ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2012.251.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 55 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 826/2012
tad-29 ta’ Ġunju 2012
li jissuplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u l-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina l-ishma eżentati
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (1), u b 'mod partikolari l-Artikoli 9(5), 11(3) u 16(3) tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
Billi:
(1) |
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi reġim uniformi għas-sottomissjoni tan-notifiki u l-informazzjoni minn investituri lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew minn dawn l-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”). Peress li l-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina ishma eżentati huwa marbut mill-qrib ukoll mal-għoti ta' informazzjoni dwar ishma fejn iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar tagħhom huwa fl-Unjoni, huwa għandu jkun ukoll kopert minn dan ir-Regolament. Biex jiżguraw koerenza bejn tali dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 236/2012 f' Regolament wieħed. |
(2) |
Fir-rigward tan-notifiki ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti fuq ishma, dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrana skoperti u d-divulgazzjoni lill-pubbliku ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti fuq ishma, għandhom ikunu speċifikati regoli uniformi rigward id-dettalji tal-informazzjoni, inkluż l-istandard komuni biex jintuża fin-notifika sabiex jiżguraw konsistenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' notifika fl-Unjoni, biex titrawwem l-effiċjenza fil-proċess tar-rappurtar u biex tiġi pprovduta informazzjoni komparabbli għall-pubbliku. |
(3) |
Biex tiżgura l-identifikazzjoni xierqa tad-detenturi tal-pożizzjoni, in-notifika għandha, fejn disponibbli, tinkludu kodiċi li jista' jikkomplementa l-isem tad-detentur tal-pożizzjoni. Sakemm ikun disponibbli identifikatur globali ta’ entità legali rikonoxxut pubblikament, uniku u robust, huwa neċessarju li joqgħodu fuq il-kodiċjiet eżistenti li xi detenturi tal-pożizzjoni jista’ jkollhom, bħal tal-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tal-Bank. |
(4) |
Bl-iskop li twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (2), l-Awtorità għandha tingħata tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi trimestrali fir-rigward tan-notifika tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti fuq ishma, dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti, kif ukoll b’tagħrif addizzjonali dwar l-pożizzjonijiet bin-nieqes netti fuq talba tagħha. |
(5) |
Sabiex tali informazzjoni tintuża b’mod effiċjenti, b'mod partikolari rigward l-objettiv li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni, l-informazzjoni trimestrali għandha tkun standardizzata, stabbli maż-żmien u jkollha dettaljar suffiċjenti, fil-forma ta' xi dejta aggregata kuljum, li tippermetti l-Awtorità biex jipproċessawha u biex tagħmel riċerka u analiżi. |
(6) |
L-Awtorità mhijiex f’pożizzjoni li tiddetermina minn qabel l-informazzjoni speċifika li tista' teħtieġ minn awtorità kompetenti peress li dik l-informazzjoni, tista’ tiġi determinata biss fuq bażi ta' każ b'każ u tista’ tinkludi input differenti bħalma huma d-dejta aggregata jew individwali dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti jew dwar pożizzjonijiet skoperti fis-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu. Madankollu, huwa importanti li tkun stabbilita informazzjoni ġenerali li għandha tkun ipprovduta f'dan ir-rigward. |
(7) |
Għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-fatturat, kemm fl-Unjoni kif ukoll f’ċentri tan-negozjar barra l-Unjoni, biex ikun determinat iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta' sehem, kull awtorità kompetenti relevanti jeħtieġ li tiddetermina s-sorsi rilevanti ta' informazzjoni biex tidentifika u tkejjel in-negozjar fuq sehem speċifiku. Bħalissa la hemm rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ tranżazzjonijiet armonizzati fl-Unjoni għal ishma ammessi biss fuq faċilitajiet tal-kummerċ multilaterali u lanqas standards internazzjonali fir-rigward ta’ statistika kummerċjali dwar ishma individwali fiċ-ċentri tan-negozjar, li jistgħu juru varjazzjonijiet rilevanti. Għalhekk, huwa neċessarju li titħalla xi ftit flessibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dak il-kalkolu. |
(8) |
Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħal dik tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Madankollu, sabiex il-persuni naturali u ġuridiċi jkollhom biżżejjed ħin biex jipproċessaw il-lista ta’ ishma eżentati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, il-preparazzjoni ta' dik il-lista u l-pubblikazzjoni sussegwenti tagħha fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità għandha ssir biżżejjed qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Għalhekk, il-metodu stipulat għall-kalkolu tal-fatturat biex ikun determinat iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta’ sehem,għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Peress li r-Regolament (UE) Nru 236/2012 irrikonoxxa li standards tekniċi vinkolanti għandhom ikunu adottati qabel ma dak ir-Regolament ikun jista’ jkun applikat b’mod utli, u peress li huwa essenzjali li jkunu speċifikati qabel l-1 ta’ Novembru 2012, l-elementi mhux essenzjali meħtieġa biex tkun faċilitata l-konformità mill-parteċipanti tas-suq ma’ dak ir-Regolament u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu |
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità lill-Kummissjoni. |
(11) |
L-Awtorità wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw is-segwenti:
(a) |
id-dettalji tal-informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti u divulgati lill-pubbliku minn persuna naturali jew ġuridika skont l-Artikoli 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012; |
(b) |
id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem l-“ESMA”) mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012; |
(c) |
il-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina ċ-ċentru prinċipali tan-negozjar ta’ sehem skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. |
KAPITOLU II
DETTALJI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI BIEX JIĠU NNOTIFIKATI U DIVULGATI
[L-ARTIKOLU 9 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]
Artikolu 2
Notifika tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma, dejn sovran u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti lill-awtoritajiet kompetenti
1. Notifika magħmula skont l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandha jkollha l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament.
In-notifika għandha ssir bl-użu ta' formola maħruġa mill-awtorità kompetenti rilevanti li għandha tieħu l-format stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
2. Meta l-awtorità kompetenti jkollha stabbiliti sistemi siguri li jippermettulha li tidentifika b’mod sħiħ lill-persuna li tkun tippreżenta n-notifika u d-detentur tal-pożizzjoni, inkluża l-informazzjoni kollha misjuba fl-oqsma 1 sa 7 tat-Tabella 1 tal-Anness I, l-oqsma korrispondenti fil-formola jistgħu jitħallew vojta fil-formola tan-notifika.
3. Persuna naturali jew ġuridika li tkun ippreżentat in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 li fiha żball għandha tibgħat, malli ssir konxja tal-iżball, kanċellazzjoni lill-awtorità kompetenti.
Il-kanċellazzjoni għandha ssir billi tintuża formola maħruġa minn dik l-awtorità kompetenti li għandu jkollha l-format stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
Il-persuna naturali jew ġuridika konċernata għandha tissottometti notifika ġdida f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 jekk meħtieġ.
Artikolu 3
Divulgazzjoni pubblika ta' informazzjoni dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma
Kwalunkwe divulgazzjoni pubblika skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 ta' pożizzjoni bin-nieqes netta f’ishma li tilħaq, jew ladarba tkun laħqet, sussegwentement taqa' taħt livell limitu ta’ notifika [pubblikazzjoni] rilevanti, għandu jkollha l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella 2 tal-Anness I għal dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
DETTALJI TAL-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA LILL-AWTORITÀ FIR-RIGWARD L-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI
[L-ARTIKOLU 11 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]
Artikolu 4
Informazzjoni perjodika
Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni li ġejja fuq bażi trimestrali:
(a) |
il-pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata ta’ kuljum fuq kull sehem individwali fl-indiċi tal-ekwità nazzjonali ewlieni kif identifikat mill-awtorità kompetenti rilevanti; |
(b) |
it-tmiem ta’ kwart ta’ pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata għal kull sehem individwali li mhux fl-indiċi msemmi fil-punt (a); |
(c) |
il-pożizzjoni bin-nieqes netta aggregata kuljum għal kull emittent sovran individwali; |
(d) |
fejn applikabbli, pożizzjonijiet skoperta aggregati kuljum fuq swaps tal-inadempjenza tal-kreditu ta’ emittent sovran. |
Artikolu 5
Informazzjoni fuq talba
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn awtorità kompetenti rilevanti fuq bażi ad hoc skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandha tinkludi l-informazzjoni kollha mitluba speċifikata mill-Awtorità li qabel ma kinitx sottomessa mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
IL-METODU TAL-KALKOLU TAL-FATTURAT BIEX IKUN DETERMINAT IĊ-ĊENTRU PRINĊIPALI TAN-NEGOZJAR TA’ SEHEM
[L-ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]
Artikolu 6
Kalkolu tal-fatturat li jiddetermina ċ-ċentru ewlieni tan-negozjar ta’ sehem
1. Fil-kalkolu tal-fatturat skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, awtorità kompetenti relevanti għandha tuża l-aħjar informazzjoni disponibbli, li tista’ tinkludi:
(a) |
informazzjoni disponibbli pubblikament; |
(b) |
dejta tat-tranżazzjoni miksuba skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
(c) |
informazzjoni minn ċentri tan-negozjar fejn ikun innegozjat is-sehem rilevanti; |
(d) |
informazzjoni provduta minn awtorità kompetenti oħra, inkluża awtorità kompetenti ta' pajjiż terz; |
(e) |
informazzjoni pprovduta mill-emittent tas-sehem rilevanti; |
(f) |
informazzjoni minn terzi partijiet oħra, inklużi l-fornituri tad-dejta. |
2. Fid-determinazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi l-aħjar informazzjoni disponibbli, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tiżgura safejn ikun raġonevolment possibbli li:
(a) |
tuża l-informazzjoni disponibbli pubblikament bi preferenza għal sorsi oħra ta’ informazzjoni; |
(b) |
l-informazzjoni tkopri sessjonijiet tan-negozjar kollha matul il-perjodu relevanti, irrispettivament jekk sehem kienx innegozjat matul is-sessjonijiet kollha; |
(c) |
tranżazzjonijiet li jkunu waslu u li huma inklużi fil-kalkoli jingħaddu darba biss; |
(d) |
tranżazzjonijiet rapportati permezz ta’ ċentru tan-negozjar iżda eżegwiti lil hinn minnu ma ġewx magħduda. |
3. L-għadd ta’ skambji ta' sehem f‘ċentru tan-negozjar għandu jitqies li huwa żero meta s-sehem ma jkunx għadu ammess għan-negozjar f’dak iċ-ċentru tan-negozjar anki jekk is-sehem kien ammess għan-negozjar f’dak iċ-ċentru tan-negozjar matul il-perjodu ta’ kalkolu rilevanti.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2012, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6 li għandu japplika mid-data msemmija fl-ewwel paragrafu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(3) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS I
TABELLA 1
Lista ta’ oqsma għall-fini ta’ notifika (l-Artikolu 2)
Identifikatur tal-qasam |
Deskrizzjoni |
||
|
Għal persuni naturali: l-isem u l-kunjom Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma legali kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli |
||
|
Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Bank, jekk disponibbli |
||
|
L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż |
||
|
In-numru tat-telefown, in-numru tal-feks (jekk disponibbli), l-indirizz tal-posta elettronika |
||
|
Għal persuni naturali: l-isem u l-kunjom Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma legali kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli |
||
|
L-indirizz sħiħ (eż. it-triq, in-numru tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt, l-istat/il-provinċja) u l-pajjiż, meta dawn huma differenti minn tad-detentur tal-pożizzjoni |
||
|
In-numru tat-telefown, in-numru tal-feks (jekk disponibbli), l-indirizz tal-posta elettronika, meta dawn huma differenti minn tad-detentur tal-pożizzjoni |
||
|
Id-data li fiha tiġi sottomessa n-notifika skont l-istandard ISO 8601: 2004(ssss-xx-jj) |
||
|
Għal ishma: isem sħiħ tal-kumpanija li jkollha l-ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar Għal dejn sovran: isem sħiħ tal-emittent Għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti: l-isem sħiħ tal-emittent sovran |
||
|
Għal ishma biss: ISIN tal-klassi ewlenija tal-ishma ordinarji tal-emittent. Jekk m'hemmx ishma ordinarji ammessi għan-negozjar, l-ISIN tal-klassi tal-ishma ta' preferenzja (jew il-klassi ewlenija tal-ishma ta’ preferenzja ammessi għan-negozjar jekk hemm diversi klassijiet ta' ishma bħal dawn) |
||
|
Il-kodiċi ta’ żewġ ittri għall-pajjiż emittent sovran skont l-istandard ISO 3166-1 |
||
|
Id-data li fiha nħolqot, inbidlet jew waqfet li tkun miżmuma l-pożizzjoni. Format skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj) |
||
|
Għal ishma biss: il-perċentwali (imqarreb sa 2 punti deċimali) tal-kapital azzjonarju maħruġ, espress f’termini assoluti, mingħajr sinjali “ + ” jew “ –” |
||
|
Għal ishma: l-għadd totali ta’ ishma ekwivalenti Għal dejn sovran: l-ammont nominali ekwivalenti f'euro Għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skoperti: l-ammont nominali ekwivalenti f'euro Ċifri espressi f'termini assoluti, mingħajr sinjali “ + ” jew “ - ” u l-valuta espressa skont l-istandard ISO 4217 |
||
|
Id-data li fiha kienet innotifikata l-aħħar pożizzjoni rrappurtata mid-detentur tal-pożizzjoni fir-rigward tal-istess emittent. Format skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj) |
||
|
Id-data li fiha tiġi sottomessa l-formola tal-kanċellazzjoni biex tiġi kkanċellata notifika żbaljata sottomessa qabel. Format skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj) |
||
|
Test liberu — mhux obbligatorju |
TABELLA 2
Lista ta’ oqsma bl-iskop ta’ divulgazzjoni pubblika (Artikolu 3)
Identifikatur tal-qasam |
Deskrizzjoni |
||
|
Għal persuni naturali: l-isem u l-kunjom Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma legali kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli |
||
|
l-isem sħiħ tal-kumpanija li jkollha l-ishma ammessi għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar |
||
|
ISIN tal-klassi ewlenija tal-ishma ordinarji tal-emittent. Jekk m'hemmx ishma ordinarji ammessi għan-negozjar, l-ISIN tal-klassi tal-ishma ta’ preferenza (jew il-klassi ewlenija tal-ishma ta’ preferenza ammessi għan-negozjar jekk hemm diversi klassijiet ta' ishma bħal dawn) |
||
|
Il-perċentwali (imqarreb sa 2 punti deċimali) tal-kapital azzjonarju maħruġ |
||
|
Id-data li fiha nħolqot, inbidlet jew waqfet li tkun miżmuma l-pożizzjoni skont l-istandard ISO 8601:2004 (ssss-xx-jj) |
ANNESS II
Format tal-formola ta' notifika għall-pożizzjonijiet bin-nieqes netti (L-Artikolu 2)
POŻIZZJONI TAD-DETENTUR |
Isem KUNJOM Isem sħiħ tal-kumpanija |
|
|
Kodiċi BIC (jekk id-detentur ikollu wieħed) |
|
||
Pajjiż |
|
||
Indirizz |
|
||
Persuna ta’ kuntatt |
Isem Kunjom |
|
|
Numru tat-telefown |
|
||
Numru tal-feks |
|
||
Indirizz tal-posta elettronika |
|
PERSUNA LI TIRRAPPORTA (jekk differenti): |
Isem KUNJOM Isem sħiħ tal-kumpanija |
|
|
Pajjiż |
|
||
Indirizz |
|
||
Persuna ta’ kuntatt |
Isem Kunjom |
|
|
Numru tat-telefown |
|
||
Numru tal-feks |
|
||
Indirizz tal-posta elettronika |
|
POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA F’ISHMA |
|||
|
|
||
2. L-isem tal-emittent |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
4. Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA FID-DEJN SOVRAN |
|||
|
|
||
2. L-isem tal-emittent |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
IL-POŻIZZJONI FI SWAPS TA’ INADEMPJENZA TAL-KREDITU SOVRANI SKOPERTI |
|||
|
|
||
2. L-isem tal-emittent |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
ANNESS III
Format tal-formola tal-kanċellazzjoni għal notifiki żbaljati (l-Artikolu 2)
IL-POŻIZZJONI TAD-DETENTUR |
Isem KUNJOM Isem sħiħ tal-kumpanija |
|
|
Kodiċi BIC (jekk id-detentur ikollu wieħed) |
|
||
Pajjiż |
|
||
Indirizz |
|
||
Persuna ta’ kuntatt |
Isem Kunjom |
|
|
Numru tat-telefown |
|
||
Numru tal-feks |
|
||
Indirizz tal-posta elettronika |
|
IL-PERSUNA LI TIRRAPPORTA (jekk differenti) |
Isem KUNJOM Isem sħiħ tal-kumpanija |
|
|
Pajjiż |
|
||
Indirizz |
|
||
Persuna ta’ kuntatt |
Isem Kunjom |
|
|
Numru tat-telefown |
|
||
Numru tal-feks |
|
||
Indirizz tal-posta elettronika |
|
POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA F’ISHMA KANĊELLATA |
|||
|
|
||
2. L-isem tal-emittent |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
4. Il-pożizzjoni bin-nieqes netta wara li jinqabeż il-limitu stipulat fin-notifika li qed tkun ikkanċellata |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
POŻIZZJONI BIN-NIEQES NETTA FID-DEJN SOVRAN KANĊELLATA |
|||
|
|
||
2. L-isem tal-emittent |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
POŻIZZJONI FI SWAPS TA’ INADEMPJENZA TAL-KREDITU SOVRANI SKOPERTI KANĊELLATI |
|||
|
|
||
2. L-isem tal-emittent |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 827/2012
tad-29 ta’ Ġunju 2012
li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-mezzi għad-divulgazzjoni pubblika ta' pożizzjoni netta f’ishma, il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, it-tipi ta’ ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw b’mod xieraq li ishma jew strumenti ta’ dejn sovran huma disponibbli għas-saldu u d-dati u l-perjodu għad-determinazzjoni taċ-ċentru ewlieni għal sehem skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-14 ta' Marzu 2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 9(6), 11(4), 12(2), 13(5) u 16(4) tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,
Billi:
(1) |
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiddetermina l-lista ta' ishma eżentati bħala pass meħtieġ għad-divulgazzjoni lill-pubbliku ta' pożizzjonijiet bin-nieqes fl-ishma kollha mhux eżentati u l-kundizzjonijiet skont liema dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Awtorità "). Għaldaqstant, huwa essenzjali li jiġu stipulati wkoll regoli rigward l-arranġamenti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati fir-rigward ta' dawk l-ishma mhux eżentati. Biex tkun żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet dwar bejgħ bin-nieqes li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex biex tkun faċilitata perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa xieraq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 236/2012 f’Regolament wieħed. |
(2) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità mill-awtoritajiet kompetenti u biex jinkiseb l-ipproċessar effiċjenti ta’ din l-informazzjoni, hija għandha tiġi skambjata elettronikament, b 'mod sigur bl-użu ta’mudell standard. |
(3) |
Huwa importanti li jkun possibbli aċċess faċli għad-dejta u l-użu mill-ġdid tagħha dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li tkun divulgata lis-suq permezz ta’ websajts ċentrali operati jew sorveljati minn awtorità kompetenti. Għal dan il-għan, din id-dejta għandha tkun ipprovduta f'format li jippermetti użu flessibbli tad-dejta u li ma toffrix biss il-possibbiltà ta' dokumenti statiċi, iffeksjati. Fejn ikun teknikament possibbli, għandhom jintużaw formati li jinqraw bil-magni li jippermettu lill-utenti biex jipproċessaw l-informazzjoni b’mod strutturat u kosteffiċjenti. |
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-pubbliċità ta’ din l-informazzjoni għas-suq, minbarra mid-divulgazzjoni fuq il-websajt ċentrali operata jew sorveljata minn awtorità kompetenti, għandu jkun possibbli li d-dettalji ta' pożizzjoni bin-nieqes netta jkunu disponibbli għall-pubbliku b'modi oħra,. |
(5) |
Huwa essenzjali għall-utenti li jkollhom żewġ outputs bażiċi meta jippubblikaw pożizzjonijiet bin-nieqes netti individwali f’ishma li jaqbżu l-limitu ta’ pubblikazzjoni rilevanti. Dawn għandhom jinkludu lista kumpatta jew tabella tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li jaqbżu l-limitu tal-pubblikazzjoni li huma dovuti fil-ħin ta' konsultazzjoni tal-websajt ċentrali u lista jew tabella b’dejta storika dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti individwali kollha ppubblikati. |
(6) |
Meta l-pożizzjoni bin-nieqes netta f’ishma taqa' taħt livell minimu ta' divulgazzjoni rilevanti, id-dettalji, inkluż id-daqs attwali tal-pożizzjoni, għandhom jiġu ppubblikati. Sabiex tiġi evitata konfużjoni għall-utenti li jikkonsultaw websajts ċentrali, id-divulgazzjonijiet ta' pożizzjonijiet li waqgħu taħt 0.5% tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpanija kkonċernata, ma għandhomx jibqgħu indefinittivament flimkien mal-pożizzjonijiet ħajjin, iżda għandhom ikunu disponibbli bħala dejta storika wara li jkunu esebiti għal 24 siegħa. |
(7) |
Sabiex ikun ipprovdut qafas konsistenti u ċar li xorta jkun flessibbli, huwa importanti li jkunu speċifikati t-tipi ta’ ftehimiet ta’ self u talbiet infurzabbli oħra li għandhom effett simili u t-tipi ta’arranġamenti ma’ parti terza li b’mod xieraq jiżguraw li ishma jew strumenti ta’ dejn sovran se jkun disponibbli għal saldu, u jispeċifikaw il-kriterji li tali ftehimiet u arranġamenti għandhom jissodisfaw. |
(8) |
L-użu tad-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni għal ishma ġodda b’rabta ma’ bejgħ bin-nieqes jista’ b’mod xieraq jiżgura disponibbiltà għal saldu biss meta l-arranġament huwa tali li jiżgura li s-saldu ta’ bejgħ bin-nieqes isir meta jkun dovut. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jkunu speċifikati r-regoli li jiżguraw li l-ishma li jirriżultaw mid-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni, huma disponibbli fid-data tas-saldu jew qabel, u fi kwantità li talanqas tkun ekwivalenti għall-għadd ta’ ishma maħsuba li jinbiegħu bin-nieqes. |
(9) |
Fid-definizzjoni ta’ arranġamenti ta’ konferma limitati biż-żmien, huwa importanti li jkun speċifikat il-qafas ta’ żmien li jkopri l-bejgħ bin-nieqes permezz ta’ xiri b’mod kompatibbli ma’ ċikli ta’ saldu differenti f'ġurisdizzjonijiet differenti. |
(10) |
Sabiex ikun żgurat b’mod xieraq li huma disponibbli strumenti għal saldu meta persuna naturali jew ġuridika li tidħol f’bejgħ bin-nieqes ikollha arranġament ma’ parti terza li taħtha dik il-parti terza tkun ikkonfermat li dak l-istrument kien lokalizzat, huwa essenzjali li jkun hemm fiduċja li l-parti terza hija, meta stabbilita f'pajjiż terz, suġġetta għal sorveljanza xierqa u li hemm l-arranġamenti xierqa għall-iskambju tal-informazzjoni bejn is-superviżuri. Tali arranġamenti xierqa jistgħu jinkludu li tkun firmatarju tal-Memorandum ta’ Ftehim stabbilit mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO). |
(11) |
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa tar-rekwiżit biex ikun determinat jekk iċ-ċentru ewlieni tan-negozjar ta' sehem jinsabx barra l-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti tranżizzjonali sabiex tkun deteminata għall-ewwel darba l-lista ta' ishma eżentati skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012. Barra minn hekk, għalkemm il-lista ta' ishma eżentati hija effettiva għal perjodu ta' sentejn, jeħtieġ li tkun ipprovduta xi flessibilità peress li hemm każijiet fejn reviżjoni ta' dik il-lista tista’ tkun meħtieġa matul il-perjodu ta' sentejn. |
(12) |
Sabiex tkun żgurata konsistenza, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħal dik tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Madanakollu, sabiex il-persuni naturali u ġuridiċi jkollhom ħin suffiċjenti biex jipproċessaw il-lista ta’ ishma eżentati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, il-preparazzjoni ta' din il-lista u l-pubblikazzjoni sussegwenti tagħha fuq il-websajt talAwtorita'għandha ssir biżżejjed bil-quddiem qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar id-data u l-perjodu għall-kalkoli taċ-ċentru prinċipali tan-negozjar, id-data ta' notifika lill-Awtorita'tal-ishma li għandhom iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar barra l-Unjoni, u l-effettività tal-lista ta' ishma eżentati, għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(13) |
Peress li r-Regolament (UE) Nru 236/2013 irrikonoxxa li għandhom ikunu adottati standards tekniċi vinkolanti qabel ma dak ir-Regolament ikun jista’ jkun applikat b’mod utli, u peress li huwa essenzjali li jkunu speċifikati qabel l-1 ta’ Novembru 2012 l-elementi mhux essenzjali meħtieġa biex tkun faċilitata l-konformità tal-parteċipanti tas-suq ma’ dak ir-Regolament u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti, xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
(14) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni sottomessi mill-Awtorita'lill-Kummissjoni. |
(15) |
L-Awtorita'wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni u jispeċifika dan li ġej:
(a) |
il-mezzi li bihom l-informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti jistgħu jkunu divulgati lill-pubbliku minn persuni naturali jew ġuridiċi kif ukoll il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorita'mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012; |
(b) |
it-tipi ta' ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw b’mod xieraq li l-ishma huma disponibbli għal saldu u t-tipi ta' ftehimiet jew arranġamenti li jiżguraw b’mod adegwat li d-dejn sovran huwa disponibbli għal saldu skont l-Artikoli 12(2) u 13(5) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012; |
(c) |
id-data u l-perjodu għall-kalkoli taċ-ċentru ewlieni tan-negozjar, in-notifika lill-Awtorita'u l-effettività tal-lista rilevanti skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. |
KAPITOLU II
MEZZI GĦAD-DIVULGAZZJONI PUBBLIKA TAL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI SINIFIKANTI FL-ISHMA
[ARTIKOLU 9 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]
Artikolu 2
Mezzi li permezz tagħhom l-informazzjoni tista' tiġi divulgata lill-pubbliku
Informazzjoni dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma għandha tkun divulgata lill-pubbliku billi titqiegħed fuq il-websajt ċentrali operata jew sorveljata mill-awtorità kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012. L-informazzjoni għandha tkun divulgata lill-pubbliku permezz ta' mezzi li:
(a) |
jippubblikawha fil-format speċifikat fl-Anness I b’tali mod li jippermettu lill-pubbliku li jikkonsulta l-websajt biex jaċċessa tabella waħda jew iktar li toffri l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-pożizzjonijiet għal kull emittent ta’ sehem; |
(b) |
jippermettu lill-utenti biex jidentifikaw u jiffiltraw jekk il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti f’emittent ta’ sehem fiż-żmien tal-aċċessar tal-websajt ikunux laħqu jew qabżu l-limitu tal-pubblikazzjoni rilevanti; |
(c) |
jipprovdu d-dejta storika dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti ppubblikati f’emittent ta’ sehem; |
(d) |
jinkludu, meta jkun teknikament possibbli, fajls li jistgħu jitniżżlu bil-pożizzjonijiet bin-nieqes netti ppubblikati u storiċi f’format li jista’ jinqara mill-magni, li jfisser li l-fajls huma strutturati b’mod suffiċjenti għal applikazzjonijiet ta' softwer biex jidentifikaw dikjarazzjonijiet ta' fatti individwali affidabbli u l-istruttura interna tagħhom; |
(e) |
juru għal jum wieħed, flimkien mal-informazzjoni speċifikata fil-punt (b), il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti li huma ppubblikati għax waqgħu taħt il-limitu tal-pubblikazzjoni ta' 0.5 % tal-kapital azzjonarju maħruġ, qabel it-tneħħija u t-trasferiment tal-informazzjoni għal taqsima ta’ dejta storika. |
KAPITOLU III
FORMAT TAL-INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPROVDUTA LILL-AETS MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI FIR-RIGWARD TAL-POŻIZZJONIJIET BIN-NIEQES NETTI
[ARTIKOLU 11 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]
Artikolu 3
Format tal-informazzjoni perjodika
1. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fuq bażi trimestrali lill-Awtorita'dwar il-pożizzjonijiet bin-nieqes netti f'ishma, dejn sovran u swaps ta' inadempjenza tal-kreditu skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-format speċifikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-Awtorita'elettronikament permezz ta' sistema stabbilita mill-AETS li tiżgura li tinżamm il-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni tagħha.
Artikolu 4
Format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fuq talba
1. Awtorità kompetenti rilevanti għandha tipprovdi informazzjoni dwar pożizzjonijiet bin-nieqes netti u dejn sovran jew dwar pożizzjonijiet mikxufa relatati ma’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fil-format speċifikat mill-Awtorita'fit-talba tagħha.
2. Meta l-informazzjoni mitluba tirrigwarda informazzjoni li tinsab fin-notifika li waslet għand l-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 5, 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012, dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 826/2012 (3).
3. Informazzjoni mitluba għandha tintbagħat mill-awtorità kompetenti f'format elettroniku, permezz tal-użu ta’ sistema stabbilita mill-AETS għall-iskambju tal-informazzjoni li tiżgura li tinżamm il-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni tagħha.
KAPITOLU IV
FTEHIMIET, ARRANĠAMENTI U MIŻURI LI JIŻGURAW B’MOD ADEGWAT ID-DISPONIBBILTÀ GĦAL SALDU
[ARTIKOLI 12 U 13 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012
Artikolu 5
Ftehimiet ta’ self u talbiet infurzabbli oħra li għandhom effett simili
1. Ftehim ta’ self jew talba infurzabbli oħra msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) u l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 għandhom isiru permezz ta' dawn it-tipi ta' ftehimiet, kuntratti jew pretensjonijiet li jkunu legalment vinkolanti għall-perjodu tal-bejgħ bin-nieqes:
(a) |
futuri u swaps: kuntratti ta’ futuri u swaps li jwasslu għal saldu fiżiku tal-ishma rilevanti jew tad-dejn sovran u li talanqas ikopru l-għadd ta’ ishma jew l-ammont ta' dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes mill-persuna naturali jew ġuridika, li tkun daħlet għalih qabel jew fl-istess waqt tal-bejgħ bin-nieqes, u li jispeċifikaw kunsinna jew data ta' skadenza li tiżgura li s-saldu tal-bejgħ bin-nieqes jista’ isir meta dovut; |
(b) |
opzjonijiet: kuntratti ta’ opzjonijiet li jwasslu għal saldu fiżiku tal-ishma rilevanti jew tad-dejn sovran u li talanqas ikopru l-għadd ta’ ishma jew lammont ta' dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes mill-persuna naturali jew ġuridika, li tkun daħlet għalihom qabel jew fl-istess waqt tal-bejgħ bin-nieqes, u li jispeċifikaw kunsinna jew data ta' skadenza li tiżgura li s-saldu tal-bejgħ bin-nieqes jista’ isir meta dovut; |
(c) |
ftehimiet ta’ riakkwist: ftehimiet ta’ riakkwist li jkopru talanqas l-għadd ta' ishma jew l-ammont ta’ dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes mill-persuna naturali jew ġuridika, li tkun daħlet għalihom qabel jew fl-istess waqt tal-bejgħ bin-nieqes u li jispeċifikaw data ta’ xiri mill-ġdid li tiżgura li jista’ isir is-saldu tal-bejgħ bin-nieqes meta dovut; |
(d) |
ftehimiet fit-tul jew faċilitajiet permanenti: ftehim jew faċilità li tkun saret qabel jew fl-istess waqt tal-bejgħ bin-nieqes, ta’ ammont definit minn qabel ta’ ishma jew ta’ dejn sovran identifikati speċifikament, li għall-perjodu ta' żmien tal-bejgħ bin-nieqes, tkopri talanqas l-għadd ta’ ishma jew l-ammont ta’ dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes minn persuna naturali jew ġuridika u tispeċifika data tal-kunsinna jew tal-eżekuzzjoni li tiżgura li jsir is-saldu tal-bejgħ bin-nieqes meta huwa dovut; |
(e) |
ftehimiet dwar drittijiet ta’sottoskrizzjoni: ftehimiet dwar drittijiet ta’ sottoskrizzjoni fejn il-persuna naturali jew ġuridika jkollha l-pussess ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni għal ishma ġodda tal-istess emittent u tal-istess klassi u li jkopru talanqas l-għadd ta’ ishma proposti li jinbiegħu bin-nieqes sakemm il-persuna naturali jew ġuridika tkun intitolata li tirċievi l-ishma dakinhar jew qabel is-saldu tal-bejgħ bin-nieqes; |
(f) |
talbiet oħra jew ftehimiet li jwasslu għall-kunsinna tal-ishma jew tad-dejn sovran: ftehimiet jew talbiet li talanqas ikopru l-għadd ta’ ishma jew l-ammont ta’ dejn sovran propost li jinbiegħ bin-nieqes mill-persuna naturali jew ġuridika, li tkun daħlet għalihom qabel jew waqt il-bejgħ bin-nieqes, u li jispeċifikaw data ta’ kunsinna jew ta’ eżekuzzjoni li tiżgura li jsir is-saldu meta dovut. |
2. Il-ftehim, il-kuntratt jew it-talba għandhom ikunu pprovduti b’mezz durabbli mill-kontroparti lill-persuna naturali jew ġuridika bħala evidenza tal-eżistenza tal-ftehim ta’ self jew ta’ talba infurzabbli oħra.
Artikolu 6
Arranġamenti u miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ bejgħ bin-nieqes ammess għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar
[-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012]
1. Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jiddeterminaw l-arranġamenti u l-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-bejgħ bin-nieqes ta’ sehem ammess għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar skont l-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
2. Arranġamenti u miżuri ta’ lokazzjoni standard: għandha tfisser arranġamenti, konfermi u miżuri li jinkludu kull wieħed mill-elementi li ġejjin:
(a) |
għal konferma tal-lokazzjoni: konferma pprovduta mill-parti terza, qabel ma persuna naturali jew ġuridika tkun daħlet għall-bejgħ bin-nieqes, u li tqis li tista' tagħmel l-ishma disponibbli għas-saldu fil-ħin dovut b’kunsiderazzjoni għall-ammont tal-bejgħ possibbli u l-kundizzjonijiet tas-suq u li tindika l-perjodu li għalihom is-sehem huwa lokalizzat; |
(b) |
għal konferma sospiża: konferma mill-parti terza, ipprovduta qabel ma jsir il-bejgħ bin-nieqes, li talanqas tkun issospendiet l-għadd ta’ ishma mitluba għal dik il-persuna. |
3. Arranġament u miżuri standard ta’ lokazzjoni fl-istess jum: għandu tfisser arranġamenti, konfermi u miżuri li jinkludu kull wieħed mill-elementi li ġejjin:
(a) |
għal talba għal konferma: talba għal konferma mingħand il-persuna naturali jew ġuridika lil parti terza li tiddikjara li l-bejgħ bin-nieqes se jkun kopert minn xiri matul il-jum li fih jseħħ il-bejgħ bin-nieqes; |
(b) |
għal konferma tal-lokazzjoni: konferma pprovduta mill-parti terza qabel ma tkun daħlet għall-bejgħ bin-nieqes, li tqis li tista' tagħmel l-ishma disponibbli għas-saldu fil-ħin dovut b’kunsiderazzjoni għall-ammont tal-bejgħ possibbli u l-kundizzjonijiet tas-suq u li tindika l-perjodu li għalih l-ishma huma lokalizzati; |
(c) |
għal konferma ta’ faċilità ta’ self jew xiri: konferma mill-parti terza, ipprovduta qabel ma jseħħ il-bejgħ bin-nieqes, li s-sehem huwa faċli biex jissellef jew jinxtara fil-kwantità rilevanti b’kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u informazzjoni oħra disponibbli għal dik il-parti terza dwar il-provvista tal-ishma jew, fin-nuqqas ta' din il-konferma mill-parti terza, li talanqas tkun issospendiet l-għadd ta’ ishma mitluba għal persuna naturali jew ġuridika; |
(d) |
għal monitoraġġ: impenn minn persuna naturali jew ġuridika biex timmonitorja l-ammont ta’ bejgħ bin-nieqes li mhux kopert minn xiri; |
(e) |
għal struzzjonijiet fil-każ ta' nuqqas li jkun kopert: impenn mill-persuna naturali jew ġuridika li fil-każ li bejgħ bin-nieqes esegwit ma jkunx kopert minn xiri fl-istess jum, il-persuna naturali jew ġuridika għandha minnufih tibgħat struzzjoni lill-parti terza li takkwista l-ishma li jkopru l-bejgħ bin-nieqes biex jiżguraw saldu fiż-żmien dovut. |
4. Arranġamenti u miżuri faċli ta’ self jew xiri għandhom ifissru arranġamenti, konfermi u miżuri meta persuna naturali jew ġuridika tidħol għal bejgħ bin-nieqes ta’ ishma li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-likwidità stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (4), jew ishma oħra li huma inklużi f’indiċi ewlieni ta’ ekwità nazzjonali kif identifikat mill-awtorità kompetenti rilevanti ta’ kull Stat Membru u huma l-istrument finanzjarju sottostanti għal kuntratt derivattiv ammess għan-negozjar fuq websajt tan-negozjar, li jinkludu l-elementi li ġejjin:
(a) |
għal konferma tal-lokazzjoni: konferma pprovduta mill-parti terza qabel ma tkun daħlet għall-bejgħ bin-nieqes, li tqis li tista' tagħmel l-ishma disponibbli għas-saldu fil-ħin dovut b’kunsiderazzjoni għall-ammont tal-bejgħ possibbli u l-kundizzjonijiet tas-suq u li tindika l-perjodu li għalihom is-sehem huwa lokalizzat; |
(b) |
għal konfermi ta’ faċilità ta’ self jew xiri: konferma mill-parti terza, ipprovduta qabel ma jseħħ il-bejgħ bin-nieqes, li s-sehem huwa faċli biex jissellef jew jinxtara fil-kwantità rilevanti b’kunsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet tas-suq u informazzjoni oħra disponibbli għal dik il-parti terza dwar il-provvista tal-ishma jew, fin-nuqqas ta' din il-konferma mill-parti terza, li talanqas tkun issospendiet l-għadd ta' ishma mitluba għal persuna naturali jew ġuridika; |
(c) |
għal struzzjonijiet biex tkopri: meta bejgħ bin-nieqes esegwit ma jkunx kopert minn xiri jew self, impenn li ser tintbagħat struzzjoni fil-pront mill-persuna naturali jew ġuridika li tagħti struzzjoni lill-parti terza biex takkwista ishma li jkopru l-bejgħ bin-nieqes biex jiżguraw saldu fiż-żmien dovut. |
5. L-arranġamenti, il-konfermi u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4għandhom jiġu pprovduti b’mezz durabbli mill-parti terza lill-persuna naturali jew ġuridika bħala evidenza tal-eżistenza tal-arranġamenti, konfermi u struzzjonijiet.
Artikolu 7
Arranġamenti ma’ partijiet terzi li għandhom isiru fir-rigward tad-dejn sovran
[l-Artikolu 13(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012]
1. Il-paragrafi 2 sa 5 għandhom jiddeterminaw l-arranġamenti li għandhom jittieħdu ma’ partijiet terzi fir-rigward ta’ dejn sovran skont l-Artikolu 13(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012
2. Arranġament lokalizzat ta’ dejn sovran standard għandu jfisser konferma mill-parti terza, qabel ma jkun daħal f'bejgħ bin-nieqes, li hija tqis li tista' tagħmel id-dejn sovran disponibbli għas-saldu fil-ħin, fl-ammont mitlub mill-persuna naturali jew ġuridika, filwaqt li tikkunsidra l-kundizzjonijiet tas-suq u tindika l-perjodu li għalih huwa lokalizzat id-dejn sovran.
3. Arranġament ta’ konferma limitat biż-żmien: għandu jfisser arranġament fejn il-persuna naturali jew ġuridika tiddikjara lill-parti terza li l-bejgħ bin-nieqes ser ikun kopert minn xiri matul l-istess jum tal-bejgħ bin-nieqes u l-parti terza tikkonferma li, qabel ma jkun seħħ il-bejgħ bin-nieqes, li għandha aspettattiva raġonevoli li d-dejn sovran jista’ jinxtara fil-kwantità rilevanti b’kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u informazzjoni oħra disponibbli għal dik il-parti terza dwar il-provvista tal-istrumenti tad-dejn sovran fil-jum li jseħħ il-bejgħ bin-nieqes.
4. Konferma ta’ riakkwist bla kundizzjoni: għandu jfisser konferma fejn parti terza tikkonferma, qabel ma jkun seħħ bejgħ bin-nieqes, li għandha aspettattiva raġonevoli li s-saldu jista’ iseħħ meta dovut bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħha f'arranġament b’bażi strutturali, organizzat jew operat minn bank ċentrali, uffiċċju tal-ġestjoni tad-dejn jew sistema tas-saldu tat-titoli, li jipprovdi aċċess bla kundizzjoni għad-dejn sovran inkwistjoni għal daqs konsistenti mad-daqs tal-bejgħ bin-nieqes.
5. Konferma ta’ dejn sovran faċli biex jinxtara: għandu jfisser konferma mill-parti terza, ipprovduta qabel ma jsir il-bejgħ bin-nieqes, li jkollha aspettattiva raġonevoli li s-saldu jista’ isir meta dovut abbażi li d-dejn sovran inkwistjoni huwa faċli biex jissellef jew jinxtara fil-kwantità rilevanti meta jkunu meqjusa l-kundizzjonijiet tas-suq u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli għal dik il-parti terza dwar il-provvista ta’dejn sovran.
6. L-arranġamenti, il-konfermi u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 għandhom ikunu pprovduti b’mod sostenibbli mill-parti terza lill-persuna naturali jew ġuridika bħala evidenza tal-eżistenza tal-arranġamenti, il-konfermi u l-istruzzjonijiet.
Artikolu 8
Partijiet terzi li magħhom isiru arranġamenti
1. Meta jsir arranġament imsemmi fl-Artikoli 6 u 7 minn parti terza; il-parti terza għandha tkun waħda minn dawn it-tipi li ġejjin:
(a) |
fil-każ ditta tal-investiment: ditta tal-investiment li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2; |
(b) |
fil-każ ta’ kontroparti ċentrali: kontraparti ċentrali li tapprova l-ishma rilevanti jew id-dejn sovran; |
(c) |
fil-każ ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli: sistema ta’ saldu tat-titoli kif definit fid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li tħallas il-pagamenti fir-rigward tal-ishma rilevanti jew id-dejn sovran; |
(d) |
fil-każ ta’ bank ċentrali: bank ċentrali li jaċċetta l-ishma rilevanti jew id-dejn sovran bħala kollateral jew li jagħmel tranżazzjonijiet ta’ suq miftuħ jew ta’ riakkwist fir-rigward tal-ishma rilevanti jew tad-dejn sovran; |
(e) |
fil-każ ta’ entità ta’ ġestjoni tad-dejn nazzjonali: entità ta’ ġestjoni tad-dejn nazzjonali tal-emittent tad-dejn sovran rilevanti; |
(f) |
kwalunkwe persuna oħra li hija soġġetta għal awtorizzazzjoni jew għal rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni minn membru tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2; |
(g) |
persuna stabbilita f'pajjiż terz li hija awtorizzata jew reġistrata u hija suġġetta għal superviżjoni minn awtorità f’dak il-pajjiż terz u li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, sakemm l-awtorità tal-pajjiż terz hija parti minn arranġament ta’ kooperazzjoni xieraq dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtorità kompetenti rilevanti. |
2. Għall-finijiet tal-punti (a), (f) u (g) tal-paragrafu 1, il-parti terza għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tipparteċipa fil-ġestjoni tas-self jew ix-xiri tal-ishma rilevanti jew id-dejn sovran; |
(b) |
tipprovdi evidenza ta' tali parteċipazzjoni; |
(c) |
tkun kapaċi, fuq talba, tipprovdi evidenza tal-kapaċità tagħha li tikkunsinna jew li tipproċessa l-kunsinna tal-ishma jew id-dejn sovran fid-dati li fihom timpenja ruħha li tagħmel hekk lill-kontrapartijiet tagħha inkluża evidenza statistika. |
KAPITOLU V
DETERMINAZZJONI TAĊ-ĊENTRU EWLIENI TAN-NEGOZJAR GĦALL-FINI TA’ EŻENZJONI
[ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 236/2012]
Artikolu 9
Data u perjodu għal kalkoli taċ-ċentru ewlieni tan-negozjar
1. Awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jagħmlu kwalunkwe kalkolu li jiddetermina ċ-ċentru ewlieni tan-negozjar għal sehem talanqas 35 jum kalendarju qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 fir-rigward tal-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2011.
2. Qabel it-22 ta' Frar 2014, għandhom isiru kalkoli sussegwenti fir-rigward tal-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2013, u kull sentejn minn hemm 'il quddiem rigward il-perjodu ta' sentejn sussegwenti.
3. Meta s-sehem ikkonċernat ma kienx ammess għan-negozjar matul il-perjodu kollu ta’ sentejn dwar iċ-ċentru tan-negozjar fl-Unjoni u ċ-ċentru tan-negozjar tal-pajjiż terz, il-perjodu għall-kalkolu għandu jkun il-perjodu li matulu is-sehem kien ammess għan-negozjar fiż-żewġ ċentri fl-istess ħin.
Artikolu 10
Data ta’ notifika lill-Awtorita'
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorita'dwar dawk l-ishma li ċ-ċentru ewlieni tan-negozjar tagħhom huwa barra l-Unjoni talanqas 35 jum kalendarju qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 u wara dakinhar, qabel l-ewwel jum tan-negozjar f’Marzu ta’ kull tieni sena li jibda minn Marzu 2014.
Artikolu 11
Effettività tal-lista ta' ishma eżentati
Il-lista ta’ ishma ċ-ċentru ewlieni tan-negozjar tagħha jinsab barra l-Unjoni, għandha tkun effettiva mill-1 ta' April wara l-pubblikazzjoni tagħha mill-Awtorita', ħlief li l-ewwel lista ppubblikata mill-Awtorita'għandha tkun effettiva mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
Artikolu 12
Każijiet speċifiċi ta’ reviżjoni ta' ishma eżentati
1. Awtorità kompetenti rilevanti li tiddetermina jekk iċ-ċentru prinċipali tan-negozjar għal sehem jinsabx barra mill-Unjoni wara waħda miċ-ċirkustanzi stabbiliti fil-paragrafu 2, għandha tiżgura li:
(a) |
kwalunkwe kalkolu li jiddetermina ċ-ċentru prinċipali tan-negozjar isir maljr kemm jista’ jkun wara li jirriżultaw iċ-ċirkustanzi rilevanti u fir-rigward tal-perjodu ta’ sentejn li jiġi qabel id-data tal-kalkolu; |
(b) |
tinnotifika lill-Awtorita'bid-determinazzjoni tagħha malajr kemm jista’ jkun u fejn rilevanti, qabel id-data tal-ammissjoni għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fl-Unjoni |
Kwalunkwe lista riveduta għandha tkun effettiva mill-jum tal-pubblikazzjoni mill-Awtorita'.
2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw meta:
(a) |
l-ishma ta’ kumpanija jitneħħew min-negozjar fuq bażi permanenti miċ-ċentru ewlieni tan-negozjar barra mill-Unjoni; |
(b) |
l-ishma ta’ kumpanija min-negozjar fuq bażi permanenti miċ-ċentru ewlieni tan-negozjar fl-Unjoni; jew |
(c) |
l-ishma ta’ kumpanija li qabel kienet ammessa għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar barra l-Unjoni huma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni. |
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Novembru 2012, ħlief l-Artikoli 9, 10 u 11 li għandhom jibdew japplikaw mid-data msemmija fl-ewwel paragrafu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(3) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
ANNESS I
Divulgazzjoni pubblika tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti(Artikolu 2)
Detentur tal-pożizzjoni |
Isem l-emittent |
ISIN |
Pożizzjoni bin-nieqes netta (%) |
Data li fiha l-pożizzjoni kienet maħluqa, mibdula jew waqfet milli tinżamm (ssss-xx-jj) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS II
Format tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorita'fuq bażi trimestrali (Artikolu 3)
Informazzjoni |
Format |
||||||||
|
|
||||||||
|
Għal ishma biss: ISIN tal-klassi ewlenija tal-ishma ordinarji tal-emittent. Jekk ma hemmx ishma ordinarji ammessi għall-kummerċ, l-ISIN tal-klassi tal-ishma preferenzjali (jew il-klassi ewlenija tal-ishma preferenzjali ammessi għan-negozjar jekk hemm diversi klassijiet ta' ishma bħal dawn) |
||||||||
|
Kodiċi b’żewġ ittri għall-pajjiż tal-emittent sovran skont l-Istandard ISO 3166-1 |
||||||||
|
Data li fiha l-pożizzjoni hija rrappurtata. Format skont l-standardISO 8601: tal-2004 (ssss-xx-jj) |
||||||||
|
Ċifra perċentwali mqarrba għal 2 punti deċimali |
||||||||
|
Ċifra perċentwali mqarrba għal 2 punti deċimali |
||||||||
|
Ċifra ta’ ammont nominali ekwivalenti f’Euro |
||||||||
|
Ċifra ta’ ammont nominali ekwivalenti f’Euro |
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 828/2012
tal-14 ta’ Settembru 2012
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2012. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.
ANNESS
Nru |
16/DSS |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
RNG/5B67- |
Speċi |
Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII |
Data |
30.7.2012 |
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 829/2012
tal-14 ta’ Settembru 2012
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2012. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2012 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.
ANNESS
Nru |
17/DSS |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
RNG/8X14- |
Speċi |
Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV |
Data |
30.7.2012 |
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 830/2012
tal-14 ta’ Settembru 2012
li jistabbilixxi probizzjoni tas-sajd għas-salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-UE tas-subdiviżjonijiet 22-31 (il-Baħar Baltiku eskluż il-Golf tal-Finlandja) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Finlandja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1256/2011 tat-30 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1124/2010 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 320, 03.12.2011, p. 3.
ANNESS
Nru |
32/Baltic |
Stat Membru |
Il-Finlandja |
Stokk |
SAL/3BCD-F |
Speċi |
Salamun tal-Atlantiku (Salmo Salar) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE tas-subdiviżjonijiet 22-31 (il-Baħar Baltiku eskluż il-Golf tal-Finlandja) |
Data |
4.8.2012 |
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 831/2012
tal-14 ta’ Settembru 2012
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta' Jannar 2012 li jiffissa, għall-2012, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 25, 27.01.2012, p. 1.
ANNESS
Nru |
33/TQ43 |
Stat Membru |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Stokk |
HKE/2AC4-C |
Speċi |
Marlozz (Merluccius merluccius) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV |
Data |
17.8.2012 |
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 832/2012
tas-17 ta’ Settembru 2012
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co Ltd)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-klorur tal-ammonju. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-klorur tal-ammonju, kif speċifikat fl-Anness, bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-31 ta’ Jannar 2012 (2) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti u għal perjodu limitat ta’ għalf, il-preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju, kif speċifikat fl-Anness, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jnaqqas il-valur ta’ pH fl-urina fil-ħrief għat-tismin. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv għall-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-klorur tal-ammonju, kif speċifikata fl-Anness turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2012; 10(2):2569.
ANNESS
In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH fl-urina) |
|||||||||||||||||||||
4d7 |
Latochema Co Ltd |
Klorur tal-ammonju |
|
Ħrief għat-tismin |
— |
— |
10 000 |
|
It-8 ta’ Ottubru 2022 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 833/2012
tas-17 ta’ Settembru 2012
li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. L-inizjazzjoni
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“Notifika ta’ Bidu”), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). |
(2) |
Il-proċediment nbdiet wara li tressaq ilment fid-9 ta' Novembru 2011 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (Eurométaux) ("l-ilmentatur") f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti rombli tal-folji tal-aluminju. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni. |
2. Partijiet ikkonċernati mill-proċediment
(3) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-ilmentatur, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-produtturi fil-pajjiż analogu, l-importaturi, id-distributuri, u partijiet magħrufa oħrajn li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta’ Bidu. |
(4) |
L-ilmentatur, il-produtturi l-oħra tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi u d-distributuri taw il-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ. |
(5) |
Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi, l-importaturi u l-produtturi esportaturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-Notifika ta’ Bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(6) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, tagħżel kampjun, l-importaturi u l-produtturi esportaturi ntalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-Notifika ta’ Bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat (kif definit fit-taqsima 3 hawn taħt) matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011. |
(7) |
Rigward il-produtturi tal-Unjoni, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kien intgħażel provviżorjament kampjun ta’ produtturi mill-Unjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni li ntbagħtet mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw qabel il-bidu tal-investigazzjoni. Dak il-kampjun kien jikkonsisti fl-akbar erba’ kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji magħrufa fl-Unjoni. |
(8) |
Kif spjegat fil-premessa (24) hawn taħt, kienu biss żewġ importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Għalhekk, minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li kkooperaw, it-teħid ta’ kampjuni tqies li ma għadux aktar neċessarju. It-tielet kumpanija li timporta pprovdiet sottomissjoni mingħajr ma ssottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju. |
(9) |
Kif spjegat fil-premessa (26)hawn taħt, 14-il produttur esportatur fir-RPĊ pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
(10) |
Sabiex il-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq ("TES") jew għal trattament individwali ("TI"), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Żewġ kumpaniji ppreżentaw ruħhom u talbu TES, kumpanija minnhom kienet parti mill-kampjun magħżul, u l-oħra le. Waslu talbiet għal TI mill-kumpaniji tal-kampjun u l-kumpanija li talbet TES iżda li ma kinitx parti mill-kampjun. |
(11) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi kollha li ppreżentaw ruħhom fl-iskadenzi stipulati fin-Notifika ta’ Bidu, jiġifieri l-erba’ kumpaniji li ġew inklużi fil-kampjun u l-kumpaniji l-oħra kollha sabiex jitħallew jitolbu eżami individwali. Intbagħtu kwestjonarji wkoll lil partijiet oħra magћrufa li huma kkonċernati, jiġifieri l-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-importaturi li kkooperaw fl-Unjoni, utenti u assoċjazzjoni tal-konsumaturi. |
(12) |
Waslu risposti mingħand it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, mill-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u żewġ importaturi mhux relatati. Sitt bejjiegħa bl-imnut wieġbu wkoll il-kwestjonarju tal-utent. |
(13) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda talbiet għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
(14) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
(15) |
Sabiex tinġabar l-informazzjoni dwar l-ispejjeż indiretti tal-materja prima ewlenija fil-produzzjoni tal-folji tal-aluminju, jiġifieri l-aluminju primarju, intalbet informazzjoni mix-Shanghai Futures Exchange (“SHFE" jew "Exchange”), il-pjattaforma kummerċjali ewlenija għall-aluminju fiċ-Ċina. Intalbet informazzjoni dwar is-swieq u prezzijiet dinjija mil-London Metal Exchange (“LME”), flimkien ukoll ma’ żjara ta’ informazzjoni. L-SHFE pprovdiet xi informazzjoni bil-miktub wara t-talba tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll żjara ta’ informazzjoni fl-SHFE li għall-ewwel ġiet milqugħa. Madankollu aktar tard, l-SHFE qieset li kien hemm bżonn ta’ approvazzjoni mill-Gvern Ċiniż għal tali żjara Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Ċiniżi ċaħdu li kien hemm bżonn ta’ tali approvazzjoni. Eventwalment l-SHFE qalbet l-aċċettazzjoni inizjali tagħha u ddeċidiet li ma taċċettax iż-żjara. |
(16) |
Saret żjara ta’ informazzjoni lix-Shanghai Metals Markets (“SMM”), fornitur tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet u pubblikatur f’Shanghai. |
3. Il-perjodu tal-investigazzjoni
(17) |
L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2008 sal-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Prodott ikkonċernat
(18) |
Il-prodott li huwa suġġett għal din l-investigazzjoni huma folji tal-aluminju bi ħxuna ta' 0,007 mm jew aktar iżda inqas minn 0,021 mm, mingħajr it-tieni folja, mhux maħdum aktar għajr rrumblat, iżda sew jekk imbuzzati u sew jekk le, f'rombli b'piż żgħir li ma jaqbiżx l-10 kg ("il-prodott ikkonċernat" jew “rombli tal-folji tal-aluminju” jew “AHF”). Il-prodott ikkonċernat attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10. |
(19) |
Il-prodott ikkonċernat ġeneralment jintuża bħala prodott tal-konsumatur għall-imballaġġ u l-applikazzjoni jew fil-catering jew fid-dar. Id-definizzjoni tal-prodott ma kinitx ikkontestata. |
2. Prodott simili
(20) |
L-investigazzjoni wriet li r-rombli tal-folji tal-aluminju manifatturati fi u esportati mir-RPĊ u r-rombli tal-folji tal-aluminju manifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni u r-rombli tal-folji tal-aluminju manifatturati u mibjugħa fit-Turkija (il-pajjiż analogu) mill-produttur Tork li kkoopera għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użu bażiku u għaldaqstant jitqiesu simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI
1. It-teħid ta’ kampjun tal-produtturi tal-unjoni
(21) |
Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli tal-produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(22) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti mill-akbar erba’ (gruppi ta’) kumpaniji, mit-30 produttur tal-Unjoni jew aktar li kienu magħrufa li jipproduċu l-prodott simili qabel il-bidu tal-investigazzjoni. L-għażla tal-kampjun saret abbażi tal-volum tal-bejgħ tal-produtturi, id-daqs tagħhom u l-lokazzjoni ġeografika fl-Unjoni u l-kampjun propost irrapreżenta 44 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkonsultaw il-fajl għall-ispezzjoni minn partijiet interessati u biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika ta' bidu. Wara l-iskadenza għall-kummenti, parti interessata waħda argumentat li l-kampjun kellu jinkludi produttur mir-Renju Unit. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li kumpanija produttriċi mir-Renju Unit (waħda mill-iSphere Group) kienet tabilħaqq fil-kampjun. L-ebda parti interessata oħra ma oppona l-kampjun finali u l-kampjun kien, għalhekk, ikkonfermat. |
2. It-teħid tal-kampjun tal-importaturi mhux relatati
(23) |
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi involuti fil-proċediment, it-teħid tal-kampjuni kien maħsub għall-importaturi fin-Notifika ta’ Bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(24) |
Kienu biss żewġ importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jikkooperaw. Konsegwentement, it-teħid tal-kampjuni ma kienx għadu jitqies meħtieġ. |
3. It-teħid tal-kampjun tal-produtturi esportaturi
(25) |
Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli tal-produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjun kien previst fin-Notifika ta’ Bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(26) |
Total ta' 14-il produttur esportatur fir-RPĊ pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż f’kampjun. Dawn il-kumpaniji esportaw madwar 7.800 tunnellata, jiġifieri 60 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-UE fil-PI. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, tal-bejgħ u tal-esportazzjonijiet li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun sussegwentement irtirat il-kooperazzjoni tagħha u oħra nnotifikat lill-Kummissjoni li l-informazzjoni li tat lill-Kummissjoni fil-formola tat-teħid tal-kampjuni tagħha kienet żbaljata. Abbażi ta’ din l-informazzjoni ġdida kien deċiż li tkun eskluża din il-kumpanija mill-kampjun tal-kumpaniji. Il-Kummissjoni stiednet żewġ kumpaniji oħra biex ikunu fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Missjoni tar-RPĊ fl-UE u l-ilmentatur ġew ikkonsultati dwar il-kompożizzjoni finali tal-kampjun. L-ebda parti interessata ma opponiet din l-għażla. Sussegwentement waħda mill-kumpaniji l-ġodda fil-kampjun ukoll irtirat il-kooperazzjoni tagħha. Għalhekk il-kampjun finali inkluda tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ li jkopru madwar 30 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-PI u li jirrappreżentaw 50 % tal-volum tal-bejgħ tal-14-il produttur esportatur li pprovda d-dejta fl-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni. |
D. ID-DUMPING
1. Trattament ta’ ekonomija tas-suq u trattament individwali
1.1. It-trattament ta' ekonomija tas-suq (tes)
(27) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet tal-anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
(28) |
Żewġ kumpaniji, CeDo Shanghai Co. Ltd. (“CeDo Shanghai”) u Shanghai Blue Diamond Co. Ltd. (“Blue Diamond”), ippreżentaw ruħhom u talbu TES. CeDo Shanghai biss intgħażlet li tkun parti mill-kampjun kif kien spjegat hawn fuq; il-kumpanija l-oħra ma ntgħażlitx. Madankollu, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-249/10 Ρ Brosmann Footwear (HK) u oħrajn v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ġie deċiż li jkunu eżaminati l-formoli kollha ta’ talba għat-TES li waslu sal-iskadenza – jiġifieri t-talbiet miż-żewġ kumpaniji msemmija hawn fuq. |
(29) |
It-talbiet għat-TES ġew analizzati skont il-ħames kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-ħeffa tar-referenza biss, il-kriterji għat-TES huma mniżżla f’forma mqassra hawn isfel:
|
(30) |
Investigazzjonijiet fuq il-post rigward talbiet tat-TES twettqu fuq il-fondijiet ta’ dawn il-kumpaniji. |
(31) |
Għaż-żewġ kumpaniji, it-TES inċaħad skont il-Kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) ibbażat fuq l-evidenza li l-prezz għall-materja prima bażika upstream, l-aluminju, tgħawweġ. Dawn id-distorsjonijiet instabu wkoll fil-prezz tal-materja prima intermedja, il-folji tal-aluminju f’rombli jumbo kif deskritt hawn taħt. Il-kumpaniji ma ssodisfawx kriterji oħra kif spjegat hawn taħt. |
1.1.1. Konklużjonijiet mill-industrija kollha rigward il-Kriterju 1 – Id-deċiżjonijiet kummerċjali u l-ispejjeż ta’ elementi ewlenin
(32) |
Ir-rombli ż-żgħar tal-folji tal-aluminju huma manifatturati permezz ta' proċess sempliċi ta' rewinding, qtugħ u ppakkjar tal-folji tal-aluminju minn fuq rombli jumbo għal fuq rombli iżgħar. Il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-folji tal-aluminju hija l-aluminju primarju. L-aluminju primarju jammonta għal madwar 60-70 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni u għalhekk huwa fattur ewlieni fl-ispiża fil-produzzjoni tiegħu. Dan hu rifless fil-prattika tal-industrija kollha li tikkwota kemm il-prezzijiet tax-xiri kif ukoll tal-bejgħ tal-folji tal-aluminju abbażi ta’ prezz ta' referenza għall-aluminju primarju (l-ingotta tal-aluminju) flimkien mal-miżata tal-produzzjoni/tal-konverżjoni. Tabilħaqq, kumpaniji li jitolbu t-TES xtraw il-folji tal-aluminju fuq rombli jumbo abbażi ta’ xiri b’kuntratt li jiddeterminaw il-prezz tal-folji tal-aluminju fuq rombli jumbo b’referenza għall-prezzijiet tal-aluminju primarju ppubblikati fl-SMM, fornitur tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet dwar il-metalli differenti, li jikkwota dawn il-prezzijiet abbażi ta' prezzijiet innegozjati okkażjonalment fiż-żona ta’ Shanghai. Il-pubblikazzjoni tal-SMM hija rappreżentattiva ħafna tal-prezzijiet domestiċi tal-aluminju. Dawn il-prezzijiet isegwu mill-qrib prezzijiet ikkwotati fl-SHFE fejn il-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet isiru fiċ-Ċina. |
(33) |
Ir-referenza għad-dinja kollha għall-prezz tal-aluminju primarju, li huwa prodott bażiku, hija l-kwotazzjoni fl-LME. Il-prezz tal-aluminju fis-suq domestiku Ċiniż jiddiversifika bil-bosta mill-prezzijiet tal-LME. Kif jidher fil-grafika li ġejja, id-differenza LME v. SHFE fil-prezz fil-PI kien ivarja minn +500 sa -90 USD/tunnellata. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, il-kwotazzjoni tal-prezzijiet fl-LME kienet fuq bażi medja ta’ kull xahar aktar minn 9 % ogħla minn dak tal-SHFE (il-prezz nett), id-differenza togħla sa +23 % f’nofs il-perjodu. Ta’ min jinnota wkoll li tul l-aħħar parti tal-PI, meta globalment il-prezzijiet kienu qed jonqsu minħabba t-tnaqqis fid-domanda tas-suq, kienet osservata x-xejra opposta tal-prezzijiet fl-SHFE, (li jirriżultaw anke fil-prezzijiet 3 % ogħla mill-prezzijiet tal-LME) li tkompli turi d-distorsjonijiet tal-prezzijiet prevalenti f’dan is-suq.
|
(34) |
Din d-diverġenza sostanzjali fil-prezz tal-aluminju primarju mqabbel mal-bqija tad-dinja, kif spjegat hawn, hija kkunsidrata li hi dovuta għal kumbinazzjoni ta’ serje ta' fatturi kkawżati mill-Istat u interferenza sinifikanti mill-Istat fis-suq domestiku permezz ta’ għadd ta' strumenti. Din l-influwenza tal-Istat irriżultat fil-ħolqien u l-eżistenza ta’ suq domestiku pjuttost iżolat tal-aluminju primarju fiċ-Ċina maqtugħ mill-forzi tas-suq. |
(35) |
L-ewwel nett, l-SHFE hija kkontrollata mill-Kummissjoni Regolatorja tas-Sigurtajiet taċ-Ċina (China Securities Regulatory Commission, “CSRC”). L-SHFE twettaq il-funzjonijiet tagħha skont ir-Regolament dwar l-Amministrazzjoni tal-Futures Trading (Regulation on the Administration of Futures Trading), il-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Boroż tal-Futures (the Measures for the Administration of Futures Exchanges) u fl-AoA tagħha. Bosta minn dawn ir-regoli imposti mill-Istat li jirregolaw il-funzjonament tal-Borża jikkontribwixxu għal volatilità baxxa, prezzijiet distorti u tendenzi tal-prezzijiet fl-SHFE: kuljum il-varjazzjonijiet tal-prezzijiet huma limitati għal 4 % fuq jew taħt il-prezz tal-ħlas tal-iskambju tal-jum preċedenti, in-negozjar jiġri fi frekwenza baxxa (sal-15-il jum ta' kull xahar), il-kuntratti tal-futures huma limitati għal dewmien sa 12-il xahar, l-interessi miftuħa min-negozjanti huma limitati għal ċertu ammont, l-ispekulazzjoni tal-prezz hija ristretta. |
(36) |
L-aċċess għall-Exchange huwa limitat bil-liġi għan-negozjanti Ċiniżi biss li jeħtieġu wkoll approvazzjoni mis-CSRC għall-kummerċ fil-Exchange. Ir-rappreżentanti tas-suq tal-membri tal-SHFE jistgħu jwettqu biss tranżazzjonijiet fuq talba ta’ membri tal-SHFE, ma jistgħux jaċċettaw ordnijiet minn organizzazzjonijiet oħrajn u ma jistgħux jinnegozjaw fuq il-kont tagħhom stess. Il-konsenji fiżiċi jistgħu jsiru biss f’maħżen approvat fir-RPĊ, mhux kif isir fl-iskambji internazzjonali, fejn il-konsenja tista’ssir fid-dinja kollha. Barra minn hekk, peress li huma pjattaforma għal skambji fiżiċi biss (ma jinbiegħu l-ebda derivattivi), dan jiżola kompletament is-swieq Ċiniżi tal-aluminju. Bħala konsegwenza, l-arbitraġġ mal-LME jew swieq oħra mhux prattikament possibbli u l-Exchange taħdem f’iżolament mis-swieq dinjija. Għalhekk, l-ekwalizzazzjoni fost dawn is-swieq ma tistax isseħħ. |
(37) |
It-tieni nett, meta wieħed iqis il-pożizzjoni tal-SHFE, kemm bħala bejjiegħ tal-aluminju primarju kif ukoll bħala xerrej permezz tal-Aġenzija tar-Riżerva tal-Istat u Korpi Statali oħrajn, l-Istat jindaħal fil-mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE Pereżempju, il-Gvern Ċiniż illeġiżla pakkett ta’ stimulu bl-għan li jillimita l-effetti tal-kriżi ekonomika fi tmiem l-2008 u dan il-pakkett kien jinkludi skema għall-Aġenzija tar-Riżerva tal-Istat biex tixtri l-aluminju minn funderiji sabiex ikunu appoġġati l-operati tagħhom billi jżidu artifiċjalment id-domanda domestika peress li l-kriżi finanzjarja/ekonomika globali naqqset id-domanda globali. Dan ix-xiri rranġat mill-Istat għawweġ il-prezzijiet b’mod sinifikanti fl-ewwel nofs tal-2009. Huwa interessanti li wieħed jinnota f’dan ir-rigward li fi tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni, il-prezzijiet fis-suq domestiku Ċiniż imxew f’direzzjoni opposta għal prezzijiet fis-swieq dinjija. |
(38) |
L-Istat Ċiniż ddeskriva l-politika tiegħu ta’ interferenza fis-settur tal-aluminju fit-12-il Pjan ta’ Żvilupp ta’ ħames snin għall-Aluminju (2011-15). Il-pjan jgħid "li jaġġusta r-refużjoni tat-taxxa u t-taxxa tal-esportazzjoni u sollevaturi ekonomiċi oħrajn, u jikkontrolla strettament l-ammont totali ta’ espansjoni u l-esportazzjonijiet tal-prodotti primarji". Fil-prattika dan ifisser li taħlita ta’ skemi speċifiċi ta’ taxxa għandhom l-għan li jippromwovu l-industrija tal-aluminju. Dawn l-għodod jiskoraġġixxu l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju mir-RPĊ waqt li jinkoraġġixxu l-importazzjonijiet u l-manifattura tal-prodotti sekondarji (bħalma huwa l-prodott ikkonċernat) li jinkorporaw aluminju kemm għas-suq domestiku kif ukoll għall-esportazzjoni. |
(39) |
Dan il-pjan ikompli l-politika li ilha teżisti għal ħafna snin fil-Pjanijiet preċedenti. Barra minn hekk, dawn il-pjanijiet ġew implimentati għal ħafna snin u matul il-PI diversi miżuri implimentattivi kienu operattivi u li huma deskritti hawn taħt. Dawn l-iskemi huma:
|
(40) |
Għalhekk it-taħlita ta’ dawn il-miżuri tintuża mill-Istat biex jirrestrinġi l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju, li jagħti riżultati ta’ żieda fil-provvista domestika u jwassal għal tnaqqis fil-prezz tiegħu fis-suq domestiku. |
(41) |
Il-maġġoranza l-kbira tal-funderiji tal-aluminju Ċiniżi huma proprjetà tal-Istat. Il-pjanijiet diversi industrijali li jinfluwenzaw b’mod ċar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-eżitu tal-aluminju, b’mod partikolari attwalment fit-12-il pjan ta’ żvilupp ta’ ħames snin (2011-2015) għall-Industrija tal-Aluminju, jinkoraġġixxu l-iżvilupp strateġiku ta' "prodotti għall-ipproċessar profond tal-aluminju u għall-promozzjoni tal-industrija tal-manifattura tal-aluminju biex testendi aktar il-katina industrijali". |
(42) |
Il-miżuri meħuda mill-Istat Ċiniż kif deskritti hawn fuq kienu konsegwentement meqjusa bħala evidenza li turi b’mod ċar l-interferenza mill-Istat fid-deċiżjonijiet tad-ditti fir-rigward tal-akkwist ta’ materja prima u l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Tabilħaqq, is-sistema Ċiniża attwali ta’ dazji għolja fuq l-esportazzjoni u n-nuqqas ta' ħlas lura tal-VAT għall-esportazzjoni tal-aluminju primarju, ikkombinat mal-ineżistenza ta’ taxxi fuq l-esportazzjoni u r-rimborż parzjali tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet ta' prodotti tal-aluminju downstream bħalma huwa l-prodott ikkonċernat, u l-indħil mill-Istat fl-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE, essenzjalment wasslu għal sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-aluminju primarju Ċiniż u l-prezzijiet tal-prodotti tal-aluminju sekondarju (użat ukoll bħala materja prima fil-produzzjoni ta' prodotti tal-aluminju oħrajn) huma r-riżultat tal-intervent tal-Istat indipendenti minn varjazzjonijiet fil-prezzijiet fis-swieq internazzjonali. Dan għandu influwenza diretta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija meta takkwista l-materja prima sekondarja tal-aluminju. Il-prezzijiet tal-aluminju dejjem kienu distorti u, ħlief għal żmien limitat ħafna meta kif imsemmi hawn fuq il-prijoritajiet distortivi oħra tal-Istat jidhru li kienu involuti, dan ipprovda vantaġġ inġust lill-produtturi Ċiniżi tal-folji tal-aluminju. |
(43) |
Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-aluminju primarju jammonta għal madwar 60 % tal-ispiża tal-produzzjoni tar-rombli ż-żgħar tal-folji tal-aluminju, din id-differenza tissarraf f’vantaġġ tal-ispiża sinifikanti inġust għall-produtturi Ċiniżi, li għat-tip ta’ prodott ta’ prodott bażiku bħalma huma l-folji tal-aluminju f’rombli żgħar hija deċiżiva. |
(44) |
Iż-żewġ kumpaniji kkontestaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni wara li dawn ġew żvelati lilhom. L-ewwel nett, din stqarret li xi wħud mis-sejbiet tal-Kummissjoni huma żbaljati u inkonsistenti li jolqtu b’mod negattiv is-sejba ġenerali dwar id-deċiżjonijiet tan-negozju tal-kumpaniji fir-RPĊ. Speċifikament hija ddikjarat li l-aċċess għall-SHFE mhux limitat għal ċittadini Ċiniżi peress li possibbli li jinfetħu kontijiet mal-intermedjarji li jkollhom l-awtorizzazzjoni għall-kummerċ fl-SHFE. Globalment, il-kumpanija ma kkontestatx il-fatt li l-azzjonijiet ikkontrollati min-naħa tal-Istat Ċiniż jeżistu, anzi fil-fehma tagħha, l-iskop ta’ dawn l-azzjonijiet mhuwiex biex il-prezzijiet jiġu distorti u tkun żgurata volatilità baxxa fis-suq, iżda pjuttost li tiġi evitata l-ispekulazzjoni u żviluppi negattivi potenzjali meta jsiru tranżazzjonijiet. It-tieni nett, il-kumpanija argumentat li kien hemm varjazzjonijiet u differenzi fil-prezz pjuttost limitati bejn l-SHFE u l-LME fil-PI, inkluż perjodu meta l-prezzijiet fir-RPĊ kienu saħansitra ogħla minn bnadi oħra. Għaldaqstant il-vantaġġ fl-ispejjeż tal-produtturi Ċiniżi li tkun teżisti permezz ta’ prezzijiet imnaqqsa huwa minimu, jekk fuq kollox ikun il-każ. Hija tkompli tispjega x-xejriet bir-rivers tal-prezzijiet fi tmiem il-PI kienu minħabba l-fatt li l-ekonomija Ċiniża kienet għadha tespandi fi tmiem l-2011 u li ma kinux riżultat tad-distorsjonijiet indotti mill-Istat. Finalment hija stqarret li l-mekkaniżmi jew il-proċeduri msemmija hawn fuq ma għandhomx impatt materjali fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija fir-rigward tal-ispejjeż tagħha u l-politiki tal-prezzijiet. |
(45) |
Id-dikjarazzjonijiet tal-kumpanija ma jikkontradixxux s-sejba tal-Kummissjoni li kummerċjanti Ċiniżi biss jistgħu jagħmlu l-kummerċ f’din l-Exchange. Fir-rigward tal-fini u l-għan tal-azzjonijiet tal-Istat, id-dikjarazzjonijiet tal-kumpanija huma spekulattivi u l-ebda evidenza ma kienet ippreżentata f’dan l-istadju. Barra minn hekk, huwa irrelevanti għaliex dawn ir-regolamenti u l-limitazzjonijiet ġew stabbiliti – il-kwistjoni hija l-effett totali tagħhom li joħolqu suq domestiku iżolat għall-aluminju fejn it-tendenzi tal-prezzijiet ma jsegwux it-tendenzi tal-prezzijiet fis-swieq dinjin. Ta’ min jinnota wkoll f’dan ir-rigward li, wara l-iżvelar, l-awtoritajiet Ċiniżi ma kkummentawx fuq dan il-punt. Kif ġie konkluż fil-premessa (42) hawn fuq, id-distorzjoni fis-suq tal-aluminju Ċiniż (differenza ta’ 9 % fil-prezz imnaqqsa fil-PI) hija sinifikanti biżżejjed biex tirriżulta f’vantaġġ sinifikanti inġust fl-ispiża lill-produtturi Ċiniżi ta’ tip ta’ prodott bażiku bħalma hu l-prodott ikkonċernat. Dan il-vantaġġ fl-ispiża ma jistax jiġi spjegat b’ebda vantaġġ komparattiv tal-produtturi tal-aluminju Ċiniżi. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji kollha li qegħdin jikkooperaw xtraw il-materja prima tagħhom mis-suq domestiku Ċiniż fuq il-bażi ta’ kuntratti li huma indiċizzati mal-indiċijiet tal-prezzijiet lokali tal-aluminju. B’hekk deċiżjonijiet ta’ kumpaniji individwali huma b’mod ċar influwenzati mill-azzjonijiet tal-Istat biex jinħoloq ambjent suq distort tal-aluminju. |
(46) |
Blue Diamond spjegat li l-prezzijiet tal-SMM mhumiex ikkontrollati mill-Istat u l-SMM hija simili għal-LME peress li dawn huma sorsi ta’ informazzjoni pubbliċi. Il-Kummissjoni ma sabitx li l-prezzijiet kienu direttament stabbiliti mill-Istat għalhekk dan il-kumment huwa irrelevanti. It-tieni, il-fatt li l-prezzijiet huma disponibbli pubblikament ma jiżgurax awtomatikament li dawn huma r-riżultat tal-forzi tas-suq. |
1.1.2. Konklużjonijiet speċifiċi għall-kumpaniji li jirrigwardaw il-Kriterji 2 sa 5
(47) |
Il-Kummissjoni sabet li CeDo Shanghai ma ssodisfatx il-Kriterju 3 peress li l-ħlas lura tas-self tagħha f'munita barranija kien suġġett għall-approvazzjoni tal-Foreign Exchange Administration li hija meqjusa li għandha effett distortiv fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija dwar is-self u għalhekk il-qagħda finanzjarja tagħha. |
(48) |
CeDo Shanghai kkontestat is-sejbiet tal-Kummissjoni rigward il-Kriterju 3. Din stqarret li r-reġistrazzjoni mal- hija prattika għall-pajjiż kollu li tapplika għal kwalunkwe kumpanija li tħallas lura s-self minn barra u hija sempliċiment tmexxija tajba mill-awtoritajiet finanzjarji Ċiniżi li jiżguraw li ma jintużawx tranżazzjonijiet mhux xierqa biex jinħarġu flus barra miċ-Ċina. Il-kumpanija sostniet ukoll li la l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u lanqas il-qagħda finanzjarja globali tagħha bl-ebda mod ma jiddependu fuq din l-approvazzjoni. Għalhekk CeDo stqarret li d-definizzjoni tal-Kummissjoni tal-Kriterju 3 f'dan ir-rigward huwa defiċjenti. |
(49) |
Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament b’mod ċar huma waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti għall-kumpaniji. Ir-Regolament dwar id-dejn estern ipprovdut minn CeDo jistabbilixxi biċ-ċar proċediment ta’ approvazzjoni għal self li joriġina minn barra ċ-Ċina. Għalhekk id-deċiżjonijiet tal-impriżi li jieħdu finanzjament minn barra huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat li joħloq distorzjoni fil-qagħda finanzjarja tagħhom. Għalhekk it-talbiet tal-kumpanija ġew miċħuda. |
(50) |
Blue Diamond ma ssodisfatx il-Kriterju 1 għal raġuni oħra li jibbenefika minn eżenzjoni estiża fuq it-taxxa fuq id-dħul. Hija wkoll ma ssodisfatx il-Kriterju 2 peress li ma għandhiex sett wieħed ċar ta’ reġistri ta’ kontabilità bażiċi vverifikati f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità u li jiġu applikati għall-għanijiet kollha. Finalment, il-kumpanija ma setgħetx turi li kienet tissodisfa l-Kriterju 3 kif din tuża fondijiet industrijali mingħajr ħlas, li tgħawweġ is-sitwazzjoni tal-ispejjeż u finanzjarja tagħha. |
(51) |
Il-kumpanija ma qablitx ma’ xi wħud minn dawn is-sejbiet. Hija stqarret li l-eżenzjoni mit-taxxa ma għandha l-ebda effett fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni li huma huma fil-mira tal-investigazzjonijiet kontra d-dumping. Hija wkoll ilmentat li segwiet ir-regoli Ċiniżi dwar il-VAT fil-kontabilità tagħha u spjegat li l-bejgħ u r-rekords tal-kontabilità differenzjati kienu riżultat ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali u ma kinitx prattika regolari segwita mill-kumpanija. Il-kumpanija kkonfermat ukoll li din tuża żona industrijali konsiderevoli mingħajr ħlas abbażi ta' ftehim. |
(52) |
Il-kummenti dwar il-fatturazzjoni doppja jikkontradixxu l-ispjegazzjoni u l-evidenza pprovduta matul l-investigazzjoni fuq il-post. L-ebda prova oħra ma kienet provduta dwar il-fatturazzjoni doppja u kif il-prattika tal-kumpanija ta’ deprezzament kienet skont ir-regoli Ċiniżi tal-VAT kif iddikjarat il-kumpanija. Finalment, il-kumpanija kkonfermat is-sejbiet li jikkonċernaw l-eżenzjonijiet mit-taxxa u l-użu mingħajr ħlas tal-proprjetà industrijali. Ta’ min jinnota f’dan ir-rigward li, il-Kriterji użati għall-valutazzjoni tat-talbiet għat-TES, mhux kollha huma strettament kriterji rilevanti għall-prezzijiet tal-esportazzjoni iżda qegħdin hemm sabiex ikun iddeterminat jekk il-kondizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq jipprevalux għall-produttur fir-rigward tal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodott simili kkonċernat. Barra minn hekk, peress li l-kumpanija la talbet eżami individwali, u lanqas ma kienet magħżula biex tkun parti mill-kampjun, ma ntalbet l-ebda informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha. |
(53) |
Għalhekk kien miċħud it-TES għaż-żewġ kumpaniji. |
1.2. It-Trattament Individwali (TI)
(54) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:
|
(55) |
Il-kumpaniji kollha fil-kampjun u Blue Diamond talbu TI. Dawn it-talbiet ġew eżaminati. L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji fil-kampjun kollha u Blue Diamond issodisfaw il-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(56) |
Għalhekk il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun u Blue Diamond ngħataw TI. |
2. Pajjiż analogu
(57) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES għandu jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew il-valur normali maħdum f’pajjiż analogu. |
(58) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż analogu xieraq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkumentaw dwar dan. |
(59) |
L-ebda kummenti sostantivi ma waslu li jikkonċernaw l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) bħala pajjiż analogu propost. Ħadd mill-partijiet interessati ma ssuġġerixxa produtturi alternattivi tal-prodott simili tal-pajjiż analogu. |
(60) |
Madankollu ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi fl-Istati Uniti minkejja li l-produtturi kollha magħrufa fl-Istati Uniti tal-Amerika ġew ikkuntattjati matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni talbet il-kooperazzjoni ta’ produtturi minn pajjiżi terzi oħra li ssemmew fl-ilment bħalma huma l-Messiku u l-Afrika t’Isfel, madankollu lanqas minn dawn il-pajjiżi ma kien hemm kooperazzjoni. |
(61) |
Il-Kummissjoni, permezz tar-riċerka tagħha, ippruvat tidentifika kull produttur addizzjonali fil-pajjiżi terzi. Għalhekk intbagħtu ittri u kwestjonarji lill-produtturi kollha magħrufa f’pajjiżi terzi oħra (it-Turkija, l-Indja, il-Korea t’Isfel). |
(62) |
Żewġ produtturi Torok ippreżentaw ruħhom u wrew ir-rieda li jikkooperaw. Fl-aħħar mill-aħħar, produttur wieħed ipprovda tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju u aċċetta żjara ta’ verifika fuq il-post tiegħu. |
(63) |
Il-Kummissjoni poġġiet il-valutazzjoni tagħha dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż analogu f’fajl mhux konfidenzjali għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Ħadd mill-partjiet interessati m’għamel kummenti dwar l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu fil-każ preżenti. |
(64) |
Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li t-Turkija hija pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
3. Valur normali
(65) |
Peress li l-ebda waħda mill-kumpanniji li talbu t-TES ma setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji tat-TES u ż-żewġ kumpaniji l-oħra li ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun ma talbux it-TES, il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha kien determinat, kif kien spjegat fil-premessa (57) hawn fuq, abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li huma pagabbli jew tal-valur normali ffissat fit-Turkija għall-prodott simili. Wara l-għażla tal-prezzijiet li tħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni, il-valur normali ġie kkalkulat abbażi tad-dejta vverifikata fl-istabbilimenti tal-produttur Tork li kkoopera elenkat fil-premessa (14) hawn fuq. |
(66) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ fl-UE tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Instab li l-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur li kkoopera Tork kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
(67) |
Sussegwentament, il-Kummissjoni vvalutat jekk dan il-bejgħ setax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli fejn il-prezz tal-unità kien ugwali għall-ispiża tal-produzzjoni, jew ogħla minnha. Għaldaqstant ġiet stabbilita l-ispiża tal-produzzjoni fis-suq Tork matul il-PI. |
(68) |
Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 % bħala volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott kienu ogħla mill-ispiża u l-prezz ta’ bejgħ medju peżat ta’ dak it-tip kien daqs jew aktar mill-prezz ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ sarx bi profitt jew le. |
(69) |
Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-prezz medju differenzjat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tip magħmul matul il-PI. |
(70) |
Fejn ma kien hemm ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari mill-produttur Tork li kkoopera, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
(71) |
Għal tipi ta’ prodotti li ma kinux jinbiegħu fis-suq domestiku mill-produttur Tork li kkoopera iżda dawn it-tipi tal-prodott ġew mibjugħa fi swieq oħra, kien stabbilit valur normali billi ġie miżjud mal-ispiża tal-manifattura tal-istess tip ta’ prodott mibjugħ fi swieq oħra l-SG&A tagħha u l-profitt. Fil-każ ta’ tipi ta’ prodott li, bl-ebda mod, ma jinbiegħu mill-produttur Tork li kkoopera, kien iffissat valur normali billi ġie miżjud mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi kollha tal-prodott, l-SG&A tagħhom u l-profitt. |
(72) |
Skont l-Artikolu 2(6) tar-regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitt ġew stabbiliti abbażi tad-dejta attwali dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fl-andament ordinarju tal-kummerċ tal-prodott simili tal-produttur Tork. |
4. Prezzijiet tal-esportazzjoni
(73) |
Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Unjoni jew direttament lill-klijenti indipendenti jew permezz tal-kumpaniji tan-negozju relatati li jinsabu fl-Unjoni. |
(74) |
Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lill-Unjoni sar direttament lil klijenti indipendenti, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(75) |
Fejn il-bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-ewwel prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dawn il-kumpaniji relatati lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Twettqu aġġustamenti għall-ispejjeż kollha minfuqa bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid inkluż il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ. Fir-rigward tal-marġini tal-profitt, intuża l-profitt realizzat minn żewġ importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat peress li l-profitt attwali tal-importatur relatat ma kienx meqjus affidabbli minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur relatat. |
5. Tqabbil
(76) |
Peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu ta’ tikketti privati tan-negozju, il-paraguni kienu saru biss fuq il-bażi tal-bejgħ ta' prodotti b’tikketta privata minn kumpanija Torka li kkooperat. |
(77) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti adegwati għat-taxxi indiretti, għall-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tat-tqandil, tal-garanzija u tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b'evidenza vverifikata. Il-piż tal-ippakkjar kien injorat fit-tqabbil. |
(78) |
Bl-użu tas-sistema PCN għall-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ prodott, kien hemm grad baxx ta’ tqabbil għal produttur esportatur inkluż fil-kampjun. Fejn l-ebda tqabbil dirett ma seta’ kien identifikat, tipi simili tqabblu u saru aġġustamenti għal differenzi, bħalma huma t-tipi tal-ippakkjar. Fejn intużat it-teknika simili, id-dettalji ġew żvelati lill-parti involuta. |
6. Marġini ta’ dumping
(79) |
Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien stabbilit abbażi tat-tqabbil tal-valur normali b'medja peżata mal-prezz ta' esportazzjoni b'medja peżata espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
(80) |
Il-medja peżata ta’ dawn it-tliet marġini tad-dumping kienet ikkalkulata għall-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw. |
(81) |
Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni mir-RPĊ (madwar 60 %), huwa kkunsidrat xieraq li marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ għandu jkun ibbażat fuq l-aktar tranżazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għal xi klijent partikolari tal-esportaturi li kkooperaw. |
(82) |
Il-marġini provviżorji tad-dumping li ġew stabbiliti b'dan il-mod, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin: Tabella 1 Il-marġini tad-dumping
|
E. ID-DANNU
1. Produzzjoni tal-unjoni u industrija tal-unjoni
(83) |
Fl-Unjoni, hemm 31 produtturi jew gruppi ta’ produtturi tal-prodott simili, ħafna minnhom relattivament żgħar. Minn hawn ‘il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni” fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilmentatur, Eurométaux, aġixxa f’isem seba’ produtturi li l-produzzjoni kollettiva tagħhom, matul il-PI, kien madwar 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli. Madankollu, wieħed ta’ min jinnota li d-dejta ppreżentata mill-ilmentatur, kif iċċekkjata mas-sorsi disponibbli l-oħrajn, kopriet il-kumpaniji kollha magħrufa li jipproduċu u jbigħu l-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Abbażi ta’ dik, il-produzzjoni totali tal-prodott simili kien stmat li jammonta għal 91 000 tunnellata matul il-PI. Meta wieħed iqis li, permezz tal-ilmentatur, l-informazzjoni nġabret jew kienet disponibbli mill-kumpaniji magħrufa kollha li jipproduċu jew ibigħu l-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, tali informazzjoni se tintuża bħala indikaturi makroekonomiċi f’din l-investigazzjoni. |
2. Konsum tal-unjoni
(84) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni. Din id-dejta ġiet provduta mill-ilmentatur u kienet disponibbli għall-partijiet kollha interessati. Id-dejta fornuta għall-produtturi tal-Unjoni kienet kontraverifikata mad-dejta li waslet għand il-Kummissjoni matul l-eżerċizzji permanenti u tat-teħid tal-kampjuni. Id-dejta dwar l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat kemm għall-pajjiż ikkonċernat u kif ukoll għall-pajjiżi terzi kienet kontraverifikata mad-dejta COMEXT disponibbli fl-Eurostat. L-ilmentatur wera li ċ-ċifri tiegħu għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kien fihom ċerti volumi manifatturati fir-RPĊ inklużi diġà fiċ-ċifri tal-importazzjonijiet. Għalhekk sar tnaqqis fil-volum tal-bejgħ ta’ ċerti produtturi mhux fil-kampjun fl-UE li importataw ukoll mir-RPĊ. Dan it-tnaqqis evita għadd doppju ta’ dawn il-volumi tal-bejgħ fil-konsum totali. |
(85) |
Fuq din il-bażi, instab li l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum fl-UE (tunnellati)
|
(86) |
Il-konsum totali fis-suq tal-UE biss varja kemxejn tul il-perjodu kkunsidrat. Ir-raġuni għal din l-istabbiltà hi li s-suq tal-UE għall-prodott ikkonċernat huwa matur u, peress li jkun prodott ġeneralment użat għal għanijiet domestiċi, ma kienx suġġett għall-varjazzjoni minkejja l-kriżi ekonomika. |
3. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
3.1. Volumi u sehem fis-suq
(87) |
Il-volumi tal-importazzjoni nkisbet mingħand l-ilmentatur li aġġusta d-dejta statistika tal-Eurostat fuq il-bażi tal-għarfien tiegħu fis-suq. Hemm bżonn dan l-aġġustament peress li l-istatistika tal-kodiċi tan-NM fiha importazzjonijiet li mhumiex il-prodott ikkonċernat. L-aġġustament kien ibbażat fuq l-għarfien dwar l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-UE minn pajjiżi varji li jesportaw u l-prezz tal-importazzjoni li jkun indika jekk l-importazzjoni kinitx il-prodott ikkonċernat jew le. Iċ-ċifri ddettaljati u l-metodoloġija ngħataw lill-partijiet interessati fl-Anness 3 tal-ilment. Fuq dik il-bażi, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus: Tabella 2 L-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(88) |
Wara investigazzjoni dwar anti-dumping fuq il-materja prima ewlenija u prodotti upstream (folji tal-aluminju f’rombli jumbo), li rriżultaw fl-impożizzjoni tad-dazji fl-2009 fuq il-produtturi Ċiniżi, il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedet sostanzjalment. Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b’iżjed minn 200 % matul il-perjodu kkonċernat. |
(89) |
Is-sehem tas-suq f’idejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi juri l-istess tendenza ta’ żieda tal-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat, li jgħaddi minn 4,5 % fl-2008 għal 13,4 % matul il-PI. |
3.2. Il-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u t-twaqqigħ tal-prezzijiet
(90) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(91) |
Irid jiġi ddikjarat li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi jsegwu, sa ċertu punt, il-prezzijiet Ċiniżi tal-materja prima (prinċipalment liegi tal-aluminju). Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu bi 3 % fil-PI meta mqabbla mal-2010 fi żmien meta l-prezzijiet tal-materja prima żdiedu b'madwar 4 % (ara t-tabella hawn taħt). Tabella 4 l-iżvilupp tal-prezzijiet medji Ċiniżi tal-aluminju
|
(92) |
Peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi kollha magħrufa kienu ta’ tikketti privati tan-negozju, it-tqabbil tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (jew l-underselling) sar abbażi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti b’tikketta privata biss. |
(93) |
Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja peżata għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell kif joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet b'medja peżata korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b'aġġustamenti adegwati għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
(94) |
Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwali tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġni ta' twaqqigħ b'medja peżata ta' 10,0 % mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-unjoni
4.1. Il-kummenti preliminari
(95) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
(96) |
L-indikaturi makroekonomiċi (produzzjoni, kapaċità, utilizzazzjoni tal-kapaċità, volum tal-bejgħ u sehem tas-suq) ġew ivvaluati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovdut mill-ilmentatur, kontraverifikata mad-dejta mogħtija mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. |
(97) |
L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (prezzijiet medji ta’ unità, impjiegi, pagi, produttività, ħażniet, profitabilità, likwidità tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti, kapaċità għaż-żieda tal-kapital) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, verifikat kif xieraq. |
4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
Tabella 5
Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità totali tal-Unjoni
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati) |
95 500 |
95 000 |
93 000 |
91 000 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
99 |
97 |
95 |
Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) |
160 000 |
164 000 |
164 000 |
164 000 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
103 |
103 |
103 |
L-użu tal-kapaċità |
59,7 % |
57,9 % |
56,7 % |
55,5 % |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
97 |
95 |
93 |
(98) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat minkejja li l-konsum baqa’ stabbli matul l-istess perjodu. Għalkemm il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet moderatment stabbli tul il-perjodu kkunsidrat, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet l-istess tendenza tal-produzzjoni. |
4.2.2. L-ammont ta' bejgħ u s-sehem mis-suq
Tabella 6
L-ammont ta' bejgħ u s-sehem mis-suq
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-UE (tunnellati) |
91 000 |
91 500 |
87 700 |
82 456 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
101 |
96 |
91 |
Is-sehem mis-suq |
95,2 % |
92,3 % |
89,5 % |
85,2 % |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
97 |
94 |
90 |
(99) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tiegħu naqas b'mod kontinwu minn 95,2 % fl-2008 għal 85,2 % matul il-PI. |
4.2.3. It-tkabbir
(100) |
It-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-UE u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat għandu jitqies fil-kuntest tal-konsum stabbli matul l-istess perjodu kif deskritt fil-premessa (85). |
4.3. Id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (indikaturi mikroekonomiċi)
4.3.1. Il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni
Tabella 7
Il-prezzijiet tal-bejgħ
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Il-prezz tal-unità fl-UE għal klijenti mhux relatati (EUR għal kull tunnellata) |
4 479 |
3 950 |
4 237 |
4 378 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
88 |
95 |
98 |
(101) |
Ix-xejra tal-prezzijiet medji tal-bejgħ (inklużi prodotti tad-ditta u mhux tad-ditta) turi tnaqqis ta’ 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-prezzijiet tal-bejgħ ma kinux ikkunsidrati bħala indikatur affidabbli tal-ħsara minħabba li fil-parti l-kbira kienu affettwati mill-prezzijiet tal-materja prima (prinċipalment aluminju) li wrew xejra simili matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-prezzijiet fl-2010 u l-PI ġew soppressi minħabba t-twaqqigħ tal-prezzijiet deskritti fil-premessa (94) hawn fuq. |
4.3.2. Impjiegi, produttività u salarji
Tabella 8
Impjiegi, produttività u salarji
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
In-numru ta’ impjegati |
301 |
314 |
287 |
284 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
104 |
95 |
94 |
Il-produttività (unità/impjegat) |
143 |
138 |
141 |
138 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
96 |
98 |
96 |
Pagi għal kull impjegat |
41 070 |
38 913 |
44 115 |
43 600 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
95 |
107 |
106 |
(102) |
In-numru ta’ impjegati naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm il-pagi għal kull impjegat żdiedu ftit. Barra minn hekk it-tnaqqis tal-impjegati ma wassalx għal żieda fil-produttività billi t-telf fil-volumi tal-bejgħ, kif deskritt fil-premessa (99) hawn fuq, kien saħansitra aktar b’saħħtu. Tabilħaqq, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, meta mkejla bħala prestazzjoni għal kull persuna impjegata fis-sena, naqset kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat. Laħqet il-livell l-aktar baxx tagħha fl-2009, biex wara dan bdiet tirkupra fl-2010, mingħajr ma laħqet il-livelli inizjali. Fil-PI l-produttività rritornat għal-livell baxx tal-2009. |
4.3.3. Il-ħażniet
Tabella 9
Il-ħażniet
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Ħażna tal-għeluq |
2 873 |
2 994 |
3 092 |
3 534 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
104 |
108 |
123 |
Il-ħażna tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni |
6,7 % |
6,9 % |
7,7 % |
9,1 % |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
104 |
115 |
136 |
(103) |
Għalkemm il-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni żammu l-ħażniet tagħhom f’livell baxx billi użaw sistema ta’ produzzjoni skont l-ordni, xi prodotti komuni nħażnu. Il-livell tal-ћażniet żdiedu b’mod sinifikanti kemm f’termini assoluti kif ukoll bħala perċentwal tal-produzzjoni. Matul il-perjodu kkonċernat, fl-aħħar tas-sena l-livell tal-ħażniet żdied minn 6,7 % sa 9,1 %. |
15.3.4. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital.
Tabella 10
Il-Profittabbiltà
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Il-profittabilità tal-bejgħ fl-UE ( % tal-bejgħ nett) |
2,7 % |
6,2 % |
2,7 % |
0,7 % |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
231 |
101 |
27 |
(104) |
Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili tfisser bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Il-profittabbiltà kkalkulata b’dan il-mod laħqet l-ogħla livell tagħha fl-2009 minħabba t-tnaqqis fl-ispejjeż tax-xiri tal-oġġett tal-materja prima ewlenija (jiġifieri l-aluminju). Il-profitt naqas mill-2009 'il quddiem biex laħaq 0,7 % fil-PI. Dawn iċ-ċifri tal-profittabilità jkopru s-setturi kollha tas-suq, inkluż is-settur tad-ditta relattivament profittabbli li sa ċertu punt anqas kien suġġett għall-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi. Fil-verità, is-segment tat-tikketta privata waħdu għamel telf sostanzjali fil-PI. |
(105) |
Il-kapaċità li jinġabar il-kapital ma ssemmietx bħala problema sinifikanti mill-industrija tal-Unjoni. Tabella 11 Likwidità tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti (ROI)
|
(106) |
Ix-xejra tal-likwidità tal-flus, li hija l-kapaċità tal-industrija biex tiffinanzja hi stess l-attivitajiet tagħha, kif ukoll ir-redditu fuq l-investiment, segwew xejra negattiva simili għar-redittu fuq il-fatturat. |
(107) |
Fl-2008 produttur tal-UE investa f’faċilitajiet ta’ ħażna addizzjonali. Fis-snin l-oħra tal-perjodu kkunsidrat, l-ebda investimenti kbar ma kienu identifikati fir-rigward tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni. |
4.3.5. Il-kobor tal-marġni ta’ dumping attwali
(108) |
Il-marġini tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar id-dumping. Il-marġini kollha stabbiliti huma ferm ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, l-impatt fuq is-suq tal-UE tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli. |
5. Konklużjoni dwar il-ħsara
(109) |
L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu relatati mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar jew ma żviluppawx b'konformità mal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Din l-osservazzjoni, b'mod partikolari, tapplika għall-perjodu mill-2010 sal-aħħar tal-PI. |
(110) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, fil-kuntest tal-konsum stabbli, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'mod stabbli u b'mod sinifikanti. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod ġenerali b’9 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas b'madwar 10 punti perċentwali. Barra minn hekk, il-volum tal-ħażna tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti, li tindika l-inkapaċità tagħha li tbigħ il-prodott. Importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx żdied b’mod stabbli matul il-perjodu meqjus u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mod sinifikanti matul il-PI. |
(111) |
Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħalma huma l-likwidità tal-flus u l-profitabbiltà kienu affettwati serjament fl-2010 u matul il-PI. |
(112) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar 'il fuq, jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
F. IL-KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
(113) |
Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-RPĊ kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali grad li jista' jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu għamlu dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex ikun żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
2. L-effett tal-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping
(114) |
Fi tmiem l-2009 kienu imposti dazji anti-dumping fuq ir-rombli jumbo tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ. Minn din id-data l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (il-prodott downstream) żdied b’rata mgħaġġla. Dawn iż-żidiet jikkoinċidi mad-deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(115) |
L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied b’mod drammatiku, b’aktar minn 200 %. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied ukoll, minn 4,5 % fl-2008 għal 13,4 % fil-PI (jiġifieri, b’madwar 9 punti perċentwali). Fl-istess żmien, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’9 % u s-sehem mis-suq naqas ukoll b’9 punti perċentwali, minn 95,2 % fl-2008 għal 85,2 % fil-PI. |
(116) |
Fir-rigward tal-pressjoni tal-prezz, għandu jiġi enfasizzat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni fil-PI. Il-pressjoni tal-prezzijiet f’volumi dejjem jiżdiedu ppermettew lill-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jirbħu kuntratti ma’ klijenti ewlenin (bejjiegħa bl-imnut u bejjiegħa bl-ingrossa). Għal kuntratti miżmuma, l-industrija tal-Unjoni kellha ċċedi żidiet fil-prezzijiet li kien hemm bżonnhom biex ipattu għal żidiet fil-prezzijiet tal-aluminju. It-twaqqigħ tal-prezzijiet fil-PI kien ta’ madwar 10 % u f’dik is-sena, l-industrija tal-Unjoni qajmet il-prezzijiet medji bi 3 % biex jirrifletti għall-ispejjeż miżjuda tal-materja prima, billi l-produtturi esportaturi Ċiniżi naqqsu l-prezzijiet tagħhom fis-suq tal-UE b’madwar 3 % (ara t-Tabella 3). Dan irriżulta f’deterjorament sinifikanti fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. |
(117) |
Abbażi ta' dan t'hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż li ż-żieda kbira tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li b'mod kostanti qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellha rwol determinanti fid-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni, li huwa rifless, b'mod partikolari, fis-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa tagħha, it-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ u fis-sehem mis-suq, u fid-deterjorament tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi ta' dannu. |
3. L-effett ta’ fatturi oħra
3.1. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(118) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat huwa muri fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezzijiet kienu fornuti mill-ilmentatur ibbażati fuq id-dejta tal-Eurostat. Tabella 12 L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(119) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (prinċipalment l-Indja, ir-Russja, it-Tajwan u t-Turkija) żdied bi 300 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, is-sehem totali tas-suq tal-UE ta’ dawn l-importazzjonijiet għadu marġinali. Għalhekk, dawn ma setgħux jikkontribbwixxu għall-ħsara sofferta mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
3.2. Il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet
(120) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat qed jintwera fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezzijiet huma ċifri vverifikati mill-produtturi inklużi fil-kampjun. Tabella 13 L-esportazzjonijiet tal-Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-Kampjun
|
(121) |
Il-volumi tal-esportazzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun ma kinux sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u qatt ma rrappreżentaw aktar minn 2 % tal-volumi manifatturati. Huma segwew tendenza simili għal dik tal-volumi tal-bejgħ fis-suq Ewropew. Fid-dawl tal-volumi limitati tagħhom, l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kkontribwixxitx għall-ħsara materjali mġarrba. |
3.3. L-impatt tal-kriżi ekonomika
(122) |
Il-kriżi ekonomika ma tipproduċi l-ebda tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Kif wieħed jistenna għal prodotti mhux lussużi tad-dar, il-kriżi finanzjarja ma kellha l-ebda impatt fuq il-konsum tal-AHF li tibqa' prodott stabbli ħafna fl-industrija tal-ipproċessar u tal-ippakkjar tal-ikel. Għalhekk, il-kriżi ekonomika ma kkontribwixxitx għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
3.4. Il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni
(123) |
Il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni hija qawwija meta wieħed iżomm f’moħħu li l-industrija tal-Unjoni hija pjuttost diversa (hemm iktar minn 30 produttur) u li wieħed mill-konsumaturi prinċipali tagħhom huwa s-settur qawwi tal-bejgħ bl-imnut. |
(124) |
Matul bosta snin in-negozjanti ewlenin tal-Unjoni Ewropea żviluppaw il-marki tagħhom stess (tikketti privati) li fir-rigward tal-AHF gradwalment naqqsu l-volum tal-bejgħ tal-prodotti tad-ditta tal-manifatturi tagħhom stess. Dan kien ta’ ħsara għall-produtturi tal-industrija tal-Unjoni li ġarrbu tnaqqis fil-bejgħ tas-settur tad-ditta aktar profittabbli u daħħlithom f’kompetizzjoni akbar ma' xulxin fis-settur tat-tikketta privata li dejjem qiegħda tiżdied. |
(125) |
Madankollu, dan l-iżvilupp kien proċess gradwali fuq bosta snin u l-investigazzjoni wriet li n-negozju tat-tikketta privata żdied biss minn 83 % għal 84 % mill-2010 sal-PI. Għalhekk, minkejja li din iż-żieda se jkollha impatt żgħir fuq il-produtturi tal-UE, dan ma jispjegax il-kobor tax-xejriet dannużi esperjenzati minnhom. |
3.5. L-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(126) |
Kien argumentat mill-partijiet interessati li l-varjazzjonijiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni, l-aktar il-prezz tal-aluminju, kkontribwixxew għall-ħsara. |
(127) |
L-ispiża tal-produzzjoni tal-AHF hija marbuta mill-qrib mal-iżvilupp tal-prezz tal-aluminju, il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni ta' dan il-prodott. L-LME huwa referenzjarju dinji għall-prezzijiet tal-aluminju. Tabella 14 Żvilupp tal-prezzijiet medji tal-aluminju tal-LME
|
(128) |
L-iżvilupp li jidher hawn fuq irriżulta mill-kriżi finanzjarja li bdiet madwar Ottubru 2008. Il-prezzijiet tal-aluminju niżlu wara li kien hemm tnaqqis fid-domanda u rkupraw sa ċertu punt ma’ tmiem il-PI.Madankollu, l-industrija AHF normalment tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha fuq bażi ta' punt ta' riferiment tal-LME flimkien ma' marġni biex tkopri spejjeż u qligħ ta’ trasformazzjoni. Dan ifisser li f’ċirkostanzi normali l-varjazzjonijiet fil-punt ta' riferiment tal-LME ma għandhomx impatt kbir fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-AHF peress li l-prezzijiet tal-prodotti lesti jiċċaqalqu b’konformita mal-prezzijiet tal-LME. Fil-fatt l-industrija tal-Unjoni kienet dejjem teżisti f’ambjent ta' prezzijiet tal-aluminju li jvarjaw ta’ spiss. |
(129) |
Kien argumentat ukoll li l-industrija tal-Unjoni għandu tagħmir ineffiċjenti li kkontribwixxa għall-ħsara. Għandu jingħad li l-investigazzjoni ma sostnitx din il-fehma u li fil-fatt l-UE u l-ispejjeż Ċiniżi tat-trasformazzjoni f’daqqa kienu pjuttost simili. Barra minn hekk, tali ineffiċjenza tkun tfisser li l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni tkun baxxa għal ħafna snin u dikjarazzjoni bħal din ma tispjegax it-telf tas-sehem mis-suq, il-volum tal-bejgħ u l-profitabilità li seħħew bejn l-2009 u l-PI. |
(130) |
Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq, il-prezzijiet tal-aluminju li qed ivarjaw jew l-allegat nuqqas ta’ effiċjenza fil-produzzjoni ma tistax titqies kawża tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
3.6. Kapaċità żejda ta' produzzjoni
(131) |
Kif jingħad hawn fuq, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produtturi Ewropej kienet relattivament baxxa matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, billi l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jużaw l-istess makkinarju għar- rewinding ta’ prodotti oħra (bħalma hu l-cling film) iċ-ċifri tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità ma jitqisux bħala fattur ewlieni ta’ kawżalità. Barra minn hekk, iċ-ċifri tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienu diġà pjuttost baxxi fl-2008 u l-2009 meta r-rati tal-profitabbiltà u s-sitwazzjoni tal-industrija inġenerali kienu sodisfaċenti. |
(132) |
Għalhekk ġie konkluż li l-kapaċità żejda ma kinitx kawża sostanzjali tal-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-UE. |
4. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
(133) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-RPĊ partikolarment fl-2010 u l-PI. Instab li dawn l-importazzjonijiet waqqgħu l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. |
(134) |
Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ seħħet fl-istess żmien meta kien hemm żvilupp negattiv fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fil-PI, meta l-industrija tal-Unjoni baqgħet titlef is-sehem mis-suq u l-profittabilità u indikaturi finanzjarji oħra bħalma huma l-likwidità tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti laћqu l-aktar livelli baxxi tagħhom. |
(135) |
L-analiżi tal-fatturi magħrufa l-oħra, inkluża l-kriżi ekonomika, uriet li kull impatt negattiv ta' dawn il-fatturi ma jistax ikun tali li jkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni. |
(136) |
Abbażi tal-analiżi t’hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ dannu tal-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
G. L-INTERESS TAL-UNJONI
1. Rimarki preliminari
(137) |
B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping ta’ dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut u l-ingrossa tal-prodott ikkonċernat. |
2. L-interess tal-industrija tal-unjoni
(138) |
L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tmur għall-agħar. Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar malajr wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq il-prodott upstream (folji tal-aluminju f’rombli jumbo) fl-2009. Peress li l-istess problemi strutturali tas-settur tal-aluminju Ċiniż diġà osservati matul dik l-investigazzjoni baqgħu jeżistu fis-suq, l-industrija tal-Unjoni sostniet li hi wkoll għandha tkun protetta minn kompetizzjoni żleali. |
(139) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping provviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tal-prodott investigat biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista' jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għall-inqas parti mis-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt ulterjuri pożittiv fuq il-profittabilità tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha b'mod ġenerali. |
(140) |
Jekk il-miżuri ma jkunux imposti, għandu jkun mistenni aktar telf mis-sehem tas-suq u l-industrija tal-Unjoni tibqa’ tagħmel it-telf, b’mod partikulari fis-settur tat-tikketta privata. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Minħabba t-tendenza tat-tnaqqis kontinwu fil-profittabilità u ta’ indikaturi finanzjarji oħrajn bħalma huma l-likwidità u r-redditu fuq l-investimenti, jista’ jkun li ħafna mill-produtturi tal-Unjoni mhux se jkunu kapaċi jibqgħu kompetittivi fis-suq, jekk ma jiġux imposti miżuri. |
(141) |
Barra minn hekk l-industrija tal-Unjoni tforni lill-klijenti tagħha (l-aktar bejjiegħa bl-imnut u bejjiegħa bl-ingrossa) bi prodotti oħra tal-ipproċessar u l-ippakkjar tal-ikel bħalma huma l-cling film u l-prodotti tal-karta. Xi wħud minn dawn il-prodotti huma manifatturati fuq l-istess tagħmir tar-rewinding użat għall-prodott ikkonċernat. Il-prodott ikkonċernat huwa settur ewlieni tal-portafoll tal-prodotti mibjugħa mid-diversi kumpaniji tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li għal xi wħud jirrapreżenta aktar minn 50 % tal-fatturat. Jekk is-sitwazzjoni tal-prodott ikkonċernat tkompli tmur għall-agħar, dan jikkomprometti l-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti l-oħra wkoll. |
(142) |
Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
3. Interess tal-importaturi/bejjiegħa bl-ingrossa
(143) |
Fir-rigward tal-importaturi, proporzjon kbir tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, stmat għal madwar 50 % matul il-PI, hu magħmul minn żewġ atturi kbar fis-suq Ewropew li jakkwistaw il-prodotti tagħhom mir-RPĊ. |
(144) |
Wieħed minn dawn l-importaturi huwa relatat ma’ produttur esportatur li kkoopera (CeDo Shanghai) inkluż fil-kampjun. CeDo Group żviluppa strateġija ta’ sors doppju li biha l-folji li jbigħ fis-suq tal-Unjoni ikunu manifatturati kemm fir-RPĊ kif ukoll fl-Unjoni. Il-Grupp ġibed l-attenzjoni li miżuri anti-dumping se jheddu din l-istrateġija u jnaqqsu l-profittabilità tiegħu. Madankollu, il-miżuri proposti mhumiex diretti lejn ebda kumpanija partikolari iżda tfasslu sabiex jirripristinaw il-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni. |
(145) |
L-investigazzjoni ma tafx jekk l-importatur kbir l-ieħor (Quickpack) huwiex relatat ma’ xi fornituri Ċiniżi minn tiegħu. Dan għaliex, minkejja li ġie mistieden jipparteċipa fl-investigazzjoni huwa għażel li ma jikkooperax. Għalhekk, l-impatt ta’ kwalunkwe dazji, fil-livell propost, fuq in-negozju tiegħu mhux ċar. |
(146) |
Mill-importaturi li fadal tnejn ikkooperaw f’din l-investigazzjoni billi wieġbu l-kwestjonarju. It-tweġibiet tagħhom jirrappreżentaw madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Dawn il-kumpaniji qalu li huma jistgħu jkunu sfurzati li joħorġu mis-suq tal-fojl jekk jiġi impost dazju anti-dumping, madankollu, prodotti oħrajn irrappreżentaw iktar minn 80 % tal-fatturat tagħhom minħabba li dawn iż-żewġ kumpaniji importataw ħafna prodotti oħra fis-settur tal-ikel u l-oġġetti tad-dar. |
(147) |
Produttur/importatur ieħor (Terinex Ltd) ma tax tweġiba għall-kwestjonarju iżda ta l-opinjoni tiegħu bbażata fuq is-suq tar-Renju Unit. Terinex Ltd spjegat li billi tixtri s-sorsi tagħha mir-RPĊ naqqset il-produzzjoni tagħha stess iżda li bħala attur żgħir fis-suq, ma tqisx li l-importazzjonijiet tagħha għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, jekk l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ jiġu kkunsidrati (premessa (87) 'il quddiem) allura kif spjegat fi premessa (114) 'il quddiem, huwa ċar li l-importazzjonijiet mir-RPĊ huma l-kawża maġġuri tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Peress li l-fatturat tal-prodott ikkonċernat huwa relattivament żgħir b’relazzjoni mat-total tal-attivitajiet tal-kumpaniji, l-impożizzjoni tal-miżuri x’aktarx mhix se jkollha impatt gravi fuq il-qligħ totali tagħha. |
(148) |
Fir-rigward tas-settur tal-importazzjoni, b’mod ġenerali (sew jekk relatati u sew jekk le) ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni tal-miżuri jkollha effett negattiv fuq dan is-settur għaliex x’aktarx dazju jagħmel l-importazzjonijiet inqas attraenti u l-industrija tal-Unjoni probabbli tkun kapaċi tirbaħ lura xi ordnijiet/kuntratti għad-detriment tas-settur tal-importazzjoni. Madankollu, din tkun fuq il-bażi tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kompetizzjoni ġusta u l-impatt fuq is-settur kollu kemm hu tal-importazzjoni ma jkunx sproporzjonat. |
(149) |
Fuq il-bażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li l-impatt fuq l-importaturi għandu mnejn ma jkunx tali li l-miżuri jkollhom jitqiesu bħala li jmorru kontra l-interess globali tal-Unjoni. |
4. L-interess tal-bejjiegħa bl-imnut
(150) |
Sitt bejjiegħa bl-imnut kkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jitqiesu rappreżentattivi minħabba l-firxa wiesgħa tagħhom tal-post ġeografiku fl-Unjoni Ewropea kif ukoll id-daqs differenti tagħhom f'termini ta’ fatturat. Kollha kemm huma jopponu l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżuri minħabba li dawk se jimponu spejjeż żejda fuq in-negozji tagħhom u li l-miżuri se jirrestrinġu l-għażla tal-fornituri tagħhom. |
(151) |
Madankollu, jidher ċar ħafna mir-reazzjonijiet tagħhom li l-prodott li qed jiġi investigat huwa parti żgħira mill-fatturat ta’ dawn il-bejjiegħa bl-imnut (f’kull każ inqas minn 1 %) u kwalunkwe miżura anti-dumping ikollha ftit jew l-ebda impatt fuq il-fatturat tagħhom jew fuq il-profitti. |
5. L-interess tal-konsumaturi
(152) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat assoċjazzjoni waħda tal-konsumaturi li wieġbet li ma kinitx interessata tikkoopera fl-investigazzjoni. L-ebda assoċjazzjoni oħra tal-konsumaturi ma ppreżentat ruħha. |
(153) |
L-impatt tad-dazji anti-dumping fuq il-konsumaturi probabbli jkun marġinali ħafna peress li l-AHF hu perċentwal baxx ħafna tal-baġit tal-konsumatur ta’ kull ġimgħa. Barra minn hekk, huwa mistenni li kwalunkwe żieda fil-prezzijiet tal-AHF fil-livell tal-bejgħ bl-imnut ikkawżat mill-impożizzjoni tad-dazji tkun jew verament marġinali jew ineżistenti. |
6. Konklużjoni dwar l-interess tal-unjoni
(154) |
Fid-dawl ta’ li ntqal hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m'hemm l-ebda raġuni sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. |
H. PROPOSTA GĦALL-MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI
1. Livell ta’ tneħħija tal-ħsara
(155) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji sabiex ma jiġix ikkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(156) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabżu l-marġini ta’ dumping li nstabu. |
(157) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. |
(158) |
F’investigazzjonijiet preċedenti li involvew l-AHF (rombli jumbo) il-marġini tal-profitt normali ġie stabbilit għal 5 % abbażi ta’ dak deskritt hawn fuq. L-ilmentatur stqarr li 6 % ikun marġini ta’ profitt raġonevoli, għall-industrija, fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Madankollu, hu naqas li jissostanzja b’mod xieraq din il-pretensjoni u għalhekk, fin-nuqqas ta’ kummenti oħra f’dan ir-rigward, huwa kkunsidrat xieraq li wieħed jirrikorri għal marġni ta’ profitt ta’ 5 % stabbilit fl-investigazzjoni preċedenti. Huwa għalhekk ikkunsidrat b’mod provviżorju li marġni ta’ qligħ ta’ 5 % tal-fatturat jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża l-ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz mhux dannuż inkiseb billi tnaqqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE l-profitt effettiv miksub matul il-PI u nbidel bil-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq. |
(159) |
Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta' importazzjoni b'medja peżata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz li ma jikkawża l-ebda dannu tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF totali. |
2. Miżuri provviżorji
(160) |
Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-marġini aktar baxxi tad-dumping u tad-dannu, skont ir-regola ta' dazju anqas. |
(161) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-marġini ta’ tneħħija tad-dannu u l-marġini ta' dumping. Konsegwentament, ir-rati tad-dazju anti-dumping proposti għandhom ikunu kif ġej: Dazji anti-dumping provviżorji proposti
|
(162) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(163) |
Kwalkunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandha x’taqsam mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali. |
I. DISPOŻIZZJONI FINALI
(164) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li identifikaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fin-notifika ta' bidu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżura definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju proviżorju anti-dumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet tal-folji tal-aluminju bi ħxuna ta’ 0,007 mm jew aktar iżda anqas minn 0,021 mm, mingħajr it-tieni folja, mhux maħdum aktar milli rrumblat sew jekk irrumblat u sew jekk le, b’rombli ta’ piż baxx ta’ mhux aktar minn 10 kg, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (kodiċi TARIC 7607111110 u 7607191010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju ( %) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
CeDo Shanghai Co. Ltd. |
16,3 % |
B299 |
Ningbo Times Co. Ltd. |
15,5 % |
B300 |
Ningbo Favoured Commodity Co. Ltd. |
13,0 % |
B301 |
Able Packaging Co.,Ltd |
15,5 % |
B302 |
Guangzhou Chuanlong Aluminium Foil Product Co.,Ltd |
15,5 % |
B303 |
Ningbo Ashburn Aluminium Foil Products Co.,Ltd |
15,5 % |
B304 |
Shanghai Blue Diamond Aluminium Foil Manufacturing Co.,Ltd |
15,5 % |
B305 |
Weifang Quanxin Aluminium Foil Co.,Ltd |
15,5 % |
B306 |
Zhengzhou Zhuoshi Tech Co. Ltd |
15,5 % |
B307 |
Zhuozhou Haoyuan Foil Industry Co.,Ltd |
15,5 % |
B308 |
Zibo Hengzhou Aluminium Plastic Packing Material Co.,Ltd |
15,5 % |
B309 |
Yuyao Caelurn Aluminium Foil Products Co.,Ltd |
15,5 % |
B310 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
35,4 % |
B999 |
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u tal-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie addottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 371, 20.12.2011, p. 4.
(*) L-ebda prezz disponibbli peress li l-kodiċi tan-NM 7607 11 11 għall-folji tal-aluminju nħoloq fl-2009
Sors: L-Eurostat
(3) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/47 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 834/2012
tas-17 ta’ Settembru 2012
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
59,9 |
XS |
59,9 |
|
ZZ |
59,9 |
|
0707 00 05 |
MK |
31,3 |
TR |
106,4 |
|
ZZ |
68,9 |
|
0709 93 10 |
TR |
112,4 |
ZZ |
112,4 |
|
0805 50 10 |
AR |
98,1 |
BO |
100,6 |
|
CL |
88,5 |
|
TR |
97,0 |
|
UY |
107,8 |
|
ZA |
100,3 |
|
ZZ |
98,7 |
|
0806 10 10 |
EG |
180,7 |
MK |
41,5 |
|
TN |
197,3 |
|
TR |
118,3 |
|
ZZ |
134,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
201,7 |
BR |
89,7 |
|
CL |
117,0 |
|
NZ |
115,6 |
|
US |
120,9 |
|
ZA |
108,3 |
|
ZZ |
125,5 |
|
0808 30 90 |
AR |
196,5 |
CN |
49,3 |
|
TR |
115,4 |
|
ZA |
154,7 |
|
ZZ |
129,0 |
|
0809 30 |
TR |
160,5 |
ZZ |
160,5 |
|
0809 40 05 |
BA |
60,9 |
HR |
73,9 |
|
IL |
63,3 |
|
TR |
107,6 |
|
XS |
60,5 |
|
ZZ |
73,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Settembru 2012
dwar l-Eurostat
(2012/504/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (1) jipprovdi l-qafas legali bażiku għall-istatistika Ewropea. Dak ir-Regolament jirreferi għall-Kummissjoni (Eurostat) bħala l-awtorità tal-istatistika tal-Unjoni responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea. |
(2) |
L-istatistika Ewropea għandha tiġi żviluppata, prodotta u mxerrda mill-Eurostat skont il-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fir-Regolament (KE) Nru 223/2009, u elaborati ulterjorment fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea kif rivedut u aġġornat mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea fit-28 ta’ Settembru 2011. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprovdi wkoll għall-ħarsien ta’ dejta kunfidenzjali li għandha tintuża esklussivament għal għanijiet ta’ statistika. |
(4) |
Il-Kummissjoni impenjat ruħha biex isaħħaħ l-governanza statistika fl-Unjoni u biex tirrispetta il-prinċipji statistiċi ta’ hawn fuq (2). Dan l-impenn ġie kkonfermat u żviluppat aktar fil-Komunikazzjoni tal-15 ta’ April 2011 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Lejn ġestjoni b’saħħitha u ta’ kwalità għall-Istatistika Ewropea” (3). Id-Deċiżjoni preżenti għandha titqies bħala impenn imġedded mill-Kummissjoni fuq il-fiduċja fl-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u mxerrda mill-Eurostat. |
(5) |
L-iżviluppi reċenti fil-qafas ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni kellhom impatt fuq il-qasam tal-istatistika u għandhom jiġu kkunsidrati. Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, l-indipendenza tal-statistika kif stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (4). |
(6) |
F’dan il-kuntest, is-setgħat tal-Kummissjoni bħala l-awtorità li taħtar fir-rigward tar-reklutaġġ, it-trasferiment u t-tkeċċija tad-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jkun eżerċitat, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, bl-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa li tiġi ggarantita l-indipendenza, l-oġġettività u l-effiċjenza fil-qadi tar-responsabbiltajiet tiegħu, u wara proċedura trasparenti bbażata fuq kriterji professjonali biss. |
(7) |
Barra minn hekk, l-Eurostat ġie assenjat kompiti speċifiċi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (5). |
(8) |
Barra minn hekk, kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar “il-metodu ta’ produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għad-deċenju li ġej” (6), l-Eurostat għandu jipprovdi statistika ta’ kwalità għolja tas-servizz billi wkoll itejjeb ir-relazzjonijiet mal-entitajiet tal-Unjoni sabiex jantiċipaw il-bżonnijiet statistiċi u l-avvanz fl-użu tal-istatistika eżistenti. Dan jinvolvi wkoll l-bini ta’ relazzjonijiet eqreb ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni. |
(9) |
L-istatistika għandha tkun definita b’referenza għar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandha wkoll issir distinzjoni bejn l-istatistika Ewropea u statistika oħra. |
(10) |
L-istabbiliment ta’ għanijiet ta’ politika u d-determinazzjoni tat-tagħrif meħtieġ għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet huma r-responsabbiltà ta’ min ifassal il-politika. Dawn l-attivitajiet għalhekk għandhom jaqgħu fil-mandat u fir-responsabbiltajiet tas-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati, filwaqt li l-Eurostat għandu jiżgura l-programmar tal-attivitajiet relatati mal-istatistika Ewropea, waqt li jqis il-ħtiġijiet tal-utenti, l-iżviluppi rilevanti tal-politika u r-restrizzjonijiet tar-riżorsi. |
(11) |
L-attivitajiet tal-Kummissjoni relatati ma’ statistika oħra għandhom ikunu soġġetti għal eżerċizzju ta’ ppjanar u ta’ koordinazzjoni bl-għan li jiżguraw tagħrif ikkonsolidat dwar dawn l-attivitajiet. Dan l-eżerċizzju għandu jkun misjuq mill-Eurostat u l-ambitu tiegħu għandu jkun limitat għal kwistjonijiet li dwarhom hemm ftehim reċiproku bejn is-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati u l-Eurostat. |
(12) |
L-istatistika Ewropea hija ddeterminata permezz tal-Programm Ewropew tal-Istatistika u l-programm korrispondenti ta’ ħidma annwali tal-Eurostat. |
(13) |
Biex tkun żgurata l-fiduċja pubblika fl-Istatistika Ewropea u għall-promozzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja żviluppata, prodotta u mxerrda mill-Eurostat, għandu jiġi żviluppat u applikat proċess għat-tikkettar tal-istatistika Ewropea. |
(14) |
L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea ta’ kwalità għolja għandhom ikunu ssalvagwardati mid-Direttur Ġenerali tal-Eurostat, li huwa l-Kap Statistiku. Barra minn hekk, il-ħidmiet tiegħu jew tagħha għandhom jinkludu l-koordinazzjoni tal-attivitajiet statistiċi tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tkun żgurata l-kwalità u jkun minimizzat il-piż tar-rappurtar. Għalhekk, il-Kap Statistiku għandu wkoll jiġi kkonsultat dwar l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika oħra. |
(15) |
Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Eurostat u servizzi oħra tal-Kummissjoni fuq l-attivitajiet ta’ statistika u l-koordinazzjoni xierqa ta’ dawn l-attivitajiet mill-Kap Statistiku għandhom jiżguraw il-koerenza u l-kumparabbiltà tal-Istatistika Ewropea u rispons aħjar għall-isfidi futuri, partikolarment il-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż tar-rispons u l-piż amministrattiv. Għall-istess skopijiet, l-aċċess għas-sorsi tad-dejta amministrattiva fil-Kummissjoni għandu jkun ipprovdut sal-limitu meħtieġ u jkun kosteffikaċi għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea. |
(16) |
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta (7) japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-istatistika Ewropea prodotta fuq il-bażi ta’ dejta personali għandha tkunu maqsuma skont il-ġeneru meta jkun rilevanti. |
(17) |
Huwa għalhekk meħtieġ li r-rwol tal-Eurostat u r-responsabbiltajiet tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni jkomplu jiġu ddefiniti u ċċarati. |
(18) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 97/281/KE tal-21 ta’ April 1997 dwar ir-rwol tal-Eurostat rigward il-produzzjoni tal-istatistika Komunitarja (8) għandha titħassar, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Eurostat fi ħdan l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“Statistika” tfisser statistika kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Din hija jew statistika Ewropea jew statistika oħra. |
2. |
“Statistika Ewropea” tfisser statistika kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u kif determinat mill-programm ta’ ħidma annwali tal-istatistika Ewropea. |
3. |
“Statistika oħra” tfisser statistika li mhijiex statistika Ewropea u li hija indentifikata fl-eżerċizzju ta’ ppjanar u ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artiklu 5(2). |
Artikolu 3
Eurostat
L-Eurostat huwa l-awtorità tal-istatistika tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-Eurostat huwa servizz tal-Kummissjoni, immexxi minn Direttur-Generali.
Artikolu 4
Prinċipji tal-Istatistika
L-Eurostat għandu jiżviluppa, jipproduċi u jxerred l-istatistika Ewropea f’konformità mal-prinċipji statistiċi ta’ indipendenza professjonali, imparzjalità, oġġettività, affidabbiltà, kunfidenzjalità tal-istatistika u kost-effettività kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u kif elaborati ulterjorment fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea.
Artikolu 5
Ippjanar u pprogrammar
1. L-attivitajiet relatati mal-istatistika Ewropea għandhom jiġu determinati permezz tal-Programm Ewropew tal-Istatistika msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, u permezz tal-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 17 ta ‘dan ir-Regolament.
2. L-attivitajiet relatati ma’ statistika oħra għandhom ikunu soġġetti għal u identifikati permezz ta’ eżerċizzju ta’ ppjanar u ta’ koordinazzjoni mmexxi mill-Eurostat. L-ambitu ta’ dan l-eżerċizzju għandu jkun limitat għal kwistjonijiet li dwarhom hemm ftehim reċiproku bejn is-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati u l-Eurostat.
3. Jistgħu jiġu stabbiliti ftehimiet speċifiċi bejn is-servizzi, bejn l-Eurostat u s-servizzi l-oħra tal-Kummissjoni għall-għan ta’ dawn l-attivitajiet, inklużi wkoll l-attivitajiet relatati mar-rekords tal-amministrattivi.
Artikolu 6
Kompiti tal-Eurostat
1. L-Eurostat għandu jkun inkarigat mill-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea.
Għal dan l-għan, l-Eurostat għandu, b’mod partikolari:
(a) |
jiġbor u jaggrega l-informazzjoni statistika meħtieġa għall-kompilazzjoni tal-istatistika Ewropea; |
(b) |
jiżviluppa u jippromwovi l-istandards, il-metodi u l-proċeduri statistiċi; |
(c) |
imexxi s-Sistema Statistika Ewropea, isaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-imsieħba tiegħu, u jiżgura r-rwol tiegħu ta’ mexxej fl-istatistika uffiċjali mad-dinja kollha; |
(d) |
jikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-pajjiżi terzi sabiex jiffaċilita l-komparabilità tal-istatistika Ewropea mal-istatistika prodotta f’sistemi statistiċi oħra, u, fejn xieraq, jappoġġa lill-pajjiżi terzi fit-titjib tas-sistemi tagħhom tal-istatistika. |
2. L-Eurostat għandu jiżgura li l-istatistika Ewropea tkun aċċessibbli għall-utenti kollha skont il-prinċipji statistiċi, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ indipendenza professjonali, ta’ imparzjalità u ta’ kunfidenzjalità tal-istatistika.
F’dan ir-rigward, l-Eurostat għandu jipprovdi l-ispjegazzjonijiet tekniċi u l-appoġġ meħtieġ għall-użu tal-istatistika Ewropea u jista’ juża mezzi ta’ komunikazzjoni xierqa għall-fini ta’ stqarrijiet għall-aħbarijiet dwar l-istatistika.
3. L-Eurostat għandu jiżgura l-kooperazzjoni u d-djalogu kostruttiv regolari mas-servizzi l-oħra tal-Kummissjoni, u, fejn meħtieġ, mal-fornituri tad-dejta bl-għan li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, l-iżviluppi ta’ politiki rilevanti u inizjattivi oħra. Għal dan l-għan, dawk is-servizzi tal-Kummissjoni li huma utenti potenzjali tal-istatistika speċifika Ewropea għandhom jiġu infurmati u involuti sa minn stadju bikri fl-iżvilupp ta’ statistika ġdida jew mibdula, fost affarijiet oħra biex ikunu mifhuma l-implikazzjonijiet potenzjali tal-politiki ta’ metodi, standards u definizzjonijiet ġodda jew mibdula tal-istatistika.
4. L-Eurostat għandu jikkoordina l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika oħra. Għal dan l-għan, l-Eurostat għandu:
(a) |
jottimizza l-użu tat-tagħrif eżistenti li jista’ jintuża għal għanijiet statistiċi, sabiex tkun żgurata l-kwalità u jkun imminimizzat il-piż għal min iwieġeb; L-Eurostat għandu jistieden kull servizz ikkonċernat tal-Kummissjoni biex jikkontribwixxi għal dan l-għan; |
(b) |
jkun infurmat mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni dwar l-ambitu u l-karatteristiċi tal-kwalità tal-istatistika prodotta minnhom, dwar tibdil sinifikanti fil-metodoloġija għall-produzzjoni tal-istatistika u dwar kollezzjonijiet ġodda ta’ dejta ppjanati; |
(c) |
jipprovdi gwida, taħriġ xieraq u servizzi esperti lil servizzi oħra tal-Kummissjoni meħtieġa għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika oħra soġġetta għar-riżorsi disponibbli; |
Artikolu 7
Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat
1. Rigward l-istatistika Ewropea, id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jkollu r-responsabbiltà unika sabiex jiddeċiedi l-proċessi, il-metodi tal-istatistika, l-istandards u l-proċeduri, u dwar il-kontenut u l-waqt tal-pubblikazzjonijiet tal-istatistika, skont il-programm Ewropew tal-istatistika u l-programm ta’ ħidma annwali. Meta jwettaq dawn il-ħidmiet statistiċi, id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jaġixxi b’mod indipendenti; hu jew hi la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet tal-Unjoni, minn xi gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew entità oħra.
2. Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jaġixxi bħala l-uffiċjal li jawtorizza l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet allokati lill-Eurostat.
Artikolu 8
Il-Kap Statistiku
1. Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jitqies bħala l-Kap Statistiku.
2. Il-Kap Statistiku għandu:
(a) |
jkun inkarigat mill-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea fil-Kummissjoni; |
(b) |
jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ statistika oħra kif imsemmi fl-Artikoli 5(2) u 6(4); |
(c) |
jirrappreżenta l-Kummissjoni f’fora statistiċi internazzjonali l-aktar għal raġunijiet ta’ koordinazzjoni tal-attivitajiet statistiċi tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009; |
(d) |
jippresjiedi l-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009; |
(e) |
iħejji l-programmi msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-Deċiżjoni f’konsultazzjoni mill-qrib ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni, filwaqt li jqis kemm jista’ jkun il-ħtiġijiet tal-utenti u l-iżviluppi rilevanti l-oħra; |
(f) |
jikkollabora bejn is-Sistema Statistika Ewropea (ESS) u l-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika fil-kwistjonijiet kollha rigward l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea fl-ESS kollha kemm hi. |
3. Kwalunkwe servizz intenzjonat li jwettaq attivitajiet li jinvolvu l-produzzjoni tal-istatistika għandu jikkonsulta l-Kap Statistiku fi stadju bikri fit-tħejjija tal-attivitajiet ikkonċernati. Il-Kap Statistiku jista’ jagħmel xi rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward. Inizjattivi li mhumiex relatati mal-iżvilupp, mal-produzzjoni jew mat-tixrid tal-istatistika Ewropea, speċjalment f’każijiet ta’ ftehimiet speċifiċi bejn is-servizzi, għandhom jaqgħu kompletament taħt ir-responsabbiltà tas-servizz ikkonċernat.
Artikolu 9
Aċċess għal rekords amministrattivi
1. Sabiex jitnaqqas il-piż fuq min iwieġeb, l-Eurostat għandu jkollu d-dritt li jaċċessa d-dejta amministrattiva fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni, soġġett għar-regoli ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u li jintegra din id-dejta amministrattiva mal-istatistika sakemm din id-dejta tkun rilevanti għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea.
2. L-Eurostat għandu jkun ikkonsultat dwar u jista’ jkun involut fit-tfassil inizjali, fl-iżvilupp sussegwenti u fil-waqfien ta’ reġistri amministrattivi u ta’ bażijiet ta’ dejta mibnija u miżmuma minn servizzi oħra tal-Kummissjoni, sabiex ikun faċilitat l-użu ulterjuri tad-dejta li hemm f’dawn ir-reġistri u fil-bażijiet ta’ dejta għall-finijiet tal-istatistika Ewropea. Għal dan l-għan, l-Eurostat għandu jkollu d-dritt li jipproponi l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni dwar rekords amministrattivi li huma rilevanti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.
3. Biex tittejjeb l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, kull servizz tal-Kummissjoni għandu jiżgura li l-aċċess għad-dejta amministrattiva tingħata lill-Eurostat fuq talba sal-punt meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea, skont ir-regoli ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 10
Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea
1. Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istatistika Ewropea għandha tiġi żviluppata, prodotta u mxerrda mill-Eurostat skont il-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea kif rivedut u aġġornat mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea.
2. L-Eurostat għandu jinvolvi l-Bord Konsultattiv dwar il-Governanza tal-Istatistika Ewropea fl-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea skont il-mandat tal-Bord.
3. L-Eurostat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni effettiva tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea mill-awtoritajiet statistiċi nazzjonali.
Artikolu 11
L-assigurazzjoni tal-kwalità u l-ittikkettjar
1. L-Eurostat għandu jiżgura l-immaniġġar tal-kwalità tal-Istatistika Ewropea. Għal dan l-għan, u fuq il-bażi ta’ kriterji tal-kwalità stabbiliti, filwaqt li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-utenti għall-istatistika bi profili ta’ kwalità differenti, l-Eurostat għandu:
(a) |
jissorvelja u jivvaluta l-kwalità tad-dejta li hu jiġbor jew jirċievi, u jirrapporta dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea li jxerred; |
(b) |
jippromwovi u japplika proċess tal-ittikkettjar għall-istatistika Ewropea; |
(c) |
jivverifika d-dejta li hija taħt ir-responsabbiltà tal-Eurostat fil-kuntest tal-governanza ekonomika msaħħa tal-Unjoni u japplika s-setgħat kollha li ġew speċifikament mogħtija lill-Eurostat fil-proċeduri rilevanti. |
2. L-Eurostat għandu jistabbilixxi qafas ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, li jirrifletti l-miżuri fis-seħħ jew li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tajba tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-istatistika Ewropea.
Artikolu 12
L-użu ta’ dejta kunfidenzjali
1. Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li l-kunfidenzjalità tal-istatistika hija rispettata.
2. Id-dejta kkunsidrata bħala kunfidenzali skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandha, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tal-istess Regolament, tkun aċċessibbli biss għall-uffiċjali u għal persunal ieħor tal-Eurostat u persuni fisiċi oħra li jaħdmu għall-Eurostat taħt kuntratt, kull fejn din id-dejta tkun meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea u fil-qasam tax-xogħol speċifiku tagħhom.
3. Id-Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandu, barra minn hekk, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġi d-dejta li l-iżvelar tagħha jista’ jikkawża ħsara lill-interessi tal-Unjoni, jew lill-interessi tal-Istat Membru li jirrelataw magħhom.
Artikolu 13
Tħassir
Id-Deċiżjoni 97/281/KE hija mħassra.
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(2) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji tal-istatistika COM(2005) 217 finali.
(3) COM(2011) 211 finali.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(5) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
(6) COM(2009) 404 finali.
(8) ĠU L 112, 29.4.1997, p. 56.