ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.279.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 279

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
23 ta' Ottubru 2010

Werrej

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

2010/631/UE

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2010 rigward il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran

1

REGOLAMENTI

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 955/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle ( 1 )

3

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 956/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ testijiet rapidi ( 1 )

10

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

13

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 958/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata stqarrija għas-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal ( 1 )

18

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 959/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

20

DIRETTIVI

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/69/UE tat-22 ta' Ottubru 2010 li temenda l-Annessi tal-Parlament Ewropew u tad-Direttiva tal-Kunsill 95/2/KE dwar addittivi tal-ikel għajr kuluri u ħlewwiet ( 1 )

22

DEĊIŻJONIJIET

2010/632/UE

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2010 li taħtar membru Rumen tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015

32

2010/633/UE

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 93/152/KEE li tipprovdi l-kriterji għall-vaċċini li għandhom jintużaw kontra l-marda Newcastle fil-kuntest ta’ programmi ta’ tilqim ta’ rutina (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7109)  ( 1 )

33

2010/634/UE

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2010 li taġġusta l-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-Unjoni għall-2013 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/384/UE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7180)

34

RAKKOMANDAZZJONIJIET

2010/635/Euratom

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

36

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

2010/636/UE

*

Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kroazja tal-25 ta’ Mejju 2010 dwar il-parteċipazzjoni tal-Kroazja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi tagħha

68

2010/637/UE

*

Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali tal-24 ta’ Ġunju 2010 Skont l-Artikolu 21 ta' dan il-Ftehim: bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar Kooperazzjoni u Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali dwar rikonoxximent reċiproku tal-programmi ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati fl-Unjoni Ewropea u fil-Ġappun

71

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Settembru 2010

rigward il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran

(2010/631/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis, li sussegwentement ġiet imsemmija mill-ġdid bħala l-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni ta’ Barċellona”) ġiet konkluża f’isem il-Komunità Ewropea mill-Kunsill bid-Deċiżjonijiet 77/585/KEE (1) u 1999/802/KE (2).

(2)

Skont l-Artikolu 4.3(e) tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, il-Partijiet Kontraenti għandhom jimpenjaw ruħhom li jippromwovu l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, filwaqt li jqisu l-ħarsien ta’ żoni ta’ interess ekoloġiku u tal-pajsaġġ kif ukoll l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2002, dwar l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fl-Ewropa (3), u b’mod partikolari l-Kapitlu V tagħha, tħeġġeġ l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-ġestjoni integrata taż-żona kostali fil-kuntest tal-konvenzjonijiet eżistenti mal-pajjiżi ġirien, fosthom Stati li mhumiex Membri, fl-istess baħar reġjonali.

(4)

L-Unjoni Ewropea tħeġġeġ il-ġestjoni integrata fuq skala ikbar permezz ta’ strumenti orizzontali, inkluż fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, u billi tiżviluppa bażi xjentifika soda għaliha, permezz tal-programmi tagħha ta’ riċerka. Għalhekk, dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu għall-ġestjoni integrata taż-żona kostali.

(5)

Il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali hija komponent wieħed tal-Politika Integrata Marittima tal-UE kif approvata mill-Kunsill Ewropew f’Lisbona, fit-13 u l-14 ta’ Diċembru 2007 u kif spjegata wkoll fid-dettall fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn Politika Marittima Integrata għal tmexxija aħjar fil-Mediterran” u li iktar tard kienet milqugħa mill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali fil-konklużjonijiet tiegħu dwar Politika Marittima Integrata tas-16 ta’ Novembru 2009.

(6)

Bid-Deċiżjoni 2009/89/KE tal-4 ta’ Diċembru 2008 (4), il-Kunsill iffirma l-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll ICZM”) f’isem il-Komunità, soġġett għal konklużjoni sussegwenti tal-Protokoll ICZM f’data aktar tard.

(7)

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea nnotifikat lill-Gvern ta’ Spanja dwar il-fatt li l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet il-Komunità Ewropea.

(8)

Iż-żoni kostali tal-Mediterran ikomplu jġarrbu pressjonijiet ambjentali mill-aktar ħorox degradazzjoni tar-riżorsi kostali. Il-Protokoll ICZM jipprovdi qafas biex jistimula approċċ aktar ikkonċertat u integrat, li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati inklużi s-soċjetà ċivili u l-operaturi ekonomiċi. Approċċ inklussiv bħal dan, ibbażat fuq l-aħjar osservazzjoni u għarfien xjentifiċi disponibbli, huwa mitlub sabiex dawn il-problemi jiġu indirizzati b’mod iktar effettiv u biex jinkiseb żvilupp iktar sostenibbli taż-żoni kostali tal-Mediterran.

(9)

Il-Protokoll ICZM ikopri firxa wiesgħa ta’ dispożizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu implimentati minn livelli differenti ta’ amministrazzjoni, b’kont meħud tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Filwaqt li huwa xieraq għall-Unjoni li tkun ta’ appoġġ għall-ġestjoni integrata taż-żona kostali, waqt li titqies, inter alia, in-natura transkonfinali tal-biċċa l-kbira tal-problemi ambjentali, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom se jkunu responsabbli għad-disinn u l-implimentazzjoni fit-territorju kostali ta’ ċerti miżuri dettaljati stipulati fil-Protokoll ICZM, bħalma hu l-istabbiliment taż-żoni fejn il-kostruzzjoni mhijiex permessa.

(10)

Il-Protokoll ICZM għandu jiġi approvat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll ICZM”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea (5).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna mogħtija s-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni, għad-depożitu tal-istrument ta’ approvazzjoni, bil-Gvern ta’ Spanja li jassumi l-irwol ta’ Depożitarju, skont l-Artikolu 37 tal-Protokoll ICZM, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll ICZM.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ICZM għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE

(1)  ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1.

(2)  ĠU L 322, 14.12.1999, p. 32.

(3)  ĠU L 148, 6.6.2002, p. 24.

(4)  ĠU L 34, 4.2.2009, p. 17.

(5)  Il-Protokoll ICZM ġie ppubblikat fil-ĠU L 34, 4.2.2009, p. 19 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

REGOLAMENTI

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 955/2010

tat-22 ta’ Ottubru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1)(b) u l-Artikolu 26(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistipula r-rekwiżiti ta’ ċertifkazzjoni veterinarja għal dawk il-komoditajiet. Dawk ir-rekwiżiti jqisu jekk humiex meħtieġa garanziji addizzjonali jew kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-istat tal-marda ta’ Newcastle f’dawk il-kompartimenti, żoni, territorji jew pajjiżi terzi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula wkoll il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni ta’ jekk kompartiment, żona, territorju jew pajjiż terz għandux jitqies ħieles mill-marda ta’ Newcastle. Wieħed minn dawn il-kriterji huwa li ma jsir l-ebda tilqim kontra l-marda bl-użu ta’ vaċċini li ma jikkonformawx mal-kriterji għall-vaċċini rikonoxxuti tal-marda ta’ Newcastle stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VI ma’ dak ir-Regolament. Il-Punt 2 tal-Parti II ta’ dak l-Anness jistabbilixxi kriterji speċifiċi għall-vaċċini tal-marda ta’ Newcastle inkluż għall-vaċċini inattivati.

(3)

Il-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (il-Manwal tal-OIE) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle inklużi kontrolli tas-sigurtà fi stadji differenti tal-proċess ta’ manifatturazzjoni.

(4)

Bil-ħsieb li jiġi ssalvagwardjat l-istat tas-saħħa tat-tjur fl-Unjoni u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ fit-tjur u l-laħam tat-tjur, huwa xieraq li r-rekwiżiti għall-vaċċini tal-marda ta’ Newcastle u l-użu tagħhom f’pajjiżi terzi minn fejn jistgħu jiġu importati tjur u laħam tat-tjur, iqisu r-rekwiżiti għal vaċċini bħal dawn stabbiliti fil-Manwal tal-OIE.

(5)

Għal dik il-fini, il-kriterji ġenerali għall-vaċċini tal-marda ta’ Newcastle stabbilita fil-Parti I tal-Anness VI mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jirreferi għar-rekwiżiti tal-Manwal tal-OIE, li għandu jinżamm bħala referenza dinamika biex iqis l-aġġornamenti regolari għal dak il-Manwal fid-dawl ta’ żviluppi xjentifiċi ġodda.

(6)

Barra minn hekk, fid-dawl tal-progress tekniku li sar fir-rigward tal-produzzjoni tal-vaċċini tal-Marda ta’ Newcastle, b’mod partikolari fir-rigward tat-tekniki tal-inattivazzjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti stipulati fil-Manwal tal-OIE, il-kriterji speċifiċi għal vaċċini tal-marda ta’ Newcastle inattivati stabbiliti fil-punt 2 tal-Parti II tal-Anness VI mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jitħassar.

(7)

Hemm bżonn li ċerti dispożizzjonijiet għal-laħam tat-tjur stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 u ċ-ċertifikat veterinarju mudell korrispondenti għal-laħam tat-tjur (POU) stabbilit fl-Anness I jiġu emendati, sabiex iqisu l-emendi għall-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Huwa xieraq li tiġi stipulata data ta’ applikazzjoni għal dan ir-Regolament, sabiex tiġi allinjata mad-data ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/152/KEE (3), kif emendata mid-Deċiżjoni 2010/633/UE (4), li tintroduċi emendi korrispondenti għall-kriterji għall-vaċċini inattivati kontra l-marda ta’ Newcastle.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, VI u VII mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huma emendati skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(2)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 59, 12.3.1993, p. 35.

(4)  Ara paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

ANNESS

L-Annessi I, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

Fil-Parti 2 tal-Anness I, il-mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur (POU) qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur (POU)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(b)

L-Anness VI għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS VI

(kif imsemmi fl-Artikolu 12(1)(b), l-Artikolu 12(2)(c)(ii) u l-Artikolu 13(1)(a))

KRITERJI GĦAL VAĊĊINI RIKONUXXUTI TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE

I.   Kriterji ġenerali

1.

Il-vaċċini jridu jikkonformaw mal-istandards stabbiliti fil-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) fil-Kapitolu dwar il-marda ta’ Newcastle.

2.

Il-vaċċini jridu jiġu reġistrati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz konċernat qabel ma jitħallew jitqassmu u jintużaw. Għal din ir-reġistrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat irid joqgħod fuq fajl sħiħ li jkun fih id-dejta dwar l-effikaċja u l-innokwità tal-vaċċin; għall-vaċċini importati l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joqogħdu fuq dejta vverifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn il-vaċċin ġie prodott, sa fejn dawn il-verifiki jkunu twettqu f’konformità ma’ standards tal-OIE.

3.

Barra minn dan, l-importazzjonijiet jew il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċini jridu jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat.

4.

Qabel ma titħalla ssir id-distribuzzjoni, kull kunsinna ta’ vaċċini trid tiġi ttestjata għall-innokwità, speċjalment rigward l-attenwazzjoni jew l-inattivazzjoni u n-nuqqas ta’ aġenti kontaminati mhux mixtieqa, u dwar l-effikaċja f’isem l-awtoritajiet kompetenti.

II.   Kriterji speċifiċi

Vaċċini ħajjin attenwati tal-marda ta’ Newcastle jridu jiġu ppreparati minn razza ta’ vajrus tal-marda ta’ Newcastle li għaliha ż-żerriegħa ewlenija ġiet ittestjata u ntwera li għandha indiċi tal-patoġeniċità intraċerebrali (ICPI) ta’:

(a)

inqas minn 0,4 jekk mhux inqas minn 107 EID50 jiġu amministrati lil kull għasfur fit-test tal- ICPI; jew

(b)

anqas minn 0,5 jekk mhux anqas minn 108 EID50 huwa amministrat lil kull għasfur fit-test ICPI.”;

(c)

Fl-Anness VII, fil-Parti II, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

ma tlaqqmux b’vaċċini ħajjin attenwati magħmula minn żerriegħa ewlenija tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle li turi patoġeniċità ogħla mir-razez lentoġeniċi tal-vajrus fi żmien 30 jum qabel il-qatla;”

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/10

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 956/2010

tat-22 ta’ Ottubru 2010

li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ testijiet rapidi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 u l-frażi introduttorja u l-punt (a) tal-Artikolu 23a tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-annimali. Ir-Regolament japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali u f’ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjonijiet tagħhom.

(2)

Il-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi lista ta’ testijiet rapidi biex jintużaw għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi f’annimali bovini (BSE) u TSEs f’annimali ovini u kaprini.

(3)

Fit-18 ta’ Diċembru 2009 u d-29 ta’ April 2010, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA) ippubblikat żewġ Opinjonijiet Xjentifiċi dwar is-Sensittività analitika tat-testijiet rapidi approvati tat-TSE. Dawk l-opinjonijiet kienu bbażati fuq studji li saru mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea (EURL) għat-TSEs. L-istudji EURL kienu intiżi biex jevalwaw is-sensittività analitika tat-testijiet rapidi kollha li bħalissa huma approvati sabiex tiġi prodotta dejta solida dwar is-sensittività analitika u kull test jiġi evalwat mal-istess settijiet ta’ kampjuni għat-tliet tipi ewlenin ta’ TSE tar-ruminanti: il-BSE, l-iscrapie klassika u l-iscrapie atipika.

(4)

Fir-rigward tal-iscrapie, l-EFSA kkonkludiet fl-opinjoni tagħha ppubblikata fit-18 ta’ Diċembru 2009 li t-testijiet “Enfer TSE v2”, “Enfer TSE v3”, “Prionics®-Check LIA SR” u “Prionics®-WB Check Western SR” jistgħu ma jidentifikawx il-każijiet tal-iscrapie atipika, li testijiet ivvalidati oħra kieku jindividwaw, u skont il-protokoll tal-EFSA għall-valutazzjoni tat-testijiet rapidi post mortem għall-individwazzjoni tat-TSE fir-ruminanti żgħar (EFSA, 2007b), ma setgħux jiġu rrakkomandati għall-użu fil-monitoraġġ tat-TSE f’dak il-qasam. Għaldaqstant, dawk il-metodi ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista ta’ testijiet rapidi li jintużaw għall-monitoraġġ tat-TSEs fl-annimali ovini u kaprini stabbilita fil-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(5)

Fit-2 ta’ Lulju 2009, Idexx Laboratories infurmaw lill-Kummissjoni li t-test ikkombinat tagħhom “IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, EIA”, li kien ġie żviluppat għall-monitoraġġ tat-TSE fir-ruminanti żgħar u wkoll tal-BSE fl-annimali bovini, qatt ma kien inkluż fil-lista ta’ testijiet rapidi li jintużaw għall-monitoraġġ tal-BSE fl-Unjoni anki jekk kien ġie approvat uffiċjalment mill-EURL għal dak l-iskop. Għaldaqstant, dak it-test għandu jiżdied mal-lista ta’ testijiet rapidi għall-monitoraġġ tal-BSE stabbilita fil-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(6)

Għal raġunijiet prattiċi, l-emendi introdotti minn dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011, billi l-Istati Membri jirrikjedu biżżejjed ħin sabiex jallinjaw il-proċeduri ta’ monitoraġġ tagħhom għat-TSEs fl-annimali ovini u kaprini mal-lista l-ġdida tat-testijiet rapidi.

(7)

L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat b’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

ANNESS

Fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, fil-Kapitolu C, il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.    Testijiet rapidi

Għall-għanijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin biss għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tal-BSE fl-annimali bovini:

l-immuno-blotting test imsejjes fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni tal-Proteinase K-resistant fragment PrPRes (Prionics-Check Western test);

il-chemiluminescent ELISA test li jinvolvi proċess ta’ estrazzjoni u teknika magħrufa bħala ELISA, fejn jintuża reaġent kemiluminexxenti żviluppat (Enfer test u Enfer TSE Kit verżjoni 2.0, preparazzjoni awtomatizzata tal-kampjun);

il-microplate-based immunoassay għall-individwazzjoni tal-PrPSc (Enfer TSE Verżjoni 3);

is-sandwich immunoassay għall-individwazzjoni ta’ PrPRes (short assay protocol) imwettaq wara l-istadji ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni (Bio-Rad TeSeE SAP rapid test);

il-microplate-based immunoassay (ELISA) li jidentifika l-Proteinase K-resistant PrPRes b’antikorpi monoklonali (Prionics-Check LIA test);

l-immunoassay li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta’ individwazzjoni dirett kontra r-reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE Antigen Test Kit, EIA & IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, EIA);

il-lateral-flow immunoassay li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex tindividwa l-Proteinase K-resistant PrP fractions (Prionics Check PrioSTRIP);

it-two-sided immunoassay li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti diretti kontra żewġ epitopi preżenti fil-PrPScbovina fi stat mhux mitni (Roboscreen Beta Prion BSE EIA Test Kit);

is-sandwich ELISA għall-individwazzjoni tal-Proteinase K-resistant PrPSc (Roche Applied Science PrionScreen).

Għall-għanijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin biss għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ ta’ TSE fl-annimali ovini u kaprini:

is-sandwich immunoassay għall-individwazzjoni ta’ PrPRes (short assay protocol) imwettaq wara l-istadji ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni (Bio-Rad TeSeE SAP rapid test);

is-sandwich immunoassay għall-individwazzjoni ta’ PrPRes bit-TeSeE Sheep/Goat Detection kit imwettqa wara l-istadji ta’ denaturazzjoni u konċentrazzjoni bit-TeSeE Sheep/Goat Purification kit (Bio-Rad TeSeE Sheep/Goat rapid test);

l-immunoassay li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta’ individwazzjoni dirett kontra r-reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, EIA);

Fit-testijiet rapidi kollha, il-kampjun tat-tessuti li fuqu għandhom jiġi applikati t-testijiet għandu jkun konformi mal-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur.

Il-produtturi tat-testijiet rapidi għandu jkollhom sistema li tiżgura l-kwalità li tkun ġiet approvata mil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea u li tiżgura li l-mod kif isir it-test ma jinbidilx. Il-produtturi għandhom jipprovdu lil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea bil-protokolli tat-test.

Jista’ jsir biss tibdil fit-testijiet rapidi jew fil-protokolli tat-testijiet wara notifika minn qabel lil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjoni li l-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea jqis li t-tibdil ma jnaqqasx is-sensittività, l-ispeċifiċità u l-affidabilità tat-test rapidu. Dak ir-riżultat għandu jiġi kkomunikat lill-Kummisjoni u lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza.”

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/13

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 957/2010

tat-22 ta’ Ottubru 2010

dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel huma projbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament u sakemm ma jkunux inklużi f’lista ta’ indikazzjonijiet li huma permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jiġu sottomessi minn operaturi tan-negozju tal-ikel lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA), minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, u tipprovdi opinjoni fir-rigward tal-indikazzjoni dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Żewġ opinjonijiet imsemmijin f’dan ir-Regolament kienu marbutin ma’ applikazzjonijiet għal indikazzjonijiet dwar tnaqqis fir-riskju tal-mard, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u tliet opinjonijiet kellhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet għal indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(6)

Wara applikazzjoni mill-Association de la Transformation Laitière Française (ATLA), li tressqet skont l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ħteġilha tagħti opinjoni fuq indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-jodju fuq it-tkabbir normali tat-tfal (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-324) (2). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kien fiha dan il-kliem li ġej: “Il-jodju huwa meħtieġ għat-tkabbir tat-tfal.”

(7)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fl-20 ta’ Novembru 2009, l-Awtorità kkonkludiet li kienet ġiet stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-jodju u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet li huma permessi.

(8)

Wara applikazzjoni mill-Association de la Transformation Laitière Française (ATLA), li tressqet skont l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ħteġilha tagħti opinjoni fuq indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-ħadid fuq l-iżvilupp konoxxittiv tat-tfal (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-325) (3). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kien fiha dan il-kliem li ġej: “Il-ħadid huwa meħtieġ għall-iżvilupp konoxxittiv tat-tfal.”

(9)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fl-20 ta’ Novembru 2009, l-Awtorità kkonkludiet li kienet ġiet stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-ħadid u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet li huma permessi.

(10)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistabbilixxi li opinjoni favur l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa għandha tinkludi ċerti dettalji. Għaldaqstant, dawk id-dettalji għandhom jiġu stipulati fl-Anness I tar-Regolament preżenti fir-rigward tal-indikazzjonijiet awtorizzati u għandhom jinkludu, skont il-każ, ir-reviżjoni tal-kliem tal-indikazzjonijiet, il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward l-użu tal-indikazzjonijiet, u, fejn japplikaw, il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u konformi mal-opinjonijiet tal-Awtorità.

(11)

Wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa li jiżgura li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jkunu veri, ċari u kredibbli, u siewja għall-konsumatur, u li l-mod kif jitpoġġa l-kliem u l-preżentazzjoni jitqiesu f’dan ir-rigward. Għalhekk, meta l-kliem tal-indikazzjoni jkollu l-istess tifsira għall-konsumatur bħal dak ta’ indikazzjoni dwar is-saħħa li hija awtorizzata, għaliex juri l-istess relazzjoni li teżisti bejn kategorija tal-ikel, tip ta’ ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa, dawn għandhom ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet tal-użu indikati fl-Anness I.

(12)

Wara applikazzjoni minn GP International Holding B.V., imressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-OPC PremiumTM dwar it-tnaqqis tal-kolesterol fid-demm (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00454) (4). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kien fiha dan il-kliem li ġej: “L-OPC ġie ppruvat li jnaqqsu l-livell ta’ kolesterol fid-demm u għaldaqstant jistgħu jnaqqsu r-riskju tal-mard kardjovaskulari.”

(13)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fl-20 ta’ Novembru 2009, l-Awtorità kkonkludiet li ma kienet ġiet stabbilita ebda relazzjoni bejn il-konsum tal-OPC PremiumTM u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(14)

Wara applikazzjoni minn Valosun A.S., imressqa skont l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-Uroval® fuq l-infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00600) (5). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kien fiha dan il-kliem li ġej: “L-estratti tal-cranberry u d-D-mannose, l-ingredjenti primarji attivi fis-supplement tal-ikel Uroval®, jeliminaw it-twaħħil ta’ batterji dannużi minn mal-ġnub tal-bużżieqa tal-awrina. It-twaħħil tal-batterji dannużi mal-ġnub tal-bużżieqa huwa l-fattur ta’ riskju prinċipali fl-iżvilupp ta’ infezzjonijiet tal-apparat tal-awrina.”

(15)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fit-22 ta’ Diċembru 2009, l-Awtorità kkonkludiet li ma kienet ġiet stabbilita ebda relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Uroval® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(16)

Wara applikazzjoni minn Töpfer GmbH, imressqa skont l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar indikazzjoni dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ taħlita ta’ bifidobatterji (Bifidobacterium bifidum, Bifidobacterium breve, Bifidobacterium infantis, Bifidobacterium longum) fuq it-tnaqqis ta’ mikroorganiżmi intestinali li huma potenzjalment patoġeniċi (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00224) (6). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kien fiha dan il-kliem li ġej: “Il-bifidobatterji probijotiċi jinkoraġġixxu flora intestinali b’saħħitha li fil-kompożizzjoni tagħha tixbaħ il-flora intestinali ta’ tarbija mredda’.”

(17)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, fl-opinjoni li waslet għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri fit-22 ta’ Diċembru 2009, l-Awtorità kkonkludiet li ma kienet ġiet stabbilita ebda relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tat-taħlita ta’ bifidobatterji u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-indikazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(18)

Tqiesu l-kummenti mingħand l-applikanti u l-membri tal-pubbliku li rċeviet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 hija u tistabbilixxi l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament.

(19)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu jsiru dwar oġġetti tal-ikel fis-suq tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Dawn l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom ikunu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet li huma permessi msemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ indikazzjonijiet permessi kif stipulati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u li huma stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jintużaw għal sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  The EFSA Journal (2009) 7(11):1359.

(3)  The EFSA Journal (2009) 7(11):1360.

(4)  The EFSA Journal (2009) 7(10):1356.

(5)  The EFSA Journal (2009) 7(12):1421.

(6)  The EFSA Journal (2009) 7(12):1420.

ANNESS I

Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li huma permessi

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Applikant - Indirizz

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Indikazzjoni

Kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni

Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet fuq l-użu tal-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 14(1)(b) li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

Association de la Transformation Laitière Française (ATLA), 42, rue du Châteaudun, 75314 Paris Cedex 09, Franza

Jodju

Il-jodju jikkontribwixxi għat-tkabbir normali tat-tfal

L-indikazzjoni tista’ tintuża biss għal ikel li tal-inqas hu sors ta’ jodju kif imsemmi fl-indikazzjoni SORS TA’ [ISEM TAL-VITAMINA/I] U/JEW [ISEM TAL-MINERALI] kif elenkat fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Q-2008-324

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 14(1)(b) li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

Association de la Transformation Laitière Française (ATLA), 42, rue du Châteaudun, 75314 Paris Cedex 09, Franza

Ħadid

Il-ħadid jikkontribwixxi għall-iżvilupp konoxxittiv normali tat-tfal

L-indikazzjoni tista’ tintuża biss għal ikel li tal-inqas hu sors ta’ ħadid kif imsemmi fl-indikazzjoni SORS TA’ [ISEM TAL-VITAMINA/I] U/JEW [ISEM TAL-MINERALI] kif elenkat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Q-2008-325

ANNESS II

Indikazzjonijiet dwar is-saħħa miċħuda

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Indikazzjoni

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 14(1)(a) li tirreferi għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard

OPC Premium™

L-OPC ġie ppruvat li jnaqqsu l-livell ta’ kolesterol fid-demm u għaldaqstant jistgħu jnaqqsu r-riskju tal-mard kardjovaskulari

Q-2009-00454

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 14(1)(a) li tirreferi għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard

Uroval®

L-estratti tal-cranberry u d-D-mannose, l-ingredjenti primarji attivi fis-supplement tal-ikel Uroval®, jeliminaw it-twaħħil ta’ batterji dannużi minn mal-ġnub tal-bużżieqa tal-awrina. It-twaħħil tal-batterji dannużi mal-ġnub tal-bużżieqa huwa l-fattur ta’ riskju prinċipali fl-iżvilupp ta’ infezzjonijiet tal-apparat tal-awrina

Q-2009-00600

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 14(1)(b) li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

Taħlita ta’ bifidobatterji (Bifidobacterium bifidum, Bifidobacterium breve, Bifidobacterium infantis, Bifidobacterium longum)

Il-bifidobatterji probijotiċi jinkoraġġixxu flora intestinali b’saħħitha li fil-kompożizzjoni tagħha tixbaħ il-flora intestinali ta’ tarbija mredda’

Q-2009-00224

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/18

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 958/2010

tat-22 ta’ Ottubru 2010

li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata stqarrija għas-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel huma projbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’lista ta’ stqarrijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel quddiem l-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni l-Awtorità għandha tgħarraf mingħajr dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tipprovdi opinjoni dwar l-istqarrija kkonċernata li tirrigwarda s-saħħa.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni minn Rudolf Wild GmbH & Co. KG, imressqa fl-10 ta’ Ġunju 2008, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fuq stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-“Immune Balance Drink” fuq id-difiżi għat-tisħiħ tal-ġisem (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2009-00517) (2). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid, inter alia, kif ġej: L-“Immune Balance Drink tattiva d-difiża tal-ġisem”.

(6)

Fl-4 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità li kkonkludiet li abbażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-“Immune Balance Drink” u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(7)

Il-kummenti mill-applikant u l-membri tal-pubbliku li rċeviet il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ġew ikkunsidrati fit-tfassil tal-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament.

(8)

L-istqarrijiet dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma soġġetti għall-miżuri ta’ tranżizzjoni stipulati fl-Artikolu 28(5) ta’ dak ir-Regolament biss jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fih, li fosthom għandhom ikunu konformi mar-Regolament. Fir-rigward tal-istqarrija soġġetta għar-Regolament preżenti, l-Awtorità kkonkludiet li l-ebda relazzjoni ta’ kawża u effett ma ġiet stabbilita bejn il-konsum tal-ikel u l-effett mistqarr u għaldaqstant mhux konformi mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u ma jistax jibbenefika mill-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 28(5) ta’ dan ir-Regolament. Perjodu tranżitorju ta’ sitt xhur huwa previst sabiex jgħin lill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jadattaw irwieħhom għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istqarrija dwar is-saħħa stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ stqarrijiet permessi stipulati fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Madankollu, tista’ tibqa’ tintuża għal sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Il-Ġurnal EFSA (2009) 7(11):1357.

ANNESS

Dikjarazzjoni miċħuda dwar is-saħħa

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Stqarrija

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

L-Artikolu 13(5) tal-istqarrija dwar is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta riżervata

Ix-xarba “Immune Balance”

L-“Immune Balance Drink” tattiva d-difiża tal-ġisem.

Q-2009-00517

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/20

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 959/2010

tat-22 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

78,7

MK

74,3

XS

73,2

ZZ

75,4

0707 00 05

MK

87,5

TR

158,2

ZZ

122,9

0709 90 70

TR

149,0

ZZ

149,0

0805 50 10

AR

62,3

BR

68,9

CL

67,2

IL

91,2

TR

92,5

UY

61,0

ZA

60,4

ZZ

71,9

0806 10 10

BR

214,6

TR

133,8

US

155,2

ZA

64,2

ZZ

142,0

0808 10 80

AR

77,6

BR

59,6

CL

103,4

CN

64,2

NZ

91,5

US

82,6

ZA

88,4

ZZ

81,0

0808 20 50

CN

72,2

ZA

88,6

ZZ

80,4

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.

DIRETTIVI

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/22

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/69/UE

tat-22 ta' Ottubru 2010

li temenda l-Annessi tal-Parlament Ewropew u tad-Direttiva tal-Kunsill 95/2/KE dwar addittivi tal-ikel għajr kuluri u ħlewwiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurta tal-Ikel,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa (3) tistabbilixxi lista ta' addittivi tal-ikel li jistgħu jintużaw fil-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(2)

Kien hemm żviluppi tekniċi fil-qasam tal-addittivi tal-ikel mill-adozzjoni tad-Direttiva 95/2/KE. Din id-Direttiva għandha tiġi adottata sabiex jitqiesu dawn l-iżviluppi.

(3)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sakemm jiġu stabbiliti l-listi tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel kif previst fl-Artikolu 30 ta' dak ir-Regolament, l-Annessi tad-Direttiva 95/2/KE għandhom jiġu emendati, fejn meħtieġ, minn miżuri adottati mill-Kummissjoni.

(4)

L-istabbilizzaturi li ġejjin agar (E 406), carrageenan (E 407), locust bean gum (E 410), guar gum (E 412), xanthan gum (E 415), pectins (E 440), cellulose (E 460), carboxy methyl cellulose (E 466), oxidised starch (E 1404), monostarch phosphate (E 1410), distarch phosphate (E 1412), phosphated distarch phosphate (E 1413), acetylated distarch phosphate (E 1414), acetylated starch (E 1420), acetylated distarch adipate (E 1422), hydroxyl propyl starch (E 1440), hydroxy propyl distarch phosphate (E 1442), starch sodium octenyl succinate (E 1450), acetylated oxidised starch (E 1451) u emulsifier mono- u diglycerides ta' aċidi grassi (E 471) bħalissa huma awtorizzati skont id-Direttiva 95/2/KE għal diversi użi Dawn l-addittivi fl-ikel ġew allokati bħala doża aċċettabbli ta' kuljum (DAK) f’ammonti “mhux speċifikati” mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (minn hawn 'il quddiem KXI) u għalhekk ma jippreżentaw l-ebda periklu għas-saħħa tal-konsumaturi. Hemm il-ħtieġa teknoloġika li l-użu tagħhom jiġi estiż għall-prodotti ta’ krema bla togħma fermentati ħajjin u prodotti ta' sostituzzjoni b'kontenut ta' xaħam ta 'inqas minn 20 % biex tkun żgurata l-istabbilità u l-integrità tal-emulsjoni. Dan l-użu jkun ta' benefiċċju għall-konsumatur billi jipprovdi l-għażla tal-prodotti ta’ krema ffermentati bix-xaħam imnaqqas bi proprjetajiet simili għall-prodott ordinarju. Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat dan l-użu addizzjonali.

(5)

Fl-1990, il-KXI evalwa l-imluħa tal-potassju u s-sodju tal-laktat (E 325 u E 326), potassium acetate (E 261), sodium acetate (E 262i) u sodium hydrogen acetate (E 262ii) u wasal għall-konklużjoni li dawn kollha huma preżenti b'mod naturali bħala kostitwenti fl-ikel u l-istimi tal-konsum tagħhom x'aktarx ikunu insinifikanti meta mqabbla mal-konsum minn sorsi naturali. Għalhekk, dawn kienu kollha allokati fi grupp DAK mhux speċifikat. Konsegwentement, dawn l-addittivi tal-ikel huma ġeneralment permessi għall-użu fl-ikel, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 95/2/KE. Hemm proposta biex jiġi estiż l-użu ta' dawn l-addittivi fi preparazzjonijiet ippakkjati minn qabel tal-laħam ikkapuljat frisk biex ikun kontrollat it-tkabbir ta' patoġeni mikrobiċi, eżempju Listeria, E. coli O157. Abbażi ta' din il-ġustifikazzjoni teknoloġika, u b'kunsiderazzjoni li dan l-użu ma jqajjem l-ebda tħassib għas-sigurtà, huwa xieraq li jkun permess l-użu addizzjonali ta' dawn l-addittivi tal-ikel fi preparazzjonijiet tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjat minn qabel.

(6)

Is-Sorbates (E 200, E 202, E 203) u l-benzoates (E 210, E 211, E 212, E 213) huma bħalissa permessi bħala addittivi tal-ikel skont id-Direttiva 95/2/KE. L-użu addizzjonali bħala preżervattivi ta' dawn l-addittivi tal-ikel huwa propost fi prodotti analogi tal-ħut abbażi tal-alka (analogi tal-kavjar magħmulin mill-alka) bħala ikel imqiegħed fuq wiċċ ikel varjat bil-għan li jipprevjeni t-tkabbir ta' moffa u ħmira u l-formazzjoni ta' mikotossini. Dawn l-imluħa huma allokati f’DAK ta' 0-25 mg/kg bw u 0-5 mg/kg/bw rispettivament. Abbażi tal-agħar ipoteżi, fejn ġew użati l-konċentrazzjonijiet massimi, l-istimi ta' konsum huma baxxi ħafna meta mqabbla mad-DAK. L-espożizzjoni tal-konsumatur bħala riżultat ta' dan l-użu ma jagħtix lok għal tħassib ta' sigurtà. Huwa għalhekk xieraq li jkun permess l-użu addizzjonali ta' sorbates u benzoates fil-prodotti analogi tal-ħut abbażi tal-alka, b'kunsiderazzjoni tal-ġustifikazzjoni teknoloġika u l-fatt li dan il-prodott il-ġdid jirrappreżenta prodotti speċjalizzati.

(7)

L-użu ta' sorbates (E 200, E 202, E 203) u benzoates (E 210, E 211, E 212, E 213) huwa mitlub għall-birer fil-kartell li magħhom ikunu ġew miżjuda iktar minn 0,5 % ta’ zokkrijiet iffermentati u/jew meraq tal-frott jew konċentrati u li huma servuti fit-tazza (“draft”). Dawn il-birer fil-kartell jistgħu jibqgħu mqabbda mal-vit li minnu titqassam il-birra għal żmien itwal. Peress li l-konnessjoni tal-kartell mal-vit ma tistax ssir taħt kundizzjonijiet sterili, hija possibbli l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-kartell. Din hija problema għall-birer li jkun għad fihom zokkor li jiffermenta għax dan jista' jiffavorixxi t-tkabbir ta' mikro-organiżmi perikolużi. Għalhekk, l-aġenti antimikrobali huma meħtieġa fil-birer li jitqassmu mill-bank u li jkun ġie miżjud magħhom zokkor li jiffermenta u/jew meraq tal-frott jew konċentrati. Mil-lat tal-konsum, il-konsum ta’ birer tal-frott bħal dawn jibqa’ wieħed marġinali u l-istimi għall-konsum ta’ sorbates u benzoates u, abbażi ta' “approċċ fl-agħar każ”, għandhom ikunu inqas mid-DAK rispettivi tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li jkun permess l-użu addizzjonali ta' sorbates u benzoates fil-birra fil-krietel li jkun fiha aktar minn 0,5 % ta' zokkor li jiffermenta u/jew meraq tal-frott jew konċentrati.

(8)

Biex ikun evitat l-iżvilupp ta' moffa fuq il-frott taċ-ċitru, huwa awtorizzat it-trattament bil-pestiċidi bħal imazalil u t-thiabendazole wara l-ħsad tagħhom. Is-sorbates (E 200, E 202, E 203) jistgħu jintużaw biex jissostitwixxu parzjalment jew kompletament dawn il-pestiċidi għat-trattament tal-frott taċ-ċitru. Is-sorbates jistgħu jiġu applikati fuq il-wiċċ tal-frott taċ-ċitru frisk imqaxxar permezz ta’ xama’ awtorizzata: xama’ tan-naħal, xama’ tal-candelilla, xama’ tal-carnauba u shellac (E 901, E 902, E 903 u E 904 rispettivament). L-espożizzjoni tal-konsumatur għall-addittiv minħabba dan l-użu mhux kawża ta' tħassib għas-sigurtà. Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat dan l-użu addizzjonali tiegħu.

(9)

Il-konsumaturi jistgħu jagħżlu li jsaħħu l-konsum tagħhom ta' xi nutrijenti b'xi supplimenti tal-ikel. Għal dak l-iskop, il-vitamina A u kombinazzjonijiet ta' vitamini A u D jistgħu jiġu miżjuda ma' supplimenti tal-ikel, kif definit mid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għal raġunijiet ta' sigurtà fl-immaniġġjar, il-vitamina A u l-kombinazzjonijiet ta' vitamini A u D għandhom ikunu fformulati fil-preparazzjonijiet li jistgħu jkunu jeħtieġu umdità għolja u temperatura għolja, fil-preżenza tal-amti u zokkor. Tali proċessar jista’ jiffavorixxi l-iżvilupp ta' mikro-organiżmi. Sabiex jiġi evitat it-tkabbir ta' dawn il-mikro-organiżmi, iż-żieda ta' sorbates (E 200, E 202, E 203) u benzoates (E 210, E 211, E 212 u E 213) għandha tkun awtorizzata fil-vitamina A u fil-kombinazzjonijiet ta' vitamini A u D meta użati fis-supplimenti tal-ikel fornuti fil-forma mnixxfa.

(10)

Id-diossidu tal-kubrit u sulphites (E 220, E 221, E 222, E 223, E 224, E 226, E 227, E 228) huma addittivi awtorizzati skont id-Direttiva 95/2/KE li jaġixxu primarjament bħala aġenti antimikrobali u jikkontrollaw it-taħsir kimiku. Illum il-ġurnata, it-trasportar ta' frott frisk sar importanti ħafna, b'mod partikolari l-merkanzija bil-baħar. Tali trasport jista’ jieħu żmien ta’ diversi ġimgħat. L-użu tad-diossidu tal-kubrit u sulphites jipproteġi l-blueberries friski kontra t-tkabbir tal-fungi. L-użu addizzjonali ta' sulphur dioxide u sulphites għandu jkun awtorizzat sabiex jgħin fl-ippreżervar tal-blueberries friski kontra t-tkabbir tal-fungi, meta wieħed iżomm f'moħħu li dawn x'aktarx li jirrappreżentaw prodott speċjalizzat. Billi jitqiesu wkoll ir-raġunijiet teknoloġiċi validi għall-inklużjoni ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet ġodda, il-bżonn li jkun faċilitat il-kummerċ dinji u l-impatt negliġibbli tiegħu fir-rigward tal-konsum ta’ sulphur and sulphite, huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu addizzjonali tad-diossidu tal-kubrit fil-blueberries fil-livell ta' konċentrazzjoni indikat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

(11)

Għall-produzzjoni ta' stikek tal-kannella (Cinnamomum ceylanicum biss), magħrufa wkoll bħala “quills”, jiġu użati l-qxur frisk tal-qoxra ta' ġewwa tas-siġra tal-kannella. Il-qoxra hija esposta għal kontaminazzjoni mikrobjali u attakki mill-insetti, partikolarment taħt il-kundizzjonijiet klimatiċi tropikali u umdi, fil-pajjiż ta’ produzzjoni. Il-fumigazzjoni bis-sulphur dioxide huwa trattament xieraq kontra l-kontaminazzjoni mikrobjali u l-attakki tal-insetti bħal dawn. Fl-1994, il-KXI stabbilixxa DAK ta' -0-0,7 mg/kg bw u kkunsidra li l-użu tad-diossidu tal-kubrit u aġenti sulphiting oħra għandu jkun limitat sabiex tkun limitata l-okkorrenza ta' reazzjonijiet severi ażżmatiċi. Għalkemm l-użu tad-diossidu tal-kubrit u sulphites għandu jkun limitat, dan l-użu speċifiku jirrappreżenta kontributur negliġibbli b'relazzjoni mal-konsum ta' diossidu tal-kubrit u sulphites. Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu addizzjonali ta' diossidu tal-kubrit u sulphites (E 220, E 221, E 222, E 223, E 224, E 226, E 227, E 228) f'dan it-tip partikolari biss tal-kannella.

(12)

L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (minn hawn 'il quddiem “EFSA”) evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-użu tan-nisin fil-kategorija ta' ikel addizzjonali ta' bajd likwidi, u dwar is-sikurezza tan-nisin prodott bl-użu ta' proċess ta' produzzjoni modifikat. L-EFSA kkonfermat fl-opinjoni tagħha fis-26 Jannar 2006 (5) l-AKK li kienet stabbilita qabel ta' 0-0,13 mg/kg għan-nisin prodott bl-użu ta' manifattura u proċess ta' estrazzjoni ġodda abbażi ta’ fermentazzjoni ta' mezz taz-zokkor bħala sostitut għall-mezz tradizzjonali abbażi tal-ħalib. F'din l-opinjoni, l-EFSA kkonfermat ukoll li l-iżvilupp ta' reżistenza antibijotika m’għandux ikun mistenni mill-użu tan-nisin fl-ikel. Skont l-EFSA, m'hemm l-ebda rapporti ta' reżistenza għan-nisin minn batterji mutanti li juru reżistenza mifruxa (“cross resistance”) għall-antibijotiċi terapewtiċi. Hija kkunsidrat li dan hu probabbilment minħabba d-differenzi bejn l-antibijotiċi terapewtiċi u n-nisin f'termini tal-mod ta' azzjoni kontra l-mikrobi. Barra minn hekk, l-EFSA kkonfermat fl-opinjoni tagħha maħruġa fl-20 ta' Ottubru 2006 (6) li l-użu addizzjonali tan-nisin fil-bajd likwidu pasturizzat skont il-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu (il-limitu massimu ta’ 6,25 mg/l) mhux punt ta' tħassib fir-rigward tas-sigurtà u huwa ġustifikat mill-aspett teknoloġiku biex ikun estiż it-tul tal-validità tal-prodott mid-data tal-iskadenza tiegħu u wkoll biex jipprevjeni t-tkabbir ta’ speċi li tifforma l-ispori tal-avvelenament tal-ikel, bħal Bacillus cereus, li tista’ tibqa’ ħajja anke wara trattament ta' pasturizzazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat dan l-użu addizzjonali tan-nisin fil-bajd likwidu pasturizzat.

(13)

Id-Dimethyl dicarbonate (DMDC, E 242) huwa addittiv tal-ikel li jista’ jintuża skont id-Direttiva 95/2/KE u li jaġixxi bħala preżervattiv fix-xorb mhux alkoħoliku bit-togħma, fl-inbid mingħajr alkoħol u fit-té likwidu konċentrat L-awtorizzazzjoni ta' dan l-addittiv ġiet deċiża abbażi ta' opinjoni pożittiva maħruġa mill-KXI fl-1990 u kkonfermata fl-1996. Il-KXI ma kienx kapaċi jistabbilixxi DAK, peress li d-DMDC malajr jiddikomponi f'dijossidu tal-karbonju u metanol. Fl-2001, il-KXI intalab jinvestiga s-sikurezza tal-użu tad-DMDC fl-inbid. F'dak iż-żmien il-KXI ikkunsidra li l-formazzjoni ta' methanol u prodotti oħra li jikkawżaw reazzjoni, bħal methylcarbamate u li jirriżultaw mill-użu tad-DMDC għat-trattament ta' xorb alkoħoliku u inbid hija simili għal dik iffurmata f’xorb mhux alkoħoliku, u anke konsum kbir tal-inbid m'għandux joħloq periklu mill-methanol u l-methylcarbamate. L-użu tad-DMDC kien rikjest sabiex jiġi evitat it-taħsir bħala riżultat tal-fermentazzjoni fi flixkien mhux miftuħa u mhux sterilizzati mimlija bis-sidru, bl-inbejjed tal-perry u tal-frott, bl-inbid li jkollu l-alkoħol imnaqqas, xorb ibbażat fuq l-inbid u prodotti oħra koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (7). Dawn l-użi addizzjonali mhumiex meqjusa bħala ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur. Barra minn hekk, l-użu tad-DMDC jista' jikkontribwixxi għal tnaqqis fl-espożizzjoni tad-diossidu tal-kubrit. Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu addizzjonali tad-DMDC fis-sidru, fl-inbejjed perry u tal-frott, fl-inbid bl-alkoħol imnaqqas, fix-xorb ibbażat fuq l-inbid u fil-prodotti oħra koperti bir-Regolament (KEE) Nru 1601/91.

(14)

L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-użu ta' estratti tal-klin meta użati bħala antiossidant fl-ikel. L-estratti tal-klin huma derivati mir-Rosmarinus officinalis L. u jkun fihom diversi komposti li jeżerċitaw funzjonijiet antiossidattivi (prinċipalment aċidi fenoliċi, flavonoids, diterpenoids u triterpenes). Għalkemm id-dejta tossikoloġika fuq il-estratti tal-klin kienet insuffiċjenti għall-EFSA biex tkun stabbilita d-DAK numerika, l-EFSA ikkunsidrat fl-opinjoni tagħha tas-7 ta' Marzu 2008 (8) li l-marġini ta' sigurtà kien għoli biżżejjed biex jikkonkludi li l-esponiment fid-dieta li jirriżulta mill-użi proposti u l-livelli użati ma kien tal-ebda tħassib fir-rigward tas-sigurtà. L-estratti tal-klin jistgħu għalhekk jiġu awtorizzati fejn ikun hemm ġustifikazzjoni teknoloġika għall-użu tagħhom. L-użu propost tal-estratti tal-klin bħala antiossidant għandu jkun awtorizzat u E 392 għandu jiġi assenjat bħala numru E għall-estratti tal-klin.

(15)

Ix-xorrox huwa prodott sekondarju tal-manifattura tal-ġobon. Ġew żviluppati xi xarbiet li fihom il-proteina tax-xorrox u l-għan ta’ dawn hu li jipprovdu dieta rikka biżżejjed fl-proteini. Sabiex il-proteini jinżammu f’sospensjoni matul il-kura tas-sħana ta' xorb bħal dan, il-fosfati għandhom ikunu f'livelli li huma ogħla minn dak ta’ xorb normali bit-togħma mhux alkoħolika. Il-fosfati għandhom ikunu awtorizzati fil-proteina tax-xorrox li jkun fiha xorb użat minn dawk li jipprattikaw l-isport.

(16)

Ix-xama’ tan-naħal (“beeswax”) (E 901) hija bħalissa awtorizzata bħala aġent tal-glazing għal użu fi prodotti żgħar tal-forn miksija biċ-ċikkulata. Din l-awtorizzazzjoni ma tkoprix wejfers tal-ġelat li ma jkunux miksija biċ-ċikkulata. Minbarra l-fatt li x-xama’ tan-naħal tista’ titqies bħala alternattiva għaċ-ċikkulata f’wejfers tal-ġelat ippakkjati minn qabel, il-kisi tal-wejfers bix-xama’ tan-naħal jista’ jimpedixxi l-migrazzjoni tal-ilma fil-wejfer u jiżgura li din tibqa’ tqarmeċ u li l-iskadenza tal-prodott jitwal u għalhekk hu kkunsidrat teknoloġikament ġustifikat. Għalhekk ix-xama’ tan-naħal għandha tkun awtorizzata bħala aġent tal-glazing biex tissostitwixxi għal kollox jew parzjalment is-saff ta’ ċikkulata li jkun hemm fil-wejfers tal-ġelat ippakkjati minn qabel.

(17)

L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-użu tax-xama’ tan-naħal billi kkunsidrat l-użu tagħha bħala trasportatur ta' aromatizzanti f’xorb bit-togħma mhux alkoħolika. Għalkemm id-dejta disponibbli fuq ix-xama’ tan-naħal innifisha kienet biżżejjed biex tiġi stabbilita d-DAK, l-EFSA waslet għall-konklużjoni li, minħabba l-profil tossikoloġiku baxx tax-xama’ tan-naħal, l-użi fl-ikel eżistenti u l-użu l-ġdid propost tax-xama’ tan-naħal ma jqajmu l-ebda tħassib fir-rigward tas-sigurtà. Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat dan l-użu addizzjonali tax-xama’ tan-naħal bħala trasportatur ta' aromatizzanti f’xorb bit-togħma mhux alkoħolika.

(18)

It-triethyl citrate (E 1505) huwa bħalissa awtorizzat fi ħdan l-UE skont id-Direttiva 95/2/KE bħala trasportatur fil-ħwawar u fl-abjad tal-bajd imnixxef. Id-DAK tiegħu kien stabbilit mill-KXI fl-1990 f’0-20 mg/kg. L-estensjoni tal-użu tal-triethyl citrate ġie propost bħala aġent għall-igglejżjar ta' pilloli bħala suppliment tal-ikel. It-triethyl citrate għandu jżid ir-reżistenza tal-qoxra rqiqa tal-kisi, jipproteġi l-pilloli mill-ambjent estern u jżid ukoll it-tul tar-rilaxx tal-prodott. Skont l-agħar xenarju immaġinabbli, dan is-sors addizzjonali tal-konsum tat-triethyl citrate huwa negliġibbli (0,25 % tad-DAK) meta mqabbel mad-DAK sħiħ. Għalhekk huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu addizzjonali tas-ċitrat triethyl fil-livell tal-UE bħala aġent tal-glazing għal pilloli ta' suppliment għall-ikel.

(19)

L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà ta' polyvinyl alcohol (PVA) bħala aġent tal-kisi b’qoxra rqiqa għall-supplimenti tal-ikel u esprimiet l-opinjoni tagħha fil-5 ta’ Diċembru 2005 (9). L-EFSA sabet li l-użu tal-PVA fil-kisi ta' supplimenti tal-ikel li huma fil-forma ta' kapsuli u pilloli ma jkun tal-ebda tħassib għas-sigurtà. L-EFSA qieset li l-espożizzjoni potenzjali tal-bniedem għall-PVA taħt il-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu hija mistennija li tkun waħda baxxa. Il-PVA huwa rrappurtat li jiġi assorbit minimament wara li jittieħed mill-ħalq. Il-limitu massimu tal-użu ġie iffissat għal 18 g/kg abbażi tal-agħar xenarju immaġinabbli u li abbażi tagħha l-EFSA wettqet l-istima tar-riskju tagħha. Minħabba l-kwalitajiet tajba ta’ adeżjoni u s-saħħa tal-qoxra rqiqa tal-polyvinyl alcohol, dan l-addittiv tal-ikel ġdid huwa mistenni li jkollu rwol teknoloġiku bħala aġent ta' kisi ta’ qoxra rqiqa għal supplimenti tal-ikel, b'mod partikolari fl-applikazzjonijiet fejn l-ostakolu tal-umdità u l-proprjetajiet ta’ protezzjoni huma meħtieġa. Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat dan l-użu addizzjonali fuq il-livell tal-UE. Dan l-addittiv tal-ikel ġdid għandu jkun assenjat in-numru E 1203.

(20)

L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-użu ta' sitt gradi ta' polyethylene glycols (PEG 400, PEG 3000, PEG 3350, PEG 4000, PEG 6000, PEG 8000) bħala aġenti għall-kisi b’qoxra rqiqa għall-użu fi prodotti ta' suppliment tal-ikel u esprimiet l-opinjoni tagħha fit-28 ta’ Novembru 2006 (10). L-EFSA sabet li l-użu ta' dawn il-gradi ta' polyethylene glycol bħala aġent ta' glazing f’formulazzjonijiet għall-kisi b’qoxra rqiqa ta' pilloli u kapsuli li huma suppliment tal-ikel skont il-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba m’għandu jwassal għal ebda tħassib fir-rigward tas-sigurtà. L-EFSA ħadet ukoll inkonsiderazzjoni fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha, is-sors addizzjonali ta' espożizzjoni għal dawn il-PEGs li joriġinaw mill-użu ta' prodotti farmaċewtiċi u kkunsidrat li konsum addizzjonali limitat biss jista' jirriżulta mill-użu li diġà ġie approvat tal-PEG 6000 bħala trasportatur għal sustanzi li jagħtu ħlewwa, kif ukoll mill-użu tal-PEG f'materjali li jkunu f'kuntatt mal-ikel. Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat dan l-użu ġdid fuq livell tal-UE. Barra minn hekk, minħabba l-konsum limitat mill-PEG 6000 bħala trasportatur ta' sustanzi li jagħtu ħlewwa u l-profil tossikoloġiku simili tiegħu fir-rigward tal-gradi PEG l-oħra (is-sitt PEGs ġew allokati minn grupp ta' konsum tollerabbli ta' kuljum (TDI), huwa wkoll xieraq li jkun awtorizzat l-użu tal-PEGs evalwati mill-EFSA bħala alternattivi għall-PEG 6000 bħala trasportatur ta' sustanzi li jagħtu l-ħlewwa. Dawn il-PEGs għandhom jiġu assenjati E 1521 bħala n-numru E.

(21)

L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-użu ta' cassia gum bħala addittiv fl-ikel ġdid li jaġixxi bħala aġent ta' gelling u ta’ tgħaqqid u esprimiet l-opinjoni tagħha fis-26 Settembru 2006 (11). L-EFSA sabet li l-użu tal-cassia gum kif indikat skont il-kundizzjonijiet speċifikati ma jqajjem l-ebda tħassib fir-rigward tas-sigurtà. Għalkemm l-EFSA kkunsidrat id-dejta tossikoloġika disponibbli dwar il-cassia gum bħala waħda mhux biżżejjed sabiex tikseb id-DAK, ma kkunsidratx li d-dejta eżistenti tati lok għal tħassib. B'mod partikolari l-EFSA enfasizzat li l-assorbiment baxx speċifiku tal-cassia gum u l-fatt li, jekk jiġi idrolizzat, il-cassia gum ikun ridott għal komposti li jidħlu fil-passaġġi metaboliċi normali. Hemm ġustifikazzjoni teknoloġika għall-użu tal-cassia gum permezz tal-effetti sinerġistiċi tiegħu tal-gelling meta miżjud ma' gums oħra regolari tal-ikel. Huwa għalhekk xieraq li jiġu awtorizzati dawn l-użi fil-livell ta’ UE u li jkun assenjat E 427 bħala numru E għall-cassia gum.

(22)

L-EFSA evalwat is-sikurezza ta’ neotame bħala sustanza għat-taħwir (“flavour enhancer”) u esprimiet l-opinjoni tagħha fis-27 ta’ Settembru 2007 (12). L-EFSA kkonkludiet li n-neotame ma jippreżenta l-ebda tħassib dwar is-sigurtà fir-rigward tal-użi proposti bħala sustanzja li ttejjeb it-taħwir u stabbiliet DAK ta' 0-2 mg/kg bw / għal kull jum. Għalhekk huwa meħtieġ li jkun awtorizzat l-użu tan-neotame bħala sustanza għat-taħwir.

(23)

L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-użu tal-L-cysteine (E 920) f’ċerti oġġetti maħsuba għat-trabi u tfal żgħar. L-EFSA kkonkludiet fl-opinjoni tagħha fis-26 ta' Settembru 2006 (13) li l-użu propost tiegħu fl-ikel ipproċessat abbażi ta’ ċereali u ikel (speċifikament gallettini tat-trabi) għat-trabi u tfal żgħar ma huwa tal-ebda tħassib fir-rigward tas-sigurtà. Gallettini għat-trabi u tfal żgħar huma meħtieġa li jkollhom kompożizzjoni xierqa, inkluż kontenut kontrollat ta' zokkor u xaħam. Madankollu, gallettini b'kontenut baxx ta' xaħam żiedu l-fraġilità assoċjata mar-riskju ta' fgar u soffokazzjoni minħabba li l-gallettini jitkissru fil-ħalq tat-tfal. Il-funzjoni tal-L-cysteine hija dik li jtejjeb l-għaġina sabiex tkun kontrollata l-konsistenza tal-prodott finali. Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu tal-L-cysteine f’gallettini għat-trabi u tfal żgħar fil-livell tal-UE.

(24)

L-EFSA evalwat is-sigurtà tal-użu ta' preparazzjoni ta' enżimi bbażata fuq thrombin ma' fibrinogen derivati mill-baqar u/jew mill-ħnieżer bħala addittiv tal-ikel għar-rikostituzzjoni tal-ikel u kkonkludiet fl-opinjoni tagħha fis-26 ta' April 2005 li dan l-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi meta prodott kif deskritt fl-opinjoni ma jkun tal-ebda tħassib fir-rigward tas-sigurtà (14). Madankollu, il-Parlament Ewropew fir-Reżoluzzjoni tad-19 ta' Mejju 2010 dwar id-Direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa, ikkunsidra li l-inklużjoni fl-Anness IV għad-Direttiva 95/2/KE ta' din il-preparazzjoni tal-enżimi bħala addittiv tal-ikel biex jiġi rikostitwit l-ikel ma kinitx kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, billi ma tilħaqx il-kriterji ġenerali tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, speċjalment fil-paragrafu 1(c) tal-Artikolu 6.

(25)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/374/KE (15) ssospendiet it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ ġeli f’mini-cups li jkun fihom addittivi tal-ikel iffurmati mill-ġel derivati mill-alka tal-baħar u ċerti gums (E 400, E 401, E 402, E 403, E 404, E 405, E 406, E 407, E 407a, E 410, E 412, E 413, E 414, E 415, E 417, E 418) u dan minħabba r-riskju li wieħed jifga minħabba dawn il-prodotti. Id-Direttiva 95/2/KE kienet emendata kif xieraq mid-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/374/KE għandha għalhekk tiġi mħassra billi d-dispożizzjonijiet tagħha ġew inklużi fid-Direttiva 95/2/KE.

(26)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II sa VI tad-Direttiva 95/2/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mhux aktar tard mill-1 ta' April 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/374/KE hija rrevokata.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 31, 23.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1.

(4)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(5)  L-opinjoni xjentifika tal-Panel dwar l-Addittivi tal-Ikel, Sustanzi tat-Taħwir, Għajnuniet għall-Ipproċessar u Materjal f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-użu tan-nisin (E 234) bħala addittiv fl-ikel, The EFSA Journal (2006) 314, p. 1.

(6)  Opinjoni xjentifika tal-Panel dwar Addittivi, Ħwawar, Għajnuniet fl-Ipproċessar u Materjal fil-Kuntatt mal-Ikel dwar is-sigurtà fl-użu tan-nisin bħala addittiv fil-kategorija addizzjonali ta' bajd likwidi u dwar is-sikurezza tan-nisin prodott bl-użu ta' proċess ta' produzzjoni modifikat bħala addittiv tal-ikel, The EFSA Journal (2006) 314b, p. 1.

(7)  ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

(8)  L-opinjoni xjentifika tal-Panel dwar l-Addittivi tal-Ikel, Sustanzi tat-Taħwir, Għajnuniet għall-Ipproċessar u Materjal f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-użu tal-estratti tal-klin bħala addittiv fl-ikel, The EFSA Journal (2008) 721, p. 1.

(9)  L-opinjoni xjentifika tal-Panel dwar l-Addittivi tal-Ikel, Sustanzi tat-Taħwir, Għajnuniet għall-Ipproċessar u Materjal f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-użu tal-polyvinyl alcohol bħala aġent tal-kisi għas-supplimenti tal-ikel, The EFSA Journal (2005) 294, p. 1.

(10)  L-opinjoni xjentifika tal-Panel dwar l-Addittivi tal-Ikel, Sustanzi tat-Taħwir, Għajnuniet għall-Ipproċessar u Materjal f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-użu tal-polyethylene glycol (PEG) bħala aġent għall-kisi b'qoxra rqiqa fi prodotti ta' supplimenti tal-ikel, The EFSA Journal (2006) 414, p. 1.

(11)  L-opinjoni xjentifika tal-Panel dwar l-Addittivi tal-Ikel, Sustanzi tat-Taħwir, Għajnuniet għall-Ipproċessar u Materjal f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-użu ta’ cassia gum bħala addittiv fl-ikel, The EFSA Journal (2006) 389, p. 1.

(12)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi fl-Ikel, is-Sustanzi tat-Taħwir, l-Għajnuniet tal-Ipproċessar u l-Materjali f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tan-neotame bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir, The EFSA Journal (2007) 581, p. 1

(13)  L-opinjoni xjentifika tal-Panel dwar l-Addittivi tal-Ikel, Sustanzi tat-Taħwir, Għajnuniet għall-Ipproċessar u Materjal f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-użu tal-L-cysteine f’ikel maħsub għal trabi u tfal żagħar, The EFSA Journal (2006) 390, p. 1.

(14)  L-opinjoni xjentifika tal-Panel dwar l-Addittivi tal-Ikel, Sustanzi tat-Taħwir, Għajnuniet għall-Ipproċessar u Materjal f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-użu ta’ preparazzjoni ta’ enżimi bbażata fuq thrombin ma’ fibrinogen derivati mill-baqar u/jew mill-ħnieżer bħala addittiv tal-ikel għar-rikostituzzjoni tal-ikel, The EFSA Journal (2005) 214, p. 1.

(15)  ĠU L 118, 23.4.2004, p. 70.

(16)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10.

ANNESS

L-Annessi II sa VI tad-Direttiva 95/2/KE qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata li tikkonċerna “Preparazzjonijiet tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjat minn qabel” hija mibdula b'dan li ġej:

“Preparazzjonijiet tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjati minn qabel

E 261

Potassium acetate

quantum satis

E 262i

Sodium acetate

E 262ii

Sodium hydrogen acetate

E 300

Aċidu assorbiku

E 301

Sodium ascorbate

E 302

Calcium ascorbate

E 325

Sodium lactate

E 326

Potassium lactate

E 330

Aċidu ċitriku

E 331

Sodium citrates

E 332

Potassium citrates

E 333

Calcium citrates

(b)

fl-aħħar tal-Anness għandha tiġi miżjuda din l-entrata:

“Prodotti tal-krema ffermentata ħajja u mingħajr togħma u prodotti ta' sostituzzjoni b'kontenut ta' xaħam ta' inqas minn 20 %

E 406

Agar

quantum satis

E 407

Carrageenan

E 410

Locust bean gum

E 412

Guar gum

E 415

Xanthan gum

E 440

Pectins

E 460

Ċelluloża

E 466

Ċelluloża tal-carboxy methyl

E 471

Mono- u digliċeridi ta’ aċidi grassi

E 1404

Lamtu ossidat

E 1410

Monostarch phosphate

E 1412

Distarch phosphate

E 1413

Phosphated distarch phosphate

E 1414

Acetylated distarch phosphate

E 1420

Acetylated starch

E 1422

Acetylated distarch adipate

E 1440

Hydroxyl propyl starch

E 1442

Hydroxy propyl distarch phosphate

E 1450

Starch sodium octenyl succinate

E 1451

Acetylated oxidised starch

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-aħħar tal-Parti A, għandhom jiżdiedu dawn l-entrati:

“Prodotti analogi għall-ħut abbażi tal-alka

1 000

500

Birra fil-krietel li jkun fiha iktar minn 0,5 % ta' zokkor li jiffermenta u/jew meraq tal-frott jew konċentrati

200

200

400

Frott taċ-ċitru frisk mhux imqaxxar (trattament tas-superfiċi biss)

20

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE pprovduti f'forma niexfa li fiha preparazzjonijiet ta' vitamina A u ta' kombinazzjonijiet ta' vitamina A u D

1 000 fi prodott lest għall-konsum”

(b)

fl-aħħar tal-Parti B, għandhom jiżdiedu dawn l-entrati li ġejjin:

“Blueberries (Vaccinium corymbosum biss)

10

Kannella (Cinnamomum ceylanicum biss)

150 ”

(c)

Il-Parti C hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittiv E 234 tinbidel b'dan li ġej:

“E 234

Nisin (*)

Pudini tas-smid u tat-tapioca u prodotti simili

3  mg/kg

Ġobon misjur u ġobon ipproċessat

12,5  mg/kg

Krema magħquda

10  mg/kg

Mascarpone

10  mg/kg

Likwidu tal-bajd pasturizzat (l-abjad, l-isfar jew il-bajda sħiħa)

6,25  mg/l

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittiv E 242 tinbidel b'dan li ġej:

“E 242

Dimethyl dicarbonate

Xorb bit-togħma mhux alkoħolika

Inbid mingħajr alkoħol

Té likwidu konċentrat

250 mg/l ammont inkorporat, residwi li ma jinstabux

Inbid taċ-ċitru, tal-perry u tal-frott

Inbid mingħajr alkoħol

Xarbiet abbażi tal-inbid u prodotti oħra kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 1601/91

250 mg/l ammont inkorporat, residwi li ma jidhrux”

(d)

fil-Parti D l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 316:

“E 392

Estratti tal-klin

Żjut veġetali (minbarra żjut verġni u żjut taż-żebbuġa) u xaħam fejn il-kontenut tal-aċidi grassi polyunsaturated huwa ogħla minn 15 % w/w tal-aċidu xaħmi totali, għal użu f’prodotti tal-ikel mhux trattati bis-sħana.

30 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Espressa abbażi tax-xaħam

Żjut tal-ħut u żejt tal-alka

50 mg /kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Espressa abbażi tax-xaħam

Grass, ċanga, tjur tal-irziezet, nagħaġ u xaħam tal-majjali

Xaħmijiet u żjut għall-produzzjoni professjonali ta' prodotti ta' ikel trattati bis-sħana

Żejt għall-qali u xaħam għall-qali, minbarra ż-żejt taż-żebbuġa u żejt tal-għadam taż-żebbuġ

Ikel magħruf bħala “snack food” (“snack” abbażi ta’ ċereali, patata jew lamtu)

Zlazi

100 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Espressa abbażi tax-xaħam

Prodotti fini tal-forn

200 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Espressa abbażi tax-xaħam

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

400 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Patata deidrata

Prodotti tal-bajd

Chewing gum

200 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Trab tal-ħalib għal magni tal-bejgħ awtomatiċi

Ħwawar u kondimenti

Ġewż ipproċessat

200 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Espressa abbażi tax-xaħam

Sopop u brodijiet deidratati

50 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Laħam deidratat

150 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Laħam u prodotti tal-ħut, li jeskludu laħam deidratat u zalzett imnixxef

150 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Espressa abbażi tax-xaħam

Zalzett imnixxef

100 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Ħwawar

1 000  mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)

Ħalib imnixxef għall-manifattura tal-ġelat

30 mg/kg

(espressa bħala s-somma tal-aċidi carnosol u carnosic)”

(3)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-entrata dwar l-addittivi E 338, E 339, E 340, E 341, E 343, E 450, E 451 u E 452, il-filliera li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela li tikkonċerna “xorb ta' proteina veġetali”

“Xarbiet tal-isport li jkun fihom il-proteini tax-xorrox

4  g/kg”

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal qabel l-entrata li tikkonċerna l-addittivi E 432, E 433, E 434, E 435 u E 436:

“E 427

Cassia gum

Silġiet li jittieklu

2 500  mg/kg

Prodotti tal-ħalib iffermentat bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-ħalib bla togħma fermentati ħajjin

Deżerta abbażi tal-ħalib u prodotti simili

Mili, kisi għat-topping u prodotti fini tal-forn u deżerta

Ġobon ipproċessat

Zlazi u krema għall-insalata

Sopop u brodijiet deidratati

Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana

1 500  mg/kg”

(c)

fl-entrata għal E 901, E 902, u E 904, fit-tielet kolonna, taħt l-użu “Bħala aġent biss għall-igglejżjar”, tiżdied l-entrata li ġejja:

“—

Wejfers li fihom il-ġelat u li huma ppakkjati minn qabel (għall-E 901 biss)

quantum satis

(d)

fl-entrata għal E 901, E 902, u E 904, fit-tielet kolonna, taħt l-użu “Ħawħ u ananas (trattament tal-wiċċ biss) ”, hija miżjuda l-entrata li ġejja:

“Ħwawar f’xorb bit-togħma mhux alkoħolika (għal E 901 biss)

0,2 g/kg f’xarbiet bit-togħma”

(e)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata dwar l-addittiv E 959:

“E 961

Neotame

Xorb bit-togħma bbażat fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

2 mg/l bħala titjib fit-togħma

Xorb fuq bażi ta’ ħalib jew fuq bażi miksub mill-ħalib jew fuq bażi ta’ għasir tal-frott, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

2 mg/l bħala titjib fit-togħma

Ikel imsejjaħ ‘snack’: ċerti togħmiet ta’ prodotti tal-lamtu aromatizzati, imnixxfin, ippakkettati minn qabel, lesti għall-ikel u ġewż miksi

2 mg/kg bħala titjib fit-togħma

Ħlewwiet abbażi tal-lamtu, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

3 mg/kg bħala titjib fit-togħma

Ħelu żgħir ħafna li jiffriska l-ħalq, mingħajr zokkor miżjud

3 mg/kg bħala titjib fit-togħma

Mustardini għall-griżmejn b’togħma qawwija ħafna mingħajr zokkor miżjud

3 mg/kg bħala titjib fit-togħma

Chewing gum mingħajr zokkor miżjud

3 mg/kg bħala titjib fit-togħma

Ġamm bl-enerġija mnaqqsa, ġeli u marmellati

2 mg/kg bħala titjib fit-togħma

Zlazi

2 mg/kg bħala titjib fit-togħma

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE fornuti f’forma likwida

2 mg/kg bħala titjib fit-togħma

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE fornuti f’forma solida

2 mg/kg bħala titjib fit-togħma

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE bbażati fuq vitamini u/jew elementi ta’ minerali u fornuti f’tip ta’ ġulepp jew li ma jistgħux jintmagħdu

2 mg/kg bħala titjib fit-togħma”

(f)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata dwar l-addittiv E 1202:

“E 1203

Polyvinyl alcohol

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE fil-forma ta' kapsula jew pillola

18  g/kg”

(g)

wara l-entrata dwar l-addittiv E 1202, l-entrata li tikkonċerna biss l-addittiv E 1505 tinbidel b'dan li ġej:

“E 1505

Triethyl citrate

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE fil-forma ta' kapsula jew pillola

3,5  g/kg

Abjad tal-bajd imnixxef

quantum satis

(h)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata dwar l-addittiv E 1452:

“E 1521

Polyethylene glycol

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE fil-forma ta' kapsula jew pillola

10  g/kg”

(4)

l-entrata li tikkonċerna l-addittiv “Polyethyleneglycol 6000” tinbidel b'dan li ġej:

“E 1521

Polyethylene glycol

Sustanzi ta’ ħlewwa”

(5)

Fil-Parti 3 l-Anness VI li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 526:

“E 920

L-cysteine

Gallettini għat-trabi u għat-tfal żgħar

1 g/kg”

(*)  Din is-sustanza tista' tkun preżenti f'ċerti ġobnijiet bħala riżultat tal-proċess ta' fermentazzjoni.”

DEĊIŻJONIJIET

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/32

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Ottubru 2010

li taħtar membru Rumen tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015

(2010/632/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 300(2) u 302 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 7 tal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rumanija,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew skada fl-20 ta’ Settembru 2010.

(2)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom, li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1) minbarra membru Rumen li l-awtoritajiet Rumeni żammew id-dritt li jipproponu fi stadju aktar tard.

(3)

F’ittra mibgħuta lill-Kunsill fit-28 ta’ Settembru 2010, l-awtoritajiet Rumeni ipproponew lill-Kunsill kandidat sabiex jiġi maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu msemmi hawn fuq u dan sabiex timtela l-lista tal-membri allokati lir-Rumanija skont it-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Eugen LUCAN huwa maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHOUPPE

(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/33

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ottubru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 93/152/KEE li tipprovdi l-kriterji għall-vaċċini li għandhom jintużaw kontra l-marda Newcastle fil-kuntest ta’ programmi ta’ tilqim ta’ rutina

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7109)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/633/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-punt 2 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/152/KEE (2) tipprovdi ċerti regoli dwar il-vaċċini li jridu jintużaw fil-programmi ta’ tilqim ta’ rutina kontra l-marda ta’ Newcastle

(2)

B’mod partikolari, dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi kriterji li jridu jiġu ssodisfati b’rabta mal-indiċi tal-patoġeneċità intraċerebrali (ICPI) fir-rigward tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użat fil-vaċċini attenwati ħajjin u f’dawk inattivati kontra l-marda.

(3)

Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (3) tipprovdi għal ċerti rekwiżiti għall-prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi, inklużi rekwiżiti għal testijiet tas-sigurtà.

(4)

Fid-dawl tal-progress tekniku li sar fir-rigward tal-manifattura tal-vaċċini, partikolarment fir-rigward tat-tekniki ta’ inattivazzjoni u r-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/82/KE u l-Farmakopea Ewropea, għaldaqstant huwa f’loku li jitħassar ir-rekwiżit speċifiku għall-vaċċini inattivati b’rabta mal-indiċi tal-patoġeneċità intraċerebrali (ICPI) fir-rigward tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użat f’vaċċini bħal dawn u li attwalment hu stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 93/152/KEE.

(5)

Id-Deċiżjoni 93/152/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Huwa f’loku li tiġi stabbilita data għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u dan sabiex tiġi allinjata mad-data li fiha japplika r-Regolament (KE) Nru 798/2008 (4), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 955/2010 (5), li jintroduċi emendi li jikkorrispondu għall-kriterji għall-vaċċini inattivati kontra l-marda ta’ Newcastle li jintużaw fil-pajjiżi terzi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt (b) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 93/152/KEE jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(2)  ĠU L 59, 12.3.1993, p. 35.

(3)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(5)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/34

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ottubru 2010

li taġġusta l-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-Unjoni għall-2013 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/384/UE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7180)

(2010/634/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 9a(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha għandha tiġi aġġustata sabiex tirrefletti l-kwoti li nħarġu fir-rigward ta’ installazzjonijiet li kienu inklużi fl-Iskema ta’ Skambju ta’ Emissjonijiet tal-UE matul il-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2012 skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha għandha tiġi aġġustata fir-rigward ta’ installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet imniżżla fl-Anness I għad-Direttiva u li huma inklużi biss fl-iskema tal-Unjoni mill-2013 ’il quddiem.

(2)

Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/384/UE tad-9 ta’ Lulju 2010 dwar il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Komunità kollha skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Emissjonijiet għall-2013 (2) ibbażat il-kwantità assoluta ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha għall-2013 fuq il-kwantità globali ta’ kwoti maħruġa jew li se jinħarġu mill-Istati Membri skont id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni tagħhom għall-perjodu bejn l-2008 u l-2012. Peress li saret disponibbli informazzjoni addizzjonali mill-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, din għandha tiġi revokata u mibdula.

(3)

B’segwitu għall-applikazzjonijiet tal-Istati Membri għall-inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali fl-iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-attivitajiet li ma kinux inklużi qabel fl-iskema tal-Unjoni ġew inklużi fl-iskema permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2008) 7867, C(2009) 3032 u C(2009) 9849. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jitqiesu f’każ li l-Kummissjoni kienet approvat l-inklużjoni tagħhom qabel il-31 ta’ Awwissu 2010. Se jkun possibbli li, fl-aġġustamenti futuri fil-kwantità ta’ kwoti li jinħarġu għall-Unjoni kollha għall-2013, jiġu riflessi dawk l-inklużjonijiet approvati mill-Kummissjoni wara din id-data. Skont l-Artikolu 9a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha għandha tiġi aġġustata permezz tal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva, mill-2010 ’il quddiem.

(4)

Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE, sabiex tiġi mtejba u estiża l-iskema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Komunità (3), l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ leġiżlazzjoni nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jiżguraw li l-operaturi tal-installazzjonijiet li qegħdin iwettqu l-attivitajiet imniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li huma inklużi biss fl-iskema tal-Unjoni mill-2013 ’il quddiem, ikunu jistgħu jipprovdu lill-awtorità kompetenti rilevanti dejta dwar l-emissjonijiet li hija ssostanzjata b’mod xieraq u vverifikata b’mod indipendenti. Din id-dejta hija neċessarja jekk għandha titqies fl-aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha. L-Istati Membri kienu meħtieġa li jinnotifikaw id-dejta ssonstanzjata b’mod xieraq dwar l-emissjonijiet lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2010.

(5)

Sabiex jiġu pprovduti kundizzjonijiet indaqs għall-installazzjonijiet kollha, id-dejta dwar l-emissjonijiet innotifikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandha tiġi aġġustata sabiex jitqies l-isforz fit-tnaqqis tal-emissjonijiet li kien ikun mistenni mill-installazzjonijiet li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni biss mill-2013, li kieku dawn kienu ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni mill-2005. Mill-2010 ’il quddiem il-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha trid tiġi aġġustata wkoll skont l-Artikolu 9a(2) tad-Direttiva permezz tal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva. Fl-eventwalità li jissieħeb Stat Membru ġdid fl-Unjoni, se jkun possibli li tiġi riflessa informazzjoni addizzjonali f’aġġustamenti futuri fil-kwantità ta’ kwoti li jinħarġu għall-Unjoni kollha.

(6)

Fejn l-Istati Membri nnotifikaw emissjonijiet minn installazzjonijiet li jipproduċu ammonja jew karbonat tas-sodju, li se jkunu biss inklużi fl-iskema tal-Unjoni mill-2013, l-emissjonijiet li jintużaw bħala bażi għall-kalkulazzjoni tal-aġġustament tal-kwantità tal-kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha stabbilit f’din id-Deċiżjoni, tqiesu fuq is-suppożizzjoni li dawn l-emissjonijiet jirrappreżentaw emissjonijiet fis-sens tal-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2003/87/KE. Sabiex tiġi ggarantita l-konsistenza bejn il-kwantità globali ta’ kwoti fl-iskema tal-Unjoni, u l-emissjonijiet li għalihom iridu jiġu ċeduti xi kwoti, se jkun possibbli li tiġi riveduta l-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha, jekk ir-Regolament li se jkun adottat skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE jiddevja minn dan l-approċċ.

(7)

Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, huma biss l-emissjonijiet li ġew innotifikati fir-rigward tal-attivitajiet imniżżla fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE inklużi fl-ambitu tal-iskema tal-Unjoni mill-2013 li għandhom jitqiesu għall-aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha.

(8)

Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jeskludu ċertu installazzjonijiet mill-iskema tal-Unjoni kollha jekk dawn jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawk l-installazzjonijiet sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2011 u l-Kummissjoni ma toġġezzjonax. Sal-lum, il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda notifkazzjoni mill-Istati Membri f’dan ir-rigward. Se jkun possibbli li jiġu riflessi dawn l-esklużjonijiet f’aġġustamenti futuri fil-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha għall-2013.

(9)

Jista’ jkun meħtieġ li titqies informazzjoni addizzjonali li tikkonċerna l-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE kif stabbilit bid-Deċiżjoni 2010/384/UE, meta din l-informazzjoni ssir disponibbli. Se jkun possibbli li tiġi riflessa din l-informazzjoni addizzjonali f’aġġustamenti futuri fil-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha għall-2013.

(10)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/384/UE, il-kwantità globali medja ta’ kwoti maħruġa fis-sena mill-Istati Membri skont id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fuq il-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni tagħhom għall-perjodu bejn l-2008 u l-2012, li titqies fil-kalkulazzjoni tal-kwantità ta’ kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE tammonta għal 2 037 227 209.

(11)

Għall-2013, il-kwantità assoluta ta’ kwoti għall-Unjoni kollha msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE tammonta għal 1 930 883 949.

(12)

Għall-2013, il-kwantità ta’ kwoti li nħarġu fir-rigward tal-installazzjonijiet li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-2008 u l-2012 skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u li ġiet aġġustata permezz tal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva tammonta għal 1 328 218.

(13)

Għall-2013, il-kwantità ta’ kwoti maħruġa fir-rigward tal-installazzjonijiet li huma inklużi fl-iskema tal-Unjoni mill-2013 ’il quddiem u aġġustata permezz tal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva tammonta għal 106 940 715.

(14)

Abbażi tal-Artikolu 9 u l-Artikolu 9a, il-kwantità globali ta’ kwoti li se jinħargu mill-2013 ’il quddiem se tonqos kull sena b’fattur lineari ta’ 1,74 %, li tammonta għal 37 435 387 kwota.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-2013, il-kwantità assoluta ta’ kwoti għall-Unjoni kollha msemmija fl-Artikolu 9 u l-Artikolu 9a(1) u (2) tad-Direttiva 2003/87/KE tammonta għal 2 039 152 882.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/384/UE hija revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 175, 10.7.2010, p. 36.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.

RAKKOMANDAZZJONIJIET

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/36

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ottubru 2010

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

(2010/635/Euratom)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien mal-Artikolu 106a li jirreferi għall-Artikolu 292 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkonsultat lill-grupp ta’ persuni maħtur skont l-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku,

Billi:

(1)

L-Artikolu 37 jesiġi li kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’tali dejta ġenerali dwar kull pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe forma li tippermetti lill-Kummissjoni tistabilixxi jekk l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan tistax tirriżulta fil-kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-grupp ta’ esperti msemmija fl-Artikolu 31, għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien sitt xhur.

(2)

Inkisbet esperjenza fl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 1960 (1), 82/181/Euratom (2), 91/4/Euratom (3) u 1999/829/Euratom (4) dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat.

(3)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Settembru 1988 fil-Kawża 187/87 (5), iddeċidiet li l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi pprovduta b’dejta ġenerali qabel ma l-Istat Membru kkonċernat jagħti l-awtorizzazzjoni għar-rilaxx tal-effluwenti radjuattivi, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ toħroġ l-opinjoni tagħha qabel ma jkunu awtorizzati rilaxxi ta’ din ix-xorta ħalli l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun tista’ tiġi kkunsidrata.

(4)

L-Artikolu 37 għandu l-għan li jipprevjeni kwalunkwe possibbiltà ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni, wara li kkonsultat lill-grupp ta’ esperti msemmi iktar ’il fuq, ikkunsidrat li r-rimi tal-iskart radjuattiv assoċjat ma’ ċerti operazzjonijiet mhuwiex probabbli li jirriżulta fil-kontaminazzjoni radjuattiva ta’ Stat Membru ieħor.

(5)

F’każijiet eċċezzjonali minħabba informazzjoni riċevuta, il-Kummissjoni tista’ titlob li tiġi sottomessa dejta ġenerali għal pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv, li b’xi mod ieħor ġie kkunsidrat li mhuwiex probabbli li jirriżulta fil-kontaminazzjoni radjuattiva ta’ Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni; l-opinjoni tal-Kummissjoni għaldaqstant tista’ tikkonċerna awtorizzazzjoni li ngħatat fi stadju preċedenti.

(6)

Sabiex il-pjanijiet għar-rimi jkunu evalwati b’mod konsistenti, jeħtieġ li jiġi speċifikat liema tipi ta’ operazzjonijiet jistgħu jirriżultaw fir-rimi ta’ skart radjuattiv, skont it-tifsira tal-Artikolu 37 tat-Trattat, u li għat-tipi differenti ta’ operazzjonijiet tiġi speċifikata liema informazzjoni għandha tiġi pprovduta bħala dejta ġenerali.

(7)

L-impjanti ta’ manifattura tal-karburanti b’ossidi mħallta jipproċessaw ammonti kbar ta’ ossidu tal-plutonju. Għandha tkun mitluba sottomissjoni ta’ dejta ġenerali għaż-żarmar ta’ impjanti ta’ din ix-xorta kif diġà huwa l-każ għaż-żarmar tar-reatturi nukleari u tal-impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid.

(8)

Operazzjonijiet żgħar li ma jkollhom l-ebda impatt radjoloġiku jew li jkollhom impatt radjoloġiku negliġibbli fi Stati Membri oħra ma għandhomx jitressqu quddiem il-Kummissjoni.

(9)

L-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw sottomissjoni integrata għal sit kumpless fejn huwa skedat li jitwettqu bidliet kbar matul perjodu twil ta’ żmien, li jinvolvu diversi stadji u li jinkludu t-tħaddim ta’ faċilitajiet ġodda u l-kompletezza tal-informazzjoni inkluża fid-dejta ġenerali inizjali għandha tippermetti lill-Kummissjoni twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom u tagħti opinjoni xierqa.

(10)

Minħabba li l-għadd ta’ impjanti nukleari eżistenti li dwarhom għadha ma nħarġet l-ebda opinjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 37 tat-Trattat u li jistgħu jkunu suġġetti għal modifikazzjonijiet jew għal operazzjonijiet ta’ żarmar, jeħtieġ li jiġi speċifikat liema informazzjoni għandha tiġi pprovduta bħala dejta ġenerali sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-obbligu tagħha mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ ekwità bejn l-installazzjonijiet suġġetti għal modifikazzjonijiet u dawk li mhumiex.

(11)

F’każijiet fejn l-esponiment tal-popolazzjoni qrib is-sit ta’ interess hija ferm baxxa, din l-informazzjoni tista’ tkun biżżejjed għall-valutazzjoni tal-impatt fuq l-Istati Membri l-oħra.

(12)

Sabiex issir evalwazzjoni b’mod konsistenti tal-impatt radjoloġiku ta’ sitwazzjonijiet aċċidentali fuq Stati Membri oħra, l-informazzjoni mitluba fid-dejta ġenerali dwar rilaxxi mhux ippjanati minn reatturi nukleari u minn impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid għandha tkun estiża lil hinn mill-aċċidenti ta’ referenza għall-aċċidenti li ġew ikkunsidrati biex ikun stabbilit il-pjan ta’ emerġenza nazzjonali relatat mas-sit.

(13)

Sabiex tiġi ċċarata u limitata l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni relatata mal-ġestjoni ta’ qabel ir-rimi tal-iskart radjuattiv u mal-modifikazzjonijiet ta’ pjan li dwaru l-Kummissjoni għadha ma ħarġet l-ebda opinjoni, ġew inklużi żewġ annessi ġodda.

(14)

L-Istati Membri kollha issa ddikjaraw li se jieqfu milli jarmu fl-ibħra u l-ebda Stat Membru mhuwa biħsiebu jordom l-iskart radjuattiv taħt qiegħ il-baħar,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Ir-“rimi ta’ skart radjoattiv”, skont it-tifsira tal-Artikolu 37 tat-Trattat, għandu jkopri kwalunkwe rilaxx ippjanat jew aċċidentali ta’ sustanzi radjuattivi assoċjati mal-operazzjonijiet elenkati iktar “l isfel, f”forma gassuża, likwida jew solida fl-ambjent:

(1)

it-tħaddim tar-reatturi nukleari (ħlief ir-reatturi tar-riċerka li l-enerġija massima tagħhom ma taqbiżx 1 MW ta’ piż kontinwu termali);

(2)

l-ipproċessar mill-ġdid tal-karburant nukleari rradjat;

(3)

it-tħaffir għal, it-tħin u l-konverżjoni tal-uranju u tat-torju;

(4)

l-arrikkiment tal-uranju bl-U-235;

(5)

il-manifattura tal-karburant nukleari;

(6)

il-ħżin tal-karburant nukleari (6) rradjat f’faċilitajiet apposta (ħlief il-ħżin ta’ karburant nukleari rradjat f’kontenituri liċenzjati għat-trasport jew għall-ħżin, f’siti nukleari eżistenti);

(7)

l-immaniġġjar u l-ipproċessar ta’ sustanzi radjuattivi artifiċjali fuq skala industrijali;

(8)

il-ġestjoni ta’ qabel ir-rimi tal-iskart radjuattiv (7) li jirriżulta mill-operazzjonijiet (1) sa (7) u (9);

(9)

iż-żarmar (8) tar-reatturi nukleari, tal-impjanti ta’ manifattura tal-karburant b’ossidi mħallta (9) u tal-impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid (ħlief ir-reatturi tar-riċerka li l-enerġija massima tagħhom ma taqbiżx il-50 MW ta’ piż kontinwu termali);

(10)

it-tqegħid tal-iskart radjuattiv fuq jew taħt l-art bl-ebda intenzjoni li jiġi rkuprat;

(11)

l-ipproċessar industrijali ta’ materjali radjuattivi li jokkorru b’mod naturali suġġetti għal awtorizzazzjoni għal rilaxx;

(12)

l-operazzjonijiet rilevanti l-oħra kollha.

2.

“Dejta ġenerali”, skont it-tifsira tal-Artikolu 37 tat-Trattat, għandha tinftiehem bħala li tfisser:

għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (1) sa (7), l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I,

għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (8), l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II,

għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (9), l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III,

għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (10), l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV,

għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (11), il-partijiet rilevanti tal-informazzjoni stabbilita fl-Anness I (fil-parti l-kbira tal-każijiet it-Taqsimiet 6 u 7 tal-Anness I mhumiex applikabbli).

3.

Għandu jitqies li l-operazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-punt 1(12) probabbilment ma jirriżultawx f’kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti mil-lat tas-saħħa ta’ Stat Membru ieħor, sakemm, fi kwalunkwe każ speċifiku, il-Kummissjoni ma titlobx li tiġi pprovduta dejta.

4.

Għall-operazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-punt 1(9), is-sottomissjoni tad-dejta ġenerali għandha tkun irregolata mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sottomissjoni ta’ dejta ġenerali tkun meħtieġa jekk:

l-Istat Membru qed jipprevedi liċenzja jew awtorizzazzjoni ġdida għal pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li jkun fi kwalunkwe forma għaż-żarmar, jew

se jingħata bidu għal żarmar ta’ partijiet ikkontaminati jew attivati tal-impjant;

(b)

jekk Stat Membru qed jipprevedi li installazzjoni msemmija fil-punt 1 (9), li dwarha għadha ma ngħatat l-ebda opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37 se tiġi żarmata, id-dejta ġenerali għandha tiġi sottomessa fil-forma tal-Anness III;

(c)

jekk Stat Membru qed jipprevedi li impjant imsemmi fil-punt 1 (9) li dwaru diġà ngħatat opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37 se jiġi żarmat, id-dejta ġenerali għandha titressaq fil-forma tal-Anness III. Madankollu, fir-rigward tad-deskrizzjoni tas-sit u tal-madwar tagħha, tal-pjanijiet ta’ emerġenza u tal-monitoraġġ ambjentali, referenza għad-dejta ġenerali mressqa għall-proċedura preċedenti hija biżżejjed jekk tkun tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali kollha xierqa rigward bidliet possibbli.

5.

Jekk Stat Membru qed jipprevedi li se jimmodifika (10) pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv, is-sottomissjoni tad-dejta ġenerali għandha tkun irregolata mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk Stat Membru qed jipprevedi li se jimmodifika pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv, li dwaru diġà ngħatat opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37, hija meħtieġa sottomissjoni ta’ dejta ġenerali li tinkludi għall-inqas l-informazzjoni stabbilita f’formola standard fl-Anness V jekk il-limiti awtorizzati jew ir-rekwiżiti assoċjati għar-rimi ta’ skart radjuattiv ikunu inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti jew jekk jiżdiedu l-konsegwenzi potenzjali tar-rilaxxi mhux ippjanati li jistgħu jsegwu l-aċċident(i) evalwat(i) fil-proċedura tal-għoti tal-liċenzja;

(b)

sakemm il-Kummissjoni ma titlobx li tiġi kkomunikata d-dejta ġenerali, mhija meħtieġa l-ebda sottomissjoni ta’ dejta ġenerali jekk ma tkun meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni jew liċenzja ġdida;

(c)

sakemm il-Kummissjoni ma titlobx li tiġi kkomunikata d-dejta ġenerali, mhija meħtieġa l-ebda sottomissjoni ta’ dejta ġenerali jekk:

il-modifika fil-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv tipprevedi limiti awtorizzati u rekwiżiti assoċjati mhux mibdula jew iktar restrittivi milli fil-pjan eżistenti, u

il-konsegwenzi potenzjali tar-rilaxxi mhux ippjanati li jistgħu jsegwu l-aċċident(i) ta’ referenza evalwat(i) fil-proċedura tal-għoti tal-liċenzja baqgħu l-istess jew naqsu;

(d)

fil-każ ta’ pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li dwaru għadha ma ngħatat l-ebda opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37, hija meħtieġa sottomissjoni ta’ dejta ġenerali sakemm l-Istat Membru ma jipprovdix lill-Kummissjoni b’dikjarazzjoni li turi li l-kundizzjonijiet deskritti fil-qosor fil-punti (b) u (c) ġew issodisfati. Jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tiġix issodisfata, id-dejta ġenerali għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness VI.

6.

Id-dejta ġenerali għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni:

(a)

wara li l-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv ikun ġie stabbilit sew, u kull meta jkun possibbli, sena imma mhux inqas minn sitt xhur:

qabel mal-awtoritajiet kompetenti jagħtu kwalunkwe awtorizzazzjoni għar-rilaxx ta’ skart radjuattiv, u

qabel il-bidu ta’ dawk l-operazzjonijiet li għalihom mhija prevista l-ebda awtorizzazzjoni għar-rilaxx ta’ skart radjuattiv;

(b)

f’każijiet fejn il-Kummissjoni talbet dejta ġenerali skont il-punt 3, mhux iktar tard minn sitt xhur wara t-talba, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe awtorizzazzjoni debitament mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti sakemm ġiet riċevuta t-talba tal-Kummissjoni. Kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija qabel mal-Kummissjoni talbet id-dejta ġenerali għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-opinjoni sussegwenti tal-Kummissjoni.

7.

Fejn l-Istati Membri jikkomunikaw sottomissjoni integrata ta’ dejta ġenerali għal sit kumpless fejn huwa skedat li jitwettqu bidliet kbar matul perjodi twal ta’ żmien, li jinvolvu diversi fażijiet u li jinkludu, fost l-oħrajn, it-tħaddim ta’ faċilitajiet ġodda, is-sottomissjoni inizjali għandha tinkludi deskrizzjoni ġenerali kompluta u dettaljata tal-operazzjonijiet ippjanati, li għandha tiġi aġġornata b’sottomissjonijiet sussegwenti f’każ ta’ kwalunkwe modifika fil-pjan eżistenti. Fir-rigward tax-xenarji tal-aċċidenti fis-sottomissjoni inizjali, id-dejta ġenerali għandha tinkludi għall-inqas informazzjoni dwar l-ammonti stmati kif ukoll il-forom fiżiċi u kimiċi tar-radjunuklidi preżenti f’kull waħda mill-faċilitajiet fis-sit kif ukoll il-kwantitajiet li preżumibbilment jiġu rilaxxati fil-każ tal-aċċident ikkunsidrat għal kull waħda minn dawk il-faċilitajiet. Id-dejta ġenerali tista’ tipprovdi sfond dwar operazzjonijiet tal-imgħoddi u attwali fis-sit, filwaqt li jitqies li l-opinjonijiet tal-Kummissjoni se jkunu relatati biss ma’ operazzjonijiet futuri.

8.

Peress li s-sottomissjoni ta’ pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti, dak l-Istat għandu jaċċetta responsabbiltà għall-informazzjoni kollha mressqa quddiem il-Kummissjoni fir-rigward ta’ pjan ta’ din ix-xorta.

9.

Wara li jkun irċieva opinjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-azzjonijiet li qed jipprevedi li jieħu b’reazzjoni għal kwalunkwe rakkomandazzjoni mogħtija fl-opinjoni tal-Kummissjoni dwar pjan għar-rimi.

10.

Wara li jkun irċieva opinjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-awtorizzazzjoni għar-rilaxx kif ukoll kwalunkwe emenda sussegwenti għal paragun mal-informazzjoni fid-dejta ġenerali li fuqha kienet ibbażata l-opinjoni tal-Kummissjoni.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Hija tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 99/829/Euratom.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU 81, 21.12.1960, p. 1893/60.

(2)  ĠU L 83, 29.3.1982, p. 15.

(3)  ĠU L 6, 9.1.1991, p. 16.

(4)  ĠU L 324, 16.12.1999, p. 23.

(5)  Ġabra tal-Ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ġabra) [1988] p. 5013.

(6)  Sakemm l-operazzjoni ma tkunx inkorporata fi pjan imressaq taħt intestatura oħra.

(7)  It-terminu “ġestjoni ta’ qabel ir-rimi” jinkludi l-ħżin tal-iskart radjuattiv.

(8)  Id-dekummissjonar jinkludi l-proċeduri, l-attivitajiet u l-miżuri tekniċi u amministrattivi kollha li jittieħdu wara l-għeluq finali ta’ faċilità u sar-rilaxx tas-sit għal użu mhux ristrett jew għal użu liċenzjat ieħor. Fost dawn l-attivitajiet iż-“żarmar” jinkludi l-iżmuntar, il-qtugħ u d-demolizzjoni ta’ komponenti, sistemi u strutturi kkontaminati jew attivati, inkluż l-ippakkjar tagħhom, u t-trasferiment tagħhom ’il bogħod mis-sit.

(9)  Ossidi tal-uranju u l-plutonju.

(10)  Il-modifikazzjonijiet ta’ pjan jistgħu jinkludu wkoll il-ħidma preparatorja għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(9).

ANNESS I

Dejta ġenerali applikabbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(1) sa (7)

Daħla

preżentazzjoni ġenerali tal-pjan,

l-istadju preżenti tal-proċedura tal-għoti tal-liċenzja, il-fażijiet ta’ kummissjonar previsti.

1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

bil-post fejn tinsab l-installazzjoni b’rabta ma’ installazzjonijiet oħra ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

bil-post fejn jinsab is-sit b’rabta mal-Istati Membri l-oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-konurbazzjonijiet rilevanti, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom.

1.2.   Is-sismoloġija

il-grad ta’ attività sismika fir-reġjun; l-attività sismika massima probabbli u r-reżistenza sismika ppjanata tal-installazzjoni.

1.3.   L-idroloġija

Għal installazzjoni li tinsab qrib medda ta’ ilma li tipprovdi mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor, deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi xierqa, li jestendu għall-Istat(i) Membru/i l-ieħor/oħra, pereżempju:

deskrizzjoni fil-qosor tal-mogħdija/mogħdijiet, tributarji, estwarju, astrazzjoni tal-ilma, tal-artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.,

il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom,

is-saff taħt l-art li taħtu l-art hija saturata bl-ilma, il-livelli u l-flussi,

deskrizzjoni fil-qosor taż-żoni littorali,

id-direzzjoni u l-forza tal-kurrenti, il-marej, ix-xejriet taċ-ċirkolazzjoni, kemm lokali kif ukoll reġjonali,

ir-riskju tal-għargħar u l-protezzjoni tal-installazzjoni.

1.4.   Il-meteoroloġija

Il-klimatoloġija lokali b’distribuzzjonijiet tal-frekwenzi:

tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

tal-intensità u d-dewmien tal-preċipitazzjoni,

għal kull settur tal-irjieħ, il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika, kemm idumu l-inverżjonijiet tat-temperaturi,

tal-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa).

1.5.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti.

1.6.   Attivitajiet oħra qrib is-sit

fejn ikun xieraq, il-faċilitajiet nukleari l-oħra u kwalunkwe attività industrijali jew militari perikoluża, it-traffiku fis-superfiċje u fl-ajru, il-katusi, l-imħażen u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jkollu influwenza fuq is-sikurezza tal-installazzjoni,

il-miżuri ta’ protezzjoni.

2.   L-INSTALLAZZJONI

2.1.   Il-karatteristiċi prinċipali tal-installazzjoni

deskrizzjoni fil-qosor tal-installazzjoni,

it-tip, l-iskop u l-karatteristiċi prinċipali tal-proċessi,

il-pjan ta’ kif inhu mqassam is-sit,

id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza.

2.2.   Is-sistemi ta’ ventilazzjoni u t-trattament tal-iskart gassuż u l-iskart li jinġarr mal-arja

Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, ta’ diżintegrazzjoni ta’ sustanza f’oħra minħabba radjuattività, ta’ filtrazzjoni u ta’ rilaxx, f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

2.3.   It-trattament tal-iskart likwidu

Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament, tal-kapaċitajiet għall-ħżin u tas-sistemi ta’ rilaxx tal-iskart likwidu, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

2.4.   It-trattament tal-iskart solidu

Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament u tal-kapaċitajiet għall-ħżin tal-iskart solidu

2.5.   It-trażżin

Deskrizzjoni tas-sistemi u tad-dispożizzjonjiet sabiex is-sustanzi radjuattivi jitrażżnu

2.6.   Id-dekummissjonar u ż-żarmar

il-perjodu previst ta’ tħaddim tal-installazzjoni,

il-kunsiderazzjoni mogħtija lid-dekummissjonar u liż-żarmar,

deskrizzjoni ġenerali tad-dispożizzjonijiet regolatorji u amministrattivi għad-dekummissjonar u għaż-żarmar.

3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

3.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura fis-seħħ,

il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

3.2.   L-aspetti tekniċi

ir-rilaxxi annwali previsti,

l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

il-ġestjoni ta’ dawn l-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

3.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), ir-radjunuklidi prinċipali u l-limiti ta’ individwazzjoni assoċjati għandhom għall-inqas jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/2/Euratom (1),

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

3.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

Ħlief għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), jekk il-livelli massimi ta’ esponiment vvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati  (2) jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

3.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

it-tixrid atmosferiku tal-effluwenti,

id-depożitu fl-art u s-sospensjoni mill-ġdid,

il-katini alimentari, l-inalazzjoni, l-esponiment estern,...

id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

3.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti tar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 3.1 iktar ’il fuq:

il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje, għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

3.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-atmosfera minn installazzjonijiet oħra

Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi radjuattivi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

4.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura ġenerali involuta,

il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

4.2.   L-aspetti tekniċi

ir-rilaxxi annwali previsti,

l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

il-ġestjoni tal-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

4.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), ir-radjunuklidi prinċipali u l-limiti ta’ individwazzjoni assoċjati għandhom għall-inqas jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2004/2/Euratom,

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

4.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

Ħlief għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

4.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

id-dispersjoni akkwatika tal-effluwenti,

it-trasferiment tagħhom bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni,

ktajjen alimentari, inalazzjoni tar-raxx tal-baħar, esponiment estern,...

id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

4.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 4.1 iktar ’il fuq:

il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-ilmijiet tas-superfiċje, fil-punti fejn tali konċentrazzjonijiet ikunu fl-ogħla livell tagħhom, qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

4.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-istess ilmijiet riċeventi minn installazzjonijiet oħra

Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

5.1.   L-iskart solidu radjuattiv

il-kategoriji tal-iskart solidu radjuattiv u l-ammonti stmati,

l-ipproċessar u l-ippakkjar,

l-arranġamenti għal ħżin fis-sit.

5.2.   Ir-riskji radjoloġiċi għall-ambjent

il-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent,

il-prekawzjonijiet meħuda.

5.3.   L-arranġamenti lil hinn mis-sit għat-trasferiment tal-iskart

5.4.   Ir-rilaxx ta’ materjali mir-rekwiżiti tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza

l-istrateġija, il-kriterji u l-proċeduri nazzjonali għar-rilaxx ta’ materjali kkontaminati u attivati,

il-livelli awtorizzati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għar-rimi, għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid,

it-tipi u l-ammonti previsti ta’ materjali rilaxxati.

6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

6.1.   Analiżi tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi

Lista tal-aċċidenti studjati fir-rapport dwar is-sikurezza

6.2.   L-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi possibbli fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati

Barra minn hekk, għall-operazzjonijiet (1) u (2), l-aċċidenti li tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti biex ikun stabbilit il-pjan ta’ emerġenza nazzjonali relatat mas-sit.

Deskrizzjoni ġenerali tal-aċċident(i) ikkunsidrat(i) u r-raġunijiet għaliex intgħażel/intgħażlu

6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tal-aċċident(i) ta’ referenza u għall-operazzjonijiet (1) u (2), l-aċċident(i) li tqies(u) mill-awtoritajiet kompetenti biex ikun stabbilit il-pjan ta’ emerġenza nazzjonali relatat mas-sit

6.3.1.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi fl-atmosfera

Ħlief għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

6.3.2.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi f’ambjent akkwatiku

is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA, IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħra, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

8.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

il-monitoraġġ tar-radjazzjoni esterna,

il-monitoraġġ tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti.

B’referenza għat-Taqsimiet 3.1 u 4.1 msemmija hawn fuq, il-programmi ta’ monitoraġġ kif ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-organizzazzjoni, il-forom u l-frekwenza tal-kampjuni, it-tip ta’ strumenti tal-monitoraġġ li jintużaw f’ċirkostanzi normali u ta’ aċċidenti.

(1)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2003 dwar informazzjoni standardizzata rigward rilaxxi radjuattivi li jinġarru mal-arja u likwidi fl-ambjent minn reatturi tal-enerġija nukleari u impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid waqt tħaddim normali [traduzzjoni mhux uffiċjali], (ĠU L 2, 6.1.2004, p. 36).

(2)  L-Istati Membri affettwati għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati d-distanza mill-installazzjoni, id-direzzjoni tar-riħ għar-rilaxxi tal-effluwenti gassużi u r-rotta tal-mogħdijiet tal-ilma għar-rilaxxi tal-effluwenti likwidi.

ANNESS II

Dejta ġenerali applikabbli għall-operazzjoni msemmija fil-punt 1(8)

Il-ġestjoni ta’ qabel ir-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(1) sa (7) u (9)

Daħla

preżentazzjoni ġenerali tal-pjan,

l-istadju attwali tal-proċedura tal-għoti tal-liċenzji, u

il-fażijiet ta’ kummissjonar previsti.

1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

bil-post fejn tinsab l-installazzjoni b’rabta ma’ installazzjonijiet oħra ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

bil-post fejn jinsab is-sit b’rabta mal-Istati Membri l-oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-konurbazzjonijiet rilevanti, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom.

1.2.   Is-sismoloġija

il-grad ta’ attività sismika fir-reġjun; l-attività sismika massima probabbli u r-reżistenza sismika ppjanata tal-installazzjoni.

1.3.   L-idroloġija

Għal installazzjoni li tinsab qrib medda ta’ ilma li tipprovdi mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor, deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi xierqa, li jestendu għall-Istat(i) Membru/i l-ieħor/oħra, pereżempju:

deskrizzjoni fil-qosor tal-mogħdija/mogħdijiet, tributarji, estwarju, astrazzjoni tal-ilma, tal-artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.,

il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom,

is-saff taħt l-art li taħtu l-art hija saturata bl-ilma, il-livelli u l-flussi,

deskrizzjoni fil-qosor taż-żoni littorali,

id-direzzjoni u l-forza tal-kurrenti, il-marej, ix-xejriet taċ-ċirkolazzjoni, kemm lokali kif ukoll reġjonali,

ir-riskju tal-għargħar u l-protezzjoni tal-installazzjoni.

1.4.   Il-meteoroloġija

Il-klimatoloġija lokali b’distribuzzjonijiet tal-frekwenzi:

tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

tal-intensità u d-dewmien tal-preċipitazzjoni,

għal kull settur tal-irjieħ, il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika, kemm idumu l-inverżjonijiet tat-temperaturi,

tal-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa).

1.5.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti.

1.6.   Attivitajiet oħra qrib is-sit

fejn ikun xieraq, il-faċilitajiet nukleari l-oħra u kwalunkwe attività industrijali jew militari perikoluża, it-traffiku fis-superfiċje u fl-ajru, il-katusi, l-imħażen u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jkollu influwenza fuq is-sikurezza tal-installazzjoni,

il-miżuri ta’ protezzjoni.

2.   L-INSTALLAZZJONI

2.1.   Il-karatteristiċi prinċipali tal-installazzjoni

deskrizzjoni fil-qosor tal-installazzjoni,

it-tip, l-iskop u l-karatteristiċi prinċipali tal-proċessi,

deskrizzjoni tal-iskart radjuattiv li għandu jiġi riċevut għall-ħżin u għall-ipproċessar, il-faċilitajiet u l-kapaċitajiet għall-ħżin, il-kategoriji u t-tipi ta’ skart radjuattiv (pereżempju, skart ta’ livell baxx jew intermedju, metalliku, kombustibbli) li għandhom jinħażnu u jiġu pproċessati, inklużi l-volumi u l-kontenut ta’ radjonuklidi,

il-pjan ta’ kif inhu mqassam is-sit,

id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza.

2.2.   Is-sistemi ta’ ventilazzjoni u t-trattament tal-iskart gassuż u l-iskart li jinġarr mal-arja

Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, ta’ diżintegrazzjoni ta’ sustanza f’oħra minħabba radjuattività, ta’ filtrazzjoni u ta’ rilaxx, f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

2.3.   It-trattament tal-iskart likwidu

Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament, tal-kapaċitajiet għall-ħżin u tas-sistemi ta’ rilaxx tal-iskart likwidu sekondarju, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

2.4.   It-trattament tal-iskart solidu

Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament u tal-kapaċitajiet għall-ħżin tal-iskart solidu sekondarju

2.5.   It-trażżin

Deskrizzjoni tas-sistemi u tad-dispożizzjonjiet sabiex is-sustanzi radjuattivi jitrażżnu

2.6.   Id-dekummissjonar u ż-żarmar

il-perjodu previst ta’ tħaddim tal-installazzjoni,

il-kunsiderazzjoni mogħtija lid-dekummissjonar u liż-żarmar,

deskrizzjoni ġenerali tad-dispożizzjonijiet regolatorji u amministrattivi għad-dekummissjonar u għaż-żarmar.

3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

3.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura fis-seħħ,

il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

3.2.   L-aspetti tekniċi

ir-rilaxxi annwali mistennija,

l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

il-ġestjoni ta’ dawn l-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

3.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

3.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati  (1) jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

3.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

it-tixrid atmosferiku tal-effluwenti,

id-depożitu fl-art u s-sospensjoni mill-ġdid,

il-ktajjen alimentari, l-inalazzjoni, l-esponiment estern, …

id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

3.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 3.1 iktar ’il fuq:

il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje, għall-iktar żoni esposti qrib l-installazzjoni u fi Stati Membri oħra affettwati,

għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

3.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-atmosfera minn installazzjonijiet oħra

Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi radjuattivi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

4.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura ġenerali involuta,

il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

4.2.   L-aspetti tekniċi

ir-rilaxxi annwali mistennija,

l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

il-ġestjoni tal-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

4.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

4.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza qrib l-impjant.

4.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

id-dispersjoni akkwatika tal-effluwenti,

it-trasferiment tagħhom bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni,

ktajjen alimentari, inalazzjoni tar-raxx tal-baħar, esponiment estern, …

id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

4.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 4.1 iktar ’il fuq:

il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-ilmijiet tas-superfiċje, fil-punti fejn tali konċentrazzjonijiet ikunu fl-ogħla livell tagħhom, qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

4.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-istess ilmijiet riċeventi minn installazzjonijiet oħra

Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

5.1.   L-iskart solidu radjuattiv

il-kategoriji tal-iskart solidu radjuattiv u l-ammonti stmati,

l-ipproċessar u l-ippakkjar,

l-arranġamenti għal ħżin fis-sit.

5.2.   Ir-riskji radjoloġiċi għall-ambjent

il-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent,

il-prekawzjonijiet meħuda.

5.3.   L-arranġamenti lil hinn mis-sit għat-trasferiment tal-iskart

5.4.   Ir-rilaxx ta’ materjali mir-rekwiżiti tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza

l-istrateġija, il-kriterji u l-proċeduri nazzjonali għar-rilaxx ta’ materjali kkontaminati u attivati,

il-livelli awtorizzati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għar-rimi, għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid,

it-tipi u l-ammonti previsti ta’ materjali rilaxxati.

6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

6.1.   Analiżi tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi

Lista tal-aċċidenti studjati fir-rapport dwar is-sikurezza

6.2.   L-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi possibbli fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati

Deskrizzjoni ġenerali tal-aċċident(i) ikkunsidrat(i) u r-raġunijiet għaliex intgħażel/intgħażlu

6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tal-aċċident(i) ta’ referenza

6.3.1.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi fl-atmosfera

Jekk il-livelli massimi ta’ esponmenti ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

6.3.2.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi f’ambjent akkwatiku

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA, IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħra, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

8.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

il-monitoraġġ tar-radjazzjoni esterna,

il-monitoraġġ tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti.

B’referenza għat-Taqsimiet 3.1 u 4.1 imsemmija hawn fuq, il-programmi ta’ monitoraġġ kif ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-organizzazzjoni, il-forom u l-frekwenza tal-kampjuni, it-tip ta’ strumenti tal-monitoraġġ li jintużaw f’ċirkostanzi normali u ta’ aċċidenti.

(1)  L-Istati Membri affettwati għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati d-distanza mill-installazzjoni, id-direzzjoni tar-riħ għar-rilaxxi tal-effluwenti gassużi u r-rotta tal-mogħdijiet tal-ilma għar-rilaxxi tal-effluwenti likwidi.

ANNESS III

Dejta ġenerali applikabbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(9)

Iż-żarmar tar-reatturi nukleari, tal-impjanti ta’ manifattura tal-karburant b’ossidi mħallta u tal-impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid (ħlief ir-reatturi tar-riċerka li l-enerġija massima tagħhom ma taqbiżx il-50 MW ta’ piż kontinwu termali)

Daħla

preżentazzjoni ġenerali tal-pjan,

deskrizzjoni tal-fażijiet differenti ta’ dekummissjonar u ta’ żarmar previsti,

il-proċeduri tal-għoti tal-liċenzji għad-dekummissjonar u għaż-żarmar.

1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

bil-post fejn tinsab l-installazzjoni b’rabta mal-installazzjonijiet ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

bil-post fejn jinsab is-sit b’rabta mal-Istati Membri l-oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-konurbazzjonijiet rilevanti, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom.

1.2.   L-idroloġija

Għal installazzjoni li tinsab qrib medda ta’ ilma li tipprovdi mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor, deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi xierqa, li jestendu għall-Istat(i) Membru/i l-ieħor/oħra, pereżempju:

deskrizzjoni fil-qosor tal-mogħdija/mogħdijiet, tributarji, estwarju, astrazzjoni tal-ilma, tal-artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.,

il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom,

is-saff taħt l-art li taħtu l-art hija saturata bl-ilma, il-livelli u l-flussi,

deskrizzjoni fil-qosor taż-żoni littorali,

id-direzzjoni u l-forza tal-kurrenti, il-marej, ix-xejriet taċ-ċirkolazzjoni, kemm lokali kif ukoll reġjonali,

ir-riskju tal-għargħar u l-protezzjoni tal-installazzjoni.

1.3.   Il-meteoroloġija

Il-klimatoloġija lokali b’distribuzzjonijiet tal-frekwenzi:

tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

tal-intensità u d-dewmien tal-preċipitazzjoni,

għal kull settur tal-irjieħ, il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika, kemm idumu l-inverżjonijiet tat-temperaturi,

tal-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa).

1.4.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti.

2.   L-INSTALLAZZJONI

2.1.   Deskrizzjoni fil-qosor u l-istorja tal-installazzjoni li għandha tiġi żarmata

2.2.   Is-sistemi ta’ ventilazzjoni u t-trattament tal-iskart gassuż u l-iskart li jinġarr mal-arja

Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, ta’ diżintegrazzjoni ta’ sustanza f’oħra minħabba radjuattività, ta’ filtrazzjoni u ta’ rilaxx waqt iż-żarmar f’kundizzjonijiet normali u f’każ ta’ aċċident, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

2.3.   It-trattament tal-iskart likwidu

Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament tal-iskart likwidu waqt iż-żarmar kif ukoll tal-kapaċitajiet għall-ħżin u tas-sistemi ta’ rilaxx tal-iskart likwidu, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

2.4.   It-trattament tal-iskart solidu

Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament u tal-kapaċitajiet għall-ħżin tal-iskart solidu fis-sit waqt iż-żarmar

2.5.   It-trażżin

Deskrizzjoni tas-sistemi u tad-dispożizzjonjiet sabiex is-sustanzi radjuattivi jitrażżnu

3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

3.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura fis-seħħ,

il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet għall-operazzjonijiet ta’ żarmar, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi,

għall-paragun: il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati fis-seħħ għaż-żmien ta’ qabel l-operazzjonijiet previsti ta’ żarmar, inkluża l-kompożizzjoni tar-radjonuklidi.

3.2.   L-aspetti tekniċi

ir-rilaxxi annwali mistennija waqt iż-żarmar,

l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

il-ġestjoni ta’ dawn l-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

3.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

3.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati  (1) jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

3.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

it-tixrid atmosferiku tal-effluwenti,

id-depożitu fl-art u s-sospensjoni mill-ġdid,

il-ktajjen alimentari, l-inalazzjoni, l-esponiment estern, …

id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

3.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti għar-rilaxxi għall-operazzjonijiet ta’ żarmar iċċitati fit-Taqsima 3.1 iktar ’il fuq:

il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje, għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

4.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura ġenerali involuta,

il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet għall-operazzjonijiet ta’ żarmar, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi,

għall-paragun: il-limiti u r-rekwiżiti assoċjati għar-rilaxxi fis-seħħ qabel l-operazzjonijiet previsti ta’ żarmar, inkluża l-kompożizzjoni tar-radjonuklidi.

4.2.   L-aspetti tekniċi

ir-rilaxxi annwali mistennija waqt iż-żarmar,

l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

il-ġestjoni tal-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

4.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

4.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant

4.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

id-dispersjoni akkwatika tal-effluwenti,

it-trasferiment tagħhom bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni,

ktajjen alimentari, inalazzjoni tar-raxx tal-baħar, esponiment estern, …

id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

4.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti għar-rilaxxi għall-operazzjonijiet ta’ żarmar iċċitati fit-Taqsima 4.1 iktar ’il fuq:

il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-ilmijiet tas-superfiċje, fil-punti fejn tali konċentrazzjonijiet ikunu fl-ogħla livell tagħhom, qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

5.1.   L-iskart solidu radjuattiv

il-kategoriji tal-iskart solidu radjuattiv u l-ammonti stmati,

l-ipproċessar u l-ippakkjar,

l-arranġamenti għal ħżin fis-sit.

5.2.   Ir-riskji radjoloġiċi għall-ambjent

il-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent,

il-prekawzjonijiet meħuda.

5.3.   L-arranġamenti lil hinn mis-sit għat-trasferiment tal-iskart

5.4.   Ir-rilaxx ta’ materjali mir-rekwiżiti tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza

l-istrateġija, il-kriterji u l-proċeduri nazzjonali għar-rilaxx ta’ materjali kkontaminati u attivati,

il-livelli awtorizzati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għar-rimi, għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid,

it-tipi u l-ammonti previsti ta’ materjali rilaxxati.

6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

6.1.   Analiżi tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi

Lista tal-aċċidenti studjati fir-rapport dwar is-sikurezza

6.2.   L-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi possibbli fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati

Deskrizzjoni ġenerali tal-aċċident(i) ikkunsidrat(i) u r-raġunijiet għaliex intgħażel/intgħażlu

6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tal-aċċident(i) ta’ referenza

6.3.1.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi fl-atmosfera

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

6.3.2.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi f’ambjent akkwatiku

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA, IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

Fil-każ tar-reatturi, ma għandha tintalab l-ebda dejta jekk il-karburant nukleari kollu ikun ġie ttrasferit ’il bogħod mis-sit f’faċilità liċenzjata jew f’faċilità ta’ ħżin fis-sit, li dwarha diġà ngħatat opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37.

8.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

il-monitoraġġ tar-radjazzjoni esterna,

il-monitoraġġ tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti.

B’referenza għat-Taqsimiet 3.1 u 4.1 imsemmija hawn fuq, il-programmi ta’ monitoraġġ kif ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-organizzazzjoni, il-forom u l-frekwenza tal-kampjuni, it-tip ta’ strumenti tal-monitoraġġ li jintużaw f’ċirkostanzi normali u ta’ aċċidenti.

(1)  L-Istati Membri affettwati għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati d-distanza mill-installazzjoni, id-direzzjoni tar-riħ għar-rilaxxi tal-effluwenti gassużi u r-rotta tal-mogħdijiet tal-ilma għar-rilaxxi tal-effluwenti likwidi.

ANNESS IV

Dejta ġenerali applikabbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(10)

It-tqegħid tal-iskart radjuattiv fuq jew taħt l-art bl-ebda intenzjoni li jiġi rkuprat

Daħla

preżentazzjoni ġenerali tal-pjan għat-tqegħid tal-iskart,

preżentazzjoni ġenerali tal-maħżen, tat-tip u tal-klassi tal-iskart,

l-istadju attwali tal-proġett u tal-proċedura tal-għoti tal-liċenzji, l-istadji previsti għall-kummissjonar u għall-għoti tal-liċenzji,

l-iskala ta’ żmien, id-data prevista għall-bidu tal-proġett, il-perjodu operattiv u d-data tal-għeluq.

1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

il-post fejn jinsab il-maħżen b’rabta ma’ installazzjonijiet oħra ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

il-post fejn jinsab is-sit b’rabta ma’ Stati Membri oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-eqreb konurbazzjonijiet, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom,

il-bidliet antiċipati fil-ġeografija u fit-topografija matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ wara l-għeluq.

1.2.   Il-ġeoloġija u s-sismoloġija

l-ambitu ġeoloġiku,

il-proċessi tettoniċi attivi, it-terremoti storiċi, il-grad ta’ attività sismika fir-reġjun; l-attività sismika massima probabbli,

il-karatteristiċi strutturali u ġeotekniċi tal-ħamrija, il-likwefazzjoni tal-ħamrija (kif ikun xieraq),

il-proċessi tas-superfiċje (uqigħ ta’ massa ta’ materjal imżerżaq għal isfel minn ġenb muntanja u erożjoni) (1),

il-bidliet antiċipati fil-ġeoloġija matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ wara l-għeluq.

1.3.   L-idroloġija u l-idroġeoloġija

Deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi li jipprovdu mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor:

is-saffi reġjonali u lokali li taħthom l-art hija saturata bl-ilma u l-varjazzjonijiet staġjonali tagħhom,

id-direzzjoni u l-veloċità tal-fluss tal-ilma ta’ taħt l-art, il-punti ta’ rilaxx u ta’ estrazzjoni tal-ilma,

l-utenti prinċipali u mbassra tal-ilma eżistenti, il-post fejn jinsab il-maħżen fir-rigward ta’ akwifers potenzjali tal-ilma tajjeb għax-xorb,

deskrizzjoni fil-qosor tal-korpi tal-ilma tas-superfiċje (xmajjar, lagi, estwarju, estrazzjoni tal-ilma, artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.) u taż-żoni littorali (kif ikun xieraq),

il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tagħhom (kif ikun xieraq),

il-kompożizzjoni kimika tal-ilma ta’ taħt l-art,

ir-riskju tal-għargħar u l-protezzjoni tal-installazzjoni (kif ikun xieraq),

il-bidliet antiċipati fl-idroloġija, fl-idroġeoloġija matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ wara l-għeluq.

1.4.   Il-meteoroloġija u l-klima

Deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi klimatiċi u meteoroloġiċi:

tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

tal-intensità tal-preċipitazzjoni tax-xita u tas-silġ u kemm idumu neżlin,

it-temperatura (medja, minima u massima),

il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika,

il-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa) (1),

il-bidliet antiċipati fil-klima (pereżempju, l-effetti glaċjali, l-impatt potenzjali tat-tisħin globali) u, għas-siti kostali, il-bidliet fil-livelli tal-ibħra u l-erożjoni kostali matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ wara l-għeluq.

1.5.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

is-suppożizzjonijiet li saru dwar ix-xejriet fil-popolazzjoni, id-drawwiet u s-sorsi tal-ikel futuri.

1.6.   Attivitajiet oħrajn qrib is-sit

fejn ikun xieraq, il-faċilitajiet nukleari l-oħra u kwalunkwe attività industrijali jew militari perikoluża, it-traffiku fis-superfiċje u fl-ajru, il-katusi, l-imħażen u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jkollu influwenza fuq is-sikurezza tal-installazzjoni,

il-miżuri ta’ protezzjoni (kif ikun xieraq),

l-evoluzzjoni antiċipata tal-attivitajiet matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt fit-tul.

2.   IL-MAĦŻEN

2.1.   L-approċċ u d-disinn kunċettwali

il-kunċett tar-rimi,

il-fond u l-post b’rabta mal-istrati ġeoloġiċi (kif ikun xieraq) (2)

il-kriterji tad-disinn għall-fenomeni naturali,

il-metodi ta’ tqegħid tal-iskart, l-istrateġija u l-metodi biex jitgħatta fejn sar it-tħaffir (backfill) u ta’ siġillar,

l-approċċ għas-sikurezza: ir-rwol tal-barrieri ġeografiċi u dawk mibnija permezz tal-inġinerija,

l-għeluq tal-maħżen,

l-approċċ għall-possibbiltà ta’ rkurpu tal-iskart (jekk ikun applikabbli),

it-trattament awżiljarju tal-iskart, il-faċilitajiet ta’ kundizzjonar u ta’ ħżin temporanju (buffer storage) li għandhom jinbnew fis-sit tal-maħżen.

2.2.   L-iskart li għandu jintrema fil-maħżen

it-tipi ta’ skart,

il-forma tal-iskart, il-metodi ta’ kundizzjonar applikati u l-karatteristiċi tal-pakketti tal-iskart (kif ikun xieraq),

l-inventarju tal-iskart, l-ammonti u l-attivitajiet tar-radjonuklidi,

il-ġenerazzjoni potenzjali tas-sħana, il-ġenerazzjoni potenzjali tal-gass, il-kritikalità potenzjali (kif ikun xieraq),

ir-rekwiżiti/il-kriterji għall-aċċettazzjoni tal-iskart, il-proċedura għall-verifika tal-pakketti tal-iskart u t-tekniki sabiex tkun żgurata konformità mal-kriterji stabbiliti għall-aċċettazzjoni tal-iskart.

2.3.   Is-sistemi ta’ ventilazzjoni u t-trattament tal-iskart gassuż u l-iskart li jinġarr mal-arja

Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, ta’ filtrazzjoni u ta’ rilaxx, f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident (kif ikun xieraq)

2.4.   Is-sistema ta’ drenaġġ u t-trattament tal-effluwenti likwidi

Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ drenaġġ u ta’ rilaxx tal-ilma potenzjalment ikkontaminat, f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident (kif ikun xieraq)

2.5.   Il-ġestjoni ta’ skart solidu u likwidu sekondarju f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident

il-kategoriji ta’ skart likwidu u solidu radjuattiv sekondarju u l-ammonti stmati,

il-ħżin u t-trasport tal-iskart,

it-trattament tal-iskart.

3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

Waqt it-tħaddim normali tal-faċilitajiet tar-rimi tal-iskart huma mistennija biss rilaxxi ferm żgħar ta’ sustanzi radjuattivi, jekk ikun hemm, u mhuwiex antiċipat li jkun hemm esponiment sinifikanti tal-membri tal-pubbliku. Għalhekk, din it-taqsima mhijiex applikabbli jekk ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni għal rilaxxi radjuattivi. Madankollu, jekk il-limiti għar-rilaxx tar-radjonuklidi huma preskritti u l-monitoraġġ tar-rilaxxi huwa stabbilit, id-dejta ġenerali għandha titressaq skont ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 3 tal-Anness II.

4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

Waqt it-tħaddim normali tal-faċilitajiet tar-rimi tal-iskart huma mistennija biss rilaxxi ferm żgħar ta’ sustanzi radjuattivi, jekk ikun hemm, u mhuwiex antiċipat li jkun hemm esponiment sinifikanti tal-membri tal-pubbliku. Għalhekk, din it-taqsima mhijiex applikabbli jekk ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni għal rilaxxi radjuattivi. Madankollu, jekk il-limiti għar-rilaxx tar-radjonuklidi huma preskritti u l-monitoraġġ tar-rilaxxi huwa stabbilit, id-dejta ġenerali għandha titressaq skont ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 4 tal-Anness II.

5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

Normalment din it-taqsima ma tkunx applikabbli.

6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

6.1.   Eżami tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi. L-aċċidenti studjati fir-rapport dwar il-valutazzjoni tas-sikurezza u l-konsegwenzi radjoloġiċi evalwati fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati.

6.2.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tar-rilaxxi fl-atmosfera

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati  (1) jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tar-rilaxxi f’ambjent akkwatiku

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA; IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

8.   IL-PERJODU TA’ WARA L-GĦELUQ

Il-fażijiet differenti ta’ wara l-għeluq (eż. il-fażijiet ta’ kontroll istituzzjonali attiv u passiv) għandhom jitqiesu fejn ikun xieraq.

8.1.   Id-dispożizzjonijiet regolatorji u amministrattivi:

il-pjanijiet għall-għeluq tal-maħżen,

il-perjodi ta’ żmien ikkunsidrati (il-perjodi ta’ kontroll istituzzjonali attiv u passiv),

deskrizzjoni tal-miżuri previsti għall-perjodu ta’ kontroll istituzzjonali attiv,

deskrizzjoni tal-miżuri previsti għall-perjodu ta’ kontroll istituzzjonali passiv,

iż-żamma tar-reġistri,

il-programm ta’ żarmar għall-installazzjonijiet awżiljarji,

l-eżamijiet perjodiċi tas-sikurezza qabel l-għeluq.

8.2.   L-impatt radjoloġiku matul il-perjodu ta’ wara l-għeluq

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi li jirriżultaw minn evoluzzjoni normali u minn degradazzjoni bikrija tal-barrieri għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-installazzjoni huma inqas minn 1 mSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

il-barrieri żejda u l-prestazzjoni tal-barrieri (jekk ikun rilevanti),

il-perjodi ta’ żmien ikkunsidrati,

il-karatteristiċi, l-avvenimenti u l-proċessi analizzati, deskrizzjoni tax-xenarji preżunti (deskrizzjonijiet fil-qosor tax-xenarju b’evoluzzjoni normali, tax-xenarji b’evoluzzjoni degradata, u tax-xenarji b’indħil mill-bniedem l-iktar rilevanti),

il-metodi u t-tekniki li jintużaw għall-valutazzjoni tal-impatt radjoloġiku,

il-parametri u s-suppożizzjonijiet,

il-mogħdijiet prinċipali ta’ esponiment qrib il-maħżen u Stati Membri oħra affettwati li jirriżultaw minn evoluzzjoni normali u għad-degradazzjoni bikrija tal-barrieri,

l-attività u ż-żmien magħżul għar-rilaxx tar-radjonuklidi,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-dożi effettivi lil u/jew ir-riskji stmati għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha,

evalwazzjoni tal-inċertezzi.

9.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

il-monitoraġġ operattiv tar-radjazzjoni esterna u tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti (il-forom u l-frekwenza tal-kampjuni, it-tip ta’ strumenti tal-monitoraġġ li jintużaw f’ċirkostanzi normali u ta’ aċċidenti),

il-linji gwida għall-monitoraġġ ta’ wara l-għeluq tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti (1),

kwalunwke arranġament ta’ kollaborazzjoni mal-Istati Membri ġirien rigward il-monitoraġġ ambjentali.

Noti:

(1)  Rilevanti għall-imħażen il-ġodda tas-superfiċje biss.

(2)  Rilevanti għall-imħażen ġeoloġiċi biss.

(1)  L-Istati Membri affettwati għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati d-distanza mill-installazzjoni, id-direzzjoni tar-riħ għar-rilaxxi tal-effluwenti gassużi u r-rotta tal-mogħdijiet tal-ilma għar-rilaxxi tal-effluwenti likwidi.

ANNESS V

Dejta ġenerali applikabbli għall-modifikazzjonijiet ta’ pjan li dwaru għadha ma ngħatat l-ebda opinjoni

FORMOLA STANDARD

1.

L-isem u l-post fejn tinsab il-faċilità kkonċernata:

2.

Id-data tal-Opinjoni tal-Kummissjoni:

3.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-modifikazzjonijiet ippjanati:

4.

Il-limiti għar-rilaxxi awtorizzati fil-pjan eżistenti, u kundizzjonijiet rilevanti oħra:

4.1.

Effluwenti gassużi:

4.2.

Effluwenti likwidi:

4.3.

Skart solidu:

5.

Il-limiti għar-rilaxxi l-ġodda previsti mill-awtoritajiet, inklużi l-modifikazzjonijiet fil-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi, u kundizzjonijiet rilevanti oħra:

5.1.

Effluwenti gassużi:

5.2.

Effluwenti likwidi:

5.3.

Skart solidu:

6.

Il-konsegwenzi tal-limiti tar-rilaxxi l-ġodda u r-rekwiżiti assoċjati (effluwenti gassużi u/jew likwidi) b’rabta mal-evalwazzjoni tal-esponiment tal-popolazzjoni fi Stati Membri oħra:

7.

Il-konsegwenzi tal-modifikazzjonijiet b’rabta mar-rimi tal-iskart solidu:

8.

Il-konsegwenzi tal-modifikazzjonijiet b’rabta mal-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu fl-opinjoni preċedenti:

9.

Fil-każ ta’ aċċident(i) ta’ referenza ġdid/ġodda: deskrizzjoni u evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi:

10.

L-implikazzjonijiet tal-modifikazzjonijiet b’rabta mal-pjanijiet ta’ emerġenza attwali u għall-monitoraġġ ambjentali attwali:

ANNESS VI

Dejta ġenerali applikabbli għall-modifikazzjonijiet ta’ pjan li dwaru għadha ma ngħatat l-ebda opinjoni

Daħla

preżentazzjoni ġenerali tal-pjan,

l-istadju preżenti tal-proċedura tal-għoti tal-liċenzji.

1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

bil-post fejn tinsab l-installazzjoni b’rabta ma’ installazzjonijiet oħra ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

bil-post fejn jinsab is-sit b’rabta ma’ Stati Membri oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-eqreb konurbazzjonijiet, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom,

1.2.   L-idroloġija

Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 1.2 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rilaxxi mill-impjant tal-effluwenti radjuattivi likwidi f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti jew jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza li jinvolvi/u rilaxxi f’ambjent akkwatiku jiżdiedu.

Għal installazzjoni li tinsab qrib korp tal-ilma li jipprovdi mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor, deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi xierqa, li jestendu għall-Istat(i) Membru/i l-ieħor/oħra, pereżempju:

deskrizzjoni fil-qosor tal-mogħdija/mogħdijiet, tributarji, estwarju, astrazzjoni tal-ilma, tal-artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.,

il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom,

deskrizzjoni fil-qosor taż-żoni littorali,

id-direzzjoni u l-forza tal-kurrenti, il-marej, ix-xejriet taċ-ċirkulazzjoni, kemm lokali kif ukoll reġjonali.

1.3.   Il-meteoroloġija

Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 1.3 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rilaxxi mill-impjant tal-effluwenti radjuattivi gassużi f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti jew jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza li jinvolvi/u rilaxxi fl-atmosfera jiżdiedu.

Il-klimatoloġija lokali b’distribuzzjonijiet tal-frekwenzi:

tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

tal-intensità u d-dewmien tal-preċipitazzjoni,

għal kull settur tal-irjieħ, il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika, kemm idumu l-inverżjonijiet tat-temperaturi,

tal-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa).

1.4.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd, il-kaċċa u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti.

2.   L-INSTALLAZZJONI

deskrizzjoni fil-qosor tal-installazzjoni,

it-tip, l-iskop u l-karatteristiċi prinċipali tal-proċessi,

il-pjan ta’ kif inhu mqassam is-sit,

id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza,

it-trattament tal-iskart,

id-dettalji rilevanti tal-modifikazzjoni.

3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 3 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rilaxxi mill-impjant tal-effluwenti radjuattivi gassużi f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti.

3.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura fis-seħħ,

il-limiti għall-awtorizzazzjoni attwali,

il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

3.2.   L-aspetti tekniċi

ir-rilaxxi annwali mistennija,

il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżiċi u kimiċi tal-effluwenti radjuattivi,

il-ġestjoni ta’ dawn l-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

3.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

3.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

3.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-installazzjoni u għal Stati Membri oħra affettwati (1):

it-tixrid atmosferiku tal-effluwenti,

id-depożitu fl-art u s-sospensjoni mill-ġdid,

il-ktajjen alimentari, l-inalazzjoni, l-esponiment estern,...

id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

3.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 3.1 iktar ’il fuq:

il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje, għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

3.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-atmosfera minn installazzjonijiet oħra

Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi radjuattivi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 4 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rilaxxi mill-impjant tal-effluwenti radjuattivi likwidi f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti.

4.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura ġenerali involuta,

il-limiti għall-awtorizzazzjoni attwali,

il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

4.2.   L-aspetti tekniċi

ir-rilaxxi annwali mistennija,

il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżiċi u kimiċi tal-effluwenti radjuattivi,

il-ġestjoni tal-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

4.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

4.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza qrib l-impjant.

4.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

id-dispersjoni akkwatika tal-effluwenti,

it-trasferiment tagħhom bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni,

ktajjen alimentari, inalazzjoni tar-raxx tal-baħar, esponiment estern,...

id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

4.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 4.1 iktar ’il fuq:

il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-ilmijiet tas-superfiċje, fil-punti fejn tali konċentrazzjonijiet ikunu fl-ogħla livell tagħhom, qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

4.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-istess ilmijiet riċeventi minn installazzjonijiet oħra

Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 5 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rimi mill-impjant tal-iskart solidu radjuattiv f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti.

5.1.   L-iskart solidu radjuattiv

il-kategoriji tal-iskart solidu radjuattiv u l-ammonti stmati,

l-ipproċessar u l-ippakkjar,

l-arranġamenti għal ħżin fis-sit.

5.2.   Ir-riskji radjoloġiċi għall-ambjent

il-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent,

il-prekawzjonijiet meħuda.

5.3.   L-arranġamenti lil hinn mis-sit għat-trasferiment tal-iskart

5.4.   Ir-rilaxx ta’ materjali mir-rekwiżiti tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza

l-istrateġija, il-kriterji u l-proċeduri nazzjonali għar-rilaxx ta’ materjali kkontaminati jew attivati,

il-livelli awtorizzati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għar-rimi, għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid,

it-tipi u l-ammonti previsti ta’ materjali rilaxxati.

6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 6 għandha tintalab biss jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza jiżdiedu.

6.1.   Analiżi tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi

Lista tal-aċċidenti studjati fir-rapport dwar is-sikurezza

6.2.   L-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi possibbli fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati

Deskrizzjoni ġenerali tal-aċċident(i) ikkunsidrat(i) u r-raġunijiet għaliex intgħażel/intgħażlu

L-impatt tal-modifikazzjoni fuq l-aċċident(i) ta’ referenza

6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tal-aċċident(i) ta’ referenza

6.3.1.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi fl-atmosfera

Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 6.3.1 għandha tintalab biss jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza li jipprevedi/u rilaxxi fl-atmosfera jiżdiedu.

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

is-suppożizzjonijiet li ntużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-valuri tal-parametri li ntużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

Jekk ma ġewx sottomessi diġà taħt l-intestatura 3.3:

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

6.3.2.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi f’ambjent akkwatiku

Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 6.3.2 għandha tintalab biss jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza li jipprevedi/u rilaxxi f’ambjent akkwatiku jiżdiedu.

Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

is-suppożizzjonijiet li ntużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

il-mudelli u l-parametri li ntużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

Jekk ma ġewx sottomessi diġà taħt l-intestatura 4.3:

it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA; IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħra, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

8.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

Informazzjoni rilevanti b’rabta mal-modifikazzjoni

(1)  L-Istati Membri affettwati għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati d-distanza mill-installazzjoni, id-direzzjoni tar-riħ għar-rilaxxi tal-effluwenti gassużi u r-rotta tal-mogħdijiet tal-ilma għar-rilaxxi tal-effluwenti likwidi.

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/68

DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-KROAZJA

tal-25 ta’ Mejju 2010

dwar il-parteċipazzjoni tal-Kroazja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi tagħha

(2010/636/UE)

IL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-KROAZJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra (1).

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

Billi

(1)

Il-Kunsill Ewropew tal-Lussumburgu ta’ Diċembru 1997 għamel il-parteċipazzjoni fl-aġenziji Komunitarji mezz kif tissaħħaħ l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jipprovdu li “l-aġenziji Komunitarji li fihom il-pajjiżi applikanti jkunu jistgħu jipparteċipaw jiġu determinati każ b’każ”.

(2)

Il-Kroazja tikkondividi l-għanijiet u l-objettivi stabbiliti għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u tappoġġa l-kamp ta’ applikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-kompiti tal-Aġenzija kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

(3)

Huwa opportun li l-Kroazja tkun tista’ tipparteċipa bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija u li jiġu stabbiliti l-modalitajiet għal din il-parteċipazzjoni inklużi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni f’inizjattivi meħuda mill-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-persunal.

(4)

Huwa opportun ukoll li l-Aġenzija tittratta kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 168/2007 fil-Kroazja safejn huwa meħtieġ għall-allinjament gradwali tagħha mad-dritt Komunitarju.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kroazja, bħala pajjiż kandidat, għandha tipparteċipa bħala osservatur fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, li ġiet stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Artikolu 2

1.   L-Aġenzija tista’ tittratta kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fil-Kroazja safejn huwa meħtieġ għall-allinjament gradwali tagħha mad-dritt Komunitarju.

2.   Għal dan l-għan l-Aġenzija għandha tkun tista’ twettaq fil-Kroazja l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Artikolu 3

Il-Kroazja għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-attivitajiet tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Il-Kroazja għandha tappunta persuni li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 bħala osservatur u sostitut, rispettivament. Huma jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-Bord ta’ Tmexxija fuq bażi ugwali mal-membri u s-sostituti appuntati mill-Istati Membri, iżda mingħajr id-dritt tal-vot.

2.   Il-Kroazja għandha tinnomina uffiċjal tal-gvern bħala Uffiċjal Nazzjonali ta’ Kuntatt, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

3.   Fi żmien erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kroazja għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-ismijiet, il-kwalifiki u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 5

Id-data pprovduta lil jew li toħroġ mill-Aġenzija tista’ tiġi ppublikata u għandha tkun magħmula aċċessibbli għall-pubbliku, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni kunfidenzjali tingħata l-istess grad ta’ protezzjoni fil-Kroazja hekk kif tingħata fi ħdan il-Komunità.

Artikolu 6

L-Aġenzija għandha tgawdi fil-Kroazja l-istess kapaċità legali bħal dik mogħtija lill-entitajiet legali taħt il-liġijiet tal-Kroazja.

Artikolu 7

Sabiex l-Aġenzija u l-persunal tagħha jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom, il-Kroazja għandha tagħtihom il-privileġġi u l-immunitajiet identiċi għal dawk fl-Artikoli 1 sa 4, 6, 7, 11 sa 14, 16, 18 u 19 tal-Protokoll (Nru 36) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, mehmuż mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Artikolu 8

B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3), iċ-ċittadini tal-Kroazja li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom ta’ ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur tal-Aġenzija.

Artikolu 9

Kull waħda mill-Partijiet għandha tieħu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika li hija meħtieġa sabiex ikunu ssodisfati l-obbligi tagħha taħt din id-Deċiżjoni u għandha tinnotifikahom lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kroazja

Il-President

G. JANDROKOVIĆ

(1)  ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.

(2)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

ANNESS

KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA TAL-KROAZJA GĦALL-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-Kroazja lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tipparteċipa fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-Aġenzja), kif stabbilit fil-punt 2, tirrappreżenta l-ispiża sħiħa tal-parteċipazzjoni tagħha fiha.

2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-Kroazja lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandha tkun kif ġej:

Sena 1:

EUR 180 020

Sena 2:

EUR 180 020

Sena 3:

EUR 180 020

Sena 4:

EUR 205 020

Sena 5:

EUR 205 020

3.

L-appoġġ finanzjarju possibbli mill-programmi ta’ għajnuna tal-Komunità għandu jkun miftiehem separatament skont il-programm rilevanti tal-Komunità.

4.

Il-kontribuzzjoni tal-Kroazja ser tiġi amministrata skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

5.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza li jintefqu mir-rappreżentanti u l-esperti tal-Kroazja sabiex jieħdu sehem fl-Aġenzija jew f’laqgħat relatati mal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija fuq l-istess bażi ta’ u skont il-proċeduri attwalment fis-seħħ għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

6.

Wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u fil-bidu ta’ kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kroazja talba għal fondi li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tagħha lill-Aġenzija skont din id-Deċiżjoni. Għall-ewwel sena kalendarja tal-parteċipazzjoni tagħha, il-Kroazja ser tħallas kontribuzzjoni kkalkulata mid-data tal-parteċipazzjoni sal-aħħar tas-sena fuq bażi pro rata. Għas-snin ta’ wara, il-kontribuzzjoni tkun skont din id-Deċiżjoni.

7.

Din il-kontribuzzjoni għandha tkun espressa f’EUR u mħallsa f’kont bankarju tal-Kummissjoni f’EUR.

8.

Il-Kroazja ser tħallas il-kontribuzzjoni tagħha skont it-talba għal fondi għall-parti tagħha mhux aktar tard minn 30 jum wara li t-talba tintbagħat mill-Kummissjoni.

9.

Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jġib miegħu ħlas ta’ imgħax mill-Kroazja fuq l-ammont li jkun fadal mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax tikkorrispondi għar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fid-data dovuta, għall-operazzjonijiet tiegħu f’EUR, biż-żieda ta’ 1,5 punti perċentwali.

(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/71

DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-KOOPERAZZJONI DOGANALI

tal-24 ta’ Ġunju 2010

Skont l-Artikolu 21 ta' dan il-Ftehim: bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar Kooperazzjoni u Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali

dwar rikonoxximent reċiproku tal-programmi ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati fl-Unjoni Ewropea u fil-Ġappun

(2010/637/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KOOPERAZZJONI DOGANALI (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “KKKD”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar Kooperazzjoni u Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali, iffirmat fit-30 ta’ Jannar 2008 (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “ FKDARAKD”), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu;

Wara li kkunsidra li evalwazzjoni konġunta kkonfermat li l-programmi tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (minn issa ’l quddiem imsejjħa “OEA”) fl-Unjoni Ewropea (minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Unjoni”) u fil-Ġappun huma inizjattivi ta’ sigurtà u konformità u żvelat li l-istandards ta’ kwalifika tagħhom għas-sħubija huma kumpatibbli u jwasslu għal riżultati ekwivalenti;

Wara li kkunsidra li l-programmi japplikaw standards li huma rikonoxxuti fuq livell internazzjonali sostnuti mill-Qafas ta’ Standards SAFE adottat mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Qafas SAFE”);

Filwaqt li jirrikonoxxi n-natura speċjali tal-leġiżlazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kull programm;

Wara li kkunsidra li, skont il-FKDARAKD, l-Unjoni u l-Ġappun għandhom jiżviluppaw kooperazzjoni doganali sabiex jiffaċilitaw in-negozju u li s-sigurtà u sikurezza doganali u l-faċilitazzjoni tal-katina ta’ provvista kummerċjali internazzjonali, jistgħu jkunu mtejba b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent reċiproku tal-programmi OEA tagħhom; kif ukoll

Wara li kkunsidra li rikonoxximent reċiproku jippermetti lill-Unjoni u lill-Ġappun sabiex jipprovdu benefiċċji li jaġevolaw lill-operaturi li investew fis-sigurtà tal-katina loġistika u ġew iċċertifikati mill-programmi OEA tagħhom,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

I

Rikonoxximent Reċiproku u Responsabbiltà għall-Implimentazzjoni

1.

Il-programmi tal-OEA tal-Unjoni u tal-Ġappun qegħdin hawnhekk jiġu rikonoxxuti reċiprokament li huma kumpatibbli u ekwivalenti u l-istatus rispettiv tal-OEA mogħti fiż-żewġ programmi huma aċċettati b’mod reċiproku.

2.

L-awtoritajiet doganali definiti fl-Artikolu 1(c) tal-FKDARAKD (minn issa ’l quddiem imsejħa “awtoritajiet doganali”) huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

3.

il-programmi tal-OEA kkonċernati huma:

(a)

il-programm tal-Unjoni Ewropea dwar l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (li jkopri ċ-ċertifikat OEA dwar “sigurtà u sikurezza” u ċ-ċertifikat OEA “simplifikazzjonijiet doganali/sigurtà u sikurezza)

(ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u Titolu IIA tar-Regolament (KE) Nru 1875/2006 (4)); kif ukoll

(b)

il-programm Ġappuniż dwar l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (Liġi Doganali).

II

Il-kumpatibbiltà

1.

L-awtoritajiet doganali jżommu konsistenza bejn il-programmi u jassiguraw li standards li huma applikati għal kull programm jibqgħu kumpatibbli fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

proċess ta’ applikazzjoni għall-għoti tal-istejtus OEA;

(b)

valutazzjoni tal-applikazzjonijiet; kif ukoll

(c)

għoti u monitoraġġ tal-istejtus OEA.

2.

L-awtoritajiet doganali jassiguraw li l-programmi joperaw fi ħdan il-Qafas SAFE.

III

Benefiċċji

1.

Kull waħda mill-awtoritajiet doganali tipprovdi benefiċċji kumparabbli lill-operaturi ekonomiċi li għandhom status OEA taħt il-programm tal-awtorità doganali l-ieħor.

Dawn jinkludu, b’mod partikolari:

(a)

tieħu f’kunsiderazzjoni b’mod pożittiv l-istatus tal-OEA ta’ operatur awtorizzat mill-awtorità doganali l-oħra fil-qafas ta’ valutazzjoni tar-riskju sabiex jitnaqqsu l-ispezzjonijiet jew kontrolli u fil-qafas ta’ miżuri oħra relatati mas-sigurtà; kif ukoll

(b)

it-tentattiv li tistabbilixxi mekkaniżmu konġunt ta’ kontinwità tan-negozju sabiex ikun hemm rimedju għat-tfixkil fl-influss kummerċjali pprovokati minn żidiet fil-livelli ta’ allert, l-għeluq ta’ fruntieri u/jew diżastri naturali, emerġenzi perikolużi jew inċidenti oħra maġġuri, fejn merkanzija ta’ prijorità mibgħuta mill-OEA tista’ tiġi ffaċilitata u mibgħuta bl-aktar mod mgħaġġel possibbli mill-awtoritajiet doganali.

2.

Kull waħda mill-awtorità doganali tista’ ukoll tipprovdi aktar benefiċċji sabiex in-negozju jiġi ffaċilitat wara l-proċess ta’ reviżjoni msemmi fit-tieni paragrafu ta’ Parti V ta’ din id-Deċiżjoni.

3.

Kull waħda mill-awtoritajiet doganali żżomm l-awtorità li tissospendi l-benefiċċji pprovduti lill-membri tal-programm tal-awtorità doganali l-oħra taħt din id-Deċiżjoni. Sospensjoni ta’ benefiċċji bħal din minn awtorità doganali waħda tiġi trażmessa u mmotivata malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità doganali l-oħra għall-konsultazzjoni.

4.

Kull awtorità doganali tirrapporta irregolaritajiet li jinvolvu operaturi ekonomiċi li għandhom status OEA taħt il-programm tal-awtorità doganali l-oħra lill-awtorità doganali l-oħra sabiex tassigura analiżi immedjata ta’ kemm huma xierqa l-benefiċċji u l-istatus mogħtija mill-awtorità doganali l-oħra.

IV

Skambju ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni

1.

L-awtoritajiet doganali jtejbu l-komunikazzjoni sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni b’mod effettiv. Huma jiskambjaw informazzjoni u jiffavorixxu komunikazzjoni dwar il-programmi tagħhom b’mod partikolari billi:

(a)

jipprovdu aġġornamenti dwar l-operazzjoni u żvilupp tal-programmi tagħhom f’waqtu;

(b)

jimpenjaw ruħhom fi skambji ta’ informazzjoni li hu ta’ benefiċċju b’mod reċiproku dwar is-sigurtà tal-katina loġistika; kif ukoll

(c)

jassiguraw komunikazzjoni effettiva bejn l-aġenziji bejn il-Kummissjoni Ewropea Direttorat-Ġenerali għall-Finanzi u Unjoni Doganali u l-Uffiċċju ta’ Intelligenza Internazzjonali tal-Amministrazzjoni Doganali tal-Ġappun sabiex jiġu mtejba prassi tal-amministrazzjoni ta’ riskju fir-rigward tas-sigurtà loġistika min-naħa tal-membri tal-programmi.

2.

Skambji ta’ informazzjoni jiġu kondotti skont il-FKDARAKD fil-format elettroniku.

3.

Informazzjoni u dejta relatata, notevolment dwar membri tal-programmi, jiġu skambjati b’manjiera sistematika permezz ta’ mezzi elettroniċi.

4.

Dettalji li għandhom jiġu skambjati dwar operaturi ekonomiċi awtorizzati mill-programmi OEA jinkludu:

(a)

l-isem tal-operatur ekonomiku li għandu status OEA;

(b)

l-indirizz tal-operatur ekonomiku kkonċernat;

(c)

l-istatus tal-operatur ekonomiku kkonċernat;

(d)

id-data ta’ validazzjoni jew awtorizzazzjoni;

(e)

sospensjonijiet u revoki;

(f)

in-numru uniku tal-awtorizzazzjoni (eż. numri EORI jew OEA); kif ukoll

(g)

dettalji oħra li jistgħu jiġu stabbiliti bejn l-awtoritajiet doganali.

5.

L-awtoritajiet doganali jiggarantixxu protezzjoni tad-dejta skont l-FKDARAKD, b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu.

6.

Id-dejta skambjata hi użata strettament għar-raġunijiet ta’ implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

V

Konsultazzjoni u Reviżjoni

1.

Il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu solvuti permezz ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fil-qafas tal-KKKD.

2.

Il-KKKD jirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni regolarment. Dan il-proċess ta’ reviżjoni jista’ jinkludi, b’mod partikolari:

(a)

verifiki konġunti sabiex jidentifikaw il-punti b’saħħithom u dawk dgħajfa fl-implimentazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku;

(b)

skambji ta’ opinjonijiet dwar dettalji li għandhom jiġu skambjati u benefiċċji, inkluż kwalunkwe benefiċċju futur, li għandu jingħata lill-operaturi skont it-tieni paragrafu tat-tielet Parti ta’ din id-Deċiżjoni;

(c)

skambji ta’ opinjonijiet dwar dispożizzjonijiet ta’ sigurtà bħal protokolli li għandhom jiġu segwiti waqt u wara inċident ta’ sigurtà serju (tkomplija tal-attivitajiet kummerċjali) jew meta l-kundizzjonijiet jistħoqqilhom sospensjoni tar-rikonoxximent reċiproku;

(d)

reviżjonijiet ta’ kundizzjonijiet għas-suspensjoni ta’ benefiċċji msemmija fit-tielet paragrafu tat-tielet Parti ta’ din id-Deċiżjoni; kif ukoll

(e)

reviżjonijiet komprensivi ta’ din id-Deċiżjoni.

3.

Din id-Deċiżjoni tista’ tiġi mmodifikata permezz ta’ deċiżjoni tal-KKKD.

VI

Rikonoxximenti Ġenerali

1.

Din id-Deċiżjoni timplimenta d-dispożizzjonijiet eżistenti tal-FKDARAKD u ma tikkostitwixxix ftehim internazzjonali ġdid.

2.

L-attivitajiet ta’ kull awtorità doganali skont din id-Deċiżjoni jitwettqu f’konformità mal-liġijiet u regolamenti rispettivi tal-Unjoni u tal-Ġappun u l-ftehim internazzjonali applikabbli li huma parti minnhom.

3.

Il-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni huma mingħajr ħsara lill-awtoritajiet doganali li jagħtu assistenza lil xulxin.

VII

Bidu, Sospensjoni u Tmiem

1.

Il-kooperazzjoni taħt din id-Deċiżjoni tibda fl-24 ta’ Ġunju 2010

2.

Kull waħda mill-awtoritajiet doganali tista’ tissospendi l-kooperazzjoni taħt din id-Deċiżjoni f’kull ħin iżda għandha tipprovdi mill-anqas tletin (30) ġurnata ta’ avviż bil-miktub ta’ dan.

3.

Il-kooperazzjoni taħt din id-Deċiżjoni tista’ tiġi terminata permezz ta’ deċiżjoni tal-KKKD.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2010.

F’isem il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali UE-Ġappun

Direttur-Ġenerali DG Tassazzjoni u Għaqda Doganali tal-Kummissjoni Ewropea

Walter DEFFAA

Direttur-Ġenerali tal-Uffiċċju Dogonali u Tariffarja Ministeru tal-Finanzi, il-Ġappun

Toshiyuki OHTO

(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.

(4)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.