ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.106.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 106

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
18 ta' April 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 tat-12 ta’ April 2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 326/2012 tas-17 ta’ April 2012 dwar id-diviżjoni bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett ta’ kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2011/2012 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2012 tas-17 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 fir-rigward tal-livell limitu għad-daqs ekonomiku u l-għadd tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet fis-Slovakkja

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2012 tas-17 ta' April 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 62/2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali ( 1 )

14

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 329/2012 tas-17 ta’ April 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/197/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2377)  ( 1 )

22

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2012/198/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija tal-20 ta’ Frar 2012 li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 4 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 325/2012

tat-12 ta’ April 2012

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   MIŻURI PROVVIŻORJI

(1)

Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1043/2011 (2) (“ir-Regolament provviżorju”) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”). Id-dazji anti-dumping provviżorji kienu jvarjaw minn 14,6 % sa 52,2 %.

(2)

Il-proċediment inbeda wara ilment li ġie ppreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2010 mill-Kunsill Ewropew tal-Industrija Kimika (CEFIC) f’isem Oxaquim S.A. (“il-kwerelant”), li tirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ aċidu ossaliku.

(3)

Kif stipulat fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.2.   PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(4)

Wara l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jkunu imposti miżuri anti-dumping provviżorji (“l-iżvelar provviżorju”), bosta partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub biex juru fehmiethom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw opportunità li jinstemgħu. B’mod partikolari, produttur esportatur wieħed mill-Indja talab u ngħata seduta fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex informazzjoni li kien jidhrilha li hija meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha.

(6)

Il-premessa (150) tar-Regolament provviżorju stiednet lill-kumpaniji Ċiniżi li kienu għadhom ma ppreżentawx irwieħhom iżda li qiesu li għandu jiġi stabbilit dazju individwali għalihom, biex jippreżentaw irwieħhom fi żmien 10 ijiem mill-pubblikazzjoni. L-ebda kumpanija Ċiniża ma ppreżentat ruħha.

(7)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa sussegwentement bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie intiż li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju (“l-iżvelar finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu kummenti dwar dan l-iżvelar finali.

(8)

Il-kummenti verbali u bil-miktub imressqa mill-partijiet interessati tqiesu u ttieħed kont tagħhom fejn kien xieraq.

1.3.   PARTIJIET IKKONĊERNATI MILL-PROĊEDURA

(9)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment, il-premessi minn (3) sa (8) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   PRODOTT IKKONĊERNAT

(10)

Il-prodott ikkonċernat huwa kif deskritt fil-premessi (10) u (11) tar-Regolament provviżorju, jiġifieri l-aċidu ossaliku, kemm jekk f’forma diidrata (numru CUS 0028635-1 u numru CAS 6153-56-6) jew f’forma anidrata (numru CUS 0021238-4 u numru CAS 144-62-7) u kemm jekk f’soluzzjoni milwiema jew le, li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2917 11 00 u li joriġina mill-Indja u mir-RPĊ.

(11)

Hemm żewġ tipi ta’ aċidu ossaliku: l-aċidu ossaliku mhux raffinat u l-aċidu ossaliku raffinat. L-aċidu ossaliku raffinat, li jiġi manifatturat fir-RPĊ iżda mhux fl-Indja, jiġi manifatturat permezz ta’ proċess ta’ purifikazzjoni tal-aċidu ossaliku mhux raffinat, li l-għan tiegħu huwa li jneħħi l-ħadid, il-kloruri, it-traċċi tal-metall u impuritajiet oħrajn.

(12)

L-aċidu ossaliku jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju bħala aġent tat-tnaqqis u aġent għall-ibbliċjar, f’sintesi farmaċewtika u fil-manifattura tas-sustanzi kimiċi.

2.2.   PRODOTT SIMILI

(13)

L-investigazzjoni wriet li l-aċidu ossaliku manifatturat u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, l-aċidu ossaliku manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Indja u tar-RPĊ u l-aċidu ossaliku importat fl-Unjoni mill-Indja u r-RPĊ għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet finali bażiċi.

(14)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-prodott ikkonċernat jew il-prodott simili, il-premessi minn (10) sa (13) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   DUMPING

3.1.   L-INDJA

3.1.1.   KUMMENT PRELIMINARI

(15)

Fil-premessa (14) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni sabet li produttur esportatur wieħed mill-Indja ma setax jitqies bħala parti li tikkoopera u għalhekk is-sejbiet għal dik il-kumpanija saru fuq fatti disponibbli kif stipulat fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(16)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji lil din il-kumpanija, Star Oxochem Pvt. Ltd, hija pprovdiet spjegazzjonijiet u kjarifikazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-informazzjoni mressqa mill-kumpanija fi stadju aktar bikri tal-investigazzjoni. Staqsiet ukoll li tinstema’ mill-Kummissjoni u mill-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Il-kumpanija qajmet l-argument li, minħabba li kienet ressqet tweġiba għall-kwestjonarju u meta wieħed iqis li s-servizzi tal-Kummissjoni kienu żaru l-bini tal-kumpanija, kif ukoll fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet u l-kjarifikazzjonijiet addizzjonali pprovduti, ma kienx il-każ li din tkompli tiġi trattata bħall-produtturi esportaturi li ma kienu kkooperaw bl-ebda mod fl-investigazzjoni.

(17)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, b’mod partikolari l-ispjegazzjonijiet u l-kjarifikazzjonijiet addizzjonali pprovduti, is-servizzi tal-Kummissjoni jqisu li jistgħu jużaw parti mill-informazzjoni oriġinali, jiġifieri d-dejta relatata mal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet, minħabba li dawn irriżultaw affidabbli. Mill-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq jirriżulta li s-sejbiet provviżorji, kif stipulati fil-premessa (14) tar-Regolament provviżorju, huma aċċettati biss parzjalment u s-sejbiet fir-rigward ta’ din il-kumpanija jsiru parzjalment fuq fatti disponibbli u parzjalment fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha stess skont l-Artikoli 18(1) u 18(3) tar-Regolament bażiku.

3.1.2.   VALUR NORMALI

(18)

L-ebda kumment ma tressaq fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-valur normali għall-Indja. Għalhekk, is-sejbiet fil-premessi minn (15) sa (18) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati fir-rigward tal-kumpanija li qed tikkoopera.

(19)

Fir-rigward ta’ Star Oxochem, u meta jitqiesu s-sejbiet ta’ hawn fuq fil-premessi (16)-(17), il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-valur normali għal din il-kumpanija kien ibbażat fuq il-medja peżata ta’ kwantità rappreżentattiva tal-bejgħ domestiku mill-kumpanija l-oħra li qed tikkoopera, Punjab Chemicals.

3.1.3.   PREZZ TAL-ESPORTAZZJONI

(20)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, kif stipulat fil-premessa (19) tar-Regolament provviżorju, hija kkonfermata fir-rigward ta’ Punjab Chemicals.

(21)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet kif stipulati hawn fuq fil-premessi (16)-(17), il-prezz tal-esportazzjoni għal Star Oxochem, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, huwa stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa realment jew li għandhom jitħallsu minn klijenti indipendenti għall-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni.

3.1.4.   TQABBIL

(22)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tat-tqabbil tal-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-premessi (20) u (21) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati sa fejn huwa kkonċernat il-produttur li qed jikkoopera Punjab Chemicals.

(23)

Fir-rigward ta’ Star Oxochem, saru aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-konċessjonijiet ivverifikati ta’ Punjab Chemicals.

3.1.5.   MARĠNI TA’ DUMPING

(24)

Fir-rigward tal-produttur li qed jikkoopera ma sar l-ebda kumment dwar is-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-marġni ta’ dumping, kif stipulat fil-premessi (22) u (23) tar-Regolament provviżorju huwa kkonfermat.

(25)

Fir-rigward ta’ STAR Oxochem u meta jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-marġni ta’ dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntieri tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa 31,5 %.

(26)

Fid-dawl tal-kooperazzjoni baxxa mill-Indja (aktar baxxa minn 80 %) tqies b’mod provviżorju li t-tranżazzjoni li kienet l-aktar oġġett ta’ dumping tal-parti li qed tikkoopera kienet l-aktar metodu xieraq għall-istabbiliment tal-marġni ta’ dumping fil-pajjiż kollu. Din it-tranżazzjoni mhijiex eċċezzjonali f’termini ta’ kwantità jew prezz u għalhekk hija meqjusa bħala kampjun rappreżentattiv li jwassal għal riżultat raġonevoli u proporzjonali fir-rigward tal-marġni ta’ dumping stabbilit għall-produttur li qed jikkoopera.

(27)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmijin hawn fuq, is-sejbiet fil-premessi (24) u (25) tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

(28)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping definittivi, espressi bћala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, għall-Indja huma:

Kumpanija

Marġni ta’ dumping definittiv

Punjab Chemicals u Crop Protection Limited

22,8  %

Star Oxochem Pvt. Ltd

31,5  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

43,6  %

3.2.   IR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA

3.2.1.   TRATTAMENT TA’ EKONOMIJA TAS-SUQ (TES)/TRATTAMENT INDIVIDWALI (TI)

(29)

Kif stipulat fir-Regolament provviżorju, grupp wieħed ta’ kumpaniji Ċiniżi talab għal TES jew, jekk dan ma jingħatax, TI, filwaqt li grupp ieħor ta’ kumpaniji Ċiniżi talab TI biss. Kif stipulat fil-premessi minn (26) sa (32) tar-Regolament provviżorju, it-talba għal TES ġiet irrifjutata filwaqt li iż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji ngħataw TI b’mod provviżorju.

(30)

L-ebda kumment ma tressaq fir-rigward ta’ dawn is-sejbiet provviżorji u l-premessi minn (26) sa (32) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.2.2.   PAJJIŻ ANALOGU

(31)

Ma waslu l-ebda kummenti dwar l-għażla provviżorja tal-pajjiż analogu. Għalhekk, il-premessi (33) u (34) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

3.2.3.   VALUR NORMALI

(32)

Kien spjegat fir-Regolament provviżorju li l-Kummissjoni stabbilixxiet valuri normali separati kemm għall-aċidu ossaliku mhux raffinat kif ukoll għal dak raffinat. Filwaqt li l-valur normali għall-aċidu ossaliku mhux raffinat ġie determinat fuq il-bażi tal-valur normali stabbilit għall-Indja, il-valur normali għall-aċidu ossaliku raffinat, li mhuwiex prodott fl-Indja, kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-ispejjeż ta’ manifattura għall-aċidu ossaliku mhux raffinat Indjan, aġġustat b’żieda ta’ 12 % sabiex jitqiesu l-ispejjeż tal-manifattura addizzjonali, kif ukoll l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u l-qligħ.

(33)

Iż-żewġ produtturi li qed jikkooperaw miċ-Ċina kkontestaw l-aġġustament ’il fuq ta’ 12 % għall-ispejjeż ta’ manifattura addizzjonali, filwaqt li stqarrew li dawn l-ispejjeż addizzjonali qatt ma ġew ivverifikati mill-Kummissjoni u jidhru li huma biss stima approssimattiva bbażata fuq metodoloġija li ma ġietx żvelata lilhom fil-mument tal-iżvelar provviżorju. Wieħed mill-produtturi esportaturi stqarr li l-istima tiegħu tal-ispejjeż ta’ manifattura addizzjonali kienet biss ta’ 5 % għalkemm ma ssosstanzjax din l-istqarrija b’evidenza ta’ sostenn.

(34)

Huwa indikat li l-aġġustament ‘il fuq ġie determinat fuq il-bażi ta’ informazzjoni provduta mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li qed jikkooperaw infushom. L-ewwel nett, huwa nnotat li l-istess kumpanija li issa qed tallega li l-ispejjeż ta’ manifattura addizzjonali huma biss ta’ 5 % fil-bidu kienet semmiet b’mod espliċitu spejjeż addizzjonali ta’ 10-15 % fil-formola tat-talba għat-TES/TI. It-tieni nett, matul iż-żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpanija, iż-żewġ produtturi li qed jikkooperaw ikkonfermaw li l-ispejjeż addizzjonali għall-manifattura tal-aċidu ossaliku raffinat meta mqabbla mal-aċidu ossaliku mhux raffinat kienu fil-medda ta’ 10-12 %. It-tielet nett, dan l-aħħar livell ta’ 10-12 % ta’ spejjeż ta’ manifattura addizzjonali kien sostnut ukoll permezz ta’ kalkoli tal-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi li qed jikkooperaw, aġġustament ‘il fuq ta’ 12 % tqies xieraq.

(35)

Għalhekk, fin-nuqqas ta’ informazzjoni sostanzjata jew evidenza ta’ sostenn li jiġġustifikaw aġġustament ’il fuq iżgħar, is-sejbiet fil-premessi minn (35) sa (37) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.2.4.   PREZZ TAL-ESPORTAZZJONI

(36)

Iż-żewġ produtturi esportaturi mir-RPĊ ingħataw TI, għalhekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom kienu bbażati fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli mill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(37)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni, il-premessa (38) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

3.2.5.   TQABBIL

(38)

Wieħed mill-produtturi li qed jikkooperaw stqarr li l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (spejjeż BĠ&A) tan-negozjant relatat tiegħu u l-kummissjonijiet ma għandhomx jitneħħew mill-prezz tal-esportazzjoni bħala aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Il-produttur stqarr li l-ispejjeż diretti tal-bejgħ tan-negozjant relatat tagħhom diġà kienu tneħħew mill-prezz tal-esportazzjoni sabiex jaslu għal prezz fuq bażi ex-works biex jitqabbel mal-valur normali fuq l-istess bażi.

(39)

Il-produttur argumenta li n-negozjant relatat tagħhom kien kumpanija sussidjarja posseduta kollha u, fid-dawl tal-istrateġija ta’ distribuzzjoni tal-qligħ mill-esportazzjoni fi ħdan il-grupp, ma talabx kummissjoni. Barra minn hekk, skont il-kumpanija, l-ispejjeż BĠ&A li kien fadal kienu jirrappreżentaw l-ispejjeż ikkombinati tat-tħaddim tal-kumpanija u ma kinux spejjeż relatati direttament mal-bejgħ u għalhekk ma għandhomx jitneħħew mill-prezz tal-esportazzjoni.

(40)

L-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku jiddikjara li l-kummissjonijiet għandhom jitqiesu li jinkludu l-gwadann li jaqla’ negozjant jekk il-funzjonijiet ta’ tali negozjant ikunu simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Għalhekk huwa irrilevanti jekk tħallsitx kummissjoni jew le. Li huwa rilevanti huwa jekk in-negozjant reġax biegħ l-oġġetti bi gwadann u jekk il-funzjonijiet tan-negozjant kinux simili għal dawk ta’ aġent.

(41)

L-evidenza bil-miktub, miksuba qabel u waqt l-ispezzjoni tal-kumpanija kummerċjali, turi li n-negozjant matul il-PI biegħ l-aċidu ossaliku prodott mill-produttur relatat lil klijent fl-UE. Fl-istess ħin, il-produttur kien ukoll qed jesporta direttament lill-istess klijent fl-UE. In-negozjant relatat għalhekk irdoppja l-isforz tal-produttur b’persunal differenti f’uffiċċju differenti f’belt differenti, u b’hekk ġarrab l-ispejjeż tiegħu stess li huma riflessi fil-prezz tal-esportazzjoni tagħhom.

(42)

Huwa wkoll ċar mill-evidenza bil-miktub li l-kumpanija kummerċjali xtrat l-oġġetti esportati mill-produttur esportatur relatat, u reġgħet bigħithom, bi gwadann, f’isimha stess, wara li kienet ikkonkludiet negozjati dwar il-prezz mal-klijent indipendenti finali.

(43)

Inġabret ukoll evidenza fir-rigward tal-kumpanija kummerċjali li twettaq il-funzjonijiet ta’ aġent. Din l-evidenza l-ewwel nett turi li l-produttur biegħ volumi sinifikanti tal-prodott ikkonċernat direttament lill-UE kif ukoll esporta lejn l-UE permezz tal-kumpanija kummerċjali tagħhom. Terz biss tal-bejgħ lill-UE sar permezz ta’ din il-kumpanija relatata. In-negozjant reġa’ biegħ l-aċidu ossaliku minn produtturi mhux relatati oħrajn. L-evidenza bil-miktub turi li aktar minn nofs ix-xiri ta’ aċidu ossaliku tan-negozjant sar mingħand fornituri mhux relatati u inqas minn nofs tax-xiri tagħhom ġie mill-produttur relatat tagħhom.

(44)

In-negozjant għalhekk seta’ ma jitqiesx bħala d-dipartiment intern tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-esportatur produttur minkejja r-relazzjoni tiegħu mal-produttur esportatur.

(45)

Huwa wkoll ċar mill-evidenza mressqa u vverifikata li n-negozjant iħallas biss għall-oġġetti pprovduti mill-produttur esportatur relatat ladarba l-klijent fl-UE jkun ħallas lin-negozjant. Ir-riskju finanzjarju għalhekk jibqa’ tal-produttur u mhux tan-negozjant.

(46)

Għalhekk, tqies li n-negozjant kien qed iwettaq funzjonijiet li huma simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Għaldaqstant, it-talba li ma għandu jsir l-ebda aġġustament għall-kummissjoni skont l-Artikolu 2(10)(i) hija rrifjutata.

(47)

It-talba li ma għandhomx jitqiesu l-ispejjeż BĠ&A billi ma jinkludux l-ispejjeż tal-bejgħ dirett ukoll ma tistax tiġi aċċettata. Tali spejjeż ġenerali għandhom impatt fuq l-istruttura tal-ispejjeż tal-kumpanija u għalhekk jaffettwaw il-prezz tal-esportazzjoni. Għalhekk, proporzjon ta’ dawn l-ispejjeż tneħħa mill-prezz tal-esportazzjoni sabiex ikun jista’ jsir tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ex-works. Din it-talba ġiet irrifjutata.

(48)

Il-kummissjoni ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-marġni tal-qligħ ta’ importatur tal-UE mhux relatat milli fuq il-gwadann reali tan-negozjant, li kienet ħafna ogħla. Din il-metodoloġija tqieset aktar xierqa billi l-gwadann reali kien ikun ibbażat fuq il-prezzijiet ta’ trasferiment interni li ma jirriflettux il-kundizzjonijiet reali tas-suq.

(49)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tat-tqabbil tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi minn (39) sa (44) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.2.6.   MARĠNIJIET TA’ DUMPING

Għall-produtturi esportaturi li qed jikkooperaw

(50)

Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi stqarr li l-marġnijiet ta’ dumping individwali għandhom jiġu stabbiliti b’mod separat għall-aċidu ossaliku mhux raffinat u dak raffinat. Huma argumentaw li għalkemm il-marġnijiet tad-dumping kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-valur normali tal-medja peżata mal-prezz medju tal-esportazzjoni peżat tal-prodott ikkonċernat skont it-tip, ġie stabbilit marġni ta’ dumping wieħed komuni għaż-żewġ tipi ta’ aċidu ossaliku. Huma stqarrew li kien ikun aktar xieraq jekk jiġi stabbilit marġni ta’ dumping għal kull tip ta’ aċidu ossaliku billi l-grupp jikkonsisti f’żewġ kumpaniji ta’ produzzjoni fejn waħda minnhom tipproduċi l-aċidu ossaliku raffinat filwaqt li l-oħra tipproduċi l-aċidu ossaliku mhux raffinat.

(51)

L-aċidu ossaliku mhux raffinat jista’ jiġi sostitwit b’aċidu ossaliku raffinat. Iż-żewġ tipi ta’ aċidu ossaliku huma inklużi fl-istess kodiċi NM u t-tipi differenti ma jistgħux jintgħarfu faċilment minn xulxin. Il-purità tal-aċidu ossaliku hija l-istess, id-differenza hija fil-livelli ta’ prodotti oħra fil-prodott ta’ “skart” li jifdal. Billi t-tnejn jidħlu fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, ġie stabbilit marġni ta’ dumping wieħed b’mod konformi mal-prassi normali. Minħabba d-differenza sinifikanti fil-prezz bejn iż-żewġ tipi u d-diffikultajiet involuti biex jintgħarfu minn xulxin, marġnijiet ta’ dumping individwali għall-aċidu ossaliku raffinat u dak mhux raffinat jistgħu jwasslu għal aktar riskju ta’ ċirkomvenzjoni. It-talba biex ikun hemm marġnijiet ta’ dumping individwali għall-aċidu ossaliku raffinat u dak mhux raffinat hija rrifjutata u l-marġnijiet ta’ dumping, kif stabbiliti fil-premessi (45) u (46) tar-Regolament provviżorju, huma kkonfermati.

(52)

Fl-aħħar nett, l-istess grupp ta’ produtturi esportaturi kellu dubji dwar il-marġnijiet ta’ dumping differenti stabbiliti għaż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi mir-RPĊ u talab kjarifikazzjoni dwar il-metodoloġija tal-kalkolu u l-klassifikazzjoni tal-aċidu ossaliku raffinat u dak mhux raffinat, minħabba d-differenza fil-marġnijiet ta’ dumping li nstabet bejn iż-żewġ gruppi ta’ esportaturi.

(53)

Intużat l-istess metodoloġija fir-rigward taż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi mir-RPĊ u l-medja peżata tal-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat tinkludi kemm l-aċidu ossaliku raffinat kif ukoll dak mhux raffinat. L-ispjegazzjoni għall-marġnijiet ta’ dumping differenti għalhekk sempliċement hija bbażata fuq il-piż relattiv tal-esportazzjonijiet tat-tipi rispettivi, meta wieħed iqis li l-aċidu ossaliku raffinat normalment jinbiegħ bi prezz ogħla minn dak tal-aċidu ossaliku mhux raffinat.

(54)

Il-marġnijiet ta’ dumping definittivi, espressi bћala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Kumpanija

Marġni ta’ dumping definittiv

Shandong Fengyuan Chemicals Stock Co., Ltd u Shandong Fengyuan Uranus Advanced material Co., Ltd

37,7  %

Yuanping Changyuan Chemicals Co., Ltd

14,6  %

Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha li mhux qed jikkooperaw

(55)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-marġnijiet ta’ dumping, il-premessi (47) u (48) tar-Regolament provviżorju huma b’dan kkonfermati.

(56)

Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu qed jiġi stabbilit definittivament għal 52,2 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, u l-premessa (49) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

4.   ĦSARA

4.1.   PRODUZZJONI TAL-UNJONI U L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(57)

Produttur esportatur indika li r-referenza għal żewġ produtturi tal-Unjoni li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fil-premessi (50) u (51) tar-Regolament provviżorju (il-kwerelant u produttur ieħor li mhux qed jikkoopera), ma rriflettewx tajjeb is-sitwazzjoni fir-rigward tal-indikaturi makro ekonomiċi. Kien argumentat li d-dejta fir-rigward tal-produttur li mhux qed jikkoopera kif ukoll id-dejta minn produttur ieħor tal-Unjoni li waqqaf il-produzzjoni tiegħu tal-aċidu ossaliku ma għandhiex tiġi inkluża f’xi makro indikaturi (ara l-premessi (72), (74) u (78) tar-Regolament provviżorju). L-ewwel nett, huwa b’dan ikkonfermat li bil-kontra ta’ dak li ntqal fil-premessi (50) u (51) tar-Regolament provviżorju, fil-fatt hemm tliet produtturi tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. It-tieni nett, il-pretensjoni li ċ-ċifri relatati mal-produttur li ma kkooperax u t-tielet produttur tal-Unjoni li waqqaf l-operazzjoni tiegħu fl-2008 ma għandhomx jitqiesu hija rrifjutata, għaliex huwa korrett li jiġu inklużi ċ-ċifri magħrufa kollha relatati mal-perjodu kkunsidrat għall-iskop tal-anliżi tal-ħsara sabiex tinkiseb r-rappreżentazzjoni l-aktar infurmata tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kif preskritt fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(58)

L-istess produttur esportatur argumenta wkoll li r-raġunijiet li għalihom dan it-tielet produttur waqqaf il-produzzjoni tiegħu tal-prodott simili ma kinux eżaminati sewwa matul l-investigazzjoni. Madankollu, din il-kwistjoni ġiet eżaminata matul l-investigazzjoni u l-kumpanija sempliċement semmiet il-fatt li kienet waqqfet il-produzzjoni tal-prodott simili għal “raġunijiet interni” mingħajr ma tat spjegazzjonijiet oħra. Barra minn hekk, produttur esportatur wieħed qabel ma din l-ispjegazzjoni u stqarr li d-deċiżjoni li titwaqqaf il-produzzjoni ma kinitx dovuta għall-prattiki ta’ dumping allegati minn produtturi esportaturi fiċ-Ċina, u b’hekk ikkontradixxa l-informazzjoni li ngħatat mill-kwerelant fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, li fih hemm iddikjarat li “[il-kumpanija] waqqfet il-produzzjoni, darba għal dejjem, u għalqet il-fabbrika minħabba d-dumping aggressiv miċ-Ċina u l-Indja”. Madankollu, il-produttur esportatur ma pprovda l-ebda informazzjoni differenti fir-rigward taċ-ċifri tal-produzzjoni allegati relatati ma’ dan it-tielet produttur tal-Unjoni. Għalhekk, din il-kwistjoni ma tnaqqasx l-importanza tal-fatt li d-dejta relatata ma’ dak it-tielet produttur tal-UE tista’ tintuża fl-investigazzjoni attwali.

(59)

Produttur esportatur ieħor argumenta li l-livell limitu minimu għal-locus standi fil-bidu ma kienx żvelat tajjeb u fil-fatt ma ġiex issodisfat. Kif imsemmi fil-premessa (2) tar-Regolament provviżorju, il-kwerelant irrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-aċidu ossaliku u l-ebda produttur ma oppona qabel il-bidu tal-investigazzjoni. Ġiet inkluża nota ta’ informazzjoni fil-fajl mhux kunfidenzjali li tiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-eżami tal-locus standi fl-istadju tal-bidu. Barra minn hekk, l-analiżi tal-ħsara li saret skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku kopriet proporzjon kbir tal-Industrija tal-Unjoni.

(60)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar id-definizzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni, il-premessi (50) u (51) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati iżda soġġetti għall-kjarifika fil-premessa (57) hawn fuq.

4.2.   DETERMINAZZJONI TAS-SUQ RILEVANTI TAL-UNJONI

(61)

Produttur esportatur wieħed qal li l-użu ristrett tal-aċidu ossaliku ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta’ xi indikaturi tal-ħsara u fi kwalunkwe każ l-istess approċċ konsistenti għandu jiġi applikat għall-indikaturi tal-ħsara kollha. Madankollu, is-separazzjoni li saret bejn is-suq magħluq u s-suq liberu ġiet spjegata fil-premessi (52), (53) u (55) tar-Regolament provviżorju u b’mod konformi mar-Regolament bażiku, iċ-ċentru tal-analiżi kien l-aktar fuq is-suq liberu, anke jekk, kemm l-użu fis-suq liberu kif ukoll dak fis-suq magħluq kienu inklużi għad-determinazzjoni ta’ xi indikaturi tal-ħsara kif indikat fil-premessa (55). Fil-fatt, xi indikaturi tal-ħsara jistgħu biss jiġu eżaminati fir-rigward tal-użu tal-prodott simili fis-suq liberu billi, minħabba n-natura nnifisha tal-bejgħ ristrett, tali indikaturi jistgħu jiġu mfixkla mir-relazzjoni bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. Għalhekk, it-talba hija rrifjutata.

(62)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar id-determinazzjoni tas-suq tal-Unjoni rilevanti, il-premessi minn (52) sa (55) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.3.   KONSUM TAL-UNJONI

(63)

Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor dwar il-konsum tal-Unjoni, il-premessi minn (56) sa (58) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.   IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻI KKONĊERNATI

5.1.   VALUTAZZJONI KUMULATTIVA TAL-EFFETTI TAL-IMPORTAZZJONIJIET IKKONĊERNATI

(64)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati, il-premessi minn (59) sa (62) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati..

5.2.   VOLUM U SEHEM TAS-SUQ TA’ IMPORTAZZJONIJIET LI HUMA L-OĠĠETT TA’ DUMPING MILL-PAJJIŻI KKONĊERNATI

(65)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-volum u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi ikkonċernati, il-premessi (63) u (64) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.3.   PREZZ TAL-IMPORTAZZJONIJIET LI HUMA L-OĠĠETT TA’ DUMPING U T-TWAQQIGĦ TAL-PREZZIJIET

(66)

Kif imsemmi fil-premessa (144) tar-Regolament provviżorju, fil-kalkolu tal-marġni tal-ħsara, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ u fl-Indja ġew aġġustati kif xieraq għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji. Produttur esportatur wieħed argumenta madankollu li l-Kummissjoni naqset milli tinkludi b’mod sħiħ konċessjoni ta’ 6,5 % li tikkorrispondi għad-dazju normali fil-kalkolu tal-marġni tal-ħsara. Din id-dikjarazzjoni nstabet li hija ġġustifikata u l-kalkoli tal-marġnijiet tal-ħsara ġew korretti kif xieraq għal dan il-produttur esportatur, kif ukoll għall-produtturi esportaturi li qed jikkooperaw. Madankollu, dan ma kellu l-ebda impatt fuq il-miżuri definittivi proposti kif indikat fil-premessa (87) hawn taħt.

(67)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u t-twaqqigħ tal-prezz, il-premessi minn (65) sa (68) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.   SITWAZZJONI EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(68)

Kif imsemmi fil-premessa (57) hawn fuq, produttur esportatur stqarr li ċ-ċifri relatati ma’ produttur tal-Unjoni ieħor li waqqaf il-produzzjoni tal-aċidu ossaliku fl-2008 ma kellhomx jiġu inklużi f’xi makro indikaturi (ara l-premessi (72), (74) u (78) tar-Regolament provviżorju). Madankollu, fil-fatt hemm tliet produtturi tal-prodott simili fl-Unjoni li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat, anke jekk produttur wieħed waqaf jipproduċi l-aċidu ossaliku qabel il-PI. It-talba li ċ-ċifri relatati mat-tielet produttur tal-Unjoni li waqaf jaħdem fl-2008 ma għandhomx jitqiesu hija rrifjutata, billi huwa korrett li jiġu inklużi ċ-ċifri tal-produzzjoni kollha relatati mal-perjodu kkunsidrat biex tiġi determinata s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(69)

L-istess produttur esportatur argumenta li minkejja l-iżball allegat imsemmi fil-premessa (66) hawn fuq, iċ-ċifri relatati mal-għadd ta’ impjegati, is-salarji totali fis-sena u l-ispejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat fit-Tabella 6 tar-Regolament provviżorju ma qablux. Madankollu, l-produttur esportatur ma rreferiex għaċ-ċifra t-tajba meta stqarr li s-salarji medji żdiedu b’21 %, fil-fatt, iċ-ċifra t-tajba hija 19 %.

(70)

Fir-rigward tal-kriżi ekonomika, il-premessi minn (95) sa (97) tar-Regolament provviżorju juru b’mod ċar li s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kompla jiżdied minkejja t-tnaqqis fil-konsum u dan kellu impatt negattiv fuq indikaturi tal-ħsara varji bħall-volumi tal-bejgħ, l-impjiegi, il-kapaċità tal-produzzjoni u s-sehem fis-suq.

(71)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-premessi minn (69) sa (94) tar-Regolament provviżorju, dawn il-premessi huma b’dan ikkonfermati.

7.   KONKLUŻJONI DWAR IL-ĦSARA

(72)

Produttur esportatur argumenta li bil-kontra għas-sejbiet provviżorji, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali. Ġie ddikjarat li, b’mod ġenerali, ix-xejriet negattivi fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni kienu kkawżati mill-effetti tal-kriżi ekonomika fl-2008 u l-inklużijoni żbaljata tal-informazzjoni relatata mat-tielet produttur tal-Unjoni li kien waqqaf il-produzzjoni tiegħu fl-2008, li kkontribwixxew għal rappreżentazzjoni żbaljata tas-sitwazzjoni tal-ħsara. Madankollu, kif imsemmi hawn fuq, l-inklużjoni tat-tielet produttur tqieset bħala korretta u s-sehem tas-suq tal-pajjiżi kkonċernati kompla jiżdied minkejja l-kriżi.

(73)

Għalhekk, il-premessi minn (94) sa (98) tar-Regolament provviżorju li jikkonkludu li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, huma b’dan ikkonfermati.

8.   KAWŻALITÀ

(74)

Produttur esportatur stqarr li l-inklużjoni ta’ dejta relatata ma’ produttur ieħor tal-Unjoni li waqqaf il-produzzjoni tiegħu ta’ aċidu ossaliku fl-2008 kienet qed tfixkel il-konklużjonijiet provviżorji fir-rigward tal-analiżi tar-rabta ta’ kawżalità, li għandha tkun ibbażata fuq il-produtturi attwali biss. B’mod simili għall-analiżi tal-ħsara hawn fuq, instab li bil-kontra, jekk ma jiġix inkluż dan il-produttur terz, il-konklużjonijiet fir-rigward tal-prodott simili jistgħu jiġu mfixkla. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (57) hawn fuq, id-dejta rilevanti għal din il-kumpanija għandha wkoll tiġi inkluża fl-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk din it-talba hija rrifjutata.

(75)

Produttur esportatur argumenta li billi l-volum tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdied fl-istess ħin meta tjiebet is-sitwazzjoni tal-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ma jistgħux ikunu l-kawża ewlenija tal-ħsara. Madankollu, dan it-titjib żgħir fir-rigward tal-profitabbiltà ma jnaqqasx il-valur tal-konklużjoni li l-profitabbiltà ġenerali baqgħet baxxa ħafna u taħt il-qligħ normali ta’ 8 %. Barra minn hekk, minkejja l-fatt li l-konsum żdied b’mod sostanzjali fl-2008 u darb’oħra matul l-PI, l-industrija tal-Unjoni tilfet 9 % tas-sehem fis-suq meta mqabbla mal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat.

(76)

Produttur esportatur ieħor argumenta li fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-industrija tal-Unjoni kisbet qligħ fil-PI li kien qrib ħafna tal-qligħ immirat ta’ 8 %. Billi l-informazzjoni fir-rigward tal-qligħ hija relatata ma’ produttur tal-Unjoni wieħed biss, il-livell preċiżi tal-qligħ ma jistgħux jiġu ppubblikati. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (88) tar-Regolament provviżorju, il-kwerelant għamel qligħ żgħir fil-PI, wara kien għamel telf fl-2009. Is-suppożizzjonijiet li l-produttur esportatur uża biex jikkonkludi li l-qligħ fil-PI kien allagatament qrib tal-qligħ immirat fil-fatt ma kinux korretti għax ma kinux jinkludu d-dejta finanzjarja u tal-produzzjoni rilevanti tal-kwerelant, li għal raġunijiet kunfidenzjali ma setgħux jiġu żvelati. Il-livell tal-qligħ tal-kwerelant ġie vverifikat sewwa, inkluż matul żjara ta’ verifika fil-post u għalhekk, l-allegazzjonijiet li l-qligħ miksub fil-PI kien qrib ħafna għall-qligħ immirat instabu li mhumiex korretti.

(77)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-kawżalità, il-premessi minn (99) sa (122) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

9.   INTERESS TAL-UNJONI

(78)

Żewġ importaturi argumentaw li l-miżuri jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ aċidu ossaliku fl-UE. Allegatament, l-industrija tal-Unjoni ma tistax tissodisfa d-domanda fl-UE għall-aċidu ossaliku.

(79)

L-investigazzjoni żvelat li matul il-PI, il-kwerelant kellu kapaċitajiet żejda. Barra minn hekk, il-kwerelant stqarr li attwalment qed iżid il-produzzjoni tiegħu, anke jekk, billi l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat hija bbażata fuq reazzjonijiet kimiċi, iż-żieda tal-użu tal-kapaċità teħtieġ iż-żmien. Madankollu, fuq il-bażi tad-dejta dwar il-konsum tal-UE u l-kapaċità totali tal-UE, jista’ jitqies li l-kwerelant huwa kapaċi li jissodisfa d-domanda totali tal-Unjoni għall-aċidu ossaliku mhux raffinat ladarba qiegħed jipproduċi kważi fl-ogħla livell ta’ kapaċità. Fir-rigward tal-aċidu ossaliku raffinat huwa mfakkar li ħafna mill-aċidu ossaliku raffinat jintuża fil-produzzjoni ta’ prodotti li mbagħad jiġu esportati, l-utenti jistgħu jaħdmu bis-sistema tal-ipproċessar attiv. Barra minn hekk, l-esportatur Ċiniż ewlieni tal-aċidu ossaliku huwa dak bid-dazju propost l-aktar baxx (14,6 %)

(80)

Minbarra dan, il-kwerelant argumenta li s-suq globali tal-aċidu ossaliku (mhux raffinat) huwa ddominat mill-produtturi Ċiniżi li qed jistabbilixxu l-livell tal-prezz għal dan il-prodott. Bħalissa, il-produtturi Ċiniżi huma aktar mħassbin dwar is-suq domestiku tagħhom u ma jistax jiġi eskluż li fin-nuqqas ta’ miżuri u l-għajbien probabbli tal-uniku produttur tal-aċidu ossaliku mhux raffinat li fadal tal-UE, l-utenti fl-UE jiffaċċjaw problemi fis-sigurtà tal-provvista possibbilment b’nuqqasijiet kroniċi u prezzijiet oligopolisitiċi.

(81)

Importatur/utent ieħor li jaħdem f’segment downstream tas-suq differenti minn dak preċedenti allega li l-eżistenza ta’ miżuri provviżorji kellha impatt negattiv fuq il-profitabbiltà tal-prodotti tiegħu stess li għalihom l-aċidu ossaliku huwa l-materja prima ewlenija, iżda ma pprovdiex dettalji addizzjonali. Il-kumpanija ġiet mistiedna tattendi seduta ta’ smigħ biex tiżviluppa aktar dan it-tħassib u tipprovdi evidenza, iżda din ma rreaġietx. Għalhekk, dawn l-allegazzjonijiet ma setgħux jiġu vverifikati.

(82)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-interess tal-Unjoni, il-premessi minn (123) sa (139) tar-Regolament provviżorju huma b’dan kkonfermati.

10.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

10.1.   LIVELL TA’ TNEĦĦIJA TAL-ĦSARA

(83)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (66) produttur esportatur wieħed argumenta li l-Kummissjoni naqset milli tinkludi konċessjoni ta’ 6,5 % li tikkorrispondi għad-dazju normali fil-kalkolu tal-marġni tal-ħsara. Din l-istqarrija nstabet li kienet parzjalment korretta billi għal xi importazzjonijiet li ġew kunsinnati lill-klijent tal-UE fuq bażi ta’ dazju mħallas, id-dazju kien ġie ssottovalutat. Għalhekk il-marġnijiet tal-ħsara ġew ikkorreġuti kif xieraq, iżda mingħajr ma kien hemm impatt sinifikanti fuq il-miżuri definittivi proposti (ara l-premessa (87) hawn taħt).

(84)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward ta’ Star Oxochem, ġie stabbilit ukoll marġni ta’ ħsara għal dan il-produttur esportatur fuq il-bażi tal-istess metodoloġija tal-kalkolu kif stabbilit fil-premessi minn (142) sa (144) tar-Regolament provviżorju.

(85)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, il-premessi minn (145) sa (148) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

10.2.   FORMA U LIVELL TAD-DAZJI

(86)

Fid-dawl tal-preċedenti u b’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju definittiv anti-dumping, fil-livell tal-marġnijiet ta’ dumping misjuba, billi għall-produtturi esportaturi kollha kkonċernati l-marġnijiet tal-ħsara nstabu li kienu ogħla mill-marġnijiet ta’ dumping.

(87)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-marġnijiet ta’ dumping u tal-ħsara stabbiliti huma kif ġej:

Isem tal-kumpanija/grupp

Marġni ta’ ħsara (%)

Marġni ta’ dumping (%)

Dazju provviżorju (%)

Dazju propost (%)

L-Indja

Punjab Chemicals u Crop Protection Limited (PCCPL)

38,9

22,8

22,8

22,8

Star Oxochem Pvt. Ltd

32,3

31,5

43,6

31,5

Il-kumpaniji l-oħra kollha

47,9

43,6

43,6

43,6

Ir-RPĊ

Shandong Fengyuan Chemicals Stock Co., Ltd u Shandong Fengyuan Uranus Advanced material Co., Ltd

53,3

37,7

37,7

37,7

Yuanping Changyuan Chemicals Co., Ltd

18,7

14,6

14,6

14,6

Il-kumpaniji l-oħra kollha

63,5

52,2

52,2

52,2

(88)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali tal-kumpanija speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma b’hekk esklużssivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u mir-RPĊ u manifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(89)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (3) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u dak għall-esportazzjoni, assoċjata ma’, per eżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament għandu wara jiġi emendat kif dovut bl-aġġornament tal-lista ta’ kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali.

(90)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mir-RPĊ u l-Indja. Huma ngħataw ukoll perjodu ta’ żmien li matulu setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara l-iżvelar finali.

(91)

Il-kummenti mibgħuta mill-partijiet interessati kienu kkunsidrati sew. L-ebda wieħed mill-kummenti ma kienu tali li jbiddlu s-sejbiet tal-investigazzjoni.

(92)

Sabiex jiġi żgurat infurzar tajjeb tad-dazju anti-dumping, il-livell tad-dazju residwu ma għandux japplika biss għall-esportaturi li ma jikkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-kumpaniji li ma kellhomx esportazzjonijiet matul il-PI. Madankollu, il-kumpaniji tal-aħħar huma mistiedna, meta jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, li jippreżentaw talba għal reviżjoni skont dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tiġi eżaminata individwalment.

10.3.   ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJI PROVVIŻORJI

(93)

Minħabba l-kobor tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni, jitqies neċessarju li l-ammonti li nġabru permezz tad-dazju proviżorju tal-anti-dumping, impost mir-Regolament proviżorju, għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji provviżorji, l-ammont garantit b’mod provviżorju li jkun ogħla mir-rata definittiva tad-dazji anti-dumping għandu jiġi rilaxxat.

11.   IMPENJI

(94)

Produttur esportatur fl-Indja u żewġ produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina offrew impenji fir-rigward tal-prezzijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(95)

F’dawn l-aħħar snin il-prodott ikkonċernat wera volatilità kunsiderevoli fil-prezzijiet u għalhekk mhuwiex xieraq għal impenn ta’ prezz fiss. Sabiex tingħeleb din il-problema, il-produttur esportatur Indjan offra klawżola ta’ indiċjar, iżda mingħajr ma jiddetermina l-prezz minimu rispettiv (MIP). F’dan ir-rigward huwa nnutat li ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda rabta diretta bejn il-flutwazzjoni tal-prezzijiet u ta’ dak tal-materja prima ewlenija, u għalhekk l-indiċjar ma jitqiesx xieraq. Barra minn hekk, il-livell ta’ kooperazzjoni ta’ din il-kumpanija matul l-investigazzjoni u l-preċiżjoni tad-dejta li pprovdiet ma kinux ideali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kinitx sodisfatta li seta’ jiġi mmonitorjat b’mod effettiv impenn minn dik il-kumpanija.

(96)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-investigazzjoni stabbilixxiet li hemm tipi differenti tal-prodott ikkonċernat li ma jintgħarfux faċilment u li għandhom differenzi konsiderevoli fil-prezzijiet. L-MIP uniku għat-tipi kollha tal-prodott offruti minn wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi għalhekk ma jeliminax l-effett ta’ ħsara tad-dumping. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi kkonċernati fir-RPĊ huma produtturi ta’ tipi differenti ta’ prodotti kimiċi oħra u jistgħu jbigħu dawn il-prodotti lil klijenti komuni fl-Unjoni Ewropea permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati. Dan joħloq riskju serju ta’ kumpens reċiproku u jagħmilha diffiċli li jiġi mmonitorjat b’mod effettiv l-impenn. L-MIPs differenti proposti mill-produttur esportatur Ċiniż l-ieħor ukoll jagħmlu l-monitoraġġ mhux prattikabbli minħabba l-kumplessità ta’ distinzjoni bejn it-tipi varji tal-prodott. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-offerti ta’ impenn ma jistgħux jiġu aċċettati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku, kemm jekk f’forma diidrata (numru CUS 0028635-1 u numru CAS 6153-56-6) jew f’forma anidrata (numru CUS 0021238-4 u numru CAS 144-62-7) u kemm jekk f’soluzzjoni milwiema jew le, li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2917 11 00 (kodiċi TARIC 2917110091) u li joriġina u mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv tal-anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji ta’ hawn taħt, għandha tkun din li ġejja:

Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-dazju anti-dumping %

Kodiċi addizzjonali TARIC

l-Indja

Punjab Chemicals u Crop Protection Limited

22,8

B230

Star Oxochem Pvt. Ltd

31,5

B270

Il-kumpaniji l-oħra kollha

43,6

B999

ir-RPĊ

Shandong Fengyuan Chemicals Stock Co., Ltd; Shandong Fengyuan Uranus Advanced Material Co., Ltd.

37,7

B231

Yuanping Changyuan Chemicals Co., Ltd

14,6

B232

Il-kumpaniji l-oħra kollha

52,2

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rata tad-dazju individwali speċifikata għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtorità doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk ma tiġi ppreżentata ebda fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazju ta’ anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1043/2011 għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti ogħla mill-ammont tad-dazji anti-dumping definittivi għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 275, 20.10.2011, p. 1

(3)  

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H, Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel,

BELGIQUE/BELGIË


ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

(1)

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li ħarġet il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li (l-volum) ta’ aċidu ossaliku li nbiegћ gћall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea u li huwa kopert b’din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

Data u firma


18.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 326/2012

tas-17 ta’ April 2012

dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” ta’ kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2011/2012 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(1), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 67(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-produtturi jista’ jkollhom kwota individwali waħda jew tnejn, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett, u li l-kwantitajiet jistgħu jinbidlu minn kwota waħda għall-oħra mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biss, fuq talba ġġustifikata b’mod xieraq min-naħa tal-produttur.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimenatazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2011 tas-16 ta’ Mejju 2011 dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” ta’ kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2010/2011 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) jistipula d-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” għall-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 għall-Istati Membri kollha.

(3)

Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (3), l-Istati Membri nnotifikaw il-kwantitajiet li tbiddlu definittivament fuq talba tal-produtturi bejn kwoti individwali għall-kunsinni u għall-bejgħ dirett.

(4)

Il-kwoti nazzjonali totali għall-Istati Membri kollha stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 (4), ġew miżjuda b’1 % b’seħħ mill-1 ta’ April 2011, minbarra għall-Italja li l-kwota tagħha kienet diġà żdiedet b’5 % b’seħħ mill-1 ta’ April 2009. L-Istati Membri, minbarra l-Italja, innotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwota addizzjonali.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita d-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2012.

(6)

Minħabba l-fatt li d-diviżjoni bejn il-bejgħ dirett u l-kunsinni tintuża bħala bażi ta’ referenza għall-kontrolli skont l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004, u għall-istabbiliment tal-kwestjonarju annwali stabbilit fl-Anness I għal dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi determinata data ta’ skadenza għal dan ir-Regolament wara l-aħħar data possibbli għal dawn il-kontrolli.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-diviżjoni, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2012, bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 129, 17.5.2011, p. 7.

(3)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1.


ANNESS

Stati Membri

Kunsinni (tunnellati)

Bejgħ dirett (tunnellati)

Il-Belġju

3 490 842,018

40 296,998

Il-Bulgarija

957 790,177

71 047,796

Ir-Repubblika Ċeka

2 861 138,931

16 171,977

Id-Danimarka

4 752 211,900

174,604

Il-Ġermanja

29 630 671,304

90 854,772

L-Estonja

672 069,563

7 203,106

L-Irlanda

5 668 140,684

2 305,582

Il-Greċja

861 075,872

1 207,000

Spanja

6 362 294,270

66 051,426

Franza

25 496 618,465

354 995,374

L-Italja

10 967 026,636

321 516,230

Ċipru

151 790,553

801,146

Il-Latvja

747 127,365

18 613,933

Il-Litwanja

1 716 083,974

75 543,299

Il-Lussemburgu

286 485,893

500,000

L-Ungerija

1 947 083,970

144 284,054

Malta

51 177,070

0,000

Il-Pajjiżi l-Baxxi

11 737 724,915

75 325,428

L-Awstrija

2 846 561,156

87 198,758

Il-Polonja

9 702 182,671

155 475,456

Il-Portugall (1)

2 039 660,805

8 084,069

Ir-Rumanija

1 515 028,445

1 697 594,315

Is-Slovenja

585 410,695

20 582,227

Is-Slovakkja

1 055 742,726

38 028,690

Il-Finlandja (2)

2 563 117,735

5 105,650

L-Isvezja

3 518 813,075

4 400,000

Ir-Renju Unit

15 436 313,929

147 162,755


(1)  Minbarra Madeira.

(2)  Il-kwota nazzjonali Finlandiża kif imsemmija fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u l-ammont totali ta’ kwota nazzjonali Finlandiża kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament, ivarjaw minħabba ż-żieda ta’ 784 683 tunnellata fil-kwota sabiex ikunu kkumpensati l-produtturi SLOM Finlandiżi skont l-Artikolu 67(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.


18.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 327/2012

tas-17 ta’ April 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 fir-rigward tal-livell limitu għad-daqs ekonomiku u l-għadd tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet fis-Slovakkja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli (2) jistabbilixxi l-livelli limiti għad-daqs ekonomiku tal-azjendi agrikoli għas-sena tal-kontabilità 2010 u s-snin tal-kontabilità sussegwenti.

(2)

It-tibdil stutturali kontinwu u fehim aħjar tal-istruttura tal-biedja fis-Slovakkja wasslu għal konklużjoni li għandu jsir tibdil fil-pjan tal-għażla tas-Slovakkja sabiex il-qasam tal-issorveljar ikopri l-parti l-iktar rilevanti tal-attività agrikola. Sabiex dan iseħħ, il-livell limitu tad-daqs ekonomiku tal-azjendi agrikoli għas-Slovakkja għandu jiżdied minn EUR 15 000 għal EUR 25 000.

(3)

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1291/2009 l-għadd totali ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għas-Slovakkja kien iffissat għal 523. Sabiex tkun garantita rapreżentattività aħjar tal-kampjun Slovakk, l-għadd ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għas-Slovakkja għandu jiżdied b’39 u jiġi ffissat għal 562 azjendi li jippreżentaw il-kontijiet.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż fl-Artikolu 2 li jirrigwarda s-Slovakkja jinbidel b’dan li ġej:

“—   is-Slovakkja: EUR 25 000”

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 14.


ANNESS

Ir-ringiela li tikkonċerna s-Slovakkja fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1291/2009 tinbidel b’dan li ġej:

“810

IS-SLOVAKKJA

562 ”


18.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 328/2012

tas-17 ta' April 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 62/2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ERA/REC/06-2011/INT tat-12 ta’ Mejju 2011.

(2)

Kull speċifikazzjoni teknika ta’ interoperabilità (“STI” - technical specification for interoperability (“TSI”)) għandha tindika l-istrateġija għall-implimentazzjoni tal-STI u l-istadji li għandhom jiġu kompletati sabiex issir tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni aħħarija fejn il-konformità mal-STIs għandha tkun in-norma. L-istrateġija biex tiġi implimentata l-STI tal-“Applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” (“TAF”) ma għandhiex tibbaża biss fuq il-konformità tas-subsistemi mal-STI iżda għandha tkun ibbażata wkoll fuq implimentazzjoni kkoordinata.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 62/2006 tat-23 ta’ Diċembru 2005 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali (2) għandu jkun allinjat mal-Kapitolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (3) fejn hu relevanti.

(4)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 62/2006, il-korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju Ewropew bagħtu Pjan Strateġiku Ewropew għall-Mobilitazzjoni (“SEDP”) lill-Kummissjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-Applikazzjonijiet Telematiċi għas-Servizz tat-Trasport tal-Merkanzija. Din il-ħidma għandha titqies bil-modifika tal-Anness A għall-Anness. L-Anness A jirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet dettaljati li jservu ta’ bażi għall-iżvilupp tas-sistema TAF. Hemm bżonn li dawn id-dokumenti jitpoġġew taħt proċess ta’ ġestjoni tat-tibdil. Permezz ta’ dan il-proċess, l-Aġenzija għandha taġġorna dawn id-dokumenti sabiex tikkjarifika x’inhi l-linja bażi għall-implimentazzjoni.

(5)

L-iskedi individwali tas-SEDP sottomessi fl-2007 huma skaduti. Għaldaqstant, l-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u s-sidien tal-vaguni għandhom, permezz tal-kumitat tat-tmexxija, jissottomettu lill-Kummissjoni l-iskedi dettaljati tagħhom li jindikaw l-istadji intermedji, ir-riżultati konkreti, u d-dati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet individwali TAF STI. Kwalunkwe diverġenza mill-iskedi tas-SEDP għandha tkun iġġustifikata kif xieraq bil-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda sabiex jillimitaw aktar dewmien. Din il-ħidma għandha tkun ibbażata fuq l-assunzjoni li t-talbiet għal tibdil ipproċessati skont it-Taqsima 7.2.2 tal-Anness ikunu vvalidati.

(6)

Jeħtieġ li d-destinatarji kollha jkunu infurmati dwar l-obbligi tagħhom f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-operaturi żgħar tal-merkanzija li mhumiex membri tal-korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju Ewropew.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikoli 4a, 4b u 4c li ġejjin għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (KE) Nru 62/2006:

“Artikolu 4a

1.   L-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u s-sidien tal-vaguni għandhom jiżviluppaw u jagħmlu użu mis-sistema kkompjuterizzata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 7 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u b’mod partikolari skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ rekwiżiti funzjonali u mal-pjan direttur imsemmi fit-Taqsima 7.1.2.

2.   L-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u s-sidien tal-vaguni, permezz tal-kumitat tat-tmexxija msemmi fit-Taqsima 7.1.4 tal-Anness, għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-13 ta’ Mejju 2012, il-pjan direttur imsemmi fit-Taqsima 7.1.2 ibbażat fuq l-iskedi dettaljati tagħhom li jindikaw l-istadji intermedji, id-dokumenti mitluba u d-dati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet individwali TAF STI.

3.   Dawn għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress tagħhom permezz tal-kumitat tat-tmexxija msemmi fit-Taqsima 7.1.4 tal-Anness wara d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 7 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4b

1.   L-Aġenzija għandha tippubblika l-pjan direttur imsemmi fit-Taqsima 7.1.2, u żżommu aġġornat.

2.   L-Aġenzija għandha taġġorna d-dokumenti msemmija fl-Anness A abbażi ta’ talbiet għal tibdil ivvalidati qabel it-13 ta’ Mejju 2012 skont il-proċess tal-ġestjoni tat-tibdil deskritt fit-Taqsima 7.2.2. L-Aġenzija għandha tissottometti rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Ottubru 2012 dwar l-aġġornament tal-Anness A li jistabbilixxi l-linja bażi għall-implimentazzjoni.

3.   L-Aġenzija għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tat-TAF bil-għan li tiddetermina jekk l-objettivi segwiti u d-dati ta’ skadenza nkisbux.

Artikolu 4c

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura, u s-sidien tal-vaguni kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu infurmati b’dan ir-Regolament, u għandhom jistabbilixxu punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-segwitu tal-implimentazzjoni tiegħu.”

Artikolu 2

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 62/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsimiet 7.1, 7.2 u 7.3 huma sostitwiti bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness A huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

(3)

Fit-Taqsima 2.3.1, fil-paragrafu li jibda “ċerti fornituri ta’ servizzi speċifiċi…”, it-test “(ara wkoll l-Anness A l-indiċi 6)” huwa mħassar.

(4)

Fit-Taqsimiet 4.2, 4.2.3.1, 4.2.4.1, 4.2.8.1, ir-referenza għall-“indiċi 1” hija sostitwita b’referenza għall-“Appendiċi F”.

(5)

Fit-Taqsima 4.2.1.1, is-sentenza

“Din id-dejta, inkluża dik addizzjonali, hija (għad-deskrizzjoni tad-dejta ara l-Anness A l-indiċi 3) mniżżla fit-tabella fl-Anness A l-indiċi 3 bl-indikazzjoni fil-filliera “Dejta fin-Nota tal-Konsenja”, kemm ta’ jekk hijiex obbligatorja jew fakultattiva, kif ukoll ta’ jekk għandhiex titwassal mill-Kunsinnatur jew tkun issupplementata mill-IFR (Impriża Ferrovjarja Responsabbli - Lead Railway Undertaking (LRU)).”

hija sostitwita bi

“Din id-dejta, inkluża dik addizzjonali, hija (għad-deskrizzjoni tad-dejta ara l-Anness A — l-Appendiċi A, B, F u l-Anness 1 għall-Appendiċi B) mniżżla fit-tabella fl-Anness A — l-Anness 1 għall-Appendiċi B bl-indikazzjoni fil-filliera “Dejta fin-Nota tal-Konsenja”, kemm ta’ jekk hijiex obbligatorja jew fakultattiva, kif ukoll ta’ jekk għandhiex titwassal mill-Kunsinnatur jew tkun issupplementata mill-IFR.”

(6)

Fit-Taqsima 4.2.1.2, is-sentenzi

“Id-dejta tal-ordnijiet tal-vaguni skont l-irwoli varji ta’ IF hija mniżżla fid-dettall fl-Anness A l-indiċi 3, indikata skont jekk hijiex obbligatorja jew fakultattiva. Il-formati dettaljati ta’ dawn il-messaġġi huma ddefiniti fl-Anness A l-indiċi 1.”

huma sostitwita bi

“Id-dejta tal-ordnijiet tal-vaguni skont l-irwoli varji ta’ IF hija mniżżla fid-dettall fl-Anness A — l-Appendiċi A u B u l-Anness 1 għall-Appendiċi B, indikata skont jekk hijiex obbligatorja jew fakultattiva. Il-formati dettaljati ta’ dawn il-messaġġi huma ddefiniti fl-Anness A l-Appendiċi F.”

(7)

Fit-Taqsima 4.2.2.1, “l-indiċi 4” huwa sostitwit bl-“Appendiċi F”, u l-“indiċi 1” huwa sostitwit bl-“Appendiċi F”.

(8)

Fit-Taqsima 4.2.11.2, “l-indiċi 2” huwa sostitwit bl-“Appendiċi D u F”.

(9)

Fit-Taqsima 4.2.11.3, “l-indiċi 2” huwa sostitwit bl-“Appendiċi A, B, F u l-Anness 1 tal-Appendiċi B”.

(10)

Fit-Taqsima 6.2, “l-indiċi 1” huwa sostitwit bl-“Appendiċi E u F”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 13, 18.1.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11.


ANNESS I

7.1.   Modalitajiet tal-Applikazzjoni tal-STI

7.1.1.   Introduzzjoni

Dan l-STI jikkonċerna s-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija”. Din is-subsistema hija funzjonali skont l-Anness II tad-Direttiva 2008/57/KE. Għaldaqstant, l-applikazzjoni ta’ din l-STI ma tiddependix fuq il-kunċett ta’ subsistema ġdida, imġedda jew aġġornata, kif huwa ta’ użanza fil-każ ta’ STI relatati mas-subsistemi strutturali, ħlief fejn huwa speċifikat fl-STI.

L-STI hija implimentata f’fażijiet:

—   l-ewwel fażi: speċifikazzjonijiet dettaljati tal-IT u l-pjan direttur;

—   it-tieni fażi: żvilupp;

—   it-tielet fażi: implimentazzjoni.

7.1.2.   L-ewwel fażi — speċifikazzjonijiet dettaljati tal-IT u l-pjan direttur

L-ispeċifikazzjonijiet tar-rekwiżiti funzjonali li għandhom jintużaw bħala bażi għall-arkitettura teknika ta’ hawn fuq waqt l-iżvilupp u l-użu tas-sistema kkompjuterizzata jinsabu fl-Appendiċi A sa F tal-Anness A.

Il-pjan direttur mandatorju mill-ħolqien sal-wasla tas-sistema kkompjuterizzata, ibbażat fuq il-Pjan Strateġiku Ewropew għall-Mobilitazzjoni (SEDP) imħejji mis-settur ferrovjajru, jinkludi l-komponenti ewlenin tal-arkitettura tas-sistema u l-identifikazzjoni tal-attivitajiet il-kbar li għandhom jiġu eżegwiti.

7.1.3.   Il-fażijiet 2 u 3 — Żvilupp u implimentazzjoni

L-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u s-sidien tal-vaguni għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema kkompjuterizzata TAF skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 7.

7.1.4.   Governanza, rwoli u responsabbiltajiet

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni għandhom jitpoġġew taħt struttura governattiva mal-atturi li ġejjin:

Il-Kumitat ta’ Tmexxija

Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkollu l-irwoli u r-responsabbiltajiet li ġejjin:

1.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jipprovdi għall-istruttura ta’ ġestjoni strateġika sabiex jiġġestixxi u jikkoordina b’mod effiċjenti l-ħidma għall-implimentazzjoni tat-TAF-STI. Dan għandu jinvolvi l-istabbiliment tal-politika, id-direzzjoni strateġika u l-prijoritizzazzjoni. Permezz ta’ dan, il-Kumitat ta’ Tmexxija jqis ukoll l-interessi ta’ impriżi żgħar, operaturi ġodda, u impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizzi speċifiċi.

2.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jissorvelja l-progress tal-implimentazzjoni. Għandu jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress milħuq ikkumparat mal-pjan direttur, minn tal-anqas erba’ darbiet fis-sena. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jieħu l-passi neċessarji biex jaġġusta l-iżvilupp ta’ hawn fuq f’każ ta’ devjazzjoni mill-pjan direttur.

3.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn

il-korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fuq livell Ewropew, kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004/KE (“il-korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju”)

l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, u

il-Kummissjoni.

4.

Dan il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun taħt il-presidenza konġunta minn (a) il-Kummissjoni u (b) persuna nnominata mill-korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija, għandha tabbozza r-regoli tal-proċedura ta’ dan il-Kumitat ta’ Tmexxija, li fuqhom għandu jaqbel il-Kumitat ta’ Tmexxija.

5.

Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija jistgħu jipproponu lill-Kumitat ta’ Tmexxija li organizzazzjonijiet oħrajn jiġu inklużi bħala osservaturi meta jkun hemm raġunijiet validi tekniċi u organizzattivi biex dan isir.

Il-Partijiet interessati

L-impriżi ferrovjarji, il-maniġers tal-infrastruttura u s-sidien tal-vaguni għandhom jistabbilixxu struttura effiċjenti ta’ governanza ta’ proġetti li tippermetti li s-sistema TAF tkun effiċjenti, żviluppata u implimentata.

Il-partijiet interessati ta’ hawn fuq għandhom:

jipprovdu l-isforzi neċessarji u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

jikkonformaw mal-prinċipji tal-aċċess għall-komponenti komuni tat-TAF STI li għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipanti kollha fis-suq fi struttura tal-ispejjeż tas-servizzi li hija unifikata, trasparenti u l-inqas possibbli;

jiżguraw li l-parteċipanti kollha fis-suq ikollhom aċċess għad-dejta kollha skambjata meħtieġa biex taqdi l-obbligi legali tagħhom u għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħhom skont ir-rekwiżiti funzjonali tat-TAF STI;

jipproteġu l-kunfidenzjalità tar-relazzjonijiet mal-klijenti;

jistabbilixxu mekkaniżmu li permezz tiegħu “dawk li jaslu tard” ikunu jistgħu jissieħbu mal-iżvilupp tat-TAF u jgawdu mill-iżviluppi miksuba mit-TAF relatati mal-komponenti komuni b’mod li huwa sodisfaċenti kemm għall-persuni interessati ta’ hawn fuq kif ukoll għall-“ġodda” b’mod partikolari bil-ħsieb ta’ qsim ġust tal-ispejjeż;

jirrappurtaw il-progress bi pjanijiet ta’ implimentazzjoni lill-Kumitat ta’ Tmexxija tat-TAF. Dan ir-rappurtaġġ jinkludi wkoll — fejn hu xieraq — devjazzjonijiet mill-pjan direttur.

Il-Korpi Rappreżentattivi

Il-Korpi Rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fuq livell Ewropew kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004/KE għandu jkollhom l-irwoli u r-responsabbiltajiet li ġejjin:

jirrappreżentaw lill-membri individwali tal-partijiet interessati tagħhom fil-Kumitat ta’ Tmexxija tat-TAF-STI;

iqajmu kuxjenza fil-membri tagħhom dwar l-obbligi tagħhom relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament preżenti;

jiżguraw aċċess attwali, komplet u f’waqtu għall-partijiet interessati kollha ta’ hawn fuq għal informazzjoni dwar l-istatus fuq il-ħidma tal-Kumitat ta’ Tmexxija u kwalunkwe gruppi oħrajn sabiex jiġu mħarsal-interessi ta’ kull rappreżentant fl-implimentazzjoni tat-TAF-STI;

jiżguraw it-tmexxija effiċjenti tal-informazzjoni mill-membri individwali tal-partijiet interessati tagħhom lill-Kumitat ta’ Tmexxija tat-TAF sabiex l-interess tal-partijiet interessati jingħata attenzjoni xierqa għal deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iżvilupp u l-użu tat-TAF;

jiżguraw it-tmexxija effiċjenti tal-informazzjoni mill-Kumitat ta’ Tmexxija tat-TAF lill-membri individwali tal-partijiet interessati tagħhom sabiex il-partijiet interessati jkunu infurmati kif jixraq fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iżvilupp u l-użu tat-TAF.

7.2.   Ġestjoni tat-Tibdil

7.2.1.   Proċess ta’ Ġestjoni tat-Tibdil

Il-proċeduri ta’ ġestjoni tat-tibdil għandhom ikunu ddisinjati sabiex jiżguraw li l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-bidla jkunu analizzati sew u li t-tibdil ikun implimentat b’mod ikkontrollat. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu ddefiniti, imqegħdin f’posthom, appoġġjati u ġestiti mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, u għandhom jinkludu:

l-identifikazzjoni tar-restrizzjonijiet tekniċi marbutin mat-tibdil;

dikjarazzjoni dwar min jerfa’ r-responsabbiltà tal-proċeduri tal-implimentazzjoni tat-tibdil;

il-proċedura għall-ivvalidar tat-tibdil li għandu jiġi implimentat;

il-politika għall-ġestjoni tat-tibdil, ir-rilaxx, il-migrazzjoni u l-implimentazzjoni;

id-definizzjoni tar-responsabbiltajiet għall-ġestjoni tal-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati u għall-kwalità tal-assigurazzjoni tagħha kif ukoll għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni.

Il-Bord ta’ Kontroll tat-Tibdil (BKT) — (Change Control Board (CCB)) għandu jkun magħmul mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, mill-korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju u mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sikurezza. Tali affiljazzjoni tal-partijiet għandha tiżgura perspettiva dwar it-tibdiliet li għandhom isiru u valutazzjoni ġenerali tal-implikazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ żżid aktar partijiet mal-BKT jekk il-parteċipazzjoni tagħhom titqies neċessarja. Il-BKT fl-aħħar mill-aħħar għandu jinġieb taħt il-kappa tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

7.2.2.   Proċess Speċifiku tal-Ġestjoni tat-Tibdil għal dokumenti elenkati fl-Anness A għal dan ir-Regolament

Il-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil għad-dokumenti elenkati fl-Anness A għal dan ir-Regolament għandha tiġi stabbilita mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea skont il-kriterji li ġejjin:

1.

It-talbiet għal tibdil li jaffettwaw id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi jew permezz tal-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sikurezza (ANS), jew permezz tal-korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fuq livell Ewropew kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004/KE, jew permezz tal-Kumitat ta’ Tmexxija tat-TAF STI. Il-Kummissjoni tista’ żżid aktar partijiet tal-preżentazzjoni jekk il-kontribuzzjoni tagħhom titqies neċessarja.

2.

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tiġbor u taħżen it-talbiet għal tibdil.

3.

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tippreżenta t-talbiet għal tibdil lill-grupp ta’ ħidma ddedikat tal-ERA, li tevalwahom u tipprepara proposta akkumpanjata minn evalwazzjoni ekonomika, fejn xieraq.

4.

Wara dan, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tippreżenta t-talba għal tibdil u l-proposta assoċjata lill-Bord ta’ Kontroll tat-Tibdil li jivvalida jew jipposponi t-talba għal bidla jew le.

5.

Jekk it-talba għal tibdil ma tiġix ivvalidata, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tibgħat lura lil min jagħmel it-talba jew ir-raġuni għaċ-ċaħda jew talba għal informazzjoni addizzjonali dwar l-abbozz tat-talba għal bidla.

6.

Id-dokument għandu jiġi emendat abbażi ta’ talbiet ivvalidati għal tibdil.

7.

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tissottometti lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni biex taġġorna l-Anness A flimkien mal-abbozz tal-verżjoni l-ġdida tad-dokument, it-talbiet għal tibdil u l-evalwazzjoni ekonomika tagħhom.

8.

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni fuq is-sit tal-Internet tagħha l-abbozz tal-verżjoni l-ġdida tad-dokument u t-talbiet għal tibdil ivvalidati.

9.

Ladarba l-aġġornament tal-Anness A jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni fuq is-sit tal-Internet tagħha il-verżjoni l-ġdida tad-dokument.

Fejn il-ġestjoni tal-kontroll ta’ tibdil taffettwa elementi li huma f’użu komuni fi ħdan it-TAP STI, it-tibdiliet għandhom isiru b’mod li jibqgħu qrib kemm jista’ jkun mat-TAP STI implimentata, sabiex jinkisbu l-aħjar sinerġiji.


ANNESS II

“ANNESS A

LISTA TA’ DOKUMENTI MEHMUŻA

Lista ta’speċifikazzjonijiet mandatarji

Nru tal-Indiċi

Referenza

Isem tad-Dokument

Verżjoni

5

ERA_FRS_TAF_A_Index_5.doc

TAF STI — L-ANNESS A.5: Figuri u Dijagrammi ta’ Sekwenza tal-Messaġġi tat-TAF STI

1.0


Appendiċi

Referenza

Isem id-Dokument

Verżjoni

A

ERA_FRS_TAF_D_2_Appendix_A.doc

TAF STI — L-ANNESS D.2: L-APPENDIĊI A (IPPJANAR TAL-VJAĠĠI TAL-ILU/TAL-VAGUNI)

1.0

B

ERA_FRS_TAF_D_2_Appendix_B.doc

TAF STI — L-ANNESS D.2: L-APPENDIĊI B - BAŻI TA’ DEJTA OPERATTIVA TA’ VAGUNI U UNITÀ INTERMODALI (WIMO)

1.0

B — l-Anness 1

ERA_FRS_TAF_D_2_Appendix_B_Annex_1.doc

TAF STI — L-ANNESS D.2: L-APPENDIĊI B - BAŻI TA’ DEJTA OPERATTIVA TA’ VAGUNI U UNITÀ INTERMODALI (WIMO) — L-ANNESS 1: DEJTA WIMO

1.0

C

ERA_FRS_TAF_D_2_Appendix_C.doc

TAF TSI — L-ANNESS D.2: L-APPENDIĊI C — FAJLS TA’ REFERENZA

1.0

D

ERA_FRS_TAF_D_2_Appendix_D.doc

TAF STI — L-ANNESS D.2: L-APPENDIĊI D — DEJTA TA’ NOTIFIKA TAR-RESTRIZZJONI FL-INFRASTRUTTURA

1.0

E

ERA_FRS_TAF_D_2_Appendix_E.doc

TAF STI — l-Anness D.2: l-Appendiċi E — Interface Komuni

1.0

F

ERA_FRS_TAF_D_2_Appendix_F.doc

TAF STI — L-ANNESS D.2: L-APPENDIĊI F — MUDELL TAD-DEJTA U TAL-MESSAĠĠI TAT-TAF STI

1.0”


18.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 329/2012

tas-17 ta’ April 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

45,5

TN

105,7

TR

108,2

ZZ

86,5

0707 00 05

TR

130,0

ZZ

130,0

0709 93 10

MA

91,2

TR

149,7

ZZ

120,5

0805 10 20

EG

54,3

IL

71,0

MA

49,9

TN

54,8

TR

61,6

ZA

34,5

ZZ

54,4

0805 50 10

EG

34,3

TR

45,5

ZZ

39,9

0808 10 80

AR

76,6

BR

84,7

CA

128,3

CL

97,3

CN

107,9

MK

31,8

NZ

137,2

US

167,2

UY

72,9

ZA

101,2

ZZ

100,5

0808 30 90

AR

104,0

CL

118,2

CN

88,4

US

107,0

ZA

115,5

ZZ

106,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

18.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ April 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2377)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/197/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

In-nota (15) tar-rimarki speċjali fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tirreferi għall-validità tal-approvazzjoni provviżorja għal post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Marseille Port sa ma jaslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet għat-titjib ta’ dawk il-faċilitajiet biex jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-approvazzjoni provviżorja kienet valida sal-31 ta’ Lulju 2011. Franza infurmat lill-Kummissjoni li minħabba xi dewmien, it-titjib tal-faċilitajiet mhux se jitlesta qabel l-1 ta’ Lulju 2012. Għaldaqstant huwa xieraq li l-approvazzjoni provviżorja tiġi estiża sa dik id-data għall-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Marseille Port. In-nota (15) tar-rimarki speċjali fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq. Għall-finijiet ta’ ċertezza legali, dik l-emenda għandha tapplika retroattivament.

(3)

Wara komunikazzjoni mill-Belġju, iċ-ċentru ta’ spezzjoni “Kaai 650” fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Antwerp għandu jitħassar mil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(4)

Is-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni (l-Uffiċju Alimentari u Veterinarju, FVP), wettaq verifika fil-Bulgarija, u wara ressaq għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija qalet li l-approvazzjoni ta’ post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fit-triq Kapitan Andreevo għandha tiġi emendata biex jiġu kkunsidrati dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata kif xieraq fil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(5)

L-FVO wettaq verifika fil-Greċja, u wara ressaq għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lil dak l-Istat Membru. Il-Greċja qalet li l-approvazzjoni għall-kategorija “ekwidi” fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fit-triq ta’ Peplos għandha tiġi sospiża temporanjament biex jiġu kkunsidrati dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata kif xieraq fil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(6)

Wara komunikazzjoni minn Spanja, l-approvazzjoni tal-kategoriji “ekwidi” u “ungulati” fiċ-ċentru ta’ spezzjoni “Flightcare” fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Madrid għandha titħassar. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata kif xieraq fil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istati Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(7)

L-Italja qalet li l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-ajruport ta’ Brescia Montichiari għandu jitħassar mil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru u li l-isem ta’ ċentru ta’ spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport Roma-Fiumicino għandu jinbidel. Barra minn hekk, l-Italja talbet is-sospensjoni temporanja ta’ sitt postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u s-sospensjoni temporanja tal-approvazzjoni għall-kategoriji “ekwidi” u “ungulati” fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-port ta’ La Spezia. L-Italja talbet ukoll is-sospensjoni temporanja tal-awtorizzazzjoni għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ippakkjati, u għal prodotti li joriġinaw mill-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, iffriżati, imkessħin, flimkien mat-tħassir tal-approvazzjoni għall-kategorija “annimali oħrajn (inklużi l-annimali taż-żoo)” fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-ajruport ta’ Milano-Linate. Għaldaqstant il-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-Pajjiżi l-Baxxi kkomunikaw li l-isem ta’ wieħed miċ-ċentri ta’ spezzjoni fi ħdan il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera ta’ Rotterdam inbidel. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata kif xieraq fil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(9)

Wara komunikazzjoni mir-Rumanija, l-approvazzjoni għall-kategorija “annimali ħajjin” f’ċentru wieħed ta’ spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-Ajurport ta’ Bucharest Henri Coandă għandha tiġi sospiża. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata kif xieraq fil-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(10)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, l-unitajiet reġjonali u l-unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(11)

Wara komunikazzjonijiet mill-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, l-Ungerija u l-Awstrija, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawk l-Istati Membri, stipulata fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(12)

Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-emenda stabbilita f’punt (1)(a) tal-Anness għandha tapplika mill-1 ta’ Awwissu 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

in-nota (15) tar-rimarki speċjali tinbidel b’dan li ġej:

“(15)

=

Това одобрение важи единствено до 1 юли 2012 г. – Toto schválení platí pouze do 1.7.2012. – Denne godkendelse gælder kun indtil den 1. juli 2012. – Diese Genehmigung gilt nur bis zum 1. Juli 2012. – See heakskiit kehtib ainult 1. juulini 2012. – Η έγκριση αυτή ισχύει μόνο μέχρι την 1η Ιουλίου 2012. – This approval is valid only until 1.7.2012. – Esta autorización únicamente es válida hasta el 1/7/2012. – Cette autorisation n’est valable que jusqu’au 1er juillet 2012. – La presente autorizzazione è valida soltanto fino al 1.7.2012. – Šis apstiprinājums ir spēkā tikai līdz 2012. gada 1. jūlijam. – Šis patvirtinimas galioja tik iki 2012 m. liepos 1 d. – A jóváhagyás 2012. július 1-ig érvényes. – Din l-approvazzjoni hija valida biss sal-1/7/2012. – Deze goedkeuring is slechts geldig tot en met 1 juli 2012. – Niniejsze zatwierdzenie jest ważne do 1/7/2012. – Esta aprovação só é válida até 1 de julho de 2012. – Această aprobare este valabilă numai până la 1 iulie 2012. – Ta odobritev velja samo do 1. julija 2012. – Toto schválenie je platné len do 1. júla 2012. – Tämä hyväksyntä on voimassa ainoastaan 1.7.2012 saakka. – Detta godkännande är bara giltigt till den 1 juli 2012.”

(b)

fil-parti li tikkonċerna l-Belġju, l-annotazzjoni għall-port ta’ Antwerp tinbidel b’dan li ġej:

“Antwerpen

Anvers

BE ANR 1

P

GIP LO

HC(2), NHC

 

 

Afrulog

HC(2), NHC”

 

(c)

fil-parti li tikkonċerna l-Bulgarija, l-annotazzjoni għat-triq Kapitan Andreevo tinbidel b’dan li ġej:

“Kapitan Andreevo

BG KAN 3

R

 

HC(2), NHC-NT

U, E, O”

(d)

fil-parti li tikkonċerna l-Greċja, l-annotazzjoni għat-triq Peplos tinbidel b’dan li ġej:

“Peplos

GR PEP 3

R

 

HC(2), NHC-NT

E(*)”

(e)

fil-parti li tikkonċerna lil Spanja, l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Madrid tinbidel b’dan li ġej:

“Madrid

ES MAD 4

A

Iberia

HC(2), NHC(2)

U, E, O

Flightcare

HC(2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

O

PER4

HC-T(CH)(2)

 

WFS: World Wide Flight Services

HC(2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT

O”

(f)

il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Ancona tinbidel b’dan li ġej:

“Ancona(*)

IT AOI 4

A

 

HC(*), NHC(*)”

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Brescia Montichiari hija mħassra

(iii)

l-annotazzjoni għall-port ta’ Brindisi tinbidel b’dan li ġej:

“Brindisi(*)

IT BDS 1

P

 

HC(*)”

 

(iv)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Ġenova tinbidel b’dan li ġej:

“Genova(*)

IT GOA 4

A

 

HC(2)(*), NHC(2)(*)

O(*)”

(v)

l-annotazzjoni għall-port ta’ La Spezia tinbidel b’dan li ġej:

“La Spezia

IT SPE 1

P

 

HC, NHC

U(*), E(*)”

(vi)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Milano-Linate tinbidel b’dan li ġej:

“Milano–Linate

IT LIN 4

A

 

HC(2)(*), NHC-T(2)(*), NHC-NT”

 

(vii)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Napli tinbidel b’dan li ġej:

“Napoli(*)

IT NAP 4

A

 

HC(*), NHC-NT(*)”

 

(viii)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Ruma-Fiumicino tinbidel b’dan li ġej:

“Roma-Fiumicino

IT FCO 4

A

Nuova Alitalia

HC(2), NHC-NT(2)

O(14)

FLE

HC, NHC

 

Isola Veterinaria ADR

 

U, E, O”

(ix)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Turin-Caselle tinbidel b’dan li ġej:

“Torino-Caselle(*)

IT CTI 4

A

 

HC(2)(*), NHC-NT(2)(*)”

 

(x)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Verona tinbidel b’dan li ġej:

“Verona(*)

IT VRN 4

A

 

HC(2)(*), NHC(2)(*)”

 

(g)

fil-parti li tikkonċerna lill-Pajjiżi l-Baxxi, l-annotazzjoni għall-port ta’ Rotterdam tinbidel b’dan li ġej:

“Rotterdam

NL RTM 1

P

Eurofrigo Karimatastraat

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Eurofrigo, Abel Tasmanstraat

HC

 

Frigocare Rotterdam B.V.

HC-T(2)

 

Coldstore Wibaco B.V.

HC-T(FR)(2), HC-NT(2)”

 

(h)

fil-parti li tikkonċerna lir-Rumanija, l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Henri Coandă Airport tinbidel b’dan li ġej:

“Bucharest Henri Coandă

RO OTP 4

A

IC 1

HC-NT(2), HC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

 

IC 2(*)

 

E(*), O(*)”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali “DE03013 BAD DOBERAN” u u “DE09413 DEMMIN” jinbidlu b’dan li ġej:

“DE17413

ROSTOCK

DE29213

MECKLENBURGISCHE SEENPLATTE”

(ii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE25713 LUDWIGSLUST” tinbidel b’dan li ġej:

“DE33113

LUDWIGSLUST-PARCHIM”

(iii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE16913 NORDVORPOMMERN” tinbidel b’dan li ġej:

“DE42513

VORPOMMERN-RÜGEN”

(iv)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE01513 OSTVORPOMMERN-UND, HANSESTADT” tinbidel b’dan li ġej:

“DE01513

VORPOMMERN-GREIFSWALD”

(v)

l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unità reġjonali “DE00013 MECKLENBURG-VORPOMMERN” huma mħassra:

“DE17413

GÜSTROW”

“DE30213

MECKLENBURG STRELITZ”

“DE44913

MÜRITZ”

“DE29213

NEUBRANDENBURG STADT”

“DE33113

PARCHIM”

“DE04913

RÜGEN”

“DE42513

STRALSUND HANSESTADT”

“DE33213

UECKER-RANDOW”

(vi)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE40903 SOLTAU FALLINGBOSTEL LANDKREIS” tinbidel b’dan li ġej:

“DE40903

HEIDEKREIS, LANDKREIS”

(vii)

l-annotazzjonijiet għall-unita’ reġjonali “DE00014 SACHSEN” jinbidlu b’dan li ġej:

“DE02514

ERZGEBIRGSKREIS

DE04414

BAUTZEN, LANDKREIS

DE07814

CHEMNITZ STADT

DE15814

ZWICKAU, LANDKREIS

DE09214

NORDSACHSEN, LANDKREIS

DE10514

DRESDEN LANDESHAUPTSTADT

DE24314

LEIPZIG STADT

DE24414

LEIPZIG LANDKREIS

DE48414

GÖRLITZ, LANDKREIS

DE27414

MEISSEN, LANDKREIS

DE17714

MITTELSACHSEN, LANDKREIS

DE02614

VOGTLANDKREIS

DE10014

Sächsische Schweiz-Osterzgebirge, Landkreis”

(b)

fil-parti li tikkonċerna lill-Estonja, l-annotazzjoni għall-unità lokali “EE00300 EDISE” tinbidel b’dan li ġej:

“EE00300

IDA-VIRUMAA”.

(ċ)

fil-parti li tikkonċerna lill-Irlanda, l-unitajiet lokali kollha jinbidlu b’dan li ġej:

“IE00200

CAVAN TOWN

IE00400

CORK CITY

IE10400

CLONAKILTY

IE00500

RAPHOE

IE00700

GALWAY CITY

IE00800

TRALEE

IE00900

NAAS

IE11200

DRUMSHANBO

IE01300

LIMERICK CITY

IE01600

CASTLEBAR

IE01700

NAVAN

IE01900

TULLAMORE

IE02000

ROSCOMMON TOWN

IE12100

TIPPERARY TOWN

IE02300

WATERFORD CITY

IE02500

ENNISCORTHY

IE10900

ROSSLARE”

(d)

il-parti li tikkonċerna lill-Ungerija hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-unità ċentrali “HU00000 IL-MINISTERU TAL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI, IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI U D-DIPARTIMENT TAL-KONTROLL TAL-IKEL” hija mibdula b’dan li ġej:

“HU00000

IL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP RURALI”

(ii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “HU00100 BUDAPEST” tinbidel b’dan li ġej:

“HU00100

PEST”

(iii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali li ġejja hija mħassra:

“HU01400

GÖDÖLLŐ”

(e)

il-parti li tikkonċerna lill-Awstrija hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “AT00609 JUDENBURG” tinbidel b’dan li ġej:

“AT00609

MURTAL”

(ii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali li ġejja hija mħassra:

“AT00610

KNITTELFELD”


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/28


DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-TUNEŻIJA

tal-20 ta’ Frar 2012

li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 4 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

(2012/198/UE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 4 (1) għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim"), jippermetti, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, ir-rifużjoni tad-dazji doganali jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, jew l-eżenzjoni minnhom, sal-31 ta' Diċembru 2009.

(2)

Biex tiġi żgurata ċ-ċarezza, il-previdibbiltà ekonomika fit-tul u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-Partijiet għall-Ftehim qablu li jestendu l-perijodu ta' applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 4 għall-Ftehim bi tliet snin, b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.

(3)

Minbarra dan, ir-rati ta' ħlasijiet doganali attwalment applikabbli fit-Tuneżija għandhom jiġu aġġustati sabiex jiġu allineati ma' dawk li japplikaw fl-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-Protokoll 4 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Billi l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll 4 għall-Ftehim ma jibqax japplika wara l-31 ta' Diċembru 2009, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva huwa sostitwit b'dan li ġej:

"7.   Minkejja l-paragrafu 1, it-Tuneżija tista', ħlief għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata, tapplika arranġamenti għal rifużjoni ta', jew eżenzjoni minn, dazji doganali jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, applikabbli għal materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta' prodotti oriġinarji, soġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandha tinżamm rata ta' 4 % ta' ħlas doganali fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 25 sa 49 u 64 sa 97 tas-Sistema Armonizzata, jew kwalunkwe rata aktar baxxa li tkun fis-seħħ fit-Tuneżija;

(b)

għandha tinżamm rata ta' 8 % ta' ħlas doganali fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kapitoli 50 sa 63 tas-Sistema Armonizzata, jew kwalunkwe rata aktar baxxa li tkun fis-seħħ fit-Tuneżija.

Dan il-paragrafu għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2012 u jista' jiġi rivedut bi qbil komuni.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 260, 21.9.2006, p. 3.

(2)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.