ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.302.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 302

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
19 ta' Novembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Notifika dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

1

 

*

Notifika dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1183/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1184/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju (saithe) fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1185/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1186/2011 tal-15 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1187/2011 tal-15 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-ling fiż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1188/2011 tal-15 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żona IIa; dik il-parti taż-żona IIIa mhux koperta mis-Skagerrak u l-Kattegat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1189/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati f’relazzjoni ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

16

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1190/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1730/2006 u (KE) Nru 1138/2007 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf tal-aċidu benżojku (VevoVitall) ( 1 )

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 479/2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

30

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/1


Notifika dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

Il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (1), iffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Mejju 2011, ġew ikkompletati fil-21 ta’ Ottubru 2011. Konsegwentement, dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tiegħu.


(1)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 3.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/2


Notifika dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

Il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (1), iffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Mejju 2011, ġew ikkompletati fil-21 ta’ Ottubru 2011. Konsegwentement, dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011, f’konformità mal-Artikolu 3 tiegħu.


(1)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 49.


REGOLAMENTI

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1183/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 187 u 188 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn hawn ’il quddiem imsejħa “Impriża Konġunta FCH”) ġiet imwaqqfa fit-30 ta’ Mejju 2008 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 (2) mill-membri fundaturi tagħha, l-Grupp Industrijali Ewropew tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Grupp Industrijali”) u l-Kummissjoni.

(2)

Il-Grupp tar-Riċerka sar membru tal- Impriża Konġunta FCH fl-14 ta’ Lulju 2008. Il-Grupp tar-Riċerka jikkontribwixxi kemm finanzjarjament kif ukoll in natura għall-objettivi tal-Impriża Konġunta FCH. Peress li l-kompożizzjoni speċifika tal-Impriża Konġunta FCH kif ukoll ir-regoli u n-natura tagħha, l-objettivi u l-iskop tal-attivitajiet tagħha, il-membri tal-Grupp tar-Riċerka jistgħu jibbenefikaw mir-riżultati miksuba bl-istess mod bħall-membri tal-Grupp Industrijali. Huwa għalhekk iġġustifikat li l-kontribuzzjoni in natura kemm mill-Grupp Industrijali kif ukoll mill-Grupp tar-Riċerka tkun tgħodd bħala fondi ekwivalenti.

(3)

Il-Grupp tar-Riċerka sar membru tal-Impriża Konġunta FCH, huwa għalhekk xieraq li jiġi kkunsidrat li l-kontribuzzjonijiet in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka (inklużi l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka) jitqabblu mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, fit-tifsira tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta FCH annessi mar-Regolament (KE) Nru521/2008 (minn hawn ’il quddiem imsejħin “Statuti”).

(4)

L-Impriża Konġunta FCH ilha topera għal aktar minn sentejn, u matul dan il-perjodu tlesta ċ-ċiklu operattiv sħiħ bil-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, l-evalwazzjonijiet tal-proposti, in-negozjati tal-finanzjament u l-konklużjoni tal-ftehimiet tal-għotjiet. L-esperjenza li nkisbet matul dan il-perijodu wriet li l-livelli massimi ta’ finanzjament fil-proġetti tal-Impriża Konġunta FCH għandhom jitnaqqsu b’mod sinifikanti għall-parteċipanti kollha. B’riżultat ta’ dan, il-livell ta’ parteċipazzjoni fl-azzjonijiet tal-Impriża Konġunta FCH taw prova li kienu sinifikatament inqas mill-aspettattivi inizjali.

(5)

Il-Bord ta’ Tmexxija approva l-emendi għal dan ir-Regolament (KE) Nru 521/2008, skont l-Istatuti.

(6)

Il-possibbiltà li l-kontribuzzjonijiet in natura mill-entitajiet legali kollha li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet jiġu kkalkulati bħala finanzjament ta’ ekwivalenza, għandha tirrikonoxxi s-sħubija tal-Grupp tar-Riċerka u ttejjeb il-livelli tal-finanzjament filwaqt li tkompli tirrispetta l-prinċipju fundamentali tal-ekwivalenza, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi applikat tnaqqis ġust u bilanċjat ta’ finanzjament lit-tipi differenti ta’ parteċipanti.

(7)

L-ispejjeż rikorrenti tal-Uffiċċju tal-Programm tal-Impriża Konġunta FCH (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Uffiċċju tal-Programm”) għandhom jiġu koperti mit-tliet membri tagħha. Hu xieraq li jiġi previst li l-membri kollha tal-Impriża Konġunta FCH ikollhom l-istess skeda ta’ pagamenti.

(8)

Il-Kummissjoni għandha tingħata ċerta flessibbiltà fir-rigward tat-teħid tal-miżuri f’każ ta’ ekwivalenza insuffiċjenti.

(9)

Fil-preżent il-livell ta’ finazjament hu determinat wara kull evalwazzjoni tal-proposti li jkunu waslu. Sabiex tgħin lill-benefiċjarji jagħmlu stima tal-limitu tal-finanzjament potenzjali, għandu jkun possibli li għal kull sejħa jiġi speċifikat il-livell minimu ta’ finanzjament.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 521/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KE) Nru 521/2008 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostwit b’dan li ġej:

“2.   L-Impriża Konġunta FCH jista’ jkollha il-kapaċità fiha nnifisha li tagħmel verifiki interni.”;

2.

l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Minkejja l-Artikolu 12(3) tal-Anness għar-Regolament Nru 521/2008, dan ir-Regolament ta’ emenda ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-ftehimiet ta’ għotja u kuntratti oħra konklużi mill-Impriża Konġunta FCH qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, huwa ma għandux jaffettwa l-ogħla limiti ta’ finanzjament stabbiliti hemm.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punt 2(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-14 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  Opinjoni tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.


ANNESS

L-Istatuti tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu stabbilita fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 521/2008 huma b’dan emendati kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2 l-ewwel u t-tieni inċiżi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“—

jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH, f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dawn l-Istatuti ssir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus kontanti biex tkopri 50 % tal-ispejjeż rikorrenti tal-Impriża Konġunta FCH u trasferita għall-baġit tal-Impriża Konġunta FCH f’pagamenti li jkun hemm qbil dwarhom,

jiżgura li l-kontribuzzjoni tal-industrija għas-suċċess tal-attivitajiet RTD iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH flimkien mal-kontribuzzjonijiet mingħand benefiċjarji oħra tal-inqas ikunu daqs dawk tal-Unjoni,”;

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, ir-raba’ inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH, f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dawn l-Istatuti ssir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus kontanti biex tkopri 1/12 tal-ispejjeż rikorrenti tal-Impriża Konġunta FCH u trasferita għall-baġit tal-Impriża Konġunta FCH f’pagamenti li jkun hemm qbil dwarhom.”.

2.

L-artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta FCH għandhom jiġu koperti permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, u permezz tal-kontribuzzjonijiet in natura mill-entitajiet legali li jipparteċipaw fl-attivitajiet.

Il-kontribuzzjoni mill-entitajiet legali parteċipanti għandha mill-inqas tikkorrispondi mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

L-irċevuti għandhom jiġu ttrattati f’konformità mar-Regoli ta’ Parteċipazzjoni mniżżlin fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE. Dan il-paragrafu għandu japplika mid-data li fiha l-Grupp tar-Riċerka sar membru tal-Impriża Konġunta FCH.”;

(b)

fil-paragrafu 7 it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Jekk il-valutazzjoni tiddetermina li l-kontribuzzjoni in natura mill-entitajiet legali parteċipanti ma tilħaqx il-livell meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas il-kontribuzzjoni tagħha s-sena ta’ wara.

Jekk jiġi determinat li, għal sentejn konsekuttivi l-kontribuzzjoni in natura mill-entitajiet legali parteċipanti ma tilħaqx il-livell meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Kunsill biex itemm l-Impriża Konġunta FCH.”,

3.

issegwenti paragrafu 4 għandu jiżdied mal-Artikolu 15:

“4.   Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jispeċifika livell minimu ta’ finanzjament għal kull kategorija ta’ parteċipanti għal Sejħa partikolari għal proposti.”.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1184/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju (saithe) fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

73/T&Q

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk

POK/2A34.

Speċi

Pollakkju (saithe) (Pollachius virens)

Żona

Iż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32

Data

31.10.2011


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1185/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1


ANNESS

Nru

72/T&Q

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

RED/51214D

Speċi

Redfish (pelaġiku tal-fond) - (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Data

24.10.2011


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1186/2011

tal-15 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

75/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

HER/4AB.

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N

Data

23.10.2011


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1187/2011

tal-15 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-ling fiż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

70/T&Q

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk

LIN/3A/BCD

Speċi

Ling (Molva molva)

Żona

Iż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-UE tas-Subdiviżjonijiet 22-32

Data

17.10.2011


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1188/2011

tal-15 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żona IIa; dik il-parti taż-żona IIIa mhux koperta mis-Skagerrak u l-Kattegat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

74/T&Q

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk

COD/2A3AX4

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Iż-żona IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żona IIa; dik il-parti taż-żona IIIa mhux koperta mis-Skagerrak u l-Kattegat

Data

31.10.2011


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1189/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati f’relazzjoni ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/24/UE biddlet sostanzjalment ir-regoli dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra u ddeterminat mill-ġdid is-setgħat implimentattivi tal-Kummissjoni, f’relazzjoni ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE (2). Għalhekk, huwa xieraq li r-regoli implimentattivi eżistenti adottati mill-Kummissjoni jiġu sostitwiti b’Regolament implimentattiv ġdid.

(2)

Sabiex tiżgura komunikazzjoni bil-ħeffa bejn l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati fir-rigward ta’ arranġamenti prattiċi u l-perjodi ta’ żmien għall-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet li rċevew it-talba u dawk applikanti.

(3)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi speċifikat li l-validità tad-dokumenti mhix affettwata bil-fatt li huma trażmessi elettronikament.

(4)

Sabiex jiġi kkonfermat li d-dokumenti trażmessi bil-posta jiġu mibgħuta minn awtorità kompetenti, huwa xieraq li jiġu provduti r-regoli speċifiċi fir-rigward ta’ dan il-mod ta’ komunikazzjoni.

(5)

Sabiex ikun żgurat li jiġu trażmessi dejta u informazzjoni xierqa, il-mudelli tal-formola standard li jakkumpanjaw it-talba għan-notifika u l-istrument li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba għandhom ikunu stabbiliti.

(6)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi dikjarat b’mod espress l-effett legali tan-notifiki li saru mill-Istat Membru li rċieva t-talba fuq talba mill-Istat Membru applikant.

(7)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq ukoll li jiġi speċifikat li n-notifika jew il-komunikazzjoni tal-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fi Stat Membru li rċieva t-talba ma jkollux effett fuq il-konsegwenzi tan-notifika tal-istrument inizjali li jippermetti n-notifika, u li l-istrument rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba ma jkollu l-ebda effett fuq it-talba inizjali jew l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (3) għandu jiġi revokat.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Irkupru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(1), l-Artikoli 8, 10, 12(1), l-Artikolu 13(2), (3), (4) u (5), l-Artikoli 15, 16(1) u 21(1) tad-Direttiva 2010/24/UE, inkluż ir-regoli dettaljati dwar il-konverżjoni, it-trasferiment tas-somom irkuprati, kif ukoll il-mezzi li bihom il-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet jistgħu jiġu trażmessi.

Artikolu 2

1.   It-talbiet kollha għall-informazzjoni, in-notifika, l-irkupru jew il-miżuri kawtelatorji skont l-Artikoli 5(1), 8, 10 u 16(1) tad-Direttiva 2010/24/UE (minn issa ‘l quddiem imsejħa “it-talbiet għal għajnuna” u l-istrumenti, formoli u dokumenti oħra kollha akkompanjanti, kif ukoll kull informazzjoni oħra komunikata fir-rigward ta’ dawn it-talbiet għandha tintbagħat bin-netwerk tas-CCN, sakemm dan ma jkunx prattiku għal raġunijiet tekniċi.

2.   Id-dokumenti trażmessi f’forma elettronika jew f’forma stampata għandhom jitqiesu li għandhom l-istess effett legali bħad-dokumenti trażmessi bil-posta.

3.   Jekk talba ma tistax tiġi trażmessa permezz tan-netwerk CCN, għandha tiġi trażmessa bil-posta. F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

it-talba għandha tkun iffirmata minn uffiċjal tal-awtorità applikanti, li jkun ġie debitament awtorizzat biex jagħmel tali talba;

(b)

il-formola standard li takkompanja t-talba għan-notifika, msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2010/24/UE (minn issa ‘l quddiem imsejħa “il-formola uniformi ta’ notifika”) jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba msemmi fl-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva għandhom ikunu ffirmati minn uffiċjal debitament awtorizzat tal-awtorità applikanti;

(ċ)

jekk it-talba tkun akkompanjata b’kopja ta’ dokument ieħor apparti l-formola uniformi ta’ notifika jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba, l-awtorità applikanti għandha tiċċertifika l-konformità ta’ din il-kopja mal-oriġinal, billi tiddikjara f’din il-kopja, bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab, il-kelmiet “ċertifikat bħala kopja vera”, l-isem tal-uffiċjal li għamel iċ-ċertifikazzjoni u d-data ta’ dik iċ-ċertifikazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola uniformi ta’ notifika stabbilita skont il-mudell indikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament u l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba stabbilit skont il-mudell indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

4.   Fejn il-formola uniformi ta’ notifika jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jiġu trażmessi b’mezzi elettroniċi, l-istruttura u l-forma tagħhom jistgħu jiġu adattati għall-kundizzjoni tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika sabiex tiġi faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, sakemm is-sett ta’ dejta u l-informazzjoni fihom ma jiġux mibdula b’mod sostanzjali fir-rigward tal-mudelli stabbiliti fl-Annessi I u II.

Artikolu 3

1.   L-awtorità applikanti tista’ tagħmel talba għal għajnuna fir-rigward jew għal talba waħda jew għal diversi talbiet fejn dawn jistgħu jiġu rkuprati mingħand l-istess persuna.

2.   It-talba għall-informazzjoni, irkupru jew miżuri kawtelatorji tista’ tkun relatata ma’ kwalunkwe persuna minn dawn li ġejjin:

(a)

id-debitur prinċipali jew kodebitur;

(b)

persuna oħra apparti kodebitur, li tkun responsabbli biex tħallas dawk it-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma’ dawk it-taxxi, dazji u miżuri oħra taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tkun tinsab l-awtorità applikanti;

(ċ)

kull parti terza li jkollha assi li jappartjenu lil jew li jkollhom dejn ma’ waħda mill-persuni msemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 4

L-informazzjoni u d-dettalji l-oħra ikkommunikati mill-awtorità li rċeviet it-talba, lill-awtorità applikanti għandhom skont l-Artikoli 5(1), 8, 10 u 16(1) tad-Direttiva 2010/24/UE jintbagħtu fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità li rċeviet it-talba jew f’lingwa oħra miftiehma bejn l-applikant u l-awtoritajiet li rċevew it-talba.

Artikolu 5

Jekk l-awtorità li rċeviet it-talba tirrifjuta li tittratta t-talba għall-għajnuna, għandha tinnotifika lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet tar-rifjut, filwaqt li tispeċifika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/24/UE li tkun qed tibbaża fuqhom. Tali notifika għandha tingħata mill-awtorità li rċeviet it-talba hekk kif tieħu d-deċiżjoni tagħha u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien xahar mid-data tar-rikonoxximent li rċeviet it-talba.

Artikolu 6

Kull talba għall-informazzjoni jew għall-irkupru jew għal miżuri kawtelatorji għandha tindika jekk ġietx indirizzata talba simili lil xi awtorità oħra.

KAPITOLU II

TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI

Artikolu 7

L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għall-informazzjoni mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta tkun irċevietha.

Malli tirċievi t-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha, fejn ikun xieraq, titlob lill-awtorità applikanti sabiex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa. L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa li normalment ikollha aċċess għaliha.

Artikolu 8

1.   L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tittrażmetti kull punt tal-informazzjoni mitluba lill-awtorità applikanti kif u meta jinkiseb.

2.   Fejn, fir-rigward tal-partikularità ta’ każ, l-informazzjoni kollha jew partijiet minnha ma jkunux jistgħu jinkisbu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti b’dan u tiddikjara r-raġunijiet.

Ikun xi jkun il-każ, fi tmiem sitt xhur mid-data tar-rikonoxximent li ġiet riċevuta t-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bir-riżultat tal-investigazzjonijiet li tkun wettqet sabiex tikseb l-informazzjoni mitluba.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun waslet mill-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti tista’ titlob lill-awtorità li rċeviet it-talba biex tkompli l-investigazzjoni tagħha. Dik it-talba għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta n-notifika tar-riżultat tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtorità li rċeviet it-talba, u għandha tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba skont id-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-talba inizjali.

Artikolu 9

L-awtorità applikanti tista’, f’kull żmien, tirtira t-talba għall-informazzjoni li tkun bagħtet lill-awtorità li rċeviet it-talba. Id-deċiżjoni ta’ rtirar għandha tkun trażmessa lill-awtorità li rċeviet it-talba.

KAPITOLU III

TALBIET GĦAL NOTIFIKA

Artikolu 10

1.   Kull talba għal notifika għandha tinkludi l-oriġinal jew kopja ċertifikata ta’ kull dokument, li tiegħu tkun qed tintalab notifika.

Il-formola uniformi ta’ notifika li takkumpanja t-talba skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2010/24/UE għandha timtela’ minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità applikanti. Hija għandha tipprovdi informazzjoni lid-destinatarji fir-rigward tad-dokumenti li għalihom tkun intalbet assistenza ta’ notifika.

2.   Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-formola uniformi ta’ notifika, għandu japplika dan li ġej:

(a)

l-ammont tat-talba għandu jissemma fejn ikun diġà stabbilit;

(b)

l-indikazzjoni tal-perjodu li fih in-notifika għandha tiġi affettwata jista’ jsir b’indikazzjoni tad-data li qabilha l-awtorità applikanti jkollha l-ħsieb li sseħħ in-notifika.

Artikolu 11

It-talba għan-notifika tista’ tkun relatata ma’ kull persuna msemmija fl-Art. 3(c) tad-Direttiva 2010/24/UE li, skont il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti, hija meħtieġa li tiġi infurmata b’kull dokument li jirrigwarda lil dik il-persuna.

Artikolu 12

1.   L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għan-notifika mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta tirċeviha.

Malli tirċievi t-talba għan-notifika, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex issir in-notifika skont il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tinsab.

Jekk ikun meħtieġ, imma mingħajr ma tkun kompromessa d-data finali għan-notifika indikata fit-talba għan-notifika, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha titlob lill-awtorità applikanti biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali.

L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha li normalment ikollha aċċess għaliha.

2.   L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bid-data tan-notifika hekk kif din issir, billi tiċċertifika n-notifika fil-forma tat-talba li tiġi rritornata lill-awtorità applikanti.

Artikolu 13

1.   Notifika li ssir mill-Istat Membru li rċieva t-talba skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat Membru, għandha titqies li għandha l-istess effett fl-Istat Membru applikanti daqs li kieku saret mill-Istat Membru applikanti innifsu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti.

2.   Notifika ta’ dokument relatat ma’ aktar minn tip wieħed ta’ taxxa, dazju jew miżura oħra, għandha titqies li hija valida jekk issir minn awtorità ta’ Stat Membru li rċieva t-talba li hija kompetenti għall-anqas għal waħda mit-taxxi, dazji jew miżuri oħra msemmija f’dak id-dokument notifikat, sakemm għandha l-permess taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li rċieva t-talba.

Artikolu 14

Għall-finijiet tan-notifika, l-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ juża l-formola uniformi ta’ notifika, msemmija fl-Artikolu 10(1) bil-lingwa uffiċjali tiegħu jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

KAPITOLU IV

IT-TALBIET GĦAL IRKUPRU JEW GĦAL MIŻURI KAWTELATORJI

Artikolu 15

It-talbiet għal irkupru jew għal miżuri kawtelatorji għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/24/UE ġew sodisfatti biex jingħata bidu għall-proċedura ta’ għajnuna reċiproka.

Artikolu 16

1.   L-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba li jakkumpanja t-talba għall-irkupru jew għal miżuri kawtelatorji għandu jsir minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità applikanti, fuq il-bażi tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti.

Il-penali, multi, miżati u sovvramposti amministrattivi msemmija fl-Art. 2(2)(a) tad-Direttiva 2010/24/UE u l-interessi u l-ispejjeż imsemmija fl-Art. 2(2)(c) ta’ dik id-Direttiva li, f’konformità mar-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti, jistgħu jkunu dovuti mid-data tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar sad-data qabel id-data li fiha tintbagħat it-talba ta’ irkupru, jistgħu jiżdiedu fl-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba.

2.   Strument uniformi uniku li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ jinħareġ fir-rigward ta’ għadd ta’ talbiet u għadd ta’ persuni, li jikkorrispondi għall-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti.

3.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar għal għadd ta’ talbiet fl-Istat Membru applikanti diġà ġew sostitwiti bi strument globali li jippermetti l-infurzar ta’ dawn it-talbiet kollha f’dak l-Istat Membru, l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ jkun bażat fuq l-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jew fuq dak l-istrument globali li jgħaqqad fi grupp dawk l-istrumenti inizjali fl-Istat Membru applikanti.

4.   Sabiex jiġu infurzati t-talbiet li għalihom tintalab għajnuna ta’ irkupru, l-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ juża l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar f’dak l-Istat Membru fil-lingwa uffiċjali tiegħu jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

Artikolu 17

Id-destinatarju ta’ talba ta’ miżuri ta’ rkupru jew kawtelatorji jista’ ma jiddependix fuq notifika jew komunikazzjoni tal-istrument uniformi li jippermetti infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba biex jitlob prolongazzjoni jew li jerġa’ jinfetaħ il-perjodu ta’ żmien biex tiġi kontestata t-talba jew l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar jekk dan ikun ġie notifikat b’mod validu.

Artikolu 18

1.   Jekk il-valuta tal-Istat Membru li rċieva t-talba hija differenti mill-valuta tal-Istat Membru applikanti, l-awtorità applikanti għandha tfisser l-ammont tat-talba li għandha tkun irkuprata fiż-żewġ valuti.

2.   Ir-rata tal-iskambju li għandha tintuża għall-fini tal-għajnuna ta’ irkupru għandha tkun l-aħħar rata ta’ skambju pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel id-data li fiha tinbagħat it-talba.

Artikolu 19

1.   L-awtorità li rċeviet it-talba, mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta tirċievi t-talba għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji, għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba.

2.   L-awtorità li rċeviet it-talba tista’ titlob lill-awtorità applikanti biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali jew biex tiffinalizza l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba, jekk ikun meħtieġ. L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa li normalment ikollha aċċess għaliha.

Artikolu 20

1.   Fejn, fir-rigward tal-partikularità ta’ każ, it-talba kollha jew partijiet minnha ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati jew il-miżuri kawtelatorjii ma jistgħux jittieħdu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti b’dan u tiddikjara r-raġunijiet.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta mill-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti tista’ teħtieġ li din tal-aħħar terġa’ tiftaħ il-proċedura għall-irkupru jew il-miżuri kawtelatorji. Dik it-talba għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta n-notifika tar-riżultat ta’ dik il-proċedura u għandha tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba skont id-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-talba inizjali.

2.   Mhux aktar tard minn tmiem kull perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ rikonoxximent li ġiet riċevuta t-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bl-istat ta’ progress jew bir-riżultat tal-proċedura għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji.

Artikolu 21

1.   Kwalunkwe azzjoni li tikkontesta t-talba jew l-istrument li jippermetti li tiġi infurzata li tittieħed fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità li rċeviet it-talba mill-awtorità applikanti immedjatament wara li l-awtorità applikanti tkun ġiet informata b’tali azzjoni.

2.   Jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattiċi amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li rċieva t-talba ma jippermettux miżuri kawtelatarji jew l-irkupru mitlub taħt it-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2010/24/UE, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinnotifika l-awtorità applikanti b’dan kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien xahar minn mindu tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni li tittieħed fl-Istat Membru li rċieva t-talba għar-rimbors tas-somom irkuprati jew għall-kumpens b’relazzjoni għall-irkupru tat-talbiet ikkontestati skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2010/24/UE lill-awtorità applikanti immedjatament wara li l-awtorità li rċeviet it-talba tkun ġiet informata b’tali azzjoni.

L-awtorità li rċeviet it-talba għandha, sakemm ikun possibbli, tinvolvi lill-awtorità applikanti fil-proċeduri sabiex jitħallsu l-ammont li għandu jiġi rrimborsat u l-kumpens dovut. Fuq talba raġunata mingħand l-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti għandha titrasferixxi s-somom rimborsati u l-kumpens imħallas fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta dik it-talba.

Artikolu 22

1.   Jekk it-talba għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji ma jkollhiex aktar fini minħabba l-ħlas tat-talba jew il-kanċellazzjoni tagħha jew għal kwalunkwe raġuni oħra, l-awtorità applikanti għandha tinforma immedjatament lill-awtorità li rċeviet it-talba sabiex din tal-aħħar tkun tista’ twaqqaf kwalunkwe azzjoni li tkun ħadet.

2.   Fejn l-ammont tat-talba li huwa s-soġġett tat-talba ta’ irkupru jew għal miżuri prekazjonarji huwa aġġustat b’deċiżjoni ta’ korp kompetenti msemmi fl-Art. 14(1) tad-Direttiva 2010/24/UE, l-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità li rċeviet it-talba b’dik id-deċiżjoni, u jekk jintalab l-irkupru, tikkomunika strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba. Dan l-istrument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba għandu jsir minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità applikanti, fuq il-bażi tad-deċiżjoni li taġġusta l-ammont tat-talba.

3.   Strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba ma jkollu ebda konsegwenza fir-rigward tal-possibbiltajiet biex tiġi kontestata t-talba inizjali, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jew id-deċiżjoni msemmija fis-sottoparagrafu preċedenti.

4.   Jekk l-aġġustament msemmi fil-paragrafu 2 jinvolvi tnaqqis fl-ammont tat-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tkompli bl-azzjoni li ħadet sabiex tagħmel l-irkupru jew tieħu miżuri kawtelatorji, imma dik l-azzjoni għandha tkun limitata għall-ammont li jkun għadu pendenti.

Jekk, fiż-żmien meta l-awtorità li rċeviet it-talba tiġi informata bit-tnaqqis fl-ammont tat-talba, ammont li jeċċedi l-ammont li għadu ma tħallasx diġà jkun ġie rkuprat minnha imma l-proċedura ta’ trasferiment li tissemma fl-Artikolu 23 tkun għadha ma nbdietx, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tħallas lura l-ammont żejjed li tħallas lill-persuna intitolata għalih.

5.   Jekk l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 jinvolvi żieda fl-ammont tat-talba, l-awtorità applikanti tista’ tindirizza lill-awtorità li rċeviet it-talba, talba addizzjonali għal irkupru jew għal miżuri kawtelatorji.

Dik it-talba addizzjonali għandha, kemm jista’ jkun, tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba fl-istess ħin bħat-talba oriġinali mill-awtorità applikanti. Fejn, minħabba l-istat ta’ progress tal-proċedura eżistenti, mhux possibbli l-konsolidament tat-talba addizzjonali mat-talba inizjali, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tikkonforma mat-talba addizzjonali biss jekk tikkonċerna ammont li mhux anqas minn dak imsemmi fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2010/24/UE.

6.   Sabiex tikkonverti l-ammont tat-talba li jirriżulta mill-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 fil-munita tal-Istat Membru tal-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti għandha tuża r-rata tal-kambju li ntużat fit-talba inizjali tagħha.

Artikolu 23

1.   L-ammonti li jridu jintbagħtu lill-awtorità applikanti, skont l-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2010/24/UE, għandhom jiġu trasferiti lill-awtorità applikanti fil-munità tal-Istat Membru li rċeviet it-talba.

It-trasferiment tal-ammonti rkuprati għandu jsir fi żmien xaharejn mid-data li fiha jkun sar l-irkupru.

Madanakollu, jekk il-miżuri ta’ rkupru applikati mill-awtorità li rċeviet it-talba jiġu kontestati għal raġuni li ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru applikanti, l-awtorità li rċeviet it-talba tista’ tistenna biex titrasferixxi kwalunkwe somom irkuprati f’relazzjoni mat-talba tal-Istat Membru applikanti, sakemm tissolva t-tilwima, jekk dawn il-kundizzjonijiet segwenti jiġu sodisfatti simultanjament:

(a)

l-awtorità li rċeviet it-talba tara li x’aktarx ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun favur il-parti konċernata, u

(b)

l-awtorità applikanti ma tkunx iddikjarat li tirrimborsa s-somom diġà trasferiti jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun favur il-parti konċernata.

Jekk l-awtorità applikanti tkun għamlet dikjarazzjoni li tirrimborsa skont il-punt (b) tat-tielet sottoparagrafu, hija għandha tirritorna l-ammonti rkuprati diġà trasferiti mill-awtorità li rċeviet it-talba fi żmien xahar minn mindu tirċievi t-talba tar-rimbors. Kull kumpens ieħor dovut, f’dak il-każ, għandu jkun responsabbiltà tal-awtorità li rċeviet it-talba.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqblu dwar arranġamenti differenti għat-trasferiment tal-ammonti taħt il-limitu applikat skont l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2010/24/UE.

Artikolu 24

Irrispettivament minn kwalunkwe ammont miġbur mill-awtorità li rċeviet it-talba bħala l-imgħax li jissemma fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/24/UE, it-talba għandha titqies li ġiet irkuprata fi proporzjon għall-ikrupru tal-ammont espress fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità li rċeviet it-talba, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju li tissemma’ fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Ir-Regolament (KE) Nru 1179/2008 huwa hawnhekk revokat.

Artikolu 26

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.

(3)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 21.


ANNESS I

Formola uniformi ta’ notifika li tipprovdi informazzjoni dwar id-dokument(i) notifikat(i) (għandu jiġi trażmess lid-destinatarju tan-notifika)  (1)

Dan id-dokument, jakkompanja d-dokument(i) hawn notifikat(i) mill-awtorità kompetenti ta’ [isem tal-Istat Membru li rċieva t-talba].

Din in-notifika tikkonċerna dokumenti tal-awtoritajiet kompetenti ta’ [isem l-Istat Membru applikant], li talbu għal għajnuna ta’ notifika, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010.

A.   IDENTIFIKAZZJONI TAD-DESTINATARJU TAN-NOTIFIKA

1.

Isem:

2.

Indirizz:

3.

Data tat-twelid:

4.

Post tat-twelid:

B.   GĦAN TAN-NOTIFIKA

1.

Din in-notifika hija maħsuba biex:

tinforma lid-destinatarju, dwar id-dokument(i) li miegħu huwa mehmuż dan id-dokument ta’ informazzjoni.

li tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni fir-rigward tat-talba/talbiet imsemmija fid-dokument(i) notifikat(i).

tagħti konferma lid-destinatarju, dwar l-obbligu tiegħu biex iħallas l-ammonti msemmija taħt il-punt C.

Jekk jogħġbok kun af li f’każ li ma jsirx ħlas, l-awtoritajiet jistgħu jieħdu miżuri ta’ infurzar jew miżuri kawtelatorji biex jiżguraw l-irkupru tat-talba/talbiet. Dan jista’ jwassal għal iżjed spejjeż li jkollu jħallas id-destinatarju.

Int id-destinatarju ta’ din in-notifika, minħabba li int meqjus bħala:

id-debitur prinċipali

ko-debitur

persuna oħra apparti debitur (u l-ko-debitur), responsabbli mill-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma’ dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

persuna oħra apparti d-debitur (u l-ko-debitur), li għandha assi li jappartjenu lil, jew li għandhom dejn lejn, id-debitur (u l-ko-debitur) jew xi persuna oħra responsabbli

parti terza li tista’ tiġi affettwata bl-infurzar tal-miżuri li jirrigwardaw persuni oħra.

(L-informazzjoni segwenti se tidher jekk id-destinatarju tan-notifika hija persuna oħra apparti d-debitur (u l-ko-debitur),li jkollha assi li jappartjenu lil, jew li jkollhom dejn lejn, id-debitur (u l-ko-debitur) jew xi persuna oħra responsabbli jew parti terza li tista’ tiġi affettwata bl-infurzar tal-miżuri li jirrigwardaw persuni oħra: id-dokumenti notifikati jirrigwardaw talbiet relatati ma’ taxxi u dazji, li għalihom huma responsabbli l-persuna(i) segwenti: [isem u indirizz (magħruf jew sopponut)]).

2.

L-awtorità applikanti ta’ [isem tal-Istat Membru applikant] stiednet lill-awtoritajiet kompetenti ta’ [isem tal-Istat Membru li rċieva t-talba] biex jagħmlu din in-notifika qabel [data]. Jekk jogħġbok kun af li din id-data mhix relatata speċifikament ma’ xi perjodu ta’ limitazzjoni.

C.   DESKRIZZJONI TAD-DOKUMENT(I) NOTIFIKAT(I)

1.

Numru ta’ referenza:

Data ta’ stabbiliment:

2.

In-natura tad-dokument notifikat:

Stima tat-taxxa

Ordni ta’ ħlas

Deċiżjoni wara appell amministrattiv

Dokument amministrattiv ieħor:

Sentenza/ordni ta’:

Dokument ġudizzjarju ieħor

3.

Isem tat-talba konċernata (fil-lingwa tal-Istat Membru applikant):

4.

Natura tat-talba:

 a)

dazji doganali

 b)

taxxa fuq il-valur miżjud

 c)

dazji tas-sisa

 d)

taxxa fuq dħul jew kapital

 e)

taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni

 f)

taxxi fuq wirt u donazzjoni

 g)

taxxi u dazji nazzjonali fuq propjetà immobbli, apparti dawk imsemmija hawn fuq

 h)

taxxi u dazji nazzjonali fuq l-użu jew is-sjieda ta’ mezzi tat-trasport

 i)

taxxi u dazji oħra imposti minn jew f’isem l-Istat applikant

 j)

taxxi u dazji imposti minn jew f’isem sottodiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat applikant, esklużi taxxi u dazji imposti mill-awtoritajiet lokali

 k)

taxxi u dazji imposti minn jew f’isem awtoritajiet lokali

 l)

talba oħra bażata fuq it-taxxa

 m)

rifużjonijiet, interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjar totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija l-(FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), inkluż ammonti li jridu jinġabru f’konnessjoni ma’ dawn l-azzjonijiet, u imposti u dazji oħra li hu provdut għalihom fl-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur agrikolu

5.

Ammont tat-talba konċernata, fil-valuta ta’ [Isem l-Istat Membru applikant]:

Ammont prinċipali:

Penali u multi amministrattivi:

Interessi sa [data]:

Spejjeż sa [data]:

Tariffi għal ċertifikati u dokumenti simili maħruġin f’konnessjoni ma’ proċeduri amministrattivi relatati mat-talba msemmija fil-punt 3:

Ammont totali għal din it-talba:

6.

L-ammont imsemmi fil-punt 5 għandu jitħallas:

qabel:

fi żmien [numru] jiem kalendarji wara d-data ta’ din in-notifika

mingħajr aktar dewmien

Dan il-ħlas għandu jsir lil:

Referenza biex tintuża għall-ħlas:

7.

Tista’ twieġeb għad-dokument(i) li huwa hawnhekk notifikat.

L-aħħar jum biex twieġeb:

Perjodu taż-żmien biex twieġeb:

Isem u indirizz tal-awtorità li lilha tista’ tintbagħat tweġiba:

8.

Possibbiltà ta’ kontestazzjoni

Il-perjodu ta’ kontestazzjoni tat-talba jew id-dokument(i) notifikat(i) diġà skada.

L-aħħar ġurnata għall-kontestazzjoni:

Perjodu taż-żmien għall-kontestazzjoni:

Isem u indirizz tal-awtorità li lilha tista’ tintbagħat il-kontestazzjoni:

Jekk jogħġbok kun af li tilwim rigward talbiet, l-istrument li jippermetti l-infurzar jew kull dokument ieħor li joriġina mill-awtoritajiet ta’ [isem l-Istat Membru applikant], jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti ta’ [isem l-Istat Membru applikant], skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE.

Kull tilwim simili huwa rregolat mir-regoli proċedurali u dwar il-lingwa li japplikaw fi [isem l-Istat Membru applikant].

Jekk jogħġbok kun af li l-irkupru jista’ jibda qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ kontestazzjoni.

9.

Uffiċċju responsabbli fir-rigward tad-dokument(i) mehmuż(a)

Isem

Indirizz

Telefown

Posta elettronika

Lingwa li biha wieġed jista’ jikkomunika ma’ dan l-uffiċċju

10.

Aktar tagħrif dwar:

id-dokument(i) notifikat(i)

u/jew il-possibbiltà li jiġu kontestati l-obbligi

jistgħu jinkisbu minn:

l-uffiċċju responsabbli fir-rigward tad-dokument(i) mehmuż(a), msemmi taħt il-punt C.9.

l-uffiċċju segwenti:


(1)  L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji


ANNESS II

Strument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-istat membru li rċieva t-talba  (1)

   STRUMENT UNIFORMI LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TA’ TALBIET KOPERTI BID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2010/24/UE

Data tal-ħruġ:

   STRUMENT UNIFORMI RIVEDUT LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TA’ TALBIET KOPERTI BID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2010/24/UE

Data tal-ħruġ tal-istrument uniformi oriġinali:

Data tar-reviżjoni:

Raġuni għar-reviżjoni:  sentenza/ordni ta’ [isem tal-Qorti]  deċiżjoni amministrattiva ta’ [data]

Numru ta’ referenza:

Stat Membru tal-UE fejn inħareġ dan id-dokument:

Kull Stat Membru tal-UE jista’ jitlob għajnuna ta’ rkupru mingħand Stati Membri oħra għal talbiet mhux imħallsa msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010.

Miżuri ta’ rkupru meħuda fl-Istat Membru li rċieva t-talba huma bażati fuq:

strument uniformi li jippermetti l-infurzar, skont l-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva.

strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar, skont l-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva (biex jieħu kont tad-deċiżjoni tal-korp kompetenti msemmi fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Direttiva).

Dan id-dokument huwa strument uniformi [rivedut] li jippermetti l-infurzar. Huwa jikkonċerna talba/talbiet imsemmija hawn taħt, li jkunu baqgħu ma tħallsux [isem l-Istat Membru applikant]. L-istrument inizjali għall-eżekuzzjoni ta’ din it-talba/talbiet ġie notifikat sal-grad meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali ta’ [isem l-Istat Membru applikant].

Tilwim rigward it-talba/talbiet jaqgħu esklussivament fi ħdan il-kompetenza tal-korpi kompetenti ta’ [isem l-Istat Membru applikant], skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/24/UE. Kull tali azzjoni trid tinġieb quddiemhom skont ir-regoli proċedurali u dwar il-lingwa fi [isem l-Istat Membru applikant].

DESKRIZZJONI TAT-TALBA/TALBIET U PERSUNA/I KONĊERNATA/I

IDENTIFIKAZZJONI TAT-TALBA

1.

Referenza:

2.

Natura tat-talba:

 a)

dazji doganali

 b)

taxxa fuq il-valur miżjud

 c)

dazji tas-sisa

 d)

taxxa fuq dħul jew kapital

 e)

taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni

 f)

taxxi fuq wirt u donazzjoni

 g)

taxxi u dazji nazzjonali fuq propjetà immobbli, apparti dawk imsemmija hawn fuq

 h)

taxxi u dazji nazzjonali fuq l-użu jew is-sjieda ta’ mezzi tat-trasport

 i)

taxxi u dazji oħra imposti minn jew f’isem l-Istat (applikant)

 j)

taxxi u dazji imposti minn jew f’isem sottodiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat (applikant), esklużi taxxi u dazji imposti mill-awtoritajiet lokali

 k)

taxxi u dazji imposti minn jew f’isem awtoritajiet lokali

 l)

talba oħra bażata fuq it-taxxa

 m)

rifużjonijiet, interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjar totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija l-(FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), inkluż ammonti li jridu jinġabru f’konnessjoni ma’ dawn l-azzjonijiet, u imposti u dazji oħra li hu provdut għalihom fl-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor

3.

Isem tat-taxxa/dazju konċernat:

4.

Perjodu jew data konċernata:

5.

Data tal-istabbiliment tat-talba:

6.

Id-data meta l-infurzar isir possibbli:

7.

Ammont tat-talba (inizjalment dovut - għadu dovut):

ammont prinċipali:

penali u multi amministrattivi:

interessi sad-data qabel il-jum li fih tintbagħat it-talba:

spejjeż sad-data qabel il-jum li fih tintbagħat it-talba:

tariffi għal ċertifikati u dokumenti simili maħruġin f’konnessjoni ma’ proċeduri amministrattivi relatati mat-taxxa/dazju konċernati:

ammont totali għal din it-talba:

8.

Data tan-notifika tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fi [isem l-Istat Membru applikant]

9.

L-uffiċċju responsabbli għall-valutazzjoni tat-talba: isem, indirizz u dettalji ta’ kuntatt oħra:

10.

Aktar informazzjoni rigward it-talba jew il-possibbiltajiet ta’ kontestazzjoni tal-obbligu tal-ħlas jistgħu jinkisbu minn:

l-uffiċċju responsabbli għall-valutazzjoni tat-talba, imsemmi taħt il-punt 9

l-uffiċċju responsabbli għall-istrument Uniformi li jippermetti l-infurzar: isem, indirizz u dettalji oħra ta’ kuntatt:

IDENTIFIKAZZJONI TAL-PERSUNA(I) KONĊERNATA(I) FL-ISTRUMENT(I) NAZZJONALI LI JIPPERMETTI(U) L-INFURZAR

1.

Isem

2.

Indirizz

3.

Kawża ta’ responsabbiltà:

debitur prinċipali

ko-debitur

persuna oħra apparti d-debitur (u l-ko-debitur), responsabbli mill-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma’ dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra


(1)  L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1190/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1730/2006 u (KE) Nru 1138/2007 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf tal-aċidu benżojku (VevoVitall)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Emerald Kalama Chemical BV ressqet l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li jipproponu li jinbidel l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 tat-23 ta’ Novembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benzojku (Vevo Vitall) bħala addittiv fl-għalf (2) u fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2007 tal-1 ta’ Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-aċidu benzojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (3).

(2)

L-applikant jiddikjara li, b’effett mis-26 ta’ Mejju 2011, id-DSM Special Products BV ġiet ikkonvertita fl-Emerald Kalama Chemical BV li issa għandha d-drittjiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dak l-addittiv. L-applikant issottometta dokumenti li jappoġġjaw l-allegazzjonijiet tiegħu.

(3)

It-tibdil propost tat-termini tal-awtorizzazzjoni, huwa purament tibdil ta’ natura amministrattiva u ma jinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet infurmata b’din l-applikazzjoni.

(4)

Biex l-applikant jitħalla jeżerċita d-drittijiet tiegħu fuq is-suq bl-isem ta’ Emerald Kalama Chemical BV huwa meħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1730/2006 u (KE) Nru 1138/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(6)

Billi l-modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati ma’ raġunijiet tas-sikurezza, huwa xieraq li jipprevedi għal perjodu ta’ tranżizzjoni li waqtu jistgħu jintużaw l-istokkijiet eżistenti.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1730/2006, il-kliem “DSM Special Products” jiġi sostitwit bil-kliem “Emerald Kalama Chemical BV”.

Artikolu 2

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1730/2007, il-kliem “DSM Special Products” jiġi sostitwit bil-kliem “Emerald Kalama Chemical BV”.

Artikolu 3

Il-ħażniet eżistenti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sad-9 Ġunju 2012.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 9.

(3)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 8.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 479/2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 479/2010 (2) jipprovdi li ‘l-prezz ta’ kif joħorġ mill-fabbrika’ innotifikat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandu jkun relatat mal-bejgħ li jkun ġie ffatturat f’dak il-perjodu ta’ referenza.

(2)

Filwaqt li l-fatturi huma dokumenti ta’ kontabbiltà uffiċjali affidabbli, il-limitazzjoni tas-sors tal-prezzijiet għall-fatturi biss tista’ tipprevjeni lill-Istati Membri milli jużaw sorsi affidabbli disponibbli oħra. Skont il-prodott, dawn is-sorsi affidabbli disponibbli oħra ta’ prezzijiet jistgħu jirriflettu aħjar is-sitwazzjoni prevalenti tas-suq. Għalhekk, in-notifika tal-prezzijiet li jirriżultaw mill-kuntratti konklużi fil-perjodu ta’ referenza għandha tkun possibbli wkoll.

(3)

Il-prattika wriet li l-iskadenza tan-notifika għall-prezzijiet ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 479/2010 hija diffiċli biex tintlaħaq f’diversi Stati Membri u ma tippermettilhomx li jipprovdu lill-Kummissjoni prezzijiet definittivi. Il-preċiżjoni tal-prezzijiet innotifikati għandha tittejjeb permezz ta’ estensjoni tal-iskadenza.

(4)

Xieraq li l-metodu ta’ stħarriġ użat ikun deskritt aħjar fir-rigward tal-oriġini tad-dejta tal-prezz u l-mod li bih id-dejta għandha tinġabar mill-awtoritajiet kompetenti.

(5)

Jeħtieġ li l-informazzjoni nnotifikata kull xahar mill-Istati Membri dwar il-liċenzji tal-esportazzjoni tkun rikonċiljata ma’ dik innotifikata kuljum. Għalhekk, jeħtieġ li tingħata informazzjoni addizzjonali fin-notifiki ta’ kull xahar.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 479/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 479/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, is-sentenza tal-introduzzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.   Mhux iktar tard mill-15 ta’ kull xahar, u fir-rigward tal-prezzijiet ta’ kif joħorġu mill-fabbrika rreġistrati fix-xahar ta’ qabel għall-prodotti elenkati fl-Anness I.B, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:”

(b)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, “il-prezz ta’ kif joħroġ mill-fabbrika” ifisser il-prezz li bih il-prodott jinxtara mill-intrapriża, minbarra t-taxxi (VAT) u kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, pallets, assigurazzjoni, eċċ.).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prezz innotifikat huwa rappreżentattiv tas-sitwazzjoni prevalenti fis-suq. Il-prezz innotifikat għandu jkun ibbażat fuq l-iktar sors disponibbli adegwat tal-informazzjoni, jiġifieri fuq:

(a)

il-bejgħ li kien fatturat fil-perjodu ta’ referenza;

u/jew

(b)

il-kuntratti konklużi fil-perjodu ta’ referenza għal kunsinni fi żmien tliet xhur.”

(2)

Fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

il-kwantitajiet, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, skont il-kodiċi tad-destinazzjoni u d-data tat-tressiq tal-applikazzjoni, koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji mħassra skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009;

(b)

il-kwantitajiet mhux użati fuq liċenzji skaduti u ritornati fix-xahar ta’ qabel u li jkunu ilhom li nħarġu mill-1 ta’ Lulju tas-sena GATT attwali, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skont il-kodiċi tad-destinazzjoni;”

(3)

Il-punt 3(c) tal-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-metodu ta’ stħarriġ: għandha tingħata indikazzjoni mingħand liema partijiet ikkonċernati (il-produtturi, l-ewwel xerrejja) id-dejta toriġina u b’liema mod jew metodu d-dejta tinġabar;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 135,.2.6.2010, p. 26.


19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1192/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

49,9

MA

48,9

MK

64,0

TR

86,5

ZZ

62,3

0707 00 05

AL

64,0

EG

161,4

TR

101,9

ZZ

109,1

0709 90 70

MA

57,3

TR

133,9

ZZ

95,6

0805 20 10

MA

91,7

ZA

65,5

ZZ

78,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

43,0

IL

74,8

MA

53,5

TR

77,6

UY

42,7

ZA

62,9

ZZ

59,1

0805 50 10

TR

56,4

ZA

43,5

ZZ

50,0

0806 10 10

BR

224,5

CL

70,8

EC

65,7

LB

293,6

PE

261,2

TR

143,7

US

270,3

ZA

85,0

ZZ

176,9

0808 10 80

CA

114,3

CL

90,0

MK

41,0

NZ

76,3

TR

95,1

US

111,1

ZA

104,2

ZZ

90,3

0808 20 50

AR

43,9

CL

73,3

CN

54,3

TR

85,0

ZA

73,2

ZZ

65,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.