digriet ta’ rettifika għandu jiġi anness mal-oriġinal tad-deċiżjoni rrettifikata. Fil-marġni tal-oriġinal tad-deċiżjoni rrettifikata għandu jsir notament dwar id-digriet ta’ rettifika.

Artikolu 104

Interpretazzjoni tad-deċiżjonijiet preliminari

1.   L-Artikolu 158 ta’ dawn ir-Regoli, dwar l-interpretazzjoni tas-sentenzi u tad-digrieti, ma huwiex applikabbli għad-deċiżjonijiet mogħtija b’risposta għal talba għal deċiżjoni preliminari.

2.   Huma l-qrati nazzjonali li għandhom jevalwaw jekk deċiżjoni preliminari tagħtihomx biżżejjed kjarifiki jew jekk jidhrilhomx li jkun neċessarju li jerġgħu jagħmlu rinviju ġdid lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Kapitolu II

FUQ IL-PROĊEDURA MĦAFFA GĦAL DEĊIŻJONI PRELIMINARI

Artikolu 105

Proċedura mħaffa

1.   Meta n-natura tal-kawża teżiġi li tiġi ttrattata f’qasir żmien, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, fuq talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, ex officio, u wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi suġġett għal proċedura mħaffa li tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli.

2.   F’dan il-każ, il-President għandu jiffissa minnufih id-data għas-seduta, li għandha tiġi kkomunikata lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, flimkien man-notifika tat-talba għal deċiżjoni preliminari.

3.   Il-partijiet interessati msemmija fil-paragrafu preċedenti jistgħu, f’terminu ffissat mill-President li ma jistax ikun inqas minn 15-il jum, jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub. Il-President jista’ jistieden lil dawn il-partijiet interessati jillimitaw in-noti jew l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom għall-punti ta’ liġi essenzjali mqajma mit-talba għal deċiżjoni preliminari.

4.   In-noti jew l-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati eventwalment għandhom jiġu kkomunikati lill-partijiet interessati kollha msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut qabel is-seduta.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

Artikolu 106

Trażmissjoni tal-atti proċedurali

1.   L-atti proċedurali previsti fl-artikolu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew ippreżentati bit-trażmissjoni lir-Reġistru, permezz ta’ faks jew ta’ kull mezz tekniku ta’ komunikazzjoni ieħor użat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ kopja tal-oriġinal iffirmat u tal-annessi u d-dokumenti invokati insostenn tal-att flimkien mal-iskeda msemmija fl-Artikolu 57(4). L-oriġinal tal-att u tal-annessi msemmija iktar ’il fuq għandhom jintbagħtu minnufih lir-Reġistru.

2.   In-notifiki u l-komunikazzjonijiet previsti fl-artikolu preċedenti jistgħu jsiru permezz ta’ trażmissjoni ta’ kopja tad-dokument permezz ta’ faks jew ta’ kull mezz tekniku ta’ komunikazzjoni ieħor li jużaw il-Qorti tal-Ġustizzja u d-destinatarju.

Kapitolu III

FUQ IL-PROĊEDURA B’URĠENZA GĦAL DEĊIŻJONI PRELIMINARI

Artikolu 107

Kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari

1.   Rinviju għal deċiżjoni preliminari li jqajjem kwistjoni waħda jew iktar li jikkonċernaw l-oqsma msemmija fit-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jista’, fuq talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, ex officio, jiġi suġġett għal proċedura b’urġenza li tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli.

2.   Il-qorti tar-rinviju għandha tesponi ċ-ċirkustanzi ta’ liġi u ta’ fatt li jistabbilixxu l-urġenza u li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ din il-proċedura derogatorja, u għandha tindika, sa fejn ikun possibbli, ir-risposta li hija tipproponi għad-domandi preliminari.

3.   Jekk il-qorti tar-rinviju ma tkunx ressqet talba għall-ftuħ tal-proċedura b’urġenza, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, jekk l-applikazzjoni ta’ din il-proċedura tidher prima facie neċessarja, jitlob lill-awla msemmija fl-Artikolu 108 teżamina n-neċessità li r-rinviju jiġi suġġett għall-proċedura msemmija.

Artikolu 108

Deċiżjoni dwar l-urġenza

1.   Id-deċiżjoni li rinviju jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għandha tittieħed mill-awla magħżula, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali. Il-kompożizzjoni tal-awla għandha tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 28(2) fil-jum li fih il-kawża tiġi assenjata lill-Imħallef Relatur, jekk l-applikazzjoni tal-proċedura b’urġenza tintalab mill-qorti tar-rinviju jew, jekk l-applikazzjoni ta’ din il-proċedura tiġi eżaminata fuq talba tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-jum li fih titressaq din it-talba.

2.   Jekk il-kawża jkollha konnessjoni ma’ kawża pendenti assenjata lil Imħallef Relatur li ma jagħmilx parti mill-awla magħżula, din tal-aħħar tista’ tipproponi lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jassenja l-kawża lil dan l-Imħallef Relatur. Fil-każ li l-kawża tiġi assenjata mill-ġdid lil dan l-Imħallef Relatur, l-awla b’ħames Imħallfin li jagħmel parti minnha dan l-Imħallef Relatur għandha taġixxi, fir-rigward ta’ din il-kawża, bħala l-awla magħżula. L-Artikolu 29(1) huwa applikabbli.

Artikolu 109

Fażi bil-miktub tal-proċedura b’urġenza

1.   Meta l-qorti tar-rinviju titlob l-applikazzjoni tal-proċedura b’urġenza jew meta l-President jitlob lill-awla magħżula sabiex teżamina n-neċessità li r-rinviju jiġi suġġett għal din il-proċedura, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi nnotifikata minnufih mir-Reġistratur lill-partijiet fil-kawża prinċipali, lill-Istat Membru tal-qorti tar-rinviju, lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-istituzzjoni li kienet adottat l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu jkunu qegħdin jiġu kkontestati.

2.   Id-deċiżjoni dwar jekk ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandux jiġi suġġett jew le għall-proċedura b’urġenza għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-qorti tar-rinviju kif ukoll lill-partijiet, lill-Istat Membru u lill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu preċedenti. Id-deċiżjoni li r-rinviju jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għandha tiffissa t-terminu sabiex dawn tal-aħħar jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub. Id-deċiżjoni tista’ tippreċiża l-punti ta’ liġi li għandhom jiġu indirizzati f’dawn in-noti jew osservazzjonijiet bil-miktub u tista’ tistabbilixxi t-tul massimu tagħhom.

3.   Meta talba għal deċiżjoni preliminari tirreferi għal proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja li tkun żvolġiet fi Stat Membru differenti minn dak tal-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tistieden lil dan l-Istat Membru jippreżenta bil-miktub jew matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali l-preċiżazzjonijiet kollha meħtieġa.

4.   Hekk kif issir in-notifika msemmija fil-paragrafu 1, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, li ma jkunux id-destinatarji tan-notifika msemmija, u d-deċiżjoni dwar jekk ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandux jiġi suġġett jew le għall-proċedura b’urġenza għandha tiġi kkomunikata lil dawn l-istess partijiet interessati hekk kif issir in-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

5.   Hekk kif ikun possibbli, il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut għandhom jiġu informati dwar id-data prevista għas-seduta.

6.   Meta r-rinviju ma jiġix suġġett għall-proċedura b’urġenza, il-proċedura għandha titkompla skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tal-Istatut u mad-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dawn ir-Regoli.

Artikolu 110

Notifiki u informazzjoni wara l-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura

1.   Meta rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza, it-talba għal deċiżjoni preliminari kif ukoll in-noti jew l-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati għandhom jiġu nnotifikati lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, li ma jkunux il-partijiet jew il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 109(1). It-talba għal deċiżjoni preliminari għandu jkollha magħha traduzzjoni, jekk ikun il-każ, ta’ sunt, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 98.

2.   Barra minn dan, in-noti u l-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati għandhom jiġu nnotifikati lill-partijiet u lil-partijiet interessati l-oħra msemmija fl-Artikolu 109(1).

3.   Id-data tas-seduta għandha tiġi kkomunikata lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut flimkien man-notifiki msemmija fil-paragrafi preċedenti.

Artikolu 111

Dispensa mill-fażi bil-miktub tal-proċedura

F’każijiet ta’ urġenza estrema, l-awla magħżula tista’ tiddeċiedi li ma ssirx il-fażi bil-miktub tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 109(2).

Artikolu 112

Deċiżjoni fil-mertu

L-awla magħżula għandha tiddeċiedi wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

Artikolu 113

Kulleġġ ġudikanti

1.   L-awla magħżula tista’ tiddeċiedi li tiltaqa’ bi tliet Imħallfin. F’dan il-każ, hija għandha tkun komposta mill-President tal-awla magħżula, mill-Imħallef Relatur u mill-ewwel jew, jekk ikun il-każ, mill-ewwel żewġ Imħallfin innominati fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 28(2) meta tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni tal-awla magħżula, skont l-Artikolu 108(1).

2.   L-awla magħżula tista’ wkoll titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tassenja l-kawża mill-ġdid lil kulleġġ ġudikanti ikbar. Il-proċedura b’urġenza għandha titkompla quddiem il-kulleġġ ġudikanti ġdid, jekk ikun il-każ wara li tinfetaħ mill-ġdid il-fażi orali tal-proċedura.

Artikolu 114

Trażmissjoni tal-atti proċedurali

L-atti proċedurali għandhom jiġu trażmessi skont l-Artikolu 106.

Kapitolu IV

FUQ L-GĦAJNUNA LEGALI

Artikolu 115

Talba għal għajnuna legali

1.   Jekk parti fil-kawża prinċipali ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż kollha tal-istanza jew parti minnhom, hija tista’, f’kull ħin, titlob il-benefiċċju tal-għajnuna legali.

2.   It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn kollha li permezz tagħhom tkun tista’ tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika tal-parti li qed tressaqha, bħal ma jista’ jkun ċertifikat maħruġ minn awtorità nazzjonali kompetenti li jattesta din is-sitwazzjoni ekonomika.

3.   Jekk il-parti li tressaq it-talba tkun diġà kisbet l-għajnuna legali quddiem il-qorti tar-rinviju, hija għandha tipproduċi d-deċiżjoni ta’ din il-qorti u għandha tippreċiża xi jkopru l-ammonti li diġà rċeviet.

Artikolu 116

Deċiżjoni dwar it-talba għal għajnuna legali

1.   Hekk kif titressaq, it-talba għal għajnuna legali għandha tiġi assenjata mill-President lill-Imħallef Relatur inkarigat mill-kawża li fil-kuntest tagħha titressaq din it-talba.

2.   Id-deċiżjoni dwar jekk il-benefiċċju tal-għajnuna legali għandux jingħata, kompletament jew parzjalment, jew jekk għandux jiġi rrifjutat għandha tittieħed, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, mill-awla bi tliet Imħallfin li jagħmel parti minnha l-Imħallef Relatur. F’dan il-każ, il-kulleġġ ġudikanti għandu jkun kompost mill-President ta’ din l-awla, mill-Imħallef Relatur u mill-ewwel jew, jekk ikun il-każ, mill-ewwel żewġ Imħallfin innominati fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 28(3), fid-data li fiha l-Imħallef Relatur iressaq it-talba għal għajnuna legali quddiem l-awla.

3.   Jekk l-Imħallef Relatur ma jkunx jagħmel parti minn awla bi tliet Imħallfin, id-deċiżjoni għandha tittieħed, fl-istess kundizzjonijiet, mill-awla b’ħames Imħallfin li jagħmel parti minnha. Minbarra l-Imħallef Relatur, il-kulleġġ ġudikanti għandu jkun kompost minn erba’ Mħallfin innominati fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 28(2), fid-data li fiha l-Imħallef Relatur iressaq it-talba għal għajnuna legali quddiem l-awla.

4.   Il-kulleġġ ġudikanti għandu jiddeċiedi permezz ta’ digriet. Fil-każ li l-benefiċċju tal-għajnuna legali jiġi rrifjutat kompletament jew parzjalment, id-digriet għandu jagħti r-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

Artikolu 117

Ammonti li għandhom jitħallsu bħala għajnuna legali

Fil-każ li jingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali, il-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jħallas, jekk ikun il-każ fil-limiti stabbiliti mill-kulleġġ ġudikanti, l-ispejjeż marbuta mal-assistenza u mar-rappreżentanza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-parti li tkun talbet dan il-benefiċċju. Fuq talba minn din tal-aħħar jew mir-rappreżentant tagħha, jista’ jsir ħlas bil-quddiem fir-rigward ta’ dawn l-ispejjeż.

Artikolu 118

Irtirar tal-għajnuna legali

Il-kulleġġ ġudikanti li jkun iddeċieda dwar it-talba għal għajnuna legali jista’, f’kull ħin, ex officio jew fuq talba, jirtira l-benefiċċju ta’ din l-għajnuna jekk il-kundizzjonijiet li kienu wasslu sabiex jingħata dan il-benefiċċju jinbidlu matul l-istanza.

TITOLU IV

FUQ IR-RIKORSI DIRETTI

Kapitolu I

FUQ IR-RAPPREŻENTANZA TAL-PARTJIET

Artikolu 119

Obbligu ta’ rappreżentanza

1.   Il-partijiet jistgħu jiġu rrappreżentati biss mill-aġent jew mill-avukat tagħhom.

2.   L-aġenti u l-avukati għandhom jippreżentaw fir-Reġistru dokument uffiċjali jew mandat mogħti mill-parti li jkunu qegħdin jirrappreżentaw.

3.   Barra minn dan, l-avukat li jkun qiegħed jassisti jew jirrappreżenta parti għandu jippreżenta fir-Reġistru dokument li jiċċertifika li huwa awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor parti fil-Ftehim ŻEE.

4.   Jekk dawn id-dokumenti ma jiġux ippreżentati, ir-Reġistratur għandu jiffissa, għall-parti kkonċernata, terminu raġonevoli sabiex jiġu prodotti. Jekk dawn id-dokumenti ma jiġux prodotti fit-terminu mogħti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-formalità jimplikax l-inammissibbiltà formali tar-rikors jew tan-noti.

Kapitolu II

FUQ IL-FAŻI BIL-MIKTUB TAL-PROĊEDURA

Artikolu 120

Kontenut tar-rikors

Ir-rikors imsemmi fl-Artikolu 21 tal-Istatut għandu jinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tar-rikorrent;

(b)

id-dettalji tal-parti li kontriha jkun ġie ppreżentat ir-rikors;

(c)

is-suġġett tal-kawża, il-motivi u l-argumenti invokati kif ukoll espożizzjoni fil-qosor ta’ dawn il-motivi;

(d)

it-talbiet tar-rikorrent;

(e)

jekk ikun il-każ, il-provi u n-natura tal-provi proposti.

Artikolu 121

Informazzjoni dwar in-notifiki

1.   Għall-finijiet tal-proċedura, ir-rikors għandu jinkludi indirizz għan-notifika. Ir-rikors għandu jindika l-isem tal-persuna li hija awtorizzata u li tkun aċċettat li tirċievi n-notifiki kollha.

2.   Minbarra jew minflok l-indikazzjoni tal-indirizz għan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, ir-rikors jista’ jindika li l-avukat jew l-aġent jaċċetta li n-notifiki jsirulu permezz ta’ faks jew permezz ta’ kull mezz tekniku ta’ komunikazzjoni ieħor.

3.   Jekk ir-rikors ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 jew 2, in-notifiki kollha għall-finijiet tal-proċedura lill-parti kkonċernata għandhom isiru permezz ta’ ittra rreġistrata indirizzata lill-aġent jew lill-avukat tal-parti, sakemm dan in-nuqqas ma jiġix irregolarizzat. B’deroga mill-Artikolu 48, in-notifika għandha titqies li tkun saret regolarment permezz tad-depożitu tal-ittra rreġistrata fl-uffiċċju postali ta’ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja għandha s-sede tagħha.

Artikolu 122

Annessi mar-rikors

1.   Jekk ikun il-każ, mar-rikors għandhom jiġu annessi d-dokumenti indikati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut.

2.   Ir-rikors ippreżentat bis-saħħa tal-Artikolu 273 TFUE għandu jkollu miegħu kopja tal-ftehim ta’ kompromess konkluż bejn l-Istati Membri kkonċernati.

3.   Jekk ir-rikors ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 1 jew 2 ta’ dan l-artikolu, ir-Reġistratur għandu jiffissa għar-rikorrent terminu raġonevoli sabiex jipproduċi d-dokumenti msemmija iktar ’il fuq. Fin-nuqqas ta’ din ir-regolarizzazzjoni, l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet jimplikax l-inammissibbiltà formali tar-rikors.

Artikolu 123

Notifika tar-rikors

Ir-rikors għandu jiġi nnotifikat lill-konvenut. Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 119(4) u fl-Artikolu 122(3), in-notifika għandha ssir hekk kif titwettaq ir-regolarizzazzjoni jew hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-ammissibbiltà fid-dawl tal-kundizzjonijiet elenkati f’dawn iż-żewġ artikoli.

Artikolu 124

Kontenut tar-risposta

1.   Il-konvenut għandu jippreżenta r-risposta tiegħu fi żmien xahrejn min-notifika tar-rikors. Ir-risposta għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-konvenut;

(b)

il-motivi u l-argumenti invokati;

(c)

it-talbiet tal-konvenut;

(d)

jekk ikun il-każ, il-provi u n-natura tal-provi proposti.

2.   L-Artikolu 121 huwa applikabbli għar-risposta.

3.   F’każijiet eċċezzjonali, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista’ jiġi pprorogat mill-President fuq talba debitament motivata tal-konvenut.

Artikolu 125

Trażmissjoni ta’ dokumenti

Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni Ewropea ma jkunux parti f’kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tibgħatilhom kopja tar-rikors u tar-risposta, mingħajr l-annessi ta’ dawn id-dokumenti, sabiex ikunu jistgħu jikkonstataw jekk tkunx qiegħda tiġi invokata l-inapplikabbiltà ta’ wieħed mill-atti tagħhom fis-sens tal-Artikolu 277 TFUE.

Artikolu 126

Replika u kontroreplika

1.   Ir-rikors u r-risposta jistgħu jiġu kkompletati b’replika tar-rikorrent u b’kontroreplika tal-konvenut.

2.   Il-President għandu jiffissa t-termini li fihom għandhom jiġu ppreżentati dawn l-atti proċedurali. Il-President jista’ jispeċifika wkoll il-punti li fil-fehma tiegħu għandhom jiġu indirizzati mir-replika jew mill-kontroreplika.

Kapitolu III

FUQ IL-MOTIVI U FUQ IL-PROVI

Artikolu 127

Motivi ġodda

1.   Ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat matul l-istanza, sakemm dan il-motiv ma jkunx ibbażat fuq punti ta’ liġi u ta’ fatt li joħorġu matul il-proċedura.

2.   Bla ħsara għad-deċiżjoni li għad tkun trid tingħata dwar l-ammissibbiltà ta’ dan il-motiv, il-President jista’, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, jagħti terminu lill-parti l-oħra sabiex tirribatti dan il-motiv.

Artikolu 128

Provi u provi proposti

1.   Il-partijiet jistgħu jipproduċu provi jew jipproponu provi ġodda insostenn tal-argumenti tagħhom anki fir-replika u fil-kontroreplika. Huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għaliex dawn il-provi ġew ippreżentati tard.

2.   F’każijiet eċċezzjonali, il-partijiet jistgħu jipproduċu provi jew jipproponu provi ġodda anki wara l-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura. Huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għaliex dawn il-provi ġew ippreżentati tard. Il-President jista’, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, jagħti terminu lill-parti l-oħra sabiex tieħu pożizzjoni dwar dawn il-provi.

Kapitolu IV

FUQ L-INTERVENT

Artikolu 129

Għan u effetti tal-intervent

1.   L-għan tal-intervent jista’ jkun biss li jiġu sostnuti, kompletament jew parzjalment, it-talbiet ta’ waħda mill-partijiet. L-intervent ma jagħtix l-istess drittijiet proċedurali bħal dawk mogħtija lill-partijiet u, b’mod partikolari, id-dritt li titressaq talba sabiex tinżamm seduta.

2.   L-intervent huwa sekondarju għall-kawża prinċipali. L-intervent jitlef l-għan tiegħu fil-każ li l-kawża titħassar mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ ta’ rinunzja għall-atti, fil-każ ta’ ftehim bejn il-partijiet u fil-każ li r-rikors jiġi ddikjarat inammissibbli.

3.   L-intervenjent jidħol fil-kawża in statu et terminis.

4.   Talba għal intervent li titressaq wara l-iskadenza tat-terminu msemmi fl-Artikolu 130, iżda qabel id-deċiżjoni li tinfetaħ il-fażi orali tal-proċedura prevista fl-Artikolu 60(4), tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni. F’dan il-każ, jekk il-President jaċċetta l-intervent, l-intervenjent jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, jekk tinżamm tali seduta.

Artikolu 130

Talba għal intervent

1.   It-talba għal intervent għandha titressaq f’terminu ta’ sitt ġimgħat li jiddekorri mill-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(4).

2.   It-talba għal intervent għandha tinkludi:

(a)

l-indikazzjoni tal-kawża;

(b)

l-indikazzjoni tal-partijiet prinċipali;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-intervenjent;

(d)

it-talbiet li insostenn tagħhom l-intervenjent ikun qiegħed jitlob li jintervjeni;

(e)

l-espożizzjoni taċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw id-dritt tal-intervent meta t-talba titressaq skont it-tieni jew it-tielet paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut.

3.   L-intervenjent għandu jkun irrappreżentat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tal-Istatut.

4.   L-Artikoli 119, 121 u 122 ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli.

Artikolu 131

Deċiżjoni dwar it-talba għal intervent

1.   It-talba għal intervent għandha tiġi nnotifikata lill-partijiet bl-iskop li jissottomettu l-osservazzjonijiet bil-miktub jew orali eventwali tagħhom dwar din it-talba.

2.   Meta t-talba titressaq skont l-ewwel jew it-tielet paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut, l-intervent għandu jintlaqa’ permezz ta’ deċiżjoni tal-President u l-atti proċedurali kollha nnotifikati lill-partijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-intervenjent jekk dawn il-partijiet ma jkunux ressqu osservazzjonijiet dwar it-talba għal intervent fl-10 ijiem wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, jew, f’dan l-istess terminu, ma jkunux identifikaw annessi jew dokumenti sigrieti jew kunfidenzjali li l-komunikazzjoni tagħhom lill-intervenjent tkun ta’ natura li tikkawżalhom preġudizzju.

3.   Fil-każijiet l-oħra, il-President għandu jiddeċiedi dwar it-talba għal intervent permezz ta’ digriet jew għandu jgħaddi t-talba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

4.   Jekk tintlaqa’ t-talba għal intervent, l-atti proċedurali kollha nnotifikati lill-partijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-intervenjent ħlief, jekk ikun il-każ, għall-annessi u d-dokumenti sigrieti jew kunfidenzjali esklużi minn din il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 3.

Artikolu 132

Preżentata ta’ noti

1.   L-intervenjent jista’ jippreżenta nota ta’ intervent f’terminu ta’ xahar mill-komunikazzjoni tal-atti proċedurali msemmija fl-artikolu preċedenti. Dan it-terminu jista’ jiġi pprorogat mill-President fuq talba debitament motivata mill-intervenjent.

2.   In-nota ta’ intervent għandha tinkludi:

(a)

it-talbiet tal-intervenjent intiżi sabiex jiġu sostnuti, kompletament jew parzjalment, it-talbiet ta’ waħda mill-partijiet;

(b)

il-motivi u l-argumenti invokati mill-intervenjent;

(c)

il-provi u n-natura tal-provi proposti, jekk ikun il-każ.

3.   Wara l-preżentata tan-nota ta’ intervent, il-President għandu jiffissa, jekk ikun il-każ, terminu li fih il-partijiet ikunu jistgħu jirribattu din in-nota.

Kapitolu V

FUQ IL-PROĊEDURA MĦAFFA

Artikolu 133

Deċiżjoni dwar il-proċedura mħaffa

1.   Meta n-natura tal-kawża teżiġi li tiġi ttrattata f’qasir żmien, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, fuq talba tar-rikorrent jew tal-konvenut, u wara li jinstemgħu l-parti l-oħra, l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li l-kawża għandha tiġi suġġetta għal proċedura mħaffa li tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli.

2.   It-talba sabiex kawża tiġi suġġetta għal proċedura mħaffa għandha titressaq permezz ta’ att separat ippreżentat flimkien mar-rikors jew mar-risposta, rispettivament.

3.   F’każijiet eċċezzjonali, il-President jista’ wkoll jieħu tali deċiżjoni ex officio wara li jinstemgħu l-partijiet, l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali.

Artikolu 134

Fażi bil-miktub tal-proċedura

1.   Fil-każ li tiġi applikata l-proċedura mħaffa, ir-rikors u r-risposta ma jistgħux jiġu kkompletati b’replika u b’kontroreplika sakemm il-President, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, ma jqisx li dan huwa neċessarju.

2.   L-intervenjent ma jistax jippreżenta nota ta’ intervent sakemm il-President, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, ma jqisx li dan huwa neċessarju.

Artikolu 135

Fażi orali tal-proċedura

1.   Hekk kif tiġi ppreżentata r-risposta jew, meta d-deċiżjoni li l-kawża tiġi suġġetta għall-proċedura mħaffa tingħata wara l-preżentata tar-risposta, hekk kif tittieħed din id-deċiżjoni, il-President għandu jiffissa d-data tas-seduta, li għandha tiġi kkomunikata minnufih lill-partijiet. Huwa jista’ jiddifferixxi d-data tas-seduta meta jkunu meħtieġa miżuri istruttorji jew miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura.

2.   Bla ħsara għall-Artikoli 127 u 128, il-partijiet jistgħu jikkompletaw l-argumenti tagħhom u jistgħu jipproduċu provi jew jipproponu provi ġodda matul il-fażi orali tal-proċedura. Huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għaliex dawn il-provi jkunu ġew prodotti tard.

Artikolu 136

Deċiżjoni fil-mertu

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

Kapitolu VI

FUQ L-ISPEJJEŻ

Artikolu 137

Deċiżjoni dwar l-ispejjeż

Id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż għandha tingħata fis-sentenza jew fid-digriet li jagħlqu l-istanza.

Artikolu 138

Regoli ġenerali dwar it-tqassim tal-ispejjeż

1.   Il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.

2.   Jekk ikun hemm iktar minn parti waħda li titlef il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar kif għandhom jinqasmu l-ispejjeż.

3.   Jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Madankollu, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher ġustifikat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra.

Artikolu 139

Spejjeż fiergħa jew vessatorji

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tikkundanna lil parti, anki jekk rebbieħa, sabiex tirrimborsa lill-parti l-oħra l-ispejjeż li tkun ikkawżatilha u li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi bħala fiergħa jew vessatorji.

Artikolu 140

Spejjeż tal-intervenjenti

1.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

2.   L-Istati parti fil-Ftehim ŻEE, minbarra l-Istati Membri, kif ukoll l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA, għandhom ukoll ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom meta jintervjenu fil-kawża.

3.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li intervenjent, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi preċedenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Artikolu 141

Spejjeż fil-każ ta’ rinunzja għall-atti

1.   Il-parti li tirrinunzja għall-atti għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk il-parti l-oħra tagħmel talba f’dan is-sens fl-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-rinunzja għall-atti.

2.   Madankollu, fuq talba tal-parti li tirrinunzja għall-atti, il-parti l-oħra għandha tbati l-ispejjeż jekk dan jidher li huwa ġustifikat fid-dawl tal-aġir ta’ din il-parti l-oħra.

3.   Fil-każ ta’ ftehim bejn il-partijiet dwar l-ispejjeż, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi skont dan il-ftehim.

4.   Fin-nuqqas ta’ talba dwar l-ispejjeż, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Artikolu 142

Spejjeż fil-każ li ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni

Fil-każ li ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tuża d-diskrezzjoni tagħha fid-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.

Artikolu 143

Spejjeż proċedurali

Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hija bla ħlas, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel spejjeż li setgħu jiġu evitati, hija tista’, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tikkundanna lill-parti li kkawżat dawn l-ispejjeż sabiex tirrimborsahom;

(b)

l-ispejjeż tal-kopji u tat-traduzzjoni magħmula fuq talba ta’ parti, li r-Reġistratur jikkunsidra li huma żejda, għandhom jiġu rrimborsati minn din il-parti skont it-tariffa tar-Reġistru msemmija fl-Artikolu 22.

Artikolu 144

Spejjeż li jistgħu jinġabru

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-artikolu preċedenti, għandhom jitqiesu li huma spejjeż li jistgħu jinġabru:

(a)

l-ammonti dovuti lix-xhieda u lill-periti skont l-Artikolu 73 ta’ dawn ir-Regoli;

(b)

l-ispejjeż indispensabbli li jkunu saru mill-partijiet għall-finijiet tal-kawża, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-alloġġ u r-remunerazzjoni ta’ aġent, konsulent jew avukat.

Artikolu 145

Kontestazzjoni dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru

1.   Fil-każ ta’ kontestazzjoni dwar l-ispejjeż li jistgħu jinġabru, l-awla bi tliet Imħallfin li lilha jkun assenjat l-Imħallef Relatur li jkun ittratta l-kawża għandha tiddeċiedi permezz ta’ digriet fuq it-talba tal-parti kkonċernata u wara li jinstemgħu l-osservazzjonijiet tal-parti l-oħra u l-Avukat Ġenerali. Il-kulleġġ ġudikanti f’dan il-każ għandu jkun kompost mill-President ta’ din l-awla, mill-Imħallef Relatur u mill-ewwel jew, jekk ikun il-każ, mill-ewwel żewġ Imħallfin innominati fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 28(3), fid-data li fiha l-kontestazzjoni titressaq quddiem l-awla mill-Imħallef Relatur.

2.   Fil-każ li l-Imħallef Relatur ma jagħmilx parti minn awla bi tliet Imħallfin, id-deċiżjoni għandha tittieħed, fl-istess kundizzjonijiet, mill-awla b’ħames Imħallfin li lilha jkun ġie assenjat. Minbarra l-Imħallef Relatur, il-kulleġġ ġudikanti għandu jkun kompost minn erba’ Mħallfin innominati fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 28(2), fid-data li fiha l-kontestazzjoni titressaq quddiem l-awla mill-Imħallef Relatur.

3.   Il-partijiet jistgħu, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, jitolbu kopja awtentikata tad-digriet.

Artikolu 146

Modalitajiet tal-ħlas

1.   Il-ħlasijiet dovuti mill-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja u mid-debituri tagħha għandhom isiru f’Euro.

2.   Meta l-ispejjeż rimborsabbli jkunu saru f’munita differenti mill-Euro jew meta l-atti li jagħtu lok għal kumpens ikunu saru f’pajjiż li għandu munita differenti mill-Euro, il-kambju għandu jsir skont ir-rata tal-kambju ta’ referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-jum tal-ħlas.

Kapitolu VII

FUQ IL-FTEHIM BONARJU, FUQ IR-RINUNZJA GĦALL-ATTI, FUQ IL-KAŻIJIET FEJN MA JKUNX HEMM LOK LI TINGĦATA DEĊIŻJONI U FUQ IL-KWISTJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 147

Ftehim bonarju

1.   Jekk, qabel ma l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti d-deċiżjoni tagħha, il-partijiet jilħqu ftehim dwar it-tilwima ta’ bejniethom u jekk jinformaw lill-Qorti tal-Ġustizzja li qegħdin jirrinunzjaw għal kull pretensjoni, il-President għandu jordna t-tħassir tal-kawża mir-reġistru u għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 141, jekk ikun il-każ fid-dawl tal-proposti magħmula f’dan is-sens mill-partijiet.

2.   Din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għar-rikorsi msemmija fl-Artikoli 263 u 265 TFUE.

Artikolu 148

Rinunzja għall-atti

Jekk ir-rikorrent jinforma lill-Qorti tal-Ġustizzja, bil-miktub jew matul is-seduta, li għandu l-intenzjoni jirrinunzja għall-atti, il-President għandu jordna t-tħassir tal-kawża mir-reġistru u għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 141.

Artikolu 149

Meta ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-rikors ma għadx għandu skop u li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni, hija tista’, f’kull ħin, ex officio, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstemgħu l-partijiet u l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat. Hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

Artikolu 150

Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku

Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, ex officio u wara li jinstemgħu l-partijiet u l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat dwar l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku.

Artikolu 151

Eċċezzjonijiet u kwistjonijiet proċedurali

1.   Meta parti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar eċċezzjoni jew kwistjoni mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża, hija għandha tressaq it-talba tagħha permezz ta’ att separat.

2.   It-talba għandha tinkludi espożizzjoni tal-motivi u l-argumenti li fuqhom tkun ibbażata, it-talbiet u, mehmuża magħha, l-annessi u d-dokumenti invokati insostenn tagħha.

3.   Hekk kif jiġi ppreżentat l-att li bih titressaq it-talba, il-President għandu jiffissa terminu sabiex il-parti l-oħra tippreżenta bil-miktub il-motivi u t-talbiet tagħha.

4.   Sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidix mod ieħor, il-proċedura dwar it-talba għandha titkompla bil-fażi orali.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, għandha tiddeċiedi fl-iqsar żmien possibbli dwar it-talba jew, meta jkun ġustifikat minħabba ċirkustanzi partikolari, għandha tinkludi l-eżami ta’ din it-talba mad-deċiżjoni fil-mertu.

6.   Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad it-talba jew tħalliha għad-deċiżjoni fil-mertu, il-President għandu jiffissa termini ġodda għat-tkomplija tal-istanza.

Kapitolu VIII

FUQ IS-SENTENZI FIL-KONTUMAĊJA

Artikolu 152

Sentenzi fil-kontumaċja

1.   Jekk il-konvenut, regolarment intimat, ma jirrispondix għar-rikors fil-forma u fit-termini previsti, ir-rikorrent jista’ jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ t-talbiet tiegħu.

2.   Din it-talba għandha tiġi nnotifikata lill-konvenut. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura fir-rigward tat-talba.

3.   Qabel ma tagħti sentenza fil-kontumaċja, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, għandha teżamina l-ammissibbiltà tar-rikors u għandha tivverifika jekk il-formalitajiet ġewx osservati u jekk it-talbiet tar-rikorrent jidhrux li huma fondati. Hija tista’ tieħu miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew tordna miżuri istruttorji.

4.   Sentenza fil-kontumaċja hija eżekuttiva. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni tagħha sakemm tiddeċiedi dwar l-oppożizzjoni mressqa skont l-Artikolu 156 u tista’ anki tissuġġetta l-eżekuzzjoni tagħha għal depożitu ta’ garanzija li l-ammont u l-modalitajiet tagħha għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl taċ-ċirkustanzi; din il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata jekk ma titressaqx oppożizzjoni jew fil-każ li din l-oppożizzjoni tiġi miċħuda.

Kapitolu IX

FUQ IT-TALBIET U R-RIKORSI LI JIKKONĊERNAW IS-SENTENZI U D-DIGRIETI

Artikolu 153

Kulleġġ ġudikanti kompetenti

1.   It-talbiet u r-rikorsi msemmija f’dan il-kapitolu, bl-eċċezzjoni tat-talbiet imsemmija fl-Artikolu 159, għandhom jiġu assenjati lill-Imħallef Relatur li kien inkarigat mill-kawża kkonċernata mit-talba jew mir-rikors u għandhom jiġu assenjati lill-kulleġġ ġudikanti li kien iddeċieda dwar il-kawża msemmija.

2.   Fil-każ ta’ impediment tal-Imħallef Relatur, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jassenja t-talba jew ir-rikors imsemmija f’dan il-kapitolu lil Imħallef li kien jagħmel parti mill-kulleġġ ġudikanti li kien iddeċieda dwar il-kawża kkonċernata mit-talba jew mir-rikors inkwistjoni.

3.   Jekk ma jkunx għadu possibbli li jintlaħaq il-kworum imsemmi fl-Artikolu 17 tal-Istatut, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tassenja t-talba jew ir-rikors lil kulleġġ ġudikanti ġdid.

Artikolu 154

Rettifika

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar l-interpretazzjoni tas-sentenzi u tad-digrieti, l-iżbalji tal-pinna jew ta’ kalkolu u l-ineżattezzi evidenti jistgħu jiġu rrettifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja, ex officio jew fuq talba ta’ parti, sakemm din it-talba titressaq f’terminu ta’ ġimagħtejn li jiddekorri mill-għoti tas-sentenza jew min-notifika tad-digriet.

2.   Meta t-talba għal rettifika tikkonċerna d-dispożittiv jew waħda mir-raġunijiet li fuqhom ikun ibbażat id-dispożittiv, il-partijiet, debitament informati mir-Reġistratur, jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub f’terminu ffissat mill-President.

3.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

4.   L-oriġinal tad-digriet ta’ rettifika għandu jiġi anness mal-oriġinal tad-deċiżjoni rrettifikata. Fil-marġni tal-oriġinal tad-deċiżjoni rrettifikata għandu jsir notament dwar id-digriet ta’ rettifika.

Artikolu 155

Nuqqas li tingħata deċiżjoni

1.   Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tonqos milli tiddeċiedi dwar waħda mit-talbiet jew dwar l-ispejjeż, il-parti li jkollha l-intenzjoni tinvoka dan in-nuqqas għandha tressaq talba f’dan is-sens lill-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ rikors fi żmien xahar min-notifika tad-deċiżjoni.

2.   Ir-rikors għandu jiġi nnotifikat lill-parti l-oħra u l-President għandu jiffissa terminu għall-preżentata tal-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha.

3.   Wara l-preżentata ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, għandha tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà u, fl-istess ħin, dwar il-fondatezza tat-talba.

Artikolu 156

Oppożizzjoni

1.   Skont l-Artikolu 41 tal-Istatut, is-sentenza mogħtija fil-kontumaċja tista’ tkun suġġetta għal oppożizzjoni.

2.   L-oppożizzjoni għandha ssir f’terminu ta’ xahar li jiddekorri min-notifika tas-sentenza; l-oppożizzjoni għandha tiġi ppreżentata skont il-formalitajiet indikati fl-Artikoli 120 sa 122 ta’ dawn ir-Regoli.

3.   Wara n-notifika tal-oppożizzjoni, il-President għandu jiffissa terminu sabiex il-parti l-oħra tippreżenta l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha.

4.   Il-proċedura għandha titkompla skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 59 sa 92 ta’ dawn ir-Regoli.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi permezz ta’ sentenza li ma tistax tkun suġġetta għal oppożizzjoni.

6.   L-oriġinal ta’ din is-sentenza għandu jiġi anness mal-oriġinal tas-sentenza fil-kontumaċja. Fil-marġni tal-oriġinal tas-sentenza fil-kontumaċja għandu jsir notament dwar is-sentenza mogħtija wara oppożizzjoni.

Artikolu 157

Oppożizzjoni minn terzi

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 120 sa 122 ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli għal talba għal oppożizzjoni mressqa minn terzi skont l-Artikolu 42 tal-Istatut. Din it-talba għandha, barra minn dan:

(a)

tispeċifika s-sentenza jew id-digriet ikkontestati;

(b)

tindika kif id-deċiżjoni kkontestata tippreġudika d-drittijiet tat-terzi li jagħmlu l-oppożizzjoni;

(c)

tindika r-raġunijiet għaliex it-terzi li jagħmlu l-oppożizzjoni ma setgħux jipparteċipaw fil-kawża.

2.   It-talba għandha titressaq kontra l-partijiet kollha fil-kawża.

3.   It-talba għandha titressaq fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tista’ tiġi ordnata fuq talba tat-terzi li jagħmlu l-oppożizzjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu X ta’ dan it-titolu huma applikabbli.

5.   Id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi emendata sa fejn tintlaqa’ l-oppożizzjoni minn terzi.

6.   L-oriġinal tas-sentenza mogħtija wara oppożizzjoni minn terzi għandu jiġi anness mal-oriġinal tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-marġni tal-oriġinal tad-deċiżjoni kkontestata għandu jsir notament dwar is-sentenza mogħtija wara oppożizzjoni minn terzi.

Artikolu 158

Interpretazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 43 tal-Istatut, fil-każ ta’ dubju dwar it-tifsira jew il-portata ta’ sentenza jew ta’ digriet, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tinterpretaha, fuq talba ta’ parti jew ta’ istituzzjoni tal-Unjoni li turi li jkollha interess f’dan.

2.   It-talba għal interpretazzjoni għandha titressaq f’terminu ta’ sentejn li jiddekorri mid-data tal-għoti tas-sentenza jew tan-notifika tad-digriet.

3.   It-talba għal interpretazzjoni għandha titressaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 120 sa 122 ta’ dawn ir-Regoli. Din it-talba għandha tispeċifika barra minn dan:

(a)

id-deċiżjoni kkonċernata;

(b)

il-partijiet li tagħhom tkun qiegħda tintalab l-interpretazzjoni.

4.   It-talba għandha titressaq kontra l-partijiet kollha fil-kawża li fiha tkun ingħatat id-deċiżjoni kkonċernata mit-talba għal interpetazzjoni.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara li tagħti lill-partijiet l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

6.   L-oriġinal tad-deċiżjoni ta’ interpretazzjoni għandu jiġi anness mal-oriġinal tad-deċiżjoni interpretata. Fil-marġni tal-oriġinal tad-deċiżjoni interpretata għandu jsir notament dwar id-deċiżjoni ta’ interpretazzjoni.

Artikolu 159

Reviżjoni

1.   Skont l-Artikolu 44 tal-Istatut, ir-reviżjoni ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tintalab biss għar-raġuni li jiġi skopert fatt ta’ natura tali li jkollu influwenza deċiżiva u li, qabel l-għoti tas-sentenza jew in-notifika tad-digriet, ma kienx magħruf mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-parti li titlob ir-reviżjoni.

2.   Bla ħsara għat-terminu ta’ għaxar snin previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 44 tal-Istatut, ir-reviżjoni għandha tintalab f’terminu ta’ tliet xhur li jiddekorri mill-jum li fih min iressaq it-talba jkun sar jaf bil-fatt li fuqu tkun ibbażata t-talba għal reviżjoni.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 120 sa 122 ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli għat-talba għal reviżjoni. Din it-talba għandha barra minn dan:

(a)

tispeċifika s-sentenza jew id-digriet ikkontestati;

(b)

tindika l-punti li fir-rigward tagħhom id-deċiżjoni qiegħda tiġi kkontestata;

(c)

tispeċifika l-fatti li fuqhom it-talba hija bbażata;

(d)

tindika n-natura tal-provi intiżi sabiex juru l-eżistenza ta’ fatti li jiġġustifikaw ir-reviżjoni u sabiex jistabbilixxu li t-termini previsti fil-paragrafu 2 ġew osservati.

4.   It-talba għal reviżjoni għandha titressaq kontra l-partijiet kollha fil-kawża li fiha tkun ingħatat id-deċiżjoni kkonċernata mit-talba għal reviżjoni.

5.   Bla ħsara għad-deċiżjoni fil-mertu, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali u wara li tikkunsidra l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet, għandha tiddeċiedi permezz ta’ digriet dwar l-ammissibbiltà tat-talba.

6.   Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara t-talba ammissibbli, hija għandha tkompli bl-eżami tal-mertu u għandha tiddeċiedi permezz ta’ sentenza, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli.

7.   L-oriġinal tas-sentenza ta’ reviżjoni għandu jiġi anness mal-oriġinal tad-deċiżjoni riveduta. Fil-marġni tal-oriġinal tad-deċiżjoni riveduta għandu jsir notament dwar is-sentenza ta’ reviżjoni.

Kapitolu X

FUQ IS-SOSPENSJONI U FUQ IL-PROĊEDURI GĦAL MIŻURI PROVVIŻORJI OĦRA

Artikolu 160

Talba għal sospensjoni jew għal miżuri provviżorji

1.   Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att ta’ istituzzjoni taħt l-Artikoli 278 TFUE u 157 TKEEA hija ammissibbli biss jekk min iressaq it-talba jkun ikkontesta dan l-att b’rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

2.   Kull talba għal waħda mill-miżuri provviżorji l-oħra msemmija fl-Artikolu 279 TFUE hija ammissibbli biss jekk titressaq minn parti f’kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u jekk tirreferi għall-kawża msemmija.

3.   It-talbiet imsemmija fil-paragrafi preċedenti għandhom jispeċifikaw is-suġġett tal-kawża, iċ-ċirkustanzi li jistabbilixxu l-urġenza, kif ukoll il-motivi ta’ fatt u ta’ liġi li jiġġustifikaw prima facie l-adozzjoni tal-miżura provviżorja mitluba.

4.   It-talba għandha titressaq permezz ta’ att separat u skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 120 sa 122 ta’ dawn ir-Regoli.

5.   It-talba għandha tiġi nnotifikata lill-parti l-oħra u l-President għandu jiffissa terminu qasir għall-preżentata ta’ osservazzjonijiet bil-miktub jew orali.

6.   Il-President għandu jevalwa jekk hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ ta’ istruttorja.

7.   Il-President jista’ jilqa’ t-talba anki qabel ma l-parti l-oħra tkun ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha. Din il-miżura tista’ tiġi sussegwentement emendata jew irrevokata, anki ex officio.

Artikolu 161

Deċiżjoni dwar it-talba

1.   Il-President għandu jiddeċiedi huwa stess jew għandu jgħaddi minnufih it-talba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

2.   Fil-każ ta’ impediment tal-President, l-Artikoli 10 u 13 ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli.

3.   Jekk it-talba tgħaddi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, din għandha tiddeċiedi minnufih, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

Artikolu 162

Digriet ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni jew ta’ miżuri provviżorji

1.   Id-deċiżjoni dwar it-talba għandha tingħata permezz ta’ digriet motivat u li ma huwiex appellabbli. Dan id-digriet għandu jiġi nnotifikat minnufih lill-partijiet.

2.   L-eżekuzzjoni tad-digriet tista’ tiġi suġġetta għad-depożitu, minn min jagħmel it-talba, ta’ garanzija li l-ammont u l-modalitajiet tagħha għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl taċ-ċirkustanzi.

3.   Id-digriet jista’ jiffissa data li fiha l-miżura ma tibqax effettiva. Jekk tali data ma tiġix iffissata, il-miżura ma tibqax effettiva hekk kif tingħata s-sentenza li tagħlaq l-istanza.

4.   Id-digriet huwa ta’ natura provviżorja u bl-ebda mod ma jippreġudika d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar is-suġġett prinċipali tal-kawża.

Artikolu 163

Bidla fiċ-ċirkustanzi

Fuq talba ta’ parti, id-digriet jista’, f’kull ħin, jiġi emendat jew irrevokat minħabba bidla fiċ-ċirkustanzi.

Artikolu 164

Talba ġdida

Iċ-ċaħda ta’ talba għal miżura provviżorja ma żżommx lill-parti li kienet ressqitha milli tressaq talba oħra bbażata fuq fatti ġodda.

Artikolu 165

Talba mressqa taħt l-Artikoli 280 u 299 TFUE u 164 TKEEA

1.   Talba mressqa taħt l-Artikoli 280 u 299 TFUE u 164 TKEEA u intiża għas-sospsensjoni tal-infurzar ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew ta’ att tal-Kunsill, tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Bank Ċentrali Ewropew għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Jekk ikun il-każ, id-digriet li jilqa’ t-talba għandu jiffissa d-data li fiha l-miżura provviżorja ma tibqax effettiva.

Artikolu 166

Talba mressqa taħt l-Artikolu 81 TKEEA

1.   It-talba msemmija fit-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 81 TKEEA għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-persuni jew impriżi suġġetti għall-ispezzjoni;

(b)

l-indikazzjoni tas-suġġett u tal-għan tal-ispezzjoni.

2.   Il-President għandu jiddeċiedi permezz ta’ digriet. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 162 ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli.

3.   Fil-każ ta’ impediment tal-President, l-Artikoli 10 u 13 ta’ dawn ir-Regoli huwa applikabbli.

TITOLU V

FUQ L-APPELLI MID-DEĊIŻJONIJIET TAL-QORTI ĠENERALI

Kapitolu I

FUQ IL-FORMA, IL-KONTENUT U T-TALBIET TAR-RIKORS TAL-APPELL

Artikolu 167

Preżentata tar-rikors tal-appell

1.   L-appell għandu jsir permezz tal-preżentata ta’ rikors fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali.

2.   Ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali għandu jibgħat minnufih il-proċess tal-ewwel istanza u, jekk ikun il-każ, ir-rikors tal-appell, lir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 168

Kontenut tar-rikors tal-appell

1.   L-appell għandu jinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-parti li tagħmel l-appell, imsejjaħ l-appellant;

(b)

l-indikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tal-Qorti Ġenerali;

(c)

id-dettalji tal-partijiet l-oħra fil-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali;

(d)

l-aggravji u l-argument ta’ liġi invokati kif ukoll espożizzjoni fil-qosor ta’ dawn l-aggravji;

(e)

it-talbiet tal-appellant.

2.   L-Artikoli 119, 121 u 122(1) ta’ dawn ir-regoli huma applikabbli għall-appell.

3.   Għandha tiġi indikata d-data li fiha d-deċiżjoni appellata ġiet innotifikata lill-appellant.

4.   Jekk l-appell ma jkunx konformi mal-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-artikolu, ir-Reġistratur għandu jagħti lill-appellant terminu raġonevoli sabiex jirregolarizza r-rikors tal-appell. Fin-nuqqas ta’ din ir-regolarizzazzjoni fit-terminu mogħti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet jimplikax l-inammissibbiltà formali tar-rikors tal-appell.

Artikolu 169

Talbiet, aggravji u argumenti tal-appell

1.   It-talbiet tal-appell għandhom ikunu intiżi għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kif din tkun tinsab fid-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni.

2.   L-aggravji u l-argumenti ta’ liġi invokati għandhom jidentifikaw bi preċiżjoni l-punti tar-raġunijiet tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li jkunu qegħdin jiġu kkontestati.

Artikolu 170

Talbiet fil-każ li jintlaqa’ l-appell

1.   Jekk l-appell jiġi ddikjarat fondat, it-talbiet tiegħu għandhom ikunu intiżi sabiex jintlaqgħu, kompletament jew parzjalment, it-talbiet imressqa fl-ewwel istanza, bl-esklużjoni ta’ kull talba ġdida. L-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

2.   Meta l-appellant jitlob, fil-każ li tiġi annullata d-deċiżjoni appellata, li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, huwa għandu jesponi r-raġunijiet għaliex il-kawża ma tinsabx fi stat li tiġi deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Kapitolu II

FUQ IR-RISPOSTA GĦALL-APPELL, IR-REPLIKA U L-KONTROREPLIKA

Artikolu 171

Notifika tal-appell

1.   L-appell għandu jiġi nnotifikat lill-partijiet l-oħra fil-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali.

2.   Fil-każ previst fl-Artikolu 168(4) ta’ dawn ir-Regoli, in-notifika għandha ssir hekk kif titwettaq ir-regolarizzazzjoni jew hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-ammissibbiltà fid-dawl tal-kundizzjonijiet formali previsti fl-artikolu msemmi.

Artikolu 172

Partijiet li jistgħu jippreżentaw risposta għall-appell

Kull parti fil-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali li jkollha interess li l-appell jintlaqa’ jew jiġi miċħud tista’ tippreżenta risposta għall-appell f’terminu ta’ xahrejn li jiddekorri min-notifika tal-appell. It-terminu għall-preżentata ta’ risposta għall-appell ma jistax jiġi pprorogat.

Artikolu 173

Kontenut tar-risposta għall-appell

1.   Ir-risposta għall-appell għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-parti li tippreżentaha;

(b)

id-data li fiha l-appell ġie nnotifikat lilha;

(c)

il-motivi u l-argumenti ta’ liġi invokati;

(d)

it-talbiet.

2.   L-Artikoli 119 u 121 ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli għar-risposta għall-appell.

Artikolu 174

Talbiet tar-risposta għall-appell

It-talbiet tar-risposta għall-appell għandhom ikunu intiżi sabiex jintlaqa’ jew jiġi miċħud, totalment jew parzjalment, l-appell.

Artikolu 175

Replika u kontroreplika

1.   L-appell u r-risposta għall-appell ma jistgħux jiġu kkompletati b’replika jew b’kontroreplika sakemm il-President, fuq talba debitament motivata mressqa f’dan is-sens mill-appellant f’terminu ta’ sebat’ijiem li jiddekorri min-notifika tar-risposta għall-appell, u wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, ma jqisx li dan huwa neċessarju, b’mod partikolari sabiex l-appellant ikun jista’ jieħu pożizzjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà jew dwar punti ġodda invokati fir-risposta għall-appell.

2.   Il-President għandu jiffissa d-data li fiha għandha tiġi ppreżentata r-replika u, meta din tiġi nnotifikata, id-data li fiha għandha tiġi ppreżentata l-kontroreplika. Il-President jista’ jillimita n-numru ta’ paġni u s-suġġett tar-replika u tal-kontroreplika.

Kapitolu III

FUQ IL-FORMA, IL-KONTENUT U T-TALBIET TAL-APPELL INĊIDENTALI

Artikolu 176

Appell inċidentali

1.   Il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 172 ta’ dawn ir-Regoli jistgħu jippreżentaw appell inċidentali fl-istess terminu bħal dak previst għall-preżentata tar-risposta għall-appell.

2.   L-appell inċidentali għandu jsir permezz ta’ att separat, distint mir-risposta għall-appell.

Artikolu 177

Kontenut tal-appell inċidentali

1.   L-appell inċidentali għandu jinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-parti li tippreżenta l-appell inċidentali;

(b)

id-data li fiha l-appell ġie nnotifikat lilha;

(c)

l-aggravji u l-argumenti ta’ liġi invokati;

(d)

it-talbiet.

2.   L-Artikoli 119, 121 u 122(1) u (3) ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli għall-appell inċidentali.

Artikolu 178

Talbiet, aggravji u argumenti tal-appell inċidentali

1.   It-talbiet tal-appell inċidentali għandhom ikunu intiżi għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

2.   Dawn it-talbiet jistgħu jkunu intiżi wkoll għall-annullament ta’ deċiżjoni, espliċita jew impliċita, dwar l-ammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.

3.   L-aggravji u l-argumenti ta’ liġi invokati għandhom jidentifikaw bi preċiżjoni l-punti tar-raġunijiet tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li jkunu qegħdin jiġu kkontestati. Dawn għandhom ikunu distinti mill-motivi u argumenti invokati fir-risposta għall-appell.

Kapitolu IV

FUQ IN-NOTI SUSSEGWENTI GĦALL-APPELL INĊIDENTALI

Artikolu 179

Risposta għall-appell inċidentali

Meta jiġi ppreżentat appell inċidentali, l-appellant jew kull parti oħra fil-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali li jkollhom interess li l-appell inċidentali jintlaqa’ jew jiġi miċħud jistgħu jippreżentaw, f’terminu ta’ xahrejn li jiddekorri min-notifika tal-appell inċidentali, risposta għall-appell inċidentali li s-suġġett tagħha għandu jkun limitat għall-aggravji invokati f’dan l-appell inċidentali. Dan it-terminu ma jistax jiġi pprorogat.

Artikolu 180

Replika u kontroreplika wara appell inċidentali

1.   L-appell inċidentali u r-risposta għall-appell inċidentali ma jistgħux jiġu kkompletati b’replika jew b’kontroreplika sakemm il-President, fuq talba debitament motivata mressqa f’dan is-sens mill-parti li ppreżentat l-appell inċidentali f’terminu ta’ sebat’ijiem li jiddekorri min-notifika tar-risposta għall-appell inċidentali, u wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, ma jqisx li dan huwa neċessarju, b’mod partikolari sabiex din il-parti tkun tista’ tieħu pożizzjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà jew dwar punti ġodda invokati fir-risposta għall-appell inċidentali.

2.   Il-President għandu jiffissa d-data li fiha għandha tiġi ppreżentata r-replika u, meta din tiġi nnotifikata, id-data li fiha għandha tiġi ppreżentata l-kontroreplika. Il-President jista’ jillimita n-numru ta’ paġni u s-suġġett tar-replika u tal-kontroreplika.

Kapitolu V

FUQ L-APPELLI MAQTUGĦA PERMEZZ TA’ DIGRIET

Artikolu 181

Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat

Meta l-appell, prinċipali jew inċidentali, ikun, kompletament jew parzjalment, manifestament inammissibbli jew manifestament infondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi li tiċħad dan l-appell, kompletament jew parzjalment, permezz ta’ digriet motivat.

Artikolu 182

Appell manifestament fondat

Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà ddeċidiet dwar punt jew diversi punti ta’ liġi identiċi għal dawk imqajma fl-aggravji tal-appell, prinċipali jew inċidentali, u meta tqis li l-appell huwa manifestament fondat, hija tista’, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstemgħu l-partijiet u l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi li tiddikjara l-appell manifestament fondat permezz ta’ digriet motivat li jinkludi referenzi għall-ġurisprudenza rilevanti.

Kapitolu VI

FUQ IL-KONSEGWENZI TAT-TĦASSIR TAL-APPELL PRINĊIPALI GĦALL-APPELL INĊIDENTALI

Artikolu 183

Konsegwenzi ta’ rinunzja għall-atti jew ta’ inammissibbiltà manifesta tal-appell prinċipali fuq l-appell inċidentali

L-appell inċidentali jitqies li ma għandux skop:

(a)

meta l-parti li tkun ippreżentat l-appell prinċipali tirrinunzja għall-appell;

(b)

meta l-appell prinċipali jiġi ddikjarat manifestament inammissibbli minħabba nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata tal-apell;

(c)

meta l-appell prinċipali jiġi ddikjarat manifestament inammissibbli għas-sempliċi raġuni li ma ġiex indirizzat kontra deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tagħlaq l-istanza jew kontra deċiżjoni li taqta’ parzjalment il-mertu tal-kawża jew li tagħlaq kwistjoni proċedurali li tikkonċerna eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ kompetenza jew ta’ inammissibbiltà, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut.

Kapitolu VII

FUQ L-ISPEJJEŻ U FUQ L-GĦAJNUNA LEGALI FL-APPELLI

Artikolu 184

Deċiżjoni dwar l-ispejjeż fl-appelli

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin, l-Artikoli 137 sa 146 ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli, mutatis mutandis, għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li tkun tikkonċerna appell minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

2.   Meta l-appell ma jkunx fondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi l-kawża hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

3.   Meta appell ippreżentat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni li ma jkunux intervjenew fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali jkun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-ispejjeż għandhom jinqasmu bejn il-partijiet jew li l-appellant li jirbaħ għandu jirrimborsa lill-parti li titlef l-ispejjeż li jkun ikkawżalha minħabba l-appell tiegħu.

4.   Meta intervenjent fl-ewwel istanza ma jkunx ippreżenta l-appell huwa stess, dan l-intervenjent jista’ jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-proċedura fl-appell biss jekk ikun ipparteċipa fil-fażi bil-miktub jew orali tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Meta tali intervenjent jipparteċipa fil-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-intervenjent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Artikolu 185

Għajnuna legali

1.   Jekk parti ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż kollha tal-istanza jew parti minnhom, hija tista’, f’kull ħin, titlob il-benefiċċju tal-għajnuna legali.

2.   It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn kollha li permezz tagħhom tkun tista’ tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika tal-parti li qed tressaqha, bħal ma jista’ jkun ċertifikat maħruġ minn awtorità nazzjonali kompetenti li jattesta din is-sitwazzjoni ekonomika.

Artikolu 186

Talba għal għajnuna legali minn qabel

1.   Jekk it-talba titressaq qabel l-appell li min iressaq it-talba jkollu l-intenzjoni jippreżenta, din it-talba għandha tinkludi espożizzjoni fil-qosor tas-suġġett tal-appell.

2.   Ma huwiex meħtieġ li t-talba titressaq permezz ta’ avukat.

3.   It-tressiq ta’ talba għal għajnuna legali jissospendi, fir-rigward ta’ min ikun ressaqha, it-terminu previst għall-preżentata tal-appell sad-data tan-notifika tad-digriet li permezz tiegħu tittieħed id-deċiżjoni dwar din it-talba.

4.   Malli titressaq it-talba, il-President għandu jassenjaha lil Imħallef Relatur li għandu, f’qasir żmien, jagħmel proposta dwar il-provvedimenti li għandhom jittieħdu fuq din it-talba.

Artikolu 187

Deċiżjoni dwar l-għajnuna legali

1.   Id-deċiżjoni dwar jekk il-benefiċċju tal-għajnuna legali għandux jingħata, kompletament jew parzjalment, jew jekk għandux jiġi rrifjutat għandha tittieħed, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, mill-awla bi tliet Imħallfin li lilha jkun ġie assenjat l-Imħallef Relatur. F’dan il-każ, il-kulleġġ ġudikanti għandu jkun kompost mill-President ta’ din l-awla, mill-Imħallef Relatur u mill-ewwel jew, jekk ikun il-każ, mill-ewwel żewġ Imħallfin innominati fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 28(3) ta’ dawn ir-Regoli, fid-data li fiha l-Imħallef Relatur iressaq it-talba għal għajnuna legali quddiem l-awla. Din l-awla għandha teżamina, jekk ikun il-każ, jekk l-appell huwiex manifestament infondat.

2.   Jekk l-Imħallef Relatur ma jkunx jagħmel parti minn awla bi tliet Imħallfin, id-deċiżjoni għandha tittieħed, fl-istess kundizzjonijiet, mill-awla b’ħames Imħallfin li lilha jkun ġie assenjat. Minbarra l-Imħallef Relatur, il-kulleġġ ġudikanti għandu jkun kompost minn erba’ Mħallfin innominati fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 28(2) ta’ dawn ir-Regoli, fid-data li fiha l-Imħallef Relatur iressaq it-talba għal għajnuna legali quddiem l-awla.

3.   Il-kulleġġ ġudikanti għandu jiddeċiedi permezz ta’ digriet. Fil-każ li l-benefiċċju tal-għajnuna legali jiġi rrifjutat kompletament jew parzjalment, id-digriet għandu jagħti r-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

Artikolu 188

Ammonti li għandhom jitħallsu bħala għajnuna legali

1.   Fil-każ li jingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali, il-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jħallas, jekk ikun il-każ fil-limiti stabbiliti mill-kulleġġ ġudikanti, l-ispejjeż marbuta mal-assistenza u mar-rappreżentanza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-parti li tkun talbet dan il-benefiċċju. Fuq talba minn din tal-aħħar jew mir-rappreżentant tagħha, jista’ jsir ħlas bil-quddiem fir-rigward ta’ dawn l-ispejjeż.

2.   Id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż tista’ tipprovdi għall-ħlas lill-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-ammonti mħallsa bħala għajnuna legali.

3.   Ir-Reġistratur għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jirkupra dawn l-ammonti mingħand il-parti li tkun ġiet ikkundannata tħallashom.

Artikolu 189

Irtirar tal-għajnuna legali

Il-kulleġġ ġudikanti li jkun iddeċieda dwar it-talba għal għajnuna legali jista’, f’kull ħin, ex officio jew fuq talba, jirtira l-benefiċċju ta’ din l-għajnuna jekk il-kundizzjonijiet li kienu wasslu sabiex jingħata dan il-benefiċċju jinbidlu matul l-istanza.

Kapitolu VIII

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA APPLIKABBLI GĦALL-APPELLI

Artikolu 190

Dispożizzjonijiet oħra applikabbli għall-appelli

1.   L-Artikoli 127, 129 sa 136, 147 sa 150, 153 sa 155, 157 sa 166 ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li tkun tikkonċerna appell minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

2.   B’deroga mill-Artikolu 130(1), it-talba għal intervent għandha madankollu titressaq sa mhux iktar tard mill-iskadenza ta’ terminu ta’ xahar li jibda jiddekorri mill-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(4).

3.   L-Artikolu 95 huwa applikabbli, mutatis mutandis, għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li tkun tikkonċerna appell minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

TITOLU VI

FUQ L-EŻAMI MILL-ĠDID TAD-DEĊIŻJONIJIET TAL-QORTI ĠENERALI

Artikolu 191

Awla għall-eżami mill-ġdid

Għandha tintgħażel awla b’ħames Imħallfin, għal perijodu ta’ sena, sabiex tiddeċiedi, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 193 u 194 ta’ dawn ir-Regoli, jekk hemmx lok li deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tiġi eżaminata mill-ġdid skont l-Artikolu 62 tal-Istatut.

Artikolu 192

Informazzjoni u komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ eżami mill-ġdid

1.   Malli tiġi ffissata d-data għall-għoti jew għall-firma ta’ deċiżjoni mogħtija taħt l-Artikolu 256(2) jew (3) TFUE, ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali għandu jinforma b’dan lir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2.   Ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali għandu jikkomunika din id-deċiżjoni lir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja hekk kif tingħata jew tiġi ffirmata, flimkien mal-proċess tal-kawża, li għandu jitqiegħed minnufih għad-dispożizzjoni tal-Avukat Ġenerali Ewlieni.

Artikolu 193

Eżami mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet mogħtija fuq appell

1.   Il-proposta tal-Avukat Ġenerali Ewlieni li tiġi eżaminata mill-ġdid deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali mogħtija taħt l-Artikolu 256(2) TFUE għandha tintbagħat lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja u lill-President tal-awla għall-eżami mill-ġdid. Ir-Reġistratur għandu, fl-istess ħin, jiġi informat dwar din it-trażmissjoni.

2.   Hekk kif jiġi informat dwar l-eżistenza ta’ proposta, ir-Reġistratur għandu jikkomunika l-proċess tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali lill-Membri tal-awla għall-eżami mill-ġdid.

3.   Hekk kif jirċievi l-proposta ta’ eżami mill-ġdid, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jinnomina l-Imħallef Relatur minn fost l-Imħallfin tal-awla għall-eżami mill-ġdid fuq proposta tal-President ta’ din l-awla. Il-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti għandu jiġi ddeterminat, skont l-Artikolu 28(2) ta’ dawn ir-Regoli, fil-jum li l-kawża tiġi assenjata lill-Imħallef Relatur.

4.   Din l-awla għandha tiddeċiedi, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, jekk hemmx lok li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tiġi eżaminata mill-ġdid. Id-deċiżjoni li tiġi eżaminata mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandha tindika biss il-kwistjonijiet li għandhom ikunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid.

5.   Ir-Reġistratur għandu jinforma minnufih lill-Qorti Ġenerali, lill-partijiet fil-proċedura quddiemha kif ukoll lill-partijiet interessati l-oħra msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 62a tal-Istatut dwar id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

6.   Għandu jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li fih jiġu indikati d-data tad-deċiżjoni li tiġi eżaminata mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, u l-kwistjonijiet li ser ikunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid.

Artikolu 194

Eżami mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet preliminari

1.   Il-proposta tal-Avukat Ġenerali Ewlieni li tiġi eżaminata mill-ġdid deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali mogħtija taħt l-Artikolu 256(3) TFUE għandha tintbagħat lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja u lill-President tal-awla għall-eżami mill-ġdid. Ir-Reġistratur għandu, fl-istess ħin, jiġi informat dwar din it-trażmissjoni.

2.   Hekk kif jiġi informat dwar l-eżistenza ta’ proposta, ir-Reġistratur għandu jikkomunika l-proċess tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali lill-Membri tal-awla għall-eżami mill-ġdid.

3.   Ir-Reġistratur għandu jinforma wkoll lill-Qorti Ġenerali, lill-qorti tar-rinviju, lill-partijiet fil-kawża prinċipali kif ukoll lill-partijiet interessati l-oħra msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 62a tal-Istatut, dwar l-eżistenza ta’ proposta ta’ eżami mill-ġdid.

4.   Hekk kif jirċievi l-proposta ta’ eżami mill-ġdid, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jinnomina l-Imħallef Relatur minn fost l-Imħallfin tal-awla għall-eżami mill-ġdid fuq proposta tal-President ta’ din l-awla. Il-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti għandha tiġi ddeterminata, skont l-Artikolu 28(2) ta’ dawn ir-Regoli, fil-jum li fiha l-kawża tiġi assenjata lill-Imħallef Relatur.

5.   Din l-awla għandha tiddeċiedi, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, jekk hemmx lok li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tiġi eżaminata mill-ġdid. Id-deċiżjoni li tiġi eżaminata mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandha tindika biss il-kwistjonijiet li għandhom ikunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid.

6.   Ir-Reġistratur għandu jinforma minnufih lill-Qorti Ġenerali u lill-qorti tar-rinviju, lill-partijiet fil-kawża prinċipali kif ukoll lill-partijiet interessati l-oħra msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 62a tal-Istatut dwar id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li teżamina mill-ġdid jew li ma teżaminax mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

7.   Għandu jiġi ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li fih jiġu indikati d-data tad-deċiżjoni li tiġi eżaminata mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, u l-kwistjonijiet li ser ikunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid.

Artikolu 195

Sentenza fil-mertu wara deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid

1.   Id-deċiżjoni li tiġi eżaminata mill-ġdid deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandha tiġi nnotifikata lill-partijiet u lill-partijiet interessati l-oħra msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 62a tal-Istatut. Flimkien man-notifika lill-Istati Membri u lill-Istati parti fil-Ftehim ŻEE, minbarra l-Istati Membri, kif ukoll lill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA, għandu jkun hemm traduzzjoni tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 98 ta’ dawn ir-Regoli. Barra minn dan, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi kkomunikata lill-Qorti Ġenerali u, jekk ikun il-każ, lill-qorti tar-rinviju.

2.   F’terminu ta’ xahar li jiddekorri min-notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-partijiet u l-partijiet interessati l-oħra li lilhom tkun ġiet innotifikata d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub dwar il-kwistjonijiet li jkunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid.

3.   Hekk kif tittieħed deċiżjoni li tiġi eżaminata mill-ġdid deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, l-Avukat Ġenerali Ewlieni għandu jassenja l-eżami mill-ġdid lil Avukat Ġenerali.

4.   L-awla għall-eżami mill-ġdid għandha tiddeċiedi fil-mertu, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

5.   Madankollu, din l-awla tista’ titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja terġa’ tassenja l-kawża lil kulleġġ ġudikanti ikbar.

6.   Meta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tkun is-suġġett tal-eżami mill-ġdid tkun ingħatat taħt l-Artikolu 256(2) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

TITOLU VII

FUQ L-OPINJONIJIET

Artikolu 196

Fażi bil-miktub tal-proċedura

1.   Skont l-Artikolu 218(11) TFUE, it-talba għal opinjoni tista’ titressaq minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Talba għal opinjoni tista’ tikkonċerna kemm il-kompatibbiltà tal-ftehim prospettat mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati kif ukoll il-kompetenza tal-Unjoni jew ta’ waħda mill-istituzzjonijiet tagħha sabiex tikkonkludi dan il-ftehim

3.   Din it-talba għandha tiġi nnotifikata lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-President għandu jiffissa terminu għall-preżentata ta’ osservazzjonijiet bil-miktub.

Artikolu 197

Nomina tal-Imħallef Relatur u tal-Avukat Ġenerali

Hekk kif titressaq it-talba għal opinjoni, il-President għandu jinnomina l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali Ewlieni għandu jassenja l-kawża lil Avukat Ġenerali.

Artikolu 198

Seduta għas-sottomissjonijiet orali

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-proċedura quddiemha għandha tinkludi wkoll seduta għas-sottomissjonijiet orali.

Artikolu 199

Terminu għall-għoti tal-opinjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti l-opinjoni tagħha fl-iqsar żmien possibbli, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

Artikolu 200

Għoti tal-opinjoni

L-opinjoni, iffirmata mill-President, mill-Imħallfin li pparteċipaw fid-deliberazzjonijiet u mir-Reġistratur, għandha tingħata fil-qorti bil-miftuħ. L-opinjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 196(1).

TITOLU VIII

PROĊEDURI PARTIKOLARI

Artikolu 201

Rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Arbitraġġ

1.   Ir-rikors imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 TKEEA għandu jinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tar-rikorrent;

(b)

il-kwalità tal-firmatarju;

(c)

l-indikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kumitat tal-Arbitraġġ;

(d)

l-indikazzjoni tal-partijiet avversarji;

(e)

l-espożizzjoni fil-qosor tal-fatti;

(f)

il-motivi u l-argumenti invokati kif ukoll espożizzjoni fil-qosor ta’ dawn il-motivi;

(g)

it-talbiet tar-rikorrent.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 119 u 121 ta’ dawn ir-Regoli huma applikabbli għar-rikors.

3.   Barra minn dan, kopja awtentikata tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annessa mar-rikors.

4.   Mal-preżentata tar-rikors, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jistieden lir-Reġistru tal-Kumitat tal-Arbitraġġ jibgħat il-proċess tal-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja.

5.   Il-proċedura għandha titkompla skont l-Artikoli 123 u 124 ta’ dawn ir-Regoli. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-proċedura quddiemha għandha tinkludi wkoll seduta għas-sottomissjonijiet orali.

6.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi permezz ta’ sentenza. Fil-każ li d-deċiżjoni tal-Kumitat tiġi annullata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk ikun il-każ, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Kumitat.

Artikolu 202

Proċedura msemmija fl-Artikolu 103 TKEEA

1.   Fil-każijiet imsemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 103 TKEEA, ir-rikors għandu jiġi ppreżentat f’erba’ kopji awtentikati. Mar-rikors għandhom jiġu ppreżentati l-abbozz tal-ftehim jew tal-konvenzjoni kkonċernati, l-osservazzjonijiet indirizzati mill-Kummissjoni Ewropea lill-Istat ikkonċernat, kif ukoll kull dokument ta’ sostenn ieħor.

2.   Ir-rikors u l-annessi tiegħu għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha terminu ta’ għaxart’ijiem li jiddekorri minn din in-notifika sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha. Dan it-terminu jista’ jiġi pprorogat mill-President wara li jinstema’ lill-Istat ikkonċernat.

3.   Wara l-preżentata ta’ dawn l-osservazzjonijiet, li għandhom jiġu nnotifikati lill-Istat ikkonċernat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi f’qasir żmien wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali u, jekk ikunu għamlu talba f’dan is-sens, lill-Istat ikkonċernat u lill-Kummissjoni Ewropea.

Artikolu 203

Proċeduri msemmija fl-Artikoli 104 u 105 TKEEA

Ir-rikorsi msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 104 TKEEA u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 105 TKEEA għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet tat-Titoli II u IV ta’ dawn ir-Regoli. Dawn ir-rikorsi għandhom jiġu nnotifikati wkoll lill-Istat tal-persuna jew tal-impriża li kontriha jiġi indirizzat ir-rikors.

Artikolu 204

Proċedura prevista fl-Artikolu 111(3) tal-Ftehim ŻEE

1.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 111(3) tal-Ftehim ŻEE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi adita permezz ta’ talba mressqa mill-Partijiet Kontraenti li jkunu partijiet fil-kwistjoni. It-talba għandha tiġi nnotifikata lill-Partijiet Kontraenti l-oħra, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA u, jekk ikun il-każ, lill-partijiet interessati l-oħra li jiġu nnotifikati fil-każ ta’ talba għal deċiżjoni preliminari li tqajjem l-istess kwistjoni ta’ interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

2.   Il-President għandu jiffissa terminu sabiex il-Partijiet Kontreanti u l-partijiet interessati l-oħra li jiġu nnotifikati bit-talba jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.

3.   It-talba għandha titressaq f’waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36 ta’ dawn ir-Regoli. L-Artikolu 38 huwa applikabbli. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 98 japplikaw mutatis mutandis.

4.   Hekk kif titressaq it-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-President għandu jinnomina l-Imħallef Relatur. Minnufih wara dan, l-Avukat Ġenerali Ewlieni għandu jassenja t-talba lil Avukat Ġenerali.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar it-talba, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali.

6.   Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, iffirmata mill-President, mill-Imħallfin li pparteċipaw fid-deliberazzjonijiet u mir-Reġistratur, għandha tiġi nnotifikata lill-Partijiet Kontraenti u lill-partijiet interessati l-oħra msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 205

Soluzzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35 tat-TUE, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona

1.   Fil-każ ta’ kwistjonijiet bejn Stati Membri msemmija fl-Artikolu 35(7) TUE, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, kif miżmum fis-seħħ permezz tal-Protokoll Nru 36 anness mat-Trattati, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi adita permezz ta’ talba minn waħda mill-partijiet fil-kwistjoni. It-talba għandha tiġi nnotifikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Fil-każ ta’ kwistjonijiet bejn Stati Membri u l-Kummissjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 35(7) TUE, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, kif miżmum fis-seħħ permezz tal-Protokoll Nru 36 anness mat-Trattati, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi adita permezz ta’ talba minn waħda mill-partijiet fil-kwistjoni. Jekk it-talba titressaq minn Stat Membru, hija għandha tiġi nnotifikata lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea. Jekk it-talba titressaq mill-Kummissjoni Ewropea, hija għandha tiġi nnotifikata lill-Istati Membri u lill-Kunsill.

3.   Il-President għandu jiffissa terminu sabiex l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri lil lilhom tkun ġiet innotifikata t-talba għall-preżentata ta’ osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom.

4.   Hekk kif titressaq it-talba msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-President għandu jinnomina l-Imħallef Relatur. Minnufih wara dan, l-Avukat Ġenerali Ewlieni għandu jassenja t-talba lil Avukat Ġenerali.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-proċedura quddiemha għandha tinkludi wkoll seduta għas-sottomissjonijiet orali.

6.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar il-kwistjoni permezz ta’ sentenza, wara li l-Avukat Ġenerali jkun ippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu.

7.   L-istess proċedura bħal dik imsemmija fil-paragrafi preċedenti hija applikabbli meta ftehim konkluż bejn l-Istati Membri jagħti ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar kwistjoni bejn Stati Membri jew bejn Stati Membri u istituzzjoni.

Artikolu 206

Talbiet imsemmija fl-Artikolu 269 TFUE

1.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 269 TFUE, it-talba għandha tiġi ppreżentata f’erba’ kopji awtentikati. Mat-talba għandhom jiġu ppreżentati d-dokumenti rilevanti kollha u, b’mod partikolari, jekk ikun il-każ, l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ifformulati skont l-Artikolu 7 TUE.

2.   It-talba u l-annessi tagħha għandhom jiġu nnotifikati, skont il-każ, lill-Kunsill Ewropew jew lill-Kunsill, li għandu terminu ta’ għaxart’ijiem li jiddekorri minn din in-notifika sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu. Dan it-terminu ma jistax jiġi pprorogat.

3.   It-talba u l-annessi tiegħu għandhom jiġu kkomunikati wkoll lill-Istati Membri, minbarra l-Istat inkwistjoni, kif ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea.

4.   Wara l-preżentata tal-osservazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, li għandhom jiġu nnotifikati lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Istati u l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragafu 3, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi f’terminu ta’ xahar li jiddekorri mill-preżentata tat-talba. Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill, jew ex officio, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-proċedura quddiemha tinkludi wkoll seduta għas-sottomissjonijiet orali li għaliha jiġu mistiedna l-Istati u l-istituzzjonijiet kollha msemmija f’dan l-artikolu.

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 207

Regoli addizzjonali

Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 253 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li tikkonsulta mal-Gvernijiet interessati, għandha tistabbilixxi, f’dak li għandu x’jaqsam magħha, regoli addizzjonali dwar:

(a)

l-ittri rogatorji;

(b)

it-talbiet għal għajnuna legali;

(c)

id-denunzja mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ ksur tal-ġuramenti minn xhieda u periti skont l-Artikolu 30 tal-Istatut.

Artikolu 208

Dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni

Permezz ta’ att separat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tadotta dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni ta’ dawn ir-Regoli.

Artikolu 209

Tħassir

Dawn ir-Regoli jissostitwixxu r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej adottati fid-19 ta’ Ġunju 1991, kif emendati l-aħħar fl-24 ta’ Mejju 2011 ( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 162 tat-22 ta’ Ġunju 2011, paġna 17).

Artikolu 210

Pubblikazzjoni u dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regoli

Dawn ir-Regoli, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36 ta’ dawn ir-Regoli, għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

Adottati fil-Lussemburgu, fil-25 ta’ Settembru 2012.

 


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3.