ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.063.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 63

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
10 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 230/2011 tad-9 ta' Marzu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għall-ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

2

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2011 tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

13

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 232/2011 tad-9 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/153/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XX (Ambjent) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

17

 

 

2011/154/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2011 li ttemm proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mill-Indja

21

 

 

2011/155/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-pubblikazzjoni u l-ġestjoni tad-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1536)  ( 1 )

22

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 3/2010/SC tal-1 ta’ Lulju 2010 dwar il-kondiviżjoni interna tal-kostijiet

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2011, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 8 tal-Ftehim intemmet fl-24 ta’ Frar 2011.


REGOLAMENTI

10.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 230/2011

tad-9 ta' Marzu 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għall-ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 tal-10 ta' April 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għall-ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2009, ġew konklużi n-negozjati għal Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perjodu mill-2009 sal-2014 għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll Addizzjonali”.

(2)

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Addizzjonali ġew awtorizzati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/674/UE tas-26 ta' Lulju 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009 sal-2014, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009 sal-2014, Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda dwar dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd għall-perjodu 2009 sal-2014 u Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-Norveġja dwar dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd għall-perjodu 2009 sal-2014 (2).

(3)

Dan il-Protokoll Addizzjonali jipprovdi għal kwoti tat-tariffi annwali ġodda u mingħajr dazju fuq l-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja.

(4)

Skont il-Protokoll Addizzjonali, il-livelli tal-kwoti tat-tariffi li kellhom jinfetħu għan-Norveġja mill-1 ta' Mejju 2009 sal-1 ta' Marzu 2011 għandhom jinqassmu f'partijiet ugwali u allokati fuq bażi annwali għall-perjodu li fadal għall-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

(5)

Sabiex jiġu implimentati l-kwoti tat-tariffi l-ġodda pprovduti fil-Protokoll Addizzjonali, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 992/95.

(6)

Jeħtieġ li tiġi sostitwita r-referenza ta' bħalissa fir-Regolament (KE) Nru 992/95 għall-prezzijiet liberi fil-fruntiera b'referenza għall-valur tad-dazju ddikjarat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (3), u li jiġi pprovdut li, sabiex wieħed jikkwalifika għall-preferenzi stipulati fil-Protokoll Addizzjonali, dak il-valur irid ikun mill-inqas daqs kwalunkwe prezz ta' referenza ffissat jew li għandu jiġi ffissat skont l-istess Regolament.

(7)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, li jiddefinixxi l-kunċett tal-prodotti tal-oriġini u li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kooperazzjoni amministrattiva, ġie emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Konġunt ta' bejn il-KE u n-Norveġja tat-20 ta' Diċembru 2005 (4). Għalhekk jeħtieġ li jiġi pprovdut espliċitament li l-Protokoll 3 kif emendat fl-2005 għandu japplika.

(8)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u sabiex jitqiesu l-emendi tal-Kodiċijiet tan-Nomenklatura Maqgħuda, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (5), u tas-subdiviżjonijiet tat-Taric, jixraq li jissostitwixxi l-Anness I u II għar-Regolament (KE) Nru 992/95.

(9)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u sabiex jitqies il-fatt li bosta tariffi tal-kwoti jkopru l-istess prodotti għall-istess perjodu, huwa xieraq li dawn jiġu amalgamati.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 992/95 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(11)

Skont id-Deċiżjoni 2010/674/UE, il-kwoti tat-tariffi l-ġodda jridu japplikaw mill-1 ta' Marzu 2011. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mill-istess data.

(12)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 992/95 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Meta l-prodotti li joriġinaw fin-Norveġja li huma elenkati fl-Anness jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea, huma għandhom ikunu eliġibbli għal eżenzjoni mid-dazji doganali fi ħdan il-limitu tal-kwoti tat-tariffi, matul il-perjodi u skont id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

2.   L-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ħut u tas-sajd elenkati fl-Anness għandhom jikkwalifikaw għall-kwoti tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk il-valur tad-dazju ddikjarat ikun mill-inqas daqs il-prezz ta' referenza ffissat, jew li għandu jiġi ffissat, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (*).

3.   Id-disposizzjonijiet tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jiddefinixxu l-kunċett tal-prodotti ta' oriġini u li jistabbilixxu l-arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva, kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Konġunt ta' bejn il-KE u n-Norveġja tal-20 ta' Diċembru 2005 (**), għandhom jgħoddu.

4.   Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffi bin-numri tal-ordni 09.0710 u 09.0712 ma għandux jingħata lil oġġetti ddikjarati li huma għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-perjodu mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju. Barra minn hekk, il-benefiċċju tal-kwota tat-tariffi bin-numru tal-ordni 09.0714 ma għandux jingħata li oġġetti tal-Kodiċi tan-NM 0304 99 23 ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-perjodu bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Ġunju.

(*)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22."

(**)  ĠU L 117, 2.5.2006, p. 1.”"

2.

L-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Madankollu, l-Artikolu 308c(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma għandux japplika għall-kwoti tat-tariffi bin-numri tal-ordni 09.0702, 09.0710, 09.0712, 09.0713, 09.0714, 09.0749 u 09.0750.”

3.

L-Annessi I u II huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 101, 4.5.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 291, 9.11.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(4)  ĠU L 117, 2.5.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament. Fejn ex kodiċi tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorispondi magħduda flimkien.

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Dazju fuq il-kwota (f’%)

09.0701

ex 1504 20 10

90

Żjut u xaħmijiet ta’ annimali tal-baħar, ħlief iż-żejt tal-baleni u żejt mill-baleni tat-tip Physeter macrocephaluss, f'ippakkjarta’ kapaċità netta ta’ mhux aktar minn 1 kg

Mill-1.1 sal-31.12

1 000

8,5

ex 1504 30 10

99

ex 1516 10 90

11

09.0702

0303 29 00

 

Salmonidi oħrajn, iffriżati

Mill-1.3.2011 sat-30.4.2011

526

0

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

3 158

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

3 158

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

3 158

09.0703

ex 0305 51 90

10

20

Merluzz imnixxef, immellaħ iżda mhux affumigat, għajr il-merluzz tal-ispeċi Gadus macrocephalus

Mill-1.4 sal-31.12

13 250

0

ex 0305 59 10

90

Ħut imnixxef, immellaħ iżda mhux affumigat tal-ispeċi Boreogadus saida

09.0710

0303 51 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati, għajr fwied u bajd (1)

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

76 333

0

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

76 333

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

76 334

09.0711

 

 

Ħut preparat jew preservat, kif ukoll kavjar u sostituti tal-kavjar preparati mill-bajd tal-ħut:

Mill-1.1 sal-31.12

400

3

ex 1604 13 90

91

92

99

sardinella, aringi żgħar jew spratt għajr fletti nejja, miksija ħafif bil-panura jew bil-frak tal-ħobż, kemm jekk moqlija fiż-żejt minn qabel jew le, iffriżati

1604 19 92

 

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus)

ex 1604 19 93

90

Pollakju (Pollachius virens), għajr il-pollakju affumigat

1604 19 94

 

Marlozz (Merluccius spp., Urophycis spp.)

1604 19 95

 

Pollakju tal-Alaska (Theragra chalcogramma) u pollakju (Pollachius pollachius)

1604 19 98

 

Ħut ieħor

ex 1604 20 90

30

35

50

60

90

Ħut ieħor preparat jew preservat, għajr il-aringi u l-kavalli

ex 1604 20 90

40

Kavalli oħrajn preparati jew preservati

 

 

10

09.0712

0303 74 30

 

Kavalli (scomber scombrus u Scomber japonicus), iffriżat għajr fwied u bajd (1)

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

66 333

0

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

66 333

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

66 334

09.0713

0303 79 98

 

Ħut ieħor, iffriżat, għajr il-fwied u l-bajd

Mill-1.3.2011 sat-30.4.2011

578

0

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

3 474

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

3 474

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

3 474

09.0714

0304 29 75

 

Fletti ta’ aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

Mill-1.3.2011 sat-30.4.2011

8 896

0

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

109 701

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

109 701

ex 0304 99 23

10

20

30

Fletti ta’ aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii),iffriżati

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

109 702

09.0715

0302 11

 

Trota (salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aquabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster) friska jew imkessħa

Mill-1.1 sal-31.12

500

0

0303 21

Trota (salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aquabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster) iffriżata

09.0716

0302 12 00

 

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), friski jew imkessħa

Mill-1.1 sal-31.12

6 100

0

09.0717

0303 11 00

0303 19 00

 

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), iffriżat

Mill-1.1 sal-31.12

580

0

ex 0303 22 00

20

Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar), iffriżat

09.0718

0304 19 13

0304 29 13

 

Fletti friski, imkessħa jew iffriżati ta’ Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho)

Mill-1.1 sal-31.12

610

0

09.0719

0302 19 00

 

Salmonidi oħra, frisk jew imkessaħ

Mill-1.1 sal-31.12

670

0

0303 29 00

Salmonidi oħrajn, iffriżat

09.0720

0302 69 45

 

Lipp (Molva spp.), frisk jew imkessaħ

Mill-1.1 sal-31.12

370

0

09.0721

0302 22 00

 

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa), frisk, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

Mill-1.1 sal-31.12

250

0

0302 23 00

Lingwata (Solea spp.), friska jew imkessħa, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 29

Megrim (Lepidorhombus spp.) u ħut ieħor ċatt, frisk jew imkessaħ, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0303 39

Barbun (Platichtys flesus), Megrim (Lepidorhombus spp.), ħut tal-ġeneru Rhombosolea u ħut ċatt, iffriżati, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

ex 0302 69 82

20

Merlangu l-ikħal tan-Nofsinhar (Micromesistius australis), frisk jew imkessaħ, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 66

0302 69 67

0302 69 68

0302 69 69

Marlozz (Merluccius spp., Urophycis spp.), frisk jew imkessaħ, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 81

Xkatlu (Lophius spp.), frisk jew imkessaħ, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 :

0302 67 00

Pixxispad (Xiphias gladius), frisk jew imkessaħ, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 68 00

Toothfish (Dissostichus spp.), frisk jew imkessaħ, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 91

Sawrella kaħla (scad) (Caranx trachurus, Trachurus trachurus), friska jew imkessħa, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 92

Pink cusk-eel (Genypterus blacodes), frisk jew imkessaħ, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 94

0302 69 95

0302 69 99

Spnott (Dicentrarchus labrax), awrat u ħut ieħor, friski jew imkessħa, għajr il-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

09.0722

0304 91 00

 

Laħam iffriżat tal-pixxispad (Xiphias gladius)

Mill-1.1 sal-31.12

500

0

0304 99 31

0304 99 33

0304 99 39

 

Laħam iffriżat tal-merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ta’ ħut tal-ispeċi Boreogadus saida

0304 99 41

 

Laħam iffriżat tal-pollakju (Pollachius virens)

0304 99 45

 

Laħam iffriżat tal-haddock (Melanogrammus aeglefinus)

0304 99 51

 

Laħam iffriżat tal-marlozz (Merluccius spp., Urophycis spp.)

0304 99 71

 

Laħam iffriżat tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou jew Gadus poutasou)

0304 99 75

 

Laħam iffriżat tal-Pollakju tal-Alaska (Theragra chalcogramma)

ex 0304 99 99

20

25

30

40

50

60

65

69

70

81

89

90

Laħam iffriżat tal-ħut tal-ilma baħar, għajr il-kavalli (scomber scombrus, Scomber australasicus, Scomber japonicus)

09.0723

0302 40 00

0303 51 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), friski, imkessħa jew iffriżati

Mis-16.6 sal-14.2

800

0

09.0724

0302 64

 

Kavalli (scomber scombrus, Scomber australasicus, Scomber japonicus), frisk jew imkessaħ

Mis-16.6 sal-14.2

260

0

09.0725

0303 74 30

 

Kavalli (scomber scombrus, Scomber japonicus), iffriżati

Mis-16.6 sal-14.2

30 600

0

09.0726

0302 69 31

0302 69 33

0303 79 35

0303 79 37

 

Redfish (Sebastes spp.), frisk, imkessaħ jew iffriżat

Mill-1.1 sal-31.12

130

0

09.0727

0304 19 01

0304 19 03

0304 19 18

0304 29 01

0304 29 03

0304 29 05

0304 29 18

 

Fletti ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu, friski, imkessħa jew iffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

110

0

09.0728

0304 19 33

0304 19 35

 

Fletti tal-pollakju (Pollachius virens) u, redfish (Sebastes spp.) friski jew imkessħa

Mill-1.1 sal-31.12

180

0

0304 11 10

0304 12 10

Fletti oħrajn, friski jew imkessħa

ex 0304 19 39

30

40

60

70

75

80

85

90

 

09.0729

0304 19 97

0304 19 99

 

Fletti ta’ aringi u laħam ieħor ta’ ħut

Mill-1.1 sal-31.12

130

0

09.0730

0304 21

0304 22

 

Fletti ffriżati tal-pixxispad (Xiphias gladius) u toothfish (Dissostichus spp.)

Mill-1.1 sal-31.12

9 000

0

0304 29 21

0304 29 29

Fletti ffriżati tal-merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ta’ ħut tal-ispeċi Boreogadus saida

0304 29 31

Fletti ffriżati tal-pollakju (Pollachius virens)

0304 29 33

Fletti ffriżati tal-haddock (Melanoframmus aeglefinus)

0304 29 35

0304 29 39

Fletti ffriżati tar-redfish (Sebastes spp.)

0304 29 55

0304 29 56

0304 29 58

0304 29 59

Fletti ffriżat tal-marlozz (Merluccius spp., Urophycis spp.)

0304 29 71

Fletti ffriżat tal-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

0304 29 83

Fletti ffriżati tal-ixkatlu (Lophius spp.)

0304 29 85

Fletti ffriżati tal-Pollakju tal-Alaska (Theragra chalcogramma)

0304 29 91

Fletti ffriżati tal-grenadier ikħal (Macruronus novaezelandiae)

ex 0304 29 99

10

20

41

49

50

60

81

89

91

92

93

99

Fletti ffriżati oħrajn

09.0731

ex 0305 20 00

11

18

19

21

30

73

75

77

79

99

Fwied u bajd tal-ħut, imnixxfa, immellħa jew fl-ilma mielaħ, iżda mhux affumikati

Mill-1.1 sal-31.12

1 900

0

09.0732

0305 41 00

 

Salamun affumikati tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho)

Mill-1.1 sal-31.12

450

0

09.0733

0305 42 00

0305 49

 

Ħut affumikat għajr is-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho)

Mill-1.1 sal-31.12

140

0

09.0734

ex 0305 69 80

20

30

40

50

61

63

64

65

67

90

Ħut ieħor, immellaħ imma mhux imnixxef jew affumikat u ħut fis-salmura:

Mill-1.1 sal-31.12

250

0

09.0735

0305 61 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), immellħin iżda mhux imnixxfin jew affumigati, u aringi fis-salmura

Mill-1.1 sal-31.12

1 440

0

09.0736

0306 13 10

 

Gambli tal-Pandalidae iffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

950

0

0306 19 30

Awwisti tan-Norveġja ffriżati (Nephrops norvegicus)

09.0737

ex 0306 23 10

95

Gambli tal-Pandalidae, mhux iffriżati msajjra abbord

Mill-1.1 sal-31.12

800

0

09.0738

ex 0306 23 10

11

20

91

96

Gambli tal-Pandalidae, mhux iffriżati, għall-ipproċessar (8)

Mill-1.1 sal-31.12

900

0

0306 29 30

 

Awwisti tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) mhux iffriżati

09.0739

1604 11 00

 

Salamun preparat jew preservat, sħiħ jew f'biċċiet

Mill-1.1 sal-31.12

170

0

09.0740

1604 12 91

1604 12 99

 

Aringi preparati jew preservati, sħaħ jew f'biċċiet f'kontenituri ssiġġillati ermetikament; oħrajn

Mill-1.1 sal-31.12

3 000

0

09.0741

1604 13 90

 

Sardinella preparata jew preservata, u aringi żgħar jew spratt, sħaħ jew f'biċċiet

Mill-1.1 sal-31.12

180

0

09.0742

1604 15 11

1604 15 19

 

Kavalli preparati jew preservati (scomber scombrus, Scomber japonicus), sħiħ jew f'biċċiet

Mill-1.1 sal-31.12

130

0

09.0743

1604 19 92

 

Merluzz preparat jew preservat (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus), sħiħ jew f'biċċiet

Mill-1.1 sal-31.12

5 500

0

1604 19 93

Pollakju preparat jew preservat (Pollachius virens)

1604 19 94

Marlozz preparat jew preservat (Merluccius spp., Urophycis spp.)

1604 19 95

Pollakju tal-Alaska (Theragra chalcogramma) u pollakju (Pollachius pollachius) preparat jew preservat

1604 19 98

Ħut ieħor preparat jew preservat

1604 20 90

Laħam preparat jew preservat ta’ ħut ieħor

09.0744

1604 20 10

 

Laħam tas-salamun preparat jew preservat

Mill-1.1 sal-31.12

300

0

09.0745

ex 1605 20 10

20

40

91

Gambli u gambli kbar imqaxxra jew iffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

8 000

0

ex 1605 20 91

20

40

91

ex 1605 20 99

20

40

91

09.0746

ex 1605 20 10

30

96

99

Gambli u gambli kbar għajr dawk imqaxxra u ffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

1 000

0

ex 1605 20 91

30

96

99

ex 1605 20 99

30

45

49

96

99

09.0747

2301 20 00

 

Dqiq, pasta u gerbub, ta’ ħut jew ta’ krustaċej, molluski u invertenrati akkwatiċi oħrajn

Mill-1.1 sal-31.12

28 000

0

09.0748

1605 10 00

 

Granċ preparat jew preservat

Mill-1.1 sal-31.12

50

0

09.0749

ex 1605 20 10

20

40

91

Gambli u gambli kbar, imqaxxrin u ffriżati, preparati jew preservati

Mill-1.3.2011 sat-30.4.2011

1 841

0

ex 1605 20 91

20

40

91

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

11 053

ex 1605 20 99

20

40

91

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

11 053

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

11 053

09.0750

ex 1604 12 91

10

Aringa, imħawra u/jew ippriservata fil-ħall, fis-salmura

Mill-1.3.2011 sat-30.4.2011

1 000 tunnellata netti mingħajr likwidi.

0

ex 1604 12 99

11

19

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

7 000 tunnellata netti mingħajr likwidi.

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

8 000 tunnellata netti mingħajr likwidi.

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

8 000 tunnellata netti mingħajr likwidi.

09.0751

0704 10 00

 

Pastard u brokkli bir-ras

Mill-1.8 sal-31.10

2 000

0

09.0752

0303 51 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati (1)

Mill-1.1 sal-31.12

44 000

0

09.0753

ex 0704 90 90

10

Brokkoli, frisk jew imkessaħ

Mill-1.7 sal-31.10

1 000

0

09.0755

ex 0704 90 90

20

Kaboċċi taċ-Ċina, friski jew imkessħa

Mill-1.7 sat-28.2

3 000

0

09.0756

0304 29 75

 

Fletti ta’ Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

Mill-1.1 sal-31.12

67 000

0

0304 99 23

10

20

30

Fletti ta’ Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati (2)

09.0757

0809 20 05

0809 20 95

 

Ċirasa, friska

Mis-16.7 sal-31.8

900

0  (3)

09.0759

0809 40 05

0809 40 90

 

Għanbaqar u pruni selvaġġ, frisk

Mill-1.9 sal-15.10

600

0  (3)

09.0761

0810 10 00

 

Frawli, frisk

Mid-9.6 sal-31.7

900

0

09.0762

0810 10 00

 

Frawli, frisk

Mill-1.8 sal-15.9

900

0

09.0775

1504 10 10

 

Żjut u l-frazzjonijiet tagħhom tal-fwied tal-ħut, bil-kontenut tal-vitamina A li ma jaqbiżx l-unitajiet internazzjonali ta’ 2 500 għal kull gramma

Mill-1.1 sal-31.12

103

0

09.0776

1504 20 10

 

Xaħmijiet u żjut tal-frazzjonijiet solidi u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut, għajr iż-żjut tal-fwied

Mill-1.1 sal-31.12

384

0

09.0777

ex 1516 10 90

11

19

Xaħmijiet u żjut ta’ annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, li joriġinaw kollha kemm huma minn ħut jew mammiferi tal-baħar

Mill-1.1 sal-31.12

5 141

0

09.0781

0204

 

Laħam ta’ nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat (4)  (5)  (6)  (7)

Mill-1.1 sal-31.12

piż tal-karkassa ta’ 300 tunnellata

0

09.0782

0210

 

Laħam u laħam ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u smida tal-laħam u tal-ġewwieni tal-laħam tajbin għall-ikel

Mill-1.1 sal-31.12

200

0

09.0783

0705 11 00

 

Ħass ikkabuċċjat (ħass bir-ras)

Mill-1.1 sal-31.12

300

0

09.0784

0705 19 00

 

Hass ieħor

Mill-1.1 sal-31.12

300

0

09.0785

ex 0602 90 50

10

Pjanti perenni

Mill-1.1 sal-31.12

136 212 EUR

0

09.0786

0602 90 70

 

Pjanti ta’ ġewwa:

biċċiet bl-għeruq u pjanti żgħar, għajr il-kakti

Mill-1.1 sal-31.12

544 848 EUR

0

09.0787

1601

 

Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, ġewwieni tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti

Mill-1.1 sal-31.12

300

0


(1)  Peress mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju d-dazju tal-MFN jkun xejn, il-benefiċċju ta’ din il-kwota tat-tariffi ma mhux se jingħata għall-oġġetti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.

(2)  Fir-rigward tal-oġġetti bil-kodiċi NM 0304 99 23, mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju d-dazju tal-MFN jkun xejn, il-benefiċċju ta’ din il-kwota tat-tariffi mhux se jingħata għal oġġetti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul dan il-perjodu.

(3)  Id-dazju addizzjonali speċifiku għandu jiġi applikat.

(4)  Fir-rigward tal-oġġetti bil-kodiċi NM 0204 23 00, l-ammont tat-talba għall-parti huwa ddeterminat billi l-piż nett tal-prodotti jiġi mmultiplikat b'koeffiċenti ta’ 1,67 (laħam tal-ħaruf) jew ta’ 1.81 (laħam tan-nagħaġ għajr tal-ħaruf).

(5)  Fir-rigward tal-oġġetti bil-kodiċi NM 0204 50 39 u 0204 50 79, l-ammont tat-talba għall-parti huwa ddeterminat billi l-piż nett tal-prodotti jiġi mmultiplikat b'koeffiċenti ta’ 1.67 (laħam tal-gidi) jew ta’ 1.81 (laħam tan-nagħaġ għajr tal-gidi).

(6)  Fir-rigward tal-oġġetti bil-kodiċi NM 0204 43 10, l-ammont tat-talba għall-parti huwa ddeterminat billi l-piż nett tal-prodotti jiġi mmultiplikat b'koeffiċenti ta’ 1.67.

(7)  Fir-rigward tal-oġġetti bil-kodiċi NM 0204 43 90, l-ammont tat-talba għall-parti huwa ddeterminat billi l-piż nett tal-prodotti jiġi mmultiplikat b'koeffiċenti ta’ 1.81.

(8)  Dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1)).”


10.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/13


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 231/2011

tad-9 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,2

MA

51,5

TN

115,9

TR

89,8

ZZ

94,9

0707 00 05

TR

166,1

ZZ

166,1

0709 90 70

MA

43,3

TR

102,7

ZZ

73,0

0805 10 20

EG

57,2

IL

64,5

MA

50,0

TN

55,5

TR

69,9

ZZ

59,4

0805 50 10

EG

42,1

MA

42,1

TR

52,4

ZZ

45,5

0808 10 80

AR

99,8

CA

101,6

CL

105,4

CN

84,8

MK

54,8

US

146,4

ZA

67,5

ZZ

94,3

0808 20 50

AR

85,2

CL

106,8

CN

81,8

US

79,9

ZA

103,8

ZZ

91,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/15


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 232/2011

tad-9 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 227/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 61, 8.3.2011, p. 7.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-10 ta’ Marzu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

59,49

0,00

1701 11 90  (1)

59,49

0,00

1701 12 10  (1)

59,49

0,00

1701 12 90  (1)

59,49

0,00

1701 91 00  (2)

54,91

1,00

1701 99 10  (2)

54,91

0,00

1701 99 90  (2)

54,91

0,00

1702 90 95  (3)

0,55

0,19


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

10.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Frar 2011

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XX (Ambjent) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(2011/153/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 192(1) u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’) fih dispożizzjonijiet speċifiċi u arranġamenti rigward l-ambjent.

(2)

Huwa xieraq li tiġi inkorporata d-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, attivitajiet ta’ avjazzjoni fl-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra fi ħdan il-Komunità (2).

(3)

L-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda mistennija għall-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ŻEE huwa stipulat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FELLEGI T.


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3.


ANNESS

Abbozz ta’

DEĊIŻJONI Nru …/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

ta’

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ZEE kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1) sabiex jinkorpora, inter alia, id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (2), f’dak il-Ftehim.

(2)

Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi attivitajiet ta’ avjazzjoni fl-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra fi ħdan il-Komunità (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jwassal għall-implimentazzjoni tad-Direttiva se jseħħ f’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-Istati tal-EFTA.

(4)

Il-Partijiet Kontraenti ħarġu Dikjarazzjoni Konġunta, fejn enfasizzaw inter alia, li se jagħmlu kull sforz biex jiżguraw adozzjoni u dħul fis-seħħ mgħaġġla ta’ kwalunkwe deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE meħtieġa sabiex jiġu estiżi għall-Istati EFTA taż-ŻEE id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni relevanti li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni Ewropea u partikolarment dawk skont l-Artikoli 3e (3) u 3f (5) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata mid-Direttiva 2008/101/KE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Punt 21al tal-Anness XX mal-Ftehim dwar iż-ŻEE huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

l-inċiż li ġej huwa miżjud:

‘—

32008 L 0101: Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3).’

(2)

l-adattazzjonijiet li ġejjin huma miżjuda wara l-addattament (b):

“(ba)

Fiż-żmien tal-inkorporazzjoni tad-Direttiva, il-Liechtenstein m’għandu ebda attivitajiet ta’ avjazzjoni kif definiti fid-Direttiva operati fit-territorju tiegħu. Il-Liechtenstein ser jikkonforma mad-Direttiva meta attivitajiet tal-avjazzjoni relevanti jseħħu fit-territorju tiegħu.

(bb)

Is-sottoparagrafu segwenti għandu jiżdied fl-Artikolu 3c(4):

‘Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim u fuq il-bażi taċ-ċifri provduti mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’kooperazzjoni mal-Eurocontrol, jiddeċiedi dwar emissjonijiet storiċi tal-avjazzjoni madwar iż-ŻEE billi jżid in-numri relevanti rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni meta jinkorpora din tal-aħħar fil-Ftehim taż-ŻEE.’

(bc)

Fl-Artikolu 3d(4), it-tieni sottoparagrafu għandu jitħassar.

(bd)

Is-sottoparagrafu segwenti għandu jiżdied fl-Artikolu 3e(2) u 3f(4):

‘Sal-istess data, l-Istati tal-EFTA għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet li jirċievu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li għandha tgħaddihom mill-ewwel lill-Kummissjoni.’

(be)

Is-sottoparagrafi segwenti għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 3e(3):

‘Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim u fuq il-bażi taċ-ċifri provduti mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’kooperazzjoni mal-Eurocontrol, jiddeċiedi dwar in-numru għaż-ŻEE kollha għat-total tan-numru ta’ kwoti, in-numru ta’ kwoti li jridu jiġu irkantati, in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali u n-numru ta’ kwoti b’xejn, billi jżid in-numri relevanti rigward it-titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni meta jinkorpora din tal-aħħar fil-Ftehim taż-ŻEE.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-valur referenzjarju madwar iż-ŻEE. Matul il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet il-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-kalkolazzjoni u l-pubblikazzjoni mill-Istati tal-EFTA taħt l-Artikolu 3e(4) għandhom iseħħu sussegwentement għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fil-Ftehim taż-ŻEE.’.

(bf)

Is-sottoparagrafu segwenti għandu jiżdied fl-Artikolu 3f(5):

’Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-valur referenzjarju madwar iż-ŻEE. Matul il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet l-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-kalkolazzjoni u l-pubblikazzjoni mill-Istati tal-EFTA taħt l-Artikolu 3f(7) għandhom isiru sussegwentement għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fil-Ftehim taż-ŻEE.’ ”

(3)

l-adattazzjonijiet li ġejjin huma imdaħħla wara l-adattament (i):

(ia)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 16(12):

‘(13)   L-Istati tal-EFTA għandhom jissottomettu kwalunkwe talba skont l-Artikolu 16(5) u (10) lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li għandha tgħaddihom mill-ewwel lill-Kummissjoni.’

(ib)

Is-sottoparagrafu segwenti għandu jiżdied fl-Artikolu 18a(1):

‘Ir-riallokazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lejn l-Istati tal-EFTA, għandha sseħħ matul is-sena 2011, wara li l-operatur jissodisfa l-obbligi tiegħu għall-2010. Skeda differenti għar-riallokazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru inizjalment assenjati lil Stat Membru fuq il-bażi tal-kriterji msemmija taħt (b), jistgħu jiġu maqbula mill-Istat Membru amministratur inizjali, wara talba espliċita introdotta mill-operatur fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ lista ta’ operaturi madwar iż-ŻEE li hemm provvediment għaliha taħt l-Artikolu 18a(3)(b). F’dan il-każ, ir-riallokazzjoni għandha sseħħ mhux aktar tard mill-2020 fir-rigward tal-perjodu ta’ skambju li jibda fl-2021.’.

(ic)

Fl-Artikolu 18a(3)(b), il-kliem ‘għaż-ŻEE kollha’ għandhom jiddaħħlu wara ‘operaturi tal-inġenji tal-ajru’.

(id)

Is-sottoparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 18b:

’Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu l-assistenza tal-Eurocontrol jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u jistgħu jikkonkludu għal dak il-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet.”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/101/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li ser ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqisu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi … .

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti għad-Deciżjoni Nru …/2011 li tinkorpora d-Direttiva 2008/101/KE fil-Ftehim dwar iż-ŻEE

‘Id-Direttiva 2008/101/KE tgħid illi d-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti għall-avjazzjoni għandu jintuża sabiex jiġi missielet it-tibdil fil-klima. L-applikazzjoni ta" din id-dispożizzjoni mill-Istati tal-EFTA hija mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.

Rigward id-deċiżjonijiet dwar il-limiti skont l-Artikoli 3e(3) u 3f(5) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendati mid-Direttiva 2008/101/KE, il-Partijiet Kontraenti se jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw adozzjoni u dħul fis-seħħ mgħaġġla ta’ kwalunkwe deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorporaw kull deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Sabiex tiġi garantita l-omoġenjità taż-ŻEE u tal-ETS komuni tagħha, proċess konġunt u parallel tal-Partijiet Kontraenti għandu jwassal għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, li għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk ikun meħtieġ bl-użu tal-proċedura miktuba.

Bil-għan li jsir provvediment għal ETS trasparenti fiż-ŻEE għall-operaturi tal-avjazzjoni kollha konċernati, il-Kummissjoni Ewropea ser tinkludi klawsoli speċjali fid-deċiżjonijiet tagħha li jimplimentaw id-Direttiva 2008/101/KE, li jagħmlu referenza għall-estensjoni tad-deċiżjonijiet għall-Istati tal-EFTA taż-ŻEE mid-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.’.


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 92.

(2)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(3)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3.

(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.] [Rekwiżiti konstituzzjonali huma indikati.]


10.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Marzu 2011

li ttemm proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mill-Indja

(2011/154/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) irċeviet ilment dwar id-dumping dannuż allegat ta’ ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mill-Indja.

(2)

L-ilment tressaq mill-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji tal-Ħadid u l-Azzar (“Eurofer”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx skont l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

(3)

L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment ta’ anti-dumping.

(4)

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni tat bidu, kif xieraq, b’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), għal proċedura anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mill-Indja, li attwalment jidħlu fil-klassifikazzjonijiet tal-kodiċi NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81, u 7222 20 89.

(5)

Fl-istess jum, il-Kummissjoni tat bidu għal proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mill-Indja (3).

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni u lil kull assoċjazzjoni ta’ produtturi magħrufa fl-Unjoni Ewropea, lill-esportaturi/produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, lil kull assoċjazzjoni ta’ esportaturi/produtturi, lill-imporaturi, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

B.   IRTIRAR TAL-ILMENT U TMIEM IL-PROĊEDIMENT

(7)

B’ittra tat-23 ta’ Novembru 2010 lill-Kummissjoni, l-Eurofer formalment irtirat l-ilment tagħha rigward il-proċediment tal-anti-dumping.

(8)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(9)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jitwaqqaf peress li l-investigazzjoni ma sabet l-ebda konsiderazzjonijiet li juru li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan kif xieraq u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu l-ebda kummenti li jindikaw li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(10)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mill-Indja għandu jintemm,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta’ dan, il-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna ċerti vireg tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mill-Indja, u li attwalment huma kklassifikati fil-kodiċijiet tan-NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89, qed jintemm.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 87 A, 1.4.2010, p. 1.

(3)  ĠU C 87, 1.4.2010, p. 17.


10.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Marzu 2011

dwar il-pubblikazzjoni u l-ġestjoni tad-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1536)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/155/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità, u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tal-15 ta’ April 2010 dwar id-dokument ta’ referenza kif speċifikat fl-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2008/57/KE.

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/965/KE (2) tat-30 ta’ Novembru 2009 rigward id-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE stabbilixxiet fl-Anness tagħha l-lista ta’ parametri li għandhom jintużaw biex jiġu kklassifikati r-regoli nazzjonali fid-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2008/57/KE.

(2)

Huwa importanti li r-regoli nazzjonali li se jkunu koperti bid-dokument ta’ referenza jkunu ddefiniti b’mod ċar sabiex jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jiġu ddikjarati bħala ekwivalenti u għalhekk jiġi mmassimizzat l-għadd ta’ regoli li jappartjenu lill-grupp A skont l-Anness VII, it-taqsima 2 għad-Direttiva 2008/57/KE.

(3)

L-Istati Membri huma responsabbli biex jaġġornaw ir-regoli nazzjonali tagħhom. L-aġġornamenti tar-regoli nazzjonali jistgħu jaffettwaw il-klassifika tar-regoli meta mqabbla mar-regoli ta’ Stati Membri oħra għal parametru speċifiku stabbilit fit-taqsima 1 tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE.

(4)

Jeħtieġ li l-bażi tad-dejta li biha ssir kontroreferenza tar-regoli nazzjonali u li tikklassifika l-ekwivalenza tagħhom tinżamm aġġornata.

(5)

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (“l-Aġenzija”) għandha, fir-rigward ta’ kull Stat Membru, tkun responsabbli għall-ġbir, għall-pubblikazzjoni u għaż-żamma ta’ lista ta’ regoli nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni ta’ vetturi li tirreferenzja r-regola nazzjonali għal kull parametru u l-klassifika tar-regoli ta’ Stati Membri oħra għal dan il-parametru. Dawn il-listi għandhom ikunu parti mid-dokument ta’ referenza.

(6)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza bejn ir-regoli elenkati fid-dokument ta’ referenza u r-regoli nnotifikati taħt l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jaġġornaw id-dokument ta’ referenza jew biex jinnotifikaw/jemendaw/jirtiraw regoli taħt il-proċedura tal-Artikolu 17. Sa ma jiġu allinjati ż-żewġ settijiet ta’ regoli u tkun disponibbli entrata unika ta’ dejta għar-regoli nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jużaw ir-regoli elenkati fid-dokument ta’ referenza bil-għan li jagħtu awtorizzazzjonijiet biex vetturi jibdew jintużaw, f’każ ta’ diskrepanza bejn iż-żewġ settijiet ta’ regoli.

(7)

Barra minn hekk, fir-rigward tan-notifika tar-regoli nazzjonali tas-sigurtà [sikurezza] skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), mhumiex rilevanti għad-dokument ta’ referenza. Huwa minnu li d-Direttiva 2008/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) emendat dik id-direttiva sabiex tneħħi mill-Anness II għad-Direttiva 2004/49/KE r-regoli nazzjonali tas-sikurezza relatati mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw u ssirilhom manutenzjoni.

(8)

Meta jinġabru d-dokumenti ta’ referenza nazzjonali, l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza (NSAs) għandhom jiddeterminaw il-prijoritajiet skont l-għanijiet tad-Direttiva 2008/57/KE, filwaqt li jqisu r-riżorsi disponibbli fl-NSA wara diskussjoni fil-partijiet ta’ ħidma rilevanti.

(9)

Skont l-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ fi kwalunkwe ħin tadotta miżura indirizzata lill-Aġenzija bl-għan li temenda d-dokument ta’ referenza.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontenut tad-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE huwa speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-Aġenzija għandha tippubblika u żżomm id-dokument ta’ referenza. Għandu jkun hemm aċċess mingħajr ħlas għad-dokument ta’ referenza billi jkun dispobibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tippubblika l-ewwel verżjoni tad-dokument ta’ referenza fi żmien erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   Tal-anqas darba fis-sena, l-Aġenzija għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE dwar il-progress li jkun sar fil-pubblikazzjoni u l-ġestjoni tad-dokument ta’ referenza.

4.   Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin, fuq talba tal-Aġenzija, ta’ Stat Membru, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tadotta kwalunkwe deċiżjoni biex temenda d-dokument ta’ referenza ppubblikat mill-Aġenzija, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE.

Artikolu 2

Għall-fini tad-dokument ta’ referenza:

(a)

“regola” għandha tfisser rekwiżit applikabbli fi Stat Membru u li l-applikant għall-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw, għandu jikkonforma miegħu meta r-rekwiżit ikun relatat ma’:

parametru tal-lista stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni 2009/965/KE; u/jew

rekwiżiti ta’ verifika u ttestjar; u/jew

proċess li jkun se jintuża biex tinkiseb awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw.

(b)

“klassifika” tfisser l-attribuzzjoni mogħtija minn Stat Membru lir-regola nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor li tkun tkopri parametru partikolari skont wieħed mit-tliet gruppi A, B jew C li huma ddefiniti fit-taqsima 2 tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE.

Artikolu 3

1.   Għal kull Stat Membru u għal kull parametru tal-lista pprovduta fl-Anness għad-Deċiżjoni 2009/965/KE, id-dokument ta’ referenza nazzjonali għandu jinkludi:

(a)

Referenza għar-regoli nazzjonali rilevanti applikati f’dak l-Istat Membru għall-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw jew dikjarazzjoni li m’hemm l-ebda rekwiżit fir-rigward ta’ dan il-parametru;

(b)

Il-klassifika skont l-Anness VII, it-taqsima 2 għad-Direttiva 2008/57/KE tar-regoli applikati fi Stati Membri oħra.

2.   L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-klassifika ta’ regoli nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni ta’ vetturi skont l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza (NSAs), u fejn xieraq, torganizza laqgħat.

Artikolu 4

1.   Kull NSA għandha tipprovdi lill-Aġenzija bit-tagħrif meħtieġ biex tiġbor id-dokument ta’ referenza nazzjonali. B’mod partikolari l-NSA għandha:

(a)

Tipprovdi lill-Aġenzija b’referenzi għal regoli nazzjonali għal kull parametru u l-klassifka tagħhom;

(b)

Tgħarraf lill-Aġenzija dwar bidliet fir-regoli malli l-bidla fir-regola tiġi ppubblikata;

(c)

Tinnomina persuna jew dipartiment, li tkun/ikun responsabbli biex tipprovdi/jipprovdi dan it-tagħrif lill-Aġenzija;

(d)

Twettaq skambju attiv ta’ opinjonijiet u esperjenzi ma’ NSAs oħra sabiex tkun tista’ tikklassifika r-regoli skont l-Artikolu 3(1)(b). L-NSAs għandhom jikkooperaw bil-għan li jiġu eliminati rekwiżiti żejda u verifiki superfluwi.

2.   Kull Stat Membru għandu japprova d-dokument ta’ referenza nazzjonali tiegħu.

3.   Fi żmien sena mill-pubblikazzjoni tad-dokument ta’ referenza nazzjonali rilevanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza bejn ir-rekwiżiti inklużi fid-dokument ta’ referenza u r-rekwiżiti inklużi fir-regoli nnotifikati taħt l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE. Ladarba tkun disponibbli entrata unika ta’ dejta għan-notifika ta’ regoli nazzjonali u għad-dokument ta’ referenza, l-iskadenza biex tiġi żgurata l-konsistenza bejniethom tkun ta’ sitt xhur. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bid-data sa meta l-entrata unika ta’ dejta għan-notifika ta’ regoli nazzjonali tkun disponibbli. Wara dan il-perjodu jekk l-Aġenzija tinduna b’xi inkonsistenza għandha tgħarraf lill-Istat Membru rilevanti. Fejn regola ta’ dokument ta’ referenza tkun għadha ma ġietx innotifikata dik ir-regola għandha jew tiġi nnotifikata inkella d-dokument ta’ referenza għandu jiġi aġġornat.

4.   Fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni liema dipartiment kompetenti se jkun responsabbli għall-validazzjoni u l-approvazzjoni tad-dokument ta’ referenza nazzjonali tagħhom u dwar kwalunkwe bidla fid-dokument ta’ referenza.

Artikolu 5

1.   B’segwitu għall-Artikolu 4(1)(b), jekk bidla f’regola tista’ taffettwa l-klassifika ta’ din ir-regola fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-Aġenzija għandha tavża lill-NSAs tal-Istati Membri affettwati sabiex ikunu jistgħu jirrevedu l-klassifika.

2.   Jekk l-Aġenzija tinduna b’regola proposta biex tiġi kklassifikata taħt il-grupp B jew C minn Stat Membru, li fl-opinjoni tagħha għandha tiġi kklassifikata taħt il-grupp A, għandha tqajjem din il-kwistjoni u tiddiskutiha mal-NSA rilevanti sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim dwar il-klassifika korretta.

3.   Jekk wara diskussjoni mal-NSAs rilevanti l-Aġenzija tqis li klassifika taħt il-gruppi B jew C mill-NSA ma tkunx iġġustifikata skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/57/KE u li l-klassifika taħt il-gruppi B jew C tirrappreżenta rekwiżit żejjed jew verifika żejda li għandu/għandha impatt sproporzjonat fuq il-kost jew l-iskeda taż-żmien għall-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw, l-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dan u tipprovdi opinjoni teknika lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru rilevanti.

4.   Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE. Dik id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Aġenzija sabiex taġġorna d-dokument ta’ referenza u lill-Istat Membru rilevanti bl-għan li d-dokument ta’ referenza nazzjonali jiġi approvat kif ipprovdut fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għar-Repubblika ta’ Ċipru u ta’ Malta sakemm ma tiġi stabbilita l-ebda sistema ferrovjarja fit-territorju tagħhom.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ April 2011.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 341, 22.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

(4)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 62.


ANNESS

DOKUMENT TA’ REFERENZA

1.   Għan tad-Dokument ta' referenza

L-għan tad-Dokument ta' Referenza huwa li jiffaċilita l-proċedura għall-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw billi:

(a)

Jiġu elenkati l-parametri kollha li għandhom jiġu kkontrollati b'rabta mal-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw;

(b)

Jiġu identifikati r-regoli kollha applikati mill-Istati Membri għall-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw;

(c)

Kull regola tiġi rreferenzjata għal wieħed mill-parametri li għandhom jiġu kkontrollati b'rabta mal-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw;

(d)

Ir-regoli kollha jiġu kklassifikati taħt il-gruppi A, B jew C skont l-Anness VII, it-taqsima 2 għad-Direttiva 2008/57/KE;

(e)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/965/KE, li tistabbilixxi l-oqfsa legali nazzjonali li jkopru l-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw.

2.   Struttura u kontenut

Id-Dokument ta' referenza għandu jiġi strutturat kif ġej:

Parti 1

:

Gwida tal-applikazzjoni: Din il-parti għandha tirreferi għall-elementi inklużi f'din id-Deċiżjoni, u kwalunkwe tagħrif ieħor rilevanti għall-ġestjoni, għall-fehim u għall-użu tad-dokument ta' referenza.

Parti 2

:

Dokumenti ta' referenza nazzjonali: Id-dokument ta' referenza, wieħed għal kull Stat Membru, għandu jinkludi d-dokumenti ta' referenza nazzjonali kollha li jelenkaw u jikklassifikaw ir-regoli nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Parti 3

:

Tagħrif dwar oqfsa legali nazzjonali: Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/965/KE, id-dokument ta' referenza għandu jinkludi tagħrif dwar il-qafas legali nazzjonali applikabbli għall-awtorizzazzjoni biex vetturi jibdew jintużaw. Din il-parti għanda timtela malli l-Istati Membri jinnotifikaw dwar il-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2008/57/KE.

3.   Ambitu tal-applikazzjoni tad-dokument ta' referenza

Id-dokument ta' referenza jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet kollha biex jibdew jintużaw vetturi ferrovjarji li huma soġġetti għad-Direttiva 2008/57/KE u fejn hija meħtieġa konformità mar-regoli nazzjonali.

Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/57/KE, dan jirrigwarda vetturi maħsuba biex joperaw fuq netwerk trans-Ewropew (TEN) u wkoll dawk maħsuba biex ma joperawx fuq TEN.

Fir-rigward ta' vetturi konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabilità (TSI), id-dokument ta' referenza għandu jippermetti paragun u kontroreferenza, għal parametru partikolari, bejn ir-regoli applikati fi Stati Membri differenti sabiex tiġi vverifikata l-kompatibilità teknika mal-infrastruttura, il-konformità mal-każijiet speċifiċi, l-għeluq ta' punti miftuħa, u l-konformità mar-regoli nazzjonali fil-każijiet ta' deroga.

Barra minn hekk, id-dokument ta' referenza għandu jippermetti paragun u kontroreferenza tar-regoli nazzjonali marbuta mal-lista ta' parametri li għandhom jiġu kkontrollati meta vetturi li mhumiex konformi mat-TSI jibdew jintużaw.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

10.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

Nru 3/2010/SC

tal-1 ta’ Lulju 2010

dwar il-kondiviżjoni interna tal-kostijiet

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet tal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (minn hawn ’il quddiem l-Istati tal-EFTA) għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014 iridu jinqasmu f’ħames partijiet annwali u ddeterminati skont l-Artikolu 2.

Artikolu 2

1.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati tal-EFTA lill-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014 huma bbażati fuq il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tagħhom.

2.   Għal kwalunkwe Stat tal-EFTA, il-kontribuzzjoni għal sena finanzjarja speċifika t għandha tkun ibbażata fuq id-dejta tal-PDG disponibbli għas-sena t-2 u tikkorrispondi għas-sehem tal-PDG (t-2) ta’ dak l-Istat fil-PDG (t-2) globali tal-Istati tal-EFTA.

3.   Għall-Islanda, il-kontribuzzjoni għal kull waħda mill-ħames partijiet annwali ma tistax taqbeż l-ammont ta’ EUR 6,795 miljun.

Jekk il-kontribuzzjoni tal-Islanda għal sena finanzjarja speċifika t, ikkalkulata fuq is-sehem tal-PDG (t-2) tal-Islanda fil-PDG (t-2) globali tal-Istati tal-EFTA, taqbeż l-ammont ta’ EUR 6,795 miljun, il-Liechtenstein u n-Norveġja jkunu obbligati jkopru is-somma eċċessiva skont il-proporzjon rispettiv tagħhom tal-PDG (t-2).

4.   Id-dejta dwar il-PDG rispettiva li fuqha għandhom jiġu bbażati l-kontribuzzjonijiet għal sena speċifika t għandha tiġi ppreżentata annwalment minn kull Stat tal-EFTA sal-1 ta’ Marzu. Din għandha tirrigwarda s-sena t-2.

5.   Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu espressi f’euro.

Artikolu 3

L-adeżjoni ta’ Stat tal-EFTA għall-UE m’għandux ikollha impatt fuq l-obbligu li jikkontribwixxi għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014 skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika dakinhar li tidħol fis-seħħ jew fil-jum tal-applikazzjoni provviżorja tal-att legali li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2010.

F’isem il-Kumitat Permanenti

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON

Is-Segretarju Ġenerali

Kåre BRYN


ANNESS

Il-Kumitat Permanenti jaqbel li, qabel jiġu ffinalizzati negozjati possibbli rigward kontribuzzjonijiet finanzjarji wara l-2014 biex jonqsu d-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-ŻEE, għandha ssir reviżjoni tal-mekkaniżmu dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet bil-għan ta' bidla minn PDG għal DNG bħala l-bażi tal-kalkolu.