ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.045.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 45

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
16 ta' Frar 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament Nru 116 tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar il-protezzjoni ta’ vetturi awtomotivi kontra l-użu mhux awtorizzat

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/1


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi internazzjonali pubblika. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 116 tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar il-protezzjoni ta’ vetturi awtomotivi kontra l-użu mhux awtorizzat

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 3 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: 23 ta’ Ġunju 2011

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet: Ġenerali

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.   PARTI I: APPROVAZZJONI TA’ VETTURA TAL-KATEGORIJA M1 U N1 FIR-RIGWARD TAL-APPARAT TAGĦHA LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT

5.1.

Definizzjonijiet

5.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

5.3.

Speċifikazzjonijiet partikolari

5.4.

Apparat elettromekkaniku u elettroniku li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat

6.   PARTI II: APPROVAZZJONI TA’ SISTEMI TAL-ALLARM TAL-VETTURI

6.1.

Definizzjonijiet

6.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.3.

Speċifikazzjonijiet partikolari

6.4.

Parametri tat-tħaddim u kundizzjonijiet tal-ittestjar

6.5.

Struzzjonijiet

7.   PARTI III: APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAL-ALLARM TAGĦHA

7.1.

Definizzjonijiet

7.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.3.

Speċifikazzjonijiet partikolari

7.4.

Kundizzjonijiet tal-ittestjar

7.5.

Struzzjonijiet

8.   PARTI IV: APPROVAZZJONI TA’ IMMOBILIZZATURI U APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAL-IMMOBILIZZATUR TAGĦHA

8.1.

Definizzjonijiet

8.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

8.3.

Speċifikazzjonijiet partikolari

8.4.

Parametri tat-tħaddim u kundizzjonijiet tal-ittestjar

8.5.

Struzzjonijiet

9.

Modifika tat-tip u estenzjoni tal-approvazzjoni

10.

Konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni

11.

Pieni għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

12.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

13.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

14.

Ismijiet u indirizzi ta’ dipartimenti tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni, u ta’ dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Id-Dokument ta’ informazzjoni:

Parti 1

:

skont l-Artikoli 5, 7 u 8 tar-Regolament Nru 116 relatat mal-approvazzjoni mill-KEE ta’ tip ta’ sistema ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat

Parti 2

:

skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 116 relatat mal-approvazzjoni mill-KEE ta’ tip ta’ komponent ta’ sistema tal-allarm

Parti 3

:

skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 116 relatat mal-approvazzjoni mill-KEE ta’ tip ta’ komponent ta’ sistema ta’ immobilizzatur

Anness 2 —

Komunikazzjoni dwar approvazzjoni mogħtija, estiża, miċħuda, irtirata, produzzjoni mwaqqfa għal kollox:

Parti 1

:

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat skont ir-Regolament Nru 116

Parti 2

:

ta’ tip ta’ komponent bħala sistema tal-allarm skont ir-Regolament Nru 116

Parti 3

:

tip ta’ komponent bħala immobilizzatur skont ir-Regolament Nru 116

Anness 3 —

Arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni

Anness 4 —

Parti 1

:

Proċedura tal-ittestjar li tipproduċi effetti tal-użu għal apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat u li jaġixxi fuq l-istering

Parti 2

:

Proċedura tal-ittestjar għal apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat u li jaġixxi fuq l-istering permezz ta’ apparat li jillimita t-torque

Anness 5 —

(Riżervat)

Anness 6 —

Mudell ta’ ċertifikat tal-konformità

Anness 7 —

Mudell ta’ ċertifikat tal-istallazzjoni

Anness 8 —

Test ta’ sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri

Anness 9 —

Kumpatibbiltà elettromanjetika

Anness 10 —

Speċifikazzjonijiet għal swiċċijiet mekkaniċi biċ-ċavetta

1.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.1.

PARTI I – Approvazzjoni ta’ vettura tal-Kategorija M1 u N1 (1) fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

1.2.

PARTI II – Approvazzjoni ta’ sistemi tal-allarm ta’ vettura (SAV) li huma maħsuba biex jitwaħħlu b’mod permanenti ġo vetturi tal-Kategorija M1 u dawk tal-Kategorija N1 b’massa massima ta’ mhux iktar minn żewġ tunnellati (1).

1.3.

PARTI III – Approvazzjoni ta’ vetturi tal-Kategorija M1 u dawk tal-Kategorija N1 b’massa massima ta’ mhux iktar minn żewġ tunnellati, fir-rigward tas-sistema/sistemi tal-allarm tagħhom (2).

1.4.

PARTI IV – Approvazzjoni ta’ immobilizzaturi u ta’ vetturi tal-Kategorija M1 u vetturi tal-Kategorija N1 b’massa massima ta’ mhux iktar minn żewġ tunnellati fir-rigward ta’ immobilizzaturi (2)  (1).

1.5.

It-twaħħil tal-apparat speċifikat fil-Parti I ġo vetturi ta’ kategoriji oħra huwa fakultattiv iżda kwalunkwe apparat imwaħħal bħal dan jeħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

1.6.

It-twaħħil ta’ apparat speċifikat skont il-Partijiet III u IV ġo vetturi ta’ kategoriji oħra, jew ġo vetturi tal-Kategorija N1 b’massa massima li taqbeż iż-żewġ tunnellati, huwa fakultattiv iżda kull apparat imwaħħal bħal dan jeħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

1.7.

Fuq talba tal-manifattur, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jagħtu approvazzjonijiet skont il-Partijiet minn I sa IV lill-vetturi ta’ kategoriji oħra u lill-apparat għat-twaħħil fuq dawn il-vetturi.

1.8.

Fiż-żmien tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiddikjaraw liema partijiet tar-Regolament għandhom il-ħsieb li jagħmlu obbligatorji fit-territorju tagħhom għal kull kategorija ta’ vetturi (3).

2.   DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI

2.1.

“Komponent” tfisser apparat li jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament u intenzjonat biex ikun parti minn vettura, li jista' jkun ġie approvat skont it-tip b'mod indipendenti mill-vettura fejn dan ir-regolament jagħmel dispożizzjonijiet espressi biex isir dan;

2.2.

“Unità teknika separata” tfisser apparat li jkun soġġett għal dan ir-regolament u intenzjonat li jkun parti minn vettura, li jista' jkun ġie approvat skont it-tip b'mod separat, iżda b'rabta ma’ tip wieħed jew aktar speċifikat ta’ vettura fejn dan ir-regolament jagħmel dispożizzjonijiet espressi biex isir dan;

2.3.

“Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li jkun responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u sabiex jiżgura l-konformità fil-produzzjoni mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikun direttament involut fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata li tkun is-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura jew tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

3.2.   Din għandha tkun akkumpanjata minn dokument ta’ informazzjoni stabbilit skont il-mudell li jidher fl-Anness 1, il-Parti 1, 2 jew 3 kif applikabbli, u li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tal-apparat biex ikun evitat użu mhux awtorizzat u/jew is-SAV u/jew l-immobilizzatur u l-metodu/i tal-istallazzjoni għal kull marka u tip ta’ vettura li fuqha huwa intenzjonat li jitwaħħal l-apparat protettiv u/jew is-SAV u/jew l-immobilizzatur.

3.3.   Vettura(vetturi)/komponent(komponenti) li tirrappreżenta(jirrappreżentaw) it-tip(i) li għandu/għandhom jiġi/jiġu approvat(i) għandha/għandhom tiġi/jiġu sottomessa(i) lid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jilħaq ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata.

4.2.   Numru tal-approvazzjoni għandu jiġi assenjat lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (preżentement 00, li jikkorrispondu mar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emenda teknika [ewlenija] l-iktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew komponent kif definit f’dan ir-Regolament.

4.3.   In-notifika tal-approvazzjoni jew ta’ estenzjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2, il-Parti 1, 2 jew 3 skont dan ir-Regolament.

4.4.   Għandha titwaħħal, b’mod ċar u f’post faċilment aċċessibbli speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, fuq kull vettura jew komponent li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

4.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (4), u

4.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fl-Artikolu 4.4.1, u

4.4.3.

simbolu addizzjonali:

4.4.3.1.

“A” fil-każ ta’ sistema tal-allarm (il-Parti II);

4.4.3.2.

“I” fil-każ ta’ immobilizzatur (il-Parti IV);

4.4.3.3.

“AI” fil-każ ta’ taħlita ta’ sistema tal-allarm u immobilizzatur;

4.4.3.4.

“L” fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat (il-Parti I);

4.4.3.5.

“LA” fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat (il-Parti I) flimkien ma’ sistema tal-allarm;

4.4.3.6.

“LI” fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat (il-Parti I) flimkien ma’ immobilizzatur;

4.4.3.7.

“LAI” fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat (il-Parti I) flimkien ma’ sistema tal-allarm u immobilizzatur.

4.5.   Jekk tip jikkonforma ma’ tip approvat, skont wieħed jew iktar mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fl-Artikolu 4.4.1 ma għandux jiġi ripetut; f’dan il-każ, ir-Regolament skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fl-Artikolu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.   Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin ta’ jew fuq il-plejt tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.   Fil-każ ta’ komponent approvat separatament bħala sistema tal-allarm jew immobilizzatur jew it-tnejn li huma, il-marka tal-approvazzjoni għandha titwaħħal mill-manifattur mal-element(i) ewlieni (ewlenin) tal-apparat.

4.9.   L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni.

4.10.   Bħala alternattiva għall-marka tal-approvazzjoni deskritta fl-Artikolu 4.4 msemmi qabel, ċertifikat ta’ konformità għandu jinħareġ għal kull SAV u immobilizzatur offrut għall-bejgħ.

Meta manifattur ta’ SAV u/jew ta’ immobilizzaturi jipprovdi SAV u/jew immobilizzatur approvat skont dan ir-Regolament mhux immarkat lil manifattur tal-vetturi, sabiex jitwaħħlu minn dak il-manifattur bħala tagħmir oriġinali għal mudell ta’ vettura jew firxa ta’ mudelli ta’ vetturi, il-manifattur tas-SAV u/jew tal-immobilizzatur għandu jipprovdi biżżejjed numru ta’ kopji taċ-ċertifikat ta’ konformità lill-manifattur tal-vettura, biex dak il-manifattur jikseb l-approvazzjoni tal-vettura skont il-Parti III u/jew il-Parti IV, kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament.

Jekk is-SAV jew l-immobilizzatur ikunu magħmula minn komponenti separati, il-komponent(i) ewlieni(ewlenin) tagħhom għandu jkollhom marka ta’ referenza u ċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jipprovdi lista ta’ dawn il-marki ta’ referenza.

Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità jingħata fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament.

5.   PARTI I: APPROVAZZJONI TA’ VETTURA TAL-KATEGORIJA M1 U N1 FIR-RIGWARD TAL-APPARAT TAGĦHA LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT

5.1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti I ta’ dan ir-Regolament,

5.1.1.

“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi awtomotivi li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

5.1.1.1.

l-isem tat-tip mogħti mill-manifattur,

5.1.1.2.

l-arranġament u d-disinn tal-komponent jew komponenti tal-vettura li fuqhom jaġixxi l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat,

5.1.1.3.

it-tip ta’ apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

5.1.2.

Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat tfisser sistema ddisinjata biex timpedixxi l-attivazzjoni normali mhux awtorizzata tal-magna jew sors ieħor tal-enerġija tal-magna ewlenija tal-vettura flimkien ma’ mill-inqas sistema waħda li:

(a)

tillokkja l-istering; jew

(b)

tillokkja t-trażmissjoni; jew

(c)

tillokkja l-kontroll tal-gerijiet; jew

(d)

tillokkja l-brejkijiet

Fil-każ ta’ sistema li tillokkja l-brejkijiet, id-diżattivazzjoni tal-apparat ma għandhiex awtomatikament tirrilaxxja l-brejkijiet għall-kuntrarju tal-intenzjoni tas-sewwieq.

5.1.3.

“Stering” tfisser il-kontroll tal-istering, il-kolonna tal-istering u l-aċċessorji li tkun miksija bihom, ix-xaft tal-istering, il-gearbox tal-istering u l-komponenti l-oħra kollha li jaffettwaw direttament l-effettività tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

5.1.4.

“Kombinazzjoni” tfisser waħda mill-varjazzjonijiet ta’ sistema tal-illokkjar speċifikament żviluppata u mibnija li, meta attivata kif xieraq, tippermetti t-tħaddim tas-sistema tal-illokkjar.

5.1.5.

“Ċavetta” tfisser kull apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema ta’ llokkjar li tkun iddisinjata u mibnija biex titħaddem biss minn dak l-apparat.

5.1.6.

“Kodiċi tat-tidwir” tfisser kodiċi elettronika li tikkonsisti f’diversi elementi li l-kombinazzjoni tagħhom tinbidel kif jinzerta wara kull tħaddim tal-unità ta’ trażmissjoni.

5.2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.2.1.   L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li jista' jkun hemm bżonn jintefa sabiex jippermetti li:

5.2.1.1.

il-magna titqabbad permezz tal-kontroll normali, u

5.2.1.2.

il-vettura timxi, tinsaq jew tiċċaqlaq, il quddiem bil-forza tagħha stess.

5.2.1.3.

Ir-rekwiżit tal-Artikolu 5.2.1 jista’ jintlaħaq fl-istess ħin jew qabel l-azzjonijiet deskritti fl-Artikoli 5.2.1.1 u 5.2.1.2.

5.2.2.   Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5.2.1 għandhom jintlaħqu permezz tal-applikazzjoni ta’ ċavetta waħda.

5.2.3.   Minbarra fil-każ stabbilit fl-Artikolu 5.3.1.5, sistema mħaddma b’ċavetta mdaħħla f’serratura ma għandhiex tippermetti t-tneħħija taċ-ċavetta qabel ma l-apparat imsemmi fl-Artikolu 5.2.1 ikun tħaddem jew tħejja biex jaħdem.

5.2.4.   L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 5.2.1 imsemmi qabel, u l-komponenti tal-vettura li jaħdem fuqhom, għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li ħadd ma jkun jista’ jiftaħhom, jagħmilhom ineffettivi jew jeqridhom b’mod rapidu u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni permezz ta’, pereżempju, l-użu ta’ għodod, tagħmir jew prodotti rħas u li jinħbew faċilment, disponibbli faċilment għall-pubbliku ġenerali.

5.2.5.   L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jitwaħħal ġol-vettura bħala oġġett ta’ tagħmir oriġinali (jiġifieri tagħmir stallat mill-manifattur tal-vettura qabel l-ewwel bejgħ bl-imnut) għandu jitwaħħal b’tali mod li anki wara t-tneħħija tal-kisi protettiv tiegħu ma jkunx jista', meta jkun fil-pożizzjoni llokkjata, jiżżarma ħlief b’għodod speċjali jekk ikun possibbli li l-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat isir ineffettiv permezz tat-tneħħija ta’ viti, dawk il-viti għandhom, sakemm ma jkunux tat-tip li ma jitneħħewx, jitgħattew minn partijiet tal-apparat protettiv illokkjat.

5.2.6.   Sistemi mekkaniċi ta’ llokkjar għandhom jipprovdu mill-inqas 1 000 kombinazzjoni differenti taċ-ċavetta jew numru ekwivalenti għan-numru totali ta’ vetturi manifatturati annwalment jekk dan ikun inqas minn 1 000. F’vetturi ta’ tip wieħed il-frekwenza tal-okkorrenza ta’ kull kombinazzjoni għandha tkun bejn wieħed u ieħor waħda għal kull 1 000.

5.2.7.   Sistemi tal-illokkjar elettriċi/elettroniċi, ż. rimowts, għandu jkollhom mill-inqas 50 000 varjant u għandhom jinkorporaw kodiċi tat-tidwir u/jew ikollhom żmien minimu tal-iskannjar ta’ għaxart ijiem, ż. massimu ta’ 5 000 varjant għal kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

5.2.8.   Rigward in-natura tal-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, għandu jiġi applikat l-Artikolu 5.2.6 jew 5.2.7.

5.2.9.   Iċ-ċavetta u s-serratura ma għandhomx ikunu kkodifikati viżibbilment.

5.2.10.   Is-serratura għandha tkun iddisinjata, mibnija u mwaħħla b’tali mod li t-tidwir taċ-ċilindru tas-serratura, meta fil-pożizzjoni llokkjata, b’torque ta’ inqas 2,45 Nm ma jkunx possibbli bi kwalunkwe ċavetta oħra li mhix iċ-ċavetta ta’ pariġġha, u

5.2.10.1.

għal ċilindri tas-serratura b’pin tumblers mhux iktar minn żewġ tumblers identiċi li jaħdmu fl-istess direzzjoni ma għandhom jitqiegħdu ħdejn xulxin, u f’serratura ma għandux ikun hemm iktar minn 60 fil-mija ta’ tumblers identiċi;

5.2.10.2.

għal ċilindri tas-serratura b’disc tumblers mhux iktar minn żewġ tumblers identiċi li joperaw fl-istess direzzjoni ma għandhom jitqiegħdu ħdejn xulxin, u f’serratura ma għandux ikun hemm iktar minn 50 fil-mija ta’ tumblers identiċi.

5.2.11.   L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jkun tali li jeskludi kwalunkwe riskju ta’ waqfien tat-tħaddim aċċidentali waqt li l-magna tkun imqabbda, b’mod partikolari fil-każ ta’ llokkjar li x’aktarx jikkomprometti s-sikurezza.

5.2.11.1.   Ma għandux ikun possibbli li jiġi attivat apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat mingħajr ma l-ewwel jiġu ssettjati l-kontrolli tal-magna fil-pożizzjoni tal-waqfien u mbagħad titwettaq azzjoni li ma tkunx kontinwazzjoni mhux interrotta tal-waqfien tal-magna jew mingħajr ma l-ewwel jiġu ssettjati l-kontrolli tal-magna fil-pożizzjoni tal-waqfien u meta l-vettura tkun wieqfa bil-brejk tal-parkeġġ imtella’ jew il-veloċità ma taqbiżx l-4 km/h.

5.2.11.2.   Fil-każ ta’ apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, jekk l-azzjoni tat-tneħħija taċ-ċavetta tattiva l-apparat għandu jkun meħtieġ jew moviment minimu ta’ 2 mm qabel l-attivazzjoni tal-apparat jew inkella għandha tkun inkorporata faċilità ta’ prijorità sabiex timpedixxi t-tneħħija aċċidentali jew it-tneħħija parzjali taċ-ċavetta.

5.2.11.3.   L-Artikoli 5.2.10, 5.2.10.1 jew 5.2.10.2, u 5.2.11.2 huma applikabbli biss għal apparat li jinkludi ċwievet mekkaniċi.

5.2.12.   Assistenza mekkanizzata tista’ tintuża biss biex tattiva l-azzjoni tal-lokkjar u/jew tat-tneħħija tal-lokkjar tal-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat. L-apparat għandu jinżamm fil-pożizzjoni tat-tħaddim tiegħu b’kwalunkwe mezz adattat li ma jkunx jeħtieġ provvista elettrika.

5.2.13.   Ma għandux ikun possibbli li wieħed jattiva l-enerġija motiva tal-vettura b’mezzi normali sakemm l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ma jkunx diżattivat.

5.2.14.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat permezz tal-impediment tar-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura għandu jiġi awtorizzat biss meta l-partijiet tal-ħidma tal-brejkijiet jinżammu f’pożizzjoni llokkjata permezz ta’ apparat purament mekkaniku. F’dan il-każ il-preskrizzjonijiet tal-Artikolu 5.2.13 ma japplikawx.

5.2.15.   Jekk l-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun mgħammar b’allarm għas-sewwieq hu għandu jiġi attivat meta l-operatur jiftaħ il-bieba tal-ġenb tas-sewwieq, sakemm l-apparat ma jkunx ġie attivat u ċ-ċavetta mneħħija mill-operatur.

5.3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali preskritti fl-Artikolu 5.2, l-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jilħaq il-kundizzjonijiet partikolari preskritti hawn taħt:

5.3.1.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li jaħdem fuq l-istering.

5.3.1.1.   Apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li jaħdem fuq l-istering għandu jagħmel l-istering inoperattiv. Qabel ma tkun tista’ titqabbad il-magna, it-tħaddim normali tal-istering għandu jiġi restitwit.

5.3.1.2.   Meta l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun issettjat biex jaħdem, ma għandux ikun possibbli li jimpedixxi lill-apparat milli jiffunzjona.

5.3.1.3.   L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jkompli jilħaq ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2.11, 5.3.1.1, 5.3.1.2 u 5.3.1.4 wara li jkun għamel 2 500 ċiklu ta’ llokkjar f’kull direzzjoni tat-test li jixbaħ l-użu speċifikat fil-Parti 1 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

5.3.1.4.   L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu, fil-pożizzjoni attivata tiegħu, jissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:

5.3.1.4.1.

Għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ, mingħajr ħsara lill-mekkaniżmu tal-istering li x’aktarx jikkomprometti s-sigurtà, l-applikazzjoni ta’ torque ta’ 300 Nm madwar l-assi tal-pern tal-istering fiż-żewġ direzzjonijiet f'kundizzjonijiet statiċi.

5.3.1.4.2.

Għandu jinkorpora mekkaniżmu ddisinjat biex jagħti jew iċedi, b’tali mod li s-sistema tkun tiflaħ, jew kontinwament jew inkella b’mod intermittenti, l-applikazzjoni ta’ torque ta’ mill-inqas 100 Nm is-sistema tal-illokkjar għandha xorta tiflaħ l-applikazzjoni ta’ dan it-torque wara t-test speċifikat fil-Parti 2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

5.3.1.4.3.

Għandu jinkorpora mekkaniżmu ddisinjat biex jippermetti li l-istering idur b’mod ħieles fuq il-pern imblukkat tal-istering il-mekkaniżmu tal-imblukkar għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ l-applikazzjoni ta’ torque ta’ 200 Nm madwar l-assi tal-pernb vdc tal-istering fiż-żewġ direzzjonijiet f’kundizzjonijiet statiċi.

5.3.1.5.   Jekk l-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun tali li ċ-ċavetta tkun tista’ titneħħa f’pożizzjoni li mhix dik il-pożizzjoni li fiha l-istering ikun inoperattiv, dan għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li l-manuvra meħtieġa biex tintlaħaq dik il-pożizzjoni u titneħħa ċ-ċavetta ma tkunx tista titwettaq b'mod involontarju.

5.3.1.6.   Jekk komponent ma jaħdimx b’mod li r-rekwiżiti tat-torque speċifikati fl-Artikoli 5.3.1.4.1, 5.3.1.4.2 u 5.3.1.4.3 ma jkunux jistgħu jiġu applikati faċilment, iżda s-sistema tal-istering tibqa’ mblukkata, is-sistema għandha tissodisfa r-rekwiżiti.

5.3.2.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat billi jaġixxi fuq it-trażmissjoni jew fuq il-brejkijiet.

5.3.2.1.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat billi jaġixxi fuq it-trażmissjoni għandu jimpedixxi r-rotazzjoni tar-roti tas-sewqan tal-vettura.

5.3.2.2.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat billi jaġixxi fuq il-brejkijiet għandu jibbrejkja mill-inqas rota waħda fuq kull naħa ta’ mill-inqas fus wieħed.

5.3.2.3.   Meta l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun issettjat biex jaħdem, ma għandux ikun possibbli li wieħed jimpedixxi l-apparat milli jiffunzjona.

5.3.2.4.   Ma għandux ikun possibbli li t-trażmissjoni jew il-brejkijiet jiġu mblukkati b'mod involontarju meta ċ-ċavetta tkun fis-serratura tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, anki jekk l-apparat li jimpedixxi t-tqabbid tal-magna jkun ġie attivat jew issettjat biex jaħdem. Dan ma japplikax kull meta r-rekwiżiti tal-Artikolu 5.3.2 ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu minn apparat użat għal skop ieħor apparti dan u s-serratura fil-kundizzjonijiet imsemmija qabel tkun meħtieġa għal din il-funzjoni addizzjonali (eż. brejk elettriku tal-parkeġġ).

5.3.2.5.   L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jibqa’ kompletament effettiv anki wara xi grad ta’ deterjorazzjoni bħala riżultat ta’ 2 500 ċikli tal-illokkjar f’kull direzzjoni. Fil-każ ta’ apparat protettiv li jaġixxi fuq il-brejkijiet, kull parti sekondarja mekkanika jew elettrika tal-apparat tkun ikkonċernata.

5.3.2.6.   Jekk l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun tali li ċ-ċavetta tkun tista’ titneħħa f’pożizzjoni minbarra l-pożizzjoni li fiha t-trażmissjoni jew il-brejkijiet ikunu llokkjati, dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-manuvra meħtieġa biex tintlaħaq dik il-pożizzjoni u titneħħa ċ-ċavetta ma tkunx tista' titwettaq b'mod involontarju.

5.3.2.7.   Fil-każ fejn jintuża l-apparat protettiv li jaġixxi fuq it-trażmissjoni, dan għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ, mingħajr ħsara li x’aktarx tikkomprometti s-sigurtà, l-applikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet u f’kundizzjonijiet statiċi ta’ torque 50 fil-mija ikbar mit-torque massimu li jista’ jiġi applikat normalment lit-trażmissjoni. Fid-determinazzjoni tal-livell ta’ dan it-torque tal-ittestjar għandu jiġi kkunsidrat, mhux it-torque massimu tal-magna, iżda t-torque massimu li jista’ jiġi trażmess permezz tal-klaċċ jew tat-trażmissjoni awtomatika.

5.3.2.8.   Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’apparat protettiv li jaġixxi fuq il-brejkijiet, l-apparat għandu jkun kapaċi jżomm il-vettura mgħobbija wieqfa fuq gradjent ta’ 20 fil-mija 'l fuq jew 'l isfel.

5.3.2.9.   Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’apparat protettiv li jaġixxi fuq il-brejkijiet, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu interpretati bħala nuqqas ta’ rispett tar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 13 jew 13-H anki fil-każ ta’ falliment.

5.3.3.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li jaġixxi fuq il-kontroll tat-tibdil tal-gerijiet

5.3.3.1.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li jaġixxi fuq il-kontroll tal-gerijiet għandu jkun kapaċi li jimpedixxi kwalunkwe tibdil tal-ger.

5.3.3.2.   Fil-każ ta’ gearboxes manwali għandu jkun possibbli li l-lieva tat-tibdil tal-ger tkun illokkjata fir-rivers biss; barra minn hekk illokkjar fin-newtrali għandu jkun awtorizzat.

5.3.3.3.   Fil-każ ta’ gearboxes awtomatiċi provduti b’pożizzjoni ta’ “parkeġġ” għandu jkun possibbli li l-mekkaniżmu jiġi llokkjat fil-pożizzjoni tal-parkeġġ biss; barra minn hekk illokkjar fin-newtrali u/jew fir-rivers għandhom ikunu awtorizzati.

5.3.3.4.   Fil-każ ta’ gearboxes awtomatiċi li mhumiex provduti b’pożizzjoni ta’ “parkeġġ” għandu jkun possibbli li l-mekkaniżmu jiġi llokjat f’dawn il-pożizzjonijiet biss: newtrali u/jew rivers.

5.3.3.5.   L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jibqa’ kompletament effettiv anki wara xi grad ta’ deterjorazzjoni bħala riżultat ta’ 2 500 ċiklu ta’ llokkjar f’kull direzzjoni.

5.4.   APPARAT ELETTROMEKKANIKU U ELETTRONIKU LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT

Apparat elettromekkaniku li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, meta mwaħħal, għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikoli 5.2 u 5.3 imsemmija qabel u l-Artikolu 8.4 hawn taħt, mutatis mutandi.

Jekk it-teknoloġija tal-apparat tkun tali li l-Artikoli 5, 6, u 8.4 ma jkunux applikabbli għandu jiġi verifikat li tkun ngħatat attenzjoni biex tinżamm is-sigurtà tal-vettura il-proċess tat-tħaddim ta’ dan l-apparat għandu jinkorpora mezzi sikuri sabiex jimpedixxu kwalunkwe riskju ta’ mblukkar jew nuqqas ta’ tħaddim aċċidentali li jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tal-vettura.

6.   PARTI II: APPROVAZZJONI TA’ SISTEMI TAL-ALLARM TAL-VETTURI

6.1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,

6.1.2.

“Sistema tal-allarm tal-vetturi” (SAV) tfisser sistema maħsuba għall-istallazzjoni fuq tip(i) ta’ vettura/i, iddisinjati biex jindikaw id-dħul u/jew it-tbagħbis fil-vettura; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali kontra l-użu mhux awtorizzat tal-vettura.

6.1.3.

“Senser” tfisser apparat li jħoss bidla li tista’ tkun ikkawżata minn dħul jew tbagħbis f’vettura.

6.1.4.

“Apparat tat-twissija” tfisser apparat li jindika li seħħ dħul jew tbagħbis.

6.1.5.

“Tagħmir tal-kontroll” tfisser tagħmir meħtieġ għall-issettjar, it-tifi u l-ittestjar ta’ SAV u biex tintbagħat kundizzjoni ta’ allarm lill-apparat tat-twissija.

6.1.6.

“Issettjata” tfisser l-istat ta’ SAV li fih kundizzjoni ta’ allarm tista’ tiġi trażmessa lill-apparat tat-twissija.

6.1.7.

“Mitfija” tfisser l-istat ta’ SAV li fih kundizzjoni ta’ allarm ma tistax tiġi trażmessa lill-apparat tat-twissija.

6.1.8.

“Ċavetta” tfisser kwalunkwe apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema ta’ llokkjar li tkun iddisinjata u mibnija biex titħaddem biss minn dak l-apparat.

6.1.9.

“Tip ta’ sistema tal-allarm tal-vetturi” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-manifattur,

(b)

it-tip ta’ senser,

(c)

it-tip ta’ apparat tat-twissija,

(d)

it-tip ta’ tagħmir tal-kontroll.

6.1.10.

“Approvazzjoni ta’ sistema tal-allarm tal-vetturi” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ SAV fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6.2, 6.3 u 6.4 hawn taħt.

6.1.11.

“Immobilizzatur” tfisser apparat li huwa maħsub biex jimpedixxi li l-vettura tinsaq bil-forza tal-magna tagħha stess.

6.1.12.

“Allarm ta’ paniku” tfisser apparat li jippermetti li persuna tuża allarm, stallat fuq il-vettura, biex issejjaħ l-assistenza f’emerġenza.

6.2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.2.1.   SAV għandha, f’każ ta’ dħul jew tbagħbis f’vettura, tipprovdi sinjal ta’ twissija is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jinstema’ u barra minn hekk jista’ jinkludi apparat tat-twissija ottiku, jew ikun allarm bir-radju jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk imsemmija qabel.

6.2.2.   Is-SAV għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u stallati b’tali mod li l-vettura meta mgħammra għandha tkompli tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi rilevanti, l-aktar fir-rigward tal-kumpatibbiltà elettromanjetika (EMC).

6.2.3.   Jekk is-SAV tinkludi l-possibbiltà ta’ trażmissjoni bir-radju, ż. għall-issettjar jew it-tifi tal-allarm jew għat-trażmissjoni tal-allarm, din għandha tkun konformi mal-Istandards ETSI rilevanti (5), eż. EN 300 220-1 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-2 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-3 V1.1.1. (2000-09) u EN 301 489-3 V1.2.1. (2000-08) (inkluż kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati) il-frekwenza u l-qawwa massima rradjata ta’ trażmissjonijiet bir-radju għall-issettjar u t-tifi tas-sistema tal-allarm għandhom ikunu konformi mar-Rakkomandazzjoni 70-03 (is-17 ta’ Frar 2000) tas-CEPT/ERC (6) dwar l-użu tal-apparat ta’ medda qasira (7).

6.2.4.   L-istallazzjoni ta’ SAV ġo vettura ma għandhiex tkun tista’ tinfluwenza l-prestazzjoni tal-vettura (fl-istat mitfi), jew it-tħaddim sikur tagħha.

6.2.5.   Is-SAV u l-komponenti tagħha ma għandhomx jiġu attivati b’mod involontarju, b’mod partikolari waqt li l-magna tkun qiegħda taħdem.

6.2.6.   Falliment tas-SAV, jew falliment tal-provvista elettrika tagħha ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim sikur tal-vettura.

6.2.7.   Is-SAV, il-komponenti tagħha u l-partijiet kkontrollati minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u stallati b’tali mod li jnaqqsu r-riskju li xi ħadd jagħmilhom inoperabbli jew jeqridhom malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. billi juża għodod jew prodotti irħas, li jinħbew malajr u faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

6.2.8.   Il-mezz tal-issettjar u t-tifi tas-SAV għandu jkun iddisinjat b’tali mod li ma jinvalidax ir-rekwiżiti tal-Parti I imsemmija qabel il-konnessjonijiet elettriċi ma’ komponenti koperti mill-Parti I ta’ dan ir-Regolament huma awtorizzati.

6.2.9.   Is-sistema għandha tkun irranġata b’tali mod li l-ixxortjar ta’ kwalunkwe ċirkuwitu ta’ sinjal ta’ twissija ma jirrendi inpoerattivi ebda aspetti tas-sistema tal-allarm, ħlief iċ-ċirkuwitu li jkun ixxortjat.

6.2.10.   SAV tista’ tinkludi immobilizzatur li għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament.

6.3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

6.3.1.   Medda ta’ protezzjoni

6.3.1.1.   Rekwiżiti speċifiċi

Is-SAV għandha mill-inqas tiskopri u tissinjala l-ftuħ ta’ kwalunkwe bieba tal-vettura, il-bonit tal-magna u l-kompartiment tal-bagalji il-falliment jew it-tifi tas-sorsi tad-dawl, ż. id-dawl tal-kompartiment tal-passiġġieri, ma għandux itellef it-tħaddim tal-kontroll.

Sensers effiċjenti addizzjonali għall-informazzjoni/wiri, eż.:

(i)

ta’ dħul fil-vettura, ż. il-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri, il-kontroll tal-ħġieġ tat-twieqi, ksur ta’ kwalunkwe parti bil-ħġieġ, jew

(ii)

ta’ attentat ta’ serq tal-vettura, ż. senser tal-inklinazzjoni

huma awtorizzati, wara li jiġu kkunsidrati miżuri li jimpedixxu kwalunkwe daqq tal-allarm bla bżonn (= allarm falz, ara l-Artikolu 6.3.1.2 hawn taħt).

Sakemm dawn is-sensers addizzjonali jiġġeneraw sinjal ta’ allarm anki wara li jseħħ dħul mhux awtorizzat (eż. permezz ta’ ksur ta’ parti bil-ħġieġ) jew taħt influwenzi esterni (ż. riħ), is-sinjal tal-allarm, attivat minn wieħed mis-sensers imsemmija qabel, għandu jiġi attivat mhux iktar minn 10 darbiet fl-istess perjodu ta’ attivazzjoni tas-SAV.

F’dan il-każ il-perjodu ta’ attivazzjoni għandu jiġi limitat permezz tat-tifi awtorizzat tas-sistema bħala riżultat tal-azzjoni tal-utent tal-vettura.

Xi tipi ta’ sensers addizzjonali, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri (ultrasoniku, infraħmar) jew senser tal-inklinazzjoni, eċċ, jistgħu jiġu diżattivati intenzjonalment. F’dan il-każ, tista’ tittieħed azzjoni intenzjonata separata kull darba qabel ma tiġi ssettjata s-SAV ma għandhiex tkun possibbli d-diżattivazzjoni tas-sensers meta s-sistema tal-allarm tkun fi stat issettjat.

6.3.1.2.   Sigurtà kontra allarm falz

6.3.1.2.1.   Permezz ta’ miżuri adegwati, eż.

(i)

disinn mekkaniku u disinn taċ-ċirkuwitu elettriku skont il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-vetturi awtomotivi,

(ii)

għażla u applikazzjoni ta’ prinċipji tat-tħaddim u tal-kontroll għas-sistema tal-allarm u l-komponenti tagħha,

għandu jiġi żgurat li s-SAV kemm fil-pożizzjoni ssettjata kif ukoll f’dik mitfija, ma tkunx tista tikkawża d-daqq tas-sinjal tal-allarm bla bżonn, fil-każ ta’:

(a)

impatt fuq il-vettura: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.13,

(b)

kumpatibbiltà elettromanjetika: testijiet speċifikati fl-Artikolu 6.4.2.12,

(c)

tnaqqis fil-vultaġġ tal-batteija permezz ta’ ħruġ kontinwu tal-enerġija: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.14,

(d)

allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri: test speċifikat fil-paragrafu 6.4.2.15.

6.3.1.2.2.   Jekk l-applikant għall-approvazzjoni jkun jista’ juri, eż. permezz ta’ dejta teknika, li s-sigurtà kontra l-allarm falz tkun żgurata b’mod sodisfaċenti, id-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni jista’ ma jkunx jeħtieġ uħud mit-testijiet imsemmija qabel.

6.3.2.   Allarm akustiku

6.3.2.1.   Ġenerali

Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jinstema’ u jkun rikonoxxut b’mod ċar u għandu jvarja b’mod sinifikanti mis-sinjali jinstemgħu l-oħra użati fit-traffiku tat-toroq.

Minbarra l-apparat tat-twissija akustika tat-tagħmir oriġinali, apparat separat ta’ twissija akustika jista’ jitwaħħal fil-parti tal-vettura li tkun ikkontrollata mis-SAV, fejn ikun protett kontra aċċess faċli u ta’ malajr.

Jekk jintuża apparat separat ta’ twissija akustika skont l-Artikolu 6.3.2.3.1 hawn taħt, l-apparat standard ta’ twissija akustika tat-tagħmir oriġinali jista’ jiġi attivat addizzjonalment mis-SAV, sakemm kwalunkwe tbagħbis fl-apparat standard ta’ twissija akustika (ġeneralment iktar aċċessibbli) ma jaffettwax it-tħaddim tal-apparat ta’ twissija akustika addizzjonali.

6.3.2.2.   Tul tas-sinjal akustiku

Minimu

:

25 s

Massimu

:

30 s

Is-sinjal akustiku jista’ jindaqq għal darb’oħra biss wara t-tbagħbis li jmiss mal-vettura, jiġifieri wara t-tul ta’ żmien imsemmi fuq (Restrizzjonijiet: ara l-Artikoli 6.3.1.1 u 6.3.1.2 imsemmija qabel).

It-tifi tas-sistema tal-allam għandu immedjatament jaqta’ s-sinjal.

6.3.2.3.   Speċifikazzjonijiet għas-sinjal akustiku

6.3.2.3.1.   Apparat li jipproduċi sinjal b’ton kostanti (spettru ta’ frekwenza kostanti), eż. ħornijiet: akustiċi, eċċ, dejta skont ir-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I.

Sinjal intermittenti (mixgħul/mitfi):

Frekwenza ta’ tqabbid … (2 ± 1) Hz

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 %

6.3.2.3.2.   Apparat ta’ sinjal akustiku b’modulazzjoni tal-frekwenza: akustika, eċċ, dejta skont ir-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I iżda passaġġ ekwivalenti ta’ medda ta’ frekwenza sinifikanti fil-medda msemmija qabel (minn 1 800 sa 3 550 Hz) fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenza tal-passaġġ … (2 ± 1) Hz

6.3.2.3.3.   Livell tal-ħoss

Is-sors tal-ħoss għandu jkun:

(i)

jew apparat ta’ twissija akustika approvat skont ir-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I

(ii)

jew inkella apparat li jilħaq ir-rekwiżiti tar-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I, l-Artikoli 6.1 u 6.2.

Madankollu, fil-każ ta’ sors ta’ ħoss differenti mill-apparat ta’ twissija akustika tat-tagħmir oriġinali, il-livell ta’ ħoss minimu jista’ jitnaqqas għal 100 dB(A), imkejjel fil-kundizzjonijiet tar-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I.

6.3.3.   Allarm ottiku – jekk imwaħħal

6.3.3.1.   Ġenerali

Fil-każ ta’ dħul jew tbagħbis fil-vettura, l-apparat għandu jattiva sinjal ottiku kif speċifikat fl-Artikoli 6.3.3.2 u 6.3.3.3 hawn taħt.

6.3.3.2.   Tul tas-sinjal ottiku

Is-sinjal ottiku għandu jkun twil bejn 25 s u 5 min wara li l-allarm ikun ġie attivat it-tifi tas-sistema tal-allarm għandu jwaqqaf is-sinjal immedjatament.

6.3.3.3.   Tip ta’ sinjal ottiku

It-teptip tal-indikejters kollha u/jew id-dawl tal-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura, inklużi l-bozoz kollha fl-istess ċirkuwitu elettriku.

Frekwenza ta’ tqabbid … (2 ± 1) Hz

Fir-rigward tas-sinjal akustiku, sinjali mhux sinkroniċi huma awtorizzati wkoll.

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

6.3.4.   Allarm bir-radju (pager) – jekk imwaħħal

Is-SAV tista’ tinkludi faċilità li tiġġenera sinjal ta’ allarm permezz ta’ trażmissjoni bir-radju.

6.3.5.   Serratura tal-issettjar tas-sistema tal-allarm

6.3.5.1.   Meta l-magna tkun qiegħda taħdem, ikun impossibbli l-issettjar tas-sistema ta’ allarm apposta jew bi żball.

6.3.6.   L-issettjar u t-tifi tas-SAV

6.3.6.1.   Issettjar

Kwalunkwe mezz adattat għall-issettjar tas-SAV huwa awtorizzat, sakemm dan il-mezz ma jikkawżax allarmi foloz b’mod involontarju.

6.3.6.2.   Tifi

It-tifi tas-SAV għandu jinkiseb permezz ta’ apparat wieħed jew kombinazzjoni ta’ dan l-apparat. Apparat ieħor li jagħti prestazzjoni ekwivalenti huwa awtorizzat.

6.3.6.2.1.   Ċavetta mekkanika (li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament) li tista’ tiġi konnessa ma’ sistema ċentralizzata ta’ llokkjar tal-vettura li tinkludi mill-inqas 1 000 varjant, imħaddma minn fuq barra.

6.3.6.2.2.   Apparat elettriku/elettroniku, ż. rimot, b’mill-inqas 50 000 varjant u għandu jinkorpora kodiċi għat-tidwir u/jew ikollu perjodu minimu tal-iskannjar ta’ għaxart ijiem, ż. massimu ta’ 5 000 varjant għal kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

6.3.6.2.3.   Ċavetta mekkanika jew apparat elettriku/elettroniku fil-kompartiment protett tal-passiġġieri, b’dewmien imkejjel għall-ħruġ/id-dħul.

6.3.7.   Dewmien għall-ħruġ

Jekk l-apparat tal-iswiċċ biex jissettja s-SAV ikun imwaħħal fil-parti protetta, dewmien għall-ħruġ għandu jiġi provdut għandu jkun possibbli li d-dewmien għall-ħruġ ikun issettjat bejn 15-il sekonda u 45 sekonda wara li l-iswiċċ ikun tħaddem il-perjodu ta’ dewmien jista’ jkun aġġustabbli sabiex jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi individwali tal-operaturi.

6.3.8.   Dewmien għad-dħul

Jekk l-apparat għat-tifi tas-SAV ikun imwaħħal fil-parti protetta, dewmien ta’ minimu ta’ 5 sekondi u massimu 15-il sekonda għandu jitħalla qabel l-attivazzjoni tas-sinjali li jinstemgħu u dawk ottiċi il-perjodu ta’ dewmien jista’ jkun aġġustabbli sabiex jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi individwali tal-operaturi.

6.3.9.   Wiri tal-istatus

6.3.9.1.   Sabiex tkun provduta informazzjoni dwar l-istatus tas-SAV (issettjata, mitfija, perjodu ta’ ssettjar tal-allarm, allarm attivat), huma awtorizzati displejs ottiċi fuq ġewwa u fuq barra tal-kompartiment tal-passiġġieri. L-intensità tad-dawl tas-sinjali ottiċi stallati barra l-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex taqbeż iż-0,5 cd.

6.3.9.2.   Jekk indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħal bidliet minn “issettjata” għal “mitfija” u viċe versa tiġi provduta, din għandha tkun ottika, skont l-Artikolu 6.3.9.1. Din l-indikazzjoni ottika tista’ tiġi prodotta wkoll permezz tat-tħaddim simultanju tal-indikejters u/jew tal-bozza/bozoz tal-kompartiment tal-passiġġieri, sakemm it-tul tal-indikazzjoni ottika mill-indikejters ma taqbiżx it-tliet sekondi.

6.3.10.   Provvista tal-enerġija

Is-sors tal-enerġija għas-SAV għandha tkun jew il-batterija tal-vettura jew batterija li tista’ tiġi ċċarġjata. Fejn tkun provduta, tista’ tintuża batterija addizzjonali li tista’ tiġi ċċarġjata jew le. Dawn il-batteriji ma għandhom b’ebda mod jipprovdu enerġija lill-partijiet l-oħra tas-sistema elettrika tal-vettura.

6.3.11.   Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet fakultattivi

6.3.11.1.   Awtokontroll, indikazzjoni awtomatika ta’ falliment

Malli tiġi ssettjata s-SAV, sitwazzjonijiet irregolari, eż. bibien miftuħa, eċċ, jistgħu jiġu skoperti permezz ta’ funzjoni ta’ awtokontroll (kontroll ta’ plawżibbiltà), u din is-sitwazzjoni tiġi indikata.

6.3.11.2.   Allarm ta’ paniku

Allarm ottiku u/jew akustiku u/jew bir-radju huwa awtorizzat indipendentement mill-istat (mixgħul jew mitfi) u/jew il-funzjoni tas-SAV. Dan l-allarm għandu jitqabbad minn ġewwa l-vettura u ma għandux jaffettwa l-istat (mixgħul jew mitfi) tas-SAV għandu jkun possibbli wkoll li l-utent tal-vettura jkun jista’ jitfi l-allarm ta’ paniku. Fil-każ ta’ allarm akustiku, it-tul tal-ħoss tiegħu għal kull attivazzjoni ma għandux ikun limitat. Allarm ta’ paniku ma għandux jimmobbilizza l-magna jew iwaqqafha jekk tkun imqabbda.

6.4.   PARAMETRI TAT-TĦADDIM U KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR (8)

6.4.1.   Parametri tat-tħaddim

Il-komponenti kollha tas-SAV għandhom jaħdmu mingħajr ebda falliment fil-kundizzjonijiet li ġejjin.

6.4.1.1.   Kundizzjonijiet klimatiċi

Żewġ klassijiet ta’ temperatura ambjentali huma definiti kif ġej:

(a)

– 40°C sa +85°C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagalji,

(b)

– 40°C sa +125°C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

6.4.1.2.   Livell ta’ protezzjoni għall-istallazzjoni

Il-livelli ta’ protezzjoni li ġejjin skont il-Pubblikazzjoni IEC 529-1989 għandhom jiġu provduti:

(i)

IP 40 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri,

(ii)

IP 42 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri ta’ vetturi miftuħin mingħajr sedili fuq wara/vetturi konvertibbli u karozzi b’pannelli tas-saqaf li jiċċaqilqu jekk il-post tal-istallazzjoni jeħtieġ livell ta’ protezzjoni ogħla minn IP 40,

(iii)

IP 54 għall-partijiet l-oħra kollha.

Il-manifattur tas-SAV għandu jispeċifika fl-istruzzjonijiet tal-istallazzjoni kwalunkwe restrizzjonijiet dwar it-tqegħid ta’ xi parti tal-istallazzjoni fir-rigward ta’ trab, ilma u temperatura.

6.4.1.3.   Esponiment għat-temp

7 ijiem skont l-IEC 68-2-30-1980.

6.4.1.4.   Kundizzjonijiet elettriċi

Vultaġġ stmat tal-provvista: 12 V

Medda tal-vultaġġ ta’ provvista waqt it-tħaddim: minn 9 V sa 15 V fil-medda ta’ temperatura skont l-Artikolu 6.4.1.1.

Konċessjoni ta’ ħin għal vultaġġi żejda fi 23°C:

U

=

18 V, mass siegħa

U

=

24 V, mass minuta

6.4.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

6.4.2.1.   Testijiet tat-tħaddim

Għat-testijiet tal-operazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 6.4.2.3, 6.4.2.4, 6.4.2.5, 6.4.2.6 u 6.4.2.8.4, jekk uħud mit-testijiet meħtieġa f'kull wieħed minn dawn il-paragrafi qabel it-testijiet tal-operazzjoni jsiru f'serje fuq SAV waħda, it-test tal-operazzjoni jista' jsir darba biss wara li jkunu tlestew it-testijiet magħżula minflok ma jsiru testijiet tal-operazzjoni meħtieġa fil-paragrafi wara kull test magħżul il-manifatturi tal-vetturi u dawk li jissupplixxuhom għandhom jiggarantixxu riżultati sodisfaċenti biss fil-proċeduri mhux akkumulattivi.

6.4.2.1.1.   Għandha tiġi kkontrollata l-konformità tas-SAV ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet:

 

Id-dewmien tal-allarm skont l-Artikoli 6.3.2.2 u 6.3.3.2;

 

Il-frekwenza u l-proporzjon ta’ mixgħul/mitfi skont l-Artikoli 6.3.3.3 u 6.3.2.3.1 jew 6.3.2.3.2 rispettivament;

 

Numru ta’ ċikli tal-allarm skont l-Artikolu 6.3.1.1, jekk applikabbli;

 

Verifika tal-lokkjar tal-issettjar tas-sistema tal-allarm skont l-Artikolu 6.3.5.

6.4.2.1.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar normali

Vultaġġ U = (12 ± 0,2) V

Temperatura … T = (23 ± 5)°C

6.4.2.2.   Reżistema għal tibdil fit-temperatura u l-vultaġġ

Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fl-Artikolu 6.4.2.1.1 għandha tiġi verifikata wkoll fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.4.2.2.1.

 

Temperatura tal-ittestjar … T (– 40 ± 2)°C

 

Vultaġġ tal-ittestjar … U = (9 ± 0,2) V

 

Dewmien tal-ħażna … 4 siegħat

6.4.2.2.2.

Għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġier jew tal-bagalji:

 

Temperatura tal-ittestjar … T = (+ 85 ± 2)°C

 

Vultaġġ tal-ittestjar … U = (15 ± 0,2) V

 

Dewmien tal-ħażna … 4 siegħat

6.4.2.2.3.

Għal partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

 

Temperatura tal-ittestjar … T = (+ 125 ± 2)°C

 

Vultaġġ tal-ittestjar … U = (15 ± 0,2) V

 

Dewmien tal-ħażna … 4 siegħat

6.4.2.2.4.

Is-SAV, kemm fl-istat issettjat kif ukoll mitfi, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ekwivalenti għal (18 ± 0,2) V għal siegħa.

6.4.2.2.5.

Is-SAV, kemm fl-istat issettjat kif ukoll mitfi, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ekwivalenti għal (24 ± 0,2) V għal minuta.

6.4.2.3.   Tħaddim sikur wara ttestjar għall-korpi estranji u għall-issiġillar mill-ilma

Wara t-test għall-issiġillar mill-korpi estranji u mill-ilma skont l-IEC 529-1989, għal-livelli ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 6.4.1.2, it-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1 għandhom jiġu ripetuti.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma hemmx għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

Approvazzjoni tat-Tip ta’ SAV li jrid ikun approvat skont it-tip bħala unità teknika separata

F'dan il-każ, il-manifattur tas-SAV għandu:

(i)

Jispeċifika fil-paragrafu 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1, il-Part 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għas-SAV (skont il-paragrafu 7 ta’ dan ir-regolament), u

(ii)

Jispeċifika fil-paragrafu 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista tal-vetturi li fuqhom ikun hemm il-ħsieb li titwaħħal is-SAV u l-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni relevanti fil-paragrafu 4.2.

(b)

Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ Sistema ta’ Allarm

F'dan il-każ, il-manufattur għandu jispeċifika fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1, il-Part 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għas-Sistema ta’ Allarm minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta d-dokumenti relatati.

(c)

Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward l-istallazzjoni ta’ SAV li kienet approvata skont it-tip bħala unità teknika separata

F'dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1, il-Part 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-istallazzjoni tas-SAV fejn ikunu sodisfati l-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni relevanti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f'każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tal-Anness 1, il-Parti 1 kienet diġà ġiet ippreżentata għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata.

6.4.2.4.   Tħaddim sikur wata ttestjar bl-ilma kkondensat

Wara test ta’ reżistenza għall-umdità li għandu jitwettaq skont l-IEC 68-2-30 (1980) it-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1 għandhom jiġu ripetuti.

6.4.2.5.   Test għas-sigurtà kontra l-polarità maqluba

Is-SAV u l-komponenti tagħha ma għandhomx jinqerdu minn polarità maqluba sa 13 V matul żewġ minuti wara dan it-test it-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1 għandhom jiġu ripetuti bil-fjusijiet mibdula, jekk meħtieġ.

6.4.2.6.   Test għas-sigurtà kontra l-ixxortjar

Il-konnessjonijiet elettriċi kollha tas-SAV għandhom ikunu protetti kontra l-ixxortjar mal-ert, massimu 13 V u/jew bil-fjus wara dan it-test it-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1 għandhom jiġu ripetuti, bil-fjusijiet mibdula jekk meħtieġ.

6.4.2.7.   Konsum tal-elettriku meta ssettjata

Il-konsum tal-elettriku meta ssettjata fil-kundizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 6.4.2.1.2 ma għandux jaqbeż medja ta’ 20 mA għas-sistema kompluta tal-allarm inkluż il-wiri tal-istat.

Bi qbil tas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma hemmx għalfejn japplika fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

L-Approvazzjoni tat-Tip ta’ SAV li trid tkun approvata skont it-tip bħala unità teknika separata

F'dan il-każ, il-manifattur tas-SAV għandu:

(i)

Jispeċifika fil-paragrafu 4.5 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma kienx applikat għas-SAV (skont il-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament),

(ii)

Jispeċifika fil-paragrafu 4.1 tad-dokument ta’ informazzjoni, il-lista ta’ vetturi li għalihom hija intenzjonata li tkun stallata s-SAV u l-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni relevanti fil-paragrafu 4.2; u

(iii)

Jagħti prova li r-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija ma nqabżux billi jippreżenta dokumenti relatati.

(b)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ Sistema ta’ Allarm

F'dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1, il-Part 1), li r-rekwiżit ta’ dan l-paragrafu ma japplikax għas-Sistema ta’ Allarm minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati.

(c)

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni ta’ SAV li hija approvata skont it-tip bħala unità teknika separata

F'dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1, il-Parti 1), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-istallazzjoni tas-SAV fejn ikunu sodisfati l-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni relevanti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax fil-każijiet fejn l-informazzjoni mitluba fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tal-Anness 1, il-Part 1 kienet diġà ġiet ippreżentata għall-approvazzjoni ta’ unità teknika separata.

6.4.2.8.   Tħaddim sikur wara test ta’ vibrazzjoni

6.4.2.8.1.   Għal dan it-test, il-komponenti jiġu suddiviżi f’żewġ tipi:

Tip 1

:

komponenti normalment immuntati fuq il-vettura,

Tip 2

:

komponenti maħsuba sabiex jitwaħħlu mal-magna.

6.4.2.8.2.   Il-komponenti/Is-SAV għandhom jiġu sottomessi għal mod ta’ vibrazzjoni sinusojdali li l-karatteristiċi tiegħu huma kif ġej:

6.4.2.8.2.1.

Għat-tip 1

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 10 Hz sa 500 Hz b’estenzjoni massima ta’ ± 5 mm u aċċelerazzjoni massima ta’ 3 g (0-massimu).

6.4.2.8.2.2.

Għat-tip 2

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 20 Hz sa 300 Hz b’estenzjoni massima ta’ ± 2 mm u aċċelerazzjoni massima ta’ 15 g (0-massimu).

6.4.2.8.2.3.

Kemm għat-tip 1 kif ukoll għat-tip 2

Il-varjazzjoni tal-frekwenza hija ta’ ottava/minuta

In-numru taċ-ċiklu huwa 10, it-test għandu jitwettaq tul kull wieħed mit-tliet assi.

Il-vibrazzjonijiet jiġu applikati fi frekwenzi baxxi f’estenzjoni kostanti massimu u f’aċċelerazzjoni kostanti massima fuq frekwenzi għolja.

6.4.2.8.3.   Matul it-test is-SAV għandha tkun imqabbda mal-elettriku u l-kejbil għandu jkun sostnut wara 200 mm.

6.4.2.8.4.   Wara t-test tal-vibrazzjoni t-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1 għandhom jiġu ripetuti.

6.4.2.9.   Test tad-durabbiltà

Fil-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fl-Artikolu 6.4.2.1.2, it-tqabbid ta’ 300 ċiklu tal-allarm kompluti (li jinstemgħu u/jew ottiċi) b’ħin ta’ serħan tal-apparat akustiku ta’ ħames minuti.

6.4.2.10.   Testijiet għall-iswiċċ taċ-ċavetta estern (stallat fuq barra tal-vettura)

Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu biss jekk iċ-ċilindru tal-illokkjar tas-serratura tal-bieb tat-tagħmir oriġinali ma jkunx intużat.

6.4.2.10.1.   L-iswiċċ taċ-ċavetta għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jibqa’ kompletament effettiv anki wara 2 500 ċiklu ssettjat/mitfi f’kull direzzjoni, segwiti minn minimu ta’ 96 siegħa esponiment għal test bi sprej tal-melħ skont l-IEC 68-2-11-1981, test tar-reżistenza għall-korrużjoni.

6.4.2.11.   Test ta’ sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri

L-allarm għandu jiġi attivat, meta pannell vertikali ta’ 0,2 × 0,15 m jiddaħħal għal 0,3 m (imkejla miċ-ċentru tal-pjan vertikali) minn tieqa miftuħa tal-bieba ta’ quddiem fil-kompartiment tal-passiġġieri, lejn il-parti ta’ quddiem u b’mod parallel mat-triq b’veloċità ta’ 0,4 m/s u f’angolu ta’ 45° mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. (Ara l-illustrazzjonijiet fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament).

6.4.2.12.   Kumpatibbiltà elettromanjetika

Is-SAV għandha tiġi sottomessa għat-testijiet deskritti fl-Anness 9.

F'dan il-każ, SAV li tkun tissodisfa l-istatus funzjonali kollu tat-testijiet fl-Anness 9 titqies li ma twassalx biex tikkawża d-daqq tas-sinjal tal-allarm bla bżonn b'rabta mar-rekwiżiti fil-paragrafu 6.3.1.2.1.

Rigward il-konformità għall-istatus funzjonali f'kull test, SAV, li tkun iddisinjata biex iddoqq l-allarm fl-istat issettjat f'uħud mill-kundizzjonijiet tat-test li jidhru fl-Anness 9 u li ddoqq is-sinjal tal-allarm fit-testijiet, fit-testijiet titiqies li tiffunzjona kif suppost. F'dan il-każ, il-manifattur tas-SAV għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati.

6.4.2.13.   Sigurtà kontra allarm falz f’każ ta’ impatt fuq il-vettura

Għandu jiġi verifikat li impatt sa 4,5 Joules ta’ korp emisferiku b’dijametru ta’ 165 mm u 70 ± 10 Shore A applikat fi kwalunkwe post fuq il-bodi tal-vettura jew il-ħġieġ bis-superfiċje mdawra tiegħu ma joħloqx allarmi foloz.

6.4.2.14.   Sigurtà kontra allarm falz fil-każ ta’ tnaqqis fil-vultaġġ

Għandu jiġi verifikat li tnaqqis bil-mod fil-vultaġġ tal-batterija ewlenija permezz ta’ ħruġ kontinwu ta’ 0,5 V fis-siegħa sa 3 V ma jikkawżax allarmi foloz.

Kundizzjonijiet tal-ittestjar: ara l-Artikolu 6.4.2.1.2 imsemmi qabel.

6.4.2.15.   Test għas-sigurtà kontra allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri

Sistemi maħsuba għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri skont l-Artikolu 6.3.1.1 imsemmi qabel għandhom jiġu ttestjati flimkien ma’ vettura fil-kundizzjonijiet normali (l-Artikolu 6.4.2.1.2).

Is-sistema, stallata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma għandhiex tixgħel meta tiġi soġġetta ħames darbiet għat-test deskritt fl-Artikolu 6.4.2.13 imsemmi qabel f’intervalli ta’ 0,5 s.

Il-preżenza ta’ persuna li tmiss jew tiċċaqlaq barra l-vettura (bit-twieqi magħluqin) ma għandhiex tikkawża allarm falz.

6.5.   STRUZZJONIJIET

Kull SAV għandha tkun akkumpanjata minn:

6.5.1.

Struzzjonijiet għall-istallazzjoni:

6.5.1.1.

Il-lista ta’ vetturi u mudelli ta’ vetturi li għalihom ikun maħsub l-apparat. Din il-lista tista’ tkun speċifika jew ġenerika, eż. “il-karozzi kollha b’magni tal-petrol u batteriji ta’ 12-il V bl-ert negattiv”.

6.5.1.2.

Il-metodu tal-istallazzjoni illustrat minn ritratti u/jew tpinġijiet ċari ħafna.

6.5.1.3.

Fil-każ ta’ SAV li tinkludi immobilizzatur, struzzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament.

6.5.2.

Ċertifikat vojt tal-istallazzjoni, li eżempju tiegħu jingħata fl-Anness 7.

6.5.3.

Stqarrija ġenerali lix-xerrej tas-SAV li tiġbed l-attenzjoni tiegħu għal dawn il-punti:

 

is-SAV għandha tiġi stallata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

 

l-għażla ta’ stallatur tajjeb hija rakkomandata (il-manifattur tas-SAV jista’ jiġi kkuntattjat biex jindika stallaturi tajbin);

 

iċ-ċertifikat tal-istallazzjoni provdut mas-SAV għandu jimtela mill-istallatur.

6.5.4.

Struzzjoni għall-użu.

6.5.5.

Struzzjoni għall-manutenzjoni.

6.5.6.

Twissija ġenerali rigward il-periklu li jsiru xi tibdiliet jew żidiet fis-sistema; dawn it-tibdiliet jew żidiet awtomatikament jinvalidaw iċ-ċertifikat tal-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 6.5.2 imsemmi qabel.

6.5.7.

Indikazzjoni tal-post(ijiet) tal-marka tal-approvazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 4.4 ta’ dan ir-Regolament u/jew iċ-ċertifikat internazzjonali tal-konformità msemmi fl-Artikolu 4.10 ta’ dan ir-Regolament.

7.   PARTI III: APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAL-ALLARM TAGĦHA

Meta VAS approvata skont il-Parti II ta’ dan ir-Regolament tkun stallata f'vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament, testijiet li trid tgħaddi minnhom VAS sabiex tinkiseb l-approvazzjoni skont il-Parti II ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu ripetuti.

7.1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti III ta’ dan ir-Regolament,

7.1.1.

“Sistema/i tal-allarm” (SA) tfisser arranġament ta’ komponenti mwaħħla bħala tagħmir oriġinali f’tip ta’ vettura, iddisinjata biex tindika dħul jew tbagħbis fil-vettura; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali kontra l-użu mhux awtorizzat tal-vettura.

7.1.2.

“Tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-allarm tagħha” tfisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-manifattur,

(b)

il-karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-prestazzjonijiet tas-SA,

(c)

it-tip u disinn tas-SA jew tal-VAS.

7.1.3.

“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7.2, 7.3 u 7.4 hawn taħt.

7.1.4.

Definizzjonijiet oħra applikabbli għall-Parti III jinsabu fl-Artikolu 6.1 ta’ dan ir-Regolament.

7.2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

7.2.1.   Is-Sistemi tal-Allarm għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li, fil-każ ta’ dħul jew tbagħbis f’vettura, jipprovdu sinjal ta’ twissija, u jistgħu jinkludu immobilizzatur.

Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jinstema’ u barra minn hekk jista’ jinkludi apparat ottiku ta’ twissija, jew ikun allarm bir-radju, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk imsemmija qabel.

7.2.2.   Vetturi mgħammra b’sistemi tal-allarm għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi rilevanti, l-iktar fir-rigward tal-kumpatibbiltà elettromanjetika (EMC).

7.2.3.   Jekk is-SA tinkludi l-possibbiltà ta’ trażmissjoni bir-radju, ż. għall-issettjar jew it-tifi tal-allarm jew għat-trażmissjoni tal-allarm, din għandha tkun konformi mal-Istandards ETSI rilevanti (ara n-Nota 1 pertinenti għall-Artikolu 6.2.3), eż. EN 300 220-1 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-2 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-3 V1.1.1. (2000-09) u EN 301 489-3 V1.2.1. (2000-08) (inkluż kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati) il-frekwenza u l-forza massima rradjata ta’ trażmissjonijiet bir-radju għall-issettjar u t-tifi tas-sistema tal-allarm għandhom ikunu konformi mas-CEPT/ERC (ara n-Nota 2 pertinenti għall-paragrafu 6.2.3) Rakkomandazzjoni 70-03 (is-17 ta’ Frar 2000) dwar l-użu ta’ apparat ta’ medda qasira (ara n-Nota 3 pertinenti għall-paragrafu 6.2.3).

7.2.4.   Is-SA u l-komponenti tagħha ma għandhomx jiġu attivati b’mod involontarju, b’mod partikolari filwaqt li l-magna tkun imqabbda.

7.2.5.   Falliment tas-SA, jew qtugħ tal-provvista tal-elettriku tagħha ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim sikur tal-vettura.

7.2.6.   Is-sistema tal-allarm, il-komponenti tagħha u l-partijiet ikkontrollati minnhom għandhom jiġu nstallati b’tali mod li jitnaqqas ir-riskju li xi ħadd jagħmilhom inoperabbli jew jeqridhom malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. billi jintużaw għodod u prodotti irħas u li jinħbew malajr disponibbli faċilment lill-pubbliku ġenerali.

7.2.7.   Is-sistema għandha tkun irranġata b’tali mod li x-xortjar ta’ kwalunkwe ċirkuwitu ta’ sinjal ta’ twissija ma għandux irendi inoperattivi kwalunkwe aspetti tas-sistema tal-allarm, ħlief iċ-ċirkuwitu li jkun xxortjat.

7.3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

7.3.1.   Medda ta’ protezzjoni

7.3.1.1.   Rekwiżiti speċifiċi

Is-SA għandha mill-inqas tiskopri u tissinjala l-ftuħ ta’ kull bieba tal-vettura, il-bonit tal-magna u l-kompartiment tal-bagalji il-falliment jew it-tifi tas-sorsi tad-dawl, ż. id-dawl tal-kompartiment tal-passiġġieri, ma għandux jostakola t-tħaddim tal-kontroll.

L-istallazzjoni ta’ sensers effiċjenti addizzjonali għall-informazzjoni/il-wiri, eż.:

(i)

ta’ dħul fil-vettura, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri, kontroll tal-ħġieġ tat-twieqi ksur ta’ kwalunkwe parti bil-ħġieġ, jew

(ii)

ta’ attentat ta’ serq tal-vettura, ż. senser tal-inklinazzjoni

huma awtorizzati, wara li jiġu kkunsidrati miżuri biex jimpedixxu kwalunkwe daqq tal-allarm bla ħtieġa (= allarm falz, ara l-Artikolu 7.3.1.2 hawn taħt).

Sakemm dawn is-sensers addizzjonali jiġġeneraw sinjal tal-allarm anki wara li jkun seħħ dħul mhux awtorizzat (eż. permezz ta’ ksur ta’ parti bil-ħġieġ) jew taħt influwenzi esterni (ż. ir-riħ), is-sinjal tal-allarm, attivat minn wieħed mis-sensers imsemmija fuq, għandu jiġi attivat mhux iktar minn 10 darbiet fl-istess perjodu ta’ attivazzjoni tas-SA.

F’dan il-każ il-perjodu ta’ attivazzjoni għandu jiġi limitat mit-tifi awtorizzat tas-sistema bħala riżultat tal-azzjoni tal-utent tal-vettura.

Xi tipi ta’ sensers addizzjonali, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri (ultrasoniċiku, infraħmar) jew senser tal-inklinazzjoni, eċċ, jistgħu jiġu diżattivati intenzjonalment. F’dan il-każ, għandha tittieħed azzjoni deliberata separata qabel ma s-SA tiġi ssettjata id-diżattivazzjoni tas-seners ma għandhiex tkun possibbli waqt li s-sistema tal-allarm tkun issettjata.

7.3.1.2.   Sigurtà kontra allarm falz

7.3.1.2.1.   Għandu jiġi żgurat li s-SA kemm fil-pożizzjoni ssettjata kif ukoll mitfija, ma tkunx tista' tikkawża li sinjal tal-allarm jindaqq bla bżonn, fil-każ ta’:

(a)

impatt fuq il-vettura: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.13,

(b)

kumpatibbiltà elettromanjetika: testijiet speċifikati fl-Artikolu 6.4.2.12,

(c)

tnaqqis fil-vultaġġ tal-batterija permezz ta’ ħruġ kontinwu tal-enerġija: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.14,

(d)

allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.15.

7.3.1.2.2.   Jekk l-applikant għall-approvazzjoni jkun jista’ juri, eż. permezz ta’ dejta teknika, li s-sigurtà kontra allarm falz ġiet żgurata b’mod sodisfaċenti, id-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni jista’ ma jeħtieġx uħud mit-testijiet imsemmija qabel.

7.3.2.   Allarm akustiku

7.3.2.1.   Ġenerali

Is-sinjal tat-twissija għandu jkun jinstema’ u jkun rikonoxxibbli b’mod ċar u għandu jvarja b’mod sinifikanti mis-sinjali l-oħra li jinstemgħu ntużati fit-traffiku tat-toroq.

Minbarra l-apparat tat-twissija akustiku tat-tagħmir oriġinali, apparat separat ta’ twissija akustika jista’ jitwaħħal fil-parti tal-vettura kkontrollata mis-SA, fejn għandu jkun protett minn aċċess faċli u malajr.

Jekk jintuża apparat separat tat-twissija akustiku skont il-paragrafu 7.3.2.3.1 hawn taħt, it-tagħmir akustiku standard tat-twissija tat-tagħmir oriġinali jista’ addizzjonalment jiġi attivat mis-SA, sakemm kwalunkwe tbagħbis fl-apparat standard tat-twissija akustiku (ġeneralment iktar aċċessibbli) ma jaffettwax it-tħaddim tal-apparat addizzjonali akustiku tat-twissija.

7.3.2.2.   Tul tas-sinjal akustiku

Minimu

:

25 s

Massimu

:

30 s

Is-sinjal akustiku jista’ jerġa’ jindaqq biss wara t-tbagħbis l-ieħor fil-vettura, jiġifieri wara t-tul ta’ żmien imsemmi qabel. (Restrizzjonijiet: ara l-Artikoli 7.3.1.1 u 7.3.1.2 imsemmija qabel).

It-tifi tas-sistema tal-allarm għandu immedjatament jaqta’ s-sinjal.

7.3.2.3.   Speċifikazzjonijiet għas-sinjal akustiku

7.3.2.3.1.   Apparat ta’ sinjal b’ton kostanti (spettru ta’ frekwenza kostanti), eż. ħornijiet: akustiċi, eċċ, dejta skont ir-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I.

Sinjal intermittenti (mixgħul/mitfi):

Frekwenza ta’ tqabbid … (2 ± 1) Hz

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

7.3.2.3.2.   Apparat akustiku tas-sinjalar b’modulazzjoni tal-frekwenza: akustika, eċċ, dejta skont ir-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I iżda passaġġ ekwivalenti ta’ medda ta’ frekwenza sinifikanti fil-medda msemmija fuq (minn 1 800 sa 3 550 Hz) fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenza tal-passaġġ … (2 ± 1) Hz

7.3.2.3.3.   Livell tal-ħoss

Il-livell tal-ħoss għandu jkun:

(i)

jew apparat tat-twissija akustiku approvat skont ir-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I

(ii)

jew apparat li jilħaq ir-rekwiżiti tar-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I, l-Artikoli 6.1 u 6.2.

Madankollu, fil-każ ta’ sors ta’ ħoss differenti mill-apparat ta’ twissija akustiku tat-tagħmir oriġinali, il-livell minimu tal-ħoss jista’ jitnaqqas għal 100 dB(A), imkejjel fil-kundizzjonijiet tar-Regolament KEE Nru 28, il-Parti I.

7.3.3.   Allarm ottiku – jekk imwaħħal

7.3.3.1.   Ġenerali

Fil-każ ta’ dħul jew tbagħbis fil-vettura l-apparat għandu jattiva sinjal ottiku kif speċifikat fl-Artikoli 7.3.3.2 u 7.3.3.3 hawn taħt.

7.3.3.2.   Tul tas-sinjal ottiku

Is-sinjal ottiku għandu jkollu tul ta’ bejn 25 s u 5 min wara li l-allarm ikun ġie attivat it-tifi tas-sistema tal-allarm għandu immedjatament iwaqqaf is-sinjal.

7.3.3.3.   Tip ta’ sinjal ottiku

It-teptip tal-indikejters kollha u/jew tad-dawl tal-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura, inkluż il-bozoz kollha fl-istess ċirkuwitu elettriku.

Frekwenza tat-tqabbid … (2 ± 1) Hz

Fir-rigward tas-sinjal akustiku, sinjali mhux sinkroniċi huma awtorizzati wkoll.

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

7.3.4.   Allarm bir-radju (pager) – jekk imwaħħal

Is-SA tista’ tinkludi faċilità li tiġġenera sinjal tal-allarm permezz ta’ trażmissjoni bir-radju.

7.3.5.   Protezzjoni kontra l-issettjar tas-sistema tal-allarm

7.3.5.1.   Meta l-magna tkun imqabbda, l-issettjar maħsub jew mhux volontarju tas-sistema tal-allarm għandu jkun impossibbli.

7.3.6.   L-issettjar u t-tifi tas-SA

7.3.6.1.   Issettjar

Kwalunkwe mezz adattat għall-issettjar tas-SA huwa awtorizzat, sakemm dak il-mezz ma jikkawżax b’mod involontarju allarmi foloz.

7.3.6.2.   Tifi

It-tifi tas-SA għandu jinkiseb permezz ta’ apparat wieħed jew kombinazzjoni ta’ dan l-apparat. Apparat ieħor li jagħti prestazzjoni ekwivalenti huwa awtorizzat.

7.3.6.2.1.   Ċavetta mekkanika (li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament) li tista’ tiġi konnessa ma’ sistema ta’ llokkjar tal-vettura ċentralizzata li tinkludi mill-inqas 1 000 varjant, li titħaddem minn barra.

7.3.6.2.2.   Apparat elettriku/elettroniku, ż. rimot, b’mill-inqas 50 000 varjant u għandu jinkorpora kodiċi tat-tidwir u/jew ikollu żmien tal-iskannjar minimu ta’ għaxart ijiem, ż. massimu ta’ 5 000 varjant għal kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

7.3.6.2.3.   Ċavetta mekkanika jew apparat elettriku/elettroniku fil-kompartiment protett tal-passiġġieri, b’dewmien imkejjel ta’ ħruġ/dħul.

7.3.7.   Dewmien tal-ħruġ

Jekk l-apparat tal-iswiċċ biex jissettja s-SA ikun imwaħħal fil-parti protetta, għandu jiġi provdut d-dewmien tal-ħruġ għandu jkun possibbli li d-dewmien tal-ħruġ jiġi ssettjat bejn 15-il sekonda u 45 sekonda wara li l-iswiċċ ikun tħaddem il-perjodu ta’ dewmien jista’ jkun aġġustabbli biex ikun adattat għaċ-ċirkostanzi tal-operaturi individwali.

7.3.8.   Dewmien tad-dħul

Jekk l-apparat għat-tifi tas-SA ikun imwaħħal fil-parti protetta, dewmien ta’ minimu ta’ ħames sekondi u massimu ta’ 15-il sekonda għandu jiġi awtorizzat qabel l-attivazzjoni tas-sinjali akustiċi u ottiċi il-perjodu ta’ dewmien jista’ jkun aġġustabbli biex jiġi adattat għaċ-ċirkustanzi tal-operaturi individwali.

7.3.9.   Wiri tal-istatus

7.3.9.1.   Sabiex tiġi provduta informazzjoni dwar l-istatus tas-SA (issettjata, mitfija, perjodu ta’ ssettjar tal-allarm, l-allarm ġie attivat), stallazzjoni ta’ displejs ottiċi hija awtorizzata fuq ġewwa u fuq barra tal-kompartiment tal-passiġġieri. L-intensità tad-dawl tas-sinjali ottiċi stallati fuq barra tal-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex taqbeż iż-0,5 cd.

7.3.9.2.   Jekk indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħal tibdiliet minn “issettjata” għal “mitfija” u viċe versa tiġi provduta, din għandha tkun ottika skont l-Artikolu 7.3.10.1. Din l-indikazzjoni ottika tista’ tkun prodotta wkoll permezz tat-tħaddim simultanju tal-indikejters u/jew il-bozza/bozoz tal-kompartiment tal-passiġġieri, sakemm it-tul tal-indikazzjoni ottika mill-indikejters ma jaqbiżx it-tliet sekondi.

7.3.10.   Provvista tal-enerġija

Is-sors tal-enerġija għas-SA għandu jkun jew il-batterija tal-vettura jew batterija li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata. Fejn ipprovdut, tista’ tintuża batterija addizzjonali li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata jew li ma tistax terġa’ tiġi ċċarġjata. Dawn il-batteriji ma għandhom b’ebda mod jipprovdu enerġija lil partijiet oħra tas-sistema elettrika tal-vettura.

7.3.11.   Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet fakultattivi

7.3.11.1.   Awtokontroll, indikazzjoni awtomatiku tal-waqfien

Meta tiġi ssettjata s-SA, sitwazzjonijiet irregulari, eż. bibien miftuħa, eċċ, jistgħu jiġu skoperti permezz ta’ funzjoni ta’ awtokontroll (kontroll tal-plawżibbiltà), u din is-sitwazzjoni tiġi indikata.

7.3.11.2.   Allarm ta’ paniku

Allarm ottiku u/jew akustiku u/jew bir-radju huwa awtorizzat indipendentement mill-istat (issettjat jew mitfi) u/jew il-funzjoni tas-SA. Dan l-allarm għandu jinxtegħel minn ġewwa l-vettura u ma għandux jaffettwa l-istat (issettjat jew mitfi) tas-SA. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli għall-utent tal-vettura li jitfi l-allarm tal-paniku. Fil-każ ta’ allarm akustiku, it-tul tal-ħoss tiegħu għal kull attivazzjoni ma għandux ikun limitat. Fil-każ ta’ allarm akustiku, it-tul tal-ħoss tiegħu għal kull attivazzjoni ma għandux jiġi limitat. Allarm ta’ paniku ma għandux jimmobbilizza l-magna jew iwaqqafha jekk tkun mixgħula.

7.4.   KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR

Il-komponenti kollha tal-VAS jew is-SA għandhom jiġu ttestjati skont il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 6.4.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal:

7.4.1.

Dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u jiġu ttestjati bħala parti mill-vettura, kemm jekk il-VAS/is-SA tkunx imwaħħla jew le (eż. bozoz); jew,

7.4.2.

Dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet provduta evidenza dokumentarja.

7.5.   STRUZZJONIJIET

Kull vettura għandha tkun akkumpanjata minn:

7.5.1.

Struzzjonijiet għall-użu.

7.5.2.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni.

7.5.3.

Twissija ġenerali rigward il-periklu li jsiru xi tibdiliet jew addizzjonijiet fis-sistema.

8.   PARTI IV: APPROVAZZJONI TA’ IMMMOBILIZZATURI U APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAL-IMMOBILIZZATUR TAGĦHA

8.1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament,

8.1.1.

“Immobilizzatur” tfisser apparat li huwa maħsub li jimpedixxi li l-vettura tinsaq bil-forza tal-magna tagħha stess (prevenzjoni ta’ użu mhux awtorizzat).

8.1.2.

“Tagħmir tal-kontroll” tfisser tagħmir meħtieġ għall-issettjar u/jew it-tifi ta’ immobilizzatur.

8.1.3.

“Displej tal-istatus” tfisser kwalunkwe apparat maħsub biex jindika l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mitfi, bidla minn issettjat għal mitfi u viċe versa).

8.1.4.

“Stat issettjat” tfisser l-istat li fih il-vettura ma tistax tinsaq normalment bil-qawwa tal-magna tagħha stess.

8.1.5.

“Stat mitfi” tfisser l-istat li fih il-vettura tista’ tinsaq normalment.

8.1.6.

“Ċavetta” tfisser kwalunkwe apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema ta’ llokkjar, li tkun maħsuba u mibnija biex titħaddem biss minn dak l-apparat.

8.1.7.

“Override” tfisser karatteristika tad-disinn li tillokkja l-immobilizzatur fil-kundizzjoni mitfija.

8.1.8.

“Kodiċi tat-tidwir” tfisser kodiċi elettronika li tikkonsisti f’diversi elementi li l-kombinazzjoni tagħhom tinbidel kif ġie ġie wara kull tħaddim tal-unità ta’ trażmissjoni.

8.1.9.

“Tip ta’ immobilizzatur” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-manifattur,

(b)

it-tip tat-tagħmir tal-kontroll,

(c)

id-disinn tat-tħaddim tagħhom fuq is-sistema(i) ta’ vetturi rilevanti (kif imsemmi fl-Artikolu 8.3.1 hawn taħt).

8.1.10.

“Tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha” tfisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-manifattur,

(b)

karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifkanti l-prestazzjonijiet tal-immobilizzatur,

(c)

it-tip u d-disinn tal-immobilizzatur.

8.2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

8.2.1.   Għandu jkun possibbli li l-immobilizzatur jiġi ssettjat u mitfi skont dawn ir-rekwiżiti.

8.2.2.   Jekk l-immobilizzatur jinkludi l-possibbiltà ta’ trażmissjoni bir-radju, ż. għall-issettjar jew it-tifi, dan għandu jkun konformi mal-Istandards ETSI rilevanti (ara n-nota 1 pertinenti għall-paragrafu 6.2.3), eż. EN 300 220-1 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-2 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-3 V1.1.1. (2000-09) u EN 301 489-3 V1.2.1. (2000-08) (inkluż kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati) il-frekwenza u forza massima rradjata tat-trażmissjonijiet bir-radju għall-issettjar u t-tifi immobilizzatur għandhom ikunu konformi mas-CEPT/ERC (ara n-Nota f'qiegħ il-paġna 2 pertinenti għall-paragrafu 6.2.3) Ir-Rakkomandazzjoni 70-03 (is-17 ta’ Frar 2000) dwar l-użu ta’ apparat ta’ medda qasira (ara n-Nota f'qiegħ il-paġna 3 pertinenti għall-paragrafu 6.2.3).

8.2.3.   Immobilizzatur u l-istallazzjoni tiegħu għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li kwalunkwe vettura mgħammra tkompli tilħaq ir-rekwiżiti tekniċi.

8.2.4.   Ma għandux ikun possibbli li immobilizzatur jiġi ssettjat meta ċ-ċavetta tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni li tqabbad il-magna, minbarra meta:

(a)

il-vettura tkun mgħammra jew maħsuba li tiġi mgħammra għal skopijiet ta’ ambulanza, vettura għat-tifi tan-nar jew pulizija; jew

(b)

il-magna tkun meħtieġa biex:

(i)

issuq makkinarju li jifforma parti minn, jew ikun immuntat fuq, il-vettura għal skopijiet oħra minbarra s-sewqan tal-vettura; jew

(ii)

iżżomm l-enerġija elettrika tal-batteriji tal-vettura f’livell meħtieġ għas-sewqan ta’ dak il-makkinarju jew l-apparat;

u l-vettura tkun wieqfa bil-brejk tal-parkeġġ imtella’ meta tintuża din l-eċċezzjoni, dan il-fatt għandu jiġi ddikjarat fil-punt 2 tal-addendum għad-dokument ta’ komunikazzjoni (l-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament).

8.2.5.   Ma għandux ikun possibbli li wieħed jagħmel override permanenti ta’ immobilizzatur.

8.2.6.   L-immobilizzatur għandu jkun iddisinjar u mibni b’tali mod li meta jiġi stallat ma jkollux effetti negattivi fuq il-funzjoni maħsuba u t-tħaddim sikur tal-vettura, anki fil-każ ta’ tħaddim ħażin.

8.2.7.   Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li, meta jiġi stallat ġo vettura, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ħadd ma jkun jista’ jirrendih ineffettiv jew jeqirdu permezz ta’, eż. L-użu ta’ għodod, tagħmir jew prodotti irħas u li jinħbew malajr, faċilment disponibbli lill-pubbliku ġenerali għandu jkun diffiċli u jieħu ħafna ħin biex wieħed jibdel komponiment jew tagħmir sabiex jaqbeż l-immobilizzatur.

8.2.8.   Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li meta jiġi stallat kif speċifikat mill-manifattur ikun kapaċi jiflaħ l-ambjent fil-vettura għal tul ta’ żmien raġonevoli (għall-ittestjar ara l-Artikolu 8.4). B’mod iżjed partikolari l-proprjetajiet elettriċi tas-sistema taċ-ċirkuwiti abbord ma għandhiex tiġi affettwata b’mod negattiv biż-żieda tal-immobilizzatur (cross-sections tal-wajers, sigurtà tal-kuntatti, eċċ.)

8.2.9.   Immobilizzatur jista’ jiġi kkombinat ma’ sistemi oħra tal-vettura jew jiġi integrat fihom (eż. ġestjoni tal-magna, sistemi tal-allarm).

8.2.10.   Ma għandux ikun possibbli li immobilizzatur jimpedixxi r-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura, minbarra fil-każ ta’ immobilizzatur li jimpedixxi r-rilaxx ta’ brejkijiet tal-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku (9) u jiffunzjona b’tali mod li fi tħaddim normali, jew f’kundizzjonijiet ta’ falliment, jintlaħqu r-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament Nru 13 fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

Il-konformità ma’ dan l-Artikolu ma teżentax lil immobilizzatur li jimpedixxi r-rilaxx ta’ brejkijiet tal-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku mir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

8.2.11.   Ma għandux ikun possibbli li immobilizzatur jaħdem b’tali mod li japplika l-brejkijiet tal-vettura.

8.3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

8.3.1.   Livell ta’ diżattivazzjoni

8.3.1.1.   Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat sabiex jimpedixxi t-tħaddim tal-vettura bil-forza tagħha stess b’mill-inqas wieħed minn dawn il-metodi:

8.3.1.1.1.

jiddiżattiva, fil-każ ta’ twaħħil wara l-bejgħ, jew vettura mgħammra b’magna diżil, mill-inqas żewġ ċirkuwiti tal-vetturi separati li jkunu meħtieġa għat-tħaddim tal-vettura bil-forza tagħha stess (ż. mutur biex tisstartja, ignixin, provvista tal-fjuwil, brejkijiet tal-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku, eċċ.);

8.3.1.1.2.

interferenza minn kodiċi ta’ mill-inqas unità tal-kontroll waħda meħtieġa għat-tħaddim tal-vettura.

8.3.1.2.   Immobilizzatur għat-twaħħil ġo vettura mgħammra b’konvertitur katalittiku ma għandux jikkawża li l-fjuwil mhux maħruq jidħol fl-egżost.

8.3.2.   Kredibbiltà tat-tħaddim

Il-kredibbiltà tat-tħaddim għandha tinkiseb permezz ta’ disinn adattat tal-immobilizzatur, wara li jkunu ġew ikkunsidrati il-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi fil-vettura (ara l-Artikoli 8.2.8 u 8.4).

8.3.3.   Sigurtà tat-tħaddim

Għandu jiġi żgurat li l-immobilizzatur ma jbiddilx l-istat tiegħu (issettjat/mitfi) bħala riżultat ta’ xi wieħed mit-testijiet fl-Artikolu 8.4.

8.3.4.   Issettjar tal-immobilizzatur

8.3.4.1.   L-immobilizzatur għandu jiġi ssettjat mingħajr azzjoni supplimentari mis-sewwieq permezz ta’ mill-inqas wieħed minn dawn il-metodi:

(a)

b’tidwir taċ-ċavetta tat-tqabbid fil-pożizzjoni “0” fis-serratura tal-ignixin u l-attivazzjoni ta’ bieba; barra minn hekk, immobilizzaturi li jintfew immedjatament qabel jew matul il-proċedura normali tat-tqabbid tal-vettura jkunu awtorizzati biex jiġu ssettjati meta tintefa’ l-vettura,

(b)

massimu ta’ minuta wara t-tneħħija taċ-ċavetta tas-serratura tal-ignixin.

8.3.4.2.   Jekk l-immobilizzatur jista’ jidħol fl-istat issettjat meta ċ-ċavetta tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni li tqabbad il-magna kif stabbilit fl-Artikolu 8.2.4, l-immobilizzatur jista’ jiġi ssettjat ukoll billi tinfetaħ il-bieba tas-sewwieq u/jew billi l-utent awtorizzat iwettaq azzjoni apposta.

8.3.5.   Tifi

8.3.5.1.   It-tifi għandu jinkiseb billi jintuża apparat wieħed jew kombinazzjoni ta’ apparat minn dawn li se nsemmgħu. Apparat ieħor b’livell ekwivalenti ta’ sigurtà li jagħtu prestazzjoni ekwivalenti huma awtorizzati.

8.3.5.1.1.   Tastiera sabiex tiddaħħal kodiċi magħżula individwalment li jkollha mill-inqas 10 000 varjant.

8.3.5.1.2.   Apparat elettriku/elettroniku, ż. rimot, b’mill-inqas 50 000 varjant u li għandu jinkorpora kodiċijiet tat-tidwir u/jew ikollu żmien minimu ta’ skannjar ta’ għaxart ijiem, ż. massimu ta’ 5 000 varjant għal 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

8.3.5.1.3.   Jekk it-tifi jista’ jinkiseb permezz ta’ rimot, l-immobilizzatur għandu jirritorna għall-kundizzjoni ssettjat ħames minuti wara t-tifi jekk ma tkun ittieħdet ebda azzjoni supplimentari fuq iċ-ċirkuwitu tat-tqabbid.

8.3.6.   Displej tal-istatus

8.3.6.1.   Sabiex tiġi provduta informazzjoni dwar l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mitfi, tibdil minn issettjat għal mitfi u viċe versa), displejs ottiċi ġewwa u barra l-kompartiment tal-passiġġieri huma awtorizzati. L-intensità tad-dawl ta’ sinjali ottiċi stallati barra l-kompartiment tal-passiġġier ma għandhiex taqbeż iż-0,5 cd.

8.3.6.2.   Jekk tiġi provduta indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħal tibdil minn “issettjat” għal “mitfi” u viċe versa, din għandha tkun ottika, skont l-Artikolu 8.3.6.1. Din l-indikazzjoni ottika tista’ tiġi prodotta wkoll permezz ta’ tħaddim simultanju tal-indikejters u/jew il-bozza/bozoz tal-kompartiment tal-passiġġier, sakemm it-tul tal-indikazzjoni ottika permezz tal-indikejters ma jaqbiżx it-tliet sekondi.

8.4.   PARAMETRI TAT-TĦADDIM U KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR

8.4.1.   Parametri tat-tħaddim

Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 6.4 ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal:

(i)

dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u jiġu ttestjati bħala parti mill-vettura, kemm jekk immobilizzatur ikunx imwaħħal jew le (eż. bozoz), jew

(ii)

dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet provduta evidenza dokumentarja.

8.4.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’sekwenza fuq immobilizzatur wieħed madankollu, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-ittestjar, kampjuni oħra jistgħu jintużaw jekk dan ma jiġix ikkunsidrat li jaffettwa r-riżultati tat-testijiet l-oħra.

8.4.3.   Test ta’ tħaddim

Meta jkunu kompluti t-testijiet kollha speċifikati hawn taħt, l-immobilizzatur għandu jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet tal-ittestjar normali speċifikati fl-Artikolu 6.4.2.1.2 ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġi verifikat li jibqa' jaħdem normali. Fejn meħtieġ, jistgħu jitbiddlu l-fjusijiet qabel it-test.

Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom ikunu konformi mal-preskrizzjonijiet mogħtija fl-Artikoli minn 6.4.2.2 sa 6.4.2.8 u 6.4.2.12 ta’ dan ir-Regolament.

8.5.   STRUZZJONIJIET

(l-Artikoli minn 8.5.1 sa 8.5.3 għall-iskopijiet ta’ stallazzjoni wara l-bejgħ biss).

Kull immobilizzatur għandu jkun akkumpanjat minn:

8.5.1.

Struzzjonijiet għall-istallazzjoni.

8.5.1.1.

Il-lista ta’ vetturi u mudelli tal-vetturi li għalihom ikun maħsub l-apparat. Din il-lista tista’ tkun speċifika jew ġenerika, eż. “il-karozzi kollha b’magni tal-petrol u batteriji 12 V bl-ert negattiv”.

8.5.1.2.

Il-metodu tal-istallazzjoni illustrat permezz ta’ ritratti u/jew tpinġijiet ċari ħafna.

8.5.1.3.

Struzzjonijiet dettaljati tal-istallazzjoni provduti mill-fornitur għandhom ikunu tali li meta segwiti korrettament minn stallatur kompetenti, is-sigurtà u l-kredibbiltà tal-vettura ma jiġux affettwati.

8.5.1.4.

L-istruzzjonijiet tal-istallazzjoni provduti għandhom jidentifikaw ir-rekwiżiti tal-enerġija elettrika tal-immobilizzatur u, fejn rilevanti, għandhom jirrakkomandaw żieda fid-daqs tal-batterija.

8.5.1.5.

Il-fornitur għandu jipprovdi proċeduri ta’ wara l-istallazzjoni sabiex tiġi verifikata l-vettura għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-karatteristiċi relatati mas-sigurtà.

8.5.2.

Ċertifikat tal-istallazzjoni vojt, li eżempju tiegħu jingħata fl-Anness 7.

8.5.3.

Stqarrija ġenerali lix-xerrej tal-immobilizzatur li tiġbed l-attenzjoni tiegħu lejn dawn il-punti:

8.5.3.1.

l-immobilizzatur għandu jiġi stallat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

8.5.3.2.

l-għażla ta’ stallatur tajjeb hija rakkomandata (il-manifattur tal-immobilizzatur jista’ jiġi kkuntattjat biex isemmi stallaturi tajbin);

8.5.3.3.

iċ-ċertifikat tal-istallazzjoni provdut mal-immobilizzatur għandu jimtela mill-istallatur.

8.5.4.

Struzzjonijiet għall-użu.

8.5.5.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni.

8.5.6.

Twissija ġenerali dwar il-perikli li jsiru xi tibdiliet jew addizzjonijiet fl-immobilizzatur; dawn it-tibdiliet u addizzjonijiet awtomatikament jinvalidaw iċ-ċertifikat tal-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 8.5.2 imsemmi qabel.

9.   MODIFIKA TAT-TIP U ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI

9.1.   Kull tibdil ta’ tip ta’ vettura jew komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi notifikat lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip ta’ vettura jew komponent id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

9.1.1.

iqis li t-tibdil imwettaq mhux probabbli li jkollu effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-komponent jew il-vettura xorta jkunu konformi mar-rekwiżiti, jew

9.1.2.

jeħtieġ rapport addizzjonali mid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

9.2.   Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdil, għandha tintbagħat permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4.3 msemmi qabel lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

9.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estenzjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni miktuba għal din l-estensjoni.

10.   KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TAL-PRODUZZJONI

Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha taqbel ma’ dawk stiipulati fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), b’dawn ir-rekwiżiti:

10.1.

Vetturi/komponenti skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jilħqu r-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

10.2.

Għal kull tip ta’ vettura jew komponent it-testijiet preskritti fil-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fuq bażi statistikament ikkontrollata u każwali, skont waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità.

10.3.

L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe mument tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

11.   PIENI GĦAL NUQQAS TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

11.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 imsemmi qabel ma jintlaħqux.

11.2.   Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2, il-Parti 1, 2 jew 3 kif applikabbli.

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ vettura/komponent approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma dwar dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni wara li tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2, il-Parti 1, 2 jew 3 kif applikabbli.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

13.1.   APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' IMMOBILIZZATUR

13.1.1.   Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ komponent jew unità teknika separata li għandhom jiġu approvati jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament.

13.1.2.   Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet li dawk it-tipi ta’ komponent jew unità teknika separata li jkunu konformi mar-rekwżiti tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, sakemm il-komponent jew unità teknika separata jkunu maħsuba bħala parti tat-tibdil għat-twaħħil fuq vetturi li jkunu qed jintużaw u ma jkunx teknikament possibbli li jitwaħħal komponent jew unità teknika separata li jissodisfaw ir-rekwżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali ta’ dan ir-Regolament.

13.2.   APPROVAZZJONI TA' TIP TA' VETTURA

Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ DIPARTIMENTI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li jappplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtu lilhom il-formuli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), l-Anness 7 (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1, kif emendat).

(2)  Vetturi b’sistemi elettriċi ta’ 12 volts biss jiġu kkunsidrati.

(3)  Huwa rakkomandat li l-Partijiet Kontraenti japplikaw Partijiet I u IV għall-approvazzjoni ta’ vetturi tal-Kategorija M1 u l-Parti I biss għall-approvazzjoni ta’ vetturi tal-Kategorija N1, u r-rekwiżiti l-oħra jibqgħu fakultattivi il-Partijiet II, III u IV għandhom japplikaw meta dan it-tagħmir jitwaħħal ġol-vetturi tal-kategoriji li jidhru li jidher fl-Artikoli minn 1.3 sa 1.5.

(4)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajna, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta u 51 għar-Repubblika tal-Korea. Numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra bl-ordni kronoloġika li fiha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, it-Tagħmir u l-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu ma’ u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu komunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.

(5)  ETSI: Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni jekk dawn l-Istandards ma jkunux disponibbli meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti domestiċi rilevanti.

(6)  

CEPT: Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet

ERC: Kumitat tar-Radjukomunikazzjonijiet Ewropej

(7)  Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprojbixxu l-frekwenza u/jew l-enerġija u jistgħu jippermettu l-użu ta’ frekwenza u/jew enerġija oħra.

(8)  Il-lampi li huma użati bħala parti mill-apparati ta’ twissija ottika u li huma inklużi fis-sistema tad-dwal standard tal-karozza ma hemmx għalfejn ikunu konformi mal-parametri tal-operazzjoni fil-paragrafu 6.4.1 u ma għandhomx ikunu sottomessi għat-testijiet elenkati fil-paragrafu 6.4.2.

(9)  Kif definit fl-Anness 8 tar-Regolament KEE Nru 13, kif emendat.


ANNESS 1

Parti 1

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

skont l-Artikoli 5, 7 u 8 kif applikabbli tar-Regolament Nru 116 dwar l-approvazzjoni KEE ta’ tip ta’ sistema ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat

mingħajr/b’sistema tal-allarm (1)

mingħajr/b’immobilizzatur (1)

1.   ĠENERALI

1.1.   Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.   Tip:

1.3.   Mezz tal-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat (2):

1.3.1.   Post ta’ dik il-marka:

1.4.   Kategorija tal-vettura (3):

1.5.   Isem u indirizz tal-manifattur:

1.6.   Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:

1.7.   Indirizz(i) tal-impjant/i tal-immuntar:

2.   KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA

2.1.   Ritratti u/jew illustrazzjonijiet ta’ vettura rappreżentattiva:

2.2.   Naħa tas-sewwieq: xellug/lemin (1)

3.   MIXXELLANJA

3.1.   Apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat tal-vettura

3.1.1.   Apparat protettiv:

3.1.1.1.   Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-arranġament u d-disinn tal-kontroll jew tal-unità li fuqha jaġixxi l-apparat protettiv:

3.1.1.2.   Illustrazzjonijiet tal-apparat protettiv u tal-immuntar tiegħu fuq il-vettura:

3.1.1.3.   Deskrizzjoni teknika tal-apparat:

3.1.1.4.   Dettalji tal-użu tal-kombinazzjonijiet tas-serratura:

3.1.2.   Immobilizzatur tal-vettura:

3.1.2.1.   numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli:

3.1.2.2.   Għal immobilizzaturi li għadhom ma ġewx approvati

3.1.2.2.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-immobilizzatur tal-vettura u tal-miżuri meħuda kontra attivazzjoni mhux volontarja:

3.1.2.2.2.   Is-sistema(i) li fuqha(om) jaġixxi l-immobilizzatur tal-vettura:

3.1.2.2.3.   Numru ta’ kodiċijiet effettivi li jistgħu jitbiddlu bejniethom, jekk applikabbli:

3.1.3.   Sistema tal-allarm, jekk applikabbli:

3.1.3.1.   numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli:

3.1.3.1.1.   Deskrizzjoni dettaljata tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-arranġament tas-SAV istallata kif muri fir-ritratti u/jew disinji (fejn is-SAV hija diġà approvata skont it-tip bħala unità teknika separata, tista' ssir referenza għad-deskrizzjoni fil-paragrafu 4.2 tad-dokument ta' informazzjoni tal-manifattur tas-SAV):

3.1.3.2.   Għal sistemi tal-allarm li għadhom mhumiex approvati

3.1.3.2.1.   Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-allarm u l-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema tal-allarm stallata:

3.1.3.2.2.   Lista tal-komponenti ewlenin li jiffurmaw is-sistema tal-allarm:

Parti 2

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 116 dwar l-approvazzjoni KEE tat-tip ta’ komponent jew ta' unità teknika separata ta’ sistema tal-allarm

1.   ĠENERALI

1.1.   Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.   Tip:

1.3.   Mezz tal-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat (4):

1.3.1.   Post ta’ dik il-marka:

1.4.   Isem u indirizz tal-manifattur:

1.5.   Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:

1.6.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

2.   DESKRIZZJONI TAL-APPARAT

2.1.   Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-allarm u tal-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema tal-allarm stallata:

2.1.1.   Lista tal-komponenti ewlenin li jiffurmaw is-sistema tal-allarm:

2.1.2.   Il-miżuri meħuda kontra allarmi foloz:

2.2.   Medda protettiva offruta mill-apparat:

2.3.   Metodu ta’ ssettjar/tifi tal-apparat:

2.4.   Numru ta’ kodiċijiet effettivi li jistgħu jitbiddlu bejniethom, jekk applikabbli:

2.5.   Lista ta’ komponenti ewlenin li jiffurmaw l-apparat u, jekk applikabbli, il-marki ta’ referenza tagħhom:

3.   ILLUSTRAZZJONIJIET

3.1.   Illustrazzjonijiet tal-komponenti ewlenin tal-apparat (l-illustrazzjonijiet għandhom juru l-ispazju maħsub għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip jew il-marka ta’ referenza KEE, kif applikabbli):

4.   STRUZZJONIJIET

4.1.   Lista ta’ vetturi li l-apparat huwa maħsub biex jitwaħħal fihom:

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu tal-istallazzjoni ilustrat permezz ta’ ritratti u/jew tpinġijiet:

4.3.   Struzzjonijiet għall-użu:

4.4.   Struzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk applikabbli:

4.5.   Lista tal-paragrafi ta' dan ir-Regolament li ma japplikawx minħabba l-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni għal SAV approvat skont it-tip bħala unità teknika separata, li għandha tkun stallata f'postijiet speċifiċi f'vetturi speċifiċi.

Parti 3

(Format massmu: A4 (210 mm × 297 mm))

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 116 dwar l-approvazzjoni KEE tat-tip ta’ komponent jew ta' unità teknika separata ta’ sistema ta’ immobilizzatur

1.   ĠENERALI

1.1.   Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.   Tip:

1.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat (5):

1.3.1.   Post ta’ dik il-marka:

1.4.   Isem u indirizz tal-manifattur:

1.5.   Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:

1.6.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

2.   DESKRIZZJONI TAL-APPARAT

2.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-immobilizzatur tal-vettura u tal-miżuri meħuda kotnra attivazzjoni mhux volontarja:

2.2.   Is-sistema(i) tal-vettura li fuqha(om) jaħdem l-immobilizzatur tal-vettura:

2.3.   Metodu ta’ ssettjar/tifi tal-apparat:

2.4.   Numru ta’ kodiċijiet effettivi li jistgħu jitbiddlu bejniethom, jekk applikabbli:

2.5.   Lista ta’ komponenti ewlenin li jiffurmaw l-apparat u, jekk applikabbli, il-marki ta’ referenza tagħhom:

3.   ILLUSTRAZZJONIJIET

3.1.   Illustrazzjonijiet tal-komponenti ewlenint tal-apparat (l-illustrazzjonijiet għandhom juru l-ispazju maħsub għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip KEE):

4.   STRUZZJONIJIET

4.1.   Lista ta’ vetturi li l-apparat huwa maħsub li jitwaħħal fihom:

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ stallazzjoni illustrat permezz ta’ ritratti u/jew tpinġijiet:

4.3.   Struzzjonijiet għall-użu:

4.4.   Struzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk applikabbli:


(1)  Ingassa dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn xejn ma jkun meħtieġ li jitħassar, meta iktar minn annotazzjoni waħda tkun applikabbli).

(2)  Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-vettura, il-komponent jew l-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni permezz tas-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(3)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3) (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1, kif emendat).

(4)  Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni tat-tip jinkludi karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew l-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni permezz tas-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(5)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jinkludi karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew l-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni permezz tas-simbolu “?” (eż. ABC??123??).


ANNESS 2

Parti 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KEE Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tar-Regolament Nru 116

1.

Informazzjoni addizzjonali:

1.1.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-apparat kontra l-użu mhux awtorizzat u l-partijiet tal-vettura li jaġixxi fuqha:

1.2.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-immobilizzatur:

1.3.

Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema tal-allarm, jekk applikabbli, inkluż il-provvista stmata tal-vultaġġ (1):

2.

Rimarki:

Parti 2

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KEE Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tal-allarm tal-vetturi fir-rigward tar-Regolament Nru 116

1.

Informazzjoni addizzjonali:

1.1.

Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema tal-allarm, jekk applikabbli, inkluż il-provvista stmata tal-vultaġġ (2):

1.2.

Lista tal-vetturi li fihom hija maħsuba li titwaħħal is-sistema tal-allarm:

1.3.

Tipi ta’ vetturi li ġiet ittestjata fuqhom is-sistema tal-allarm:

1.4.

Lista ta’ komponenti ewlenin, debitament identifikati, li jiffurmaw is-sistema tal-allarm:

2.

Osservazzjonijiet:

Parti 3

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KEE Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ immobilizzatur fir-rigward tar-Regolament Nru 116

1.

Informazzjoni addizzjonali:

1.1.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-immobilizzatur:

1.2.

Lista ta’ vetturi li l-immobilizzatur huwa maħsub li jitwaħħal fihom:

1.3.

Tipi ta’ vetturi li kien ittestjat fuqhom l-immobilizzatur:

1.4.

Lista ta’ komponenti ewlenin, debitament identifikati, li jiffurmaw l-immobilizzatur:

2.

Osservazzjonijiet:


(1)  Għandu jiġi indikat biss għal sistemi tal-allarm tal-vetturi (VAS) li għandhom jintużaw f’vetturi li l-provvista stmata tal-vultaġġ mhix ta’ 12 Volts.

(2)  ħandu jiġi indikat biss għal sistemi tal-allarm tal-vetturi (VAS) li għandhom jintużaw f’vetturi li l-provvista stmata tal-vultaġġ stmat mhix ta’ 12 Volts.


ANNESS 3

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-Artikolu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Figura 1

(ara l-Artikolu 4.4.3.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fil-figura 1 imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont il-Parti I tar-Regolament Nru 116 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 116 fil-forma oriġinali tiegħu.

Figura 2

(ara l-Artikolu 4.4.3.1 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni imli tidher fil-Figura 2 imwaħħla ma’ VAS turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont il-Parti II tar-Regolament Nru 116 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 116 fil-forma oriġinali tiegħu.

Figura 3

(ara l-Artikolu 4.4.3.2 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fil-Figura 3 imwaħħla ma’ immobilizzatur turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont il-Parti IV tar-Regolament Nru 116 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 116 fil-forma oriġinali tiegħu.

Figura 4

(ara l-Artikolu 4.4.3.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fil-figura 4 imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont il-Parti III tar-Regolament Nru 116 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru tal-approvazjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 116 fil-forma oriġinali tiegħu.

Figura 5

(ara l-Artikolu 4.4.3.6 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fil-Figura 5 imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont il-Parti I u IV tar-Regolament Nru 116 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 116 fil-forma oriġinali tiegħu.

Figura 6

(ara l-Artikolu 4.4.3.7 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fil-Figura 6 imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont il-Parti I, II u IV tar-Regolament Nru 116 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 116 fil-forma oriġinali tiegħu.

MUDELL B

(ara l-Artikolu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Figura 7

(eżempju)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont il-Partijiet I, II u IV tar-Regolament Nru 116 u tar-Regolament Nru 11. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li fid-dati li fihom ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament Nru 116 kien fil-forma oriġinali tiegħu u r-Regolament Nru 11 inkluda s-serje ta’ emendi 02.


ANNESS 4

Parti I

PROĊEDURA LI TIPPRODUĊI EFFETTI TA’ DETERJORAZZJONI FUQ L-APPARAT LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT LI JAĠIXXI FUQ L-ISTERING

1.   Tagħmir tal-ittestjar

It-tagħmir tal-ittestjar għandu jikkonsisti f’:

1.1.

Apparat adattat għall-immuntar tal-kampjun tal-istering komplut bl-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat imwaħħal, kif definit fl-Artikolu 5.1.2 ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Mezz għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li għandu jinkludi l-użu taċ-ċavetta.

1.3.

Mezz għat-tidwir tax-xaft tal-istering relatat mal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

2.   Metodu tal-ittestjar

2.1.

Kampjun tal-istering komplut bl-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat jitwaħħal mat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1.1 imsemmi qabel.

2.2.

Ċiklu wieħed tal-proċedura tal-ittestjar għandu jikkonsisti fil-proċeduri li ġejjin:

2.2.1.

Pożizzjoni ta’ tqabbid. L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi diżattivat u x-xaft tal-istering għandu jkun jiddawwar f’pożizzjoni li timpedixxi t-tqabbid tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, sakemm ma jkunx tat-tip li jippermetti l-illokkjar tal-istering fi kwalunkwe pożizzjoni.

2.2.2.

Issettjat biex jiġi attivat. L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi mċaqlaq mill-pożizzjoni ta’ diżattivazzjoni għal dik ta’ attivazzjoni, permezz taċ-ċavetta.

2.2.3. (1)

Attivat il-pern tal-istering għandu jiddawwar b’tali mod li t-torque fuqu, fil-ħin tal-ingaġġ tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, għandu jkun ta’ 40 Nm ± 2 Nm.

2.2.4.

Diżattivat. L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi diżattivat bil-mezzi normali, bit-torque imnaqqas għal żero sabiex iħaffef id-diżingaġġ.

2.2.5. (1)

Ritorn il-pern tal-istering għandu jiddawwar f’pożizzjoni li timpedixxi l-ingaġġ tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

2.2.6.

Rotazzjoni opposta il-proċeduri ripetuti deskritti fl-Artikoli 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4 u 2.2.5, iżda fid-direzzjoni opposta tar-rotazzjoni tal-pern tal-istering.

2.2.7.

L-intervall bejn żewġ ingaġġi suċċessivi tal-apparat għandu jkun ta’ mill-inqas 10 sekondi.

2.3.

Iċ-ċiklu li jipproduċi l-effetti tad-deterjorazzjoni għandu jiġi ripetut għan-numru ta’ drabi speċifikat fl-Artikolu 5.3.1.3 ta’ dan ir-Regolament.

Parti 2

PROĊEDURA TAL-ITTESTJAR GĦAL APPARAT LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT LI JAĠIXXI FUQ L-ISTERING PERMEZZ TA’ APPARAT LI JILLIMITA T-TORQUE

1.   Tagħmir tal-ittesjtar

It-tagħmir tal-ittestjar għandu jikkonsisti fi:

1.1.

Tagħmir adattat biex iżomm il-partijiet rilevanti ta’ sistema ta’ stering jew, jekk it-test jitwettaq fuq vettura kompluta, sistema ta’ ġġakkjar kapaċi tgħolli r-roti kollha li jiġu sterjati minn mal-art, u

1.2.

Apparat kapaċi jipproduċi, u jkejjel, torque imwaħħal mal-kontroll tal-istering kif preskritt fl-Artikolu 2.3 il-preċiżjoni tal-kejl għandu jkun inqas minn jew ekwivalenti għal 2 fil-mija.

2.   Deskrizzjoni tal-proċedura tal-ittestjar

2.1.

Jekk it-test jitwettaq fuq vettura kompluta, it-test għandu jitwettaq bir-roti kollha tal-vettura li jiġu sterjati miżmuma 'l fuq mill-art.

2.2.

Is-serratura tal-istering għandha tiġi attivata b’tali mod li l-istering jiġi mblukkat.

2.3.

Torque għandu jiġi applikat fuq il-kontroll tal-istering b’tali mod li jdur.

2.4.

Iċ-ċiklu tal-ittestjar jinkludi rotazzjoni tal-kontroll tal-istering ta’ 90° segwit minn rotazzjoni fid-direzzjoni opposta ta’ 180°, u rotazzjoni ġdida ta’ 90° fid-direzzjoni oriġinali (ara l-figura);

ċiklu wieħed = +90°/-180°/+90° b’tolleranza ta’ ± 10 fil-mija.

Image

2.5.

Tul ta’ ċiklu huwa ekwivalenti għal 20 s ± 2 s.

2.6.

Għandhom jitwettqu ħames ċikli tal-ittestjar.

2.7.

Matul kull wieħed miċ-ċikli tal-ittestjar il-valur minimu rreġistrat tat-torque għandu jkun ogħla minn dak mogħti fl-Artikolu 5.3.1.4.2 ta’ dan ir-Regolament.


(1)  Jekk l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat jippermetti l-illokkjar tal-istering f'kull pożizzjoni, il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 2.2.3 u 2.2.5 għandhom jitħallew barra.


ANNESS 5

(Riżervat)


ANNESS 6

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KONFORMITÀ

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 7

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-ISTALLAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 8

Artikoli 6.4.2.11 u 7.4

TEST TA’ SISTEMI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-KOMPARTIMENT TAL-PASSIĠĠIERI

Image


ANNESS 9

KUMPATIBBILTÀ ELETTROMANJETIKA

Nota: Sabiex tiġi ttestjata l-kumpatibbiltà elettromanjetika, għandu jintuża jew l-Artikolu 1 jew inkella l-Artikolu 2, skont il-faċilitajiet tal-ittestjar.

1.   Metodu ISO

Immunità kontra d-disturbi kondotti tul il-linji tal-provvista

Applika l-vibrazzjonijiet tal-ittestjar 1, 2a/2b, 3a, 3b, 4 u 5a/5b skont l-Istandard Internazzjonali ISO 7637-2:2004 fuq il-linji tal-provvista kif ukoll fuq konnessjonijiet oħra tal-VAS/tas-SA li jistgħu jitqabbdu b’mod operattiv mal-linji tal-provvista.

Rigward il-vibrazzjoni 5, il-vibrazzjoni 5b għandha tiġi applikata fuq vetturi li jkollhom alternatur b'dajowd ta' limitazzjoni intern u l-vibrazzjoni 5a għandha tiġi tapplikata għal każijiet oħra.

Rigward il-vibrazzjoni 2, il-vibrazzjoni 2a għandha tiġi dejjem applikata u l-vibrazzjoni 2b tista' ssir bi ftehim bejn il-manifattur tal-vettura u s-servizzi tekniċi ta' approvazzjoni.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku, il-vibrazzjonijiet ta' test 5a/5b ma hemmx għalfejn jiġu applikati fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)   Approvazzjoni tat-tip ta' VAS li trid tiġi approvata bħala unità teknika għaliha u maħsuba biex titwaħħal fuq vettura(i) mingħajr alternaturi

F'dan il-każ, il-manifattur tal-VAS għandu:

(i)

jispeċifika fil-paragrafu 4.5 tad-dokument ta' informazzjoni (l-Anness 1, il-Parti 2), li r-rekwiżit ta' dan il-paragrafu ma ġiex applikat għall-VAS (skont il-paragrafu 7 ta' dan ir-Regolament),

(ii)

jispeċifika fil-paragrafu 4.1 tad-dokument ta' informazzjoni, il-lista ta' vetturi li fuqhom hemm ħsieb li titwaħħal il-VAS u l-kundizzjonijiet rilevanti ta' istallazzjoni fil-paragrafu 4.2.

(b)   Approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward ta' SA maħsuba biex titwaħħal fuq vettura (i) mingħajr alternaturi

F'dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tad-dokument ta' informazzjoni (Anness 1, Parti 1), li r-rekwiżit ta' dan il-paragrafu ma japplikax għas-SA minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet ta' istallazzjoni.

(c)   Approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istallazzjoni ta' VAS li hija approvata għat-tip bħala unità teknika għaliha u maħsuba biex titwaħħal fuq vettura(i) mingħajr alternaturi

F'dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tad-dokument ta' informazzjoni (l-Anness 1, il-Parti 1), li r-rekwiżit ta' dan il-paragrafu ma japplikax għall-istallazzjoni tal-VAS meta l-kundizzjonijiet ta' istallazzjoni rilevanti jkunu sodisfatti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f'każijiet meta l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tal-Anness 1, il-Parti 1, tkun diġà ntbagħtet għall-approvazzjoni tal-unità teknika separatament.

Il-VAS/Is-SA meta ssettjata

Il-vibrazzjonijiet tal-ittestjar minn 1 sa 5 għandhom jiġu applikati. L-istatus funzjonali meħtieġ għall-vibrazzjonijiet tal-ittestjar kollha applikati jidhru fit-Tabella 1.

Tabella 1

Severità/status funzjonali (għal-linji tal-provvista)

Numru tal-vibrazzjonijiet tal-ittestjar

Livell tal-ittestjar

Status funzjonali

1

III

C

2

III

A

3a

III

C

3b

III

A

4

III

B

4

I

A

5

III

A

Immunità kontra disturbi konnessi fuq il-linji tas-sinjali

Il-kondutturi li ma jkunux imqabbda mal-linji tal-provvista (eż. linji speċjali tas-sinjali) għandhom jiġu ttestjati skont l-Istandard Internazzjonali ISO7637-3:1995 (u Corr.1). L-istatus funzjonali meħtieġ għall-vibrazzjonijiet kollha tal-ittestjar applikati jidhru fit-Tabella 2.

Tabella 2

Livell tal-ittestjar/status funzjonali (għal-linji tas-sinjali)

Numru tal-vibrazzjonijiet tal-ittestjar

Livell tal-ittestjar

Status funzjonali

3a

III

C

3b

III

A

Immunità kontra disturbi rradjati ta’ frekwenza għolja

L-ittestjar tal-immunità ta’ VAS/SA f’vettura jista’ jitwettaq skont il-preskrizzjonijiet fir-Regolament Nru 10, serje ta’ emendi 02 u metodi tal-ittestjar deskritti fl-Anness 6 għall-vetturi u l-Anness 9 għal unità teknika separata.

Disturb elettriku minn ħruġ ta’ ċarġis elettrostatiċi

L-immunità kontra d-disturbi elettriċi għandha tiġi ttestjata skont ir-Rapport Tekniku ISO/TR 10605-1993.

Bi qbil mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma hemmx għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)   Approvazzjoni tat-Tip ta' SAV li jrid ikun approvat skont it-tip bħala unità teknika separata

F'dan il-każ, il-manifattur tas-SAV għandu:

(i)

Jispeċifika fil-paragrafu 4.5 tad-dokument ta' informazzjoni (l-Anness 1, il-Part 2), li r-rekwiżit ta' dan il-paragrafu ma kienx applikat għas-SAV (skont il-paragrafu 7 ta' dan ir-regolament), u

(ii)

Jispeċifika fil-paragrafu 4.1 tad-dokument ta' informazzjoni, il-lista tal-vetturi li fuqhom ikun hemm il-ħsieb li titwaħħal is-SAV u l-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni relevanti fil-paragrafu 4.2.

(b)   Approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward ta' Sistema ta' Allarm

F'dan il-każ, il-manufattur għandu jispeċifika fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tad-dokument ta' informazzjoni (l-Anness 1, il-Part 1), li r-rekwiżit ta' dan il-paragrafu ma japplikax għas-Sistema ta' Allarm minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta' dan billi jippreżenta d-dokumenti relatati.

(c)   Approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward l-istallazzjoni ta' SAV li kienet approvata skont it-tip bħala unità teknika separata

F'dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tad-dokument ta' informazzjoni (l-Anness 1, il-Part 1), li r-rekwiżit ta' dan il-paragrafu ma japplikax għall-istallazzjoni tas-SAV fejn ikunu sodisfati l-kundizzjonijiet tal-istallazzjoni relevanti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax f'każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 3.1.3.1.1 tal-Anness 1, il-Parti 1 kienet diġà ġiet ippreżentata għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata.

Emissjonijiet irradjati

It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tar-Regolament Nru 10, serje ta’ emendi 02 u skont il-metodi tal-ittestjar deskritti fl-Annessi 4 u 5 għall-vetturi jew l-Annessi 7 u 8, għal unità teknika separata.

2.   Metodu IEC

Kamp elettromanjetiku

Il-VAS/Is-SA għandha tiġi sottoposta għat-test bażiku għandha tiġi soġġetta għat-test tal-kamp elettromanjetiku deskritt fil-Pubblikazzjoni IEC 839-1-3-1998 test A-13 b’medda ta’ frekwenza minn 20 sa 1 000 MHz, u għal livell ta’ forza tal-kamp ta’ 30 V/m.

Barra minn hekk, il-VAS/is-SA għandha tiġi soġġetta għat-testijiet temporanji tal-elettriku kondotti u konnessi deskritti fl-Istandard Internazzjonali ISO 7637 Partijiet 1:1990, 2:1990 u 3:1995, kif applikabbli.

Disturb elettriku minn ħruġ ta’ ċarġis elettrostatiċi

Il-VAS/Is-SA għandha tiġi sottoposta għat-test bażiku għandha tiġi soġġetta għall-ittestjar tal-immunità kontra l-ħruġ ta’ ċarġis elettrostatiċi kif deskritt jew f’EN 61000-4-2, jew inkella ISO/TR 10605-1993, skont l-għażla tal-manifattur.

Emissjonijiet irradjati

Il-VAS/Is-SA għandha tiġi soġġetta għall-ittestjar għat-trażżin ta’ interferenzi fil-frekwenzi tar-radju skont it-testijiet preskritti fir-Regolament Nru 10, serje ta’ emendi 02 u skont il-metodi tal-ittestjar deskritti fl-Annessi 4 u 5 għall-vetturi u l-Annessi 7 u 8 għal unità teknika separata.


ANNESS 10

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ISWIĊĊIJIET MEKKANIĊI BIĊ-ĊAVETTA

1.

Iċ-ċilindru tal-iswiċċ taċ-ċavetta ma għandux jisporġi iktar minn 1mm mill-kaver, u l-parti li tisporġi għandha tkun konika.

2.

Il-ġonta bejn il-qalba taċ-ċilindru u l-kejsing taċ-ċilindru għandha tkun kapaċi tiflaħ forza tat-tensjoni ta’ 600 N u torque ta’ 25 Nm.

3.

L-iswiċċ taċ-ċavetta għandu jkun provdut b’ostaklu kontra t-titqib taċ-ċilindru.

4.

Il-profil taċ-ċavetta għandu jkollu mill-inqas 1 000 permutazzjoni effettiva.

5.

L-iswiċċ taċ-ċavetta ma għandux ikun jista’ jitħaddem b’ċavetta li tkun tvarja b’permutazzjoni waħda biss miċ-ċavetta li taqbel mal-iswiċċ taċ-ċavetta.

6.

Il-fetħa ewlenija għal swiċċ estern taċ-ċavetta għandha tkun magħluqa b’xater jew protetta b’mod ieħor kontra d-dħul ta’ ħmieġ u/jew ilma.