ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.298.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 298

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
16 ta' Novembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1032/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar l-għoti ta' assistenza relatata ma’ attivtajiet militari lill-Côte-d'Ivoire

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1033/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1505/2006 fir-rigward tar-rapporti annwali tal-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-kontrolli li jitwettqu fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2003 fir-rigward tal-ispezzjonijiet li jikkonċernaw ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jimponi dazju ta’ anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-trab zeolite A li joriġina mill-Bosnja-Ħerzegovina

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

44

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1038/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2010

46

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1039/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

49

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/690/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Awwissu 2010 dwar għajnuna mill-Istat C 40/08 (ex N 163/08) implimentata mill-Polonja għal PZL Hydral S.A. (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5406)  ( 1 )

51

 

 

2010/691/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2010 li tagħti deroga lir-Repubblika Ċeka mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/679/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll (kontroll-kmand) u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea lil-linja Strančice–České Budějovice (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7789)

85

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi ( ĠU L 293, 11.11.2010 )

87

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1032/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar l-għoti ta' assistenza relatata ma’ attivtajiet militari lill-Côte-d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta’ Ottubru 2010 li ġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 tal-31 ta' Jannar 2005 li jimponi restrizzjonijijiet dwar l-għoti ta' assistenza relatat ma' attivitajiet militari lill-Côte d’Ivoire (2) jipprevedi projbizzjonijiet dwar l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna u dwar l-għoti ta' ċerta assitenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja. Dawk ir-restrizzjonijiet kienu approvati taħt il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/852/PESK tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (3).

(2)

B’kont meħud tar-Riżoluzzjoni 1946(2010) tal-15 ta' Ottubru 2010 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, huwa meħtieġ li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 sabiex tkun permessa l-esportazzjoni ta' tagħmir mhux letali, kif ukoll ta' tagħmir mhux letali li jista' jintuża għal ripressjoni interna, maħsubin biss biex jippermettu lill-forzi ta' sigurtà Ivorjani jużaw biss forza xierqa u proporzjonata waqt iż-żamma tal-ordni pubbliku, kif ukoll l-għoti ta' assistenza teknika relatata, ta’ finanzjament u ta’ assistenza finanzjarja.

(3)

Il-lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-ripressjoni interna għandha tkun aġġornata wara rakkomandazzjonijiet magħmula minn esperti, b’kont meħud tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (4).

(4)

Huwa xieraq li l-Artikolu dwar il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni jkun aġġornat fid-dawl tal-prattika reċenti tat-tfassil tal-leġiżlazzjoni.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 għandu jkun emendat kif jeħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 4(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   B’deroga mill-Artikolu 2, il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

l-għoti ta' assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ armamenti u materjal relatat, fejn tali assistenza jew servizzi jkunu maħsubin biss għall-appoġġ u użu fir-rigward tal-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte-d’Ivoire (UNOCI) u l-forzi Franċiżi li jappoġġawa;

(b)

l-għoti ta' assistenza teknika relatata ma' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju u protettiv, inkluż tali tagħmir maħsub għall-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet mill-UE, in-NU, l-Unjoni Afrikana u l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), fejn dawn l-attivitajiet ikunu ġew ukoll approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(c)

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew ta’ protezzjoni, inkluż tali tagħmir maħsub għal operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet mill-UE, in-NU, l-Unjoni Afrikana u l-ECOWAS;

(d)

l-għoti ta' assistenza teknika relatata ma’ armamenti u materjal relatat maħsubin biss għall-appoġġ jew użu fil-proċess ta’ ristrutturazzjoni tal-forzi ta’ difiża u ta’ sigurtà taħt is-subparagrafu (f) tal-paragrafu 3 tal-Ftehim Linas-Marcoussis, fejn tali attivitajiet ikunu ġew ukoll approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(e)

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma’ armamenti u materjal relatat maħsubin biss għall-appoġġ jew użu fil-proċess ta’ ristrutturazzjoni tal-forzi ta’ difiża u ta’ sigurtà taħt is-subparagrafu (f) tal-paragrafu 3 tal-Ftehim Linas-Marcoussis;

(f)

il-bejgħ jew provvisti trasferiti jew esportati temporanjament lejn il-Côte d′Ivoire lill-forzi ta’ Stat li qed jieħu azzjoni, taħt il-liġi internazzjonali, unikament u direttament biex jiffaċilita l-evakwazzjoni tal-persuni bin-nazzjonalità tiegħu u ta’ dawk li lejhom għandu responsabbiltà konsulari fil-Côte d'Ivoire, fejn dawn l-attivitajiet ikunu ġew ukoll approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(g)

l-għoti ta' assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' tagħmir militari mhux letali maħsub biss biex jippermetti lill-forzi ta' sigurtà Ivorjani jużaw biss forza xierqa u proporzjonata waqt iż-żamma tal-ordni pubbliku.”;

(2)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

1.   B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn l-esportatur jew il-fornitur tas-servizzi huwa stabbilit tista' tawtorizza, taħt dawk il-kundizzjonijiet li hi tqis xierqa, il-bejgħ, il-fornitura, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir mhux letali elenkat fl-Anness I jew l-għoti ta' assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' tali tagħmir mhux letali, wara li tkun iddeterminat li t-tagħmir mhux letali kkonċernat huwa maħsub biss biex jippermetti lill-forzi ta' sigurtà Ivorjani jużaw biss forza xierqa u proporzjonata waqt iż-żamma tal-ordni pubbliku.

2.   L-Istat Membru relevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

3.   L-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.”;

(3)

l-Artikolu 9 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju kollu tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c)

għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.”;

(4)

l-Anness I għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(5)

it-titolu tal-Anness I għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Lista ta' awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4 u 4a”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-29 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  ĠU L 29, 2.2.2005, p. 5.

(3)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50.

(4)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal ripressjoni interna kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4a

1.

Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

1.1

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (1) (‘Lista Militari Komuni tal-UE’);

1.2

Munizzjon speċjalment maħsub għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti mfassla apposta għalihom;

1.3

Miri tal-armamenti mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

2.

Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

3.

Vetturi kif ġej:

3.1

Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, imfassla jew immodifikati apposta għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

3.2

Vetturi mfassla jew immodifikati apposta biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lil persuni li jattakkawhom;

3.3

Vetturi mfassla jew immodifikati apposta biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta’ kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

3.4

Vetturi mfassla apposta għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew detenuti;

3.5

Vetturi mfassla apposta għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

3.6

Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfassla apposta għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet.

Nota 1

Dan il-punt ma jikkontrollax il-vetturi mfasslin apposta għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.

Nota 2

Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu ‘vetturi’ jinkludi l-karrijiet.

4.

Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1

Tagħmir u apparat speċjalment maħsub biex iqabbad splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur, u komponenti mfassla apposta għalihom; minbarra dawk imfassla apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi esplożivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tiegħu mhijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (pereżempju, in-neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2

Kargi splussivi linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

4.3

Splussivi oħrajn mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sustanzi relatati kif ġej:

a.

amatol;

b.

nitrocellulose (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

c.

nitroglycol;

d.

pentaerythritol tetranitrate (PETN);

e.

picryl chloride;

f.

2,4,6-trinitrutolwin (TNT).

5.

Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:

5.1

Korazzi tal-persuna li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti;

5.2

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax:

tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi;

tagħmir imfassal apposta għall-ħtiġijiet tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

6.

Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u softwer mfassal apposta għalihom.

7.

Tagħmir ta’ viżjoni għal bil-lejl, tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

8.

Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’.

9.

Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm.

10.

Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal apposta għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista.

11.

Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista.”.


(1)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.


16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1033/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1505/2006 fir-rigward tar-rapporti annwali tal-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-kontrolli li jitwettqu fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1505/2006 tal-11 ta’ Ottubru 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini u kaprini (2) jistipula li l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jivverifikaw il-konformità minn dawk li jżommu l-annimali mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 21/2004.

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 jistipula li l-Istati Membri għandhom iressqu rapport annwali lill-Kummissjoni kull sena, skont il-mudell stabbilit fl-Anness tiegħu, dwar ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-perjodu ta’ spezzjoni annwali preċedenti.

(3)

Il-ġbir tad-dejta matul il-proċess tar-rappurtaġġ għandu jkun xieraq u proporzjonat għall-għanijiet segwiti. Għall-fini ta’ rappurtaġġ aktar immirat u aktar xieraq għall-iskop, ċerti rekwiżiti kif ukoll il-mudell tar-rapport stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandhom jiġu ssimplifikati biex jipprovdu aħjar l-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli u biex jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

in-numru ta’ azjendi li ġew ikkontrollati;”

(2)

L-Anness għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.

(2)  ĠU L 280, 12.10.2006, p. 3.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1505/2006 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

Rapport tar-riżultati tal-kontrolli li saru fis-settur ovin u kaprin fir-rigward ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ dawk l-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 21/2004

1.   Informazzjoni ġenerali dwar l-azjendi, l-annimali u l-kontrolli.

In-numru totali ta’ azjendi fl-Istat Membru fil-bidu tas-sena tal-perjodu tar-rappurtaġġ (1)

 

In-numru totali ta’ azjendi kkontrollati tul is-sena tal-perjodu tar-rappurtaġġ

 

In-numru totali ta’ annimali rreġistrati fl-Istat Membru fil-bidu tas-sena tal-perjodu tar-rappurtaġġ (1)

 

In-numru totali ta’ annimali kkontrollati fl-azjendi tul il-perjodu tar-rappurtaġġ (1)

 

2.   Sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità

Numru ta’ azjendi b’ nuqqas ta’ konformità

 

3.   Penalitajiet imposti

Numru ta’ azjendi b’penalitajiet imposti”

 


(1)  Jew data ta’ referenza nazzjonali oħra għall-istatistika dwar l-annimali.


16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1034/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2003 fir-rigward tal-ispezzjonijiet li jikkonċernaw ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (d) tal-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003 tat-23 ta’ Ġunju 2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini (2) jistabbilixxi rekwiżiti minimi għal tali kontrolli.

(2)

L-esperjenza miksuba wara l-implimentazzjoni tal-ispezzjoni fuq il-post stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 kif irrappurtata fir-rapporti annwali u l-implimentazzjoni tal-kontroll fuq il-post tal-annimali ovini u kaprini stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 (3) issostni t-tnaqqis fil-persentaġġ tal-azjendi li għandhom jiġu spezzjonati kull sena u fuq l-annimali li għandhom jiġu kkontrollati. Bħala regola ġenerali, l-annimali kollha għandhom jiġu koperti mill-kontrolli. Madankollu, għall-impriżi li għandhom iktar minn 20 annimal, l-awtorità kompetenti għandha tingħata permess li tirrestrinġi l-kontrolli fuq kampjun rappreżentattiv xieraq ta’ annimali.

(3)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom iressqu rapport annwali lill-Kummissjoni, skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tiegħu, filwaqt li jagħti dettalji tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-kontrolli.

(4)

Il-ġbir tad-dejta għar-rapport annwali għandu jkun adegwat u proporzjonat għall-objettivi segwiti. Għall-fini ta’ rappurtar aktar immirat u proporzjonat, ċerti rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1082/2003, kif ukoll il-mudell stabbilit fl-Anness I tiegħu, għandhom jiġu ssimplifikati biex jipprovdu aħjar l-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafi (1) u (2) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Kull sena, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel spezzjonijiet li jkopru tal-inqas 3 % tal-azjendi.

2.   Fejn dawk l-ispezzjonijiet li jipprovdi għalihom l-ewwel paragrafu juru grad sinifikanti ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, ir-rata minima ta’ spezzjonijiet għandha tiżdied fil-perjodu ta’ spezzjoni annwali li jmiss.”

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-identifikazzjoni tal-annimali kollha fl-azjenda.

Madankollu, fejn l-għadd ta’ annimali fl-azjenda jkun ogħla minn 20 l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tivverifika l-mezzi tal-identifikazzjoni ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ dawk l-annimali skont l-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, u dan kemm-il darba l-għadd ta’ annimali spezzjonati jkun wieħed suffiċjenti biex jinstabu l-5 % tal-każi ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 mid-detenturi ta’ tali annimali f’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.”

(3)

Fl-Artikolu 5(1), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

in-numru ta’ azjendi li ġew spezzjonati;”

(4)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 9.

(3)  ĠU L 280, 12.10.2006, p. 3.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1082/2003 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

Rapport dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa skont it-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000

1.   Informazzjoni ġenerali dwar l-azjendi u l-annimali

L-għadd totali ta’ azjendi fl-Istat Membru fil-bidu tal-perjodu tar-rappurtar (1)

 

L-għadd totali ta’ azjendi spezzjonati tul il-perjodu tar-rappurtar

 

L-għadd totali ta’ annimali rreġistrati fl-Istat Membru fil-bidu tal-perjodu tar-rappurtar (1)

 

L-għadd totali ta’ annimali spezzjonati tul il-perjodu tar-rappurtar

 

2.   Nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000

Azjendi li ma jikkonformawx

 

Sanzjonijiet imposti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/98 (*)

 

Annimali affettwati

Azjendi affettwati

1.

Kontrolli fuq iċ-ċaqliq ta’ annimali individwali

 

 

2.

Kontrolli fuq iċ-ċaqliq tal-annimali kollha fl-istabbiliment

 

 

3.

Annimali biex jinqerdu

 

 

B’kollox

 

 


(1)  jew data ta’ referenza nazzjonali għall-istatistika dwar l-annimali.

(*)  ĠU L 60, 28.2.1998, p. 78.”


16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1035/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Tnedija

(1)

Fl-4 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni rċeviet ilment li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku minn Borealis Agrolinz Melamine GmbH, DSM Melamine B.V. and Zaklady Azotowe Pulawy(“l-entitajiet li għamlu l-ilment”), li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-melamina.

(2)

Dan l-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset li hija biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment.

(3)

Fis-17 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż li ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“avviż tal-inizjazzjoni”), l-inizjazzjoni ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-melamina li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-entitajiet li għamlu l-ilment, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi, lill-kummerċjanti, lill-utenti, lill-fornituri u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż tal-inizjazzjoni.

(5)

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fl-avviż tal-inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni, u jekk iva, li tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ ntalbu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż tal-inizjazzjoni, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat fil-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009).

(6)

Waslu seba' tweġibiet għall-eżerċizzju ta’ kampjunar mill-produtturi esportaturi jew il-gruppi ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ. Madankollu, żewġ kumpaniji ma komplewx jikkooperaw mal-investigazzjoni fi stadju bikri. Għalhekk, it-teħid ta’ kampjuni ma baqax bżonnjuż u l-partijiet kollha ġew infurmati li ma kienx se jintgħażel kampjun.

(7)

Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jkunu jistgħu jitolbu trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”) jew trattament individwali (“IT”), jekk jixtiequ jagħmlu hekk, il-Kummissjoni bagħtet formoli xierqa lill-produtturi esportaturi Ċiniżi magħrufa li huma kkonċernati, lill-awtoritajiet Ċiniżi u lil produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li rrappurtaw l-interess tagħhom qabel l-iskadenzi stipulati fl-avviż tal-inizjazzjoni. Tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi u kumpanija individwali waħda talbu MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew IT jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal MET. Grupp ieħor wieħed talab IT biss.

(8)

Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha magћrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oћra kollha li ppreżentaw ruћhom fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż tal-inizjazzjoni. Waslu tweġibiet minn ħames produtturi esportaturi u kumpaniji relatati fir-RPĊ, produttur wieħed fl-Istati Uniti tal-Amerika li kien il-pajjiż analogu propost kif imsemmi fl-avviż tal-inizjazzjoni, u produttur wieħed f'pajjiż analogu possibbli ieħor, l-Indoneżja. Waslu wkoll tweġibiet għall-kwestjonarju minn tliet produtturi tal-Unjoni u seba' utenti kkooperaw billi bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju. L-ebda wieħed mill-importaturi ma bagħat lill-Kummissjoni xi tagħrif jew ippreżenta lilu nnifsu fl-andament tal-investigazzjoni.

(9)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ gћad-determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tal-ħsara li rriżultat u tal-interess tal-Unjoni u għamlet żjarat ta’ verifika fil-post fil-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni

Borealis Agrolinz Melamine GmbH, l-Awstrija

DSM Melamine B.V. (now OCI Melamine B.V.), il-Pajjiżi l-Baxxi

Zaklady Azotowe Pulawy, il-Polonja

(b)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Sichuan Chemical Group: Sichuan Chemical Co., Ltd, Sichuan Jinhua Chemical Co., Ltd, New Tianfu Chemicals Co., Ltd u M&A Chemicals Corporation

Sichuan Golden Elephant Group: Sichuan Golden Elephant Chemical Industry Group Co., Ltd u Sichuan Jade Elephant Melamine S&T Co., Ltd

Shandong Liaherd Group: Shandong Liaherd Chemical Industry Co., Ltd, Shandong Lianhe Fengyuan Chemical Industry Co., Ltd and Yiyuan Lianhe Fertilizer Co., Ltd

Tianjin Kaiwei Chemical Co., Ltd

Henan Junhua Group: Henan Junhua Chemical Company Ltd u Haohua-Junhua Group Zhengyang Chemical Co., Ltd

(10)

Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produttur esportatur li talab biss IT u lill-produtturi esportaturi li ma jingћatalhomx MET, saret verifika sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-dejta mill-Indoneżja bħala pajjiż analogu fuq il-post tal-kumpanja li ġejja:

(c)

Il-produttur fl-Indoneżja

DSM Kaltim Melamine (DKM)

3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(11)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(12)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-melamina, li bħalissa għandu l-kodiċi tan-NM 2933 61 00 u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(13)

Il-melamina huwa trab kristallin abjad miksub mill-urea. Il-melamina jintuża l-iktar fil-laminati, it-trabijiet għall-iffurmar, il-pjanċi abbażi tal-injam u r-reżina tal-kisi.

2.   Il-prodott simili

(14)

L-investigazzjoni wriet li l-melamina prodotta u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, il-melamina prodotta u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ u l-melamina impurtata fl-Unjoni mir-RPĊ, kif ukoll dik prodotta u mibjugħa fl-Indoneżja, li serviet ta’ pajjiż analogu, essenzjalment għandha l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi aħħarija bażiċi.

(15)

Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu provviżorjament li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Trattament tal-Ekonomija tas-Suq

(16)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:

Id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri fis-suq;

Id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords bażiċi tal-kontabbiltà li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u jiġu applikati għall-finijiet kollha;

Ma hemm l-ebda distorsjonijiet sinifikanti li ntirtu mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

Il-liġijiet dwar il-Falliment u l-Proprjetà jiggarantixxu stabbiltà u ċertezza ġuridika; u

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rati tas-suq.

(17)

Tliet produtturi esportaturi u produttur esportatur wieħed mir-RPĊ talbu MET u bagħtu l-formola għall-għoti tal-MET qabel l-iskadenza mitluba.

(18)

Għal dawn il-kumpaniji kollha li kkooperaw fir-RPĊ, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni li tressqet fil-formola għall-MET fuq il-post tal-kumpaniji kkonċernati.

(19)

Instab li l-ebda produttur esportatur jew grupp li kkoopera fir-RPĊ ma ssodisfa l-kriterji biex jingħata MET. Il-kumpaniji kollha involuti fil-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-melamina fir-RPĊ ġew mistiedna jitolbu MET. Jekk kumpanija waħda fi grupp ma tingħatax MET, il-grupp kollu kemm hu ma jingħatalux.

(20)

Għal dawk il-kumpaniji li jipproduċu l-urea mill-gass naturali biex jimmanifatturaw il-melamina, dan ir-rifjut kien ibbażat fuq il-fatt li l-ispejjeż tal-input ewlieni, il-gass naturali, ma kienx jirrifletti sostanzjalment il-valuri tas-suq, kif rikjest mill-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni dwar l-MET iddeterminat li dan kien minħabba ndħil min-naħa tal-Istat fis-suq tal-gass naturali fir-RPĊ.

(21)

Is-suq tal-gass naturali fir-RPĊ huwa ddominat minn tliet kumpaniji li huma proprjetà tal-Istat. Il-kumpaniji li jipproduċu l-urea, li mbagħad tintuża minnhom biex jipproduċu l-melamina, jibbenefikaw minn prezz tal-gass baxx iffissat mill-gvern għall-produzzjoni tal-urea. Kumpanija li tipproduċi l-urea, li huwa fertilizzant u importanti għall-industrija agrikola u alimentari Ċiniża, tħallas prezz ferm iktar baxx għall-gass tagħha milli kumpaniji li jeħtieġu l-gass għal użi industrijali oħra. Barra minn dan il-mekkaniżmu ta’ pprezzar doppju, il-prezz tal-gass naturali għall-użu industrijali huwa minnu nnifsu artifiċjali minħabba l-interferenza tal-Istat u huwa stess huwa ferm inqas mill-prezz tal-gass fis-suq.

(22)

Minħabba dan il-prezz baxx tal-gass, il-produtturi tal-melamina jistgħu jipproduċuha bi prezzijiet imraħħsa, billi jieħdu vantaġġ mill-prezz artifiċjalment baxx tal-gass naturali. Billi l-gass naturali huwa parti kbira mill-valur tal-urea (madwar 80 %) u billi l-urea tirrappreżenta bejn 50 % u 60 % tal-valur tal-produzzjoni tal-melamina, il-kriterju 1 ma jistax jitqies li ġie sodisfatt għal dawk il-kumpaniji fir-PRĊ li jipproduċu l-urea mill-gass naturali.

(23)

Xi kumpaniji ma jipproduċux l-urea huma stess imma jixtruha minn fornituri mhux relatati. Madankollu, is-suq tal-urea nnifsu huwa artifiċjali minħabba tliet tipi ta’ interferenza mill-Istat. L-ewwel nett, l-eżistenza ta’ kwoti stretti tal-importazzjoni għall-urea u t-taxxi tal-esportazzjoni ta’ 110 % f'nofs l-istaġun u 10 % barra l-istaġun. It-tieni, il-gvern Ċiniż eżenta l-bejgħ domestiku tal-urea mill-VAT mill-1 ta’ Lulju 2005. It-tielet, il-gvern Ċiniż huwa involut direttament fis-suq permezz tas-Sistema tal-Istat tal-Fertilizzanti, li ilha taħdem mill-2004, fejn l-Istat jixtri l-urea direttament mill-produtturi biex iżżommha f'riserva strateġika u jista’ wkoll jirrilaxxa kwantitajiet tal-urea fis-suq domestiku. Il-produtturi tal-urea jibbenefikaw minn rati tal-elettriku preferenzjali, rati preferenzjali għall-ġarr tal-merkanzija bil-ferroviji u, kif imsemmi fuq, prezzijiet preferenzjali tal-gass naturali.

(24)

Il-limiti fuq l-esportazzjonijiet, flimkien mal-benefiċċji fil-każ tal-bejgħ domestiku, għandhom l-effett li jnaqqsu l-volumi tal-esportazzjoni tal-urea u b’hekk jiddevjaw il-provvisti lejn is-suq domestiku u joħoloqu pressjoni 'l isfel fuq il-prezz domestiku. Dan il-prezz domestiku baxx jiġi kkawżat direttament mill-interferenza mill-Istat fis-suq tal-urea fir-RPĊ. Għalhekk, ma jistax jingħad li l-kriterju 1 huwa sodisfatt għal dawk il-kumpaniji fir-RPĊ li ma jipproduċux l-urea imma jixtruha minn partijiet terzi.

(25)

Barra mis-sitwazzjoni ġenerali deskritta hawn fuq, grupp wieħed ta’ kumpaniji ma ssodisfax ir-rekwiżiti l-oħra tal-kriterju 1 billi l-kumpanija possedenti hija proprjetà sħiħa tal-Istat u l-kumpaniji individwali fil-grupp, il-maġġoranza tagħhom huma proprjetà tal-Istat. Għalhekk, dan il-grupp huwa soġġett għal interferenza sinifikati mill-Istat fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali importanti.

(26)

Żewġ kumpaniji ma ssodisfawx la l-kriterju 2 u lanqas il-kriterju 3. Waħda minnhom ma kinitx kapaċi turi rekords tal-kontabilità sħaħ u ngħatat uffiċċji minn korp pubbliku mingħajr ħlas. Il-kumpanija l-oħra ma żammitx il-kontijiet tagħha f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità u ma setgħetx turi li t-take-over tagħha ta’ kumpanija tal-Istat saret b’valur ġust.

(27)

Kumpanija waħda ma wrietx li tissodisfa l-kriterju 3 billi ma tħallsux interessi fuq id-dejn għall-bejgħ tal-ishma tagħha li rriżultaw mill-proċess tal-privatizzazzjoni. Iktar speċifikament, fil-bidu tal-proċess tal-privatizzazzjoni, azzjonist ġie misluf lura l-kapital li kien investa. Fi trasferimenti sussegwenti tal-ishma, l-obbligazzjoni tad-dejn intużat bħala ħlas. Wara biss 10 snin, l-ammont misluf tħallas lura mid-detentur ta’ dawk l-ishma, li sa dak iż-żmien kien sar proprjetà privata, mingħajr ma ġew mitluba jew imħallsa interessi fuq l-ammont.

(28)

Kumpanija waħda ma ngħatatx MET billi l-kumpanija tal-bejgħ relatata tagħha, li għandha x'taqsam mal-prodott ikkonċernat ukoll, ma mlietx formola għall-MET.

(29)

Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tal-MET lill-kumpaniji kkonċernati fir-RPĊ, lill-awtoritajiet fir-RPĊ u lil dawk li għamlu l-ilment. Huma kienu mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu.

(30)

Ngħataw bosta sottomissjonijiet bil-miktub u saret seduta ma' xi produtturi esportaturi. Il-produtturi esportaturi argumentaw li fir-RPĊ madwar 70 % tal-urea tiġi prodotta bil-faħam bħala l-input ewlieni u biss madwar 30 % tal-urea tiġi prodotta mill-gass naturali. Madankollu, billi l-Istat jinterferixxi wkoll fis-suq tal-urea, kif stipulat fil-premessi 23 u 24, dan ma jibdilx il-konklużjoni li l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-melamina huma artifiċjali ferm. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

(31)

Tressqu argumenti oħra fis-sottomissjonijiet bil-miktub u s-seduta wara l-iżvelar tas-sejbiet, li ma kinux tali li jibdlu l-proposta li tiġi miċħuda MET lill-kumpaniji kollha li talbuha.

(32)

Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar 'il fuq, l-ebda waħda mill-kumpaniji li kkooperaw fir-RPĊ u li talbu MET ma setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku. Għalhekk, tqies li l-MET għandha tiġi miċħuda għal dawn il-kumpaniji kollha. Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat u ma oġġezzjonax għal dawn konklużjonijiet.

2.   Trattament Individwali

(33)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju li japplika għall-pajjiż kollu, jekk jeżisti, jiġi stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ħlief f'dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(34)

Dawk il-kumpaniji u l-gruppi kollha li talbu MET talbu wkoll IT fil-każ li ma jingħatalhomx MET. Barra minn hekk, grupp wieħed biss talab IT. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, ġie stabbilit b’mod provviżorju li tlieta mill-ħames kumpaniji jew gruppi produtturi esportaturi fir-RPĊ jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għal IT. Grupp wieħed ta’ kumpaniji fir-RPĊ ma ngħatalux IT minħabba li l-kumpanija possedenti hija proprjetà sħiħa tal-Istat u l-kumpaniji individwali fil-grupp, fil-maġġoranza tagħhom, huma proprjetà tal-Istat. Kumpanija oħra ma ngħatalhiex IT billi kumpanija tal-bejgħ relatata ma mlietx formola għall-MET/IT. Għalhekk, ma kienx possibbli li jiġu evalwati l-kriterji għal IT.

3.   Il-valur normali

a)   L-għażla tal-pajjiż analogu

(35)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET, gћandu jiġi stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali kompost f'pajjiż analogu.

(36)

Fl-avviż tal-inizjazzjoni, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika bћala pajjiż analogu xieraq bil-għan li tistabbilixxi l-valur normali, u l-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkummentaw dwar dan.

(37)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk pajjiżi oħrajn ikunux għażla raġonevoli għall-pajjiż analogu u ntbagħtu kwestjonarji lill-produtturi tal-melamina fl-Indja, l-Iran, l-Indoneżja u l-Istati Uniti tal-Amerika. Il-produtturi tal-melamina fl-Istati Uniti u l-Indoneżja biss wieġbu għall-kwestjonarji.

(38)

Wara l-eżaminazzjoni tat-tweġibiet, l-Indoneżja ntgħażlet bħala pajjiż analogu li jidher li hu suq miftuħ b’dazju tal-importazzjoni baxxa u b’importazzjonijiet sinifikanti minn diversi pajjiżi terzi. Barra minn hekk, instab li l-istruttura tal-ispejjeż ta’ produttur Indoneżjan kienet iktar komparabbli ma' produttur Ċiniż mill-istruttura tal-ispejjeż ta’ produttur mill-Istati Uniti u għalhekk tirriżulta f'valur normali iktar realistiku. L-investigazzjoni ma wriet ebda raġuni biex wieħed iqis li l-Indoneżja ma kinitx tajba biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(39)

Eventwalment, ebda parti interessata, inkluż l-entitajiet li ressqu l-ilment, ma argumentat li l-Istati Uniti kellhom jintużaw bħala l-pajjiż analogu xieraq għal din l-investigazzjoni.

(40)

Id-dejta ppreżentata fit-tweġiba tal-produttur Indoneżjan li kkoopera kienet ivverifikata fuq il-post u nstabet li hija tagħrif affidabbli li fuqu seta’ jiġi bbażat il-valur normali.

(41)

Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li l-Indoneżja hija pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

b)   Determinazzjoni tal-valur normali

(42)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata pprovduta mill-produttur fil-pajjiż analogu.

(43)

Il-prodott ikkonċernat kien mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Indoneżjan.

(44)

Billi l-bejgħ fis-suq domestiku lil klijenti mhux relatati ma kienx jagħmel qligħ matul il-perjodu tal-investigazzjoni, il-valur normali nbena billi ntużat l-ispiża għall-manifattura tal-produttur Indoneżjan flimkien ma' ammont raġonevoli għall-SG&A u għall-qligħ fis-suq domestiku.

(45)

L-ispejjeż tal-SG&A u l-profitt ġew stabbiliti skont l-Artikolu 2(6)c fuq il-bażi ta’ metodu raġonevoli ieħor billi tqabblu l-ispejjeż tal-SG&A u l-profitt mal-industrija tal-Unjoni. L-ammont għall-SG&A użat tqies li kien raġonevoli billi kien konformi mal-SG&A tal-industrija tal-Unjoni. L-ammont tal-qligħ kien qrib dak miksub mill-industrija tal-Unjoni fis-snin profittabbli. Ma kienx hemm indikazzjonijiet li dan l-ammont ta’ qligħ se jaqbeż il-profitt normalment miksub minn esportaturi jew produtturi mill-bejgħ ta’ prodotti tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż tal-oriġini.

c)   Prezzijiet għall-produtturi esportaturi li ngħataw il-IT

(46)

Billi l-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ngħataw IT għamlu bejgħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezzijiet ġew ibbażati fuq il-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

d)   Tqabbil

(47)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti, fejn kien xieraq, għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u l-ispejjeż bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġati b’evidenza vverifikata.

(48)

Ta’ min jinnota li l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fl-istess livell ta’ tassazzjoni indiretta, jiġifieri bil-VAT inkluża.

4.   Il-marġnijiet tad-dumping

(a)   Gћall-produttur esportatur li kkoopera u li ngћata IT

(49)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ngħataw IT ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali medju differenzjat stabbilit għall-pajjiżi analogu mal-prezz tal-esportazzjoni medju differenzjat tal-prodott ikkonċernat ta’ kull kumpanija lill-Unjoni kif ġie stabbilit hawn fuq.

(50)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Kumpanija

Marġini tad-dumping provviżorju

Sichuan Golden Elephant Chemical Industry Group Co., Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Sichuan Jade Elephant Melamine S&T Co., Ltd

44,9  %

Shandong Liaherd Chemical Industry Co., Ltd u l-kumpaniji relatati tagħha Shandong Lianhe Fengyuan Chemical Industry Co., Ltd u Yiyuan Lianhe Fertilizer Co., Ltd

47,6  %

Henan Junhua Chemical Company Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Haohua-Junhua Group Zhengyang Chemical Co., Ltd

49,0  %

(b)   Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha

(51)

Sabiex jiġi kkalkluat il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit l-ewwel billi tqabblu l-volumi tal-esportazzjonijiet lill-Unjoni rrappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mal-istatistika ekwivalenti tal-Eurostat.

(52)

Jekk wieħed iqis li l-kooperazzjoni mir-RPĊ kienet baxxa, jiġifieri 30 %, il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ ġie stabbilit billi tqabbel il-valur normali kif stabbilit għall-Indoneżja mad-dejta dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma ngħatalhom la MET u lanqas IT.

(53)

Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 65,6 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

D.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(54)

L-ilment tressaq mit-tliet produtturi ewlenin tal-Unjoni tal-melamina, li għandhom faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Awstrija, il-Ġermanja u l-Italja (Borealis), il-Pajjiżi l-Baxxi (DSM) u l-Polonja (Pulawy) li flimkien jirrappreżentaw iktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI. Żewġ produtturi oħra bi produzzjoni limitata ma oġġezzjonawx għall-ftuħ tal-investigazzjoni.

(55)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(56)

Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li hija madwar 340 000 tunnellata matul il-PI. Dan l-ammont kien jinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw irwieħhom u l-produzzjoni stmata ta’ produtturi li baqgħu siekta fil-proċediment (“produtturi siekta”). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, id-dejta indikata fl-ilment dwar il-produtturi siekta ntużat biex jiġu stabbiliti l-produzzjoni u l-konsum totali tal-Unjoni.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(57)

Il-konsum kien stabbilit fuq il-bażi tal-importazzjonijiet totali, meħuda minn Eurostat, il-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni, inkluża stima tal-bejgħ tal-produtturi li ma ppreżentawx irwieħhom. L-istima kienet ibbażata fuq id-dejta mogħtija fl-ilment.

Tabella 1

 

2006

2007

2008

PI

Volum (tunnellati)

367 476

388 567

323 638

266 178

Indiċjat

100

105

88

72

Sors: Eurostat u t-tweġibiet għall-kwestjonarji.

(58)

Il-konsum żdied b’5 % bejn l-2006 u l-2007 u mbagħad naqas bi 17 % bejn l-2007 u l-2008, u b’16 % matul il-PI. B’kollox, tul il-perjodu meqjus il-konsum naqas b’28 %.

(59)

It-tnaqqis fil-konsum tal-melamina jista’ jiġi attribwit lill-konġettura, u partikolarment lit-tnaqqis temporanju tas-swieq tal-proprjetà u tal-bini li huma s-swieq ewlenin għall-applikazzjonijiet ewlenin tal-melamina. Il-melamina hija materja prima importanti f'dan is-settur u mhux mistenni li jeħdulha postha materjali oħrajn. Għalhekk, id-domanda tal-melamina mistennija terġa' tiġi f'tagħha bl-irkupru ekonomiku ġenerali.

3.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat

a)   Volum, prezz u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(60)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tal-melamina mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

L-importazzjonijiet mir-PRĊ

2006

2007

2008

PI

Volum (tunnellati)

26 565

42 750

34 595

17 434

Indiċjat

100

161

130

66

Sors: Eurostat.

(61)

L-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu fis-suq tal-Unjoni bejn l-2006 u l-2008. Filwaqt li l-konsum totali fis-suq tal-UE naqas bi 12 % fl-istess perjodu, l-esportaturi Ċiniżi żiedu l-volum tal-bejgħ tagħhom lis-suq tal-Unjoni bi 30 %. Kif jidher fit-tabella hawn taħt, kien hemm żieda wkoll fis-sehem mis-suq f'dak il-perjodu.

(62)

Is-sitwazzjoni marret lura matul il-PI: filwaqt li l-konsum naqas bi 18 %, il-volum tal-produtturi Ċiniżi tal-esportazzjoni naqas iktar. Bħal bil-volum tal-esportazzjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi tilfu s-sehem mis-suq matul il-PI.

Tabella 3

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

2006

2007

2008

PI

Sehem tas-suq

7,2  %

11,0  %

10,7  %

6,5  %

Indiċjat

100

153

148

91

Abbażi tal-Eurostat, jidher li l-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b’mod ġenerali b’10 % matul il-perjodu meqjus.

Tabella 4

 

2006

2007

2008

PI

Prezz medju /tunnellata

EUR 814

EUR 802

EUR 1 149

EUR 896

Indiċjat

100

99

141

110

Sors: Eurostat.

(63)

Madankollu, kien hemm livell għoli ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi u l-investigazzjoni wriet li l-prezz medju tal-importazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, li jirrappreżentaw madwar 30 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali, kien ħafna inqas mill-prezz tal-Eurostat u inqas mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni u kien medja ta’ 806 EUR/tunnellata matul il-PI.

(64)

Għalhekk, f'dan l-istadju tal-investigazzjoni, huwa meqjus li l-prezz ivverifikat fuq il-post tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fiċ-Ċina għandu jitqies għall-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità.

(65)

Matul l-investigazzjoni, xi partijiet saħqu li l-melamina importata miċ-Ċina kienet ta’ kwalità iktar baxxa minn dik prodotta mill-Industrija tal-Unjoni u li ma setgħetx tintuża għal ċerti applikazzjonijiet bħall-applikazzjonijiet tal-wiċċ. Billi din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tiġi sostanzjata, ma setgħetx titqies f'dan l-istadju tal-investigazzjoni.

b)   It-twaqqigħ tal-prezz

(66)

Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet medji differenzjati tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati partikolarment għall-ispejjeż tat-trasport u t-tqandil, għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet medji differenzjati korrispondenti tal-esportaturi li kkooperaw mill-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF.

(67)

It-tqabbil wera li matul il-PI il-prodott dumped ikkonċernat li joriġina mill-RPĊ mibjugħ fl-Unjoni kien iktar baxx mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’10,3 %.

4.   Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

a)   Kummenti preliminari

(68)

B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal evalwazzjoni tal-istat tal-industrija tal-Unjoni mill-2006 sal-aħħar tal-PI.

b)   Il-produzzjoni , il-kapaċità ta’ produzzjon u l-użu tal-kapaċità

Tabella 5

 

2006

2007

2008

PI

Produzzjoni (tunnellati)

378 961

371 564

358 794

304 028

Indiċjat

100

98

95

80

Kapaċità (tunnellati)

442 000

442 000

396 200

396 200

Indiċjat

100

100

90

90

L-użu tal-kapaċità

86  %

84  %

91  %

77  %

Indiċjat

100

98

106

90

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(69)

Kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’20 % matul dak il-perjodu. Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’10 % fil-perjodu meqjus.

(70)

L-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha għal madwar 396 200 tunnellata fl-2008. Madankollu, minħabba l-istaġnar fil-bejgħ u t-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità disponibbli naqset minn 86 % fl-2006 għal 77 % fil-PI. L-ikbar żieda seħħet bejn l-2008 u l-PI.

c)   L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(71)

Iċ-ċifri tal-bejgħ fit-tabella hawn taħt huma relatati mal-ammont mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni.

Tabella 6

 

2006

2007

2008

PI

Volum (tunnellati)

254 707

274 211

241 867

215 469

Indiċjat

100

108

95

85

Sehem tas-suq

74  %

75  %

80  %

86  %

Indiċjat

100

107

107

116

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(72)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b’28 % matul l-2006 u l-PI, il-volum tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni lill-konsumaturi indipendenti fis-suq tal-Unjoni naqas b’15 %. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid is-sehem mis-suq tagħha minn 74 % fl-2006 għal 86 % fil-PI.

d)   Prezzijiet unitarji medji tal-industrija tal-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni

(73)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ex-works medji tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni naqsu b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Tnaqqis sinifikanti fil-prezz tal-bejgħ b’26 % seħħ bejn l-2008 u l-PI.

Tabella 7(a)

 

2006

2007

2008

PI

Prezz medju /tunnellata

EUR 949

EUR 998

EUR 1 217

EUR 898

Indiċjat

100

105

128

95

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(74)

Instab li l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 2 % bejn l-2006 u l-PI. Madankollu, matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla żżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha baxxi sabiex tikkompeti mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi. Konsegwentement, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu inqas ferm mill-ispejjeż tal-produzzjoni matul il-PI.

(75)

L-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppat kif ġej matul il-perjodu meqjus:

Table 7(b)

 

2006

2007

2008

PI

Spiża tal-produzzjoni medja / tunnellata

EUR 1 076

EUR 1 054

EUŖ 1 229

EUR 1 060

Indiċjat

100

98

114

98

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju.

e)   Stokks

(76)

L-istokks irrappreżentaw madwar 5 % tal-volum tal-produzzjoni fil-PI. L-industrija tal-Unjoni naqqset il-livelli tal-istokks tagħha bi 68 % matul il-perjodu meqjus, b’mod partikolari bejn l-2008 u l-PI. Madankollu, dan it-tnaqqis fl-istokks għandu jitqies fid-dawl tal-livell aktar baxx ta’ attività wara t-tnaqqis tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 8

 

2006

2007

2008

PI

Stokks (tunnellati)

51 650

31 019

48 732

16 611

Indiċjat

100

60

94

32

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju.

f)   Impjiegi, salarji u produttività

Tabella 9

 

2006

2007

2008

PI

Impjiegi – ekwivalenti għal full-time (EFT)

706

688

613

606

Indiċi

100

97

87

86

Spiża għall-ħaddiema (EUR/ EFT)

57 736

57 248

63 273

61 025

Indiċi

100

99

110

106

Produttività (unità/EFT)

537

540

585

502

Indiċi

100

101

109

94

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(77)

Minħabba l-attivitajiet ta’ downsizing tal-industrija tal-Unjoni, l-għadd ta’ impjegati tnaqqas bi 13 % fl-2008, u b’1 % ieħor matul il-PI. It-tnaqqis fil-produttività għandhu jitqies fid-dawl tan-natura ġenerali ta’ downsizing fl-attivitajiet, fejn it-tnaqqis fin-numru tal-impjegati jsegwi t-tnaqqis fil-produzzjoni biss wara ċertu dewmien. Fir-rigward tal-ispejjeż tax-xogħol, dawn jiżdiedu ftit b’6 % matul il-perjodu meqjus.

g)   Il-profitabbiltà, il-likwidità, l-investimenti, l-introjtu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jinġabar il-kapital

Tabella 10

 

2006

2007

2008

PI

Il-profittabilità

–9,9  %

–2,4  %

–1,3  %

–18,0  %

Sena/sena

 

–7,5  %

+1,1  %

–16,7  %

Il-likwidità '000 euro

–5 091

36 162

19 682

–20 847

Sena/sena

 

41 253

–18 480

–40 529

L-investimenti '000 euro

29 070

14 630

32 540

21 465

Indiċi

100

50,3

112

74

L-introjtu mill-investimenti

–10  %

–3  %

–2  %

–25  %

Sena/sena

 

+7  %

+1  %

–23  %

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju.

(78)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi ġie espress il-qligħ nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perjodu meqjus il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku minn telf ta’ 9,9 % fl-2006 għal telf ta’ 18 % fil-PI. Din is-sitwazzjoni seħħet minkejja tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’14 % bejn l-2008 u l-PI kif jidher fit-tabella 7(b) fuq.

(79)

Ix-xejra tal-likwidità, li hija l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha, tirrifletti fil-biċċa l-kbira l-iżviluppi fil-profittabilità. Konsegwentement, il-likwidità turi tnaqqis sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Jistgħu jsiru l-istess kummenti dwar l-introjtu fuq l-investimenti, li wera żvilupp simili f’konformità mar-riżultati negattivi miksuba mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus.

(80)

Wara dak li ntqal hawn fuq, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti saret limitata minħabba li l-likwidità ddeterjorat b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. B’konsegwenza ta’ dan, l-investimenti niżlu b’26,2 % matul il-perjodu meqjus.

h)   Tkabbir

(81)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 28 % bejn l-2006 u l-PI, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni bi 15 %. Meta wieħed iħares lejn l-iżvilupp matul il-perjodu meqjus, it-tnaqqis ta’ 15 % fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ħafna inqas qawwi mit-tnaqqis ta’ 28 % fil-konsum tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 12-il punt perċentwali matul l-istess perjodu.

i)   Daqs tal-marġini effettiv tad-dumping

(82)

Il-marġinijiet tad-dumping għar-RPĊ, speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping, huma ’l fuq mil-limitu de minimis. Minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġini effettivi tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(83)

L-investigazzjoni wriet li għadd ta’ indikaturi marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar ferm matul il-perjodu meqjus.

(84)

Il-volum tal-bejgħ naqas bi 15 %, il-volum tal-produzzjoni b’20 %, l-utilizzazzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni naqset minn 86 % għal 77 %, l-impjiegi kellhom jitnaqqsu b’14 %. Fl-istess perjodu l-prezzijiet tnaqqsu b’5 %. Seħħ tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ b’26 % bejn l-2008 u l-PI u għalhekk il-profitabbiltà kienet drammatikament baxxa b’konsegwenzi negattivi fuq l-investimenti u l-indikaturi finanzjarji bħal-likwidità u l-introjtu mill-investiment.

(85)

Anki jekk, fil-kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni rnexxilha żżid is-sehem mis-suq tagħha bi 12-il punt perċentwali fis-suq tal-Unjoni, il-livell baxx tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni partikolarment matul il-PI wassal għal deterjorament kbir matul il-PI partikolarment tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, il-prezzijiet ma jippermettux li tiġi koperta l-ispiża tal-produzzjoni u t-telf imġarrab kien saħansitra – 18 % fuq il-fatturat.

(86)

Abbażi ta’ dan, jitqies li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-PI.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(87)

Skont l-Artikolu 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni ġietx ikkawżata mill-importazzjonijiet l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Minbarra dan, fatturi magħrufa oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li setgħu għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex ikun żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawk il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

2.   L-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(88)

Ta’ min ifakkar li l-kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet baxxa ħafna f'din l-investigazzjoni. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 29 % tal-importazzjonijiet totali tal-melamina matul il-PI.

(89)

L-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat uriet li kollox ma' kollox, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas ferm b’34 % matul il-perjodu meqjus. Fi kliem ieħor, dawn l-importazzjonijiet naqsu relattivament b’rata aktar mgħaġġla mill-konsum (-28 %) matul dak il-perjodu.

(90)

Fir-rigward tal-prezzijiet, Eurostat indikat li l-prezz tal-importazzjoni tal-melamina Ċiniża żdiedet b’10 % matul il-perjodu meqjus. Naqas sostanzjalment b’31 % fil-perjodu mill-2008 sal-PI. Madankollu, l-informazzjoni vverifikata tal-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw li jirrappreżentaw madwar 30 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina, uriet li l-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ferm inqas minn dak tal-Eurostat. Instab li l-produtturi li kkooperaw kienu qed iwaqqgħu l-prezz b’medja ta’ 10,3 % meta mqabbel mal-prezz tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(91)

Jekk wieħed iqis il-livell għoli ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mir-RPĊ, jitqies li l-prezz ivverifikat fuq il-post tal-produtturi li kkooperaw għandu jirbaħ fuq id-dejta tal-Eurostat dwar il-prezzijiet.

(92)

Analiżi ta’ kull xahar tal-volum tal-importazzjonijiet tal-melamina wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu preżenti f'ammonti kbar fis-suq tal-Unjoni fl-ewwel semestru tal-PI, meta l-kriżi fis-settur kienet fil-quċċata tagħha, u żammew sehem ta’ 15 % mis-suq tal-Unjoni fl-ewwel semestru tal-PI. Jekk wieħed iqis l-istruttura u l-proċess tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, din ma kellhiex għażla ħlief li tbaxxi l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex iżżomm is-sehem mis-suq. Anki jekk l-esportaturi Ċiniżi naqsu ferm l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni fit-tieni semestru tal-PI, l-effett negattiv tal-preżenza kbira tagħhom fil-bidu tal-PI u l-livell baxx tal-prezz tal-bejgħ tagħhom baqgħu jaffettwaw lis-suq tal-Unjoni u lill-industrija tal-Unjoni fil-bqija tal-PI.

(93)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis serju fil-produzzjoni, tnaqqis fir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità, telf fil-volum tal-bejgħ u fl-impjiegi fil-perjodu meqjus. L-istruttura tal-industrija tal-Unjoni u l-iżvilupp tal-fatturi tal-ħsara msemmija fuq, jissuġġerixxu li d-deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tagħha sa ċertu punt kienet minħabba s-sitwazzjoni ta’ kriżi u d-domanda baxxa fis-suq kif spjegat fil-premessi (97) sa (100) hawn taħt. Iżda huwa wkoll minħabba l-livell baxx tal-prezzijiet u l-pressjoni mill-esportazzjonijiet Ċiniżi partikolarment bejn l-2008 u l-PI li ma ppermettewhiex tkopri l-ispejjeż tagħha. B’riżultat ta’ dan, it-telf akkumulat matul il-PI kien saħansitra – 18 % fuq il-fatturat.

(94)

Jekk titqies id-distorsjoni li nstabet matul l-investigazzjoni tal-MET fir-RPĊ, il-livell għoli ta’ dumping misjub, u fid-dawl tas-sejbiet li saru partikolarment fil-premessa (92) hawn fuq, jitqies li anki b’sehem mis-suq li qed jonqos, il-preżenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li huwa inqas mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni b’iktar minn 10 % fis-suq tal-Unjoni, kellha rwol biex ix-xejra negattiva fil-prezzijiet tal-bejgħ tkompli sejra lura fis-suq tal-Unjoni matul il-PI kollu.

(95)

Abbażi ta’ dan, tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjoni dumped u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

3.   Effett ta’ fatturi oħra

(96)

Il-fatturi l-oħra li ġew eżaminati fil-kuntest tal-kawżalità huma l-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Unjoni, il-kriżi ekonomika, l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ir-rendiment tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet tal-melamina minn pajjiżi terzi oħra.

a)   L-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Unjoni u l-kriżi ekonomika

(97)

Għandu jiġi mfakkar li l-applikazzjonijiet ewlenin tal-melamina huma fis-swieq tal-proprjetà u tal-bini. Wara l-kriżi ekonomika, is-swieq tal-proprjetà u tal-bini ċkienu u dan irriżulta wkoll fi tnaqqis tal-konsum mhux biss fis-suq tal-Unjoni iżda fuq skala globali. Billi l-UE hija l-ikbar suq dinji għall-melamina bil-bosta, il-kriżi kellha impatt negattiv fuq dak is-suq. Dan intwera bi tnaqqis ta’ 28 % fil-konsum, waqfiet fil-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni u tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ.

(98)

Il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq għalhekk juru li parti mill-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni tista’ tkun riżultat tal-kriżi ekonomika.

(99)

Madankollu, kif spjegat fil-premessi (88) sa (95) hawn fuq, wieħed għandu jżomm f'moħħu li kien hemm tbagħbis ċar fis-suq Ċiniż tal-melamina. Madankollu, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kellhom prezzijiet b’medja ta’ 10 % iktar baxxi mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI u b’hekk komplew jgħarrqu l-effetti negattivi fuq il-livell tal-prezzijiet, partikolarment matul il-PI.

(100)

Fid-dawl tat-twaqqigħ tal-prezzijiet mill-esportaturi Ċiniżi u ż-żieda selettiva tal-preżenza tagħhom matul il-PI kif deskritta fil-premessa (92) fuq, anki jekk jitqies li parti mill-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni tista’ tiġi attribwita għall-kriżi ekonomika, din ir-rabta mhijiex tali li tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-ħsara materjali tal-industrija tal-Unjoni.

b)   L-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(101)

L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-melamina tirrikjedi ħafna kapital u għandha proporzjon kbir ta’ spejjeż fissi. L-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex tipproduċi l-melamina baqgħet stabbli matul il-perjodu meqjus iżda naqset b’14 % bejn l-2008 u l-PI kif jidher fit-tabella 7(b) hawn fuq. Dan kellu jippermetti ċertu rkupru fil-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni iżda l-livell baxx tal-prezz fis-suq tal-Unjoni u t-twaqqigħ fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumpin bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ ma ppermettewx li din is-sitwazzjoni timmaterjalizza.

(102)

Skont dan, huwa konkluż li l-ispiża tal-produzzjoni mhijiex kawża tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

c)   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(103)

Għalkemm l-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità kkonċentrat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tagħha kienet eżaminata bħala fattur possibbli ieħor li jista’ jispjega l-ħsara mġarrba.

Tabella 11

 

2006

2007

2008

PI

Esportazzjonijiet (’000 tunnellati)

84 103

78 956

68 560

85 146

Indiċi

100

94

82

101

Sors: tweġibiet għall-kwestjonnarju tal-industrija tal-Unjoni.

(104)

L-analiżi wriet li l-bejgħ tal-esportazzjoni lil partijiet mhux relatati li sar mill-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli f'madwar 85 000 tunnellati jew 28 % tal-produzzjoni matul il-perjodu meqjus. Ir-rendiment tal-esportazzjoni għalhekk kien tajjeb ħafna anki matul il-kriżi. Għalhekk, is-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni ma tistax tiġi spjegata jew attribwita għall-esportazzjonijiet.

d)   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(105)

Ix-xejriet fil-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bejn l-2006 u l-PI kienu kif ġej:

Tabella 12

Pajjiżi terzi oħra

2006

2007

2008

PI

Importazzjonijiet (tunnellati)

45 480

41 060

24 835

16 473

Indiċi

100

90

55

36

Sehem tas-suq

12,3  %

10,6  %

7,7  %

6,2  %

Indiċi

100

86

62

50

Prezz (EUR/tunnellata)

820

941

1 094

895

Indiċi

100

115

133

109

Sors: Eurostat.

(106)

Minbarra l-Iran u l-Arabja Sawdita, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi individwali kienu taħt il-livell de minimis ta’ 1 % tas-sehem mis-suq tas-suq tal-Unjoni matul il-PI. L-investigazzjoni wriet li l-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi naqas fil-perjodu meqjus. Fir-rigward tal-Iran u l-Arabja Sawdita li jirrappreżentaw rispettivament 4,4 % u 1,4 % tal-konsum tal-UE matul il-PI, instab li l-ipprezzar tagħhom kien ogħla minn dak tal-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. Għalhekk, jitqies li dawn il-kwantitajiet u l-prezzijiet seta’ jkollhom biss impatt limitat fuq is-suq tal-UE, jekk kellhom.

(107)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma kkontribwewx b’mod sinifikanti għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(108)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw mir-RPĊ matul il-perjodu meqjus. Madankollu, dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping sinifikanti li kienu inqas mill-prezzijiet iċċarġjati mill-industrija tal-Unjoni b’10 % fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Dan l-effett negattiv fuq il-prezz tal-bejgħ li ppredomina fis-suq tal-Unjoni dam għall-perjodu kollu tal-investigazzjoni. Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet kollha, tqies li kien hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumpin u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(109)

L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni żvela li dawn il-fatturi ma jidhrux li huma tali li jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fir-RPĊ u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(110)

Skont l-analiżi ta’ hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Kumment preliminari

(111)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar dumping dannuż, kinux jeżistu raġunijiet serji għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri provviżorji anti-dumping f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(112)

L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn tliet produtturi li jinsabu f'fabbriki f'diversi Stati Membri tal-Unjoni, li jimpjegaw direttament aktar minn 600 persuna relatata mal-prodott simili.

(113)

L-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara relevanti wrew xejra negattiva matul il-perjodu meqjus. B’mod partikolari l-indikaturi tal-ħsara relatati mar-rendiment finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni, bħall-profitabbiltà, il-likwidità u l-introjtu mill-investimenti ġew affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, jitqies li l-irkupru fis-settur tal-melamina ma jkunx biżżejjed biex ikun jista’ jseħħ l-irkupru tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(114)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping provviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk il-prezz tal-melamina jkun jista’ jirrifletti l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji u l-irkupru fis-settur jippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tagħmel ekonomiji tal-iskala biex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha b’impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika u l-profitabbiltà tagħha.

(115)

Għalhekk, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping provviżorji għall-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mill-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   Interess tal-utenti

(116)

Il-kooperazzjoni tal-utenti kienet relattivament baxxa f'dan il-każ. Intbagħtu 44 kwestjonarju lil utenti magħrufa fis-suq tal-Unjoni u seba' tweġibiet biss setgħu jitqiesu sinifikanti biżżejjed biex tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom u l-impatt possibbli tal-miżuri anti-dumping fuq l-attività tagħhom. L-utenti li kkooperaw irrappreżentaw madwar 10 % mill-konsum tal-UE.

(117)

Skont l-industrija tal-Unjoni, is-sehem tal-melamina fl-ispiża għall-produzzjoni tal-industrija tal-utenti tkun l-aktar 3 % u medja ta’ 2 %. Jekk dan jiġi kkonfermat miż-żjajjar ulterjuri ta’ verifika li se jsiru fil-bqija tal-investigazzjoni fuq il-post tal-utenti, l-impatt tal-miżuri anti-dumping proposti fuq l-industrija tal-utenti jkun limitat.

(118)

Abbażi tal-ftit tweġibiet sinifikanti mill-utenti, jidher li s-sehem tal-melamina fl-ispiża tal-produzzjoni tal-utenti tkun madwar 10 %. L-impatt possibbli tal-miżuri jista’ għalhekk ikun negattiv skont il-livell tal-profittabbiltà tagħhom li ma ġiex żvelat b’mod ċar mill-utenti. Kif imsemmi fuq, iż-żjajjar ta’ verifika se jsiru fuq il-post tal-utenti ewlenin fil-bqija tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni se titlob ukoll iktar kooperazzjoni mill-industrija tal-utenti.

(119)

Xi partijiet issuġġerew ukoll li minħabba li s-sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni huwa għoli ħafna, iż-żieda fil-prezz li dik l-industrija se timponi fuq il-melamina ladarba jiġu imposti l-miżuri tista’ tkun l-impatt ewlieni tal-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping f'dan il-każ.

(120)

Madankollu, huwa meqjus li jekk ma jiġux impost l-miżuri fuq l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi, dan jista’ jwassal għal iktar tnaqqis fil-produzzjoni minn ċerti produtturi tal-Unjoni u mbagħad għal problemi possibbli bħal nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni, l-ikbar suq għall-melamina fid-dinja.

(121)

Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, huwa meqjus f'dan l-istadju li ma hemmx elementi sostanzjati li juru li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji ma jkunux proporzjonati fir-rigward tal-attività tal-industrija tal-utenti. Għalhekk, jitqies li ma hemmx raġunijiet konvinċenti biex jiġu imposti miżuri provviżorji.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(122)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li globalment, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, ma hemmx raġunijiet serji kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mill-RPĊ.

G.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING

1.   Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(123)

Minħabba l-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji anti-dumping sabiex ma jiġix ikkawżat aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li oġġett tad-dumping.

(124)

Bl-iskop li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġnijiet tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex tiġi eliminata l-ħsara sostnuta mill-industrija tal-Unjoni.

(125)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel il-ħsara, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-qligħ li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għandu jkun ibbażat fuq is-sena 2003 li hi l-unika sena fejn inkiseb qligħ mill-industrija tal-Unjoni u fejn l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu inqas preżenti fis-suq tal-Unjoni. Huwa għalhekk ikkunsidrat li marġini ta’ qligħ ta’ 5 % ta’ fatturat jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħat stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping ta’ ħsara.

(126)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jagћmilx ħsara għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jagћmilx ħsara nkiseb billi ġie miżjud il-marġini ta’ qligħ ta’ 5 % li ssemma aktar 'il fuq mal-ispejjeż tal-produzzjoni.

(127)

Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja differenzjata tal-prezz tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, aġġustata b’mod xieraq għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji tad-dwana mal-prezz mhux ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF tat-tipi mqabbla.

2.   Il-miżuri provviżorji

(128)

Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ fil-livell tal-marġini l-iktar baxx tad-dumping u tal-ħsara, skont ir-regola tal-inqas dazji.

(129)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(130)

Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali.

(131)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping, il-livell tad-dazju residwali ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-PI.

(132)

Il-marġnijiet tad-dumping u tal-ħsara stabbiliti huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping

Marġni tal-ħsara

Sichuan Golden Elephant

44,9  %

46,5  %

Shandong Liaherd

47,6  %

47,8  %

Henan Junhua

49,0  %

53,9  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

65,6  %

65,2  %

H.   ŻVELAR

(133)

Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna jibgħatu fehmiethom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Il-kummenti tagħhom se jiġu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping magћmula gћall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed jiġi impost dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2933 61 00 u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorja applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Sichuan Golden Elephant

44,9

A986

Shandong Liaherd

47,6

A987

Henan Junhua

49,0

A988

Il-kumpaniji l-oħra kollha

65,2

A999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

1   Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 40, 17.2.2010, p. 10.

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat B, 1049 Brussell, il-Belġju.


16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1036/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jimponi dazju ta’ anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-trab zeolite A li joriġina mill-Bosnja-Ħerzegovina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   It-tnedija

(1)

Fis-17 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“Avviż tat-Tnedija”), il-bidu ta’ proċedura anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tat-trab zeolite A li joriġina mill-Bosnja-Ħerzegovina (“BiH”).

(2)

Il-proċedura tnediet b’segwitu għal ilment imressaq fl-4 ta' Jannar 2010 mill-Industrias Quimicas del Ebro SA, MAL Magyar Aluminium, PQ Silicas BV, Silkem d.o.o. u Zeolite Mira Srl Unipersonale (“il-kwerelanti”), li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tat-trab zeolite A. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelanti, lill-produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-grupp tal-produtturi esportaturi fil-BiH, lill-importaturi, lill-utenti, u lill-partijiet oħra magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-BiH bil-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tat-tnedija.

(4)

Il-kwerelanti, il-produtturi tal-Unjoni, il-grupp tal-produtturi esportaturi fil-BiH, l-importaturi u l-utenti taw il-fehmiet tagħhom. Il-partijiet kollha interessati, li għamlu din it-talba u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw is-smigħ.

(5)

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi u importaturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub minn qabel fl-Avviż tat-tnedija, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u jekk inhu hekk, tkun tista’ tagħżel kampjun, il-produtturi kollha magħrufa u l-importaturi tal-Unjoni ġew mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-Avviż tat-tnedija, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat (kif definit fit-taqsima 2.1. hawn taħt) matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009.

(6)

Kif spjegat fil-premessa (16) hawn taħt, tmien produtturi tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li ntbagħtet mill-produtturi tal-Unjoni li kkoperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba’ produtturi tal-Unjoni li għandhom l-akbar volum ta’ produzzjoni/bejgħ fl-Unjoni.

(7)

Kif spjegat fil-premessa (20) hawn taħt, kienu biss tliet importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Madankollu wieħed minn dawn l-importaturi ma kienx jimporta/jixtri l-prodott ikkonċernat. Għalhekk, minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi, it-teħid ta’ kampjuni tqies li ma għadux aktar neċessarju.

(8)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li għamlu lilhom infushom magħrufa fl-iskadenzi stipulati fl-Avviż tat-tnedija, jiġifieri lill-grupp tal-produtturi esportaturi fil-BiH, l-erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u tliet importaturi/utenti mhux relatati.

(9)

Ġew riċevuti risposti mill-grupp tal-produtturi esportaturi fil-BiH, inkluż il-kumpaniji relatati miegħu, mill-erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u mit-tliet importaturi/utenti tal-Unjoni mhux relatati.

(10)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, ta’ ħsara li rriżultat minnu u tal-interessi tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta’ verifika fil-kwartieri ta’ dawn il-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi fl-Unjonia

Industrias Quimicas del Ebro SA, Zaragoza, Spanja

MAL Magyar Aluminium, Ajke, l-Ungerija

PQ Silicas BV, Eijsden, l-Olanda

Zeolite Mira Srl Unipersonale, Mira, l-Italja

 

Importaturi/utenti fl-Unjoni

Reckitt Benckiser Group, Slough, ir-Renju Unit u Mira, l-Italja

Henkel AG, Dusseldorf, il-Ġermanja

Chemiewerk Bad Kostritz GmbH, Bad Kostritz, il-Ġermanja

 

Produtturi esportaturi fil-BiH

Fabrika Glinice Birac AD, Zvornik

Alumina d.o.o., Zvornik (relatata mal-produttur esportatur imsemmi hawn fuq)

 

Importatur relatat fl-Unjoni

Kauno Tiekimas AB, Kaunas, il-Litwanja

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(11)

L-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu minn Jannar tal-2005 sal-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(12)

Il-prodott ikkonċernat huwa t-trab zeolite A, imsejjaħ ukoll bħala t-trab zeolite NaA jew it-trab zeolite 4A (il-“prodott ikkonċernat”), li attwalment jinsab fi ħdan il-kodiċi NM ex 2842 10 00.

(13)

Il-prodott ikkonċernat huwa destinat għal applikazzjonijiet b'użu finali bħala bennej, użat fil-produzzjoni ta’ deterġenti xotti u rattaba tal-ilma.

2.2.   Il-prodott simili

(14)

Il-prodott ikkonċernat, il-prodott mibjugħ lokalment fil-BiH kif ukoll dak manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni, nstab li kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi kif ukoll l-istess użi bażiċi u għalhekk huma kkunsidrati li huma simili fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(15)

Il-grupp tal-produtturi esportaturi tal-Bosnja argumenta li l-prodott ikkonċernat esportat minn Fabrika Glinice Birac AD u l-kumpanija relatata magħha Alumina d.o.o. (“il-grupp Birac”) għandu l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-proċessi tal-produzzjoni u l-kwalità differenti mill-prodott simili prodott minn xi produtturi tal-Unjoni. Ġie argumentat ukoll li l-proċess tal-produzzjoni tal-grupp Birac huwa bbażat fuq il-likur tal-alumina mill-proċess tal-produzzjoni tal-alumina minflok tal-aluminju triidrat, filwaqt li l-produzzjoni fl-Unjoni hija tipikament ibbażata fuq il-kristalli idrati li, permezz tat-tisħin u ż-żieda tas-soder kawstiku, jerġgħu jinġiebu fi stat likwidu għall-produzzjoni tat-taħlita likwida taz-zeolite. Fir-rigward tal-argumenti msemmija hawn fuq qed jiġi nnutat li l-informazzjoni ppreżentata mill-grupp Birac ma tikkontestax il-fatti stabbiliti li irrispettivament minn kull allegati differenzi fil-proċessi tal-produzzjoni, fl-ispejjeż jew fil-kwalità, il-prodott ikkonċernat għandu l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u jservi l-istess għanijiet bħall-prodott simili.

3.   IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

3.1.   It-teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi tal-Unjoni

(16)

Tmien produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw madwar 50 % tal-volum tal-bejgħ fis-suq tal-produtturi tal-Unjoni wieġbu għat-talba għad-dejta tat-teħid tal-kampjuni fl-Avviż tat-tnedija. Fil-bidu ntgħażlu l-ikbar ħames produtturi tal-Unjoni biex ikunu parti mill-kampjun. Madankollu, waħda mill-kumpaniji ddeċidiet li twaqqaf il-kooperazzjoni tagħha. Għalhekk l-erba’ produtturi tal-Unjoni li baqa’ jiffurmaw il-kampjun f’din l-investigazzjoni.

(17)

Dawn l-erba’ produtturi kienu jirrappreżentaw madwar 37 % tal-volum tal-bejgħ totali tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fil-PI u iktar minn 75 % tal-volum tal-bejgħ tat-tmien produtturi li pprovdew id-dejta fl-eżerċizzju tat-teħid ta' kampjuni. L-erba’ produtturi magħżula fil-kampjun kienu kkunsidrati li huma rappreżentattivi tal-produtturi totali fl-Unjoni.

(18)

Il-grupp tal-produtturi esportaturi tal-Bosnja argumenta li tliet produtturi tal-Unjoni (MAL Magyar Aluminium, Silkem d.o.o. u Industrias Quimicas del Ebro SA) għandhom jiġu kkunsidrati li ma kkoperawx mal-investigazzjoni. Ġie argumentat li dawn il-kumpaniji ppreżentaw risposti mhux kunfidenzjali għall-ittri ta’ defiċjenza xi ġranet iktar tard mid-data stipulata. Fir-rigward ta’ dan imsemmi hawn fuq, ġie nnutat li l-informazzjoni pprovduta mill-partijiet imsemmija qabel ġiet ippreżentata fil-ħin u ma mpedietx b’xi mod il-progress tal-investigazzjoni jew id-drittijiet għad-difiża tal-partijiet.

(19)

Ġie argumentat ukoll li produttur wieħed tal-Unjoni (MAL Magyar Aluminium) naqas li jsemmi fir-risposta tiegħu dwar it-teħid ta’ kampjuni li kien relatat ma’ produttur ieħor tal-Unjoni (Silkem d.o.o.). Din il-kumpanija tal-aħħar ma kinitx parti mill-kampjun u ma kinitx inkluża fir-risposta għall-kwestjonarju ta’ MAL Magyar Aluminium. Għalhekk ġie argumentat li dawn iż-żewġ produtturi tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati li ma kkoperawx mal-investigazzjoni preżenti. Ma’ dan ġie nnutat li r-relazzjoni bejn dawn iż-żewġ partijiet kienet magħrufa lis-servizzi tal-Kummissjoni fl-istadju tal-ilment u r-relazzjoni kienet iddikjarata fir-risposta dwar it-teħid ta’ kampjuni ta’ waħda miż-żewġ partijiet. Barra minn dan, ir-relazzjoni kienet żvelata fir-risposta għall-kwestjonarju ta’ MAL Magyar Aluminium. Finalment għandu jkun ċar li Silkem d.o.o. u MAL Magyar Aluminium ikkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjoni. Fir-rigward ta’ Silkem d.o.o., il-kumpanija ppreżentat dejta fl-istadju tat-teħid ta’ kampjuni iżda ma tteħditx fil-kampjun u għalhekk ma ntalbitx tagħti risposta għall-kwestjonarju. Fir-rigward ta’ MAL Magyar Aluminium ma kienx hemm ħtieġa li l-kumpanija tippreżenta risposta kkonsolidata bl-inklużjoni ta’ Silkem d.o.o. peress li Silkem d.o.o. hija entità legali separata.

3.2.   It-teħid ta’ kampjuni ta’ importaturi mhux relatati

(20)

Kienu tlieta biss l-importaturi mhux relatati li wieġbu għat-talba għall-informazzjoni fl-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni fl-Avviż tat-tnedija. Sussegwentement ġie skopert li waħda minn dawn il-kumpaniji la importat u lanqas xtrat il-prodott ikkonċernat. Sussegwentement ġie deċiż li t-teħid ta' kampjuni ma kienx neċessarju għall-importaturi mhux relatati.

4.   ID-DUMPING

4.1.   Il-valur normali

(21)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti minn kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi tal-grupp Birac kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta' dan il-bejgħ kienx daqs jew iktar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ esportat korrispondenti lejn l-Unjoni. Instab li l-bejgħ domestiku ma kienx rappreżentattiv.

(22)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur setax jiġi kkunsidrat daqslikieku sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ domestiku profitabbli lill-klijenti indipendenti.

(23)

It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ domestiku ġew ikkunsidrati profitabbli fejn il-prezz tal-unità kien daqs jew iktar mill-ispiża tal-produzzjoni. L-ispiża tal-produzzjoni fuq is-suq domestiku matul il-PI ġiet għalhekk iddeterminata.

(24)

L-analiżi t’hawn fuq uriet li l-bejgħ domestiku kollu taż-żewġ produtturi esportaturi kien profitabbli, billi l-prezz tal-bejgħ nett tal-unità kien iktar mill-ispiża tal-produzzjoni kkalkulata tal-unità.

(25)

Billi l-bejgħ fuq is-suq domestiku ma sarx fi kwantitajiet rappreżentattivi, il-valur normali kellu jinbena, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(26)

Biex jinbena l-valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż għall-bejgħ, dawk amministrattivi u ġenerali (SG&A) li saru u l-medja differenzjata tal-profitt magħmul minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi li kkoperaw fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-perjodu tal-investigazzjoni, żdiedu mal-ispiża medja tal-produzzjoni tagħhom stess matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fejn neċessarju, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-ispejjeż SG&A ġew aġġustati, qabel ma ntużaw fit-test tal-andament normali tal-kummerċ u fil-bini tal-valuri normali.

4.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(27)

Billi l-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni saru permezz ta’ importatur relatat, il-prezz tal-esportazzjoni nbena fuq il-bażi tal-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lill-klijenti indipendenti skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti fil-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni għall-ispejjeż kollha inklużi d-dazji u t-taxxi, minfuqa bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll marġni raġjonevoli għall-ispejjeż SG&A u l-profitti. Fir-rigward tal-ispejjeż SG&A, intużaw l-ispejjeż SG&A tal-importatur relatat stess. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-importaturi mhux relatati fl-investigazzjoni, intuża marġni raġjonevoli ta’ profitt ta’ 5 %, ibbażat fuq l-informazzjoni miksuba mill-utenti li importaw ukoll il-prodott ikkonċernat fil-PI.

(28)

Il-grupp Birac stqarr li l-funzjonijiet tal-importatur relatat tiegħu kienu simili għal dawk ta’ dipartiment tal-esportazzjoni iktar milli ta’ importatur, u għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni ma għandux jinbena skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, iżda minflok jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni attwalment imħallsa jew li għandhom jitħallsu. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni huwa stabbilit fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-klijenti indipendenti kull meta l-prodott ikkonċernat jinbiegħ mill-ġdid lill-klijenti indipendenti mill-kumpaniji relatati mal-esportatur fil-pajjiż tal-esportazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-kumpanija relatata tinsab fl-Unjoni. Hija timmaniġġja, inter alia, l-ordnijiet tal-klijenti u l-ħruġ tal-fatturi tal-prodott ikkonċernat prodott mill-grupp Birac. Instab ukoll li l-grupp Birac ibiegħ il-prodott ikkonċernat lill-kumpanija relatata fl-Unjoni għall-bejgħ mill-ġdid lill-klijenti indipendenti fl-UE. Konsegwentement, l-ilment għandu jiġi rrifjutat. Għandu jiġi nnutat li l-fatt li ċertu attivitajiet jitwettqu mill-kumpanija relatata qabel l-importazzjoni ma jfissirx li l-prezz tal-esportazzjoni ma jistax jerġa’ jinbena fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti bid-dispożizzjonijiet neċessarji jsiru skont l-Artikolu 2(9).

4.3.   Il-paragun

(29)

Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq il-bażi ex-works. Bl-iskop li jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret dispożizzjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa għall-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija u tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż bankarji, l-ispejjeż tal-ippakkjar u l-ispejjeż tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li huma raġjonevoli, preċiżi u appoġġjati b’evidenza vverifikata.

4.4.   Il-marġni tad-dumping

(30)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi ġie stabbilit fuq il-bażi tal-paragun tal-medja differenzjata tal-valur normali mal-medja differenzjata tal-prezz tal-esportazzjoni.

(31)

Il-marġnijiet ta’ dumping individwali taż-żewġ produtturi esportaturi ġew differenzjati fuq il-bażi tal-kwantitajiet esportati lejn l-Unjoni, u rriżultaw f’marġni ta’ dumping, espress bħala perċentwali tal-prezz tal-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, ta’ 28,1 % għall-grupp Birac.

(32)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli mill-ilment u mill-grupp tal-produtturi esportaturi fil-BiH li qed jikkoopera, ma hemmx produtturi magħrufa oħra tal-prodott ikkonċernat fil-BiH. Għalhekk, il-marġni ta’ dumping għall-pajjiż kollu li għandu jiġi stabbilit għall-BiH għandu jkun daqs il-marġni ta’ dumping stabbilit għall-grupp tal-produtturi esportaturi uniku li qed jikkoopera fil-BiH.

5.   IL-ĦSARA

5.1.   Rimarki introduttorji

(33)

Ta’ min wieħed ifakkar li f’dan il-każ hemm produttur esportatur wieħed biss mill-Bosnja (il-grupp Birac). Għalhekk, ma jistgħux jingħataw ċifri preċiżi relatati mal-volumi tal-importazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjoni, l-ishma tas-suq u l-produzzjoni tal-Unjoni kif ukoll il-volumi tal-bejgħ għall-għan ta’ protezzjoni tal-informazzjoni proprjetarja tan-negozju. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-indikaturi qegħdin jingħataw f’forma ta’ indiċi jew firxiet.

(34)

F’konformità mat-taqsima 3.1 hawn fuq, l-erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u min hawn “il quddiem tissejjaħ l’-industrija tal-Unjoni”.

5.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(35)

Matul l-istadju provviżorju tal-investigazzjoni, il-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni kien ibbażat fuq iċ-ċifri li kien hemm fl-ilment u ssupplimentati biċ-ċifri vverifikati stabbiliti mill-produtturi u l-importatur/utenti involuti fl-investigazzjoni. Din id-dejta ntbagħtet lill-partijiet interessati kollha għall-kummenti. Ma ngħataw l-ebda kummenti li jqajmu kwistjoni dwar id-dejta tal-konsum tal-Unjoni.

(36)

Il-konsum tal-Unjoni kien għalhekk stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott simili prodott mill-industrija tal-Unjoni, il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott simili prodott mill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni u l-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi terzi.

(37)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Tunnellati

324 395

347 183

371 567

315 642

300 491

Sors: L-ilment u r-risposti għall-Kwestjonarju

(38)

Il-konsum tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili fl-Unjoni waqa’ b’7 % fuq il-perjodu kkunsidrat. Dan jirrifletti tnaqqis gradwali tal-ammont tal-prodott ikkonċernat inkorporat f’prodotti ewlenin bħal deterġenti tal-ħasil mill-utenti. Dan jirrifletti wkoll li iktar prodotti tal-industrija għall-utenti qed isiru ħielsa miz-zeolite.

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

5.3.1.   Il-volum, il-prezz u s-sehem s-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat

(39)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied bi 359 % matul il-perjodu kkunsidrat.

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Volum tal-importazzjonijiet

100

73

68

252

459

Indiċi: 2005 = 100

Sors: Risposta għall-kwestjonarju vverifikata

(40)

Il-prezz medju tal-importazzjoni kien stabbli mill-2005 sal-2008 u żdied b’madwar 10 % fil-PI. Dan seħħ l-iktar minħabba s-sitwazzjoni mtejba fis-suq tal-UE li ppermettiet iż-żidiet fil-prezz għall-produtturi kollha tal-prodott ikkonċernat.

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Prezz medju tal-importazzjoni (CIF)

100

100

102

99

109

Indiċi: 2005 = 100

Sors: Risposta għall-kwestjonarju vverifikata

(41)

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdied bi kważi erba’ darbiet matul il-perjodu kkunsidrat u kien jirrappreżenta sehem tas-suq ta’ madwar 10-15 % fil-PI.

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Sehem tas-suq għal B&H

0-5 %

0-5 %

0-5 %

5-10 %

10-15 %

Indiċi: 2005 = 100

100

68

59

259

495

Sors: Risposta għall-kwestjonarju vverifikata

5.3.2.   L-effett fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(42)

Għall-finijiet tal-analiżi tal-bejgħ taħt il-prezz, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-produttur esportatur tal-Bosnja ġew imqabbla mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI, fuq il-bażi ta’ medja għal medja. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati għal-livell nett ex-works, u mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjoni CIF. L-ebda dazji tad-dwana ma ġew ikkunsidrati peress li l-produttur esportatur tal-Bosnja kien suġġett għal rata preferenzjali ta’ 0 % fil-PI.

(43)

Il-medja differenzjata tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz li nstabet, espressa bħala perċentwali tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, hija ta’ bejn l-20 u l-25 %.

5.4.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

5.4.1.   Rimarki preliminari

(44)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom piż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(45)

L-indikaturi li jirreferu għall-elementi makroekonomiċi, bħall-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq eċċ, huma bbażati fuq id-dejta stabbilita mis-servizzi tal-Kummissjoni u mibgħuta lill-partijiet interessati għall-kummenti kif imsemmi hawn fuq f’premessa (35). Id-dejta għal dawn l-indikaturi tirrappreżenta l-produtturi kollha tal-Unjoni. Kull meta tintuża dejta li tirrelata mal-produtturi tal-Unjoni b’mod ġenerali, it-tabelli t’hawn taħt jirreferu għall-makrodejta bħala s-sors. Indikaturi oħra huma bbażati fuq dejta vverifikata mill-produtturi tal-kampjun. Dawn l-indikaturi jissejħu mikrodejta. Fir-rigward tal-makrodejta, il-produttur esportatur tal-Bosnja argumenta li minħabba l-kontroversja dwar il-kodiċi NM adattat wżat għall-klassifikazzjoni tal-prodott, aktarx li din id-dejta mhix ta’ min joqgħod fuqha. F’dan ir-rigward ta’ min wieħed jinnota li l-indikaturi tal-ħsara mhuma bl-ebda mod affettwati mill-allegata kontroversja dwar il-kodiċijiet NM. Ta’ min wieħed jiftakar li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat ingħatat fl-avviż tat-tnedija ppubblikat. Din id-definizzjoni hija ċara u ma tħalli l-ebda possibbiltà għall-misinterpretazzjoni. Il-partijiet interessati ġew mitluba jipprovdu l-informazzjoni fuq il-bażi tad-definizzjoni tal-prodott irrispettivament mill-kodiċijiet NM peress li l-avviż tat-tnedija jgħid li l-kodiċi NM qed jingħata għall-informazzjoni biss. Barra minn dan ta’ min wieħed jiftakar li l-produttur esportatur tal-Bosnja ma kkontestax l-informazzjoni li tikkonċerna l-konsum tal-Unjoni. Il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet ġiet derivata direttament mid-dejta tal-produttur esportatur tal-Bosnja filwaqt li l-bqija rreferiet għal volum żgħir ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq u l-fatt li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza konkreta li tikkonferma t-talba dwar id-dejta li ma tistax toqgħod fuqha, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

5.4.2.   Indikaturi tal-ħsara

Produzzjoni, kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Produzzjoni

100

108

114

90

86

Kapaċità

100

99

104

100

100

Utilizzazzjoni tal-kapaċità

72  %

79  %

78  %

65  %

62  %

Indiċi: 2005 = 100

Sors: Makrodejta

(46)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’14 %. Fl-2008-2009 wieħed mill-produtturi tal-Unjoni (Sasol Italy SpA) waqqaf il-produzzjoni totalment. Barra minn dan, Henkel AG waqqfet il-produzzjoni tat-taħlita likwida taz-zeolite tagħha (dan mhux il-prodott ikkonċernat iżda huwa verżjoni likwida li tintuża bħala sostitut). Sa ċertu punt dawn l-iżviluppi għenu s-sitwazzjoni tal-produtturi li kien għad baqa’.

(47)

Minkejja l-iżviluppi msemmija hawn fuq, il-kapaċità kienet relattivament stabbli fuq il-perjodu kollu kkunsidrat fuq il-bażi tal-metodu tal-kalkolu normalment użat mill-industrija. Madankollu, il-verifika tal-produtturi fil-kampjun uriet li l-kalkolu tal-kapaċità għal din l-industrija jista’ jvarja u dan jiddependi fuq l-andament relattiv tas-suq għall-prodott ikkonċernat u s-suq għall-prodotti l-oħra li jistgħu jiġu prodotti bl-użu tal-istess faċilitajiet.

(48)

Iċ-ċifri tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità hawn fuq juru tnaqqis ta’ 14 %. Barra minn dan, fl-ebda punt din ir-rata ma laħqet it-80 % li turi ċertu kapaċità żejda. Din il-kwistjoni hija diskussa iktar taħt il-kawżalità.

Ħażniet

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Ħażna fl-aħħar tas-sena

Inqas minn 2 %

Inqas minn 2 %

Inqas minn 2 %

Inqas minn 2 %

Inqas minn 2

Indiċi: 2005 = 100

Sors: Makrodejta

(49)

Il-livell tal-ħażna tal-industrija tal-Unjoni kien baxx u stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni tal-prodott simili kienet ippjanata li taqbel mal-ordnijiet u l-ħażniet dejjem inżammu fl-iktar livell minimu possibbli. Dan għalhekk ma kienx fattur importanti f’din l-investigazzjoni.

Volum tal-bejgħ u sehem tas-suq

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Volum tal-bejgħ fl-UE

100

108

116

93

82

Sehem tas-suq

95-100 %

95-100 %

95-100 %

90-95 %

85-90 %

Indiċi tas-sehem tas-suq

100

101

101

96

89

Indiċi: 2005 = 100

Sors: Makrodejta

(50)

Il-volum tal-bejgħ fl-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat bi 18 %.

(51)

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat bi 11 %.

Prezzijiet tal-bejgħ

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Prezz medju tal-bejgħ f’Euro/tunnellata

292

306

315

332

354

Sors: Mikrodejta

(52)

Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-partijiet mhux relatati fl-UE żdied b’21 % fuq il-perjodu kkunsidrat. Dan irrifletta ftit jew wisq il-prezzijiet ogħla tal-materja prima u tal-enerġija u, f’iżolament, għalhekk ikkunsidrat bħala indikatur sinifikanti.

Profitabbiltà

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Marġni tal-profitt qabel it-taxxa

3,2  %

0,8  %

1,4  %

–1,8  %

4,3  %

Sors: Mikrodejta

(53)

Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet baxxa matul il-perjodu kkunsidrat. Din is-sitwazzjoni rriżultat minħabba l-inabbiltà tagħha li tgħolli l-prezzijiet tagħha għar-raġunijiet diskussi taħt it-taqsima tal-“Kawżalità” hawn taħt u b’mod partikolari l-eżistenza ta’ volumi dejjem jiżdiedu ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Irriżultat ukoll minħabba l-utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità spjegata fil-premessa (47).

(54)

Bejn l-2005 u l-2008 il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni waqgħet sostanzjalment u fl-2008 bdiet tagħmel it-telf. Irkuprat matul il-PI għall-ogħla livell matul il-perjodu eżaminat iżda xorta kienet inqas mill-profitt ta’ 5,9 % li l-industrija setgħet tikseb fin-nuqqas tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping (ara l-premessa (67) hawn taħt).

(55)

Il-produttur esportatur sostna li l-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni kienet b’saħħitha fl-2009. Din is-suppożizzjoni ma kinitx ikkonfermata minn xi evidenza pożittiva iżda minflok it-talba tirreferi għal “informazzjoni disponibbli għall-pubbliku” mhux speċifikata. Il-produtturi fil-kampjun sostnew li r-rata tal-profitabbiltà miksuba fl-2009 kienet ta’ darba u ma kinitx sostenibbli fid-dawl tad-dħul bis-saħħa fis-suq tal-produtturi esportaturi tal-Bosnja bi kwantitajiet kbar u bi prezzijiet baxxi li huma l-oġġett ta’ dumping. Il-produtturi fil-kampjun sostnew li l-profitabbiltà fl-2010 aktarx li kienet se taqa’ lura għal-livelli tal-2008.

(56)

It-talbiet t’hawn fuq ġew eżaminati mis-servizzi tal-Kummissjoni. L-eżami kien jikkonsisti b’mod partikolari fl-iżvilupp tal-materja prima u l-ispejjeż tal-bejgħ, il-prezzijiet kif riflessi fil-kuntratti rilevanti. Instab li l-industrija tal-Unjoni gawdiet fl-2009 minn ċertu fatturi temporanji li żiedu l-profitabbiltà tagħha minkejja l-eżistenza ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping:

i)

Il-produtturi fil-kampjun ibbenefikaw sa ċertu punt minn żieda fil-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ wara t-twaqqif tal-produzzjoni ta’ żewġ produtturi oħra tal-Unjoni kif imsemmi fil-premessa (46).

ii)

Għalkemm kien hemm żieda ġenerali fil-prezzijiet tal-materja prima mill-2008, xi produtturi fil-kampjun ibbenefikaw minn kuntratti annwali tal-materja prima li llimitaw l-impatt ta’ dawn iż-żidiet.

iii)

Wieħed mill-produtturi fil-kampjun ibbenefika minn spejjeż tal-iffinanzjar iktar baxxi b’mod sinifikanti fl-2009 minħabba ristrutturar fil-grupp li jagħmel parti minnu.

(57)

Fuq din il-bażi, l-iżvilupp tal-marġni tal-profitt xorta wera l-eżistenza ta’ ħsara peress li l-profitt kien ikun ogħla b’mod konsiderevoli mingħajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

Investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, il-likwidità tal-flus u l-ħila għall-akkwist tal-kapital

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Investimenti (Euro)

577 448

337 865

324 636

1 012 717

366 235

Redditu fuq l-assi netti

17  %

6  %

11  %

–10  %

26  %

Likwidità tal-flus (Euro)

1 013 223

744 905

905 792

- 930 920

1 638 112

Sors: Mikrodejta

(58)

Il-produttur esportatur tal-Bosnja sostna li l-investimenti kienu baxxi matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-industrija tal-Unjoni spjegat li r-redditi fuq l-investiment kienu baxxi wisq biex jiġġustifikaw investiment sostanzjali fil-prodott ikkonċernat.

(59)

Ir-redditu fuq l-investiment, espress f’termini tal-profitti netti tal-industrija tal-Unjoni u l-valur nett fuq il-karta tal-investimenti tagħha jsegwu x-xejra tal-profitabbiltà indikata hawn fuq. Għandu jiġi nnotat li l-assi netti involuti diġà kienu ġew deprezzati bil-kbir.

(60)

Il-qagħda tal-likwidità tal-flus tal-industrija tal-Unjoni wkoll issegwi x-xejra tal-profitabbiltà indikata hawn fuq. Il-qagħda tal-likwidità tal-flus kienet serja fl-2008 peress li t-telf fil-volumi tal-bejgħ kien mgħarraq bil-produtturi jkollhom ikomplu jissodisfaw l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom biex jixtru l-materji primi.

(61)

Il-ħila għall-akkwist tal-kapital ma tqajmitx bħala kwistjoni mill-industrija tal-Unjoni.

L-impjiegi, il-produttività u l-pagi

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

L-impjiegi (FTE)

241

241

253

244

221

L-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem (Euro)

36 574

39 644

40 207

39 130

40 225

Il-produttività għal kull impjegat

1 423

1 529

1 535

1 296

1 223

Sors: Mikrodejta minbarra l-Impjiegi – makrodejta

(62)

L-għadd tal-impjegati tal-produtturi kollha tal-Unjoni involuti fil-prodott simili naqas matul il-perjodu kkunsidrat f’konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ. L-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem żdiedet biex tirrifletti ż-żidiet fl-inflazzjoni.

(63)

Il-produttività, espressa f’termini ta’ produzzjoni għal kull ħaddiem, naqset b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat peress li l-volum tal-bejgħ naqas iktar mill-impjiegi. Dan l-iżvilupp negattiv aktarx iwassal għal iktar telf ta’ impjiegi fil-ġejjieni.

5.4.3.   Id-daqs tad-dumping

(64)

Meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt fuq issuq tal-UE tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

5.5.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(65)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni ġarrbu ħsara sostanzjali fil-volum li hija evidenti b’mod ċar mill-analiżi t’hawn fuq tal-produzzjoni tagħha, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq, l-impjiegi u x-xejriet tal-produttività.

(66)

F’termini tal-prezzijiet u l-profitabbiltà hemm preżenti wkoll stampa ta’ ħsara. Madankollu din l-analiżi hija kkomplikata minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija li kellhom impatt fuq il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat. Il-profitabbiltà, il-likwidità tal-flus, u r-redditu fuq l-investiment ilkoll marru għall-agħar matul il-perjodu 2005-2008. L-2008 kienet sena partikolarment serja għall-industrija l-iktar minħabba li l-kumpaniji kienu marbuta b’kuntratti tal-materja prima iżda tilfu iktar minn 20 % tal-volum tal-bejgħ tagħhom.

(67)

Fl-2009 il-qagħda tas-suq tjiebet u ż-żidiet fil-prezz ippermettew qagħda mtejba tal-profitabbiltà iżda kif spjegat hawn fuq fil-premessa (56) kien ċar li din kienet waqfa temporanja u li l-qagħda tas-suq fl-2009 aktarx li ma tiġix ripetuta. Madankollu, għandu jiġi nnutat li anke fl-2009 ir-rata tal-profitabbiltà ma laħqitx il-5,9 % meqjusa bħala l-profitt normali għal din l-industrija.

(68)

Il-ħsara kienet evalwata għall-industrija tal-Unjoni kollha (indikaturi makroekonomiċi) għalkemm għal xi indikaturi ġew evalwati biss il-produtturi fil-kampjun (indikaturi mikroekonomiċi). L-ebda differenzi sinifikanti ma ġew identifikati bejn il-mikroindikaturi u l-makroindikaturi.

(69)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, huwa stabbilit b’mod provviżorju li proporzjon kbir tal-industrija tal-Unjoni ġarrab ħsara fit-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

6.   KAWŻALITÀ

6.1.   Daħla

(70)

Skont l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sal-grad suffiċjenti li tkun ikkunsidrata bħala materjali. Il-fatturi magħrufa, minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin jista’ jkun li għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma ġietx attribwita għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

6.2.   Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(71)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu bi kważi 400 % u ggwadanjaw suq sostanzjali, jiġifieri żdiedu minn taħt il-5 % għal bejn l-10 u l-15 %. F’parallel kien hemm deterjorazzjoni diretta u komparabbli fil-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni billi hija l-uniku parteċipant sinifikanti ieħor fis-suq tal-UE, dan hekk kif l-importazzjonijiet minn sorsi oħra huma negliġibbli.

(72)

Iż-żidiet fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping seħħu fl-isfond ta’ waqgħa fil-konsum tal-UE ta’ 7 % fuq il-perjodu kkunsidrat.

(73)

L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping b’volumi dejjem jikbru nbiegħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’bejn 20-25 % fil-PI. Jista’ jiġi konkluż b’mod raġjonevoli li dawn l-importazzjonijiet dejjem jiżdiedu f’suq li qed jiċkien kienu responsabbli għas-soppressjoni tal-prezz fl-2008 u l-2009. Dan l-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet ġie mkabbar bil-fatt li ħafna mill-bejgħ sar fuq il-bażi tal-kuntratti annwali. Għalhekk, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Bosnja jistgħu jintużaw biex jissoppressaw iż-żidiet fil-prezz għall-volumi kbar ta’ bejgħ minkejja ż-żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima. Fl-2009 dan l-effett naqas iżda ma kienx biżżejjed biex jippermetti li l-industrija b’mod ġenerali tilħaq il-livell tal-profitt normali ta’ 5,9 %.

(74)

Minħabba l-koinċidenza stabbilita b’mod ċar fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, iż-żieda f’daqqa tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u, fuq in-naħa l-oħra, it-telf tal-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fis-sehem tas-suq u s-soppressjoni tal-prezz, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lagħbu rwol ewlieni fil-qagħda ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   Effetti ta’ fatturi oħra

6.3.1.   L-andament tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Bejgħ tal-esportazzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni

100

108

90

57

121

Indiċi: 2005 = 100

Sors: Makrodejta

(75)

Il-volum tal-esportazzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat iżda kien jirrappreżenta biss medja ta’ madwar 10 % tal-produzzjoni. L-esportazzjonijiet tal-produtturi fil-kampjun żdiedu u kkumpensaw parzjalment għall-volumi tal-bejgħ mitlufa tal-UE.

(76)

Għalhekk, l-andament tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni għen biex isostni l-kummerċ tagħha u ma kkontribwixxiex għall-ħsara materjali li ġarrbet.

6.3.2.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(77)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat u ma setgħux ikkontribwixxew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Il-produttur esportatur fil-Bosnja argumenta li s-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni ntilef minħabba l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-Korea iżda din id-dikjarazzjoni mhix ikkonfermata mill-fatti attwali peress li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kienu marġinali.

6.3.3.   L-impatt ta’ waqgħa fil-konsum

 

2005

2006

2007

2008

2009 (PI)

Konsum fl-UE f’tunnellati

324 395

347 183

371 567

315 642

300 491

Sors: Makrodejta

(78)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum waqa’ b’madwar 24 000 tunnellata (7 %) u dan jirrifletti l-fatt li l-industrija tad-deterġent tal-ħasil kienet qiegħda gradwalment tuża iktar prodotti alternattivi fil-formoli tagħhom biex tibdel il-prodott ikkonċernat. Il-produttur esportatur sostna li dan wassal għal “ħażniet saturati, kanċellamenti tal-ordnijiet u profitti iktar baxxi”.

(79)

Ta’ min wieħed jgħid li żewġ produtturi fis-suq tal-UE waqfu l-produzzjoni lejn l-aħħar tal-perjodu kkunsidrat u għalhekk sar aġġustament tal-kapaċità biex ipatti għat-tnaqqis fil-konsum. Barra minn dan, kif spjegat fil-premessa (49) il-livelli tal-ħażna baqgħu baxxi u stabbli u dan ifisser li l-produzzjoni aġġustat għal-livelli tal-konsum iktar baxxi.

(80)

Għalhekk, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-waqgħa fil-konsum ikkontribwixxiet għall-ħsara li ġarrbu l-produtturi tal-Unjoni, jidher li dan l-impatt mhux importanti.

6.3.4.   L-impatt tal-investimenti

(81)

Il-produttur esportatur sostna li l-konformità mal-leġiżlazzjoni REACH ikkawżat il-ħsara. Madankollu, kif spjegat fil-premessa 58 meta wieħed iqis il-livell tal-investimenti fil-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat, dan ma setax ikkontribwixxa għall-ħsara mġarrba fuq xi livell sinifikanti. Barra minn dan, l-ispejjeż assoċjati ma’ REACH kienu moderati.

6.3.5.   L-impatt ta’ żidiet fl-ispejjeż tal-materja prima u tal-enerġija

(82)

Ċertu partijiet sostnew li l-ispejjeż ogħla tal-materja prima u tal-enerġija kkontribwixxew għall-ħsara. Iż-żidiet f’dawn l-ispejjeż kienu fil-fatt sinifikanti u seħħew l-iktar fl-2008. Dan bla dubju kellu xi impatt fuq il-profitabbiltà f’dik is-sena peress li dawn seħħew fiż-żmien meta l-volum tal-bejgħ kien nieżel. Madankollu, sa ċertu punt iż-żidiet fl-ispejjeż tal-enerġija ġew riflessi fiż-żidiet fil-prezzijiet tal-bejgħ kif muri fil-premessa (52) għalkemm l-effett tat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ma ħalliex livelli taż-żidiet adegwati.

(83)

Għalhekk huwa kkunsidrat li ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima u tal-enerġija ma kkontribwixxietx għall-ħsara mġarrba.

6.3.6.   L-impatt tal-kwistjonijiet tal-kapaċità

(84)

Il-kwistjonijiet tal-kapaċità żejda u tal-utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità ġew diskussi fil-premessa (46). Wieħed irid iħares lejn l-effett tal-kwistjonijiet tal-kapaċità fuq il-profitabbiltà billi jqis kemm il-karatteristiċi strutturali ta’ din l-industrija kif ukoll l-eżistenza tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-effett fuq il-profitabbiltà huwa minħabba l-ispejjeż fissi sostanzjali li jiġu rkuprati kieku r-rati tal-utilizzazzjoni kienu ogħla.

(85)

Madankollu, il-kwistjonijiet tal-kapaċità żejda u tal-utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità jistgħu jispjegaw parzjalment xi indikaturi negattivi tal-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni iżda ma jispjegawx it-tnaqqis kbir fil-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem tas-suq fl-2009. B’mod ċar għalhekk dawn il-kwistjonijiet ma jiksrux ir-rabta kawżali bejn iż-żieda kbira fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni.

6.3.7.   L-impatt tal-kriżi tal-kreditu globali/il-kriżi ekonomika ġenerali

(86)

Ċertu partijiet interessati sostnew li l-kriżi tal-kreditu globali u l-kriżi ekonomika ġenerali kkontribwixxew għall-ħsara. Fil-fatt il-konsum tal-prodott ikkonċernat veru waqa’ fl-2008/2009 meta seħħew dawn il-kriżijiet.

(87)

Madankollu, dawn il-kwistjonijiet ma jistgħux jispjegaw għaliex is-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni waqa’ sostanzjalment fl-2009 filwaqt li s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Bosnja żdied u l-bejgħ sar taħt il-prezz tal-UE b’iktar minn 20 %. Għalhekk filwaqt li t-tnaqqis fil-konsum fl-2008/2009 kien waħdu jaffettwa l-industrija tal-Unjoni, iż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet mill-BiH kellha impatt ferm iktar sinifikanti fuq il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u, minħabba l-bejgħ taħt il-prezz, fuq il-prezzijiet. Għalhekk, il-kriżi ma kisritx ir-rabta kawżali bejn iż-żieda kbira fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni.

6.3.8.   L-impatt tal-industrija tal-utenti kkonsolidata

(88)

Għalkemm iktar minn 10 kumpaniji mmanifatturaw il-prodott ikkonċernat fil-PI, l-industrija tal-utenti ewlenija (il-produtturi tad-deterġent tal-ħasil u tar-rattaba tal-ilma) kienet tikkonsisti essenzjalment minn erba' (4) gruppi kbar (Reckitt Benckiser, Henkel, Proctor & Gamble u Unilever). Fil-fatt iż-żewġ utenti ewlenin li kkoperaw kienu jirrappreżentaw kważi 40 % tax-xiri tal-prodott ikkonċernat fl-UE. Bl-użu tax-xiri ċentralizzat dawn l-erba' (4) gruppi fil-fatt huma kapaċi jżommu l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat baxxi.

(89)

Madankollu, din il-kwistjoni mhix fenomenu ġdid iżda ilha teżisti għal ħafna snin. Għalhekk, għal darba oħra din ma tistax tispjega t-tnaqqis kbir fil-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem tas-suq fl-2009. Għalhekk b’mod ċar din ma tiksirx ir-rabta kawżali bejn iż-żieda kbira fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni.

6.4.   Konklużjoni tal-kawżalità

(90)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-ħsara materjali li saret lill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet ikkonċernati li huma l-oġġett ta’ dumping.

(91)

Ġew eżaminati għadd ta’ fatturi minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping iżda l-ebda minn dawn ma setgħu jispjegaw it-telf serju fis-sehem tas-suq, il-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ li seħħew fl-2008 u fl-2009 u li jaħbtu eżatt maż-żidiet fil-volumi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(92)

Meta wieħed iqis l-analiżi t’hawn fuq li ddistingwiet kif suppost u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ ħsara tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet mill-BiH ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   Rimarki ġenerali

(93)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar l-eżistenza ta’ dumping li jagħmel ħsara, eżistewx raġunijiet kostrinġenti li jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-impatt tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti f’din il-proċedura u anke l-konsegwenzi li ma jittieħdux il-miżuri ġew ikkunsidrati fuq il-bażi tal-evidenza kollha ppreżentata.

7.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(94)

L-analiżi tal-ħsara wriet b’mod ċar li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Iż-żieda fil-preżenza tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fis-snin riċenti kkawżat soppressjoni tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u telf tas-sehem tas-suq lill-industrija tal-Unjoni. Dan ma ppermettiex li l-industrija tal-Unjoni tilħaq il-livelli tal-profitabbiltà simili għal dawk miksuba għal prodotti oħra.

(95)

L-investigazzjoni wriet li kull żieda fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat tinkiseb bi ħsara diretta għall-industrija tal-Unjoni. Minkejja r-ristrutturar li seħħ fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni (żewġ kumpaniji waqqfu l-produzzjoni) is-sitwazzjoni ma tjibitx. F’dan ir-rigward ta’ min wieħed jinnota li t-trab zeolite A huwa prodott importanti f’termini tad-dħul mill-bejgħ tal-kumpaniji fil-kampjun u jlaħħaq sat-30 % tad-dħul mill-bejgħ tagħhom. Mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’mod ċar tkompli teħżien iktar. L-impożizzjoni ta’ miżuri treġġa’ l-prezz tal-importazzjoni f’livelli mhux ta’ ħsara, u tippermetti li l-industrija tal-Unjoni tikkompeti taħt ċirkostanzi tal-kummerċ ġusti.

(96)

Għalhekk qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri b’mod ċar tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.3.   L-interess tal-importaturi

(97)

L-impatt li l-miżuri aktarx ikollhom fuq l-importaturi ġie kkunsidrat skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward ta’ min wieħed jinnota li l-importaturi mhux relatati li għamlu lilhom infushom magħrufa kienu wkoll utenti. Għalhekk l-analiżi li tirreferi għalihom qed tiġi ppreżentata taħt it-taqsima rilevanti dwar l-interess tal-utenti.

7.4.   L-interess tal-utenti u tal-konsumaturi

(98)

Ma ġew riċevuti l-ebda rappreżentazzjonijiet mingħand l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tat-tnedija ta’ din il-proċedura. Għalhekk, l-analiżi kienet limitata għall-effett tal-miżuri fuq l-utenti.

(99)

Intbagħtu kwestjonarji lil tmien (8) utenti magħrufa. Madankollu, ġew riċevuti kummenti sinifikanti mingħand tnejn minnhom biss. Għalhekk, l-analiżi tal-interess tal-Unjoni hija bbażata fuq ir-risposti ta’ żewġ utenti kemxejn kbar, li flimkien jirrappreżentaw kważi 40 % tal-konsum tal-Unjoni.

(100)

Iż-żewġ utenti tal-Unjoni li kkoperaw jirrappreżentaw il-parteċipanti ewlenin fl-industrija tal-Unjoni tad-deterġenti tal-ħasil u tar-rattaba tal-ilma. It-tnejn oġġezzjonaw għall-impożizzjoni tal-miżuri.

(101)

L-investigazzjoni stabbiliet li fir-rigward tal-konsum tal-utenti tal-Unjoni li kkoperaw, inqas minn 1/3 tal-konsum huwa importat mingħand il-produttur esportatur tal-Bosnja. Il-parti l-oħra hija koperta minn ksib mingħand il-produtturi tal-Unjoni li jibqgħu s-sors tal-provvista primarju għall-utenti li kkoperaw. Fid-dawl tar-rata baxxa tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (47) u (48), huwa ċar li kull impożizzjoni tal-miżuri mhux mistenni li twassal għal xi nuqqas fil-provvista jew konsegwentement żieda fil-prezzijiet.

(102)

Barra minn dan t’hawn fuq, jidher li l-industrija tal-utenti tal-Unjoni diġà bdiet tesplora l-possibbiltà tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Il-fatt li teżisti din l-għażla u hija kkunsidrata affidabbli juri li ebda impożizzjoni tal-miżuri mhi se twassal għal nuqqas tal-prodott ikkonċernat.

(103)

Ingħatat ħarsa wkoll lejn il-perċentwali tad-dħul mill-bejgħ tal-prodotti finali li jinkorporaw il-prodott ikkonċernat. F’dan ir-rigward ta’ min wieħed jinnota li fiż-żewġ każi l-prodotti rilevanti jirrappreżentaw inqas minn 10 % tad-dħul mill-bejgħ tagħhom.

(104)

Ġie investigat ukoll il-perċentwali tal-prodott ikkonċernat li huwa inkorporat fil-prodotti finali. L-investigazzjoni stabbiliet li b’mod ġenerali dawn il-perċentwali huma estremament żgħar (bħala medja inqas minn 5 % tal-ispiża totali), u għalhekk il-prodott ikkonċernat ma jirrappreżentax element tal-ispiża sinifikanti ħafna fil-prodotti rfinuti.

(105)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk l-impożizzjoni tal-miżuri jkollhiex xi impatt finanzjarju negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ dawn iż-żewġ utenti. Il-Kummissjoni stabbiliet żewġ xenarji, jiġifieri x-xenarju fl-agħar każ u x-xenarju iktar realistiku.

(106)

Ix-xenarju fl-agħar każ jassumi li kemm il-prezz tal-importazzjoni kif ukoll il-prezzijiet tal-Unjoni żdiedu bil-livell tad-dazju. Bħala medja, dan iżid l-ispejjeż tal-utenti b’inqas minn 2 %.

(107)

Is-sitwazzjoni t’hawn fuq trid tiġi mqabbla mar-rati tal-profitabbiltà tal-utenti tal-Unjoni li kkoperaw. Il-profitabbiltà tal-utenti fuq il-prodotti li jinkorporaw il-prodott ikkonċernat hija madwar 11 % u għall-prodotti kollha tagħhom kienet iktar minn 20 %. Fid-dawl ta’ dawn ir-rati tal-profitabbiltà, anke jekk il-miżuri jgħaddu kollha kemm fuq il-prezz tal-importazzjoni kif ukoll fuq il-prezzijiet tal-Unjoni, dan ma jkollux effett sproporzjonat fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn il-partijiet.

(108)

Fil-fatt ix-xenarju li huwa ferm iktar realistiku huwa li l-impożizzjoni tal-miżuri twassal għal sitwazzjoni fejn jiżdiedu biss il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-BiH filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tgawdi minn ekonomiji ikbar ta’ skala. Fil-fatt, kif spjegat hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat fl-UE hija suffiċjenti bis-sħiħ, peress li ħafna mill-produtturi tal-Unjoni joperaw b’inqas sew mill-kapaċità sħiħa tagħhom.

(109)

Ta’ min wieħed jinnota wkoll li l-investigazzjoni stabbiliet li hemm prodotti li jistgħu jiġu sostitwiti għall-prodott ikkonċernat. Fil-fatt, huwa ċar li kemm l-utenti li kkoperaw kif ukoll l-utenti li ma kkoperawx jipproduċu wkoll deterġenti tal-ħasil mingħajr il-prodott ikkonċernat. F’dan ix-xenarju li huwa iktar realistiku, l-ispejjeż tal-utenti li kkoperaw jiżdiedu biss bi frazzjoni ta’ wieħed fil-mija. Fi kliem ieħor, fid-dawl taċ-ċifri tal-profitabbiltà l-impożizzjoni tal-miżuri jkollha biss konsegwenzi negliġibbli għall-utenti.

(110)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq huwa ċar li l-impożizzjoni tal-miżuri ma twassal għall-ebda impatt sinifikanti fuq l-utenti u għalhekk ftit li xejn hemm probabbiltà li jkun hemm xi żieda fil-prezz għall-konsumaturi.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(111)

Fuq kollox, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni tkun b’mod ċar f’pożizzjoni li tgawdi mill-miżuri. Fil-fatt, l-ewwel nett tista’ tgawdi mill-ekonomiji ikbar ta’ skala minħabba l-utilizzazzjoni ikbar tal-kapaċità b’riżultat taż-żieda fil-produzzjoni u l-bejgħ.

(112)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mill-Bosnja-Ħerzegovina mhux se taffettwa b’mod sinifikanti l-utenti tal-Unjoni u li b’mod ġenerali hija fl-interess tal-Unjoni.

8.   PROPOSTA GĦALL-MIŻURI PROVVIŻORJI TA’ ANTI-DUMPING

(113)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward ta’ dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Bosnja-Ħerzegovina għandhom jiġu imposti sabiex jipprevenu milli tiġi kkawżata aktar ksara lill-industrija tal-Unjoni minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

8.1.   Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara

(114)

Il-livell tal-miżuri anti-dumping provviżorji għandu jkun suffiċjenti sabiex tiġi eliminata l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġnijiet ta’ dumping misjuba.

(115)

Fil-kalkolu tal-ammont tad-dazju neċessarju sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel ħsara, ġie kkunsidrat li kull miżuri għandhom jippermettu li l-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġjonevoli taħt kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni normali, jiġifieri fin-nuqqas tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Il-marġni tal-profitt qabel it-taxxa wżat għal dan il-kalkolu kien ta’ 5,9 % tad-dħul mill-bejgħ. Dan kien il-livell tal-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni fil-PI għall-prodotti kollha tagħha inkluż il-prodott ikkonċernat. Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-profitabbiltà tal-prodott ikkonċernat kienet affettwata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping huwa ċar li dan il-livell ta’ profitt huwa prudenti u mhux eċċessiv. Ġie kkunsidrat ukoll jekk ir-rati tal-profitt miksuba mill-industrija tal-Unjoni fl-2005-2007 għandhomx jintużaw iżda r-rati tal-profitt kienu baxxi f’termini tal-profitabbiltà miksuba mill-kumpaniji għall-prodotti simili u ma ġewx ikkunsidrati li huma rappreżentattivi għal industrija vijabbli. Dan huwa minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet mill-Bosnja kienu bi prezzijiet taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni b’bejn 10-20 % matul dawn it-tliet (3) snin u dawn id-differenzi kien se jkollhom rwol sinifikanti fin-negozjati tal-kuntratti annwali. Għalhekk dawn il-marġnijiet tal-profitt ma setgħux jiġu kkunsidrati bħala rappreżentattivi ta’ sitwazzjoni normali fis-suq tal-UE. Fuq il-bażi msemmija hawn fuq, ġie kkalkulat prezz li mhux ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-prezz li mhux ta’ ħsara nkiseb billi żdied il-marġni tal-profitt imsemmi hawn fuq mal-ispiża tal-produzzjoni.

(116)

Imbagħad ġiet iddeterminata ż-żieda neċessarja fil-prezz fuq il-bażi ta’ paragun tal-medja differenzjata tal-prezz tal-importazzjoni, kif stabbilita għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, mal-medja tal-prezz li mhux ta' ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE. Id-differenza li tirriżulta minn dan il-paragun imbagħad ġiet espressa bħala perċentwali tal-valur CIF medju tal-importazzjoni. Għalhekk, il-marġni tal-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa kien ikkalkulat fil-livell ta’ 31,5 %.

8.2.   Miżuri provviżorji

(117)

Fid-dawl ta’ dak li intqal qabel, u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li l-miżuri anti-dumping provviżorji għandhom jiġu imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina fil-livell tal-marġni ta’ dumping misjub.

(118)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju għall-Bosnja-Ħerzegovina hija ta’ 28,1 %.

9.   ŻVELAR

(119)

Fl-interess tal-amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li ppreżentaw lilhom infushom fiż-żmien speċifikat fl-avviż tat-tnedija jistgħu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Barra minn hekk, għandu jingħad li s-sejbiet fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ dazji gћall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun hemm bżonn li jitqiesu mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe dazju definittiv,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-trab zeolite A, imsejjaħ ukoll bħala trab Zeolite NaA jew Zeolite 4A, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2842 10 00 (il-Kodiċi TARIC 2842100030) u li joriġina mill-Bosnja-Ħerzegovina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun 28,1 %.

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għall-provvista ta’ garanzija, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 40, 17.2.2010, p. 5.


16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/44


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1037/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

39,6

MA

72,3

MK

61,3

ZZ

57,7

0707 00 05

AL

68,6

EG

161,4

TR

136,0

ZZ

122,0

0709 90 70

MA

87,2

TR

137,5

ZZ

112,4

0805 20 10

MA

62,2

ZA

145,6

ZZ

103,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

45,5

TR

59,9

UY

55,0

ZZ

53,5

0805 50 10

AR

42,7

TR

67,8

UY

57,1

ZA

109,5

ZZ

69,3

0806 10 10

BR

258,3

TR

146,2

US

260,4

ZA

79,2

ZZ

186,0

0808 10 80

AR

75,7

CL

84,2

MK

27,2

NZ

75,7

US

96,5

ZA

96,2

ZZ

75,9

0808 20 50

CN

54,9

ZZ

54,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1038/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Novembru 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Novembru 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

2.11.2010-12.11.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

219,39

161,99

Prezz FOB USA

208,44

198,44

178,44

123,34

Tariffa fuq il-Golf

17,04

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

20,14

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

18,20  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

46,32  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/49


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1039/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 1029/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 296, 13.11.2010, p. 17.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

55,54

0,00

1701 11 90  (1)

55,54

0,00

1701 12 10  (1)

55,54

0,00

1701 12 90  (1)

55,54

0,00

1701 91 00  (2)

51,75

1,94

1701 99 10  (2)

51,75

0,00

1701 99 90  (2)

51,75

0,00

1702 90 95  (3)

0,52

0,21


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta' Awwissu 2010

dwar għajnuna mill-Istat C 40/08 (ex N 163/08) implimentata mill-Polonja għal PZL Hydral S.A.

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5406)

(Il-verżjoni Pollakka biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/690/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni C(2008) 4753 finali (1) li biha l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni C(2008) 6371 finali (2) li testendi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għajnuna C 40/2008 (ex N 163/2008),

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet fuq imsemmija,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra tas-27 ta' Marzu 2008, l-awtoritajiet Pollakki nnotifikaw pjan ta' ristrutturar għal PZL Hydral S.A. (“PZL Hydral ”). Il-Kummissjoni talbet tagħrif addizzjonali permezz ta' ittra tas-6 ta' Mejju 2008. Permezz ta' ittra tal-4 ta' Ġunju 2008, l-awtoritajiet Pollakki talbu li d-data ta' għeluq għat-tweġiba tiġi estiża sas-27 ta' Ġunju 2008; il-Kummissjoni qablet permezz ta' ittra tal-10 ta' Ġunju 2008. L-awtoritajiet Pollakki pprovdew tagħrif addizzjonali dwar il-pjan ta' ristrutturar permezz ta' ittra tas-7 ta' Lulju 2008.

(2)

Il-proċeduri fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (il-proċedura ta' investigazzjoni formali) nfetħu fl-10 ta' Settembru 2008. Il-proċedura ta' investigazzjoni formali ġiet sussegwentement estiża b’deċiżjoni adottata fit-12 ta' Novembru 2008.

(3)

Il-Polonja ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha fl-14 ta' Ottubru u fit-22 ta' Diċembru 2008 u tagħrif addizzjonali fis-7 ta' April 2009. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet terzi.

(4)

Il-laqgħat mal-awtoritajiet Pollakki saru fis-27 ta' April u fl-14 ta' Ottubru 2009 u fit-12 ta' Frar 2010. Fit-18 ta' Diċembru 2009 il-Kummissjoni talbet għal aktar tagħrif. Saru bosta skambji ta' e-mails bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki u ġie sottomess tagħrif addizzjonali mill-awtoritajiet Pollakki permezz tal-e-mail fid-dati li ġejjin: 20 ta' Ottubru 2009, 23 ta' Novembru 2009, 15 ta' Diċembru 2009, 13 ta' Jannar 2010, 16 ta' Jannar 2010, 9 ta' Frar 2010, 10 ta' Frar 2010, 26 ta' Frar 2010, 1 ta' Marzu 2010, 3 ta' Marzu 2010, 4 ta' Marzu 2010, 19 ta' Marzu 2010, 5 ta' Mejju 2010, 12 ta' Mejju 2010, 20 ta' Mejju 2010, 28 ta' Mejju 2010, 3 ta' Ġunju 2010, 4 ta' Ġunju 2010, 7 ta' Ġunju 2010, 8 ta' Ġunju 2010, 9 ta' Ġunju 2010, 17 ta' Ġunju 2010, 23 ta' Ġunju 2010, 24 ta' Ġunju 2010, 28 ta' Ġunju 2010, 7 ta' Lulju 2010, 8 ta' Lulju 2010, 9 ta' Lulju 2010, 12 ta' Lulju 2010 u 13 ta' Lulju 2010.

II.   DESKRIZZJONI

II.1   Il-benefiċjarji: PZL Hydral u PZL Wroclaw

PZL Hydral

(5)

PZL Hydral ġiet stabbilita fl-1946 bħala intrapriża tal-Istat. Issa hija kumpanija kbira li sal-2008 kienet tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' prodotti idrawliċi industrijali ċivili u militari, id-disinn, il-manifattura u s-servizz ta' sistemi idromekkaniċi elettroniċi li jirregolaw il-karburant għall-magni tal-avjazzjoni ta' kull tip, sistemi ta' kontroll idrawliċi għall-inġenju tal-ajru u provvisti tal-enerġija idrawlika għall-ħelikopters. Sa mill-2008 PZL Hydral operat bħala l-kumpanija prinċipali ta' grupp u m’għadx għandha attivitajiet industrijali tagħha stess.

(6)

Fl-2003, l-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali tal-Istat (“l-IDA”) kisbet 80,94 % tal-ishma f'PZL Hydarl (1 284 686 sehem) mit-Teżor. Fl-2005 saru aktar trasferimenti ta' ishma mit-Teżor għall-IDA (499 103 sehem), li żiedu l-pussess tal-ishma tal-IDA għal 87,39 %, fl-2007 (64 374 sehem), li żiedu l-pussess tal-ishma għal 90,54 %, u fit-12 ta' Jannar 2010 (38 399 sehem), li żiedu l-pussess tal-ishma għal 92,42 %. Kull waħda minn dawn it-tranżazzjonijiet saret bil-prezz simboliku ta' PLN 1. Mit-12 ta' Jannar 2010 l-IDA żammet 18 886 562 sehem b’valur nominali ta' PLN 18 865 620. Il-kumplament tal-ishma (7,58 %) b’valur nominali ta' 1 547 210, bħalissa huma miżmuma mill-impjegati.

(7)

Fl-2007 PZL Hydral kienet tikkontrolla s-sussidjarji li ġejjin: Zaklad Odlewniczy “Hydral” Sp. z o.o., li l-attività prinċipali tagħha hija l-ikkastjar, il-funderija, l-ipproċessar u t-trattament ta' partijiet tal-azzar; Zaklad Cieplowniczy Term “Hydral” Sp. z o.o., li tipproduċi u tbiegħ l-enerġija termali; Przedsiębiorstwo Usługowo Handlowe Zakład Produkcji Hydrauliki “Hydral” Sp. z o.o., li tipproduċi valvijiet u distributuri idrawliċi, tipproċessa tagħmir tal-metall u tipprovdi servizzi ta' tiswija għal makkinarju u tagħmir idrawliku, u PZL Wrocław Sp. z o.o. (“PZL Wrocław”). Barra minn hekk, PZL Hydral kienet tikkontrolla żewġ kumpaniji oħra, li issa jinsabu fi proċess ta' likwidazzjoni. Fl-aħar tal-2006, il-grupp kollu kemm hu kellu 795 impjegat.

PZL Wrocław

(8)

PZL Wroclaw twaqqfet bħala sussidjarja kollha kemm hi ta' PZL Hydral fl-2004 sabiex tinħoloq kumpanija operattiva li tieħu f’idejha l-fergħa operattiva ta' PZL Hydral, sabiex din tal-aħħar tkun tista’ taħdem bħala kumpanija prinċipali u tmexxi l-proċess ta' ristrutturar tal-grupp PZL Hydral.

(9)

Parti mill-assi ta' PZL Wroclaw ġew trasferiti minn PZL Hydral għal PZL Wroclaw jew permezz ta' kontribuzzjoni mhux finanzjarja għall-kapital ta' PZL Wroclaw jew bejgħ skont il-valur tal-kotba fil-kotba ta' PZL Hydral sa mill-2004, kif jidher fit-Tabella 1.

Tabella 1

It-trasferiment ta' assi permezz ta' kontribuzzjoni mhux finanzjarja jew bejgħ (f’PLN)

Data tat-trasferiment

Tip ta' assi

Metodu ta' trasferiment (bejgħ/ kontribuzzjoni mhux finanzjarja)

Valur skont il-kotba tal-assi

30.12.2004

assi fissi - mobbli

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

3 917 321,0

30.12.2004

assi intanġibbli

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

801 332,0

30.12.2004

xogħol fl-idejn

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

1 251 352,0

30.12.2004

materjali

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

251 719,0

30.11.2006

assi fissi - mobbli

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

138 516,44

30.11.2006

materjali

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

679 915,73

30.11.2006

assi fissi - mobbli

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

1 186 803,54

30.11.2006

assi intanġibbli

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

290 268,95

20.6.2007

assi fissi - mobbli

bejgħ

1 250 000,0

30.12.2007

assi fissi - mobbli

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

1 293 600,0

21/23.12.2008

xogħol fl-idejn

bejgħ

5 230 644,91

27.3.2008

materjali

bejgħ

2 985 631,15

10.3.2009

materjali

bejgħ

304 294,33

(10)

L-assi fissi tanġibbli li PZL Wroclaw kisbet minn PZL Hydral ġew trasferiti jew bħala kontribuzzjoni mhux finanzjarja lill-kapital ta' PZL Wroclaw jew permezz ta' bejgħ, kif deskritt fit-Tabella 2. Fiż-żewġ każijiet il-valur tat-tranżazzjoni kien ibbażat fuq il-valutazzjoni ta' espert indipendenti. Meta dawn l-assi fissi ġew trasferiti diġà kienu soġġetti għal ipoteki fuq il-proprjetà immobbli favur il-kredituri pubbliċi li ġejjin: l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, l-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia u l-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw f’ammont ta' PLN 142,558 miljun.

Tabella 2

Trasferiment ta' proprjetà immobbli (f'PLN)

Data tat-trasferiment

Tipi ta' assi

Metodu ta' trasferiment (bejgħ/kontribuzzjoni mhux finanzjarja)

Valur skont il-kotba tal-assi

30.12.2007

assi fissi – proprjetà immobbli

kontribuzzjoni mhux finanzjarja

8 337 000,0

30.12.2007

assi fissi – proprjetà immobbli

bejgħ

10 309 508,56

(11)

Fil-31 ta' Diċembru 2007, PZL Hydral trasferiet lil PZL Wroclaw fondi b'valur nominali ta' PLN 918 900 permezz ta' kontribuzzjoni għall-kapital ta' PZL Wroclaw.

(12)

Il-bqija tal-assi trasferiti minn PZL Hydral għal PZL Wroclaw bejn is-17 ta' Jannar 2006 u s-27 ta' April 2010 ġew mibjugħa bil-valur skont il-kotba tagħhom u kienu jikkonsistu f’diversi trasferimenti ta' assi taħt kostruzzjoni li kienu ħielsa minn kwalunkwe pleġġ jew ipoteka.

(13)

Il-valur globali tal-assi trasferiti minn PZL Hydral għal PZL Wroclaw bejn l-2004 u l-2010 kien jammonta għal PLN 44 708 791,02.

(14)

559 impjegat ġew trasferiti minn PZL Hydral għal PZL Wroclaw fl-2008 u 37 ġew trasferiti fl-2009.

(15)

PZL Wroclaw tipproduċi komponenti għall-inġenji tal-ajru li jintużaw mill-forzi armati Pollakki (sal-aħħar tal-2007 din il-produzzjoni kienet issir minn PZL Hydral) u tipprovdi servizzi li jinkludu l-manutenzjoni u t-tiswija ta' tagħmir użat mill-armata Pollakka. Il-prodotti militari jiksbu ċertifikazzjoni speċifika għat-tip ta' prodott skont ir-rekwiżiti tekniċi tal-forzi armati Pollakki. F’kull stadju tiġi pprovduta dokumentazzjoni individwali u dawn il-prodotti (u s-servizzi ta' manutenzjoni relatati magħhom) jiġu sorveljati minn rappreżentant militari residenti.

(16)

PZL Wroclaw bħalissa topera abbażi tal-Permess Nru B-007/2007 li nħareġ mill-Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Amministrazzjoni fis-17 ta' Jannar 2007 għall-prestazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali fil-qasam tal-:

produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' apparat li jitfa’ allarm, sinjal u ammunizzjonijiet tal-gass kif stabbilit fil-paragrafu 8 (Tipi ta' armi u ammunizzjon) tal-Appendiċi Nru 1 għar-Regolament tal-Kabinett tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar it-tipi ta' armi u ammunizzjon u lista ta' prodotti militari u tal-pulizija u teknoloġiji għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni li għalihom ikun meħtieġ permess (3);

produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti militari jew tal-pulizija kif stabbilit fl-intestatura “WT V” u komponenti u kostitwenti ta' prodotti kif stabbilit fl-intestatura “WT II”, “WT III” u “WT XIV” (Paragrafi 1-4 u 7-10) tal-Appendiċi Nru 2 (Lista ta' prodotti militari u tal-pulizija u teknoloġiji għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni li għalihom ikun meħtieġ permess) għar-Regolament tal-Kabinett fuq imsemmi.

produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' tagħmir għall-manifattura ta' prodotti militari u tal-pulizija u l-kummerċjalizzazzjoni ta' teknoloġija għall-manifattura ta' prodotti maħsuba għal dak l-iskop kif stabbilit fl-intestatura “WT XIII” tal-Appendiċi Nru 2 (Lista ta' prodotti militari u tal-pulizija u teknoloġiji għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni li għalihom ikun meħtieġ permess) għar-Regolament tal-Kabinett fuq imsemmi.

(17)

PZL Wroclaw għandha ċ-ċertifikati li ġejjin:

ċertifikat ta' konformità mar-rekwiżiti tal-ISO 9001:2000 mogħti miċ-Ċertifikazzjoni Bureau Veritas;

ċertifikat ta' konformità mar-rekwiżiti ta' AS9100-B mogħti miċ-Ċertifikazzjoni Bureau Veritas;

ċertifikat li jawtorizza l-produzzjoni tal-aċċessorji tal-avjazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolamenti dwar l-avjazzjoni tal-PARTI 21 mogħti mill-Uffiċċju tal-Avjazzjoni Ċivili Pollakk;

ċertifikat għat-twettiq tal-manutenzjoni teknika ta' prodotti li tissodisfa r-rewiżiti tal-PARTI 145 tar-regolamenti dwar l-avjazzjoni mogħti mill-Uffiċċju tal-Avjazzjoni Ċivili Pollakk;

ċertifikat NADCAP mogħti mill-Istitut għall-Analiżi tal-Prestazzjoni għal proċess speċjali magħżul: trattament bis-sħana (HT – heat treatment), ittestjar mhux distruttiv (NDT – non-destructive testing), proċessi kimiċi (CHP – chemical processes) u Magni għat-tneħħija tal-elettriku (EDM – Electrical Discharge Machining).

Ir-rwol ta' PZL Hydral fil-pjan ta' żvilupp ekonomiku

(18)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-linja ta' produzzjoni ta' PZL Hydral (u issa PZL Wroclaw) hija parti importanti mill-pjan ta' żvilupp ekonomiku introdott mill-Gvern Pollak fl-1995 għall-1996-2000 u fl-2000 għall-2001-2006.

(19)

Barra minn hekk, qed issir referenza espliċita għal PZL Hydral jew għall-attivitajiet kummerċjali tagħha f’numru ta' miżuri ta' implimentazzjoni u linji gwida governattivi għall-pjan ta' żvilupp ekonomiku, bħal per eżempju:

il-linji gwida tal-Ministru/Kap tal-Uffiċċju Ċentrali għall-Ippjanar tat-30 ta' Jannar 1995 dwar il-pjan ta' żvilupp ekonomiku għas-snin 1996-2000;

il-linji gwida tal-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi ta' Lulju 2000 dwar il-pjan ta' żvilupp ekonomiku għas-snin 2001-2006;

l-Organizzazzjoni tax-Xogħol Implimentata minn Kumpaniji għall-Finijiet tal-Att dwar id-Difiża Nazzjonali tat-23 ta' Awwissu 2001 (4);

ir-Regolament tal-Kabinett tat-24 ta' Ġunju 2003 dwar faċilitajiet ta' sinifikat partikolari għas-sigurtà u d-difiża tal-Istat u l-ħarsien speċjali tiegħu (5);

ir-Regolament tal-Kabinett tal-20 ta' Awwissu 2004 li jelenka kumpaniji ta' sinifikat partikolari fejn għandhom x’jaqsmu l-ekonomija u d-difiża (6);

ir-Regolament tal-Kabinett tad-9 ta' Novembru 2007 li jelenka kumpaniji ta' sinifikat partikolari fejn għandhom x’jaqsmu l-ekonomija u d-difiża (7).

(20)

Il-Kumpaniji li jinsabu f’listi ta' dan it-tip huma meħtieġa jipprovdu rapporti annwali ddettaljati dwar il-kapaċità tal-produzzjoni għad-difiża tagħhom (kwantitajiet, profil, ċifri) sabiex jippermettu lill-Ministeru li jiżgura li l-kompiti militari qed jitwettqu.

(21)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-permessi u ċ-ċertifikati rilevanti (punti 16 u 17) jippermettu l-prodotti u s-servizzi ta' kwalità speċifika li jiġu pprovduti lil konsumaturi speċjali (intrapriżi ta' sinifikat partikolari għad-difiża tal-Istat u l-Ministeru tad-Difiża). PZL Wroclaw (PZL Hyrdal fil-passat) mhux biss tipprovdi komponenti ta' sistemi idrawliċi, sistemi li jaħdmu bil-karburant u sistemi ta' kontroll; it-tiswijiet għas-sub-immuntar installat huma kruċjali għall-funzjonament tal-inġenju tal-ajru operat mill-forzi armati Pollakki (W-3, Mi-2, M28 Bryza u PZL 130 Orlik); l-awtoritajiet Pollakki enfasizzaw ukoll li l-W-3 u l-Mi-2 huma l-ħelikopters prinċipali użati mill-armata Pollakka.

(22)

L-oġġetti prodotti minn PZL Hydral għall-użu tal-forzi armati għandhom il-kodiċi NATO korrispondenti skont il-Ftehim ta' Standardizzazzjoni tan-NATO u l-kumpanija stess għandha kodiċi tan-NATO.

Relazzjonijiet finanzjarji bejn PZL Hydral u PZL Wroclaw

(23)

Kif spjegat hawn fuq fil-punt 9 et seq., minn Diċembru tal-2004 PZL Hydral ittrasferiet assi lil PZL Wroclaw. L-assi trasferiti fit-30 ta' Diċembru tal-2007 biss (proprjetà immobbli) kienu soġġetti għal ipoteki favur kredituri pubbliċi.

(24)

L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li minn meta bdiet topera, PZL Wroclaw issaldat l-obbligazzjonijiet kollha tagħha fil-konfront ta' kredituri pubbliċi fil-ħin, inklużi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u t-taxxi għall-impjegati tagħha.

II.2   Diffikultajiet finanzjarji ta' PZL Hydral

(25)

Fl-1998, PZL Hydral beda jkollha diffikultajiet fil-ħlas lura ta' obbligazzjonijiet kemm lill-kredituri privati kif ukoll dawk pubbliċi tagħha.

Obbligazzjonijiet fil-konfront ta' kredituri privati

(26)

Fl-aħħar tal-1998, l-obbligazzjonijiet privati ta' PZL Hydral fil-konfront ta' banek u fornituri ammontaw għal PLN 90,4 miljun. Il-biċċa l-kbira ta' dawn id-djun kienu dovuti lil żewġ banek: Il-Bank […] (*) u l-Bank […].

(27)

PZL Hydral kellha dovut lill-Bank […] PLN 54 miljun fl-aħħar tal-1998 u PLN 86,4 miljun sa Novembru tal-2006, meta ġie ffirmat ftehim ta' saldu, u t-talba tiegħu fl-aħħar ġiet imħallsa fl-2007. PZL Hydral kellha dovut lill-Bank […] PLN 23 miljun fl-aħħar tal-1998 u PLN 55,6 miljun sa Ottubru tal-2003, u t-talba tiegħu fl-aħħar ġiet imħallsa fl-2004.

Tabella 3

Bidliet fl-ammont totali dovut minn PZL Hydral lil […] (f'eluf ta' PLN)

 

31.12.1998

31.12.1999

31.12.2000

31.12.2001

31.12.2002

31.12.2003

31.12.2004

31.12.2005

31.12.2006

Kapital

44 447

48 424

51 605

49 628

37 416

39 041

38 741

38 291

35 377

Imgħax

9 583

17 683

26 194

34 449

29 157

38 184

40 920

43 776

51 018

Total

54 030

66 107

77 798

84 077

66 573

77 225

79 721

82 067

86 395

Tabella 4

Bidliet fl-ammont totali dovut minn PZL Hydral lil […] (f’eluf ta' PLN)

 

31.12.1998

31.12.1999

31.12.2000

31.12.2001

31.12.2002

31.12.2003

31.12.2004

31.12.2005

31.12.2006

Kapital

18 571

21 986

21 959

21 127

20 741

19 825

4 000

0

0

Imgħax

4 572

5 983

10 842

16 759

23 975

35 773

0

0

0

Total

23 143

27 969

32 801

37 886

44 716

55 598

4 000

0

0

(28)

Dawn il-banek privati kellhom titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tal-ewwel grad (ara d-deskrizzjoni dettaljata fil-punti 32 u 34 t’hawn taħt) u setgħu faċilment jinfurzaw it-talbiet tagħhom abbażi ta' ordnijiet ta' infurzar tal-bank. Skont l-Att Bankarju tal-1997 (8), il-banek jistgħu joħorġu ordnijiet ta' infurzar abbażi tal-kontijiet tagħhom jew dokumenti oħra marbuta mat-tranżazzjonijiet bankarji. Ordni ta' infurzar ta' bank tista’ sservi bħala bażi għall-infurzar wara li l-qorti tkun żiedet klawżola ta' infurzar miegħu. Dan huwa mezz aktar malajr mill-każ għal kredituri oħra, li għandhom jagħmlu talba lill-qorti kompetenti qabel l-infurzar sabiex tingħata deċiżjoni. Minkejja dan, il-kredituri privati ma ħadu l-ebda azzjoni ta' infurzar furzata; fi kliem ieħor, ma talbux għal proċeduri ta' falliment biex jiġu istitwiti kontra PZL Hydral u lanqas ma ħadu azzjoni oħra sabiex jinfurzaw it-talbiet tagħhom kontra l-assi.

(29)

Meta PZL Hydral esperjenzat diffikultajiet fil-ħlas lura tad-djun tagħha fl-1998-2006, il-banek setgħu, skont il-Kodiċi Ċivili, talbuha imgħax legali b’rata stabbilita mill-Kabinett, kif jidher fit-Tabella 7. Iżda minflok imponew dan l-imgħax sistematikament, kultant imponew biss imgħax bir-rati murija fit-Tabella 5 u fit-Tabella 6.

Tabella 5

Rati tal-imgħax imposti mill-Bank […] (self USD skont il-LIBOR)

Sena

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

%

8,53

8,71

9,87

8,50

8,50

8,50

8,50

8,50

8,50

8,50

Tabella 6

Rati tal-imgħax imposti minn […] (self USD skont il-LIBOR)

Sena

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

%

7,78

7,96

9,12

6,08

4,45

3,62

4,37

6,26

7,63

7,37

Tabella 7

Rati tal-imgħax statutorji

Rok

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

%

34

23

23

30

18

13

12

13

11,5

11,5

(30)

L-awtoritajiet Pollakki jsostnu li dawn il-banek ħasbu li kienu se jirċievu qligħ ogħla kieku taw kontribut għall-proċess ta' ristrutturar ta' PZL Hydral. Huma segwew mill-qrib in-negozjati mal-ewwel kumpanija li wriet interess fix-xiri ta' PZL Wroclaw, jiġifieri […] (ara l-punt 57 et seq.). Il-banek wettqu monitoraġġ regolari tas-sitwazzjoni ekonomika ta' PZL Hydral abbażi tar-rapporti finanzjarji tagħha, żjarat fejn tinsab u analiżi tas-suq.

(31)

Il-bank […] fl-aħħar issalda l-obbligazzjonijiet tiegħu permezz ta' ftehim ta' saldu konkluż f’April tal-2003. Huwa ħassar PLN 51,6 miljun u aċċetta l-ħlas lura ta' PLN 4 miljun biss (7 %). It-tħassir li rriżulta mill-ftehim ta' saldu ddaħħal fil-kotba ta' PZL Hydral għas-sena finanzjarja tal-2004.

(32)

Il-Bank […] qabel li jsir il-ħlas abbażi tal-valutazzjoni ekonomika tiegħu stess minkejja li kellu ipoteki bi prijorità tal-ewwel grad. B’mod partikolari, il-bank iggarantixxa l-kreditu tiegħu billi stabbilixxa titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self ta' PLN 13,7 miljun fuq il-proprjetà immobbli, filwaqt li assenja d-drittijiet tal-liċenzja u dawk kummerċjali kollha taħt ftehim ta' liċenzja konkluż ma' […] dwar il-produzzjoni ta' tagħmir tal-arja kkundizzjonata għal valur ta' USD 1,2 miljun (madwar PLN 3 968 000) (9) , filwaqt li ttrasferixxa magni u tagħmir ipprovduti minn […] fil-ftehim tal-liċenzja għal valur ta' USD 2,4 miljun (madwar PLN 7 938 000) u assenja ammonti riċevibbli mill-bejgħ ta' tagħmir tal-arja kkundizzjonata għal valur ta' mill-inqas USD miljun kull sena (madwar PLN 26,5 miljun) (10).

(33)

F’Novembru tal-2006 il-Bank […] qabel fi ftehim ta' saldu sabiex iħassar PLN 86,4 miljun u aċċetta ħlas lura ta' PLN 11,5 miljun biss. B'kollox, 13 % tal-obbligazzjoni biss ġie eventwalment imħallas minn PZL Hydral. Il-bqija, jiġifieri PLN 74,9 miljun, ġie mħassar.

(34)

Il-Bank […] aċċetta dan l-ammont baxx minkejja l-fatt li kellu titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tal-ewwel grad fuq l-aktar proprjetà immobbli sinifikanti li fuqha kienet tiddependi l-produzzjoni u li fiha kienu jinsabu l-istrutturi amministrattivi. Dawn it-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self b’mod partikolari kienu jikkonsistu f’ipoteki tal-ewwel grad fuq żewġ proprjetajiet għal ammont totali ta' PLN 19,75 miljun, pleġġ tal-ewwel grad fuq linja teknoloġika għall-produzzjoni ta' kompressuri f’ammont ta' PLN 20 miljun, assenjazzjoni ta' riċevibbli tal-ewwel grad skont ftehim tal-bejgħ konklużi għall-kompressuri b'valur ta' PLN 20 miljun, pleġġ irreġistrata tal-ewwel grad fuq makkinarju u tagħmir b'valur totali ta' PLN 2,65 miljun, PLN 2,4 miljun, PLN 0,56 miljun u PLN 1,1 miljun rispettivament. Barra minn hekk, in-natura tat-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tippermetti lil kwalunkwe xerrej potenzjali sabiex ikompli l-produzzjoni wara x-xiri; ikun ukoll possibbli li l-magni jiġu trasportati jew sħaħ jew bħala sub-immuntar mingħajr ma jiżżarmaw, jekk xi xerrej potenzjali jiddeċiedi li jċaqlaqhom.

(35)

Wara l-ftehim mal-banek, inħareġ it-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self fuq l-assi fissi. B’riżultat ta' dan, il-pożizzjoni tal-kredituri pubbliċi fir-rigward ta' dawn it-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tjiebet, jiġifieri rċevew klassifikazzjoni ipotekarja ogħla (11).

Obbligazzjonijiet fil-konfront ta' kredituri pubbliċi

(36)

Fl-1998, l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija fil-konfront ta' kredituri pubbliċi bbażati fuq talbiet li jirriżultaw mil-liġi pubblika (jiġifieri talbiet mill-Uffiċċju tal-Assigurazzjoni Soċjali, l-Uffiċċju Reġjonali tat-Taxxa ta' Lower Silesia, l-Uffiċċju tat-Taxxa ta' Wroclaw Psie Pole, l-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia, il-Kunsill tal-Belt ta' Wroclow, il-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità) ammontaw għal PLN 29 miljun. Barra minn hekk, il-Ministeru tal-Finanzi kellu talbiet taħt id-dritt ċivili ta' PLN 9,4 miljun. Dawn l-obbligazzjonijiet għal kredituri pubbliċi individwali żviluppaw kif jidher fit-Tabelli 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14.

Tabella 8

Obbligazzjonijiet ta' PZL Hydral fil-konfront tal-Uffiċċju tal-Assigurazzjoni Soċjali (f’eluf ta' PLN)

 

31.12.1998

31.12.1999

31.12.2000

31.12.2001

31.12.2002

31.12.2003

31.12.2004

31.12.2005

31.12.2006

31.12.2007

Kapital

20 028

27 477

35 107

42 963

47 695

55 935

62 395

69 296

74 187

74 903

Imgħax

9 219

20 000

32 651

46 100

60 810

68 421

76 653

84 040

88 835

102 223

Total

29 247

47 477

67 758

89 063

108 505

124 356

139 048

153 336

163 022

177 126

Tabella 9

Obbligazzjonijiet ta' PZL Hydral fil-konfront tal-Uffiċċju tat-Taxxa Reġjonali ta' Lower Silesia (f’eluf ta' PLN)

 

31.12.1998

31.12.1999

31.12.2000

31.12.2001

31.12.2002

31.12.2003

31.12.2004

31.12.2005

31.12.2006

31.12.2007

Kapital

1 700

2 700

3 656

4 750

6 198

10 928

12 471

18 655

20 769

38 946

Imgħax

750

1 100

1 500

1 950

2 900

3 200

3 800

5 347

8 450

10 553

Total

2 450

3 800

5 156

6 700

9 098

14 128

16 271

24 002

29 219

49 499

Tabella 10

Obbligazzjonijiet ta' PZL Hydral fil-konfront tal-Uffiċċju tat-Taxxa ta' Wroclaw Psie Pole (f’eluf ta' PLN)

 

31.12.1998

31.12.1999

31.12.2000

31.12.2001

31.12.2002

31.12.2003

31.12.2004

31.12.2005

31.12.2006

31.12.2007

Kapital

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Imgħax (**)

0

0

0

0

0

0

532

532

532

532

Total

0

0

0

0

0

0

532

532

532

532

Tabella 11

Obbligazzjonijiet ta' PZL Hydral fil-konfront tal-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw (f’eluf ta' PLN)

 

31.12.1998

31.12.1999

31.12.2000

31.12.2001

31.12.2002

31.12.2003

31.12.2004

31.12.2005

31.12.2006

31.12.2007

Prinċipal

1 682

3 058

4 510

5 972

7 556

9 404

11 299

13 180

14 465

16 389

Imgħax

1 800

2 200

3 500

5 500

7 100

7 950

8 500

9 065

9 951

10 698

Total

3 482

5 258

8 010

11 472

14 656

17 354

19 799

22 245

24 416

27 087

Tabella 12

Obbligazzjonijiet ta' PZL Hydral fil-konfront tal-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia (f’eluf ta' PLN)

 

31.12.1998

31.12.1999

31.12.2000

31.12.2001

31.12.2002

31.12.2003

31.12.2004

31.12.2005

31.12.2006

31.12.2007

Kapital

0

15

37

57

76

90

90

90

567

935

Imgħax

0

2

8

14

21

29

35

40

75

136

Total

0

17

45

71

97

119

125

130

642

1 071

Tabella 13

Obbligazzjonijiet ta' PZL Hydral fil-konfront tal-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b'Diżabilità (f'eluf ta' PLN)

 

31.12.1998

31.12.1999

31.12.2000

31.12.2001

31.12.2002

31.12.2003

31.12.2004

31.12.2005

31.12.2006

31.12.2007

Kapital

2 446

2 937

3 457

3 394

4 313

4 771

4 927

5 510

5 577

5 639

Imgħax

3 550

3 900

4 100

4 308

4 807

5 080

5 518

6 040

6 898

7 245

Total

5 996

6 837

7 557

7 702

9 120

9 851

10 445

11 550

12 476

12 884

Tabella 14

Obbligazzjonijiet ta' PZL Hydral fil-konfront tal-Ministeru tal-Finanzi (f’eluf ta' PLN)

 

31.12.1998

31.12.1999

31.12.2000

31.12.2001

31.12.2002

31.12.2003

31.12.2004

31.12.2005

31.12.2006

31.12.2007

Kapital

8 018,8

14 395,5

64 717,1

64 717,1

19 687,7

19 646,5

19 422,5

18 773,1

18 260,3

18 260,3

Imgħax

1 372,9

2 639,2

9 627,6

28 741,3

0

0

0

0

193,7

1 117,1

Total

9 391,7

17 034,7

74 344,7

93 458,4

19 687,7

19 646,5

19 422,5

18 773,1

18 454,0

19 377,4

(37)

Il-kredituri pubbliċi talbu r-rati tal-imgħax skont l-arretrati li jidhru fit-Tabella 15. Huwa importanti li wieħed josserva li t-Tabelli 8 sa 14 iqisu l-ħlasijiet lura parzjali ta' somom u juru l-livell fi tmiem is-sena; b'hekk, l-imgħax dovut fi kwalunkwe sena mhuwiex marbut direttament mal-kapital, li jista’ jiċċaqlaq.

Tabella 15

Imgħax fuq l-arretrati tat-taxxa  (12)

Sena

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

%

50

35

44

40

23

15

15

14

11

12

14

11

10

(38)

Minbarra li talbu l-imgħax approrprjat fuq l-arretrati tat-taxxa, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, l-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia, l-Uffiċċju tat-Taxxa ta' Wroclaw Psie Pole, il-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw u l-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia ipprovdew garanzija tat-talbiet tagħhom fil-konfront ta' PZL Hydral billi rreġistraw ipoteki fuq l-assi immobbli tagħha. It-Tabelli 16, 17, 18, 19 u 20 juru bidliet fl-ipoteki fuq l-assi ta' PZL Hyral li huma miżmuma minn dawn il-kredituri pubbliċi.

Tabella 16

Titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self fuq l-assi ta' PZL Hydral miżmuma mill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali

 

Sena

Ammont

Kummenti

1

1998

PLN 21 996 411,92

ammont totali ta' ipoteki

2

1999

PLN 21 996 411,92

ammont totali ta' ipoteki

3

2000

PLN 21 996 411,92

ammont totali ta' ipoteki

4

2001

PLN 28 660 990,95

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 6 664 579,03

5

2002

PLN 29 602 956,07

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 941 965,12

6

2003

PLN 37 315 430,58

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 7 712 474,51

7

2004

PLN 68 984 278,13

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 31 668 847,55

8

2005

PLN 82 625 551,83

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 1 364 127,70

9

2006

PLN 91 511 663,94

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 8 886 112,11

10

2007

PLN 96 153 021,00

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 4 641 357,06

Tabella 17

Titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self fuq l-assi ta' PZL Hydral miżmuma mill-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia

 

Sena

Ammont

Kummenti

1

1998

2

1999

3

2000

4

2001

5

2002

6

2003

7

2004

8

2005

PLN 5 692 649,25

ammont totali ta' ipoteki

9

2006

PLN 5 692 649,25

ammont totali ta' ipoteki

10

2007

PLN 5 692 649,25

ammont totali ta' ipoteki

Tabella 18

Titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self fuq l-assi ta' PZL Hydral miżmuma mill-Uffiċċju tat-Taxxa ta' Wroclaw Psie Pole

 

Sena

Ammont

Kummenti

1

1998

2

1999

3

2000

PLN 112 759,61

ammont totali ta' ipoteki

4

2001

PLN 212 138,61

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 99 379,00

5

2002

PLN 212 138,61

ammont totali ta' ipoteki

6

2003

PLN 212 138,61

ammont totali ta' ipoteki

7

2004

PLN 212 138,61

ammont totali ta' ipoteki

8

2005

PLN 212 138,61

ammont totali ta' ipoteki

9

2006

PLN 212 138,61

ammont totali ta' ipoteki

10

2007

PLN 212 138,61

ammont totali ta' ipoteki

Tabella 19

Titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self fuq l-assi ta' PZL Hydral miżmuma mill-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw

 

Sena

Ammont

Kummenti

1

1998

PLN 710 074,30

ammont totali ta' ipoteki

2

1999

PLN 710 074,30

ammont totali ta' ipoteki

3

2000

PLN 710 074,30

ammont totali ta' ipoteki

4

2001

PLN 945 962,80

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 235 888,50

5

2002

PLN 2 119 622,40

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 1 173 659,60

6

2003

PLN 2 119 622,40

ammont totali ta' ipoteki

7

2004

PLN 11 217 294,85

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 9 097 672,45

8

2005

PLN 11 217 294,85

ammont totali ta' ipoteki

9

2006

PLN 12 589 452,85

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 3 538 324,00

10

2007

PLN 15 379 758,25

ammont totali ta' ipoteki

ġiet miżjuda ipoteka ta' PLN 2 790 305,40

Tabella 20

Titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self fuq l-assi ta' PZL Hydral miżmuma mill-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia

 

Sena

Ammont

Kummenti

1

1998

2

1999

3

2000

4

2001

5

2002

PLN 634 594,10

ammont totali ta' ipoteki

6

2003

PLN 634 594,10

ammont totali ta' ipoteki

7

2004

PLN 634 594,10

ammont totali ta' ipoteki

8

2005

PLN 634 594,10

ammont totali ta' ipoteki

9

2006

PLN 634 594,10

ammont totali ta' ipoteki

10

2007

PLN 634 594,10

ammont totali ta' ipoteki

(39)

L-awtoritajiet Pollakki nnutaw ukoll li l-kredituri pubbliċi kienu kkunsidraw iż-żieda konsiderevoli fil-valur tal-proprjetà immobbli industrijali fi Wroclaw mill-2003 sal-2008. Il-prezzijiet tal-proprjetà immobbli żdiedu b’100 % globalment u l-valur tal-proprjetà immobbli ta' PZL Hydral żdied bi 300 %. Il-kredituri pubbliċi b’ipoteki fuq l-assi ta' PZL Hydral b’hekk esperjenzaw żieda de facto fil-valur tat-titoli ta' sigurtà tagħhom bħala garanzija ta' ħlas ta' self.

(40)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità u l-Ministeru tal-Finanzi ma kellhom l-ebda titolu ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self (ipoteki) fuq l-assi ta' PZL Hydral. Madankollu, il-Ministeru tal-Finanzi inforza parti mit-talbiet tiegħu permezz ta' ftehim ma' PZL Hydral konkluż fl-20 ta' Mejju 2002, li taħtu PZL Hydral kellha tħallas lura parti sinifikanti tal-obbligazzjonijiet tagħha sal-aħħar tal-2002, kif jidher fit-Tabella 14.

(41)

Skont l-awtoritajiet Pollakki, il-kredituri pubbliċi – kuntrarjament għall-kredituri privati – ħadu azzjoni ta' infurzar furzata permezz ta' uffiċjal tal-infurzar tal-qorti. Bejn l-1998 u l-2007, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ħareġ titoli tal-infurzar għal ammont ta' PLN 119,95 miljun, l-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia għal ammont ta' PLN 43,8 miljun u l-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità għal ammont ta' PLN 2,1 miljun, iżda l-ammont miksub fil-verità mill-infurzar ma laħaqx il-livell tal-obbligazzjonijiet indikati fit-titoli tal-infurzar. L-awtoritajiet Pollakki enfasizzaw li għażliet alternattivi, bħat-teħid tal-pussess tal-assi, ma kinux meqjusa raġonevoli mill-uffiċjal tal-infurzar tal-qorti biex jiġu esegwiti u ma kellhom l-ebda sens ekonomiku. Kredituri pubbliċi oħrajn ma ħadu l-ebda azzjoni ta' infurzar iżda huma osservaw il-proċess ta' privatizzazzjoni u ristrutturar li, fil-fehma tagħhom, kien se jipprovdilhom qligħ ogħla mill-attwazzjoni diretta tat-talbiet tagħhom.

Tabella 21

Sommarju tal-azzjoni ta' infurzar tal-kreditur pubbliku fil-konfront ta' PZL Hydral (1997-2009)

 

Sena

Obbligazzjonijiet pubbliċi li tħallsu lura

1

1998

PLN 206 349,90

2

1999

PLN 0,00

3

2000

PLN 674 100,75

4

2001

PLN 4 922 525,14

5

2002

PLN 3 209 042,05

6

2003

PLN 223 928,70

7

2004

PLN 1 960 765,69

8

2005

PLN 3 641 223,35

9

2006

PLN 4 472 476,92

10

2007

PLN 9 455 133,89

11

2008

PLN 54 590 790,45

12

2009

PLN 4 500 000

Total

 

PLN 87 846 336,84

(42)

Bejn l-1998 u l-2009, tħallsu lura obbligazzjonijiet pubbliċi ta' PLN 87,846 miljun (26 %).

(43)

Kien hemm żieda konsiderevoli fil-ħlas lura tal-obbligazzjonijiet pubbliċi ta' PZL Hydral mill-2003.

II.3   PZL Hydral bħala kumpanija f’diffikultà

(44)

It-Tabella 22 turi d-dejta finanzjarja ta' PZL Hydral għas-snin 1998-2009.

Tabella 22

Dejta magħżula mir-rapporti finanzjarji ta' PZL Hydral (f’eluf ta' PLN)

 

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

Dħul minn bejgħ nett

44 088

46 403

45 691

37 933

35 500

37 111

34 651

47 560

48 618

55 741

32 757

11 870

Profitt (telf) fuq il-bejgħ

(10 839 )

(1 546 )

2 004

(8 772 )

(10 005 )

(9 420 )

(6 857 )

972

49

3 641

(6 454 )

(165 020 )

Profitt nett (telf) (***)

(13 661 )

(13 354 )

217

18,473

49,346

(177 982 )

(48 151 )

(14 927 )

(1 076 )

61 578

23 902

46

Assi totali

203 936

212 834

228 344

250 115

192 013

113 255

86 966

92 011

76 986

111 051

35 661

30 617

Ekwità (negattiva) tal-azzjonist

9 707

3 078

268

18 440

15 074

(166 664 )

(214 815 )

(229 743 )

(250 500 )

(188 922 )

(165 020 )

(164 974 )

Obbligazzjonijiet u riżervi fit-tul

194 231

209 756

228 075

231 675

176 939

279 920

301 781

321 753

327 486

299 973

200 681

195 592

(45)

Mill-1998 sal-2008, PZL Hydral kellha ekwità pożittiva. Sa mill-2003, kellha ekwità negattiva u rreġistrat telf nett sistematiku sal-2007. Mill-2007 sal-2009, PZL Hydral għamlet profitt. Il-valur tal-assi ta' PZL Hydral naqas minn PLN 203,936 miljun fl-1998 għal PLN 76,986 miljun fl-2006. L-obbligazzjonijiet fit-tul żdiedu b’mod konsistenti mill-1998 sal-2001 u mill-2003 sal-2006, meta laħqu PLN 327,486 miljun.

(46)

Kif spjegat hawn fuq, mill-2008 ’l quddiem PZL Hydral kisbet id-dħul tagħha l-aktar mill-bejgħ ta' servizzi u ħażniet prodotti fi snin preċedenti u, sa ċertu punt limitat, mis-sussidjarji tagħha.

II.4   PZL Wroclaw bħala kumpanija f’diffikultà

(47)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' PZL Wroclaw, la fl-2007 u fl-2008 u lanqas fl-2009 ma tilfet aktar minn 50 % tal-kapital tagħha u lanqas ma kienet tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għall-proċeduri ta' falliment skont il-liġi Pollakka. Id-dħul ta' PZL Wroclaw ammonta għal PLN 5,3 miljun fl-2006, PLN 23 miljun fl-2007 u PLN 60 miljun fl-2008. It-telf nett fl-2006 kien ta' PLN 1 miljun, filwaqt li fl-2007 il-profitt nett kien PLN 0,04 miljun, li żdied f’salt għal PLN 8,7 miljun fl-2008.

(48)

Skont ir-rapporti finanzjarji ta' PZL Wroclaw, il-valur tal-assi mhux kurrenti tagħha żdied minn PLN 4,8 miljun fl-2006 għal PLN 25,7 miljun fl-2007, PLN 27 miljun fl-2008 u PLN 29 miljun fl-2009. Skont l-Att tal-Baġit Pollakk, ir-riżorsi finanzjarji għax-xiri militari huma allokati kull sena mill-Ministeru tad-Difiża. Fl-2008 PZL Wroclaw irċeviet kuntratti għal u biegħet prodotti militari (eż. sistemi idrawliċi, komponenti pnewmatiċi għas-sistemi li jikkontrollaw il-karburant) għal ammont ta' […] u pprovdiet lill-Ministeru tad-Difiża servizzi ta' manutenzjoni li jiswew […], jiġifieri ammont globali ta' […].

(49)

L-awtoritajiet Pollakki jsostnu wkoll li, sat-tmiem tal-2008, is-suq li fih PZL Wroclaw kienet topera, jiġifieri s-suq tal-avjazzjoni u d-difiża, ma wera l-ebda sinjal li kien qed imajna.

(50)

Fl-2009, madankollu, PZL Wroclaw esperjenzat diffikultajiet finanzjarji bħala riżultat ta' tnaqqis sostanzjali fl-ordnijiet mill-Ministeru tad-Difiża minħabba l-kriżi ekonomika. Fl-2009, il-valur ta' oġġetti militari ordnati u mibjugħa (eż. sistemi idrawliċi, komponenti pnewmatiċi għas-sistemi li jikkontrollaw il-karburant) naqsu għal […], u l-valur tas-servizzi ta' manutenzjoni pprovduti naqsu għal […]. B’riżultat ta' dan, il-bejgħ tal-oġġetti militari naqas b’[…]% meta mqabbel mal-2008. Konsegwentement, PZL Wroclaw irreġistrat telf nett ta' PLN 8,3 miljun fl-2009. Id-dħul tagħha naqas minn PLN 60 miljun fl-2008 għal PLN 41 miljun fl-2009.

(51)

L-obbligazzjonijiet tal-kumpanija żdiedu minn PLN 31 miljun fl-2008 għal PLN 35 miljun fl-2009. L-obbligazzjonijiet ammontaw għal PLN 7 miljun fl-2006 u għal PLN 18,4 miljun fl-2007.

(52)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li skont il-liġi Pollakka (13) PZL Wroclaw kienet għada mhijiex eliġibbli għal proċeduri ta' falliment. Madankollu, jekk ma jirnexxix il-proċess ta' ristrutturar li għaddej bħalissa tal-Grupp Hydral ibbażat fuq is-suppożizzjonijiet li jappoġġjaw il-pjan ta' ristrutturar għall-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika u l-ftehim qafas mal-investitur, PZL Wroclaw ikollha tippreżenta applikazzjoni għal falliment.

II.5   Il-pjan ta' ristrutturar u l-proċess ta' privatizzazzjoni

(53)

Il-pjan ta' ristrutturar għal PZL Hydral u PZL Wroclaw (“il-Pjan”) għandu jitqies fil-kuntest tal-isforzi tal-Polonja biex tipprivatizza l-partijiet vijabbli tan-negozju, b'mod partikolari fil-qasam tal-avjazzjoni u d-difiża.

(54)

Fl-1998 grupp privat konsultattiv, Business Management Finance S.A, ipprepara strateġija għar-ristrutturar ta' PZL Hydral. L-istrateġija kienet tinkludi dijanjosi tal-istatus finanzjarju kurrenti ta' PZL Hydral flimkien ma' analiżi tal-ispejjeż u l-attivitajiet ta' ristrutturar. Hija tindika li jkun raġonevoli li jiġu iżolati xi wħud mill-assi ta' PZL Hydral u jinbiegħu lil investitur privat sabiex jiġu ristrutturati l-obbligazzjonijiet ta' PZL Hydral.

(55)

L-azzjonisti ta' PZL Hydral u, wara l-inkorporazzjoni tagħha fl-2004, ta' PZL Wroclaw, iltaqgħu regolarment sabiex jikkunsidraw il-privatizzazzjoni tal-grupp jew parti minnu (PZL Wroclaw) u nnegozjaw it-termini tat-tranżazzjoni mal-partijiet interessati.

(56)

Konsegwentement, l-awtoritajiet Pollakki daħlu f’negozjati ma' investituri potenzjali, li ġew segwiti mill-qrib minn kredituri privati (għall-ewwel attentat ta' privatizzazzjoni biss ma' […]) u minn kredituri pubbliċi. In-negozjati saru mal-kumpaniji li ġejjin: […] (2002-2006), […] (2007-2008), […] (2008) u, mill-2009, mal-investitur kurrenti, […] (“[…]” jew “l-investitur”).

Negozjati ma' […] għall-privatizzazzjoni ta' PZL Hydral

(57)

Fl-2002, bħala riżultat ta' kooperazzjoni industrijali, it-taħditiet dwar il-bejgħ ta' PZL Hydral bdew ma' […], produttur globali ta' komponenti tal-avjazzjoni bi dħul annwali fl-2009 ta' […]. Fil-25 ta' Novembru 2002 […] u PZL Hydral ikkonkludew ftehim dwar in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni. Fit-22 ta' April 2003 […] bagħat ittra ta' intenzjoni lil PZL Hydral li fiha wera interess fix-xiri potenzjali tal-ishma ta' PZL Hydral u r-rieda tiegħu li jwettaq l-istudju ta' diliġenza dovuta. L-istudju ta' diliġenza dovuta twettaq f’Mejju tal-2003. F’April tal-2005 […] estenda l-ambitu tad-diliġenza dovuta fid-dawl tax-xiri potenzjali ta' PZL Wroclaw, li kienet ġiet inkorporata fl-2004. F'Ġunju tal-2005, id-dokumentazzjoni ngħatat lil […]. Fit-tieni nofs tal-2005 u fl-ewwel nofs tal-2006, saru diversi laqgħat mar-rappreżentanti ta' […]. Madankollu, […] ma ħa l-ebda azzjoni biex titlesta t-tranżazzjoni sa minn Novembru tal-2006.

(58)

Skont l-awtoritajiet Pollakki, […] irtira min-negozjati għaliex ma nstabet l-ebda soluzzjoni għall-kwistjoni tad-dejn tal-kumpanija.

(59)

Waqt dawn in-negozjati, il-kredituri pubbliċi u privati ġew aġġornati regolarment, kultant kull ġimgħa, dwar il-progress tagħhom.

Preparazzjonijiet għat-tieni attentat ta' privatizzazzjoni, l-istabbiliment tal-pjan ta' ristrutturar tal-2007-2010 u s-self tal-2007

(60)

L-awtoritajiet Pollakki segwew strateġija ta' privatizzazzjoni ġdida, li ffukat fuq li tagħmel lil PZL Wroclaw negozju vijabbli li għandu jinbiegħ u fuq l-istralċ ta' PZL Hydral wara mar-rikavat tal-bejgħ ta' PZL Wroclaw u s-sussidjarji u l-assi l-oħra tagħha. Din l-istrateġija qablu dwarha l-IDA, PZL Hydral u l-kredituri pubbliċi ta' PZL Hydral u ġiet ifformalizzata bħala l-pjan ta' ristrutturar tal-2007-2010 (“il-Pjan”) fir-raba’ trimestru tal-2007.

(61)

Skont il-Pjan, il-kredituri pubbliċi ġew imħallsa lura mir-rikavat tal-bejgħ tal-assi ta' PZL Hydral, li jidhru hawn taħt: Zakład Ciepłowniczy “Term-Hydral” Sp. z o.o. - PLN 1 miljun, Zakład Produkcji Hydrauliki “Hydral” Sp. z o.o. - PLN 3 miljun. Il-bejgħ ta' PZL Wroclaw kellu jġib PLN 65,9 miljun (inkluż l-impjant tal-ikkastjar). Il-bejgħ tal-assi finanzjarji l-oħra kien mistenni li jwassal għal qligħ ta' PLN 0,5 miljun u assi ta' proprjetà immobbli magħruf bħala BBCenter ta' PLN 47,5 miljun, parkeġġ ta' PLN 2 miljun u impjant tal-enerġija (GSZ) ta' PLN 0,9 miljun. Il-Pjan b’hekk kien ibbażat fuq suppożizzjoni li l-bejgħ tal-assi kien se jiġġenera dħul totali ta' mill-inqas PLN 120,8 miljun.

(62)

Il-Pjan ipprovda wkoll injezzjoni ta' kapital ta' PLN 36 miljun biex jiggarantixxi l-ħlas lura ta' PLN 156,8 miljun lill-kredituri pubbliċi. Huwa antiċipa wkoll il-possibbiltà li l-IDA tagħti injezzjoni ta' kapital addizzjonali ta' PLN 77,4 miljun biex tħallas lura l-obbligazzjonijiet tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali għas-snin 1996-1998.

(63)

Sussegwentement, f’Jannar tal-2007, PZL Wroclaw kisbet ċertifikati militari u permessi biex tikkummerċjalizza l-armi (ara l-punt 16). Matul l-2007 kisbet aktar assi, makkinarju, tagħmir u kompetenzi. Din l-akkwiżizzjoni kienet iffinanzjata minn self ta' PLN 12,5 miljun, li l-IDA tat lil PZL fl-24 ta' Mejju 2007 (“Is-self tal-2007”), u permezz ta' kontribuzzjoni mhux finanzjarja għall-kapital ta' PZL Wroclaw mill-kumpanija prinċipali, PZL Hydral, f’forma ta' trasferiment tal-assi f’Diċembru tal-2007.

(64)

L-awtoritajiet Pollakki enfasizzaw ukoll li s-self tal-2007 ngħata bil-ħsieb li l-IDA tikseb sehem ta' madwar […]% f’PZL Wroclaw (li jikkorrisondi għal tpartit ta' dejn ma' ekwità) u li l-IDA kellha tikseb qligħ adegwat fuq il-kapital investit wara li tkun biegħet l-ishma tagħha f’PZL Wroclaw, filwaqt li PZL Hydral kellha tuża l-pussess tal-ishma tagħha biex tissodisfa l-kredituri pubbliċi.

(65)

Is-self tal-2007 ngħata f’varjabbli ta' WIBOR 3M flimkien ma' 200 punt bażiku, f’dak iż-żmien 6,45 % għal żmien inizjali sal-2007 u kien ibbażat fuq il-ftehim li jiġi estiż sa ma jsir il-tpartit ta' dejn ma' ekwità qabel il-bejgħ ta' PZL Wroclaw. Is-self ġie assigurat bit-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self li ġejjin:

pleġġ irreġistrata (14) fuq l-assi fissi ta' PZL Wroclaw (makkinarju) ta' PLN 5,5 miljun li ġiet inkluża fir-reġistru tal-pleġġijiet.

pleġġ ordinarja (15) fuq 66 850 sehem, li jirrappreżentaw 100 % tal-kumpanija fiż-żmien li fih saret it-tranżazzjoni f’Mejju tal-2007 u […]% fl-aħħar tal-2007.

(66)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-valur ta' PZL Wroclaw ġie evalwat fuq talba tal-IDA f’Marzu tal-2007 mill-konsulenti Realizacja Inwestycji Techniczno-Ekonomicznych, li jaħdmu bħala espert indipendenti. Intużaw tliet metodi ta' valutazzjoni: metodu tad-dħul ibbażat fuq il-profitt nett skontat (metodu 1), metodu tad-dħul ibbażat fuq il-profitt nett skontat flimkien mad-deprezzament (metodu 2) u metodu ta' fluss skontat ta' flus (metodu 3) (16), inkluża analiżi tas-sensittività (sitwazzjonijiet moderati, ottimisti u pessimisti).

(67)

Bl-użu ta' dawn it-tliet metodi, il-valur ta' PZL Wroclaw ġie stmat għal:

 

Metodu 1:

a)

fix-xenarju moderat il-valur huwa stmat għal […];

b)

fix-xenarju ottimist il-valur huwa stmat għal […];

c)

fix-xenarju pessimist il-valur huwa stmat għal […].

 

Metodu 2:

a)

fix-xenarju moderat il-valur huwa stmat għal […];

b)

fix-xenarju ottimist il-valur huwa stmat għal […];

c)

fix-xenarju pessimist il-valur huwa stmat għal […].

 

Metodu 3:

a)

fix-xenarju moderat il-valur huwa stmat għal […];

b)

fix-xenarju ottimist il-valur huwa stmat għal […];

c)

fix-xenarju pessimist il-valur huwa stmat għal […].

(68)

It-tliet elementi li ġejjin intużaw għall-valutazzjoni ta' PZL Wroclaw:

il-previżjonijiet finanzjarji tal-kumpanija, inkluż il-fluss ta' flus, il-profitt nett u d-deprezzament għal 2007-2011 b’analiżi tas-sensittività (xenarji moderati, ottimisti u pessimisti); ara t-Tabella 23 t’hawn taħt;

ir-rata ta' skont ibbażżata fuq l-Infiq Peżat Medju tal-Kapital (WACC) ugwali għal 10,25 %, u

is-suppożizzjoni li l-fluss ta' flus isir kostanti wara l-2007-2011.

Tabella 23

Ix-xenarji differenti inkorporati fl-istudju tal-2007 (f’eluf ta' PLN)

Sena

2007

2008

2009

2010

2011

Xenarju moderat

Fluss ta' flus

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt nett

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Deprezzament

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt nett + deprezzament

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Xenarju ottimist

Fluss ta' flus

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt nett

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Deprezzament

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt nett + deprezzament

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Xenarju pessimist

Fluss ta' flus

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt nett

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Deprezzament

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt nett + deprezzament

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(69)

Ir-rata ta' skont għat-tliet metodi ta' valutazzjoni hija bbażata fuq l-Infiq Peżat Medju tal-Kapital li huwa ta' 10,25 % (17). Il-previżjoni finanzjarja tal-kumpanija, inkluż il-fluss ta' flus, il-profitt nett u d-deprezzament għall-2007-2011 b’analiżi ta' sensittività (xenarji moderati, ottimisti u pessimisti għall-2007-2011) hija bbażata fuq dejta pprovduta minn PZL Wroclaw. Skont l-istudju din id-dejta hija l-biċċa l-kbira bbażata fuq l-ordnijiet ta' previżjoni mill-Ministeru tad-Difiża.

(70)

Abbażi ta' din il-valutazzjoni, meta ġie stabbilit il-valur tal-ishma tal-kumpanija, l-awtoritajiet Pollakki ddependew fuq ix-xenarju pessimist, li pproduċa l-aktar riżultat baxx. Fuq dik il-bażi huma assumew li t-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self f’forma ta' pleġġ ordinarja fuq l-ishma ta' PZL Wroclaw kellhom valur fis-suq ta' mill-inqas PLN 20,3 miljun (18). B’hekk, meta jittieħed flimkien mal-pleġġ fuq il-makkinarju, li f’dak iż-żmien kellu valur ta' PLN 5,5 miljun, l-awtoritajiet Pollakki jikkusidraw li l-valur tat-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self f’dak iż-żmien kien jaqbeż il-valur tas-self.

(71)

Barra minn hekk, abbażi ta' studju espert l-IDA fl-2007 qieset li jkun raġonevoli li wieħed jiddependi fuq valur ta' PZL Wroclaw fl-aħħar tal-2007 ta' […] u li jiġi kkunsidrat ix-xenarju moderat. L-IDA qieset ukoll li kienet se tikseb qligħ fuq l-investiment tagħha. Il-qligħ dirett li tista’ tikseb l-IDA, abbażi li se twettaq tpartit ta' dejn ma' ekwità qabel il-bejgħ u żżomm […]% tal-ishma (li huwa perċentwal approssimattiv u kienet l-ipoteżi ta' xogħol użata mill-IDA) ikun mill-inqas PLN 48,5 miljun.

(72)

Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet Pollakki sostnew li, fir-rigward tas-self tal-2007, l-IDA ħadmet bħala investitur fil-qafas tal-bejgħ ta' PZL Wroclaw. L-awtoritajiet Pollakki innotaw ukoll li s-self tal-2007 b’hekk ma kienx ingħata lil PZL Hydral kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

Negozjati ma' […]

(73)

Abbażi tal-istrateġija ta' privatizzazzjoni l-ġdida u l-pjan ta' ristrutturar tal-2007-2010, […], […] fornitur ewlieni globali ta' sistemi u servizzi għall-industrija tal-avjazzjoni, l-ispazju u d-difiża li kellu dħul ta' […] fl-2009 beda negozjati għall-bejgħ ta' PZL Wroclaw fl-ewwel trimestru tal-2007 u wettaq studju ta' diliġenza dovuta għal PZL Wroclaw f’Lulju/Awwissu tal-2007 u fi Frar tal-2008. Dawn in-negozjati kienu r-riżultat ta' kooperazzjoni industrijali eżistenti.

(74)

Fil-31 ta' Jannar 2008, […] għamel offerta għall-ishma ta' PZL Wroclaw, li żdiedet għall-ewwel darba fl-14 ta' Frar 2008. Fis-17-18 ta' Marzu 2008 rappreżentanti ta' […] kellhom laqgħa mal-IDA. Fit-2 ta' April 2008 […] żied l-offerta tiegħu għat-tieni darba. Il-prezz propost għall-ishma fit-2 ta' April 2008 kien […] (li kien jirrifletti l-valur ta' PZL Wroclaw fil-31 ta' Diċembru 2007), flimkien ma' bidliet għall-assi kurrenti kkalkolati skont formula speċifika. L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummisjoni li l-applikazzjoni tal-formula biex jiġi rifless it-tkabbir fil-profitt kien jirriżulta f’żieda fil-prezz ta' […].

(75)

Din l-offerta kienet konformi ma' valutazzjoni esperta indipendenti kkumissjonata mill-IDA. Din il-valutazzjoni, imwettqa minn Doradztwo Ekonomiczne Dariusz Zarzecki, ikkonkludiet li l-valur ta' PZL Wroclaw f’Marzu tal-2008 kien […] abbażi tal-metodu tal-valur tal-assi netti (“il-metodu NAV”). Dan il-metodu jieħu approċċ orjentat lejn l-assi għall-valutazzjoni u jikkunsidra l-valur tal-assi u n-naħa tal-kreditu u d-debitu kemm fil-karta tal-bilanċ kif ukoll dawk li ma jidhrux fiha. Fl-istess ħin, il-valur ta' PZL Hydral abbażi tal-metodu ta' fluss skontat ta' flus (“il-metodu DCF”), li jikkunsidra d-dħul futur mhux biss mill-assi materjali iżda wkoll mill-assi immaterjali fil-pussess ta' PZL Wroclaw. L-istudju m’għandu l-ebda analiżi tas-sensittività (jiġifieri ma jiddeskrivix xenarji differenti).

(76)

Skont il-metodu DFC, il-previżjonijiet tal-fluss ta' flus mill-2008 ’l quddiem huma bbażati fuq il-pjan finanzjarju ta' PZL Wroclaw għall-2007-2013, li jassumi li l-inflazzjoni ser tkun l-istess kif previst mill-Bank Nazzjonali Pollakk fi Frar tal-2008 għall-perjodu inkwistjoni. L-ispiża tal-kapital hija vvalutata għal 16,65 %, u tinkorpora r-rata mingħajr riskju (4,70 %), il-primjum tar-riskju tas-suq (7,17 %), il-primjum tar-riskju tas-settur (1,78 %) u l-primjum tad-daqs tas-suq (3 %) u tippermetti li jitqies id-daqs ta' PZL Wroclaw meta mqabbel mal-kompetituri tagħha (bħal […] jew […]). Mill-2014 ’il quddiem l-istudju jassumi li l-fluss ta' flus se jiżdied bi 3 % kull sena (abbażi ta' inflazzjoni ta' 2 %).

Tabella 24

L-istimi tal-fluss futur ta' flus ta' PZL Wroclaw (eluf ta' PLN)

Sena

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Spiża tal-kapital tagħha stess (%)

16,65

16,65

16,65

16,65

16,65

16,65

Stimi ta' fluss futur ta' flus

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Stimi ta' fluss futur skontat ta' flus

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(77)

Il-metodu tal-valur tal-assi netti aġġustat huwa mezz ta' valutazzjoni ta' “negozju avvjat” billi jiġi aġġustat il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha għall-valur tas-suq ġust (19). L-aġġustament ta' obbligazzjonijiet b’valur skont il-kotba ta' PLN 18,35 miljun għal valur tal-assi netti ta' […] inkiseb abbażi tat-tpartit ta' dejn ma' ekwità ppjanat tal-2007. L-aħħar aġġustament ikkunsidra l-assi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.

Tabella 25

PZL Wroclaw – metodu NAV aġġustat (eluf ta' PLN)  (20)

 

Valur skont il-kotba

Valur tal-assi netti.

Assi fissi

25 710

[…]

Assi kurrenti

9 945

[…]

Obbligazzjonijiet

18 350

[…]

Assi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

0

[…]

Total

17 305

[…]

(78)

Il-valur nett aġġustat tal-assi fissi huwa […], filwaqt li l-valur skont il-kotba tagħhom jammonta għal PLN 25,710 miljun. L-aġġustament essenzjalment isir billi jiġi kkalkolat il-valur tas-suq ġust tal-assi kollha abbażi ta' studju mħejji fid-29 ta' Marzu 2007 u sottomess lill-Kummissjoni minn espert indipendenti, Realizacja Inwestycji Techniczno-ekonomicznych. L-istudju bażikament jagħti valutazzjoni tal-valur tal-proprjetà immobbli bħal bini u art. Il-valur tal-bini ġie vvalutat abbażi tal-formula li ġejja:

V = Cn(1-Lu/100) × R

“Cn” hija l-ispiża tal-kostruzzjoni ta' bini ġdid; “Lu” huwa l-livell tal-użu tal-bini u “R” huwa koeffiċjent li jidħol f’differenzi fil-prezzijiet bejn reġjuni differenti. Il-valur tal-art huwa ddeterminat abbażi ta' approċċ komparattiv li jikkunsidra l-prezz tal-art bħala ugwali għall-prezz miksub għal plott simili ta' art, aġġustat biex jiġu riflessi d-differenzi fl-inflazzjoni.

(79)

L-aġġustament tal-obbligazzjonijiet b’valur skont il-kotba ta' PLN 18,350 miljun għall-valur tal-assi netti ta' […] inkiseb abbażi tat-tpartit ta' dejn ma' ekwità ppjanat tal-2007.

(80)

L-aħħar aġġustament ikkunsidra l-assi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. L-entrati li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ iżda li għandhom jidhru fil-valutazzjoni skont l-awturi tal-istudju huma: l-“organizzazzjoni tar-riżorsi umani” u l-“organizzazzjoni tal-proċess ta' produzzjoni”, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aspetti mhux kwantifikabbli fil-valutazzjoni marbuta mal-valur tal-amministrazzjoni tal-kumpanija.

(81)

Wara l-offerta mingħand […], l-awtoritajiet Pollakki pprovdew lill-Kummissjoni bin-notifikazzjoni tal-Pjan bħala għajnuna għar-ristrutturar lil PZL Hydral f’Marzu tal-2008, filwaqt li assumew li PZL Wroclaw kienet se tinbiegħ għal […]. Huma inkludew ukoll is-self tal-2007 u self addizzjonali ta' PLN 4 miljun li kellu jingħata lil PZL Wroclaw bħala parti minn miżuri biex jiġu finalizzati n-negozjati ma' […].

(82)

Is-self addizzjonali (“is-self tal-2008”) ngħata fit-2 ta' April 2008, il-jum li fih l-IDA irċeviet dettalji dwar it-tieni żieda fl-offerta. L-IDA tat dan is-self temporanju saż-żmien li fih ġie konkluż negozju ma' […]. PZL Wroclaw kellha bżonn il-flus sabiex tipproċessa l-irkuprar fl-ordnijiet mill-Ministeru tad-Difiża.

(83)

Is-self ingħata għal perjodu ta' ħames snin b’rata ta' imgħax varjabbli bbażata fuq ir-rata ta' referenza tal-Kummissjoni għall-Polonja (6,42 % meta ngħatat) u ġie ggarantit mit-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self li ġejjin:

pleġġ irreġistrata fuq l-assi fissi ta' PZL Wroclaw (erba’ magni u oġġetti ta' tagħmir) ta' PLN 2,8 miljun li ġiet inkluża fir-reġistru tal-pleġġijiet;

assenjazzjoni tal-ammonti riċevibbli taħt kuntratt kummerċjali f’ammont ta' PLN 5,2 miljun.

(84)

L-awtoritajiet Pollakki b’hekk iqisu li l-valur tal-pleġġijiet qabeż il-valur tas-self.

(85)

Is-self ingħata sabiex PZL Wroclaw tkun tista’ takkwista l-makkinarju meħtieġ għall-proċess tal-produzzjoni. L-IDA tat is-self tal-2008 fi stadju avvanzat tan-negozjati ma' […] abbażi tas-suppożizzjoni li kienet ser titħallas lura jew minn PZL Wroclow bl-użu tal-fondi tagħha stess jew mill-investitur.

(86)

Fuq dik il-bażi, l-awtoritajiet Pollakki sostnew li l-IDA mhux biss aġixxiet b’mod simili għal investitur privat iżda bħala l-entità tal-bejgħ ta' PZL Wroclaw.

(87)

Il-Kummissjoni bl-istess mod ġiet infurmata mill-awtoritajiet Pollakki li l-attività ta' PZL Wroclaw fl-2008 kienet parzjalment iffinanzjata minn kiri operattiv. F’Ġunju tal-2008 ġew iffirmati żewġ ftehim ta' kiri operattiv, […] u […] ma' kumpanija privata […]. Il-valur nett tal-kiri skont dawn il-ftehim ammonta għal EUR 271 002 u EUR 401 263,20 (PLN 0,82 miljun inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud) (21). L-ispiża tal-kiri għal PZL Wroclaw skont dawn il-ftehim kienet: EUR 88 762,30, li hija d-differenza bejn il-valur nett tal-makkinarju u l-valur nett tal-kiri. Dawn il-ftehim jaħdmu b’mod simili għas-self, fejn l-oġġett mikri jservi bħala titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self. Wara l-iskadenza tal-kiri, PZL Wroclaw se takkwista d-dritt li tixtri l-makkinarju għal ammont ta' EUR 5 835. Qabel ikkonkludiet dawn il-kuntratti ta' kiri ma' PZL Wroclaw, […] saret analiżi bir-reqqa tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-kumpanija, inkluża l-kapaċità tagħha li tiġġenera fluss ta' flus biżżejjed għall-ħlas lura tal-ħlasijiet parzjali.

(88)

L-awtoritajiet Pollakki għamlu referenza wkoll għan-notifikazzjoni inizjali tagħhom għat-tpartit ta' dejn ma' ekwità previst fil-Pjan ta' PLN 13.5 miljun (flimkien mal-imgħax).

(89)

F’Marzu u April tal-2008 ġew konklużi negozjati dwar it-termini u d-dispożizzjonijiet tal-ftehim għat-trasferiment tal-ishma. Madankollu, fl-14 ta' April 2008, […] irtira l-offerta tiegħu. Skont l-awtoritajiet Pollakki, ir-raġuni possibbli għal dan l-irtirar kienu l-bidliet konsiderevoli li kienu seħħew fis-suq dinji bħala riżultat tal-kriżi ekonomika.

Il-proċedura tas-selezzjoni tax-xerrej tal-2008

(90)

Bħala riżultat tal-irtirar ta' […] min-negozjati, il-proċess tal-bejgħ tnieda mill-ġdid. Il-bejgħ ġie rreklamat fl-istampa nazzjonali u internazzjonali fil-forma ta' stedina biex wieħed jieħu sehem f’negozjati għax-xiri ta' 100 % tal-ishma ta' PZL Wroclaw. Fid-19 ta' Mejju 2008 l-istedina ġiet ippubblikata f’Puls Biznesu (Business Pulse), l-aktar pubblikazzjoni speċjalizzata fil-Polonja, u f’ Rzeczpospolita, l-akbar gazzetta ta' kuljum tal-pajjiż. Fl-20-26 ta' Mejju 2008 ġiet ippubblikata wkoll fi Flight International, il-magazin speċjalizzat fl-avjazzjoni globali. F’Novembru tal-2008, id-dettalji tal-bejgħ ippjanat ġew ippubblikati f’ Raport Wojsko Technika Obronność, magazin tal-avjazzjoni bil-Pollakk b’qarrejja internazzjonali. Ma ġew riċevuti l-ebda offerti għax-xiri tal-ishma.

(91)

Għal din ir-raġuni, saru aktar sforzi u t-tagħrif imsemmi hawn fuq intbagħat u ġie ppreżentat direttament minn PZL Hydral lil kumpaniji li setgħu jkunu interessati fix-xiri ta' PZL Wroclaw. L-awtoritajiet Pollakki nnotaw li l-bejgħ ġie rreklamat waqt fieri u avvenimenti industrijali, inklużi l-wirjiet tal-ajru (22), kif ukoll permezz ta' ittri li ntbagħtu lil aktar minn 80 kumpanija. L-awtoritajiet Pollakki indikaw ukoll li t-tagħrif dwar il-bejgħ kien disponibbli b’mod permanenti fuq il-websajt ta' PZL Hydral, li tirreġistra 500 000 żjara kull sena. Filwaqt li ġiet ikkunsidrata n-natura speċifika tal-produzzjoni ta' PZL Wroclaw (bħala fornitur ta' oġġetti u servizzi għall-forzi armati Pollakki, PZL Wroclaw hija ta' importanza partikolari għas-sikurezza nazzjonali) u l-livell pjuttost għoli ta' konċentrazzjoni tal-industrija tal-avjazzjoni mad-dinja kollha, li jirriżulta f’numru relattivament baxx ta' investituri potenzjali, l-awtoritajiet Pollakki argumentaw li l-investituri potenzjali kollha kellhom l-opportunità li jiksbu tagħrif dwar il-bejgħ ta' PZL Wroclaw u li jieħdu sehem fil-proċess ta' privatizzazzjoni. B’hekk, skont l-awtoritajiet Pollakki, is-settur kollu kien jaf dwar il-bejgħ.

(92)

In-notifikazzjoni tal-bejgħ kienet biss stedina għan-negozjati, u ma kien fiha l-ebda kundizzjonijiet speċifiċi.

(93)

Wara l-isforzi mġedda tal-awtoritajiet Pollakki, fit-tieni nofs tal-2008, l-IDA irċeviet l-ewwel indikazzjoni ta' interess, u aktar tard offera mingħand […]. Fit-tieni nofs tal-2008, l-IDA irċeviet it-tieni indikazzjoni ta' interess, din id-darba mingħand […].

Negozjati ma' […] għall-bejgħ tal-ishma ta' PZL Wroclaw

(94)

Fit-30 ta' Settembru 2008 […] issottometta offerta mhux vinkolanti preliminari għax-xiri ta' 100 % tal-ishma ta' PZL Wroclaw (“l-offerta tat-30 ta' Settembru 2008”) għal ammont ta' […]. […] huwa fond tal-investiment li jinvesti fis-suq tal-ekwità privata u li sidu (persuna privata) wkoll għandu sehem ta' 100 % fi […] (23). L-offerta tat-30 ta' Settembru 2008 saret minn kumpanija ħielsa mid-dejn u kienet tiddependi mill-fatt li r-riżultati finanzjarji tal-2009 (b’mod partikolari, il-profitt nett u l-qligħ qabel l-interessi, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzament (EBITDA)) jkunu simili għall-2008. B’mod partikolari, kellu jintlaħaq EBITDA ta' mill-inqas […] u l-profitt nett fl-2009 kellu jkun mill-inqas […]; barra minn hekk, kien meħtieġ tkabbir fil-bejgħ ta' 5 %. Madankollu, minħabba l-kriżi finanzjrarja d-dħul ta' PZL Wroclaw naqas b’xi 35 %, u l-punti ta' riferiment stabbiliti fl-offerta ma ntlaħqux. Sal-ewwel trimestru tal-2009 PZL Hyrdal diġà kienet konxja li r-riżultat finanzjarju ma kienx se jilħaq il-limitu minimu stabbilit fl-offerta ta' […] Barra minn hekk, it-tnaqqis fl-ordinijiet mill-Ministeru tad-Difiża ġie kkonfermat fil-bidu tal-2009, b’implikazzjonijiet sinifikanti għall-profitt tal-kumpanija f’dik is-sena. Ma kien hemm l-ebda kuntatt sussegwenti ma' […].

Negozjati ma' […] għall-privatizzazzjoni ta' PZL Wroclaw

(95)

[…], kumpanija […] li hija fost l-akbar fornituri fid-dinja ta' prodotti tal-avjazzjoni teknoloġikament avvanzati (għall-inġenji tal-ajru kummerċjali, reġjonali, korporattivi u militari) u prodotti industrijali, li kellha dħul fl-2009 ta' […] bdiet taħditiet bil-ħsieb li tixtri l-ishma f'PZL Wroclaw fl-ewwel trimestru tal-2009.

(96)

Din il-kumpanija wettqet studju ta' diliġenza dovuta bejn l-20 ta' April 2009 u t-12 ta' Mejju 2009. Abbażi ta' dan l-istudju, hija ffirmat memorandum ta' qbil (filwaqt li indikat l-istruttura ġenerali tat-tranżazzjoni ppjanata) mal-IDA fl-20 ta' Awwissu 2009 għax-xiri tal-ishma ta' PZL Wroclaw għal ammont ta' […]. L-IDA ħadet f’idejha r-responsabbiltà li tiżgura li l-assi kollha ta' PZL Wroclaw kienu ħielsa minn kwalunkwe talbiet min-naħa tal-kredituri pubbliċi ta' PZL Hydral. Il-memorandum ta' qbil assuma li l-IDA stess kienet se tixtri 100 % tal-ishma f’PZL Wroclaw u sussegwentement tbiegħhom lill-investitur. L-investitur assuma r-responsabbiltà li jwetttaq il-pjan tal-investiment dettaljat tiegħu stess li jiswa […] aktar wara l-bejgħ. Fit-18 ta' Diċembru 2009, l-IDA, PZL Hydral u […] iffirmaw ftehim qafas. L-Anness 2 għall-Ftehim, li jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw it-tpartit ta' dejn ma' ekwità parzjali, it-tħassir parzjali u l-ħlas lura parzjali tas-self tal-2007 u l-2008, ġie konkluż fit-12 ta' Marzu 2010.

(97)

L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li l-bejgħ ma kienx kondizzjonali, b’mod partikolari fuq ix-xogħlijiet li kienu se jinżammu. L-awtoritajiet Pollakki infurmaw ukoll lill-Kummissjoni li l-investitur kien liberu li jiddetermina n-negozjati kummerċjali tiegħu mal-Ministru tad-Difiża.

(98)

Deskrizzjoni dettaljata tan-negozjati ma' […] tista’ tinstab fil-punt VI.

II.6   Valutazzjoni legali tal-Pjan mill-awtoritajiet Pollakki

(99)

L-awtoritajiet Pollakki indikaw li l-ispejjeż globali tar-ristrutturar kienu se jammontaw għal PLN 262,2 miljun, li jinqasmu kif ġej: ir-ristrutturar tad-dejn pubbliku f’ammont ta' PLN 234 miljun, ristrutturar finanzjarju ieħor f’ammont ta' PLN 11,5 miljun, investimenti ta' PLN 11 miljun, ristrutturar tal-assi ta' PLN 5,6 miljun u ristrutturar tal-impjiegi ta' PLN 0,3 miljun.

(100)

Skont l-awtoritajiet Pollakki, l-ispejjeż globali tar-ristrutturar ta' PZL Hydral kienu se jkunu ffinanzjati mill-għajnuna mill-Istat ta' PLN 130,5 miljun u minn kontribuzzjoni proprja ta' PLN 132 miljun. Skont il-Pjan, il-kontribuzzjoni proprja tirrappreżenta 50,3 % tal-ispejjeż tar-ristrutturar. Il-kontribuzzjoni proprja tinkludi dħul mill-bejgħ tal-assi fissi u ishma kif ukoll fondi li għandhom jiġu pprovduti mill-investitur futur f’PZL Wroclaw.

(101)

Fir-rigward ta' miżuri ta' kumpens, il-Pjan ippropona l-bejgħ ta' xi assi tal-produzzjoni, li ġie implimentat parzjalment bejn l-2004 u l-2006, u rriżulta fi tnaqqis fil-kapaċità. Skont il-Pjan, il-bejgħ ta' makkinarju u tagħmir kellu jnaqqas il-kapaċità tal-kumpanija b’total ta' 380 000 siegħa ta' magna, jiġifieri b’42 %. Il-biċċa l-kbira tat-tnaqqis ippjanat (315 000 siegħa ta' magna) diġà ġie implimentat. L-awtoritajiet Pollakki sostnew li terz ta' dan it-tnaqqis ma kienx meħtieġ biex tiġi rkuprata l-vijabbiltà iżda kienet ippjanata sabiex tnaqqas il-produzzjoni fil-qasam tal-prodotti idrawliċi industrijali, qasam bi profitt baxx li l-kumpanija kienet iddeċidiet li tillimita l-involviment tagħha fih.

(102)

Barra minn hekk, il-Pjan kien jindika li l-irtirar ippjanat minn xi attivitajiet (li skont kif qed jingħad huma ta' profitt) u l-bejgħ tal-assi mhux relatati mal-produzzjoni għandhom jitqiesu bħala miżuri ta' kumpens fis-sens tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' intrapriżi f’diffikultà (24) (“il-linji gwida dwar is-salvataġġ u r-ristruttuar”). Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Pollakki sostnew li l-privatizzazzjoni ta' PZL Wroclaw, li se tippermetti l-kompetituri tal-kumpanija li jakkwistaw il-kapaċità, il-kompetenzi u s-sehem fis-suq ta' PZL Hydral, ukoll għandha titqies bħala miżura ta' kumpens.

III.   DUBJI ESPRESSI MILL-KUMMISSJONI META FETĦET U ESTENDIET IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(103)

Il-Pjan ġie nnotifikat bħala xenarju ta' ristrutturar skont il-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar. Il-Kummissjoni b’hekk ibbażżat il-valutazzjoni preliminari tagħha fuq it-tagħrif disponibbli għaliha f’dak l-istadju. Abbażi ta' dak it-tagħrif, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib li ġej:

(104)

Fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-kumpanija għall-għajnuna għar-ristrutturar skont il-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar, il-Kummissjoni ddubitat jekk PZL Hydral kinitx ibbenefikat jew le minn għajnuna ta' salvataġġ u ristrutturar fl-għaxar snin preċedenti.

(105)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni tħassbet dwar jekk in-nuqqas ta' infurzar jew l-infurzar tard tal-obbligazzjonijiet pubbliċi kellhomx jiġu trattati bħala għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni osservat li, meta korp irregolat bil-liġi pubblika li jiġbor il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jittollera nuqqas ta' pagament jew pagament tard ta' dawn il-kontribuzzjonijiet tul perjodu twil ta' żmien, bla ebda dubju dan jagħti vantaġġ lir-riċevitur billi jitnaqqas il-piż li tirrappreżenta l-applikazzjoni normali tas-sistema ta' sigurtà soċjali għar-riċevitur. (25) Il-Kummissjoni, filwaqt li għarfet li l-kredituri pubbliċi kienu ħadu xi miżuri ta' infurzar, iddubitat jekk dawn kinux biżżejjed jew, jekk ittieħdu fi stadju tard, kinux effettivi, speċjalment fir-rigward tat-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self miżmum mill-kredituri pubbliċi u li wieħed seta’ jiddependi fuqhom. F’dan l-istadju tal-proċeduri, b’hekk, il-Kummissjoni iddubitat jekk l-imġiba tal-kredituri pubbliċi kinitx konformi mal-mod li bih il-kredituri privati kienu jġibu ruħhom f’dawk iċ-ċirkostanzi.

(106)

Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji fir-rigward ta' miżuri oħra rapportati mill-awtoritajiet Pollakki bħala ħielsa minn għajnuna mill-Istat.

(107)

Il-Kummissjoni ddubitat jekk il-ħlas lura parzjali u t-tħassir parzjali tal-obbligazzjonijiet pubbliċi rrapportati mill-awtoritajiet Pollakki bħala ħielsa minn għajnuna mill-Istat, kienux konformi tar-regola tal-kreditur privat.

(108)

Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Pjan mas-suq intern fid-dawl tal-punt 31 et seq. tal-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar.

(109)

Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-kontribuzzjoni proposta kinitx reali u attwali u b’hekk dwar jekk il-Pjan kienx jikkonforma mal-punti 43-45 tal-linji gwida għas-salvtaġġ u r-ristrutturar. Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk id-dħul ippjanat mill-bejgħ ta' PZL Wroclaw, anki jekk jinkiseb, jistax jitqies bħala kontribuzzjoni proprja għar-ristrutturar. Kif imsemmi hawn fuq, PZL Wroclaw twaqqfet fit-tmiem tal-2004. Skont il-Pjan, l-assi tal-produzzjoni kellhom jiġu ttrasferiti u l-proċess ta' privatizzazzjoni kellu jitnieda kmieni mill-2007. L-offerti inizjali minn investituri potenzjali kellhom jiġu sottomessi sar-raba’ trimestru tal-2007 u, wara negozjati, kellu jiġi konkluż ftehim ta' bejgħ preliminari fl-ewwel nofs tal-2008. Madankollu, meta ġiet adottata din id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma kinitx ġiet infurmata dwar kwalunkwe interess min-naħa ta' investituri potenzjali fix-xiri ta' PZL Wroclaw.

(110)

Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk il-Pjan kienx se jiżgura vijabbiltà fit-tul kif meħtieġ skont il-punti 34-37 tal-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar. Il-Kummissjoni osservat li r-ristrutturar ippjanat kien jiffoka fuq ir-ristrutturar finanzjarju, jiġifieri madwar 90 % tal-ispejjeż tar-ristrutturar kollha kienu maħsuba għall-ħlas lura tal-arretrati tad-dejn pubbliku. Konsegwentement, il-miżuri tar-ristrutturar li kien fadal kienu pjuttost limitati. Il-Kummissjoni osservat ukoll li, kif diġà ġie spjegat, fiż-żmien li fih ġiet adottata d-deċiżjoni tal-ftuħ, ma kinitx ġiet mgħarrfa dwar kwalunkwe interess min-naħa ta' investituri potenzjali. Il-Polonja indikat ukoll li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri ta' ristrutturar oħrajn wara li l-kumpanija tkun ġiet privatizzta, u dan qajjem dubji addizzjonali dwar il-vijabbiltà tal-Pjan.

(111)

Il-Kummissjoni qalet ukoll li kellha bżonn ta' aktar kjarifiki fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta' kumpens proposti bil-punti 38-42 tal-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar. L-awtoritajiet Pollakki argumentaw fin-notifikazzjoni li mill-inqas terz tat-tnaqqis tal-kapaċità kien maħsub sabiex inaqqas il-kapaċità fis-segment bi profitt baxx tal-prodotti idrawliċi industrijali. Skont it-tagħrif għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni ddubitat jekk it-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni implimentat jew ippjanat mill-kumpanija kienx biżżejjed. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li mill-inqas xi wħud mill-miżuri proposti kienu jidhru neċessarji sabiex tinkiseb vijabbiltà fit-tul. B’mod partikolari, il-Kummissjoni indikat li l-bejgħ ta' xi assi tal-produzzjoni fil-passat kienu jidhru ppjanati speċifikament biex tiġi rkuprata l-vijabbiltà. Bl-istess mod, il-bejgħ ippjanat tal-proprjetà immobbli kien iservi bħala sors ta' finanzjament aktar milli bħala kumpens għal tfixkil fil-kompetizzjoni.

IV.   IL-KUMMENTI TAL-POLONJA DWAR IL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(112)

L-awtoritajiet Pollakki ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ fir-rigward tal-possibbiltà tal-applikazzjoni tat-test tal-kreditur privat fix-xenarju rrapportat, jiġifieri flimkien mal-injezzjonijiet ta' kapital.

(113)

L-awtoritajiet Pollakki ddikjaraw li t-tħassir propost kien konformi mar-regola tal-kreditur privat fid-dawl tal-fatt li l-kredituri pubbliċi kienu se jiksbu aktar fil-każ li jinbiegħu l-assi ta' PZL Hydral milli kieku tfalli l-kumpanija. L-awtoritajiet Pollakki ddikkjaraw ukoll li din il-perspettiva kienet ibbażata fuq analiżi ekonomika u finanzjarja u kienet kondiviża bejn il-kredituri pubbliċi kkonċernati.

(114)

L-awtoritajiet Pollakki sostnew li ż-żewġ injezzjonijiet ta' kapital mogħtija mill-IDA lil PZL Hydral u li, skont in-notifikazzjoni, ġew allokati għall-ħlas lura tal-kredituri pubbliċi, ma kinux jipprekludu l-applikazzjoni tar-regola tal-kreditur privat.

(115)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Pollakki sostnew li l-valur fis-suq ta' PZL Wroclaw kien marbut mill-qrib mal-pussess tagħha ta' ċertifikati tal-avjazzjoni u permessi għall-kummerċ tal-armi u l-forza tax-xogħol esperjenzata u kkwalifikata tagħha. Fil-każ ta' falliment, ikun impossibbli biex din l-organizzazzjoni tiġi rkpurata sa punt aċċettabbli għas-servizzi ta' superviżjoni tal-avjazzjoni.

(116)

L-awtoritajiet Pollakki vvalutaw il-kontribuzzjoni proprja għal PLN 130 miljun, li tammonta għal 50 % tal-ispejjeż tar-ristrutturar jekk in-nuqqas ta' infurzar tad-djun pubbliċi kellu jitqies bħala għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Pollakki osservaw li l-bejgħ ta' assi kien qed isir, u b’hekk l-assi kollha stipulati fil-Pjan kellhom jinħelsu fil-qafas tar-ristrutturar.

(117)

Fir-rigward tal-vijabbiltà fit-tul tal-Pjan, l-awtoritajiet Pollakki affermaw li l-għanijiet tar-ristrutturar kienu qed jiġu implimentati b’mod xieraq. B’mod partikolari, il-proċess tal-konċentrazzjoni tal-produzzjoni fil-parti tal-Lvant tas-sit ta' PZL Hydral ipprovdiet tnaqqis fl-ispejjeż fissi, titjib operazzjonali fil-produzzjoni u dħul addizzjonali mill-kiri tal-ispazju meħlus. Barra minn hekk, il-produzzjoni u l-bejgħ (inkluż 570 impjegat) kienu ġew allokati mill-ġdid lil PZL Wroclaw, li kien ekonomikament vijabbli f’dak iż-żmien (dejta għall-ewwel għaxar xhur tal-2008). Il-profitt nett ta' PZL Wroclaw fit-tmiem tal-2008 kien stmat għal madwar PLN 6 miljun, b’bejgħ ta' PLN 50 miljun. L-awtoritajiet Pollakki żiedu jgħidu li peress li l-ftehim intlaħaq fix-xenarju tal-kreditur privat fir-raba’ trimestru tal-2007, kemm PZL Hydral kif ukoll PZL Wroclaw kienu ħallsu l-obbligazzjonijiet kurrenti tagħhom lill-kredituri pubbliċi fil-ħin.

V.   KUMMENTI TA' PARTIJIET TERZI

(118)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti ta' partijiet terzi.

VI.   AVVENIMENTI LI SEGWEW IL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI – IL-PJAN RIVEDUT

(119)

L-awtoritajiet Pollakki jikkunsidraw li l-prezz tal-bejgħ tal-ishma ta' PZL Wroclaw offerti minn […] jikkorrispondi għall-valur fis-suq ta' din il-kumpanija. Skont l-awtoritajiet Pollakki, il-prezz offrut kien jirrifletti s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija, li marret għall-agħar fl-2009 bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja u tnaqqis fl-ordnijiet mill-forzi armati Pollakki.

(120)

L-awtoritajiet Pollakki indikaw ukoll li dan il-prezz kien jirrifletti kundizzjonijiet makroekonomiċi. Fil-Borża ta' Warsaw biss l-Indiċi tal-Borża ta' Warsaw (WIG) waqa’ b’36 %. Bejn April tal-2008 (rtirar ta' […] min-negozjati) u Ġunju tal-2009, il-klassifikazzjoni tas-suq tal-kumpaniji tas-settur tal-avjazzjoni elenkati bi profil ta' produzzjoni simili għal PZL Wroclaw waqgħet drammatikament. Ishma f’[…], li fiha tappartjeni […], naqsu bi […] %, ishma f' […] bi […] % u ishma f’[…] bi […] %.

(121)

[…] sar studju ta' diliġenza dovuta (ara l-punt 96). L-istudju qabbel il-figuri li jikkonċernaw […] mit-32 kumpanija tas-settur tal-avjazzjoni. L-istudju mbagħad ikkalkula l-koeffiċjenti medji li ddeterminaw kif dawn […]. Dawn il-koeffiċjenti mbagħad ġew applikati għal […]. Ir-riżultat kien […].

(122)

Madankollu, it-taħdidiet mal-IDA dwar il-valutazzjoni tal-investitur jissuġġerixxu li f’dan l-istadju […] jiddependi ħafna minn konsumatur wieħed, il-forzi armati Pollakki, mingħand min stenna li jikseb […]% tad-dħul ippjanat tiegħu fl-2010-13 taħt il-programm tal-immodernizzar, li r-riżultat tiegħu mhuwiex ċert, u l-proċeduri ta' falliment jistgħu jitnedew jekk is-sitwazzjoni finanzjarja ta' PZL Wroclaw ma titjiebx fl-2010.

(123)

Abbażi ta' dan, l-investitur isostni li bl-offerta ta' […] għall-ishma ta' PZL Wroclaw, de facto huwa se jħallas primjum għalihom.

Saldu ta' talbiet pendenti ta' kredituri pubbliċi

(124)

Meta l-prezz offrut mill-investitur sar magħruf, l-IDA bdiet negozjati mal-kredituri pubbliċi dwar ħlasijiet lura parzjali u tħassir parzjali tat-talbiet tagħhom kif stabbilit fil-Pjan, abbażi tar-rikavat tal-bejgħ tal-assi ta' PZL Hydral mingħajr l-ebda injezzjonijiet ta' kapital addizzjonali.

(125)

Għal dan l-għan, ġie kkummissjonat studju mill-IDA minn Ernst&Young fil-15 ta' Jannar 2010. Ernst&Young ġie mitlub, bħala espert indipendenti, biex jipproduċi tqabbil bejn iż-żewġ xenarji li ġejjin:

il-proċeduri ta' falliment għal PZL Hydral, inkluża s-sussidjarja tagħha PZL Wroclaw;

is-saldu ta' obbligazzjonijiet abbażi tar-rikavat tal-bejgħ ta' PZL Wroclaw lil […] għal […] u r-rikavat tal-bejgħ tal-assi l-oħrajn ta' PZL Hydral.

(126)

Ernst&Young ivvalutaw is-sitwazzjoni għal kull kreditur pubbliku individwali: l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, l-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia, l-Uffiċċju tat-Taxxa ta' Wroclaw Psie Pole, il-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw, il-Fond Statali għar-Rijabilitazzoni tal-Persuni b’Diżabilità, l-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia u l-Ministeru tal-Finanzi. L-analiżi ma tinkludix l-IDA għaliex din ma kinitx kreditur ta' PZL Hydral iżda biss azzjonista.

(127)

L-istudju ta' Ernst&Young tlesta fl-24 ta' Frar 2010. L-istudju kien ibbażat fuq approċċ konservattiv: l-ammonti mistennija li jiġu direttament irkuprati f'kull xenarju biss ġew ikkwantifikati. B’hekk l-analiżi ma kkunsidratx l-ispejjeż alternattivi (26), il-previżjonijiet tal-profitt fit-tul u l-inflazzjoni.

(128)

Ix-xenarju ta' falliment li wassal għal-likwidazzjoni ġie analizzat abbażi tas-suppożizzjoni li l-likwidazzjoni tkun effettiva b’mod raġonevoli. Dan jirreferi, bħala l-bażi għall-metodoloġija tiegħu, għar-rekwiżiti ta' test tal-kreditur privat xieraq ibbażat fuq każistika (Spanja vs Il-Kummissjoni u Hamsa vs Il-Kummissjoni) li janalizza l-imġiba ta' korp irregolat bil-liġi pubblika mill-perspettiva ta' kreditur pubbliku li jkun qed ifittex li jakkwista pagament minn debitur f’diffikultajiet finanzjarji (27). Ir-rapport huwa bbażat fuq analiżi għal kull kreditur individwali, u jikkunsidra, b’mod partikolari, it-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tal-kreditur fuq l-assi tad-debitur u l-punt sa fejn jistgħu jiġu sodisfatti t-talbiet fil-każ li d-debitur ifalli (28).

(129)

Sabiex jiġi stabbilit il-valur ta' falliment tal-assi, l-istudju ta' Ernst&Young assuma li l-valur tal-bejgħ bl-għaġġla tal-assi fissi immobbli kien 50 % tal-valur ġust tagħhom. Biex jistabbilixxi l-valur ġust, Ernst&Young iddependa fuq metodi stabbiliti fl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 16 dwar proprjetà, impjant u tagħmir, u għamel użu minn valutazzjonijiet disponibbli minn esperti indipendenti. It-tnaqqis ta' 50 % huwa ġġustifikat mill-effettività baxxa tal-proċeduri ta' falliment fil-Polonja, fejn id-dħul mill-bejgħ tal-assi jikkostitwixxi madwar 26.86 % tal-valur ġust tagħhom.

(130)

L-istudju ta' Ernst and Young jinnota wkoll li r-rikavat li jistgħu jistennew il-kredituri pubbliċi f’xenarju ta' falliment jiddependi mill-klassifikazzjoni rispettiva tat-titoli ta' sigurtà tagħhom bħala garanzija ta' ħlas ta' self fuq l-assi li magħhom huma marbuta l-ipoteki. L-istudju ta' Ernst&Young għal dan l-għan jipprovdi deskrizzjoni ġenerali tal-ipoteki marbuta ma' kull komponent tal-assi ta' PZL Hydral, il-valur tal-ipoteki rispettivi u l-klassifikazzjoni tal-kredituri.

(131)

Abbażi tas-suppożizzjonijiet stabbiliti fiż-żewġ paragrafi preċedenti, Ernst&Young jistma li l-ammont totali li jista’ jiġi rkuprat fil-każ ta' falliment mill-assi ggarantiti minn ipoteki huwa ta' PLN 52,4 miljun; tliet kredituri pubbliċi (il-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità, l-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia u l-Ministeru tal-Finanzi) ma jkunu jistgħu jirkupraw xejn u l-kredituri li jkun baqa’ jkunu jistgħu jirkupraw l-ammonti li ġejjin: l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali – PLN 44,8 miljun, l-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia – PLN 2,3 miljun, l-Uffiċċju tat-Taxxa ta' Wroclaw Psie Pole – PLN 0,457 miljun u l-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw – PLN 4,9 miljun.

(132)

L-ammont effettiv tar-rikavat f’xenarju ta' falliment imbagħad għandu jiġi aġġustat billi jiżdied l-ammont irkuprat mill-assi l-oħra ta' PZL Hydral, jiġifieri PLN 13,5 miljun (29). Għalhekk, ir-rikavat mill-falliment jammonta għal PLN 66 miljun, kif jidher fit-Tabella 26.

(133)

Ix-xenarju ta' bejgħ tal-assi jipprovdi għall-bejgħ tal-assi kollha ta' PZL Hydral imsemmija fil-Pjan għal PLN 122 323 202,31: Zakład Produkcji Hydrauliki “Hydral” Sp. z o.o. għal […], il-proprjetà immobbli ta' BBCenter għal […], parkeġġ għal […], Zakład Cieplowniczy “Term-Hydral” Sp. z o.o. għal […], impjant tal-enerġija (GSZ) għal […], PZL Wrocław għal […], l-impjant tal-ikkastjar għal PLN […], sehem minoritarju għal […] u ħlas lura tar-riċevibbli ta' PZL Hydral f’ammont ta' […].

Tabella 26

Paragun tax-xenarju tal-bejgħ u x-xenarju ta' falliment mill-perspettiva ta' PZL Hydral fl-2010 (f’PLN) fl-istudju ta' Ernst&Young

Kreditur pubbliku

Ammont totali ta' obbligazzjonijiet (****)

Rikavat f’xenarju ta' falliment

Rikavat f’xenarju ta' bejgħ tal-assi

Il-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali

192 427 569,63

58 326 475,00

91 857 554,58

L-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia

59 579 407,58

2 294 047,11

18 250 999,45

Wroclaw – L-Uffiċċju tat-Taxxa ta' Psie Pole

532 432,60

456 768,68

456 800,00

Il-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw

27 087 078,25

4 928 184,34

4 930 000,00

Il-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità

12 884 457,46

5 007 169,46

L-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia

1 320 678,82

1 320 678,82

Il-Ministeru tal-Finanzi

24 050 232,71

500 000,00

Total

317 881 857,5

66 005 475,13

122 323 202,31

(134)

It-Tabella 26 tindika li skont l-istudju ta' Ernst&Young l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali jista’ jirkupra 47,7 % tat-talbiet tiegħu, l-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia jista’ jirkupra 30,6 %, l-Uffiċċju tat-Taxxa ta' Wroclaw Psie Pole 85,5 %, il-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw 18,2 %, l-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia jista’ jirkupra t-talbiet kollha tiegħu, il-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b'Diżabilità jista’ jirkupra 38,9 % u l-Ministeru tal-Finanzi 2,1 %.

(135)

Skont il-Liġi Pollakka, meta l-kredituri pubbliċi jaqblu dwar is-saldu tat-talbiet tagħhom permezz ta' tħassir parzjali, l-imgħax ma jibqax jiżdied fuq dawn it-talbiet u jiġi impost biss jekk is-saldu ma jiġix implimentat, kif ikun il-każ f’xenarju ta' falliment. B’hekk l-obbligazzjonijiet li jidhru fit-Tabella 26 jinkludu imgħax approprjat li jmur lura għad-data tal-ftehim tal-2007 għall-kredituri pubbliċi kollha minbarra l-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia (li għalih l-imgħax għadu qed jiġi impost fuq xi obbligazzjonijiet fiskali) u l-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia (li għadu qed jiġi impost imgħax fuqu) minħabba n-natura legali speċjali tat-talba tagħhom.

(136)

Għandu jiġi osservat li fejn għandhom x’jaqsmu l-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw, il-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità u l-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia, il-Pjan rivedut ipprovda għad-differiment parzjali tal-ħlas lura lill-kredituri pubbliċi u meta jsir il-ħlas lura f’pagamenti parzjali ta' parti minn dawn l-obbligazzjonijiet sal-bejgħ tal-assi ta' PZL Hydral, jiġifieri l-obbligazzjonijiet se jitħallsu lura parzjalment. B’mod partikolari, il-ftehim jipprovdi dispożizzjoni dettaljata għal dan li ġej:

il-ħlas lura tal-ammont ta' PLN 4,9 miljun dovut lill-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw huwa differit;

il-ħlas lura tal-ammont ta' PLN 5 miljun dovut lill-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità huwa differit;

PLN 18,25 miljun se jintużaw biex l-ammont dovut lill-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia jitħallas lura parzjalment; parti minn dan il-ħlas lura huwa differit, parti se jitħallas f’pagamenti parzjali (30) u parti se jitħallas lura b’imgħax ikkalkolat fuq id-data tal-pagament.

(137)

Abbażi ta' dan, skont l-istudju ta' Ernst&Young (ara t-Tabella 26) il-kredituri jirċievu total ta' PLN 122 miljun jekk isir il-bejgħ ta' PZL Wroclaw u l-assi l-oħrajn ta' PZL Hydral, filwaqt li fil-każ ta' falliment li jirriżulta fil-likwidazzjoni ta' PZL Hydral, il-kredituri jirċievu biss PLN 66 miljun, u tlieta minnhom (il-Ministeru tal-Finanzi, l-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia u l-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità) ma jirċievu xejn.

(138)

Fix-xenarju ta' bejgħ, il-kredituri pubbliċi b’kollox se jħassru PLN 195 miljun tal-obbligazzjonijiet pubbliċi. Minkejja dan, kull kreditur pubbliku jkun aħjar fix-xenarju ta' bejgħ milli f’xenarju ta' falliment. B’kollox, il-kredituri pubbliċi jirkupraw 38,5 % tal-ammont dovut lilhom.

(139)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li skont ir-riżultati tal-istudju ta' Ernst&Young, il-kredituri pubbliċi qablu dwar il-ħlas lura parzjali tat-talbiet tagħhom fl-2010.

Tpartit ta' dejn ma' ekwità għas-self pendenti mogħti mill-IDA

(140)

Fil-qafas tat-taħditiet ma' […], l-IDA qablet li l-krediti tagħha jiġu skambjati parzjalment, jitħallsu lura parzjalment u jiġu rrinunzjati parzjalment. Skont l-Anness 2 għall-Ftehim Qafas, l-IDA kellha tikkonverti parti mill-kapital tas-self tal-2007 u parti mill-kapital tas-self tal-2008 li jammontaw għal […] fil-kapital azzjonarju ta' PZL Wroclaw u assi likwidi u tirrinunzja għal imgħax f’ammont ta' […] fuq is-self tal-2007. Wara dan it-tpartit, il-kapital azzjonarju ta' PZL Wroclaw kellu jitnaqqas billi tiġi ppreżentata applikazzjoni għal dak l-għan lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni.

(141)

L-awtoritajiet Pollakki indikaw li d-deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni finanzjarja ta' PZL Wroclaw seħħet biss fl-2009 u kienet ikkawżata mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, li ma setax jiġi previst u li rriżulta fi tnaqqis fl-ordnijiet mill-forzi armati Pollakki ta' kważi […]%. Konsegwentement, is-sitwazzjoni tal-IDA bħala kreditur marret għall-agħar b’mod konsiderevoli, u l-istess ġralhom il-prospetti għall-irkupru bis-sħiħ tat-talbiet tagħha.

(142)

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 għall-Ftehim Qafas ġew negozjati f’korrelazzjoni mill-qrib mar-riżultati tas-suppliment għall-istudju ta' Ernst&Young. Dan is-suppliment ġie ppreparat fl-24 ta' Frar 2010. Huwa janalizza żewġ xenarji, falliment li jwassal għal-likwidazzjoni ta' PZL Wroclaw u l-bejgħ tagħha lill-investitur. B’mod partikolari, huwa jiffoka fuq dak li setgħet takkwista l-IDA mit-titoli ta' sigurtà tagħha bħala garanzija ta' ħlas ta' self fix-xenarju ta' falliment u jqabbel dan mal-ammonti li tista’ tistenna jekk PZL Wroclaw kellha tinbiegħ lill-investitur.

(143)

Is-suppliment għall-istudju ta' Ernst&Young josserva li l-assi ta' PZL Wroclaw kienu soġġetti għal pleġġijiet u ipoteki. Il-valur skont il-kotba tal-assi kollha ta' PZL Wroclaw fil-31 ta' Diċembru 2009 kien PLN 52,5 miljun, li minnu l-assi garantiti ammontaw għal PLN 21,3 miljun u l-assi mhux garantiti/mhux soġġetti għal PLN 31,2 miljun.

(144)

Anke jekk l-assi mhux garantiti/mhux soġġetti kienu jirrappreżentaw […] % tal-valur tal-assi ta' PZL Wroclaw, jekk il-bejgħ ta' PZL Wroclaw ma jkunx sar, l-awtoritajiet fiskali joħorġu deċiżjoni fiskali skont l-Artikoli 112 u 118 tal-Kodiċi tat-Taxxa (31) u jiddikkjaraw li PZL Wroclaw kienet responsabbli għall-obbligazzjonijiet tal-2006-07 ta' PZL Hydral sabiex jinfurzaw it-talbiet tagħhom. Dan huwa kkonfermat permezz ta' ittra mill-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia tat-23 ta' Novembru 2007, li tiddikjara li jekk ma jirnexxix ir-ristrutturar, se jittieħdu passi ta' infurzar skont l-Artikolu 112 tal-Kodiċi tat-Taxxa.

(145)

Peress li PZL Wroclaw hija fil-pussess tal-assi tal-produzzjoni ta' PZL Hydral (li xtrat bejn l-2004 u l-2007), din id-deċiżjoni taffettwa xi wħud mill-obbligazzjonijiet pubbliċi ta' PZL Hydral. Il-valur tat-talbiet li jkunu affettwati minn proċeduri bħal dawn jikkorrispondi għall-obbligazzjonijiet pubbliċi ta' PZL Hydral iġġenerati fl-2006-07 u jkun jammonta għal minimu ta' PLN 64,4 miljun (32). Skont is-suppliment tal-istudju ta' Ernst&Young, il-valur ta' dawn it-talbiet jaqbeż il-valur skont il-kotba tal-assi mhux garantiti/mhux ipotekati. Fl-istess ħin, il-valur skont il-kotba ta' dawn l-assi għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-valur fis-suq tagħhom peress li huma riċevibbli, flus kontanti u assi monetarji oħra.

(146)

Fil-każ li PZL Wroclaw tfalli, l-assi garantiti minn ipoteki u pleġġijiet irreġistrati biss jieħdu prijorità fuq it-talbiet tal-awtoritajiet fiskali. It-talbiet tal-kredituri privati mhux garantiti ta' PZL Wroclaw ma setgħux jiġu sodisfatti mill-assi ta' PZL Wroclaw. Fid-dawl tal-fatt li mhux it-talbiet tal-kredituri kollha jiġu sodisfatti mill-proprjetà ta' falliment, l-ishma ta' PZL Wroclaw ikollhom valur żero fil-każ ta' falliment. Bl-istess mod, peress li dawk li jżommu pleġġijiet irreġistrati u ipoteki biss jiġu sodisfatti, il-pleġġijiet ordinarji ma jiswew xejn.

(147)

Abbażi ta' hekk, is-suppliment tal-istudju ta' Ernst&Yound janalizza l-valur tal-pleġġ irreġistrata tal-IDA fuq l-assi ta' PZL Wroclaw. Il-valur tat-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self fil-forma ta' pleġġijiet irreġistrati fuq makkinarju huwa ddeterminat abbażi tas-suppożizzjoni li l-valuri tal-assi ppleġġjati f’każ ta' falliment ikun 50 % tal-valur skont il-kotba nett tagħhom, peress li l-valur ġust tagħhom ma kienx disponibbli u l-valur tal-assi mobbli fissi kien soġġett għal bidla skont ir-rata ta' deprezzament applikabbli. Ernst&Young qiesu li l-valur fil-każ ta' bejgħ bl-għaġġla kien rappreżentattiv fid-dawl tal-possibbiltà li jintużaw l-assi vvalutati għal xi skopijiet bħala parti minn ċerti proċessi ta' produzzjoni, il-possibbiltà li jintużaw għal skopijiet alternattivi u n-natura tal-kuntratti li kienu assoċjati magħhom. L-istudju ta' Ernst&Young jindika li meta l-assi li għandhom jinbiegħu ikunu speċifiċi ħafna u jintużaw biex jiġi prodott xerrej speċifiku, il-valur tal-likwidazzjoni tagħhom jista’ jkun baxx ħafna u jista’ jammonta għal 30 % tal-valur skont il-kotba nett tagħhom. Bħala eżempju, Autoglass Group Sa, li kellu valur tal-karta tal-bilanċ ta' PLN 19,8 miljun, ġie mibjugħ fi proċeduri ta' falliment għal PLN 6 miljun. Barra minn hekk, l-assi ta' PZL Wroclaw inkwistjoni li kienu jservu bħala pleġġ irreġistrata jinkludu ħafna oġġetti ta' valur baxx. B’mod partikolari, is-self tal-2007 ġie garantit b’lista ta' 1 709 oġġett li l-valur tagħhom naqas tul is-snin u madwar 1 400 oġġett b’valur ta' inqas minn PLN 3 500; konsegwentement, ġie mwettaq deprezzament ta' darba.

(148)

Bħar-rapport ewlieni, is-suppliment għall-istudju ta' Ernst&Young injora l-effett tal-inflazzjoni, jiġifieri fid-dawl ta' proċeduri ta' falliment possibbilment fit-tul, abbażi tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta' falliment mill-perspettiva tal-kredituri ta' PZL Wroclaw.

(149)

Skont dan l-istudju, il-valur nett skont il-kotba tal-assi li jservi bħala pleġġ irreġistrata fuq il-makkinarju kien PLN 2 106 392,71 fil-31 ta' Jannar 2010. Jekk din il-formula tiġi applikata għall-valur nett skont il-kotba tal-assi, il-valur tagħhom (fil-falliment) fil-każ ta' bejgħ bl-għaġġla huwa stmat għal PLN 1 053 196,36.

(150)

Is-suppliment għall-istudju ta' Ernst&Young jikkonkludi li l-IDA takkwista PLN 1 053 196,36 fix-xenarju ta' falliment u [> PLN 1 053 196,36] fix-xenarju tal-bejgħ (kif speċifikat fl-Anness 2 għall-Ftehim Qafas).

(151)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-valur nett skont il-kotba tal-assi li jservi bħala pleġġ irreġistrata għas-self tal-2007 fir-rapporti finanzjarji awditjati tal-2007 ammonta għal PLN 5 480 861,37, u fir-rapporti finanzjarji awditjati fil-31 ta' Jannar 2010 għal PLN 818 967,55.

(152)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-valur nett skont il-kotba tal-assi li jservi bħala pleġġ irreġistrata għas-self tal-2008 ammonta għal PLN 2 763 000 skont ir-rapport tal-espert indipendenti tal-1 ta' Frar 2008. Il-valur skont il-kotba ta' dawn l-assi skont ir-rapporti finanzjarji awditjati ammonta għal PLN 1 883 098,97 fl-1 ta' Frar 2008 u l-valur nett skont il-kotba ta' dawn l-assi skont ir-rapporti finanzjarji awditjati ammonta għal PLN 1 287 425,16 fil-31 ta' Jannar 2010.

(153)

Għalhekk, l-awtoritajiet Pollakki rtiraw miż-żewġ injezzjonijiet ta' kapital lil PZl Hydral, u argumentaw li t-tħassir parzjali u l-ħlasijiet lura parzjali ta' obbligazzjonijiet pubbliċi kienu ħielsa mill-għajnuna mill-Istat fid-dawl tar-regola tal-kreditur privat. Huma ddikjaraw ukoll li l-imġiba tal-kredituri pubbliċi fil-passat (1998-2007) kienet tikkonforma mar-regola tal-kreditur privat. Huma indikaw ukoll li l-bejgħ ta' PZL Wroclaw kien miftuħ, trasparenti u mhux kondizzjonali u li l-prezz offrut mill-investitur jista’ jitqies bħala l-prezz tas-suq. L-awtoritajiet Pollakki argumentaw li kemm is-self tal-2007 kif ukoll tal-2008 kien ingħata fuq termini tas-suq. Huma rtiraw ukoll mit-tpartit ta' dejn ma' ekwità għas-self tal-2007 deskritt hawn fuq iżda pproponew tpartit parzjali kemm għas-self tal-2007 u tal-2008 qabel il-bejgħ, filwaqt li argumentaw li dan kien konformi mar-regola tal-kreditur privat.

VII.   KOMPETENZA TAL-KUMMISSJONI

(154)

Il-parti inizjali ta' ċerti miżuri, jiġifieri n-nuqqas ta' infurzar tal-obbligazzjonijiet pubbliċi kontra PZL Hydral, bdew fl-1998, jiġifieri qabel l-adeżjoni tal-Polonja mal-UE fl-1 ta' Mejju 2004.

(155)

Skont it-Trattat tal-Adeżjoni, il-miżuri ta' għajnuna li jiddaħħlu fis-seħħ fi Stati Membri ġodda qabel l-adeżjoni u li jibqgħu applikabbli wara l-adeżjoni li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u li mhumiex għajnuna eżistenti, għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna ġdida għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(156)

Il-Punt 3 tal-Anness IV għat-Trattat tal-Adeżjoni jistabbilixxi l-proċedura ta' mekkaniżmu interim. Huwa jikkostitwixxi qafas legali għall-valutazzjoni ta' skemi tal-għajnuna u miżuri ta' għajnuna individwali li jiddaħħlu fis-seħħ fi Stat Membru ġdid qabel id-data tal-adeżjoni tiegħu mal-UE u li huma applikabbli wara l-adeżjoni.

(157)

Il-miżuri ta' għajnuna li ddaħħlu fis-seħħ qabel l-adeżjoni u li mhumiex applikabbli wara l-adeżjoni ma jistgħux jiġu eżaminati mill-Kummissjoni, jew taħt il-proċedura ta' mekkaniżmu interim jew taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE. Min-naħa l-oħra, miżuri li ma ddaħħlux fis-seħħ sa wara l-adeżjoni se jiġu vvalutati mill-Kummissjoni bħala għajnuna notifikata jew bħala għajnuna mhux legali skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE.

(158)

Miżura hija applikabbli wara l-adeżjoni jekk tkun iddaħħlet fis-seħħ qabel l-adeżjoni iżda tkun għadha tista’ twassal, wara l-adeżjoni, għall-għoti ta' għajnuna addizzjonali jew għal żieda fl-ammont tal-għajnuna diġà pprovduta, jiġifieri jekk l-espożizzjoni ekonomika preċiża tal-Istat ma tkunx magħrufa fid-data li fiha l-miżura tkun daħlet fis-seħħ u tibqa’ mhux magħrufa fid-data tal-adeżjoni.

(159)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li n-nuqqas ta' infurzar tal-obbligazzjonijiet tal-kredituri pubbliċi beda fl-1998, u kompla fid-data tal-adeżjoni. Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta' infurzar tal-obbligazzjonijiet kollha pendenti fl-1 ta' Mejju 2004 waqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha minn dik id-data ’l quddiem.

(160)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, in-nuqqas ta' infurzar tal-obbligazzjonijiet pubbliċi pendenti fl-1 ta' Mejju 2004 jikkostitwixxi miżura applikabbli wara l-adeżjoni u jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-TFUE.

VIII.   VALUTAZZJONI

(161)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-għajnuna mill-Istat hija għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat f’kwalunkwe għamla li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi xi intrapriżi jew il-produzzjoni ta' xi oġġetti sa fejn din taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(162)

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi u b’hekk biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha b’mod simultanju.

(163)

Fit-taqsimiet li ġejjin, il-Kummissjoni tevalwa għajnuna mill-Istat potenzjali għal PZL Hydral u PZL Wroclaw separatament.

(164)

Hija tidentifika l-miżuri li ġejjin li jikkonċernaw lil PZL Hydral:

l-injezzjonijiet ta' kapital ippjanati u rtirati għal PZL Hydral;

l-infurzar tal-obbligazzjonijiet pubbliċi kontra PZL Hydral (1998-2007);

is-saldu mal-kredituri pubbliċi ta' PZL Hydral (2007-10).

(165)

Hija tidentifika l-miżuri li ġejjin li jikkonċernaw lil PZL Wroclaw:

is-self tal-2007;

is-self tal-2008;

it-tpartit ta' dejn ma' ekwità li jikkonċerna s-self tal-2007 u l-2008.

(166)

Il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Pollakki kkontestaw il-klassifikazzjoni tal-miżuri msemmija hawn fuq bħala għajnuna mill-Istat, filwaqt li sostnew li l-miżuri għaddew mit-test tal-kreditur privat (fil-każ tal-miżuri għal PZL Hydral u t-tpartit ta' dejn ma' ekwità tal-2010 għal PZL Wroclaw) u t-test tal-investitur tas-suq (fil-każ tas-self tal-2007 u tal-2008 lil PZL Wroclaw).

VIII.1   L-injezzjonijiet ta' kapital irtirati lil PZL Hydral

(167)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (33) (“ir-Regolament Proċedurali”), Stat Membru jista’, wara li jiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali, jirtira n-notifikazzjoni fil-ħin qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar jekk il-miżura notifikata tkunx tikkostitwixxi għajnuna. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni ttemm il-proċedura fuq il-bażi li ma tkun għada sservi l-ebda skop.

(168)

L-awtoritajiet Pollakki rtiraw iż-żewġ injezzjonijiet ta' kapital notifikati (PLN 113 miljun). Għalhekk, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni ta' dawn il-miżuri m'għada sservi l-ebda skop.

VIII.2   In-nuqqas ta' infurzar tal-obbligazzjonijiet pubbliċi kontra PZL Hydral (1998-2007)

(169)

L-għajnuna mill-Istat setgħet kienet mogħtija lil PZL Hydral f’għamla ta' nuqqas ta' infurzar kontinwu tal-obbligazzjonijiet pubbliċi kontra l-kumpanija minn diversi kredituri pubbliċi.

(170)

Il-Kummissjoni tindika li l-Artikolu 107(1) tat-TFUE jkopri interventi f’diversi għamliet li jnaqqsu l-ispejjeż normali tal-kumpanija u li, mingħajr ma huma sussidji fil-veru sens tal-kelma, huma simili fin-natura tagħhom u għandhom l-istess effett. Fil-każistika huwa universalment aċċettat li l-imġiba ta' korp irregolat bil-liġi pubblika responsabbli għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jittollera l-ħlas tard ta' dawn il-kontibuzzjonijiet jagħti kumpanija f’diffikultajiet finanzjarji li tgawdi minn dik l-imġiba vantaġġ kummerċjali sinifikanti billi jnaqqas il-piż assoċjat mal-applikazzjoni normali tas-sistema tas-sigurtà soċjali li ma jistax jitneħħa għal kollox mill-imgħax u l-imposti miżjuda ta' inadempjenza applikati magħha (34). Dan ir-raġunament japplika mutatis mutandis għal tariffi, imposti u taxxi oħra li jinġabru mill-awtoritajiet pubbliċi.

(171)

F'dan il-każ, il-korpi ta' ġbir pubbliċi ma kienux irkupraw it-talbiet tagħhom kontra PZL Hydral tal-1998-2007 bis-sħiħ meta l-kredituri pubbliċi adottaw il-Pjan (ara l-punt 60 et seq.).

(172)

Mill-każistika jirriżulta li, sabiex jiġi determinat jekk tkunx ingħatat għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet pubbliċi permezz ta' nuqqas ta' infurzar ta' talbiet pubbliċi, għandu jiġi vverifikat jekk il-kumpanija involuta kinitx se tkun inkapaċi li tikseb faċilitajiet simili minn kreditur privat fl-istess sitwazzjoni fil-konfront ta' dik il-kumpanija bħala l-korp ta' ġbir pubbliku (35).

(173)

Il-Kummissjoni tosserva li sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika fit-tul ta' PZL Hydral, is-sid tagħha f’dak iż-żmien, it-Teżor Pollakk, u sussegwentement l-IDA, żviluppaw strateġija ta' privatizzazzjoni abbażi ta' istudju tal-1998 mwettaq minn konsulenti privati, u bdew tfittxija għal investituri (ara l-punt 54). Il-kredituri privati u pubbliċi appoġġjaw dan l-approċċ u kienu involuti mill-qrib fih.

(174)

Fl-2002 l-awtoritajiet Pollakki, li kien għad għandhom l-appoġġ ta' kredituri privati u pubbliċi, bdew negozjati ma' […]. Dawn il-kredituri ġew aġġornati regolarment dwar il-progress li sar (ara l-punti 30 u 56).

(175)

Il-Kummissjoni tinnota li kemm il-kredituri privati kif ukoll dawk pubbliċi qiesu li l-valur ta' PZL Hydral, u b’mod partikolari l-attivitajiet tal-avjazzjoni u d-difiża tagħha, bħala negozju avvjat kien jaqbeż sew il-valur tal-assi tagħha, b'mod partikolari permezz taċ-ċertifikati militari u l-permessi għall-kummerċ tal-armi tagħha, kif ukoll il-kapital uman tagħha, u għal dik ir-raġuni qablu li jżommu lura milli jibdew proċeduri ta' falliment kontra PZL Hydral.

(176)

Il-Kummisjoni tinnota b’mod partikolari l-kredituri privati ewlenin, jiġifieri l-Bank […] u l-Bank […], żammew lura mill-infurzar furzat tal-obbligazzjonijiet tagħhom minkejja li kellhom titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tal-ewwel grad (ara l-punti 32 u 34) li seta’ jiġi infurzat direttament abbażi ta' ordnijiet infurzati tal-bank u seta’ jitneħħa b’mod pjuttost faċli (ara l-punt 28).

(177)

Il-kredituri pubbliċi, min-naħa l-oħra, ħadu azzjonijiet ta' infurzar permezz tal-uffiċjal tal-infurzar tal-qorti, u sal-aħħar tal-2007 kienu rkupraw ammont totali ta' PLN 28,76 miljun (ara l-punt 41).

(178)

Il-Kummissjoni b’hekk tikkonkludi li bejn l-1998 u l-2007, PZL Hydral kienet kapaċi takkwista faċilitajiet simili minn żewġ kredituri privati, jiġifieri l-Bank […] u l-Bank […], li mhux biss kienu fl-istess sitwazzjoni iżda f’waħda aħjar fil-konfront ta' dik il-kumpanija mill-korpi tal-ġbir pubbliċi.

(179)

Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li d-deċiżjoni tal-kredituri privati u pubbliċi li jżommu lura milli jibdew proċeduri ta' falliment kontra PZL Hydral kienet iġġustifikata minn prospetti tajbin biex tiġi restawrata l-vijabbiltà għall-attivitajiet tal-avjazzjoni u d-difiża meta l-arretrati tad-djun tagħhom kienu tħallsu lura, kif indikat fl-istrateġija żviluppata fl-1998 (ara l-punt 54).

(180)

B’hekk, in-nuqqas ta' infurzar mill-korpi ta' ġbir pubbliċi tal-ammonti dovuti lilhom fl-1998-2007 ma jagħtix vantaġġ lil PZL Hydral għaliex l-awtoritajiet pubbliċi aġixxew bl-istess mod bħalma kien jaġixxi kreditur privat, u b’hekk dan ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

VIII.3   Il-ħlas lura tal-obbligazzjonijiet pubbliċi ta' PZL Hydral (2007-10)

(181)

Wara li ma rnexxewx in-negozjati ta' privatizzazzjoni ma' […], il-kredituri privati ewlenin għal PZL Hydral, jiġifieri l-Bank […] u l-Bank […], issaldaw it-talbiet tagħhom fil-konfront ta' PZL Hydral.

(182)

It-talbiet tal-kredituri pubbliċi ġew issaldati f'April tal-2003 (Bank […]) u f’Novembru tal-2006 (Bank […]) rispettivament. Minkejja l-kwalità tajba tat-titoli ta' sigurtà tagħhom bħala garanzija ta' ħlas ta' self, il-Bank […] aċċetta s-saldu tad-djun ta' PZL Hydral ta' PLN 51,6 miljun għal pagament ta' PLN 4 miljun u l-Bank […] aċċetta s-saldu tad-djun ta' PZL Hydral ta' PLN 86,4 miljun għal pagament ta' PLN 11,5 miljun rispettivament (ara l-punti 31 u 33).

(183)

Il-korpi ta' ġbir pubbliċi laħqu ftehim ta' saldu ta' dejn mal-IDA u PZL Hydral fl-2007, li kien inkorporat fil-Pjan f’Novembru tal-2007. Dan il-ftehim kien fih erba’ elementi essenzjali:

PZL Hydral ikollha tħallas it-taxxi, l-imposti u l-kontribuzzjonijiet il-ġodda kollha fil-ħin;

PZL Hydral ikollha tħallas parti mill-obbligazzjonijiet pendenti tagħha fi ħlasijiet parzjali; il-ħlas għall-bqija jiġi differit sa meta PZL Hydral tkun biegħet is-sussidjarji u l-assi tagħha;

PZL Hydral ikollha tbiegħ is-sussidjarji u l-assi kollha tagħha, u tagħmel użu mir-rikavat biex tħallas l-arretrati tad-djun tagħha;

in-negozju tal-avjazzjoni u d-difiża ta' PZL Hydral jgħaddi għas-sussidjarja PZL Wroclaw, li sussegwentement tiġi pprivatizzata u l-kredituri pubbliċi jiġu mħallsa lura mir-rikavat. Dan iħalli lil PZL Hydral bħala qoxra vojta, li mbagħad tiġi likwidata.

(184)

Skont ir-rikavat stmat mill-bejgħ fl-2007-2010, il-Pjan ipprovda għall-korpi ta' ġbir pubbliċi biex jirkupraw PLN 120,8 miljun (ara l-punt 61). Ex post, din irriżultat stima tajba, peress li l-ammont stabbilit fl-2010 huwa ta' PLN 122,3 miljun (ara l-punt 133).

(185)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Pjan ipprovda wkoll għal żewġ injezzjonijiet ta' kapital lil PZL Hydral, li kienu ppjanati biex iżidu l-ammont ta' flus disponibbli sabiex jiġu ssaldati l-obbligazzjonijiet passati. L-inklużjoni ta' dawn l-injezzjonijiet ta' kapital fil-Pjan kienet soġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni; b’hekk, kien ċar għall-kredituri pubbliċi meta ntlaħaq il-ftehim dwar il-Pjan li ma setgħux iqisu l-inklużjoni ta' dawn l-ammonti addizzjonali fil-Pjan bħala miksuba u ċerta.

(186)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Pjan ma jinkludix deċiżjoni finali dwar kif ir-rikavat se jinqasam bejn il-kredituri pubbliċi differenti. Dan il-qsim kellu jsir wara li jkun twettaq il-proċess tal-bejgħ tas-sussidjarji u l-assi abbażi tar-rikavat attwali tal-bejgħ, filwaqt li jitqiesu t-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tal-kredituri pubbliċi differenti fuq dawn l-assi.

(187)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-imġiba tal-kredituri pubbliċi mill-2007 sal-2010, il-Kummissjoni tikkunsidra li għandhom jiġu vvalutati żewġ deċiżjonijiet differenti min-naħa tal-kredituri pubbliċi: l-ewwel, id-deċiżjoni fl-2007 li jaqblu mal-Pjan, u t-tieni, id-deċiżjoni fl-2010 li jaċċettaw is-saldu finali kif spjegat fit-Tabella 26 ta' din id-Deċiżjoni.

(188)

Skont il-każistika tal-Qorti, f’sitwazzjonijiet bħal dawn il-Kummissjoni għandha tapplika r-regola tal-kreditur privat, jiġifieri sabiex tiddetermina jekk it-tnaqqis f’xi wħud mid-djun dovuti minn intrapriża f’diffikultà lil korp irregolat bil-liġi pubblika jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, għandha tqabbel dak il-korp ma' kreditur privat li jfittex li jirkupra l-ammonti dovuti lilu minn debitur f’diffikultà finanzjarja (36).

(189)

Madankollu, skont il-każistika, meta kumpanija li tkun sejra lura mhux ħażin fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħha tipproponi ftehim jew serje ta' ftehim għar-ristrutturar tad-dejn lill-kredituri tagħha bl-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni u tevita l-falliment, kull kreditur għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl tal-ammont offrut lilu skont il-ftehim propost minn naħa waħda, u l-ammont li jistenni li jirkupra fil-każ tal-likwidazzjoni tal-kumpanija min-naħa l-oħra. Id-deċiżjoni tiegħu hija influwenzata minn numru ta' fatturi, inkluż l-istatus tal-kreditur bħala d-detentur tat-talba garantita, preferenzjali jew ordinarja, in-natura u l-estent ta' kwalunkwe titolu ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self li jista’ jkollu, il-valutazzjoni tiegħu tal-probabbiltà li l-kumpanija terġa' ssir vijabbli u li r-riskji tat-telf tagħha jiżdiedu fil-każ li dan ma jseħħx u l-ammont li jirċievi fil-każ ta' likwidazzjoni. Jekk jirriżulta, per eżempju, li fil-każ ta' kumpanija li tkun qed tiġi likwidata, il-valur tal-bejgħ tal-assi serva biss biex ikopri l-ipoteka u t-talbiet preferenzjali, it-talbiet ordinarji ma jkollhom l-ebda valur. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-aċċettazzjoni minn kreditur ordinarju tal-kanċellazzjoni ta' parti kbira tat-talba tiegħu ma tkunx sagrifiċċju fil-veru sens tal-kelma (37).

Ftehim għall-Pjan tal-2007

(190)

Il-Kummissjoni tinnota li t-termini tas-saldu mal-korpi ta' ġbir pubbliċi huma differenti mit-termini tas-saldu maż-żewġ banek privati.

(191)

L-ewwel nett, il-banek privati għażlu ħlas immedjat, filwaqt li l-awtoritajiet ta' ġbir pubbliċi qablu li jistennew ir-riżultati tal-bejgħ tal-assi u s-sussidjarji ta' PZL Hydral.

(192)

It-tieni nett, ir-rata ta' rkupru tal-awtoritajiet tal-ġbir pubbliċi taqbeż b'ħafna r-rata ta' rkupru tal-banek privati: Il-Bank […] irkupra 7 %, il-Bank […] irkupra 13 %, filwaqt li l-awtoritajiet tal-ġbir pubbliċi setgħu jistennew li jirkupraw 38,5 % abbażi tal-proċeduri tal-bejgħ ta' PLN 122,3 miljun.

(193)

Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk id-deċiżjoni tal-kredituri pubbliċi biex jaqblu mal-Pjan fl-2007, li huwa differenti fin-natura tiegħu mis-saldu miksub mill-kredituri privati, kinitx tittieħed minn kreditur privat flokhom, bl-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fil-punti 188 u 189 t’hawn fuq.

(194)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-kredituri pubbliċi kienu biss illimitaw it-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self, u li t-titoli ta' sigurtà tagħhom bħala garanzija ta' ħlas ta' self kienu ta' kwalità inferjuri għal dawk tal-banek privati (ara t-Tabelli 16 u 20 t’hawn fuq). B’hekk huma kienu f’pożizzjoni ta' negozjar aktar dgħajfa. Fl-istess ħin, wara s-saldu mal-kredituri privati, il-kwalità tat-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tagħhom żdiedet b’mod sinifikanti, u dan ipprovdielhom sigurtà addizzjonali, anki fil-każ li l-Pjan ma jaħdimx kif previst, xorta kienu jiksbu rata ta' rkupru aċċettabbli mill-assi.

(195)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li l-kredituri pubbliċi jistgħu jistennew, abbażi tas-suppożizzjonijiet li jappoġġjaw il-Pjan, rata ta' rkupru sostanzjalment ogħla mill-kredituri privati, li kienu għażlu saldu ta' malajr.

(196)

It-tielet nett, il-Kummissjoni tinnota li l-kredituri privati kisbu garanziji minn PZL Hydral u PZL Wroclaw li l-obbligazzjonijiet il-ġodda kollha kellhom jitħallsu fil-ħin.

(197)

Ir-raba’, il-Kummissjoni tosserva li fir-rigward tal-obbligazzjonijiet pendenti, PZL Hydral qablet għal skeda ta' ħlasijiet li tipprovdi għal parti mid-dejn li għandu jitħallas lura fi ħlasijiet parzjali u għall-bqija li għandu jitħallas lura meta jsir magħruf ir-rikavat tal-bejgħ tal-assi u s-sussidjarji. Dawn il-ħlasijiet kienu jikkostitwixxu titjib sostanzjali meta mqabbel mal-irkupru fis-snin qabel sar il-qbil dwar il-Pjan: fl-2008, l-ewwel sena tal-Pjan, PZL Hyrdal ħallset lura PLN 54,6 miljun, meta mqabbel ma' PLN 9,5 miljun biss fl-2007 (ara t-Tabella 21).

(198)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li abbażi ta' dawn il-garanziji u l-assigurazzjonijiet irċevuti minn PZL Hydral, il-kredituri pubbliċi aġixxew bħalma kien jaġixxi kreditur privat f’sitwazzjoni simili.

(199)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li minħabba l-falliment tan-negozjati ma' […] u […] (ara l-punt 94), it-twettiq attwali tal-Pjan dam aktar milli kien maħsub għall-ewwel. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan kien riskju inerenti fil-ftehim mogħti lill-Pjan mill-korpi ta' ġbir pubbliċi.

Ftehim għas-saldu finali fl-2010

(200)

Is-saldu finali bejn PZL Hydral u l-kredituri pubbliċi huwa deskritt fit-Tabella 26. Meta l-prezz tal-bejgħ għal PZL Wroclaw kien ġie stabbilit wara offerta li saret minn […], il-kredituri pubbliċi qablu għal saldu mill-bejgħ tal-assi ta' PZL Hydral, mingħajr l-ebda injezzjoni ta' kapital, skont ir-regola tal-kreditur privat, filwaqt li qiesu l-valur tat-talbiet tagħhom u l-kwalità tat-titoli ta' sigurtà tagħhom bħala garanzija ta' ħlas ta' self (ara l-punt 96).

(201)

Il-Kummissjoni b’hekk għandha tiddetermina jekk, fil-każ ta' bejgħ mingħajr injezzjonijiet ta' kapital, kull wieħed mill-kredituri pubbliċi jkunx aħjar milli f'każ ta' falliment, u jekk bejgħ lil […] ikunx l-aħjar xenarju ta' bejgħ li jistgħu jistennew il-kredituri pubbliċi.

(202)

Il-kredituri pubbliċi kollha se jirkupraw aktar mill-kredituri privati (ara l-punt 134), minbarra l-Ministeru tal-Finanzi, li, madankollu, ma kellu l-ebda titolu ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self u b’hekk ma jistax jitqabbel mal-kredituri pubbliċi li għandhom titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tal-ewwel grad (ara l-punti 32 u 34).

(203)

Għandu jiġi nnutat ukoll li l-istudju ta' Ernst&Yount ikkummissjonat mill-IDA qabbel l-ammonti li jista’ jistenna li jirċievi kull kreditur pubbliku f’każ ta' falliment u f’każ ta' bejgħ (li sar fl-2010) (ara l-punt 137). L-istudju jikkonkludi li kull kreditur pubbliku jkun f’sitwazzjoni aħjar f’każ ta' bejgħ.

(204)

Il-Kummissjoni evalwat l-istudju ta' Ernst&Young b’mod kritiku sabiex tiddetermina jekk ir-riżultati tiegħu jifilħux għal skrutinju u biex turi li permezz ta' qbil mas-saldu, kull kreditur pubbliku jkun aġixxa bħal kreditur privat f’sitwazzjoni simili, abbażi tal-każistika kkwotata fil-punti 188 u 189 t’hawn fuq.

(205)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-istudju ta' Ernst&Young għamel użu bħala metodoloġija mill-każistika rilevanti tal-qrati Ewropej biex jivvaluta r-regola tal-kreditur privat u kkunsidra l-istatus ta' kull kreditur pubbliku, it-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self tiegħu, il-klassifikazzjoni u l-ammont li jirkupra fil-każ ta' likwidazzjoni.

(206)

It-Tabella 26 għal din id-deċiżjoni turi li skont din il-valutazzjoni, kull kreditur pubbliku (l-Uffiċċju tas-SigurtàSoċjali, l-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia, l-Uffiċċju tat-Taxxa ta' Wroclaw Psie Pole, il-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw, il-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità, l-Uffiċċju Reġjonali ta' Lower Silesia u l-Ministeru tal-Finanzi) jinsab aħjar f’każ tal-bejgħ tal-assi kollha ta' PZL Hydral, jiġifieri kull wieħed minn dawn jirkupra proporzjon ogħla tal-obbligazzjonijiet pendenti tiegħu, milli f’xenarju ta' falliment li jwassal għal likwidazzjoni, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-klassifikazzjoni u t-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self rispettivi tal-kredituri pubbliċi (ara l-punt 134).

(207)

Il-Kummissjoni mbagħad ivverifikat il-kredibbiltà tax-xenarju ta' falliment żviluppat minn Ernst&Young. Il-punt tal-bidu ta' din il-valutazzjoni huwa li l-valur ta' PZL Hydral huwa żero, peress li l-obbligazzjonijiet tagħha jaqbżu b’ħafna l-valur tal-assi u s-sussidjarji tagħha. B’hekk kwalunkwe kreditur f’xenarju ta' falliment ikun jista’ biss jirkupra parti mill-obbligazzjonijiet pendenti tiegħu li tkun garantita minn titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self, sa fejn il-grad tiegħu jippermettilu li jgawdi mill-valur ta' likwidazzjoni tal-assi garantiti.

(208)

It-tabelli 16 u 20 juru t-titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self għal kull kreditur pubbliku. Il-limitu sa fejn jiġi sodisfatt kull kreditur pubbliku mit-titoli ta' sigurtà tiegħu bħala garanzija ta' ħlas ta' self, meta jiġi kkunsidrat il-grad tagħhom, fil-każ li PZL Hydral tiġi ddikjarata li falliet, qed jidher fil-punt 131. Bil-ħsieb li jiġi stmat il-valur tal-bejgħ bl-għaġġla tal-proprjetà immobbli, Ernst&Young ħadu l-valur ġust kurrenti tal-assi li jiffurmaw parti mill-kumpanija skont il-punt 30 u l-istandard internazzjonali tal-kontabilità (IAS) 16 dwar proprjetà, impjant u tagħmir. (38) Il-Kummissjoni tinnota li l-użu tal-IAS huwa obbligatorju fl-UE u b’hekk huwa punt ta' bidu adegwat għall-valutazzjoni tal-valur tal-likwidazzjoni. Il-Kummissjoni tqis bħala raġonevoli li l-valur f’każ ta' falliment ta' dawn l-assi jitnaqqas fil-bejgħ bl-għaġġla b’50 % minħabba l-fatt li dawn l-assi se jinbiegħu separatament, li mhux se jkun possibbli li tiġi applikata r-regola tal-“avvjament” minħabba t-talba mnaqqsa għall-assi industrijali fil-kriżi ekonomika u li dan il-valur huwa ’l fuq mid-dħul medju mill-bejgħ tal-assi waqt falliment fil-Polonja, li huwa 26,86 % meta mqabbel mal-valur ġust tagħhom.

(209)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li kull kreditur pubbliku jkun aħjar f’xenarju ta' bejgħ lil […] milli f’xenarju ta' falliment.

(210)

Għad irid jiġi ddeterminat jekk l-offerta mingħand […] hijiex l-aħjar offerta li jistgħu jistennew il-kredituri pubbliċi. Il-Kummissjoni tinnota li meta fl-ewwel nofs tal-2009 deher biċ-ċar li l-kundizzjonijiet tal-offerta mingħand […] ma kinux ġew sodisfatti, […] kien l-uniku xerrej interessat fl-akkwist tal-ishma ta' PZL Wroclaw. Minkejja l-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-espressjoni ta' interess u tfittxija attiva għal investituri potenzjali sa minn Mejju tal-2008 (ara l-punt 90 et seq.), l-ebda investiture ieħor ma ppreżenta ruħu. B’hekk il-kredituri pubbliċi ma kellhomx bażi raġonevoli biex jemmnu li xi investitur ieħor kien se joffri prezz aħjar fil-futur.

(211)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li billi fl-2010 il-kredituri pubbliċi qablu mal-istruttura ta' saldu li tidher fit-Tabella 26, huma aġixxew bħala kreditur privat li jfittex li jirkupra l-ammonti dovuti lilu minn debitur f’diffikultà finanzjarja. B’hekk il-kredituri pubbliċi ma tawx vantaġġ lil PZL Hydral. Għal din ir-raġuni, is-saldu tal-obbligazzjonijiet pendenti f’għamla ta' tħassir parzjali tal-obbligazzjonijiet pubbliċi skont l-istudju ta' Ernst&Young ma kienx jinvolvi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

VIII.4   Miżuri fir-rigward ta' PZL Wroclaw

Is-self tal-2007 mogħti lil PZL Wroclaw

(212)

Il-Kummissjoni teħtieġ li tiddetermina jekk is-self tal-2007 kienx ta' vantaġġ għal PZL Wroclaw. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk investitur privat (“il-prinċipju ta' investitur f’ekonomija tas-suq”) kienx jikkonkludi t-tranżazzjoni inkwistjoni fuq l-istess termini u, jekk le, fuq liema termini kien jagħmel hekk (39).

(213)

Il-Kummissjoni tinnota li sabiex taċċerta jekk self mogħti minn korp tal-Istat li diġà jkun azzjonist fil-kumpanija jikkonformax mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq, l-investiment tiegħu għandu jitqabbel mal-investimenti minn kumpanija prinċipali privata jew grupp privat ta' kumpaniji li jfittxu l-politika strutturali u jkunu ggwidati minn prospetti aktar fit-tul (40).

(214)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-IDA mhijiex kreditur estern li jinvesti sabiex jikseb profitti bbażati fuq il-qligħ fuq l-investiment tiegħu f’għamla ta' rata tal-imgħax, iżda li hija azzjonist b'aktar minn 90 % tal-ishma f'PZL Hydral, li min-naħa tagħha għandha 100 % tal-ishma f'PZL Wroclaw. B’hekk għandu jiġi ddeterminat jekk investitur privat kienx jagħti s-self tal-2007 fl-istess ċirkostanzi.

(215)

Fir-rigward tas-self tal-2007 lil PZL Wroclaw, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel li ġie mogħti lil PZL Wroclaw, kumpanija li f’dak iż-żmien kienet finanzjarjament vijabbli u mhux f’diffikultà finanzjarja fis-sens tal-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar (ara l-punti 47 u 48). Għall-kuntrarju kienet kumpanija ġdida mingħajr dejn li diġà kellha numru sinifikanti ta' ordnijiet fil-kotba tagħha, l-aktar fil-forma ta' kuntratti mal-Ministeru tad-Difiża Pollakk, li miegħu kellha relazzjoni fin-negozju li kienet ilha teżisti.

(216)

Il-Kummissjoni tinnota li l-IDA antiċipat li tiggarantixxi qligħ fuq l-investiment tagħha permezz ta' tpartit ta' dejn ma' ekwità ta' […]% u l-bejgħ sussegwenti ta' dan is-sehem f’PZL Wroclaw lil investitur privat (għal madwar […]), kif huwa ddikkjarat fil-Pjan.

(217)

L-IDA ikkunsidrat in-negozjati li kienu għaddejjin ma' […] (ara l-punt 74).

(218)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-IDA kinitx aġixxiet skont il-prinċipju tal-investitur privat, jeħtieġ li jiġi ddeterminat xi prezz tal-bejgħ setgħet tistenna l-IDA għas-sehem tagħha, x’kien il-livell ta' riskju, u jekk il-qligħ mill-investiment li jirriżulta mill-bejgħ kienx adegwat meta mqabbel mar-riskju meħud mill-IDA.

(219)

Qabel tat is-self, l-IDA kienet ikkummissjonat studju minn espert indipendenti sabiex tistabbilixxi l-valur ta' PZL Wroclaw meta nfirdet minn PZL Hydral (ara l-punt 66).

(220)

Il-Kummissjoni evalwat dan l-istudju b’mod kritiku u kkonkludiet li kien raġonevoli li wieħed jistenna prezz tal-bejgħ ta' mill-inqas […] (ara l-punt 71 et seq.). Permezz tal-bejgħ ta' madwar […]% tal-ishma, l-IDA b’hekk setgħet tistenna qligħ konsiderevoli ta' mill-inqas PLN 48,5 miljun fil-każ ta' bejgħ ta' suċċess.

(221)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li dejjem hemm riskji konsiderevoli marbuta ma' kull privatizzazzjoni. F’dan il-każ l-ewwel attentat diġà kien falla. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tinnota li l-prospetti globali għall-kumpanija tal-avjazzjoni u d-difiża Pollakka kienu relattivament stabbli meta wieħed iqis id-dmirijiet kontinwi tal-armata Pollakka barra mill-pajjiż u l-impenn tal-Polonja lejn in-NATO fir-rigward tal-kapaċitajiet ta' difiża tagħha. Barra minn hekk, fid-dawl tal-ħtieġa għall-pussess ta' permessi speċjali, l-ostakoli għad-dħul fis-segment tas-suq huma għoljin, u dan iżid l-attrazzjoni tal-atturi stabbiliti.

(222)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-qligħ mistenni mill-investiment kien importanti biżżejjed biex jiġġustifika riskju pjuttost għoli u li, barra minn hekk, l-IDA kienet kisbet titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self fl-għamla ta' pleġġ irreġistrata fuq il-makkinarju għal PLN 5,5 miljun u pleġġ ordinarja fuq […]% tal-ishma (ara l-punt 65).

(223)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni hija sodisfatta li s-self tal-2007 ngħata skont il-prinċipju tal-investitur privat u b’hekk ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

Is-self tal-2008 mogħti lil PZL Wroclaw

(224)

Il-Kummissjoni teħtieġ li tiddetermina jekk is-self tal-2008 kienx ta' vantaġġ għal PZL Wroclaw. Għal dak l-għan il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipju tal-investitur privat kif stabbilit fil-punti 212 sa 214 u għar-raġunijiet spjegati fihom.

(225)

Fir-rigward tas-self tal-2008 lil PZL Wroclaw, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel li dan ingħata lil PZL Wroclaw, kumpanija li dak iż-żmien kienet finanzjarjament vijabbli u mhux f’diffikultà finanzjarja fis-sens tal-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar. Minflok, din kienet kumpanija ġdida mingħajr dejn li diġà kellha numru sinifikanti ta' ordnijiet fil-kotba tagħha, l-aktar fil-forma ta' kuntratti għal ammont ta’[…] mal-Ministeru tad-Difiża Pollakk (ara l-punt 48). Il-Kummissjoni tqis li dan is-self ingħata speċifikament bl-għan li jiġi pproċessat in-numru dejjem jikber ta' ordnijiet mill-Ministeru tad-Difiża. Barra minn hekk, fl-2008 l-kumpanija kisbet finanzjament privat fil-forma ta' kiri operattiv (ara l-punt 87).

(226)

Il-Kummissjoni tinnota li l-IDA tat is-self tal-2008 ftit qabel it-tmiem mistenni tan-negozjati ma' […] dwar il-bejgħ ta' PZL Wroclaw (ara l-punt 74). Għamlet hekk sabiex tipprovdi self temporanju għall-perjodu qabel ġie konkluż il-ftehim, meta PZL Wroclaw kellha tespandi l-kapaċità tagħha malajr sabiex tkampa maż-żieda fl-ordnijiet mill-Ministeru tad-Difiża. Il-motivazzjoni ewlenija tal-IDA għall-għoti tas-self b’hekk kienet li tiżgura li l-kumpanija tibbenefika mill-opportunitajiet kummerċjali qabel ma' ġie konkluż il-ftehim ma' […] u biex tiżgura li l-ftehim jiġi konkluż malajr.

(227)

Il-Kummissjoni tinnota li s-self huwa limitat għal PLN 4 miljun, l-ammont meħtieġ biex jinkisbu l-assi meħtieġa biex tintlaħaq id-domanda addizzjonali mill-Ministeru tad-Difiża.

(228)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li s-self ġie ggarantit permezz ta' pleġġ irreġistrata fuq il-makkinarju għal valur ta' PLN 2,8 miljun u permezz ta' pleġġ ordinarja fuq l-ammonti riċevibbli mill-kuntratti kummerċjali għal valur ta' PLN 5,2 miljun, u li kellha rata tal-imgħax varjabbli li kienet identika għar-rata ta' referenza ppubblikata mill-Kummissjoni (ara l-punt 83). Minkejja dan, qabel l-għoti tas-self tal-2008, l-IDA eżaminat is-sitwazzjoni finanzjarja ta' PZL Wroclaw u sabet li kienet qed tagħmel il-qligħ. Fuq dik il-bażi l-IDA setgħet tistenna li PZL Wroclaw tiġġenera fluss ta' flus biżżejjed biex tħallas lura s-self u biex l-IDA tirċievi qligħ mill-investiment tagħha.

(229)

Il-Kummissjoni tosserva li huwa komportament tan-negozju normali għal azzjonist b’maġġoranza li jkun fil-proċess li jbiegħ kumpanija li jagħti self temporanju żgħir, jekk dak is-self ikun meħtieġ biex jittieħed vantaġġ mill-opportunitajiet kummerċjali u jiżgura li l-bejgħ jiġi konkluż mingħajr xkiel. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li s-self tal-2008, li barra minn hekk, kien garantit b’mod adegwat u pprovda għall-imgħax skont ir-rata ta' referenza, ingħata mill-IDA skont dik il-loġika.

(230)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni hija sodisfatta li s-self tal-2008 ngħata skont il-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq u b'hekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

It-tpartit ta' dejn ma' ekwità b’rabta mas-self tal-2007 u l-2008

(231)

Billi qablet li tpartat id-dejn tagħha ma' ekwità u mbagħad tgħaddi r-rikavat kollu tal-bejgħ tal-ekwità lil PZL Hydral sabiex tippermettilha li tħallas l-obbligazzjonijiet pendenti tagħha kollha lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika kif previst fil-Pjan, l-IDA irrinunzjat djun ta' PLN 17,2 miljun, u rkuprat biss [> PLN 1 053 196,36].

(232)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk tpartit ta' dejn ma' ekwità jinvolvix vantaġġ mogħti mill-IDA lil PZL Wroclaw. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk, meta wettqet din it-tranżazzjoni, l-IDA kkonformatx mar-regola tal-kreditur privat kif stabbilita fil-punti 188 u 189.

(233)

Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-offerta ta' […] tal-2009 […] kienet inqas mill-offerta ta' […] tal-2008 Il-Kummissjoni tikkunsidra li din id-differenza tirrifletti d-deterjorament tas-sitwazzjoni ta' PZL Wroclaw, li fl-2008 kienet qed tagħmel profitt u kellha prospetti tajbin, filwaqt li fl-2009 kienet qed turi sinjali ta' diffikultajiet, l-aktar minħabba t-tnaqqis sinifikanti fl-ordnijiet mill-Ministeru tad-Difiża.

(234)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-IDA ma kinitx qed tistenna li ssib xerrej ieħor minbarra […] għall-ishma li kienet kisbet f’PZL Wroclaw b'riżultat tat-tpartit ta' dejn ma' ekwità (ara l-punt 210). Sabiex tiżgura li l-ftehim kien ta' suċċess, l-IDA kellha tiżgura li tista’ tikseb is-saldu tal-obbligazzjonijiet tal-kredituri pubbliċi, sakemm kellhom ipoteki fuq l-assi ta' PZL Wroclaw, għaliex inkella ma kinitx tkun f’pożizzjoni li tirrispetta l-impenn li titrasferixxi l-assi kollha ħielsa minn titoli ta' sigurtà bħala garanzija ta' ħlas ta' self.

(235)

Barra minn hekk, jekk il-bejgħ ta' PZL Wroclaw - li kien l-avveniment li fuqu kien ibbażat ir-ristrutturar tal-obbligazzjonijiet pubbliċi permezz ta' ħlasijiet mill-ġdid parzjali - ma tkompliex, l-awtoritajiet fiskali kellhom jinfurzaw it-talbiet tagħhom skont il-Kodiċi tat-Taxxa (ara l-punt 114). Barra minn hekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' PZL Wroclaw, il-falliment tal-ftehim tal-bejgħ kien iwassal għall-falliment ta' PZL Wroclaw (ara l-punt 52).

(236)

B’hekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-unika alternattiva għall-aċċettazzjoni tar-rinunzja de facto ta' PLN 17,2 miljun kien li PZL Wroclaw u PZL Hydral jitqiegħdu f’likwidazzjoni.

(237)

Is-suppliment għall-istudju ta' Ernst&Young wettaq valutazzjoni ta' dawn iż-żewġ xenarji. Il-Kummissjoni evalwat l-istudju ta' Ernst&Young b’mod kritiku sabiex tiddetermina jekk ir-riżultati tiegħu jifilħux għal skrutinju u juru li, billi qablet mas-saldu, l-IDA aġixxiet bħala kreditur privat f’sitwazzjoni simili, billi bbażat ruħha fuq il-każistika kkwotata fil-punti 188 u 189.

(238)

Fil-każ ta' falliment, l-istudju jikkonkludi li l-kredituri ordinarji mhuma se jirċievu xejn, billi ħafna mill-assi huma soġġetti għal pleġġijiet u ipoteki u, barra minn hekk, l-awtoritajiet fiskali se jkunu jistgħu jinfurzaw it-talbiet tagħhom kontra PZL Wroclaw (ara l-punti 143 et seq.). Il-Kummissjoni kkonfermat dan it-tagħrif billi eżaminat ir-rapporti finanzjarji ta' PZL Wroclaw u billi analizzat l-implimentazzjoni tal-Liġi Pollakka, u waslet għall-konklużjoni li l-valutazzjoni ta' Ernst&Young hija ġustifikata.

(239)

Bħala riżultat, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-valur tal-pleġġ ordinarja fuq ir-riċevibbli li tiggarantixxi s-self tal-2008 hija mingħajr l-ebda valur f’xenarju ta' likwidazzjoni. Barra minn hekk, il-pleġġ fuq […]% tal-ishma hija mingħajr l-ebda valur fix-xenarju ta' likwidazzjoni, peress li l-valur tal-ishma stess huwa żero.

(240)

B’hekk, sabiex tistabbilixxi x’takkwista l-IDA f’xenarju ta' likwidazzjoni, huwa meħtieġ li jiġu stmati l-profitti li tista’ tistenna mill-bejgħ ta' oġġetti li fuqhom tkun irreġistrat pleġġijiet.

(241)

Is-suppliment tal-istudju ta' Ernst&Young jinnota li l-makkinarju li fuqu l-IDA kellha pleġġijiet għas-self tal-2007 kellu valur skont il-kotba fl-2007 ta' PLN 5,5 miljun, filwaqt li l-makkinarju li fuqu kellha pleġġijiet għas-self tal-2008 kellu valur skont il-kotba ta' PLN 2,8 miljun fl-2008.

(242)

Fis-suppliment tal-istudju ta' Ernst&Young il-valutazzjoni tal-valur ta' likwidazzjoni tal-pleġġijiet irreġistrati favur l-IDA kien ibbażat fuq il-valur skont il-kotba tal-assi elenkati fir-rapporti finanzjarji awditjati ta' PZL Wroclaw (ara l-punti 151 u 152) fil-31 ta' Jannar 2010, jiġifieri PLN 2,1 miljun.

(243)

Il-Kummissjoni tqis li l-valur skont il-kotba tal-assi mobbli fissi (li jservu bħala pleġġ għas-self tal-2007 u l-2008), kif imdaħħal fir-rapport finanzjarju awditjat, huwa punt tal-bidu adegwat għall-valutazzjoni tal-valur tal-likwidazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li d-differenza l-kbira bejn il-valur skont il-kotba u l-valur nett tal-assi li l-istudju tal-2008 ta' valutazzjoni ta' PZL Wroclaw kien sab kien minħabba ż-żieda sinifikanti fil-valur tal-proprjetà immobbli. Ma sar l-ebda aġġustament għall-valur tal-makkinarju. It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li, fid-dawl tal-perjodu qasir ta' żmien bejn l-istabbiliment tal-pleġġ u l-valutazzjoni, m’hemm l-ebda indikazzjonijiet oħra li l-valur skont il-kotba ma jirriflettix il-valur stmat b'mod konservattiv tal-makkinarju.

(244)

Is-suppliment tal-istudju ta' Ernst&Young jsostni li fil-każ ta' likwidazzjoni, dawn l-assi kienu jinbiegħu f’bejgħ bl-għaġġla bi tnaqqis ta' 50 %, u li b’hekk il-valur mistenni huwa ta' PLN 1 053 196,36. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-assi bħall-makkinarju li jitqiegħdu għall-bejgħ fil-kuntest ta' likwidazzjoni normalment jinbiegħu anqas mill-valur skont il-kotba tagħhom.

(245)

Il-Kummissjoni tqis li l-iskont ta' 50 % huwa ġustifikat għar-raġunijiet imsemmija minn Ernst&Young, u deskritti fil-punt 147 t’hawn fuq. B’mod partikolari tikkunsidra li l-valutazzjoni tal-valur ipotetiku fil-każ ta' falliment saret permezz ta' metodoloġija li tista’ tiġi kkunsidrata bħala adegwata għall-iskop li jiġi determinat il-valur realizzabbli ta' talbiet fil-konfront ta' debituri mhedda minn falliment, filwaqt li jiġi kkunsidrat it-tip ta' makkinarju li jkun qed jinbiegħ, il-kontinġenza tal-bejgħ fuq konsumatur speċifiku (il-Ministeru tad-Difiża) li qed inaqqas l-ispejjeż tiegħu fid-dawl tal-ħtieġa li jadatta għat-tnaqqis fid-dħul fiskali li rriżulta mill-kriżi.

(246)

Il-Kummissjoni b’hekk tikkonkludi li, skont it-tagħrif disponibbli għaliha meta ġiet adottata din id-deċiżjoni, il-valur ta' falliment tas-self pendenti tal-IDA kien PLN 1 053 196,36.

(247)

Fix-xenarju tal-bejgħ, il-valur tas-self pendenti tal-IDA kien ogħla, peress li […] offriet li tħallas lill-IDA [> PLN 1 053 196,36].

(248)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li kreditur privat fis-sitwazzjoni tal-IDA kien jaċċetta li jirrinunzja PLN 17.2 miljun, għaliex ma setax jistenna li jirkupra aktar mit-talbiet tiegħu fi proċeduri ta' falliment. B’hekk, fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-imġiba tal-IDA fir-rigward tat-tpartit ta' dejn ma' ekwità tal-2010 hija konformi mal-prinċipju tal-investitur privat u li t-tpartit ta' dejn ma' ekwità ma jinkludix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

IX.   KONKLUŻJONI

(249)

Il-Kummissjoni tinnota li l-investigazzjoni formali dwar l-injezzjonijiet ta' kapital ta' PLN 113 miljun innotifikata iżda sussegwentement irtirata mill-awtoritajiet Pollakki m’għadha sservi l-ebda skop skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Proċedurali.

(250)

Fir-rigward tan-nuqqas ta' infurzar tal-obbligazzjonijiet tal-kredituri pubbliċi u s-saldu eventwali tagħhom, il-Kummissjoni sabet li l-kredituri pubbliċi aġixxew skont ir-regola tal-kreditur privat. Konsegwentement, l-imġiba tal-kredituri pubbliċi ma tinvolvix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(251)

Il-Kummissjoni sabet li t-tpartit parzjali ppjanat ta' dejn ma' ekwità mill-Aġenzija tal-Iżvilupp Industrijali fil-qafas tal-Pjan, kif emendat, ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE peress li dan jikkonforma mar-regola tal-kreditur privat. Il-Kummissjoni tqis ukoll li s-self tal-2007 u s-self tal-2008 favur PZL Wroclaw ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE peress li huma jikkonformaw mal-prinċipju tal-investitur privat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-injezzjonijiet ta' kapital ta' PLN 113 miljun, filwaqt li tinnota li l-Polonja rtirat in-notifikazzjoni tagħha u mhijiex se tfittex aktar dan il-proġett ta' għajnuna.

Artikolu 2

1.   In-nuqqas ta' infurzar parzjali mill-1998 sal-2007 tat-talbiet li kellhom l-awtoritajiet pubbliċi Pollakki kontra PZL Hydral u s-saldu ta' dawn id-djun mill-2007 sal-2010 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Is-self mogħti mill-IDA lil PZL Wroclaw fl-2007 (PLN 12,5 miljun) u fl-2008 (PLN 4 miljun) ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.   It-tħassir parzjali sussegwenti ta' dan is-self li jikkonċerna PLN 17,2 miljun, imwettaq f'forma ta' tpartit ta' dejn ma' ekwità, ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmula fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 324, 19.12.2008, p. 17.

(2)  ĠU C 158, 18.6.2010, p. 9.

(3)  Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 145, punt 1625, kif emendat.

(4)  Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 122, punt 1320, kif emendat.

(5)  Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 116, punt 1090, kif emendat.

(6)  Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 192, punt 1965, kif emendat.

(7)  Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 214, punt 1571, kif emendat.

(*)  (Informazzjoni kunfidenzjali.

(8)  Il-Ġurnal tal-Liġijiet 1997/140, punt 939, kif emendat.

(9)  USD = PLN 3,3 fit-22 ta' Ġunju 2010. Ir-rata tal-kambju f’dik il-ġurnata ntużat għall-ammonti kollha maqluba minn USD f’PLN f’din id-deċiżjoni; dawn l-ammonti huma pprovduti bħala bażi għat-tqabbil mal-PLN bħala gwida biss.

(10)  L-ammonti attwali jiddependu mill-volum ta' bejgħ miksub.

(11)  Skont il-Liġi Pollakka, ir-regola li klassifikazzjoni ipotekarja aktar baxxa tinbidel awtomatikament għal klassifikazzjoni ogħla tinsab fl-Artikolu 12 tal-Att dwar ir-Reġistru tal-Artijiet u l-Ipoteki, Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 13, punt 147.

(**)  Dan l-ammont jirrappreżenta l-ispejjeż ta’ rkupru kkalkolati mill-Uffiċċju tat-Taxxa ta’ Wroclaw Psie Pole.

(12)  L-imgħax fuq l-arretrati tat-taxxa japplika għall-ammonti riċevibbli mil-liġi pubblika kollha dovuti lil awtoritajiet fiskali u korpi rregolati bil-liġi pubblika. Filwaqt li awtoritajiet bħall-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali għandhom id-dispożizzjonijiet legali tagħhom stess li jeħtieġu l-irkuprar ta' kontribuzzjonijiet li ma jitħallsux fil-ħin, fir-rigward ta' regoli li jirregolaw il-kalkolu fuq l-imgħax fuq dawn l-ammonti, id-dispożizzjonijiet legali jirreferu għal-Kodiċi tat-Taxxa tad-29 ta' Awwissu 1997. It-tabella turi r-rati tal-imgħax annwali peress li dawn huma soġġetti għal bidliet ta' spiss. Dan isegwi mill-obbligazzjoni tal-Ministru għall-Finanzi skont l-Artikolu 56 tal-Kodiċi tat-Taxxa li jistabbilixxi u jippubblika r-rati tal-imgħax kurrenti dwar l-arretrati tat-taxxa skont l-iżviluppi fis-suq u r-rati imposti mill-Bank Nazzjonali tal-Polonja. Ir-regoli ddettaljati li jirregolaw il-kalkolu tal-imgħax impost fuq l-arretrati tat-taxxa huma stabbiliti fir-Regolament tal-Ministru għall-Finanzi tat-22 ta' Awwissu 2005 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 165, punt 1373) u qabel fir-Regolamenti tal-1997, tal-2001 u tal-2002 tal-Ministru għall-Finanzi. Il-bidliet fl-obbligazzjonijiet fil-konfront ta' kredituri rregolati bil-liġi pubblika jqisu kwalunkwe ħlas lura parzjali tal-ammonti dovuti.

(***)  Il-profitt nett huwa definit hawnhekk u għall-bqija ta’ din id-diċeżjoni bħala profitt ta’ qabel it-taxxa.

(13)  L-Att dwar il-Falliment u r-Ristrutturar tat-28 ta' Frar 2003, Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 60, punt 535, kif emendat.

(14)  Il-pleġġijiet irreġistrati humma rregolati mill-Att dwar il-Pleġġijiet Irreġistrati u r-Reġistru tal-Pleġġijiet (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Liġijiet tas-6 ta' Diċembru 1996 Nru 149, punt 703, kif emendat). Pleġġ irreġistrata teħtieġ kuntratt bil-miktub bejn il-kreditur u l-persuna awtorizzata biex tiddisponi mill-oġġett tal-pleġġ u entrata fir-reġistru tal-pleġġijiet miżmum mill-qrati tad-distrett. Il-proprjetà inkwistjoni tista’ tibqa’ fil-pussess tas-sid, li jkompli jkun intitolat li jiddisponi minnha, jew tista’ tinżamm minn parti terza, soġġetta għall-ftehim ta' dik il-parti.

(15)  Il-pleġġijiet ordinarji huma rregolati mill-Kodiċi Ċivili. Il-pleġġ hija stabbilita permezz ta' kuntratt bejn is-sid u l-kreditur u, sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fil-liġi, l-oġġett tal-pleġġ għandu jiġi rilaxxat lill-kreditur jew lil parti terza.

(16)  It-tliet metodi huma metodi ta' dħul li fihom il-previżjoni tal-profitt nett, il-previżjoni tal-fluss ta' flus nett u l-previżjoni tal-profitt nett flimkien mad-deprezzament jintużaw għall-valutazzjoni tad-dħul futur. Il-profitt nett flimkien mad-deprezzament huwa l-ewwel pass fil-proċess tal-kisba ta' analiżi tal-fluss ta' flus fis-sistema kontabilistika finanzjarja.

(17)  Il-WACC huwa definit fil-letteratura ekonomika bħala kalkolu tal-ispiża totali tal-kapital ta' impriża li fih kull kategorija ta' kapital (tkunx ekwità jew dejn) tintiżen b’mod proporzjonali. Is-sorsi kapitali kollha – strument ta' kapital, stokk preferenzjali, bonds u dejn fit-tul ieħor – huma inklużi fil-kalkolu tal-WACC. Il-WACC huwa l-infiq peżat medju tal-komponenti kapitali individwali. B’hekk il-kalkolu tal-WACC ma jistax jiġi kkuntestat għaliex huwa r-riżultat tal-applikazzjoni ta' formula matematika.

(18)  L-awtoritajiet Pollakki qiesu bħala raġonevoli li wieħed jassumi li l-valur ta' PZL Wroclaw kien mill-inqas […]. Fuq dik il-bażi, […]% tal-ishma ta' PZL Wroclaw kellhom valur ta' PLN 20,3 miljun.

(19)  Il-valur tas-suq ġust huwa definit fil-letteratura ekonomika bħala l-prezz li bih jinbidel il-pussess ta' negozju jew assi bejn xerrej lest li jixtri u bejjiegħ lest li jbiegħ, fejn l-ebda minnhom ma jkun imġiegħel li jixtri jew ibiegħ u t-tnejn li huma jkollhom għarfien raġonevoli tal-fatti kollha rilevanti f’dak iż-żmien.

(20)  Il-metodu tal-valur tal-assi netti aġġustat huwa mezz ta' valutazzjoni ta' “negozju avvjat” billi jiġi aġġustat il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-valur tas-suq ġust. Il-valur tas-suq ġust huwa definit fil-letteratura ekonomika bħala l-prezz li bih jinbidel il-pussess ta' negozju jew assi bejn xerrej li jrid jixtri u bejjiegħ li jrid ibiegħ, fejn l-ebda minnhom ma jkun imġiegħel biex jixtri jew ibiegħ u t-tnejn li huma jkollhom għarfien raġonevoli tal-fatti rilevanti kollha f’dak iż-żmien.

(21)  L-Euro kienet il-munita nominali għal dawn il-ftehim.

(22)  B’mod partikolari, ILA Berlin, il-wirja tal-ajru internazzjonali ta' Pariġi, il-Wirja tal-Ajru ta' Farnborough fir-Renju Unit u l-fiera tal-industrija tad-difiża (MPSO) fil-Polonja.

(23)  […] hija waħda mill-akbar kumpaniji ta' esternalizzazzjoni fl-Ewropa, li timpjega kważi […] ħaddiem b’valur stmat ta' madwar […] (skont il-kliem tal-proposta tat-30 ta' Settembru 2008).

(24)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(25)  Il-Każ C-256/97 DMT [1999] ECR I-3919, paragrafu 21.

(26)  L-ispejjeż li jkunu ġġenerati kieku kellu jiġi aċċettat sett alternattiv ta' kundizzjonijiet jew suppożizzjonijiet (meta mqabbel mal-ispejjeż dovuti jew iġġenerati fiċ-ċirkostanzi kurrenti).

(27)  Il-Każ C-342/96 Spanja vs Il-Kummissjoni [1999] ECR I-2459.

(28)  Il-Każ T-152/99 HAMSA vs Il-Kummissjoni [2002] ECR II-3049, paragrafu 170.

(29)  Dan l-ammont jintuża biex jerġgħu jitħallsu l-ammonti dovuti lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali.

(****)  L-awtoritajiet Pollakki speċifikaw ukoll li d-dejn totali tal-kumpaniji fil-konfront tal-Kunsill tal-Belt ta’ Wroclaw ammonta għal PLN 32 094 812,25 u, fil-konfront tal-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità, għal PLN 14 578 542,46. Għal dawn iż-żewġ kredituri l-istudju ma kienx jinkludi l-imgħax b’lura, kif huwa ddikjarat fil-punt 135.

(30)  Se jiġi impost ħlas għall-estensjoni.

(31)  Il-Kodiċi tat-Taxxa tad-29 ta' Awwissu 1997 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2005/8, punt 60, kif emendat). L-Artikolu 112 jgħid li xerrej ta' kumpanija jew parti awtonoma ta' kumpanija bl-assi kollha tagħha hija responsabbli in solidum mal-kontribwent għall-arretrati tat-taxxa ġġenerati qabel id-data tax-xiri u li huma relatati ma' attivitajiet kummerċjali, sakemm ix-xerrej ma setax ikun jaf dwar dawn l-arrettrati permezz tat-twettiq ta' diliġenza dovuta. L-Artikolu 118 jgħid li ma tistax tinħareġ deċiżjoni fuq responsabbiltà fiskali lil parti terza meta jkunu għaddew ħames snin mill-aħħar tas-sena kalendarja li fiha ġew iġġenerati l-arretrati tat-taxxa.

(32)  Dan jinkludi ammont ta' PLN 7,5 miljun dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, PLN 19,1 miljun dovut lill-Uffiċċju tat-Taxxa tar-Reġjun ta' Lower Silesia, PLN 24,9 miljun dovut lill-Kunsill tal-Belt ta' Wroclaw u PLN 12,9 miljun dovut lill-Fond tal-Istat għar-Rijabilitazzjoni tal-Persuni b’Diżabilità.

(33)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(34)  Il-Każ C-256/97 DM Transports [1999] ECR I-3913, paragrafu 30; il-Każ T-36/99 Lenzing vs Il-Kummissjoni [2004] ECR II-3597, paragrafi 137 u 139.

(35)  Il-Każ C-256/97 DM Transports [1999] ECR I-3913, paragrafu 30.

(36)  Il-Każ C-342/96 Spanja vs Il-Kummissjoni [1999] ECR I-2459, paragrafu 46; il-Każ C-256/97 DMT [1999] ECR I-3913, paragrafu 24. Il-Każ T-152/99 HAMSA vs Il-Kummissjoni [2002] ECR II-3049, paragrafu 167. Il-Każ T-198/01 Technische Glaswerke Ilmenau vs Il-Kummissjoni [2004] ECR II-2717, paragrafu 99; il-Każ T-68/03 Olympic Airways vs Il-Kummissjoni [2007] ECR II-2911, paragrafu 283.

(37)  Il-Każ C256/97 DMT [1999] ECR I-3913, paragrafu 30. Il-Każ T-152/99 HAMSA vs Il-Kummissjoni [2002] ECR II-3049, paragrafu 168. Il-Każ T-46/97 SIC vs Il-Kummissjoni [2000] ECR II-2125, paragrafu 95. Il-Każ T-68/03 Olympic Airways vs Il-Kummissjoni [2007] ECR II-2911, paragrafu 283.

(38)  L-użu tal-IAS huwa obbligatorju fl-UE skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1).

(39)  Il-Każ T-16/96 Cityflyer v Commission [1998] ECR II-575, paragrafu 52.

(40)  Il-Każ T-228 u 233/99 Westdeutsche Landesbank vs Il-Kummissjoni [2003] ECR II-435, paragrafu 314.


16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/85


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Novembru 2010

li tagħti deroga lir-Repubblika Ċeka mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/679/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll (kontroll-kmand) u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea lil-linja Strančice–České Budějovice

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7789)

(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

(2010/691/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE tat-28 ta’ Marzu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll (kontroll-kmand) u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (1), b’mod partikolari t-Taqsima 7.1.3, tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE (2) li temenda d-Deċiżjoni 2006/679/KE, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-sottosistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea.

(2)

Skont it-Taqsima 7.1.3 tal-Ispeċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità fir-rigward tas-sottosistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea, l-użu tal-ERTMS/ETCS huwa obbligatorju fil-każ ta’ ammeljorament jew installazzjoni ġdida tal-parti tal-protezzjoni tal-ferrovija armata bis-CCS għal proġetti ta’ infrastruttura ferrovjarja li jirċievu appoġġ finanzjarju minn Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali u/jew Fondi ta’ Koeżjoni.

(3)

Meta s-sinjalar ikun imġedded fuq partijiet qosra (inqas minn 150 km) u fuq partijiet mhux kontinwi, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga temporanja għal din ir-regola, sakemm l-Istat Membru kkonċernat iressaq fajl lill-Kummissjoni. Dan il-fajl għandu jinkludi analiżi ekonomika li turi li hemm vantaġġ ekonomiku u/jew tekniku sostanzjali meta jitqiegħed fis-servizz l-ERTMS iktar ’il quddiem għat-tagħmir minflok matul it-twettiq tal-proġett iffinanzjat mill-UE.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-fajl imressaq u l-miżuri proposti mill-Istat Membru u għandha tgħarraf lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) bir-riżultat tal-analiżi tagħha. Meta tingħata deroga, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ERTMS tkun installata mill-inqas 5 snin wara tmiem il-proġett u hekk kif il-parti tal-linja tiġi konnessa ma’ linja oħra mgħammra bl-ERTMS.

(5)

Il-linja Strančice–České Budějovice se tiġi ammeljorata gradwalment sal-2016, fejn ċerti partijiet qed jirċievu jew se jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali u/jew Fondi ta’ Koeżjoni.

(6)

Il-linja Strančice–České Budějovice hija iqsar minn 150 km u mhijiex konnessa ma’ linja oħra diġà mgħammra bl-ERTMS. Fl-24 ta’ Jannar 2010, l-Awtoritajiet Ċeki bagħtu lill-Kummissjoni talba għal deroga flimkien ma’ fajl li juri li hemm vantaġġ ekonomiku u tekniku sostanzjali fl-użu tal-ERTMS sa tmiem l-2018 minflok waqt li jkun qed isir il-proġett iffinanzjat mill-UE.

(7)

Fl-20 ta’ Mejju 2010 l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tat l-opinjoni teknika tagħha dwar it-talba għal deroga skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(8)

Din l-opinjoni teknika indikat li l-fajl imressaq jinkludi l-elementi meħtieġa għal deroga imma ssuġġeriet li tinkiseb il-konferma li l-offerta tkun tinkludi għażla għat-tagħmir tal-ERTMS tal-linja.

(9)

Fis-7 ta’ Ġunju 2010, l-Awtoritajiet Ċeki kkonfermaw li l-offerta għall-aħħar sotto taqsima se tkun tinkludi għażla ċara għat-tagħmir tal-ERTMS tal-linja.

(10)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE dwar ir-riżultati tal-analiżi tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deroga mill-obbligi biex jiġi implimentat il-Kontroll-Kmand u s-Sinjalar tat-TSI tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea għal-linja Strančice–České Budějovice mitluba mir-Repubblika Ċeka qiegħda tingħata b’dan.

Din id-deroga ngħatat sal-31 ta’ Diċembru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 284, 16.10.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 60.

(3)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.


Rettifika

16.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/87


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 293, tal-11 ta' Novembru 2010 )

F'paġna 23, l-Artikolu 8(2)(b):

minflok:

“(b)

ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 1(2) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2011;”,

aqra:

“(b)

ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 1(2) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2012;”.