ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.057.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 57

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
2 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/133/PESK tal-21 ta' Frar 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal- Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta' Marzu 2011 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 202/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-mudelli għan-notifika minn qabel, punti ta’ riferiment għall-ispezzjonijiet fil-port u skemi rikonoxxuti tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

10

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

19

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/18/UE tal-1 ta' Marzu 2011 li temenda l-Annessi II, V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità ( 1 )

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/134/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2010 C 4/03 (ex NN 102/02) dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur WAM SpA (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1711 cor.)  ( 1 )

29

 

 

2011/135/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2011 li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1174)  ( 1 )

43

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2011/136/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2011 il-linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS)

44

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 100 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rekwiżiti speċifiċi għas-sistema ta’ propulsjoni elettrika

54

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/133/PESK

tal-21 ta' Frar 2011

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal- Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“RGħ”),

Billi:

(1)

Il-kondizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-ġejjieni, pjuttost milli dawk il-kondizzjonijiet jiġu definiti abbażi ta' każ b'każ għal kull operazzjoni konċernata.

(2)

Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill fis-26 ta' April 2010 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ġie nnegozjat, mir-RGħ, ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu (1).

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill, f'isem l-Unjoni, għandu jagtħi n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet

L-UNJONI EWROPEA

minn naħa waħda, u

L-MONTENEGRO

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Partijiet”,

Billi:

L-Unjoni Ewropea (UE) tista' tiddeċiedi li tieħu azzjoni fil-qasam tal-immaniġġar ta' kriżijiet.

L-UE ser tiddeċiedi jekk Stati terzi jkunux mistiedna jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi.

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni fil-ġejjieni, pjuttost milli dawk il-kondizzjonijiet jiġu definiti abbażi ta' każ b'każ għal kull operazzjoni konċernata.

Tali ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, u ma għandux jippreġudika n-natura każ b'każ tad-deċiżjonijiet tal-Montenegro li jipparteċipa f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

Tali ftehim għandu jindirizza biss operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fil-futur u għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim eżistenti li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li jkunu diġà ġew skjerati,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Deċiżjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni

1.   Wara d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) li tistieden lill-Montenegro biex jipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u ladarba l-Montenegro jkun iddeċieda li jipparteċipa, il-Montenegro għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni proposta tiegħu lill-UE.

2.   Il-valutazzjoni mill-UE tal-kontribuzzjoni tal-Montenegro għandha ssir b'konsultazzjoni mal-Montenegro.

3.   L-UE għandha tipprovdi lill-Montenegro b'indikazzjoni bikrija tal-kontribuzzjoni probabbli ta' dan tal-aħħar għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni mill-aktar fis possibli bil-ħsieb li tgħin lill-Montenegro fil-formulazzjoni tal-offerta tiegħu.

4.   L-UE għandha tikkomunika r-riżultat ta' dik il-valutazzjoni lill-Montenegro permezz ta' ittra bil-ħsieb li tassigura l-parteċipazzjoni tal-Montenegro skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Qafas

1.   Il-Montenegro għandu jassoċja ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li l-UE twettaq l-operazzjoni għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u ma' kwalunkwe deċiżjoni oħra li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament implimentattiv meħtieġ.

2.   Il-kontribut tal-Montenegro għal operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE.

Artikolu 3

Status ta' persunal u forzi

1.   L-istatus ta' persunal issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet u/jew tal-forzi kkontribwiti lil operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet mill-Montenegro għandhom ikunu rregolati mill-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni/forzi, jekk konkluż, bejn l-UE u l-Istat jew Stati li fihom titwettaq l-operazzjoni.

2.   L-istatus tal-persunal ikkontribwit għall-kwartieri ġenerali jew elementi ta' kmand li jinstabu barra l-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, għandu jiġi regolat minn arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u elementi ta' kmand ikkonċernati u l-Montenegro.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni/forzi msemmi fil-paragrafu 1, il-Montenegro għandu jeżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tiegħu li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

4.   Il-Montenegro għandu jkun responsabbli biex jirrispondi għal kwalunkwe talba konnessa mal-parteċipazzjoni f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li tiġi minn jew tikkonċerna kwalunkwe membru tal-persunal tiegħu. Il-Montenegro għandu jkun responsabbli biex iressaq kwalunkwe azzjoni, b'mod partikolari legali jew dixxiplinarji, kontra kwalunkwe membru tal-persunal tiegħu, skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Mudell għal tali dikjarazzjoni huwa anness għal dan il-Ftehim.

5.   Il-Partijiet jaqblu li jirrinunzjaw għat-talbiet kollha, ħlief għal dawk kuntrattwali, kontra xulxin għal dannu, telf jew distruzzjoni ta' assi li jkunu proprjetà ta'/operati minn Parti jew oħra, jew korriment jew mewt ta' persunal ta' Parti jew oħra, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom b'rabta mal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina b'mod volontarju.

6.   Il-Montenegro jintrabat li jagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta' talbiet kontra kwalunkwe Stat parteċipanti f'operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-UE li fiha jipparteċipa l-Montenegro, u li jagħmel dan meta jiffirma dan il-Ftehim.

7.   L-UE tintrabat li tiżgura li l-Istati Membri tagħha jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta' drittijiet, għal kwalunkwe parteċipazzjoni futura tal-Montenegro f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u li tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Informazzjoni kklassifikata

Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Montenegro u l-UE dwar is-sigurtà tal-informazzjoni kklassifikata, magħmul fi Brussell fit-13 ta' Settembru 2010, għandu japplika fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

TAQSIMA II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET ĊIVILI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

Artikolu 5

Persunal issekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet

1.   Il-Montenegro għandu jiżgura li l-persunal tiegħu issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jidħol għall-missjoni tiegħu b'mod konformi ma':

(a)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1),

(b)

il-Pjan tal-Operazzjoni,

(c)

il-miżuri implementattivi.

2.   Il-Montenegro għandu jinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet (minn hawn 'il quddiem il-“Kap tal-Missjoni”) u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (minn hawn 'il quddiem ir-“RGħ”) bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tiegħu lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

3.   Persunal issekondat lill-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jagħmel eżami mediku, vaċċinazzjoni u għandu jkun ċertifikat b'mod mediku li hu b'saħħtu għax-xogħol minn awtoritá kompetenti mill-Montenegro. Il-persunal issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi għandu jipproduċi kopja ta' dik iċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 6

Linja ta' kmand

1.   Persunal issekondat mill-Montenegro għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu bl-interessi tal-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet biss f'moħħu.

2.   Il-persunal kollu għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-UE.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fuq il-post.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet u jieħu f'idejh l-amministrazzjoni tagħha ta' kuljum.

6.   Il-Montenegro għandu jkollu l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' amministrazzjoni ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-UE li jkunu qed jipparteċipaw fl-operazzjoni, skont l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1).

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari tal-persunal tal-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. Meta jkun meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinarja mill-awtoritá nazzjonali konċernata.

8.   Għandu jinħatar Punt ta' Kuntatt tal-Kontinġent Nazzjonali (NPC) mill-Montenegro biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fl-operazzjoni. L-NPC għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent.

9.   Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-UE, wara konsultazzjoni mal-Montenegro jekk huwa jkun għadu qed jikkontribwixxi lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fid-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni.

Artikolu 7

Aspetti finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, il-Montenegro għandu jassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż kurrenti, kif stabbilit fil-baġit operattiv tal-operazzjoni.

2.   F'każ ta' mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, il-Montenegro għandu, meta r-responsabbiltá tiegħu tkun ġiet stabbilita, iħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-status tal-missjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 8

Kontribuzzjoni għall-baġit operattiv

1.   Il-Montenegro għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit operattiv ta' operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Montenegro lill-baġit operattiv għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ammont ta' referenza li jkun proporzjonali għall-proporzjon tad-dħul nazzjonali gross (minn hawn 'il quddiem “DNG”) tal-Montenegro fit-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-baġit operattiv tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ammont ta' referenza għall-baġit operattiv li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal tal-Montenegro parteċipanti fl-operazzjoni għan-numru totali ta' persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-Montenegro ma għandu jagħmel l-ebda kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' għotjiet per diem mħallsa lill-persunal tal-Istati Membri tal-UE.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, l-UE għandha, fil-prinċipju, teżenta lill-Montenegro minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal operazzjoni ċivili partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet meta:

(a)

l-UE tiddeċiedi li l-Montenegro jipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti li hija essenzjali għal din l-operazzjoni; jew

(b)

Il-Montenegro għandu DNG per capita li ma jeċċedix lil dak ta' kwalunkwe Stat Membru tal-UE.

5.   Għandu jiġi ffirmat arranġament dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tal-Montenegro għall-baġit operattiv ta' operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, bejn il-Kap tal-Missjoni u s-servizzi amministrattivi rilevanti tal-Montenegro. Dak l-arranġament għandu, inter alia, jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont ikkonċernat,

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribut finanzjarju,

(c)

il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet.

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET MILITARI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET

Artikolu 9

Parteċipazzjoni f' operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet

1.   Il-Montenegro għandu jiżgura li l-forzi tiegħu u l-persunal parteċipanti f' operazzjoni militari tal-UE għall-immmaniġġar ta' kriżijiet jidħlu għall-missjoni tagħhom b'mod konformi ma':

(a)

id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1),

(b)

il-Pjan ta' Operazzjoni,

(c)

il-miżuri implementattivi.

2.   Persunal issekondat mill-Montenegro għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu billi jżomm f'moħħu biss l-interessi tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

3.   Il-Montenegro għandu jinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fi żmien xieraq bi kwalunkwe bidla fil-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni.

Artikolu 10

Linja ta' kmand

1.   Il-forzi u l-persunal kollha parteċipanti fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kmand Operattiv u Tattiku u/jew il-kontroll tal-forzi u tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, li huwa intitolat li jiddelega l-awtorità tiegħu.

3.   Il-Montenegro għandu jkollu l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' tmexxija ta' kuljum tal-operazzjoni bħal Stati Membri parteċipanti tal-UE.

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jista', wara konsultazzjonijiet mal-Montenegro, fi kwalunkwe ħin jitlob l-irtirar tal-kontribut tal-Montenegro.

5.   Għandu jinħatar Rappreżentant Militari Superjuri (“SMR”) mill-Montenegro biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. L-SMR għandu jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE dwar il-materji kollha li jolqtu l-operazzjoni u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent tal-Montenegro.

Artikolu 11

Aspetti finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, il-Montenegro għandu jassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni sakemm l-ispejjeż ma jkunux suġġetti għal finanzjament komuni kif previst fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1), kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/975/PESK tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) (1).

2.   F'każ ta' mewt, korriment, telf jew dannu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, il-Montenegro għandu, meta r-responsabbiltá tiegħu tkun ġiet stabbilita, iħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-istatus tal-forzi, imsemmi fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 12

Kontribut għall-ispejjeż komuni

1.   Il-Montenegro għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta' operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Montenegro għall-baġit operattiv għandha tiġi kkalkolata abbażi taż-żewġ formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jikkorrispondi proporzjonalment għall-proporzjon tad- DNG tal-Montenegro fit-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni; jew

(b)

is-sehem tal-ispejjeż komuni li jikkorrispondi proporzjonalment għall-proporzjon tan-numru tal-persunal mill-Montenegro parteċipanti fl-operazzjoni għan-numru totali ta' persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni.

Fejn tintuża l-formula taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u l-Montenegro jikkontribwixxi biss persunal għall-Operazzjoni jew għall-Kwartieri Ġenerali tal-Forza, il-proporzjon użat għandu jkun dak tal-persunal tiegħu għal dak tan-numru totali tal-persunal rispettiv tal-kwartieri ġenerali. F'każijiet oħra, il-proporzjon għandu jkun dak tal-persunal kollu kontribwit mill-Montenegro għal dak tal-persunal totali tal-operazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, l-UE għandha, fil-prinċipju, teżenta lill-Montenegro minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż komuni ta' operazzjoni militari partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet meta:

(a)

l-UE tiddeċiedi li l-Montenegro jipprovdi kontribut sinifikanti għall-assi u/jew għall-kapaċitajiet li jkunu essenzjali għall-operazzjoni; jew

(b)

il-Montenegro għandu DNG per capita li ma jaqbiżx dak ta' kwalunkwe Stat Membru tal-UE.

Għandu jiġi konkluż arranġament mal-Amministratur previst fid-Deċiżjoni 2008/975/PESK u l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti fil-Montenegro. Dak l-arranġament għandu jinkludi, inter alia, dispożizzjonijiet dwar:

(a)

l-ammont ikkonċernat,

(b)

l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribut finanzjarju,

(c)

il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet.

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Arranġamenti biex jiġi implimentat il-Ftehim

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8(5) u 12(4), kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ għall-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Montenegro.

Artikolu 14

Nonkonformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tibgħat avviż bil-miktub minn xahar qabel.

Artikolu 15

Riżoluzzjoni ta' disputi

Id-disputi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b'mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri legali interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b'mod proviżorju mid-data tal-firma.

3.   Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għal reviżjoni regolari.

4.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat abbażi ta' ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet.

5.   Dan il-Ftehim jista' jiġi ddenunzjat minn kwalunkwe Parti b'notifika bil-miktub ta' denunzja mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha jkollha effett sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika.

Magħmul fi Brussell fit-tnejn u għoxrin jum ta' Frar tas-sena elfejn u ħdax, duplikatament, kull kopja bl-Ingliż.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Montenegro


(1)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 96.

TEST GĦAL DIKJARAZZJONIJIET

TEST GĦALL-ISTATI MEMBRI TAL-UE:

“L-Istati Membri tal-UE li japplikaw Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet li jipparteċipa fiha l-Montenegro, għandhom jippruvaw, safejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu, jirrinunzjaw safejn possibbli talbiet kontra l-Montenegro għal korriment, mewt ta' persunal, jew dannu lil, jew telf ta', kwalunkwe assi li huma proprjetà tagħhom u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kienu kkawżati minn persunal mill-Montenegro fit-twettiq tad-doveri tiegħu f'konnessjoni ma' operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew ta' kondotta skorretta volontarja; jew

seħħew bl-użu ta' kwalunkwe assi fil-proprjetà tal-Montenegro, sakemm l-assi ġew użati b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet mill-Montenegro li kien qed juża dawk l-assi.”

TEST GĦALL-MONTENEGRO:

“Il-Montenegro waqt li japplika Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jagħmel dak li jista', sa fejn is-sistema legali interna tiegħu hekk tippermetti, sabiex jirrinunzja, sa fejn ikun possibbli, għal talbiet kontra kwalunkwe Stat ieħor li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għal korriment, mewt ta' persunal tiegħu, jew dannu lil, jew telf ta', kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tiegħu u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

kienu kkawżati minn persunal fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b'konnessjoni ma' operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja; jew

irriżultaw mill-użu ta' kwalunkwe assi ta' Stati parteċipanti fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, sakemm l-assi jkunu ntużaw b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja ta' persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet li jkun qed juża dawk l-assi.”


REGOLAMENTI

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 201/2011

tal-1 ta' Marzu 2011

dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura kif provdut fid-Direttiva.

(2)

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ħarġet ir-rakkomandazzjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura.

(3)

L-annessi għad-dikjarazzjoni tal-konformità skont it-tip għandhom jipprovdu evidenza li l-proċeduri rilevanti ta' verifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbi u r-regoli nazzjonali nnotifikati tkomplew, u għandhom jindikaw ir-referenzi tad-Direttivi, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità, ir-regoli nazzjonali u dispożizzjonijiet oħrajn. L-awtorizzazzjoni tat-tip, li hija identifikata bin-Numru Ewropew tal-Identifikazzjoni, għandha tipprovdi tagħrif dwar ir-rekwiżiti legali kollha li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni tat-tip fi Stat Membru.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip, imsemmi fl-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 2008/57/KE jidher stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-2 ta' Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, minbarra Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.


ANNESS

MUDELL TA' DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ MA' TIP AWTORIZZAT TA' VETTURA

Aħna,

Applikant (1)

[L-isem tan-negozju]

[Indirizz sħiħ]

Rappreżentant Awtorizzat:

[L-isem tan-negozju]

[Indirizz sħiħ]

tal-applikant

[L-isem tan-negozju]

[Indirizz sħiħ]

Niddikjaraw taħt ir-responsabbiltà assoluta tagħna, li l-vettura [Numru Ewropew tal-Vettura]  (2) li għaliha tirreferi din id-dikjarazzjoni

hija konformi ma' vettura ta' tip [identifikazzjoni skont ir-Reġistru Ewropew ta' Tipi Awtorizzati ta' Vettura (ERATV)] awtorizzat fl-Istati Membri li ġejjin:

[Stat Membru 1] skont l-awtorizzazzjoni Nru [EIN tal-awtorizzazzjoni tat-tip fi SM 1]

[Stat Membru 2] skont l-awtorizzazzjoni Nru [EIN tal-awtorizzazzjoni tat-tip fi SM 2]

… (indika kull SM fejn it-tip tal-vettura huwa awtorizzat)

hija konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-interoperabilità, u r-regoli nazzjoni applikabbli, kif indikat fl-Annessi għal din id-dikjarazzjoni,

għaddiet mill-proċeduri kollha ta' verifika meħtieġa biex jistabbilixxu din id-dikjarazzjoni.

Lista tal-annessi (3)

[titli tal-annessi]

Iffirmat għal u f'isem [isem l-applikant]

Magħmul fi [post], [data JJ/XX/SSSS]

[isem, kariga] [firma]

Kaxxa riżervata għall-NSA:

EVN allokat lill-vettura: [EVN]


(1)  L-applikant jista' jkun l-entità kontraenti jew il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom fi ħdan l-Unjoni.

(2)  Jekk fil-waqt li tiġi stabbilita din id-dikjarazzjoni, il-vettura ma jkunx għadu ngħatalha Numru Ewropew tal-Vettura (EVN), il-vettura għandha tiġi identifikata skont sistema ta' identifikazzjoni oħra miftiehma bejn l-applikant u l-Awtorità Nazzjonali tas-Sigurtà (NSA) kompetenti. F'dan il-każ, meta jingħata EVN lill-vettura, l-NSA għandha timla l-parti riservata għal dan it-tagħrif.

(3)  L-Annessi għandhom jinkludu kopji tad-dokumenti li juru evidenza li l-proċeduri rilevanti ta' verifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli (dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE), u r-regoli nazzjonali tkomplew.


2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2011

tal-1 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-mudelli għan-notifika minn qabel, punti ta’ riferiment għall-ispezzjonijiet fil-port u skemi rikonoxxuti tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1) tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u b’mod partikolari l-Artikoli 9(1), 12(5), 13(1) u 52 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 japplika għal prodotti tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 2 tiegħu. L-Anness I għal dak ir-Regolament jelenka l-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd. Il-lista tal-prodotti esklużi tista’ tiġi rriveduta kull sena u għandha tiġi emendata fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida miġbura fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva ma’ pajjiżi terzi, kif ipprovdut fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

(2)

Il-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd huma elenkati bl-istess mod fl-Anness XIII għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 (2) li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Sabiex ikunu evitati duplikazzjonijiet mhux meħtieġa, il-prodotti esklużi għandhom jiġu elenkati biss fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u għalhekk, l-Anness XIII għar-Regolament (KE) 1010/2009 għandu jitħassar.

(3)

It-Titolu I tar-Regolament (KE) 1010/2009 jistipula d-dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li għandhom jitwettqu fil-portijiet tal-Istati Membri. Huwa meħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu allinjati mal-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port biex Jipprevjeni, Jiskoraġġixxi u Jelimina Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat, konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (FAO). Allinjament bħal dan jimplika l-inklużjoni ta’ informazzjoni speċifika fil-mudell li għandu jintuża għan-notifika minn qabel tal-wasliet fil-port u ż-żieda ta’ kriterji speċifiċi għall-punti ta’ riferiment stipulati għall-ispezzjonijiet fil-port.

(4)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jistipula lista ta’ skemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li huma rikonuxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Dak l-Anness għandu jirreferi għall-programm tad-dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn tal-ICCAT kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1005/2008 u (KE) Nru 1010/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

Fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Anness I għandu jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, għandu jiżdied il-punt (u) li ġej:

“(u)

il-bastiment tas-sajd ġie mċaħħad mid-dħul jew l-użu ta’ port skont il-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port biex Jipprevjeni, Jiskoraġġixxi u Jelimina Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat, konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (FAO)”

(2)

L-Annessi IIA u IIB għandhom jinbidlu bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

(3)

Fl-Anness V, il-Parti I, it-tieni inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

Il-Programm tad-Dokumentazzjoni tal-Qbid għat-Tonn tal-ICCAT kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (*)

(*)  ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1”"

(4)

L-Anness XIII għandu jitħassar.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.

(3)  ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta' prodotti esklużi mid-definizzjoni ta' ‘prodotti tas-sajd’ stipulati fil-punt 8 tal-Artikolu 2

ex Kapitolu 3

ex 1604

ex 1605

Prodotti tal-akkwakultura miksubin minn ħut żgħir jew larvi

ex Kapitolu 3

ex 1604

Fwied, bajd, ilsna, ħaddejn, irjus u ġwienaħ

0301 10  (1)

Ħut ornamentali, ħaj

ex 0301 91

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0301 92 00

Sallur (Anguilla spp.), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

0301 93 00

Karpjun, ħaj

ex 0301 99 11

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

0301 99 19

Ħut tal-ilma ħelu ieħor, ħaj

ex 0302 11

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0302 12 00

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0302 19 00

Salmonidae ieħor, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0302 66 00

Sallur (Anguilla spp.), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

0302 69 11

Karpjuni, friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 15

Tilapia (Oreochromis spp.), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 18

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

ex 0303 11 00

Sockeye salmon (salamun aħmar) (Oncorhynchus nerka), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0303 19 00

Salamun ieħor tal-Paċifiku (Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0303 21

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0303 22 00

Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0303 29 00

Salmonidae oħra, minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0303 76 00

Sallur (Anguilla spp.), iffriżat minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

0303 79 11

Karpjuni, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0303 79 19

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0304 19 01

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tan-Nile perch (Lates niloticus)

0304 19 03

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tal-pangasius (Pangasius spp.)

ex 0304 19 13

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex 0304 19 15

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tal-ispeċi Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0304 19 17

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tat-troti tal-ispeċi Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu

0304 19 18

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 19 91

Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), frisk jew imkessaħ, ta' ħut tal-ilma ħelu

0304 29 01

Fletti ffriżati tan-Nile perch (Lates niloticus)

0304 29 03

Fletti ffriżati tal-pangasius (Pangasius spp.)

0304 29 05

Fletti ffriżati tat-Tilapia (Oreochromis spp.)

ex 0304 29 13

Fletti ffriżati tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex 0304 29 15

Fletti ffriżat tal-Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0304 29 17

Fletti ffriżati tat-troti tal-ispeċijiet Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu

0304 29 18

Fletti ffriżati ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 99 21

Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), iffriżat, ta' ħut tal-ilma ħelu

0305 10 00

Dqiq, tħin u pellets tal-ħut, tajbin għall-konsum mill-bniedem

ex 0305 30 30

Fletti tal-ħut, immellħa jew fis-salmura, tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 30 90

Fletti tal-ħut, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura imma mhux affumikati, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu

ex 0305 41 00

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 49 45

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), affumikati, inklużi fletti, maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0305 49 50

Sallur (Anguilla spp.), affumikat, inklużi fletti, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 49 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, affumikat, inklużi fletti

ex 0305 59 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, imnixxef, immellaħ jew mhux, imma mhux affumikat

ex 0305 69 50

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 69 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat

0306 19 10

Awwist tal-ilma ħelu, iffriżat

ex 0306 19 90

Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem

ex 0306 21 00

Rock lobster u awwist ieħor tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ornamentali

ex 0306 22 10

Awwist (Homarus spp.), ornamentali, ħaj

ex 0306 23 10

Gambli u gambli kbar mill-familja Pandalidae, ornamentali, ħajjin

ex 0306 23 31

Gambli tal-ġeneru Crangon, ornamentali, ħajjin

ex 0306 23 90

Gambli u gambli kbar oħrajn, ornamentali, ħajjin

ex 0306 24

Granċi, ornamentali, ħajjin

0306 29 10

Awwist tal-ilma ħelu, ħaj, frisk, imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, fil-qoxra, imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija fl-ilma, kemm jekk imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, inkella le

ex 0306 29 30

Ksampi (Nephrops norvegicus), ornamentali, ħajjin

ex 0306 29 90

Krustaċji oħra ornamentali, ħajjin

ex 0306 29 90

Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, mhux iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem

0307 10

Gajdri, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

0307 21 00

Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, ħajjin, friski jew imkessħin

0307 29

Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, li ma jkunux ħajjin, friski jew imkessħin

0307 31

Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), ħajjin, friski jew imkessħin

0307 39

Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), li mhumiex ħajjin, friski jew imkessħin

ex 0307 41

Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma, Sepiola spp.) u klamari (Ommastrephes spp., Loligo spp., Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.), ornamentali

ex 0307 51

Qarnit (Octopus spp.), ornamentali

0307 60 00

Bebbux, minbarra bebbux tal-baħar, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura

ex 0307 91 00

Invertebrati akkwatiċi oħrajn, minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 , minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, ħaj (minbarra dak ornamentali), frisk jew imkessaħ

0307 99 13

Gandoffli tal-faxxi (striped venus) u speċijiet oħra tal-familja Veneridae, iffriżati

0307 99 15

Bram (Rhopilema spp.), iffriżat

ex 0307 99 18

Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 u 0307 99 11 sa 0307 99 15 , minbarra siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, iffriżati

ex 0307 99 90

Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura

ex 1604 11 00

Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

ex 1604 19 10

Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

ex 1604 20 10

Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat)

ex 1604 20 30

Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat)

ex 1604 19 91

Fletti ta' ħut tal-ilma ħelu, nejjin, miksija ħafif bil-panura jew bil-frak tal-ħobż, moqlija fiż-żejt minn qabel jew mhumiex, iffriżati

1604 30 90

Sostituti tal-kavjar

ex 1605 40 00

Awwist tal-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat

1605 90

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati


(1)  Il-kodiċijiet NM jikkorrispondu għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009 (ĠU L 287, 31.10.2009).”


ANNESS II

ANNESS IIA

Formola għan-notifika bil-quddiem għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IIB

Formola għan-notifika bil-quddiem għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(2)

Image

Test ta 'immaġni

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 203/2011

tal-1 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,2

MA

46,8

TN

113,1

TR

95,7

ZZ

94,5

0707 00 05

TR

159,9

ZZ

159,9

0709 90 70

MA

31,5

TR

100,8

ZZ

66,2

0805 10 20

EG

56,9

IL

78,2

MA

55,1

TN

41,5

TR

67,9

ZA

37,9

ZZ

56,3

0805 50 10

MA

45,9

TR

51,2

ZZ

48,6

0808 10 80

BR

55,2

CA

126,3

CN

90,2

MK

54,8

US

148,5

ZZ

95,0

0808 20 50

AR

91,1

CL

188,1

CN

52,4

US

96,8

ZA

109,6

ZZ

107,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/21


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/18/UE

tal-1 ta' Marzu 2011

li temenda l-Annessi II, V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(3) tagħha,

Billi:

(1)

Miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE u li jikkonċernaw l-adattament tal-Annessi minn II sa IX ta' dik id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2008/57/KE.

(2)

Is-sottosistema ta' kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni tikkonsisti f'tagħmir maġenb il-linji ferrovjarji u abbord, liema sottosistema għandha tiġi kkunsidrata bħala żewġ sottosistemi separati. L-Anness II tad-Direttiva 2008/57/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

It-tagħmir tal-kejl tal-konsum elettriku huwa integrat fiżikament fil-vetturi ferrovjarji. L-Anness II tad-Direttiva 2008/57/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-korpi responsabbli biex iwettqu l-proċeduri ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali. L-Annessi V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom għalhekk jiġu emendati biex jispeċifikaw dawn il-proċeduri applikati minn dawn il-korpi.

(5)

Fir-rigward tat-taqsima 2 tal-Anness VI tad-Direttiva 2008/57/KE u r-rikors għad-dikjarazzjonijiet intermedji ta' verifika (minn hawn 'il quddiem “ISV”), il-korp notifikat għandu l-ewwel ifassal ċertifikat “KE” ta' dikjarazzjoni intermedja ta' verifika u mbagħad l-applikant għandu jfassal id-dikjarazzjoni “KE” relatata. L-Annessi V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II, V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE qed jiġu sostitwiti bit-test stabbilit fl-Annessi I, II u III ta' din id-Direttiva rispettivament.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

3.   L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għar-Repubbika ta' Ċipru u r-Repubblika ta' Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS II

SOTTOSISTEMI

1.   Lista ta’ sottosistemi

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, is-sistema li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja tista’ tinqasam fis-sottosistemi li ġejjin, jew:

(a)

iż-żoni strutturali:

l-infrastruttura;

l-enerġija;

il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-linji ferrovjarji;

il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord;

il-vetturi ferrovjarji;

(b)

iż-żoni funzjonali:

l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku;

il-manutenzjoni;

l-applikazzjonijet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u l-merkanzija.

2.   Deskrizzjoni tas-sottosistemi

Għal kull sottosistema jew parti minn sottosistema, il-lista ta’ kostitwenti u l-aspetti li għandhom x’jaqsmu mal-interoperabbiltà jiġu proposti mill-Aġenzija meta jsir l-abbozz tat-TSI rilevanti. Mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-aspetti u l-kostitwenti li għandhom x’jaqsmu mal-interoperabbiltà jew l-ordni li biha huma jkunu se jiġu soġġetti għat-TSIs, is-sottosistemi jinkludu li ġej:

2.1.   L-infrastruttura

Il-binarji, il-punti, l-istrutturi tal-inġinerija (il-pontijiet, il-mini, eċċ), l-infrastruttura assoċjata mal-istazzjon (il-pjattaformi, iż-żoni tal-aċċess, inklużi l-ħtiġijiet ta’ persuni b’mobbiltà ridotta, eċċ), is-sigurtà u t-tagħmir protettiv.

2.2.   L-enerġija

Is-sistema tal-elettrifikazzjoni, inklużi l-linji fl-għoli u n-naħa tal-binarji tas-sistema tal-kejl tal-konsum tal-elettriku.

2.3.   Il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-linji ferrovjarji

It-tagħmir kollu maġenb il-linji ferrovjarji meħtieġ biex jassigura s-sigurtà u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ferrovjarji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.

2.4.   Il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord

It-tagħmir kollu abbord meħtieġ biex jassigura s-sigurtà u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ferrovjarji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.

2.5.   Tħaddim u mmaniġġjar tat-traffiku

Il-proċeduri u t-tagħmir relatati li jgħinu t-tħaddim koerenti tad-diversi strutturi tas-sottosistemi, kemm matul it-tħaddim normali jew imnaqqas, inklużi b’mod partikolari il-kompożizzjoni tal-ferrovija u s-sewqan tal-ferrovija, l-ippjanar u l-immaniġġjar tat-traffiku.

Il-kwalifiki professjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex isiru servizzi transkonfinali.

2.6.   L-applikazzjonijiet telematiċi

Skont l-Anness I, din is-sottosistema tikkonsisti f’żewġ elementi:

(a)

l-applikazzjonijiet tas-servizzi għall-passiġġieri, inklużi s-sistemi li jipprovdu l-informazzjoni lill-passiġġieri qabel u matul il-vjaġġ, is-sistemi tal-prenotazzjoni u l-ħlas, l-immaniġġjar tal-bagalji u l-immaniġġjar tal-konnessjonijiet bejn il-ferroviji u l-mezzi l-oħra tat-trasport;

(b)

l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija, inklużi s-sistemi tal-informazzjoni (monitoraġġ tal-merkanzija u l-ferroviji fil-ħin reali), is-sistemi tat-tlaqqigħ u l-allokazzjoni, il-prenotazzjoni, is-sistemi tal-ħlas u l-fatturi, l-immaniġġjar tal-konnessjonijiet ma’ mezzi oħra ta’ trasport u l-produzzjoni ta’ dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-merkanzija.

2.7.   Il-vetturi ferrovjarji

Is-sistema tal-istruttura, tal-kmand u tal-kontroll għat-tagħmir ferrovjarju kollu, l-apparat għall-ġabra tal-kurrent elettriku, l-inġenji tal-ġbid u l-konverżjoni tal-enerġija, it-tagħmir abbord għall-kejl tal-konsum elettriku, it-tagħmir tal-ibbrejkjar, l-aġġanċjament u s-sewqan (il-bogies, il-fusien, eċċ) u s-suspension, il-bibien, l-interfaċċi bniedem/magna (is-sewwieq, il-persunal abbord u l-passiġġieri, inklużi l-bżonnijiet ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa), l-apparat tas-sigurtà passivi jew attivi u l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal abbord.

2.8.   Il-manutenzjoni

Il-proċeduri, it-tagħmir assoċjat, iċ-ċentri tal-loġistika għal xogħol ta’ manutenzjoni u riservi li jipprovdu l-manutenzjoni mandatorja kollettiva u preventiva biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja u tiġi garantita l-kwalità meħtieġa.”


ANNESS II

“ANNESS V

DIKJARAZZJONI TAL-VERIFIKA TAS-SOTTOSISTEMI

1.   Dikjarazzjoni ‘KE’ tal- verifika għas-sottosistemi

Id-dikjarazzjoni ‘KE’ tal-verifika u d-dokumenti li jakkumpanjawha għandhom ikunu datati u ffirmati.

Id-dikjarazzjoni msemmija għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tirriżulta mill-proċedura ‘KE’ tal-verifika għas-sottosistemi kif definita fit-taqsima 2 tal-Anness VI. Għandha tinkiteb bl-istess lingwa tal-fajl tekniku u għandu jkollha fiha għall-inqas dan li ġej:

ir-referenzi tad-Direttivi,

l-isem u l-indirizz tal-entità kontraenti jew tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fl-Unjoni Ewropea (speċifika l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ; fil-każ ta’ rappreżentant awtorizzat, speċifika wkoll l-isem tan-negozju tal-entità kontraenti jew tal-manifattur);

deskrizzjoni qasira tas-sottosistema;

l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat li għamel l-ispezzjoni ‘KE’ msemmija fl-Artikolu 18;

ir-referenzi tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tekniku;

id-dispożizzjonijiet kollha rilevanti temporanji jew definittivi li għandhom jitħarsu mis-sottosistemi u b'mod partikolari, fejn ikun xieraq, kwalunkwe restrizzjoni jew kundizzjoni fuq l-operat;

jekk tkun temporanja: id-durata tal-validità tad-dikjarazzjoni ‘KE’;

l-identità tal-firmatarju.

Meta ssir referenza fl-Anness VI għad-dikjarazzjoni ISV ‘KE’, id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima għandhom japplikaw għal din id-dikjarazzjoni.

2.   Dikjarazzjoni tal-verifika għas-sottosistemi fil-każ ta’ regoli nazzjonali

Meta ssir referenza fl-Anness VI għad-dikjarazzjoni tal-verifika għas-sottosistemi fil-każ ta’ regoli nazzjonali, id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 1 għandhom japplikaw mutatis mutandi għal dik id-dikjarazzjoni.”


ANNESS III

“ANNESS VI

PROĊEDURA TAL-VERIFIKA GĦAS-SOTTOSISTEMI

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

Il-proċedura ta’ verifika għal sottosistema tinvolvi l-ivverifikar u ċ-ċertifikar li sottosistema:

hija ddisinjata, mibnija jew installata b'tali mod li tilħaq il-ħtiġijiet li jikkonċernawha u

tista' tiġi awtorizzata biex titqiegħed fis-servizz.

2.   PROĊEDURA TA' VERIFIKA ‘KE’

2.1.   Introduzzjoni

Il-verifika ‘KE’ hija l-proċedura li biha korp notifikat jivverifika u jiċċertifika li s-sottosistema:

tkun konformi mat-TSI(s) rilevanti,

tkun konformi mar-regolamenti l-oħra li ġejjin mit-Trattat.

2.2.   Partijiet tas-sottosistema u stadji

2.2.1   Verifika Intermedja tad-Dikjarazzjoni (ISV)

Jekk speċifikat fit-TSIs jew, fejn ikun xieraq, fuq talba tal-applikant, is-sottosistema tista' tinqasam f'ċerti partijiet jew verifikata f'ċerti stadji tal-proċedura ta’ verifika.

Il-verifika intermedja tad-dikjarazzjoni (ISV) hija l-proċedura li biha korp notifikat jivverifika u jiċċertifika ċerti partijiet tas-sottosistema jew ċerti stadji tal-proċedura ta’ verifika.

Kull ISV twassal għall-ħruġ ta’ ċertifikat ISV ‘KE’ mill-korp notifikat magħżul mill-applikant, li min-naħa tiegħu mbagħad, fejn applikabbli, ifassal dikjarazzjoni ISV ‘KE’. Iċ-ċertifikat ISV u d-dikjarazzjoni ISV għandhom jipprovdu referenza għat-TSIs li bihom ġiet evalwata l-konformità.

2.2.2   Partijiet tas-sottosistema

L-applikant jista' japplika għal ISV għal kull parti. U kull parti għandha tiġi vverifikata f'kull stadju kif deskritt fit-taqsima 2.2.3.

2.2.3   L-istadji tal-proċedura ta’ verifika

Is-sottosistema, jew ċerti partijiet tas-sottosistema, għandhom jiġu vverifikati f'kull wieħed minn dawn l-istadji:

id-disinn globali;

produzzjoni: il-kostruzzjoni, inklużi, b'mod partikolari, l-attivitajiet ta’ inġinerija ċivili, il-manifattura, l-immuntar tal-kostitwenti, l-aġġustament globali;

l-ittestjar finali.

L-applikant jista' japplika għal ISV għall-istadju tad-disinn (inklużi t-testijiet tat-tip) u għall-istadju tal-produzzjoni.

2.3.   Ċertifikat tal-verifika

2.3.1.   Il-korp notifikat responsabbli għall-verifika ‘KE’ jevalwa d-disinn, il-produzzjoni u l-ittestjar finali tas-sottosistema u jfassal iċ-ċertifikat ta’ verifika ‘KE’ maħsub għall-applikant, li min-naħa tiegħu jimla d-dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’. Iċ-ċertifikat ta’ verifika KE għandu jipprovdi referenza għat-TSIs li bihom ġiet evalwata l-konformità.

Meta sottosistema ma tiġix evalwata għall-konformità tagħha mat-TSI(s) kollha rilevanti (pereżempju fil-każ ta’ deroga, applikazzjoni parzjali tat-TSIs għal aġġornament jew tiġdid, perjodu tranżizzjonali f'TSI jew każ speċifiku), iċ-ċertifikat ‘KE’ għandu jagħti r-referenza preċiża għat-TSI(s) jew il-partijiet tagħhom li l-konformità tagħhom ma ġietx eżaminata mill-korp notifikat matul il-proċedura tal-verifika ‘KE’.

2.3.2.   Fejn inħarġu ċertifikati ISV ‘KE’, il-korp notifikat responsabbli għall-verifika ‘KE’ tas-sottosistema jqis dawn iċ-ċertifikati ISV ‘KE’ u qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat ta’ verifika ‘KE’, hu:

jivverifika li ċ-ċertifikati ISV ‘KE’ ikopru b’mod korrett ir-rekwiżiti rilevanti tat-TSI(s),

jivverifika l-aspetti kollha li mhumiex koperti miċ-ċertifikat(i) ISV ‘KE’, u

jivverifika l-ittestjar finali tas-sottosistema kollha.

2.4.   Fajl tekniku

Il-fajl tekniku li jmur mad-dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’ għandu jkun fih dan li ġej:

karatteristiċi tekniċi marbuta mad-disinn li jinkludu disinji ġenerali u dettaljati konformi mal-eżekuzzjoni, dijagrammi elettriċi u idrawliċi, dijagrammi ta’ ċirkwiti kkontrollati, deskrizzjoni ta’ sistemi għall-ipproċessar ta’ dejta u sistemi awtomatiċi, dokumentazzjoni dwar l-operat u l-manutenzjoni, eċċ., rilevanti għas-sottosistema kkonċernata;

lista ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3)(d), inkorporati fis-sottosistema;

kopji tad-dikjarazzjonijiet ‘KE’ tal-konformità jew l-idoneità għall-użu li għandhom jingħataw lill-kostitwenti msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva, akkompanjati, fejn ikun xieraq, b’noti tal-kalkolazzjoni li jikkorrispondu magħhom u kopja tar-rekords tat-testijiet u l-eżamijiet li jkunu saru mill-korpi notifikati fuq il-bażi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni,

jekk disponibbli, iċ-ċertifikat(i) ISV ‘KE’ u, f’tali każ, fejn ikun rilevanti, id-dikjarazzjoni(jiet) ISV ‘KE’, li jakkompanjaw iċ-ċertifikat ta’ verifika ‘KE’, inkluż ir-riżultat ta’ verifika mill-korp notifikat tal-validità taċ-ċertifikati,

ċertifikat ta’ verifika ‘KE’, flimkien ma’ noti korrispondenti ta’ kalkolu, iffirmat mill-korp notifikat responsabbli għall-verifika ‘KE’, li jiddikjara li s-sottosistema hija konformi mar-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti waqt li jsemmi kwalunkwe riservi dokumentati matul l-operat tal-attivitajiet u mhux irtirati; iċ-ċertifikat ta’ verifika ‘KE’ għandu jkollu miegħu wkoll ir-rapporti tal-ispezzjoni u l-verifika mfassla mill-istess korp b’rabta mal-ħidma tiegħu, kif speċifikata fit-taqsimiet 2.5.3 u 2.5.4,

ċertifikati ‘KE’ maħruġa skont leġiżlazzjoni oħra li ġejja mit-Trattat.

Meta tkun meħtieġa l-integrazzjoni sigura skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 (1), l-applikant għandu jinkludi fil-fajl tekniku r-rapport tal-assessur dwar il-Metodi Komuni ta’ Sikurezza (CSM) dwar il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2004/49/KE.

2.5.   Monitoraġġ

2.5.1.   L-għan tal-monitoraġġ ‘KE’ huwa li jiżgura li l-obbligi li ġejjin mill-fajl tekniku ntlaħqu matul il-produzzjoni tas-sottosistema.

2.5.2.   Il-korp notifikat responsabbli għall-iċċekkjar tal-produzzjoni għandu jkollu aċċess permanenti għas-siti tal-bini, għal-lantijiet tal-produzzjoni, għaż-żoni tal-ħażna u, fejn ikun xieraq, għall-faċilitajiet tal-prefabbrikazzjoni u tal-ittestjar u, b’mod aktar ġenerali, għall-fondi li huwa jikkunsidra meħtieġa għall-ħidma tagħha. Il-korp notifikat għandu jirċievi mill-applikant id-dokumenti kollha meħtieġa għal dak l-iskop u b’mod partikolari, il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika rigward is-sottosistema.

2.5.3.   Il-korp notifikat responsabbli għall-iċċekkjar tal-implimentazzjoni għandu perjodikament jagħmel verifiki biex jikkonferma l-konformità mat-TSI(s) rilevanti. Dan għandu jipprovdi lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni rapport tal-verifika. Dan jista’ jkun jeħtieġ li jkun preżenti f’ċerti stadji tal-operazzjonijiet tal-bini.

2.5.4.   Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jżur għal għarrieda l-post tax-xogħol jew il-ħwienet tal-produzzjoni. Waqt dawn iż-żjarat l-korp notifikat jista’ jagħmel verifiki kompleti jew parzjali. Dan għandu jipprovdi rapport ta’ spezzjoni lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u, jekk ikun xieraq, rapport tal-verifika.

2.5.5.   Bil-għan li tingħata dikjarazzjoni ‘KE’ tal-adattabbiltà għall-użu msemmija fit-taqsima 2 tal-Anness IV, il-korp notifikat għandu jkun jista’ jimmoniterja sottosistema li fuqha jinbena kostitwent ta’ interoperabbiltà sabiex tkun evalwata, meta meħtieġ mit-TSI korrispondenti, l-adattabbiltà tagħha għall-użu fl-ambjent ferrovjarju li huwa maħsub li tintuża fih.

2.6.   Sottomissjoni

Il-fajl komplet imsemmi fil-paragrafu 2.4 għandu jiġi depożitat għand l-applikant b’appoġġ għaċ-ċertifikat ISV ‘KE’, jekk disponibbli, maħruġ mill-korp notifikat responsabbli għal dan jew b’appoġġ għaċ-ċertifikat tal-verifika maħruġ mill-korp notifikat responsabbli għall-verifika ‘KE’ tas-sottosistema. Il-fajl għandu jiġi mehmuż mad-dikjarazzjoni ‘KE’ tal-verifika li l-applikant jibgħat lill-awtorità kompetenti li biha jiddepożita l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz.

Kopja tal-fajl għandha tinżamm mill-applikant matul iż-żmien ta’ servizz tas-sottosistema. Din għandha tintbagħat lill-Istati Membri li jitolbuha.

2.7.   Pubblikazzjoni

Kull korp notifikat għandu perjodikament jippubblika l-informazzjoni rilevanti rigward:

talbiet tal-verifika ‘KE’ u ISV li rċieva,

talba għal valutazzjoni tal-konformità u/jew l-adattabbiltà għall-użu tal-ICs

ċertifikati ISV ‘KE’ maħruġa jew miċħuda,

ċertifikati ‘KE’ tal-konformità, u/jew l-adattabbiltà għall-użu, maħruġa jew miċħuda.

ċertifikati ‘KE’ ta’ verifika maħruġa jew miċħuda,

2.8.   Lingwa

Il-fajl u l-korrispondenza marbuta mal-proċeduri ta’ verifika ‘KE’ għandhom jinkitbu b’xi lingwa uffiċjali tal-UE tal-Istat Membru li fih l-applikant huwa stabbilit, jew f’lingwa uffiċjali tal-UE aċċettata mill-applikant.

3.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKA FIL-KAŻ TA’ REGOLI NAZZJONALI

3.1.   Introduzzjoni

Il-proċedura ta’ verifika fil-każ ta’ regoli nazzjonali hija l-proċedura li biha l-korp maħtur skont l-Artikolu 17(3) (il-korp innominat) jivverifika u jiċċertifika li s-sottosistema hija konformi mar-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 17(3).

3.2.   Ċertifikat ta’ verifika

Il-korp maħtur responsabbli għall-proċedura ta’ verifika fil-każ ta’ regoli nazzjonali jfassal iċ-ċertifikat ta’ verifika maħsub għall-applikant.

Iċ-ċertifikat għandu jkun fih referenza preċiża għar-regola/i nazzjonali li l-konformità tagħhom ġiet eżaminata mill-korp maħtur fil-proċess ta’ verifika, inklużi dawk relatati mal-partijiet soġġetti għal deroga minn TSI, aġġornament jew tiġdid.

Fil-każ ta’ regoli nazzjonali relatati mas-sottosistemi li jifformaw vettura, il-korp maħtur għandu jaqsam iċ-ċertifikat f’żewġ partijiet, parti tkun tinkludi r-referenzi għal dawk ir-regoli nazzjonali relatati b’mod strett mal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk rilevanti, u parti oħra tkun tinkludi r-referenzi għar-regoli nazzjonali l-oħra kollha.

3.3.   Fajl tekniku

Il-fajl tekniku li jmur maċ-ċertifikat ta’ verifika fil-każ ta’ regoli nazzjonali għandu jiġi inkluż fil-fajl tekniku msemmi fil-punt 2.4 u għandu jkun fih id-dejta teknika rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità tas-sottosistema mar-regoli nazzjonali.”


(1)  ĠU L 108, 22.4.2009, p. 4.


DEĊIŻJONIJIET

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Marzu 2010

C 4/03 (ex NN 102/02) dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur WAM SpA

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1711 cor.)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/134/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE (1) dwar l-għajnuna C 4/03 (ex NN 102/02) (2),

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-artikoli msemmija hawn fuq u wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet mibgħuta,

Billi:

I.   PROĊEDURA

Proċedura quddiem il-Kummissjoni

(1)

B’ittra tas-26 ta’ Lulju 1999 il-Kummissjoni rċeviet ilment kontra WAM Engineering Ltd, fejn intqal li WAM Spa ngħatat kontribuzzjonijiet pubbliċi illeġittimi min-naħa tal-Italja.

(2)

Intbagħtu talbiet għal informazzjoni lill-awtoritajiet Taljani b’ittri tal-5 ta’ Awwissu 1999 u tal-10 ta’ Settembru 1999. Il-kwerelant ittrasmetta informazzjoni oħra b’ittra tat-2 ta’ Settembru 1999. B’ittra tat-13 ta’ Diċembru 1999 il-Kummissjoni kkomunikat lill-kwerelant it-tweġiba tal-awtoritajiet Taljani, li waslet b’ittra tal-11 ta’ Ottubru 1999, u ħabbret l-intenzjoni li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(3)

Fl-istess waqt, kien għaddej stħarriġ dwar ir-reġimi nazzjonali ta’ sostenn għall-investimenti barranin diretti ddestinati għal pajjiżi terzi, li kellu jintemm b’komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar dan.

(4)

B’ittra tat-18 ta’ Diċembru 2001 il-Kummissjoni talbet lill-Italja informazzjoni ulterjuri, wara l-azzjoni mġedda tal-kwerelant (intbagħtu żewġ talbiet lill-Kummissjoni b’ittri tal-31 ta’ Marzu 2000 u tal-11 ta’ Ottubru 2000), meta jitqies ukoll li l-Kummissjoni kienet ipposponiet l-istħarriġ dwar l-investimenti barranin diretti.

(5)

Fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija bl-ittri tal-20 ta’ Frar 2002 u tas-27 ta’ Marzu 2002, saru mistoqsijiet ulterjuri lill-awtoritajiet Taljani b’ittra tat-12 t’April 2002.

(6)

L-awtoritajiet Taljani wieġbu b’ittra tal-21 ta’ Mejju 2002. B’ittra tal-5 ta’ Ġunju 2002 il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Taljani li kienet qed tqis l-informazzjoni mogħtija bħala mhux kompleta u talbithom jipprovdu l-informazzjoni nieqsa u kjarifiki ulterjuri, fi żmien għoxrin jum ta’ xogħol minn meta jirċievu l-ittra.

(7)

Minħabba li ma waslet l-ebda tweġiba u minkejja li l-awtoritajiet Taljani, b’ittra tal-25 ta’ Ġunju 2002, kienu talbu li l-iskadenza prevista tiġi mtawla għall-31 ta’ Lulju, fis-26 ta’ Settembru 2002 il-Kummissjoni adottat, inġunzjoni biex tingħata informazzjoni, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (3) (minn hawn ‘il quddiem: ir-‘Regolament (KE) Nru 659/1999’). Sadanittant il-każ ġie ttrasferit fir-reġistru tal-għajnuniet mhux notifikati (NN) u ġie attribwit in-numru NN 102/2002.

(8)

B’ittri tas-26 ta’ Ġunju 2002 u tal-4 t’Ottubru 2002, il-kwerelant ġie mgħarraf bil-progress tal-proċedura. B’ittra tal-31 t’Ottubru 2002, huwa talab li jkun jaf bl-eżitu tal-imsemmija inġunzjoni.

(9)

L-awtoritajiet Taljani taw l-informazzjoni mitluba b’ittra tas-16 t’Ottubru 2002 u kkomunikaw aktar informazzjoni b’ittra tal-24 t’Ottubru 2002.

(10)

B’ittra tal-24 ta’ Jannar 2003 il-Kummissjoni infurmat lill-Italja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura kif stipulata fl-Artikolu 88(2), tat-trattat KE, li attwalment huwa l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni (4).

(11)

Il-kwerelant ġie infurmat b’ittra tad-29 ta’ Jannar 2003.

(12)

Minħabba li kien għadu ma rċeviex din l-ittra, il-kwerelant bagħat lill-Kummissjoni tfakkira b’ittra tal-10 ta’ Frar 2003.

(13)

Wara l-komunikazzjoni lill-awtoritajiet Taljani fuq il-bidu tal-proċedura, WAM SpA bagħtet immedjatament ittra lill-Kummissjoni (ittra tal-10 ta’ Frar 2003).

(14)

B’ittra tas-27 ta’ Frar 2003 l-Italja talbet estensjoni, sas-7 ta’ Marzu 2003, tal-perjodu ta’ 15-il jum li fih għandha tibgħat l-osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ riżervatezza, kif stabbilit mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(15)

B’ittra tal-10 ta’ Marzu 2003 l-Italja talbet lill-Kummissjoni biex ma tippubblikax id-deċiżjoni, minħabba x-xewqa tal-benefiċjarju li jirrimborża l-għajnuna, kif ġie ddikjarat mill-istess WAM SpA b’ittra tat-13 ta’ Marzu 2003, mibgħuta direttament lill-Kummissjoni.

(16)

B’ittra tat-18 ta’ Marzu 2003 il-Kummissjoni indikat li, sabiex tiġi evitata l-pubblikazzjoni, kienet meħtieġa deċiżjoni definittiva għall-għeluq tal-każ, bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata l-prova li ż-żewġ għajnuniet flimkien mal-imgħax, ikkalkulati skont modalità approvata mill-Kummissjoni, ġew tassew irkuprati.

(17)

Minħabba li ċ-ċifra proposta mill-gvern Taljan b’ittra tat-13 ta’ Mejju 2003 kienet konsiderevolment inferjuri għall-ewwel stima tal-għotja ekwivalenti għall-għajnuna kkalkulata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-elementi disponibbli fil-mument tal-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja b’ittra tat-22 ta’ Mejju 2003 li ċ-ċifra proposta għar-rimborż ma kinitx taqbel mal-kriterji tagħha, u li l-pubblikazzjoni suppost saret fi żmien qasir.

(18)

B’ittra tat-13 ta’ Ġunju 2003 il-kwerelant talab informazzjoni fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni wieġbet b’ittra tat-18 ta’ Ġunju 2003. Dakinhar stess lill-kwerelant intbagħtet komunikazzjoni oħra b’ittra elettronika fejn ġie infurmat immedjatament li l-pubblikazzjoni kienet għadha kif saret.

(19)

B’ittra tal-1 ta’ Lulju 2003, ippreċeduta minn feks (mibgħut dakinhar stess), WAM SpA bagħtet talba għall-aċċess tal-fajl kollu, talba li l-Kummissjoni ċaħdet b’ittra tal-14 ta’ Lulju 2003.

(20)

B’ittra tal-20 ta’ Ġunju 2003 WAM SpA wieġbet direttament il-komunikazzjoni li biha l-Kummissjoni kienet qed tinforma lill-Italja bil-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni wieġbet b’ittra tal-11 ta’ Lulju 2003.

(21)

B’ittra tas-27 ta’ Ġunju 2003 il-kwerelant esprima l-intenzjoni li jitlob kumpens minn WAM SpA għat-telf li ġarrab f’każ li d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni kienet negattiva, u talab li jkun infurmat bil-proċedura li kellha tiġi segwita.

(22)

B’ittra tal-4 ta’ Lulju 2003 Morton Machine Company Limited, il-kwerelant, ikkomunikat li kienet inbdiet azzjoni ġudizzjarja kontriha quddiem qorti Taljana minn WAM SpA, li min-naħa tagħha kienet qed titlob kumpens, u talbet lill-Kummissjoni jekk setgħetx tikseb l-irtirar ta’ din iċ-ċitazzjoni.

(23)

B’ittra tal-10 ta’ Lulju 2003 il-Kummissjoni wieġbet għaż-żewġ ittri ta’ Morton Machines Company.

(24)

B’ittra tas-16 ta’ Lulju 2003 il-partijiet terzi interessati kkomunikaw l-osservazzjonijiet tagħhom u talbu li dawn jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.

(25)

Nhar it-23 ta’ Lulju 2003 saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani. Qabel il-laqgħa, l-awtoritajiet Taljani kienu taw xi informazzjoni b’ittra tat-22 ta’ Lulju 2003, irreġistrata fil-25 ta’ Lulju 2003, data ta’ meta ġiet irċevuta. Informazzjoni addizzjonali kienet intbagħtet lill-Kummissjoni, b’ittra tat-8 t’Awwissu 2003, direttament mill-uffiċċju tal-Presidente del Consiglio (Dipartimento per il coordinamento delle politiche comunitarie).

(26)

B’ittra tal-21 t’Awwissu 2003 Morton Machine Company Limited staqsiet jekk kinitx ġa ġiet adottata deċiżjoni finali u talbet li tkun aġġornata dwar l-andament tas-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni wieġbet b’ittra tat-28 t’Awwissu 2003.

(27)

B’ittra tad-19 ta’ Settembru 2003 l-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni li tibda proċeduri ta’ stħarriġ formali.

(28)

B’ittra tat-3 ta’ Novembru 2003, l-Italja kkomunikat il-kummenti tagħha fuq l-osservazzjonijiet li ngħatat mill-partijiet terzi interessati.

(29)

Wara t-talba ta’ kumpens minn WAM SpA tat-30 ta’ Lulju 2003, is-Segretarjat ġenerali kkonferma ċ-ċaħda tal-aċċess għad-dokumenti b’ittra tas-16 ta’ Settembru 2003.

(30)

Il-fajls neqsin mit-tweġiba tad-19 ta’ Settembru 2003 ntbagħtu mill-Italja b’ittra tal-14 ta’ Jannar 2004.

(31)

Fid-19 ta’ Mejju 2004, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 7(3)(5) tar-Regolament KE Nru 659/1999 (5).

Proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-ġustizzja

(32)

Kemm WAM SpA u kemm l-Italja ppreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2004 quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza. Il-Qorti tal-Prim’Istanza, għaqdet iż-żewġ kawżi u fis-6 ta’ Settembru 2006 tat sentenza li biha annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, minħabba li din tal-aħħar ma kinitx ipprovdiet xierqa hekk li turi li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-għajnuna setgħet tinfluwenza l-iskambji u l-kompetizzjoni fis-suq tal-UE (6).

(33)

Il-Kummissjoni appellat is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Fit-30 t’April 2009 il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni (7).

II.   DESKRIZZJONI TAL-GĦAJNUNA

(34)

WAM SpA hija kumpanija inkorporata taħt il-liġi Taljana bis-sede tagħha f’Cavezzo, l-Italja. Fil-perjodu eżaminat - mill-1995 sal-2000 - hija operat fis-settur tal-produzzjoni u tat-tqegħid fis-suq ta’ trasportatori elikojdali, elikojdi, filtri tat-trab u valvoli għal impjanti industrijali. Fi swieq bħal dawn, l-għadd ta’ produtturi tal-UE huwa għoli. B’mod speċjali fil-qasam tal-filtri tat-trab, WAM SpA riedet tikkompeti ma’ sensiela ta’ produtturi tal-UE kompetituri akbar, mogħnija b’teknoloġiji avvanzati u bi struttura kummerċjali żviluppata sew (8).

(35)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-preżenza ta’ WAM SpA fis-suq Taljan, is-sehem tas-suq li kellha l-kumpanija fil-qasam tat-trasportaturi elikojdali għas-siment kien ekwivalenti għal 60 % fl-1991, 50 % fl-2000 u 55 % fl-2003. F’dak li għandu x’jaqsam mal-filtri tat-trab, is-sehem tas-suq ta’ WAM SpA f’dan il-qasam kien ta’ 40 % fl-1991, biex imbagħad laħqet 50 % fl-2000 u 60 % fl-2003 (9).

(36)

Mill-1997, WAM SpA firxet il-bejgħ tagħha anke fi swieq ta’ Stati Membri oħra tal-UE, b’mod partikolari fil-Ġermanja tal-Punent u Franza: fl-2000 is-sehem tas-suq li kellha l-kumpanija fil-qasam tat-trasportaturi elikojdali għas-siment kien ta’ 70 % fi Franza u fil-Ġermanja u ta’ 60 % fir-Renju Unit, filwaqt li f’dak li għandu x’jaqsam mal-filtri tat-trab is-sehem tas-suq ta’ WAM SpA kien ekwivalenti għal 50 % fi Franza, 20 % fil-Ġermanja u 10 % fir-Renju Unit (10).

(37)

Fl-1994 twaqqfet kumpanija sussidjarja Ġappuniża, WAM Japan, speċjalizzata fit-tqegħid fis-suq ta’ żewġ prodotti manifatturati fl-Italja u li l-ispejjeż ta’ trasport tagħhom kienu relattivament baxxi, jiġifieri l-filtri tat-trab u l-valvoli. Fl-1995 twaqqfet kumpanija sussidjarja Ċiniża, immaniġġjata għall-ewwel bħala impriża bi sħab flimkien ma’ msieħeb lokali u mbagħad mill-1998, bħala sussidjarja b’100 % propjetà ta’ Wam SpA (11).

(38)

Fil-perjodu eżaminat, WAM SpA kellha wkoll 84 % tal-kapital azzjonarju ta’ “WAM Engineering Ltd”, kumpanija inkorporata taħt il-liġi Ingliża bis-sede tagħha f’Tewkesbury, fir-Renju Unit. Il-qasam tas-suq li fih kienet topera WAM Engineering Ltd kien id-disinn, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ miksers industrijali li jintużaw primarjament fl-industrija alimentari, kimika, farmaċewtika u ambjentali.

(39)

Filwaqt li rrefera għall-politika tal-prezzijiet immaniġġjata minn WAM Engineering Ltd fir-Renju Unit, il-kwerelant sostna li l-kumpanija kienet kapaċi toffri l-istess prodotti (miksers industrijali) li anke hu kien jipproduċi u jqiegħed fis-suq, għal bejn wieħed u ieħor terz tal-prezzijiet tiegħu – ċifra li skont hu bilkemm kienet tlaħħaq mal-ispejjeż tal-materja prima meħtieġa biex jiġi prodott il-makkinarju nnifsu – u dan grazzi, skont l-opinjoni tiegħu, għal finanzjamenti tal-gvern Taljan, mogħtija skont il-liġi tad-29 ta’ Lulju 1981 n. 394 (minn hawn ‘il quddiem: il-liġi 394/81).

(40)

Skont il-kwerelant, fil-qafas tal-liġi 394/81, WAM Engineering Ltd ngħatat għajnuna finanzjarja għal programmi ta’ penetrazzjoni kummerċjali f’pajjiżi li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea. Il-liġi 394/81 għenet b’mod partikolari lill-impriżi Taljani li kellhom il-ħsieb li jwaqqfu kumpanija sussidjarja barra mill-pajjiż taħt sura ta’ uffiċċji ta’ rappreżentanza, aġenziji tal-bejgħ u mħażen.

(41)

L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li fl-1995 taw lil WAM SpA għajnuna f’forma ta’ self b’rata ta’ imgħax baxxa ekwivalenti għal ITL 2 281 450 000 (bejn wieħed u ieħor EUR 1,18 miljun) għal proġetti fil-Ġappun, il-Korea t’Isfel u t-Tajwan. Skont l-awtoritajiet Taljani, il-benefiċjarju ngħata self b’rata ta’ imgħax baxxa ekwivalenti għal 1 358 505 421 ITL (bejn wieħed u ieħor EUR 0,7 miljun), minħabba li l-proġetti previsti fil-Korea u fit-Tajwan ma twettqux minħabba l-kriżi ekonomika li kienet għaddejja f’dawk il-pajjiżi.

(42)

Is-self b’imgħax baxx kien ikopri 85 % tal-ispejjeż eliġibbli. Id-daqs tal-għajnuna fuq ir-rati tal-imgħax seta’ jasal sa 60 % tar-rata ta’ referenza. Is-self kellu jitħallas lura fi żmien ħames snin, fuq bażi lineari u fi kwoti ugwali kull semestru, bl-imgħax jitħallas fuq id-dejn li jifdal. Kien previst ukoll perjodu ta’ grazzja ta’ sentejn.

(43)

L-imgħax baxx ta’ dan is-self speċifiku, ugwali għal 4,4 %, ġie kkalkulat b’riferiment għar-rata tas-suq ta’ 11 %. Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar qabel u fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-ftuħ tal-proċedura, l-intensità tal-għajnuna kienet tidher li kienet ta’ 16,38 % tal- Għotja Sħiħa Ekwivalenti, korrispondenti għal għajnuna ta’ ITL 222,523 miljun (bejn wieħed u ieħor EUR 115 000).

(44)

L-ispejjeż eliġibbli ta’ din l-għajnuna nqasmu f’żewġ kategoriji: spejjeż tal-impjanti permanenti barra mill-pajjiż u spejjeż għall-attivitajiet ta’ promozzjoni kummerċjali. L-ispejjeż meqjusa, espressi f’miljuni ta’ ITL, jidhru fit-tabella segwenti:

(f’miljuni ta’ ITL)

SPEJJEŻ ELIĠIBBLI

SELF MOGĦTI

STRUTTURA PERMANENTI

Kera, assigurazzjoni, faċilitajiet

122,56

Spejjeż operattivi (b’mod partikolari dawk marbuta ma’ persunal, għamara u tagħmir tal-istrutturi permanenti)

556,94

Mudelli għall-espożizzjoni

38,23

Servizzi ta’ konsulenza

29,43

Subtotal 1

747,18

PROMOZZJONI KUMMERĊJALI

Ħażna tal-merkanzija

456,28

Stħarriġ dwar is-suq

40,95

Fieri u wirjiet

12,19

Reklamar

94,39

Safar fuq xogħol

7,52

Subtotal 2

611,33

Total

1 358,51

(45)

Barra minn hekk, b’ittra tal-21 ta’ Mejju 2002, l-awtoritajiet Taljani, bi tweġiba għal talba min-naħa tal-Kummissjoni, iddikjaraw li fid-9 ta’ Novembru 2000 ngħata self ieħor b’imgħax baxx lil WAM SpA, taħt l-istess skema, għal total ta’ 1 940 579 808 ITL (ekwivalenti għal bejn wieħed u ieħor miljun EUR).

(46)

Il-Kummissjoni ma kellhiex, fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedura, informazzjoni preċiża dwar din l-għajnuna supplementari.

III.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

Għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-1995

(47)

L-awtoritajiet Taljani saħqu, fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Mejju 2002, li l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-1995, skont il-liġi 394/81, kienet ferm inqas mil-limitu “de minimis” u li ma ngħatat ebda għajnuna oħra “de minimis” lill-istess benefiċjarju tul l-istess perjodu ta’ tliet snin. Barra minn hekk, huma enfasizzaw li l-għajnuna ma setgħet bl-ebda mod tiġi kkunsidrata bħala marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati.

(48)

Il-Kummissjoni osservat li l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż eliġibbli meqjusa għall-għajnuna speċifika mogħtija lil WAM SpA fl-1995 - jiġifieri l-ispejjeż marbuta ma’ kera, assigurazzjoni u faċilitajiet (b’mod partikolari għall-persunal, għamara u tagħmir) - fir-rigward ta’ sede kummerċjali permanenti barra mill-pajjiż, setgħu jiġu kkunsidrati bħala għajnuna għat-twaqqif u l-immaniġġjar ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni.

(49)

Bl-istess mod, skont il-Kummissjoni, l-ispejjeż marbuta ma’ konsulenza fir-rigward tal-istrutturi permanenti barra mill-pajjiż, reklamar u safar fuq xogħol kellhom jitqiesu bħala spejjeż kurrenti marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni.

(50)

Fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni stipulat li, f’konformità mal-aħħar paragrafu tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mogħtija illeġittimament (12), meta, fiż-żmien tad-deċiżjoni, il-linji gwida ġew sostitwiti minn Regolament, il-Kummissjoni tqis li, jekk huma aktar favorevoli minn dawk tal-linji gwida, għandhom jiġu applikati r-regoli stabbiliti fir-Regolament. Għalhekk fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni osservat li, f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna “de minimis”, għandhom, fil-prinċipju, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-trattat KE dwar għajnuna ta’ importanza minuri (“de minimis”) (13) (minn hawn ‘il quddiem: ir-‘Regolament (KE) Nru 69/2001’).

(51)

Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 ma kienx jiġi applikat għall-għajnuna favur attività marbuta mal-esportazzjoni, jiġifieri għall-għajnuna mogħtija direttament għall-kwantitajiet esportati bħal fit-twaqqif u l-immaniġġjar ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew għal spejjeż kurrenti oħra marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni, kif previst fl-Artikolu 1(a).

(52)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-konformità tal-għajnuna inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet “de minimis”, għandu jiġi osservat li fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni stipulat li l-linji gwida komunitarji dwar għajnuna mill-Istat lill-SMEs tal-1992 (14) (minn hawn ‘il quddiem: il-linji gwida dwar l-SMEs tal-1992) ma kinux jeskludu espliċitament l-għajnuna għall-esportazzjoni, iżda kienu jiffissaw limitu inferjuri għall-għajnuna “de minimis”, ekwivalenti għal 50 000 ECU.

(53)

Fid-dawl ta’ dan kollu msemmi hawn fuq, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-1995 skont il-liġi 394/81 setgħetx titqies konformi ma’ kwalunkwe regola “de minimis” rilevanti.

(54)

Barra dan, fuq il-bażi ta’ eżami preliminari, il-Kummissjoni kellha dubji serji dwar jekk, skont kwalunkwe dispożizzjoni, l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA setgħetx titqies kompatibbli mat-Trattat KE, illum it-Trattat TFUE.

Għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-2000

(55)

Fil-mument tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dwar xi aspett speċifiku - bħall-kobor tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli - tal-għajnuna lill-“gruppo WAM” (kif fissruh l-awtoritajiet Taljani) mogħtija fl-2000, dejjem taħt forma ta’ self b’imgħax baxx, skont il-liġi 394/81, minħabba li l-awtoritajiet Taljani ma kinux taw l-informazzjoni dwar dan.

(56)

Għalhekk, f’dik il-fażi tal-proċedura, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta bi preċiżjoni l-għajnuna speċifika. Madankollu, hija esprimiet dubji dwar jekk din - billi għandha l-istess ambitu u billi ngħatat fuq l-istess bażi ġuridika tal-għajnuna mogħtija fl-1995 - setgħetx tiġi kkunsidrata konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE, illum TFUE, skont kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti.

(57)

L-awtoritajiet Taljani enfasizzaw ukoll fl-ittra tagħhom tal-24 t’Ottubru 2002 li l-ebda għajnuna ma ngħatat direttament lil “WAM Engineering” u li ma kienet teżisti l-ebda impriża b’dak l-isem fir-reġistru Taljan tal-kumpaniji. Il-Kummissjoni madankollu osservat li, l-ewwel nett, “WAM SpA” kellha 84 % tal-ishma ta’ “WAM Engineering Ltd”. It-tieni nett, hija kienet osservat li l-awtoritajiet Taljani kienu ħabbru, sa mill-ittra tagħhom tal-11 t’Ottubru 1999, li “WAM SpA” kienet ibbenefikat minn self b’imgħax baxx skont il-liġi 394/81, u żiedu, b’ittra tal-21 ta’ Mejju 2002, li l-“gruppo WAM” ngħata self ieħor b’imgħax baxx, skont l-istess liġi, fid-9 ta’ Novembru 2000.

IV.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(58)

Dwar id-deċiżjoni għall-ftuħ tal-proċedura ta’ stħarriġ formali waslu osservazzjonijiet minn parti terza interessata dwar il-każ inkwistjoni li talbet li l-identità tagħha tibqa’ mistura.

(59)

Fl-osservazzjonijiet tagħha, il-parti terza interessata tapprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex terġa’ ġġib mill-ġdid kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni fis-settur inkwistjoni u tilmenta t-telf ta’ kompetenzi tekniċi u ta’ postijiet tax-xogħol minħabba l-pożizzjoni ta’ WAM SpA fis-suq.

(60)

B’ittra tat-3 ta’ Novembru 2003, l-Italja, infurmata bl-osservazzjonijiet tal-parti terza interessata b’ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2003, indikat, li fl-opinjoni tagħha, dawn l-osservazzjonijiet ma kienu qed ifornu l-ebda kontribut ġdid, minħabba li kienu qed jikkonfermaw biss xi affarijiet li diġà kienu ntqalu dwar dan l-istess każ, saħansitra mill-kwerelant innifsu. B’mod partikolari, l-Italja tqis li ntwera biżżejjed li ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejn il-fatti esposti fl-osservazzjonijiet imsemmija hawn fuq u l-finanzjament ta’ WAM SpA skont il-liġi 394/81.

V.   OSSERVAZZJONIJIETN TAL-ITALJA

(61)

Għal dak li għandu x’jaqsam mas-self tal-1995, l-awtoritajiet Taljani pprovdew elementi li jippruvaw li, fil-mument tal-għoti tal-ewwel għajnuna u tal-preżentazzjoni tat-talba korrispondenti, WAM SpA kienet tikkorrispondi, fuq il-bażi tal-bilanċ tagħha għall-1994, għad-definizzjoni ta’ impriża ta’ daqs medju skont il-punt 2.2 tar-regoli dwar l-SMEs tal-1992, minħabba li kienet timpjega 163 ruħ, kellha dħul mill-bejgħ annwali ta’ EUR 16,8 miljun u assi netti totali ta’ EUR 20,1 miljun u, fl-aħħar nett, kienet tirriżulta bħala propjetà ta’ żewġ impriżi li t-tnejn li huma kienu wkoll SMEs. L-istess awtoritajiet Taljani iżda qablu fuq il-fatt li mill-1998, WAM SpA ma kinitx iktar SME u li għalhekk ma kinitx SME lanqas meta ngħatat it-tieni għajnuna (fl-2000).

(62)

Mal-informazzjoni li diġà kellha l-Kummissjoni fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedura ma żdied l-ebda element sostanzjali dwar l-ewwel finanzjament, ħlief il-fatt li s-self ingħata lill-benefiċjarju f’aktar minn rata waħda meta mqabbel mar-rati li għalihom il-perjodu ta’ tolleranza seta’ jvarja minn sentejn sa xejn. Fil-kuntratt tal-bidu ma kienet prevista l-ebda dispożizzjoni fir-rigward tar-rata tal-imgħax. Ir-rimborż integrali ta’ dan is-self kien previst għal April 2004.

(63)

Għal dak li għandu x’jaqsam mas-self tal-2000, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw, wara l-ftuħ tal-proċedura, b’ittra tal-25 ta’ Lulju 2003, li ċ-ċifra effettiva komplessiva kienet ta’ 3 603 574 689 ITL (ekwivalenti għal EUR 1 861 091,01) u mhux ta’ 1 940 579 808 ITL (ekwivalenti għal bejn wieħed u ieħor miljun EUR), kif huma kienu ddikjaraw qabel b’ittra tal-21 ta’ Mejju 2002 u kif kien indikat fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, minħabba li din l-aħħar ċifra kienet tirreferi biss għal parti mis-self li kien ingħata ġa, indipendentement miċ-ċifra globali tal-għajnuna mogħtija.

(64)

Fir-realtà, imbagħad tħallsu żewġ rati oħra tal-għajnuna. B’mod partikolari, l-aħħar rata, ekwivalenti għal EUR 248 091,01, tħallset fit-22 ta’ Jannar 2003. Il-kundizzjonijiet tal-għoti tas-self huma l-istess bħal dawk tas-self tal-1995, minħabba li t-tnejn li huma ngħataw skont il-liġi 394/81. L-għoti taċ-ċifra totali tas-self tal-2000 ġie deċiż fid-9 ta’ Novembru 2000 u l-kuntratt ġie ffirmat fl-20 ta’ Diċembru 2000.

(65)

Ġabra tal-ispejjeż eliġibbli meqjusa għall-għajnuna inkwistjoni, mibgħuta mill-gvern Taljan u mehmuża mal-ittra tat-22 ta’ Lulju 2003, qed tidher fit-tabella segwenti:

(f’eluf ta’ EUR)

SPEJJEŻ ELIĠIBBLI

SELF MOGĦTI

STRUTTURA PERMANENTI

Kera u għamara, vetturi

331,27

Spejjeż operattivi (immaniġġjar, tagħmir u persunal)

973,50

Mudelli għall-espożizzjoni

0,87

Formazzjoni

25,24

Konsulenzi

30,29

Subtotal 1

1 361,17

PROMOZZJONI KUMMERĊJALI

Ħażna tal-merkanzija

353,39

Fieri u wirjiet

6,37

Reklamar

42,74

Safar fuq xogħol

94,84

Vjaġġi ta’ klijenti fl-Italja

2,59

Subtotal 2

499,92

Total

1 861,09

(66)

Mid-dokumenti mehmuża mal-ittra tal-14 ta’ Jannar 2004 jidher ċar ukoll li l-programm inkwistjoni kellu jitwettaq fiċ-Ċina bi sħab bejn WAM SpA u “WAM Bulk Handling Machinery Shangai Co Ltd”, impriża lokali b’100 % propjetà ta’ WAM SpA.

(67)

Ġew ikkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli l-kera tal-postijiet għall-uffiċċji, l-imħażen, ix-showrooms u l-assistenza teknika (għal erja totali ta’ 7 500 m2), ix-xiri, il-kiri jew il-leasing ta’ 3 vetturi kif ukoll l-ispejjeż tal-persunal tal-kumpanija omm u barra mill-pajjiż (b’mod partikolari direttur tal-bejgħ u sitt tekniki).

(68)

Ir-rata tal-imgħax applikata għas-self speċifiku kienet ta’ 2,32 %, valur ekwivalenti għal 40 % tar-rata ta’ riferiment ta’ 5,8 % fis-seħħ fil-mument tal-għoti tal-għajnuna. Għal darba oħra, ma jirriżultax li l-kuntratt kien jipprevedi modifika fir-rata tal-imgħax matul il-perjodu tas-self. Is-self ingħata lill-benefiċjarju f’aktar minn rata waħda u b’hekk il-perjodu ta’ grazzja jvarja minn sentejn sa xejn.

(69)

Għal dak li għandu x’jaqsam mar-rimborż, mill-informazzjoni mogħtija mill-Italja, jirriżulta li fl-20 ta’ Frar 2003 ntemm il-perjodu ta’ tolleranza ta’ sentejn, li matulu tħallsu biss l-interessi fuq ir-rati tas-self li kienu ġa ngħataw lill-benefiċjarju. Fl-20 t’Awwissu 2003 beda l-perjodu tar-rimborż ta’ 5 snin. Ir-rimborż previst kien lineari, permezz ta’ kwoti ugwali kull semestru u bil-ħlas tal-imgħax fuq il-bilanċ pendenti. Skont il-kalendarju, ir-rimborż kellu b’hekk jitħallas kollu sal-20 ta’ Frar 2008.

(70)

Barra minn hekk, għal dak li għandu x’jaqsam mal-modifika tar-rata tal-imgħax matul il-perjodu tar-rimborż, l-awtoritajiet Taljani sostnew li fl-ambitu tal-kwadru ġuridiku Taljan kienu jeżistu effettivament dispożizzjonijiet ġenerali li kienu jippermettu tali tnaqqis.

(71)

Barra minn hekk, għal dak li għandu x’jaqsam maż-żewġ selfiet, l-awtoritajiet Taljani sostnew li l-ispiża tal-garanzija bankarja obbligatorja mitluba qabel l-għoti tas-self kellha titnaqqas miċ-ċifra tal-għajnuna.

(72)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjonijiet ta’ WAM SpA fi u barra mill-UE, ingħataw dawn id-dettalji segwenti:

SENA

ESPORTAZZJONI FL-UE

ESPORTAZZJONI BARRA L-UE

TOTAL TAL- ESPORTAZZJONI

1995

10 237 196

4 477 951

14 715 147

1996

9 338 640

5 592 122

14 930 762

1997

9 974 814

5 813 442

15 788 256

1998

10 780 161

5 346 514

16 126 675

1999

11 885 473

5 276 525

17 161 998

(73)

L-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li ċ-ċifri relattivi għat-total tal-esportazzjonijiet murija fit-tabella preċedenti jirrappreżentaw bejn 52 % u 57,5 % tal-bilanċ annwali totali ta’ WAM SpA rreġistrat fl-1995 u fl-1999 rispettivament.

(74)

L-awtoritajiet Taljani jirrikonoxxu fl-aħħar nett li l-ebda waħda miż-żewġ selfiet eżaminati ma taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 69/2001 u lanqas taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 (15); huma jsostnu però li l-inċentivi lill-impriżi tal-UE ddestinati għall-finanzjament ta’ programmi li jitwettqu barra mill-UE ma jidħlux fil-kamp tal-applikazzjoni ta’ dak li kien l-Artikolu 87(3) tat-Trattat KE, illum l-Artikolu 107(3) tat-TFUE.

VI.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

Sussistenza ta’ għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat TFUE

(75)

Skont l-Artikolu 107(1), tat-TFUE “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, li tfixkel jew li thedded jew tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ‘l ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies bħala għajnuna li mhix kompatibbli mas-suq komuni”.

(76)

Mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(1), tat-TFUE joħroġ li, biex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, miżura għandha twieġeb għal erba’ kundizzjonijiet speċifiċi: l-ewwel nett, għandu jkun intervent tal-Istat permezz ta’ riżorsi statali; it-tieni nett, dan l-intervent irid jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tal-miżura; it-tielet nett, il-miżura għandha tkun adattata biex ikollha effett fuq l-iskambji bejn Stati Membri u, ir-raba’ nett u fl-aħħar, għandha tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni.

Riżorsi statali u imputabbiltà lill-Istat

(77)

Huwa kkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat kull vantaġġ dirett jew indirett, iffinanzjat b’riżorsi pubbliċi u mogħti direttament mill-Istat jew minn organiżmi intermedji li jeżerċitaw il-kompetenzi mogħtija lilhom mill-Istat. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet b’mod ċar ħafna li m’hemmx differenza bejn għajnuna maħruġa direttament mill-Istat u għajnuna maħruġa direttament minn korpi pubbliċi jew privati mwaqqfa mill-Istat għal dan il-għan (16).

(78)

Il-miżuri tal-għajnuna inkwistjoni approvati mill-kumitat skont l-Artikolu 2 tal-liġi 394/81 (17) għal dak li għandu x’jaqsam mas-self tal-1995, u mill-“Comitato agevolazioni” (18) għal dak li għandu x’jaqsam mas-self tal-2000.

(79)

Il-Mediocredito Centrale SpA (19) stipula ma’ WAM SpA l-kuntratt ta’ finanzjament tal-1995 biex tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-kumitat skont l-Artikolu 2 tal-liġi 394/81. SIMESIT SpA (20) stipulat il-kuntratt ta’ finanzjament tal-2000 ma’ WAM SpA biex tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-“Comitato Agevolazioni”.

(80)

F’dan il-każ, l-għajnuna ngħatat permezz ta’ riżorsi statali minn korpi li aġixxew f’isem l-Istat Taljan bl-iskop li jiġu promossi l-attivitajiet ekonomiċi fuq il-bażi ta’ orjentazzjonijiet fformulati mill-Istat u għalhekk - f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - imputabbli lill-Istat (21).

Vantaġġ selettiv mogħti lil impriża

(81)

Is-self b’imgħax baxx itejjeb s-sitwazzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju tal-għajnuna, billi jnaqqas spejjeż li kieku jkollu jagħmel għat-twettiq ta’ programmi ta’ penetrazzjoni kummerċjali mingħajr għajnuna finanzjarja min-naħa tal-Istat. Għalhekk, il-miżuri ta’ għajnuna taħt eżami jagħtu vantaġġ selettiv lil WAM SpA fir-rigward tal-kompetituri tagħha fl-UE.

(82)

Minħabba li topera fis-suq tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ trasportaturi elikojdali, elikojdi, filtri tat-trab u valvi għal impjanti industrijali, m’hemm ebda dubju li WAM SpA twettaq attività ekonomika f’dan is-suq u li għalhekk taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ impriża skont il-liġi tal-UE (22).

(83)

Għalhekk, l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA tista’ titqies li tat vantaġġ selettiv lil impriża.

Effetti fuq l-iskambji bejn Stati Membri u tgħawwiġ tal-kompetizzjoni

(84)

Fis-sentenza tat-30 t’April 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza (23) li “anki jekk skont iċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat l-għajnuna jirriżulta li dan kien fatt li seta’ jaffettwa l-iskambji bejn Stati Membri u jfixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni hija marbuta biex għall-inqas tindika dawk iċ-ċirkostanzi fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha”. Madankollu, dejjem skont il-Qorti, il-Kummissjoni mhijiex marbuta li turi li l-għajnuna kellha effett reali fuq l-iskambji bejn Stati Membri iżda biss li “teżamina jekk l-għajnuna msemmija hijiex kapaċi tħalli effett fuq tali skambji jew tfixkel il-kompetizzjoni” (24). Il-Qorti stabbiliiet ukoll li “l-Kummissjoni ma kinitx marbuta li tagħmel analiżi ekonomika tas-sitwazzjoni attwali tas-suq inkwistjoni, jew tal-iskambji inkwistjoni bejn Stati Membri, u lanqas li teżamina l-effetti konkreti tad-diversi għajnuniet” sabiex jintwera li l-kundizzjonijiet marbuta mal-effetti fuq l-iskambji u l-kompetizzjoni kienu sodisfatti.

(85)

WAM SpA topera fl-UE u fis-swieq internazzjonali, għandha sussidjarji f’ħafna Stati Membri u tbigħ l-prodotti tagħha fl-Unjoni Ewropea kollha u anke lil hinn minnha. Bejn l-1995 u l-1999, żewġ terzi tal-bejgħ globali tagħha ta’ EUR 10 miljun, kien rappreżentat mill-bejgħ fl-UE u terz mill-bejgħ barra mill-UE. F’dawn is-swieq, WAM SpA topera jew tista’ topera f’kompetizzjoni ma’ kumpaniji oħra fl-UE, li wkoll huma preżenti fis-suq internazzjonali. Kif diġà indikat (ara premessa 34), kien hemm mill-inqas tliet produtturi importanti oħra ta’ filtri tat-trab f’bosta Stati Membri tal-UE li kienu preżenti fis-suq internazzjonali u li minimament setgħu kienu kompetituri potenzjali ta’ WAM SpA fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ filtri tat-trab lejn il-Ġappun u ċ-Ċina (25). Dawn l-ażjendi kienu jew setgħu potenzjalment ikunu kompetituri ta’ WAM SpA, minħabba li kieku ddeċidew li jesportaw huma wkoll il-prodotti tagħhom fil-Ġappun jew fiċ-Ċina kienu jsibu ruħhom f’pożizzjoni inizjali ta’ żvantaġġ fir-rigward ta’ WAM SpA, li – biex tkun tista’ tippenetra f’dan is-suq – kienet ibbenefikat mill-għajnuna.

(86)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi 34 u 35, fil-perjodu inkwistjoni WAM SpA kellha sehem kbir tas-suq nazzjonali u Ewropew. Kif indikat fil-premessa 38, hija kienet ukoll preżenti kummerċjalment, permezz ta’ kumpanija sussidjarja, fi Stat Membru ieħor.

(87)

Grazzi għall-għajnuniet mogħtija, WAM SpA saħħet jew setgħet issaħħaħ il-pożizzjoni komplessiva tagħha fis-suq meta mqabbla mal-impriżi ta’ Stati Membri oħra, li huma kompetituri tagħha mhux biss fil-fatt iżda wkoll potenzjali. Skont ġurisprudenza kostanti, fil-fatt, “l-għajnuniet diretti biex itaffu l-ispejjeż ta’ impriżi li din kellha normalment tagħmel tajjeb għalihom fl-ambitu tal-immaniġġjar kurrenti tagħha jew tal-attivitajiet normali tagħha jfixklu fil-prinċipju l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni.” (26)

(88)

F’dan il-każ, tliet argumentazzjonijiet oħra jsostnu din il-konklużjoni.

(89)

L-ewwel nett, wieħed seta’ jipprevedi li s-self għall-esportazzjoni mogħtija lil WAM SpA kien se jaltera s-sitwazzjoni normali tal-kompetizzjoni normali fis-suq billi jaġevola lil WAM SpA fl-esportazzjoni effettiva tal-prodotti tagħha lejn is-swieq barranin meta mqabbla mal-kompetituri UE effettivi jew potenzjali tagħha, minħabba li dawn tal-aħħar kien se jkollhom jiffinanzjaw b’fondi tagħhom stess il-programmi tagħhom ta’ penetrazzjoni fis-swieq barranin.

(90)

It-tieni nett, WAM SpA rċeviet għajnuna għat-twettiq ta’ programm ta’ penetrazzjoni, għajnuna li ppermettiet, għalhekk, li hija tiffranka r-riżorsi. Minħabba li WAM SpA investiet fil-penetrazzjoni tas-swieq barranin bil-ħsieb li tesporta lejhom il-prodotti tagħha, dan l-iffrankar ta’ flus seta’ jippermettilha li tesporta barra mill-UE prodotti manifatturati fl-UE u bi prezz inqas jew bil-possibbiltà li tagħmel marġni akbar.

(91)

It-tielet nett, peress li l-flus huma skambjabbli liberament, il-qligħ minn din l-attività seta’ jerġa’ jiġi investit fl-UE. Bħala alternattiva, l-għajnuna finanzjarja rċevuta setgħet teħles lil WAM SpA mit-toqol ta’ spejjeż marbuta mal-penetrazzjoni fis-swieq barranin billi tippermettilha li tuża r-riżorsi b’hekk iffrankati biex issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq tal-UE għal għanijiet oħra (27). Barra minn hekk, ladarba seħħet l-esportazzjoni lejn dawn is-swieq, il-qligħ minn din l-attività seta’ jiġi investit mill-ġdid fl-UE.

(92)

F’dan il-każ, l-għajnuna rċevuta mill-kumpanija seta’ għalhekk ikollha impatt fuq is-suq tal-UE u effett ta’ tagħwiġ fir-rigward tal-kompetituri ta’ WAM SpA fl-UE.

(93)

Bl-istess mod, skont il-ġurisprudenza kostanti, “minħabba li għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra kompetituri fl-iskambji ġewwa l-UE, dawn għandhom jitqiesu bħala influwenzati mill-għajnuna” (28). Minħabba li - kif diġà ġie spjegat – l-għajnuna mogħtija mill-Italja lil WAM SpA saħħet il-pożizzjoni ta’ tali impriża meta mqabbla mal-kompetituri tagħha kemm effettivi u kemm potenzjali tal-UE, din l-imsemmija għajnuna kellha wkoll impatt fuq l-iskambji ġewwa l-UE.

(94)

Rigward l-ammont tal-għajnuna, il-Qorti tal-Ġustizzja stipulat, fil-kawżi Philip Morris vs il-Kummissjoni (29) u Franza vs il-Kummissjoni (30) li l-entità relattivament żgħira ta’ għajnuna jew id-daqs relattivament modest tal-impriża benefiċjarja ma jeskludux a priori l-eventwalità li jiġu influwenzati l-iskambji bejn Stati Membri. Fuq il-bażi tal-istess raġunament, fil-kawża Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni (31) il-Qorti tal-Prim’Istanza stabbiliet li “anki għajnuna ta’ entità relattivament żgħira tista’ tħalli impatt fuq l-iskambji bejn Stati Membri jekk […] is-settur li fih topera l-impriża li tgawdi minnha jkun kompetittiv ħafna”. Barra minn hekk, fil-kawża Heiser (32) il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li ma jeżistix limitu jew persentaġġ li taħtu wieħed jista’ jqis li l-iskambji bejn Stati Membri ma ġewx preġudikati.

(95)

Fil-każ eżaminat, għalhekk, iċ-ċifra relattivament modesta tal-għajnuniet ma tikkontradixxix il-konklużjoni li dawn setgħu kellhom impatt fuq l-iskambji ġewwa l-UE u fuq il-kompetizzjoni. Minkejja li ċ-ċifra tal-għajnuna hija pjuttost modesta, meta wieħed iqis il-kompetizzjoni intensa, kemm reali u kemm potenzjali, preżenti fis-settur li fih topera WAM SpA, huwa għall-inqas probabbli li setgħet twassal għal periklu ta’ tagħwiġ u ta’ alterazzjoni tal-iskambji fi ħdan l-UE.

(96)

Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet li saru aktar ‘il fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li jista’ jkun li l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA mill-Italja għandha impatt fuq l-iskambji u tikkawża tagħwiġ fil-kompetizzjoni fis-suq intern.

(97)

Il-konklużjoni hi li l-għajnuna pubblika lil WAM SpA tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

Regoli applikabbli

(98)

F’konformità mal-prinċipju tempus regit actum, ħlief f’każ ta’ dispożizzjoni kuntrarja espliċita, jeħtieġ li għall-għajnuniet mhux notifikati jiġu applikati r-regoli proċedurali fis-seħħ fil-mument li fih għandha tiġi adottata d-deċiżjoni (33).

(99)

Minħabba li r-regoli ta’ eżenzjoni (inklużi r-regoli “de minimis”) jeżentaw ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-obbligu ta’ notifika u jissostitwixxu wkoll is-sistema ċentralizzat ta’ kontroll tal-għajnuniet tal-Istat bis-sistema ta’ kontroll deċentralizzat, dawn ir-regoli huma meqjusa min-natura tagħhom stess bħala proċedurali.

(100)

F’dan il-każ, għalkemm fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali l-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-fatt li l-għajnuna setgħet ibbenefikat minn deroga skont ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 u (KE) Nru 70/2001 tal-Kummissjoni, jeħtieġ li jiġu applikati r-regoli korrispondenti fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 1998/2006 (34). Bl-istess mod, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (35) (minn hawn ‘il quddiem: ir-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008) japplika għall-għajnuniet individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati mir-Regolament innifsu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9.

Leġittimità tal-għajnuna

(101)

L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw, fl-ittra tagħhom tal-11 ta’ Ottubru 1999, li l-bażi ġuridika tal-għajnuniet mogħtija lil WAM SpA, pprovduta bil-Liġi tad-29 ta’ Lulju 1981, Nru 394, kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri ta’ Kumpens (WTO-GATT 1994) (36).

(102)

Il-Kummissjoni tosserva li b’dan, l-awtoritajiet Taljani għandhom il-ħsieb li jiddefinixxu bħala notifika l-komunikazzjoni ta’ xi informazzjoni sintetika għall-aħħar dwar ir-regolament f’tabella mibgħuta lill-Kummissjoni jew għat-trażmissjoni lill-Kumitat tas-Sussidji tad-WTO (WTO Subsidies Committee) jew fil-qafas tar-rapport annwali dwar l-għajnuniet statali fl-Unjoni Ewropea, għall-inqas mis-sitt rapport (1996). Il-Kummissjoni ġie infurmata wkoll bl-eżistenza tar-reġim regolatorju fl-ambitu tal-investigazzjoni tagħha fuq ir-reġimi nazzjonali ta’ għajnuna għall-investimenti barranin diretti barra mill-Unjoni Ewropea fis-seħħ fl-Istati Membri.

(103)

Dawn it-tipi ta’ komunikazzjoni, madankollu, ma jistgħux jitqiesu konformi ma’ dak li hu previst f’dak li kien l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, li jistipula li “il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata, fil-ħin sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett sabiex tiġi mogħtija jew sabiex tiġi modifikata għajnuna”.

(104)

Minħabba li ma ġiex notifikat minn qabel lill-Kummissjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-kompatibbiltà tiegħu mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat, ir-reġim ta’ għajnuna msemmi aktar ‘il fuq daħal fis-seħħ bi ksur ta’ dak li kien l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u b’hekk huwa illeġittimu. Minħabba li l-għajnuna lil WAM SpA ngħatat fil-qafas ta’ dan ir-reġim, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna eventwalment eżentata fuq il-bażi dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija, anke din għandha titqies bħala illeġittima.

Għajnuniet eżentati skont ir-regoli “de minimis” u kompatibbiltà tal-għajnuna mal-Artikolu 107 tat-TFUE

(105)

Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk hemmx għajnuniet mogħtija lil WAM SpA li jistgħu jiġu eżentati skont ir-regoli “de minimis”.

(106)

Bl-istess mod, minħabba li ġie konkluż li l-miżuri taħt eżami jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għandha tiġi vvalutata l-kompatibbiltà ta’ tali għajnuniet fid-dawl tar-regoli fis-seħħ dwar għajnuna mill-Istat.

L-ewwel self mogħti lil WAM SpA

(107)

Il-gvern Taljan ipprovda elementi ta’ prova li skont dawn, fil-mument tal-għoti tal-ewwel self (1995), WAM SpA kienet tissodisfa r-rekwiżiti biex tkun meqjusa SME skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE, tat-3 t’April 1996, rigward id-definizzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (37). B’mod partikolari, WAM SpA kienet intrapriża ta’ daqs medju, għaliex kienet timpjega 163 persuna, kellha dħul minn bejgħ annwali ta’ EUR 16,8 miljun u assi netti ta’ EUR 20,1 miljun. Kienet kontrollata minn żewġ soċjetajiet finanzjarji, huma wkoll SMEs skont ir-rakkomandazzjoni msemmija hawn fuq.

(108)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-ispejjeż attwali kkunsidrati għall-għoti tas-self (ara t-tabella fil-premessa 44).

(109)

Jekk wieħed iqis li l-għan tal-kuntratt tal-finanzjament permezz tas-self kien appuntu s-sussidju ta’ programm ta’ penetrazzjoni kummerċjali, u b’mod partikolari s-sussidju ta’ intrapriża esportatriċi f’ambitu ta’ penetrazzjoni kummerċjali barra mill-Unjoni Ewropea, l-għajnuniet eżaminati għandhom jiġu kklassifikati bħala għajnuniet għall-esportazzjoni, fis-sens li huma direttament marbuta mat-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk tad-distribuzzjoni jew ma’ spejjeż kurrenti oħra marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni. Bl-istess mod, l-għan aħħari tal-programm ta’ penetrazzjoni fis-suq kien il-bejgħ tal-prodotti ta’ Wam SpA fis-suq Ġappuniż. Għalhekk, din hija wkoll ir-raġuni għaliex tali għajnuniet ma jistgħux jitqiesu marbuta ma’ investimenti barranin diretti.

(110)

Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 jeskludi mill-kamp tal-applikazzjoni tiegħu l-għajnuniet għall-esportazzjonijiet. L-Artikolu 1(d) tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006, jistabbilixxi fil-fatt li r-Regolament innifsu ma japplikax għal “għajnuna lill-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, it-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni”.

(111)

F’kull każ, l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 jistabbilixxi li l-għajnuna li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 tal-istess Regolament għandha tiġi eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-regolazzjoni, l-orjentazzjonijiet, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

(112)

Minħabba li l-għajnuna ngħatat fl-1995, meta kienu fis-seħħ ir-regoli dwar l-SMEs tal-1992, għandhom jiġu applikati tali regoli (38). L-għajnuna għall-esportazzjoni mhijiex espliċitament eskluża mill-kamp tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-SMEs tal-1992. Madankollu, minħabba li f’dan il-każ parti mill-għajnuna taqbeż il-limitu “de minimis” aċċettat (EUR 50 000), l-għajnuna kollha għandha titqies li ma tidħolx fl-eżenzjoni “de minimis” u għal din ir-raġuni meqjusa bħala għajnuna mill-Istat (39).

(113)

Minħabba li ġie stabbilit li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li wieħed iqis jekk din tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern skont ir-regoli applikabbli fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat.

(114)

L-Artikolu 44(2), tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008 jistipula li kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament, li ma tissodisfax la l-kundizzjonijiet tar-regolament u lanqas il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 (40), (KE) Nru 70/2001, (KE) Nru 2204/2002 (41) u (KE) Nru 1628/2006 (42) tiġi vvalutata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-regoli, tal-orjentazzjonijiet u tal-komunikazzjonijiet fis-seħħ fid-data ta’ meta ngħatat.

(115)

F’dan il-każ, ir-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008 ma japplikax, minħabba li jintroduċi element ġdid - il-verifika tal-effett tal-inċentivazzjoni ta’ proġett jew ta’ attività qabel ma jingħata bidu għalih – li l-Italja ma wettqitx. Għalhekk, skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008, il-miżura kollha tal-għajnuna mhijiex eżentata fit-tifsir tar-Regolament. Barra minn hekk, l-ispejjeż imsemmija fit-tabella tal-premessa 44 u elenkati fil-premessa 118 ma jistgħux jidħlu fl-eżenzjonijiet ta’ kategorija fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 68/2001, Nru 70/2001, Nru 2204/2002 jew Nru 1628/2006, minħabba li l-kundizzjonijiet previsti f’dawn ir-regolamenti ma ġewx sodisfatti.

(116)

Minħabba li ebda wieħed minn tali strumenti ma’ jiġġustifika l-kompatibbiltà tal-għajnuna, din għandha tiġi vvalutata fid-dawl tar-regoli dwar l-SMEs tal-1992, li kienu jinkludu r-regoli sostanzjali fis-seħħ fid-data li fiha ngħatat l-għajnuna fl-1995 (43).

(117)

Skont tali regoli, partijiet individwali tal-għajnuna jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern. B’mod partikolari, l-għajnuna għas-servizzi ta’ konsulenza (29,43 miljun ITL) u għar-riċerka tas-suq (40,95 miljun ITL) jistgħu jitqiesu kompatibbli minħabba li jirriżultaw konformi mal-punt 4.3 tar-regoli (“Għajnuna għall-konsulenza ażjendali, għall-formazzjoni u t-tixrid tal-għarfien”). L-għajnuna għall-parteċipazzjoni f’fieri u espożizzjonijiet (12,19 miljun ITL) tista’ titqies kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-regoli dwar l-SMEs tal-1992, b’mod partikolari f’konformità mal-punt 4.5 (“Għajnuna b’għanijiet oħra”), minħabba li tista’ titqies bħala għajnuna favur metodi oħra ta’ promozzjoni tal-SMEs, pereżempju miżuri ta’ inkoraġġament għall-kooperazzjoni. Il-bqija tal-għajnuna (ara tabella fil-premessa 44) ma tistax titqies kompatibbli minħabba li ma kinitx diretta biex issostni investimenti produttivi jew xi għan ieħor ammissibbli stipulat bir-regoli dwar l-SMEs tal-1992; ma kinitx fil-fatt għajnuna għall-investimenti inġenerali barra mill-oqsma megħjuna li huma oġġett ta’ programmi nazzjonali ta’ żvilupp jew fi ħdanhom, għajnuna għall-investimenti għall-ħarsien tal-ambjent jew għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp.

(118)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż eliġibbli marbuta mat-twaqqif ta’ strutturi permanenti barra mill-pajjiż, meqjusa mill-gvern Taljan sabiex ingħata l-ewwel self b’imgħax baxx lil WAM fl-1995, ma jistgħu bl-ebda mod jitqiesu bħala maħsuba biex isostnu investimenti produttivi; għall-kuntrarju, hija tal-parir li l-għajnuna li tissussidja tali spejjeż għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna għall-operat. Tali spejjeż eliġibbli – jiġifieri: il-kera tal-postijiet, assigurazzjoni u faċilitajiet oħra (122,56 miljun ITL), spejjeż operattivi bħal dawk għall-persunal, l-għamara u t-tagħmir tal-postijiet (556,94 miljun ITL) – huma spejjeż li l-impriża kellha ġġorr waħedha; l-istess jgħodd għall-mudelli għall-espożizzjoni u għall-partijiet ta’ rikambju għall-assistenza lill-klijenti wara l-bejgħ (38,23 miljun ITL). Bl-istess mod, għal dak li għandu x’jaqsam mal-ispejjeż eliġibbli għas-sostenn tal-promozzjoni kummerċjali, l-ispiża għall-ħażna tal-merkanzija (456,28 miljun ITL) mhijiex konformi, skont il-Kummissjoni, mar-regoli dwar l-SMEs, għaliex mhux meqjus bħala investiment inizjali, l-istess kif ma jirriżultawx konformi l-ispejjeż għar-reklamar (94,39 miljun ITL) u s-safar fuq xogħol (7,52 miljun ITL).

(119)

Fuq il-bażi ta’ tali valutazzjoni, il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li:

(a)

il-parti tal-għajnuna marbuta mal-għajnuna għas-servizzi ta’ konsulenza (29,43 miljun ITL) u għall-istudji tas-suq (40,95 miljun ITL), kif ukoll l-għajnuna għall-parteċipazzjoni f’fieri u espożizzjonijiet (12,19 miljun ITL) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern skont ir-regoli dwar l-SMEs tal-1992; il-parti tal-għajnuna mhux imsemmija fil-punt a)

(b)

(ara l-premessa 118) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.

It-tieni self mogħti lil WAM SpA

(120)

Fil-mument tal-għoti tat-tieni għajnuna, fl-2000, WAM SpA kienet, kif ammettew l-istess awtoritajiet Taljani, impriża ta’ daqs kbir. Barra minn hekk, hija kienet tinsab f’reġjun mhux megħjun.

(121)

Anki s-self mogħti fl-2000 jista’ jitqies ukoll bħala għajnuna għall-esportazzjoni lil WAM SpA, minħabba li kellu l-istess għan tas-self tal-1995 u li barra minn hekk sar biex jiġu ppenetrati s-swieq barranin u biex issir esportazzjoni f’tali swieq (b’mod aktar preċiż fis-suq Ċiniż). Huwa evidenti li l-għajnuna għall-assistenza teknika, għall-postijiet u għall-persunal barra mill-pajjiż (direttur tal-bejgħ, direttur ġenerali, erba’ ħaddiema u sitt tekniċi) diffiċilment tista’ titqies bħala destinata għal attivitajiet differenti mill-attivitajiet kummerċjali. Għalhekk, għas-self tal-2000 jista’ jiġi applikat l-istess raġunament dwar is-self tal-1995.

(122)

Barra minn hekk, fit-tfassil tal-kuntratt tal-għoti tal-għajnuna fl-2000, intużat l-istess formulazzjoni li tiġġustifika s-self lil WAM SpA bħala inċentiv għall-programmi ta’ penetrazzjoni kummerċjali. Wieħed jinnota wkoll li l-programm speċifiku kellu jitwettaq b’mod konġunt minn WAM SpA u mill-impriża lokali WAM Bulk Handling Machinery Shangai Co Ltd, kumpanija sussidjarja 100 % propjetà ta’ WAM SpA, fatt li jixhed il-preżenza konsolidata tal-istess WAM SpA f’dak is-suq partikolari.

(123)

Minħabba li għajnuna inkwistjoni hija għajnuna għall-esportazzjoni, kif diġà sostnut, ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 ma japplikax.

(124)

Huwa meħtieġ għalhekk li ssir valutazzjoni tal-għajnuna fir-rigward tas-suq intern. Il-Kummissjoni tqis li r-regoli proċedurali fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni, dawk tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008, ma jistgħux japplikaw lanqas f’dan il-każ speċifiku. Dan ir-Regolament fil-fatt jintroduċi element ġdid - il-verifika tal-effett ta’ inċentivazzjoni ta’ proġett jew attività qabel ma din tibda – li l-Italja ma wettqitx. Għalhekk, skont l-Artikolu 8(6), ta’ dan ir-Regolament, il-miżura kollha tal-għajnuna mhijiex eżentata fit-tifsir tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008. B’hekk, skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008, għandha tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna mar-Regolamenti (KE) Nru 68/2001, (KE) Nru 70/2001, (KE) Nru 2204/2002 u (KE) Nru 1628/2006.

(125)

Il-Kummissjoni tqis li l-ispejjeż tal-formazzjoni mniżżla b’mod dettaljat fl-ittra tat-22 ta’ Lulju 2003 (EUR 25 240, meta mqabbla maċ-ċifra komplessiva tas-self ta’ EUR 1,8 miljun) (ara t-tabella fil-premessa (65)) jistgħu jiġu eżentati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna ddestinata għall-formazzjoni (minn issa ’l quddiem, ir-Regolament (KE) Nru 68/2001) u li għalhekk jirriżultaw kompatibbli mas-suq intern skont dak li kien l-Artikolu 87(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 107(3) tat-TFUE, indipendentement mill-fatt li l-valutazzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 4(2) (formazzjoni speċifika) jew fuq l-Artikolu 4(3) (formazzjoni ġenerali).

(126)

Madankollu, il-bqija tal-għajnuna inkwistjoni ma tistax titqies kompatibbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 70/2001, (KE) Nru 2204/2002 u Nru 1628/2006 jew skont bażi ġuridiċi oħra, minħabba li ma tippromwovix ebda għan orizzontali ieħor tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat tat-TFUE, bħar-riċerka u l-iżvilupp, ix-xogħol, l-ambjent jew il-ħarsien u r-ristrutturazzjoni fit-tifsir tad-dixxiplini, l-orjentazzjonijiet u r-regolamenti rilevanti.

(127)

Għalhekk jista’ jiġi konkluż li - minħabba li l-attivitajiet marbuta mal-esportazzjoni ma jidħlux fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 u li ebda bażi ġuridika m’għandha l-fakultà li tistabbilixxi l-kompatibbiltà tagħhom skont l-Artikolu 107(3)(c), tat-TFUE – l-għajnuna mogħtija permezz tat-tieni self mhijiex kompatibbli mas-suq intern ħlief il-parti msemmija, li hi kompatibbli mal-għajnuna għall-formazzjoni.

Osservazzjonijiet ta’ natura ġenerali

(128)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-modifika tar-rata tal-imgħax matul il-perjodu ta’ rimborż tas-self, l-awtoritajiet Taljani jsostnu li fl-ambitu tal-qafas ġuridiku Taljan kienu jeżistu effettivament regoli ġenerali li kienu jippermettu tali tnaqqis. Madankollu, id-Digriet Ministerjali tal-31 ta’ Marzu 2000, li huwa l-uniku bażi ġuridika msemmija f’dan ir-rigward, japplika biss għall-inizjattivi finanzjati skont il-Liġijiet 394/81 u 304/1990, u għalhekk jirriżulta restrittiv ħafna. Barra minn hekk, wieħed għandu jqis li ma ngħatawx provi ulterjuri tal-fatt li r-rata tal-imgħax kienet ġiet modifikata fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni (44).

(129)

Għal dak li għandu x’jaqsam maż-żewġ istanzi ta’ self, l-awtoritajiet Taljani jsostnu wkoll li l-ispiża tal-garanzija bankarja obbligatorja mitluba qabel l-għoti tas-self għandha titnaqqas mill-ammont tal-għajnuna. Il-Kummissjoni tosserva, l-ewwel nett, li tali garanzija, jew l-ekwivalenti tagħha, normalment kienet tintalab anke minn istitut ta’ kreditu privat li jsellef flus skont il-prinċipju tal-investitur li jopera f’ekonomija tas-suq. It-tieni nett hija tosserva li mid-dokumenti mehmuża mal-kuntratt jidher li mhijiex permessa s-sovrappożizzjoni ta’ għajnuna dwar l-istess programm, ħlief għall-għajnuna marbuta mal-garanzija, li b’hekk titqies min-naħa tagħha bħala ammissibbli għall-għajnuna.

VII.   OSSERVAZZJONIJIET KONKLUŻIVI

(130)

Il-Kummissjoni tosserva li d-derogi skont l-Artikolu 107(2)(a) sa (c) (45), tat-TFUE ma japplikawx għas-self inkwistjoni, minħabba li dawn ma jsegwu ebda għan minn dawk elenkati fl-imsemmi Artikolu, u lanqas il-Gvern Taljan ma sostna li kien hekk.

(131)

Is-self ma kienx dirett biex jiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni jew biex jippromwovi t-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew biex jipprovdi rimedju għal taqlib gravi tal-ekonomija ta’ Stat Membru, u lanqas biex jippromwovi l-kultura jew il-ħarsien tal-patrimonju. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li għas-self taħt eżami mhumiex applikabbli la l-Artikolu 107(3)(a) (46), la l-Artikolu 107(3)(b) (47) tat-TFUE, la l-Artikolu 107(3)(d) (48), tat-TFUE.

VIII.   KONKLUŻJONIJIET

(132)

Iż-żewġ selfiet ingħataw lil WAM SpA mingħajr ma ġew notifikati minn qabel lill-Kummissjoni. Is-self tal-1995 ngħata fl-24 ta’ Novembru 1995 u s-self tal-2000 ngħata fid-9 ta’ Novembru 2000. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, ħlief għall-parti tal-għajnuna li tidħol fl-eżenzjoni ta’ kategorija, minħabba li l-imsemmija selfiet twettqu bi ksur ta’ dak li kien l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 108(3), tat-TFUE, dawn ingħataw lill-benefiċjarju b’mod illeġittimu.

L-ewwel self mogħti lil WAM SpA

(133)

L-għajnuna li l-Italja tat lil WAM SpA fl-24 ta’ Novembru 1995 taħt forma ta’ miżura ta’ għajnuna fuq ir-rati tal-imgħax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-parti korrispondenti mal-ispejjeż eliġibbli marbuta ma’ servizzi ta’ konsulenza, parteċipazzjoni f’fieri u espożizzjonijiet u studji tas-suq tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern.

(134)

Għal dak li għandu x’jaqsam mas-sussidju komplessiv ekwivalenti tal-għajnuna speċifika, ġie meqjus li s-self ingħata lill-benefiċjarju fi tliet rati (mogħtija fl-24 ta’ April 1996, fit-23 ta’ Lulju 1997 u fl-24 t’April 1998) u li l-perjodu ta’ tolleranza kien jirriżulta għalhekk varjabbli minn sentejn sa xejn. Ġiet meqjusa wkoll ir-rata tal-imgħax stabbilita fil-kuntratt tas-self (4,4 %) meta mqabbel mar-rata ta’ riferiment iffissata perjodikament mill-Kummissjoni (49) fis-seħħ fil-mument tal-għoti tas-self (11,35 %). L-element ta’ għajnuna huwa b’hekk ikkalkulat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax stabbilita fil-kuntratt u r-rata ta’ riferiment fis-seħħ fid-data li fiha ngħata s-self. Fuq il-bażi ta’ dan il-kalkolu, is-sussidju ekwivalenti, attwalizzat fl-24 t’April 1996 (data li fiha tħallset l-ewwel rata tas-self lil WAM SpA), jirriżulta ekwivalenti għal EUR 108 165,10.

(135)

Madankollu, dan l-ammont ta’ għajnuna jrid jiġi rettifikat fuq il-bażi tal-parti kompatibbli mal-għajnuna mill-Istat.

(136)

Minħabba li parti mis-self inkwistjoni tqieset kompatibbli, din għandha titnaqqas mill-komponenti tal-għajnuna mill-Istat relattiva għas-self tal-1995, li kien ekwivalenti għal EUR 108 165,10. Minħabba li hu impossibbli li tiġi stabbilita rabta diretta bejn rata tas-self determinata u spejjeż speċifiċi determinati, ġie applikat għal tali sussidju komplessiv ekwivalenti l-istess perċentwali rappreżentat mill-elementi kompatibbli meta mqabbel mas-self komplessiv (82,57 miljun ITL fuq 1 358,51 miljun ITL, jiġifieri 6 %). Minħabba li 6 % ta’ EUR 108 165,10 huma ekwivalenti għal EUR 6 489,906, wieħed iqis li din l-aħħar ċifra tikkostitwixxi l-parti kompatibbli tal-għajnuna.

(137)

Għalhekk, is-sussidju ekwivalenti tal-parti tal-għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern hija kwantifikabbli f’EUR 101 675,194.

It-tieni self mogħti lil WAM SpA

(138)

L-għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-2000, ħlief għall-parti kompatibbli għas-sostenn tal-attivitajiet ta’ formazzjoni, ekwivalenti għal EUR 25 240 ta’ spejjeż eliġibbli, hija inkompatibbli mas-suq intern.

(139)

F’dan il-każ, is-self ingħata lil WAM SpA f’ħames rati (mogħtija fit-12 ta’ Frar 2001, fit-28 ta’ Settembru 2001, fis-26 t’April 2002, fis-27 ta’ Settembru 2002 u fit-22 ta’ Jannar 2003); b’hekk, bħal fil-każ tal-ewwel għajnuna, il-perjodu ta’ tolleranza jvarja minn sentejn sa xejn. Bl-istess mod, għall-kalkolu tas-sussidju ekwivalenti, il-Kummissjoni qieset ir-rata tal-imgħax stabbilita fil-kuntratt tas-self (2,32 %) meta mqabbla mar-rata ta’ riferiment, iffissata mill-Kummissjoni perjodikament, fis-seħħ fil-mument tal-għoti tas-self inkwistjoni (5,70 %). Ir-rimborż komplessiv, li jinkludi l-kapital u l-imgħax, kellu jintemm fl-20 ta’ Frar 2008. Għalhekk, is-sussidju ekwivalenti tal-komponenti tal-għajnuna tas-self sħiħ attwalizzat fit-12 ta’ Frar 2001 (data li fiha tħallset l-ewwel rata lil WAM SpA) huwa ta’ EUR 176 329, fl-ipoteżi li r-rimborżi twettqu f’konformità mal-kalendarju tar-rimborż.

(140)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-parti kompatibbli tas-self, f’dan il-każ għandu jitnaqqas mis-sussidju ekwivalenti tal-għajnuna l-perċentwali tal-parti tas-self kompatibbli meta mqabbla mas-self totali, li tirriżulta ekwivalenti għal 1,35 %. Jekk ir-rimborżi twettqu skont il-kalendarju tar-rimborż, is-sussidju ekwivalenti tat-tieni self jirriżulta għalhekk ekwivalenti għal EUR 173 948,56 (EUR 176 329 – EUR 2 380,44).

(141)

Hija prassi konsolidata tal-Kummissjoni, bis-saħħa tal-Artikolu 107 tat-TFUE, li titlob lill-benefiċjarju l-irkupru tal-għajnuna li, f’konformità mal-istess Artikolu, kien ingħata b’mod illeġittimu u jirriżulta inkompatibbli mas-suq intern, bil-kundizzjoni li għajnuna ma tidħolx fil-kamp tal-applikazzjoni tar-regoli “de minimis”. Din il-prassi ġiet ikkonfermata mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(142)

Skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, mal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata skont deċiżjoni ta’ rkupru għandu jiżdied l-imgħax ikkalkulat fuq il-bażi ta’ rata adegwata stabbilita mill-Kummissjoni. L-imgħax jibda mid-data li fiha l-għajnuna illeġittima tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru, għall-perjodu li fih l-għajnuna kienet għad-dispożizzjoni tal-impriża.

(143)

Il-metodi ta’ applikazzjoni tar-rata tal-imgħax huma spjegati fil-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni, tal-21 t’April 2004, permezz ta’ dispożizzjonijiet ta’ twettiq tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 dwar il-metodi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (50) (minn hawn ‘il quddiem: ir-Regolament (KE) Nru 794/2004) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008, tat-30 ta’ Jannar 2008, li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar dispożizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 dwar metodi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (51) (minn hawn ‘il quddiem: ir-‘Regolament (KE) Nru 271/2008’).

(144)

Il-Kummissjoni tippreċiża li din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-kompatibbiltà tal-qafas nazzjonali rappreżentat mil-liġi 394/81, li hija l-bażi ġuridika tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil WAM SpA, u li għaliha l-Kummissjoni, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (52), ma qisitx meħtieġ, f’dan il-każ, li tibda proċedura. Hija ma teskludix madankollu l-possibbiltà li tibda proċedura f’fażi suċċessiva.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuniet mogħtija lil WAM SpA skont il-liġi 394/81 jidħlu fil-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

Tali għajnuniet ma ġewx notifikati minn qabel lill-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 108(3) tat-TFUE u jikkostitwixxu għalhekk għajnuniet illeġittimi, b’eċċezzjoni tal-parti tal-għajnuna eżentata fuq il-bażi ta’ eżenzjoni għall-kategorija.

Artikolu 2

1.   Iċ-ċifra tal-għajnuna ekwivalenti għal EUR 108 165,10 li l-Italja tat lil WAM SpA fl- 24 ta’ Novembru 1995 taħt forma ta’ għajnuna fuq ir-rati tal-imgħax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-parti ta’ tali għajnuna korrispondenti għall-ispejjeż eliġibbli marbuta ma’ servizzi ta’ konsulenza, parteċipazzjoni f’fieri u espożizzjonijiet u studji tas-suq, ekwivalenti għal EUR 6 489,906 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern.

L-Italja adottat id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tirkupra mill-benefiċjarju, WAM SpA, iċ-ċifra tal-għajnuna inkompatibbli, ekwivalenti għal EUR 101 675,194.

2.   L-għajnuna li tammonta għall-ekwivalenti ta’ EUR 176 329 li l-Italja tat lil WAM SpA fid-9 ta’ Novembru 2000 taħt forma ta’ miżura ta’ għajnuna fuq l-imgħax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-parti ta’ tali għajnuna korrispondenti għall-ispejjeż eliġibbli rigward il-miżuri ta’ formazzjoni, ekwivalenti għal EUR 2 380,44, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern.

L-Italja tadotta d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tirkupra mill-benefiċjarju, WAM SpA, iċ-ċifra tal-għajnuna inkompatibbli, ekwivalenti għal EUR 173 948,56.

3.   L-imgħax fuq iċ-ċifri li jridu jiġu rkuprati fuq il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni huma kkalkulati mid-data li fiha l-għajnuna mill-Istat inkompatibbli tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, WAM SpA, sal-irkupru effettiv.

4.   L-imgħax huwa kkalkulat skont ir-regola tal-imgħax kompost, f’konformità mal-Kap V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u mar-Regolament (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna skont l-Artikolu 2 huwa immedjat u effettiv.

2.   L-Italja tiggarantixxi l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni preżenti fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha lill-awtoritajiet Taljani.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika tad-Deċiżjoni preżenti, l-Italja tagħti lill-Kummissjoni l-informazzjoni segwenti:

(a)

iċ-ċifra komplessiva (kapital u imgħax) li għandha tiġi rkuprata mill-benefiċjarju, WAM SpA;

(b)

id-deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ġew adottati jew li huma previsti sabiex ikun hemm konformità mad-Deċiżjoni preżenti;

(ċ)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju, WAM SpA, ngħata inġunzjoni biex jirrimborża l-għajnuna.

2.   L-Italja tinforma lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali adottati għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni preżenti sal-irkupru sħiħ tal-għajnuna skont l-Artikolu 2. Hija tittrażmetti immedjatament, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni marbuta mal-miżuri li diġà ġew adottati jew li huma previsti sabiex ikun hemm konformità mad-Deċiżjoni preżenti. Hija tagħti wkoll informazzjoni dettaljata dwar iċ-ċifra tal-għajnuna u tal-imgħax li ġa ġew irkuprati mill-benefiċjarju.

Artikolu 5

Ir-Repubblika Taljana hija destinatarja ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  Mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea; essenzjalment, iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi. Għall-għanijiet ta’ din id-deċiżjoni, kwalunkwe referenza għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE, fejn dan ikun xieraq, u r-referenza għall-Qorti tal-Prim’Istanza bħala referenza għall-Qorti.

(2)  C(2003)35 finali (ĠU C 142, 18.6.2003, p. 2).

(3)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.

(5)  ĠU L 63, 4.3.2006, p. 11.

(6)  Kawżi magħquda T-304/04 u T-316/04, Repubblika Taljana u Wam SpA vs Kummissjoni, Racc. (2006) p. II-64.

(7)  7. Sentenza tal-Qorti tat-30 t’April 2009, kawża C-494/06 P, Kummissjoni vs Repubblika Taljana u Wam SpA, li għad mhijiex ippubblikata.

(8)  Pereżempju Dce u R-Master (RU), Infa-Stauband Ats (Ġermanja) u Fda (Franza); cfr. The Rise of A District Lead Firm: The Case of Wam (1968-2003), Frar 2009, Recent, Centre for Economic Research (Dipartimento di Economia politica dell’Università di Modena e Reggio Emilia).

(9)  The Rise of A District Lead Firm: The Case of Wam (1968-2003), Frar 2009, Recent, Centre for Economic Research (Dipartimento di Economia politica dell’Università di Modena e Reggio Emilia).

(10)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 9.

(11)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 9.

(12)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

(13)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.

(14)  ĠU C 213, 19.8.1992, p. 2.

(15)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 13.

(16)  Ara l-kawża 78/76, Steinike & Weinlig vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ġabra 1977, paġ, 595, punt 21; kawża 290/83 il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Franċiża, Ġabra 1985, p. 439, punt 14; kawżi magħquda 67/85, 68/85 u 70/85, Kwekerij Gebroeders Van der Kooy BV u oħrajn vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ġabra 1988, p. 219, punt 35 u kawżi C-305/89, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ġabra 1991, p. I-1603, punt 13.

(17)  F’konformità tal-Artikolu 2 tal-liġi 394/81, inħoloq fond fil-Mediocredito Centrale għall-għoti ta’ finanzjamenti b’rata tal-imgħax baxx lill-impriżi esportatriċi għal programmi ta’ penetrazzjoni kummerċjali barra mill-pajjiż. Il-fond huwa amministrat minn kumitat li jiddeċiedi l-għoti tal-finanzjamenti f’konformità mal-liġi. Il-kumitat huwa nnominat b’digriet tal-Ministru tal-kummerċ ma’ barra bi qbil mal-Ministru tat-teżor u l-Ministru tal-industrija, tal-kummerċ u tal-artiġjanat. Il-kumitat, imwaqqaf fil-Ministeru tal-kummerċ ma’ barra, huwa magħmul: a) mill-Ministru tal-kummerċ ma’ barra jew, fuq delega tiegħu, mis-Sottosegretarju tal-Istat, li jippresjedih; b) minn uffiċjal għal kull wieħed mill-Ministeri tat-teżor, tal-industrija, tal-kummerċ u l-artiġjanat, tal-kummerċ ma’ barra u minn tantieħor supplenti tal-istess kwalifika maħtura mill-Ministri rispettivi; (ċ) mid-direttur ġenerali ta’ Mediocredito centrale jew, fil-każ ta’ assenza jew impediment tiegħu, minn delegat tiegħu; (d) mid-direttur ġenerali tal-Istitut nazzjonali għall-kummerċ esteru (ICE), jew, fil-każ ta’ assenza jew impediment tiegħu, minn delegat tiegħu.

(18)  L-Artikolu 1 tad-digriet ministerjali tad-19 ta’ Jannar 1999 jistipula li l-kumitat previst mid-digriet leġiżlattiv tal-31 ta’ Marzu 1998, Nru 143, b’mod partikolari l-Artikolu 25(1), ikun magħmul minn żewġ uffiċjali tal-Ministeru tal-Kummerċ ma’ barra, minn uffiċjal tal-Ministeru tat-Teżor, tal-Bilanċ u tal-Programmazzjoni ekonomika, minn uffiċjal tal-Ministeru tal-Affarijiet esteri, minn uffiċjal tal-Ministeru tal-Industrija, tal-Kummerċ u tal-Artiġjanat minn rappreżentat maħtur mill-Konferenza tal-Presidenti tar-Reġjuni u tal-Provinċji Awtonomi u minn rappreżentant maħtur mill-Associazione Bancaria Italiana.

(19)  Fiż-żmien, ġie mwaqqaf fil-Mediocredito Centrale fond b’riżorsi statali, amministrat mill-kumitat skont l-Artikolu 2 tal-liġi 394/81. B’ittra tas-27 ta’ Diċembru 1995, il-Ministeru tal-Affarijiet barranin talab lil Mediocredito centrale sabiex jistipula (fi żmien tliet xhur) kuntratt ma’ WAM SpA sabiex tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-kumitat skont l-Artikolu 2 tal-liġi 394/81 adottata fis-seduta tal-24 ta’ Novembru 1995.

(20)  Skont id-digriet leġiżlattiv tal-31 ta’ Marzu 1998 Nru 143 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 25(1), mill-1 ta’ Jannar 1999 l-immaniġġjar tal-interventi ta’ għajnuna finanzjarja għall-internazzjonalizzazzjoni tas-sistema ta’ produzzjoni skont il-liġi 394/81 huwa attribwit lil SIMESIT SpA. SIMESIT SpA huwa korp pubbliku istitwit fl-1990 (liġi Nru 100 tal-24 t’April 1990) mill-gvern Taljan biex jassisti lill-impriżi Taljani f’pajjiżi terzi. L-ażjenda hija kkontrollata mill-gvern Taljan, li għandu 76 % tal-ishma u li jiffissal-orjentazzjonijiet biex jingħażlu l-investimenti li ssostni SIMESIT SpA. Il-kunsill amministrattiv ta’ SIMESIT huwa magħmul minn disa’ membri li ħamsa minnhom huma nominati mill-gvern Taljan.

(21)  Ara l-kawża C-482/99, ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Stardust), Ġabra 2002, p. I-4397, punti 55 u 56.

(22)  Ara l-kawża C-41/90, Höfner u Elser, Ġabra 1991, p. I-01979, punt 21.

(23)  Ara l-kawża C-494/06 P, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana u Wam SpA, għad mhux ippubblikata, punti 49 u wara.

(24)  Ara anke l-kawżi C-372/97, l-Italja vs il-Kummissjoni, Ġabra 2004, p. I-3679, punt 52, u C-66/2002, l-Italja vs il-Kummissjoni, Ġabra 2005, p. I-10901.

(25)  The Rise of A District Lead Firm: The Case of Wam (1968-2003), Frar 2009, Recent, Centre for Economic Research (Dipartimento di Economia politica dell’Università di Modena e Reggio Emilia).

(26)  Ara l-kawżi T-459/93, Siemens vs il-Kummissjoni, Ġabra 1995, p. II-1675, punti 48 u 77, T-214/95, Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni, Ġabra 1998, p. II-717, punt 43, u T- 217/02, Ter Lembeek vs il-Kummissjoni, Ġabra 2006, p. II-4483, punt 177.

(27)  Fil-kawża T-369/06, Holland Malt vs il-Kummissjoni, li għad mhix ippubblikata, il-Qorti tal-Prim’Istanza stipulat fil-punt 55 dan li ġej: “Mill-ġuriprudenza b’hekk joħroġ b’mod ċar li mhux biss it-tħaffif, permezz ta’ riżorsi statali, tal-ispejjeż marbuta mal-immaniġġjar kurrenti jew l-attivitajiet normali ta’ impriża qiegħed ipso facto biex ifixkel il-kompetizzjoni, iżda wkoll is-sovvenzjoni li teħles, parzjalment jew kompletament, lill-benefiċjarju minn spejjeż ta’ investiment”.

(28)  Ara l-kawżi 730/79, Philip Morris Holland vs il-Kummissjoni, Ġabra 1980, p. 2671, punt 11, C-53/00, Ferring, Ġabra 2001, p. I-9067, punt 21 u C-372/97, Italja vs il-Kummissjoni, Ġabra 2004, p. I-3679, punt 52.

(29)  Ara l-kawża 730/79, Philip Morris vs il-Kummissjoni, Ġabra 1980, p. 2671.

(30)  Ara l-kawża 259/85, Francia vs il-Kummissjoni, Ġabra 1978, p. 4393.

(31)  Ara l-kawża T-214/95, Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni, Ġabra 1998, p. II-717, punt 49.

(32)  Ara l-kawża C-172/03, Heiser vs Finanzamt Innsbruck, Ġabra 1998, p. I-1627, punt 32.

(33)  Ara l-kawżi magħquda minn 212/80 sa 217/80, Meridionale Industria Salumi et al., Ġabra 1981, p. 2735; il-kawżi magħquda, CT Control Rotterdam e JCT Benelux vs il-Kummissjoni, Ġabra 1981, p. I-3873, u l-kawża C-61/98, De Haan Beheer, Ġabra 2000, p. I-5003.

(34)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 11.

(35)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(36)  Negozjati multilaterali tal-Uruguay Round (1986-94) - Hemża 1 - Hemża 1 A – Ftehim fuq is-sussidji u l-miżuri ta’ kumpens (WTO-GATT 1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 156).

(37)  ĠU L 107, 30.4.1996, p. 4.

(38)  Ara n-nota f' qiegħ il-paġna nru 12.

(39)  F’konformità mal-prattika konsolidata tal-Kummissjoni. Wieħed jista’ jieħu bħala eżempju d-Deċiżjoni 2003/643/KE tat-13 Mejju 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat li għalija r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tat eżekuzzjoni favur l-impriżi Kahla Porzellan GmbH u Kahla/Thüringen Porzellan GmbH, (ĠU L 227, 11.9.2003, p. 12).

(40)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.

(41)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3.

(42)  ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29.

(43)  Ara n-nota f' qiegħ il-paġna nru 12.

(44)  Tali modifika, fi kwalunkwe każ, setgħet ġiet applikata biss għall-ewwel self b’imgħax baxx mogħti lil WAM SpA, minħabba li kienet tapplika għall-finanzjamenti eżistenti fil-mument tad-dħul fis-seħħ tagħha, filwaqt li t-tieni self ma kienx għandu ngħata lil WAM SpA.

(45)  L-Artikolu 107(2) jistipula li huma kompatibbli mas-suq intern: a) it-tipi ta’ għajnuna ta’ natura soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, basta dik l-għajnuna tiġi mogħtija mingħajr diskriminazzjoni bażata fuq l-oriġini tal-prodotti konċernati; b) kull għajnuna mogħtija sabiex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji; c) l-għajnuna mogħtija lill-ekonomiji ta’ ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja[…].

(46)  “Għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg, kif ukoll tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349, b’kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom”.

(47)  “Għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew, jew sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”.

(48)  “Għajnuna sabiex tiġi promossal-kultura u l-preservazzjoni tal-patrimonju meta din l-għajnuna ma tolqotx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.

(49)  Ippubblikat regolarment fil-Ġurnal Uffiċjali.

(50)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(51)  ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.

(52)  Ara l-kawżi T-92/00 u T-103/00, Diputación Foral de Álava vs il-Kummissjoni (Ramondín), Ġabra 2002, p. II-1385.


2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Marzu 2011

li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1174)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/135/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE (2) titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat (DMF) ma jitqegħdux fis-suq u lanqas ma jkunu disponibbli.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jkun ta’ iktar minn sena.

(3)

Il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/153/UE (3) għal perjodu addizzjonali ta’ sena. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba s’issa u n-nuqqas ta’ miżura permanenti li tindirizza l-prodotti tal-konsumatur li fihom id-DMF, jeħtieġ li tiġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE għal 12-il xahar oħra.

(4)

Id-Deċiżjoni 2009/251/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tad-Direttiva Nru 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/251/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Perjodu tal-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-15 ta’ Marzu 2012.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2011 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 32.

(3)  ĠU L 63, 12.3.2010, p. 21.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/44


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Marzu 2011

il-linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS)

(2011/136/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (1) (aktar ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament CPC”) għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fi ħdan is-suq uniku, jistabbilixxi Netwerk madwar l-UE kollha ta’ awtoritajiet nazzjonali pubbliċi tal-infuzar (aktar ’il quddiem imsejjaħ “in-Netwerk CPC”) u jistipula l-qafas u l-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jipproteġu l-interess ekonomiku kollettiv tal-konsumaturi.

(2)

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar hija essenzjali sabiex is-suq uniku jaħdem b’mod effettiv u taħt dan in-Netwerk CPC, kull awtorità tista’ titlob l-għajnuna ta’ awtoritajiet oħra għall-investigazzjoni ta’ ksur possibbli tal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

(3)

L-għan tas-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (aktar ’il quddiem imsejħa s-“CPCS”) huwa li jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi tal-infurzar li jiskambjaw informazzjoni dwar ksur possibbli tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur f’ambjent bla periklu u sigur.

(4)

L-iskambju tal-informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri għandu jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2) (aktar ’il quddiem imsejħa “id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta”) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3) (aktar ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta”).

(5)

L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrekonoxxi d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta. Is-CPCS għandha tiżgura li l-obbligi u r-responsabbiltajiet differenti kondiviżi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta huma ċari u li s-suġġetti tad-dejta jingħataw informazzjoni u mekkaniżmi li huma faċilment disponibbli biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom.

(6)

Huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-CPCS (aktar ’il quddiem imsejħa “il-linji gwida”) sabiex jiġi żgurat li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta jiġu rispettati meta tiġi pproċessata d-dejta permezz tas-CPCS.

(7)

L-uffiċjali tal-infurzar għandhom jiġu mħeġġa li jikkuntattjaw l-Awtoritajiet ta’ Sorveljanza għall-Protezzjoni tad-Dejta biex jiggwidawhom u jgħinuhom dwar l-aħajr mod kif jimplimentaw dawn il-linji gwida skont il-liġi nazzjonali u jekk meħtieġ biex jiżguraw li l-proċeduri ta’ notifika u ta’ verifika minn quddiem relatati mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar taħt is-CPCS jitwettqu fuq livell nazzjonali.

(8)

Il-parteċipazzjoni fis-sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati mill-Kummissjoni biex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-linji gwida għandha tiġi mħeġġa ħafna.

(9)

Għandhom jiġu pprovduti reazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Wara dan, il-Kummissjoni għandha tagħmel verifika ulterjuri tal-livell tal-protezzjoni tad-dejta fis-CPCS u għandha tevalwa jekk ikunux meħtieġa għodod addizzjonali, inklużi miżuri regolatorji.

(10)

Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-linji gwida mill-atturi u l-utenti tas-CPCS. L-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jimmonitorjaw bir-reqqa l-iżviluppi u l-implimentazzjoni tas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta fir-rigward tas-CPCS.

(11)

Il-linji gwida jikkumplementaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/76/KE (4) u jqisu l-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar ta’ Dejta Personali stabbilit bl-Artikolu 29 (5) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (6) stabbilit bl-Artikolu 41 tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (aktar ’il quddiem imsejjaħ il-“KEPD”).

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

L-Istati Membri għandhom isegwu l-linji gwida stabbiliti fl-Anness.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 192.

(5)  L-opinjoni 6/2007 dwar kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta relatati mas-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS) 01910/2007/EN – WP 130 – adottata fil-21 ta’ Settembru 2007.

(6)  L-Opinjoni tal-KEPD Ref: 2010-0692.


ANNESS

Il-linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS)

1.   INTRODUZZJONI

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur hija essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern għaliex nuqqas ta’ infurzar effettiv fil-każijiet transkonfinali jimmina l-fiduċja tal-konsumaturi fit-teħid ta’ offerti transkonfinali u b’hekk tonqos il-kredibilità tas-suq intern u jwassal ukoll għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Is-CPCS hija għodda tal-IT stabbilita mir-Regolament CPC u tipprovdi mekkaniżmu strutturat għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur li jagħmlu parti min-Netwerk CPC. Tippermetti lil awtorità pubblika titlob għall-għajnuna minn awtoritajiet pubbliċi oħra tan-Netwerk CPC fl-investigazzjoni u l-indirizzar ta’ ksur possibbli tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u fit-teħid ta’ azzjoni ta’ infurzar biex iwaqqfu l-prattiċi kummerċjali illegali għall-bejjiegħa u l-fornituri li għandhom fil-mira tagħhom il-konsumaturi li jgħixu f’pajjiżi oħra tal-UE. It-talbiet għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni kollha bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti dwar l-applikazzjoni tar-Regolament CPC jitwettqu permezz tas-CPCS.

L-għan tar-Regolament CPC huwa li jissaħħaħ l-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fis-suq intern kollu permezz tat-twaqqif ta’ Netwerk madwar l-UE kollha ta’ awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin. Ir-Regolament CPC stabbilixxa li tali skambji ta’ informazzjoni u talbiet għal għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar kellhom jitwettqu permezz ta’ database maħsuba għalhekk. Is-CPCS għalhekk ġie mfassal biex jiffaċilita din il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni bl-għan li jiġu infurzati l-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

L-ambitu tal-kooperazzjoni huwa limitat għal ksur intra-Komunitarju tal-atti legali elenkati fl-Anness tar-Regolament CPC li jipproteġi l-interessi ekonomiċi kollettivi tal-konsumaturi.

2.   L-AMBITU U L-GĦAN TA’ DAWN IL-LINJI GWIDA

Dawn il-linji gwida għandhom l-għan li jindirizzaw it-tħassib ewlieni li jiġi żgurat bilanċ bejn il-kooperazzjoni effiċjenti u effettiva tal-infurzar fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali.

Id-dejta personali hija definita fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (1) bħala kwalukwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli; persuna identifikabbli hija waħda li tkun tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu jew tagħha;

Billi huwa possibbli li l-uffiċjali nazzjonali tal-infurzar (dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet) li huma l-utenti tas-CPCS ma jkunux esperti fil-protezzjoni tad-dejta u mhux dejjem ikunu konxji biżżejjed tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta tagħhom stess, huwa rakkomandat li jiġu pprovduti linji gwida lill-utenti tas-CPCS li fihom jiġi spjegat it-tħaddim tas-CPCS minn perspettiva prattika tal-protezzjoni tad-dejta kif ukoll li jiġu dettaljati s-salvagwardji li huma mibnija fis-sistema u r-riskji possibbli assoċjati mal-użu tagħha.

L-għan tal-linji gwida huwa li jkopru l-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta l-aktar sinifikanti b’rabta mas-CPCS u li jipprovdu spjegazzjoni faċli biex tintuża li l-utenti kollha tal-CPCS jistgħu jirreferu għaliha. Madankollu, ma jipprovdux analiżi sħiħa tal-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta tas-CPCS.

Huwa rakkomandat ħafna li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri jiġu kkonsultati biex jiġi żgurat li l-linji gwida jiġu kkumplimentati b’obbligi speċifiċi stipulati fil-liġijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-utenti tas-CPCS jistgħu wkoll jiksbu għajnuna u gwida ulterjuri minn dawn l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta biex jiżguraw li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta. Lista ta’ dawn l-awtoritajiet bid-dettalji tal-kuntatt u l-websajts tista’ tinsab fuq:

http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/nationalcomm/#eu

Għandu jkun ċar li l-ipproċessar tad-dejta personali għandu jitwettaq skont il-prinċipji u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet huma intitolati fil-kuntest tar-Regolament li jiskambjaw dejta, inkluża d-dejta personali, permezz tas-CPCS, jekk l-iskop tal-ipproċessar ikun li jwaqqaf il-ksur tal-liġijiet tal-UE tal-konsumatur kif elenkat fl-Anness tar-Regolament CPC. Madankollu, qabel l-ipproċessar ta’ tali dejta, għandha ssir valutazzjoni bir-reqqa biex jiġi żgurat li l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta jkunu ssalvagwardjati u li l-ipproċessar tad-dejta jkun strettament meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tar-Regolament CPC.

B’dan il-ħsieb, dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet li għandhom aċċess għas-CPCS għandhom iwettqu valutazzjoni ta’ kull każ qabel ma jista’ jitwettaq kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali (2). L-iskop ta’ dawn il-linji gwida huwa li jassistu lil dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet b’din il-valutazzjoni billi jipprovdu xi prinċipji ta’ gwida dwar il-protezzjoni tad-dejta li għandhom jitqiesu.

L-għan huwa wkoll li jiġu ċċarati xi wħud mill-kumplessitajiet tal-arkitettura tas-CPCS fir-rigward tal-operazzjonijiet konġunti tal-ipproċessar u l-kontroll konġunt billi jiġi stabbilit r-rwol tal-Kummissjoni u r-rwol tal-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala “kontrolluri konġunti” tal-iskambji tad-dejta tas-CPCS.

3.   IS-CPCS - GĦODDA TAL-IT GĦALL-KOOPERAZZJONI TAL-INFURZAR

Is-CPCS hija għodda tal-IT imfassla u miżmuma mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. L-iskop tas-CPCS huwa li tgħin l-Istati Membri fl-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Din tintuża min-Netwerk CPC li jikkonsisti f’awtoritajiet pubbliċi maħtura mill-Istati Membri u l-pajjiżi taż-ŻEE biex jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni ma’ xulxin għall-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur kif stipulat fir-Regolament CPC.

L-Artikolu 10 tar-Regolament CPC jgħid li:

“Il-Kummissjoni għandha żżomm database elettronika li fiha għandha taħżen u tipproċessal-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikoli 7, 8 u 9. Id-database għandha tkun disponibbli għal konsultazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biss …”

L-Artikolu 12(3) tar-Regolament CPC jgħid ukoll:

“Talbiet għall-assistenza u l-komunikazzjoni kollha ta’ informazzjoni għandhom isiru bil-miktub, bl-użu ta’ formola standard u jiġu komunikati b’mezz elettroniku permezz tad-database stabbilit fl-Artikolu 10.”

Is-CPCS tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambji ta’ informazzjoni limitati għal ksur intra-Komunitarju tad-Direttivi u r-Regolamenti elenkati fl-Anness tar-Regolament CPC li jindirizzaw suġġetti varji inklużi l-prattiċi kummerċjali inġusti, il-bejgħ minn distanza, il-kreditu għall-konsumatur, il-vjaġġi b’kollox inkluż, termini inġusti fil-kuntratti, it-time-share, il-kummerċ elettroniku u oħrajn. Is-CPCS ma tistax tintuża għal skambji tal-informazzjoni f’oqsma leġiżlattivi mhux elenkati speċifikament f’dan l-Anness.

Eżempji:

I.

Negozjant stabbilit fil-Belġju qiegħed juża termini inġusti meta jittratta mal-konsumaturi li jgħixu fi Franza bi ksur tad-Direttiva dwar it-Termini Kuntrattwali Inġusti. L-awtorità tal-konsumatur fi Franza tista’ tuża s-CPCS biex titlob lill-awtorità tal-konsumatur fil-Belġju tieħu l-miżuri tal-infurzar kollha meħtieġa disponibbli fil-Belġju kontra n-negozjant biex jitwaqqaf il-ksur intra-Komunitarju mingħajr dewmien.

II.

L-awtorità tal-konsumantur fid-Danimarka qiegħda tirċievi ilmenti li website partikolari qiegħda tuża prattiċi kummerċjali frawdolenti u qarrieqa għad-detriment tal-konsumaturi. Il-websajt hija ospitata fl-Isvezja. L-awtorità tal-konsumatur Daniża għandha bżonn informazzjoni dwar il-websajt. Għalhekk tista’ tuża s-CPCS biex titlob għal informazzjoni mill-awtorità tal-konsumatur Svediża li għandha l-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni.

L-informazzjoni tiddaħħal mill-Istati Membri, tinħażen fis-CPCS, tiġi aċċessata mill-Istati Membri li għalihom tkun ġiet indirizzata l-informazzjoni u titħassar mill-Kummissjoni (3). Is-CPCS tintuża bħala repożitorju għall-informazzjoni u bħala mezz biex tiġi skambjata l-informazzjoni permezz ta’ sistema ta’ komunikazzjoni effiċjenti u sigura.

Minn perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta, l-istabbiliment ta’ tali database dejjem toħloq ċerti riskji għad-dritt fundamentali tal-protezzjoni tad-dejta personali: li tinqasam aktar dejta li hija strettament meħtieġa għall-iskopijiet ta’ kooperazzjoni effiċjenti; li tinżamm dejta li kellha titħassar u tinżamm dejta li ma għadhiex preċiża jew li hija żbaljata; u n-nuqqas li jiġi żgurat li d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-obbligi tal-kontrolluri tad-dejta jiġu rispettati. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu indirizzati tali riskji billi jiġi żgurat li l-utenti tas-CPCS ikunu infurmati u mħarrġa fuq ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta u jkunu kapaċi li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

4.   IL-QAFAS SUPERVIŻORJU U LEGALI TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA

L-Unjoni Ewropea għandha qafas legali stabbilit dwar il-protezzjoni tad-dejta mill-1995. id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (4) li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri u r-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (5) li jirregola l-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta attwalment tiddependi fuq min ikun l-attur jew l-utent tas-CPCS.

L-atti tal-ipproċessar imwettqa mill-Kummissjoni huma regolati mir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u l-atti tal-ipproċessar imwettqa minn dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar huma regolati mil-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.

Billi huma ż-żewġ atturi ewlenin bi rwoli speċifiċi fis-CPCS, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti maħtura, bħala ko-kontrolluri, għandhom l-obbligu li jinnotifikaw u jressqu l-operazzjonijiet tal-ipproċessar rispettivi tagħhom għal verifika minn qabel mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza rilevanti u li jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Madankollu, il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta jistgħu jipprovdu eżenzjonijiet mir-rekwiżiti kemm tan-notifika kif ukoll tal-verifika minn qabel.

L-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta kienet maħsuba kemm biex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta kif ukoll biex tħares id-drittijiet fundamentali tal-individwi u filwaqt li tippermetti l-fluss ħieles tad-dejta personali bejn l-Istati Membri. Billi l-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni jistgħu jwasslu għal regoli differenti, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, l-utenti tas-CPCS huma rakkomandati ħafna li jiddiskutu dawn il-linji gwida mal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta għaliex ir-regoli jistgħu jvarjaw, pereżempju, dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-individwi jew dwar id-dmir li jinnotifikaw ċerti operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Karatteristika sinifikanti tal-qafas legali tal-UE tal-protezzjoni tad-dejta hija s-superviżjoni tiegħu minn awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-dejta. Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jressqu lmenti quddiem dawn l-awtoritajiet u jsolvu minnufih it-tħassib tagħhom dwar il-protezzjoni tad-dejta ’l barra mill-qrati. L-ipproċessar tad-dejta personali fil-livell nazzjonali huwa sorveljat mill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta u l-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet Ewropej huwa sorveljat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD) (6). Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija soġġetta għas-superviżjoni tal-KEPD u l-utenti l-oħra tas-CPCS għas-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta.

5.   MIN HU MIN FIS-CPCS? – IL-KWISTJONI TA’ KONTROLL KONĠUNT

Is-CPCS hija eżempju ċar ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar konġunti u kontroll konġunt. Filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti biss fl-Istati Membri jiġbru, jirreġistraw, jiżvelaw u jiskambjaw id-dejta personali, il-ħżin u t-tħassir ta’ din id-dejta fuq is-servers tagħha jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għal din id-dejta personali iżda titqies bħala l-amministratur u l-operatur tas-sistema.

Għalhekk, l-allokazzjoni ta’ kompiti u responabbiltajiet differenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri tista’ tinġabar fil-qosor kif ġej:

Kull awtorità kompetenti hija kontrollur tad-dejta fir-rigward tal-attivitajiet tagħha stess tal-ipproċessar tad-dejta.

Il-Kummissjoni mhijiex utent iżda l-operatur tas-sistema, u hija responsabbli, primarjament, għaż-żamma u s-sigurtà tal-arkitettura tas-sistema, Madankollu, il-Kummissjoni għandha wkoll aċċess għat-twissijiet, l-informazzjoni ta’ reazzjoni u informazzjoni oħra relatata mal-każ (7). L-iskop tal-aċċess tal-Kummissjoni huwa li tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni tar-Regolament CPC kif ukoll tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur elenkata fl-Anness tar-Regolament CPC u li tiġbor informazzjoni statistika fir-rigward tat-twettiq ta’ dawn il-kompiti. Il-Kummissjoni madankollu ma għandhiex aċċess għall-informazzjoni li tinsab fit-talbiet għall-għajnuna reċiproka u għall-infurzar billi dawn huma indirizzati biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jindirizzaw il-każ speċifiku kkonċernat. Madankollu, ir-Regolament CPC imsemmi jipprevedi l-possibbiltà li l-Kummissjoni tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ ċertu tilwim (8) u li tiġi mistiedna tipparteċipa f’investigazzjoni koordinata li tinvolvi aktar minn żewġ Stati Membri (9).

L-atturi tas-CPCS jaqsmu r-responsabbiltà fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar, il-provvista ta’ informazzjoni u d-drittijiet tal-aċċess, l-oġġezzjoni u r-rettifika.

Kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti fir-rwoli tagħhom ta’ kontrolluri huma responsabbli b’mod individwali li jiżguraw li r-regoli relatati mal-operazzjonijiet tagħhom tal-ipproċessar tad-dejta huma kompatibbli mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

6.   L-ATTURI U L-UTENTI TAS-CPCS

Hemm profili ta’ aċċess differenti fi ħdan is-CPCS: l-aċċess għad-database huwa ristrett u allokat għal uffiċjal speċifiku tal-awtorità kompetenti biss (utent awtentikat) li ma jistax jiġi trasferit. It-talbiet għall-aċċess għas-CPCS jistgħu biss jiġu milqugħa għall-uffiċjali nnotifikati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Huwa meħtieġ login/password biex wieħed jidħol fis-sistema li jista’ jinkiseb mill-uffiċċju uniku ta’ kollegament.

L-utenti fl-awtoritajiet kompetenti mitluba u applikanti biss għandhom l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni kompluta skambjata għal każ speċifiku li tinkludi l-annessi kollha fil-fajl tal-każ tas-CPCS. L-uffiċċji uniċi ta’ kollegament jistgħu biss jaqraw l-informazzjoni ewlenija fuq każ biex jidentifikaw l-awtorità kompetenti li lilha għandha tiġi trasferita talba. Ma jistgħux jaqraw id-dokumenti kunfidenzjali mhemuża ma’ talba jew twissija.

Fil-każijiet tal-infurzar, l-informazzjoni ġenerali titqassam bejn l-utenti fl-awtoritajiet kompetenti kollha nnotifikati bħala dawk responsabbli għall-atti legali miksura. Dan isir permezz tan-notifiki. Dawn in-notifiki għandhom jagħtu deskrizzjoni wiesgħa ta’ każ u għandhom jevitaw li jinkludu dejta personali. Jistgħu jeżistu xi eċċezzjonijiet bħal pereżempju l-isem ta’ bejjiegħ jew fornitur (jekk tkun persuna fiżika).

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda aċċess għat-talbiet għall-informazzjoni u l-infurzar jew għad-dokumenti kunfidenzjali iżda tirċievi notifiki u twissijiet.

7.   IL-PRINĊIPJI DWAR IL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA APPLIKABBLI GĦALL-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI

L-ipproċessar ta’ dejta personali mill-utenti tas-CPCS fl-Istati Membri jista’ jsir biss taħt kundizzjonijiet u skont il-prinċipji li tistabbilixxi d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Il-kontrollur tad-dejta huwa responsabbli li jiżgura li l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta jiġu mħarsa waqt l-ipproċessar ta’ dejta personali fis-CPCS.

Għandu wkoll jiġi nnotat li kemm ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità kif ukoll dawk dwar il-protezzjoni tad-dejta japplikaw għas-CPCS. Ir-regoli tal-kunfidenzjalità u r-regoli tas-segretezza professjonali jistgħu japplikaw għad-dejta b’mod ġenerali filwaqt li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta huma limitati għad-dejta personali.

Huwa importanti li ma jintesiex li l-utenti tas-CPCS fl-Istati Membri huma responsabbli għal ħafna operazzjonijiet tal-ipproċessar oħra u li huwa possibbli li dawn ma jkunux esperti fil-protezzjoni tad-dejta. Il-konformità mal-protezzjoni tad-dejta fis-CPCS ma hemmx għalfejn tkun kumplikata bla bżonn jew li tkun ta’ piż amministrattiv eċċessiv. U lanqas ma għandha tkun l-istess għas-sistema kollha. Dawn il-linji gwida huma rakkomandazzjonijiet għat-trattament ta’ dejta personali u wieħed għandu jfakkar li mhux id-dejta kollha skambjata fi ħdan is-CPCS hija dejta personali.

Qabel kull dħul ta’ informazzjoni fis-CPCS, l-uffiċjali tal-infurzar għandhom iqisu jekk id-dejta personali li għandha tintbagħat hijiex strettament meħtieġa għall-kisba tal-iskopijiet ta’ kooperazzjoni effiċjenti u jikkunsidraw lil min qegħdin jibagħtu d-dejta personali. L-uffiċjal tal-infurzar għandu jsaqsi lilu nnifsu jekk ir-riċevitur għandux verament bżonn li jirċievi din l-informazzjoni għall-iskopijiet tat-twissija jew għat-talba ta’ għajnuna reċiproka.

Il-lista li ġejja ta’ prinċipji fundamentali dwar il-protezzjoni tad-dejta għandha l-għan li tgħin lill-uffiċjali tal-infurzar li għandhom aċċess għas-CPCS biex jagħmlu analiżi ta’ kull każ ta’ jekk ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali humiex qegħdin jiġu mħarsa kull darba li jipproċessaw dejta personali fi ħdan is-sistema. L-uffiċjali tal-infurzar għandhom ukoll jiftakru li jistgħu jeżistu eżenzjonijiet u restrizzjonijiet fuq livell nazzjonali għall-applikazzjoni tal-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta, elenkati hawn taħt, u huwa rrakkomandat li dawn jikkonsultaw l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta (10).

X’inhuma l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta li għandhom jiġu osservati?

Il-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta li wieħed għandu jżomm f’moħħu qabel ma jsir l-ipproċessar ta’ kwalunkwe dejta personali ttieħdu mid-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta. Billi din id-Direttiva ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali, dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet huma mfakkra li jikkonsultaw l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipji elenkati hawn taħt u huwa rrakkomandat li jivverifikaw jekk jeżistux xi eżenzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji.

Il-prinċipju tat-Trasparenza

Skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt li jiġi infurmat meta tkun qiegħda tiġi pproċessata d-dejta personali tiegħu. Il-kontrollur huwa meħtieġ li jipprovdi ismu u l-indirizz tiegħu, l-iskop tal-ipproċessar, ir-riċevituri tad-dejta u kull informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ipproċessar ikun ġust (11).

Id-dejta tista’ tiġi pproċessata biss fiċ-ċirkostanzi li ġejjin (12):

meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu;

meta l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq jew għad-dħul f’kuntratt;

meta l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali;

meta l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta;

l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jkun sar fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali li tingħata lill-kontrollur jew lil parti terza li lilha tiġi żvelata d-dejta;

l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-iskopijiet tal-interessi leġittimi tal-kontrollur jew tal-parti jew partijiet terzi li lilhom tiġi żvelata d-dejta.

Il-prinċipju tal-legalità u l-imparzjalità

Id-dejta personali ma tistax tinġabar jew tiġi pproċessata b’modi inġusti jew illegali, u lanqas ma għandha tintuża għal finijiet li mhumiex kompatibbli mal-iskopijiet stabbiliti fir-Regolament CPC. Biex l-ipproċessar ikun legali, dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet għandhom jiżguraw li għandhom raġunijiet ċari li jiġġustifikaw il-ħtieġa tal-ipproċessar. L-ipproċessar għandu jitwettaq għal skopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma jistax jiġi pproċessat aktar b’mod li mhuwiex kompatibbli ma’ dawk l-iskopijiet (13). Dan jista’ biss jiġi stipulat fir-Regolament CPC.

Sabiex l-ipproċessar ikun ġust, is-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu infurmati bl-iskopijiet li għalihom id-dejta tagħhom tkun qiegħda tiġi pproċessata u bl-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess, rettifika u oġġezzjoni.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-eżattezza u l-perjodi ta’ żamma

L-informazzjoni għandha tkun proporzjonata, adegwata, relevanti u mhux eċċessiva b’relazzjoni mal-iskopijiet li għalihom tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar. Id-dejta għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tkun aġġornata; kull pass raġonevoli għandu jittieħed biex jiġi żgurat li dejta li ma tkunx eżatta jew ma tkunx sħiħa, wara li jingħata kont tal-għanijiet li għalihom tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet pproċessata aktar, ma titħassarx jew tinbidel; id-dejta personali għandha tinżamm b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal żmien li ma jkunx iktar milli huwa meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom id-dejta tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet proċessata; Għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa għal dejta personali maħżuna għal perijodi itwal għal użu storiku, ta’ statistika jew xjentifiku.

Dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet għandhom jikkunsidraw jekk l-informazzjoni li qegħdin jipproċessaw hijiex verament meħtieġa għall-iskopijiet li għandhom jinkisbu.

Il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop

Id-dejta personali għandha tinġabar għal skopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma tkunx ipproċessata aktar b’mod li mhuwiex kompatibbli ma’ dawk l-iskopijiet u għandha tinġibed l-attenzjoni tas-suġġett tad-dejta fuqha. Dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet għandhom jipproċessaw dejta personali biss meta hemm skop ċar biex isir dan jiġifieri: li jeżistu raġunijiet legali fi ħdan ir-Regolament CPC li jiġġustifikaw it-trasferiment.

Il-drittijiet tal-aċċess

Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt, skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (14), li jiġu infurmati li d-dejta personali tagħhom tkun qiegħda tiġi pproċessata; l-iskopijiet tal-ipproċessar; ir-riċevituri tad-dejta u li għandhom drittijiet speċifiċi jiġifieri d-dritt għall-informazzjoni u r-rettifika. Is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt li jkollu aċċess għad-dejta kollha pproċessata dwaru. Is-suġġett tad-dejta għandu wkoll id-dritt li jitlob għar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar tad-dejta li mhijiex kompluta, mhijiex eżatta jew li mhux qiegħda tiġi pproċessata b’mod konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta (15).

Dejta sensittiva

L-ipproċessar ta’ dejta li tiżvela l-oriġini razjali jew etniku, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trejdjunjin, tagħrif dwar is-saħħa, il-ħajja sesswali, reati u kundanni kriminali huwa pprojbit. Madankollu, id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (16) tipprevedi ċerti eżenzjonijiet għal din ir-regola fejn id-dejta sensittiva tista’ tiġi pproċessata taħt kundizzjonijiet speċifiċi (17). Billi l-utenti tas-CPCS jistgħu jsibu rwieħhom f’pożizzjoni fejn qiegħdin jimmaniġġjaw dejta sensittiva (18), huwa rakkomandat li jintuża approċċ ta’ kawtela għad-dejta sensittiva. Huwa rakkomandat li l-utenti tas-CPCS jikkonsultaw l-awtorità nazzjonali tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta fuq jekk japplikawx derogi għall-ipproċessar ta’ dejta sensittiva.

Eżenzjonijiet

Fil-kuntest tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, huma permessi xi eżenzjonijiet mid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Huwa rakkomandat li dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet jikkonsultaw il-liġi nazzjonali biex jivvalutaw jekk tali eżenzjonijiet humiex possibbli u sa liema limitu (19). Jekk jintużaw tali eżenzjonijiet, huwa rakkomandat li jiġu indikati b’mod ċar fid-dikjarazzjonijiet ta’ privatezza ta’ kull awtorità kompetenti.

L-applikazzjoni tal-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta

L-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta għall-funzjonament tas-CPCS twassal għar-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-użu tas-CPCS għandu jkun strettament limitat għall-iskopijiet stabbiliti fir-Regolament CPC. L-Artikolu 13(1) tar-Regolament CPC jiddikjara li l-informazzjoni li tiġi kkomunikata tista’ biss tintuża għall-iskopijiet tal-iżgurar tal-konformità mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. Dawn il-liġijiet huma elenkati fl-Anness tar-Regolament CPC.

(2)

Huwa rakkomandat li l-uffiċjali tal-infurzar jużaw l-informazzjoni miksuba minn talba għall-għajnuna reċiproka jew twissija għall-iskopijiet relatati ma’ dak il-każ speċifiku biss, b’konformità stretta mar-rekwiżiti legali dwar il-protezzjoni tad-dejta, filwaqt li jivvalutaw ex ante l-ħtieġa tal-ipproċessar fil-kuntest tal-investigazzjonijiet imwettqa fl-interess pubbliku aktar wiesa’.

(3)

Meta tiġi trasferita d-dejta, l-uffiċjali tal-infurzar għandhom jagħmlu valutazzjoni għal kull każ ta’ min għandu jkunu r-riċevitur tal-informazzjoni li għandha tiġi pproċessata.

(4)

L-utenti tas-CPCS għandhom jagħżlu b’kawtela l-mistoqsijiet li jistaqsu fit-talba għal għajnuna reċiproka u ma jitolbux aktar dejta milli huwa meħtieġ. Din mhijiex biss kwistjoni ta’ ħarsien tal-prinċipji tal-kwalità tad-dejta, imma wkoll kwistjoni ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv.

(5)

Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (20) teħtieġ li d-dejta personali għandha tkun eżatta u aġġornata. Huwa rakkomandat li għandha tkun l-awtorità kompetenti li pprovdiet l-informazzjoni li tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-eżatezza tad-dejta maħżuna fis-CPCS. Il-messaġġi pop up ġew miżjuda bħala karatteristika fis-CPCS biex ifakkru kull tant żmien lil dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet biex jivverifikaw jekk id-dejta personali hijiex eżatta u aġġornata.

(6)

Mod prattiku biex is-suġġetti tad-dejta jiġu infurmati bid-drittijiet tagħhom huwa permezz ta’ nota ta’ privatezza fuq webpage komprensiva. Huwa rakkomandat li kull awtorità kompetenti għandha tipprovdi nota ta’ privatezza fuq webpage fuq il-websites tagħhom. Kull nota ta’ privatezza għandha tikkonforma mal-obbligi ta’ informazzjoni kollha kif stabbilit fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, u tinkludi link għan-nota ta’ privatezza fuq il-webpage tal-Kummissjoni u għandha tagħti aktar dettalji inklużi d-dettalji tal-kuntatt dwar l-awtorità kompetenti kkonċernata kif ukoll kwalunkwe restrizzjoni nazzjonali fuq id-dritt tal-aċċess jew informazzjoni. Il-kontrolluri tad-dejta involuti kollha huma responsabbli li jiżguraw li n-notifiki ta’ privatezza jiġu ppubblikati.

(7)

Is-suġġett tad-dejta jista’ jitlob għall-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tad-dejta personali tiegħu minn aktar minn sors wieħed. Għalkemm kull awtorità kompetenti hija responsabbli, bħala kontrollur tad-dejta, għall-operazzjonijiet tagħha stess tal-ipproċessar tad-dejta, għandha ssir tweġiba kkoordinata għat-talbiet fir-rigward ta’ każijiet transkonfinali. Huwa rakkomandat li f’tali każijiet, l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lil awtoritajiet kompetenti kkonċernati oħra li rċevew it-talba.

Meta awtorità kompetenti taħseb li l-għotja ta’ tweġiba pożittiva għal talba tista’ taffettwa l-proċedura ta’ investigazzjoni jew ta’ infurzar li tkun qiegħda titwettaq minn awtoritajiet kompetenti oħra, dik tal-ewwel għandha titlob għall-opinjoni ta’ dik tal-aħħar qabel ma tilqa’ t-talba.

Is-suġġett tad-dejta jista’ wkoll jagħmel it-talba tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ biss tilqa’ talba għal dejta li għandha aċċess għaliha. Meta tirċievi talba, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-awtorità kompetenti li pprovdiet l-informazzjoni. Jekk ma jitqajmux oġġezzjonijiet jew jekk l-awtorità kompetenti tonqos milli twieġeb fi żmien raġonevoli, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jekk tilqax jew le t-talba fuq il-bażi tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Il-Kummissjoni għandha wkoll titlob għall-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti li l-attivitajiet ta’ investigazzjoni jew ta’ infurzar tagħhom jistgħu jkunu kompromessi jekk tiġi milqugħa t-talba. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-inkorporazzjoni ta’ karatteristiċi tekniċi addizzjonali fis-CPCS tistax tiffaċilita tali skambji.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni CPC 2007/76/KE tipprevedi l-istabbiliment ta’ kaxex għad-dejta fi ħdan is-CPCS għall-ismijiet tad-diretturi tal-kumpaniji. L-uffiċjali tal-infurzar għandhom jagħmlu valutazzjoni ta’ jekk l-inklużjoni ta’ dan it-tip ta’ dejta personali hijiex meħtieġa biex jissolva l-każ. Qabel kwalunkwe dħul ta’ informazzjoni fis-CPCS u qabel ma tintbagħat twissija jew talba għal għajnuna reċiproka lil awtorità kompetenti oħra, għandha ssir valutazzjoni għal kull każ ta’ jekk huwiex meħtieġ li jiġi inkluż l-isem ta’ direttur ta’ kumpanija fil-kaxxa għad-dejta xierqa.

(9)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni CPC 2007/76/KE titlob li l-awtorità kompetenti li tkun qiegħda daħħal informazzjoni jew talbiet għall-infurzar jew twissijiet għandha tindika jekk l-informazzjoni għandhiex tiġi mmaniġġjata b’mod kunfidenzjali. Dan għandu jsir fuq il-bażi ta’ kull każ. B’mod simili, l-awtorità mitluba, meta tipprovdi l-informazzjoni, għandha tindika jekk l-informazzjoni għandhiex tiġi mmaniġġjata b’mod kunfidenzjali. Is-CPCS tinkludi karatteristika ta’ valur awtomatiku meta l-utenti tas-CPCS ikollhom bżonn jagħtu l-aċċess għal dokumenti b’mod espliċitu billi jneħħu l-marka fuq il-bandiera ta’ kunfidenzjalità.

8.   IS-CPCS U L-PROTEZZJONI TAD-DEJTA

Ambjent favorevoli għall-protezzjoni tad-dejta

Is-CPCS ġiet imfassla bil-ħsieb tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta:

Is-CPCS tuża s-TESTA li jfisser Servizzi Trans-Ewropej sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet. Dan joffri pjattaforma ta’ komunikazzjoni pan-Ewropea affidabbli u sikura għall-amministrazzjonijiet Ewropej u Nazzjonali. In-netwerk s-TESTA huwa bbażat fuq infrastruttura privata dedikata li hija kompletament separata mill-Internet. Id-disinn tas-sistema jinkludi miżuri ta’ sigurtà xierqa biex tiġi żgurata l-aħjar protezzjoni possibbli għan-Netwerk. In-Netwerk huwa s-suġġett ta’ akkreditazzjoni ta’ sigurtà biex tagħmlu xieraq għat-trasmissjoni ta’ informazzjoni li hija kklasifikata fil-livell ta’ “Ristretta għall-UE”.

Iddaħħlu għadd ta’ karatteristiċi tekniċi: passwords siguri u personalizzati għal uffiċjali kompetenti nnotifikati f’awtoritajiet magħżula, l-użu ta’ netwerk sigur (s-TESTA), messaġġi pop-up li jfakkru lil dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet li għandhom jikkunsidraw ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta meta jipproċessaw id-dejta personali, il-ħolqien ta’ profili tal-utenti differenti li jadattaw l-aċċess għall-informazzjoni skont ir-rwol tal-utent (l-awtorità kompetenti, l-uffiċċju uniku ta’ kollegament jew il-Kummissjoni), il-possibbiltà li jiġi llimitat l-aċċess għad-dokumenti billi dawn jiġu definiti bħala kunfidenzjali u l-messaġġ fuq il-homepage tas-CPCS li jindika r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Regoli ta’ implimentazzjoni (21) li jkopru aspetti ewlenin biex jiżguraw il-konformità mal-protezzjoni tad-dejta: regoli ta’ tħassir ċari (liema informazzjoni; kif u meta għandha titħassar id-dejta); prinċipji li jispeċifikaw it-tipi ta’ aċċess għall-informazzjoni (l-awtoritajiet kompetenti li huma kkonċernati direttament biss għandhom l-aċċess sħiħ u l-oħrajn għandhom informazzjoni ġenerali biss).

Linji gwida operattivi (22) li jiċċaraw aktar x’għandu jitqies meta jimtlew il-kaxex tad-dejta differenti u l-integrazzjoni ta’ dawn il-linji gwida (23).

Reviżjonijiet annwali biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw l-eżattezza tad-dejta personali (qiegħed jiġi ppjanat l-immarkar (tagging) iżda għadu ma ġiex implimentat) u wkoll li l-każijiet jingħalqu u/jew jitħassru kif previst mir-regoli biex jiġi żgurat li l-każijiet ma jintnesewx. Il-Kummissjoni regolarment torganizza mal-Istati Membri reviżjoni sistematika tal-każijiet li nfetħu għal perjodu li huwa sostanzjalment itwal mill-perjodu medju għall-immaniġġjar tal-każijiet.

It-tħassir awtomatiku tal-każijiet ta’ għajnuna reċiproka ħames snin wara li jingħalaq il-każ kif mitlub mir-Regolament CPC.

Is-CPCS hija għodda tal-IT li qiegħda tiżviluppa u li timmira li tkun favur il-protezzjoni tad-dejta. Diġà ddaħħlu bosta karatteristiċi ta’ salvagwardja fl-arkitettura tas-sistema li ġiet deskritta hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tkompli tiżviluppa aktar titjib kif meħtieġ.

Xi elementi ta’ gwida oħra

Għal kemm żmien għandu jinħażen każ u meta għandu jingħalaq u jitħassar?

Il-Kummissjoni biss tista’ tħassar informazzjoni mis-CPCS (24) u dan tagħmlu normalment fuq talba ta’ awtorità kompetenti. Meta tagħmel tali talba, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba ta’ tħassir. L-unika eċċezzjonijiet huma t-talbiet għall-infurzar. Dawn jitħassru awtomatikament mill-Kummissjoni ħames snin wara l-għeluq tal-każ mill-awtorità applikanti.

Ġew stabbiliti regoli b’limiti ta’ żmien speċifiċi biex jiżguraw it-tħassir tad-dejta li ma għadhiex meħtieġa; li mhijiex eżatta; li mhijiex ġustifikata u/jew inżammet għall-perjodi massimi ta’ ħażna.

Għaliex il-perjodu ta’ ħżin tad-dejta huwa stabbilit għal ħames snin?

L-iskop tal-perjodu ta’ żamma huwa li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi meta jittrattaw ksur intra-Komunitarju, li jikkontribwixxi għat-tħaddim bla xkiel tas-suq intern, il-kwalità u l-konsistenza tal-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, il-monitoraġġ tal-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u li jikkontribwixxi biex jogħla l-livell u l-konsistenza tal-infurzar. Matul il-perjodu ta’ żamma l-uffiċjali tal-infurzar awtorizzati li jkunu qegħdin jaħdmu għal awtorità kompetenti li fil-bidu tkun ħadmet fuq każ, jistgħu jikkonsultaw il-fajl sabiex jistabbilixxu rabtiet ma’ ksur possibbilment ripetut bħala kontribuzzjoni għal infurzar aħjar u aktar effiċjenti.

X’informazzjoni tista’ tiġi inkluża fil-forum ta’ diskussjoni?

Il-forum ta’ diskussjoni huwa mehmuż mas-CPCS u huwa għodda maħsuba għall-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħalma huma s-setgħat ta’ infurzar ġodda u l-aħjar prattika. Ġeneralment, il-forum ta’ diskussjoni, għalkemm ma jintużax ta’ spiss minn uffiċjali tal-infurzar, ma għandux jintuża għall-iskambju ta’ dejta relatata mal-każ u ma għandux jirreferi għal dejta personali.

X’tip ta’ dejta tista’ tiġi inkluża fis-sommarji qosor u fid-dokumenti mehmuża?

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni CPC 2007/76/KE tipprevedi kaxxa tad-dejta “dokumenti mehmuża” fil-każ ta’ twissijiet u informazzjoni u talbiet għall-infurzar. Is-sommarji qosor huma oqsma fejn għandha ssir deskrizzjoni tal-ksur. Huwa rakkomandat li d-dejta personali ma għandhiex tiġi inkluża fis-sommarji qosor għaliex l-iskop ta’ din il-kaxxa tad-dejta huwa li jkun hemm deskrizzjoni ġenerali tal-ksur. Id-dejta personali fid-dokumenti mehmuża li mhijiex strettament meħtieġa għandha titgħatta bl-iswed jew titneħħa.

Xi jfisser “suspett raġonevoli” li sar ksur?

Suspett raġonevoli għandu jiġi interpretat skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, huwa rakkomandat li ksur suspett għandu biss jiġi inkluż fis-CPCS jekk ikun hemm xi evidenza li ssostni l-każ li sar ksur jew li huwa possibbli li sar ksur.

U fir-rigward ta’ trasferimenti għal pajjiżi terzi?

Ir-Regolament CPC (25) jipprevedi li l-informazzjoni kkomunikata taħt ir-Regolament CPC tista’ wkoll tiġi kkomunikata lil awtorità ta’ pajjiż terz minn Stat Membru li jkollu ftehim ta’ għajnuna bilaterali sakemm ikun inkiseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti li kkomunikat l-informazzjoni fil-bidu u jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Huwa rakkomandat li fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali mill-Unjoni Ewropea għal arranġamenti ta’ kooperazzjoni ta’ għajnuna reċiproka (26) ma’ pajjiż terz, kwalunkwe ftehim bilaterali għall-għajnuna ma’ pajjiż terz speċifiku għandu jipprevedi salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta u għandu jiġi notifikat lill-awtoritajiet rilevanti ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta sabiex tkun tista’ titwettaq verifika minn qabel, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sabet li l-pajjiż terz jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni għad-dejta personali li tkun ġiet trasferita mill-Unjoni skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.


(1)  L-Artikolu 2(a).

(2)  Għandu jiġi osservat li l-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta japplikaw kemm għad-dejta li tinħażen elettronikament kif ukoll għad-dejta li tinħażen fuq il-karta.

(3)  Għar-regoli speċifiċi dwar it-tħassir ara: Id-Deċiżjoni 2007/76/KE u “In-Netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur: Linji Gwida Operattivi”.

(4)  Id-Direttiva 95/46/KE.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(6)  http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/EDPS

(7)  L-Artikoli 8, 9 u 15 tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.

(8)  L-Artikolu 8(5) tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.

(9)  L-Artikolu 9 tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.

(10)  L-Artikoli 11(2) u 13 tad-Direttiva 95/46/KE.

(11)  L-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

(12)  L-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE.

(13)  L-Artikolu 6.1(b) tad-Direttiva 95/46/KE.

(14)  L-Artikoli 10, 11, 12 tad-Direttiva 95/46/KE.

(15)  L-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE.

(16)  L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 95/46/KE.

(17)  L-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE.

(18)  Il-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2007/76/KE.

(19)  L-opinjoni 6/2007 dwar kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta relatati mas-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS) 01910/2007/EN – WP 130 – adottata fil-21 ta’ Settembru 2007, p. 24-26.

(20)  L-Artikolu 6.1(d) tad-Direttiva 95/46/KE.

(21)  Id-Deċiżjoni 2007/76/KE

(22)  In-Netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur: Linji Gwida Operattivi - approvati mill-Kumitat CPC fit-8 ta’ Ġunju 2010.

(23)  Il-kontenut ta’ dawn il-linji gwida se jiġi integrat fit-taħriġ dwar is-CPCS fil-ġejjieni.

(24)  L-Artikolu 10 tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004 u l-Kapitolu 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni CPC 2007/76/KE.

(25)  L-Artikolu 14(2) tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.

(26)  L-Artikolu 18 tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/54


It-testi oriġinali tal-UN/KEE biss għandhom effett legali fid-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu verifikati skont l-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tal-UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Ir-Regolament Nru 100 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rekwiżiti speċifiċi għas-sistema ta’ propulsjoni elettrika

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-sensiela 01 ta’ emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: l-4 ta’ Diċembru 2010

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet u testijiet

6.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip għal tipi ta’ vetturi

7.

Konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa definitivament

10.

Ismijiet u indirizzi ta’ servizzi tekniċi responsabbli li jmexxu testijiet għall-approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi

11.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

Anness 1 –

Komunikazzjoni

Anness 2 –

Arranġamenti għal marki ta’ approvazzjoni

Anness 3 –

Protezzjoni minn kuntatti diretti ta’ partijiet li minnhom għaddej vultaġġ

Anness 4 –

Metodu ta’ kejl tar-reżistenza tal-iżolament

Anness 5 –

Metodu ta’ konferma għall-funzjoni ta’ sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament fuq il-vettura

Anness 6 –

Karatteristiċi essenzjali ta’ vetturi jew sistemi tat-triq

Anness 7 –

Determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ idroġenu matul il-proċeduri ta’ ċċarġjar tal-batterija ta’ trazzjoni

1.   AMBITU

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għar-rekwiżiti ta’ sigurtà fir-rigward tas-sistema ta’ propulsjoni elettrika tal-vetturi tat-triq tal-kategoriji M u N, iddisinjati għall-veloċità massima ta’ aktar minn 25 kilometru fis-siegħa, mgħammra b’mutur wieħed jew aktar ta’ propulsjoni elettrika u li mhux/mhumiex imqabbad/imqabbda max-xibka elettrika, kif ukoll il-komponenti u s-sistemi tagħhom ta’ vultaġġ għoli konnessi galvanikament mal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (high voltage bus) tas-sistema ta’ propulsjoni elettrika.

Dan ir-Regolament ma jkoprix rekwiżiti ta’ sigurtà ta’ wara l-ħbit tal-vetturi tat-triq.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

2.1.

‘il-modalità li tippermetti sewqan attiv’ tfisser il-modalità ta’ vettura meta l-applikazzjoni ta’ pressjoni fuq il-pedala tal-aċċelleratur (jew l-attivazzjoni ta’ kontroll ekwivalenti) jew ir-rilaxx tas-sistema tal-brejk iġġiegħel lis-sistema ta’ propulsjoni elettrika iċċaqlaq il-vettura.

2.2.

‘lqugħ’ tfisser il-parti li tipprovdi protezzjoni kontra l-kuntatt dirett mal-partijiet li fihom l-elettriku minn kull direzzjoni ta’ aċċess.

2.3.

‘Konnessjoni konduttiva’ tfisser il-konnessjoni bl-użu ta’ konnetturi ma’ provvista tal-elettriku esterna meta s-sistema ta’ ħażna ta’ enerġija rikarikabbli (rechargeable energy storage system - RESS) tiġi ċċarġjata.

2.4.

‘Sistema ta’ kapling għall-iċċarġjar tas-sistema ta’ ħażna ta’ enerġija rikarikabbli (RESS)’ tfisser iċ-ċirkwit elettriku użat għall-iċċarġjar tar-RESS minn provvista tal-elettriku esterna inkluż il-punt tad-dħul tal-vettura.

2.5.

‘Kuntatt dirett’ tfisser il-kuntatt ta’ persuni mal-partijiet li fihom l-elettriku.

2.6.

‘Xażi elettriku’ tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi elettrikament konnessi ma’ xulxin, li l-potenzjal tagħhom jitqies bħala referenza.

2.7.

‘Ċirkwit elettriku’ tfisser sistema ta’ partijiet li fihom l-elettriku konnessi ma’ xulxin li hija maħsuba biex tkun elettrikament enerġizzata waqt it-tħaddim normali.

2.8.

‘Sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija elettrika’ tfisser sistema li tiġġenera u tipprovdi enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.

2.9.

‘Sistema ta’ propulsjoni elettrika’ tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi l-mutur (muturi) ta’ propulsjoni u li jista’ jinkludi r-RESS, is-sistema ta’ konversjoni ta’ enerġija elettrika, il-konvertituri elettroniċi, l-irbit u konnetturi ta’ wajers assoċjati magħhom, u s-sistema tal-kapling għall-iċċarġjar tar-RESS.

2.10.

‘Konvertitur elettroniku’ tfisser strument li jista’ jikkontrolla u/jew jikkonverti l-kurrent elettriku għall-propulsjoni elettrika.

2.11.

‘Sistema ta’ għeluq’ tfisser il-parti li tagħlaq l-unitajiet interni u li tipprovdi protezzjoni kontra kuntatt dirett minn kull direzzjoni ta’ aċċess.

2.12.

‘Parti konduttiva esposta’ tfisser il-parti konduttiva li tista’ tintmiss skont id-dispożizzjoniet tal-grad ta’ protezzjoni IPXXB, u li ssir elettrikament enerġizzata taħt kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ iżolament.

2.13.

‘Provvista tal-kurrent elettriku esterna’ tfisser provvista tal-kurrent elettriku ta’ kurrent li jalterna (AC) jew kurrent dirett (DC) barra mill-vettura.

2.14.

‘Vultaġġ għoli’ tfisser il-klassifikazzjoni ta’ komponent jew ċirkwit elettriku, jekk il-vultaġġ operattiv tiegħu huwa > 60 V u ≤ 1 500 V DC jew > 30 V u ≤ 1 000 V AC rms (root mean square).

2.15.

‘Assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli’ tfisser iċ-ċirkwit elettriku, inkluża s-sistema ta’ kapling għall-iċċarġjar tar-RESS li jopera fuq vultaġġ għoli.

2.16.

‘Kuntatt indirett’ tfisser il-kuntatt ta’ persuni ma’ partijiet konduttivi esposti.

2.17.

‘Partijiet li fihom il-kurrent’ tfisser il-parti(jiet) maħsuba biex tkun/ikunu enerġizzata/i elettrikament waqt l-użu normali.

2.18.

‘Kompartiment għall-bagalji’ tfisser l-ispazju fil-vettura fejn jitqegħdu l-bagalji, limitat minn saqaf, kappa, art, ħitan tal-ġnub, kif ukoll l-ilqugħ u s-sistema ta’ għeluq ipprovduti għall-protezzjoni tas-sistema ta’ propulsjoni minn kuntatt dirett ma’ partijiet li fihom il-kurrent, u dan huwa separat mill-kompartiment tal-passiġġieri permezz tad-diviżjoni ta’ quddiem jew id-diviżjoni ta’ wara.

2.19.

‘Sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament’ tfisser l-istrument li jissorvelja r-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku.

2.20.

‘Batterija ta’ propulsjoni tat-tip miftuħ’ tfisser tip ta’ batterija bil-likwidu li teħtieġ mili bl-ilma minn żmien għal żmien u li tiġġenera l-gass tal-idroġenu li jiġi rilaxxat fl-atmosfera.

2.21.

‘Kompartiment tal-passiġġieri’ tfisser l-ispazju riżervat għall-okkupanti, limitat mis-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ, id-diviżjoni ta’ quddiem u d-diviżjoni ta’ wara, jew il-gradilja ta’ wara, kif ukoll l-ilqugħ u s-sistemi ta’ għeluq għall-protezzjoni tas-sistema ta’ propulsjoni minn kuntatt dirett mal-partijiet li fihom il-kurrent.

2.22.

‘Grad ta’ protezzjoni’ tfisser il-protezzjoni pprovduta minn ilqugħ/sistema ta’ għeluq fir-rigward tal-kuntatt mal-partijiet li fihom il-kurrent permezz ta’ sonda ta’ ttestjar, bħal subgħa ta’ ttestjar (IPXXB) jew wajer ta’ ttestjar (IPXXD), kif iddefinit fl-Anness 3.

2.23.

‘Sistema ta’ ħażna tal-enerġija rikarikabbli (RESS)’ tfisser is-sistema ta’ ħażna ta’ enerġija rikarikabbli li tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.

2.24.

‘Skonnettur’ tfisser l-istrument għad-deattivazzjoni taċ-ċirkwit elettriku matul l-iċċekkjar u l-manutenzjoni tar-RESS, il-munzell ta’ ċelluli tal-fjuwil, eċċ.

2.25.

‘Iżolatur solidu’ tfisser il-kisja ta’ iżolament taċ-ċinġi tal-wajers li biha jitgħattew u jiġu protetti l-partijiet li fihom il-kurrent mill-kuntatt dirett minn kull direzzjoni ta’ aċċess; għata għall-iżolament tal-partijiet li fihom il-kurrent tal-konnetturi, u verniċ jew żeba’ għall-fini ta’ iżolament.

2.26.

‘Tip ta’ vettura’ tfisser vetturi li mhumiex differenti f’aspetti bħal:

(a)

L-installazzjoni tas-sistema ta’ propulsjoni elettrika u tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli konness galvanikament.

(b)

In-natura u t-tip tas-sistema ta’ propulsjoni elettrika u l-komponenti ta’ vultaġġ għoli konnessi galvanikament.

2.27.

‘Vultaġġ operattiv’ tfisser l-ogħla valur ta’ vultaġġ rms ta’ ċirkwit elettriku, speċifikat mill-manifattur, li jista’ jseħħ bejn kwalunkwe parti konduttiva f’kundizzjonijiet ta’ ċirkwit miftuħ jew taħt kondizzjoni normali ta’ operazzjoni. Jekk iċ-ċirkwit elettriku ikun maqsum b’iżolament galvaniku l-vultaġġ operattiv jiġi ddefinit għal kull ċirkwit maqsum, rispettivament.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti speċifiċi għas-sistema ta’ propulsjoni elettrika għandha tiġi sottomessa mill-produttur tal-vettura jew mir-Rappreżentant regolarment akkreditat minnu.

3.2.   Flimkien magħha għandu jkun hemm tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistema ta’ propulsjoni elettrika ta’ propulsjoni u l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli konness galvanikament.

3.3.   Għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet għall-approvazzjoni vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat.

3.4.   L-Awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex tiżgura l-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni għat-tip ta’ vettura.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5. ta’ hawn taħt u tal-Annessi 3, 4, 5 u 7 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ din it-tip ta’ vettura għandha tingħata.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (preżentament 01 għar-Regolament fil-forma tiegħu) għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

4.3.   Notifika tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew tar-revoka tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni definittivament imwaqqfa tat-tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi komunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.   Fuq kull vettura konformi ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament għandha tiġi mwaħħla marka tal-approvazzjoni internazzjonali b’mod kospikwu u f’post fejn jintlaħaq malajr speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, liema marka hija magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-Ittra ‘E’ bin-numru li jiddentifika l-pajjiż minn fejn ġiet mogħtija l-approvazzjoni warajh. (1)

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, warajh l-Ittra‘R’, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.   Jekk il-vettura tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim fil-pajjiż fejn tkun ingħatat l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dan il-każ ir-Regolament u numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont huma ngħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq jew qrib tal-plakka li turi d-dejta dwar il-vettura mwaħla mill-Manifattur.

4.8.   L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

5.1.   Protezzjoni minn xokkijiet elettriċi

Dawn ir-rekwiżiti ta’ sigurtà mill-elettriku japplikaw għall-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli taħt kundizzjonijiet fejn mhumiex imqabbda ma’ provvisti tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli esterni.

5.1.1.   Protezzjoni minn kuntatt dirett

Il-protezzjoni minn kuntatt dirett ma’ partijiet li fihom il-kurrent għandha tkun konformi mal-paragrafi 5.1.1.1. u 5.1.1.2. Dawn il-protezzjonijiet (iżolatur solidu, ilqugħ, sistema ta’ għeluq, eċċ.) ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu miftuħa, żarmati jew imneħħija mingħajr l-użu ta’ għodda.

5.1.1.1.   Għall-protezzjoni tal-partijiet li fihom il-kurrent ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri jew il-kompartiment tal-bagalji, għandu jiġi pprovdut grad ta’ protezzjoni IPXXD.

5.1.1.2.   Għall-protezzjoni tal-partijiet li fihom il-kurrent f’żoni għajr il-kompartiment tal-passiġġieri jew il-kompartiment tal-bagalji, il-grad ta’ protezzjoni IPXXB għandu jiġi ssodisfatt.

5.1.1.3.   Konnetturi

Il-konnetturi (inkluż id-dħul tal-vettura) jitqiesu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit jekk:

(a)

jkunu konformi ma’ 5.1.1.1. u 5.1.1.2 meta jiġu separati mingħajr l-użu ta’ għodda, jew

(b)

jitqegħdu taħt l-art u jiġu pprovduti b’mekkaniżmu ta’ sokor, jew

(c)

jiġu pprovduti b’mekkaniżmu ta’ sokor u komponenti oħra għandhom jitneħħew bl-użu tal-għodda biex jiġi sseparat il-konnettur, jew

(d)

il-vultaġġ tal-partijiet li fihom il-kurrent jiġi daqs jew inqas minn DC 60 V jew daqs jew inqas minn AC 30 V (rms) fi żmien sekonda wara li jiġi sseparat il-konnettur.

5.1.1.4.   Skonnettur

Għal skonnettur li jista’ jinfetaħ, jiġi żarmat jew imneħħi mingħajr għodda, huwa aċċettabbli jekk il-grad ta’ protezzjoni IPXXB huwa sodisfatt taħt kundizzjoni fejn jinfetaħ, jiġi żarmat jew imneħħi mingħajr għodda.

5.1.1.5.   Immarkar

5.1.1.5.1.   Is-simbolu li jidher fil-Figura 1 għandu jidher fuq jew ma’ ġenb ir-RESS. L-isfond tas-simbolu għandu jkun isfar, il-burdura u l-vleġġa għandhom ikunu suwed.

Figura 1

Immarkar ta’ tagħmir ta’ vultaġġ għoli

Image

5.1.1.5.2.   Is-simbolu għandu jkun ukoll viżibbli fuq is-sistemi ta’ għeluq u l-ilqugħ, li, mat-tneħħija tagħhom jinkixfu partijiet li fihom il-kurrent ta’ ċirkwiti ta’ vultaġġ għoli. Din id-dispożizzjoni hija fakultattiva għall-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika f’xi wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-ilqugħ jew is-sistemi ta’ għeluq ma jistgħux jintlaħqu fiżikament, jinfetħu, jew jitneħħew; kemm-il darba l-komponenti l-oħra tal-vettura ma jitneħħewx bl-użu tal-għodda

(b)

fejn l-ilqugħ jew is-sistemi ta’ għeluq jinsabu taħt il-qiegħ tal-vettura.

5.1.1.5.3.   Il-kejbils għall-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli li ma jinsabux ġewwa s-sistemi tal-għeluq għandhom ikunu identifikati minn qoxra ta’ barra bil-kulur oranġjo.

5.1.2.   Protezzjoni minn kuntatti indiretti

5.1.2.1.   Għall-protezzjoni mix-xokkijiet elettriċi li jistgħu jseħħu b’kuntatt indirett, il-partijiet konduttivi mikxufa, bħall-ilqugħ konduttiva u s-sistema ta’ għeluq, għandhom ikunu mqabbda galvanikament b’mod sikur max-xażi elettriku permezz ta’ konnessjoni b’wajer tal-elettriku jew kejbil li jertja, jew bil-welding, jew b’konnessjoni bl-użu ta’ boltijiet, eċċ. biex ma jiġux prodotti elementi ta’ periklu potenzjali.

5.1.2.2.   Ir-reżistenza ta’ propulsjoni bejn il-partijiet konduttivi esposti u x-xażi elettriku għandha tkun inqas minn 0,1 ohm meta jkun hemm fluss ta’ kurrent ta’ mill-inqas 0,2 amp.

Dan ir-rekwiżit jintlaħaq jekk il-konnessjoni galvanika tkun ġiet stabbilita bil-welding.

5.1.2.3.   Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur li huma maħsuba biex jiġu mqabbda mal-provvista esterna ertjata tal-elettriku permezz tal-konnessjoni konduttiva, għandu jiġi pprovdut strument li jippermetti konnessjoni galvanika tax-xażi elettriku mal-ert.

L-istrument għandu jkun b’tali mod li jippermetti li ssir konnessjoni mal-ert qabel ma jiġi applikat vultaġġ estern lill-vettura u li l-konnessjoni tibqa’ sakemm jitneħħa l-vultaġġ estern mill-vettura.

Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tista’ tiġi ppruvata jew billi jintuża l-konnettur speċifikat mill-manifattur tal-karozza, jew permezz ta’ analiżi.

5.1.3.   Reżistenza ta’ iżolament

5.1.3.1.   Sistema ta’ propulsjoni elettrika li tikkonsisti f’assemblaġġi ta’ Kurrent Dirett jew Kurrent li Jalterna

Jekk l-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli DC huma galvanikament iżolati minn xulxin, ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandu jkollha valur minimu ta’ 100 Ω/volt tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi DC, u valur minimu ta’ 500 Ω/volt tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi AC.

Il-kejl għandu jsir skont l-Anness 4, ‘Metodu ta’ kejl tar-reżistenza ta’ iżolament’.

5.1.3.2.   Sistema ta’ propulsjoni elettrika li tikkonsisti f’assemblaġġi DC u AC ikkombinati

Jekk l-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli DC jkunu konnessi galvanikament ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandu jkollha valur minimu ta’ 500 Ω/volt tal-vultaġġ operattiv.

Madankollu, jekk l-assemblaġġi kollha ta’ vultaġġ għoli AC jkunu protetti b’waħda miż-żewġ miżuri li ġejjin, ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandu jkollha valur minimu ta’ 100 Ω/volt tal-vultaġġ operattiv:

(a)

saffi doppji jew iktar ta’ iżolaturi solidi, ilqugħ jew sistemi ta’ għeluq li jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1. b’mod indipendenti, pereżempju rbit ta’ wajers

(b)

protezzjonijiet mekkanikament b’saħħithom li għandhom biżżejjed durabilità tul il-perjodu ta’ servizz tal-vettura bħal housings tal-mutur, kaxxi jew konnetturi tal-konvertitur elettroniku;

Ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku tista’ tiġi ppruvata permezz ta’ kalkolu, kejl jew taħlita tat-tnejn.

Il-kejl għandu jsir skont l-Anness 4, ‘Metodu ta’ kejl tar-reżistenza ta’ iżolament’.

5.1.3.3.   Vetturi taċ-ċelluli ta’ fjuwil

Jekk ir-rekwiżit minimu ta’ reżistenza ta’ iżolament ma jistax jintlaħaq tul iż-żmien, il-protezzjoni tinkiseb b’xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

saffi doppji jew iktar ta’ iżolaturi solidi, ilqugħ jew sistemi ta’ għeluq li jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1 b’mod indipendenti;

(b)

sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament fuq il-vettura stess flimkien ma’ twissija lis-sewwieq jekk ir-reżistenza ta’ iżolament tinżel taħt il-valur minimu meħtieġ. Ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli tas-sistema tal-kapling għall-iċċarġjar tar-RESS, li ma tkunx enerġizzata għajr waqt l-iċċarġjar tar-RESS, u x-xażi elettriku ma jeħtiġux monitoraġġ. Il-funzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament fuq il-vettura stess għandha tiġi kkonfermata kif deskritt fl-Anness 5.

5.1.3.4.   Rekwiżit tar-reżistenza ta’ iżolament għas-sistema tal-kapling għall-iċċarġjar tar-RESS

Għad-dħul fuq il-vettura maħsub li jkun konness b’mod konduttiv mal-provvista ta’ elettriku esterna AC li tkun ertjata u ċ-ċirkwit elettriku konness galvanikament mad-dħul tal-vettura waqt l-iċċarġjar tar-RESS, ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandha tal-inqas tkun 1 ΜΩ meta l-konnettur taċ-ċarġ ikun maqlugħ. Matul il-kejl, il-batterija ta’ propulsjoni tista’ tkun maqlugħa.

5.2.   Sistema ta’ ħażna ta’ enerġija rikarikabbli (RESS)

5.2.1.   Protezzjoni minn kurrent eċċessiv

Ir-RESS ma għandux jisħon iż-żejjed.

Jekk ir-RESS huwa suġġett għal tisħin żejjed minħabba kurrent eċċessiv, għandu jiġi mgħammar bi strument protettiv bħal fjuż, circuit breakers jew main contactors.

Iżda, ir-rekwiżit jista’ ma jkunx applikabbli jekk il-manifattur jipprovdi dejta li tiżgura li tisħin żejjed minn kurrent eċċessiv ma jseħħx anki mingħajr l-istrument protettiv.

5.2.2.   Akkumulu ta’ gass

Il-postijiet maħsuba biex iżommu batteriji ta’ propulsjoni tat-tip miftuħ li jistgħu jipproduċu gass tal-idroġenu għandu jkollhom ventilatur jew kanal ta’ ventilazzjoni biex ma jkunx hemm akkumulu ta’ gass tal-idroġenu.

5.3.   Sikurezza operattiva

Għandu jingħata sinjal tal-inqas momentanju lis-sewwieq meta l-vettura tkun fil-‘modalità li tippermetti sewqan attiv’.

Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax taħt kundizzjonijiet fejn magna ta’ kombustjoni interna tipprovdi direttament jew indirettament is-saħħa ta’ propulsjoni tal-vettura.

Waqt li ħiereġ mill-vettura x-xufier għandu jiġi infurmat permezz ta’ sinjal (pereżempju sinjal ottiku jew smugħi), jekk il-vettura tkun għadha fil-modalità li tagħmel possibbli sewqan attiv.

Jekk ir-RESS fuq il-vettura jista’ jiġi ċċarġjat esternament mill-utent, il-moviment tal-vettura permezz tas-sistema tagħha stess ta’ propulsjoni għandu jkun impossibbli sakemm il-konnettur tal-provvista tal-elettriku esterna tkun fiżikament imwaħħla mad-dħul tal-vettura.

Dan ir-rekwiżit għandu jiġi ppruvat bl-użu tal-konnettur speċifikat mill-manifattur tal-karozza.

L-istat tad-direzzjoni tas-sewqan tal-unità ta’ kontroll għandu jiġi identifikat lix-xufier.

5.4.   Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu

5.4.1.   Dan it-test għandu jsir fuq vetturi mgħammra b’batteriji ta’ propulsjoni tat-tip miftuħ.

5.4.2.   It-testijiet għandhom isiru skont il-metodu deskritt fl-Anness 7 tar-Regolament preżenti. It-teħid ta’ kampjuni ta’ idroġenu u l-analiżi għandhom ikunu dawk preskritti. Metodi oħra ta’ analiżi jistgħu jiġu approvati jew jiġi ppruvat li huma jagħtu riżultati ekwivalenti.

5.4.3.   Waqt proċedura normali ta’ ċċarġjar fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness 7, emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 125 g tul 5 sigħat, jew inqas minn 25 × t2 g tul t2 (f’siegħa).

5.4.4.   Waqt l-iċċarġjar li jsir minn tagħmir għall-iċċarġjar fuq vettura li għandu difett (kundizzjonijiet mogħtija fl-Anness 7), emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 42 g. Barra minn hekk dan it-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura għandu jillimita dan id-difett possibbilment għal 30 minuta.

5.4.5.   L-operazzjonijiet kollha marbuta mal-iċċarġjar tal-batterija huma kkontrollati b’mod awtomatiku, inkluż il-waqfa għall-iċċarġjar.

5.4.6.   Ma għandux ikun possibbli li wieħed jieħu l-kontroll manwali ta’ fażijiet tal-iċċarġjar.

5.4.7.   Operazzjonijiet normali ta’ konnessjoni u qtugħ tal-konnessjoni mit-tagħmir għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi jew qtugħ ta’ enerġija ma għandhomx jaffettwaw is-sistema tal-kontroll tal-fażijiet għall-iċċarġjar.

5.4.8.   Ħsarat importanti waqt l-iċċarġjar għandhom ikunu permanentament sinjalati lix-xufier. Ħsara importanti hija ħsara li tista’ twassal biex it-tagħmir tal-iċċarġjar fuq il-vettura jaħdem ħażin waqt l-iċċarġjar aktar ’il quddiem.

5.4.9.   Fil-manwali tal-użu għas-sid, il-produttur għandu jindika l-konformità tal-vettura ma’ dawn ir-rekwiżiti.

5.4.10.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet tal-idroġenu tista’ tiġi estiża għal tipi differenti ta’ vetturi tal-istess familja, skont id-definizzjoni tal-familja mogħtija fl-Anness 7, l-Appendiċi 2.

6.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦAL TIPI TA’ VETTURI

6.1.   Kull modifika fuq it-tip ta’ vettura għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:

6.1.1.

Jikkunsidra li l-modifiki magħmula ma jidhrux li se jkollhom effett negattiv apprezzabbli u li l-vettura xorta waħda hija konformi mar-rekwiżiti, jew

6.1.2.

Jitlob rapport ieħor dwar l-ittestjar mis-servizz tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet.

6.2.   Konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjoni għandha tiġi komunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament.

6.3.   L-Awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal din it-tip ta’ estensjoni u tinforma dwar dan permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw ir-Regolament.

7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

7.1.   Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tiġi manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 5 ta’ hawn fuq.

7.2.   Sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1 ġew sodisfatti, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni.

7.3.   Il-possessur tal-approvazzjoni għandu b’mod partikolari:

7.3.1.

Jiggarantixxi l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-vetturi;

7.3.2.

Jkollu aċċess għat-tagħmir tal-ittestjar meħtieġ biex tiġi ċċekkjata l-konformità ta’ kull tip approvat;

7.3.3.

Jiggarantixxi li d-dejta dwar riżultati ta’ testijiet tiġi reġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu determinat bi ftehim mad-dipartiment amministrattiv;

7.3.4.

Janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex tiġi verifikata u garantita l-konsistenza tal-karatteristiċi tal-vetturi, waqt li jżomm f’moħħu varjazzjonijiet permessi fil-produzzjoni industrijali;

7.3.5.

Jiggarantixxi li tal-anqas ikunu saru t-testijiet preskritti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament għal kull tip ta’ vettura;

7.3.6.

Jiggarantixxi li kull sett ta’ kampjuni jew biċċiet għall-ittestjar li jiġi ppruvat li mhumiex konformi mat-tip ta’ test in kwistjoni jwasslu għal aktar teħid ta’ kampjuni u testijiet. L-istadji kollha meħtieġa għandhom isiru biex tiġi stabbilita mill-ġdid l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

7.4.   L-Awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull ħin tivverifika l-metodi għall-kontroll tal-konformità applikati f’kull stazzjon tal-produzzjoni.

7.4.1.   Waqt kull spezzjoni, id-dokumenti dwar l-ittestjar u d-dokumenti dwar il-produzzjoni għandhom ikunu preżentati lill-ispettur li jżur.

7.4.2.   L-ispettur jista’ jieħu kampjuni fortuwiti biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-Produttur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-kontrolli tal-Produttur stess.

7.4.3.   Jekk il-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li huwa meħtieġ li ssir verifika tal-validità tat-testijiet li saru meta ġie applikat il-paragrafu 7.4.2., l-ispettur jista’ jagħżel kampjuni biex jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun mexxa t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip.

7.4.4.   L-Awtorità kompetenti tista’ tagħmel kull test preskritt f’dan ir-Regolament.

7.4.5.   Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet mill-Awtorità kompetenti għandha tkun waħda ta’ kull sena. Iżda jekk jiġu reġistrati riżultati mhux sodisfaċenti waqt waħda miż-żjarat, l-Awtorità kompetenti għandha tiggarantixxi li l-passi kollha meħtieġa jittieħdu biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni kemm jista’ ikun malajr.

8.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata jekk ir-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafu 7 hawn fuq ma jiġux sodisfati, jew jekk il-vettura jew il-komponenti tagħha ma jgħaddux mit-testijiet li saru dispożizzjonijiet dwarhom fil-paragrafu 7.3.5 ta’ hawn fuq.

8.2.   Jekk Parti Kontraenti fil-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirrevoka l-approvazzjoni li hija tkun tat qabel, minnufih hija għandha tinnotifika lill-Partijiet l-oħra li kkuntrattaw li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-Mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT

Jekk min għandu l-approvazzjoni jwaqqaf kompletament il-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Kif tirċievi l-komunikazzjoni relevanti, l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI LI JMEXXU TESTIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jmexxu testijiet għall-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu approvazzjonijiet, li għalihom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew ir-revoka ta’ approvazzjonijiet jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa, maħruġa minn pajjiżi oħra.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

11.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-sensiela ta’ emendi, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat bis-sensiela 01 ta’ emendi.

11.2.   Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li trid tiġi approvata tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-sensiela 01 ta’ emendi.

11.3.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjoni lis-sensiela ta’ qabel ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.

11.4.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ vetturi li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-sensiela ta’ qabel ta’ emendi matul il-perjodu ta’ 24 xahar li jiġi wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tas-sensiela 01 ta’ emendi.

11.5.   Minkejja d-dispożizzjoniet tranżitorji ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta’ dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tal-aktar sensiela reċenti ta’ emendi mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li jkunu ngħataw skont xi waħda mis-sensieli ta’ qabel ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.


(1)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja u Herzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbajġan, 40 għal Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika ta’ Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojt), 56 għal Montenegro, 57 (vojt) u 58 għat-Tuniżija. In-numri sussegwenti għandhom jingħataw lill-pajjiżi l-oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaderixxu fil-Ftehim Dwar l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk mogħtija għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI GĦALL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

MUDELL B

(ara l-paragrafu 4.5. ta’ dan ir-Regolament)

Image


(*)  In-numru tal-aħħar huwa mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

PROTEZZJONI MINN KUNTATTI DIRETTI MA’ PARTIJIET B’VULTAĠĠ

1.   SONDI TA’ AĊĊESS

Is-Sondi ta’ aċċess għall-verifika tal-protezzjoni tal-persuni minn aċċess għal ma’ partijiet li għaddej l-elettriku minnhom jidhru fil-figura 1.

2.   KUNDIZZJONIJIET GĦALL-ITTESTJAR

Is-sonda ta’ aċċess tiġi mbuttata f’kull fetħa tas-sistema magħluqa b’forza speċifikata fil-figura 1. Jekk hi tidħol parzjalment jew kollha kemm hi, hija titqiegħed f’kull pożizzjoni possibli, iżda fl-ebda każ il-wiċċ li jimblokka ma għandu jidħol kollu kemm hu mill-fetħa.

Ilqugħ interni huma meqjusa bħala parti mis-sistema ta’ għeluq.

Provvista ta’ vultaġġ baxx (ta’mhux inqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) konnessa f’serje ma’ bozza adegwata għandha tiġi konnessa, jekk ikun meħtieġ, bejn is-sonda u l-partijiet li fihom il-kurrent ġewwa l-ilqugħ jew is-sistema ta’ għeluq.

Il-metodu ta’ ċirkwit u li jagħti sinjali għandu jiġi applikat għal partijiet li fihom il-kurrent u li jiċċaqilqu ta’ tagħmir b’vultaġġ għoli.

Partijiet interni li jiċċaqalqu jistgħu jitħaddmu bil-mod, meta dan huwa possibbli.

3.   KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊETTAZZJONI

Is-sonda ta’ aċċess ma għandhiex tmiss partijiet li għaddej elettriku minnhom.

Jekk dan ir-rekwiżit jiġi verifikat permezz ta’ ċirkwit tas-sinjalar bejn is-sonda u l-partijiet li fihom l-elettriku, il-bozza ma tixgħelx.

Fil-każ tat-test għall-IPXXB, is-subgħa ta’ ttestjar mgħaqqad jista’ jidħol tulu kollu sa 80 mm, iżda l-wiċċ li jimblokka (dijametru 50 mm x 20 mm) ma għandux jgħaddi mill-fetħa. Iż-żewġ ekisi tas-subgħa ta’ ttestjar, f’pożizzjoni dritta, għandhom l-ewwel jiġu mgħawġa waħda wara l-oħra sa angolu ta’ 90 grad fir-rigward tal-assi tat-taqsima li tmiss tas-subgħa u għandhom jitqiegħdu f’kull pożizzjoni possibbli.

Fil-każ ta’ testijiet għall-IPXXD, is-sonda ta’ aċċess tista’ tidħol sa tulha kollu, iżda l-wiċċ li jimblokka ma għandux jidħol kollu minn ġol-fetħa.

Tabella 1

Sondi ta’ aċċess għat-testijiet għall-protezzjoni ta’ persuni mill-aċċess għal partijiet perikolużi

Image

Test ta 'immaġni

Illustrazzjoni 1

Subgħa ta’ ttestjar mgħaqqad

Image

Materjal: metall, għajr meta jkun speċifikat mod ieħor

Dimensjonijiet lineari f’millimetri

Tolleranzi fuq id-dimensjonijiet mingħajr tolleranza speċifika:

(a)

fuq l-angoli: 0°/– 10°

(b)

fuq id-dimensjonijiet lineari: sa 25 mm: 0/– 0,05 mm ’il fuq minn 25 mm: ± 0,2 mm

Iż-żewġ ekisi għandhom jippermettu moviment fuq l-istess wiċċ u fl-istess direzzjoni f’medda ta’ angolu ta’ 90° b’tolleranza ta’ 0° sa + 10°.


ANNESS 4

METODU TA’ KEJL BIR-REŻISTENZA TAL-IŻOLAMENT

1.   ĠENERALI

Ir-reżistenza ta’ iżolament għal kull assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli tal-vettura għandha titkejjel jew għandha tinstab permezz ta’ kalkolu bl-użu tal-valuri tal-kejl minn kull parti jew unità komponenti ta’ assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘kejl diviż’).

2.   METODU TA’ KEJL

Il-kejl tar-reżistenza ta’ iżolament għandu jsir billi jintgħażel metodu ta’ kejl xieraq minn dawk elenkati fil-paragrafi minn 2.1. sa 2.2., skont iċ-ċarġ elettriku tal-partijiet li fihom il-kurrent jew ir-reżistenza ta’ iżolament, eċċ.

Il-medda taċ-ċirkwiti elettriċi li trid titkejjel għandha tiġi ċċarata minn qabel, bl-użu ta’ dijagrammi ta’ ċirkwiti elettriċi, eċċ.

Barra minn hekk, il-modifika meħtieġa għall-kejl tar-reżistenza ta’ iżolament tista’ ssir, bħal pereżempju billi jitneħħa l-għata biex jintlaħqu l-partijiet li fihom il-kurrent, il-ħażż ta’ linji ta’ kejl, it-tibdil fis-software, eċċ.

F’każijiet fejn il-valuri mkejla mhumiex stabbli minħabba t-tħaddim tas-sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza ta’ iżolament ta’ fuq il-vettura stess, eċċ., tista’ ssir il-modifika meħtieġa għat-twettiq tal-kejl, bħal pereżempju li jitwaqqaf it-tħaddim tal-istrument ikkonċernat jew it-tneħħija tiegħu. Barra minn hekk, meta jitneħħa l-istrument, għandu jiġi ppruvat, bl-użu ta’ disinnji, eċċ., li ma tinbidilx ir-reżistenza ta’ iżolament bejn il-partijiet li fihom il-kurrent u x-xażi elettriku.

Għandha tingħata attenzjoni kbira fir-rigward ta’ xi ċirkwit qasir, xokk elettriku, eċċ., billi l-konferma ta’ dan tista’ teħtieġ tħaddim dirett taċ-ċirkwit ta’ vultaġġ għoli.

2.1.   Metodu ta’ kejl bl-użu tal-vultaġġ DC minn sorsi ’l barra mill-vettura

2.1.1.   Strument ta’ kejl

Għandu jintuża strument ta’ ttestjar tar-reżistenza ta’ iżolament li jista’ japplika vultaġġ DC ogħla mill-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli.

2.1.2.   Metodu ta’ kejl

Strument ta’ ttestjar tar-reżistenza ta’ iżolament għandu jitwaħħal bejn il-partijiet li fihom il-kurrent u x-xażi elettriku. Wara dan, ir-reżistenza ta’ iżolament għandha titkejjel bl-applikazzjoni ta’ vultaġġ DC li huwa tal-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli.

Jekk is-sistema għandha aktar minn medda waħda ta’ vultaġġi (p.eż. minħabba l-konvertitur) f’ċirkwiti galvanikament konnessi u xi wħud mill-komponenti ma jifilħux il-vultaġġ operattiv taċ-ċirkwit kollu, ir-reżistenza ta’ iżolament bejn dawn il-komponenti u x-xażi elettriku tista’ titkejjel għaliha bl-applikazzjoni ta’ mill-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tagħhom b’dawk il-komponenti mhux konnessi.

2.2.   Metodu ta’ kejl bl-użu tar-RESS tal-vettura stess bħala sors ta’ vultaġġ DC

2.2.1.   Kundizzjonijiet ta’ ttestjar tal-vettura

L-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli għandu jiġi enerġizzat mir-RESS tal-vettura stess u/jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija u l-vultaġġ tar-RESS u/jew tas-sistema ta’ konversjoni tal-enerġija matul it-test kollu għandu tal-inqas ikun il-vultaġġ operattiv nominali kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

2.2.2.   Strument ta’ kejl

Il-voltmeter użat f’dan it-test għandu jkejjel il-valuri DC u għandu jkollu reżistenza interna ta’ mill-inqas10 ΜΩ.

2.2.3.   Metodu ta’ kejl

2.2.3.1.   L-ewwel pass

Jitkejjel il-vultaġġ kif jidher fil-Figura 1 u jiġi rreġistrat il-vultaġġ tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (Vb). Vb għandu jkun daqs jew ogħla mill-vultaġġ operattiv nominali tar-RESS u/jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija kif speċifikata mill-manifattur tal-vettura.

Figura 1

Kejl ta’ Vb, V1, V2

Image

2.2.3.2.   It-tieni pass

Jitkejjel u jiġi reġistrat il-vultaġġ (V1) bejn in-naħa negattiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1).

2.2.3.3.   It-tielet pass

Jitkejjel u jiġi reġistrat il-vultaġġ (V2) bejn in-naħa pożittiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1).

2.2.3.4.   Ir-raba’ pass

Jekk V1 huwa iktar jew daqs V2, tiddaħħal reżistenza standard ta’ valur magħruf (Ro) bejn in-naħa negattiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bl-Ro installat, jitkejjel il-vultaġġ (V1’) bejn in-naħa negattiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 2).

L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:

Ri = Ro*(Vb/V1’ – Vb/V1) jew Ri = Ro*Vb*(1/V1’ – 1/V1)

Figura 2

Kejl ta’ V1’

Image

Jekk V2 hija ikbar minn V1, tiddaħħal reżistenza standard ta’ valur magħruf (Ro) bejn in-naħa pożittiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bl-Ro installat, jitkejjel il-vultaġġ (V2’) bejn in-naħa pożittiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. (Ara l-Figura 3). L-iżolament elettriku (Ri) jitkejjel skont il-formula li tidher hawn. Il-valur tal-iżolament elettriku (f’Ω) jiġi diviż bil-vultaġġ nominali operattiv tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (f’volts).

L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkolat skont il-formola li ġejja:

Ri = Ro*(Vb/V2’ – Vb/V2) jew Ri = Ro*Vb*(1/V2’ – 1/V2)

Figura 3

Kejl ta’ V2’

Image

2.2.3.5.   Il-ħames pass

Il-valur ta’ iżolament elettriku Ri (f’Ω) diviż bil-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (f’volts) jagħti r-reżistenza ta’ iżolament (f’Ω/V).

Nota 1:

Ir-reżistenza standard ta’ valur magħruf Ro (f’Ω) għandha tkun il-valur tal-minimu meħtieġ ta’ reżistenza ta’ iżolament (f’Ω/V) multiplikat bil-vultaġġ operattiv tal-vettura plus/minus 20 fil-mija (f’volts). Il-valur ta’ Ro mhux meħtieġ li jkun eżatt dan billi l-ekwazzjonijiet huma validi għal kull Ro; iżda, valur Ro f’din il-medda għandu jipprovdi riżoluzzjoni tajba għall-valuri ta’ kejl tal-vultaġġ.


ANNESS 5

METODU TA’ KONFERMA GĦAT-TĦADDIM TAS-SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAR-REŻISTENZA TA’ IŻOLAMENT FUQ IL-VETTURA STESS

It-tħaddim tas-sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza ta’ iżolament għandu jiġi kkonfermat bil-metodu li ġej:

Jiddaħħal resistor li ma jġegħelx ir-reżistenza tal-iżolament bejn it-terminal li jkun qed jiġi monitorizzat u x-xażi elettriku tinżel taħt il-valur minimu meħtieġ ta’ reżistenza ta’ iżolament. It-twissija għandha tkun attivata.


ANNESS 6

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TA’ VETTURI JEW SISTEMI TAT-TRIQ

1.   ĠENERALI

1.1.

Għamla (isem kummerċjali tal-produttur): …

1.2.

Tip: …

1.3.

Kategorija ta' vettura: …

1.4.

Isem(ismijiet) kummerċjali jekk disponibbli: …

1.5.

L-isem u l-indirizz tal-produttur: …

1.6.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-produttur: …

1.7.

Disinn u/jew ritratt tal-vettura: …

2.   MUTUR ELETTRIKU (MUTUR TA’ PROPULSJONI)

2.1.

Tip (iwwajndjar, eksajtejxin): …

2.2.

Output massimu fis-siegħa (kW): …

3.   BATTERIJA (JEKK IR-RESS HIJA BATTERIJA)

3.1.

Isem u marka kummerċjali tal-batterija: …

3.2.

Indikazzjoni tat-tipi kollha ta' ċelluli elettrokimiċi: …

3.3.

Vultaġġ nominali(V): …

3.4.

Numru ta' ċelluli tal-batterija: …

3.5.

Rata ta' taħlita ta' gass (f’perċentwal): …

3.6.

Tip(i) ta' ventilazzjoni għal modulu/sett għall-batterija: …

3.7.

Tip tas-sistema tat-tkessiħ (jekk ikun hemm): …

3.8.

Kapaċità (Ah): …

4.   ĊELLULA TAL-FJUWIL (JEKK IKUN HEMM)

4.1.

Isem u marka kummerċjali taċ-ċellula tal-fjuwil: …

4.2.

Tipi ta' ċelluli tal-fjuwil: …

4.3.

Vultaġġ nominali (V): …

4.4.

Numru ta' ċelluli: …

4.5.

Tip ta' sistema ta' tkessiħ (jekk ikun hemm): …

4.6.

Saħħa massima (kW): …

5.   FJUS U/JEW CIRCUIT BREAKER

5.1.

Tip: …

5.2.

Dijagramma li turi l-limiti funzjonali: …

6.   SISTEMA GĦALL-IRBIT TA’ WAJERS

6.1.

Tip: …

7.   PROTEZZJONI KONTRA X-XOKK ELETTRIKU

7.1.

Deskrizzjoni tal-kunċett ta' protezzjoni: …

8.   DEJTA ADDIZZJONALI

8.1.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit elettriku jew disinji/stampi li juru fejn tinsab l-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit elettriku: …

8.2.

Dijagramma skematika tal-funzjonijiet kollha elettriċi inklużi fiċ-ċirkwit elettriku: …

8.3.

Vultaġġ operattiv (V): …


ANNESS 7

DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU WAQT IL-PROĊEDURI GĦALL-IĊĊARĠJAR TAL-BATTERIJA TA’ PROPULSJONI

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni tal-vetturi kollha tat-triq, skont il-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament.

2.   DESKRIZZJONI TAT-TEST

It-test għall-emissjoni ta’ idroġenu (l-illustrazzjoni 7.1) isir sabiex jiġu determinati l-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura. It-test jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:

(a)

preparazzjoni tal-vettura,

(b)

iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni,

(c)

determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali,

(d)

determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara.

3.   VETTURA

3.1.   Il-vettura għandha tkun f’kundizzjoni mekkanika tajba u tkun ġiet misjuqa għal 300 km waqt is-sebat ijiem qabel it-test. Waqt dan il-perjodu, il-vettura għandha tkum mgħammra bil-batterija ta’ propulsjoni soġġetta għat-test għal emissjonijiet ta’ idroġenu.

3.2.   Jekk il-batterija tintuża b’temperatura ogħla mit-temperatura tal-arja, l-operatur għandu jsegwi l-proċeduri tal-produttur sabiex it-temperatura tal-batterija ta’ propulsjoni tinżamm fil-limitu ta’ dik waqt funzjoni normali.

Ir-rappreżentant tal-produttur għandu jkollu l-kapaċità li jiċċertifika li s-sistema għall-ikkundizzjonar tat-temperatura tal-batterija ta’ propulsjoni la għandha l-ħsara u lanqas mhi turi xi difett fil-kapaċità.

Illustrazzjoni 7.1

Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar ta’ batterija ta’propulsjoni

Image

4.   TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR GĦAL TESTIJIET GĦAL EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU

4.1.   Dinamometru tax-xażi

Id-dinamometru tax-xażi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi tal-05 fir-Regolament Nru 83.

4.2.   Sistema magħluqa għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu

Is-sistema magħluqa għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu għandha tkun kamra tal-kejl mitbuqa biex ma jgħaddix gass li fiha toqgħod il-vettura li qed tiġi ttestjata. Il-vettura għandha tkun aċċessibbli min-naħat kollha u meta s-sistema magħluqa tiġi ssiġillata din għandha tiġi mitbuqa biex ma jgħaddix gass skont l-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. Il-wiċċ ta’ ġewwa għandu jkun impermeabbli u ma juri l-ebda reazzjoni għall-idroġenu. Is-sistema għall-ikkundizzjonar tat-temperatura għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura tal-arja interna ġewwa s-sistema magħluqa b’tali mod li tkun issegwi t-temperatura preskritta waqt it-test, b’toleranza medja ta’ ± 2 K waqt id-dewma tat-test.

Għall-addattament ta’ tibdil fil-volum minħabba l-emissjonijiet ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa, jista’ jintuża tagħmir b’volum varjabbli jew tagħmir ieħor tal-ittestjar. Is-sistema magħluqa b’volum varjabbli tespandi u tiċkien skont l-emissjonijiet ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa. Żewġ mezzi potenzjali għall-addattament ta’ tibdiliet interni fil-volum huma pannelli li jiċċaqalqu, jew disinn fil-forma ta’ minfaħ, fejn boroż impermeabbli ġewwa s-sistema magħluqa jespandu u jiċkienu skont it-tibdil tal-pressjoni interna billi tinbidel l-arja li ġejja minn barra s-sistema magħluqa. Kull disinn għall-addattament tal-volum għandu jżomm l-integrità tas-sistema magħluqa kif speċifikat fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness.

Kull metodu għall-addattament tal-volum għandu jillimita d-divrenzjali bejn il-pressjoni interna tas-sistema magħluqa u l-pressjoni barometrika għall-valur massimu ta’ ± 5 hPa.

Is-sistema magħluqa għandha tkun kapaċi li tingħalaq b’volum fiss. Sistema magħluqa b’volum varjabbli għandha tkun kapaċi li taddatta għall-bidla mill-‘volum nominali’ tagħha (ara l-Anness 7, l-Appendiċi 1, il-paragrafu 2.1.1), biex jiġu kkunsidrati l-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt l-ittestjar.

4.3.   Sistemi analitiċi

4.3.1.   Analizzatur tal-idroġenu

4.3.1.1.

L-atmosfera fil-kamra tiġi sorveljata permezz ta’ analizzatur tal-idroġenu (tat-tip ta’ diteketer elettrokimiku) jew kromatografu li jidditektja konduttività termali. Kampjun ta’ gass għandu jittieħed min-nofs ta’ wieħed mill-ħitan tal-ġnub jew mis-saqaf tal-kamra u kull gass li ġie by-passed għandu jiġi rritornat fis-sistema magħluqa, preferibbilment lejn lok fid-direzzjoni tal-fann għat-taħlit.

4.3.1.2.

L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkollu ħin tar-reazzjoni ta’ inqas minn 10 sekondi għal 90 fil-mija tal-aħħar qari. L-istabbilità tiegħu għandha tkun aktar minn 2 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta’ 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha, fuq perjodu ta’ 15-il minuta għal-limiti operattivi kollha.

4.3.1.3.

L-abilità tar-ripetizzjoni tal-analizzatur espressa bħala devjazzjoni standard waħda għandha tkun ta’ aktar minn 1 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta’ 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha għal-limiti kollha użati.

4.3.1.4.

Il-limiti operattivi tal-annalizzatur għandhom jagħtu l-aħjar l-iżgħar riżultat għall-proċeduri tal-kejl, tal-kalibrar u tal-iċċekkjar ta’ likiġis.

4.3.2.   Sistemi għar-reġistrazzjoni ta’ dejta minn analizzaturi tal-idroġenu

L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkun mgħammar b’tagħmir li jirreġistra ħruġ ta’ sinjali elettriċi, bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. Is-sistema tar-reġistrazzjoni għandu jkollha karatteristiċi operattivi għall-inqas ekwivalenti għas-sinjal li jkun qiegħed jiġi reġistrat u għandha tipprovdi reġistrazzjoni permanenti tar-riżultati. Ir-reġistrazzjoni għandha tindika b’mod ċar il-bidu u t-tmiem tat-test b’iċċarġjar normali u ta’ operazzjoni bi ħsara waqt l-iċċarġjar.

4.4.   Reġistrazzjoni tat-temperatura

4.4.1.   Il-temperatura fil-kamra tiġi reġistrata f’żewġ lokazzjonijiet permezz ta’ sensers tat-temperatura, li huma konnessi b’tali mod biex juru l-valur medju. Il-lokazzjonijiet tal-kejl fis-sistema magħluqa huma estiżi approssimattivament b’0,1 m mil-linja ċentrali vertikali ta’ kull ħajt tal-ġenb f’għoli ta’ 0,9 ± 0,2 m.

4.4.2.   It-temperaturi tal-moduli tal-batterija huma reġistrati permezz ta’ sensers.

4.4.3.   Waqt il-kejlijiet tal-emissjoni ta’ idroġenu, it-temperaturi għandhom jiġu reġistrati bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.

4.4.4.   Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni ta’ temperaturi għandha tkun fil-limitu ta’ ± 1,0 K u t-temperatura tkun tista’ tiġi riżoluta għal ± 0,1 K.

4.4.5.   Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15-il sekonda.

4.5.   Reġistrazzjoni tal-pressjoni

4.5.1.   Waqt il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, id-differenza Δp bejn il-pressjoni barometrika fiż-żona tal-ittestjar u l-pressjoni interna fis-sistema magħluqa għandha tkun reġistrata bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.

4.5.2.   Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni ta’ pressjoni għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 hPa u l-pressjoni tkun tista’ tiġi riżolvuta għal ± 0,2 hPa.

4.5.3.   Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15-il sekonda.

4.6.   Reġistrazzjoni tal-vultaġġ u tal-intensità tal-kurrent

4.6.1.   Waqt il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, l-intensità tal-vultaġġ u l-kurrent tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura (batterija) għandha tkun reġistrata bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.

4.6.2.   Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-vultaġġ għandu tkun fil-limitu ta’ ± 1 V u l-vultaġġ ikun jista jiġi riżolut għal ± 0,1 V.

4.6.3.   Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-intensità tal-kurrent għandha tkun fil-limitu ta’ ± 0,5 A u l-intensità tal-kurrent tkun tista’ tiġi riżoluta għal ± 0,05 A.

4.6.4.   Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15-il sekonda.

4.7.   Fannijiet

Il-kamra għandha tkun mgħammra b’fann jew blower wieħed jew aktar minn wieħed b’ċirkolazzjoni possibbli ta’ 0,1 sa 0,5 m3/sekonda sabiex l-atmosfera fis-sistema magħluqa tiġi kompletament imħallta. Waqt il-kejl għandu jkun possibbli li fil-kamra jintlaħqu temperatura u konċentrazzjoni ta’ idroġenu omoġenji. Il-vettura fis-sistema magħluqa ma għandhiex tkun soġġetta għal fluss dirett ta’ arja mill-fannijiet jew blowers.

4.8.   Gassijiet

4.8.1.   Il-gassijiet puri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-kalibrar u l-operat:

(a)

arja sintetika purifikata (purità <1 ppm C1 ekwivalenti; <1 ppm CO; <400 ppm CO2; <0,1 ppm NO); kontenut tal-ossiġnu bejn 18 u 21 fil-mija tal-volum,

(b)

idroġenu (H2), 99,5 fil-mija purità minima.

4.8.2.   Il-gassijiet għall-kalibrar u l-kejl għandu jkun fihom taħlitiet ta’ idroġenu (H2) u arja sintetika purifikata. Il-konċentrazzjonijiet proprji ta’ gass għall-kalibrar għandhom ikunu fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valuri nominali. Il-preċiżjoni tal-gassijiet dilwiti akkwistati meta jintuża separatur tal-gassijiet għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valur nominali. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 1 jistgħu jiġu akkwistati permezz ta’ separatur tal-gassijiet li juża arja sintetika bħala gass li jiddilwixxi.

5.   PROĊEDURI GĦALL-ITTESTJAR

It-test jikkonsisti fil-ħames stadji li ġejjin:

(a)

Preparazzjoni tal-vettura,

(b)

Iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni,

(c)

Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali,

(d)

Iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni,

(e)

Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara.

Jekk jeħtieġ li l-vettura tiġi mċaqalqa bejn żewġ stadji, hi għandha tiġi mmbuttata lejn iż-żona tal-ittestjar li jmiss.

5.1.   Preparazzjoni tal-vettura

Iż-żmien tal-batterija ta’ propulsjoni għandu jiġi ċċekkjat, sabiex jiġi ppruvat li l-vettura għamlet mill-inqas 300 km waqt is-sebat ijiem ta’ qabel it-test. Waqt dan il-perjodu, il-vettura għandha tiġi mgħammra b’batterija ta’ propulsjoni sottomessa għal test għall-emissjoni ta’ idroġenu. Jekk dan ma jistax jiġi muri, il-proċedura li ġejja għandha tiġi applikata.

5.1.1.   Iddisċarġjar u ċċarġjar inizjali tal-batterija

Il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni tal-vettura waqt li tiġi misjuqa għal 30 minuta fuq korsa tal-ittestjar jew fuq dinamometru tax-xażijiet b’veloċità stabbli ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura.

L-iddisċarġjar jitwaqqaf:

(a)

meta l-vettura ma tkun tista’ tiġri b’veloċita ta’ 65 fil-mija tal-veloċità massima waqt it-30 minuta, jew

(b)

meta tingħata indikazzjoni lix-xufier permezz tal-istrumenti standard ta’ fuq il-vettura biex iwaqqaf il-vettura, jew

(c)

wara li tkun għamlet distanza ta’ 100 km.

5.1.2.   Iċċarġjar inizzjali tal-batterija

L-iċċarġjar isir:

(a)

b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura,

(b)

f’temperatura tal-arja bejn 293 K u 303 K.

Il-proċedura teskludi kull tip ta’ ċċarġjar estern.

It-tmiem tal-kriterji għall-iċċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni jikkorrispondi għall-waqfien awtomatiku tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura.

Din il-proċedura tinkludi kull tip ta’ iċċarġjar speċjali li jista’ jiġi mibdi b’mod awtomatiku jew manwali, pereżempju equalisation charges jew servicing charges.

5.1.3.   Il-proċedura minn paragrafu 5.1.1. sal-paragrafu 5.1.2. għandha tiġi ripetuta darbtejn.

5.2.   Iddisċarġjar tal-batterija

Il-batterija ta’ propulsjoni tiġi ddisċarġjata waqt is-sewqan fuq il-korsa għall-ittestjar jew fuq dinamometru tax-xażijiet b’veloċita standard ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura waqt it-30 minuta.

Twaqqif tal-iddisċarġjar isir:

(a)

meta tingħata indikazzjoni lix-xufier permezz tal-istrumenti standard ta’ fuq il-vettura biex iwaqqaf il-vettura, jew

(b)

meta l-veloċità massima tal-vettura tkun inqas minn 20 km/h.

5.3.   Soaking

Fi żmien 15-il minuta mill-kompletar tal-operazzjoni għall-iddisċarġjar tal-batterija fil-paragrafu 5.2., il-vettura tiġi pparkjata fiż-żona għas-soaking. Il-vettura tiġi pparkjata għal minimu ta’ 12-il siegħa u għal massimu ta’ 36 siegħa, bejn it-tmiem tal-iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni u l-bidu tat-test għall-emissjoni ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali. Għal dan il-perjodu l-vettura għandha tiġi soaked b’temperatura ta’ 293 K ± 2 K.

5.4.   Test għall-emissjoni ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali

5.4.1.   Qabel il-kompletar tal-perjodu tas-soaking, il-kamra għall-kejl għandha tiġi mnaddfa għal diversi minuti sa ma jiġi akkwistat sfond ta’idroġenu stabbli. F’dan il-ħin il-fann(ijiet) tat-taħlit fis-sistema magħluqa għandhom jiġu mqabbda.

5.4.2.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test.

5.4.3.   Fl-aħħar tas-soaking, il-vettura għall-ittestjar bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-bagoll tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqilqa lejn il-kamra għall-kejl.

5.4.4.   Il-vettura tiġi konnessa mas-sistema għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi. Il-batterija tiġi ċċarġjata skont il-proċedura normali tal-iċċarġjar kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.7. aktar ’l isfel.

5.4.5.   Il-bibien tas-sistema magħluqa jiġu magħluqa u ssiġillati biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar normali.

5.4.6.   Il-bidu ta’ iċċarġjar normali għall-perjodu tal-ittestjar għall-emissjoni ta’ idroġenu jibda meta l-kamra tiġi ssiġillata. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test bl-iċċarġjar normali.

Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni ta’ idroġenu (il-paragrafu 6.). Waqt il-perjodu ta’ ċċarġjar normali, it-temperatura tal-arja fis-sistema magħluqa T ma għandhiex tkun inqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K.

5.4.7.   Proċedura għall-iċċarġjar normali

L-iċċarġjar normali jsir permezz ta’ tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:

(a)

iċċarġjar b’forniment kostanti ta’ enerġija waqt t1;

(b)

iċċarġjar żejjed b’kurrent kostanti waqt t2. L-intensità tal-iċċarġjar żejjed tiġi speċifikata mill-produttur u tikkorrispondi għal dik użata waqt equalisation charging.

It-tmiem tal-kriterji għall-iċċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni jikkorrispondi għall-waqfien awtomatiku tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura għal ħin tal-iċċarġjar ta’ t1 + t2. Dan il-ħin tal-iċċarġjar huwa limitat għal t1 + 5 s, anki jekk tingħata indikazzjoni ċara lix-xufier permezz ta’ strumenti standard li l-batterija għad mhix totalment iċċarġjata.

5.4.8.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test.

5.4.9.   It-tmiem tal-perjodu għat-teħid ta’ kampjuni ta’ emissjonijiet isir t1 + t2 or t1 + 5 s wara l-bidu tat-teħid inizjali ta’ kampjuni kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.6. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu reġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għal testijiet bl-iċċarġjar normali, użati għall-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

5.5.   Testijiet għall-emissjoni ta’ idroġenu b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara

5.5.1.   Fi żmien massimu ta’ sebat ijiem minn wara l-ikkompletar tat-test ta’ qabel, il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni tal-vettura skont il-paragrafu 5.2.

5.5.2.   L-istadji tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.3. għandhom jiġu ripetuti.

5.5.3.   Qabel l-ikkompletar tal-perjodu tas-soaking, il-kamra għall-kejl għandha tiġi mnaddfa għal diversi minuti sa ma jiġi akkwistat sfond ta’ idroġenu stabbli. F’dan il-ħin il-fann(ijiet) tat-taħlit fis-sistema magħluqa għandhom jiġu mqabbda.

5.5.4.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test.

5.5.5.   Fl-aħħar tas-soaking, il-vettura għall-ittestjar bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-bagoll tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqilqa lejn il-kamra għall-kejl.

5.5.6.   Il-vettura tiġi konnessa mas-sistema għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi. Il-batterija tiġi ċċarġjata skont il-proċedura kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.9. aktar ’l isfel.

5.5.7.   Il-bibien tas-sistema magħluqa jiġu magħluqa u ssiġillati biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar b’difett.

5.5.8.   Il-bidu ta’ iċċarġjar b’difett għall-perjodu tal-ittestjar għall-emissjoni ta’ idroġenu jibda meta l-kamra tiġi ssiġillata. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test bl-iċċarġjar b’difett.

Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni ta’ idroġenu (il-paragrafu 6.). Waqt il-perjodu ta’ ċċarġjar b’difett, it-temperatura tal-arja fis-sistema magħluqa T ma għandhiex tkun inqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K.

5.5.9.   Proċeduri għall-iċċarġjar b’difett

L-iċċarġjar b’difett isir b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:

(a)

iċċarġjar b’forniment kostanti ta’ enerġija waqt t’1.

(b)

iċċarġjar b’kurrent massimu għal 30 minuta. Waqt din il-fażi t-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura jiġi bblukkat meta jkun għaddej il-kurrent massimu.

5.5.10.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test.

5.5.11.   It-tmiem tal-perjodu tal-ittestjar ikun t1 + 30 minuta wara l-bidu tat-teħid inizjali ta’ kampjuni, kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.8. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu reġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għal testijiet bi ħsara waqt l-iċċarġjar, użati għall-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

6.   KALKULAZZJONI

It-testijiet għall-emissjoni ta’ idroġenu deskritti fil-paragrafu 5. jippermettu l-kalkulazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu minn iċċarġjar normali u minn fażijiet ta’ iċċarġjar b’difett. Emissjonijiet tal-idroġenu minn kull wieħed minn dawn il-fażijiet jiġu kkalkulati bl-użu tal-konċentrazzjonijiet inizjali u finali tal-idroġenu, temperaturi u pressjoni fis-sistema magħluqa flimkien mal-volum nett fis-sistema magħluqa.

Il-formula t’hawn taħt tiġi użata:

Formula

fejn:

MH2

=

il-kwantità ta’ idroġenu, fi grammi

CH2

=

il-konċentrazzjoni tal-idroġenu mkejla fis-sistema magħluqa fil-volum ppm

V

=

il-volum nett fis-sistema magħluqa f’metri kubi (m3) ikkoreġut għall-volum tal-vettura bit-twieqi u l-bagoll miftuħ. Jekk il-volum tal-vettura mhuwiex determinat jiġi mnaqqas volum ta’ 1,42 m3.

Vout

=

volum għall-kumpens f’m3, għat-temepratura tal-ittestjar u l-pressjoni

T

=

it-temperatura tal-arja fil-kamra, f’K

P

=

il-pressjoni assoluta fis-sistema magħluqa, f’kPa

k

=

2,42

 

i huwa l-qari inizjali

 

f huwa l-qari finali

6.1.   Riżultati tat-test

Il-kwantità ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu għall-vettura huma:

MN

=

il-kwantità ta’ emissjoni ta’ idroġenu għat-test b’iċċarġjar normali, fi grammi

MD

=

il-kwantità ta’ emissjoni ta’ idroġenu għat-test b’iċċarġjar b’difett, fi grammi.

Appendiċi 1

KALIBRAR TA’ TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR GĦAL EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU

1.   FREKWENZA TAL-KALIBRAR U METODI

It-tagħmir kollu għandu jiġi kalibrat qabel l-ewwel użu tiegħu u wara jiġi kalibrat kull darba li dan ikun meħtieġ u f’kull każ fix-xahar ta’ qabel l-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip. Il-metodi tal-kalibrar li għandhom jintużaw huma deskritti f’dan l-appendiċi.

2.   KALIBRAR TAS-SISTEMA MAGĦLUQA

2.1.   Determinazzjoni inizjali tal-volum intern tas-sistema magħluqa

2.1.1.

Qabel l-ewwel użu tagħha, il-volum intern tal-kamra għandu jiġi determinat kif ġej. Id-dimensjonijiet interni tal-kamra għandhom jiġu mkejla b’attenzjoni, fil-waqt li jiġu kkunsidrati l-irregolaritajiet kollha bħal puntali għall-inforzar. Il-volum intern tal-kamra jiġi determinat minn dan il-kejl.

Is-sistema magħluqa tinżamm b’volum fiss, meta s-sistema magħluqa jkollha temperatura tal-arja ta’ 293 K. Il-volum nominali għandu jiġi ripetut fil-limitu ta’ ± 0,5 fil-mija tal-valur irrapportat.

2.1.2.

Il-volum intern nett jiġi determinat billi jiġu mnaqqsa 1,42 m3 mill-volum intern tal-kamra. Alternattivament il-volum tal-vettura għall-ittestjar bil-bagoll u t-twieqi miftuħin jista’ jintuża minflok il-1,42 m3.

2.1.3.

Il-kamra għandha tiġi ċċekkjata kif spjegat fil-paragrafu 2.3. Jekk il-kwantità ta’ idroġenu ma taqbilx mal-kwantità injettata fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija, hija meħtieġ azzjoni korrettiva.

2.2.   Determinazzjoni ta’ emissjonijiet fl-isfond tal-kamra

Din l-operazzjoni tiddermina li l-kamra ma fihiex materjali li jħallu ammonti sinifikanti ta’ idroġenu. Din l-ispezzjoni għandha ssir waqt l-introduzzjoni tas-sistema magħluqa għall-użu fis-servizz, wara kull operazzjoni fis-sistema magħluqa li tista’ taffettwa emissjonijiet fl-isfond bi frekwenza ta’ mill-inqas darba f’sena.

2.2.1.

Sistemi magħluqa b’volum varjabbli jistgħu jiġu mħaddma jew fil-konfigurazzjoni bil-volum miżmum jew fil-konfiugurazzjoni bil-volum mhux miżmum, kif deskritt fil-paragrafu 2.1.1. Waqt il-perjodu ta’ 4 sigħat imsemmi aktar l-isfel, it-temperatura tal-arja għandha tinżamm għal 293 K ± 2 K.

2.2.2.

Is-sistema magħluqa tista’ tiġi ssiġillata u l-fann tat-taħlit jiġi mħaddem għal perjodu sa 12-il siegħa qabel ma jibda’ l-perjodu ta’ erba’ sigħat ta’ teħid ta’ kampjuni mill-isfond.

2.2.3.

L-analizzattur (jekk meħtieġ) għandu jiġi kalibrat, wara ssettjat għaż-żero u mkejjel.

2.2.4.

Is-sistema magħluqa għandha tiġi mnaddfa sa ma jiġi akkwistat qari stabbli tal-idroġenu, u l-fann għat-taħlit jiġi mqabbad, jekk ma jkunx diġà mqabbad.

2.2.5.

Wara l-kamra tiġi ssiġillata u l-konċentrazzjoni ta’ idroġenu fl-isfond, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla. Dawn huma l-qari inizjali ta’ CH2i, Ti u Pi użati fil-kalkulazjoni għall-isfond tas-sistema magħluqa.

2.2.6.

Is-sistema magħluqa titħalla kif tkun bi-fann għat-taħlit mixgħul għall-perjodu ta’ erba’ sigħat.

2.2.7.

Fl-aħħar ta’ dan il-ħin l-istess analizzatur jintuża biex titkejjel il-konċentrazzjoni tal-idroġenu fil-kamra. It-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla wkoll. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf.

2.2.8.

Waqt il-ħin tat-test il-bidla tal-kwantità ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa għandha tiġi kalkulata skont il-paragrafu 2.4. u ma għandhiex taqbeż il-0,5 g.

2.3.   It-test tal-kalibrar u ż-żamma ta’ idroġenu fil-kamra

It-test tal-kalibrar u ż-żamma ta’ idroġenu fil-kamra huwa mod ta’ ċċekkjar tal-volum ikkalkulat (il-paragrafu 2.1.) u jkejjel ukoll ir-rata ta’ kull telf minħabba likiġis. Ir-rata tat-telf minħabba likiġis tas-sistema magħluqa għandha tiġi determinata waqt l-introduzzjoni tas-sistema magħluqa għall-użu fis-servizz, wara kull operazzjoni fis-sistema magħluqa li tista’ taffettwa l-integrità tas-sistema magħluqa u wara dan mill-inqas darba f’xahar. Jekk jiġu kompletati b’suċċess sitt spezzjonijiet konsekuttivi kull xahar għall-iċċekkjar taż-żamma mingħajr azzjoni korrettiva, wara dan, ir-rata ta’ telf minn likiġis tas-sistema magħluqa tista’ tiġi determinata erba’ darbiet f’sena sakemm ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni korrettiva.

2.3.1.

Is-sistema magħluqa għandha tiġi mnaddfa sa ma tinkiseb konċentrazzjoni stabbli ta’ idroġenu. Il-fann għat-taħlit jiġi mqabbad, jekk ma jkunx diġà mqabbad. L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero, kalibrat (jekk meħtieġ) u mkejjel.

2.3.2.

Is-sistema magħluqa għandha tinżamm fil-pożizzjoni tal-volum nominali.

2.3.3.

Imbagħad is-sistema għall-kontroll tat-temperatura tal-arja tiġi mqabbda (jekk ma tkunx diġà mqabbda) u aġġustata għal temperatura inizjali ta’ 293 K.

2.3.4.

Meta t-temperatura tas-sistema magħluqa tistabbilizza ruħha għal 293 K ± 2 K, is-sistema magħluqa tiġi ssiġillata u l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla. Dan huwa l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi użat għall-kalibrar tas-sistema magħluqa.

2.3.5.

Is-sistema magħluqa ma tinżammx bil-volum nominali.

2.3.6.

Kwantità ta’ bejn wieħed u ieħor 100 g ta’ idroġenu tiġi injettata fis-sistema magħluqa. Il-preċiżjoni fil-kejl tal-kwantità ta’ idroġenu għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valur imkejjel.

2.3.7.

Is-sustanzi li jinsabu fil-kamra għandhom jitħallew jitħalltu għal ħames minuti u wara l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf għall-kalibrar tas-sistema magħluqa kif ukoll il-qari inizjali CH2i, Ti u Pi tal-ispezzjoni taż-żamma.

2.3.8.

Il-kwantità ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.4 u 2.3.7 u l-formula fil-paragrafu 2.4. Dan għandu jkun fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-kwantità ta’ idroġenu mkejjel fil-paragrafu 2.3.6.

2.3.9.

Is-sustanzi li jinsabu fil-kompartiment għandhom jitħallew jitħalltu għal minimu ta’ 10 sigħat. Kif jiġi kompletat dan il-perjodu l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika finali jiġu mkejla u reġistrati. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf tal-ispezzjoni taż-żamma.

2.3.10.

Wara l-kwantità ta’ idroġenu tiġi kkalkulata mill-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.7. u 2.3.9 bl-użu tal-formula fil-paragrafu 2.4. Il-kwantità ma tistax tvarja b’aktar minn 5 fil-mija mill-kwantità ta’ idroġenu kkalkulata fil-paragrafu 2.3.8.

2.4.   Kalkulazzjoni

Il-kalkulazzjoni tal-bidla netta fil-kwantità ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa tintuża biex jiġi determinat l-isfond ta’ idrokarbon tal-kompartiment u r-rata ta’ telf minn likiġis. Il-qari inizjali u finali tal-konċentrazzjoni tal-idroġenu, tat-temperatura u tal-pressjoni barometrika jintużaw fil-formula li ġejja biex tiġi kkalkulata l-bidla fil-kwantità.

Formula

fejn:

MH2

=

kwantità ta’ idroġenu, fi grammi

CH2

=

il-konċentrazzjoni ta’idroġenu mkejla fis-sistema magħluqa, fi ppm fil-volum

V

=

il-volum tas-sistema magħluqa f’metri kubi (m3) kif imkejla fil-paragrafu 2.1.1

Vout

=

volum għall-kumpens f’m3, għat-temperatura tal-ittestjar u l-pressjoni

T

=

it-temperatura tal-arja fil-kamra, f’K

P

=

il-pressjoni assoluta fis-sistema magħluqa, f’kPa

k

=

2,42

 

i huwa l-qari inizjali

 

f huwa l-qari finali

3.   KALIBRAR TAL-ANALIZZATUR TAL-IDROĠENU

L-analizzatur għandu jiġi kalibrat bl-użu ta’ idroġenu fl-arja u ta’ arja sintetika purifikata. Ara l-paragrafu 4.8.2 tal-Anness 7.

L-iskali kollha tal-operat normalment użati għandhom jiġu kalibrati permezz tal-proċedura li ġejja.

3.1.

Stabbilixxi l-kurva tal-kalibrar mill-inqas permezz ta’ ħames punti tal-kalibrar bi spazji ugwali kemm jista’ jkun, fuq l-iskala tal-operat. Il-konċentrazzjoni nominali tal-gass tal-kalibrar bl-ogħla konċentrazzjonijiet ikun mill-inqas 80 fil-mija tal-iskala kollha.

3.2.

Ikkalkula l-kurva tal-kalibrar bil-metodu tal-least squares. Jekk il-grad polinominali li jirriżulta huwa akbar minn 3, in-numru ta’ punti tal-kalibrar għandu mill-inqas ikun in-numru tal-grad polinominali miżjud bi 2.

3.3.

Il-kurva tal-kalibrar ma għandhiex tvarja b’aktar minn 2 fil-mija mill-valur nominali ta’ kull gass tal-kalibrar.

3.4.

Tabella li turi l-qari mill-analizzatur kontra l-konċentrazzjonijiet proprji għandha tiġi fformolata bl-użu tal-koeffiċjenti tal-polinominali maħruġa mill-proċedura tal-paragrafu 3.2. ta’ hawn fuq, bi skali ta’ mhux aktar minn 1 fil-mija tal-iskala sħiħa. Dan għandu jsir għal kull serje ta’ analizzaturi kalibrati.

Il-figura għandha tinkludi ukoll dejta oħra relevanti bħal:

(a)

data tal-kalibrar;

(b)

qari ta’ ċifri minn potenzjometri mkejla u ssettjat għaż-żero (jekk applikabbli);

(c)

skala nominali;

(d)

dejta ta’ referenza dwar kull gass tal-kalibrar użat;

(e)

il-valur proprju u dak indikat ta’ kull gass tal-kalibrar użat flimkien mad-differenzi; fil-perċentwali;

(f)

pressjoni tal-kalibrar tal-analizzatur.

3.5.

Metodi alternattivi (pereżempju kompjuter, range switch ikkontrollat b’mod elettroniku) jistgħu jintużaw jekk jiġi ppruvat lis-servizzi tekniċi li dawn il-metodi jagħtu riżultati preċiżi ekwivalenti.

Appendiċi 2

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-FAMILJA TAL-VETTURA

1.   Parametri li jiddefinixxu l-familja f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjonijiet ta' idroġenu

Il-familja tista' tiġi definita permezz ta' parametri bażiċi fid-disinn li għandhom ikunu komuni għal vetturi fl-istess familja. F'ċerti każijiet jista' jkun hemm interazzjoni tal-parametri. Dawn l-effetti għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġi żgurat li vetturi b'karatteristiċi simili għall-emissjoni ta' idroġenu biss jiġu inklużi fl-istess familja.

2.   Għal dan il-għan, dawk ti-tipi ta' vetturi biss li l-parametri tagħhom deskritti hawn taħt huma identiċi huma kkunsidrati li jagħmlu parti mill-istess emissjonijiet ta' idroġenu.

Il-batterija ta' propulsjoni:

(a)

isem jew mark kummerċjali tal-batterija,

(b)

indikazzjoni tat-tipi kollha ta' kapils elettro-kimiċi użati,

(c)

numru ta' ċelluli tal-batterija,

(d)

numru ta' moduli tal-batterija,

(e)

vultaġġ nominali tal-batterija (V),

(f)

enerġija tal-batterija (kWh),

(g)

rata ta' taħlita ta' gass (f'perċentwali)

(h)

tip(i) ta' ventilazzjoni għal modulu(i) jew sett għall-batterija

(i)

tip tas-sistema tat-tkessiħ (jekk ikun hemm),

Tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura:

(a)

għamla u tip ta' partijiet differenti tat-tagħmir għall-iċċarġjar

(b)

forniment ta' enerġija nominali maħruġa (kW)

(c)

vultaġġ massimu tal-iċċarġjar (V)

(d)

intensità massima tal-iċċarġjar (A)

(e)

għamla u tip tal-unità tal-kontroll (jekk ikun hemm)

(f)

stampa li turi l-operat, kontrolli u sigurtà

(g)

karatteristiċi tal-perjodi tal-iċċarġjar