ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.251.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
18 ta' Settembru 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 826/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 li jissuplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u l-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina l-ishma eżentati ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-mezzi għad-divulgazzjoni pubblika ta' pożizzjoni netta f’ishma, il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, it-tipi ta’ ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw b’mod xieraq li ishma jew strumenti ta’ dejn sovran huma disponibbli għas-saldu u d-dati u l-perjodu għad-determinazzjoni taċ-ċentru ewlieni għal sehem skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2012 tal-14 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2012 tal-14 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2012 tal-14 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi probizzjoni tas-sajd għas-salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-UE tas-subdiviżjonijiet 22-31 (il-Baħar Baltiku eskluż il-Golf tal-Finlandja) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Finlandja

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 831/2012 tal-14 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

25

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2012 tas-17 ta’ Settembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co Ltd) ( 1 )

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 833/2012 tas-17 ta’ Settembru 2012 li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

29

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 834/2012 tas-17 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

47

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/504/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2012 dwar l-Eurostat

49

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 826/2012

tad-29 ta’ Ġunju 2012

li jissuplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u l-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina l-ishma eżentati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (1), u b 'mod partikolari l-Artikoli 9(5), 11(3) u 16(3) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi reġim uniformi għas-sottomissjoni tan-notifiki u l-informazzjoni minn investituri lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew minn dawn l-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”). Peress li l-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina ishma eżentati huwa marbut mill-qrib ukoll mal-għoti ta' informazzjoni dwar ishma fejn iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar tagħhom huwa fl-Unjoni, huwa għandu jkun ukoll kopert minn dan ir-Regolament. Biex jiżguraw koerenza bejn tali dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 236/2012 f' Regolament wieħed.

(2)

Fir-rigward tan-notifiki ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti fuq ishma, dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana skoperti u d-divulgazzjoni lill-pubbliku ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti fuq ishma, għandhom ikunu speċifikati regoli uniformi rigward id-dettalji tal-informazzjoni, inkluż l-istandard komuni biex jintuża fin-notifika sabiex jiżguraw konsistenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' notifika fl-Unjoni, biex titrawwem l-effiċjenza fil-proċess tar-rappurtar u biex tiġi pprovduta informazzjoni komparabbli għall-pubbliku.

(3)

Biex tiżgura l-identifikazzjoni xierqa tad-detenturi tal-pożizzjoni, in-notifika għandha, fejn disponibbli, tinkludu kodiċi li jista' jikkomplementa l-isem tad-detentur tal-pożizzjoni. Sakemm ikun disponibbli identifikatur globali ta’ entità legali rikonoxxut pubblikament, uniku u robust, huwa neċessarju li joqgħodu fuq il-kodiċjiet eżistenti li xi detenturi tal-pożizzjoni jista’ jkollhom, bħal tal-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tal-Bank.

(4)

Bl-iskop li twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (2), l-Awtorità għandha tingħata tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi trimestrali fir-rigward tan-notifika tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti fuq ishma, dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti, kif ukoll b’tagħrif addizzjonali dwar l-pożizzjonijiet bin-nieqes netti fuq talba tagħha.

(5)

Sabiex tali informazzjoni tintuża b’mod effiċjenti, b'mod partikolari rigward l-objettiv li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni, l-informazzjoni trimestrali għandha tkun standardizzata, stabbli maż-żmien u jkollha dettaljar suffiċjenti, fil-forma ta' xi dejta aggregata kuljum, li tippermetti l-Awtorità biex jipproċessawha u biex tagħmel riċerka u analiżi.

(6)

L-Awtorità mhijiex f’pożizzjoni li tiddetermina minn qabel l-informazzjoni speċifika li tista' teħtieġ minn awtorità kompetenti peress li dik l-informazzjoni, tista’ tiġi determinata biss fuq bażi ta' każ b'każ u tista’ tinkludi input differenti bħalma huma d-dejta aggregata jew individwali dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti jew dwar pożizzjonijiet skoperti fis-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu. Madankollu, huwa importanti li tkun stabbilita informazzjoni ġenerali li għandha tkun ipprovduta f'dan ir-rigward.

(7)

Għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-fatturat, kemm fl-Unjoni kif ukoll f’ċentri tan-negozjar barra l-Unjoni, biex ikun determinat iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta' sehem, kull awtorità kompetenti relevanti jeħtieġ li tiddetermina s-sorsi rilevanti ta' informazzjoni biex tidentifika u tkejjel in-negozjar fuq sehem speċifiku. Bħalissa la hemm rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ tranżazzjonijiet armonizzati fl-Unjoni għal ishma ammessi biss fuq faċilitajiet tal-kummerċ multilaterali u lanqas standards internazzjonali fir-rigward ta’ statistika kummerċjali dwar ishma individwali fiċ-ċentri tan-negozjar, li jistgħu juru varjazzjonijiet rilevanti. Għalhekk, huwa neċessarju li titħalla xi ftit flessibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dak il-kalkolu.

(8)

Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħal dik tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Madankollu, sabiex il-persuni naturali u ġuridiċi jkollhom biżżejjed ħin biex jipproċessaw il-lista ta’ ishma eżentati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, il-preparazzjoni ta' dik il-lista u l-pubblikazzjoni sussegwenti tagħha fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità għandha ssir biżżejjed qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Għalhekk, il-metodu stipulat għall-kalkolu tal-fatturat biex ikun determinat iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta’ sehem,għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Peress li r-Regolament (UE) Nru 236/2012 irrikonoxxa li standards tekniċi vinkolanti għandhom ikunu adottati qabel ma dak ir-Regolament ikun jista’ jkun applikat b’mod utli, u peress li huwa essenzjali li jkunu speċifikati qabel l-1 ta’ Novembru 2012, l-elementi mhux essenzjali meħtieġa biex tkun faċilitata l-konformità mill-parteċipanti tas-suq ma’ dak ir-Regolament u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità lill-Kummissjoni.

(11)

L-Awtorità wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw is-segwenti:

(a)

id-dettalji tal-informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti u divulgati lill-pubbliku minn persuna naturali jew ġuridika skont l-Artikoli 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012;

(b)

id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem l-“ESMA”) mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012;

(c)

il-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina ċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta’ sehem skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

KAPITOLU II

DETTALJI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI BIEX JIĠU NNOTIFIKATI U DIVULGATI

[L-ARTIKOLU 9 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]

Artikolu 2

Notifika tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma, dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Notifika magħmula skont l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandha jkollha l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

In-notifika għandha ssir bl-użu ta' formola maħruġa mill-awtorità kompetenti rilevanti li għandha tieħu l-format stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

2.   Meta l-awtorità kompetenti jkollha stabbiliti sistemi siguri li jippermettulha li tidentifika b’mod sħiħ lill-persuna li tkun tippreżenta n-notifika u d-detentur tal-pożizzjoni, inkluża l-informazzjoni kollha misjuba fl-oqsma 1 sa 7 tat-Tabella 1 tal-Anness I, l-oqsma korrispondenti fil-formola jistgħu jitħallew vojta fil-formola tan-notifika.

3.   Persuna naturali jew ġuridika li tkun ippreżentat in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 li fiha żball għandha tibgħat, malli ssir konxja tal-iżball, kanċellazzjoni lill-awtorità kompetenti.

Il-kanċellazzjoni għandha ssir billi tintuża formola maħruġa minn dik l-awtorità kompetenti li għandu jkollha l-format stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Il-persuna naturali jew ġuridika konċernata għandha tissottometti notifika ġdida f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 jekk meħtieġ.

Artikolu 3

Divulgazzjoni pubblika ta' informazzjoni dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma

Kwalunkwe divulgazzjoni pubblika skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 ta' pożizzjoni bin-nieqes netta f’ishma li tilħaq, jew ladarba tkun laħqet, sussegwentement taqa' taħt livell limitu ta’ notifika [pubblikazzjoni] rilevanti, għandu jkollha l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella 2 tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

DETTALJI TAL-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA LILL-AWTORITÀ FIR-RIGWARD L-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI

[L-ARTIKOLU 11 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]

Artikolu 4

Informazzjoni perjodika

Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni li ġejja fuq bażi trimestrali:

(a)

il-pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata ta’ kuljum fuq kull sehem individwali fl-indiċi tal-ekwità nazzjonali ewlieni kif identifikat mill-awtorità kompetenti rilevanti;

(b)

it-tmiem ta’ kwart ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata għal kull sehem individwali li mhux fl-indiċi msemmi fil-punt (a);

(c)

il-pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata kuljum għal kull emittent sovran individwali;

(d)

fejn applikabbli, pożizzjonijiet skoperta aggregati kuljum fuq swaps tal-inadempjenza tal-kreditu ta’ emittent sovran.

Artikolu 5

Informazzjoni fuq talba

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn awtorità kompetenti rilevanti fuq bażi ad hoc skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandha tinkludi l-informazzjoni kollha mitluba speċifikata mill-Awtorità li qabel ma kinitx sottomessa mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

IL-METODU TAL-KALKOLU TAL-FATTURAT BIEX IKUN DETERMINAT IĊ-ĊENTRU PRINĊIPALI TAN-NEGOZJAR TA’ SEHEM

[L-ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]

Artikolu 6

Kalkolu tal-fatturat li jiddetermina ċ-ċentru ewlieni tan-negozjar ta’ sehem

1.   Fil-kalkolu tal-fatturat skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, awtorità kompetenti relevanti għandha tuża l-aħjar informazzjoni disponibbli, li tista’ tinkludi:

(a)

informazzjoni disponibbli pubblikament;

(b)

dejta tat-tranżazzjoni miksuba skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(c)

informazzjoni minn ċentri tan-negozjar fejn ikun innegozjat is-sehem rilevanti;

(d)

informazzjoni provduta minn awtorità kompetenti oħra, inkluża awtorità kompetenti ta' pajjiż terz;

(e)

informazzjoni pprovduta mill-emittent tas-sehem rilevanti;

(f)

informazzjoni minn terzi partijiet oħra, inklużi l-fornituri tad-dejta.

2.   Fid-determinazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi l-aħjar informazzjoni disponibbli, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tiżgura safejn ikun raġonevolment possibbli li:

(a)

tuża l-informazzjoni disponibbli pubblikament bi preferenza għal sorsi oħra ta’ informazzjoni;

(b)

l-informazzjoni tkopri sessjonijiet tan-negozjar kollha matul il-perjodu relevanti, irrispettivament jekk sehem kienx innegozjat matul is-sessjonijiet kollha;

(c)

tranżazzjonijiet li jkunu waslu u li huma inklużi fil-kalkoli jingħaddu darba biss;

(d)

tranżazzjonijiet rapportati permezz ta’ ċentru tan-negozjar iżda eżegwiti lil hinn minnu ma ġewx magħduda.

3.   L-għadd ta’ skambji ta' sehem f‘ċentru tan-negozjar għandu jitqies li huwa żero meta s-sehem ma jkunx għadu ammess għan-negozjar f’dak iċ-ċentru tan-negozjar anki jekk is-sehem kien ammess għan-negozjar f’dak iċ-ċentru tan-negozjar matul il-perjodu ta’ kalkolu rilevanti.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6 li għandu japplika mid-data msemmija fl-ewwel paragrafu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(3)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS I

TABELLA 1

Lista ta’ oqsma għall-fini ta’ notifika (l-Artikolu 2)

Identifikatur tal-qasam

Deskrizzjoni

1.

Id-detentur tal-pożizzjoni

Għal persuni naturali: l-isem u l-kunjom

Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma legali kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli

2.

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-persuna ġuridika

Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Bank, jekk disponibbli

3.

L-indirizz tad-detentur tal-pożizzjoni

L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż

4.

Id-dettalji tal-kuntatt tad-detentur tal-pożizzjoni

In-numru tat-telefown, in-numru tal-feks (jekk disponibbli), l-indirizz tal-posta elettronika

5.

Il-persuna li tirrapporta

Għal persuni naturali: l-isem u l-kunjom

Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma legali kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli

6.

L-indirizz tal-persuna li tirrapporta

L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż, meta dawn huma differenti minn tad-detentur tal-pożizzjoni

7.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tirrapporta

In-numru tat-telefown, in-numru tal-feks (jekk disponibbli), l-indirizz tal-posta elettronika, meta dawn huma differenti minn tad-detentur tal-pożizzjoni

8.

Id-data tar-rapport

Id-data li fiha tiġi sottomessa n-notifika skont l-istandard ISO 8601: 2004(ssss-xx-jj)

9.

L-identifikazzjoni tal-emittent

Għal ishma: isem sħiħ tal-kumpanija li jkollha l-ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar

Għal dejn sovran: isem sħiħ tal-emittent

Għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti: l-isem sħiħ tal-emittent sovran

10.

ISIN

Għal ishma biss: ISIN tal-klassi ewlenija tal-ishma ordinarji tal-emittent. Jekk m'hemmx ishma ordinarji ammessi għan-negozjar, l-ISIN tal-klassi tal-ishma ta' preferenzja (jew il-klassi ewlenija tal-ishma ta’ preferenzja ammessi għan-negozjar jekk hemm diversi klassijiet ta' ishma bħal dawn)

11.

Il-kodiċi tal-pajjiż

Il-kodiċi ta’ żewġ ittri għall-pajjiż emittent sovran skont l-istandard ISO 3166-1

12.

Id-data tal-pożizzjoni

Id-data li fiha nħolqot, inbidlet jew waqfet li tkun miżmuma l-pożizzjoni. Format skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj)

13.

Il-perċentwali tal-pożizzjoni bin-nieqes netta.

Għal ishma biss: il-perċentwali (imqarreb sa 2 punti deċimali) tal-kapital azzjonarju maħruġ, espress f’termini assoluti, mingħajr sinjali “ + ” jew “ –”

14.

L-ammont ekwivalenti għall-pożizzjoni bin-nieqes netta

Għal ishma: l-għadd totali ta’ ishma ekwivalenti

Għal dejn sovran: l-ammont nominali ekwivalenti f'euro

Għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti: l-ammont nominali ekwivalenti f'euro

Ċifri espressi f'termini assoluti, mingħajr sinjali “ + ” jew “ - ” u l-valuta espressa skont l-istandard ISO 4217

15.

Id-data tan-notifika ta' qabel

Id-data li fiha kienet innotifikata l-aħħar pożizzjoni rrappurtata mid-detentur tal-pożizzjoni fir-rigward tal-istess emittent. Format skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj)

16.

Id-data tal-kanċellazzjoni

Id-data li fiha tiġi sottomessa l-formola tal-kanċellazzjoni biex tiġi kkanċellata notifika żbaljata sottomessa qabel. Format skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj)

17.

Kummenti

Test liberu — mhux obbligatorju


TABELLA 2

Lista ta’ oqsma bl-iskop ta’ divulgazzjoni pubblika (Artikolu 3)

Identifikatur tal-qasam

Deskrizzjoni

1.

Id-detentur tal-pożizzjoni

Għal persuni naturali: l-isem u l-kunjom

Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma legali kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli

2.

L-isem tal-emittent

l-isem sħiħ tal-kumpanija li jkollha l-ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar

3.

ISIN

ISIN tal-klassi ewlenija tal-ishma ordinarji tal-emittent. Jekk m'hemmx ishma ordinarji ammessi għan-negozjar, l-ISIN tal-klassi tal-ishma ta’ preferenza (jew il-klassi ewlenija tal-ishma ta’ preferenza ammessi għan-negozjar jekk hemm diversi klassijiet ta' ishma bħal dawn)

4.

Il-perċentwali tal-pożizzjoni bin-nieqes netta.

Il-perċentwali (imqarreb sa 2 punti deċimali) tal-kapital azzjonarju maħruġ

5.

Id-data tal-pożizzjoni

Id-data li fiha nħolqot, inbidlet jew waqfet li tkun miżmuma l-pożizzjoni skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj)


ANNESS II

Format tal-formola ta' notifika għall-pożizzjonijiet bin-nieqes netti (L-Artikolu 2)

POŻIZZJONI TAD-DETENTUR

Isem

KUNJOM

Isem sħiħ tal-kumpanija

 

Kodiċi BIC

(jekk id-detentur ikollu wieħed)

 

Pajjiż

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

Isem

Kunjom

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-feks

 

Indirizz tal-posta elettronika

 


PERSUNA LI TIRRAPPORTA

(jekk differenti):

Isem

KUNJOM

Isem sħiħ tal-kumpanija

 

Pajjiż

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

Isem

Kunjom

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-feks

 

Indirizz tal-posta elettronika

 


POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA F’ISHMA

1.

Id-data tar-rapport

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi ISIN

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Data tal-pożizzjoni

(ssss-xx-jj)

 

4.   

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu

4.1

Għadd ta’ ishma ekwivalenti

 

4.2

Il-perċentwal ta’ kapital azzjonarju maħruġ

 

5.

Id-data tan-notifika ta’ qabel

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA FID-DEJN SOVRAN

1.

Id-data tar-rapport

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi tal-pajjiż

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni

(ssss-xx-jj)

 

4.

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu

Ammont nominali ekwivalenti

 

5.

Id-data tan-notifika ta’ qabel

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


IL-POŻIZZJONI FI SWAPS TA’ INADEMPJENZA TAL-KREDITU SOVRANI SKOPERTI

1.

Id-data tar-rapport

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi tal-pajjiż

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni

(ssss-xx-jj)

 

4.

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu

Ammont nominali ekwivalenti

 

5.

Id-data tan-notifika ta’ qabel

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


ANNESS III

Format tal-formola tal-kanċellazzjoni għal notifiki żbaljati (l-Artikolu 2)

IL-POŻIZZJONI TAD-DETENTUR

Isem

KUNJOM

Isem sħiħ tal-kumpanija

 

Kodiċi BIC

(jekk id-detentur ikollu wieħed)

 

Pajjiż

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

Isem

Kunjom

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-feks

 

Indirizz tal-posta elettronika

 


IL-PERSUNA LI TIRRAPPORTA

(jekk differenti)

Isem

KUNJOM

Isem sħiħ tal-kumpanija

 

Pajjiż

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

Isem

Kunjom

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-feks

 

Indirizz tal-posta elettronika

 


POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA F’ISHMA KANĊELLATA

1.

Id-data tal-kanċellazzjoni

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi ISIN

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni tan-notifika li qed tkun ikkanċellata

(ssss-xx-jj)

 

4.   

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu stipulat fin-notifika li qed tkun ikkanċellata

4.1

Għadd ta’ ishma ekwivalenti

 

4.2

Il-perċentwal ta’ kapital azzjonarju maħruġ

 

5.

Id-data tar-rappurtar tan-notifika li qed tkun kanċellata

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA FID-DEJN SOVRAN KANĊELLATA

1.

id-data tal-kanċellazzjoni

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi tal-pajjiż

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni tan-notifika li qed tkun ikkanċellata

(ssss-xx-jj)

 

4.

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu stipulat fin-notifika li qed tkun ikkanċellata

Ammont nominali ekwivalenti

 

5.

Id-data tar-rappurtar tan-notifika li qed tkun ikkanċellata

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


POŻIZZJONI FI SWAPS TA’ INADEMPJENZA TAL-KREDITU SOVRANI SKOPERTI KANĊELLATI

1.

Id-data tal-kanċellazzjoni

(ssss-xx-jj)

 

2.   

L-isem tal-emittent

2.1

Kodiċi tal-pajjiż

 

2.2

Isem sħiħ

 

3.

Id-data tal-pożizzjoni tan-notifika li qed tkun ikkanċellata

(ssss-xx-jj)

 

4.

Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu stipulat fin-notifika li qed tkun ikkanċellata

Ammont nominali ekwivalenti

 

5.

Id-data tar-rappurtar tan-notifika li qed tkun kanċellata

(ssss-xx-jj)

 

6.

Kummenti

 


18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 827/2012

tad-29 ta’ Ġunju 2012

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-mezzi għad-divulgazzjoni pubblika ta' pożizzjoni netta f’ishma, il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, it-tipi ta’ ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw b’mod xieraq li ishma jew strumenti ta’ dejn sovran huma disponibbli għas-saldu u d-dati u l-perjodu għad-determinazzjoni taċ-ċentru ewlieni għal sehem skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-14 ta' Marzu 2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 9(6), 11(4), 12(2), 13(5) u 16(4) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiddetermina l-lista ta' ishma eżentati bħala pass meħtieġ għad-divulgazzjoni lill-pubbliku ta' pożizzjonijiet bin-nieqes fl-ishma kollha mhux eżentati u l-kundizzjonijiet skont liema dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Awtorità "). Għaldaqstant, huwa essenzjali li jiġu stipulati wkoll regoli rigward l-arranġamenti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati fir-rigward ta' dawk l-ishma mhux eżentati. Biex tkun żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet dwar bejgħ bin-nieqes li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex biex tkun faċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa xieraq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 236/2012 f’Regolament wieħed.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità mill-awtoritajiet kompetenti u biex jinkiseb l-ipproċessar effiċjenti ta’ din l-informazzjoni, hija għandha tiġi skambjata elettronikament, b 'mod sigur bl-użu ta’mudell standard.

(3)

Huwa importanti li jkun possibbli aċċess faċli għad-dejta u l-użu mill-ġdid tagħha dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li tkun divulgata lis-suq permezz ta’ websajts ċentrali operati jew sorveljati minn awtorità kompetenti. Għal dan il-għan, din id-dejta għandha tkun ipprovduta f'format li jippermetti użu flessibbli tad-dejta u li ma toffrix biss il-possibbiltà ta' dokumenti statiċi, iffeksjati. Fejn ikun teknikament possibbli, għandhom jintużaw formati li jinqraw bil-magni li jippermettu lill-utenti biex jipproċessaw l-informazzjoni b’mod strutturat u kosteffiċjenti.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-pubbliċità ta’ din l-informazzjoni għas-suq, minbarra mid-divulgazzjoni fuq il-websajt ċentrali operata jew sorveljata minn awtorità kompetenti, għandu jkun possibbli li d-dettalji ta' pożizzjoni bin-nieqes netta jkunu disponibbli għall-pubbliku b'modi oħra,.

(5)

Huwa essenzjali għall-utenti li jkollhom żewġ outputs bażiċi meta jippubblikaw pożizzjonijiet bin-nieqes netti individwali f’ishma li jaqbżu l-limitu ta’ pubblikazzjoni rilevanti. Dawn għandhom jinkludu lista kumpatta jew tabella tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li jaqbżu l-limitu tal-pubblikazzjoni li huma dovuti fil-ħin ta' konsultazzjoni tal-websajt ċentrali u lista jew tabella b’dejta storika dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti individwali kollha ppubblikati.

(6)

Meta l-pożizzjoni bin-nieqes netta f’ishma taqa' taħt livell minimu ta' divulgazzjoni rilevanti, id-dettalji, inkluż id-daqs attwali tal-pożizzjoni, għandhom jiġu ppubblikati. Sabiex tiġi evitata konfużjoni għall-utenti li jikkonsultaw websajts ċentrali, id-divulgazzjonijiet ta' pożizzjonijiet li waqgħu taħt 0.5% tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpanija kkonċernata, ma għandhomx jibqgħu indefinittivament flimkien mal-pożizzjonijiet ħajjin, iżda għandhom ikunu disponibbli bħala dejta storika wara li jkunu esebiti għal 24 siegħa.

(7)

Sabiex ikun ipprovdut qafas konsistenti u ċar li xorta jkun flessibbli, huwa importanti li jkunu speċifikati t-tipi ta’ ftehimiet ta’ self u talbiet infurzabbli oħra li għandhom effett simili u t-tipi ta’arranġamenti ma’ parti terza li b’mod xieraq jiżguraw li ishma jew strumenti ta’ dejn sovran se jkun disponibbli għal saldu, u jispeċifikaw il-kriterji li tali ftehimiet u arranġamenti għandhom jissodisfaw.

(8)

L-użu tad-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni għal ishma ġodda b’rabta ma’ bejgħ bin-nieqes jista’ b’mod xieraq jiżgura disponibbiltà għal saldu biss meta l-arranġament huwa tali li jiżgura li s-saldu ta’ bejgħ bin-nieqes isir meta jkun dovut. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jkunu speċifikati r-regoli li jiżguraw li l-ishma li jirriżultaw mid-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni, huma disponibbli fid-data tas-saldu jew qabel, u fi kwantità li talanqas tkun ekwivalenti għall-għadd ta’ ishma maħsuba li jinbiegħu bin-nieqes.

(9)

Fid-definizzjoni ta’ arranġamenti ta’ konferma limitati biż-żmien, huwa importanti li jkun speċifikat il-qafas ta’ żmien li jkopri l-bejgħ bin-nieqes permezz ta’ xiri b’mod kompatibbli ma’ ċikli ta’ saldu differenti f'ġurisdizzjonijiet differenti.

(10)

Sabiex ikun żgurat b’mod xieraq li huma disponibbli strumenti għal saldu meta persuna naturali jew ġuridika li tidħol f’bejgħ bin-nieqes ikollha arranġament ma’ parti terza li taħtha dik il-parti terza tkun ikkonfermat li dak l-istrument kien lokalizzat, huwa essenzjali li jkun hemm fiduċja li l-parti terza hija, meta stabbilita f'pajjiż terz, suġġetta għal sorveljanza xierqa u li hemm l-arranġamenti xierqa għall-iskambju tal-informazzjoni bejn is-superviżuri. Tali arranġamenti xierqa jistgħu jinkludu li tkun firmatarju tal-Memorandum ta’ Ftehim stabbilit mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO).

(11)

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa tar-rekwiżit biex ikun determinat jekk iċ-ċentru ewlieni tan-negozjar ta' sehem jinsabx barra l-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti tranżizzjonali sabiex tkun deteminata għall-ewwel darba l-lista ta' ishma eżentati skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012. Barra minn hekk, għalkemm il-lista ta' ishma eżentati hija effettiva għal perjodu ta' sentejn, jeħtieġ li tkun ipprovduta xi flessibilità peress li hemm każijiet fejn reviżjoni ta' dik il-lista tista’ tkun meħtieġa matul il-perjodu ta' sentejn.

(12)

Sabiex tkun żgurata konsistenza, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħal dik tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Madanakollu, sabiex il-persuni naturali u ġuridiċi jkollhom ħin suffiċjenti biex jipproċessaw il-lista ta’ ishma eżentati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, il-preparazzjoni ta' din il-lista u l-pubblikazzjoni sussegwenti tagħha fuq il-websajt talAwtorita'għandha ssir biżżejjed bil-quddiem qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar id-data u l-perjodu għall-kalkoli taċ-ċentru prinċipali tan-negozjar, id-data ta' notifika lill-Awtorita'tal-ishma li għandhom iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar barra l-Unjoni, u l-effettività tal-lista ta' ishma eżentati, għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Peress li r-Regolament (UE) Nru 236/2013 irrikonoxxa li għandhom ikunu adottati standards tekniċi vinkolanti qabel ma dak ir-Regolament ikun jista’ jkun applikat b’mod utli, u peress li huwa essenzjali li jkunu speċifikati qabel l-1 ta’ Novembru 2012 l-elementi mhux essenzjali meħtieġa biex tkun faċilitata l-konformità tal-parteċipanti tas-suq ma’ dak ir-Regolament u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti, xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(14)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni sottomessi mill-Awtorita'lill-Kummissjoni.

(15)

L-Awtorita'wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni u jispeċifika dan li ġej:

(a)

il-mezzi li bihom l-informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti jistgħu jkunu divulgati lill-pubbliku minn persuni naturali jew ġuridiċi kif ukoll il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorita'mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012;

(b)

it-tipi ta' ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw b’mod xieraq li l-ishma huma disponibbli għal saldu u t-tipi ta' ftehimiet jew arranġamenti li jiżguraw b’mod adegwat li d-dejn sovran huwa disponibbli għal saldu skont l-Artikoli 12(2) u 13(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012;

(c)

id-data u l-perjodu għall-kalkoli taċ-ċentru ewlieni tan-negozjar, in-notifika lill-Awtorita'u l-effettività tal-lista rilevanti skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

KAPITOLU II

MEZZI GĦAD-DIVULGAZZJONI PUBBLIKA TAL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI SINIFIKANTI FL-ISHMA

[ARTIKOLU 9 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]

Artikolu 2

Mezzi li permezz tagħhom l-informazzjoni tista' tiġi divulgata lill-pubbliku

Informazzjoni dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma għandha tkun divulgata lill-pubbliku billi titqiegħed fuq il-websajt ċentrali operata jew sorveljata mill-awtorità kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. L-informazzjoni għandha tkun divulgata lill-pubbliku permezz ta' mezzi li:

(a)

jippubblikawha fil-format speċifikat fl-Anness I b’tali mod li jippermettu lill-pubbliku li jikkonsulta l-websajt biex jaċċessa tabella waħda jew iktar li toffri l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-pożizzjonijiet għal kull emittent ta’ sehem;

(b)

jippermettu lill-utenti biex jidentifikaw u jiffiltraw jekk il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’emittent ta’ sehem fiż-żmien tal-aċċessar tal-websajt ikunux laħqu jew qabżu l-limitu tal-pubblikazzjoni rilevanti;

(c)

jipprovdu d-dejta storika dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti ppubblikati f’emittent ta’ sehem;

(d)

jinkludu, meta jkun teknikament possibbli, fajls li jistgħu jitniżżlu bil-pożizzjonijiet bin-nieqes netti ppubblikati u storiċi f’format li jista’ jinqara mill-magni, li jfisser li l-fajls huma strutturati b’mod suffiċjenti għal applikazzjonijiet ta' softwer biex jidentifikaw dikjarazzjonijiet ta' fatti individwali affidabbli u l-istruttura interna tagħhom;

(e)

juru għal jum wieħed, flimkien mal-informazzjoni speċifikata fil-punt (b), il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li huma ppubblikati għax waqgħu taħt il-limitu tal-pubblikazzjoni ta' 0.5 % tal-kapital azzjonarju maħruġ, qabel it-tneħħija u t-trasferiment tal-informazzjoni għal taqsima ta’ dejta storika.

KAPITOLU III

FORMAT TAL-INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPROVDUTA LILL-AETS MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI FIR-RIGWARD TAL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI

[ARTIKOLU 11 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]

Artikolu 3

Format tal-informazzjoni perjodika

1.   L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fuq bażi trimestrali lill-Awtorita'dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma, dejn sovran u swaps ta' inadempjenza tal-kreditu skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-format speċifikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-Awtorita'elettronikament permezz ta' sistema stabbilita mill-AETS li tiżgura li tinżamm il-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni tagħha.

Artikolu 4

Format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fuq talba

1.   Awtorità kompetenti rilevanti għandha tipprovdi informazzjoni dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti u dejn sovran jew dwar pożizzjonijiet mikxufa relatati ma’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fil-format speċifikat mill-Awtorita'fit-talba tagħha.

2.   Meta l-informazzjoni mitluba tirrigwarda informazzjoni li tinsab fin-notifika li waslet għand l-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 5, 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 826/2012 (3).

3.   Informazzjoni mitluba għandha tintbagħat mill-awtorità kompetenti f'format elettroniku, permezz tal-użu ta’ sistema stabbilita mill-AETS għall-iskambju tal-informazzjoni li tiżgura li tinżamm il-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni tagħha.

KAPITOLU IV

FTEHIMIET, ARRANĠAMENTI U MIŻURI LI JIŻGURAW B’MOD ADEGWAT ID-DISPONIBBILTÀ GĦAL SALDU

[ARTIKOLI 12 U 13 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012

Artikolu 5

Ftehimiet ta’ self u talbiet infurzabbli oħra li għandhom effett simili

1.   Ftehim ta’ self jew talba infurzabbli oħra msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) u l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandhom isiru permezz ta' dawn it-tipi ta' ftehimiet, kuntratti jew pretensjonijiet li jkunu legalment vinkolanti għall-perjodu tal-bejgħ bin-nieqes:

(a)

futuri u swaps: kuntratti ta’ futuri u swaps li jwasslu għal saldu fiżiku tal-ishma rilevanti jew tad-dejn sovran u li talanqas ikopru l-għadd ta’ ishma jew l-ammont ta' dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes mill-persuna naturali jew ġuridika, li tkun daħlet għalih qabel jew fl-istess waqt tal-bejgħ bin-nieqes, u li jispeċifikaw kunsinna jew data ta' skadenza li tiżgura li s-saldu tal-bejgħ bin-nieqes jista’ isir meta dovut;

(b)

opzjonijiet: kuntratti ta’ opzjonijiet li jwasslu għal saldu fiżiku tal-ishma rilevanti jew tad-dejn sovran u li talanqas ikopru l-għadd ta’ ishma jew lammont ta' dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes mill-persuna naturali jew ġuridika, li tkun daħlet għalihom qabel jew fl-istess waqt tal-bejgħ bin-nieqes, u li jispeċifikaw kunsinna jew data ta' skadenza li tiżgura li s-saldu tal-bejgħ bin-nieqes jista’ isir meta dovut;

(c)

ftehimiet ta’ riakkwist: ftehimiet ta’ riakkwist li jkopru talanqas l-għadd ta' ishma jew l-ammont ta’ dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes mill-persuna naturali jew ġuridika, li tkun daħlet għalihom qabel jew fl-istess waqt tal-bejgħ bin-nieqes u li jispeċifikaw data ta’ xiri mill-ġdid li tiżgura li jista’ isir is-saldu tal-bejgħ bin-nieqes meta dovut;

(d)

ftehimiet fit-tul jew faċilitajiet permanenti: ftehim jew faċilità li tkun saret qabel jew fl-istess waqt tal-bejgħ bin-nieqes, ta’ ammont definit minn qabel ta’ ishma jew ta’ dejn sovran identifikati speċifikament, li għall-perjodu ta' żmien tal-bejgħ bin-nieqes, tkopri talanqas l-għadd ta’ ishma jew l-ammont ta’ dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes minn persuna naturali jew ġuridika u tispeċifika data tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni li tiżgura li jsir is-saldu tal-bejgħ bin-nieqes meta huwa dovut;

(e)

ftehimiet dwar drittijiet ta’sottoskrizzjoni: ftehimiet dwar drittijiet ta’ sottoskrizzjoni fejn il-persuna naturali jew ġuridika jkollha l-pussess ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni għal ishma ġodda tal-istess emittent u tal-istess klassi u li jkopru talanqas l-għadd ta’ ishma proposti li jinbiegħu bin-nieqes sakemm il-persuna naturali jew ġuridika tkun intitolata li tirċievi l-ishma dakinhar jew qabel is-saldu tal-bejgħ bin-nieqes;

(f)

talbiet oħra jew ftehimiet li jwasslu għall-kunsinna tal-ishma jew tad-dejn sovran: ftehimiet jew talbiet li talanqas ikopru l-għadd ta’ ishma jew l-ammont ta’ dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes mill-persuna naturali jew ġuridika, li tkun daħlet għalihom qabel jew waqt il-bejgħ bin-nieqes, u li jispeċifikaw data ta’ kunsinna jew ta’ eżekuzzjoni li tiżgura li jsir is-saldu meta dovut.

2.   Il-ftehim, il-kuntratt jew it-talba għandhom ikunu pprovduti b’mezz durabbli mill-kontroparti lill-persuna naturali jew ġuridika bħala evidenza tal-eżistenza tal-ftehim ta’ self jew ta’ talba infurzabbli oħra.

Artikolu 6

Arranġamenti u miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ bejgħ bin-nieqes ammess għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar

[-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012]

1.   Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jiddeterminaw l-arranġamenti u l-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-bejgħ bin-nieqes ta’ sehem ammess għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar skont l-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

2.   Arranġamenti u miżuri ta’ lokazzjoni standard: għandha tfisser arranġamenti, konfermi u miżuri li jinkludu kull wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)

għal konferma tal-lokazzjoni: konferma pprovduta mill-parti terza, qabel ma persuna naturali jew ġuridika tkun daħlet għall-bejgħ bin-nieqes, u li tqis li tista' tagħmel l-ishma disponibbli għas-saldu fil-ħin dovut b’kunsiderazzjoni għall-ammont tal-bejgħ possibbli u l-kundizzjonijiet tas-suq u li tindika l-perjodu li għalihom is-sehem huwa lokalizzat;

(b)

għal konferma sospiża: konferma mill-parti terza, ipprovduta qabel ma jsir il-bejgħ bin-nieqes, li talanqas tkun issospendiet l-għadd ta’ ishma mitluba għal dik il-persuna.

3.   Arranġament u miżuri standard ta’ lokazzjoni fl-istess jum: għandu tfisser arranġamenti, konfermi u miżuri li jinkludu kull wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)

għal talba għal konferma: talba għal konferma mingħand il-persuna naturali jew ġuridika lil parti terza li tiddikjara li l-bejgħ bin-nieqes se jkun kopert minn xiri matul il-jum li fih jseħħ il-bejgħ bin-nieqes;

(b)

għal konferma tal-lokazzjoni: konferma pprovduta mill-parti terza qabel ma tkun daħlet għall-bejgħ bin-nieqes, li tqis li tista' tagħmel l-ishma disponibbli għas-saldu fil-ħin dovut b’kunsiderazzjoni għall-ammont tal-bejgħ possibbli u l-kundizzjonijiet tas-suq u li tindika l-perjodu li għalih l-ishma huma lokalizzati;

(c)

għal konferma ta’ faċilità ta’ self jew xiri: konferma mill-parti terza, ipprovduta qabel ma jseħħ il-bejgħ bin-nieqes, li s-sehem huwa faċli biex jissellef jew jinxtara fil-kwantità rilevanti b’kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u informazzjoni oħra disponibbli għal dik il-parti terza dwar il-provvista tal-ishma jew, fin-nuqqas ta' din il-konferma mill-parti terza, li talanqas tkun issospendiet l-għadd ta’ ishma mitluba għal persuna naturali jew ġuridika;

(d)

għal monitoraġġ: impenn minn persuna naturali jew ġuridika biex timmonitorja l-ammont ta’ bejgħ bin-nieqes li mhux kopert minn xiri;

(e)

għal struzzjonijiet fil-każ ta' nuqqas li jkun kopert: impenn mill-persuna naturali jew ġuridika li fil-każ li bejgħ bin-nieqes esegwit ma jkunx kopert minn xiri fl-istess jum, il-persuna naturali jew ġuridika għandha minnufih tibgħat struzzjoni lill-parti terza li takkwista l-ishma li jkopru l-bejgħ bin-nieqes biex jiżguraw saldu fiż-żmien dovut.

4.   Arranġamenti u miżuri faċli ta’ self jew xiri għandhom ifissru arranġamenti, konfermi u miżuri meta persuna naturali jew ġuridika tidħol għal bejgħ bin-nieqes ta’ ishma li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-likwidità stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (4), jew ishma oħra li huma inklużi f’indiċi ewlieni ta’ ekwità nazzjonali kif identifikat mill-awtorità kompetenti rilevanti ta’ kull Stat Membru u huma l-istrument finanzjarju sottostanti għal kuntratt derivattiv ammess għan-negozjar fuq websajt tan-negozjar, li jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)

għal konferma tal-lokazzjoni: konferma pprovduta mill-parti terza qabel ma tkun daħlet għall-bejgħ bin-nieqes, li tqis li tista' tagħmel l-ishma disponibbli għas-saldu fil-ħin dovut b’kunsiderazzjoni għall-ammont tal-bejgħ possibbli u l-kundizzjonijiet tas-suq u li tindika l-perjodu li għalihom is-sehem huwa lokalizzat;

(b)

għal konfermi ta’ faċilità ta’ self jew xiri: konferma mill-parti terza, ipprovduta qabel ma jseħħ il-bejgħ bin-nieqes, li s-sehem huwa faċli biex jissellef jew jinxtara fil-kwantità rilevanti b’kunsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet tas-suq u informazzjoni oħra disponibbli għal dik il-parti terza dwar il-provvista tal-ishma jew, fin-nuqqas ta' din il-konferma mill-parti terza, li talanqas tkun issospendiet l-għadd ta' ishma mitluba għal persuna naturali jew ġuridika;

(c)

għal struzzjonijiet biex tkopri: meta bejgħ bin-nieqes esegwit ma jkunx kopert minn xiri jew self, impenn li ser tintbagħat struzzjoni fil-pront mill-persuna naturali jew ġuridika li tagħti struzzjoni lill-parti terza biex takkwista ishma li jkopru l-bejgħ bin-nieqes biex jiżguraw saldu fiż-żmien dovut.

5.   L-arranġamenti, il-konfermi u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4għandhom jiġu pprovduti b’mezz durabbli mill-parti terza lill-persuna naturali jew ġuridika bħala evidenza tal-eżistenza tal-arranġamenti, konfermi u struzzjonijiet.

Artikolu 7

Arranġamenti ma’ partijiet terzi li għandhom isiru fir-rigward tad-dejn sovran

[l-Artikolu 13(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012]

1.   Il-paragrafi 2 sa 5 għandhom jiddeterminaw l-arranġamenti li għandhom jittieħdu ma’ partijiet terzi fir-rigward ta’ dejn sovran skont l-Artikolu 13(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012

2.   Arranġament lokalizzat ta’ dejn sovran standard għandu jfisser konferma mill-parti terza, qabel ma jkun daħal f'bejgħ bin-nieqes, li hija tqis li tista' tagħmel id-dejn sovran disponibbli għas-saldu fil-ħin, fl-ammont mitlub mill-persuna naturali jew ġuridika, filwaqt li tikkunsidra l-kundizzjonijiet tas-suq u tindika l-perjodu li għalih huwa lokalizzat id-dejn sovran.

3.   Arranġament ta’ konferma limitat biż-żmien: għandu jfisser arranġament fejn il-persuna naturali jew ġuridika tiddikjara lill-parti terza li l-bejgħ bin-nieqes ser ikun kopert minn xiri matul l-istess jum tal-bejgħ bin-nieqes u l-parti terza tikkonferma li, qabel ma jkun seħħ il-bejgħ bin-nieqes, li għandha aspettattiva raġonevoli li d-dejn sovran jista’ jinxtara fil-kwantità rilevanti b’kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u informazzjoni oħra disponibbli għal dik il-parti terza dwar il-provvista tal-istrumenti tad-dejn sovran fil-jum li jseħħ il-bejgħ bin-nieqes.

4.   Konferma ta’ riakkwist bla kundizzjoni: għandu jfisser konferma fejn parti terza tikkonferma, qabel ma jkun seħħ bejgħ bin-nieqes, li għandha aspettattiva raġonevoli li s-saldu jista’ iseħħ meta dovut bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħha f'arranġament b’bażi strutturali, organizzat jew operat minn bank ċentrali, uffiċċju tal-ġestjoni tad-dejn jew sistema tas-saldu tat-titoli, li jipprovdi aċċess bla kundizzjoni għad-dejn sovran inkwistjoni għal daqs konsistenti mad-daqs tal-bejgħ bin-nieqes.

5.   Konferma ta’ dejn sovran faċli biex jinxtara: għandu jfisser konferma mill-parti terza, ipprovduta qabel ma jsir il-bejgħ bin-nieqes, li jkollha aspettattiva raġonevoli li s-saldu jista’ isir meta dovut abbażi li d-dejn sovran inkwistjoni huwa faċli biex jissellef jew jinxtara fil-kwantità rilevanti meta jkunu meqjusa l-kundizzjonijiet tas-suq u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli għal dik il-parti terza dwar il-provvista ta’dejn sovran.

6.   L-arranġamenti, il-konfermi u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 għandhom ikunu pprovduti b’mod sostenibbli mill-parti terza lill-persuna naturali jew ġuridika bħala evidenza tal-eżistenza tal-arranġamenti, il-konfermi u l-istruzzjonijiet.

Artikolu 8

Partijiet terzi li magħhom isiru arranġamenti

1.   Meta jsir arranġament imsemmi fl-Artikoli 6 u 7 minn parti terza; il-parti terza għandha tkun waħda minn dawn it-tipi li ġejjin:

(a)

fil-każ ditta tal-investiment: ditta tal-investiment li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2;

(b)

fil-każ ta’ kontroparti ċentrali: kontraparti ċentrali li tapprova l-ishma rilevanti jew id-dejn sovran;

(c)

fil-każ ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli: sistema ta’ saldu tat-titoli kif definit fid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li tħallas il-pagamenti fir-rigward tal-ishma rilevanti jew id-dejn sovran;

(d)

fil-każ ta’ bank ċentrali: bank ċentrali li jaċċetta l-ishma rilevanti jew id-dejn sovran bħala kollateral jew li jagħmel tranżazzjonijiet ta’ suq miftuħ jew ta’ riakkwist fir-rigward tal-ishma rilevanti jew tad-dejn sovran;

(e)

fil-każ ta’ entità ta’ ġestjoni tad-dejn nazzjonali: entità ta’ ġestjoni tad-dejn nazzjonali tal-emittent tad-dejn sovran rilevanti;

(f)

kwalunkwe persuna oħra li hija soġġetta għal awtorizzazzjoni jew għal rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni minn membru tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2;

(g)

persuna stabbilita f'pajjiż terz li hija awtorizzata jew reġistrata u hija suġġetta għal superviżjoni minn awtorità f’dak il-pajjiż terz u li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, sakemm l-awtorità tal-pajjiż terz hija parti minn arranġament ta’ kooperazzjoni xieraq dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtorità kompetenti rilevanti.

2.   Għall-finijiet tal-punti (a), (f) u (g) tal-paragrafu 1, il-parti terza għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tipparteċipa fil-ġestjoni tas-self jew ix-xiri tal-ishma rilevanti jew id-dejn sovran;

(b)

tipprovdi evidenza ta' tali parteċipazzjoni;

(c)

tkun kapaċi, fuq talba, tipprovdi evidenza tal-kapaċità tagħha li tikkunsinna jew li tipproċessa l-kunsinna tal-ishma jew id-dejn sovran fid-dati li fihom timpenja ruħha li tagħmel hekk lill-kontrapartijiet tagħha inkluża evidenza statistika.

KAPITOLU V

DETERMINAZZJONI TAĊ-ĊENTRU EWLIENI TAN-NEGOZJAR GĦALL-FINI TA’ EŻENZJONI

[ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]

Artikolu 9

Data u perjodu għal kalkoli taċ-ċentru ewlieni tan-negozjar

1.   Awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jagħmlu kwalunkwe kalkolu li jiddetermina ċ-ċentru ewlieni tan-negozjar għal sehem talanqas 35 jum kalendarju qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fir-rigward tal-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Qabel it-22 ta' Frar 2014, għandhom isiru kalkoli sussegwenti fir-rigward tal-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2013, u kull sentejn minn hemm 'il quddiem rigward il-perjodu ta' sentejn sussegwenti.

3.   Meta s-sehem ikkonċernat ma kienx ammess għan-negozjar matul il-perjodu kollu ta’ sentejn dwar iċ-ċentru tan-negozjar fl-Unjoni u ċ-ċentru tan-negozjar tal-pajjiż terz, il-perjodu għall-kalkolu għandu jkun il-perjodu li matulu is-sehem kien ammess għan-negozjar fiż-żewġ ċentri fl-istess ħin.

Artikolu 10

Data ta’ notifika lill-Awtorita'

L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorita'dwar dawk l-ishma li ċ-ċentru ewlieni tan-negozjar tagħhom huwa barra l-Unjoni talanqas 35 jum kalendarju qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 u wara dakinhar, qabel l-ewwel jum tan-negozjar f’Marzu ta’ kull tieni sena li jibda minn Marzu 2014.

Artikolu 11

Effettività tal-lista ta' ishma eżentati

Il-lista ta’ ishma ċ-ċentru ewlieni tan-negozjar tagħha jinsab barra l-Unjoni, għandha tkun effettiva mill-1 ta' April wara l-pubblikazzjoni tagħha mill-Awtorita', ħlief li l-ewwel lista ppubblikata mill-Awtorita'għandha tkun effettiva mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.

Artikolu 12

Każijiet speċifiċi ta’ reviżjoni ta' ishma eżentati

1.   Awtorità kompetenti rilevanti li tiddetermina jekk iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar għal sehem jinsabx barra mill-Unjoni wara waħda miċ-ċirkustanzi stabbiliti fil-paragrafu 2, għandha tiżgura li:

(a)

kwalunkwe kalkolu li jiddetermina ċ-ċentru prinċipali tan-negozjar isir maljr kemm jista’ jkun wara li jirriżultaw iċ-ċirkustanzi rilevanti u fir-rigward tal-perjodu ta’ sentejn li jiġi qabel id-data tal-kalkolu;

(b)

tinnotifika lill-Awtorita'bid-determinazzjoni tagħha malajr kemm jista’ jkun u fejn rilevanti, qabel id-data tal-ammissjoni għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni

Kwalunkwe lista riveduta għandha tkun effettiva mill-jum tal-pubblikazzjoni mill-Awtorita'.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw meta:

(a)

l-ishma ta’ kumpanija jitneħħew min-negozjar fuq bażi permanenti miċ-ċentru ewlieni tan-negozjar barra mill-Unjoni;

(b)

l-ishma ta’ kumpanija min-negozjar fuq bażi permanenti miċ-ċentru ewlieni tan-negozjar fl-Unjoni; jew

(c)

l-ishma ta’ kumpanija li qabel kienet ammessa għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar barra l-Unjoni huma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Novembru 2012, ħlief l-Artikoli 9, 10 u 11 li għandhom jibdew japplikaw mid-data msemmija fl-ewwel paragrafu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(3)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.


ANNESS I

Divulgazzjoni pubblika tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti(Artikolu 2)

Detentur tal-pożizzjoni

Isem l-emittent

ISIN

Pożizzjoni bin-nieqes netta

(%)

Data li fiha l-pożizzjoni kienet maħluqa, mibdula jew waqfet milli tinżamm

(ssss-xx-jj)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

Format tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorita'fuq bażi trimestrali (Artikolu 3)

Informazzjoni

Format

1.

Identifikazzjoni tal-emittent

 

Għal ishma: isem sħiħ tal-kumpanija li jkollha l-ishma ammessi għan-negozjar fis-sit tan-negozjar

 

Għal dejn sovran: isem sħiħ tal-emittent

 

Għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani mikxufa: isem sħiħ tal-emittent sovran sottostanti

2.

ISIN

Għal ishma biss: ISIN tal-klassi ewlenija tal-ishma ordinarji tal-emittent. Jekk ma hemmx ishma ordinarji ammessi għall-kummerċ, l-ISIN tal-klassi tal-ishma preferenzjali (jew il-klassi ewlenija tal-ishma preferenzjali ammessi għan-negozjar jekk hemm diversi klassijiet ta' ishma bħal dawn)

3.

Kodiċi tal-pajjiż

Kodiċi b’żewġ ittri għall-pajjiż tal-emittent sovran skont l-Istandard ISO 3166-1

4.

Data tal-pożizzjoni

Data li fiha l-pożizzjoni hija rrappurtata. Format skont l-standardISO 8601: tal-2004 (ssss-xx-jj)

5.

Pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata kuljumdwar ishma tal-indiċi nazzjonali ewlenin

Ċifra perċentwali mqarrba għal 2 punti deċimali

6.

Tmiem tal-kwart aggregat pożizzjoni bin-nieqes netta fuq ishma oħra

Ċifra perċentwali mqarrba għal 2 punti deċimali

7.

Pożizzjonijiet bin-nieqes netti aggregati kuljum fid-dejn sovran

Ċifra ta’ ammont nominali ekwivalenti f’Euro

8.

Pożizzjonijiet dwar swaps ta’ inadempjenza tal-kredituaggregati kuljum mikxufata’ emittent sovran

Ċifra ta’ ammont nominali ekwivalenti f’Euro


18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 828/2012

tal-14 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

16/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

RNG/5B67-

Speċi

Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII

Data

30.7.2012


18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 829/2012

tal-14 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

17/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

RNG/8X14-

Speċi

Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV

Data

30.7.2012


18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 830/2012

tal-14 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi probizzjoni tas-sajd għas-salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-UE tas-subdiviżjonijiet 22-31 (il-Baħar Baltiku eskluż il-Golf tal-Finlandja) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Finlandja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1256/2011 tat-30 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1124/2010 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 03.12.2011, p. 3.


ANNESS

Nru

32/Baltic

Stat Membru

Il-Finlandja

Stokk

SAL/3BCD-F

Speċi

Salamun tal-Atlantiku (Salmo Salar)

Żona

L-ilmijiet tal-UE tas-subdiviżjonijiet 22-31 (il-Baħar Baltiku eskluż il-Golf tal-Finlandja)

Data

4.8.2012


18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 831/2012

tal-14 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta' Jannar 2012 li jiffissa, għall-2012, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 27.01.2012, p. 1.


ANNESS

Nru

33/TQ43

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

HKE/2AC4-C

Speċi

Marlozz (Merluccius merluccius)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV

Data

17.8.2012


18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 832/2012

tas-17 ta’ Settembru 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co Ltd)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-klorur tal-ammonju. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-klorur tal-ammonju, kif speċifikat fl-Anness, bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-31 ta’ Jannar 2012 (2) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti u għal perjodu limitat ta’ għalf, il-preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju, kif speċifikat fl-Anness, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jnaqqas il-valur ta’ pH fl-urina fil-ħrief għat-tismin. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv għall-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-klorur tal-ammonju, kif speċifikata fl-Anness turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2012; 10(2):2569.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH fl-urina)

4d7

Latochema

Co Ltd

Klorur tal-ammonju

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Klorur tal-ammonju ≥ 99,5 %

(Għamla solida)

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Klorur tal-ammonju ≥ 99,5 %

NH4Cl Nru tal-CAS: 12125-02-9

Klorur tas-sodju ≤ 0,5 %

Magħmul b’sinteżi kimika

 

Metodu ta’ Analiżi  (1)

Kwantifikazzjoni ta’ klorur tal-ammonju fl-addittiv fl-għalf: titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (Pharmacopoeia Ewropea, monografija 0007) jew titrazzjoni man-nitrat tal-fidda (monografija JECFA”klorur tal-ammonju”).

Ħrief għat-tismin

10 000

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel.

2.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn, ingwanti, u lbies protettiv.

3.

Għalf li jkun fih l-addittiv m’għandux jingħata għal perjodu itwal minn tliet xhur.

It-8 ta’ Ottubru 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 833/2012

tas-17 ta’ Settembru 2012

li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   L-inizjazzjoni

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“Notifika ta’ Bidu”), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Il-proċediment nbdiet wara li tressaq ilment fid-9 ta' Novembru 2011 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (Eurométaux) ("l-ilmentatur") f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti rombli tal-folji tal-aluminju. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni.

2.   Partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(3)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-ilmentatur, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-produtturi fil-pajjiż analogu, l-importaturi, id-distributuri, u partijiet magħrufa oħrajn li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta’ Bidu.

(4)

L-ilmentatur, il-produtturi l-oħra tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi u d-distributuri taw il-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

(5)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi, l-importaturi u l-produtturi esportaturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-Notifika ta’ Bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(6)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, tagħżel kampjun, l-importaturi u l-produtturi esportaturi ntalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-Notifika ta’ Bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat (kif definit fit-taqsima 3 hawn taħt) matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011.

(7)

Rigward il-produtturi tal-Unjoni, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kien intgħażel provviżorjament kampjun ta’ produtturi mill-Unjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni li ntbagħtet mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw qabel il-bidu tal-investigazzjoni. Dak il-kampjun kien jikkonsisti fl-akbar erba’ kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji magħrufa fl-Unjoni.

(8)

Kif spjegat fil-premessa (24) hawn taħt, kienu biss żewġ importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Għalhekk, minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li kkooperaw, it-teħid ta’ kampjuni tqies li ma għadux aktar neċessarju. It-tielet kumpanija li timporta pprovdiet sottomissjoni mingħajr ma ssottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju.

(9)

Kif spjegat fil-premessa (26)hawn taħt, 14-il produttur esportatur fir-RPĊ pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(10)

Sabiex il-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq ("TES") jew għal trattament individwali ("TI"), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Żewġ kumpaniji ppreżentaw ruħhom u talbu TES, kumpanija minnhom kienet parti mill-kampjun magħżul, u l-oħra le. Waslu talbiet għal TI mill-kumpaniji tal-kampjun u l-kumpanija li talbet TES iżda li ma kinitx parti mill-kampjun.

(11)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi kollha li ppreżentaw ruħhom fl-iskadenzi stipulati fin-Notifika ta’ Bidu, jiġifieri l-erba’ kumpaniji li ġew inklużi fil-kampjun u l-kumpaniji l-oħra kollha sabiex jitħallew jitolbu eżami individwali. Intbagħtu kwestjonarji wkoll lil partijiet oħra magћrufa li huma kkonċernati, jiġifieri l-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-importaturi li kkooperaw fl-Unjoni, utenti u assoċjazzjoni tal-konsumaturi.

(12)

Waslu risposti mingħand it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, mill-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u żewġ importaturi mhux relatati. Sitt bejjiegħa bl-imnut wieġbu wkoll il-kwestjonarju tal-utent.

(13)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda talbiet għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi fl-Unjoni

CUKI Cofresco SPA, Volpiano (TO), l-Italja;

Fora Folienfabrik GmbH, Radolfzell, il-Ġermanja

ITS BV, Apeldoorn, il-Pajjiżi l-Baxxi;

SPHERE Group, Pariġi, Franza.

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

CeDo Shanghai Co. Ltd., Shanghai;

Ningbo Favoured Commodity Co. Ltd., Ningbo;

Ningbo Times Co. Ltd., Ningbo;

Shanghai Blue Diamond Co. Ltd., Shanghai.

 

Importatur relatat fl-Unjoni

CeDo Limited, Telford, ir-Renju Unit

 

Produttur fit-Turkija (pajjiż analogu)

Sedat Tahir Ltd., Ankara

(15)

Sabiex tinġabar l-informazzjoni dwar l-ispejjeż indiretti tal-materja prima ewlenija fil-produzzjoni tal-folji tal-aluminju, jiġifieri l-aluminju primarju, intalbet informazzjoni mix-Shanghai Futures Exchange (“SHFE" jew "Exchange”), il-pjattaforma kummerċjali ewlenija għall-aluminju fiċ-Ċina. Intalbet informazzjoni dwar is-swieq u prezzijiet dinjija mil-London Metal Exchange (“LME”), flimkien ukoll ma’ żjara ta’ informazzjoni. L-SHFE pprovdiet xi informazzjoni bil-miktub wara t-talba tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll żjara ta’ informazzjoni fl-SHFE li għall-ewwel ġiet milqugħa. Madankollu aktar tard, l-SHFE qieset li kien hemm bżonn ta’ approvazzjoni mill-Gvern Ċiniż għal tali żjara Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Ċiniżi ċaħdu li kien hemm bżonn ta’ tali approvazzjoni. Eventwalment l-SHFE qalbet l-aċċettazzjoni inizjali tagħha u ddeċidiet li ma taċċettax iż-żjara.

(16)

Saret żjara ta’ informazzjoni lix-Shanghai Metals Markets (“SMM”), fornitur tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet u pubblikatur f’Shanghai.

3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(17)

L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2008 sal-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(18)

Il-prodott li huwa suġġett għal din l-investigazzjoni huma folji tal-aluminju bi ħxuna ta' 0,007 mm jew aktar iżda inqas minn 0,021 mm, mingħajr it-tieni folja, mhux maħdum aktar għajr rrumblat, iżda sew jekk imbuzzati u sew jekk le, f'rombli b'piż żgħir li ma jaqbiżx l-10 kg ("il-prodott ikkonċernat" jew “rombli tal-folji tal-aluminju” jew “AHF”). Il-prodott ikkonċernat attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10.

(19)

Il-prodott ikkonċernat ġeneralment jintuża bħala prodott tal-konsumatur għall-imballaġġ u l-applikazzjoni jew fil-catering jew fid-dar. Id-definizzjoni tal-prodott ma kinitx ikkontestata.

2.   Prodott simili

(20)

L-investigazzjoni wriet li r-rombli tal-folji tal-aluminju manifatturati fi u esportati mir-RPĊ u r-rombli tal-folji tal-aluminju manifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni u r-rombli tal-folji tal-aluminju manifatturati u mibjugħa fit-Turkija (il-pajjiż analogu) mill-produttur Tork li kkoopera għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użu bażiku u għaldaqstant jitqiesu simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

1.   It-teħid ta’ kampjun tal-produtturi tal-unjoni

(21)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli tal-produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(22)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti mill-akbar erba’ (gruppi ta’) kumpaniji, mit-30 produttur tal-Unjoni jew aktar li kienu magħrufa li jipproduċu l-prodott simili qabel il-bidu tal-investigazzjoni. L-għażla tal-kampjun saret abbażi tal-volum tal-bejgħ tal-produtturi, id-daqs tagħhom u l-lokazzjoni ġeografika fl-Unjoni u l-kampjun propost irrapreżenta 44 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkonsultaw il-fajl għall-ispezzjoni minn partijiet interessati u biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika ta' bidu. Wara l-iskadenza għall-kummenti, parti interessata waħda argumentat li l-kampjun kellu jinkludi produttur mir-Renju Unit. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li kumpanija produttriċi mir-Renju Unit (waħda mill-iSphere Group) kienet tabilħaqq fil-kampjun. L-ebda parti interessata oħra ma oppona l-kampjun finali u l-kampjun kien, għalhekk, ikkonfermat.

2.   It-teħid tal-kampjun tal-importaturi mhux relatati

(23)

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi involuti fil-proċediment, it-teħid tal-kampjuni kien maħsub għall-importaturi fin-Notifika ta’ Bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(24)

Kienu biss żewġ importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jikkooperaw. Konsegwentement, it-teħid tal-kampjuni ma kienx għadu jitqies meħtieġ.

3.   It-teħid tal-kampjun tal-produtturi esportaturi

(25)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli tal-produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjun kien previst fin-Notifika ta’ Bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(26)

Total ta' 14-il produttur esportatur fir-RPĊ pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż f’kampjun. Dawn il-kumpaniji esportaw madwar 7.800 tunnellata, jiġifieri 60 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-UE fil-PI. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, tal-bejgħ u tal-esportazzjonijiet li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun sussegwentement irtirat il-kooperazzjoni tagħha u oħra nnotifikat lill-Kummissjoni li l-informazzjoni li tat lill-Kummissjoni fil-formola tat-teħid tal-kampjuni tagħha kienet żbaljata. Abbażi ta’ din l-informazzjoni ġdida kien deċiż li tkun eskluża din il-kumpanija mill-kampjun tal-kumpaniji. Il-Kummissjoni stiednet żewġ kumpaniji oħra biex ikunu fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Missjoni tar-RPĊ fl-UE u l-ilmentatur ġew ikkonsultati dwar il-kompożizzjoni finali tal-kampjun. L-ebda parti interessata ma opponiet din l-għażla. Sussegwentement waħda mill-kumpaniji l-ġodda fil-kampjun ukoll irtirat il-kooperazzjoni tagħha. Għalhekk il-kampjun finali inkluda tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ li jkopru madwar 30 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-PI u li jirrappreżentaw 50 % tal-volum tal-bejgħ tal-14-il produttur esportatur li pprovda d-dejta fl-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni.

D.   ID-DUMPING

1.   Trattament ta’ ekonomija tas-suq u trattament individwali

1.1.   It-trattament ta' ekonomija tas-suq (tes)

(27)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet tal-anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(28)

Żewġ kumpaniji, CeDo Shanghai Co. Ltd. (“CeDo Shanghai”) u Shanghai Blue Diamond Co. Ltd. (“Blue Diamond”), ippreżentaw ruħhom u talbu TES. CeDo Shanghai biss intgħażlet li tkun parti mill-kampjun kif kien spjegat hawn fuq; il-kumpanija l-oħra ma ntgħażlitx. Madankollu, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-249/10 Ρ Brosmann Footwear (HK) u oħrajn v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ġie deċiż li jkunu eżaminati l-formoli kollha ta’ talba għat-TES li waslu sal-iskadenza – jiġifieri t-talbiet miż-żewġ kumpaniji msemmija hawn fuq.

(29)

It-talbiet għat-TES ġew analizzati skont il-ħames kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-ħeffa tar-referenza biss, il-kriterji għat-TES huma mniżżla f’forma mqassra hawn isfel:

id-deċiżjonijiet kummerċjali jittieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż għandhom jirriflettu l-valuri tas-suq;

l-impriżi għandhom sett wieħed ċar ta’ kotba bażiċi tal-kontabilità, li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u jiġu applikati għall-għanijiet kollha;

ma hemm l-ebda distorsjonijiet sinifikanti li ntirtu mis-sistema preċedenti tal-ekonomija mhux tas-suq,

il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu stabilità u ċertezza legali; u

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu bir-rati tas-suq.

(30)

Investigazzjonijiet fuq il-post rigward talbiet tat-TES twettqu fuq il-fondijiet ta’ dawn il-kumpaniji.

(31)

Għaż-żewġ kumpaniji, it-TES inċaħad skont il-Kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) ibbażat fuq l-evidenza li l-prezz għall-materja prima bażika upstream, l-aluminju, tgħawweġ. Dawn id-distorsjonijiet instabu wkoll fil-prezz tal-materja prima intermedja, il-folji tal-aluminju f’rombli jumbo kif deskritt hawn taħt. Il-kumpaniji ma ssodisfawx kriterji oħra kif spjegat hawn taħt.

1.1.1.   Konklużjonijiet mill-industrija kollha rigward il-Kriterju 1 – Id-deċiżjonijiet kummerċjali u l-ispejjeż ta’ elementi ewlenin

(32)

Ir-rombli ż-żgħar tal-folji tal-aluminju huma manifatturati permezz ta' proċess sempliċi ta' rewinding, qtugħ u ppakkjar tal-folji tal-aluminju minn fuq rombli jumbo għal fuq rombli iżgħar. Il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-folji tal-aluminju hija l-aluminju primarju. L-aluminju primarju jammonta għal madwar 60-70 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni u għalhekk huwa fattur ewlieni fl-ispiża fil-produzzjoni tiegħu. Dan hu rifless fil-prattika tal-industrija kollha li tikkwota kemm il-prezzijiet tax-xiri kif ukoll tal-bejgħ tal-folji tal-aluminju abbażi ta’ prezz ta' referenza għall-aluminju primarju (l-ingotta tal-aluminju) flimkien mal-miżata tal-produzzjoni/tal-konverżjoni. Tabilħaqq, kumpaniji li jitolbu t-TES xtraw il-folji tal-aluminju fuq rombli jumbo abbażi ta’ xiri b’kuntratt li jiddeterminaw il-prezz tal-folji tal-aluminju fuq rombli jumbo b’referenza għall-prezzijiet tal-aluminju primarju ppubblikati fl-SMM, fornitur tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet dwar il-metalli differenti, li jikkwota dawn il-prezzijiet abbażi ta' prezzijiet innegozjati okkażjonalment fiż-żona ta’ Shanghai. Il-pubblikazzjoni tal-SMM hija rappreżentattiva ħafna tal-prezzijiet domestiċi tal-aluminju. Dawn il-prezzijiet isegwu mill-qrib prezzijiet ikkwotati fl-SHFE fejn il-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet isiru fiċ-Ċina.

(33)

Ir-referenza għad-dinja kollha għall-prezz tal-aluminju primarju, li huwa prodott bażiku, hija l-kwotazzjoni fl-LME. Il-prezz tal-aluminju fis-suq domestiku Ċiniż jiddiversifika bil-bosta mill-prezzijiet tal-LME. Kif jidher fil-grafika li ġejja, id-differenza LME v. SHFE fil-prezz fil-PI kien ivarja minn +500 sa -90 USD/tunnellata. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, il-kwotazzjoni tal-prezzijiet fl-LME kienet fuq bażi medja ta’ kull xahar aktar minn 9 % ogħla minn dak tal-SHFE (il-prezz nett), id-differenza togħla sa +23 % f’nofs il-perjodu. Ta’ min jinnota wkoll li tul l-aħħar parti tal-PI, meta globalment il-prezzijiet kienu qed jonqsu minħabba t-tnaqqis fid-domanda tas-suq, kienet osservata x-xejra opposta tal-prezzijiet fl-SHFE, (li jirriżultaw anke fil-prezzijiet 3 % ogħla mill-prezzijiet tal-LME) li tkompli turi d-distorsjonijiet tal-prezzijiet prevalenti f’dan is-suq.

Image

(34)

Din d-diverġenza sostanzjali fil-prezz tal-aluminju primarju mqabbel mal-bqija tad-dinja, kif spjegat hawn, hija kkunsidrata li hi dovuta għal kumbinazzjoni ta’ serje ta' fatturi kkawżati mill-Istat u interferenza sinifikanti mill-Istat fis-suq domestiku permezz ta’ għadd ta' strumenti. Din l-influwenza tal-Istat irriżultat fil-ħolqien u l-eżistenza ta’ suq domestiku pjuttost iżolat tal-aluminju primarju fiċ-Ċina maqtugħ mill-forzi tas-suq.

(35)

L-ewwel nett, l-SHFE hija kkontrollata mill-Kummissjoni Regolatorja tas-Sigurtajiet taċ-Ċina (China Securities Regulatory Commission, “CSRC”). L-SHFE twettaq il-funzjonijiet tagħha skont ir-Regolament dwar l-Amministrazzjoni tal-Futures Trading (Regulation on the Administration of Futures Trading), il-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Boroż tal-Futures (the Measures for the Administration of Futures Exchanges) u fl-AoA tagħha. Bosta minn dawn ir-regoli imposti mill-Istat li jirregolaw il-funzjonament tal-Borża jikkontribwixxu għal volatilità baxxa, prezzijiet distorti u tendenzi tal-prezzijiet fl-SHFE: kuljum il-varjazzjonijiet tal-prezzijiet huma limitati għal 4 % fuq jew taħt il-prezz tal-ħlas tal-iskambju tal-jum preċedenti, in-negozjar jiġri fi frekwenza baxxa (sal-15-il jum ta' kull xahar), il-kuntratti tal-futures huma limitati għal dewmien sa 12-il xahar, l-interessi miftuħa min-negozjanti huma limitati għal ċertu ammont, l-ispekulazzjoni tal-prezz hija ristretta.

(36)

L-aċċess għall-Exchange huwa limitat bil-liġi għan-negozjanti Ċiniżi biss li jeħtieġu wkoll approvazzjoni mis-CSRC għall-kummerċ fil-Exchange. Ir-rappreżentanti tas-suq tal-membri tal-SHFE jistgħu jwettqu biss tranżazzjonijiet fuq talba ta’ membri tal-SHFE, ma jistgħux jaċċettaw ordnijiet minn organizzazzjonijiet oħrajn u ma jistgħux jinnegozjaw fuq il-kont tagħhom stess. Il-konsenji fiżiċi jistgħu jsiru biss f’maħżen approvat fir-RPĊ, mhux kif isir fl-iskambji internazzjonali, fejn il-konsenja tista’ssir fid-dinja kollha. Barra minn hekk, peress li huma pjattaforma għal skambji fiżiċi biss (ma jinbiegħu l-ebda derivattivi), dan jiżola kompletament is-swieq Ċiniżi tal-aluminju. Bħala konsegwenza, l-arbitraġġ mal-LME jew swieq oħra mhux prattikament possibbli u l-Exchange taħdem f’iżolament mis-swieq dinjija. Għalhekk, l-ekwalizzazzjoni fost dawn is-swieq ma tistax isseħħ.

(37)

It-tieni nett, meta wieħed iqis il-pożizzjoni tal-SHFE, kemm bħala bejjiegħ tal-aluminju primarju kif ukoll bħala xerrej permezz tal-Aġenzija tar-Riżerva tal-Istat u Korpi Statali oħrajn, l-Istat jindaħal fil-mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE Pereżempju, il-Gvern Ċiniż illeġiżla pakkett ta’ stimulu bl-għan li jillimita l-effetti tal-kriżi ekonomika fi tmiem l-2008 u dan il-pakkett kien jinkludi skema għall-Aġenzija tar-Riżerva tal-Istat biex tixtri l-aluminju minn funderiji sabiex ikunu appoġġati l-operati tagħhom billi jżidu artifiċjalment id-domanda domestika peress li l-kriżi finanzjarja/ekonomika globali naqqset id-domanda globali. Dan ix-xiri rranġat mill-Istat għawweġ il-prezzijiet b’mod sinifikanti fl-ewwel nofs tal-2009. Huwa interessanti li wieħed jinnota f’dan ir-rigward li fi tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni, il-prezzijiet fis-suq domestiku Ċiniż imxew f’direzzjoni opposta għal prezzijiet fis-swieq dinjija.

(38)

L-Istat Ċiniż ddeskriva l-politika tiegħu ta’ interferenza fis-settur tal-aluminju fit-12-il Pjan ta’ Żvilupp ta’ ħames snin għall-Aluminju (2011-15). Il-pjan jgħid "li jaġġusta r-refużjoni tat-taxxa u t-taxxa tal-esportazzjoni u sollevaturi ekonomiċi oħrajn, u jikkontrolla strettament l-ammont totali ta’ espansjoni u l-esportazzjonijiet tal-prodotti primarji". Fil-prattika dan ifisser li taħlita ta’ skemi speċifiċi ta’ taxxa għandhom l-għan li jippromwovu l-industrija tal-aluminju. Dawn l-għodod jiskoraġġixxu l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju mir-RPĊ waqt li jinkoraġġixxu l-importazzjonijiet u l-manifattura tal-prodotti sekondarji (bħalma huwa l-prodott ikkonċernat) li jinkorporaw aluminju kemm għas-suq domestiku kif ukoll għall-esportazzjoni.

(39)

Dan il-pjan ikompli l-politika li ilha teżisti għal ħafna snin fil-Pjanijiet preċedenti. Barra minn hekk, dawn il-pjanijiet ġew implimentati għal ħafna snin u matul il-PI diversi miżuri implimentattivi kienu operattivi u li huma deskritti hawn taħt. Dawn l-iskemi huma:

1)

Dazju tal-esportazzjoni ta' 17 % fuq l-aluminju primarju u ruttam tal-aluminju (meta mqabbel ma’ dazju ta' 0 % fuq il-folji tal-aluminju f’rombli żgħar);

2)

Rifużjoni tal-VAT ta’ 0 % fuq l-aluminju primarju (meta mqabbel ma’ rifużjoni ta’ 15 % fuq il-folji tal-aluminju minn Ġunju 2009);

3)

L-eliminazzjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni ta’ 5 % fuq il-metall.

(40)

Għalhekk it-taħlita ta’ dawn il-miżuri tintuża mill-Istat biex jirrestrinġi l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju, li jagħti riżultati ta’ żieda fil-provvista domestika u jwassal għal tnaqqis fil-prezz tiegħu fis-suq domestiku.

(41)

Il-maġġoranza l-kbira tal-funderiji tal-aluminju Ċiniżi huma proprjetà tal-Istat. Il-pjanijiet diversi industrijali li jinfluwenzaw b’mod ċar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-eżitu tal-aluminju, b’mod partikolari attwalment fit-12-il pjan ta’ żvilupp ta’ ħames snin (2011-2015) għall-Industrija tal-Aluminju, jinkoraġġixxu l-iżvilupp strateġiku ta' "prodotti għall-ipproċessar profond tal-aluminju u għall-promozzjoni tal-industrija tal-manifattura tal-aluminju biex testendi aktar il-katina industrijali".

(42)

Il-miżuri meħuda mill-Istat Ċiniż kif deskritti hawn fuq kienu konsegwentement meqjusa bħala evidenza li turi b’mod ċar l-interferenza mill-Istat fid-deċiżjonijiet tad-ditti fir-rigward tal-akkwist ta’ materja prima u l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Tabilħaqq, is-sistema Ċiniża attwali ta’ dazji għolja fuq l-esportazzjoni u n-nuqqas ta' ħlas lura tal-VAT għall-esportazzjoni tal-aluminju primarju, ikkombinat mal-ineżistenza ta’ taxxi fuq l-esportazzjoni u r-rimborż parzjali tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet ta' prodotti tal-aluminju downstream bħalma huwa l-prodott ikkonċernat, u l-indħil mill-Istat fl-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE, essenzjalment wasslu għal sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-aluminju primarju Ċiniż u l-prezzijiet tal-prodotti tal-aluminju sekondarju (użat ukoll bħala materja prima fil-produzzjoni ta' prodotti tal-aluminju oħrajn) huma r-riżultat tal-intervent tal-Istat indipendenti minn varjazzjonijiet fil-prezzijiet fis-swieq internazzjonali. Dan għandu influwenza diretta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija meta takkwista l-materja prima sekondarja tal-aluminju. Il-prezzijiet tal-aluminju dejjem kienu distorti u, ħlief għal żmien limitat ħafna meta kif imsemmi hawn fuq il-prijoritajiet distortivi oħra tal-Istat jidhru li kienu involuti, dan ipprovda vantaġġ inġust lill-produtturi Ċiniżi tal-folji tal-aluminju.

(43)

Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-aluminju primarju jammonta għal madwar 60 % tal-ispiża tal-produzzjoni tar-rombli ż-żgħar tal-folji tal-aluminju, din id-differenza tissarraf f’vantaġġ tal-ispiża sinifikanti inġust għall-produtturi Ċiniżi, li għat-tip ta’ prodott ta’ prodott bażiku bħalma huma l-folji tal-aluminju f’rombli żgħar hija deċiżiva.

(44)

Iż-żewġ kumpaniji kkontestaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni wara li dawn ġew żvelati lilhom. L-ewwel nett, din stqarret li xi wħud mis-sejbiet tal-Kummissjoni huma żbaljati u inkonsistenti li jolqtu b’mod negattiv is-sejba ġenerali dwar id-deċiżjonijiet tan-negozju tal-kumpaniji fir-RPĊ. Speċifikament hija ddikjarat li l-aċċess għall-SHFE mhux limitat għal ċittadini Ċiniżi peress li possibbli li jinfetħu kontijiet mal-intermedjarji li jkollhom l-awtorizzazzjoni għall-kummerċ fl-SHFE. Globalment, il-kumpanija ma kkontestatx il-fatt li l-azzjonijiet ikkontrollati min-naħa tal-Istat Ċiniż jeżistu, anzi fil-fehma tagħha, l-iskop ta’ dawn l-azzjonijiet mhuwiex biex il-prezzijiet jiġu distorti u tkun żgurata volatilità baxxa fis-suq, iżda pjuttost li tiġi evitata l-ispekulazzjoni u żviluppi negattivi potenzjali meta jsiru tranżazzjonijiet. It-tieni nett, il-kumpanija argumentat li kien hemm varjazzjonijiet u differenzi fil-prezz pjuttost limitati bejn l-SHFE u l-LME fil-PI, inkluż perjodu meta l-prezzijiet fir-RPĊ kienu saħansitra ogħla minn bnadi oħra. Għaldaqstant il-vantaġġ fl-ispejjeż tal-produtturi Ċiniżi li tkun teżisti permezz ta’ prezzijiet imnaqqsa huwa minimu, jekk fuq kollox ikun il-każ. Hija tkompli tispjega x-xejriet bir-rivers tal-prezzijiet fi tmiem il-PI kienu minħabba l-fatt li l-ekonomija Ċiniża kienet għadha tespandi fi tmiem l-2011 u li ma kinux riżultat tad-distorsjonijiet indotti mill-Istat. Finalment hija stqarret li l-mekkaniżmi jew il-proċeduri msemmija hawn fuq ma għandhomx impatt materjali fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija fir-rigward tal-ispejjeż tagħha u l-politiki tal-prezzijiet.

(45)

Id-dikjarazzjonijiet tal-kumpanija ma jikkontradixxux s-sejba tal-Kummissjoni li kummerċjanti Ċiniżi biss jistgħu jagħmlu l-kummerċ f’din l-Exchange. Fir-rigward tal-fini u l-għan tal-azzjonijiet tal-Istat, id-dikjarazzjonijiet tal-kumpanija huma spekulattivi u l-ebda evidenza ma kienet ippreżentata f’dan l-istadju. Barra minn hekk, huwa irrelevanti għaliex dawn ir-regolamenti u l-limitazzjonijiet ġew stabbiliti – il-kwistjoni hija l-effett totali tagħhom li joħolqu suq domestiku iżolat għall-aluminju fejn it-tendenzi tal-prezzijiet ma jsegwux it-tendenzi tal-prezzijiet fis-swieq dinjin. Ta’ min jinnota wkoll f’dan ir-rigward li, wara l-iżvelar, l-awtoritajiet Ċiniżi ma kkummentawx fuq dan il-punt. Kif ġie konkluż fil-premessa (42) hawn fuq, id-distorzjoni fis-suq tal-aluminju Ċiniż (differenza ta’ 9 % fil-prezz imnaqqsa fil-PI) hija sinifikanti biżżejjed biex tirriżulta f’vantaġġ sinifikanti inġust fl-ispiża lill-produtturi Ċiniżi ta’ tip ta’ prodott bażiku bħalma hu l-prodott ikkonċernat. Dan il-vantaġġ fl-ispiża ma jistax jiġi spjegat b’ebda vantaġġ komparattiv tal-produtturi tal-aluminju Ċiniżi. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji kollha li qegħdin jikkooperaw xtraw il-materja prima tagħhom mis-suq domestiku Ċiniż fuq il-bażi ta’ kuntratti li huma indiċizzati mal-indiċijiet tal-prezzijiet lokali tal-aluminju. B’hekk deċiżjonijiet ta’ kumpaniji individwali huma b’mod ċar influwenzati mill-azzjonijiet tal-Istat biex jinħoloq ambjent suq distort tal-aluminju.

(46)

Blue Diamond spjegat li l-prezzijiet tal-SMM mhumiex ikkontrollati mill-Istat u l-SMM hija simili għal-LME peress li dawn huma sorsi ta’ informazzjoni pubbliċi. Il-Kummissjoni ma sabitx li l-prezzijiet kienu direttament stabbiliti mill-Istat għalhekk dan il-kumment huwa irrelevanti. It-tieni, il-fatt li l-prezzijiet huma disponibbli pubblikament ma jiżgurax awtomatikament li dawn huma r-riżultat tal-forzi tas-suq.

1.1.2.   Konklużjonijiet speċifiċi għall-kumpaniji li jirrigwardaw il-Kriterji 2 sa 5

(47)

Il-Kummissjoni sabet li CeDo Shanghai ma ssodisfatx il-Kriterju 3 peress li l-ħlas lura tas-self tagħha f'munita barranija kien suġġett għall-approvazzjoni tal-Foreign Exchange Administration li hija meqjusa li għandha effett distortiv fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija dwar is-self u għalhekk il-qagħda finanzjarja tagħha.

(48)

CeDo Shanghai kkontestat is-sejbiet tal-Kummissjoni rigward il-Kriterju 3. Din stqarret li r-reġistrazzjoni mal- hija prattika għall-pajjiż kollu li tapplika għal kwalunkwe kumpanija li tħallas lura s-self minn barra u hija sempliċiment tmexxija tajba mill-awtoritajiet finanzjarji Ċiniżi li jiżguraw li ma jintużawx tranżazzjonijiet mhux xierqa biex jinħarġu flus barra miċ-Ċina. Il-kumpanija sostniet ukoll li la l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u lanqas il-qagħda finanzjarja globali tagħha bl-ebda mod ma jiddependu fuq din l-approvazzjoni. Għalhekk CeDo stqarret li d-definizzjoni tal-Kummissjoni tal-Kriterju 3 f'dan ir-rigward huwa defiċjenti.

(49)

Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament b’mod ċar huma waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti għall-kumpaniji. Ir-Regolament dwar id-dejn estern ipprovdut minn CeDo jistabbilixxi biċ-ċar proċediment ta’ approvazzjoni għal self li joriġina minn barra ċ-Ċina. Għalhekk id-deċiżjonijiet tal-impriżi li jieħdu finanzjament minn barra huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat li joħloq distorzjoni fil-qagħda finanzjarja tagħhom. Għalhekk it-talbiet tal-kumpanija ġew miċħuda.

(50)

Blue Diamond ma ssodisfatx il-Kriterju 1 għal raġuni oħra li jibbenefika minn eżenzjoni estiża fuq it-taxxa fuq id-dħul. Hija wkoll ma ssodisfatx il-Kriterju 2 peress li ma għandhiex sett wieħed ċar ta’ reġistri ta’ kontabilità bażiċi vverifikati f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità u li jiġu applikati għall-għanijiet kollha. Finalment, il-kumpanija ma setgħetx turi li kienet tissodisfa l-Kriterju 3 kif din tuża fondijiet industrijali mingħajr ħlas, li tgħawweġ is-sitwazzjoni tal-ispejjeż u finanzjarja tagħha.

(51)

Il-kumpanija ma qablitx ma’ xi wħud minn dawn is-sejbiet. Hija stqarret li l-eżenzjoni mit-taxxa ma għandha l-ebda effett fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni li huma huma fil-mira tal-investigazzjonijiet kontra d-dumping. Hija wkoll ilmentat li segwiet ir-regoli Ċiniżi dwar il-VAT fil-kontabilità tagħha u spjegat li l-bejgħ u r-rekords tal-kontabilità differenzjati kienu riżultat ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali u ma kinitx prattika regolari segwita mill-kumpanija. Il-kumpanija kkonfermat ukoll li din tuża żona industrijali konsiderevoli mingħajr ħlas abbażi ta' ftehim.

(52)

Il-kummenti dwar il-fatturazzjoni doppja jikkontradixxu l-ispjegazzjoni u l-evidenza pprovduta matul l-investigazzjoni fuq il-post. L-ebda prova oħra ma kienet provduta dwar il-fatturazzjoni doppja u kif il-prattika tal-kumpanija ta’ deprezzament kienet skont ir-regoli Ċiniżi tal-VAT kif iddikjarat il-kumpanija. Finalment, il-kumpanija kkonfermat is-sejbiet li jikkonċernaw l-eżenzjonijiet mit-taxxa u l-użu mingħajr ħlas tal-proprjetà industrijali. Ta’ min jinnota f’dan ir-rigward li, il-Kriterji użati għall-valutazzjoni tat-talbiet għat-TES, mhux kollha huma strettament kriterji rilevanti għall-prezzijiet tal-esportazzjoni iżda qegħdin hemm sabiex ikun iddeterminat jekk il-kondizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq jipprevalux għall-produttur fir-rigward tal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodott simili kkonċernat. Barra minn hekk, peress li l-kumpanija la talbet eżami individwali, u lanqas ma kienet magħżula biex tkun parti mill-kampjun, ma ntalbet l-ebda informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha.

(53)

Għalhekk kien miċħud it-TES għaż-żewġ kumpaniji.

1.2.   It-Trattament Individwali (TI)

(54)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

Fil-każ ta' kumpaniji li huma kompletament jew parzjalment proprjetà ta' sidien barranin jew intrapriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-kwantitajiet u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati liberament;

Il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fil-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu fil-minoranza jew inkella għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-interferenza tal-Istat;

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq; u

l-interferenza tal-Istat mhijiex tali li tippermetti ċ-ċirkumvenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati tad-dazju differenti.

(55)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun u Blue Diamond talbu TI. Dawn it-talbiet ġew eżaminati. L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji fil-kampjun kollha u Blue Diamond issodisfaw il-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(56)

Għalhekk il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun u Blue Diamond ngħataw TI.

2.   Pajjiż analogu

(57)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES għandu jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew il-valur normali maħdum f’pajjiż analogu.

(58)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż analogu xieraq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkumentaw dwar dan.

(59)

L-ebda kummenti sostantivi ma waslu li jikkonċernaw l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) bħala pajjiż analogu propost. Ħadd mill-partijiet interessati ma ssuġġerixxa produtturi alternattivi tal-prodott simili tal-pajjiż analogu.

(60)

Madankollu ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi fl-Istati Uniti minkejja li l-produtturi kollha magħrufa fl-Istati Uniti tal-Amerika ġew ikkuntattjati matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni talbet il-kooperazzjoni ta’ produtturi minn pajjiżi terzi oħra li ssemmew fl-ilment bħalma huma l-Messiku u l-Afrika t’Isfel, madankollu lanqas minn dawn il-pajjiżi ma kien hemm kooperazzjoni.

(61)

Il-Kummissjoni, permezz tar-riċerka tagħha, ippruvat tidentifika kull produttur addizzjonali fil-pajjiżi terzi. Għalhekk intbagħtu ittri u kwestjonarji lill-produtturi kollha magħrufa f’pajjiżi terzi oħra (it-Turkija, l-Indja, il-Korea t’Isfel).

(62)

Żewġ produtturi Torok ippreżentaw ruħhom u wrew ir-rieda li jikkooperaw. Fl-aħħar mill-aħħar, produttur wieħed ipprovda tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju u aċċetta żjara ta’ verifika fuq il-post tiegħu.

(63)

Il-Kummissjoni poġġiet il-valutazzjoni tagħha dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż analogu f’fajl mhux konfidenzjali għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Ħadd mill-partjiet interessati m’għamel kummenti dwar l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu fil-każ preżenti.

(64)

Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li t-Turkija hija pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.   Valur normali

(65)

Peress li l-ebda waħda mill-kumpanniji li talbu t-TES ma setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji tat-TES u ż-żewġ kumpaniji l-oħra li ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun ma talbux it-TES, il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha kien determinat, kif kien spjegat fil-premessa (57) hawn fuq, abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li huma pagabbli jew tal-valur normali ffissat fit-Turkija għall-prodott simili. Wara l-għażla tal-prezzijiet li tħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni, il-valur normali ġie kkalkulat abbażi tad-dejta vverifikata fl-istabbilimenti tal-produttur Tork li kkoopera elenkat fil-premessa (14) hawn fuq.

(66)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ fl-UE tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Instab li l-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur li kkoopera Tork kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(67)

Sussegwentament, il-Kummissjoni vvalutat jekk dan il-bejgħ setax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli fejn il-prezz tal-unità kien ugwali għall-ispiża tal-produzzjoni, jew ogħla minnha. Għaldaqstant ġiet stabbilita l-ispiża tal-produzzjoni fis-suq Tork matul il-PI.

(68)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 % bħala volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott kienu ogħla mill-ispiża u l-prezz ta’ bejgħ medju peżat ta’ dak it-tip kien daqs jew aktar mill-prezz ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ sarx bi profitt jew le.

(69)

Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-prezz medju differenzjat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tip magħmul matul il-PI.

(70)

Fejn ma kien hemm ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari mill-produttur Tork li kkoopera, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(71)

Għal tipi ta’ prodotti li ma kinux jinbiegħu fis-suq domestiku mill-produttur Tork li kkoopera iżda dawn it-tipi tal-prodott ġew mibjugħa fi swieq oħra, kien stabbilit valur normali billi ġie miżjud mal-ispiża tal-manifattura tal-istess tip ta’ prodott mibjugħ fi swieq oħra l-SG&A tagħha u l-profitt. Fil-każ ta’ tipi ta’ prodott li, bl-ebda mod, ma jinbiegħu mill-produttur Tork li kkoopera, kien iffissat valur normali billi ġie miżjud mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi kollha tal-prodott, l-SG&A tagħhom u l-profitt.

(72)

Skont l-Artikolu 2(6) tar-regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitt ġew stabbiliti abbażi tad-dejta attwali dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fl-andament ordinarju tal-kummerċ tal-prodott simili tal-produttur Tork.

4.   Prezzijiet tal-esportazzjoni

(73)

Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Unjoni jew direttament lill-klijenti indipendenti jew permezz tal-kumpaniji tan-negozju relatati li jinsabu fl-Unjoni.

(74)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lill-Unjoni sar direttament lil klijenti indipendenti, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(75)

Fejn il-bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-ewwel prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dawn il-kumpaniji relatati lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Twettqu aġġustamenti għall-ispejjeż kollha minfuqa bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid inkluż il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ. Fir-rigward tal-marġini tal-profitt, intuża l-profitt realizzat minn żewġ importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat peress li l-profitt attwali tal-importatur relatat ma kienx meqjus affidabbli minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur relatat.

5.   Tqabbil

(76)

Peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu ta’ tikketti privati tan-negozju, il-paraguni kienu saru biss fuq il-bażi tal-bejgħ ta' prodotti b’tikketta privata minn kumpanija Torka li kkooperat.

(77)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti adegwati għat-taxxi indiretti, għall-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tat-tqandil, tal-garanzija u tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b'evidenza vverifikata. Il-piż tal-ippakkjar kien injorat fit-tqabbil.

(78)

Bl-użu tas-sistema PCN għall-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ prodott, kien hemm grad baxx ta’ tqabbil għal produttur esportatur inkluż fil-kampjun. Fejn l-ebda tqabbil dirett ma seta’ kien identifikat, tipi simili tqabblu u saru aġġustamenti għal differenzi, bħalma huma t-tipi tal-ippakkjar. Fejn intużat it-teknika simili, id-dettalji ġew żvelati lill-parti involuta.

6.   Marġini ta’ dumping

(79)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien stabbilit abbażi tat-tqabbil tal-valur normali b'medja peżata mal-prezz ta' esportazzjoni b'medja peżata espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(80)

Il-medja peżata ta’ dawn it-tliet marġini tad-dumping kienet ikkalkulata għall-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw.

(81)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni mir-RPĊ (madwar 60 %), huwa kkunsidrat xieraq li marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ għandu jkun ibbażat fuq l-aktar tranżazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għal xi klijent partikolari tal-esportaturi li kkooperaw.

(82)

Il-marġini provviżorji tad-dumping li ġew stabbiliti b'dan il-mod, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Tabella 1

Il-marġini tad-dumping

Isem il-Kumpanija

L-Istatus

Il-marġini tad-dumping

CeDo Shanghai Co. Ltd.

TI

39,3  %

Ningbo Times Co. Ltd.

TI

31,4  %

Ningbo Favoured Commodity Co. Ltd.

TI

28,6  %

Kumpaniji oħra li kkoperaw

 

35,2  %

Marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu

 

43,4  %

E.   ID-DANNU

1.   Produzzjoni tal-unjoni u industrija tal-unjoni

(83)

Fl-Unjoni, hemm 31 produtturi jew gruppi ta’ produtturi tal-prodott simili, ħafna minnhom relattivament żgħar. Minn hawn ‘il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni” fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilmentatur, Eurométaux, aġixxa f’isem seba’ produtturi li l-produzzjoni kollettiva tagħhom, matul il-PI, kien madwar 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli. Madankollu, wieħed ta’ min jinnota li d-dejta ppreżentata mill-ilmentatur, kif iċċekkjata mas-sorsi disponibbli l-oħrajn, kopriet il-kumpaniji kollha magħrufa li jipproduċu u jbigħu l-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Abbażi ta’ dik, il-produzzjoni totali tal-prodott simili kien stmat li jammonta għal 91 000 tunnellata matul il-PI. Meta wieħed iqis li, permezz tal-ilmentatur, l-informazzjoni nġabret jew kienet disponibbli mill-kumpaniji magħrufa kollha li jipproduċu jew ibigħu l-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, tali informazzjoni se tintuża bħala indikaturi makroekonomiċi f’din l-investigazzjoni.

2.   Konsum tal-unjoni

(84)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni. Din id-dejta ġiet provduta mill-ilmentatur u kienet disponibbli għall-partijiet kollha interessati. Id-dejta fornuta għall-produtturi tal-Unjoni kienet kontraverifikata mad-dejta li waslet għand il-Kummissjoni matul l-eżerċizzji permanenti u tat-teħid tal-kampjuni. Id-dejta dwar l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat kemm għall-pajjiż ikkonċernat u kif ukoll għall-pajjiżi terzi kienet kontraverifikata mad-dejta COMEXT disponibbli fl-Eurostat. L-ilmentatur wera li ċ-ċifri tiegħu għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kien fihom ċerti volumi manifatturati fir-RPĊ inklużi diġà fiċ-ċifri tal-importazzjonijiet. Għalhekk sar tnaqqis fil-volum tal-bejgħ ta’ ċerti produtturi mhux fil-kampjun fl-UE li importataw ukoll mir-RPĊ. Dan it-tnaqqis evita għadd doppju ta’ dawn il-volumi tal-bejgħ fil-konsum totali.

(85)

Fuq din il-bażi, instab li l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum fl-UE (tunnellati)

 

2008

2009

2010

PI

Importazzjoni totali

4 600

7 600

10 300

14 300

Produzzjoni tal-Unjoni mibjugħa fis-suq tal-Unjoni

91 000

91 500

87 700

82 456

Konsum totali

95 600

99 100

98 000

96 756

Indiċi (2008 = 100)

100

104

103

101

(86)

Il-konsum totali fis-suq tal-UE biss varja kemxejn tul il-perjodu kkunsidrat. Ir-raġuni għal din l-istabbiltà hi li s-suq tal-UE għall-prodott ikkonċernat huwa matur u, peress li jkun prodott ġeneralment użat għal għanijiet domestiċi, ma kienx suġġett għall-varjazzjoni minkejja l-kriżi ekonomika.

3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3.1.   Volumi u sehem fis-suq

(87)

Il-volumi tal-importazzjoni nkisbet mingħand l-ilmentatur li aġġusta d-dejta statistika tal-Eurostat fuq il-bażi tal-għarfien tiegħu fis-suq. Hemm bżonn dan l-aġġustament peress li l-istatistika tal-kodiċi tan-NM fiha importazzjonijiet li mhumiex il-prodott ikkonċernat. L-aġġustament kien ibbażat fuq l-għarfien dwar l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-UE minn pajjiżi varji li jesportaw u l-prezz tal-importazzjoni li jkun indika jekk l-importazzjoni kinitx il-prodott ikkonċernat jew le. Iċ-ċifri ddettaljati u l-metodoloġija ngħataw lill-partijiet interessati fl-Anness 3 tal-ilment. Fuq dik il-bażi, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Tabella 2

L-importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2008

2009

2010

PI

Importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

4 270

6 836

9 839

12 994

Indiċi (2008 = 100)

100

160

230

304

Is-sehem mis-suq

4,5  %

6,9  %

10,0  %

13,4  %

Indiċi (2008 = 100)

100

154

225

301

Sors: L-ilmentatur

(88)

Wara investigazzjoni dwar anti-dumping fuq il-materja prima ewlenija u prodotti upstream (folji tal-aluminju f’rombli jumbo), li rriżultaw fl-impożizzjoni tad-dazji fl-2009 fuq il-produtturi Ċiniżi, il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedet sostanzjalment. Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b’iżjed minn 200 % matul il-perjodu kkonċernat.

(89)

Is-sehem tas-suq f’idejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi juri l-istess tendenza ta’ żieda tal-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat, li jgħaddi minn 4,5 % fl-2008 għal 13,4 % matul il-PI.

3.2.   Il-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(90)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2008

2009

2010

PI

Prezz medju f’EUR/tunnellati

 (*)

2 335

2 600

2 518

Indiċi (2009 = 100)

 (*)

100

111

108

(91)

Irid jiġi ddikjarat li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi jsegwu, sa ċertu punt, il-prezzijiet Ċiniżi tal-materja prima (prinċipalment liegi tal-aluminju). Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu bi 3 % fil-PI meta mqabbla mal-2010 fi żmien meta l-prezzijiet tal-materja prima żdiedu b'madwar 4 % (ara t-tabella hawn taħt).

Tabella 4

l-iżvilupp tal-prezzijiet medji Ċiniżi tal-aluminju

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezz SHFE medju peżat spot ta’ kull xahar għal kull tunnellata (EUR)

1 408

1 187

1 467

1 523

Indiċi (2008 = 100)

100

84

104

108

Sors: Shanghai Futures Exchange (SHFE) eskluża l-VAT

(92)

Peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi kollha magħrufa kienu ta’ tikketti privati tan-negozju, it-tqabbil tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (jew l-underselling) sar abbażi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti b’tikketta privata biss.

(93)

Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja peżata għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell kif joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet b'medja peżata korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b'aġġustamenti adegwati għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(94)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwali tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġni ta' twaqqigħ b'medja peżata ta' 10,0 % mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-unjoni

4.1.   Il-kummenti preliminari

(95)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(96)

L-indikaturi makroekonomiċi (produzzjoni, kapaċità, utilizzazzjoni tal-kapaċità, volum tal-bejgħ u sehem tas-suq) ġew ivvaluati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovdut mill-ilmentatur, kontraverifikata mad-dejta mogħtija mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw.

(97)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (prezzijiet medji ta’ unità, impjiegi, pagi, produttività, ħażniet, profitabilità, likwidità tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti, kapaċità għaż-żieda tal-kapital) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, verifikat kif xieraq.

4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità totali tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

95 500

95 000

93 000

91 000

Indiċi (2008 = 100)

100

99

97

95

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

160 000

164 000

164 000

164 000

Indiċi (2008 = 100)

100

103

103

103

L-użu tal-kapaċità

59,7  %

57,9  %

56,7  %

55,5  %

Indiċi (2008 = 100)

100

97

95

93

(98)

It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat minkejja li l-konsum baqa’ stabbli matul l-istess perjodu. Għalkemm il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet moderatment stabbli tul il-perjodu kkunsidrat, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet l-istess tendenza tal-produzzjoni.

4.2.2.   L-ammont ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

Tabella 6

L-ammont ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-UE (tunnellati)

91 000

91 500

87 700

82 456

Indiċi (2008 = 100)

100

101

96

91

Is-sehem mis-suq

95,2  %

92,3  %

89,5  %

85,2  %

Indiċi (2008 = 100)

100

97

94

90

(99)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tiegħu naqas b'mod kontinwu minn 95,2 % fl-2008 għal 85,2 % matul il-PI.

4.2.3.   It-tkabbir

(100)

It-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-UE u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat għandu jitqies fil-kuntest tal-konsum stabbli matul l-istess perjodu kif deskritt fil-premessa (85).

4.3.   Id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (indikaturi mikroekonomiċi)

4.3.1.   Il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni

Tabella 7

Il-prezzijiet tal-bejgħ

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezz tal-unità fl-UE għal klijenti mhux relatati

(EUR għal kull tunnellata)

4 479

3 950

4 237

4 378

Indiċi (2008 = 100)

100

88

95

98

(101)

Ix-xejra tal-prezzijiet medji tal-bejgħ (inklużi prodotti tad-ditta u mhux tad-ditta) turi tnaqqis ta’ 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-prezzijiet tal-bejgħ ma kinux ikkunsidrati bħala indikatur affidabbli tal-ħsara minħabba li fil-parti l-kbira kienu affettwati mill-prezzijiet tal-materja prima (prinċipalment aluminju) li wrew xejra simili matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-prezzijiet fl-2010 u l-PI ġew soppressi minħabba t-twaqqigħ tal-prezzijiet deskritti fil-premessa (94) hawn fuq.

4.3.2.   Impjiegi, produttività u salarji

Tabella 8

Impjiegi, produttività u salarji

 

2008

2009

2010

PI

In-numru ta’ impjegati

301

314

287

284

Indiċi (2008 = 100)

100

104

95

94

Il-produttività (unità/impjegat)

143

138

141

138

Indiċi (2008 = 100)

100

96

98

96

Pagi għal kull impjegat

41 070

38 913

44 115

43 600

Indiċi (2008 = 100)

100

95

107

106

(102)

In-numru ta’ impjegati naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm il-pagi għal kull impjegat żdiedu ftit. Barra minn hekk it-tnaqqis tal-impjegati ma wassalx għal żieda fil-produttività billi t-telf fil-volumi tal-bejgħ, kif deskritt fil-premessa (99) hawn fuq, kien saħansitra aktar b’saħħtu. Tabilħaqq, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, meta mkejla bħala prestazzjoni għal kull persuna impjegata fis-sena, naqset kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat. Laħqet il-livell l-aktar baxx tagħha fl-2009, biex wara dan bdiet tirkupra fl-2010, mingħajr ma laħqet il-livelli inizjali. Fil-PI l-produttività rritornat għal-livell baxx tal-2009.

4.3.3.   Il-ħażniet

Tabella 9

Il-ħażniet

 

2008

2009

2010

PI

Ħażna tal-għeluq

2 873

2 994

3 092

3 534

Indiċi (2008 = 100)

100

104

108

123

Il-ħażna tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

6,7  %

6,9  %

7,7  %

9,1  %

Indiċi (2008 = 100)

100

104

115

136

(103)

Għalkemm il-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni żammu l-ħażniet tagħhom f’livell baxx billi użaw sistema ta’ produzzjoni skont l-ordni, xi prodotti komuni nħażnu. Il-livell tal-ћażniet żdiedu b’mod sinifikanti kemm f’termini assoluti kif ukoll bħala perċentwal tal-produzzjoni. Matul il-perjodu kkonċernat, fl-aħħar tas-sena l-livell tal-ħażniet żdied minn 6,7 % sa 9,1 %.

15.3.4.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital.

Tabella 10

Il-Profittabbiltà

 

2008

2009

2010

PI

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-UE ( % tal-bejgħ nett)

2,7  %

6,2  %

2,7  %

0,7  %

Indiċi (2008 = 100)

100

231

101

27

(104)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili tfisser bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Il-profittabbiltà kkalkulata b’dan il-mod laħqet l-ogħla livell tagħha fl-2009 minħabba t-tnaqqis fl-ispejjeż tax-xiri tal-oġġett tal-materja prima ewlenija (jiġifieri l-aluminju). Il-profitt naqas mill-2009 'il quddiem biex laħaq 0,7 % fil-PI. Dawn iċ-ċifri tal-profittabilità jkopru s-setturi kollha tas-suq, inkluż is-settur tad-ditta relattivament profittabbli li sa ċertu punt anqas kien suġġett għall-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi. Fil-verità, is-segment tat-tikketta privata waħdu għamel telf sostanzjali fil-PI.

(105)

Il-kapaċità li jinġabar il-kapital ma ssemmietx bħala problema sinifikanti mill-industrija tal-Unjoni.

Tabella 11

Likwidità tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti (ROI)

 

2008

2009

2010

PI

Il-Fluss tal-Flus

12 716 283

17 369 815

12 030 581

7 771 917

Indiċi (2008 = 100)

100

137

95

61

L-Investimenti (EUR)

4 604 286

2 167 756

2 770 090

1 716 570

Indiċi (2008 = 100)

100

47

60

37

Dħul mill-Investimenti

33,3  %

68,7  %

27,2  %

7,4  %

Indiċi (2008 = 100)

100

206

82

22

(106)

Ix-xejra tal-likwidità tal-flus, li hija l-kapaċità tal-industrija biex tiffinanzja hi stess l-attivitajiet tagħha, kif ukoll ir-redditu fuq l-investiment, segwew xejra negattiva simili għar-redittu fuq il-fatturat.

(107)

Fl-2008 produttur tal-UE investa f’faċilitajiet ta’ ħażna addizzjonali. Fis-snin l-oħra tal-perjodu kkunsidrat, l-ebda investimenti kbar ma kienu identifikati fir-rigward tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni.

4.3.5.   Il-kobor tal-marġni ta’ dumping attwali

(108)

Il-marġini tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar id-dumping. Il-marġini kollha stabbiliti huma ferm ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, l-impatt fuq is-suq tal-UE tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(109)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu relatati mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar jew ma żviluppawx b'konformità mal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Din l-osservazzjoni, b'mod partikolari, tapplika għall-perjodu mill-2010 sal-aħħar tal-PI.

(110)

Matul il-perjodu kkunsidrat, fil-kuntest tal-konsum stabbli, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'mod stabbli u b'mod sinifikanti. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod ġenerali b’9 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas b'madwar 10 punti perċentwali. Barra minn hekk, il-volum tal-ħażna tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti, li tindika l-inkapaċità tagħha li tbigħ il-prodott. Importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx żdied b’mod stabbli matul il-perjodu meqjus u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mod sinifikanti matul il-PI.

(111)

Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħalma huma l-likwidità tal-flus u l-profitabbiltà kienu affettwati serjament fl-2010 u matul il-PI.

(112)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar 'il fuq, jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

F.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(113)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-RPĊ kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali grad li jista' jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu għamlu dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex ikun żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   L-effett tal-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping

(114)

Fi tmiem l-2009 kienu imposti dazji anti-dumping fuq ir-rombli jumbo tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ. Minn din id-data l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (il-prodott downstream) żdied b’rata mgħaġġla. Dawn iż-żidiet jikkoinċidi mad-deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(115)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied b’mod drammatiku, b’aktar minn 200 %. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied ukoll, minn 4,5 % fl-2008 għal 13,4 % fil-PI (jiġifieri, b’madwar 9 punti perċentwali). Fl-istess żmien, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’9 % u s-sehem mis-suq naqas ukoll b’9 punti perċentwali, minn 95,2 % fl-2008 għal 85,2 % fil-PI.

(116)

Fir-rigward tal-pressjoni tal-prezz, għandu jiġi enfasizzat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni fil-PI. Il-pressjoni tal-prezzijiet f’volumi dejjem jiżdiedu ppermettew lill-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jirbħu kuntratti ma’ klijenti ewlenin (bejjiegħa bl-imnut u bejjiegħa bl-ingrossa). Għal kuntratti miżmuma, l-industrija tal-Unjoni kellha ċċedi żidiet fil-prezzijiet li kien hemm bżonnhom biex ipattu għal żidiet fil-prezzijiet tal-aluminju. It-twaqqigħ tal-prezzijiet fil-PI kien ta’ madwar 10 % u f’dik is-sena, l-industrija tal-Unjoni qajmet il-prezzijiet medji bi 3 % biex jirrifletti għall-ispejjeż miżjuda tal-materja prima, billi l-produtturi esportaturi Ċiniżi naqqsu l-prezzijiet tagħhom fis-suq tal-UE b’madwar 3 % (ara t-Tabella 3). Dan irriżulta f’deterjorament sinifikanti fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni.

(117)

Abbażi ta' dan t'hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż li ż-żieda kbira tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li b'mod kostanti qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellha rwol determinanti fid-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni, li huwa rifless, b'mod partikolari, fis-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa tagħha, it-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ u fis-sehem mis-suq, u fid-deterjorament tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi ta' dannu.

3.   L-effett ta’ fatturi oħra

3.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(118)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat huwa muri fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezzijiet kienu fornuti mill-ilmentatur ibbażati fuq id-dejta tal-Eurostat.

Tabella 12

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

 

2008

2009

2010

PI

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

330

764

461

1 306

Indiċi (2008 = 100)

100

231

140

396

Is-sehem mis-suq

0,3  %

0,8  %

0,5  %

1,3  %

Indiċi (2008 = 100)

100

223

136

391

(119)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (prinċipalment l-Indja, ir-Russja, it-Tajwan u t-Turkija) żdied bi 300 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, is-sehem totali tas-suq tal-UE ta’ dawn l-importazzjonijiet għadu marġinali. Għalhekk, dawn ma setgħux jikkontribbwixxu għall-ħsara sofferta mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

3.2.   Il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet

(120)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat qed jintwera fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezzijiet huma ċifri vverifikati mill-produtturi inklużi fil-kampjun.

Tabella 13

L-esportazzjonijiet tal-Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-Kampjun

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-esportazzjoni tal-UE

1 900

1 800

1 600

1 700

Indiċi (2008 = 100)

100

95

84

89

L-esportazzjonijiet bħala perċentwal tal-produzzjoni

2,0  %

1,9  %

1,7  %

1,9  %

Indiċi (2008 = 100)

100

95

86

94

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni

3 792

3 460

3 447

3 565

Indiċi (2008 = 100)

100

91

91

94

(121)

Il-volumi tal-esportazzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun ma kinux sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u qatt ma rrappreżentaw aktar minn 2 % tal-volumi manifatturati. Huma segwew tendenza simili għal dik tal-volumi tal-bejgħ fis-suq Ewropew. Fid-dawl tal-volumi limitati tagħhom, l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kkontribwixxitx għall-ħsara materjali mġarrba.

3.3.   L-impatt tal-kriżi ekonomika

(122)

Il-kriżi ekonomika ma tipproduċi l-ebda tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Kif wieħed jistenna għal prodotti mhux lussużi tad-dar, il-kriżi finanzjarja ma kellha l-ebda impatt fuq il-konsum tal-AHF li tibqa' prodott stabbli ħafna fl-industrija tal-ipproċessar u tal-ippakkjar tal-ikel. Għalhekk, il-kriżi ekonomika ma kkontribwixxitx għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

3.4.   Il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni

(123)

Il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni hija qawwija meta wieħed iżomm f’moħħu li l-industrija tal-Unjoni hija pjuttost diversa (hemm iktar minn 30 produttur) u li wieħed mill-konsumaturi prinċipali tagħhom huwa s-settur qawwi tal-bejgħ bl-imnut.

(124)

Matul bosta snin in-negozjanti ewlenin tal-Unjoni Ewropea żviluppaw il-marki tagħhom stess (tikketti privati) li fir-rigward tal-AHF gradwalment naqqsu l-volum tal-bejgħ tal-prodotti tad-ditta tal-manifatturi tagħhom stess. Dan kien ta’ ħsara għall-produtturi tal-industrija tal-Unjoni li ġarrbu tnaqqis fil-bejgħ tas-settur tad-ditta aktar profittabbli u daħħlithom f’kompetizzjoni akbar ma' xulxin fis-settur tat-tikketta privata li dejjem qiegħda tiżdied.

(125)

Madankollu, dan l-iżvilupp kien proċess gradwali fuq bosta snin u l-investigazzjoni wriet li n-negozju tat-tikketta privata żdied biss minn 83 % għal 84 % mill-2010 sal-PI. Għalhekk, minkejja li din iż-żieda se jkollha impatt żgħir fuq il-produtturi tal-UE, dan ma jispjegax il-kobor tax-xejriet dannużi esperjenzati minnhom.

3.5.   L-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(126)

Kien argumentat mill-partijiet interessati li l-varjazzjonijiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni, l-aktar il-prezz tal-aluminju, kkontribwixxew għall-ħsara.

(127)

L-ispiża tal-produzzjoni tal-AHF hija marbuta mill-qrib mal-iżvilupp tal-prezz tal-aluminju, il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni ta' dan il-prodott. L-LME huwa referenzjarju dinji għall-prezzijiet tal-aluminju.

Tabella 14

Żvilupp tal-prezzijiet medji tal-aluminju tal-LME

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezz medju fi flus kontanti tal-LME għal kull tunnellata f’USD

2 750

1 750

2 150

2 460

Indiċi (2008 = 100)

100

64

78

90

Sors LME

(128)

L-iżvilupp li jidher hawn fuq irriżulta mill-kriżi finanzjarja li bdiet madwar Ottubru 2008. Il-prezzijiet tal-aluminju niżlu wara li kien hemm tnaqqis fid-domanda u rkupraw sa ċertu punt ma’ tmiem il-PI.Madankollu, l-industrija AHF normalment tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha fuq bażi ta' punt ta' riferiment tal-LME flimkien ma' marġni biex tkopri spejjeż u qligħ ta’ trasformazzjoni. Dan ifisser li f’ċirkostanzi normali l-varjazzjonijiet fil-punt ta' riferiment tal-LME ma għandhomx impatt kbir fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-AHF peress li l-prezzijiet tal-prodotti lesti jiċċaqalqu b’konformita mal-prezzijiet tal-LME. Fil-fatt l-industrija tal-Unjoni kienet dejjem teżisti f’ambjent ta' prezzijiet tal-aluminju li jvarjaw ta’ spiss.

(129)

Kien argumentat ukoll li l-industrija tal-Unjoni għandu tagħmir ineffiċjenti li kkontribwixxa għall-ħsara. Għandu jingħad li l-investigazzjoni ma sostnitx din il-fehma u li fil-fatt l-UE u l-ispejjeż Ċiniżi tat-trasformazzjoni f’daqqa kienu pjuttost simili. Barra minn hekk, tali ineffiċjenza tkun tfisser li l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni tkun baxxa għal ħafna snin u dikjarazzjoni bħal din ma tispjegax it-telf tas-sehem mis-suq, il-volum tal-bejgħ u l-profitabilità li seħħew bejn l-2009 u l-PI.

(130)

Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq, il-prezzijiet tal-aluminju li qed ivarjaw jew l-allegat nuqqas ta’ effiċjenza fil-produzzjoni ma tistax titqies kawża tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

3.6.   Kapaċità żejda ta' produzzjoni

(131)

Kif jingħad hawn fuq, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produtturi Ewropej kienet relattivament baxxa matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, billi l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jużaw l-istess makkinarju għar- rewinding ta’ prodotti oħra (bħalma hu l-cling film) iċ-ċifri tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità ma jitqisux bħala fattur ewlieni ta’ kawżalità. Barra minn hekk, iċ-ċifri tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienu diġà pjuttost baxxi fl-2008 u l-2009 meta r-rati tal-profitabbiltà u s-sitwazzjoni tal-industrija inġenerali kienu sodisfaċenti.

(132)

Għalhekk ġie konkluż li l-kapaċità żejda ma kinitx kawża sostanzjali tal-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-UE.

4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(133)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-RPĊ partikolarment fl-2010 u l-PI. Instab li dawn l-importazzjonijiet waqqgħu l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI.

(134)

Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ seħħet fl-istess żmien meta kien hemm żvilupp negattiv fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fil-PI, meta l-industrija tal-Unjoni baqgħet titlef is-sehem mis-suq u l-profittabilità u indikaturi finanzjarji oħra bħalma huma l-likwidità tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti laћqu l-aktar livelli baxxi tagħhom.

(135)

L-analiżi tal-fatturi magħrufa l-oħra, inkluża l-kriżi ekonomika, uriet li kull impatt negattiv ta' dawn il-fatturi ma jistax ikun tali li jkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

(136)

Abbażi tal-analiżi t’hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ dannu tal-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Rimarki preliminari

(137)

B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping ta’ dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut u l-ingrossa tal-prodott ikkonċernat.

2.   L-interess tal-industrija tal-unjoni

(138)

L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tmur għall-agħar. Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar malajr wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq il-prodott upstream (folji tal-aluminju f’rombli jumbo) fl-2009. Peress li l-istess problemi strutturali tas-settur tal-aluminju Ċiniż diġà osservati matul dik l-investigazzjoni baqgħu jeżistu fis-suq, l-industrija tal-Unjoni sostniet li hi wkoll għandha tkun protetta minn kompetizzjoni żleali.

(139)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping provviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tal-prodott investigat biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista' jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għall-inqas parti mis-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt ulterjuri pożittiv fuq il-profittabilità tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha b'mod ġenerali.

(140)

Jekk il-miżuri ma jkunux imposti, għandu jkun mistenni aktar telf mis-sehem tas-suq u l-industrija tal-Unjoni tibqa’ tagħmel it-telf, b’mod partikulari fis-settur tat-tikketta privata. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Minħabba t-tendenza tat-tnaqqis kontinwu fil-profittabilità u ta’ indikaturi finanzjarji oħrajn bħalma huma l-likwidità u r-redditu fuq l-investimenti, jista’ jkun li ħafna mill-produtturi tal-Unjoni mhux se jkunu kapaċi jibqgħu kompetittivi fis-suq, jekk ma jiġux imposti miżuri.

(141)

Barra minn hekk l-industrija tal-Unjoni tforni lill-klijenti tagħha (l-aktar bejjiegħa bl-imnut u bejjiegħa bl-ingrossa) bi prodotti oħra tal-ipproċessar u l-ippakkjar tal-ikel bħalma huma l-cling film u l-prodotti tal-karta. Xi wħud minn dawn il-prodotti huma manifatturati fuq l-istess tagħmir tar-rewinding użat għall-prodott ikkonċernat. Il-prodott ikkonċernat huwa settur ewlieni tal-portafoll tal-prodotti mibjugħa mid-diversi kumpaniji tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li għal xi wħud jirrapreżenta aktar minn 50 % tal-fatturat. Jekk is-sitwazzjoni tal-prodott ikkonċernat tkompli tmur għall-agħar, dan jikkomprometti l-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti l-oħra wkoll.

(142)

Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   Interess tal-importaturi/bejjiegħa bl-ingrossa

(143)

Fir-rigward tal-importaturi, proporzjon kbir tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, stmat għal madwar 50 % matul il-PI, hu magħmul minn żewġ atturi kbar fis-suq Ewropew li jakkwistaw il-prodotti tagħhom mir-RPĊ.

(144)

Wieħed minn dawn l-importaturi huwa relatat ma’ produttur esportatur li kkoopera (CeDo Shanghai) inkluż fil-kampjun. CeDo Group żviluppa strateġija ta’ sors doppju li biha l-folji li jbigħ fis-suq tal-Unjoni ikunu manifatturati kemm fir-RPĊ kif ukoll fl-Unjoni. Il-Grupp ġibed l-attenzjoni li miżuri anti-dumping se jheddu din l-istrateġija u jnaqqsu l-profittabilità tiegħu. Madankollu, il-miżuri proposti mhumiex diretti lejn ebda kumpanija partikolari iżda tfasslu sabiex jirripristinaw il-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni.

(145)

L-investigazzjoni ma tafx jekk l-importatur kbir l-ieħor (Quickpack) huwiex relatat ma’ xi fornituri Ċiniżi minn tiegħu. Dan għaliex, minkejja li ġie mistieden jipparteċipa fl-investigazzjoni huwa għażel li ma jikkooperax. Għalhekk, l-impatt ta’ kwalunkwe dazji, fil-livell propost, fuq in-negozju tiegħu mhux ċar.

(146)

Mill-importaturi li fadal tnejn ikkooperaw f’din l-investigazzjoni billi wieġbu l-kwestjonarju. It-tweġibiet tagħhom jirrappreżentaw madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Dawn il-kumpaniji qalu li huma jistgħu jkunu sfurzati li joħorġu mis-suq tal-fojl jekk jiġi impost dazju anti-dumping, madankollu, prodotti oħrajn irrappreżentaw iktar minn 80 % tal-fatturat tagħhom minħabba li dawn iż-żewġ kumpaniji importataw ħafna prodotti oħra fis-settur tal-ikel u l-oġġetti tad-dar.

(147)

Produttur/importatur ieħor (Terinex Ltd) ma tax tweġiba għall-kwestjonarju iżda ta l-opinjoni tiegħu bbażata fuq is-suq tar-Renju Unit. Terinex Ltd spjegat li billi tixtri s-sorsi tagħha mir-RPĊ naqqset il-produzzjoni tagħha stess iżda li bħala attur żgħir fis-suq, ma tqisx li l-importazzjonijiet tagħha għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, jekk l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ jiġu kkunsidrati (premessa (87) 'il quddiem) allura kif spjegat fi premessa (114) 'il quddiem, huwa ċar li l-importazzjonijiet mir-RPĊ huma l-kawża maġġuri tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Peress li l-fatturat tal-prodott ikkonċernat huwa relattivament żgħir b’relazzjoni mat-total tal-attivitajiet tal-kumpaniji, l-impożizzjoni tal-miżuri x’aktarx mhix se jkollha impatt gravi fuq il-qligħ totali tagħha.

(148)

Fir-rigward tas-settur tal-importazzjoni, b’mod ġenerali (sew jekk relatati u sew jekk le) ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni tal-miżuri jkollha effett negattiv fuq dan is-settur għaliex x’aktarx dazju jagħmel l-importazzjonijiet inqas attraenti u l-industrija tal-Unjoni probabbli tkun kapaċi tirbaħ lura xi ordnijiet/kuntratti għad-detriment tas-settur tal-importazzjoni. Madankollu, din tkun fuq il-bażi tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kompetizzjoni ġusta u l-impatt fuq is-settur kollu kemm hu tal-importazzjoni ma jkunx sproporzjonat.

(149)

Fuq il-bażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li l-impatt fuq l-importaturi għandu mnejn ma jkunx tali li l-miżuri jkollhom jitqiesu bħala li jmorru kontra l-interess globali tal-Unjoni.

4.   L-interess tal-bejjiegħa bl-imnut

(150)

Sitt bejjiegħa bl-imnut kkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jitqiesu rappreżentattivi minħabba l-firxa wiesgħa tagħhom tal-post ġeografiku fl-Unjoni Ewropea kif ukoll id-daqs differenti tagħhom f'termini ta’ fatturat. Kollha kemm huma jopponu l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżuri minħabba li dawk se jimponu spejjeż żejda fuq in-negozji tagħhom u li l-miżuri se jirrestrinġu l-għażla tal-fornituri tagħhom.

(151)

Madankollu, jidher ċar ħafna mir-reazzjonijiet tagħhom li l-prodott li qed jiġi investigat huwa parti żgħira mill-fatturat ta’ dawn il-bejjiegħa bl-imnut (f’kull każ inqas minn 1 %) u kwalunkwe miżura anti-dumping ikollha ftit jew l-ebda impatt fuq il-fatturat tagħhom jew fuq il-profitti.

5.   L-interess tal-konsumaturi

(152)

Il-Kummissjoni kkuntattjat assoċjazzjoni waħda tal-konsumaturi li wieġbet li ma kinitx interessata tikkoopera fl-investigazzjoni. L-ebda assoċjazzjoni oħra tal-konsumaturi ma ppreżentat ruħha.

(153)

L-impatt tad-dazji anti-dumping fuq il-konsumaturi probabbli jkun marġinali ħafna peress li l-AHF hu perċentwal baxx ħafna tal-baġit tal-konsumatur ta’ kull ġimgħa. Barra minn hekk, huwa mistenni li kwalunkwe żieda fil-prezzijiet tal-AHF fil-livell tal-bejgħ bl-imnut ikkawżat mill-impożizzjoni tad-dazji tkun jew verament marġinali jew ineżistenti.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-unjoni

(154)

Fid-dawl ta’ li ntqal hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m'hemm l-ebda raġuni sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ.

H.   PROPOSTA GĦALL-MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

1.   Livell ta’ tneħħija tal-ħsara

(155)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji sabiex ma jiġix ikkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(156)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabżu l-marġini ta’ dumping li nstabu.

(157)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni.

(158)

F’investigazzjonijiet preċedenti li involvew l-AHF (rombli jumbo) il-marġini tal-profitt normali ġie stabbilit għal 5 % abbażi ta’ dak deskritt hawn fuq. L-ilmentatur stqarr li 6 % ikun marġini ta’ profitt raġonevoli, għall-industrija, fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Madankollu, hu naqas li jissostanzja b’mod xieraq din il-pretensjoni u għalhekk, fin-nuqqas ta’ kummenti oħra f’dan ir-rigward, huwa kkunsidrat xieraq li wieħed jirrikorri għal marġni ta’ profitt ta’ 5 % stabbilit fl-investigazzjoni preċedenti. Huwa għalhekk ikkunsidrat b’mod provviżorju li marġni ta’ qligħ ta’ 5 % tal-fatturat jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża l-ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz mhux dannuż inkiseb billi tnaqqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE l-profitt effettiv miksub matul il-PI u nbidel bil-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq.

(159)

Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta' importazzjoni b'medja peżata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz li ma jikkawża l-ebda dannu tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF totali.

2.   Miżuri provviżorji

(160)

Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-marġini aktar baxxi tad-dumping u tad-dannu, skont ir-regola ta' dazju anqas.

(161)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-marġini ta’ tneħħija tad-dannu u l-marġini ta' dumping. Konsegwentament, ir-rati tad-dazju anti-dumping proposti għandhom ikunu kif ġej:

Dazji anti-dumping provviżorji proposti

Isem il-Kumpanija

Il-marġini tad-dumping

Il-marġini tad-dannu

Id-dazju provviżorju

CeDo Shanghai Co. Ltd.

39,3  %

16,3  %

16,3  %

Ningbo Times Co. Ltd.

31,4  %

15,5  %

15,5  %

Ningbo Favoured Commodity Co. Ltd.

28,6  %

13,0  %

13,0  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

35,2  %

15,5  %

15,5  %

Marġni ta’ dumping għall-pajjiż kollu

43,4  %

35,4  %

35,4  %

(162)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(163)

Kwalkunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandha x’taqsam mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

I.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(164)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li identifikaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fin-notifika ta' bidu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju proviżorju anti-dumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet tal-folji tal-aluminju bi ħxuna ta’ 0,007 mm jew aktar iżda anqas minn 0,021 mm, mingħajr it-tieni folja, mhux maħdum aktar milli rrumblat sew jekk irrumblat u sew jekk le, b’rombli ta’ piż baxx ta’ mhux aktar minn 10 kg, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (kodiċi TARIC 7607111110 u 7607191010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju ( %)

Kodiċi addizzjonali TARIC

CeDo Shanghai Co. Ltd.

16,3  %

B299

Ningbo Times Co. Ltd.

15,5  %

B300

Ningbo Favoured Commodity Co. Ltd.

13,0  %

B301

Able Packaging Co.,Ltd

15,5  %

B302

Guangzhou Chuanlong Aluminium Foil Product Co.,Ltd

15,5  %

B303

Ningbo Ashburn Aluminium Foil Products Co.,Ltd

15,5  %

B304

Shanghai Blue Diamond Aluminium Foil Manufacturing Co.,Ltd

15,5  %

B305

Weifang Quanxin Aluminium Foil Co.,Ltd

15,5  %

B306

Zhengzhou Zhuoshi Tech Co. Ltd

15,5  %

B307

Zhuozhou Haoyuan Foil Industry Co.,Ltd

15,5  %

B308

Zibo Hengzhou Aluminium Plastic Packing Material Co.,Ltd

15,5  %

B309

Yuyao Caelurn Aluminium Foil Products Co.,Ltd

15,5  %

B310

Il-kumpaniji l-oħra kollha

35,4  %

B999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u tal-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie addottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 371, 20.12.2011, p. 4.

(*)  L-ebda prezz disponibbli peress li l-kodiċi tan-NM 7607 11 11 għall-folji tal-aluminju nħoloq fl-2009

Sors: L-Eurostat

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.


18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 834/2012

tas-17 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

59,9

XS

59,9

ZZ

59,9

0707 00 05

MK

31,3

TR

106,4

ZZ

68,9

0709 93 10

TR

112,4

ZZ

112,4

0805 50 10

AR

98,1

BO

100,6

CL

88,5

TR

97,0

UY

107,8

ZA

100,3

ZZ

98,7

0806 10 10

EG

180,7

MK

41,5

TN

197,3

TR

118,3

ZZ

134,5

0808 10 80

AR

201,7

BR

89,7

CL

117,0

NZ

115,6

US

120,9

ZA

108,3

ZZ

125,5

0808 30 90

AR

196,5

CN

49,3

TR

115,4

ZA

154,7

ZZ

129,0

0809 30

TR

160,5

ZZ

160,5

0809 40 05

BA

60,9

HR

73,9

IL

63,3

TR

107,6

XS

60,5

ZZ

73,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

18.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Settembru 2012

dwar l-Eurostat

(2012/504/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (1) jipprovdi l-qafas legali bażiku għall-istatistika Ewropea. Dak ir-Regolament jirreferi għall-Kummissjoni (Eurostat) bħala l-awtorità tal-istatistika tal-Unjoni responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea.

(2)

L-istatistika Ewropea għandha tiġi żviluppata, prodotta u mxerrda mill-Eurostat skont il-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fir-Regolament (KE) Nru 223/2009, u elaborati ulterjorment fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea kif rivedut u aġġornat mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea fit-28 ta’ Settembru 2011.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprovdi wkoll għall-ħarsien ta’ dejta kunfidenzjali li għandha tintuża esklussivament għal għanijiet ta’ statistika.

(4)

Il-Kummissjoni impenjat ruħha biex isaħħaħ l-governanza statistika fl-Unjoni u biex tirrispetta il-prinċipji statistiċi ta’ hawn fuq (2). Dan l-impenn ġie kkonfermat u żviluppat aktar fil-Komunikazzjoni tal-15 ta’ April 2011 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Lejn ġestjoni b’saħħitha u ta’ kwalità għall-Istatistika Ewropea” (3). Id-Deċiżjoni preżenti għandha titqies bħala impenn imġedded mill-Kummissjoni fuq il-fiduċja fl-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u mxerrda mill-Eurostat.

(5)

L-iżviluppi reċenti fil-qafas ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni kellhom impatt fuq il-qasam tal-istatistika u għandhom jiġu kkunsidrati. Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, l-indipendenza tal-statistika kif stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (4).

(6)

F’dan il-kuntest, is-setgħat tal-Kummissjoni bħala l-awtorità li taħtar fir-rigward tar-reklutaġġ, it-trasferiment u t-tkeċċija tad-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jkun eżerċitat, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, bl-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa li tiġi ggarantita l-indipendenza, l-oġġettività u l-effiċjenza fil-qadi tar-responsabbiltajiet tiegħu, u wara proċedura trasparenti bbażata fuq kriterji professjonali biss.

(7)

Barra minn hekk, l-Eurostat ġie assenjat kompiti speċifiċi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (5).

(8)

Barra minn hekk, kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar “il-metodu ta’ produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għad-deċenju li ġej” (6), l-Eurostat għandu jipprovdi statistika ta’ kwalità għolja tas-servizz billi wkoll itejjeb ir-relazzjonijiet mal-entitajiet tal-Unjoni sabiex jantiċipaw il-bżonnijiet statistiċi u l-avvanz fl-użu tal-istatistika eżistenti. Dan jinvolvi wkoll l-bini ta’ relazzjonijiet eqreb ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni.

(9)

L-istatistika għandha tkun definita b’referenza għar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandha wkoll issir distinzjoni bejn l-istatistika Ewropea u statistika oħra.

(10)

L-istabbiliment ta’ għanijiet ta’ politika u d-determinazzjoni tat-tagħrif meħtieġ għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet huma r-responsabbiltà ta’ min ifassal il-politika. Dawn l-attivitajiet għalhekk għandhom jaqgħu fil-mandat u fir-responsabbiltajiet tas-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati, filwaqt li l-Eurostat għandu jiżgura l-programmar tal-attivitajiet relatati mal-istatistika Ewropea, waqt li jqis il-ħtiġijiet tal-utenti, l-iżviluppi rilevanti tal-politika u r-restrizzjonijiet tar-riżorsi.

(11)

L-attivitajiet tal-Kummissjoni relatati ma’ statistika oħra għandhom ikunu soġġetti għal eżerċizzju ta’ ppjanar u ta’ koordinazzjoni bl-għan li jiżguraw tagħrif ikkonsolidat dwar dawn l-attivitajiet. Dan l-eżerċizzju għandu jkun misjuq mill-Eurostat u l-ambitu tiegħu għandu jkun limitat għal kwistjonijiet li dwarhom hemm ftehim reċiproku bejn is-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati u l-Eurostat.

(12)

L-istatistika Ewropea hija ddeterminata permezz tal-Programm Ewropew tal-Istatistika u l-programm korrispondenti ta’ ħidma annwali tal-Eurostat.

(13)

Biex tkun żgurata l-fiduċja pubblika fl-Istatistika Ewropea u għall-promozzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja żviluppata, prodotta u mxerrda mill-Eurostat, għandu jiġi żviluppat u applikat proċess għat-tikkettar tal-istatistika Ewropea.

(14)

L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea ta’ kwalità għolja għandhom ikunu ssalvagwardati mid-Direttur Ġenerali tal-Eurostat, li huwa l-Kap Statistiku. Barra minn hekk, il-ħidmiet tiegħu jew tagħha għandhom jinkludu l-koordinazzjoni tal-attivitajiet statistiċi tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tkun żgurata l-kwalità u jkun minimizzat il-piż tar-rappurtar. Għalhekk, il-Kap Statistiku għandu wkoll jiġi kkonsultat dwar l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika oħra.

(15)

Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Eurostat u servizzi oħra tal-Kummissjoni fuq l-attivitajiet ta’ statistika u l-koordinazzjoni xierqa ta’ dawn l-attivitajiet mill-Kap Statistiku għandhom jiżguraw il-koerenza u l-kumparabbiltà tal-Istatistika Ewropea u rispons aħjar għall-isfidi futuri, partikolarment il-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż tar-rispons u l-piż amministrattiv. Għall-istess skopijiet, l-aċċess għas-sorsi tad-dejta amministrattiva fil-Kummissjoni għandu jkun ipprovdut sal-limitu meħtieġ u jkun kosteffikaċi għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta (7) japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-istatistika Ewropea prodotta fuq il-bażi ta’ dejta personali għandha tkunu maqsuma skont il-ġeneru meta jkun rilevanti.

(17)

Huwa għalhekk meħtieġ li r-rwol tal-Eurostat u r-responsabbiltajiet tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni jkomplu jiġu ddefiniti u ċċarati.

(18)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 97/281/KE tal-21 ta’ April 1997 dwar ir-rwol tal-Eurostat rigward il-produzzjoni tal-istatistika Komunitarja (8) għandha titħassar,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Eurostat fi ħdan l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“Statistika” tfisser statistika kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Din hija jew statistika Ewropea jew statistika oħra.

2.

“Statistika Ewropea” tfisser statistika kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u kif determinat mill-programm ta’ ħidma annwali tal-istatistika Ewropea.

3.

“Statistika oħra” tfisser statistika li mhijiex statistika Ewropea u li hija indentifikata fl-eżerċizzju ta’ ppjanar u ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artiklu 5(2).

Artikolu 3

Eurostat

L-Eurostat huwa l-awtorità tal-istatistika tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-Eurostat huwa servizz tal-Kummissjoni, immexxi minn Direttur-Generali.

Artikolu 4

Prinċipji tal-Istatistika

L-Eurostat għandu jiżviluppa, jipproduċi u jxerred l-istatistika Ewropea f’konformità mal-prinċipji statistiċi ta’ indipendenza professjonali, imparzjalità, oġġettività, affidabbiltà, kunfidenzjalità tal-istatistika u kost-effettività kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u kif elaborati ulterjorment fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea.

Artikolu 5

Ippjanar u pprogrammar

1.   L-attivitajiet relatati mal-istatistika Ewropea għandhom jiġu determinati permezz tal-Programm Ewropew tal-Istatistika msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, u permezz tal-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 17 ta ‘dan ir-Regolament.

2.   L-attivitajiet relatati ma’ statistika oħra għandhom ikunu soġġetti għal u identifikati permezz ta’ eżerċizzju ta’ ppjanar u ta’ koordinazzjoni mmexxi mill-Eurostat. L-ambitu ta’ dan l-eżerċizzju għandu jkun limitat għal kwistjonijiet li dwarhom hemm ftehim reċiproku bejn is-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati u l-Eurostat.

3.   Jistgħu jiġu stabbiliti ftehimiet speċifiċi bejn is-servizzi, bejn l-Eurostat u s-servizzi l-oħra tal-Kummissjoni għall-għan ta’ dawn l-attivitajiet, inklużi wkoll l-attivitajiet relatati mar-rekords tal-amministrattivi.

Artikolu 6

Kompiti tal-Eurostat

1.   L-Eurostat għandu jkun inkarigat mill-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea.

Għal dan l-għan, l-Eurostat għandu, b’mod partikolari:

(a)

jiġbor u jaggrega l-informazzjoni statistika meħtieġa għall-kompilazzjoni tal-istatistika Ewropea;

(b)

jiżviluppa u jippromwovi l-istandards, il-metodi u l-proċeduri statistiċi;

(c)

imexxi s-Sistema Statistika Ewropea, isaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-imsieħba tiegħu, u jiżgura r-rwol tiegħu ta’ mexxej fl-istatistika uffiċjali mad-dinja kollha;

(d)

jikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-pajjiżi terzi sabiex jiffaċilita l-komparabilità tal-istatistika Ewropea mal-istatistika prodotta f’sistemi statistiċi oħra, u, fejn xieraq, jappoġġa lill-pajjiżi terzi fit-titjib tas-sistemi tagħhom tal-istatistika.

2.   L-Eurostat għandu jiżgura li l-istatistika Ewropea tkun aċċessibbli għall-utenti kollha skont il-prinċipji statistiċi, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ indipendenza professjonali, ta’ imparzjalità u ta’ kunfidenzjalità tal-istatistika.

F’dan ir-rigward, l-Eurostat għandu jipprovdi l-ispjegazzjonijiet tekniċi u l-appoġġ meħtieġ għall-użu tal-istatistika Ewropea u jista’ juża mezzi ta’ komunikazzjoni xierqa għall-fini ta’ stqarrijiet għall-aħbarijiet dwar l-istatistika.

3.   L-Eurostat għandu jiżgura l-kooperazzjoni u d-djalogu kostruttiv regolari mas-servizzi l-oħra tal-Kummissjoni, u, fejn meħtieġ, mal-fornituri tad-dejta bl-għan li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, l-iżviluppi ta’ politiki rilevanti u inizjattivi oħra. Għal dan l-għan, dawk is-servizzi tal-Kummissjoni li huma utenti potenzjali tal-istatistika speċifika Ewropea għandhom jiġu infurmati u involuti sa minn stadju bikri fl-iżvilupp ta’ statistika ġdida jew mibdula, fost affarijiet oħra biex ikunu mifhuma l-implikazzjonijiet potenzjali tal-politiki ta’ metodi, standards u definizzjonijiet ġodda jew mibdula tal-istatistika.

4.   L-Eurostat għandu jikkoordina l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika oħra. Għal dan l-għan, l-Eurostat għandu:

(a)

jottimizza l-użu tat-tagħrif eżistenti li jista’ jintuża għal għanijiet statistiċi, sabiex tkun żgurata l-kwalità u jkun imminimizzat il-piż għal min iwieġeb; L-Eurostat għandu jistieden kull servizz ikkonċernat tal-Kummissjoni biex jikkontribwixxi għal dan l-għan;

(b)

jkun infurmat mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni dwar l-ambitu u l-karatteristiċi tal-kwalità tal-istatistika prodotta minnhom, dwar tibdil sinifikanti fil-metodoloġija għall-produzzjoni tal-istatistika u dwar kollezzjonijiet ġodda ta’ dejta ppjanati;

(c)

jipprovdi gwida, taħriġ xieraq u servizzi esperti lil servizzi oħra tal-Kummissjoni meħtieġa għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika oħra soġġetta għar-riżorsi disponibbli;

Artikolu 7

Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat

1.   Rigward l-istatistika Ewropea, id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jkollu r-responsabbiltà unika sabiex jiddeċiedi l-proċessi, il-metodi tal-istatistika, l-istandards u l-proċeduri, u dwar il-kontenut u l-waqt tal-pubblikazzjonijiet tal-istatistika, skont il-programm Ewropew tal-istatistika u l-programm ta’ ħidma annwali. Meta jwettaq dawn il-ħidmiet statistiċi, id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jaġixxi b’mod indipendenti; hu jew hi la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet tal-Unjoni, minn xi gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew entità oħra.

2.   Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jaġixxi bħala l-uffiċjal li jawtorizza l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet allokati lill-Eurostat.

Artikolu 8

Il-Kap Statistiku

1.   Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jitqies bħala l-Kap Statistiku.

2.   Il-Kap Statistiku għandu:

(a)

jkun inkarigat mill-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea fil-Kummissjoni;

(b)

jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika oħra kif imsemmi fl-Artikoli 5(2) u 6(4);

(c)

jirrappreżenta l-Kummissjoni f’fora statistiċi internazzjonali l-aktar għal raġunijiet ta’ koordinazzjoni tal-attivitajiet statistiċi tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(d)

jippresjiedi l-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(e)

iħejji l-programmi msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-Deċiżjoni f’konsultazzjoni mill-qrib ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni, filwaqt li jqis kemm jista’ jkun il-ħtiġijiet tal-utenti u l-iżviluppi rilevanti l-oħra;

(f)

jikkollabora bejn is-Sistema Statistika Ewropea (ESS) u l-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika fil-kwistjonijiet kollha rigward l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea fl-ESS kollha kemm hi.

3.   Kwalunkwe servizz intenzjonat li jwettaq attivitajiet li jinvolvu l-produzzjoni tal-istatistika għandu jikkonsulta l-Kap Statistiku fi stadju bikri fit-tħejjija tal-attivitajiet ikkonċernati. Il-Kap Statistiku jista’ jagħmel xi rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward. Inizjattivi li mhumiex relatati mal-iżvilupp, mal-produzzjoni jew mat-tixrid tal-istatistika Ewropea, speċjalment f’każijiet ta’ ftehimiet speċifiċi bejn is-servizzi, għandhom jaqgħu kompletament taħt ir-responsabbiltà tas-servizz ikkonċernat.

Artikolu 9

Aċċess għal rekords amministrattivi

1.   Sabiex jitnaqqas il-piż fuq min iwieġeb, l-Eurostat għandu jkollu d-dritt li jaċċessa d-dejta amministrattiva fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni, soġġett għar-regoli ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u li jintegra din id-dejta amministrattiva mal-istatistika sakemm din id-dejta tkun rilevanti għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea.

2.   L-Eurostat għandu jkun ikkonsultat dwar u jista’ jkun involut fit-tfassil inizjali, fl-iżvilupp sussegwenti u fil-waqfien ta’ reġistri amministrattivi u ta’ bażijiet ta’ dejta mibnija u miżmuma minn servizzi oħra tal-Kummissjoni, sabiex ikun faċilitat l-użu ulterjuri tad-dejta li hemm f’dawn ir-reġistri u fil-bażijiet ta’ dejta għall-finijiet tal-istatistika Ewropea. Għal dan l-għan, l-Eurostat għandu jkollu d-dritt li jipproponi l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni dwar rekords amministrattivi li huma rilevanti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

3.   Biex tittejjeb l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, kull servizz tal-Kummissjoni għandu jiżgura li l-aċċess għad-dejta amministrattiva tingħata lill-Eurostat fuq talba sal-punt meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea, skont ir-regoli ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 10

Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea

1.   Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istatistika Ewropea għandha tiġi żviluppata, prodotta u mxerrda mill-Eurostat skont il-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea kif rivedut u aġġornat mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea.

2.   L-Eurostat għandu jinvolvi l-Bord Konsultattiv dwar il-Governanza tal-Istatistika Ewropea fl-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea skont il-mandat tal-Bord.

3.   L-Eurostat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni effettiva tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea mill-awtoritajiet statistiċi nazzjonali.

Artikolu 11

L-assigurazzjoni tal-kwalità u l-ittikkettjar

1.   L-Eurostat għandu jiżgura l-immaniġġar tal-kwalità tal-Istatistika Ewropea. Għal dan l-għan, u fuq il-bażi ta’ kriterji tal-kwalità stabbiliti, filwaqt li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-utenti għall-istatistika bi profili ta’ kwalità differenti, l-Eurostat għandu:

(a)

jissorvelja u jivvaluta l-kwalità tad-dejta li hu jiġbor jew jirċievi, u jirrapporta dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea li jxerred;

(b)

jippromwovi u japplika proċess tal-ittikkettjar għall-istatistika Ewropea;

(c)

jivverifika d-dejta li hija taħt ir-responsabbiltà tal-Eurostat fil-kuntest tal-governanza ekonomika msaħħa tal-Unjoni u japplika s-setgħat kollha li ġew speċifikament mogħtija lill-Eurostat fil-proċeduri rilevanti.

2.   L-Eurostat għandu jistabbilixxi qafas ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, li jirrifletti l-miżuri fis-seħħ jew li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tajba tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea.

Artikolu 12

L-użu ta’ dejta kunfidenzjali

1.   Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li l-kunfidenzjalità tal-istatistika hija rispettata.

2.   Id-dejta kkunsidrata bħala kunfidenzali skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandha, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tal-istess Regolament, tkun aċċessibbli biss għall-uffiċjali u għal persunal ieħor tal-Eurostat u persuni fisiċi oħra li jaħdmu għall-Eurostat taħt kuntratt, kull fejn din id-dejta tkun meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea u fil-qasam tax-xogħol speċifiku tagħhom.

3.   Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu, barra minn hekk, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġi d-dejta li l-iżvelar tagħha jista’ jikkawża ħsara lill-interessi tal-Unjoni, jew lill-interessi tal-Istat Membru li jirrelataw magħhom.

Artikolu 13

Tħassir

Id-Deċiżjoni 97/281/KE hija mħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji tal-istatistika COM(2005) 217 finali.

(3)  COM(2011) 211 finali.

(4)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

(5)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(6)  COM(2009) 404 finali.

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 112, 29.4.1997, p. 56.