ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.274.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 274

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
19 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/605/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/07 (eks E 15/05) mogħtija minn Franza lil La Poste (notifikata bid-dokument numru C(2010) 133)  ( 1 )

1

 

 

2010/606/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 9/09 (ex NN 49/08; NN 50/08 u NN 45/08) mogħtija mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Dexia SA (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1180)  ( 1 )

54

 

 

2010/607/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Belġju għar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende (Għajnuna mill-Istat C 30/08 [ex NN 21/08]) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2520)  ( 1 )

103

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2010/608/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat C 10/09 (ex N 138/09) implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux Likwidi u l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-ING (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9000)  ( 1 )

139

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

DEĊIŻJONIJIET

19.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Jannar 2010

dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/07 (eks E 15/05) mogħtija minn Franza lil La Poste

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 133)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/605/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel (2),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fil-21 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni approvat it-trasferiment tal-attivitajiet bankarji u finanzjarji ta' La Poste lis-sussidjarja tagħha, La Banque Postale (3). Fid-Deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni enfasizzat li l-kwistjoni ta' garanzija mingħajr limitu mill-Istat favur La Poste kienet soġġetta għal proċedura separata.

(2)

Fil-21 ta’ Frar 2006, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE [issal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] (4) (minn hawn’il quddiem “ir-Regolament tal-Proċedura”), il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Franċiżi dwar il-konklużjonijiet preliminari tagħha dwar l-eżistenza ta' garanzija mingħajr limitu mill-Istat li nħolqot mill-istatus ta' La Poste u li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u talbithom iressqu l-kummenti tagħhom. Peress li din il-preżunta garanzija mingħajr limitu mill-Istat kienet fis-seħħ minn qabel l-1 ta’ Jannar 1958, il-Kummissjoni applikat ir-regoli ta' proċedura rigward l-għajnuniet eżistenti, skont l-Artikolu 1(b) tar-regolament tal-proċedura msemmi qabel (5).

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet ir-risposta tal-awtoritajiet Franċiżi fl-24 ta’ April 2006.

(4)

Fl-4 ta’ Ottubru 2006, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Proċedura, il-Kummissjoni talbet lil Franza tneħħi l-garanzija li tgawdi La Poste minħabba l-istatus tagħha fuq l-impenji kollha tagħha sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008.

(5)

Fis-6 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni rċeviet notifika mingħand l-awtoritajiet Franċiżi li kienet tikkontesta l-konklużjonijiet imressqa mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2006.

(6)

Wara laqgħa mas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli mill-kompetizzjoni (minn hawn’il quddiem “DĠ Kompetizzjoni”), permezz tal-ittra tas-16 ta’ Jannar 2007, l-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew lill-Kummisjoni abbozz ta' emenda tad-digriet dwar l-infurzar tal-Liġi Nru 80-539 tas-16 ta’ Lulju 1980 dwar il-pagamenti perjodiċi ta' penali imposti fi proċeduri amministrattivi u l-infurzar tas-sentenzi mill-korporazzjonijiet pubbliċi (6) (minn hawn’il quddiem “il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980”), jiġifieri d-Digriet nru 81-501 tat-12 ta’ Mejju 1981 ippromulgat għall-implimentazzjoni tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 dwar il-pagamenti perjodiċi ta' penali imposti fi proċeduri amministrattivi u l-infurzar tas-sentenzi mill-korporazzjonijiet pubbliċi (7) (minn hawn’il quddiem “id-Digriet tat-12 ta’ Mejju 1981”).

(7)

Wara talba ta' kjarifika mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu nota, li waslet fl-1 ta’ Frar 2007, li kienet tispjega s-sitwazzjoni tal-kredituri ta' La Poste f'każ li din issib ruħha f'diffikultajiet finanzjarji.

(8)

Permezz ta' nota tad-19 ta’ Marzu 2007, l-awtoritajiet Franċiżi għamlu proposta addizzjonali, li kienet tikkonsisti fl-impenn, flimkien ma’ La Poste, li jissemma n-nuqqas ta' garanzija f'kull kuntratt finanzjarju u l-prospett ta' La Poste.

(9)

Permezz ta' ittra datata d-29 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni infurmat lil Franza dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE kontra din il-miżura (minn hawn’il quddiem “id-deċiżjoni ta' ftuħ”).

(10)

Id-deċiżjoni ta' ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (8). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni.

(11)

Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti rigward dan mingħand il-partijiet interessati.

(12)

Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti ta' Franza permezz ta' ittra tat-23 ta’ Jannar 2008.

(13)

Il-Kummissjoni ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tad-DĠ Kompetizzjoni sejħa għall-offerti biex isir studju dwar il-garanzija mingħajr limitu tar-Repubblika Franċiża lil La Poste. Erba’ offerti waslu qabel l-iskadenza tal-21 ta’ April 2008. L-istudju ġie fdat f'idejn is-Sinjura Sophie NICINSKI, Professoressa tal-Università, assoċjata taħt id-dritt pubbliku, avukata u awtriċi ta' pubblikazzjonijiet dwar is-suġġett tal-garanzija tal-Istat favur l-istabbilimenti pubbliċi industrijali u kummerċjali. L-esperta (minn hawn’il quddiem “l-esperta tal-Kummissjoni”) ippreżentat ir-rapport tagħha fis-17 ta’ Novembru 2008.

(14)

Wara l-pubblikazzjoni fil-gazzetti ta' informazzjoni li tirrigwarda l-adozzjoni mill-gvern Franċiż ta' abbozz ta' liġi li jikkonferma l-bidla fl-istatus ta' La Poste, fl-20 ta’ Lulju 2009 il-Kummissjoni staqsiet lil Franza jekk kinitx taċċetta li tieħu impenn għat-trasformazzjoni ta' La Poste f'kumpanija limitata soġġetta għall-proċedura ta' riorganizzazzjoni u likwidazzjoni tal-liġi komuni. Permezz tal-istess ittra, il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport tal-esperta tagħha lill-awtoritajiet Franċiżi.

(15)

Permezz ta' nota mibgħuta fil-31 ta’ Lulju 2009, Franza infurmat lill-Kummissjoni li l-Kunsill tal-Ministri tad-29 ta’ Lulju 2009 kien adotta abbozz ta' liġi rigward La Poste u l-attivitajiet postali, li kien jistabbilixxi t-trasformazzjoni ta' La Poste f'kumpanija limitata fl-1 ta’ Jannar 2010. L-awtoritajiet Franċiżi barra minn hekk indikaw li kienu sejrin jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar ir-rapport tal-esperta tal-Kummissjoni.

(16)

Wara żewġ noti ta' tfakkir tal-Kummissjoni datati d-9 ta' Settembru u s-6 ta’ Ottubru 2009, Franza tat, permezz ta' nota mibgħuta fis-27 ta’ Ottubru 2009, il-kummenti tagħha dwar ir-rapport tal-esperta tal-Kummissjoni u bagħtet opinjoni tas-Sur Guy CARCASSONNE, Professur tal-Università u assoċjat tal-fakultajiet tal-liġi (minn hawn’il quddiem “l-espert tal-awtoritajiet Franċiżi”).

(17)

Fil-11 ta’ Diċembru 2009 tressqet emenda għall-abbozz ta' liġi rigward La Poste u l-attivitajiet postali li kienet tipposponi d-data tat-trasformazzjoni ta' La Poste f'kumpanija limitata għal Marzu tal-2010.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

(18)

Il-Liġi Nru 90-568 tat-2 ta’ Lulju 1990 rigward l-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku tal-posta u France Télécom (9) (minn hawn’il quddiem “il-Liġi tat-2 ta’ Lulju 1990”) biddlet id-Direttorat Ġeneral tal-posta u t-telekomunikazzjonijiet f’żewġ stabbilimenti pubbliċi: La Poste u France Telecom.

(19)

Ċerti stabbilimenti pubbliċi ma ġewx ikklassifikati mil-liġi dwar l- istabbilimenti pubbliċi amministrattivi (IPA) jew dwar l-istabbilimenti pubbliċi industrijali u kummerċjali (IPIK) (10). Dan kien il-każ ta' La Poste. Fis-sentenza tagħha tat-18 ta’ Jannar 2001 (it-tieni awla ċivili) (11), il-Qorti tal-Kassazzjoni madankollu adottat il-prinċipju li La Poste għandha tkun ittrattata bħala IPIK (12). Il-konsegwenzi legali tal-istatus ta' La Poste huma dawn:

2.1.   IN-NUQQAS TA' APPLIKABBILTÀ TAL-PROĊEDURI TA' INSOLVENZA U TA' FALLIMENT GĦAL LA POSTE

(20)

L-ewwel Artikolu tal-Liġi tat-2 ta’ Lulju 1990 ikkwalifika lil La Poste bħala entità pubblika. Fi Franza, l-entitajiet pubbliċi mhumiex soġġetti għal-liġi li tirregola l-irkupru u l-likwidazzjoni tal-kumpaniji f'diffikultà.

(21)

In-nuqqas ta' applikabbiltà tal-proċeduri ta' insolvenza u ta' falliment għall-istabbilimenti pubbliċi jirriżulta mill-prinċipju ġenerali ta' immunità mis-sekwestru ta' proprjetà tal-entitajiet pubbliċi rikonoxxut mill-qrati Franċiżi mill-aħħar tas-seklu 19, u b'mod partikolari mill-Qorti tal-Kassazzjoni (13).

(22)

Barra minn hekk, l-Artikolu 2 tal-Liġi nru 85-98 tal-25 ta’ Jannar 1985 rigward l-irkupru u l-likwidazzjoni tal-kumpaniji (14) (minn hawn’il quddiem “il-Liġi tal-25 ta’ Jannar 1985”), li tiddefinixxi l-ambitu ta' applikazzjoni tal-proċeduri ta' rkupru u likwidazzjoni tal-liġi Franċiża, li sar l-Artikolu L620-2 tal-Liġi kummerċjali, jgħid: “Il-proċeduri ta' rkupru u likwidazzjoni huma applikabbli għal kull negozjant, għal kull persuna rreġistrata fl-indiċi tal-kummerċ, għal kull bidwi u għal kull entità privata”. Jirriżulta għalhekk minn dan l-Artikolu kif ukoll mill-interpretazzjoni tiegħu tal-qrati Franċiżi (15), li l-proċeduri kollettivi tal-liġi komuni mhumiex applikabbli għall-entitajiet pubbliċi.

2.2.   APPLIKABBILTÀ GĦAL LA POSTE TAL-LIĠI TAS-16 TA’ LULJU 1980 U TAL-PRINĊIPJU TAR-RESPONSABBILTÀ BĦALA L-AĦĦAR ALTERNATTIVA TAL-ISTAT GĦAD-DJUN TAL-ENTITAJIET PUBBLIĊI

(23)

Il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 hija applikabbli għal La Poste, ikklassifikata bħala entità pubblika mil-Liġi tat-2 ta’ Lulju 1990.

(24)

Il-paragrafu II tal-ewwel Artikolu tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 jgħid: “meta deċiżjoni ġudizzjarja li għandha l-forza ta' res judicata tkun ikkundannat awtorità lokali jew stabbiliment pubbliku għall-ħlas ta' somma ta' flus li t-total tagħha huwa ffissat fid-deċiżjoni nnifisha, din is-somma għandha tkun mandata jew awtorizzata fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni tal-qorti. Fin-nuqqas ta' ħlas jew ta' awtorizzazzjoni f'dan iż-żmien, ir-rappreżentant tal-Istat fid-dipartiment jew l-awtorità regolatorja għandha toħroġ ordni ta' ħlas obbligatorju. F'każ ta' nuqqas ta' fondi, ir-rappreżentant tal-Istat fid-dipartiment jew l-awtorità regolatorja tintima lill-awtorità jew lill- istabbilimenti sabiex toħloq ir-riżorsi meħtieġa; jekk il-korp leġiżlattiv tal-awtorità jew tal-istabbiliment ma jkunx laħaq jew ħoloq dawn ir-riżorsi, ir-rappreżentant tal-Istat fid-dipartiment jew l-awtorità regolatorja tipprovdi u twettaq, jekk ikun il-każ, l-ordni tal-ħlas obbligatorju”.

(25)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 3-1 tad-Digriet tat-12 ta’ Mejju 1981 jgħid li “meta l-intimazzjoni tkun baqgħet mingħajr effett meta jgħaddi ż-żmien (16), ir-rappreżentant tal-Istat jew l-awtorità regolatorja għandha twettaq ir-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-baġit tal-awtorità jew tal-istabbiliment pubbliku li jkun falla. Hija tirrilaxxa, jekk ikun il-każ, ir-riżorsi meħtieġa jew billi tnaqqas il-fondi allokati għal spejjeż oħrajn u li jkunu għadhom jistgħu jintużaw, jew billi żżid ir-riżorsi”. Fl-aħħar nett, il-paragrafu 5 tal-Artikolu 3-1 tal-istess Digriet jipprovdi li “jekk, fi żmien tmint ijiem wara n-notifika tar-reġistrazzjoni tal-fondi, l-awtorità lokali jew l-istabbiliment pubbliku ma jkunx għamel il-ħlas tas-somma dovuta, ir-rappreżentant tal-Istat jew l-awtorità regolatorja għandha tipproċedi fi żmien xahar”.

(26)

Id-Digriet imsemmi tat-12 ta’ Mejju 1981 kien imħassar u sostitwit mid-Digriet nru 2008-479 tal-20 ta’ Mejju 2008 li jirrigwarda l-infurzar ta' penali finanzjarji imposti fir-rigward tal-entitajiet pubbliċi. Madankollu, l-Artikolu 10 tad-Digriet il-ġdid jinkludi t-termini tal-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 3-1 tad-Digriet tat-12 ta’ Mejju 1981 (17). Għaldaqstant ma jbiddilx is-sustanza tal-miżura.

(27)

Barra minn hekk, iċ-ċirkolari tas-16 ta’ Ottubru 1989 (18) tipprevedi li: “f'każ ta' nuqqas jew assenza ta' fondi, sitwazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tat-II tal-ewwel Artikolu tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, l-uffiċjal huwa obbligat ukoll, qabel ma jgħaddu erba” xhur, li jinforma dwar dan lill-kreditur permezz ta' ittra reġistrata b'talba għall-konferma tal-wasla, filwaqt li jispeċifika l-ammont tas-somma li sejra tkun ikkummissjonata aktar tard. Dan il-ħlas għandu jkun fuq l-ammont sħiħ dovut f'każ ta' nuqqas totali ta' fondi, jew fuq il-bilanċ f'każ ta' fondi insuffiċjenti’.

(28)

Minn dawn id-dispożizzjonijiet kollha jirriżulta li l-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u d-dokumenti ta' implimentazzjoni tagħha huma maħsuba biss sabiex jinfurzaw id-deċiżjonijiet legali li għandhom il-forza ta' res judicata li jikkundannaw jew lill-Istat, jew lil xi awtorità lokali, jew entità pubblika tħallas somma flus. Ma jistabbilixxux proċedura ta' rkupru jew ta' likwidazzjoni.

(29)

Barra minn hekk, il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u d-dokumenti ta' implimentazzjoni tagħha jinnominaw speċifikament lill-Istat bħala l-awtorità kompetenti għall-irkupru tad-djun tal-istabbilimenti pubbliċi. L-Istat għandu setgħat importanti: minn naħa waħda, l-ordni tal-ħlas obbligatorju u, min-naħa l-oħra, il-ħolqien ta' riżorsi adegwati. Dan iwassal sabiex wieħed jikkunsidra b'liema mod il-possibbiltà ta' kumpens disponibbli għall-kredituri mill-involviment tar-responsabbiltà tal-Istat f'każ ta' falliment ta' La Poste tista’ tiġi kkunsidrata bħala forma ta' garanzija.

(30)

Minbarra ż-żewġ elementi preċedenti (in-nuqqas ta' applikabbiltà tal-proċeduri ta' insolvenza u l-applikabbiltà tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980), fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, il-Kummissjoni nnutat li r-regoli applikabbli għal ċerti IPIK jistgħu jiġu applikati wkoll għal La Poste:

2.3.   TRASFERIMENT TAL-OBBLIGI TA' IPIK XOLTA LIL STABBILIMENT PUBBLIKU IEĦOR JEW LILL-ISTAT

(31)

L-istruzzjoni statutorja Nru 02-060-M95 tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar ir-regolament finanzjarju u l-kontijiet tal-istabbilimenti pubbliċi nazzjonali tat-tip industrijali u kummerċjali (19) (minn hawn’il quddiem “l-istruzzjoni statutorja”) tipprovdi li jistgħu jinħolqu żewġ sitwazzjonijiet f'każ ta' għeluq ta' IPIK li għandha accountant pubbliku:

jew stabbiliment pubbliku ġdid jissostitwixxi lill-IPIK preċedenti u juża l-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi ta' din tal-aħħar;

jew dokument jiddikjara x-xoljiment tal-istabbiliment pubbliku; f'dan il-każ, “id-dokument dwar ix-xoljiment tal-istabbiliment jista”, diġà, jinnomina l-werriet tal-bilanċ tal-likwidazzjoni, ġeneralment l-Istat’ (20).

(32)

Il-gwida dwar l-organizzazzjoni finanzjarja tal-ħolqien, it-trasformazzjoni u t-tneħħija tal-istabbilimenti pubbliċi nazzjonali u ta' gruppi ta' interess pubbliku tal-14 ta’ Novembru 2006 (minn hawn’il quddiem “il-gwida dwar l-organizzazzjoni finanzjarja”), disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-ministeru tal-Finanzi, tispeċifika (21): “Id-dokument li jneħħi l-istabbiliment għandu jipprovdi espliċitament għat-trasferiment tad-drittijiet, il-proprjetà u l-obbligi tal-istabbiliment mneħħi lill-istruttura li sejra tassumi l-attività jew l-assi tiegħu (jiġifieri jew stabbiliment pubbliku jew l-Istat)” [[…]]“B'mod aktar ġenerali, għandu jkun mistenni li l-istabbiliment il-ġdid jissostitwixxi l-korp li tiegħu jkun ħa l-attività bid-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti għat-twettiq tal-kompiti assenjati”.

(33)

Għalkemm id-dispożizzjonijiet tal-istruzzjoni statutorja u tal-gwida dwar l-organizzazzjoni finanzjarja mhumiex applikabbli ħlief għall-IPIK li għandhom accountant pubbliku, ċerti elementi jindikaw li IPIK li m'għandhomx accountant pubbliku wkoll jistgħu, f'każ ta' għeluq, ikollhom id-dejn tagħhom trasferit lill-Istat jew lil xi stabbiliment pubbliku ieħor.

(34)

B'hekk, Charbonnages de France ippubblikat fin-noti tal-kontijiet finanzjarji tagħha tal-31 ta’ Diċembru 2000 li d-drittijiet u l-obbligi kollha ta' IPIK għandhom, f'każ ta' għeluq, jiġu trasferiti jew lil entità pubblika oħra, jew lill-gvern Franċiż innifsu, u t-termini u l-kundizzjonijiet ta' tali trasferiment għandhom ikunu speċifikati fil-liġi adottata sabiex tagħlaq l-IPIK inkwistjoni. Din id-dikjarazzjoni mhijiex limitata biss għal dawk l-IPIK li għandhom accountant pubbliku; fil-fatt, Charbonnages de France hija IPIK mingħajr accountant pubbliku.

(35)

Barra minn hekk, skont ċerti aġenziji ta' klassifikazzjoni, f'każ ta' xoljiment ta' ERAP (22), għalkemm l-ERAP hija wkoll IPIK mingħajr accountant pubbliku, il-bilanċ tad-dejn u tal-assi tagħha wkoll jiġu trasferiti lill-Istat. Skont Fitch (23), “bħala IPIK, l-ERAP mhijiex soġġetta għall-proċeduri ta' likwidazzjoni. Tista” tiġi xolta biss permezz ta' proċedura leġiżlattiva u, f'dan il-każ, il-bilanċ tad-dejn u tal-assi tagħha jerġa’ lura għall-Istat.’ Skont Moody (24), “l-ERAP ma tistax tkun soġġetta għar-ristrutturar impost mill-qorti tal-proċeduri ta' likwidazzjoni ġudizzjarja. Għalhekk, f'każ ta' xoljiment tal-kumpanija, l-assi/djun tagħha jiġu trasferiti lill-awtorità responsabbli mill-ħolqien tagħha, jiġifieri l-Istat innifsu”.

(36)

Fid-dawl ta' dawn l-elementi, u minkejja li La Poste m'għandhiex accountant pubbliku (25), jeħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk, f'każ ta' likwidazzjoni, il-prinċipju tat-trasferiment tad-djun lill-Istat jew lil xi entità pubblika oħra huwiex applikabbli għal La Poste meta wieħed iqis li hija ekwivalenti għal IPIK. Għalhekk, il-kreditur ikollu l-garanzija li ma jitlifx id-dejn dovut lilu u jista’ jaċċetta rata ta' imgħax aktar baxxa jew jagħti kundizzjonijiet u skadenzi ta' ħlas aktar favorevoli milli fin-nuqqas ta' garanzija bħal din. Għaldaqstant tasferiment bħal dan għandu l-istess effetti ta' garanzija.

2.4.   AĊĊESS DIRETT GĦALL-KONTIJIET TAT-TEŻOR

(37)

Dejjem skont Fitch (26), “il-likwidità tal-ERAP hija garantita permezz tal-aċċess immedjat tagħha għall-kontijiet ta' self tat-Teżor”. Peress li l-ERAP hija IPIK, jeħtieġ li wieħed jeżamina l-aċċess li La Poste jista’ jkollha wkoll għall-kontijiet ta' self tat-Teżor.

3.   KUMMENTI U PROPOSTI TAL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI

(38)

Wara d-deċiżjoni ta' ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti u l-proposti tagħhom lill-Kummissjoni permezz ta' ittra tat-23 ta’ Jannar 2008. Din l-ittra tissupplimenta l-kummenti u l-proposti żviluppati fl-ittri preċedenti tal-awtoritajiet Franċiżi (27) u miġbura fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura.

3.1.   KUMMENTI TAL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI

(39)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw kemm l-eżistenza ta' garanzija kif ukoll il-preżenza ta' vantaġġ għal La Poste.

3.1.1.   NUQQAS TA' GARANZIJA

(40)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, minn naħa, l-istabbilimenti pubbliċi ma jibbenefikawx minn garanzija awtomatika minħabba l-istatus tagħhom (A) u min-naħa l-oħra, ir-raġunament tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ huwa żbaljat (B).

A.    L-istabbilimenti pubbliċi ma’ jibbenefikawx minn garanzija awtomatika minħabba l-istatus tagħhom  (28).

(41)

Fl-ewwel lok, ebda dokument, u ebda deċiżjoni, ma jistabbilixxi l-prinċipju li l-Istat jiggarantixxi, fil-prinċipju, b'mod indefinit, id-djun tal-IPIK.

(42)

Fit-tieni lok, il-qrati ħadu deċiżjonijiet dwar in-nuqqas ta' garanziji. B'mod partikolari, fid-deċiżjoni tiegħu rigward is-Société de l'hôtel d'Albe  (29), il-Conseil d'Etat sab li “l-uffiċċju nazzjonali tat-turiżmu b'personalità ġuridika u awtonomija finanzjarja [[…]] kien stabbiliment pubbliku, għaldaqstant, l-Istat m'għandux ikun meħtieġ iħallas id-djun kuntrattati minn dan l-istabbiliment; u għalhekk, kien għal din ir-raġuni li l-Ministru tax-xogħlijiet pubbliċi rrifjuta li jikkonċedi t-talba [tal-kreditur].” L-istess raġunament ġie segwit f'dak li jirrigwarda l-awtoritajiet lokali fiż-żewġ deċiżjonijiet tal-Conseil d'Etat fil-kawża Campoloro  (30).

(43)

Fit-tielet lok, il-liġi organika tal-1 ta’ Awwissu 2001 li tirrigwarda l-liġijiet tal-Finanzi (31) (minn hawn’il quddiem “il-LOLF”) tipprovdi li dispożizzjoni tal-liġijiet tal-Finanzi biss tista’ toħloq garanzija (32). Għalhekk, skont l-espert tal-awtoritajiet Franċiżi (33), mid-dħul fis-seħħ sħiħ tal-LOLF fl-1 ta’ Jannar 2005, ma setgħet tingħata l-ebda garanzija impliċita legalment. Għalhekk id-djun kuntrattati minn La Poste mill-1 ta’ Jannar 2005 ma jgawdux garanzija impliċita. Fil-każ tad-djun kuntrattati qabel l-1 ta’ Jannar 2005, l-espert tal-awtoritajiet Franċiżi jqis li fin-nuqqas ta' deċiżjoni kontenzjuża, ma jistax ikun determinat jekk l-iskadenza tal-garanziji impliċiti pprovduti qabel l-1 ta’ Jannar 2005 li l-għoti tagħhom ma jkunx ġie awtorizzat espressament fl-Att tal-Finanzi tistax–jew le- tkun eskluża fuq il-bażi tar-rispett tad-drittijiet tal-kredituri mħarsa mill-kostituzzjoni.

(44)

Fir-raba' lok, kieku l-IPIK kienu jgawdu garanzija mill-Istat, it-tibdil fl-istatus tagħhom kien ikun jeħtieġ l-introduzzjoni ta' miżuri biex jippreżervaw id-drittijiet tal-kredituri. Fil-fatt mekkaniżmu bħal dan qatt ma ġie stabbilit. Għall-kuntrarju, waqt it-trasformazzjoni fl-1 ta’ Jannar 1991 tal-amministrazzjoni tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet f'entità indipendenti (La Poste), l-Istat ta, permezz ta' deċiżjoni tal-31 ta’ Diċembru 1990, garanzija espliċita għad-djun kuntrattati qabel il-31 ta’ Diċembru 1990 u trasferiti lil La Poste. Dan ma kienx ikun meħtieġ kieku La Poste, bħala stabbiliment meqjus bħala IPIK, kienet irċeviet garanzija statutorja mill-Istat. Ġew adottati wkoll liġijiet u regolamenti li jipprovdu għal garanzija mill-Istat lil ċerti attivitajiet tal-ERAP u tal-Aġenzija Franċiża għall-Iżvilupp, li huma żewġ IPIK.

(45)

Fl-aħħar lok, l-awtoritajiet Franċiżi jikkwotaw artiklu (34) tas-Sur Labetoulle, li kien il-President tat-taqsima tal-litigazzjoni tal-Conseil d'Etat. Skont is-Sur Labetoulle, “fil-liġi, mhemm l-ebda awtomatiċità fl-għoti, il-benefiċċju u l-firxa ta' din il-garanzija [garanzija mill-Istat li tapplika awtomatikament għall-istabbilimenti pubbliċi tal-Istat].”

B.    Ir-raġunament tal-Kummissjoni rigward l-eżistenza ta' garanzija huwa żbaljat  (35)

(a)   Ir-rimbors ta' krediti individwali mhuwiex garantit

1.   Il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 ma tistabbilixxix garanzija

(46)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi (36), il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tagħti lill-awtorità regolatorja setgħa ta' sostituzzjoni lill-eżekuttiv tal-persuna li qiegħda tissostitwixxi. Bħala tali, it-tutela tista’ teżerċita biss il-kompetenzi ta' dan l-eżekuttiv, li ma jinkludux il-possibbiltà tad-disponibbiltà tal-baġit Statali. Il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 ma tipprovdix għalhekk l-obbligu tal-Istat li juża r-riżorsi tiegħu stess.

(47)

Biex jappoġġaw din l-interpretazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jikkwotaw ix-xogħol preparatorju għal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980. Waqt dawn id-diskussjonijiet, il-gvern kien oġġezzjona għall-emendi li kienu jobbligaw lill-Istat iħallas sussidju speċjali lil awtorità lokali li r-riżorsi tagħha ma jkunux suffiċjenti sabiex timplimenta deċiżjoni tal-qorti.

(48)

L-awtoritajiet Franċiżi jirreferu wkoll għal artikli akkademiċi (37). Dawn l-artikli jfakkru li l-espressjoni “tipprovdi” imsemmija fl-ewwel Artikolu tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tirreferi għal setgħa “alternattiva”, li fiha “huwa prinċipju li s-sostitwent ikollu l-istess kompetenzi tas-sostitut”, l-għoti ta' sussidju speċjali jaqa’ wkoll “barra l-eżerċizzju ta' setgħa alternattiva” u għaldaqstant mhux previst mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980.

(49)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jikkwotaw id-deċiżjonijiet tal-Conseil d'Etat tal-10 ta’ Novembru 1999 (38) u tat-18 ta’ Novembru 2005 (39) rigward il-kawża Campoloro. Il-Conseil d'Etat ikkunsidra li s-sostituzzjoni finanzjarja tal-Istat tal-grupp li falla ma kinitx fil-lista tal-obbligi imposti mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980. Barra minn hekk, meta eżamina jekk kienx il-każ li jitlob ir-responsabbiltà tal-Istat fuq il-bażi ta' tort – li barra minn hekk kien kbir -, il-Conseil d'Etat fil-prinċipju eskluda kull forma ta' responsabbiltà “ex officio” u għalhekk kwalunkwe forma ta' garanzija.

2.   Ma tistax tiġi invokata r-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat minħabba n-nuqqas ta' assi biss

(50)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jgħidu li l-possibbiltajiet ta' kumpens miftuħa permezz tal-involviment tar-responsabbiltà, f'kundizzjonijiet restrittivi, lill-kredituri ta' stabbilimenti pubbliċi ma jistgħux jitqiesu bħala forma ta' garanzija. Il-garanzija titlob li l-garanti jassumi l-azzjonijiet tal-garantit. Jekk wieħed jassumi żball jew, fil-każ ta' responsabbiltà mingħajr tort, il-konsegwenzi ta' azzjoni proprja, ma jistax ikun hemm garanzija.

(51)

Imbagħad l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li f'kull każ, ir-responsabbiltà tal-Istat ma tistax tiġi invokata biss minħabba li l-Prefett jew l-awtorità regolatorja ma setgħet tieħu l-ebda azzjoni li tippermetti rimbors tad-dejn minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja u l-assi tal-awtorità jew tal-istabbiliment pubbliku.

(52)

Fuq il-bażi ta' tort – ikun kemm ikun kbir -, fl-ewwel lok, l-astensjoni tal-Prefett jew tal-awtorità regolatorja li timplimenta s-setgħat tagħha meta l-ebda miżura ma tippermetti r-rimbors tad-djun mill-awtorità jew l-istabbiliment pubbliku ma tistax tkun inkorretta fiha nfisha.

(53)

Fil-każ ta' responsabbiltà mingħajr tort, mill-inqas żewġ elementi jwasslu biex din tkun eskluża:

L-ewwel nett, ir-responsabbiltà tal-persuna li lilha qed jintalab kumpens tista’ tinħoloq biss jekk il-fatt (inkluż l-astensjoni) attribwit lilha kien il-kawża diretta tal-ħsara. Madankollu, fil-każ ta' nuqqas ta' assi suffiċjenti, ma jkunx l-att jew l-astensjoni tal-awtorità amministrattiva li hija l-kawża tal-ħsara mġarrba mill-kreditur, iżda l-insolvibbiltà tal-awtorità jew tal-istabbiliment pubbliku.

Fit-tieni lok, ir-responsabbiltà mingħajr tort tirriżulta mill-prinċipju ta' ugwaljanza quddiem l-obbligazzjonijiet pubbliċi. Madankollu, skont l-awtoritajiet Franċiżi, f'dan il-każ, huwa diffiċli li wieħed jiddistingwi b'liema mod il-ħsara mġarrba mill-kredituri tista’ tirriżulta minn tqassim mhux ugwali tal-obbligazzjonijiet pubbliċi. Fil-fatt, għall-kuntrarju tal-kawża li wasslet għall-ġurisprudenza Couitéas (40), f'dan il-każ, l-ebda awtorità tal-Istat ma tiddeċiedi li ma tipproċedix bit-twettiq tas-sentenza għal raġunijiet ta' interess ġenerali. Iċ-ċirkustanzi huma dawk li fihom l-awtorità pubblika jkollha tiffaċċja l-impossibbiltà prattika li tieħu miżuri sabiex timplimenta d-deċiżjoni tal-qorti u tħallas lura lill-kredituri, u mhux impossibbiltà għal raġunijiet ta' rekwiżiti ta' interess ġenerali. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-invokazzjoni tar-responsabbiltà minħabba ksur tal-ugwaljanza quddiem l-obbligazzjonijiet pubbliċi ma tistax tirriżulta mis-sempliċi konstatazzjoni tal-falliment. Rigward l-argument ippreżentat mill-Kummissjoni fil-premessa 59 tad-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha li “jekk ir-rappreżentant tal-Istat jagħżel iż-żamma tal-kontinwità tas-servizz pubbliku minflok id-dritt tal-kreditur li jara d-dejn tiegħu mħallas, ma jistax ikun eskluż li tintalab ir-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat”, l-awtoritajiet Franċiżi jirrikonoxxu li l-ħtieġa tal-kontinwità tas-servizz pubbliku hija importanti għar-rappreżentant tal-Istat fit-twettiq tal-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980. Madankollu, skont l-awtoritajiet Franċiżi, anki jekk l-imħallef jordna l-kumpens lill-kredituri, tali kumpens ikollu l-effett li jpoġġi lill-kreditur fis-sitwazzjoni li kien ikun fiha fil-liġi komuni, minħabba li, f'dan il-każ, il-proprjetà inkwistjoni kienet tinbiegħ u l-grupp ta' kredituri kienu jieħdu l-ammont korrispondenti. Għaldaqstant ma jkun hemm l-ebda vantaġġ għall-kredituri.

(b)   […]  (*)

1.   In-nuqqas ta' applikabbiltà tal-proċedura ta' rkupru u ta' likwidazzjoni tal-liġi komuni għall-istabbilimenti pubbliċi ma jeskludix il-possibbiltà ta' falliment ta' IPIK jew ta' proċedura ta' falliment kontriha

(54)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni qiegħda tibbaża l-analiżi tagħha fuq il-Komunikazzjoni tagħha tas-sena 2000 dwar l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji (41), u b'mod partikolari il-punt 2.1.3 tagħha, li jipprovdi li “Il-Kummissjoni tqis ukoll bħala għajnuna fil-forma ta' garanzija il-kundizzjonijiet ta' kreditu aktar favorevoli miksuba mill-kumpaniji li l-istatut legali tagħhom jeskludi l-possibbiltà ta' proċedura ta' falliment jew insolvenza jew jipprovdi b'mod espliċitu garanzija mill-Istat jew kopertura tat-telf mill-Istat”.

(55)

Filwaqt li jinnutaw li r-regoli tat-Trattat jissuperaw il-Komunikazzjoni tas-sena 2000 rigward l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji, l-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw żewġ elementi li, fil-fehma tagħhom, ineħħu l-applikabbiltà tiegħu għal din il-Komunikazzjoni f'dan il-każ:

il-Komunikazzjoni tas-sena 2000 rigward l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji tenfasizza l-fatt li l-għajnuna possibbli tirriżulta minn “kundizzjonijiet ta' kreditu aktar favorevoli” li jkunu attribwibbli għall-esklużjoni tal-possibbiltà ta' proċedura ta' falliment; madankollu il-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta' tali “kundizzjonijiet ta' kreditu aktar favorevoli”;

il-Komunikazzjoni tas-sena 2000 rigward l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji tirreferi għall-każ fejn l-istatus legali jeskludi kull proċedura ta' falliment jew ta' insolvenza u mhux xi proċedura partikolari; madankollu l-Kummissjoni ma stabbilixxitx li La Poste ma tistax tfalli, lanqas li l-ebda proċedura ta' insolvenza ma hija possibbli.

(56)

Madankollu, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-Liġi tal-25 ta’ Jannar 1985 hija biss liġi ta' proċedura. Il-fatt li l-IPIK ma jidħlux fl-ambitu ta' applikazzjoni tagħha ma jfissirx li IPIK ma tistax issib ruħha f'sitwazzjoni ta' sospensjoni tal-pagamenti, u lanqas ma tipprojbixxi l-implimentazzjoni kontra tagħha ta' proċedura ta' riorganizzazzjoni, likwidazzjoni jew falliment ad hoc.

2.   L-applikazzjoni tal-“proċedura” stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, minflok il-liġi tal-falliment, ma tagħti l-ebda vantaġġ lill-kreditur

(57)

Wara analiżi tal-premessa 68 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-Kummissjoni tuża żewġ kriterji sabiex tevalwa jekk l-applikazzjoni ta' proċedura speċifika f'każ ta' insolvenza tagħtix vantaġġ lill-entità soġġetta għal din il-proċedura fir-rigward tal-intrapriżi soġġetti għal-liġi kummerċjali:

kriterju ta' reklamar: il-proċedura li tiġi segwita f'każ ta' insolvenza ta' La Poste għandha tkun definita u magħmula pubblika;

kriterju ta' ekwivalenza: din il-proċedura għandha tkun jew il-proċedura tal-liġi privata, jew proċedura li tagħti lill-kredituri ta' La Poste drittijiet li ma jkunux akbar minn dawk li jkollhom taħt il-liġi kummerċjali.

(58)

Għalkemm l-awtoritajiet Franċiżi jikkuntestaw il-ħtieġa tar-rispett ta' dawn iż-żewġ kriterji (42), peress li dawn il-kriterji jitqiesu bħala neċessarji u suffiċjenti mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi għażluhom sabiex janalizzaw jekk l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tagħtix vantaġġ lill-kredituri tal-kumpaniji soġġetti għal-liġi tal-falliment.

(59)

F'dak li jirrigwarda l-kriterju tar-reklamar, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 hija identifikata b'mod korrett mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni bħala li hija applikabbli fil-każ ta' insolvenza ta' IPIK, kif jirriżulta mill-punti tal-aġenziji msemmija mill-Kummissjoni fir-rigward tal-ERAP.

(60)

F'dak li jirrigwarda l-kriterju ta' ekwivalenza, l-awtoritajiet Franċiżi jiddistingwu bejn il-każ fejn ħtieġa ta' kontinwità ta' servizz pubbliku tkun applikabbli u l-każ fejn tali ħtieġa ma tkunx applikabbli.

(i)   il-“proċedura” stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 analizzata mill-angolu ta' prova ta' ekwivalenza – minbarra ħtieġa ta' kontinwità tas-servizz pubbliku

(61)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, jekk La Poste ma tkunx f'sitwazzjoni li tħallas lura d-djun tagħha u jekk l-ebda ħtieġa ta' kontinwità tas-servizz pubbliku ma tkun applikabbli, tiġi segwita l-proċedura li ġejja: fil-każ mhux mistenni ta' diffikultà finanzjarja u ppruvata u qabel ma tasal għal sitwazzjoni ta' nuqqas ta' assi, il-kumpanija jkollha tidħol f'negozjati mal-kredituri tagħha sabiex tistabbilixxi pjan ta' razzjonalizzazzjoni tad-djun. Imbagħad, jekk il-pjan ma jitqiesx sodisfaċenti jew jekk ma jippermettix li jintemmu d-diffikultajiet finanzjarji, u fl-assenza ta' ftehim ġdid mal-kredituri, dawn – jew xi wħud minnhom – jistgħu jitolbu lill-imħallef kompetenti l-kundanna tad-debitur u għalhekk jiġi rikonoxxut il-kreditu tagħhom. Il-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 għandha tkun implimentata. Din tista’ twassal, jekk ikun il-każ, sabiex l-awtorità regolatorja tieħu post l-eżekuttiv ta' La Poste biex tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-ħlas tad-djun tagħha fuq ir-riżorsi tal-istabbiliment. Jekk il-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tiskopri nuqqas ta' assi ta' La Poste, u jekk ma jkunx fiżikament possibbli għall-awtorità regolatorja, minħabba li ma jkollhiex aktar assi xi tbiegħ, li toħloq ir-riżorsi meħtieġa għall-ħlas tas-somma dovuta, il-proċedura prevista mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tintemm.

(62)

Għalhekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, fil-każ fejn l-ebda ħtieġa ta' servizz pubbliku ma hija applikabbli, l-applikazzjoni tal-“proċedura” stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tista’ twassal għar-realizzazzjoni tal-assi kollha ta' La Poste, iżda, f'każ ta' nuqqas ta' assi, din il-proċedura ma tippermettix li jitħallsu l-kredituri kollha ta' La Poste. Fl-aħħar tal-proċedura, il-kredituri ta' entità soġġetta għal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, meħuda flimkien, kienu jirkupraw l-istess ammont tal-kredituri ta' entità soġġetta għal-liġi kummerċjali, jiġifieri l-ammont li jirriżulta mir-realizzazzjoni tal-assi.

(63)

Din il-proċedura hija differenti mill-proċedura applikabbli fil-liġi kummerċjali f’żewġ aspetti biss:

in-nuqqas ta' trattament tal-kredituri f'daqqa: għall-kuntrarju tal-proċedura tal-liġi privata li fiha d-djun jiġu pproċessati f'daqqa u l-kredituri jitħallsu f'ordni dixxendenti ta' privileġġ u fil-proporzjon tal-ammonti disponibbli, il-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 hija differenti minħabba li l-azzjoni tal-kreditur biss tippermetti li jżomm id-drittijiet tiegħu. Il-loġika tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 hija dik ta “jinqeda l-ewwel, min jiġi l-ewwel”;

huwa r-rappreżentant tal-Istat li, taħt is-sorveljanza tal-imħallef amministrattiv (sorveljanza tal-imġiba ħażina kif stabbilit mill-Conseil d'Etat fid-deċiżjoni Campoloro msemmija ta' Novembru 2005), iwettaq funzjoni ekwivalenti għal dik tal-likwidatur u tal-amministratur ġudizzjarju.

(64)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li wara l-proċedura, il-kredituri ma jkollhom l-ebda rikors. Fil-fatt, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-Istat ma jistax jinżamm responsabbli fuq il-bażi biss ta' nuqqas ta' assi. Bl-istess mod, fil-proċedura tal-liġi privata, il-kredituri “ma jirkuprawx id-dritt tagħhom ta' proċedura individwali”, ħlief għal xi eċċezzjoni, wara l-likwidazzjoni ġudizzjarja (43).

(ii)   Il-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 analizzata mill-angolu tat-test ta' ekwivalenza bil-kunsiderazzjoni tal-ħtieġa ta' kontinwità tas-servizz pubbliku.

(65)

F'każ li l-kontinwità tas-servizz pubbliku għandha tkun assigurata, l-awtoritajiet Franċiżi, jammettu li r-rappreżentant tal-Istat, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, jista’ jiddeċiedi li ma jbiegħx ċerti assi meħtieġa għat-twettiq ta' kompitu ta'servizz pubbliku. In-nuqqas ta' trasferiment ta' ċerti assi, għal raġunijiet li jirrigwardaw il-kontinwità tas-servizz pubbliku, jirriżulta, jekk ma jkunx soġġett għal kumpens mill-Istat, f'realizzazzjoni aktar baxxa tal-assi u fi tnaqqis korrelattiv tal-ammonti rekuperabbli mill-kredituri. Il-proċedura ma tagħtix lill-kredituri ta' La Poste drittijiet superjuri għal dawk li jkollhom taħt il-liġi kummerċjali. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-kriterju ta' ekwivalenza mressaq mill-Kummissjoni huwa a fortiori ssodisfat.

(66)

L-awtoritajiet Franċiżi jammettu madankollu li f'dan il-każ, ir-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat tkun soġġetta li tiġi invokata u li tirriżulta f'kumpens lill-kredituri li jammonta għad-danni li jkunu sofrew, jiġifieri l-valur tas-suq tal-assi li r-rappreżentant tal-Istat ikun iddeċieda b'mod legali li ma jbiegħx. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dan il-kumpens possibbli xorta waħda ma jkollu l-ebda effett ieħor għajr li jpoġġi lill-kredituri fis-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-liġi komuni u għaldaqstant ma tkunx tista’ tagħtih, skont it-test ta' ekwivalenza, drittijiet superjuri għal dawk li jista’ jkollu taħt il-liġi komuni.

(67)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tissodisfa l-kriterji ta' ekwivalenza u ta' reklamar imressqa mill-Kummissjoni u li huma biżżejjed sabiex jeskludu l-eżistenza ta' benefiċċju. Huma jikkunsidraw għalhekk li mhuwiex ġustifikat li La Poste tkun soġġetta direttament għall-proċedura rigoruża u kumplessa, tal-liġi komuni.

3.   Id-dokumenti kkwotati mill-Kummissjoni dwar xi jsir mill-obbligi wara l-eżawriment tar-riżorsi tal-istabbiliment mhumiex applikabbli għal La Poste

(68)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, id-dokumenti msemmija mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' ftuħ, b'mod speċjali fil-premessa 69, mhumiex applikabbli, lanqas trasponibbli għal La Poste.

3.1.2.   EBDA VANTAĠĠ

(69)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-analiżi tal-Kummissjoni rigward l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv tiżvolġi tul żewġ angoli:

argument ċirkolari ibbażat fuq il-Komunikazzjoni tas-sena 2000 rigward l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji;

analiżi tal-impatt probabbli tal-miżura allegata fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

A.    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-sena 2000 rigward l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji ma tissuġġerixxix l-eżistenza ta' vantaġġ f'dan il-każ

(70)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li fil-punt 77 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni għamlet żball ta' interpretazzjoni tal-premessa 2.1.3 tal-Komunikazzjoni tas-sena 2000 dwar l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-punt 2.1.3 jimplika li fil-każ ta' kumpanija li l-istatus legali tagħha jipprekludi l-possibbiltà ta' proċedura ta' falliment jew ta' insolvenza, jekk din il-kumpanija tirċievi kundizzjonijiet ta' kreditu aktar favorevoli, dawn jitqiesu bħala għajnuna fil-forma ta' garanzija. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, fil-punt 2.1.3 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-sena 2000 rigward l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji xejn ma jindika li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-fatt li l-istatus legali ta' kumpanija jeskludi l-possibbiltà ta' proċedura ta' falliment neċessarjament iwassal sabiex din il-kumpanija tibbenefika minn kundizzjonijiet ta' finanzjament aktar favorevoli.

(71)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li La Poste ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-punt 2.1.3 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-sena 2000 rigward l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji minħabba li din tal-aħħar hija maħsuba għall-każ fejn l-istatus legali jeskludi kwalunkwe proċedura ta' falliment jew ta' insolvenza u mhux xi proċedura partikolari. Madankollu, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni ma stabbilixxitx li La Poste ma setgħetx tiddikjara falliment, lanqas li ma kienet applikabbli l-ebda proċedura ta' insolvenza.

B.    Nuqqas ta' responsabbiltà u ta' riżorsi tal-Istat

(72)

Fil-premessa 79 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni tfakkar l-influwenza li għandhom l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq il-kundizzjonijiet ta' kreditu miksuba mill-kumpaniji.

(73)

Wara li fakkru n-nuqqasijiet tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-pożizzjoni ta' aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, meta ma tkunx taħt tensjoni minn analiżi eżatta tal-qafas legali fis-seħħ, ma tistabbilixxix vantaġġ attribwibbli lill-Istat li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, anki jekk din l-evalwazzjoni tiftaħ fil-prattika aċċess vantaġġjuż għall-kreditu għal IPIK, dan ma jagħtihiex fid-dritt u fil-prattika l-ebda aċċess għal riżorsi tal-Istat, li huwa meħtieġ sabiex jirrappreżenta għajnuna mill-Istat.

(74)

L-awtoritajiet Franċiżi jkomplu jgħidu li l-analiżi tal-aġenziji ma jibbażawx fuq pjan legali oġġettiv iżda fuq evalwazzjoni soġġettiva ta' xi jkun l-għajnuna tal-Istat f'każ ta' diffikultà tal-kumpanija kkunsidrata.

C.    Ċirkolarità tar-raġunament

(75)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-raġunament tal-Kummissjoni huwa ċirkolari:

il-Kummissjoni qiegħda tibbaża primarjament fuq ix-xhieda tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu biex tistabbilixxi vantaġġ ekonomiku;

is-suq u l-aġenziji ta' klassifikazzjoni integraw in-nuqqas ta' garanzija mill-Istat fuq La Poste, iżda jkomplu jesprimu dubju li ġej biss mill-pożizzjoni espressa tal-Kummissjoni.

D.    Nuqqas ta' effett fuq il-klassifikazzjoni ta' La Poste

(76)

F'kull każ, skont l-awtoritajiet Franċiżi, id-deċiżjoni ta' ftuħ ma tistabbilixxix li l-klassifikazzjoni ta' La Poste hija ogħla minħabba allegata garanzija illimitata mill-Istat.

(a)   It-twemmin tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni mhuwiex biżżejjed sabiex jistabbilixxi xi effett

(77)

L-awtoritajiet Franċiżi jifformulaw bosta osservazzjonijiet rigward l-istudju ta' Standard and Poor's intitolat “Influence of Government Support on Ratings”, ikkwotat mill-Kummissjoni fil-premessa 80 tad-deċiżjoni ta' ftuħ. F'dan l-istudju, Standard and Poor's jagħmlu distinzjoni bejn diversi kategoriji ta' “kumpaniji postali mgħejuna mill-gvern”; il-klassifikazzjoni tiddetermina l-metodoloġija li jużaw Standard and Poor's sabiex jiddeterminaw il-grad tal- istabbiliment msemmi.

(78)

L-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw li l-appartenenza għall-kategorija 1 (44) twieġeb għal kriterji wiesgħa, bħat-tip ta' attività jew l-ambjent ekonomiku u soċjali, iżda ma tagħmilx referenza għall-istatus tal-operatur ikklassifikat.

(79)

L-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw li fit-22 ta’ Novembru 2004, il-posta Franċiża u l-posta Taljana kienu kklassifikati fil-kategorija 2 (45). L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu mid-dokument ta' Standard and Poor li l-prestazzjonijiet finanzjarji tal-Poste Italiane ma kienux jiġġustifikaw il-klassifikazzjoni tal-posta Taljana. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-posta Taljana kienet qiegħda tgawdi klassifikazzjoni influwenzata minn dik tas-sid tagħha, u dan minkejja l-fatt li Poste Italiane kellha status ta' SpA ta' dritt komuni.

(80)

L-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw li Standard and Poor's finalment ikklassifikaw La Poste fit-3 kategorija (46). Skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-riformi kbar li saru mill-aħħar tal-2004 gradwalment wasslu lil Standard and Poor's sabiex jikklassifikaw lil La Poste f'din it-tielet kategorija. L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu minn dan li ma jistax jintwera li l-klassifikazzjoni ta' La Poste hija attribwibbli għall-istatus tagħha biss jew għal xi mekkaniżmu ta' garanzija mill-Istat, u li din il-klassifikazzjoni tista’ tirrappreżenta għajnuna mill-Istat.

(81)

L-awtoritajiet Franċiżi jammettu madankollu li l-istudju ta' Standard and Poor's tal-2004 kien iqajjem il-kwistjoni tal-istatus ta' La Poste. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi jassiguraw li d-diskussjonijiet li kellhom minn dakinhar ma’ Standard and Poor's iċċaraw il-kwistjoni. L-awtoritajiet Franċiżi avżaw lil Fitch ukoll dwar in-nuqqas ta' xi garanzija mill-Istat fuq La Poste, u wara dan l-aġenzija wegħdet li tikkunsidra l-kwistjoni mill-ġdid.

(b)   L-isfera privata fiha abbondanza ta' każijiet fejn il-klassifikazzjoni ta' kumpanija sussidjarja tkun marbuta ma’ dik tal-kumpanija prinċipali

(82)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-influwenza tal-preżenza ta' azzjonist maġġoritarju u stabbli, li ġiet innutata mill-aġenziji ta' klassfikazzjoni fil-każ ta' Poste Italiane indipendentement minn kwalunkwe karatteristika statutorja, tinsab fil-każ tal-gruppi privati. L-awtoritajiet Franċiżi jikkwotaw bħala eżempji komunikazzjoni ta' Standard and Poor's tat-3 ta’ Diċembru 2003 rigward l-AGF (47), komunikazzjoni rigward Volkswagen Bank GmbH (48) u komunikazzjoni rigward VWFS (49). Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dan it-tip ta' approċċ fl-ebda każ ma jikkostitwixxi xi karatteristika tas-settur pubbliku.

(c)   Il-klassifikazzjoni ta' La Poste ma tinbidilx f'każ li jinbidel l-istatus

(83)

Permezz tal-analiżi tal-klassifikazzjoni ta' La Poste minn Standard and Poor's, l-awtoritajiet Franċiżi jippruvaw juru li din il-klassifikazzjoni ma tiddependix mill-istatus ta' La Poste.

(84)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw li meta fformulaw il-kummenti tagħhom, Standard and Poor's taw lil La Poste il-klassifikazzjoni AA- flimkien ma’ perspettiva stabbli. Standard and Poor's iġġustifikaw it-tnaqqis fil-klassifikazzjoni permezz tat-tnaqqis futur tal-istruttura finanzjarja tal-grupp marbut mal-ħlas minn La Poste ta' 2 biljun Euro għar-riforma tal-finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati, kif ukoll permezz ta' “żieda fl-awtonomija ta' La Poste fil-konfront tal-azzjonist tagħha”. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dan it-tnaqqis, li ma seħħx minħabba xi tibdil fl-istatus ta' La Poste, ma jistax jiġi spjegat kieku l-klassifikazzjoni ta' La Poste kienet biss konsegwenza tal-istatus tagħha.

(85)

Fit-tieni lok, minkejja d-dettall (50) ta' Standard and Poor's fin-nota tagħhom tat-3 ta’ April 2007 u kkwotata fil-punt 84 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi jarawha diffiċli kif La Poste, li kieku kienet tgawdi xi garanzija mill-Istat, setgħet tiġi kklassifikata 3 notches taħt il-klassifikazzjoni tal-Istat. Bl-istess mod, jekk id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 kienu interpretati mill-aġenziji bħala li jistabbilixxu għall-benefiċċju tal-kredituri ta' stabbilimenti taħt mekkaniżmu simili għal garanzija mill-Istat, l-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħux jifhmu kif awtoritajiet lokali jistgħu jiġu kklassifikati BBB+, meta l-klassifikazzjoni sovrana hija AAA.

(86)

Fit-tielet lok, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li l-klassifikazzjoni ta' Standard and Poor's tat-3 ta’ April 2007 tibbaża fuq lista ta' saħħiet u dgħufijiet tal-kumpanija, li ma tinkludix l-istatus. Iż-żewġ elementi li jsemmu Standard and Poor's bħala appoġġ għall-klassifikazzjoni, jiġifieri l-importanza ekonomika tal-kompiti ta' servizz pubbliku ta' La Poste u “is-sostenn qawwi tal-azzjonisti”, huma elementi differenti mill-istatus ta' La Poste. Fil-fatt, skont l-awtoritajiet Franċiżi, b’“sostenn qawwi tal-azzjonisti”, wieħed m'għandux jifhem appoġġ finanzjarju kontra l-Liġi tal-Unjoni, iżda l-interess fl-iżvilupp ta' La Poste mill-Istat f'kundizzjonijiet “at arm's length” (indipendenti) (51). L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu minn dan li l-istatus mhuwiex element essenzjali tal-klassifikazzjoni.

(87)

Fir-raba' lok, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li f'din l-istess nota tat-3 ta’ April 2007, l-aġenzija ta' klassifikazzjoni ċċarat li hija qiegħda tkompli ssegwi metodoloġija top down, li tippermetti l-klassfikazzjoni ta' stabbiliment sa żewġ kategoriji taħt is-sovran. Skont l-aġenzija, din il-metodoloġija hija ġġustifikata mill-fatt li l-Istat għandu jibqa’ azzjonist 100 % ta' La Poste fuq żmien medju. L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu minn dan li dan l-approċċ mhuwa bl-ebda mod iġġustifikat mill-istatus ta' La Poste. Fl-aħħar nett, fuq bażi ta' kwotazzjoni ta' Standard and Poor's (52), l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li mhuwiex it-tibdil tal-istatus, iżda ftuħ tal-kapital li jwassal lil Standard and Poor's sabiex jadottaw metodoloġija bottom up fil-każ ta' La Poste. Huma jkomplu jgħidu li tali tibdil fil-metodoloġija ma jirriżultax neċessarjament f'tibdil fil-klassifikazzjoni meta wieħed jikkunsidra t-titjib mistenni mill-fundamentali ta' La Poste.

(88)

Fil-ħames lok, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-perspettiva ffissata mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni hija stabbli, minkejja l-proċedura miftuħa mill-Kummissjoni kontra l-garanzija Statali mingħajr limitu li La Poste qiegħda tibbenefika minnha minħabba l-istatus tagħha. Madankollu, kieku l-istatus kellu influwenza fuq is-solvenza tal-kumpanija, il-perspettiva tat-tibdil tiegħu kienet tirriżulta f'perspettiva negattiva u mhux stabbli. Barra minn hekk, Standard and Poor's jiġġustifikaw il-perspettiva stabbli permezz tal-fatt li l-Istat għandu jibqa’ azzjonist sa 100 % tal-kumpanija fis-sentejn li ġejjin, u dan, minkejja tibdil possibbli fl-istatus. Abbażi ta' kwotazzjoni oħra ta' Standard and Poor's (53), l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li hija l-prestazzjoni nnifisha tal-kumpanija, kif ukoll il-possibbiltà ta' tibdil fil-proprjetà azzjonista, li huma kkunsidrati minn Standard and Poor's sabiex jiddeterminaw it-tibdil tal-klassifikazzjoni u mhux bidla possibbli fl-istatus.

(89)

Fis-sitt lok, waqt li jikkwotaw silta oħra min-nota ta' Standard and Poor's tal- 2007 (54), l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li l-aġenzija ta' klassifikazzjoni ma tikkunsidrax l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li l-istatus iwassal għal titjib fil-kundizzjonijiet finanzjarji mogħtija lil La Poste. Abbażi tal-kwotazzjoni ta' Standard and Poor's li: “Il-klassifikazzjoni ta' La Poste ma kinitx affettwata minn din ir-rakkomandazzjoni minħabba li aħna nqisu li bidla fl-istatus ta' La Poste ma tirriflettix neċessarjament tnaqqis tal-appoġġ qawwi tal-Istat sottostanti għall-klassifikazzjoni ta' La Poste u li ġie kkonfermat mill-ġdid permezz ta' deċiżjonijiet reċenti tal-gvern” (55), l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li mhemmx influwenza tal-istatus ta' La Poste fuq il-klassifikazzjoni tagħha.

E.    Nuqqas ta' effett fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament ta' La Poste

(90)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jeżaminaw il-kundizzjonijiet ta' finanzjament effettivi ta' La Poste sabiex jiddeterminaw jekk humiex affettwati minn allegata garanzija mill-Istat.

(91)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, kemm l-aħbar tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' garanzija allegata, tal-allegat nuqqas ta' kompatibbiltà tagħha mal-liġi tal-Unjoni u t-tneħħija tagħha konsegwentement, kif ukoll iċ-ċaħdiet tal-awtoritajiet Franċiżi dwar l-eżistenza tal-garanzija magħmula lill-aġenziji ta' klassifikazzjoni u lill-istampa, ma kellhom l-ebda impatt fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament ta' La Poste. Għalhekk La Poste ħarġet self-bond ta' 1,8 biljun Euro fuq żewġ maturitajiet, 7 u 15-il sena, f'Ottubru 2006, eżatt wara li l-Kummissjoni ħabbret ir-rakkomandazzjoni tagħha ta' miżuri xierqa. La Poste semmiet din ir-rakkomandazzjoni fil-prospett tagħha u enfasizzat, waqt it-taħditiet mal-investituri, li ma kinitx qiegħda tibbenefika mill-garanzija tal-Istat. Madankollu, wara dan il-ħruġ, l-ispiża ta' finanzjament ta' La Poste ma nbidlitx b'mod sinifikanti (56). Iż-żewġ ħarġiet ġew sottoskritti b'mod wiesgħa, minn investituri Ewropej bi profil tipiku għal La Poste, jiġifieri investituri li jżommu t-titoli tagħhom sal-maturità. L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-aħbar tal-Kummissjoni li kienet titlob it-tneħħija tal-garanzija allegata u r-reklamar li sar f'dak li jirrigwarda l-pożizzjoni tal-Istat dwar din il-kwistjoni ma kellhom l-ebda impatt fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament ta' La Poste fuq is-suq tal-bonds. Is-swieq jikkunsidraw fil-fatt li l-kundizzjonijiet ta' finanzjament ta' La Poste mhumiex ibbażati fuq l-eżistenza legali, jew fattwali, ta' xi garanzija.

(92)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li:

l-analiżi żviluppata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedura tagħha hija żbaljata: La Poste fil-fatt ma tibbenefika minn l-ebda garanzija mill-Istat;

Il-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta' vantaġġ għal La Poste li ġej mill-istatus tagħha;

għalhekk il-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta' għajnuna favur La Poste.

3.2.   PROPOSTI TAL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI

(93)

Madankollu, sabiex iwarrbu kull dubju li jista’ jkollha l-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li kienu lesti, jekk il-Kummissjoni taċċetta li ttemm il-proċedura permezz ta' deċizjoni ta' nuqqas ta' għajnuna skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' proċedura, li jimplimentaw il-miżuri li ġejjin:

kjarifika tad-Digriet li jimplimenta l-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980;

l-inklużjoni ta' dikjarazzjoni li tindika n-nuqqas ta' garanzija fil-kuntratti ta' La Poste li jinvolvu dejn;

mezz ta' retroċessjoni minn La Poste għall-Istat ta' effett negattiv possibbli fuq il-firxa li tkun marbuta man-nuqqas ta' sottomissjoni ta' La Poste għall-proċeduri kollettivi tal-liġi komuni.

3.2.1.   KJARIFIKA TAD-DIGRIET LI JIMPLIMENTA L-LIĠI TAS-16 TA’ LULJU 1980

(94)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dan ma jinvolvix it-tibdil tas-sustanza tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni iżda biss li tiġi ċċarata l-interpretazzjoni tagħhom. Huma jipproponu wkoll li jemendaw id-Digriet li jimplimenta l-liġi (57). L-emenda tirrigwarda r-raba' paragrafu tal-Artikolu 3-1 tad-digriet li jorganizza s-setgħa regolatorja mogħtija lill-Prefett jew lill-awtorità regolatorja. L-emenda għandha tneħħi kull dubju mill-perspettiva tal-Kummissjoni rigward l-ambitu tat-terminu “jipprovdi” (“y pourvoit”). Għalhekk huwa propost li jiġi ċċarat li r-rappreżentant tal-Istat jew l-awtorità regolatorja tipprovdi r-riżorsi fi ħdan il-baġit tal-korp jew tal-istabbiliment.

(95)

Kif emendata, id-dispożizzjoni tad-Digriet issir:

“Meta l-avviż jibqa’ mingħajr effett sal-iskadenza ta' dan it-terminu, ir-rappreżentant tal-Istat jew l-awtorità regolatorja għandha tirreġistra n-nefqa fil-baġit tal-korp jew tal-istabbiliment pubbliku li falla. Din tipprovdi r-riżorsi meħtieġa, jekk ikun il-każ, fil-baġit tal-korp jew tal-istabbiliment jew billi tnaqqas krediti allokati għal spejjeż oħrajn u li għadhom jistgħu jintużaw, jew billi żżid ir-riżorsi” (emendi mmarkati bil-korsiv).

(96)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din il-proposta, flimkien mal-kummenti u l-artikli akkademiċi trasmessi waqt diskussjonijiet qabel l-ittra ta' ftuħ, teskludi li, skont il-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, il-Prefett jew ir-rappreżentant tal-Istat jista’ jżid ir-riżorsi tal-korp jew tal-istabbiliment kkonċernat permezz ta' sussidju mill-Istat jew użu ta' riżorsi pubbliċi.

3.2.2.   L-INKLUŻJONI TA' DIKJARAZZJONI LI TINDIKA N-NUQQAS TA' GARANZIJA FIL-KUNTRATTI TA' LA POSTE LI JINVOLVU DEJN

A.    Il-proposta inizjali tal-awtoritajiet Franċiżi

(97)

Fil-premessa 59 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proposta tal-awtoritajiet Franċiżi ta' emenda tad-Digriet li jimplimenta l-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980“ma teskludix li fil-każ li r-riżorsi ta' La Poste ikunu eżawriti, il-kreditur li ma jkunx kiseb ir-rimbors tas-self tiegħu minħabba l-applikazzjoni tal-Liġi tal-1980 jirrikorri għall-ġustizzja sabiex iżomm lill-Istat responsabbli fuq il-bażi ta' tqassim mhux ugwali tal-obbligazzjonijiet pubbliċi”.

(98)

Minkejja li l-awtoritajiet Franċiżi jikkuntestaw li l-Istat jista’ jinżamm responsabbli fuq il-bażi biss ta' insolvenza ta' La Poste, biex iwarrbu d-dubji tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jagħmlu proposta bbażata fuq l-eċċezzjoni ta' riskju aċċettat. Din l-eċċezzjoni, li tapplika kemm għas-sistema ta' responsabbiltà minħabba tort tal-Istat kif ukoll dik mingħajr tort, hija bbażata fuq il-prinċipju li d-dannu li jirriżulta minn sitwazzjoni li l-vittma jkun espona ruħu konxjament għaliha ma jintitolahx għal kumpens (ara s-sentenzi tal-Conseil d'Etat Sille  (58) u Meunier  (59)).

(99)

Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' din l-eċċezzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jipproponu li jikkonfermaw uffiċjalment lill-kredituri ta' La Poste li t-talba tagħhom ma tgawdix xi garanzija tal-Istat u, li f'każ ta' insolvenza, l-Istat ma jkunx mistenni li jissostitwixxi finanzjarjament lill-kumpanija għall-ħlas tad-dejn. Informazzjoni bħal din mhijiex kontra l-liġi, minħabba li l-liġi ma tiddisponix li f'każ ta' falliment ta' La Poste, l-Istat għandu jieħu post il-kumpanija finanzjarjament sabiex iħallas id-djun tagħha.

(100)

Minbarra l-kjarifika tad-digriet li jimplimenta l-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu, flimkien ma’ La Poste, għal kull operazzjoni, li jdaħħlu din id-dikjarazzjoni fil-kuntratt ta' finanzjament (għal kull strument kopert minn kuntratt):

“Il-ħruġ/il-programm/is-self ma jibbenefikaw minn l-ebda garanzija ta' kwalunkwe tip, diretta u mhux diretta, min-naħa tal-Istat. F'każ ta' falliment, l-Istat mhuwiex mistenni li jieħu post La Poste finanzjarjament għall-ħlas tad-dejn”.

B.    Id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' ftuħ

(101)

Fil-premessa 61 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni semmiet dawn id-dubji rigward il-proposta tal-awtoritajiet Franċiżi msemmija hawn fuq:

l-eċċezzjoni tar-riskju aċċettat hija regola stabbilita mill-ġurisprudenza li tista’ tinbidel;

“din il-proposta, li tirriżulta mill-prinċipji fundamentali tal-liġi pubblika, permezz ta' strumenti sekondarji tal-liġi, tidher imperfetta, minħabba li dawn l-istrumenti x'aktarx li jiġu annullati faċilment f'każ ta' kunflitt”;

fl-aħħar nett, id-djun ta' La Poste mhumiex biss finanzjarji iżda wkoll kummerċjali jew ta' tip ieħor; madankollu, dawn il-każijiet mhumiex ittrattati mill-proposta supplimentari tal-awtoritajiet Franċiżi.

C.    Elementi mqajma mill-awtoritajiet Franċiżi b'risposta għal dawn id-dubji

(102)

Kif ġie mfakkar aktar’il fuq, skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat ma tistax tkun invokata fuq il-bażi biss ta' nuqqas ta' assi ta' La Poste, minħabba li l-istabbiliment ta' responsabbiltà tal-Istat jippresupponi deċiżjoni tal-Istat li jaġixxi jew li ma jaġixxix, u li hawn wieħed jiffaċċja impossibbiltà prattika ta' azzjoni. Għalhekk il-proposta tal-awtoritajiet Franċiżi għandha biss valur bħala miżura addizzjonali ta' kjarifika fil-konfront tal-kredituri, jekk il-proposta, barra minn hekk, permezz tal-eċċezzjoni ta' riskju aċċettat, tneħħi kull riskju li tiġi invokata r-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat.

(103)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-ewwel oġġezzjoni tal-Kummissjoni tikkunsidra li anki jekk il-liġi interna ta' Stat Membru ma tipprovdix dispożizzjoni, ir-riskju biss ta' tibdil fil-ġurisprudenza, jiġifieri ta' tibdil fil-liġi interna, ikun biżżejjed sabiex jistabbilixxi għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet Franċiżi jikkuntestaw dan ir-raġunament. Fil-fehma tagħhom, l-eċċezzjoni ta' riskju aċċettat tikkostitwixxi prinċipju ġenerali tal-liġi pubblika kkonfermat ampjament mill-qrati, li qatt ma ġie kkontestat u kkummentat minn ħafna. Il-Kummissjoni ma tistax tibbaża miżura potenzjali ta' għajnuna fuq bidla possibbli tal-liġi, li f'dan il-każ hija ferm improbabbli.

(104)

It-tieni oġġezzjoni tal-Kummissjoni tirrigwarda l-fatt li dawn huma strumenti tal-liġi sekondarja li huma faċilment annullabbli f'każ ta' kunflitt. Huwa minnu li l-liġi u r-regoli jipprevalu fuq il-kuntratt. Iżda biex l-oġġezzjoni tal-Kummissjoni jkollha sinifikat reali, hija jkollha teċċepixxi liġi ta' grad ogħla. Madankollu, skont l-awtoritajiet Franċiżi, mhemm xejn li jappoġġa l-oġġezzjoni tal-Kummissjoni dwar dan il-punt.

(105)

Għall-kuntrarju, l-awtoritajiet Franċiżi jammettu li t-tielet oġġezzjoni, li tikkonsisti fir-rikonoxximent li l-bonds mhumiex l-uniċi strumenti li joħolqu dejn, hija rilevanti, għalkemm limitata fl-ambitu fil-każ ta' La Poste peress li d-dejn finanzjarju huwa d-dejn prinċipali ta' La Poste u fil-parti l-kbira tiegħu huwa f'bonds.

D.    Estensjoni tal-proposta

(106)

L-awtoritajiet Franċiżi għaldaqstant iċċaraw li huma lesti, jekk il-Kummissjoni ttemm il-proċedura formali ta' investigazzjoni permezz ta' deċiżjoni ta' nuqqas ta' għajnuna fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-regoli ta' proċedura, li jestendu l-proposta ta' dikjarazzjoni bil-miktub tan-nuqqas ta' garanzija għall-kuntratti kollha li jinvolvu dejn. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din l-estensjoni tneħħi kull riskju ta' involviment tar-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat ibbażata fuq l-insolvenza biss ta' La Poste. Barra minn hekk, il-każ ta' involviment tar-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat minħabba deċiżjoni tal-awtorità regolatorja li ma tiddisponix l-assi meħtieġa għall-kontinwità tas-servizz pubbliku jkollu biss l-effett li jpoġġi lill-kredituri ta' La Poste fl-istess sitwazzjoni li jkunu fiha kieku kienu kredituri ta' kumpanija.

E.    L-evalwazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi tal-kwalifikazzjoni ta' għajnuna tal-miżuri wara l-proposti tagħhom

(107)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, iż-żewġ miżuri ta' kjarifika proposti hawn fuq jinfurmaw lill-kredituri ta' La Poste dwar id-drittijiet tagħhom. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħux jitqiesu, kif tagħmel il-Kummissjoni fil-premessa 74 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, bħala “responsabbli għall-aspettattivi li nħolqu fost il-kredituri ta' La Poste rigward l-eżistenza ta' garanzija” u li ħolqu volontarjament “sitwazzjoni legali opaka” li tista’ twassal sabiex l-Istat “ikun obbligat li jħallas lura d-djun ta' La Poste jekk din ma tkunx aktar f'pożizzjoni li twettaq l-impenji tagħha”.

(108)

Fil-fatt, skont l-awtoritajiet Franċiżi, minn naħa, in-nuqqas ta' sottomissjoni ta' La Poste għal-liġi tal-falliment u s-sottomissjoni tagħha għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 ma jissuġġerixxux l-eżistenza ta' garanzija mill-Istat; min-naħa l-oħra, il-miżuri ta' kjarifika proposti jneħħu kull responsabbiltà tal-Istat fil-konvinzjoni allegata tas-suq dwar din il-garanzija.

(109)

F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-ebda effett possibbli ma jista’ jiġi attribwit lill-Istat. Il-kriterju ta' responsabbiltà għalhekk mhuwiex sodisfatt, kontra dak li ssostni l-Kummissjoni fil-premessa 76 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ.

(110)

Bl-istess mod, il-premessa 75 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ, li fih il-Kummissjoni tirreferi għall-Komunikazzjoni tagħha tas-sena 2000 dwar l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji msemmija sabiex tiġġustifika l-preżenza ta' riżorsi tal-Istat, ma jibqax validu peress li l-ebda fatt ma jappoġġa l-eżistenza ta' garanzija mill-Istat.

3.2.3.   SISTEMA TA' RETROĊESSJONI

(111)

Biex jissupplimentaw il-proposta, l-awtoritajiet Franċiżi huma lesti li jiddiskutu din l-istrateġija flimkien mal-Kummissjoni.

(112)

L-istrateġija proposta tirriżulta mill-analiżi tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-paragrafu 2.1.3 tal-Komunikazzjoni tagħha tas-sena 2000 dwar l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji: “Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll bħala għajnuna fil-forma ta' garanzija t-termini ta' finanzjament aktar favorevoli akkwistati minn intrapriżi li l-forma legali tagħhom teskludi proċeduri ta' falliment jew proċeduri oħra ta' insolvenza jew tipprovdi b'mod espliċitu garanzija jew kopertura tat-telf mill-Istat.” Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura tagħha, il-Kummissjoni tindika fil-premessa 114 li hija tqis problematiku l-fatt li “Franza ma tiħux miżuri xierqa sabiex tevita li dan l-istatus joħloq effetti ekonomiċi favur kumpanija li topera fi swieq kompetittivi”.

(113)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkuntestaw l-applikabbiltà għal La Poste tal-punt 2.1.3 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-sena 2000 dwar l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji u jsostnu li l-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li n-nuqqas ta' sottomissjoni ta' La Poste għall-proċeduri ta' falliment jirriżulta f'kundizzjonijiet ta' finanzjament aktar favorevoli.

(114)

Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi ipproponew lill-Kummissjoni li jeżaminaw magħha l-implimentazzjoni ta' skema ta' retroċessjoni minn La Poste għall-Istat, bl-Euro - Euro, ta' effett negattiv possibbli fuq il-firxa marbuta man-nuqqas ta' sottomissjoni għall-proċeduri ta' falliment, skont mekkaniżmu ta' kalkolu li jiġi vvalidat mill-Kummissjoni u li jkun jista’ jiġi vverifikat. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-implimentazzjoni ta' approċċ bħal dan tikkumplimenta l-proposti ta' kjarifika msemmija aktar’il fuq, sabiex tintemm il-ħrafa tal-garanzija mill-Istat filwaqt li jitneħħa b'mod permanenti kull riskju ta' għajnuna.

4.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

4.1.   KLASSIFIKAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

(115)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi: “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

4.1.1.   EŻISTENZA TA' GARANZIJA MINGĦAJR LIMITU MILL-ISTAT: PREŻENZA TA' RIŻORSI STATALI

(116)

Kif kien spjegat fil-premessa 56 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ, minħabba l-istatus tagħha ta' entità pubblika ekwivalenti għal IPIK, La Poste tgawdi sitwazzjoni legali partikolari kemm f'dak li jirrigwarda r-rimbors lill-kredituri kif ukoll fl-eżistenza tagħha f'każ ta' falliment.

(117)

L-ewwel, il-Kummissjoni tfakkar li La Poste mhijiex soġġetta għal-liġi komuni f'dak li jirrigwarda r-riorganizzazzjoni u l-likwidazzjoni ta' kumpaniji f'diffikultà (60). L-awtoritajiet Franċiżi ma jikkuntestawx dan il-punt, iżda jiċħdu li hemm xi mekkaniżmu ekwivalenti għal garanzija statali favur La Poste. Madankollu, skont il-punt 1.2(2) ir-raba' inċiż tal-Komunikazzjoni tal-2008 tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għall-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji (minn hawn’il quddiem “il-Komunikazzjoni tal-2008 dwar il-garanziji”) (61), it-termini ta' kreditu aktar favorevoli miksuba mill-kumpaniji li l-istatus legali tagħhom jeskludi l-possibbiltà ta' proċedura ta' falliment jew ta' insolvenza jew jipprovdi b'mod espliċitu garanzija mill-Istat jew kopertura tat-telf mill-Istat, jitqiesu bħala għajnuna fil-forma ta' garanzija. Għalhekk jeħtieġ li jiġu analizzati l-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi li jsostnu li mhemm l-ebda garanzija statali.

A.    Garanzija fuq ir-rimbors ta' krediti individwali

(118)

Biex wieħed jistabbilixxi jekk teżistix garanzija fuq it-krediti individwali, l-ewwel jeħtieġ li jiġi analizzat jekk tali garanzija hijiex eskluża mid-dokumenti jew mill-qorti, kif isostnu l-awtoritajiet Franċiżi (a).

(119)

Il-Kummissjoni imbagħad sejra tanalizza l-passi ta' kreditur ta' La Poste sabiex jitħallas għat-talba tiegħu f'każ li La Poste issib ruħha f'diffikultà finanzjarja u ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha (b). Il-Kummissjoni sejra tiddetermina jekk il-proċedura segwita tkunx tali li l-kreditur ta' La Poste isib ruħu f'sitwazzjoni komparabbli ma’ dik ta' kreditur ta' kumpanija soġġetta għal-liġi kummerċjali.

(a)   Għall-kuntrarju ta' dak li jsostnu l-awtoritajiet Franċiżi, il-liġi Franċiża tammetti l-eżistenza ta' garanziji impliċiti u b'mod partikolari l-eżistenza ta' garanzija mill-Istat minħabba l-istatus ta' stabbiliment pubbliku

1.   Analiżi tal-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi  (62)

(120)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li mhemm l-ebda dokument, u lanqas deċiżjoni, li toħloq il-prinċipju li l-Istat jiggarantixxi d-djun tal-IPIK.

(121)

Il-Kummissjoni tosserva li għalkemm ma jeżisti l-ebda dokument jew deċiżjoni li tistipula b'mod espliċitu garanzija mill-Istat favur il-IPIK – bl-istess mod li ma jeżisti l-ebda dokument jew deċiżjoni li teskludi b'mod espliċitu kwalunkwe garanzija mill-Istat favur il-IPIK -, dan ma jeskludix il-preżenza ta' garanzija impliċita.

(122)

Fit-tieni lok, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-qorti kienet iddeċidiet fuq in-nuqqas ta' garanziji, b'mod partikolari, fil-każ Société de l'hôtel d'Albe  (63) u fil-kawża Campoloro  (64).

(123)

Kif ġie enfasizzat mill-esperta tagħha, il-Kummissjoni tosserva li fil-każ Société de l'hôtel d'Albe, il-Conseil d'Etat irrifjuta biss li jilqa’ t-talba tal-kreditur indirizzata b'mod dirett lill-Ministru tax-xogħlijiet pubbliċi. L-intervent ta' garanzija jimplika sitwazzjoni ta' insolvenza. Il-każ ikkwotat ma jirrigwardax is-sitwazzjoni eżatta li fiha tista’ taħdem il-garanzija. Mekkaniżmu ta' garanzija ma jimplikax li fuq sempliċi talba tal-kreditur, l-Istat huwa mistenni li jħallas id-dejn ta' stabbiliment pubbliku.

(124)

L-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-każ hija ppreżentata fis-sezzjoni 4.1.1.A.b)3) ta' din id-Deċiżjoni. Kif ser jintwera, il-każ Campoloro juri għall-kuntrarju li s-sistema ta' responsabbiltà tal-Istat fl-implimentazzjoni tal-proċedura ta' rkupru tad-djun tal-istabbilimenti pubbliċi turi l-karatteristiċi kollha ta' mekkaniżmu ta' garanzija.

(125)

It-tielet, l-espert tal-awtoritajiet Franċiżi jsostni li d-djun kuntrattati minn La Poste sa mid-dħul fis-seħħ tal-LOLF, fl-1 ta’ Jannar 2005, ma jistgħux jibbenefikaw minn garanzija impliċita. Fil-każ tad-djun kuntrattati qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u li t-tul tagħhom jestendi aktar minn dik id-data, l-espert tal-awtoritajiet Franċiżi jirrikonoxxi żewġ ipoteżijiet:

skont l-ewwel ipoteżi, ir-raġunijiet ta' tip kostituzzjonali (jiġifieri l-ugwaljanza quddiem l-obbligazzjonijiet pubbliċi u l-liġi tal-propjetà) li ġiegħlu lill-Kunsill kostituzzjonali (65) ineħħi l-iskadenza ta' garanziji li l-għoti tagħhom ma jkunx ġie awtorizzat speċifikament mill-Att tal-Finanzi japplikaw kemm għall-garanziji impliċiti kif ukoll għall-garanziji espliċiti: għalhekk is-suppożizzjoni li teżisti garanzija impliċita tad-djun ta' La Poste, in-nuqqas ta' awtorizzazzjoni fl-Att tal-Finanzi ta' din il-garanzija ma jwassalx għall-iskadenza tal-garanzija għad-djun kuntrattati minn La Poste qabel l-1 ta’ Jannar 2005;

skont it-tieni ipoteżi, id-detenturi ta' garanzija impliċita ma jitolbux drittijiet daqstant indiskutibbli u deċiżivi; għalhekk, fl-ipoteżi li teżisti garanzija impliċita tad-djun ta' La Poste, in-nuqqas ta' awtorizzazzjoni fl-Att tal-Finanzi ta' din il-garanzija jwassal għall-iskadenza tagħha wkoll għad-djun kuntrattati qabel l-1 ta’ Jannar 2005.

(126)

Il-Kummissjoni tinnota li l-espert tal-awtoritajiet Franċiżi jammetti li mhuwiex ċert jekk in-nuqqas ta' awtorizzazzjoni fl-Att tal-Finanzi ta' garanzija impliċita jwassalx għall-iskadenza tal-garanzija għad-djun kuntrattati qabel l-1 ta’ Jannar 2005. Minn perspettiva fundamentali, il-Kummissjoni tqis li sabiex tiddetermina jekk il-garanzija impliċita mogħtija mill-Istat lil La Poste ġietx issuperata mil-LOLF jew le, jeħtieġ li jiġi eżaminat minn meta La Poste ilha tibbenefika minn din il-garanzija impliċita u mhux id-dati ta' impenn tad-djun kuntrattati minn La Poste. Fil-fatt, il-garanzija eżaminata hawnhekk hija garanzija li torbot lill-Istat u lil La Poste (il-kredituri ta' La Poste huma biss benefiċjarji indiretti tagħha): barra minn hekk, il-garanzija tkopri mhux biss ir-rimbors tal-krediti individwali (ara sezzjoni 4.1.1.A ta' din id-Deċiżjoni), iżda wkoll iż-żamma tal-eżistenza ta' La Poste u/jew tal-obbligi tagħha (ara sezzjoni 4.1.1.B ta' din id-Deċiżjoni). Peress li l-garanzija impliċita mill-Istat favur La Poste kienet preċedenti għall-1 ta’ Jannar 2005, il-Kummissjoni tqis li l-argument li ma tistax teżisti garanzija impliċita mill-1 ta’ Jannar 2005 mhuwiex rilevanti.

(127)

Fil-premessa 110 tad-deċiżjoni tiegħu tal-25 ta’ Lulju 2001 dwar il-LOLF (66), il-Kunsill kostituzzjonali qal li l-garanziji mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-LOLF u li ma ġewx identifikati ma jiskadux. Skont l-esperta tal-Kummissjoni, dan ir-raġunament japplika perfettament għall-eżistenza ta' garanziji impliċiti marbuta mal-istatus tal-istabbilimenti pubbliċi li jkunu għadhom ma ġewx identifikati iżda li xorta waħda jkunu validi.

(128)

Madankollu l-espert tal-awtoritajiet Franċiżi jesprimi dubji dwar il-fatt li r-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill kostituzzjonali sabiex ineħħi l-iskadenza tal-garanziji li l-għoti tagħhom ma kienx ġie awtorizzat fl-Att tal-Finanzi japplikaw bl-istess mod għat-talbiet impliċiti kif ukoll għat-talbiet espliċiti. Fil-fehma tiegħu, id-detenturi ta' garanzija impliċita ma jitolbux drittijiet daqstant indiskutibbli u deċiżivi bħal dawk ta' garanzija espliċita.

(129)

Minbarra l-fatt li l-argument tal-espert tal-awtoritajiet Franċiżi jesprimi biss dubji u għalhekk mhuwiex deċiżiv, il-Kummissjoni tinnota li mhemm xejn fil-premessa 110 li jissuġġerixxi li l-garanziji espliċiti biss mhumiex affettwati minn skadenza. L-Artikolu 61 tal-LOLF, li għalih tirreferi l-premessa, ma jillimitax ruħu biss għall-garanziji espliċiti. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-opinjoni tal-Kunsill kostituzzjonali li l-piena għal kwalunkwe nuqqas ta' awtorizzazzjoni tal-Att tal-Finanzi ma tistax tkun l-iskadenza ta' garanzija tapplika għall-garanziji impliċiti u għall-garanziji espliċiti. Il-Kummissjoni tqis ukoll li n-nuqqas ta' awtorizzazzjoni fl-Att tal-Finanzi tal-garanzija impliċita mogħtija mill-Istat lil La Poste ma tagħmilx lil din tal-aħħar skaduta.

(130)

Barra minn hekk, kif innutat l-esperta tal-Kummissjoni, l-ambitu tal-obbligu li jiġu inklużi fil-baġit il-garanziji tal-Istat huwa limitat biss għall-“għoti” (“octroi”) ta' tali garanziji. Il-fatt li tingħata garanzija jkopri l-każijiet li fihom permezz ta' wirja espliċita ta' rieda, l-Istat jiddeċiedi li jagħti l-garanzija tiegħu lil xi korp jew operazzjoni. Għalhekk l-ambitu tal-obbligu li jiġu rreġistrati l-garanziji fil-baġit ma jkoprix il-garanziji li jirriżultaw minn status jew rekwiżit ġudizzjarju, ikkaratterizzati min-natura impliċita u awtomatika tagħhom. Din it-tieni kategorija ma tiġix minn deċiżjoni tal-Istat iżda mill-fatt li l-Istat jinsab f'qafas legali eżistenti li l-garanzija hija biss effett tiegħu. L-eżistenza ta' din it-tieni kategorija barra mill-ambitu tal-Artikolu 34 tal-LOLF tispjega li l-ġurisprudenza fuq il-garanzija minħabba l-konċessjonarji tkompli wara l-2001. Hija tispjega wkoll li kull darba li l-Istat ikun azzjonist jew assoċjat ta' kumpanija jew grupp li għalihom il-Kodiċi kummerċjali ma jillimitax il-garanzija tad-djun, huwa mhuwiex obbligat li jespiċifika dan f'baġit.

(131)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-argument tal-awtoritajiet Franċiżi bbażat fuq il-LOLF mhuwiex konvinċenti u li l-fatt li l-ebda liġi tal-baġit ma tispeċifika li l-Istat joffri l-garanzija tiegħu lil La Poste minħabba l-istatus tagħha ma jeskludix l-eżistenza ta' din il-garanzija. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tenfasizza li hija mhijiex marbuta mill-kwalifika tal-liġi Franċiża tal-miżura bħala garanzija, lanqas mill-fatt li din hija garanzija li taqa' taħt il-LOLF. Fil-fehma tal-Kummissjoni, hija rilevanti biss il-kwalifika ta' din il-miżura skont il-liġi Komunitarja u b'mod partikolari fid-dawl tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-liġi Komunitarja tirrikonoxxi l-eżistenza ta' garanzija impliċita meta Stat Membru jkun legalment marbut li jħallas lura d-dejn ta' korp ieħor f'każ li dan tal-aħħar ifalli (67).

(132)

Fir-raba' lok, skont l-awtoritajiet Franċiżi, kieku l-IPIK jibbenefikaw minn garanzija mill-Istat, il-bidla fl-istatus tagħhom tkun teħtieġ l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' garanziji b'mod li jżommu d-drittijiet tal-kredituri li jirriżultaw qabel it-tibdil fl-entità pubblika kkonċernata. Minħabba li mekkaniżmu bħal dan qatt ma kien implimentat (ara b'mod partikolari t-trasformazzjoni ta' France Télécom, ta' Gaz de France, tal-EDF u tal-ADP) (68), dan juri biċ-ċar li ma teżisti l-ebda garanzija.

(133)

Kif tispjega l-esperta tal-Kummissjoni, dikjarazzjoni bħal din hija r-riżultat ta' interpretazzjoni wiesgħa ħafna tal-protezzjoni kostituzzjonali tad-drittijiet tal-proprjetà. Skont l-argument tal-awtoritajiet Franċiżi, il-protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà teħtieġ li kull talba tkun ippreżervata. Minħabba li l-ħarsien kostituzzjonali tad-dritt tal-proprjetà ma jirrigwardax biss il-każ fejn dan jiddependi biss mill-entità pubblika, interpretazzjoni bħal din tkun tfisser li f'każ ta' avveniment fil-ħajja ta' kwalunkwe kumpanija, it-talbiet iridu jkunu mħarsa jekk isiru “vulnerabbli” minħabba l-iżvilupp li jkun seħħ. Madankollu, xejn fl-istat attwali tal-liġi pożittiva Franċiża ma jippreżerva t-talbiet. Jekk wieħed imbagħad jillimita l-argument għall-każijiet ta' talbiet garantiti mill-Istat, dan ikun ifisser li d-dritt ta' proprjetà garantit oriġinarjament mill-Istat għandu jgawdi minn protezzjoni kostituzzjonali ogħla mid-drittijiet ta' proprjetà l-oħrajn. Xejn ma jindika dan. Fl-aħħar nett, talba hija dritt in personam li ma jistax jitħallat mad-dritt tal-proprjetà, li essenzjalment huwa dritt in rem. Wieħed ma jistax jestendi l-protezzjoni akbar mogħtija lid-drittijiet in rem għad-drittijiet in personam.

(134)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dritt tal-proprjetà ma jitlobx li miżura speċifika tkun prevista sabiex tiggarantixxi d-drittijiet tal-kredituri meta l-IPIK tinbidel f'kumpanija soġġetta għall-proċeduri ta' riorganizzazzjoni u ta' likwidazzjoni. Għalhekk, in-nuqqas ta' tali miżuri ma jikkostitwixxix prova tan-nuqqas ta' eżistenza ta' garanzija impliċita.

(135)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, b'differenza mis-sitwazzjoni preċedenti, ma kienx ikun hemm ħtieġa li tingħata garanzija espliċita għad-djun kuntrattati mill-amministrazzjoni tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet li ġew trasferiti lil La Poste, li kieku din tal-aħħar kienet irċeviet garanzija statutorja mill-Istat. Dan madankollu sar b'Digriet tal-31 ta’ Diċembru 1990.

(136)

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi iddeċidew li jagħtu garanzija espliċita ma jurix li ma kinitx teżisti garanzija impliċita. L-istess raġunament japplika għall-argument tal-awtoritajiet Franċiżi rigward il-garanzija mogħtija mill-Istat għal ċerti attivitajiet tal-ERAP u tal-Aġenzija Franċiża għall-Iżvilupp. Il-fatt li l-Istat iddeċieda, f’ċerti każijiet, li jagħti l-garanzija espliċita tiegħu anki jekk diġà kienet teżisti garanzija impliċita, jista’ jiġi spjegat b'mod partikolari mill-interessi ta' trasparenza u r-rieda li tiżdied is-sigurtà legali tal-kredituri. Fil-fatt, kif jgħid l-espert tal-awtoritajiet Franċiżi, “id-detenturi ta' garanzija impliċita ma jistgħux jitolbu drittijiet daqstant indiskutibbli u deċiżivi bħal dawk ta' garanzija espliċita”.

(137)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jikkwotaw artiklu (69) tas-Sur Labetoulle, li kien il-President tat-taqsima tal-litigazzjoni tal-Conseil d'Etat. Dan l-artiklu ser ikun analizzat, bħall-kawża Campoloro, fis-sezzjoni ta' din id-Deċiżjoni dwar l-impenn tar-responsabbiltà tal-Istat (70).

(138)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li:

minn naħa, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi, l-ebda dokument u lanqas deċiżjoni ma teskludi l-eżistenza ta' garanzija mill-Istat favur La Poste;

min-naħa l-oħra, il-fatt li l-ebda dokument ma jipprevedi b'mod espliċitu din il-garanzija ma jeskludix l-eżistenza ta' garanzija impliċita.

2)   L-eżistenza ta' garanziji impliċiti marbuta mal-istatus ta' stabbiliment pubbliku hija kkonfermata minn nota tal-Conseil d'Etat Franċiż

(139)

L-eżistenza ta' garanziji impliċiti marbuta mal-istatus ta' stabbiliment pubbliku hija kkonfermata minn nota tal-Conseil d'Etat Franċiż prodotta fl-1995 fil-każ tal-Crédit Lyonnais u diġà kkwotata fid-Deċiżjoni ta' ftuħ (71). F'din in-nota, il-Conseil d'Etat waqqaf garanzija impliċita fuq in-natura biss tal-istabbiliment pubbliku tal-korp: “Fl-okkażjoni tal-abbozz ta' liġi dwar l-azzjoni mill-Istat fil-pjanijiet ta' riorganizzazzjoni tal-Crédit Lyonnais u tal-Comptoir des Entrepreneurs, il-Conseil d'Etat […] ikkunsidra li l-garanzija tal-Istat lil dan l-istabbiliment tirriżulta, mingħajr miżuri legali espliċiti, min-natura stess tal-istabbiliment pubbliku tal-korp” (72).

(140)

Il-Kummissjoni talbet kemm-il darba lill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jibagħtulha din in-nota kollha.

(141)

L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu (73) li n-nota inkwistjoni, li ma ngħatatx fuq talba tal-gvern, ma kinitx ġiet formalizzata f'dokument uffiċjali. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, in-nota pprovduta mill-Kummissjoni hija magħmula biss minn din il- frażi unika inkwistjoni tar-rapport annwali.

(142)

Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, din l-opinjoni ma tistax tiġi applikata għal La Poste minħabba li din tapplika għal istabbiliment pubbliku b'accountant pubbliku maħluq speċifikament bl-għan li jassigura l-ġestjoni tal-appoġġ mill-Istat għall-irkupru tal-Crédit Lyonnais, tippreċedi l-liġi organika tal-1 ta’ Awwissu 2001 dwar l-atti tal-baġit (LOLF) u l-applikazzjoni tagħha tmur kontra l-ġurisprudenza sussegwenti tal-Conseil d'Etat.

(143)

Il-Kummissjoni tinnota li l-interpretazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi, li l-opinjoni tal-Conseil d'Etat ma tistax tiġi applikata għal La Poste, tikkontradixxi t-termini stess tal-opinjoni. Fil-fatt, f'din l-opinjoni, il-Conseil d'Etat ma jagħmel l-ebda referenza għall-kompitu tal-istabbiliment. Barra minn hekk, hija tirreferi għan-natura tal-istabbiliment pubbliku mhux għal dik ta' stabbilimenti pubbliċi b'accountant pubbliku. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma jispjegawx għalfejn din l-opinjoni tapplika biss għall-stabbilimenti pubbliċi b'accountant pubbliku.

(144)

F'dak li jirrigwarda l-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi li l-opinjoni mhijiex applikabbli għaliex hija preċedenti għal-LOLF u kontra ġurisprudenza sussegwenti tal-Conseil d'Etat, il-Kummissjoni wriet hawn fuq li l-LOLF ma teskludix l-eżistenza ta' garanzija impliċita mill-Istat favur La Poste.

(145)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkunsidra li l-opinjoni tal-Conseil d'Etat hija applikabbli għal La Poste u li din tammetti l-eżistenza ta' garanzija statali minħabba n-natura pubblika ta' korp.

(146)

Barra minn hekk, l-eżistenza ta' garanziji impliċiti li jirriżultaw minn att amministrattiv jew leġiżlattiv li “joħloq u jinvolvi konsegwenzi finanzjarji għall-Istat” hija kkonfermata min-nota tal-Ministru tal-Ekonomija tal-Finanzi u tal-Industrija tat-22 ta’ Lulju 2003 li kellha l-għan li titlob “L-elenkar tal-garanziji impliċiti jew espliċiti mogħtija mill-Istat”. Din in-nota turi li l-garanzija tal-Istat tista’ tirriżulta minn atti legali differenti ħafna (74).

(147)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li f'nota ta' spjegazzjoni mehmuża ma’ din in-nota, preċiżament fil-parti 3 intitolata “l-esperjenza tal-attivazzjoni ta' garanziji u l-ġurisprudenza tal-Kunsill wasslu għall-irfinar ta' ċertu numru ta' studji ta' każijiet ta' garanzija impliċita li huwa importanti li jiġu identifikati”, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li “Ċerti arranġamenti legali skont id-disinn tagħhom jinvolvu r-responsabbiltà tal-azzjonisti tagħhom, b'mod partikolari s-sħubijiet ġenerali u l-gruppi temporanji ta' kumpaniji. Fil-każ ta' dawn l-aħħar żewġ tipi, il-partijiet terzi jfittxu b'mod sistematiku l-azzjonista statali. L-istess japplika fil-ħolqien ta' stabbilimenti pubbliċi u f'ċerti investimenti ta' ekwità f'kumpaniji b'responsabbiltà limitata”. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi infushom ifakkru li l-ħolqien ta' stabbiliment pubbliku jimplika garanzija impliċita tal-Istat favur kredituri ta' dan l-istabbiliment.

(b)   Il-kreditur ta' La Poste huwa assigurat li t-talba tiegħu sejra titħallas lura

(148)

Il-Kummissjoni issa bi ħsiebha tanalizza l-passi ta' kreditur ta' La Poste sabiex jitħallas lura d-dejn dovut lilu f'każ li La Poste issib ruħha f'diffikultajiet finanzjarji u ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha. Il-Kummissjoni sejra tiddetermina jekk, wara proċedura definita minn qabel u magħmula pubblika, il-kreditur ta' La Poste ikunx f'sitwazzjoni komparabbli ma’ dik ta' kreditur ta' impriża soġġetta għal-liġi kummerċjali.

(149)

Din l-analiżi sejra turi li:

l-ostakoli tradizzjonali li jopponu l-ħlas ta' dejn ta' organizzazzjoni privata ma jeżistux fir-rigward tal-istabbilimenti pubbliċi (1);

il-proċedura ta' rkupru tad-djun tal-istabbilimenti pubbliċi kkundannati minn deċiżjoni tal-qorti stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 fl-ebda każ ma twassal għall-għajbien tad-dejn (2);

is-sistema ta' responsabbiltà tal-Istat fl-implimentazzjoni tal-proċedura ta' rkupru tad-djun tal-istabbilimenti pubbliċi tippreżenta l-karatteristiċi kollha ta' mekkaniżmu ta' garanzija (3);

anki jekk ma jiġix issodisfat, il-kreditur jista’ jipproduċi effetti legali għall-iżball leġittimu li jkun wettaq meta sar id-dejn fuq il-fatt li dan dejjem ser ikun onorat (4).

1.   L-ostakoli tradizzjonali li jopponu l-ħlas ta' dejn ta' organizzazzjoni privata ma jeżistux fir-rigward ta' stabbilimenti pubbliċi

(150)

Kif ġie spjegat fid-deskrizzjoni tal-miżura, La Poste mhijiex soġġetta għal-liġi pubblika dwar ir-rijabilitazzjoni u l-likwidazzjoni ta' kumpaniji f'diffikultà. Il-kreditur ta' La Poste ma jirriskjax għalhekk li jara t-talba tiegħu tgħib minħabba l-bidu ta' proċediment ta' likwidazzjoni (75) jew li jikseb parti biss mir-rimbors tat-talba tiegħu wara proċedura ta' riorganizzazzjoni jew ta' likwidazzjoni ġudizzjarja tal-liġi komuni.

(151)

Barra minn hekk, kif enfasizzat l-esperta tal-Kummissjoni, il-personalità ġuridika ta' La Poste ma teskludix l-eżistenza ta' garanzija mill-Istat Franċiż. Fil-fatt, għalkemm jeżistu kumpaniji kummerċjali, bħal kumpaniji limitati u kumpaniji b'responsabbiltà limitata, fejn l-imsieħba mhumiex meħtieġa li jħallsu lura d-djun tal-istruttura li jkollhom sehem fiha, għall-kuntrarju jeżistu ħafna kategoriji ta' kumpaniji jew ta' entitajiet li jkollhom attività kummerċjali li fiha l-imsieħba privati jkunu responsabbli mid-djun tal-kumpanija maħluqa. Dan huwa l-każ ta' sħubijiet, gruppi ta' interess ekonomiku u s-soċjetajiet ċivili. Għaldaqstant mhemmx prinċipju espliċitu tal-liġi komuni rigward il-garanzija tad-djun mill-azzjonisti. Għalhekk wieħed ma jistax jgħid li fin-nuqqas ta' dokumenti, il-prinċipju applikabbli huwa dak ta' nuqqas ta' garanzija fil-konfront tad-djun u t-telf. L-indipendenza miksuba minn korporattiva, kif ukoll l-eżistenza ta' assi tagħha stess, mhijiex, fil-liġi Franċiża, kriterju li jiddetermina r-regoli ta' sigurtà għad-djun kuntrattati minn kumpanija. Jista’ wkoll jiġi dedott mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li xejn ma jżomm lil-leġiżlatur milli jipprovdi li kull stabbiliment pubbliku jista’ jiġi stabbilit minn persuna pubblika li tkun tista’ tiflaħ it-telf biss sal-limitu tal-kontribuzzjoni tagħha jew sal-għotja inizjali tagħha.

(152)

L-esperta tal-Kummissjoni temmet l-argument billi fittxet l-eżistenza ta' prinċipju (impliċitu) tal-liġi komuni fir-rigward ta' garanziji għad-djun meta l-azzjonisti jew il-membri ta' struttura ma jkunux inklużi f'qafas ipprovdut mil-leġiżlatur u sabet ir-risposta fl-Artikoli 1871 u sussegwenti tal-kodiċi ċivili. Dawn l-Artikoli jittrattaw azzjonisti li ma jkunux irreġistraw il-kumpanija tagħhom. L-Artikolu 1871-1 tal-kodiċi ċivili jipprevedi l-mekkaniżmu li ġej: “sakemm ma tkunx ġiet prevista organizzazzjoni, ir-relazzjonijiet bejn l-azzjonisti huma rregolati, sakemm huwa raġonevoli, jew mid-dispożizzjonijiet applikabbli għas-soċjetajiet ċivili, jekk is-soċjetà għandha karattru ċivili, jew, jekk tkun ta' natura kummerċjali, minn dawk applikabbli għas-sħubijiet”. Madankollu, hawn fuq intqal li s-soċjetajiet ċivili u s-sħubijiet jagħmlu parti mill-entitajiet li l-membri tagħhom għandhom responsabbiltajiet illimitati għad-djun. Minn dan l-esperta tikkonkludi li jekk għandu joħroġ prinċipju tal-liġi komuni, dan ikun prinċipju ta' garanzija tad-djun tal-entitajiet li jinħolqu.

(153)

Fin-nota tagħhom mibgħuta fis-27 ta’ Ottubru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi jikkuntestaw din il-konklużjoni. Din mhijiex ibbażata fuq l-ebda dokument, bir-referenza għall-Artikolu 1871-1 tal-kodiċi ċivili tirrigwarda r-“relazzjonijiet bejn l-imsieħba” u mhux partijiet terzi. Għaldaqstant hemm nuqqas ta' dokumenti, li minnhom wieħed ma jistax jikkonkludi prinċipju ta' garanzija, mingħajr ma jikser id-drittijiet tad-difiża fil-liġi Franċiża kif ukoll fil-liġi tal-Unjoni.

(154)

Il-Kummissjoni tinnota madankollu li l-Artikolu 1872-1 tal-Kodiċi ċivili jistabbilixxi li kull imsieħeb f'kumpanija li mhijiex irreġistrata jikkuntratta f'ismu personali u huwa biss impenjat lejn terzi. Kull imsieħeb huwa għalhekk responsabbli mingħajr limitu għad-djun kuntrattati. Naturalment il-Kummissjoni m'għandhiex intenzjoni li tikkonkludi minn din il-kunsiderazzjoni biss li l-Istat huwa responsabbli mid-djun ta' La Poste, iżda tqis li l-argument tal-esperta tagħha li jekk kellu joħroġ prinċipju tal-liġi komuni, dan ikun prinċipju ta' garanzija mhuwiex invalidat mill-argument ippreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li fin-nota ta' spjegazzjoni mehmuża man-nota tal-Ministru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija tat-22 ta’ Lulju 2003 (76), l-awtoritajiet Franċiżi stess jagħmlu parallel bejn ir-responsabbiltà tal-azzjonist lejn is-sħubijiet u dik tal-Istat lejn l-istabbiliment pubbliku.

(155)

Fuq il-bażi tal-elementi preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li:

għall-kuntrarju tal-kredituri tal-kumpaniji soġġetti għal-liġi kummerċjali, il-kredituri ta' La Poste (peress li din mhijiex soġġetta għal-liġi li tirregola r-rijabilitazzjoni u l-likwidazzjoni tal-kumpaniji f'diffikultà) m'għandhomx riskju li jaraw it-talba tagħhom tgħib għal kollox jew parzjalment wara proċedura ġudizzjarja ta' likwidazzjoni;

il-personalità ġuridika ta' La Poste ma tipprekludix il-garanzija tal-Istat favur La Poste;

fin-nuqqas ta' limitazzjoni espliċita tar-responsabbiltà tal-Istat fir-rigward ta' La Poste, il-kredituri ta' La Poste jistgħu b'mod leġittimu jibbażaw fuq il-prinċipju li l-Istat jappoġġa d-djun ta' La Poste, għalkemm La Poste tgawdi personalità ġuridika.

2.   Il-proċedura ta' rkupru tad-djun tal-istabbilimenti pubbliċi kkundannati minn deċiżjoni tal-qorti stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 ma tirriżulta fl-ebda każ fl-għajbien tad-dejn

(156)

Il-Kummissjoni issa bi ħsiebha teżamina l-proċedura ta' rkupru tad-djun tal-istabbilimenti pubbliċi kkundannati minn deċiżjoni tal-qorti, sabiex tiddetermina jekk din il-proċedura tistax twassal għall-estinzjoni tal-obbligu ta' La Poste b'riżultat, għall-kreditur, simili għar-riżultat miksub mill-applikazzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji, kif jgħidu l-awtoritajiet Franċiżi. Din il-proċedura ġiet stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u minn diversi dokumenti ta' applikazzjoni (77), imsemmija fis-sezzjoni ta' din id-Deċiżjoni li tirrigwarda d-deskrizzjoni tal-miżura.

(i)   Il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tagħti poteri sinifikanti lill-Istat: il-mandat tal-kariga u l-ħolqien ta' riżorsi adegwati

(157)

Kif spjegat fid-deskrizzjoni tal-miżura, il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tipprovdi li: “jekk il-korp leġiżlattiv tal-grupp jew tal-istabbiliment ma identifikax jew ma ħoloqx riżorsi, […] l-awtorità regolatorja tipprovdi u għandha toħroġ, jekk ikun xieraq, ordni ta' ħlas obbligatorju”. Barra minn hekk, id-Digriet tat-12 ta’ Mejju 1981, mhux emendat dwar dan il-punt mid-Digriet tal-2008, jispeċifika li r-rappreżentant tal-Istat jew l-awtorità regolatorja “toħloq, jekk ikun il-każ, ir-riżorsi meħtieġa jew billi tnaqqas il-fondi allokati għal spejjeż oħrajn u li jkunu għadhom jistgħu jintużaw, jew billi żżid ir-riżorsi”.

(158)

Il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u l-miżuri ta' applikazzjoni tagħha jinnominaw għalhekk lill-Istat bħala l-awtorità kompetenti sabiex tirkupra d-djun tal-istabbilimenti pubbliċi. Barra minn hekk, huma jagħtuh poteri sinifikanti: il-mandat tal-kariga u l-ħolqien ta' riżorsi adegwati.

(159)

L-awtoritajiet Franċiżi jiċħdu l-idea li r-riżorsi msemmija jistgħu jkunu r-riżorsi tal-Istat. Kif indikat fil-parti li tirrigwarda l-kummenti tal-Istat Membru (78), l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu fil-fatt li l-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 tagħti lill-awtorità regolatorja setgħa ta' sostituzzjoni biss. Bħala tali, it-tutela tista’ biss teżerċita l-kompetenzi ta' dan l-eżekuttiv, li ma jinkludux il-possibbiltà li tuża l-baġit statali. Bħala appoġġ għal din l-interpretazzjoni, ġew ikkwotati x-xogħlijiet ta' tħejjija tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, artikoli akkademiċi, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-Conseil d'Etat dwar il-kawża Campoloro. L-awtoritajiet Franċiżi jirrikonoxxu madankollu li l-Liġi tal-1980 ma tiprojbixxix fil-prinċipju kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istat bħala appoġġ lill-entità pubblika inkwistjoni.

(160)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li d-dokumenti ma jipprovdux espliċitament għall-obbligu tal-Istat li jħallas sussidju speċjali lil stabbiliment pubbliku f'każ ta' diffikultà finanzjarja. Dan ma jinvalidax il-prova tal-eżistenza ta' garanzija impliċita.

(161)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li r-riżorsi li għandhom ikunu identifikati l-ewwel huma dawk stess tal-istabbiliment. Dan ma jimpedixxix li wieħed jikkunsidra li ladarba jiġu eżawriti r-riżorsi proprji, il-fondi statali biss jistgħu jħallsu d-djun tal-istabbiliment pubbliku li jkollu d-dejn (79). Din is-sejba hija konsistenti mal-fatt li mekkaniżmu ta' garanzija huwa sussidjarju, fis-sens li r-riżorsi tad-debitur jiġu mmobilizzati qabel dawk tal-garanti tiegħu.

(ii)   Il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u l-miżuri ta' applikazzjoni tagħha ma jipprevedux proċeduri ta' likwidazzjoni-għajbien bl-għajbien tal-obbligi; is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' flus kontanti hija koperta jew hija biss temporanja

(162)

Il-Kummissjoni issa sejra tanalizza l-interpretazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi, li wara l-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, ċerti kredituri jistgħu jaraw it-talba tagħhom tgħib mingħajr rimedju (80) u li s-sitwazzjoni tagħhom hija ekwivalenti għal dik ta' kredituri ta' kumpaniji soġġetti għall-proċeduri ġudizzjarji.

(163)

L-esperta tal-Kummissjoni (81) tinnota li l-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u d-Digriet ta' applikazzjoni tagħha juru li żewġ xenarji biss huma possibbli f'każ ta' fondi insuffiċjenti: jew l-awtorità regolatorja toħloq ir-riżorsi meħtieġa, jew il-ħlas jiġi pospost. Fl-ebda ħin, il-proċedura ma tindika li f'każ ta' nuqqas sostenibbli ta' flus kontanti, din tieqaf.

(164)

Fil-fatt, għalkemm is-sitwazzjoni ta' fondi insuffiċjenti hija prevista mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u l-miżuri ta' applikazzjoni tagħha, din is-sitwazzjoni hija mistennija li tkun temporanja, sakemm jinħolqu riżorsi addizzjonali, l-unika soluzzjoni maħsuba mid-dokument. Fl-ebda ħin, ma huwa maħsub li dan il-ħolqien ta' riżorsi addizzjonali huwa impossibbli jew, min-naħa tiegħu, insuffiċjenti. Sussegwentement għal dan l-istadju ta' ħolqien ta' riżorsi, id-dokumenti jindikaw li l-awtorità kompetenti toħroġ l-ordni ta' ħlas obbligatorju. Iċ-ċirkolari tal-1989 imsemmija hawn fuq hija aktar eżatta rigward in-nuqqas ta' fondi, peress li tinsisti fuq in-natura neċessarjament temporanja, peress li, f'dan il-każ, wieħed għandu jindika lill-kreditur il-bilanċ li ser ikun ikkummissjonat aktar tard. Skont l-esperta tal-Kummissjoni, “skont id-dokumenti, il-kredituri jistgħu jiksbu ċ-ċertezza li jekk ma tkunx onorata minnufih, it-talba tagħhom tkun onorata aktar tard”.

(165)

Barra minn hekk, l-esperta tal-Kummissjoni ġustament tinnota li l-proċedura prevista mil-liġi Franċiża hija biss proċedura ta' rkupru tal-kreditu, bl-esklużjoni ta' proċedura ta' likwidazzjoni. Fil-każ ta' persuni privati, is-sitwazzjoni ta' sospensjoni ta' ħlas hija marbuta mid-dokumenti ma’ dik tal-likwidazzjoni. Għalhekk, ir-riskju ta' sospensjoni ta' ħlasijiet jista’ jagħti bidu għal proċedura ta' salvagwardja (82) u l-likwidazzjoni hija espressament ippreżentata bħala l-konsegwenza ta' sospensjoni tal-ħlasijiet (83). Għall-kuntrarju, fil-każ ta' persuni pubbliċi inġenerali u ta' stabbilimenti pubbliċi, b'mod partikolari, bil-ħabi tas-sitwazzjoni ta' sospensjoni tal-ħlasijiet u billi ma jorbotha mal-ebda likwidazzjoni, il-leġiżlatur u l-awtorità statutorja jissuġġerixxu lill-kredituri li t-talbiet tagħhom sejrin ikunu onorati b'mod indefinit, jekk meħtieġ minn parti terza bħall-Istat.

(166)

Fl-aħħar nett, l-esperta tal-Kummissjoni tinnota li r-riforma tal-2008, li saret wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' ftuħ, ma wasslitx sabiex l-awtoritajiet Franċiżi jiċċaraw li r-riżorsi li għandhom jintużaw għandhom ikunu tal-istabbiliment pubbliku u ma jinvolvux riżorsi statali. Kjarifika bħal din kienet tkun sinjal qawwi fil-konfront tal-kredituri fi żmien meta l-proċeduri mibdija mill-Kummissjoni kienu jorbtu espliċitament garanzija mill-Istat mal-formulazzjoni mhux kompluta tad-dokumenti. Il-fatt li din il-kjarifika meħtieġa ma saritx jikkonferma d-dikjarazzjoni li l-Istat Franċiż ma jixtieqx jiċħad li jista’ jipprovdi huwa stess ir-riżorsi meħtieġa.

(167)

Fin-nota tagħhom mibgħuta fis-27 ta’ Ottubru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li d-dikjarazzjoni tal-esperta tal-Kummissjoni li tgħid “skont id-dokumenti, il-kredituri jistgħu jiksbu ċ-ċertezza li f'każ li ma tiġix onorata minnufih, it-talba tagħhom tkun onorata aktar tard” hija bbażata fuq qari ppreġudikat tad-dokumenti li – minbarra li huma dokumenti ta' livell sotto-regolatorju (ċirkolarijiet) – ma jistabbilixxu l-ebda sostituzzjoni possibbli tar-riżorsi tal-Istat ta' dawk tal-istabbiliment. Xejn ma jipprojbixxi l-ħolqien ta' stabbilimenti pubbliċi mhux attivi li l-kredituri tagħhom ma jirnexxielhomx jiksbu l-ħlas tad-dejn dovut lilhom. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu barra minn hekk li l-istabbilimenti pubbliċi jistgħu ma jonorawx id-dejn tagħhom mingħajr madankollu ma jsibu ruħhom awtomatikament f'sitwazzjoni ta' sospensjoni tal-ħlasijiet.

(168)

Il-Kummissjoni issa sejra tanalizza jekk huwiex legalment possibbli li stabbiliment pubbliku kkundannat minn deċiżjoni tal-qorti li għandha s-setgħa ta' res judicata għall-ħlas ta' somma flus tiġi arkivjata u li l-kreditu qatt ma jiġi onorat, kif isostnu l-awtoritajiet Franċiżi. Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u tad-dokumenti ta' applikazzjoni tagħha huma imposti fuq l-Istat. Fl-agħar xenarju għall-kreditur, dawn id-dokumenti jwasslu lill-Istat sabiex jindika lill-kreditur il-bilanċ li ser ikun ikkummissjonat aktar tard. Jekk wieħed jassumi li ma jsir l-ebda ħlas, il-kreditur dejjem ikollu l-possibbiltà (dan il-punt ser ikun żviluppat fis-sezzjoni 3 ta' din id-deċiżjoni) li jżomm l-Istat responsabbli. F'dawn il-kundizzjonijiet, ix-xenarju teoretiku tal-arkivjar ma jwassal fl-ebda każ għall-estinzjoni tad-dejn. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma taw l-ebda eżempju konkret dwar fejn setgħet seħħet din is-sitwazzjoni.

(169)

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li:

il-proċedura speċifika definita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u t-testi ta' implimentazzjoni tagħha hija biss proċedura ta' rkupru tad-dejn minbarra proċedura ta' likwidazzjoni; wara l-implimentazzjoni tagħha, id-dejn ma jgħibx, filwaqt li wara l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' likwidazzjoni, id-deċiżjoni ta' għeluq minħabba nuqqas ta' assi mingħajr penali ġġib magħha l-projbizzjoni tal-kredituri li jibdew il-proċeduri legali mill-ġdid;

il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u t-testi ta' implimentazzjoni tagħha, peress li tipprovdi għall-posponiment tal-ordni tal-ħlasijiet u ma tikkunsdra qatt is-sitwazzjoni ta' sospensjoni tal-ħlasijiet, jagħtu lill-kredituri x'jifhmu li hemm jew dejjem ser ikun hemm riżorsi meħtieġa sabiex jitħallsu l-flus miżmuma fuq l-istabbiliment pubbliku;

minn dan jirriżulta li s-sitwazzjoni ta' insuffiċjenza ta' fondi hija koperta mill-Istat, jekk ikun meħieġ, jew li hija biss temporanja. Għall-kuntrarju, l-ebda proċedura ta' likwidazzjoni ma tipprevedi l-possibbiltà għal xi parti terza li ssir responsabbli għad-djun tal-entità insolventi, ħlief naturalment, meta jkun garanti jew kumpanija b'responsabbiltà illimitata.

(iii)   Is-sussidju speċjali tal-Istat li jippermetti lill-istabbiliment pubbliku li jwettaq l-obbligi tiegħu huwa meqjus possibbli u previst effettivament minn ċerti dokumenti

(170)

F'dan ir-rigward, l-esperta tal-Kummissjoni nnutat li:

(α)   [[…]] (*)

(171)

Mingħajr il-ħtieġa ta' din il-prova sabiex tiġi stabbilita l-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat tal-garanzija li tirriżulta mill-istatus ta' La Poste, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riżorsi proprji tagħha mmobilizzati f'każ ta' insuffiċjenza ta' likwidità huma limitati. Fil-fatt, kemm it-trasferiment tal-proprjetà (84) kif ukoll iż-żieda fit-tariffi tal-ħlasijiet tas-servizz postali universali (85) huma sorveljati b'mod strett ħafna mil-leġiżlatur Franċiż. Id-diffikultà sabiex timmobilizza riżorsi addizzjonali tagħha stess sabiex tħallas id-djun iżżid il-ħtieġa ta' interventi statali f'każ ta' nuqqas ta' flus kontanti. L-ewwel nett, skont il-mekkaniżmu ta' wieħed jaffettwa lill-ieħor, l-impossibbiltà ta' mobilizzazzjoni tar-riżorsi permezz tat-trasferiment tal-proprjetà iżżid il-frekwenza ta' rikors għal mekkaniżmi oħrajn ta' garanzija (ħlasijiet bil-quddiem, it-tfittxija tar-responsabbiltà tal-Istat, eċċ.). Fit-tieni lok, il-promulgazzjoni ta' sistema ta' protezzjoni tal-proprjetà mil-leġiżlatur tista’ tkabbar il-litigazzjoni tar-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat f'każ ta' falliment possibbli ta' La Poste (86).

(172)

Fin-nota tagħhom mibgħuta fis-27 ta’ Ottubru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi jikkuntestaw “l-impossibbiltà” għal La Poste li timmobilizza r-riżorsi proprji:

f'dak li jirrigwarda t-trasferiment tal-proprjetà, l-Istat huwa ħieles li jiddetermina fid-diskrezzjoni tiegħu jekk iqisx “essenzjali” jew le t-twettiq tas-servizz pubbliku; barra minn hekk, anki jekk jopponi għal dan it-trasferiment, dan ma jfissirx li għandu jikkumpensa permezz ta' mekkaniżmi ta' garanzija; fl-aħħar nett, fil-fatt, l-Istat qatt ma oppona trasferiment ta' proprjetà abbażi tal-Artikolu 23 tal-Liġi tat-2 ta’ Lulju 1990, li barra minn hekk skada wara l-kontribut minn La Poste fl-2005 ta' kważi l-beni immobbli kollha tagħha (inklużi l-uffiċċji postali) lil kumpanija sussidjarja li ma kinitx soġġetta għal din is-sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel;

f'dak li jirrigwarda ż-żieda fit-tariffi tal-ħlasijiet tas-servizz postali universali, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-ARCEP ma twaqqafx it-tariffi iżda tistabbilixxi price cap (limitu ta' prezzijiet) għal dawk l-attivitajiet biss irregolati minn La Poste u li taħtu t-tariffi ta' La Poste jinbidlu liberament (ħlief għall-prezz tal-bolol li huwa stabbilit mill-Ministru responsabbli mill-posta u b'kunsiderazzjoni tal-price cap); barra minn hekk wieħed jista’ jaħseb li l-ARCEP bilkemm tista’ tirrifjuta żieda fit-tariffi li tkun essenzjali għas-sopravvivenza tal-istabbiliment u tal-kompiti ta' servizz pubbliku li hu joffri; fl-aħħar nett, dan il-price cap jikkonċerna biss is-settur regolat, li jirrappreżenta inqas min-nofs tal-profitt operattiv tal-grupp La Poste.

(173)

Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kjarifiki mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi u għamlet żewġ kummenti:

l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li anki jekk l-Istat jopponi għal trasferiment, dan bl-ebda mod ma jimplika xi garanzija. Madankollu, huma rrikonoxxew (anki jekk huma jikkontestaw li La Poste tista’ tikseb vantaġġ) li l-ħtieġa ta' kontinwità tas-servizz pubbliku hija essenzjali għar-rappreżentant tal-Istat fl-implimentazzjoni tal-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 (87), fatt li jista’ jinvolvi r-responsabbiltà bla tort tal-istat għal ksur tal-ugwaljanza quddiem l-obbligazzjonijiet pubbliċi kif jintwera hawn taħt (88);

Diment li kreditur ta' La Poste ma jistax jirrikorri għand kumpanija oħra tal-grupp La Poste biex jikseb il-ħlas tat-talba tiegħu, jeħtieġ li wieħed janalizza s-sehem tas-settur regolat u tas-settur riservat fid-dħul ta' La Poste u mhux f'dak tal-grupp La Poste. Minħabba l-ambitu tar-regolament fi Franza (89), huwa ċar li l-attivitajiet regolati jirrappreżentaw parti predominanti tal-attivitajiet tal-istabbiliment pubbliku La Poste. L-ipprezzar ta' parti kbira tal-attivitajiet ta' La Poste huwa għalhekk soġġett għal price cap; barra minn hekk, it-tariffi tas-servizzi riservati huma stabbiliti permezz ta' digriet ministerjali.

(β)   Ċerti ħidmiet u programmi tal-baġit tal-Istat jistgħu jintużaw sabiex jgħinu stabbiliment pubbliku jaffaċċja l-ħlas tad-djun tagħha

(174)

Il-programmi identifikati mill-esperta tal-Kummissjoni huma dawn:

il-programm nru 823, Ħlasijiet bil-quddiem lil korpi separati mill-Istat u li joffru servizzi pubbliċi: l-għan tiegħu “huwa li jippermetti lill-Istat li jagħti ħlasijiet bil-quddiem lil diversi korpi, separati mill-Istat, li joffru servizzi pubbliċi” (90). “Dawn il-ħlasijiet huma maħsuba sabiex jintużaw f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, kemm sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-attività pubblika kif ukoll sabiex jiġu implimentati mill-aktar fis miżuri partikolari. Huwa jawtorizza wkoll il-kopertura provviżorja ta' ħtieġa mhux mistennija ta' flus kontanti li riżorsi sostenibbli għandha tiżgura aktar tard b'mod sostenibbli. Huwa jippermetti għalhekk li jiġi evitat il-finanzjament bankarju jew tas-suq u, flimkien ma’ dan, jipprevjeni frammentazzjoni tad-dejn tal-amministrazzjoni pubblika jew żieda fil-piż tal-interessi tagħhom”,

fi ħdan il-ħidma “Kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istat”, hemm żewġ programmi, intitolati rispettivament “Tranżazzjonijiet ta' kapital li jaffettwaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istat” (programm nru 731) u “Tnaqqis tad-dejn tal-Istat u tal-istabbilimenti pubbliċi tal-Istat” (programm nru 732). F'dan il-programm, l-azzjoni nru 01 titkellem dwar “iż-żidiet tal-kapital, kapital addizzjonali, ħlasijiet bil-quddiem tal-azzjonisti u self relatat”.

(175)

Il-fondi għal dawn il-ħlasijiet bil-quddiem huma kbar. Taħt il-programm nru 731, hija prevista speċifikament riserva ta' EUR 85 miljun. L-approprjazzjonijiet tal-ħlas tal-azzjoni nru 01 tal-programm nru 732 jammontaw għal EUR 660 miljun. L-approprjazzjonijiet tal-ħlas tal-programm nru 823 jammontaw għal EUR 50 miljun.

(176)

F'każ ta' diffikultà finanzjarja ta' La Poste, l-Istat jista’ juża dawn il-programmi sabiex isalva lil La Poste. Fil-fatt, l-ebda dokument ma jillimita l-possibbiltajiet ta' għoti ta' ħlasijiet bil-quddiem lil IPIK attivi ekonomikament u li joperaw fis-settur kompetittiv.

(177)

Fin-nota tagħhom mibgħuta fis-27 ta’ Ottubru 2009, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li qatt ma kkontestaw li l-istabbilimenti pubbliċi jistgħu jibbenefikaw minn ħlasijiet bil-quddiem mill-Istat, barra minn hekk espliċiti, iżda li dan ma jimplika l-ebda dritt ta' teħid mill-istabbilimenti pubbliċi tal-baġit tal-Istat; kif indikat l-esperta tal-Kummissjoni, is-sistema ta' ħlasijiet bil-quddiem tal-azzjonisti aktarx li tibbenefika lill-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Istat, hi x'inhi l-forma ġuridika tagħhom, u għalhekk ma jħallix li ssir kwalunkwe konklużjoni għall-IPIK biss; barra minn hekk, u għall-kuntrarju ta' dak li tgħid l-esperta tal-Kummissjoni, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem jikkunsidraw bis-sħiħ ir-restrizzjonijiet Komunitarji peress li huma parti mil-loġika ta' investitur prudenti.

(178)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li:

it-testi tal-liġi Franċiża jawtorizzaw u saħansitra jinkoraġġixxu l-Istat sabiex jagħmel għotjiet lill-istabbilimenti pubbliċi minflok self bankarju konvenzjonali f'każ ta' sitwazzjoni ta' nuqqas ta' flus kontanti; l-aċċess għal dawn ir-riżorsi bl-ebda mod ma jiddependi mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; dawn l-għotjiet jistgħu jikkostitwixxu r-“riżorsi addizzjonali” previsti mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980;

dawn it-testi huma magħrufa mal-kredituri, li għalhekk huma intitolati li jikkunsidraw li l-awtorità regolatorja tista’ ssib ir-riżorsi meħtieġa sabiex tħallas id-dejn dovut lilhom;

La Poste madankollu m'għandha l-ebda dritt li tieħu minn dawn ir-riżorsi.

(179)

Billi:

il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha ma jipprevedu l-ebda proċedura ta' likwidazzjoni-għajbien bl-għajbien tad-drittijiet u l-obbligi;

il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha fl-ebda ħin ma jipprevedu li r-riżorsi ma jistgħux jinstabu;

id-dokumenti tal-baġit juru li l-IPIK jistgħu jibbenefikaw minn ħlasijiet speċjali bil-quddiem f'każ ta' bżonn urġenti ta' flus kontanti;

il-Kummissjoni tqis li l-ipoteżi li fiha l-kreditur jonqos milli jikseb il-ħlas tat-talba tiegħu minħabba l-implimentazzjoni tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 hija improbabbli.

(180)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda aċċess dirett tal-istabbilimenti pubbliċi għall-kontijiet tat-Teżor, jekk b’“aċċess dirett”, wieħed jifhem il-possibbiltà għal IPIK li tieħu hija stess id-deċiżjoni li tuża b'mod dirett fondi tal-Istat impoġġija għad-dispożizzjoni tagħha, mingħajr ma jkun meħtieġ l-intervent tal-Istat.

(iv)   Il-proposta tal-awtoritajiet Franċiżi li tiċċara d-Digriet li jimplimenta l-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 hija insuffiċjenti

(181)

L-ewwel, il-Kummissjoni tenfasizza li l-awtoritajiet Franċiżi m'għamlux l-emenda tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 li sejra tkun analizzata f'din is-sezzjoni. Għaldaqstant, l-analiżi tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' garanzija favur La Poste għandha neċessarjament tibbaża fuq il-liġi pożittiva u mhux fuq in-natura adegwata jew le tal-proposti tal-awtoritajiet Franċiżi, li qatt ma kienu kkonfermati, u bil-ħsieb li jeskludu kull garanzija. Minn dan jirriżulta li l-analiżi tal-Kummissjoni f'din is-sezzjoni għandha essenzjalment l-għan li tagħti deskrizzjoni sħiħa tal-proċedura li saret quddiem il-Kummissjoni.

(182)

Sabiex jistabbilixxu li r-riżorsi misjuba mill-awtorità regolatorja jistgħu jiġu biss mir-riżorsi tal-grupp jew tal-istabbiliment, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew li jemendaw id-Digriet li jimplimenta l-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 b'dan il-mod: “Meta l-avviż jibqa” mingħajr effett sal-iskadenza ta' dan it-terminu, ir-rappreżentant tal-Istat jew l-awtorità regolatorja għandha tirreġistra n-nefqa fil-baġit tal-korp jew tal-istabbiliment pubbliku li falla. Din tipprovdi r-riżorsi meħtieġa, jekk ikun il-każ, fil-baġit tal-korp jew tal-istabbiliment jew billi tnaqqas krediti allokati għal spejjeż oħrajn u li għadhom jistgħu jintużaw, jew billi żżid ir-riżorsi’ (emendi mmarkati bil-korsiv).

(183)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota, kif għamlet fil-premessa 58 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ, li d-dokumenti, la fil-verżjoni attwali tagħhom, lanqas fil-verżjoni mibdula skont il-proposta tal-awtoritajiet Franċiżi, ma jeskludu li s-sejba tar-riżorsi tista’ ssir permezz ta' żieda tar-riżorsi magħmula possibbli qabel permezz ta' għotja jew użu ta' riżorsi pubbliċi.

(184)

Il-Kummissjoni sejra teżamina r-rimedji li jifdal għall-kreditur fl-eventwalità improbabbli li fiha l-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 ma tippermettix li l-kreditur jitħallas lura. Il-Kummissjoni sejra teżamina b'mod speċjali is-sistema ta' responsabbiltà tal-Istat sabiex tiddetermina jekk għandhiex il-karatteristiċi ta' mekkaniżmu ta' garanzija.

3.   Is-sistema ta' responsabbiltà tal-Istat fl-implimentazzjoni tal-proċedura ta' rkupru tad-djun tal-istabbilimenti pubbliċi tippreżenta l-karatteristiċi ta' mekkaniżmu ta' garanzija

(185)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, fil-prinċipju l-Istat ma jistax jinżamm responsabbli kemm b'tort u kemm mingħajr tort (91). L-awtoritajiet Franċiżi madankollu jirrikonoxxu li fl-ipoteżi li jkun hemm ħtieġa ta' kontinwità tas-servizz pubbliku u li din il-ħtieġa tkun essenzjali għar-rappreżentant tal-Istat fit-twettiq tal-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, jista’ jkun li l-imħallef jordna l-kumpens tal-kreditur. Mandankollu, f'din l-ipoteżi, il-kumpens ikollu biss l-effett li jpoġġi lill-kreditur fis-sitwazzjoni li kien ikun fiha fil-liġi komuni; għaldaqstant il-kreditur ma jkun qed igawdi l-ebda vantaġġ.

(186)

Il-Kummissjoni tinnota madankollu li fil-liġi komuni, il-kredituri, fi kwalunkwe każ il-kredituri mhux assigurati, fil-prinċipju ma jirkuprawx it-talbiet tagħhom kollha. Barra minn hekk, il-kumpanija li tkun qiegħda tiġi likwidata ma tarax id-djun tagħha mħallsa minn terzi, kif inhu l-każ hawnhekk.

(187)

L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu wkoll li fi kwalunkwe każ, il-possibbiltajiet ta' kumpens miftuħa għall-kredituri permezz tal-involviment tar-responsabbiltà ma jistgħux jiġu ttrattati bħala forma ta' garanzija.

(188)

Il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu, kif sejra turi, li l-involviment tar-responsabbiltà tal-Istat (b'tort jew mingħajr tort) fl-implimentazzjoni tal-proċedura ta' rkupru tad-djun tal-entitajiet pubbliċi soġġetti għal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 huwa ekwivalenti għal mekkaniżmu ta' garanzija għall-finijiet tal-liġi Komunitarja peress li dan jassigura lill-kredituri r-rimbors tad-dejn dovut lilhom billi jobbliga lill-Istat Membru jħallsu f'każ li La Poste tfalli. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittjiet tal-Bniedem (QEDB) fil-kawża Campoloro għandha tendenza li tistabbilixxi garanzija awtomatika. Għalkemm kienu ħielsa li jagħmlu dan, l-awtoritajiet Franċiżi ma llimitawx dawn il-mekkaniżmi ta' responsabbiltà jew ta' garanzija.

(i)   Il-ġurisprudenza preċedenti: prova tas-sistema speċifika stabbilita mill-kawża Campoloro

(189)

Kif innutat l-esperta tal-Kummissjoni, meta kreditur ta' entità pubblika soġġetta għal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 ifittex ir-responsabbiltà tal-Istat minħabba l-użu tal-prerogattivi pprovduti minn dan id-dokument, qabel il-kawża Campoloro (analizzat hawn taħt), l-imħallef amministrattiv identifika żewġ danni. Minn naħa, il-kreditur kien qiegħed isofri dannu minħabba li d-dejn dovut lilu ma tħallasx, dannu kkawżat mis-sitwazzjoni ta' insolvenza tad-debitur biss. Min-naħa l-oħra, il-kreditur seta’ jsofri dannu separat minħabba nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-prerogattivi tal-Istat (dewmien, nuqqas ta' rieda, rifjut li jinbdew il-proċeduri, bidu parzjali tal-proċeduri, eċċ.). Dan it-tieni dannu ma setax jiġi evalwat billi jiġi rkuprat l-ammont tad-dejn, iżda billi tiġi stmata l-ispiża ta' dewmien jew ta' rifjut li jintużaw prerogattivi previsti mil-liġi. Din ir-reazzjoni kienet adottata mill-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta' Lyon fil-kawża Campoloro  (92).

(ii)   Id-Deċiżjoni meħuda mill-Conseil d'Etat fl-2005 fil-kawża Campoloro

(190)

Skont l-esperta tal-Kummissjoni, id-Deċiżjoni meħuda mill-Conseil d'Etat fil-kawża Campoloro tirrappreżenta żvolta minħabba li waħda mill-ipoteżijiet li tipprovdi m'għadhiex strettament każ ta' responsabbiltà, iżda taħdem bħala mekkaniżmu ta' garanzija.

(191)

Jeħtieġ li wieħed ifakkar ir-raġunijiet tal-prinċipju tad-Deċiżjoni tal-Conseil d'Etat tas-Sezzjoni tat-18 ta’ Novembru 2005, Société fermière de Campoloro, nru 271898:

“billi, permezz ta' dawn id-dispożizzjonijiet, il-leġiżlatur kellu l-ħsieb li jagħti lir-rappreżentant tal-Istat, f'każ ta' nuqqas ta' awtorità lokali li tiżgura t-twettiq ta' deċiżjoni ġudizzjarja li għandha l-forza ta' res judicata, u wara intimazzjoni biex tagħmel dan, is-setgħa li jissostitwixxi l-korpi ta' din l-awtorità sabiex isib jew joħloq ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa ta' din id-deċiżjoni tal-qorti; li għal dan il-għan, għandu, taħt is-sorveljanza tal-imħallef, jieħu, minħabba s-sitwazzjoni tal-awtorità u l-ħtiġijiet ta' interess ġenerali, il-miżuri meħtieġa; li fost dawn il-miżuri, ikun hemm il-possibbiltà li jbiegħ proprjetà li tappartjeni għall-awtorità sakemm dawn ma jkunux essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-servizzi pubbliċi li għalihom hija responsabbli; li jekk il-prefett jastjeni jew jonqos li juża l-prerogattivi mogħtija lilu mil-liġi, il-kreditur tal-awtorità lokali huwa intitolat li jagħmel talba kontra l-Istat minħabba negliġenza serja fl-eżerċizzju tal-poter ta' superviżjoni; li minbarra dan, fl-ipoteżi li, minħabba s-sitwazzjoni tal-awtorità, b'mod speċjali n-nuqqas ta' assi tagħha, jew minħabba r-rekwiżiti ta' interess ġenerali, il-prefett seta’ legalment jirrifjuta li jieħu ċerti miżuri sabiex jassigura l-implimentazzjoni sħiħa tad-deċiżjoni tal-qorti, id-dannu li jirriżulta għall-kreditur tal-awtorità lokali jista’ jinvolvi r-responsabbiltà tas-setgħa pubblika jekk ikun ta' natura anormali u speċjali”.

(192)

B'hekk il-Conseil d'Etat jistabbilixxi mekkaniżmu b'effett doppju.

(193)

L-ewwel nett, huwa jorganizza sistema ta' responsabbiltà tal-Istat ibbażata biss fuq nuqqas tal-użu tal-prerogattivi introdotti mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha. Din hija sistema ta' responsabbiltà għal negliġenza kbira. L-għażla ta' negliġenza kbira hija ġġustifikata mix-xewqa li ma jsirx trasferiment awtomatiku tad-dejn tal-awtorità lill-Istat. Skont kummentatur prudenti (93), “jekk il-prefett jieħu miżuri sabiex jipprova jsib ir-riżorsi addizzjonali iżda dawn il-miżuri ma jkunux biżżejjed minħabba l-ammont kbir ta' dejn tal-awtorità, huwa probabbli li l-imħallef jikkunsidra li ma tkun twettqet l-ebda negliġenza kbira”. Hawnhekk, ir-responsabbiltà għal negliġenza kbira hija “klassika” u ma titqiesx bħala mekkaniżmu ta' garanzija f'każ ta' insolvenza tal-korp debitur, minħabba li ma tistax ittaffi s-sitwazzjoni ta' insolvenza.

(194)

It-tieni, id-Deċiżjoni tipprevedi l-involviment tar-responsabbiltà mingħajr tort f’żewġ ipoteżijiet.

(195)

Skont l-ewwel ipoteżi, “minħabba rekwiżiti ta' interess ġenerali, il-prefett seta” legalment jirrifjuta li jieħu ċerti miżuri sabiex jassigura l-implimentazzjoni sħiħa tad-deċiżjoni tal-qorti’. Dan huwa każ klassiku ta' astensjoni tal-amministrazzjoni ġġustifikata minn raġunijiet ta' interess ġenerali, li jinvolvi r-responsabbiltà tagħha għall-ksur tal-ugwaljanza quddiem l-obbligazzjonijiet pubbliċi. Teoretikament id-debitur mhuwiex insolventi, iżda l-Istat jiddeċiedi li ma jużax ir-riżorsi potenzjali tiegħu għal raġunijiet ta' interess ġenerali. Din is-sitwazzjoni ma turix xi mekkaniżmu ta' garanzija, minħabba li d-dannu għall-kreditur jirriżulta minn deċiżjoni tal-Istat u mhux mis-sitwazzjoni finanzjarja ta' solvenza tad-debitur. Madankollu, il-konsegwenzi huma l-istess bħal dawk ta' mekkaniżmu ta' garanzija.

(196)

Min-naħa l-oħra, it-tieni ipoteżi ta' responsabbiltà mingħajr tort tixbaħ aktar lill-mekkaniżmu ta' garanzija. Il-Conseil d'Etat isib li “fl-ipoteżi fejn, minħabba s-sitwazzjoni tal-awtorità, jiġifieri n-nuqqas ta' assi, […], il-prefett seta” legalment jirrifjuta li jieħu ċerti miżuri sabiex jassigura l-implimentazzjoni sħiħa tad-deċiżjoni tal-qorti, id-dannu li jirriżulta għall-kreditur tal-awtorità lokali jista’ jinvolvi r-responsabbiltà tas-setgħa pubblika jekk ikun ta' natura anormali u speċjali’. Wieħed jinnota li l-avveniment li ħoloq ir-responsabbiltà huwa sempliċement il-pożizzjoni finanzjarja tal-awtorità debitriċi. L-għażla ta' sistema ta' responsabbiltà mingħajr tort tħaffef l-oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-kreditur, minħabba li dan ikollu sempliċement juri l-avveniment, il-kawżalità u l-ħsara.

(197)

Dejjem skont l-esperta tal-Kummissjoni, jitfaċċaw żewġ similaritajiet bejn din is-sistema ta' responsabbiltà u s-sistema ta' garanzija. L-ewwel nett, l-avveniment ma jistax jiġi attribwit lill-Istat oġġettivament minħabba li huwa s-sitwazzjoni tal-korp debitur: din is-sistema ta' responsabbiltà tibbaża fuq l-istess fatt bħall-mekkaniżmu ta' garanzija, jiġifieri l-insolvenza tad-debitur. Fit-tieni lok, id-dannu li qed jirreferi għalih il-Conseil d'Etat, fin-nuqqas ta' kwalunkwe indikazzjoni oħra, jidher li huwa n-nuqqas ta' ħlas tad-dejn innifsu, fatt li jagħti bidu wkoll għall-garanzija.

(198)

Ċertament, il-Conseil d'Etat jillimita l-involviment tar-responsabbiltà tal-Istat għad-danni anormali u speċjali. Skont l-esperta tal-Kummissjoni, fil-każ ta' anormalitajiet, wieħed jista’ jirraġuna bl-eliminazzjoni. Jew id-dejn huwa żgħir u allura wieħed jista’ raġonevolment jassumi li mhux ser ipoġġi l- istabbiliment pubbliku nazzjonali (b'mod partikolari La Poste) f'sitwazzjoni ta' insolvenza. Jew id-dejn huwa kbir ħafna u minnu tirriżulta n-natura anormali tad-dannu. Rigward in-natura speċjali tad-dannu, wieħed jista’ jassumi li l-kredituri ta' stabbilimenti pubbliċi li jkollhom dejn kbir mhumiex ħafna. Għaldaqstant, il-limitu stabbilit mid-deċiżjoni tal-Conseil d'Etat mhuwiex verament limitu minħabba li nistgħu nassumu li s-sitwazzjoni tad-djun il-kbar biss sejra tkun verament ikkonċernata, sitwazzjoni li għaliha dejjem ser ikun hemm dannu gravi aktar min-normal.

(199)

Din hija wkoll l-interpretazzjoni tal-artikli akkademiċi l-aktar politiċi. Għalhekk, skont il-kummentarju ta' P. Bon (imsemmi qabel), “f”din l-ipoteżi li tikkorrispondi probabbilment għal dan il-każ meta wieħed iqis id-differenza evidenti bejn l-ammont tal-piena imposta mill-imħallef lill-awtorità u r-riżorsi limitati ta' din tal-aħħar, il-prefett isib ruħu, b’ċertu mod, mingħajr għażla, peress li huwa dubjuż kemm jista’ jsib ir-riżorsi meħtieġa li jippermettu lill-awtorità li tħallas id-dejn tagħha kollu. Naturalment l-ekwità titlob li ż-żewġ kumpaniji rikorrenti, wara tant snin, jiġu kkumpensati’. “huwa jibdel lill-Istat f'assiguratur obbligat tal-konsegwenzi dannużi ta' tali inkompetenza [dik tal-awtorità]”. Skont l-esperta tal-Kummissjoni, it-terminu xieraq mhuwiex “assiguratur” iżda “garanti obbligat”.

(200)

Fil-kronaka tagħhom dwar il-kawża Société fermière de Campoloro  (94), C. Landais u F. Lenica, responsabbli mid-dipartiment ta' dokumentazzjoni tal-Conseil d'Etat fiż-żmien tal-qari tas-sentenza, jenfasizzaw il-karatteristika unika ta' din it-tieni ipoteżi u jirrifjutaw li jinterpretawha bħala li tittrasferixxi lill-Istat il-piż tad-djun tal-awtoritajiet lokali. Iżda l-esperta tal-Kummissjoni tenfasizza li jekk l-interpretazzjoni tiġi diskussa, din għandha tiġi kkunsidrata fil-qari tas-sentenza. It-tmiem tal-kumment jiżvela wkoll: il-kummentaturi jikkunsidraw self jew għotja speċjali. Għaldaqstant, wieħed jinnota li dawk li jirrifjutaw li jxebbhu s-sistema ta' responsabbiltà adottat ma’ mekkaniżmu ta' garanzija finalment jagħmlu użu minn elementi oħrajn tal-mekkaniżmu ta' garanzija (għotja).

(201)

L-esperta tal-Kummissjoni tiċħad ukoll l-evalwazzjoni magħmula minn D. Labetoulle fl-artiklu tiegħu dwar ir-responsabbiltà mingħajr tort fil-liġi amministrattiva (95), ikkwotat mill-gvern Franċiż fil-kummenti tiegħu. Dan l-awtur jirrimarka li l-Conseil d'Etat jikkunsidra fil-kawża Campoloro li d-deċiżjoni legali tal-prefett “aktarx li tinvolvi r-responsabbiltà tal-Istat”. Huwa jikkonkludi li ma hemm l-ebda proċess awtomatiku. Skont l-esperta tal-Kummissjoni, din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. Fil-fatt, dak li jikkunsidra l-Conseil d'Etat, huwa li d-deċiżjoni tal-prefett aktarx li tinvolvi r-responsabbiltà tal-Istat “jekk huwa [id-dannu] ikun ta' natura anormali u speċjali”. L-inċertezza ma tirrigwardax il-prinċipju tal-eżistenza ta' responsabbiltà u tal-involviment tagħha jekk dawn il-komponenti jingħaqdu flimkien, iżda l-eżistenza ta' dannu li jippreżenta ċerti partikolaritajiet. Madankollu, kif rajna qabel, jekk id-dannu jkun speċjali u anormali, xejn ma jeskludi li tinħoloq ir-responsabbiltà. Għaldaqstant, jeżisti proċess awtomatiku fil-livell tal-istess prinċipju tal-involviment ta' responsabbiltà li tippreżenta l-karatteristiċi kollha ta' garanzija.

(202)

Fl-aħħar nett, l-esperta tal-Kummissjoni tinnota li l-ebda kummentatur tal-ġurisprudenza Campoloro ma jikkontempla li d-dejn jista’ jibqa’ mhux imħallas.

(203)

L-esperta tal-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tal-Conseil d'Etat imsemmija qabel fil-kawża Campoloro tat bidu għal sistema ta' responsabbiltà li tippreżenta l-karatteristiċi ta' mekkaniżmu ta' garanzija.

(iii)   Is-soluzzjoni tal-kawża Campoloro mill-Qorti Ewropea tad-Drittjiet tal-Bniedem (QEDB)

(204)

Il-QEDB, f'deċiżjoni tas-6 ta’ Diċembru 2006, Société de gestion du port de Campoloro u Société fermière de Campoloro vs Franza  (96), solviet il-kwistjoni Campoloro billi tefgħet fuq l-Istat il-piż tad-dejn kollu dovut lill-kumpaniji rikorrenti mill-belt ta' Santa-Maria-Poggio. Il-każ juri li l-involviment tar-responsabbiltà tal-Istat Franċiż, f'dan il-każ, jaħdem bħala garanzija impliċita tad-dejn tal-awtoritajiet pubbliċi u mhuwiex marbut ma xi kundizzjoni ta' dannu.

(205)

Quddiem il-Qorti, l-awtoritajiet Franċiżi ppruvaw jibbażaw, minn naħa, fuq in-nuqqas tal-avveniment attribwibbli lill-Istat u, min-naħa l-oħra, fuq in-nuqqas ta' garanzija tal-Istat lejn l-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom personalità ġuridika. Wieħed jista’ jaqra li “[il-Gvern Franċiż] jikkunsidra li raġunijiet oġġettivi biss li jirrigwardaw biss l-impossibbiltà fiżika għall-awtorità biex tidentifika biżżejjed dħul dewmu l-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenzi”; “Il-Gvern isostni għalhekk li n-nuqqas ta' implimentazzjoni tas-sentenzi mogħtija mhuwiex ir-riżultat ta' astensjoni volontarja tal-awtoritajiet nazzjonali, l-Istat jew il-belt. In-nuqqas ta' kreditu mhuwiex skuża iżda realtà dovuta għall-insolvenza tal-korporazzjoni debitriċi”; “In-nuqqas ta' ħlas tad-dejn jirriżulta biss mid-diffikultajiet finanzjarji tal-awtorità u dawn iċ-ċirkostanzi mhux probabbli li jeżentaw lill-awtorità mill-obbligi tagħha, lanqas li jittrasferixxu l-piż tad-dejn tagħha lill-Istat (KE, awtorità ta' Batz sur Mer, 25 ta’ Settembru 1970). Fil-liġi interna, mhemm l-ebda bażi legali għal sostituzzjoni tal-awtorità mill-Istat għas-soluzzjoni tal-kumpens. Din is-sostituzzjoni ma tista” lanqas tinvoka l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni minħabba li tali soluzzjoni tmur kontra l-istess kunċett ta' koporattiva, li jassumi indipendenza, proprjetà separata’. Għalkemm il-gvern Franċiż ipprova jargumenta b'mod preċiż id-differenzi, li għadhom kemm ġew spjegati hawn fuq, bejn is-sistema ta' responsabbiltà u l-mekkaniżmu ta' garanzija, dawn l-argumenti finalment ma ġewx aċċettati mill-Qorti.

(206)

Biex intemmu l-prova, jeħtieġ ukoll li nuru l-argumenti tar-rikorrenti, li, għall-kuntrarju, ġew aċċettati mill-Qorti:

“Għalhekk il-liġi interna ma tipprovdi l-ebda mezz paljattiv li jittratta s-sitwazzjoni ta' sospensjoni ta' ħlas tal-awtorità”; “L-Istat ma jistax ma jaqdix l-obbligu tiegħu li jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-qorti billi jikkwota n-nuqqas ta' kreditu jew l-awtonomija tal-awtoritajiet lokali li ma jistax jiggarantixxi sal-lum minħabba li l-awtorità mhijiex f'pożizzjoni li tħallas id-djun tagħha. Ir-rikorrenti għalhekk jiddenunzjaw il-falliment tal-Istat biex jieħu miżuri pożittivi li kienu jippermettu lill-awtorità timplimenta l-obbligu fiskali impost fuqha”“Ir-rikorrenti josservaw li l-Conseil d'Etat, fid-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2005, iddeċieda li l-leġiżlatur xtaq li jagħti lir-rappreżentant tal-Istat, f'każ ta' nuqqas ta' awtorità lokali li tiżgura li timplimenta deċiżjoni ġudizzjarja, is-setgħa li jissostitwixxi lill-korpi ta' din il-awtorità sabiex jidentifika jew joħloq ir-riżorsi għall-implimentazzjoni sħiħa ta' din id-deċiżjoni tal-qorti. Huwa fuq il-bażi ta' dawn in-nuqqasijiet min-naħa tal-Istat Franċiż li r-rikorrenti qegħdin jitolbu l-konstatazzjoni tal-ksur tal-Artikolu 6 § 1 u l-kumpens sussegwenti, minħabba li dan ma jġib miegħu l-ebda kontradizzjoni mal-istess kunċett ta' personalità ġuridika u lanqas ma’ dawk ta' indipendenza u ta' proprjetà separata”.

(207)

Il-Qorti finalment sabet ksur tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, partikolarment minħabba li: “Jeħtieġ għalhekk li dawn is-sentenzi jiġu implimentati, filwaqt li l-Qorti tfakkar li l-ebda awtorità tal-Istat ma tista” tuża l-iskuża ta' nuqqas ta' riżorsi tagħha biex ma tonorax id-dejn ibbażat fuq deċiżjoni tal-qorti (Bourdov, imsemmi qabel, Taqsima 30)’.

(208)

Il-Qorti sabet ukoll ksur tal-Artikolu 1 tal-Protokoll nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem: “L-inabbiltà li sabu ruħhom fiha l-partijiet interessati sabiex jiksbu l-implimentazzjoni ta' dawn is-sentenzi hija interferenza fid-dritt ta' proprjetà ta' dawn, li tirriżulta mill-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Protokoll nru 1. Il-Gvern ma ta l-ebda ġustifikazzjoni għal din l-interferenza, u l-Qorti tikkunsidra li n-nuqqas ta' riżorsi ma jiġġustifikax tali ommissjoni (ibid)”. “B'kollox, il-Qorti tqis li l-kumpaniji rikorrenti sofrew u qegħdin isofru piż speċjali u enormi mill-fatt li ma tħallsux is-somom li kellhom jibbenefikaw minnhom ladarba jiġu implimentati s-sentenzi msemmija qabel fid-data tal-10 ta’ Lulju 1992. B'hekk, kien hemm ksur tal-Artikolu 1 tal-Protokoll nru 1”. Finalment, il-Qorti tefgħet il-piż tad-dejn kollu tal-awtoritajiet debituri fuq l-Istat: “Fid-dawl ta' dan li ntqal, il-Qorti tqis li huwa d-dmir tal-Istat konvenut li jiżgura l-ħlas lir-rikorrenti jew, jekk ikun meħtieġ, lil dawk nominati minnhom, tad-djun li għandhom jibbenefikaw minnhom mis-sentenzi tal-qorti amministrattiva ta' Bastia tal-10 ta’ Lulju 1992 (ibidem), inklużi l-interessi, sal-jum tal-għoti ta' din id-deċiżjoni”.

(209)

L-esperta tal-Kummissjoni tikkonkludi minn din il-ġurisprudenza li l-Istat għandu jkopri d-djun tal-awtoritajiet pubbliċi.

(210)

Skont il-Kummissjoni, minn dan joħorġu tliet elementi importanti:

ir-responsabbiltà taħdem bħala garanzija impliċita. Minn naħa, l-Istat Franċiż huwa kkundannat li jħallas id-dejn kollu u ma saret l-ebda distinzjoni bejn dak li seta’ kien riżultat tas-sitwazzjoni ta' insolvenza tal-awtorità pubblika debitriċi u kwalunkwe nuqqas attribwibbli lill-Istat. Il-kliem użat għandu jiġi enfasizzat għaliex il-Qorti ma ssemmix responsabbiltà eventwali tal-Istat, iżda tgħid li huwa dmir tal-Istat “li jassigura” l-ħlas. Dan il-kliem huwa aktar prodott ta' garanzija milli ta' responsabbiltà. Barra minn hekk, il-Qorti fl-ebda ħin ma tfittex l-avveniment attribwibbli lill-Istat u tibqa’ tikkunsidra l-unika sitwazzjoni ta' insolvenza tad-debitur. Fl-aħħar nett, il-Qorti tagħmel trasferiment sħiħ tad-dejn kollu tal-awtoritajiet ikkundannati lill-Istat. Dawn id-diversi elementi juru li din is-sistema ta' responsabbiltà taħdem fir-realtà bħala mekkaniżmu ta' garanzija. Madankollu wieħed għandu jinnota li r-rikorrenti għandhom l-ewwel jiksbu deċiżjoni tal-qorti li tirrikonoxxi d-dejn dovut lilhom. Barra minn hekk, din il-garanzija hija impliċita minħabba li mhi rreġistrata fl-ebda dokument. Dan juri li mekkaniżmu ġuridiku tal-liġi interna jista’ jiġi interpretat bħala garanzija impliċita;

din ir-responsabbiltà tkopri d-djun tal-awtoritajiet pubbliċi li madankollu għandhom personalità ġuridika. L-eżistenza ta' personalità ġuridika u ta' proprjetà tagħha stess kienet espressament invokata mill-Gvern Franċiż sabiex jopponi għall-impenn tar-responsabbiltà tal-Istat Franċiż. Dan l-argument ġie miċħud mill-Qorti;

l-ambitu ta' applikazzjoni tal-garanzija tal-Istat jestendi għall-awtoritajiet pubbliċi li joħorġu minnu. Il-garanzija għalhekk hija marbuta ħafna mal-istatus pubbliku tad-debitur.

(211)

Ta’ min ifakkar li s-soluzzjoni magħżula mill-QEDB fil-kawża Campoloro mhijiex unika u toħroġ minn xejra ġuridika stabbilita sew. B'hekk, fid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Mejju 1980, Artico vs l-Italja  (97), il-QEBD iddeċidiet li meta falliment huwa attribwibbli lil persuna oħra għajr l-Istat, hija r-responsabbiltà ta' dak l-Istat, debitur tal-garanzija prevista fl-Artikolu 6(1) li jaġixxi b'mod li jiżgura li r-rikorrenti jgawdi b'mod effettiv mid-dritt rikonoxxut lilu minn dan l-Artikolu. Fil-każ tad-19 ta’ Marzu 1997, Bourdov vs ir-Russja, nru 59498/00, il-Qorti ddeċidiet ukoll li “awtorità tal-Istat ma tistax tuża n-nuqqas ta' kreditu bħala skuża sabiex ma tonorax id-dejn tagħha”.

(iv)   Evalwazzjoni tal-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi

(α)   Kumment rigward id-differenza bejn awtoritajiet lokali u stabbilimenti pubbliċi

(212)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi (98), il-prova tal-esperta tal-Kummissjoni bl-ebda mod ma hija konklussiva u sempliċiment tirreferi għal diversi interpretazzjonijiet waħda wara l-oħra tal-kawża Campoloro; fuq kollox, hija ma tagħmilx distinzjoni bejn l-istabbilimenti pubbliċi u l-awtoritajiet lokali meta din id-differenza hija fundamentali għall-kwistjoni dwar jekk dejn jistax jibqa’ ma jitħallasx. L-awtoritajiet Franċiżi hawnhekk jirrepetu l-opinjoni tal-espert tagħhom. Dan jitfa’ dubju dwar il-premessa li tappoġġa r-raġunamenti tal-Kummissjoni bbażati fuq il-ġurisprudenza ta' Campoloro: ir-raġunament tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq ix-xebh bejn l-awtoritajiet lokali u l-istabbilimenti pubbliċi li għandhom komuni l-fatt li huma persuni ġuridiċi tal-liġi pubblika distinti mill-Istat. Madankollu, dawn iż-żewġ tipi ta' entitajiet m'għandhomx l-istess status kostituzzjonali. Għalhekk, l-eżistenza tal-awtoritajiet lokali hija ħtieġa kostituzzjonali u l-Istat għandu obbligu li jiżgura s-sopravvivenza tagħhom. L-IPIK m'għandhomx assolutament l-istess status kostituzzjonali u jistgħu jgħibu. Għaldaqstant, il-ġurisprudenza Campoloro li tirrigwarda l-każijiet ta' falliment tal-awtoritajiet lokali ma tistax tintuża fir-rigward tal-istabbilimenti pubbliċi.

(213)

Il-Kummissjoni sejra tevalwa jekk id-differenza ta' status kostituzzjonali bejn l-awtoritajiet lokali u l-istabbilimenti pubbliċi tistax titfa’ dubji fuq il-konklużjonijiet li waslet għalihom l-esperta tagħha permezz tad-deċiżjonijiet meħuda mill-QEDB u l-Conseil d'Etat fil-kawża Campoloro.

(214)

Il-Kummissjoni tosserva li l-bażi tad-deċiżjoni tal-QEDB mhijiex il-ħtieġa li tippreżerva l-eżistenza tal-awtorità lokali kkonċernata, iżda li tippreżerva d-drittijiet tal-kreditur, jiġifieri id-dritt tiegħu għal smigħ xieraq (Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem) u l-ħarsien tal-proprjetà tiegħu (Artikolu 1 tal-Protokoll nru 1): kemm jekk id-debitur huwa stabbiliment pubbliku kif ukoll jekk huwa awtorità lokali, id-drittijiet tal-kreditur jinkisru bl-istess mod.

(215)

Rigward id-deċiżjoni tal-Conseil d'Etat, jeħtieġ li wieħed jagħmel distinzjoni bejn id-diversi sistemi ta' responsabbiltà:

is-sistema ta' responsabbiltà għal negliġenza kbira hija bbażata fuq nuqqas fl-użu mill-Istat tal-prerogattivi stabbiliti mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980: għaldaqstant hija indipendenti min-natura tad-debitur: kemm awtorità lokali kif ukoll stabbiliment pubbliku.

is-sistema ta' responsabbiltà mingħajr tort, hija, min-naħa tagħha, ibbażata fuq żewġ ipoteżijiet:

(a)

Fl-ewwel ipoteżi, il-prefett jirrifjuta li jieħu ċerti miżuri minħabba rekwiżiti ta' interess ġenerali: dawn jistgħu jkunu l-ħtieġa li jippreżerva l-eżistenza tal-awtorità lokali, iżda wkoll li jippreżerva l-kompitu tas-servizz pubbliku. L-espert tal-awtoritajiet Franċiżi jenfasizza li l-ħtieġa ta' kontinwità tirrigwarda biss is-servizz u mhux lill-istabbiliment li tamministrah. Il-fatt jibqa’ li fuq żmien qasir, sakemm isir it-trasferiment possibbli tal-kompitu ta' servizz pubbliku għal stabbiliment ieħor li kapaċi jwettqu, il-preżervazzjoni tal-kontinwità tas-servizz pubbliku tista’ timplika għall-prefett li għandu jieħu ċerti miżuri, pereżempju l-preżervazzjoni tal-assi meħtieġa għall-kompitu tas-servizz pubbliku jew iż-żieda tar-riżorsi biex jitħallas id-dejn. Barra minn hekk l-awtoritajiet Franċiżi jirrikonoxxu li l-ħtieġa ta' kontinwità tas-servizz pubbliku hija essenzjali għar-rappreżentant tal-Istat fl-implimentazzjoni tal-proċedura stabbilita mil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980.

(b)

Fit-tieni ipoteżi, is-sistema ta' responsabbiltà mingħajr tort tista’ tiġi invokata “fl-ipotezi fejn, minħabba s-sitwazzjoni tal-awtorità, b'mod partikolari in-nuqqas ta' assi tagħha, […], il-prefett seta” legalment jirrifjuta li jieħu ċerti miżuri sabiex jassigura l-implimentazzjoni sħiħa tad-deċiżjoni tal-qorti, id-dannu li jirriżulta għall-kreditur tal-awtorità lokali jista’ jinvolvi ir-responsabbiltà tas-setgħa pubblika jekk ikun ta' natura anormali u speċjali’. Kif kien indikat aktar’il fuq, l-avveniment tar-responsabbiltà huwa biss is-sitwazzjoni finanzjarja tal-awtorità debitriċi. Din tal-aħħar tista’ tkun stabbiliment kif ukoll awtorità lokali.

(216)

B'konklużjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-differenza ta' status kostituzzjonali bejn l-awtoritajiet lokali u l-isituzzjonjiet pubbliċi ma tinvalidax il-konklużjonijiet meħuda mill-ġurisprudenza Campoloro mill-esperta tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi għandhom l-għan li jikkuntestaw ir-rilevanza tal-kawża Campoloro f'dan il-każ li ma jirrigwardax awtorità lokali, meta l-kawża Campoloro ssemma primarjament mill-awtoritajiet Franċiżi nfushom sabiex jappoġġa l-pożizzjoni tagħhom.

(β)   Kumment rigward in-nuqqas ta' bażi li tinvolvi r-responsabbiltà tal-Istat

(217)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħux jifhmu fuq liema bażi tista’ tiġi involuta r-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat f'każ ta' falliment ta' stabbiliment pubbliku, jekk ir-responsabbiltà tal-Istat f'dan il-kuntest ma tistax tintalab għajr jekk il-fatt (inkluża l-astensjoni) imputabbli lilu kien il-kawża diretta tad-dannu, li mhuwiex il-każ hawnhekk.

(218)

Il-Kummissjoni tosserva madankollu li d-deċiżjoni tal-Conseil d'Etat u d-deċiżjoni tal-QEDB jistabbilixxu b'mod ċar li r-responsabbiltà mingħajr tort tal-istat tista’ tintalab.

(γ)   Kumment rigward in-nuqqas ta' dannu anormali u speċjali

(219)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħux jifhmu għalfejn l-imħallef jikkunsidra d-dannu bħala “speċjali” meta dan jikkonċerna lill-kredituri kollha tal-istabbiliment, jew bħala “anormali” jekk il-kredituri jkunu aċċettaw li jsellfu flus lil entità f'sitwazzjoni finanzjarja inċerta.

(220)

Il-Kummissjoni tosserva li l-eżistenza ta' dannu anormali u speċjali huwa effettivament limitu tal-involviment tar-responsabbiltà tal-Istat skont il-ġurisprudenza tal-Conseil d'Etat. L-awtoritajiet Franċiżi jiddubitaw li hemm dannu anormali, meta l-kredituri jkunu aċċettaw li jsellfu flus lil entità f'sitwazzjoni finanzjarja inċerta. Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li dan l-argument jippresupponi li l-garanzija ma teżistix (u li l-kredituri jaħsbu li din ma teżistix), meta l-analiżi żviluppata hawn fuq turi l-kuntrarju. Fil-fatt, jekk il-kredituri jkollhom fiduċja fl-eżistenza tal-garanzija, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istabbiliment tkun ħafna inqas kritika għal kull kreditur meta jiddeċiedi li jagħti self lill-istabbiliment u meta jinnegozja t-termini ta' dan is-self. Barra minn hekk, wieħed għandu jikkunsidra li d-dejn ġie kuntrattat meta l-istabbiliment pubbliku ma kienx fil-periklu jew li l-kredituri ma kienux raġonevolment konxji mid-diffikultajiet finanzjarji tiegħu. Fi kwalunkwe każ, il-kunċett ta' dannu anormali għandu jinftiehem lil hinn mill-kwistjoni ta' jekk l-istabbiliment kienx jew le f'diffikultajiet finanzjarji u anki lil hinn mill-kwistjoni jekk id-dannu kienx imġarrab mill-kredituri kollha jew minn wieħed biss. Skont il-ġurisprudenza li tirrigwarda r-responsabbiltà amministrattiva mingħajr tort (99), id-dannu anormali u speċjali għandu jiġi evalwat b'referenza għall-interess ġenerali. Biex jikkwalifika bħala dannu anormali u speċjali, id-dannu għandu jkollu importanza sproporzjonata mal-interess ġenerali segwit għal dak li jsofrih. Il-Kummissjoni minn dan tikkonkludi li n-natura anormali u speċjali tad-dannu tirrappreżenta mingħajr ebda dubju filtru li jista’ jipprevjeni l-kumpens għal ċertu numru ta' djun, iżda li dan il-filtru jkollu inqas effett jekk id-dejn ikun kbir. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-eżistenza ta' dannu anormali u speċjali mhijiex kundizzjoni imposta mill-ġurisprudenza tal-QEDB. Għaldaqstant, kull kreditur jista’ fil-prinċipju jikseb kumpens mill-Istat li jkopri t-talba tiegħu fi tmiem proċedura ġudizzjarja.

(v)   In-nuqqas ta' limitazzjoni tar-responsabbiltà u/jew tal-garanzija tal-Istat

(221)

Il-Kummissjoni tenfasizza li, kif intwera aktar’il fuq, xejn ma jżomm lil-leġiżlatur, kif jagħmel fil-każ ta' ċerti kumpaniji, milli jipprovdi li l-Istat ma jkunx responsabbli għad-djun tal-IPIK għajr sal-limitu tal-kontribuzzjoni (jew allokazzjoni) inizjali tagħha. B'mod partikolari, xejn ma jżomm lil-leġiżlatur milli jipprovdi limitazzjoni tar-responsabbiltà jew sempliċement li jispeċifika li l-Istat azzjonist ma jistax ikun responsabbli għad-dejn ta' IPIK għajr fil-każ ta' tort jew ta' fatt ċar tas-sempliċi insolvenza tal-IPIK, fatt li jkun attribwibbli lilu personalment u li jkun il-kawża ta' dannu partikolari. Għaldaqstant, il-leġiżlatur jista’ b'mod leġittimu jostakola l-garanzija tal-Istat lill-IPIK u jillimita l-involviment tar-responsabbiltà tal-Istat fir-rigward ta' danni sofferti mill-kredituri. Madankollu dawn id-dettalji ma ssemmewx mill-awtoritajiet Franċiżi.

(vi)   Konklużjoni tal-Kummissjoni

(222)

Il-Kummissjoni tikkonkludi mill-punti (i) sa (v) li fil-liġi attwali Franċiża, kreditur li ma jkunx tħallas tad-dejn dovut lilu permezz tal-proċeduri tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 jista’ jieħu s-somma kollha tad-dejn mhux onorat billi jitlob ir-responsabbiltà tal-Istat bħala l-aħħar rikors, għall-kuntrarju ta' dak li jseħħ fil-kuntest ta' likwidazzjoni tal-liġi komuni fejn ir-rimbors tal-kreditur huwa limitat mill-valur tal-assi disponibbli. Ir-responsabbiltà tal-Istat hija ttrattata bħala garanzija. Din ma hija soġġetta għall-ebda limitazzjoni minn xi dokument tal-liġi Franċiża. Hija intrinsikament marbuta mal-istatus tal-liġi pubblika tal-korp debitur.

(vii)   Analiżi tal-proposta Franċiża dwar il-klawżola fil-kuntratti

(223)

L-awtoritajiet Franċiżi huma lesti, jekk il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta' nuqqas ta' għajnuna, li jwessgħu l-proposta tal-inklużjoni tan-nuqqas ta' garanzija fil-kuntratti kollha li jinvolvu dejn. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din l-estensjoni tippermetti li jitneħħa kull riskju ta' involviment tar-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat ibbażata fuq is-sempliċi insolvenza ta' La Poste.

(224)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li l-punt magħmul fil-premessa 181 huwa b'mod ċar applikabbli għal din is-sezzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, kif indikat fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li din hija miżura li tista’ tillimita l-possibbiltajiet għall-kreditur li ffirma tali kuntratt li jikseb ir-rimbors tat-talba tiegħu permezz ta' azzjoni legali. Hija għandha dubji madankollu rigward is-sostenibbiltà ta' din is-soluzzjoni, minħabba li l-eċċezzjoni ta' riskju aċċettat hija regola stabbilita mill-ġurisprudenza li dejjem tista’ tinbidel (il-bidla ġurisprudenzjali inqas u inqas tista’ tkun eskluża jekk il-ġurisprudenza tevolvi lejn l-estensjoni tas-sistema tar-responsabbiltà mingħajr tort tal-Istat). Bi tweġiba għall-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tenfasizza li r-rimarki preċedenti ma jġiegħlux lill-Kummissjoni tiċħad kull effett tal-proposta tal-awtoritajiet Franċiżi, iżda tenfasizza l-fraġilità tal-qafas legali li jirriżulta minnha.

(225)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-proposta tal-awtoritajiet Franċiżi hija biżżejjed għaliex il-garanzija tal-Istat tista’ tapplika għal kull tip ta' responsabbiltà, inkluż b'mod partikolari r-responsabbiltà mhux kuntrattwali u r-responsabbiltà kriminali, li minn din il-perspettiva juru l-istess karatteristiċi: huwa impossibbli li wieħed ibassar minn qabel, permezz ta' kuntratt, għad-debituri li l-Istat mhuwiex responsabbli għad-djun ta' La Poste. B'mod ġenerali, La Poste tista’ tkun midjuna lejn parti terza permezz ta' mekkaniżmi ġuridiċi varji, li jimplika l-garanzija tal-Istat f'każ ta' falliment. Pereżempju, kieku La Poste kellha tassorbi struttura oħra (stabbiliment pubbliku ieħor), hija tingħata fl-istess ħin id-drittijiet u l-obbligi ta' din l-istruttura. Kieku kellha aktar tard tonora d-djun ta' din l-istruttura fil-konfront ta' parti terza, l-ebda kuntratt jew dokument ġuridiku ma jkun stabbilixxa li l-Istat mhuwiex meħtieġ li jħallas id-djun ta' La Poste fil-konfront tal-kredituri tal-istruttura assorbita, minħabba li ħadd ma seta’ jbassar dan minn qabel. Għalhekk, permezz ta' mekkaniżmu ta' bidla (amalgamazzjoni, akkwist) ta' ċerti strutturi fi ħdan is-settur pubbliku, La Poste tista’ ssir responsabbli għal ċertu dejn lejn partijiet terzi, mingħajr ma jkun possibbli li permezz ta' kuntratt tiġi prevista limitazzjoni tal-garanzija tal-Istat. Il-fatt li tiddaħħal tali klawżola fil-“kuntratti” mal-“kredituri” għalhekk mhuwiex biżżejjed minħabba li ma tkoprix l-ipoteżijiet kollha. Tali formulazzjoni tista’ tħalli għaddejjin pretensjonijiet minn partijiet terzi li mhumiex identifikabbli mal-ewwel daqqa t'għajn. Dokument ġenerali biss li jindika li l-Istat mhuwiex il-garanti ta' La Poste, applikabbli f'kull sitwazzjoni u għal kull tip ta' parti terza huwa biżżejjed.

(226)

Fl-aħħar nett, anki jekk wieħed jassumi li l-proposti Franċiżi jimblukkaw kull possibbiltà għall-kreditur ta' La Poste li jitlob ir-responsabbiltà tal-Istat biex jikseb ir-rimbors tad-dejn dovut lilu (ipoteżi li, skont il-Kummissjoni, mhijiex verifikata), dawn il-proposti ma jippermettux li jiġi stabbilit b'mod ċar x'jiġri f'każ ta' insolvenza ta' La Poste. Fil-fatt, kreditur ta' La Poste li ma jkunx kiseb ir-rimbors tad-dejn dovut lilu billi jitlob l-issodisfar tat-talba personali tiegħu dejjem jista’ jittama li jikseb ir-rimbors tad-dejn dovut lilu fil-kuntest tar-riorganizzazzjoni globali ta' La Poste, iffinanzjata mill-Istat kif ser jintwera aktar tard f'din id-deċiżjoni.

4.   Anki jekk ma jiħux sodisfazzjon, il-kreditur jista’ joħloq effetti legali għall-iżball leġittimu li wettaq meta fforma d-dejn fuq il-fatt li dan ser ikun dejjem onorat

(227)

L-użu tat-teorija tal-apparenza (100) jippermetti li tiġi kkonfermata l-prova. Fil-fatt, anki jekk wieħed isegwi r-raġunament tal-awtoritajiet Franċiżi, li ma teżistix garanzija bla limitu favur La Poste minħabba l-istatus tagħha, raġunament li l-Kummissjoni tirrifjuta, l-elementi analizzati hawn fuq iwasslu b'mod leġittimu lill-kredituri li jaħsbu li tali garanzija teżisti xorta waħda. It-teorija tal-apparenza tkabbar l-effett prodott mill-koinċidenza ta' sensiela ta' indizzji.

(228)

L-indizzji prinċipali rilevanti għat-teorija tal-apparenza huma mqassra hawn taħt:

rigward il-garanzija tal-Istat favur l-IPIK, hemm testi differenti (il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha) jew dokumenti uffiċjali (dokumenti baġitarji) li jawtorizzaw lill-kreditur jaħseb li l-Istat ser iħallas id-djun tal-IPIK f'każ ta' nuqqas ta' flus jew jidħol responsabbli għalihom;

in-nuqqas ta' kjarifika tal-liġi wara l-kawża Campoloro u tal-proċeduri inizjali mibdija mill-Kummissjoni dwar l-istatus tal-IPIK ukoll ikabbru l-fiduċja tal-kredituri dwar l-eżistenza ta' tali garanzija;

in-nuqqas ta' indikazzjoni ċara dwar l-effetti ta' sitwazzjoni ta' sospensjoni tal-ħlasijiet minn IPIK ukoll jaħdem f'din id-direzzjoni;

ir-reazzjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tidħol ukoll f'dan il-kuntest, peress li partijiet terzi, b'mod żbaljat jew ġustament, jagħtu importanza lill-istatus ta' debitur biex jagħtuh grad li għandu rwol ewlieni fil-finanzjament (dan ser jintwera fis-sezzjoni 4.1.2.a) ta' din id-Deċiżjoni).

(229)

Skont il-konklużjonijiet tal-esperta tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li anki jekk, fl-ipoteżi sostnuta mill-awtoritajiet Franċiżi, kien b'mod żbaljat li kreditur jassumi li l-Istat huwa obbligat jigarantixxi d-djun tal-istabbilimenti pubbliċi u ta' La Poste b'mod partikolari, l-iżball tiegħu huwa leġittimu fid-dawl tal-elementi msemmija qabel u l-liġi tista’ tagħtih effett. Jekk, b'mod speċjali, il-kreditur ma jirnexxielux jikseb il-ħlas tad-dejn dovut lilu, huwa xorta waħda jkun assigurat li bl-ebda mod mhuwa probabbli li d-dejn jgħib.

B.    Garanzija fuq iż-żamma tal-eżistenza ta' La Poste u/jew tal-obbligi tagħha

(230)

Kif ser jintwera, anki jekk, fi żmien raġonevoli u wara l-użu tal-proċeduri deskritti fis-sezzjoni preċedenti, il-kreditur ma jirnexxilux jikseb il-ħlas tad-dejn dovut lilu, jibqa’ assigurat li dan mhuwiex ser jgħib. Meta kumpanija privata tagħlaq, id-drittijiet u l-obbligi tagħha aktarx li jgħibu magħha. Il-proċedura ta' likwidazzjoni tal-kumpaniji ma toffri l-ebda assigurazzjoni tal-ħlas tad-dejn. Is-sitwazzjoni tal-istabbilimenti pubbliċi hija differenti. Kif intwera aktar’il fuq, ma teżisti l-ebda proċedura ta' għajbien-likwidazzjoni tal-istabbilimenti pubbliċi f'sospensjoni tal-ħlasijiet bit-tħassir tad-djun tagħhom. F'każ ta' għajbien permezz ta' deċiżjoni tal-awtorità pubblika, għalkemm l-ebda test ma jipprovdi dan b'mod espliċitu, il-prattika u ċerti prinċipji fundamentali tal-liġi amministrattiva għandhom it-tendenza li juru li d-drittijiet u l-obbligi tal-istabbilimenti pubbliċi li jgħibu bħala tali dejjem jiġu assorbiti minn entità oħra u, jekk le, mill-Istat. Ma teżistix likwidazzjoni-għajbien tal-istabbiliment pubbliku bir-rieda tal-awtorità pubblika bl-għajbien tad-drittijiet u l-obbligi tagħha. Għalhekk, kull kreditur huwa ċert li d-dritt derivat mill-kreditu tiegħu jista’ jiġi affermat kontra korp ieħor u li t-talba tiegħu mhijiex sejra tgħib.

(231)

Din il-prova hija bbażata fuq l-istudju prattiku tal-iżviluppi organiċi li jaffettwaw lill-istabbilimenti pubbliċi. Dan l-istudju, imwettaq mill-esperta tal-Kummissjoni, juri li d-djun tal-istabbilimenti pubbliċi dejjem jiġu trasferiti lil xi korporazzjoni oħra li ma tistax tirrifjutahom.

(232)

L-esperta tal-Kummissjoni identifikat tliet kawżi tal-għajbien tal-istabbilimenti pubbliċi (101): it-terminazzjoni (1), l-għajbien tal-kompitu (2) u l-każ l-aktar komuni, it-trasferiment tal-kompitu, li jimplika neċessarjament it-trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi (3).

(a)   It-terminazzjoni tal-istabbilimenti pubbliċi

(233)

Il-każ ta' terminazzjoni tal-istabbilimenti pubbliċi huwa rari. L-uniku eżempju (102) li sabet l-esperta tal-Kummissjoni juri li d-drittijiet u l-obbligi tal-istabbilimenti pubbliċi, b'mod speċjali fosthom id-djun (li jissemmew b'mod speċifiku) jiġu trasferiti lil korporazzjoni pubblika oħra.

(b)   L-għajbien ta' stabbilimenti pubbliċi minħabba l-għajbien tal-kompitu tagħhom

(234)

L-għajbien tal-kompitu ta' stabbiliment pubbliku jimplika kważi dejjem l-għajbien preċedenti ta' kompitu ta' servizz pubbliku. Dan ifisser li l-awtoritajiet pubbliċi ma jkunux jixtiequ jaraw f'attività partikolari kompitu ta' interess ġenerali li għandhom iwettqu jew jassiguraw. Issa it-tendenza hija pjuttost li jiġu identifikati aktar u aktar attivitajiet bħala servizz pubbliku. Dan jispjega għalfejn dan il-fenomenu jibqa’ limitat ħafna fl-ambitu tiegħu.

(235)

Wieħed għandu madankollu jirriserva l-każ tal-istabbilimenti pubbliċi li ma jwettqux kompitu ta' servizz pubbliku, li l-għajbien tagħhom minħabba l-għajbien tal-kompitu tagħhom ma jimplikax l-għajbien preċedenti ta' servizz pubbliku. La Poste ma tidħolx f'din l-aħħar kategorija. Fi kwalunkwe każ, anki f'dan il-każ, il-prattika turi li d-drittijiet u l-obbligi ta' dawn l-istabbilimenti jittieħdu b'mod sistematiku minn entità legali oħra tal-liġi pubblika, spiss l-Istat innifsu, kif juri l-għadd kbir ta' testi u eżempji identifikati mill-esperta tal-Kummissjoni (103) mill-istudju li sar minn S. Carpi-Petit (104).

(c)   It-trasferiment tal-kompitu li jimplika t-trasferiment tad-drittjiet u tal-obbligi

(236)

It-trasferiment tal-kompitu ta' stabbiliment pubbliku lil entità oħra li jimplika t-trasferiment tad-drittjiet u tal-obbligi huwa l-każ l-aktar komuni. Il-prinċipju tal-kontinwità tas-servizz pubbliku jimplika trasferiment tal-proprjetà assenjata għall-kompitu u, għalhekk, trasferiment tad-drittjiet u tal-obbligi.

(237)

Minn dan joħroġ prinċipju fundamentali: minħabba li l-kompitu jibqa’, id-djun tal-istabbiliment pubbliku ta' qabel jiġu trasferiti lill-korp li jieħu l-missjoni f'idejh.

(238)

Spiss (105), il-kompitu jingħata lil korp wieħed biss, bil-konsegwenza li l-patrimonju jiġi trasferit sħiħ mingħajr ma jsir qsim. L-istess prinċipju japplika fl-ipoteżi ta' trasferiment tal-patrimonju lil entità privata (106).

(239)

Jeżistu wkoll ipoteżijiet ta' tqassim tal-patrimonju, li għal darb'oħra juru l-kontinwità tad-drittijiet u l-obbligi tal-istabbilimenti pubbliċi.

(240)

Id-Digriet nru 74-947 tal-14 ta’ Novembru 1974, rigward it-trasferiment lill-Istitut tal-Awdjoviżiv tal-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi tal-ORTF, jagħti prova konkreta tal-eżistenza ta' prinċipju ta' għażla ta' korp suċċessiv “fin-nuqqas ta' opzjoni oħra”: l-Artikolu 1 “il-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi tal-Uffiċċju tax-xandir tar-radju u tat-televiżjoni Franċiża li ma jkunux ġew trasferiti […] lill-istabbiliment pubbliku tax-xandir jew lil xi waħda mill-kumpaniji maħluqa minn din il-liġi, jistgħu jiġu trasferiti lill-Istitut tal-Awdjoviżiv mill-1 ta’ Jannar 1975 b'Ordni tal-Prim Ministru”.

(241)

L-ipoteżijiet li fihom il-patrimonju jiġi trasferit f'diversi stadji jikkonfermaw it-tendenza li diġà ġiet enfasizzata qabel (107).

(242)

Meta stabbiliment pubbliku jinbidel f'kumpanija limitata, jeżistu diversi metodi ta' “trasformazzjoni”:

l-għajbien-tneħħija: il-każ l-aktar sempliċi huwa dak tal-għajbien minħabba tneħħija, meta l-istabbiliment pubbliku jiġi xolt;

l-għajbien sostituzzjoni: l-għajbien minħabba sostituzzjoni, skont l-espressjoni ta' B. Plessix (108), huwa “it-tneħħija tal-istabbiliment pubbliku akkumpanjat mill-ħolqien ta' korp ġdid ieħor, li jiġi fdat bil-kompitu statutorju li kien responsabbli għalih l-istabbiliment xolt. Fi kliem ieħor, korp ġdid ieħor jissostitwixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-istabbiliment pubbliku xolt; korp ġdid ieħor jissostitwixxi l-kompiti tal-istabbiliment imneħħi”.

il-bidla mingħajr tneħħija: it-trasformazzjoni mingħajr tneħħija, jew mingħajr għajbien, hija operazzjoni bbażata fuq l-organizzazzjoni tal-kontinwità tal-istabbiliment mibdul.

(243)

Il-leġiżlatur f'dawn l-aħħar snin wettaq ħafna trasformazzjonijiet mingħajr għajbien. Matul l-ewwel trasformazzjonijiet u b'mod speċjali fil-każ ta' France Télécom, il-leġiżlatur neħħa l-IPIK, imbagħad għadda għat-trasferiment tal-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi kollha tagħha lil kumpanija ġdida li kienet kumpanija privata (109). Imbagħad, matul l-operazzjonijiet segwenti, il-leġiżlatur għamel biss trasformazzjoni tal-forma legali mingħajr ma ħoloq entità legali ġdida. F'dan il-każ ma jkunx hemm trasferiment tal-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi tal-IPIK, lanqas sospensjoni tal-attività, iżda l-organizzazzjoni ta' kontinwità legali mil-leġiżlatur, kif jixhdu pereżempju t-termini tal-Liġi nru 2004-803 tad-9 ta’ Awwissu 2004, rigward is-servizz pubbliku tal-elettriku u tal-gass lill-kumpaniji tal-elettriku u tal-gass, fl-Artikolu 25 tagħha: “it-trasformazzjoni ta' Electricité de France u ta' Gaz de France f'kumpaniji ma tinvolvi l-ebda ħolqien ta' korporazzjonijiet ġodda, lanqas sospensjoni tal-attività. Il-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi, kuntratti u awtorizzazzjonijiet ta' kull tip tal-kumpaniji Electricité de France u Gaz de France, fi Franza u barra Franza, huma dawk ta' kull waħda mill-istabbilimenti pubbliċi fil-ħin tat-trasformazzjoni tal-forma legali tagħhom. Din it-trasformazzjoni ma tippermetti l-ebda dubju dwar il-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi, kuntratti u awtorizzazzjonijiet u m'għandha, b'mod partikolari, l-ebda impatt fuq il-kuntratti konklużi ma’ partijiet terzi minn Electricité de France, Gaz de France […]. L-operazzjonijiet ikkaużati minn din it-trasformazzjoni ma jirriżultawx fil-ġbir tad-drittijiet, taxxi jew taxxi ta' kwalunkwe tip ikun xi jkun” (110).

(244)

Skont l-esperta tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-analiżi ta' ipoteżijiet differenti ta' għajbien tal-istabbilimenti pubbliċi twassal għal dawn il-konklużjonijiet li ġejjin:

jekk ma teżistix sistema legali ġenerali li torganizza l-għajbien tal-istabbilimenti pubbliċi, il-prattika turi li t-test legali dejjem jorganizza trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi tal-istabbilimenti li tkun għebet jew lill-Istat, jew lil dik l-entità li tieħu l-kompitu tagħha. Fl-għarfien tal-Kummissjoni, mhemm l-ebda eżempju ta' test li kkunsidra l-għajbien tad-djun;

huma “id-drittijiet u l-obbligi” li jiġu ttrasferiti, it-terminu obbligi jirreferi b'mod ċert għad-djun. Ċerti testi jużaw it-terminu aktar vag ta' “patrimonju”. Skont id-dizzjunarju legali Cornu (111), il-patrimonju huwa “il-proprjetà u l-obbligi kollha tal-istess persuna (jiġifieri id-drittijiet u l-ħlasijiet ivvalutati fi flus)”, formulazzjoni li wkoll tinkludi d-djun. L-uniku eżempju li nstab ta' għajbien sempliċi ta' stabbiliment pubbliku jipprevedi fi kwalunkwe każ it-trasferiment tad-“djun” infushom;

anki meta jkun hemm għajbien tal-kompitu, fil-prattika, id-drittijiet u l-obbligi tal-istabbiliment jittieħdu minn korp ieħor;

il-prattika deskritta hija konformi mal-istruzzjoni statutorja nru 02-060-M95 tat-18 ta’ Lulju 2002 u l-Gwida dwar l-organizzazzjoni finanzjarja tal-ħolqien, trasformazzjoni u tneħħija tal-istabbilimenti pubbliċi nazzjonali. Anki jekk dawn it-testi jirrigwardaw biss l-istabbilimenti li għandhom accountant pubbliku, li mhux il-każ ta' La Poste, xorta waħda jikkonfermaw dak li tgħallem il-prattika, jiġifieri li d-drittijiet u l-obbligi ta' IPIK likwidata jmorru lura għall-Istat, jew għall-korp li ser iwettaq il-kompitu tal-istabbiliment.

(245)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li din l-analiżi turi li l-kreditur ta' tali stabbiliment pubbliku jista’ jkun ċert li d-dejn dovut lilu mhuwiex ser jgħib mal-għajbien tal-istabbiliment.

(246)

Il-prova ma tkunx kompluta mingħajr l-analiżi tal-kwistjoni jekk, bħas-suċċessjoni fil-liġi privata, l-eredi jistax jirrifjuta s-suċċessjoni, b'mod speċjali jekk id-djun huma kbar ħafna. Jidher li r-rifjut ta' suċċessjoni fil-liġi amministrattiva huwa limitat ħafna.

(247)

Skont S. Carpi-Petit (112): “għall-kuntrarju tal-liġi ċivili li tiftaħ l-għażla għas-suċċessuri kollha, il-fakultà tal-għażla mhijiex prinċipju ġenerali tal-liġi amministrattiva tas-suċċessjonijiet. Din tiġi offruta biss lil ċerti suċċessuri, skont in-natura tal-operazzjoni mwettqa. Għalhekk, it-trasmissjonijiet involuti minħabba sempliċi tneħħijiet mhumiex fakultattivi. Rigward dawk mibdija mis-sostituzzjonijiet, in-natura volontarja tagħhom tiddependi mill-preeżistenza tad-de cujus”. F'dak li jirrigwarda t-tneħħija sempliċi, S. Carpi-Petit jikkonkludi mill-istudju eżawrjenti tiegħu li “in-nuqqas ta' għażla miftuħa għall-profitt tal-Istat huwa wkoll applikabbli fil-liġi amministrattiva. Dan jimplika li, f'dak li jirrigwarda l-eżistenza jew in-nuqqas tad-dritt tal-għażla, l-ipoteżi l-aktar sempliċi hija ċertament dik tat-tneħħija ta' stabbiliment pubbliku nazzjonali mingħajr bidla fil-kompitu. F'dan il-każ, fil-fatt, is-suċċessur huwa dejjem l-Istat. Jekk jirrifjuta l-proprjetà li tħalliet mill-istabbiliment pubbliku mneħħi, din tispiċċa neċessarjament mingħajr sid, li huwa eskluż. Barra minn hekk, mhuwiex possibbli li wieħed jattribwixxi l-piż tal-proprjetà lil patrimonju ieħor. Għalhekk, mhemmx għażla fil-każ tat-tneħħija sempliċi ta' stabbiliment pubbliku nazzjonali”.

(248)

Fir-rigward tal-ipoteżijiet ta' sostituzzjoni fil-kompitu, “jeżistu żewġ tipi ta' sostituzzjoni fil-liġi amministrattiva tas-suċċessjonijiet. Fl-ewwel ipoteżi, il-korporazzjoni tissostitwixxi l-individwu – b'hehh jinħoloq de cujus għal din il-funzjoni. Hija tikkostitwixxi allura l-werriet universali tal-patrimonju. Għalhekk jidher naturali li tiġi miċħuda d-dritt tal-għażla”.

(249)

L-esperta tal-Kummissjoni tinnota li wieħed jista’ joġġezzjona għal dan ir-raġunament, fil-każ tat-tneħħijiet sempliċi ta' stabbilimenti pubbliċi minħabba t-tneħħija tal-kompitu, li l-impossibbiltà għall-Istat li jirrifjuta l-proprjetà ma timplikax neċessarjament l-impossibbiltà li jirrifjuta d-dejn. Jidher madankollu li, fil-każ tal-entitajiet pubbliċi, l-impossibbiltà li tiġi rrifjutata suċċessjoni tibbaża primarjament fuq l-istatus ta' liġi pubblika tal-istabbilimenti pubbliċi u mhux fuq l-impossibbiltà li l-proprjetà titħalla mingħajr sid.

(250)

Skont l-esperta tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-djun tal-istabbilimenti pubbliċi huma fil-prattika, dejjem trasferiti lil kumpanija pubblika oħra f'każ tal-għajbien tal-istabbiliment pubbliku li kien wettaq il-kompitu. Il-kredituri ta' dawn l-istabbilimenti pubbliċi, li tagħmel parti minnhom La Poste, ikunu minħabba dan assigurati li d-djun mħux imħallsa lilhom mhumiex sejrin jgħibu.

C.    Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' garanzija statali favur La Poste

(251)

Fuq il-bażi tal-elementi miġjuba sabiex tintwera l-eżistenza ta' garanzija fuq ir-rimbors tat-krediti individwali u fuq iż-żamma tal-eżistenza tal-obbligi ta' La Poste, il-Kummissjoni tikkonkludi li:

id-djun ta' La Poste ma jsibux l-ostakoli tas-soltu mibnija fil-liġi privata u fil-liġi pubblika li x'aktarx jopponu r-rimbors tad-dejn;

il-kredituri ta' La Poste jistgħu jużaw għall-irkupru tat-talbiet tagħhom proċeduri speċifiċi li jawtorizzaw lill-Istat iġiegħel lill-korp debitur sabiex isolvi d-dejn u li jippermettu, jekk ikun il-każ, lill-Istat iżid ir-riżorsi ta' La Poste għall-ħlas tad-dejn;

fl-ebda ħin, il-liġi Franċiża ma tagħti lill-kredituri ta' La Poste x'jifhmu li din tista’ taffaċċja sitwazzjoni definittiva ta' nuqqas ta' flus;

f'każ ta' nuqqas ta' flus, id-dokumenti baġitarji jissuġġerixxu li l-Istat jista’ jagħti sussidju speċjali lill-korpi tas-settur pubbliku, li La Poste tagħmel parti minnu;

jekk il-proċeduri deskritti qabel ma jippermettux li l-kreditur jikseb sodisfazzjon, jista’ jinvoka r-responsabbiltà tal-Istat sabiex jikseb il-ħlas kollu tad-dejn dovut lilu;

jekk l-azzjonijiet imsemmija qabel jieħdu ħafna żmien, il-kreditur huwa żgur li t-talba tiegħu mhijiex sejra tgħib anki jekk isir żvilupp organiku f'La Poste kif turi l-prattika.

(252)

Dawn il-karatteristiċi huma intrinsikament marbuta mal-istatus ta' stabbiliment pubbliku ta' La Poste.

(253)

Il-proċeduri deskritti hawn fuq jimplikaw li l-Istat għandu rwol ta' garanti bħala l-aħħar rimedju. Għaldaqstant wieħed jista’ jikkonkludi b'mod leġittimu li La Poste tgawdi minn garanzija mingħajr limitu mill-Istat Franċiż minħabba l-istatus tagħha ta' stabbiliment pubbliku.

(254)

Il-garanzija mingħajr limitu tal-Istat favur La Poste tinduċi trasferiment tar-riżorsi tal-Istat fis-sens tal-punt 2.1 tal-Komunikazzjoni tal-2008 dwar il-garanziji. (113) Fil-fatt, La Poste ma tħallas l-ebda primjum għal din il-garanzija u l-Istat għalhekk jirrinunzja għall-ħlas li normalment jakkumpanja l-garanziji. Min-naħa l-oħra, il-garanzija toħloq ir-riskju tar-responsabbiltà potenzjali u futura fuq ir-riżorsi tal-Istat li jista’ jsib ruħu obbligat li jħallas id-djun ta' La Poste (114).

(255)

Fl-aħħar nett, il-garanzija mingħajr limitu mill-Istat favur La Poste hija attribwibbli lill-Istat peress li din hija r-riżultat tal-kombinazzjoni tal-istatus pubbliku ta' La Poste, il-prinċipju tal-liġi nazzjonali u ta' żewġ atti leġiżlattivi, jiġifieri il-Liġi tal-25 ta’ Jannar 1985, li saret il-Kodiċi Kummerċjali, u l-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, kif ukoll il-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha.

4.1.2.   L-EŻISTENZA TA' VANTAĠĠ SELETTIV

(256)

Il-garanzija hija element essenzjali tal-għajnuna mill-Istat, li permezz tiegħu La Poste tgawdi minn kundizzjonijiet ta' kreditu aktar favorevoli minn dawk li kienet tikseb kieku kellha tkun ikkunsidrata fuq il-merti tagħha waħedhom (a). Minħabba n-natura ta' garanzija mingħajr limitu, mhuwiex possibbli li wieħed jikkalkula l-ammont tal-primjum tas-suq li La Poste għandha tħallas lill-Istat, li jagħmel il-mezz ta' retroċessjoni propost mill-awtoritajiet Franċiżi inapplikabbli (b). Il-kundizzjonijiet ta' kreditu aktar favorevoli miksuba minn La Poste minħabba l-garanzija impliċita tal-Istat jikkostitwixxu vantaġġ selettiv (c).

(a)   Il-garanzija hija element essenzjali tal-appoġġ mill-Istat, li permezz tiegħu La Poste tgawdi minn kundizzjonijiet ta' kreditu aktar favorevoli minn dawk li kienet tikseb kieku kellha tkun ikkunsidrata fuq il-merti tagħha waħedhom

1.   Il-kundizzjonijiet ta' kreditu huma stabbiliti b'mod partikolari fuq il-bażi tal-klassifikazzjonijiet finanzjarji

(257)

Il-kundizzjonijiet ta' kreditu huma stabbiliti b'mod partikolari fuq il-bażi tal-klassifikazzjonijiet (115) finanzjarji: aktar ma l-klassifikazzjoni ta' kumpanija tinżel minħabba riskju akbar ta' insolvenza, aktar jogħla l-ħlas impost mill-investitur. Għall-kuntrarju, kumpanija li jkollha riskju zgħir ta' insolvenza tista’ tissellef f'kundizzjonijiet favorevoli ħafna.

2.   Kuntrarju għal dak li jsostnu l-awtoritajiet Franċiżi, l-aġenziji ta' klassifikazzjoni jikkunsidraw li l-garanzija hija element determinanti tal-għajnuna tal-Istat lil La Poste, li permezz tiegħu din tal-aħħar tgawdi klassifikazzjoni ogħla minn din li kienet tikseb kieku kellha tkun ikkunsidrata fuq il-merti tagħha waħedhom

(i)   Il-garanzija, bħala element essenzjali tal-għajnuna tal-Istat lill-Posta, taffettwa l-klassifikazzjoni finanzjarja ta' La Poste

(α)   Analiżijiet tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni (116) rigward l-eżistenza ta garanzija mill-Istat favur La Poste

(258)

Fi studju dwar l-influwenza tal-għajnuna tal-Istat fuq il-klassifikazzjonijiet tal-operaturi postali, datat it-22 ta’ Novembru 2004, Standard and Poor's jindikaw li “l-istatus legali ta' La Poste, li jagħtiha garanzija sovrana finali, jagħti lill-obbligi ta' La Poste garanzija statutorja finali tar-Repubblika Franċiża” (117).

(259)

Fit-3 ta’ April 2007, Standard and Poor's ikkonfermaw il-konklużjoni tagħhom li l-istatus ta' stabbiliment pubbliku jagħti lil La Poste garanzija finali tal-Istat Franċiż, anki jekk din il-garanzija mhijiex immedjata u espliċita, li huwa rifless fid-differenza tal-klassifikazzjoni bejn La Poste u r-Repubblika Franċiża (118).

(260)

Fil-każ ta' Fitch, aġenzija ta' klassifikazzjoni oħra magħrufa, din fakkret fil-31 ta’ Marzu 2006, fl-istess żmien li kkonfermat il-grad ta' AAA mogħti lil La Poste, li La Poste hija organizzazzjoni pubblika li tgawdi mill-garanzija tal-Istat Franċiż.

(261)

Madankollu Fitch baxxa l-grad ta' La Poste fis-17 ta’ April 2008 għal AA, u bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq il-fatt li “l-istatus ta' operatur pubbliku ta' La Poste m'għadux jiġġustifika li l-gradi tagħha jiġu awtomatikament allinjati mal-Istat.” Għalkemm Fitch jindika li “ma jippresupponix l-eżistenza ta' garanzija impliċita min-naħa tal-Istat”, huwa madankollu jiddikjara li “xorta waħda jibqa” l-obbligu statutorju impost fuq l-Istat li jassumi l-obbligi ta' La Poste’. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li mill-perspettiva tal-Unjoni, ma tagħmilx differenza jekk l-obbligu tal-Istat li jassumi l-impenji ta' La Poste jirriżultax minn dik li tissejjaħ garanzija fil-liġi nazzjonali jew minn sempliċi obbligu statutorju. Fil-fatt, fiż-żewġ każijiet, hemm garanzija mill-Istat mill-perspettiva tal-Unjoni (ara l-Komunikazzjoni tal-2008 dwar il-garanziji li tispjega li l-garanziji pubbliċi jistgħu jkunu marbuta mal-forma legali tal-kumpanija nnifisha u tinvolvi kopertura tat-telf mill-Istat (119)).

(262)

Fl-4 ta’ Settembru 2009, Fitch indika (120): “Madankollu, kif kienet indikat meta baxxiet il-grad ta' LP minn ‘AAA’ għal ‘AA’ fl-2008, l-aġenzija ma tirrikonoxxix l-eżistenza ta' garanzija impliċita min-naħa tal-Istat, favur LP, fir-rigward tal-likwidità. Fil-fatt, mill-2006, il-mekkaniżmi ta' għajnuna mill-Istat jistgħu jkunu attivati biss jekk il-ħtiġijiet ta' likwidità jkunu konformi mar-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni; minħabba dan, l-istatus ta' operatur pubbliku ta' LP m'għadux jiġġustifika li l-gradi tagħha jiġu awtomatikament allinjati ma’ dawk tal-Istat. Għalhekk, l-aċċess għall-ħlas antiċipat tat-Teżor f'każ ta' kriżi ta' likwidità m'għadux aktar assigurat, fatt li jista’ jittardja l-appoġġ mill-Istat f'każ ta' bżonn.’ Fitch jikkunsidra għalhekk li l-garanzija fir-rigward ta' likwidità ma tistax tiġi attivata aktar mill-2006 għaliex ma tikkonformax mar-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni. Dan jikkonferma li din l-aġenzija tikkunsidra li qabel din id-data, tali garanzija kienet teżisti u setgħet tkun attivata. Fitch jagħti importanza determinanti lill-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2006 li permezz tagħha hija kienet infurmat lil Franza dwar il-konklużjonijiet preliminari tagħha rigward l-eżistenza ta' garanzija mingħajr limitu mill-Istat (121). Madankollu, Fitch ma tikkkunsidrax il-fatt li l-Kummissjoni, permezz ta' din l-ittra, iddeskriviet il-garanzija ta' għajnuna eżistenti u li l-ittra tas-26 ta’ Frar 2006 fiha biss valutazzjoni preliminarja u mhux vinkolanti dwar l-eżistenza ta' din il-garanzija, li bl-ebda mod ma tipprevjeni l-implimentazzjoni tagħha, jekk ikun il-każ. Għalhekk, jekk kienet teżisti garanzija qabel l-2006, l-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2006 ma tannullax l-eżistenza tagħha u l-possibbiltà li tkun attivata. Dan ikun possibbli biss permezz tar-revoka tal-garanzija nnifisha jew minn Franza, jew mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' att b'effetti legali vinkolanti. B'konklużjoni, għalkemm Fitch tikkunsidra b'mod żbaljat li l-ittra tal-Kummissjoni tannulla l-garanzija, Fitch madankollu tkompli tirrikonoxxi ‘il-livell ta' appoġġ speċjali li LP tista’ tirċievi mill-prinċipal tagħha, kif ukoll il-probabbiltà kbira li dan jingħatalha f'każ ta' bżonn”.

(β)   Il-garanzija, bħala element essenzjali tal-għajnuna tal-Istat lill-Posta, taffettwa l-klassifikazzjoni finanzjarja ta' La Poste

(263)

L-eżami tal-analiżijiet u l-metodoloġiji ta' Standard and Poor's u Fitch juri li l-garanzija, bħala element essenzjali tal-għajnuna tal-Istat, jaffettwa l-klassifikazzjoni finanzjarja.

—   Standard and Poor's (S & P) Metodoloġija

(264)

Fl-istudju msemmi qabel dwar l-influwenza tal-għajnuna tal-Istat fuq il-klassifikazzjonijiet tal-operaturi postali, S & P jispjegaw li huma jiddeterminaw il-metodoloġija li għandha tintuża sabiex tiġi stabbilita l-klassifikazzjoni ta' operatur postali abbażi tal-grad stmat ta' appoġġ mill-Istat ta' dan l-operatur. S & P jagħmlu distinzjoni bejn l-operaturi postali li jgawdu mill-għajnuna tal-Istat (pereżempju l-posta Franċiża u l-posta Taljana) u dawk li ma jgawdu l-ebda appoġġ mill-Istat (bħal pereżempju Deutsche Post u TNT). Fil-kategorija ta' operaturi postali li jgawdu mill-għajnuna tal-Istat, S & P jidentifikaw tliet sottokategoriji:

l-entitajiet li l-klassifikazzjoni tagħhom hija ugwali għal dik tal-Istat azzjonist: jappartjenu għal din il-kategorija l-entitajiet integrati sew fil-mekkaniżmi tal-gvern u li probabbilment mhumiex sejrin ikunu privatizzati; l-ebda operatur postali ma huwa klassifikat f'din il-kategorija;

l-entitajiet li l-grad tagħhom huwa mnaqqas minn dak tal-Istat azzjonist permezz ta' tnaqqis (sa żewġ kategoriji jiġifieri 6 notches): dawn huma l-entitajiet li, għalkemm joperaw b'mod awtonomu, huma stabbilimenti bbażati fuq il-politika pubblika u li jgawdu appoġġ finanzjarju sostanzjali dirett jew indirett, anki jekk jeżisti livell għoli ta' inċertezza rigward il-livell u l-ħeffa tal-imsemmi appoġġ (122); La Poste kienet ikklassifikata f'din il-kategorija għall-inqas sal-mument li fih ġie ppubblikat dan l-istudju;

l-entitajiet li l-grad tagħhom huwa bbażat fuq il-merti tagħhom stess b’żieda fil-grad skont l-appoġġ mill-Istat. Il-klassifikazzjoni f'din it-tielet kategorija tassumi li l-operatur postali jgawdi appoġġ mill-Istat, iżda taħt il-forma ta' politiki, regoli jew interventi possibbli f'każ ta' emerġenza minflok fil-forma ta' sussidju finanzjarju regolari dirett.

(265)

F'dan l-istess studju, S & P jispjegaw li huma jivvalutaw l-appoġġ li l-Istat jagħti lill-operatur postali (u allura l-metodoloġija li għandu juża sabiex jiddetermina l-grad tal-imsemmi operatur u għalhekk in fine il-klassifikazzjoni) fuq erba’ fatturi, li huma msemmija fl-ordni li ġejja: l-istatus tal-operatur, il-probabbiltà tal-privatizzazzjoni tiegħu, il-governanza u s-sistema regolatorja. Rigward l-istatus, S & P isemmu ġustament il-każ tal-posta Franċiża, billi jenfassizaw l-appoġġ “qawwi ferm” tal-Istat u billi jżidu minnufih li La Poste tgawdi garanzija statutorja finali mir-Repubblika Franċiża (123).

(266)

S & P għalhekk juru s-saħħa “qawwija ferm” tal-appoġġ li l-Istat Franċiż jagħti lil La Poste permezz tal-eżistenza ta' garanzija statutorja finali. Minn dan l-appoġġ qawwi ferm, S & P jikkonkludu li l-grad ta' La Poste jista’ jkun iddeterminat minn dak tar-Repubblika Franċiża bi tnaqqis li jista’ jinżel l-aktar sa tliet kategoriji, jiġifieri 6 notches. Fil-fatt, il-grad mogħti minn S & P lil La Poste, għalkemm tnaqqas progressivament, qatt ma kien taħt l-4 notches mill-grad mogħti lir-Repubblika Franċiża (bi grad ta' AAA) (124).

(267)

Il-Kummissjoni tikkonkludi minn dan li ntqal li l-garanzija mill-Istat li tgawdi La Poste hija element fundamentali fl-evalwazzjoni ta' S & P li La Poste tgawdi minn “appoġġ qawwi ferm” tal-Istat. Għalhekk huwa minħabba dan l-appoġġ “qawwi ferm” li S & P japplikaw metodoloġija top-down għal La Poste. Kieku S & P kienu japplikaw metodoloġija bottom-up, jew agħar, ma kinux iżidu l-grad ta' La Poste minħabba l-għajnuna tal-Istat kif inhu l-każ ta' Deutsche Post u TNT, La Poste kien ikollha grad aktar baxx minn dak li għandha fil-preżent. Fil-fatt, fl-istudju dwar l-influwenza tal-għajnuna tal-Istat fuq il-klassifikazzjoni tal-operaturi postali, S & P jikkunsidraw li l-prestazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji tad-Deutsche Poste u TNT huma aqwa minn dawk ta' La Poste. Madankollu, il-gradi tad-Deutsche Post u ta' TNT, ikkwotati fl-istudju ta' S & P, huma inqas minn dawk ta' La Poste. Kieku La Poste kienet ivvalutata fuq il-merti tagħha biss, hija kien ikollha grad aktar baxx minn dak li għandha bħalissa minħabba l-appoġġ “qawwi ferm” tal-Istat li S & P juri permezz tal-eżistenza tal-garanzija statutorja finali.

—   L-aħħar gradi

(268)

Fl-evalwazzjoni tagħhom ta' La Poste fit-3 ta’ April 2007, S & P isemmu l-bidla fl-istruttura tal-kapital li timplika bidla fl-istatus u telf tal-garanzija bħala element ikkunsidrat fil-klassifikazzjoni tiegħu (125). S & P jispeċifikaw li diġà qed jikkunsidraw it-tibdil probabbli ta' dawn it-tliet elementi (struttura tal-kapital, status legali u garanzija) fit-tul. Sakemm iseħħ dan it-tibdil, S & P ikomplu japplikaw metodoloġija top-down. Issa ntwera fil-paragrafu ta' qabel li permezz ta' din il-metodoloġija, La Poste tista’ tikseb u tikseb diġà grad aqwa minn dak li kienet tikseb abbażi tal-merti tagħha biss.

(269)

Il-Kummissjoni tammetti madankollu li fl-istess analiżi tat-3 ta’ April 2007, S & P jenfasizzaw li l-klassifikazzjoni ta' La Poste ma kinitx affettwata mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni peress li S & P jikkunsidraw li tibdil fl-istatus ta' La Poste ma jirriflettix neċessarjament tnaqqis tal-għajnuna tal-Istat li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' La Poste u li dan intwera permezz tad-deċiżjonijiet reċenti tal-gvern (126). Il-Kummissjoni tinnota li jeżistu elementi oħrajn minbarra l-garanzija li jiġu kkunsidrati minn S & P meta dawn jaslu għall-konklużjoni li La Poste tgawdi minn għajnuna qawwija tal-Istat li tiġġustifika metodoloġija top-down. Dawn l-elementi jistgħu jikkumpensaw għall-pressjonijiet li jeżistu fuq l-istatus ta' La Poste u li jġiegħlu lil S & P jantiċipaw tibdil fl-istatus u għajbien tal-garanzija fit-tul. Madankollu xorta jibqa’ l-fatt li S & P jikkunsidraw il-garanzija bħala element essenzjali tal-għajnuna tal-Istat, fatt li jinfluwenza l-klassifikazzjoni.

(270)

Fl-evalwazzjoni tagħhom tal-21 ta’ Jannar 2009, li segwiet it-tħabbira li saret fit-18 ta’ Diċembru 2008 mill-President tar-Repubblika Franċiża dwar abbozz ta' liġi li jibdel La Poste f'kumpanija limitata, S & P baxxew il-grad ta' La Poste għal A + bi prospetti negattivi. Il-prospetti negattivi kienu ġġustifikati mit-tibdil probabbli fis-sentejn li ġejjin tal-istatus legali u tal-istruttura ta' proprjetà tal-kumpanija (127). Skont S & P, dawn l-inizjattivi jistgħu jillimitaw il-possibbiltajiet tal-Istat li jagħti lill-operatur appoġġ speċjali f'każ ta' bżonn. Għal darb'oħra, l-istatus, li miegħu hija assoċjata l-garanzija, jissemma bħala sinjal ta' għajnuna li l-Istat jipprovdi lil La Poste.

—   Il-klassifikazzjonijiet ta' Fitch

(271)

Fitch ibbażat il-grad ta' AAA tagħha, mogħti lil La Poste sas-17 ta’ April 2008, fuq il-fatt li La Poste hija grupp pubbliku li jgawdi mill-garanzija tal-Istat Franċiż.

(272)

Fl-4 ta’ Ottubru 2006, dakinhar li l-Kummissjoni rrakkomandat li Franza tneħħi l-garanzija mingħajr limitu li tgawdi minnha La Poste bħala korporazzjoni pubblika, l-aġenzija ta' klassifikazzjoni Fitch irrevediet il-klassifikazzjoni tagħha (minn AAA stabbli għal AAA negattiv), għar-raġuni li wieħed għandu jinterpreta “ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bħala l-ewwel sinjal ta' pressjoni fuq l-istatus legali ta' La Poste u għalhekk, fuq il-gradi tagħha”. Dan it-tnaqqis tal-grad, kif ukoll il-ġustifikazzjoni li tagħti Fitch, turi r-rabta bejn l-istatus u l-garanzija li tgawdi La Poste minn naħa u l-grad mogħti minn Fitch min-naħa l-oħra.

(273)

Fis-17 ta’ April 2008, Fitch baxxiet il-grad għal AA. Fitch madankollu tkompli tapplika metodoloġija top-down, li hija tiġġustifika bil-fatt li La Poste tifforma parti mis-settur pubbliku. Kif indikat aktar’il fuq, Fitch tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq il-fatt li “l-istatus ta' operatur pubbliku ta' La Poste m'għadux jiġġustifika li l-gradi tagħha jkunu awtomatikament allinjati mal-Istat”. Fitch tispjega li l-klassifikazzjonijiet ta' La Poste issa huma msejsa fuq ir-relazzjoni ta' appoġġ bejn il-kumpanija prinċipali, f'dan il-każ l-Istat, u s-sussidjarja tagħha, La Poste. Fitch tuża wkoll fil-preżent metodoloġija top-down: il-klassifikazzjoni ta' La Poste m'għadhiex l-istess bħal dik tas-sovran, iżda meta wieħed jikkunsidra l-appoġġ qawwi tal-Istat lil La Poste, li tiegħu l-obbligu statutorju li jassumi l-impenji ta' La Poste jikkostitwixxi element essenzjali, il-klassifikazzjoni ta' La Poste titnaqqas minn dik tas-sovran u mhux biss fuq il-bażi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-kumpanija. Dan l-approċċ, kif ukoll il-grad, ġew ikkonfermati mill-valutazzjoni tad-data tal-4 ta’ Settembru 2009.

—   Konklużjoni

(274)

Mill-analiżijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanzija statutorja finali tal-Istat favur La Poste hija kkunsidrata minn Fitch għall-inqas sal-2008 u minn S & P bħala element essenzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Istat lil La Poste. Huwa minħabba dan l-appoġġ li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni adottaw metodoloġija top-down, li fil-każ ta' La Poste irriżultat fi klassifikazzjoni ogħla minn dik li kienet tikseb fuq il-bażi tal-merti tagħha biss. Il-Kummissjoni tikkunsidra għalhekk li l-garanzija tirrappreżenta jew irrappreżentat element essenzjali tal-klassifikazzjoni ta' La Poste, anki jekk dan mhuwiex l-uniku element. Issa, minħabba li Fitch u S & P huma żewġ aġenziji importanti ta' klassifikazzjoni u minħabba li huwa stabbilit li s-suq jikkunsidra l-klassifikazzjoni tagħhom sabiex jevalwa l-kreditu li għandu jagħti lil kwalunkwe kumpanija, klassifikazzjoni mingħand dawn l-aġenziji (minn waħda jew l-oħra jew mit-tnejn) aqwa minn dik li kienet tingħata fin-nuqqas ta' garanzija, aktarx li toħloq vantaġġ għal La Poste li ma kinitx tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

(ii)   Konfutazzjoni tal-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi

(α)   Il-karattru essenzjali tal-eżistenza ta' garanzija impliċita fil-klassifikazzjoni tal-entitajiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-1980 mhuwiex kontradett mill-konstatazzjoni li l-klassifikazzjoni tagħhom tista’ tkun aktar baxxa minn dik tas-sovran

(275)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkuntestaw l-impatt ekonomiku tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 billi jargumentaw li jekk id-dispożizzjonijiet tal- Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 jiġu interpretati mill-aġenziji bħala li jistabbilixxu għall-benefiċċju tal-kredituri tal-korporazzjonijiet pubbliċi mekkaniżmu li jixbah garanzija tal-Istat, huwa diffiċli li wieħed jifhem kif awtoritajiet lokali jistgħu jingħataw grad ta' BBB + jew AA-. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma jistgħux jifhmu kif La Poste, kieku kienet tgawdi minn garanzija tal-Istat jista’ jkollha grad aktar baxx minn dak tal-Istat (128).

(276)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi ta' S & P bid-data tat-22 ta’ Novembru 2004 dwar l-influwenza tal-għajnuna tal-Istat fuq il-klassifikazzjoni tal-entitajiet postali, għal dik bid-data tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-entitajiet marbuta mal-Istat (129), kif ukoll l-istudju tal-2007 dwar La Poste. Skont dawn l-analiżijiet, il-klassifikazzjoni ta' kumpanija li tgawdi għajnuna qawwija mill-Istat toriġina mill-klassifikazzjoni mogħtija lill-Istat; madankollu, din tista’ titbaxxa b’żewġ kategoriji (jew 6 notches) jekk ir-rabtiet finanzjarji bejn l-imsemmija kumpanija u l-Istat jistgħu jiżviluppaw fuq żmien medju jew twil (130). Il-klassifikazzjoni aktar baxxa ta' La Poste meta mqabbla mal-Istat tista’ għalhekk tiġi spjegata mill-fatt li S & P jantiċipaw tnaqqis fl-għajnuna tal-Istat fis-snin li ġejjin, fatt li juri sew li l-għajnuna tal-Istat, li tiegħu il-garanzija hija element essenzjali, jagħti l-possibbiltà lil La Poste li tikseb grad ogħla minn dak li kienet tikseb kieku kien mod ieħor.

(277)

S & P jgħidu wkoll li fl-1991, La Poste saret entità awtonoma pubblika bi status ta' stabbiliment pubbliku, li jassigura lil La Poste garanzija finali tal-Istat fuq l-obbligi tagħha, iżda mhux garanzija immedjata u espliċita kif rifless mid-differenza bejn il-klassifikazzjoni ta' La Poste u r-Repubblika Franċiża (131). Għalhekk, għalkemm S & P inaqqsu l-grad ta' La Poste meta mqabbel ma’ dak tal-Istat, S & P jikkunsidraw tabilħaqq li La Poste tgawdi minn garanzija impliċita tal-Istat minħabba l-istatus tagħha ta' stabbiliment pubbliku u dan għandu impatt dirett fuq il-metodu użat biex tiġi stabbilita l-klassifikazzjoni.

(278)

Ir-raġunijiet imsemmija qabel jispjegaw għalfejn S & P iddeċidew li jiddistingwu bejn il-grad ta' La Poste u dak tal-Istat. Madankollu, il-Kummissjoni mhijiex meħtieġa li tieħu xi pożizzjoni dwar l-analiżi tar-raġunijiet li jispjegaw id-differenza bejn il-grad tal-Istat u tal-awtoritajiet lokali, minħabba li din il-kwistjoni mhijiex is-suġġett ta' din l-investigazzjoni.

(β)   L-awtoritajiet Franċiżi jagħmlu konklużjonijiet żbaljati minħabba li ma jirraġunawx “li kollox ikun ugwali”

(279)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-analiżijiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni ma jibbażawx fuq analiżi ġuridika iżda fuq evalwazzjoni soġġettiva ta' dak li jista’ jkun l-għajnuna tal-Istat f'każ li La Poste tispiċċa f'diffikultà. Biex tissostanzja din id-dikjarazzjoni, Franza tirreferi għall-analiżi ta' S & P tat-3 ta’ April 2007. Kif speċifikat aktar’il fuq, S & P jindikaw f'din l-analiżi li wara t-tħabbira tal-Kummissjoni dwar l-ittra tagħha li tirrakkomanda t-tmiem tal-garanzija, il-klassifikazzjoni ta' La Poste ma nbidlitx għax S & P jikkunsidraw li tibdil fl-istatus ta' La Poste ma jirriflettix neċessarjament tnaqqis fl-appoġġ qawwi tal-Istat li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' La Poste u li ġie affermat mill-ġdid permezz tad-deċiżjonijiet reċenti tal-gvern (132).

(280)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jeżistu elementi oħrajn minbarra l-garanzija li huma kkunsidrati minn S & P meta dawn jaslu għall-konklużjoni li La Poste tgawdi minn appoġġ qawwi tal-Istat li jiġġustifika metodoloġija top-down. F'dan il-każ, id-deċiżjonijiet reċenti tal-gvern, jiġifieri b'mod partikolari, ir-riżoluzzjoni tal-kwistjoni tal-finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tas-servizz pubbliku, iż-żamma tas-servizzi fdati lil La Poste, l-appoġġ għat-tqassim tal-librett A u ż-żieda fit-tariffi postali (li barra minn hekk jikkostitwixxu wkoll atti ta' awtorità pubblika jekk mhux għajnuniet sħaħ mill-Istat), setgħu jikkumpensaw l-effett tal-ittra ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Dan ma jfissirx li l-ittra ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u b'mod aktar ġenerali l-pressjonijiet fuq it-tibdil tal-istatus ta' La Poste u għalhekk fuq il-garanzija li tgawdi La Poste ma jiġux ikkunsidrati mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni. Naturalment, dawn il-pressjonijiet huma kkunsidrati u analizzati bħala dgħufija tal-appoġġ li l-Istat jista’ jagħti lil La Poste: għaldaqstant huma jinfluwenzaw il-klassifikazzjoni. Din hija r-raġuni għaliex fl-4 ta’ Ottubru 2006, il-jum li fih il-Kummissjoni talbet lil Franza sabiex twaqqaf il-garanzija mingħajr limitu li tgawdi minnha La Poste bħala korporazzjoni pubblika, l-aġenzija ta' klassifikazzjoni Fitch irrevediet il-grad tagħha u baxxietu (minn AAA stabbli għal AAA negattiv), minħabba li wieħed għandu jinterpreta “ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bħala l-ewwel sinjal ta' pressjoni fuq l-istatus legali ta' La Poste u għalhekk, fuq il-gradi tagħha”, fatt li jikkonferma li l-istatus legali huwa element ewlieni.

(281)

Biex tispjega l-ħtieġa li wieħed jirraġuna li kollox huwa ugwali, il-Kummissjoni tfakkar li S & P, fl-istess nota tal-2007, speċifikaw ukoll li bidla fl-istruttura tal-proprjetà ta' La Poste (u għalhekk telf tal-garanzija) twassal għal tibdil fil-metodoloġija applikata biex wieħed jiddetermina l-klassifikazzjoni, iżda li dan it-tibdil ma jwassalx neċessarjament għat-tibdil tal-grad ta' La Poste, minħabba t-titjib mistenni fis-sitwazzjoni intrinsika ta' La Poste fis-snin li ġejjin (133). Dan jidher li jikkonferma li fin-nuqqas ta' dan l-istatus, sabiex iżżomm l-istess grad La Poste tkun teħtieġ li ttejjeb is-sitwazzjoni intrinsika tagħha. Min-naħa l-oħra, fl-ipoteżi li fiha s-sitwazzjoni intrinsika ta' La Poste tibqa’ l-istess, id-dgħufija tal-għajnuna mogħtija mill-Istat lil La Poste ikollha twassal sabiex titbaxxa l-klassifikazzjoni ta' din tal-aħħar (134).

(γ)   L-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi, li juru li l-istatus ta' La Poste u l-garanzija li tirriżulta minnu mhumiex l-uniċi elementi kkunsidrati mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni, ma jinvalidawx il-prova tal-Kummissjoni

(282)

Il-parti l-kbira tal-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi maħsuba sabiex juru l-allegat “nuqqas ta' effett tal-garanzija fuq il-klassifikazzjoni ta' La Poste” (135) turi biss li l-garanzija mhijiex l-uniku element ikkunsidrat mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tammetti dan il-punt: bl-ebda mod ma tiġi invalidata l-konstatazzjoni li l-garanzija hija kkunsidrata mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni meta dawn jiddeċiedu l-klassifikazzjoni tal-operaturi postali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma jirraġunawx li kollox ikun ugwali.

—   L-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi meħuda mill-prinċipji akkademiċi tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal- entitajiet postali

(283)

L-awtoritajiet Franċiżi janalizzaw il-metodoloġija użata mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni min-nota ta' S & P dwar l-influwenza tal-għajnuna tal-Istat fuq il-klassifikazzjoni tal-operaturi postali (136). Huma jenfasizzaw li fil-klassifikazzjoni deskritta minn S & P, il-klassifikazzjoni f'kategorija 1 tiddependi fuq kriterji wiesgħa, iżda ma tirreferix għall-istatus tal-operatur ikklassifikat. L-awtoritajiet Franċiżi minn dan jikkonkludu li l-istatus ma jikkostitwixxix element importanti ta' analiżi għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni.

(284)

Il-Kummissjoni tikkontesta din l-analiżi u tinnota li S & P jiddefinixxu b'mod ċar l-istatus tal-operaturi bħala wieħed mill-elementi ewlenin sabiex wieħed jivvaluta l-livell ta' appoġġ mill-Istat (ara l-premessi 264 sa 267 dwar il-metodoloġija ta' S & P).

(285)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li l-posta Taljana ġiet ikklassifikata minn S & P fl-istess kategorija ta' La Poste, għalkemm għandha status privat u prestazzjonijiet finanzjarji li ma jiġġustifikawx il-klassifikazzjoni tagħha f'din il-kategorija (137).

(286)

Il-konstatazzjoni li operatur postali taħt status tal-liġi privata, f'dan il-każ il-Poste Italiane, jista’ jkun ikkunsidrat minn aġenzija ta' klassifikazzjoni bħala li jgawdi minn appoġġ qawwi mill-Istat u jiġi kklassifikat fl-istess kategorija ta' La Poste bl-ebda mod ma tinvalida l-argument tal-Kummissjoni li jistabbilixxi li l-eżistenza ta' garanzija li tirriżulta mill-istatus ta' La Poste hija kkunsidrata mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li xi entitajiet postali, bħall-Poste Italiane, jistgħu jikkwalifikaw għall-klassifikazzjoni fl-istess kategorija ta' La Poste mingħajr ma jgawdu garanzija minħabba evidenza oħra li jgawdu wkoll minn appoġġ qawwi mill-Istat. Biex jintwera li l-garanzija m'għandha l-ebda influwenza fuq il-klassifikazzjoni, kien jeħtieġ li jintwera li Poste Italiane u La Poste kienu f'sitwazzjoni strettament komparabbli fir-rigward tal-elementi differenti kkunsidrati mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni sabiex jivvalutaw l-għajnuna tal-Istat u li l-unika differenza li teżisti bejn iż-żewġ entitajiet hija l-eżistenza ta' garanzija għall-benefiċċju ta' La Poste. Fi kliem ieħor, biex ix-xebh jagħmel sens, jeħtieġ li jiġi stabbilit li “kollox huwa ugwali”, ħaġa li m'għamlux l- awtoritajiet Franċiżi.

(287)

Barra minn hekk, anki kieku l-awtoritajiet Franċiżi wrew li s-sitwazzjoni ta' Poste Italiane u ta' La Poste hija strettament komparabbli -minbarra l-eżistenza ta' garanzija għall-benefiċċju ta' La Poste Franċiża- (li ma ntwerietx), wieħed jinnota li S & P iwettqu fi kwalunkwe każ valutazzjoni differenti tal-livell ta' għajnuna mogħtija mill-Istat Taljan u l-Istat Franċiż lill-Posta rispettiva tagħhom. Fil-fatt, S & P iqisu li l-appoġġ potenzjali mogħti mill-Istat Taljan lil Poste Italiane huwa “qawwi”, filwaqt li l-għajnuna mogħtija mill-Istat Franċiż lil La Poste huwa “ferm qawwi” (138). Il-Kummissjoni ma teskludix li wieħed għandu jara f'din id-differenza ta' valutazzjoni l-influwenza tal-garanzija, li l-eżistenza tagħha tfakkret minn S & P fl-istess nota eżatt wara d-dikjarazzjoni li La Poste tgawdi minn appoġġ qawwi ferm (139). Fi kwalunkwe każ, mhemmx ħtieġa li naslu għal xi konklużjoni rigward ir-raġunijiet li għalihom Poste Italiane f'mument partikolari kienet ikklassifikata fl-istess kategorija ta' La Poste. Fil-fatt, minn naħa waħda, din il-proċedura ma tindirizzax dawn ir-raġunijiet. Min-naħa l-oħra, l-għadd kbir ta' fatturi li jiġu kkunsidrati mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni fil-valutazzjoni ma jippermettix li ssir xi konklużjoni dwar l-effett speċifiku tal-preżenza jew le ta' garanzija statutorja finali fuq il-klassifikazzjoni.

—   L-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi meħuda mill-klassifikazzjoni tal-isfera privata

(288)

L-awtoritajiet Franċiżi ifakkru li “l-isfera privata hija mimlija b'każijiet li fihom il-klassifikazzjoni ta' sussidjarja hija marbuta ma” dik tal-kumpanija prinċipali’. Huma jikkonkludu li għalhekk dan it-tip ta' approċċ ma jikkostitwixxix karatteristika tal-istatus pubbliku.

(289)

Il-Kummissjoni ma tikkuntestax li l-klassifikazzjoni ta' sussidjarja tista’ tkun marbuta ma’ dik tal-kumpanija prinċipali tagħha, inkluż fis-settur privat u b'mod partikolari mal-livell ta' appoġġ ikkalkulat li l-kumpanija prinċipali hija lesta li toffri lis-sussidjarja tagħha, li eventwalment jista’ jintwera permezz ta' impenji ta' garanzija magħmula mill-kumpanija prinċipali. Dan l-argument ma jagħmel xejn għajr jikkonferma l-analiżi tal-Kummissjoni. Huwa spjegat mill-fatt li l-istatus ta' stabbiliment pubbliku, kif ukoll il-garanzija li tirriżulta minnu, huwa element li juri l-għajnuna tal-Istat li ġie kkunsidrat mill-aġenziji fil-klassifikazzjoni ta' La Poste.

—   L-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi meħuda mill-klassifikazzjoni ta' La Poste

(290)

L-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw ukoll li fl-2005, il-klassifikazzjoni ta' La Poste tbaxxiet minn S & P għal AA- flimkien ma’ prospett stabbli, meta ma kien hemm l-ebda bidla fl-istatus. L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-klassifikazzjoni ta' La Poste mhijiex konsegwenza tal-istatus tagħha (140). L-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw ukoll fin-nota ta' S & P tat-3 ta’ April 2007 dwar La Poste li ż-żewġ elementi msemmija minn S & P bħala sostenn għall-klassifikazzjoni huma l-importanza ekonomika tal-kompitu tas-servizz pubbliku u s-“s-sostenn qawwi tal-azzjonist” u mhux l-istatus (141).

(291)

Kif indikat hawn fuq, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-eżistenza ta' garanzija mhijiex l-uniku element ikkunsidrat mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni meta dawn jivvalutaw il-livell ta' appoġġ li l-awtoritajiet pubbliċi huma lesti li jagħtu lil kumpanija li tkun f'diffikultà. Fuq il-bażi tal-istudju ta' S & P dwar l-influwenza tal-appoġġ tal-gvern fuq il-klassifikazzjonijiet tal-operaturi postali (142), il-Kummissjoni madankollu wriet li l-eżistenza ta' garanzija tiġi kkunsidrata mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni bħala element essenzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Istat lil La Poste.

(292)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkontesta l-analiżi tal-awtoritajiet Franċiżi li s-“sostenn qawwi tal-azzjonist” imsemmi minn S & P fin-nota tagħhom tat-3 ta’ April 2007 huwa separat mill-kwistjoni tal-istatus pubbliku u tal-garanzija. Fil-fatt, mill-istudju dwar l-influwenza tal-għajnuna tal-Istat fuq il-klassifikazzjonijiet tal-operaturi postali, jirriżulta li l-istatus u l-garanzija huma tassew elementi essenzjali għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mogħtija mill-Istat lil La Poste.

(293)

Il-Kummissjoni tikkontesta wkoll l-interpretazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi tan-nota ta' April 2007 li S & P għażlu metodoloġija “top-down” ibbażata biss fuq l-ipoteżi tagħhom li La Poste għandha tibqa’ azzjonista ta' La Poste 100 % fi żmien medju u ċertament mhux fuq il-bażi tal-istatus tal-liġi pubblika ta' La Poste u tal-garanzija marbuta ma’ dan l-istatus. Il-Kummissjoni tfakkar li “il-possibbiltà ta' tibdil mistenni fl-istruttura tal-kapital”, li, skont it-termini ta' S & P, iwassal għal telf tal-istatus ta' stabbiliment pubbliku u tal-garanzija marbuta ma’ dan l-istatus, hija kkunsidrata b'mod espliċitu minn S & P fil-klassifikazzjoni tagħhom (143). Għaldaqstant huwa ċar li għal S & P, mhuwiex biss it-tibdil fl-istruttura tal-kapital li għandu importanza, iżda wkoll l-implikazzjonijiet (telf tal-istatus pubbliku u tal-garanzija), bit-tibdil tal-istruttura tal-kapital ikun l-akbar pass fiċ-ċaqliq lejn żieda fl-awtonomija ta' La Poste fir-rigward tal-Istat.

3.   Il-kundizzjonijiet ta' kreditu attwalment miksuba minn La Poste

(294)

L-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li t-tħabbira tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza tal-garanzija u konsegwentement tat-tneħħija futura tagħha ma kellhom l-ebda effett fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament ta' La Poste. Fil-fatt, din kisbet, waqt il-ħruġ ta' bonds f'Ottubru 2006, eżatt wara t-tħabbira tal-Kummissjoni dwar ir-rakkomandazzjoni tagħha ta' miżuri utli, firxa fuq il-mid swap  (144) ta' 12-il punt bażi għall-ħruġ sa 15-il sena u ta' 4 punti bażi għall-ħruġ sa 7 snin. Iżda l-ħruġ preċedenti ta' bonds, li sar fl-2004, fuq bond sa 15-il sena, kien wassal għal firxa ta' 8 punti bażi fuq il-mid swap. L-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-kundizzjonijiet ta' finanzjament ta' La Poste mhumiex ibbażati fuq l-eżistenza de jure jew de facto ta' xi garanzija.

(295)

Il-Kummissjoni tqis li l-konklużjoni tal-awtoritajiet Franċiżi li t-tħabbira tal-Kummissjoni ma kellha l-ebda effett fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament mhijiex fondata, peress li għall-kuntrarju wieħed jinnota tnaqqis tal-firxa, li tmur minn 8 punti għal 12-il punt.

(296)

Barra minn hekk, anki fl-ipoteżi fejn il-firxa naqset, li mhuwiex il-każ, il-Kummissjoni għandha dubji fuq il-konklużjonijiet li wieħed jista’ jidderiva minn dan rigward l-influwenza tat-tħabbira tal-Kummissjoni dwar l-ispejjeż tal-finanzjament ta' La Poste, minħabba li l-investituri jikkunsidraw bosta elementi oħra, bħal pereżempju l-istruttura finanzjarja ta' La Poste li setgħet tevolvi bejn l-2004 u l-2006.

(297)

Barra minn hekk, anki jekk il-kundizzjonijiet ta' finanzjament qabel u wara t-tħabbira tal-Kummissjoni kellhom ikunu identiċi jew inkella jekk id-differenza ma kinitx tkun kbira, dan bl-ebda mod ma jagħti prova li l-garanzija ma tinfluwenzax il-kundizzjonijiet ta' kreditu. Fil-fatt, fiż-żmien tal-ħruġ imsemmi mill-awtoritajiet Franċiżi, il-garanzija li kienet qiegħda tgawdi minnha La Poste kienet ikkwalifikata bħala għajnuna eżistenti. Għaldaqstant hija baqgħet valida u kienet tkopri l-ħruġ. Il-garanzija ssir għajnuna illegali biss, jekk ikun il-każ, mid-data stabbilita minn din id-Deċiżjoni għat-tneħħija tagħha.

(298)

Fl-aħħar nett, minħabba li l-Kummissjoni wriet li l-garanzija li tirriżulta mill-istatus ta' La Poste aktarx li tipprovdi vantaġġ lil din tal-aħħar minħabba l-influwenza pożittiva fuq il-klassifikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li m'għandhiex turi l-effetti li din il-garanzija kellha fil-passat. Fil-fatt, huwa prinċipju kostanti tas-sistema tal-għajnuniet mill-Istat li l-Kummissjoni m'għandhiex tipprova l-effetti reali tal-għajnuniet, għaliex f'dan il-każ, l-Istati Membri li ma jinnotifikawx l-għajnuniet ikunu f'vantaġġ meta mqabbla ma dawk li jagħmlu dan (145). Fil-fatt, il-miżura ta' Stat Membru li jinnotifika garanzija mingħajr limitu, titneħħa minħabba l-effetti potenzjali biss tagħha, filwaqt li Stat li ma jkunx innotifika l-għajnuna jista’ jiddefendi ruħu billi juri li, fil-prattika, il-garanzija ma pprovdiet l-ebda vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha. Barra minn hekk, bħal fil-każ tal-miżuri ġodda, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri eżistenti mar-regoli tat-Trattat għall-futur u m'għandhiex turi neċessarjament li fil-passat il-miżura pproduċiet effetti mhux kompatibbli mat-Trattat (146). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax tordna l-irkupru tal-vantaġġi li attwalment ikunu ngħataw minn għajnuna eżistenti. Għaldaqstant, lanqas hija meħtieġa prova tal-effetti reali tal-garanzija fuq il-kundizzjonijiet ta' kreditu.

(b)   Minħabba n-natura mingħajr limitu tal-garanzija, mhuwiex possibbli li wieħed jikkalkula l-ammont tal-primjum tas-suq li La Poste għandha tħallas lill-Istat, li jagħmel il-mezz ta' retroċessjoni propost mill-awtoritajiet Franċiżi inapplikabbli

(299)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanzija li tgawdi La Poste hija mingħajr limitu f'dak li jirrigwarda t-tul, l-ammont u l-estensjoni, u mhijiex imħallsa. Aktar minn hekk, hija tkopri kemm l-attivitajiet ta' servizz postali universali u l-attivitajiet kompetittivi. Il-Kummissjoni tqis li, minħabba n-natura mingħajr limitu tal-garanzija tal-Istat favur La Poste u skont id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (147), mhuwiex possibbli li wieħed jikkalkula l-ammont tal-primjum tas-suq li La Poste għandha tħallas lill-Istat għall-għoti ta' din il-garanzija mingħajr limitu. Fil-fatt, fil-każ ta' kull garanzija, l-għajnuna tingħata fil-mument li tiġi offruta l-garanzija. Issa, fil-każ ta' garanzija mingħajr limitu, li tista’ tkopri d-djun kollha tal-kumpanija u għal perijodu indefinit, huwa impossibbli li wieħed jikkalkula minn qabel l-ammont tal-għajnuna mogħtija fil-mument tal-għoti u għaldaqstant li wieħed jikkalkula primjum tas-suq xieraq (148). Dan jagħmel il-mezz ta' retroċessjoni propost mill-awtoritajiet Franċiżi inapplikabbli.

(c)   Il-kundizzjonijiet ta' kreditu aktar favorevoli miksuba minn La Poste minħabba l-garanzija impliċita tal-Istat jikkostitwixxu vantaġġ selettiv

(300)

Il-vantaġġ huwa selettiv minħabba li l-kompetituri ta' La Poste ma jibbenefikawx minnu: il-kompetituri ta' La Poste fil-fatt huma soġġetti għall-proċeduri ġudizzjarji ta' riorganizzazzjoni u ta' likwidazzjoni; ma jgawdux il-garanzija mingħajr limitu tal-Istat marbuta mal-istatus ta' stabbiliment pubbliku.

4.1.3.   DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI U EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ

(301)

Il-miżura kkunsidrata tista’ twassal għal tnaqqis tal-ispejjeż tal-operat ta' La Poste, li jkollu l-effett li jiffavorixxi lil La Poste u għalhekk li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Barra minn hekk, minħabba li s-setturi li hija attiva fihom La Poste, b'mod partikolari t-tqassim tal-pakketti, ta' oġġetti mhux indirizzati kif ukoll ta' ittri li t-tqassim tagħhom mhuwiex ristrett għal La Poste, huma ġeneralment miftuħa għall-kummerċ intrakomunitarju, miżuri bħal dawn jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq il-kumpaniji li għandhom, jew li jixtiequ jiżviluppaw, attività ekonomika simili fi Franza. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun innutat li skont id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz kif emendata mid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/6/KE (149) (minn hawn’il quddiem “id-Direttiva postali”), is-servizzi postali kollha għandhom ikunu soġġetti għall-kompetizzjoni fi Franza sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2011. F'dawn il-kundizzjonijiet, l-eżistenza ta' garanzija mingħajr limitu tal-Istat favur La Poste aktarx li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

4.1.4.   KONKLUŻJONI RIGWARD IN-NATURA TA' GĦAJNUNA TAL-MIŻURA

(302)

Il-garanzija tal-Istat favur La Poste minħabba l-istatus tagħha ta' stabbiliment pubbliku toħloq għalhekk trasferiment tar-riżorsi tal-Istat attribwibbli lill-Istat u toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri billi tiffavorixxi lil La Poste. Il-Kummissjoni tikkonkludi li din il-garanzija tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

4.2.   KOMPATIBBILTÀ

(303)

Minħabba li l-miżura kkunsidrata taqa' fl-ambitu ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk din il-miżura tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mill-Kummissjoni taħt l-eċċezzjonijiet previsti mill-Artikoli 107(2) u (3), u 106(2) tat-TFUE.

(304)

Jidher li l-garanzija mingħajr limitu tal-Istat favur La Poste ma tissodisfa l-ebda kundizzjoni ta' applikazzjoni tal-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(2) tat-TFUE, minħabba li l-miżura kkunsidrata mhijiex maħsuba għal xi objettiv previst minn dawn l-eċċezzjonijiet.

(305)

Skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, miżura ta' għajnuna tista’ tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq intern meta tkun maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjuni Komunitarji fejn il-livell ta' għajxien huwa baxx aktar min-normal jew fejn ikun hemm nuqqas serju ta' xogħol. Minħabba li l-garanzija mingħajr limitu tal-Istat favur La Poste hija miżura individwali mogħtija b'diskrezzjoni, li m'għandha l-ebda objettiv reġjonali, hija mingħajr limitu fiż-żmien, mhijiex marbuta mal-ebda investiment u mhijiex regressiva, l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE ma tapplikax.

(306)

Fir-rigward tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(3)(b) u (d) tat-TFUE, l-għajnuna inkwistjoni mhijiex maħsuba sabiex tippromwovi t-twettiq ta' proġett importanti ta' interess Ewropew jew sabiex tikkumpensa għal taqlib serju fl-ekonomija Franċiża. Il-garanzija mingħajr limitu tal-Istat favur La Poste mhijiex intiża sabiex tippromwovi l-kultura u l-preżervazzjoni tal-patrimonju.

(307)

L-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE tiddikjara li għajnuna tista’ titqies kompatibbli jekk hija maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, sakemm hija ma tibdilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b'mod li tmur kontra l-interess komuni. Il-garanzija mingħajr limitu tal-Istat favur La Poste ma tirrigwarda l-ebda investiment, lanqas il-ħolqien ta' impjiegi u tikkostitwixxi, għalhekk, għajnuna operattiva u mingħajr kundizzjoni. Skont id-deċiżjonijiet tagħha, il-Kummissjoni ma tistax tikkunsidra li tali għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi.

(308)

Fl-aħħar nett, il-garanzija mingħajr limitu tal-Istat favur La Poste ma tistax titqies li hija kompatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Din l-eċċezzjoni tipprovdi li l-kumpaniji inkarigati mill-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew li għandhom il-karattru ta' monopolju fiskali għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tat-Trattat, b'mod speċjali r-regoli tal-kompetizzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma tostakolax il-prestazzjoni fil-liġi jew fil-fatt tal-kompitu partikolari assenjati lilhom. L-iżvilupp tal-kummerċ m'għandux ikun affettwat b'mod li jmur kontra l-interess tal-Unjoni.

(309)

Il-liġi Franċiża fdat lil La Poste obbligi ta' servizz pubbliku. Skont dan, l-operatur postali jista’ jirċievi kumpens finanzjarju jew igawdi ċerti privileġġi li ma jaqblux ma’ ċerti regoli tal-liġi ġeneralment applikabbli. Madankollu, tali miżuri finanzjarji jew privileġġi għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali għal La Poste skont l-obbligi ta' servizz pubbliku.

(310)

Il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tikkunsidra tali kumpens kompatibbli skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. B'mod partikolari, il-kumpens mogħti ma jistax jaqbeż l-ispejjeż tal-forniment tas-servizz pubbliku, inklużi l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi.

(311)

F'dan il-każ, din l-analiżi tkun teħtieġ valutazzjoni tas-suq tal-garanzija mingħajr limitu tal-Istat favur La Poste li tivverifika jekk il-valur tagħha jaqbiżx l-ispejjez tal-forniment tas-servizz postali universali. Fil-fatt, minħabba li din il-garanzija hija mingħajr limitu, huwa impossibbli li ssir din l-analiżi, li jeskludi l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(312)

Barra minn hekk, anki jekk tali valutazzjoni kienet possibbli, hija tibbenefika biss lill-attivitajiet koperti mill-kompitu ta' “servizz postali universali”. Issa, il-garanzija mingħajr limitu tal-Istat fil-forma attwali tagħha tkopri l-attivitajiet kollha ta' La Poste, inklużi l-attivitajiet mhux koperti mill-kompitu ta' “servizz postali universali”.

(313)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-iżvilupp tal-kummerċ huwa affettwat minn dan b'mod li jmur kontra l-interess tal-Unjoni.

(314)

Fost oħrajn, Franza ma bbażat ruħha fuq l-ebda prova li turi l-kompatibbiltà tal-miżura mal-Artikoli 107(2) jew (3), jew 106(2) tat-TFUE, iżda sempliċement ikkontestat l-eżistenza tal-garanzija. Għaldaqstant ma wrietx il-kompatibbiltà tal-għajnuna filwaqt li l-oneru tal-prova jaqa’ lura skont il-ġurisprudenza.

(315)

B'konlużjoni, il-miżura inkwistjoni, anki jekk emendata skont il-proposti Franċiżi rigward il-kjarifika tad-digriet ta' implimentazzjoni tal-Liġi tal-1980 u l-inklużjoni ta' klawsola limitattiva fil-kuntratti ta' La Poste li jinvolvu dejn, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) nru 659/1999 u, skont id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-garanziji mingħajr limitu tal-Istat mogħtija lil kumpaniji fdati b'attivitajiet ekonomiċi (150), din l-għajnuna ma tissodisfa l-ebda kundizzjoni ta' applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti mit-TFUE. Għaldaqstant, il-garanzija mingħajr limitu tal-Istat imsemmija qabel mhijiex kompatibbli mas-suq intern.

4.3.   NEWTRALITÀ F'DAK LI JIRRIGWARDA S-SISTEMA TAL-PROPRJETÀ

(316)

Il-Kummissjoni, permezz ta' din il-konklużjoni, bl-ebda mod ma tikkontesta li La Poste tappartjeni għall-Istat, lanqas ma tikkontesta l-istatus ta' korporazzjoni pubblika bħala tali. Il-Kummissjoni sempliċement tqis problema l-garanzija li tirriżulta minn dan l-istatus, fl-istat attwali tal-liġi Franċiża, għal La Poste.

(317)

Taħt l-Artikolu 345 tat-TFUE, l-Unjoni hija newtrali f'dak li jirrigwarda s-sistema tal-proprjetà fl-Istati Membri u l-ebda dispożizzjoni tat-Trattat ma tostakola s-sjieda tal-Istat (kompletament jew parzjalment) tal-kumpaniji. Minħabba dan, ir-regoli tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw bl-istess mod għall-kumpaniji privati u għall-kumpaniji pubbliċi. L-ebda waħda minn dan it-tip ta' kumpaniji m'għandha tkun vantaġġata jew żvantaġġata mill-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli. F'dan il-każ, il-garanzija ma tirriżultax mill-proprjetà iżda mill-istatus legali tal-kumpanija. L-Istati Membri huma ħielsa li jagħżlu l-forma legali tal-kumpaniji iżda għandhom, fl-għażla tagħhom, jirrispettaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat. B'mod partikolari, il-fatt biss li l-garanzija tal-Istat hija awtomatikament marbuta mal-istatus legali partikolari ma jimpedixxix li l-imsemmija garanzija tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) tat-TFUE jekk il-kundizzjonijiet applikabbli jiġu sodisfatti kollha (151). Din il-konklużjoni mhijiex affettwata mill-Artikolu 345 tat-TFUE. Għall-kuntrarju, f'xenarju kompetittiv, il-prinċipju ta' newtralità jfisser it-tneħħija ta' kull vantaġġ mhux dovut favur il-kumpaniji pubbliċi għad-detriment tal-kompetituri privati tagħhom. Approċċ simili ġie segwit mill-Kummissjoni, pereżempju, fil-każ li kien jikkonċerna l-istabbilimenti pubbliċi ta' kreditu fil-Ġermanja (152) kif ukoll fil-każ li kien jirrigwarda l-EDF (153).

4.4.   L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR LA POSTE U L-ATTIVITAJIET POSTALI

(318)

Fl-ittra tagħhom datata il-31 ta’ Lulju 2009, l-awtoritajiet Franċiżi għarrfu lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' liġi dwar La Poste u l-attivitajiet postali, adottat mill-Kunsill tal-Ministri tad-29 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi t-trasformazzjoni ta' La Poste f'kumpanija b'responsabbiltà limitata fl-1 ta’ Jannar 2010.

(319)

Sussegwentement għal dan l-abbozz ġiet adottata emenda li kienet tipposponi d-data tat-trasformazzjoni ta' La Poste f'kumpanija b'responsabbiltà limitata għax-xahar ta' Marzu 2010.

(320)

Fit-2 paragrafu tal-ewwel Artikolu tiegħu, l-abbozz ta' liġi emendata, li jemenda l-Liġi nru 90-568 tat-2 ta’ Lulju 1990 rigward l-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku ta' La Poste u France Telecom, jistabbilixxi li: “Il-korporazzjoni pubblika La Poste hija ttrasformata mill-1 ta’ Marzu 2010 f'kumpanija b'responsabbiltà limitata msejħa La Poste […]”.

(321)

L-awtoritajiet Franċiżi speċifikaw li t-trasformazzjoni ta' La Poste f'kumpanija b'responsabbiltà limitata kien ser jagħmilha soġġetta għal-liġi komuni applikabbli għall-kumpaniji li jkunu għaddejjin minn riforma jew stralċ ġudizzjarju.

(322)

Il-Kummissjoni taqbel li t-trasformazzjoni effettiva ta' La Poste f'kumpanija b'responsabbiltà limitata prevista mill-abbozz ta' liġi trasmess mill- awtoritajiet Franċiżi tneħħi, b'hekk, il-garanzija mingħajr limitu li hija tgawdi. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din it-trasformazzjoni tikkostitwixxi miżura xierqa biex tiġi eliminata, skont il-liġi Komunitarja, l-għajnuna mill-Istat li fil-preżent tgawdi minnha La Poste.

(323)

L-adozzjoni tal-abbozz ta' liġi mill-Parlament huwa ppjanat għax-xahar ta' Jannar 2010. Fl-4 ta’ Ottubru 2006, skont l-Artikolu 18 tar-regolament tal-proċedura, il-Kummissjoni kienet talbet it-tneħħija tal-garanzija mingħajr limitu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008. Madankollu minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ u l-fatt li d-diskussjonijiet mal-awtoritajiet Franċiżi ġew estiżi sax-xahar ta' Ottubru 2009 kif ukoll iż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni tal-atti ġudizzjarji li jtemmu din il-garanzija, il-Kummissjoni tikkunsidra raġonevoli li titlob lill-awtoritajiet Franċiżi sabiex effettivament jeliminaw il-garanzija mingħajr limitu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-ewwel Artikolu

Il-garanzija mingħajr limitu mogħtija minn Franza lil La Poste tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li mhijiex kompatibbli mas-suq intern. Franza għandha tneħħi din l-għajnuna sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-trasformazzjoni effettiva ta' La Poste f'kumpanija b'responsabbiltà limitata tneħħi b'hekk il-garanzija mingħajr limitu li hija tgawdi. It-tneħħija effettiva ta' din il-garanzija mingħajr limitu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010 tikkostitwixxi miżura xierqa biex tiġi eliminata, skont il-liġi tal-Unjoni, l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Fix-xahrejn ta' wara n-notifika ta' din id-deċiżjoni, Franza għandha tibgħat lill-Kummissjoni deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru rispettivament l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Fiż-żewġ każijiet, id-dispożizzjonijiet, huma sostanzjalment identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, li qed isiru rispettivament għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE.

(2)  ĠU C 135 3.6.2008, p. 7.

(3)  Każ N531/05, Miżuri marbuta mal-ħolqien ta' La Banque Postale (il-bank tal-posta), (ĠU C 21, 28.1.2006, p. 2).

(4)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(5)  Minħabba li l-kwalifika ta' għajnuna eżistenti diġà kienet immotivata fil-premessi 93 sa 97 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura formali ta' reviżjoni tal-għajnuna (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2) u l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar dan il-punt, il-Kummissjoni mhijiex sejra ssemmi din il-kwistjoni mill-ġdid u sejra sempliċement tikkonferma l-evalwazzjoni preliminari li tinsab fl-imsemmija Deċiżjoni.

(6)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tas-17 ta’ Lulju 1980, p. 1799.

(7)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tal-14 ta’ Mejju 1981.

(8)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.

(9)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-8 ta’ Lulju 1990.

(10)  Fi Franza, minbarra l-awtoritajiet pubbliċi nfushom bħall-Istat u l-awtoritajiet lokali, jeżistu żewġ kategoriji prinċipali ta' korporazzjonijiet pubbliċi: l-Istabbilimenti Pubbliċi u l-Gruppi ta' Interess Pubbliku, stabbiliti mil-Liġi Nru 82-610 tal-15 ta’ Lulju 1982. Fi ħdan l-“Istabbilimenti Pubbliċi”, huwa possibbli li ssir distinzjoni fil-prinċipju bejn l-Istabbilimenti pubbliċi amministrattivi (IPA), li jwettqu l-ħidmiet tradizzjonali ta' amministrazzjoni, u l-Istabbilimenti pubbliċi industrijali u kummerċjali (IPIK), li jwettqu attivitajiet ta' natura ekonomika.

(11)  Il-Qorti tal-Kassazzjoni adottat il-prinċipju stabbilit minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ta' Douai tat-22 ta’ Ottubru 1998 li xxebbah lil La Poste ma’ stabbiliment pubbliku tat-tip industrijali u kummerċjali.

(12)  F'rapport lis-Senat Franċiż tal-2003, il-Kummissjoni tal-Affarijiet Ekonomiċi tenfasizza li: “Kulħadd jaf li l-kumpanija prinċipali La Poste tirriżulta, mir-riforma tal-1990, minn status li jixbah lil dak ta' stabbiliment pubbliku industrijali u kummerċjali.”

(13)  Ara b'mod partikolari id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Kassazzjoni tal-21 ta’ Diċembru 1987 (Prim'Awla ċivili).

(14)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tas-26 ta’ Jannar 1985, p. 1097.

(15)  Qorti amministrattiva tal-Appell, Pariġi, il-15 ta’ Frar 1991, JCP E 1991, pan. 742; Qorti tal-Kassazzjoni, Soc. 6 Novembru 1991, JCP E1992, pan. 85, Bull. V nru 476.

(16)  Dawn huma l-perjodi msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 3-1 tal-imsemmi Digriet.

(17)  L-Artikolu 10 tad-Digriet nru 2008-479 jipprovdi li “Meta l-avviż jibqa” mingħajr effett sal-iskadenza ta' dan it-terminu, ir-rappreżentant tal-Istat jew l-awtorità regolatorja għandha tirreġistra n-nefqa fil-baġit tal-korp jew tal-isabbiliment pubbliku li falla. Din tipprovdi r-riżorsi meħtieġa, jekk ikun il-każ, billi tnaqqas krediti allokati għal spejjeż oħrajn u li għadhom jistgħu jintużaw, jew billi żżid ir-riżorsi. Jekk, fi żmien tmint ijiem wara n-notifika tar-reġistrazzjoni tal-kreditu, l-awtorità lokali jew l-istabbiliment pubbliku ma jkunx ħallas is-somma dovuta, ir-rappreżentant tal-Istat jew l-awtorità regolatorja tipproċedi awtomatikament fi żmien xahar’.

(18)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tal-20 ta’ Frar 1990.

(19)  Bullettin Uffiċjali tal-Kontabilità Pubblika. NOR: BUD R 02 00060 J.

(20)  Ara l-Kapitolu 3 tal-Istruzzjoni statutorja Nru 02-060-M95 tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar ir-regolament finanzjarju u tal-kontijiet tal-istabbilimenti pubbliċi nazzjonali industrijali u kummerċjali, Bullettin Uffiċjali tal-Kontabilità Pubblika.

(21)  Ara l-Parti IV, B: “Quelles dispositions juridiques prévoir?” (Liema dispożizzjonijiet legali għandhom ikunu previsti?), p. 21.

(22)  L-ERAP, li hija IPIK u li ġiet stabbilita fl-1965, għandha bħala objettiv li, fuq talba tal-Istat, tieħu ishma f'kumpaniji tas-setturi tal-enerġija, tal-farmaċija u tat-telekomunikazzjonijiet.

(23)  Ara l-artiklu “Fitch attribue la note préliminaire AAA au programme EMTN garanti de EUR 10 MD de ERAP” (Fitch jagħti l-grad preliminari ta' AAA lill-programm EMTN garantit minn 10 biljun Euro minn ERAP). Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-ERAP: www.erap.fr/pdf/CP_Fitch_Ratings_fr.pdf

(24)  Ara l-artiklu “Moody's attribue la notation Aaa au programme d'EMTN de l'ERAP portant sur 10 milliards d'euros” (Moody's jagħti l-klassifikazzjoni ta' Aaa lill-programm tal-EMTN tal-ERAP ta' 10 biljun Euro). Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-ERAP: www.erap.fr/pdf/CP_Fitch_Ratings_fr.pdf

(25)  Skont l-Artikolu 15 tal-Liġi nru 90-568 tat-2 ta’ Lulju 1990, il-kontabilità ta' La Poste issegwi r-regoli applikabbli għall-kumpaniji kummerċjali.

(26)  Ara l-artiklu “Fitch attribue la note préliminaire AAA au programme EMTN garanti de EUR 10 MD de ERAP” (Fitch jagħti l-grad preliminari ta' AAA lill-programm EMTN garantit minn 10 biljun Euro minn ERAP.

(27)  Ara b'mod partikolari l-ittri tal-awtoritajiet Franċiżi tal-24 ta’ April 2006, is-6 ta’ Diċembru 2006, is-16 ta’ Jannar 2007, l-1 ta’ Frar 2007 u d-19 ta’ Marzu 2007.

(28)  Ara l-parti III tal-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tat-23 ta’ Jannar 2008.

(29)  Conseil d'Etat, 1 ta’ April 1938, société de l'hôtel d'Albe, ġabra tal-Conseil d'Etat p. 341. Ara l-premessa 33 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.

(30)  Conseil d'Etat, 10 ta’ Novembru 1999, kumpanija ta' ġestjoni tal-port ta' Campoloro, ġabra tal-Conseil d'Etat p. 348; Conseil d'Etat, 18 ta’ Novembru 2005, kumpanija ta' ġestjoni tal-port ta' Campoloro, ġabra tal-Conseil d'Etat p. 515. Ara l-premessa 34 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.

(31)  Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża nru 177 tat-2 ta’ Awwissu 2001, p. 12480.

(32)  Ara l-parti IIIB tan-nota mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi fit-23 ta’ Jannar 2008 u l-kummenti mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi fis-27 ta’ Ottubru 2009.

(33)  Ara n-nota mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi fis-27 ta’ Ottubru 2009.

(34)  D. Labetoulle, “La responsabilité des AAI dotées de la personnalité juridique: coup d'arrêt à l'idée de ‘garantie de l'Etat’” (Ir-responsabbiltà tal-AAI li għandhom personalità ġuridika: daqqa ta' ħarta kbira għall-idea ta' “garanzija mill-Istat”) fir-RJEP/CJEG nru 635 Ottubru 2006.

(35)  Ara l-parti IV tal-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tat-23 ta’ Jannar 2008.

(36)  Ara l-paragrafu. 78 tal-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tat-23 ta’ Jannar 2008.

(37)  P. Bon, “Le Préfet face à l'inexécution par une collectivité territoriale d'un jugement la condamnant pécuniairement” (Il-Prefett quddiem in-nuqqas ta' twettiq min-naħa ta' awtorità lokali ta' sentenza li tikkundannaha finanzjarjament) fir-RFDA – Marzu April 2006, p. 341. C. Landais u F. Lenica, “Le pouvoir de substitution du préfet en cas d'inexécution de la chose jugée par les collectivités territoriales” (Is-setgħa ta' sostituzzjoni tal-Prefett f'każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' res judicata mill-awtoritajiet lokali); f'AJDA, 23 ta’ Jannar 2006, p. 137.

(38)  Conseil d'Etat, 10 ta’ Novembru 1999, Kumpanija ta' ġestjoni tal-port ta' Campoloro, imsemmi hawn fuq.

(39)  Conseil d'Etat, 18 ta’ Novembru 2005, Kumpanija ta' ġestjoni tal-port ta'Campoloro, imsemmi hawn fuq.

(40)  Conseil d'Etat, 30 ta’ Novembru 1923, ġabra p. 789.

(*)  Partijiet minn dan it-test tħallew barra sabiex ikun żgurat li ma joħroġ l-ebda tagħrif kunfidenzjali. Dawn il-partijiet huma indikati permezz ta' tikek bejn il-parenteżi, segwiti minn asterisk.

(41)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 71 11.3.2000, p. 14).

(42)  Skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-rispett tal-kriterji huwa biżżejjed iżda mhux meħtieġ, sabiex titwarrab l-eżistenza ta' kwalunkwe vantaġġ. B'mod partikolari, ikun kontro-intuittiv li wieħed jikkunsidra li l-eżistenza allegata ta' dubju dwar il-proċedura applikabbli f'każ ta' insolvenza tista’ tirriżulta f'kundizzjonijiet aħjar ta' finanzjament.

(43)  Artikolu L. 643-11 tal-Kodiċi kummerċjali.

(44)  “Category 1: equalization of ratings with those of the state owner. This first category includes those entities […], generally loss making or with poor financial profiles, and extremely unlikely to be privatized […] given the nature of their activity, as well as their home country's economic, social and political environment. None of the postal companies currently rated by Standard & Poor's falls into this category […].

(45)  “Category 2: notching down with respect to the state owner's rating. […] La Poste and Poste Italiane currently fall within this category.”

(46)  “Category 3: notching up from the postal entity's stand-alone rating. […] The entity's postal activities are still a key public service, but the clear aim of the entity is to achieve a high level of operational and financial independence, either through privatization or commercial autonomy (state ownership, but independent management) […]

(47)  “Standard & Poor's Ratings Services lowered its counterparty credit […] ratings on French issuer AGF […] to ‘A’ from ‘A+’ […], following a review of AGF's parent, the Munich-based Allianz group (AA-/Negative/A-1+). […]The downgrade of AGF, the holding company, is not specific to any issues within the French franchise and generally reflects the Allianz group's financial leverage and fixed-charge coverage, which are increasingly aggressive relative to the group's ratings and are a result of the group's weakened consolidated capital base and reduced earnings.

(48)  “the ratings also take into account the unchallenged status of both it and its parent, Germany-based Volkswagen Financial Services AG (VWFS), as core and captive finance entities to VW” et “the ratings on VW Bank could moderately diverge (generally not more than one notch) from the ratings on VW or VWFS; currently only its outlook differs.

(49)  “the ratings on Germany-based Volkswagen Financial Services AG (VWFS) are based on its unchallenged status as a core subsidiary of German automaker Volkswagen AG (VW; A-/Negative/A-2) and reflect its strategic importance for and close operational integration into its parent.”

(50)  “il-klassifikazzjoni ta' kumpanija li tgawdi appoġġ qawwi mill-Istat […] tista' titbaxxa b’żewġ kategoriji sakemm ir-rabtiet finanzjarji bejn din il-kumpanija u l-Istat jistgħu jevolvu fuq żmien medju jew fit-tul

(51)  Bl-istess mod, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-“appoġġ qawwi mill-Istat” imsemmi mill-Kummissjoni fil-punt 84 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ m'għandu l-ebda konnessjoni mal-istatus tal-kumpanija jew ma’ kwalunkwe mekkaniżmu ta' garanzija, iżda jirreferi għal deċiżjonijiet bħall-ħolqien ta' La Banque Postale jew ir-riforma tal-finanzjament tal-pensjonijiet, li huma mmirati sabiex jagħtu lil La Poste il-mezzi sabiex tiżviluppa fuq livell ugwali mal-kompetituri tagħha u “at arm's length” mill-Istat. Madankollu, xi wħud minn dawn il-miżuri huma fihom infushom għajnuniet mill-Istat ta' ammont konsiderevoli (ara b'mod partikolari id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2007 rigward ir-riforma tal-metodu ta' finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati ċivili li jaħdmu għal La Poste). Għaldaqstant, ma jistgħux ikunu indikazzjoni tal-interess tal-Istat fl-iżvilupp ta' La Poste f'kundizzjonijiet “at arm's length”.

(52)  “a change in the group's ownership structure would lead Standard & Poor's to shift to a bottom-up rating approach, focusing more on LP's stand-alone business and financial profiles. This rating approach may not necessarily translate into rating changes given the expected improvement in LP's stand-alone situation in the coming years.”

(53)  “The ratings could come under pressure if the group significantly underperforms its operational and financial trajectory at the dawn of full postal deregulation, or if an ownership changes occur sooner than we expect”.

(54)  “The EC recently recommended that the French government end this guarantee by year-end 2008, which they believe provides LP with more favorable financing conditions than its competitors in a market in the process of being liberalized.

(55)  “The ratings on La Poste were unaffected by this recommendation since we consider that a change in La Poste's status would not necessarily reflect a decrease in the strong state support that underpins LP's ratings and that has been reaffirmed by recent government decisions

(56)  Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-firxa fuq “mid swap” kienet ta' 12-il punt bażi għall-ħruġ sa 15-il sena (jiġifieri 33 punt bażi fuq OAT) u ta' 4 punti bażi għall-ħruġ sa 7 snin. Bħala tqabbil, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-ħruġ preċedenti ta' bonds, li sar fl-2004, kien jirrigwarda bonds ta' 580 M€ għal 15-il sena u kien wassal għal firxa ta' 8 punti bażi fuq “mid swap”. Il-mid swap huwa l-medjan bejn ir-rata offruta u r-rata proposta mill-banek f'mument partikolari għall-iskambji interbankarji tagħhom skont il-maturità, jiġifieri r-rata fissa li bank huwa lest li jiskambja kontra euribor ta' 6 xhur bħala regola ġenerali. Din ir-rata tirrappreżenta r-referenza tas-suq b'mod partikolari għall-ħruġ ta' bonds.

(57)  Digriet nru 81-501. Fiż-żmien meta l-awtoritajiet Franċiżi għamlu l-proposta tagħhom, id-Digriet ta' applikazzjoni kien id-Digriet nru 81-501 tat-12 ta’ Mejju 1981 meħud għall-infurzar tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980 rigward il-penalitajiet imposti amministrattivi u l-infurzar tas-sentenzi mill-korporazzjonijiet pubbliċi u rigward is-“sezzjoni tar-rapport u tal-istudji” tal-Conseil d'Etat.

(58)  Conseil d'Etat, 16 ta’ Novembru 1998, Sille: “Billi, l-ewwel nett, kif iddeċidew il-Prim'imħallfin, jekk ir-responsabbiltà tas-setgħa pubblika tista’ tiġi involuta, anki mingħajr tort, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini quddiem il-piżijiet pubbliċi, fil-każ fejn miżura li ttieħdet legalment ikollha l-effett li tikkawża għad-detriment ta' persuna fiżika jew ġuridika dannu speċjali u ta' ċerta serjetà, mhuwiex il-każ hawnhekk peress li s-Sur Sille, fil-kapaċità tiegħu bħala professjonist tal-proprjetà, ma setax jinjora r-riskji li jiffaċċja neċessarjament it-twettiq ta' programm ta' żvilupp bħal dak li kien ippjanat f'dan il-każ u li għat-twettiq tiegħu kien jeħtieġ b'mod partikolari li jinbidlu d-dispożizzjonijiet tar-regolament tat-tqassim tal-art u li jinkiseb il-kunsens tal-kunsill muniċipali li s-Sur Sille kellu normalment jikkunsidra l-possibbiltà li, quddiem ir-riżultati negattivi tal-investigazzjoni pubblika u l-ostilità li sab il-proġett, dan kien ikun abbandunat mill-belt; li billi ħa dan ir-riskju b'għarfien sħiħ tal-kawża, ma jistax isostni b'suċċess li sofra dannu mhux normali u li l-belt għandha tassumi l-konsegwenzi gravi li sofra mir-rinunzja tal-proġett”.

(59)  Conseil d'Etat, 10 ta’ Lulju 1996, Meunier: “Billi kien jirriżulta mill-għażla tal-installazzjoni tan-negozju f'post bħal dan u minn ittra tas-sindku rigward il-possibbiltà ta' valangi li l-persuna interessata kienet aċċettat xjentement ir-riskji ta' nuqqas ta' stabilità li kien espost għalihom l-istabbiliment tagħha, il-qorti amministrattiva tal-appell għamlet evalwazzjoni sovrana. Billi kkunsidrat li d-dannu li rriżulta minn sitwazzjoni li għaliha esponiet ruħha xjentement il-persuna interessata ma kienx jintitolaha għal kumpens, din ma kisritx ir-regoli li jirregolaw ir-responsabbiltà tal-pubbliku”.

(60)  Ara, għal aktar dettalji, il-premessi 11 sa 13 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ.

(61)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(62)  Ara t-Taqsima 3.1.1.A ta' din id-Deċiżjoni.

(63)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 29.

(64)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 30.

(65)  Ara l-premessa 110 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Kostituzzjonali nru 2001-448 tal-25 ta’ Lulju 2001: “Billi, jekk l-Artikolu 61 seta’, fuq il-bażi tal-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni, jinkludi l-obbligu li jawtorizza fl-Att tal-Finanzi, fi żmien tliet snin, kull garanzija mogħtija mill-Istat, sabiex jipprovdi kjarjifika dwar l-impenji finanzjarji tiegħu, il-piena ta' nuqqas ta' awtorizzazzjoni eventwali ma tistax tkun l-iskadenza tal-garanziji kkonċernati; li fil-fatt, tali konsegwenza tkun ta' natura li tippreġudika l-ugwaljanza quddiem il-piżijiet pubbliċi u, f'każ ta' dannu ta' serjetà partikolari, id-dritt tal-proprjetà; barra minn hekk huwa ċar mill-proċeduri parlamentari li l-Artikolu 61 huwa maħsub biex jipprovdi l-informazzjoni lill-Parlament dwar il-garanziji mogħtija mill-Istat u mhux li jagħtu estinzjoni lil dawk li, mogħtija fil-passat, ma kienux awtorizzati fl-iskadenzi previsti; li, f'dawn il-kundizzjonijiet, l-Artikolu 61 ma jmurx kontra l-Kostituzzjoni”.

(66)  Premessa kkwotata fin-nota preċedenti.

(67)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta’ Ġunju 2008, SIC vs Il-Kummissjoni, T-442/03, Ġabra 2008 p. II-1161, punti 124 sa 127). Ara wkoll il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji.

(68)  Ara l-paragrafi 62 sa 68 tan-nota tal-awtoritajiet Franċiżi datata 23 ta’ Jannar 2008.

(69)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 34.

(70)  Sezzjoni 4.1.1.A(b)3 ta' din id-Deċiżjoni.

(71)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna nru 39 tad-Deċiżjoni ta' ftuħ. In-nota m'hijiex pubblika, iżda ssemmiet fir-rapport għall-1995.

(72)  Din il-parti tan-nota ġiet ippubblikata mill-edituri tar-Rapport għall-1995 (p. 219).

(73)  Nota tal-awtoritajiet Franċiżi mibgħuta lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Settembru 2008.

(74)  Ara l-punt 5 tal-Anness għal din in-nota li jsemmi diversi atti fosthom pereżempju “l-ittra ministerjali jew kull bażi oħra”.

(75)  Infakkru li d-deċiżjoni ta' għeluq minħabba nuqqas ta' assi mingħajr penali fi tmiem proċedura ta' likwidazzjoni tfisser li l-kreditur ma jkunx jista’ jkompli l-proċeduri legali: għaldaqstant id-dejn dovut lilu jkun mitluf b'mod definittiv.

(76)  Ara l-premessa 147 ta' din id-Deċiżjoni

(77)  It-termini tat-testi applikabbli, il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 1980, id-Digriet tal-20 ta’ Mejju 2008 li jissostitwixxi id-Digriet tat-12 ta’ Mejju 1981 u ċ-ċirkolari tas-16 ta’ Ottubru 1989, ġew imfakkra fit-Taqsima ta' din id-Deċiżjoni li tirrigwarda d-deskrizzjoni tal-miżura.

(78)  Ara t-Taqsima 3.1.1.B)(a)1 ta' din id-Deċiżjoni, li hija stess tirreferi għat-Taqsima IV, A, 1, p. 19-20 tal-ittra tat-23 ta’ Jannar 2008 tal-awtoritajiet Franċiżi

(79)  Fil-fatt, kif tenfasizza l-esperta tal-Kummissjoni, fl-ipoteżi li fiha ir-riżorsi tal-istabbiliment pubbliku ma jkunux biżżejjed, il-possibbiltajiet li jippermettu lill-awtorità regolatorja li tipprovdi għas-sitwazzjoni huma limitati. Ir-riżorsi meħtieġa jistgħu l-ewwel nett ikunu ġejjin minn riżorsi eżistenti allokati għal spejjeż oħrajn u mhux użati sabiex jitħallas id-dejn. Dawn jistgħu mbagħad jirriżultaw mill-bejgħ tal-proprjetà jew miż-żieda tat-tariffi jekk dawn il-proċessi huma possibbli. L-istabbiliment pubbliku jista’ wkoll jieħu self. Madankollu, jekk dawn il-ftit possibbiltajiet m'humiex possibbli, jibqa’ biss is-soluzzjoni ta' għotja mill-Istat azzjonist.

(80)  Fl-ipoteżi li ma teżistix ħtieġa ta' kontinwità tas-servizz pubbliku

(81)  Rapport tal-esperta, sezzjoni I.2.A.2, p. 18.

(82)  Art. L. 620-1 tal-Kodiċi kummerċjali

(83)  L-Artikolu L. 640-1 tal-Kodiċi kummerċjali jgħid li “hemm stabbilita proċedura ta' likwidazzjoni miftuħa għal kull debitur imsemmi fl-Artikolu L. 640-2 fil-waqfien tal-ħlasijiet u li l-irkupru tagħhom huwa ovvjament impossibbli”.

(84)  La Poste rat l-assi tagħha deprezzati mil-Liġi tal-11 ta’ Diċembru 2001, imsejħa l-liġi MURCEF. Madankollu din il-liġi tipprovdi li “meta l-kundizzjoni tal-bejgħ jew tat-trasferiment ta' proprjetà jimminaw il-prestazzjoni tajba ta' La Poste tal-obbligi leġiżlattivi u regolatorji jew tal-impenni meħuda bħala parti mill-kuntratt ta' pjan tagħha […], l-Istat jopponi għall-bejgħ jew għat-trasferiment jew jissoġġetta t-twettiq tagħhom sakemm ma jippreġudikawx il-prestazzjoni tajba ta' tali obbligi”.

(85)  It-tariffi tal-benefiċċji taħt is-settur riservat huma approvati mill-ARCEP, ir-regolatur postali. It-tariffi tal-benefiċċji taħt is-settur universali huma sorveljati mill-ARCEP.

(86)  Ara t-Taqsima 4.1.1.A(b)3 ta' din id-Deċiżjoni.

(87)  Ara l-paragrafi 112 u 113 tan-nota mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi fit-23 ta’ Jannar 2008.

(88)  Ara t-Taqsima 4.1.1.A(b)3 ta' din id-Deċiżjoni.

(89)  Skont l-awtorità regolatorja Franċiża (l-ARCEP), l-ambitu tar-regolament jestendi għall-attivitajiet ta' servizzi postali li jinkludu l-ġbir, l-għażla, it-trasport u t-tqassim ta' oġġetti postali bħala parti minn rondi regolari. Minn dawn huma esklużi: it-tqassim ta' reklamar mhux indirizzat, ir-rondi fil-belt u t-trasport espress.

(90)  Ara l-preżentazzjoni strateġika tal-proġett annwali tal-prestazzjonijiet.

(91)  Għal aktar dettalji dwar il-pożizzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi, ara b'mod partikolari t-Taqsima 3.1.1.B(a)2 ta' din id-Deċiżjoni.

(92)  Qorti amministrattiva tal-Appell, Lyon, 6 ta’ Ġunju 1996, Société fermière de Campoloro, nru 95LY00935.

(93)  P. Bon, imsemmija fin-nota ta' qiegħ il-paġna 37.

(94)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 37.

(95)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 34.

(96)  nru 57516/00.

(97)  Serje A nru 37.

(98)  Ara n-nota mibgħuta fis-27 ta’ Ottubru 2009.

(99)  Conseil d'Etat, 29 ta’ Diċembru 2004, Sté d'aménagement des coteaux de Saint-Blaine, nru 257804: kumpens għas-servitujiet pubbliċi huwa possibbli meta l-proprjetarju jġorr piż speċjali u eċċessiv b'mod sproporzjonat bl-għan segwit ta' interess ġenerali.

Qorti amministrattiva tal-Appell, Bordeaux, 14 ta’ Ottubru 2003, is-Sur u s-Sinjura Claude X., nru 99BX01530: l-interruzzjoni tat-traffiku f'toroq lokali li ġarrbu ħsarat wara valangi tista’ toħloq dannu mhux normali u speċjali lill-proprjetarju iżolat. L-imħallef amministrattiv jikkunsidra b'mod partikolari li t-tul tad-dannu (it-traffiku kien interrott għal 7 xhur sakemm sar ix-xogħol) jagħtih karattru mhux normali u speċjali li jaqbeż l-ispejjeż li ż-żewġ utenti tat-triq pubblika normalment iħallsu u għaldaqstant għandu jkun ikkumpensat.

Tribunal amministrattiv, Montpellier, 23 ta’ Ġunju 1999, M. Van der Velden, nru 97-03716: l-għeluq permanenti ta' kampeġġ minħabba r-riskju kbir ta' għargħar ikkawża dannu mhux normali u speċjali lill-proprjetarju b'tali mod li dan għandu d-dritt għall-kumpens minħabba li dan l-għeluq ikkawża t-tmiem tal-unika attività professjonali tal-persuna interessata u t-telf sħiħ tan-negozju tagħha.

(100)  Il-kunċett ta' żball leġittimu b'mod li jikkawża effetti legali huwa marbut mat-teorija tal-apparenza. Skont id-dizzjunarju legali Cornu (Vocabulaire Juridique), l-apparenza hija “l-aspett li jirriżulta –b'mod intenzjonat jew le- mill-għaqda ta' sinjali esterni li permezz tagħhom stat jew funzjoni normalment jimmanifestaw ruħhom (kwalità ta' aġent, ta' werriet, ta' proprjetarju, eċċ) u li jġiegħlu lil min jaħseb li l-persuna li għandha dawn is-sinjali verament għandha dak l-istat jew dik il-funzjoni”. It-teorija tal-apparenza hija “teorija Pretorjana li permezz tagħha l-apparenza biss hija biżżejjed sabiex tipproduċi effetti fir-rigward ta' terza persuna li, minħabba żball leġittimu, injorat ir-realtà”. It-teorija tal-apparenza tintuża fil-ġurisprudenza u wasslet ukoll għal soluzzjonijiet famużi ħafna (QEDB, 7 ta’ Ġunju 2001, Kress). Tintuża fil-liġi privata meta jkun meħtieġ li jiġu prodotti effetti legali għal xi kuntratt li waħda mill-partijiet tiegħu fdat b'mod leġittimu f'sempliċi apparenza. Wieħed jista’ wkoll isemmi l-eżempju ta' residenza apparenti, jew, fil-liġi pubblika, dak tal-uffiċjali de facto li d-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jibqgħu regolari. Hija għandha l-vantaġġ li tiffaċilita l-prova tal-eżistenza ta' attribut legali jew ta' effett legali meta l-ebda test ma jiddikjara espressament jew espliċitament il-preżenza tagħha.

(101)  Distinzjoni magħmula mill-iżviluppi tat-teżi ta' S. Carpi-Petit, Les successions en droit administratif (Is-suċċessjonijiet fil-liġi amministrattiva), PUR, 2006.

(102)  Dan joħroġ mid-Deċiżjoni tal-15 ta’ Lulju 2002 (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-23 ta’ Lulju 2002) li tistabbilixxi l-metodi ta' likwidazzjoni tal-università tematika ta' Agen, li l-Artikolu 1 tagħha jipprovdi li l-likwidatur huwa responsabbli “milli jipproponi lill-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni ogħla t-tqassim bejn l-universitajiet ta' Bordeaux I u Bordeaux IV tal-assi, id-djun, il-passiv u l-bilanċ tal-kont ta' likwidazzjoni li jibqa’ wara l-perijodu ta' likwidazzjoni”.

(103)  

Digriet nru 53-404 tal-11 ta’ Mejju 1953 dwar il-likwidazzjoni tal-fond ta' ekwalizzazzjoni għad-deċentralizzazzjoni tal-industrija tal-ajrunawtika, Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-12 ta’ Mejju 1953, art. 3: “skont l-Artikolu 7 tad-Digriet tal-24 ta’ Mejju 1938 imsemmi hawn fuq, il-faċilitajiet u t-tagħmir li jappartjenu għall-fond kif ukoll il-fondi li jibqgħu disponibbli wara l-ħlas tad-djun, isiru l-proprjetà tal-Istat” (hawnhekk, huwa ċar li l-bilanċ huwa pożittiv).

Digriet nru 75-926 tas-6 ta’ Ottubru 1975 dwar it-tneħħija tal-Borża tal-iskambju tad-djar, Art. 2: ’l-operazzjonijiet ta' ħlas tad-djun tal-ġbir tad-dejn u tal-likwidazzjoni tal-proprjetà tal-Borża tal-iskambju tad-djar, kif ukoll, jekk applikabbli, l-azzjonijiet legali kemm bħala attur kif ukoll konvenut li jirrigwardawha jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi. L-entrati għandhom jitpoġġew fuq kont speċjali tat-Teżor 904.14 intitolat “Likwidazzjoni tal-istabbilimenti pubbliċi tal-Istat, ta' korpi para-amministrattivi jew professjonali u likwidazzjonijiet diversi”.

Digriet nru 81-1009 tat-12 ta’ Novembru 1981 dwar it-tneħħija tal-Istitut Auguste Comte għall-istudju tax-xjenzi u tal-azzjoni: il-bilanċ eventwali tal-likwidazzjoni jiġi trasferit lill-Istat.

Digriet nru 83-1185 tas-27 ta’ Diċembru 1983 dwar ix-xoljiment tal-korporazzjoni pubblika responsabbli mill-iżvilupp tal-belt ġdida ta' Lille-Est: “l-attiv u l-passiv tal-iżvilupp tal-belt il-ġdida ta' Lille-Est huma trasferiti f'din id-data lill-komunità urbana ta' Lille taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Konvenzjoni li ġġib id-data tal-5 ta’ Diċembru 1983 imsemmija hawn fuq, ħlief għall-assi mniżżla fl-Anness għal dan id-Digriet li huma trasferiti lill-Istitut ta' riċerka dwar it-trasport”.

Digriet nru 83-1263 tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar ix-xoljiment tas-servizz nazzjonali tar-reviżjoni tal-liċenzji tas-sewqan: it-transazzjonijiet huma ppreżentati fil-kont speċjali tat-Teżor “Likwidazzjoni tal-istabbilimenti pubbliċi”.

Digriet nru 87-590 tat-30 ta’ Ġunju 1987 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' likwidazzjoni taċ-Ċentru dinji tal-informatika u tar-riżorsi umani, Art. 1: “mill-1 ta’ Lulju 1987, data tax-xoljiment taċ-Ċentru dinji tal-informatika u tar-riżorsi umani (ĊDIRU), il-proprjetà mobbli kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi ta' dan l-istabbiliment huma vestiti fl-Istat”.

Digriet tas-17 ta’ Novembru 1987 dwar ix-xoljiment taċ-ċentru ta' studju tas-sistemi u tat-teknoloġiji avvanzati (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-18 ta’ Novembru 1987) u Digriet nru 87-1167 tal-31 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' likwidazzjoni, Art. 1: “l-assi, id-drittijiet u l-obbligi taċ-ċentru ta' studju tas-sistemi u t-tekonoloġiji avvanzati (ĊSSTA) huma vestiti fl-Istat mill-1 ta’ Jannar 1988, data tax-xoljiment ta' dan l-istabbiliment”.

Ordni tat-28 ta’ Settembru 1988 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-likwidazzjoni tal-Aġenzija tal-informatika (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-23 ta’ Diċembru 1988): l-operazzjonijiet ta' likwidazzjoni jitwettqu mill-Ministru tal-industrija u tal-iżvilupp tat-territorju.

Digriet nru 93-775 tas-26 ta’ Marzu 1993 dwar it-tneħħija tal-istabbiliment pubbliku msejjaħ “Mużew tal-Posta” (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-30 ta’ Marzu 1993): trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi lil La Poste.

Digriet tas-26 ta’ Diċembru 1996 dwar ix-xoljiment tal-istabbiliment pubbliku Fond Franċiż għall-materja prima (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tad-29 ta’ Diċembru 2006): “l-assi, id-drittijiet u l-obbligi ta' dan l-istabbiliment pubbliku huma trasferiti lill-Istat”.

Digriet nru 97-882 tas-26 ta’ Settembru 1997 dwar il-likwidazzjoni tal-istabbiliment pubbliku taċ-ċentru tal-konferenzi internazzjonali ta' Pariġi: ir-rikavat tal-likwidazzjoni jingħata lill-Istat.

Digriet nru 99-1151 tad-29 ta’ Diċembru 1999 dwar ix-xoljiment tal-istabbiliment pubbliku tal-Mużew nazzjonali tal-Leġjun ta' Unur, Art. 2: “il-kompiti kif ukoll l-assi, id-drittijiet u l-obbligi ta' dan l-istabbiliment pubbliku huma trasferiti mill-istess data lill-ordni nazzjonali tal-leġjun ta' Unur”.

Digriet nru 2000-1126 tat-22 ta’ Novembru 2000 dwar id-devoluzzjoni tar-rikavat tal-likwidazzjoni tal-Istabbiliment pubbliku ta' żvilupp tal-belt ġdida tal-Vaudreuil: ir-rikavat huwa trasferit fil-baġit tal-Istat u l-Artikolu 2 jispeċifika li “id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-attività tal-istabbiliment jew matul il-perijodu ta' likwidazzjoni u mhux magħrufa fl-aħħar tal-perijodu ta' likwidazzjoni huma trasferiti lill-Istat”.

Digriet nru 2001-1383 tal-31 ta’ Diċembru 2001 dwar ix-xoljiment tal-istabbiliment pubbliku responsabbli mill-iżvilupp tax-xatt tal-Etang de Berre: l-Artikolu 6 jipprovdi li digriet għandu jiddetermina t-trasferiment lill-Istat tal-attiv u l-passiv li jibqgħu mal-għeluq tal-kont ta' likwidazzjoni kif ukoll tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-attività jew matul il-perijodu ta' likwidazzjoni u mhux magħrufa fi tmiem dan. Id-Digriet nru 2004-234 tas-17 ta’ Marzu 2004 dwar diversi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-likwidazzjoni tal-istabbiliment pubbliku responsabbli mill-iżvilupp tax-xatt tal-Etang de Berre trasferixxa lill-Istat “tilwim li rriżulta mill-attività”.

Digriet tad-29 ta’ April 2004 dwar ix-xoljiment tal-junjin konġunta għall-iżvilupp taż-żona industrijali u portwarja Eure-Calvados (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tas-6 ta’ Mejju 2004) Art. 4: “il-piżijiet eżistenti fid-data ta' likwidazzjoni tal-junjin konġunta jitqassmu bejn il-membri tagħha, skont l-istatuti tagħha”.

(104)  S. Carpi-Petit, Les successions en droit administratif (Is-suċċessjonijiet fil-liġi amministrattiva), PUR, 2006

(105)  

Digriet tal-24 ta’ Frar 2004 dwar ix-xoljiment tal-Minjieri tal-Faħam tal-baċin taċ-Ċentru u tan-Nofsinhar (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-28 ta’ Frar 2004): trasferiment tal-attivitajiet, l-assi, id-drittijiet u l-obbligi lil Charbonnage de France.

Ordni nru 59-80 tas-7 ta’ Jannar 1959 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-monopolji fiskali tat-tabakk u s-sulfarini: ħolqien tal-istabbiliment pubbliku SEITA bil-persunal.

Digriet nru 65-116 tas-17 ta’ Diċembru 1965 dwar ir-riunifikazzjoni tar-Régie autonome des pétroles (Kumpanija statali awtonoma taż-żejt) u tal-Bureau de recherches du pétrole (Uffiċċju għat-tfittxija taż-żejt): “l-assi, id-drittijiet u l-obbligi kollha tar-Régie autonome des pétroles u tal-Bureau de recherches du pétrole huma awtomatikament trasferiti lill-kumpanija ta' riċerka u tal-attivitajiet taż-żejt”.

Digriet nru 67-796 rigward ir-riunifikazzjoni tal-Minjieri statali tal-potassju ta'Alsace u tal-Uffiċċju nazzjonali industrijali tan-nitroġenu, Art 2: “l-assi, id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-minjieri statali tal-potassa ta'Alsace u tal-Uffiċċju nazzjonali industrijali tan-nitroġenu huma awtomatikament trasferiti lill-kumpanija tal-minjieri u tal-kimika”.

Digriet nru 68-369 tas-16 ta’ April 1968 dwar il-fużjoni Minjieri tal-Faħam tal-baċin taċ-Ċentru u tan-Nofsinhar: “l-assi, id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-minjieri tal-faħam tal-baċin kif imneħħija huma awtomatikament trasferiti lill-Minjieri tal-Faħam tal-baċin taċ-Ċentru u tan-Nofsinhar”.

Digriet nru 69-69 tal-24 ta’ Jannar 1969 dwar it-trasferiment tal-ORTF: “mill-1 ta’ Jannar 1969 il-proprjetà mobbli u immobbli, drittijiet u obbligi tal-uffiċċju ta' kooperazzjoni radjofonika għandhom ikunu trasferiti lill-ORTF”.

Digriet nru 93-1176 tat-13 ta’ Ottubru 1993 dwar ix-xoljiment tal-istabbiliment pubbliku tal-Opéra de Bastille, Art. 2 “l-assi, id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Istabbiliment pubbliku tal-Opéra de la Bastille għandhom ikunu trasferiti lill-Istabbiliment pubbliku tal-park ta' La Villette”.

Digriet nru 2000-1294 tas-26 ta’ Diċembru 2000 dwar ix-xoljiment tal-istabbiliment pubbliku inkarigat mill-iżvilupp tal-belt ġdida ta' Evry u t-trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi tagħha lill-Aġenzija tal-art u t-teknoloġija tar-reġjun ta' Pariġi, Art 2: “l-attiv u l-passiv tal-Istabbiliment pubbliku inkarigat mill-iżvilupp tal-belt ġdida ta' Evry għandhom ikunu trasferiti f'din id-data lill-aġenzija tal-art u t-teknoloġija tar-reġjun ta' Pariġi”… “din tassumi d-drittijiet u l-obbligi kollha marbuta mal-attività mwettqa mill-Istabbiliment pubbliku”.

Digriet nru 2004-103 tat-30 ta’ Jannar 2004 dwar Ubifrance, aġenzija Franċiża għall-iżvilupp internazzjonali tal-kumpaniji: “it-trasferiment lil UbiIFrance […] tad-drittijiet, l-obbligi, il-proprjetà immobbli u mobbli taċ-Ċentru Franċiż tal-kummerċ estern”.

Liġi nru 2004-105 tat-3 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien tal-Aġenzija nazzjonali għall-garanzija tad-drittijiet tal-minaturi, Art. 6: “Bla detriment għax-xoljiment, b'riżoluzzjoni tal-assemblea ġenerali tagħha, tal-assoċjazzjoni msejħa ‘Assoċjazzjoni nazzjonali tal-pensjonanti ta' Charbonnages de France u tal-Minjieri tal-faħam tal-baċin kif ukoll tal-eredi tagħhom’, l-assi, id-drittijiet u l-obbligi ta' din l-assoċjazzjoni għandhom ikunu trasferiti lill-Aġenzija nazzjonali għall-garanzija tad-drittijiet tal-minaturi”.

Digriet nru 2004-186 tas-26 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien tal-università tax-xjenza tal-organizzazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet ta' Paris-Dauphine“l-assi, id-drittijiet u l-obbligi tal-università Paris IX għandhom ikunu trasferiti lill-università Paris-Dauphine”.

(106)  

Liġi nru 80-495 tat-2 ta’ Lulju 1980 dwar it-tibdil tal-istatus tas-servizz tal-impriża industrijali tat-tabakk u tas-sulfarini: Art. 2 “il-proprjetà tal-istabbiliment ta' natura industrijali u kummerċjali msejjaħ ‘servizz tal-impriża industrijali tat-tabakk u tas-sulfarini’ għandha tingħata lill-kumpanija maħluqa minn din il-liġi, skont il-metodi stabbiliti mill-awtorità kompetenti’.

Ara wkoll id-Digriet nru 80-1025 tad-19 ta’ Diċembru 1980 dwar l-għoti tal-assi, id-drittijiet u l-obbligi tal-Fond nazzjonali tas-swieq tal-Istat, tal-awtoritajiet u l-istabbilimenti pubbliċi lill-kumpanija msejħa CEPME.

Liġi nru 88-50 tat-18 ta’ Jannar 1988 dwar il-ġbir tal-Caisse nationale de crédit agricole (Fond nazzjonali tal-Kreditu agrikolu), Artikolu 1: “Il-proprjetà tal-Caisse nationale de crédit agricole u dak tal-fondi komuni ta' garanzija għandhom ikunu vestiti lill-kumpanija prevista fl-ewwel paragrafu ta' hawn fuq, detentur tad-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Fond nazzjonali u tal-fondi komuni ta' garanzija, mal-garanziji u l-kollaterali marbuta magħhom”.

Digriet tad-19 ta’ April 1989 li jawtorizza lis-Centre d’études des systèmes d'information des administrations (Ċentru tal-istudji tas-sistemi ta' informazzjoni tal-amministrazzjonijiet) li jittrasferixxi l-assi, id-drittjiet u l-obbligi kollha tiegħu lil kumpanija b'responsabbiltà limitata msejħa Cesia u li jxolji dan l-Istabbiliment.

Liġi nru 92-665 tas-16 ta’ Lulju 1992 dwar l-adattament għas-suq uniku Ewropew tal-leġiżlazzjoni applikabbli fir-rigward tal-assigurazzjoni u l-kreditu: trasferiment lil kumpanija b'responsabbiltà limitata tal-assi, id-drittjiet u l-obbligi kollha tal-IPIK Caisse nationale de prévoyance.

Digriet nru 2001-1213 tad-19 ta’ Diċembru 2001 li jawtorizza l-istabbiliment pubbliku tal-Istat imsejjaħ “Agence pour la diffusion de l'information technologique” (Aġenzija għax-xandir tal-informazzjoni teknoloġika) li jittrasferixxi l-proprjetà tiegħu lil kumpanija b'responsabbiltà limitata li ġġib l-istess isem, u li jħoll dan l-istabbiliment pubbliku u jawtorizza t-trasferiment għas-settur privat ta' din il-kumpanija.

(107)  Wieħed jista’ jirreferi għall-eżempju tal-operazzjoni ta' tneħħija tal-Fond nazzjonali tas-swieq tal-Istat, tal-awtoritajiet u l-istabbilimenti pubbliċi: id-Digriet nru 80-1025 tad-19 ta’ Diċembru 1980 jipprovdi li l-assi, id-drittijiet u l-obbligi, tal-istabbiliment pubbliku għandhom ikunu trasferiti lil kumpanija b'responsabbiltà limitata (CEPME) u l-istabbiliment pubbliku għandu jirċievi xi ishma bi skambju. Imbagħad, permezz tad-Digriet nru 80-1076 tat-23 ta’ Diċembru 1980 l-istabbiliment pubbliku għandu jitneħħa u l-proprjetà tiegħu għandha tiġi trasferita lill-Istat. L-istess mekkaniżmu għandu jkun implimentat għat-tneħħija tal-Aġenzija tax-xandir tal-informazzjoni teknoloġika (D nru 2001-1213 tad-19 ta’ Diċembru 2001).

(108)  “Stabbilimenti pubbliċi”, J-cl. admi. fasc. 135, 2007.

(109)  Pereżempju l-att nru 80-495 tat-2 ta’ Lulju 1980 dwar it-trasformazzjoni tas-servizz tal-impriża tat-tabakk u tas-sulfarini f'kumpanija nazzjonali; Att nru 96-660 tas-26 ta’ Lulju 1996 dwar il-kumpanija nazzjonali France Télécom, Art. 1: “L-istabbiliment pubbliku France Télécom imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jinbidel mill-31 ta’ Diċembru 1996 f'kumpanija nazzjonali msejħa France Télécom, li tagħha l-Istat iżomm direttament aktar min-nofs tal-kapital azzjonarju”; “L-assi, id-drittijiet u l-obbligi tal-istabbiliment pubbliku France Télécom għandhom ikunu trasferiti awtomatikament, fil-31 ta’ Diċembru 1996, lill-kumpanija nazzjonali France Télécom”. Din il-proċedura hija ovvjament l-unika waħda possibbli meta jkun servizz tal-Istat b'baġit supplimentari li “jinbidel” f'kumpanija privata. Liġi nru 93-1419 tal-31 ta’ Diċembru 1993 dwar l-istamperija nazzjonali, Art. 1: “Id-drittjiet, l-assi u l-obbligi kollha tal-Istat marbuta mal-kompiti tas-servizzi fi ħdan il-baġit supplimentari tal-Istamperija nazzjonali għandhom ikunu trasferiti lil kumpanija nazzjonali, imsemmija ‘Stamperija nazzjonali’”; aktar reċenti, Art. 78 tal-liġi finanzjarja li temenda għall-2001, nru 2001-1276 tat-28 ta’ Diċembru 2001, li tibdel is-servizz ta' kompetenza nazzjonali DCN f'kumpanija limitata billi tittrasferilha id-drittijiet, l-assi u l-obbligi tal-Istat relatati mas-servizz.

(110)  L-istess proċedura intużat għal ADP permezz tal-Liġi nru 2005-357 tal-20 ta’ April 2005, dwar l-ajruporti, Art. 1: “L-istabbilment pubbliku Aéroports de Paris għandu jinbidel f'kumpanija limitata. Din il-bidla la tinvolvi l-ħolqien ta' stabbiliment legali ġdid, u lanqas konsegwenzi fuq is-sistema ġuridika li għaliha huwa soġġett il-persunal”.

(111)  G. Cornu, Vocabulaire juridique, PUF.

(112)  Ara S. Carpi-Petit, Les successions en droit administratif (Is-suċċessjonijiet fil-liġi amministrattiva), imsemmija hawn fuq, p. 207.

(113)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 61.

(114)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, EPAC vs Il-Kummissjoni, kawżi magħquda T-204/97 u T-270/97, Ġabra 2000, p. II-2267, punti 80 u 81).

(115)  Il-kunċett finanzjarju huwa l-passaġġ obbligatorju tal-finanzjament tal-kumpaniji fuq is-swieq tal- kapital; barra minn hekk qed jintuża dejjem aktar bħala referenza għas-self bankarju. Ara rigward dan in-nota nru 46 ta' qiegħ il-paġna tad-Deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura.

(116)  Dawn huma Standard & Poor's u Fitch, tnejn mill-aktar aġenziji ta' klassifikazzjoni importanti fuq livell dinji.

(117)  Silta minn “International Postal Entities: Influence of government support on ratings” Standard and Poor's, 22 ta’ Novembru 2004: “La Poste's legal status, which ensures a last-recourse sovereign guarantee, confers the ultimate statutory guarantee of the Republic of France on its obligations”.

(118)  Silta minn “Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007: “In 1991, LP – previously part of the government bureaucracy- became an independent publicly owned entity with EP status, which ensures LP an ultimate state guarantee on its obligations, but not a timely and explicit guarantee as reflected by the rating differentiation between LP and the Republic of France.”

(119)  Ara punt 1.2, it-tieni u r-raba' paragrafi, tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji.

(120)  Ara l-artiklu “Fitch confirme la note ‘AA’ attribuée à La Poste” (Fitch jikkonferma l-grad ta' “AA” mogħti lil La Poste), Fitch Ratings, Pariġi/Londra, 4 ta’ Settembru 2009.

(121)  Ara premessa 2 ta' din id-Deċiżjoni.

(122)  Silta minn “International Postal Entities: Influence of government support on ratings”. Standard and Poor's, 22 ta’ Novembru 2004: “Category 2: notching down with respect to the state owner's ratings. The second category includes those entities that, while autonomous in their operations, are largely public-policy-based institutions, still in receipt of substantial direct or indirect financial backing from the State. There is, however, a high level of uncertainty surrounding the level and/or timeliness of this state support. A top-down approach that assumes notching down from the sovereign rating by up to two categories (six notches) applies to such postal entities. La Poste and Poste Italiane currently fall within this category.”

(123)  Silta minn “International Postal Entities: Influence of government support on ratings”. Standard and Poor's. 22 ta’ Novembru 2004: “Unlike the credit quality of companies that operate in a commercial manner at arm's length from the government, like SingPost, Deutsche Post or TPG, a major factor underpinning La Poste's robust credit quality is its extremely strong State support. La Poste's legal status confers the ultimate statutory guarantee of the Republic of France (AAAA/Stable/A-1+) on its obligations”.

(124)  L-aħħar tnaqqis tal-grad ta' La Poste sar fil-21 ta’ Jannar 2009, ftit wara li l-President tar-Repubblika Franċiża ħabbar it-trasformazzjoni ta' La Poste f'kumpanija limitata: il-grad ta' La Poste tnaqqas għal A+, li jikkonferma għal darb'oħra li, meta kollox ikun l-istess, l-istatus tal-entità pubblika ta' La Poste għandu tassew influwenza kbira fuq il-klassifikazzjoni.

(125)  Silta minn “Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007: “S & P continues to follow a top-down rating methodology for La Poste – which allows for a governement supported entity to be rated by up to two categories below the sovereign- as we expect the French state to remain La Poste's 100 % shareholder in the medium term. The ratings nevertheless already factor in the long-term likelihood of a change in the group's capital structure, which would require a change in its current ‘établissement public’ legal status and result in the loss of the state's ultimate guarantee on LP's financial obligations, the elimination of which was recently recommended by the European Commission”.

(126)  Silta minn “Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007: “The EC recently recommended that the French government end this guarantee by year-end 2008, which they believe provides La Poste with more favorable financing conditions than its competitors in a market in the process of being liberalized. The ratings on La Poste were unaffected by this recommendation since we consider that a change in La Poste's status would not necessarily reflect a decrease in the strong state support that underpins La Poste's ratings and that has been reaffirmed by recent government decisions”.

(127)  Silta minn “ADP news” tal-21 ta’ Jannar 2009: “S & P lowers ratings on La Poste with negative outlook” […] “The announced legal status and ownership change will give the company a greater autonomy from the government, which is why its rating has a four-notch differential with the rating on the Republic of France, rated AAA/A-1 + with a ‘stable’ outlook. S & P's ‘negative’ outlook reflects concerns that the changes in the company's legal status and ownership, likely to take place in the next two years as part of a capital hike, could pressure the ratings. These initiatives could limit the government's ability to provide the postal operator with exceptional support without improving its standalone profile in the short term, as the capital hike should not decrease La Poste's debt relative to its cash generation”.

(128)  Ara l-paragrafu 197 tal-kummenti mibgħuta minn Franza fit-23 ta’ Jannar 2008.

(129)  “Rating Government-Related Entities: A Primer”. Standard and Poor's. 14 ta’ Ġunju 2006.

(130)  Ara wkoll “Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007: “The entities” credit standing is linked to that of the government, but ratings can be notched down from those on the State by up to two categories as the financial links between these companies and the state may be increasingly subject to change in the medium or long term’ […] (Il-kwalità ta' firma tal-entità hija marbuta ma’ dik tal-gvern, iżda l-klassifikazzjonijiet jistgħu jitnaqqsu b’żewġ kategoriji sakemm ir-rabtiet finanzjarji bejn l-imsemmija kumpanija u l-Istat jistgħu jevolvu fi żmien medju jew fit-tul).

(131)  Silta minn “Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007: “In 1991, La Poste became an independent publicly owned entity with Etablissement Public status, which ensures La Poste an ultimate State guarantee on its obligations, but not a timely and explicit guarantee as reflected by the rating differentiation between La Poste and the Republic of France”.

(132)  Silta minn “Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007: “Dan l-aħħar il-KE irrakkomandat li l-gvern Franċiż itemm din il-garanzija sal-aħħar tas-sena 2008, li huma jemmnu tagħti lil La Poste kundizzjonijiet finanzjarji aktar favorevoli mill-kompetituri tagħha f'suq fil-proċess li jiġi lliberalizzat. Il-klassifikazzjoni ta' La Poste ma ġietx affettwata minn din ir-rakkomandazzjoni peress li aħna nqisu li bidla fl-istatus ta' La Poste ma tirriflettix neċessarjament tnaqqis fl-appoġġ statali qawwi li jirfed il-klassifikazzjoni ta' La Poste u li ġie kkonfermat mill-ġdid minn deċiżjonijiet reċenti tal-gvern”.

(133)  Silta minn “Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007: “A change in the group's ownership structure would lead Standard and Poor's to shift to a bottom-up rating approach, focusing more on La Poste's stand-alone business and financial profiles. This rating approach may not necessarily translate into rating changes given the expected improvement in La Poste's stand-alone situation in the coming years”.

(134)  Silta minn “Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007: “The ratings on La Poste could be downgraded, however, if state backing for the company were to weaken”.

(135)  Ara t-Taqsima 3.2.1.D ta' din id-Deċiżjoni u l-parti V.4 tal-kummenti mressqa mill-awtoritajiet Franċiżi fit-23 ta’ Jannar 2008.

(136)  Parti V 4 a) tal-kummenti mibgħuta minn Franza fit-23 ta’ Jannar 2008.

(137)  Ara l-paragrafu 186 tal-kummenti mibgħuta minn Franza fit-23 ta’ Jannar 2003.

(138)  Ara t-tabella 1 f’“Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007.

(139)  Silta minn “International Postal Entities: Influence of government support on ratings”, Standard and Poor's, 22 ta’ Novembru 2004: “Unlike the credit quality of companies that operate in a commercial manner at arm's length from the government, like SingPost, Deutsche Post or TPG, a major factor underpinning La Poste's robust credit quality is its extremely strong State support. La Poste's legal status confers the ultimate statutory guarantee of the Republic of France (AAAA/Stable/A-1+) on its obligations”.

(140)  Ara paragrafu 196 tal-kummenti mibgħuta minn Franza fit-23 ta’ Jannar 2008.

(141)  Ara paragrafu 198-200 tal-kummenti mibgħuta minn Franza fit-23 ta’ Jannar 2008.

(142)  “International Postal Entities: Influence of government support on ratings”, Standard and Poor's, 22 ta’ Novembru 2004.

(143)  Silta minn “Ratings direct” dwar La Poste, S & P, 3 ta’ April 2007: The ratings nevertheless already factor in the long-term likelihood of a change in the group's capital structure, which would require a change in its current “établissement public” legal status and result in the loss of the state's ultimate guarantee on LP's financial obligations, the elimination of which was recently recommended by the European Commission. Barra minn hekk, id-dgħufijiet identifikati ta' La Poste jinkludu: “Likely capital structure change at company or bank level in the long term”.

(144)  Il-mid swap huwa l-medjan bejn ir-rata offruta u r-rata proposta mill-banek f'mument partikolari għall-iskambji interbankarji tagħhom skont il-maturità, jiġifieri r-rata fissa li bank huwa lest li jiskambja kontra euribor ta' 6 xhur fuq regola ġenerali. Din ir-rata tirrappreżenta r-referenza tas-suq b'mod partikolari għall-ħruġ ta' bonds.

(145)  Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 1990, Franza vs Il-Kummissjoni, “Boussac” C-301/87, Ġabra p. I-307, punt 33.

(146)  Deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta’ Marzu 2009, TF1 vs Il-Kummissjoni, T354/05, Ġabra p. II-113, punti 166 u 167.

(147)  B'mod partikolari, fid-Deċiżjoni tagħha dwar l-EDF (paragrafu 57 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/145/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2003 dwar l-għajnuniet mill-Istat mogħtija minn Franza lil EDF u lis-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (ĠU L 49, 22.2.2005, p. 9), il-Kummissjoni kkunsidrat li “l-impossibbiltà li EDF tkun soġġetta għal proċedura ta' riorganizzazzjoni u ta' likwidazzjoni legali, u għalhekk li tfalli, hija ugwali għal garanzija ġenerali fuq l-impenji kollha tal-kumpanija. Garanzija bħal din ma tistax tkun soġġetta għal xi ħlas skont ir-regoli tas-suq. Din il-garanzija, li fil-kopertura tagħha, fiż-żmien u fl-ammont tagħha hija mingħajr limitu, tirrappreżenta għajnuna mill-Istat”.

(148)  Ara l-Komunikazzjoni dwar il-garanziji punt 2.1, it-tielet paragrafu.

(149)  ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14.

(150)  Ara, pereżempju, d-Deċiżjoni 2005/145/KE.

(151)  Ara b'mod partikolari l-punt 1.5 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji li jikkonferma l-prinċipju tan-newtralità, kif ukoll il-punt 1.2 li jispjega li garanzija statali tista’ tinħoloq mis-sempliċi fatt tal-forma legali (it-tieni u t-tielet inċiż ta' dan il-punt).

(152)  Każ E 10/2000, “Anstaltslast und Gewährträgerhaftung”, punt 5 tal-proposta ta' miżuri xierqa tat- 8 ta’ Mejju 2001. Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/comp-2000/e010-00-1.pdf

(153)  Ara d-Deċiżjoni 2005/145/KE.


19.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Frar 2010

dwar l-Għajnuna mill-Istat C 9/09 (ex NN 49/08; NN 50/08 u NN 45/08) mogħtija mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Dexia SA

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1180)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/606/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom skont dawn l-Artikoli (1),

Billi:

I.   PROĊEDURA

1.1.   MIŻURI TA’ URĠENZA FAVUR DEXIA

(1)

Fit-30 ta’ Settembru 2008, l-awtoritajiet tal-Belġju, Franza u l-Lussemburgu (minn hawn ’il quddiem “l-Istati Membri kkonċernati”) ħabbru pubblikament l-implimentazzjoni taż-żieda fil-kapital deskritta fit-taqsima 3.1 ta’ din id-deċiżjoni (minn hawn ’il quddiem “iż-żieda fil-kapital”). Fid-9 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri kkonċernati ħabbru l-implimentazzjoni tal-garanzija deskritta fit-taqsima 3.2 (minn hawn ’il quddiem “il-garanzija”).

(2)

Permezz tal-komunikazzjonijiet lill-Kummissjoni tal-1 u t-2 ta’ Ottubru 2008 rreġistrati fl-istess jum, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati infurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu minnhom fil-kuntest taż-żieda fil-kapital. Wara, il-Kummissjoni kienet destinatarja ta’ ittri mmotivati li jiġġustifikaw l-urġenza tal-miżuri meħudin mill-Istati Membri kkonċernati fil-kuntest taż-żieda fil-kapital:

ittra mill-Bank Nazzjonali tal-Belġju (minn hawn ’il quddiem il-“BNB”), riċevuta fl-1 ta’ Ottubru 2008;

ittra mill-Banque de France, riċevuta fit-2 ta’ Ottubru 2008;

ittra mill-Kummissjoni Lussemburgiża għas-sorveljanza tas-servizzi finanzjarji (minn hawn ’il quddiem is-“CSSF”), riċevuta fl-10 ta’ Ottubru 2008.

(3)

Permezz tal-komunikazzjonijiet tad-9, it-13 u s-17 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri kkonċernati infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-garanzija.

(4)

Permezz tal-komunikazzjonijiet tat-2, it-13 u l-14 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri kkonċernati huma obbligati jippreżentaw lill-Kummissjoni, f’terminu ta’ sitt xhur mit-3 ta’ Ottubru 2008, pjan ta’ ristrutturar favur Dexia b’kunsiderazzjoni tal-miżuri meħudin fit-3 u d-9 ta’ Ottubru 2008.

(5)

Permezz tal-ittri tat-8 u tat-13 ta’ Ottubru, u biex ikun hemm trasparenza, il-BNB infurma lill-Kummissjoni b’operazzjoni ta’ appoġġ tal-likwidità (jew “Liquidity Assistance” minn hawn ’il quddiem “l-operazzjoni ta’ LA”) li l-BNB, b’koperazzjoni mal-Banque de France, implementa minħabba d-diffikultajiet ta’ likwidità temporanja ta’ Dexia. Hu żamm lill-Kummissjoni infurmata dwar l-ammonti miġbudin għal din l-operazzjoni.

(6)

Fl-14 ta’ Novembru 2008, l-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż ħabbru pubblikament l-implimentazzjoni ta’ garanzija rigward il-prodotti finanzjarji tas-sussidjarja ta’ Dexia, Financial Security Assurance (FSA) (minn hawn ’il quddiem “il-miżura FSA”).

1.2.   L-EWWEL DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI: NUQQAS TA’ OĠĠEZZJONI GĦALL-MIŻURI TA’ URĠENZA

(7)

Permezz tad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 (2) il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet li jikkonċernaw l-operazzjoni ta’ LA u l-garanzija tal-Istati Membri kkonċernati dwar ċerti obbligi ta’ Dexia. Il-Kummissjoni fil-fatt ikkunsidrat li dawn il-miżuri kienu kumpatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE (3) bħala għajnuna sabiex tiġi salvata impriża f’diffikultà, u awtorizzat dawn il-miżuri għal perjodu ta’ sitt xhur mit-3 ta’ Ottubru 2008, u ppreċiżat li wara dan il-perjodu, il-Kummissjoni jkollha terġa’ tevalwa l-għajnuna bħala miżura strutturali.

(8)

Id-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 ipprevediet ukoll speċifikament li l-miżuri l-oħrajn ta’ għajnuna jiġu eżaminati separatament fil-kuntest ta’ deċiżjoni ulterjuri.

1.3.   ILMENT TA’ PARTI TERZA FIR-RIGWARD TAL-GĦAJNUNIET MILL-ISTAT PREŻUNTI RIĊEVUTI MINN DEXIA

(9)

Permezz ta’ ittra riċevuta fis-6 ta’ Novembru 2008, tressaq ilment lill-Kummissjoni kontra l-għajnuniet mill-Istat preżunti illegali favur Dexia. Dan l-ilment tressaq minn kompetitur ta’ Dexia Banque Belgique (minn hawn ’il quddiem “DBB”) u jikkunsidra b’mod aktar partikolari ż-żieda fil-kapital ta’ EUR 3 biljun sottoskritta mill-awtoritajiet u l-azzjonarji Belġjani ta’ Dexia kif ukoll il-garanzija mogħtija mill-Istat Belġjan għat-tislif interbankarju u assimilati favur Dexia.

(10)

Verżjoni mhux kunfidenzjali tal-formola tal-preżentazzjoni tal-ilment u tal-formoli annessi magħha ntbagħtet mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Belġjani bil-posta, datata t-13 ta’ Novembru 2008. L-awtoritajiet Belġjani kkomunikaw lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-ilment bil-posta, datati d-19 ta’ Novembru 2008.

1.4.   ESTENSJONI TAL-MIŻURI U PJAN TA’ RISTRUTTURAR TA’ DEXIA

(11)

B’konformità mal-obbligi tagħhom, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan ta’ ristrutturar (minn hawn ’il quddiem “il-pjan ta’ ristrutturar inizjali”) ta’ Dexia fis-16, is-17 u t-18 ta’ Frar 2009 rispettivament. Informazzjoni komplementari dwar il-pjan ta’ ristrutturar inizjali ġiet sottomessa fis-27 ta’ Frar u fit-3, il-5, is-6, is-7, it-8 u d-9 ta’ Marzu 2009.

(12)

Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ dan il-pjan ta’ ristrutturar inizjali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati talbu lill-Kummissjoni l-awtorizzazzjoni li jestendu l-mekkaniżmu ta’ garanzija sat-terminu previst mill-ftehim ta’ garanzija, jiġifieri l-31 ta’ Ottubru 2009, u li jżommu r-rata ta’ remunerazzjoni preferenzjali ta’ 25 punt bażi tal-garanzija msemmija fuq l-obbligi ta’ inqas minn xahar. Barra minn hekk, intalab ugwalment lill-Kummissjoni biex tikkonferma li f’każ ta’ estensjoni tal-garanzija wara Ottubru 2009 (sa Ottubru 2010), din l-estensjoni tkun kumpatibbli mas-suq komuni.

(13)

Min-naħa l-oħra, il-gvern Belġjan talab ugwalment, fuq bażi preventiva, l-estensjoni tal-possibbiltà għal Dexia li tirrikorri għall-operazzjoni ta’ LA mal-BNB, sal-31 ta’ Ottubru 2009.

(14)

Finalment, il-gvern Belġjan u l-gvern Franċiż innotifikaw lill-Kummissjoni bl-implimentazzjoni tal-miżura FSA, imħabbra pubblikament fl-14 ta’ Novembru 2008.

1.5.   IT-TIENI DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI: FTUĦ TA’ PROĊEDURA FORMALI

(15)

Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fil-konfront tal-għajnuniet kollha mogħtija lil Dexia (4). L-ittra tippreċiża madankollu li, sabiex tippermetti l-bejgħ rapidu ta’ FSAM il-Kummissjoni ma sabitx oġġezzjoni għal ċerti aspetti tal-miżura FSA, ikkunsidrati kumpatibbli mas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. L-ittra tippreċiża finalment li l-garanzija tal-Istati Membri kkonċernati favur Dexia, valida sat-30 ta’ Ottubru 2009, setgħet tiġi kkunsidrata bħala kumpatibbli mas-suq uniku abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, sad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li tippermetti li tingħalaq il-proċedura formali.

(16)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-għajnuniet inkwistjoni (5).

(17)

Il-Kummissjoni ma rċevietx osservazzjonijiet f’dan ir-rigward min-naħa tal-partijiet interessati.

(18)

Rigward il-kwistjonijiet marbutin mal-miżura FSA (valutazzjoni ta’ assi koperti mill-miżura u remunerazzjoni tal-miżura), il-Kummissjoni ddependiet fuq l-analiżi teknika ta’ esperti esterni b’kuntratt mal-Kummissjoni (Oliver Wyman).

1.6.   IT-TIELET DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI: ESTENSJONI TAL-GARANZIJA

(19)

Minħabba li l-ftehim ta’ garanzija konkluż bejn Dexia u l-Istati Membri kkonċernati skada fil-31 ta’ Ottubru 2009, l-Istati Membri kkonċernati nnotifikaw lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Ottubru 2009 bl-estensjoni tal-ftehim ta’ garanzija sat-28 ta’ Frar 2010, permezz ta’ ċerti adattamenti. Informazzjoni rigward l-emendi li saru fil-ftehim ta’ garanzija ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Settembru, it-8 ta’ Ottubru u s-27 ta’ Ottubru 2009.

(20)

Il-Kummissjoni awtorizzat l-estensjoni tal-garanzija permezz tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2009 (6) sat-28 ta’ Frar 2010 jew sad-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u ddeċidiet dwar il-kumpatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuniet u l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia, jekk din tintervjeni qabel it-28 ta’ Frar 2010. Il-Kummissjoni tippreċiża, fid-deċiżjoni tagħha, li l-miżuri proposti fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali ma jippermettux, f’dan l-istadju, li tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet.

1.7.   MIŻURI ADDIZZJONALI TAL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR TA’ DEXIA

(21)

Permezz tal-komunikazzjoni tad-9 ta’ Frar 2010, l-Istati Membri kkonċernati bagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-miżuri addizzjonali previsti sabiex jiġi kkompletat il-pjan ta’ ristrutturar inizjali nnotifikat fi Frar 2009. Il-miżuri kollha ta’ ristrutturar nnotifikati b’dan il-mod bejn Frar 2009 u Frar 2010 jikkostitwixxu l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia (minn hawn ’il quddiem “il-pjan ta’ ristrutturar”).

(22)

Permezz tal-komunikazzjoni tal-10 ta’ Frar 2010, l-awtoritajiet Belġjani indikaw lill-Kummissjoni li, fl-interess tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni fl-aqwa termini, huma jaċċettaw li din id-deċiżjoni tkun adottata bil-lingwa Franċiża.

II.   DESKRIZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU

(23)

Dexia huwa grupp finanzjarju attiv fis-setturi tal-bank u tal-assigurazzjonijiet. Il-kumpanija prinċipali, Dexia SA, hija kumpanija b’resposabbiltà limitata taħt id-dritt Belġjan ikkwotata fil-boroż Euronext ta’ Pariġi u Euronext ta’ Brussell. Il-kapitalizzazzjoni tiegħu fil-borża kienet ta’ EUR 5,64 biljun, fil-31 ta’ Diċembru 2008. Dexia, li nħoloq fl-1996 permezz tal-amalgamazzjoni bejn Crédit Local de France u Crédit communal de Belgique, hija speċjalizzata fit-tislif lill-komunitajiet lokali iżda għandha wkoll 5,5 miljun klijent privat, prinċipalment fil-Belġju u fit-Turkija, permezz tas-sussidjarja lokali tagħha DenizBank.

(24)

Fi tmiem iż-żieda fil-kapital, fit-3 ta’ Ottubru 2008, l-ishma tal-azzjonisti prinċipali ta’ Dexia SA huma dawn li ġejjin:

Isem l-azzjonist

% miżmuma qabel l-operazzjoni

Ammont tas-sottoskrizzjoni (miljuni ta’ EUR)

% miżmuma fil-31 ta’ Diċembru 2008

il-Gvern Federali Belġjan

1 000

5,73

ir-Reġjun Fjamming

500

2,87

ir-Reġjun Wallon

350

2,01

ir-Reġjun Brussell-Kapitali

150

0,86

Holding Communal SA

17

500

14,34

Arcofin SCRL

18,08

350

13,92

Ethias

6,37

150

5,04

il-Gvern Franċiż

1 000

5,73

CDC

11,89

1 710

17,61

CNP Assurances

2

288

2,97

Impjegati

3,92

 

2,57

Free float

40,74

26,86

(25)

Dexia hija organizzata madwar kumpanija prinċipali holding (Dexia SA) u tliet entitajiet operattivi li jinsabu fi Franza (Dexia Crédit Local, minn hawn ’il quddiem “DCL”), fil-Belġju (minn hawn ’il quddiem “DBB”) u fil-Lussemburgu (Dexia Banque Internationale à Lussemburgu, minn hawn ’il quddiem “Dexia BIL”). Filwaqt li l-bilanċ totali tal-grupp kien ta’ EUR 651 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2008, dak tat-tliet entitajiet operattivi kien ta’:

EUR 414-il biljun għal DCL;

EUR 263 biljun għal DBB;

EUR 67 biljun għal Dexia BIL.

(26)

Sa mill-ħolqien tagħha, l-attività ta’ Dexia nqasmet bejn erba’ linji professjonali prinċipali:

is-servizzi finanzjarji għas-settur pubbliku u parapubbliku (minn hawn ’il quddiem “Public and Wholesale Banking”, jew PWB): din il-linja ta’ negozju tkopri t-tislif lill-komunitajiet lokali, il-finanzjament ta’ proġetti, l-attivitajiet ta’ żieda fil-kreditu eżerċitati mis-sussidjarja FSA ta’ DCL, mibjugħa lil Assured Guaranty f’Lulju 2009, kif ukoll iż-żamma u l-ġestjoni attiva ta’ portafoll tal-obbligi u titoli dipendenti fuq krediti (minn hawn ’il quddiem “asset-backed securities” jew “ABS”); parti importanti ta’ dawn l-attivitajiet hija mmexxija minn DCL u s-sussidjarji internazzjonali tagħha, minbarra l-attività PWB fil-Belġju, li taqa’ taħt DBB;

is-servizzi finanzjarji għall-individwi (minn hawn ’il quddiem “Retail and Commercial Banking” jew “RCB”): din il-linja ta’ negozju tkopri l-ġbir ta’ depożiti u tislif lill-individwi u l-impriżi fil-Belġju, it-Turkija, is-Slovakkja u l-Lussemburgu, kif ukoll il-bank privat fil-Lussemburgu u l-Belġju; dawn l-attivitajiet huma mmexxija minn DBB u Dexia BIL, kif ukoll, f’dak li jikkonċerna l-attivitajiet fit-Turkija, id-Denizbank, sussidjarja ta’ Dexia SA;

l-attivitajiet ta’ teżorerija u swieq finanzjarji (minn hawn ’il quddiem “Treasury, Funding and Markets” jew “TFM”) li jkopru l-attivitajiet kollha ta’ teżorerija, ġestjoni ta’ assi-obbligi (minn hawn ’il quddiem “asset-liability management” jew “ALM”) u ta’ negozjati għal kont proprju ta’ Dexia;

l-attivitajiet l-oħrajn li jkopru l-attivitajiet ta’ ġestjoni (raggruppati f’Dexia asset management, minn hawn ’il quddiem “Dexia AM”), is-servizzi għall-investituri (offerti mis-sussidjarja komuni ta’ Dexia u l-Bank Rjali tal-Kanada, RBC Dexia Investor Services, minn hawn ’il quddiem “RBC Dexia IS”) u l-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-grupp, eżerċitati fil-Belġju, Franza (Dexia Epargne Pension, minn hawn ’il quddiem “DEP”), it-Turkija u l-Irlanda.

(27)

Mill-ħolqien tagħha sal-kriżi tal-ħarifa 2008, l-attività ta’ Dexia ddistingwiet ruħha minn dik ta’ banek kummerċjali Ewropej oħrajn permezz tal-karatteristiċi li ġejjin:

qalba ta’ klijenti, il-ġbir lokali, ikkaratterizzat minn livell baxx ta’ marġnijiet fir-rigward tal-krediti u l-maturità tal-bilanċi relattivament twil;

parti maġġuri ta’ finanzjamenti f’terminu qasir miksubin mis-suq interbankarju u monetarju fir-rigward ta’ assi f’terminu twil (tislif lill-komunitajiet lokali, finanzjamenti ta’ proġetti, portafoll tal-obbligi);

dipendenza importanti tal-finanzjament tiegħu fuq sorsi inqas stabbli bħal pereżempju s-suq interbankarju jew il-ġbir ta’ fondi minn investituri istituzzjonali;

it-tiftix ta’ marġnijiet barra mill-attivitajiet tradizzjonali tal-grupp (il-finanzjament ta’ komunitajiet lokali, impriżi u individwi), b’mod partikolari permezz ta’:

(i)

attivitajiet ta’ żieda ta’ krediti permezz tas-sussidjarja ta’ assigurazzjoni monolinja FSA;

(ii)

attivitajiet ta’ negozjati għal kont proprju;

(iii)

investituri għal kont proprju f’portafoll essenzjalment kostitwit minn obbligi li, fil-31 ta’ Diċembru 2008, kien stmat ta’ EUR 233 biljun (jiġifieri 36 % tal-bilanċ totali ta’ Dexia sa din id-data);

(iv)

bejgħ ta’ prodotti derivati u strutturati.

(28)

Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, il-profil ta’ rifinanzjament tal-grupp joffri wkoll partikolaritajiet, minħabba li parti importanti tal-grupp (prinċipalment DCL) tinsab f’sitwazzjoni ta’ bżonn strutturali ta’ finanzjament u tissodisfa dan il-bżonn b’mod partikolari permezz tal-finanzjamenti li jiġu minn partijiet oħrajn tal-grupp (essenzjalment DBB u Dexia BIL) u swieq monetarji, ta’ obbligi u ta’ obbligi fuq il-proprjetà.

(29)

B’hekk, f’Settembru 2008, meta wara l-falliment tal-bank Lehman Borthers, nixfu s-suq interbankarju u s-suq tal-obbligi fuq il-proprjetà, Dexia sabet ruħha f’sitwazzjoni ta’ bżonn ta’ finanzjament dinamiku f’terminu qasir sabiex tikkumpensa għal EUR [200-300] (*) biljun ([31-46] % tal-bilanċ totali tal-grupp, fil-31 ta’ Diċembru 2008). Is-sitwazzjoni tal-bank marret għall-agħar f’Settembru u Ottubru 2008 minħabba l-espożizzjonijiet importanti tiegħu għal kontropartijiet bankarji u sovrani f’diffikultà (banek Amerikani, Irlandiżi u Islandiżi), it-tnaqqis tal-prezz fuq assi miżmuma direttament minn Dexia jew miżjudin mis-sussidjarja tagħha FSA u l-waqgħa tal-ishma miżmuma mill-grupp. It-total tat-telf u t-tnaqqis fil-prezz ta’ assi rreġistrati mill-grupp telgħu sa EUR 6,5 biljun fit-30 ta’ Settembru 2009 (li minnhom EUR 5,9 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2008).

(30)

Għal aktar dettalji dwar l-avvenimenti li kkawżaw id-diffikultajiet ta’ Dexia, il-Kummissjoni tirreferi għad-deċiżjonijiet tagħha tad-19 ta’ Novembru 2008, tat-13 ta’ Marzu 2009 u tat-30 ta’ Ottubru 2009.

(31)

Bħala risposta għal dawn id-diffikultajiet il-maniġment ġdid tal-grupp, maħtur fis-7 ta’ Ottubru 2008, implimenta pjan ta’ trasformazzjoni bil-għan li jiċċentra mill-ġdid l-attività tal-grupp fuq in-negozju prinċipali tiegħu (jiġifieri, l-attivitajiet PWB u RCB) kif ukoll biex inaqqas il-profil ta’ riskju tiegħu u l-ħtieġa ta’ finanzjament tiegħu f’terminu qasir. Dan il-pjan ta’ trasformazzjoni sarraf fil-miżuri prinċipali li ġejjin:

bejgħ ta’ attivitajiet ta’ żieda ta’ kreditu ta’ FSA lill-Assured Guarantee, il-portafoll ta’ investimenti ta’ FSA (“Financial Products”) fi ħdan Dexia (7);

tnaqqis fid-daqs tal-attivitajiet internazzjonali ta’ PWB (jiġifieri attivitajiet PWB ta’ DCL barra minn Franza, l-Italja u Spanja);

tqegħid f’ġestjoni estintiva ta’ parti importanti mill-portafoll tal-obbligi (EUR 158 biljun, fil-31 ta’ Diċembru 2008);

bejgħ tal-attivitajiet ta’ negozjati kollha għal kont proprju ta’ TFM u amalgamazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġestjoni ALM u teżorerija f’linja ta’ negozju ġdida “Group Center”;

programm ta’ tnaqqis tal-ispejjeż.

(32)

Wara l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni, fil-bidu tas-sena 2009, is-sitwazzjoni ta’ Dexia marret għall-aħjar, u dan ippermettielha tikseb riżultat nett pożittiv ta’ EUR 808 miljun fuq l-ewwel tliet trimestri tas-sena 2009.

III.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA

3.1.   IŻ-ŻIEDA TA’ KAPITAL

(33)

Il-Kummissjoni tirreferi għad-deċiżjoni tagħha tad-19 ta’ Novembru 2008. Iż-żieda ta’ kapital ta’ EUR 6 biljun mill-azzjonisti Belġjani u Franċiżi, li tikkonsisti fis-sottoskrizzjoni ta’ ishma ordinarji ta’ Dexia SA, saret definittiva fit-3 ta’ Ottubru 2008. Is-sottoskrizzjoni għal din iż-żieda ta’ kapital riżervata tinqasam kif ġej:

(a)

Il-Belġju:

l-Istat Belġjan investa EUR 1 biljun f’Dexia SA;

ir-Reġjun Fjamming investa EUR 500 miljun f’Dexia SA;

ir-Reġjun Wallon investa EUR 350 miljun f’Dexia SA;

ir-Reġjun Brussell-Kapitali investa EUR 150 miljun f’Dexia SA;

il-Holding Communal SA investiet EUR 500 miljun f’Dexia SA;

Arcofin SCRL investiet EUR 350 miljun f’Dexia SA;

Ethias investiet EUR 150 miljun f’Dexia SA;

(b)

Franza:

l-Istat Franċiż investa EUR 1 biljun f’Dexia SA. Il-ġestjoni ta’ dan it-titolu għandha tiġi fdata lill-Aġenzija tat-Titoli tal-Istat.

il-grupp tal-Kaxxa tad-Depożiti u l-Konsenji (CDC) investa EUR 1,71 biljun f’Dexia SA.

is-CNP Assurances investiet EUR 288 miljun f’Dexia SA.

(34)

Rigward l-Istat Lussemburgiż, f’Settembru 2008 huwa ntrabat li jinvesti EUR 376 miljun f’Dexia BIL taħt il-forma ta’ obbligi konvertibbli li jimmaturaw wara tliet snin, ta’ interessi ta’ 10 % fis-sena u ta’ konverżjoni f’ishma ordinarji skont il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu kkonvertiti. Dexia indikat, fil-pjan ta’ ristrutturar innotifikat fi Frar 2010, li sejra tirrinunzja definittavment, b’effett immedjat mid-data ta’ din id-deċiżjoni, għall-profitt mill-obbligu konvertibbli ta’ Dexia BIL.

3.2.   IL-GARANZIJA FUQ OBBLIGI

(35)

Il-garanzija fuq l-obbligi ta’ Dexia mogħtija fid-9 ta’ Ottubru 2008 mill-Istati Membri kkonċernati diġà kienet soġġetta għad-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008. Permezz tal-ftehim ta’ garanzija, it-tliet Stati Membri kkonċernati ntrabtu b’mod konġunt li jiggarantixxu, mid-9 ta’ Ottubru 2008 u sal-31 ta’ Ottubru 2009, il-finanzjamenti ġodda interbankarji u istituzzjonali kif ukoll il-finanzjamenti ġodda ta’ obbligi, ta’ maturità massima ta’ tliet snin, miġburin minn Dexia SA, Dexia BIL, DCL u DBB. Inizjalment il-garanzija sejra tkun fuq ammont massimu ta’ obbligi ta’ EUR 150 biljun u hija maqsuma f’60,5 % għall-Belġju, 36,5 % għal Franza u 3 % għal-Lussemburgu.

(36)

Fid-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni awtorizzat il-garanzija, bħala miżura ta’ salvataġġ urġenti, għal terminu ta’ sitt xhur mill-implimentazzjoni tagħha. Skont din id-deċiżjoni, minħabba li pjan ta’ ristrutturar tal-benefiċjarju ġie sottomess skont l-impenji mogħtija mit-tliet Stati Membri kkonċernati, dan il-perjodu ġie awtomatikament estiż sakemm il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni tagħha rigward il-pjan ta’ ristrutturar imsemmi.

(37)

Madankollu, meta l-ftehim ta’ garanzija bejn Dexia u l-Istati Membru kkonċernati skada fil-31 ta’ Ottubru 2009, dawn innotifikaw lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Ottubru 2009 bl-estensjoni tal-ftehim ta’ garanzija sat-28 ta’ Frar 2010, permezz ta’ ċerti adattamenti.

(38)

Meta mqabblin mal-garanzija inizjali konkluża bejn l-Istati Membri kkonċernati u Dexia fid-9 ta’ Ottubru 2008, il-kundizzjonijiet tal-garanzija kienu emendati kif ġej:

(a)

L-ammont massimu tal-obbligi ta’ Dexia ggarantiti mill-Istati Membri kkonċernati tbaxxa minn EUR 150 biljun għal EUR 100 biljun; f’anness għall-ftehim, Dexia ntrabtet li tagħmel mill-aħjar li tista’ sabiex, mill-1 ta’ Novembru 2009, l-impenn globali tal-Istati Membri kkonċernati abbażi tal-garanzija ma jaqbiżx it-EUR 80 biljun;

(b)

Il-maturità massima tal-obbligi koperti mill-garanzija ġiet posposta mill-31 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Ottubru 2014 (8);

(c)

Mis-16 ta’ Ottubru 2009, il-garanzija tieqaf tkopri l-kuntratti kollha li jkollhom maturità ta’ inqas minn xahar, kif ukoll id-depożiti li għandhom isiru, assimilati ma’ kuntratti ta’ maturità ta’ inqas minn xahar fl-arranġament ta’garanzija.

(39)

Il-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha tal-garanzija inizjali konkluża fid-9 ta’ Ottubru 2008 ma jinbidlux, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni, li jibqgħu dawn li ġejjin:

(a)

Ir-remunerazzjoni tal-garanzija hija tikkonsisti minn kummissjoni li Dexia għandha tħallas fix-xahar fuq l-ammonti pendenti pro rata temporis, ugwali għal 50 punt bażi fuq bażi annwali għall-obbligi kollha garantiti b’maturità sa 12-il xahar inklużi, jew b’maturità indefinita;

(b)

Għall-obbligi kollha garantiti b’maturità ta’ aktar minn sena, ir-remunerazzjoni tal-garanzija hija ugwali għal 50 punt bażi fuq bażi annwali, miżjuda bl-aktar valur baxx mit-tnejn li ġejjin, applikata għal kull obbligu garantit: jew il-medja tas-CDS spreads senior ta’ Dexia ta’ 5 snin ikkalkulata fuq il-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2007 u jintemm fil-31 ta’ Awwissu 2008 (bil-kundizzjoni li dawn l-ispreads ikunu rappreżentattivi), jew il-medja tas-CDS spreads ta’ 5 snin tal-istabbilimenti kollha ta’ kreditu b’notifika ta’ kreditu f’terminu twil ekwivalenti għal dik ta’ Dexia, ikkalkulata fuq l-istess perjodu.

(40)

F’kull każ, il-kummissjoni hija kkalkulata fuq l-ammont medju tal-ammonti pendenti tal-obbligi garantiti li għandhom il-maturità inkwistjoni u li jibbenefikaw mill-garanzija matul l-aħħar perjodu tax-xahar.

(41)

L-ammont massimu tal-obbligi ta’ Dexia koperti mill-garanzija jammonta għal EUR 95,9 biljun fis-27 ta’ Mejju 2009 (9). Il-figura 1 turi l-evoluzzjoni tal-ammont tal-obbligi ta’ Dexia koperti mill-garanzija bejn id-9 ta’ Ottubru 2008 u l-11 ta’ Frar 2010.

Figura 1

Evoluzzjoni tal-ammont tal-obbligi ta’ Dexia koperti mill-garanzija

Image

(42)

Fid-Deċiżjoni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni ma kellhiex oġġezzjonijiet għall-estensjoni tal-garanzija tal-Istati Membri kkonċernati favur Dexia sat-28 ta’ Frar 2010, safejn il-garanzija tikkostitwixxi miżura ta’ salvataġġ urġenti kumpatibbli mas-suq intern, fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.

3.3.   L-OPERAZZJONI LA

(43)

L-operazzjoni ta’ LA pprovduta mill-BNB b’koperazzjoni mal-Banque de France diġà kienet soġġetta għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2008. […]

(44)

Skont il-liġi tal-15 ta’ Ottubru 2008 (10) rigward il-miżuri bl-għan li jippromwovu l-istabbiltà finanzjarja u li jistabbilixxu b’mod partikolari garanzija tal-Istat fuq il-krediti mogħtijin u operazzjonijiet oħrajn imwettqa fil-kuntest tal-istabbiltà finanzjarja, il-krediti mogħtijin mill-BNB lil Dexia jibbenefikaw awtomatikament u b’effett retroattiv mill-garanzija tal-Istat Belġjan. Din il-garanzija ma tirrigwardax il-porzjon tal-operazzjoni ta’ LA mogħti għal kont tal-Banque de France.

(45)

Skont l-informazzjoni kkomunikata mill-BNB lill-Kummissjoni, l-operazzjoni ta’ LA ġiet approvata mill-Kunsill tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem “BCE”) b’kompetizzjoni ta’ ammont massimu ta’ EUR […] biljun. Din il-faċilità ntużat minn Dexia essenzjalment bejn Ottubru u Novembru 2008.

(46)

Fid-Deċiżjoni tagħha tad-19 ta’ Novembru 2008 imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni awtorizzat l-operazzjoni ta’ LA, bħala miżura ta’ salvataġġ urġenti, għal terminu ta’ sitt xhur mill-implimentazzjoni tagħha. Madankollu, fin-notifika tagħha lill-Kummissjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia, is-17 ta’ Frar 2009, il-gvern Belġjan talab ukoll, fuq bażi preventiva, l-estensjoni tal-possibbiltà għal Dexia li tirrikorri għall-operazzjonijiet ta’ LA mal-BNB, sal-31 ta’ Ottubru 2009, f’każ fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-miżura fiha elementi ta’ għajnuna mill-Istat.

3.4.   IL-MIŻURA FSA

(47)

Il-miżura FSA kienet soġġetta għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2009. Skont din il-miżura, il-gvern Belġjan u l-gvern Franċiż jagħtu l-garanzija tagħhom sabiex jippermettu lil Dexia tonora kuntratt ta’ għażla ta’ bejgħ (minn hawn ’il quddiem “il-Put”) li permezz tiegħu FSA Asset Management (minn hawn ’il quddiem “FSAM”), eks-sussidjarja ta’ FSA mhux mibjugħa lil Assured Guaranty, ikollha l-għażla li tbiegħ ċerti assi inklużi fil-portafoll FSAM lil Dexia SA u/jew DCL f’każ ta’ jseħħu ċerti avvenimenti li jirrikjedu dan (ara l-Annessi 50 sa 59).

3.4.1.   KUNTEST

(48)

Għandu jiġi mfakkar li l-attività Financial Products (minn hawn ’il quddiem “FP”) ġiet eskluża mill-attivitajiet ta’ FSA mibjugħin lil Assured Guaranty. L-attività FP tikkonsisti, essenzjalment, fi (i) il-ġbir ta’ depożiti min-naħa ta’ parti terza li lejha FSA tintrabat li tħallas id-depożiti f’livell speċifikat, skont il-kuntratti ta’ depożiti garantiti (minn hawn ’il quddiem “Guaranteed Investment Contracts” jew “GIC”) jew (ii) l-investiment mill-ġdid ta’ dawn id-depożiti f’titoli b’rendiment ogħla mill-ispiża tad-depożiti garantiti GIC, li jiġġenera fil-prinċipju marġni ta’ interess netta pożittiva. Teknikament il-GIC huma konklużi mis-sussidjarji ta’ FSA (minn hawn ’il quddiem “GIC companies”), li min-naħa tagħhom isellfu l-prodott ta’ dawn id-depożiti lil kumpanija oħra tal-grupp, FSAM, li tikkostitwixxi u timmaniġġja il-portafoll ta’ assi destinat li jiffaċċja l-obbligi ta’ rimbors dovuti lill-kontropartijiet lill-GIC. FSAM u l-GIC Companies, li jagħmlu parti mill-attività FP, b’hekk ġew esklużi mill-perimetru ta’ attivitajiet mibjugħin lil Assured Guaranty u baqgħu fil-perimetru ta’ Dexia.

(49)

Il-portafoll ta’ assi ta’ FSAM jinkludi essenzjalment titoli marbutin mas-settur tal-proprjetà Amerikan, li l-valur tas-suq tiegħu u/jew il-klassifikazzjonijiet iddegradaw bil-kbir taħt l-effett tal-kriżi tas-subprime u tal-kriżi finanzjarja. Safejn FSA tiggarantixxi assi u obbligi tal-attività FP, l-esklużjoni ta’ din l-attività tal-aħħar tal-perimetru ta’ bejgħ tinvolvi neċessarjament li Dexia tiggarantixxi attivitajiet FP, b’tali mod li ma jkunx hemm għaliex jintalbu l-garanziji pprovduti minn FSA. Minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċili ta’ Dexia u l-kobor tal-ammonti li jistgħu teoretikament jintalbu fil-kuntest tal-GICs, kien indispensabbli, mill-perspettiva tax-xerrej ta’ FSA, Assured Guaranty, li Dexia tkun min-naħa tagħha kontrogaranzija għall-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż.

3.4.2.   MODALITAJIET PRINĊIPALI

(50)

Il-Put huwa kuntratt li permezz tiegħu FSAM għandha d-dritt tbiegħ lil Dexia SA u/jew DCL ċerti assi inklużi fil-portafoll FSAM fit-30 ta’ Settembru 2008 (b’total ta’ 16,98 biljun USD f’valur residwu par) f’każ li jseħħu ċerti avvenimenti li jirrikjedu dan, kif jinstab hawn isfel:

f’każ ta’ nuqqas fuq assi, jiġifieri jekk il-prinċipal jew l-interess dovut fuq assi tal-portafoll ma jitħallasx fil-maturità: f’din is-suppożizzjoni, l-għażla ta’ bejgħ tirrigwarda l-assi kkonċernati, li jinbiegħu lil Dexia għall-valur residwu tagħhom par, flimkien mal-interessi dovuti.

f’każ ta’ insolvenza ta’ Dexia, li fil-każ tagħha l-għażla ta’ bejgħ tirrigwarda t-totalità tal-assi tal-portafoll FSAM koperti mill-għażla ta’ bejgħ jew fuq għadd ta’ assi li l-valur residwu par tagħhom huwa ugwali għall-valur totali ta’ obbligi abbażi tal-GIC, jekk dan it-tieni ammont huwa inqas mill-ewwel wieħed. L-assi kkonċernati jinbiegħu għall-valur residwu par tagħhom, flimkien ma’ interessi dovuti.

f’każ ta’ nuqqas ta’ likwidità, jiġifieri jekk Dexia tonqos mill-obbligi tagħha abbażi tal-ftehimiet ta’ likwidità konklużi jew għandhom jiġu konklużi fir-rigward tal-benefiċjarju ta’ FSAM: f’din is-suppożizzjoni, l-għażla ta’ bejgħ tirrigwarda għadd ta’ assi li l-valur residwu par tagħhom huwa ugwali għall-ammont bażi ta’ likwidità, u li jinbiegħu lil Dexia għall-valur residwu par tagħhom, flimkien mal-interessi dovuti.

f’każ ta’ nuqqas ta’ kollateral, jiġifieri jekk Dexia ma tipprovdix lil FSAM il-kollateral li jkopri d-differenza bejn il-valur tal-obbligi abbażi tal-GICs u l-valur tas-suq tal-assi ta’ FSAM, wara li titnaqqas marġni (haircut) fuq dawn l-assi: f’din is-suppożizzjoni, l-għażla ta’ bejgħ tirrigwarda għadd ta’ assi li l-valur residwu par tagħhom huwa ugwali għall-ammont tan-nuqqas ta’ kollateral, u li jinbiegħu lil Dexia għall-valur residwu par tagħhom, flimkien mal-interessi dovuti.

(51)

Fil-kuntest tal-kuntratt ta’ garanzija tal-Istati, l-Istat Belġjan (għal 62,4 %) u l-Istat Franċiż (għal 37,6 %) jintrabtu kull wieħed sabiex jiggarantixxu, mingħajr solidarjetà bejniethom, l-obbligi ta’ Dexia abbażi tal-ftehim Put imsemmi hawn fuq, iżda wara t-tnaqqis ta’ assi esklużi (minn hawn ’il quddiem “assi esklużi”) għal valur ta’ madwar 4,5 biljun USD, b’talimod li l-ammont par tal-assi inklużi fil-portafoll koperti mill-Put garantit (minn hawn ’il quddiem l-“assi koperti”) jammonta għal 12,48 biljun USD. Il-garanzija tal-Istati hija garanzija awtonoma, mal-ewwel talba, irrevokabbli u inkondizzjonata. Hija għandha limitu sa ammont globali ta’ 16,98 biljun USD (inkluż massimu ta’ 12,48 biljun USD ta’ rimbors ta’ valur residwu par u 4,5 biljun USD ta’ interessi), li jitnaqqas eventwalment mid-deprezzament tal-portafoll.

(52)

F’każ li jseħħ wieħed minn dawn l-avvenimenti, FSAM, permezz tal-intermedjarja tal-aġent tagħha, l-ewwel titlob lil Dexia tonora l-obbligi tagħha fil-kuntest tal-ftehim Put, u wara titlob dan lill-Istati fl-iskadenza ta’ ċerti termini, f’każ ta’ nuqqas jew falliment ta’ Dexia.

(53)

L-Istati jkunu rimborsati minn Dexia għas-sejħiet tagħhom abbażi tal-Garanzija (i) fi flus kontanti sakemm il-ħlasijiet totali jkunu inqas minn jew ugwali għall-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD u (ii) f’ishma u, meta jirriżulta l-każ f’partijiet benefiċjarji, lil hinn minn din is-somma. Madankollu, minkejja li l-assi esklużi kkunsidrati hawn fuq mhumiex koperti mill-garanzija tal-Istati, is-sejħiet imwettqa abbażi ta’ assi esklużi għandhom jintużaw fuq l-ammont tal-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD li minnu jibbenefikaw l-Istati permezz ta’ rikors dirett fi flus kontanti kontra Dexia.

(54)

Il-garanzija hija soġġetta għal remunerazzjoni li titħallas annwalment minn Dexia lill-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż ta’ 113 punt bażi abbażi tal-kopertura tar-riskju ta’ nuqqas fuq il-Put garantit, li magħha jiżdiedu 32 punt bażi abbażi tal-kopertura tar-riskju tan-nuqqas ta’ Dexia milli tonora l-impenn ta’ likwidità tagħha ma’ FSAM.

(55)

Il-bejgħ ta’ FSA (minbarra FP) twettaq fl-1 ta’ Lulju 2009 u l-miżura FSA daħlet fis-seħħ fl-istess mument. L-aħħar studju ta’ valutazzjoni tal-portafoll FSAM ġie kkomunikat lill-Kumissjoni fit-18 ta’ Marzu 2009 u twettaq mill-Kumpanija Ġenerali (minn hawn ’il quddiem “il-konsulent”), l-espert indipendenti li jirrappreżenta l-Istat Belġjan, fuq il-bażi tad-dejta stabbilita fil-31 ta’ Jannar 2009.

(56)

Id-dejta prinċipali tal-portafoll FSAM hija elenkata fit-tabella Nru 1 hawn isfel.

Tabella 1

Dejta prinċipali tal-portafoll FSAM (totali)

Klassijiet ta’ ishma

Valur nominali

Valur tas-suq

Telf mistenni (bażi)

Telf mistenni (stress)

F’miljuni USD

F’% tat-total

F’miljuni USD

F’% tat-total

F’miljuni USD

F’% tat-total

F’miljuni USD

F’% tat-total

Standards tal-RMBS

(barra minn “wrap”)

10 582

63,8

[4 000 -5 000 ]

[…]

[1 500 -2 500 ]

[…]

[…]

[…]

Subprime

7 317

44,1

[3 000 -4 000 ]

[…]

[1 000 -1 500 ]

[…]

[…]

[…]

Alt-A

2 424

14,6

[500-1 000 ]

[…]

[0-1 000 ]

[…]

[…]

[…]

Option ARMs

694

4,2

[0-500]

[…]

[0-500]

[…]

[…]

[…]

Prime

147

0,9

[0-100]

[…]

[0-10]

[…]

[…]

[…]

CES/HELOCs/Wrapped RMBS (**)

817

4,9

[0-500]

[…]

[0-500]

[…]

[…]

[…]

NIMs

277

1,7

[0-200]

[…]

[0-30]

[…]

[…]

[…]

ABS CDO

36

0,2

[0-20]

[…]

[0-40]

[…]

[…]

[…]

CLOs

413

2,5

[0-400]

[…]

[0-100]

[…]

[…]

[…]

US Agency RMBS

1 338

8,1

[1 000 -1 500 ]

[…]

[0-100]

[…]

[…]

[…]

Oħrajn

3 119

18,8

[1 000 -2 000 ]

[…]

[0-400]

[…]

[…]

[…]

Total

16 582

100,0

[7 000 -9 000 ]

[…]

[2 000 -3 000 ]

[…]

[3 500 -4 500 ]

[…]

(57)

Il-portafoll huwa prinċipalment ikkostitwit minn titoli “US RMBS standards”, li jammontaw għal 64 %, u b’mod aktar partikolari minn titoli “Subprime” (44 % tal-portafoll) u “Alt-A” (15 % tal-portafoll). Fuq livell inqas, il-portafoll huwa ugwalment espost għal titoli “US Agency RMBS” (8 % tal-portafoll) u għal titoli miżjudin minn assiguraturi monolini. Il-valur nominali tal-portafoll kien ta’ 16,6 % biljun USD fil-31 ta’ Jannar 2009 u l-valur tas-suq medju tiegħu fl-istess data kien ta’ [42,2 – 54,3] % mill-valur nominali, jiġifieri [7 – 9] biljun USD. It-telf mistenni, f’xenarju bażi, kien ta’ [2 – 3] biljun USD, filwaqt li f’xenarju f’każ ta’ stress huwa kien stmat ta’ [3,5 – 4,5] biljun USD. Il-valur ekonomiku reali (minn hawn ’il quddiem “VER”) fil-31 ta’ Jannar 2009 kien ta’ [13,6 – 14,6] biljun USD f’xenarju bażi u ta’ [12 – 13]-il biljun USD f’xenarju ta’ stress.

(58)

Id-dejta prinċipali tal-portafoll FSAM, wara t-tnaqqis tal-assi esklużi, hija elenkata fit-tabella Nru 2 hawn isfel:

Tabella 2

Dejta prinċipali tal-portafoll FSAM (wara t-tnaqqis tal-assi esklużi)

Klassijiet ta’ ishma

Valur nominali

Valur tas-suq

Telf mistenni (bażi)

Telf mistenni (stress)

F’miljuni USD

F’% tat-total

F’miljuni USD

F’% tat-total

F’miljuni USD

F’% tat-total

F’miljuni USD

F’% tat-total

Standards tal-RMBS

(barra minn “wrap”)

9 755

79,9

[3 500 -4 000 ]

[…]

[1 500 -2 500 ]

[…]

[…]

[…]

Subprime

6 544

53,6

[2 500 -3 000 ]

[…]

[1 000 -1 500 ]

[…]

[…]

[…]

Alt-A

2 371

19,4

[500-1 000 ]

[…]

[0-1 000 ]

[…]

[…]

[…]

Option ARMs

693

5,7

[0-500]

[…]

[0-500]

[…]

[…]

[…]

Prime

147

1,2

[0-100]

[…]

[0-10]

[…]

[…]

[…]

CES/HELOCs/Wrapped RMBS (***)

817

6,7

[0-500]

[…]

[0-500]

[…]

[…]

[…]

NIMs

276

2,3

[0-200]

[…]

[0-30]

[…]

[…]

[…]

ABS CDO

36

0,3

[0-20]

[…]

[0-40]

[…]

[…]

[…]

CLOs

413

3,4

[0-400]

[…]

[0-100]

[…]

[…]

[…]

Oħrajn

909

7,4

[200-600]

[…]

[0-400]

[…]

[…]

[…]

Total

12 205

100,0

[4 500 -5 500 ]

[…]

[2 000 -3 000 ]

[…]

[3 500 -4 500 ]

[…]

(59)

Minbarra l-assi esklussivi, il-valur nominali tal-portafoll kien ta’ 12,2 biljun USD fil-31 ta’ Jannar 2009 u l-valur tas-suq medju fl-istess data kien ta’ [36,9 – 45,1] % tal-valur nominali, jiġifieri [4,5 – 5,5] biljun USD. It-telf mistenni, f’xenarju bażi, kien ta’ [2-3] biljun USD, filwaqt li f’xenarju f’każ ta’ stress huwa kien stmat ta’ [3,5-4,5] biljun USD. Il-VER fil-31 ta’ Jannar 2009 kien ta’ [9,2-10,2] biljun USD f’xenarju bażi u ta’ [7,7-8,7] biljun USD f’xenarju ta’ stress.

IV.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR

(60)

Il-pjan ta’ ristrutturar għandu bħala mira li jirriċentra l-attivitajiet ta’ Dexia fuq il-professjonijiet tiegħu u s-swieq prinċipali tiegħu (jiġifieri, l-attivitajiet PWB u RCB fi Franza, il-Belġju u l-Lussemburgu), li jnaqqas il-profil ta’ riskju tiegħu u l-livell ta’ ingranaġġ tiegħu kif ukoll li joħloq ekwilibriju mill-ġdid tal-profil ta’ likwidità tiegħu. Dan jinkludi b’mod partikolari l-abbandun, it-tnaqqis u l-bejgħ ta’ ċerti attivitajiet; l-implimentazzjoni ta’ żewġ linji distinti ta’ rappurtar intern, waħda rigward l-attivitajiet bankarji tradizzjonali (minn hawn ’il quddiem “core division”), li jinkludu l-essenzjali tal-attivitajiet PWB u RCB, li jirrappreżentaw 72 % mill-bilanċ totali ta’ Dexia fi tmiem l-2009) u l-oħra rigward l-attivitajiet ta’ ġestjoni estintiva msejħa “legacy portfolio management division” (minn hawn ’il quddiem “LPMD”), magħmula prinċipalment mill-portafoll tal-obbligi u, b’mod aktar marġinali, minn attivitajiet PWB internazzjonali, li jirrappreżentaw 28 % mill-bilanċ totali ta’ Dexia fi tmiem l-2009. It-titjib tal-profil ta’ likwidità jinkiseb permezz tat-tnaqqis tal-finanzjamenti tas-suq u l-finanzjamenti f’terminu qasir kif ukoll ta’ żieda fit-terminu medju tal-finanzjamenti u r-rikors għall-finanzjamenti aktar stabbli (kontijiet ta’ klijenti li jbiegħu bl-imnut u kummerċjali, obbligi fuq il-proprjetà).

(61)

Il-pjan ta’ ristrutturar jikkonsisti f’serje ta’ miżuri diġà implimentati minn Dexia kif ukoll f’miżuri komportamentali u strutturali li Dexia għandha timplimenta matul it-terminu ta’ ristrutturar, taħt il-kontroll tal-Istati Membri kkonċernati li ntrabtu li jassiguraw l-osservanza tagħhom.

(62)

Dawn il-miżuri kollha jippermettu tnaqqis ta’ 35 % mit-total tal-karta tal-bilanċ ta’ Dexia fil-31 ta’ Diċembru 2014 b’relazzjoni mal-31 ta’ Diċembru 2008 u jieħdu inkunsiderazzjoni l-produzzjoni ġdida.

4.1.   RISTRUTTURAR TAL-VIJABBILTÀ F’TERMINU TWIL F’SITWAZZJONIJIET NORMALI U TA’ STRESS

(63)

L-Istati Membri kkonċernati kkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar il-mudell ta’ impriża tal-bank. Din l-informazzjoni tiddeskrivi, b’mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

pjan ta’ negozju mill-2009 sal-2011 u previżjonijiet ta’ ċerta dejta ta’ bilanċ u ta’ kont li jirriżulta fil-bidu tal-2014 u l-2017;

volumi u marġnijiet tal-ammonti pendenti u l-produzzjoni ġdida permezz ta’ linji kbar ta’ attività (PWB, RCB u oħrajn) u żoni ġeografiċi, mill-2009 sal-2011;

volumi u spejjeż medji ta’ finanzjament tal-grupp permezz ta’ sors ta’ finanzjament (xiri lura, obbligi garantiti u mhux garantiti, obbligi fuq il-proprjetà, kontijiet u oħrajn).

(64)

Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, Dexia tipprevedi riżultati pożittivi fuq it-terminu kollu ta’ ristrutturar, mill-2009 sal-2014 u proporzjon ta’ fondi proprji bażiċi (minn hawn ’il quddiem “Core Tier 1”) bejn 11 % u 15 %. It-tabella Nru 3 hawn isfel telenka għal kull sena bejn l-2009 u l-2014 il-previżjonijiet ta’ riżultati u proporzjon Core Tier 1 ta’ Dexia.

Tabella 3

Previżjonijiet ta’ riżultati u proporzjon Core Tier 1 ta’ Dexia matul il-perjodu ta’ ristrutturar

Miljuni ta’ EUR u %

 

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Core division

Riżultati netti qabel it-taxxa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

LPD

Riżultati netti qabel it-taxxa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Total grupp Dexia

Riżultati netti qabel it-taxxa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Proporzjon Core Tier 1

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(65)

L-Istati Membri kkonċernati pprovdew ukoll tliet tipi ta’ simulazzjonijiet ta’ stress sabiex jistabbilixxu r-reżistenza tal-grupp għal impatti esterni.

(66)

L-ewwel tip ta’ test ta’ stress imwettaq minn Dexia kellu bħala għan li jittestja r-reżistenza tal-grupp, sal-2011, għall-varjabbli li ġejjin: (i) ir-rata ta’ tkabbir tal-PIB mingħajr pajjiżi differenti, (ii) il-livell tar-rati ta’ interessi interbankarji fi 3 xhur u f’5 xhur u (iii) ir-rata ta’ kambju ta’ ċerti muniti barranin. F’dak li jikkonċerna r-rata ta’ tkabbir, ġew ifformulati suppożizzjonijiet għal xenarju bażi u għal xenarju ta’ stress konformi mas-suppożizzjonijiet użati għal eżerċizzji oħrajn simili mwettqa riċentement fl-Ewropa. Ir-riżultati tat-test ta’ stress, kif imwettaq minn Dexia, jissuġġerixxu li l-grupp jibqa’ benefiċjarju fl-2010 u fl-2011, anki f’xenarju ta’ stress. Il-profitt qabel it-taxxi jammonta għal EUR […] miljun fl-2010 u għal EUR […] miljun fl-2011.

(67)

It-tieni tip ta’ test ta’ stress imwettaq minn Dexia kellu bħala għan li jittestja r-reżistenza tal-grupp, għal żieda fl-ispiża ta’ finanzjament tiegħu miksubin fis-suq, matul sena, ta’ (i) 100 punt bażi u (ii) 200 punt bażi. Ir-riżultati tat-test ta’ stress, kif imwettaq minn Dexia, jindikaw li l-impatt fuq ir-riżultati tal-grupp jista’ jiġi evalwat għal EUR […] miljun, f’każ ta’ żieda ta’ 100 punt bażi tal-ispiża ta’ finanzjament tiegħu, u għal EUR […] miljun fil-każ ta’ żieda ta’ 200 punt bażi tal-ispiża ta’ finanzjament tiegħu.

(68)

It-tielet tip ta’ test ta’ stress imwettaq minn Dexia kellu bħala għan li jittestja l-likwidità tal-grupp, u b’mod aktar partikolari l-pożizzjoni ta’ likwidità tal-grupp f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bit-tqabbil tal-likwidità potenzjalment rikjesta mal-likwidità potenzjali disponibbli f’tali ċirkostanzi. Il-limitu ta’ test ta’ stress huwa xahar. Ix-xenarju applikat jgħaqqad l-effett ta’ impatt idjosinkratiku marbut ma’ Dexia mal-konsegwenzi ta’ kriżi ta’ likwidità ġenerali. Dan it-test ta’ stress sar kemm minn Dexia kif ukoll mill-awtorità ta’ kontroll tagħha (il-Kummissjoni Bankarja, Finanzjarja u tal-Assigurazzjoni, minn hawn ’il quddiem is-“CBFA”). […] (11) […].

4.2.   IMPENJI TA’ AĠIR

(69)

Il-pjan ta’ ristrutturar, innotifikat fid-9 ta’ Frar 2010, jikkonsisti qabel xejn fit-tnaqqis tal-finanzjamenti f’terminu qasir, miż-żieda tat-terminu medju ta’ ħajja tal-finanzjamenti f’terminu twil u miż-żieda tas-sorsi ta’ finanzjament stabbli tal-grupp. F’dan ir-rigward l-Istati Membri kkonċernati jintrabtu li Dexia tosserva tliet porzjonijiet ta’ finanzjamenti kwantitattivi.

Dexia żżomm il-proporzjon “finanzjamenti f’terminu qasir (12)/total tal-karta tal-bilanċ” ta’ 30 % fil-31 ta’ Diċembru 2009, fuq livell inqas minn jew ugwali għal 23 % fil-31 ta’ Diċembru 2010, inqas minn ugwali għal 20 % fil-31 ta’ Diċembru 2011, inqas minn jew ugwali għal 14 % fil-31 ta’ Diċembru 2012, inqas minn jew ugwali għal 13 % fil-31 ta’ Diċembru 2013 u inqas minn jew ugwali għal 11 % fil-31 ta’ Diċembru 2014.

Dexia żżid it-terminu tal-finanzjamenti tagħha biż-żamma tat-terminu medju ta’ ħajja tal-obbligi tal-grupp (13) sa livell ogħla minn jew ugwali għal-livelli elenkati fit-tabella Nru 4 hawn isfel:

Tabella 4

Evoluzzjoni tat-terminu medju ta’ ħajja tal-obbligi ta’ Dexia (fi snin)

31.12.2009

31.12.2010

31.12.2011

31.12.2012

31.12.2013

31.12.2014

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dexia żżid is-sorsi tagħha ta’ finanzjament stabbli: proporzjon, li n-numeratur tiegħu huwa ugwali għas-somma tal-finanzjament taħt forma ta’ obbligi fuq il-proprjetà, tal-finanzjament taħt forma ta’ kontijiet kummerċjali RCB u PWB u li d-denominatur tiegħu huwa ugwali għas-somma tal-assi kollha ta’ Dexia, huwa kkalkulat. Dan il-proporzjon, ugwali għal 36 % fil-31 ta’ Diċembru 2009, għandu jkun aktar minn jew ugwali għal 40 % fil-31 ta’ Diċembru 2010, aktar minn jew ugwali għal 45 % fil-31 ta’ Diċembru 2011, aktar minn jew ugwali għal 53 % fil-31 ta’ Dicembru 2012, aktar minn jew ugwali għal 55 % fil-31 ta’ Diċembru 2013 u aktar minn jew ugwali għal 58 % fil-31 ta’ Diċembru 2014.

espert indipendenti, jivverifika kull sitt xhur l-osservanza ta’ dawn it-tliet proporzjonijiet ta’ finanzjament.

(70)

Dexia hija pprojbita li ssellef lill-klijenti PWB tagħha sa livell ta’ “risk-adjusted return on capital” (minn hawn ’il quddiem “RAROC”) ta’ inqas minn 10 %. Il-kalkolu tar-RAROC jirrapporta l-marġni netta wara t-taxxi għall-kapital ekonomiku (14).

il-marġni grossa hija d-differenza bejn il-marġni fatturata lill-klijent (espressa fil-punti bażiċi ‘l isfel mir-rata ta’ referenza IBOR) u l-ispiża ta’ finanzjament ta’ Dexia (espressa fil-punti bażiċi ‘l isfel mir-rata ta’ referenza IBOR) rappreżentata mill-prezz ta’ trasferiment intern.

il-prezz ta’ trasferiment intern jirrifletti l-ispiża stmata ta’ finanzjament ġdid ta’ Dexia u jieħu inkunsiderazzjoni karatteristiċi tat-tislif (maturità, eliġibbiltà għar-rifinanzjament skont obbligi fuq il-proprjetà, eċċ.) lill-klijenti PWB.

il-marġni netta hija ugwali għall-marġni grossa mnaqqsa (i) mill-ispejjeż ta’ kull natura (spejjeż ġenerali, spejjeż tal-paga, spejjeż operattivi, deprezzamenti, eċċ.) stmati fuq il-bażi tal-osservazzjoni tal-ispejjeż ta’ attività ta’ tislif lill-klijenti PWB, (ii) minn spiża medja ta’ riskju kkalkulata għal kull tranżazzjoni fl-osservanza tal-metodoloġija Basel II (spiża medja tar-riskju fuq perjodu twil) u (iii) minn taxxa fuq id-dħul.

espert indipendenti jivverifika kull sitt xhur li l-RAROC jirrifletti l-ispejjeż tad-diviżjoni PWB, li l-impenn ta’ hawn fuq li jiġi osservat minimu RAROC ta’ 10 % fuq l-attività PWB ikun rispettat u li l-metodoloġija u l-kalkolu tal-RAROC u tal-komponenti jkunu preċiżi.

(71)

Dexia tnaqqas sa żero l-ammont tal-finanzjamenti attwali disponibbli għas-sussidjarja Torka tagħha DenizBank sa mill-aktar tard it-30 ta’ Ġunju 2011 u ma tagħtiha ebda finanzjament intragrupp ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2014.

(72)

Minn issa sat-30 ta’ Ġunju 2010, Dexia timplimenta linja ta’ rappurtar LPMD. L-assi assenjati f’din il-linja jitqiegħdu f’ġestjoni estintiva jew jinbiegħu. Dawn l-assi huma:

il-portafolli “Credit Spread Portfolio” (CSP) u “Public Sector Portfolio” (PSP) (għal ammont stmat ta’ madwar EUR 134 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2009);

il-portafoll “Financial Products” ta’ assi ta’ FSAM miżmuma minn Dexia (għal ammont stmat ta’ madwar EUR 10,7 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2009) u

il-portafoll “non-core PWB loans” (għal ammont stmat ta’ madwar EUR 17-il biljun fil-31 ta’ Diċembru 2009).

Il-finanzjamenti miġburin minn Dexia u li jibbenefikaw mill-garanzija ta’ finanzjament jiġu integralment assenjati f’din il-linja.

(73)

Dexia tillimita l-produzzjoni ġdida annwali PWB sa EUR 12-il biljun fl-2009, EUR 15-il biljun fl-2010 u EUR 18-il biljun mill-2011 sal-2014.

(74)

Dexia tnaqqas l-ispejjeż tal-operat tagħha bi 15 % qabel il-31 ta’ Diċembru 2012.

(75)

Dexia tnaqqas l-attivitajiet ta’ “kummerċ” tagħha (tnaqqis ta’ 44 % mill-valur medju f’riskju annwali, li kien ta’ EUR 126 biljun fl-2008) u ttemm l-attivitajiet ta’ negozjati tagħha għal kont proprju mid-data ta’ din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(76)

Dexia tirrinunzja definittavment, b’effett immedjat mid-data ta’ din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għall-profitt tal-obbligu konvertibbli Dexia BIL ta’ EUR 376 miljun li l-Lussemburgu kien intrabat li jissottoskrivi f’Settembru 2008.

(77)

Ir-rikors minn Dexia għall-garanzija ta’ finanzjament tal-Istati Membri kkonċernati hija limitata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

tmiem tal-garanzija għall-kuntratti ta’ kontijiet kollha konklużi mill-31 ta’ Marzu 2010;

tmiem tal-garanzija ta’ finanzjament għall-ħruġ kollu f’terminu qasir (inqas minn sena) imwettaq mill-31 ta’ Mejju 2010;

tmiem tal-garanzija ta’ finanzjament għall-ħruġ jew kuntratti kollha (inklużi dawk f’terminu twil) imwettqa jew konklużi mit-30 ta’ Ġunju 2010;

fl-ebda mument ma jistal-ammont totali tal-ammonti pendenti garantiti jaqbeż l-EUR 100 biljun;

matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-garanzija, Dexia tħallas lill-Istati Membri kkonċernati remunerazzjoni addizzjonali fuq l-ammont li jkun inqabeż f’każ li jinqabżu l-limiti ta’ ingranaġġi pendenti garantiti li ġejjin:

Tabella 5

Remunerazzjoni addizzjonali mħallsa f’każ li jinqabżu l-ammonti ta’ obbligi

Limitu/porzjon (ingranaġġi pendenti garantiti f’biljun EUR)

60-70

70-80

80-100

Remunerazzjoni supplimentari tal-qbiż (fil-punti bażiċi)

+ 50

+ 65

+ 80

(78)

Sal-31 ta’ Ottubru 2014, Dexia ma għandhiex tuża l-istatus tagħha ta’ bank li jibbenefika minn garanzija tal-Istati Membri kkonċernati għal skopijiet ta’ reklamar kummerċjali u ma għandhiex tuża l-garanzija għal operazzjonijiet puri ta’ arbitraġġ.

(79)

Sal-31 ta’ Diċembru 2011 Dexia SA u s-sussidjarji li tagħhom għandha l-kontroll esklussiv jew konġunt ma għandhomx ikunu x-xerrejja ta’ aktar minn 5 % tal-kapital azzjonarju tal-istabbilimenti ta’ kreditu jew impriżi ta’ investiment jew kumpaniji ta’ assigurazzjoni oħrajn, sakemm mhux b’awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Dan l-impenn ma jostakolax, sakemm mhux bi qbil minn qabel tal-Kummissjoni, ix-xiri minn Dexia ta’ holding f’remunerazzjoni ta’ injezzjoni ta’ holdings jew ta’ attivitajiet imwettqa fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ bejgħ jew ta’ ġabra (permezz ta’ amalgamazzjoni jew injezzjoni) ta’ assi jew attivitajiet, sakemm, f’każijiet bħal dawn, il-holding imsemmi ma jagħtix lil Dexia l-kontroll esklussiv jew konġunt tal-entità benefiċjarja tal-injezzjoni jew li tirriżulta mill-amalgamazzjoni. Dexia tinforma minn qabel lill-Kummissjoni rigward kull proġett ta’ akkwist, inkluż kull proġett previst minn impriżi li Dexia tikkontrolla b’mod konġunt.

(80)

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, Dexia sejra tillimita l-ammont ta’:

kull forma ta’ dividendi distribwiti minn Dexia SA abbażi tal-ishma ordinarji tagħha, u

kull rimbors diskrezzjonali antiċipat jew ħlas tal-imgħax fuq strumenti ibridi Tier 1 jew strumenti Tier 2 (i) maħruġa minn entitajiet li tagħhom Dexia għandha l-kontroll esklussiv (ii) miżmuma minn persuni jew entitajiet minbarra Dexia SA u s-sussidjarji tagħha u (iii) li l-ħlas jew l-eżerċizzju tagħhom huwa diskrezzjonali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali rigward dawn l-istrumenti, b’tali mod li, wara d-distribuzzjoni jew il-ħlas previst (u b’kunsiderazzjoni għall-ħlasijiet eventwali magħmulin obbligatorji minħabba l-ħlas ta’ dividend abbażi tal-ishma ordinarji), il-Core Tier 1 ta’ Dexia (ikkalkulat b’referenza għall-aħħar kontijiet annwali konsolidati ppreparati għall-istandards IFRS),

huwa aktar minn jew ugwali għal-livell ta’ hawn isfel u,

31.12.2009

31.12.2010

31.12.2011

31.12.2012

31.12.2013

31.12.2014

10,7  %

10,6  %

(…)

(…)

(…)

(…)

huwa aktar minn jew ugwali għas-somma ta’ (i) 12,5 % tal-assi ppeżati mir-riskji (risk weighted assets) mil-Legacy Portfolio Management Division u (ii) ta’ 9,5 % tal-assi ppeżati mir-riskju (risk weighted assets) tal-attivitajiet l-oħrajn tal-grupp (il-“Core Division”).

(81)

L-impenn imsemmi fl-Anness (80):

huwa mingħajr preġudizzju għall-eżiġenza ta’ profitti distriwibbli (skont l-Artikolu 617 tal-Kodiċi tal-Kumpaniji Belġjani) fuq il-livell ta’ Dexia;

u mingħajr preġudizzju għall-operazzjoni li għalihom Dexia tkun legalment marbuta li tipproċedi fuq strumenti ibridi Tier 1 u Tier 2 jew operazzjonijiet li għalihom Dexia tkun legalment marbuta li tipproċedi fuq tali strumenti skont kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Frar 2010; u

ikun jista’ jiġi rivedut f’każ ta’ bidla sinifikanti fil-klassifikazzjoni tal-fondi proprji prudenzjali u tal-istandards kumpatibbli applikabbli ta’ Dexia.

(82)

Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet li għalihom Dexia tkun legalment marbuta li tipproċedi, jew li għalihom Dexia tkun legalment marbuta li tipproċedi skont kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Frar 2010, fuq strumenti ibridi Tier 1 u Tier 2, Dexia għandha tastjeni sal-31 ta’ Diċembru 2011 minn:

li tipproċedi għall-ħlas ta’ imgħax fuq strumenti ibridi Tier 1 jew strumenti Tier 2 miżmuma minn persuni jew entitajiet minbarra Dexia SA u s-sussidjarji tagħha u li l-ħlas tiegħu huwa diskrezzjonali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali rigward dawn l-istrumenti;

li tapprova jew tivvota favur il-ħlas ta’ kull forma ta’ dividend minn kull entità li fuqha Dexia SA teżerċita direttament jew indirettament il-kontroll esklussiv (inklużi l-entitajiet miżmuma 100 %) meta tali ħlas iġib miegħu obbligu ta’ ħlas ta’ imgħax fuq strumenti ibridi Tier 1 jew strumenti Tier 2 miżmuma minn persuni barra Dexia SA u s-sussidjarji tagħha; u

li teżerċita għażla diskrezzjonali ta’ rimbors antiċipata fuq l-istrumenti ibridi Tier 1 jew strumenti Tier 2 imsemmija fl-ewwel inċiż hawn fuq.

(83)

Dexia SA għandha tastjeni milli tipproċedi għad-distribuzzjoni ta’ dividendi fuq ishma ordinarji tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2011. Din il-projbizzjoni ma tapplikax għad-distribuzzjonijiet ta’ dividendi kompletament imwettqa permezz ta’ allokazzjoni ta’ ishma ġodda, sakemm l-ammont ta’ dawn id-distribuzzjonijiet ikun (i) konformi mal-Anness (80) u (ii) inqas minn jew ugwali għal 40 % tar-riżultat nett imwettaq minn Dexia SA abbażi tas-sena finanzjarja 2009 f’dak li jikkonċerna d-distribuzzjonijiet imwettqa fl-2010 u ta’ inqas minn jew ugwali għal 40 % tar-riżultat nett imwettaq minn Dexia SA abbażi tas-sena finanzjarja 2010 f’dak li jikkonċerna d-distribuzzjonijiet imwettqa fl-2011 (15).

(84)

F’dan ir-rigward, xieraq li jiġi mfakkar li skont l-impenn mogħti mill-Istati Membri kkonċernati fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2009 li jestendu l-garanzija, Dexia għandha tastjeni, mid-data ta’ din id-deċiżjoni u sad-data ta’ din id-deċiżjoni, milli:

(i)

tiddikjara kull dividend temporanju, jew tipproponi lill-Assemblea Ġenerali tal-Azzjonisti ta’ Dexia SA il-ħlas ta’ kull forma ta’ dividend, fir-rigward tal-azzjonisti ta’ Dexia SA;

(ii)

tapprova, jew tivvota favur il-ħlas ta’ kull forma ta’ dividend minn entitajiet li fuqhom Dexia SA teżerċita direttament jew indirettament il-kontroll esklussiv iżda li mhumiex miżmuma (direttament jew indirettament) 100 % minnha;

(iii)

tapprova, jew tivvota favur il-ħlas ta’ kull forma ta’ dividend minn kull entità li fuqha Dexia SA teżerċita direttament jew indirettament il-kontroll esklussiv (inklużi l-entitajiet miżmuma 100 %) meta tali ħlas iġib miegħu obbligu ta’ ħlas ta’ imgħax fuq strumenti ibridi Tier 1 jew strumenti perpetwi Upper Tier 2 miżmuma minn persuni jew entitajiet minbarra Dexia SA u s-sussidjarji tagħha;

(iv)

tipproċedi għall-ħlas ta’ kull imgħax fuq strumenti ibridi Tier 1 jew strumenti perpetwi Upper Tier 2 miżmuma minn persuni jew entitajiet minbarra Dexia SA u s-sussidjarji tagħha u li l-ħlas tiegħu huwa diskrezzjonali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali rigward dawn l-istrumenti. Jekk madankollu dan in-nuqqas ta’ ħlas kien suxxettibbli li jġib miegħu s-sospensjoni tal-ħlas ta’ dividendi minn Dexia SA abbażi tar-riżultati għall-2009, il-projbizzjoni msemmija tista’ ma tapplikax, sakemm Dexia tkun infurmat lill-Kummissjoni minn qabel u l-Kummissjoni tkun approvat, fuq bażi ad hoc, il-ħlas imsemmi ta’ imgħax; u

(v)

teżerċita għażla diskrezzjonali ta’ rimbors antiċipat tal-istrumenti ibridi kkunsidrati fil-punti (iii) u (iv) ta’ dan l-Anness.

(85)

Sabiex ikun hemm aktar u aktar kompetizzjoni u trasparenza fl-operazzjonijiet ta’ self mill-bank mill-awtoritajiet lokali, Franza tintrabat li tiżgura li l-awtoritajiet lokali jiżviluppaw il-prattiki ta’ kompetizzjoni tagħhom fl-operazzjonijiet ta’ konsenja fi flus jew kapital. Rakkomandazzjonijiet f’dan is-sens għandhom ikunu indirizzati speċifikament mill-Istat għall-awtoritajiet territorjali qabel it-tmiem tas-sena 2010 kemm fir-rigward ta’ finanzjamenti bankarji kif ukoll fil-qasam tal-użu ta’ prodotti finanzjarji kumplessi. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinsistu fuq l-interess ekonomiku inerenti, f’dan is-settur, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kompetizzjoni u għandhom jindikaw il-modalitajiet prattiċi differenti, skont liema minn dawn il-miżuri jkunu jistgħu jiġu implimentati. Il-prattiki tajbin rakkomandati għandhom jipprevedu l-karattru pubbliku tal-kompetizzjonijiet għat-tislif tal-ammonti l-aktar importanti. Għall-awtoritajiet territorjali b’mod partikolari, is-servizzi inkarigati li jgħinuhom u jagħtuhom parir għandhom ikunu konxji minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw il-ġeneralizzazzjoni ta’ sejħiet ta’ offerti trasparenti u mhux diskriminatorji mill-awtoritajiet lokali minn issa sal-2013 fir-rigward tal-finanzjamenti bankarji, Franza tintrabat li tagħmel proposti normattivi għal dan il-għan.

(86)

Sabiex ikun hemm aktar u aktar kompetizzjoni u trasparenza fl-operazzjonijiet ta’ self mill-bank mill-awtoritajiet lokali, il-gvern Belġjan, bi ftehim mar-Reġjuni, jintrabat li jikkontrolla l-pubblikazzjoni permezz tal-awtoritajiet kontraenti tas-sejħiet għall-offerti passati rigward il-finanzjament tal-awtoritajiet pubbliċi lokali.

4.3.   BEJGĦ U ĠESTJONI ESTINTIVA

(87)

Dexia tipproċedi għall-bejgħ ta’ assi elenkati f’dan l-anness.:

(a)

bejgħ jew introduzzjoni fl-ekwità pubblika tal-holdings ta’ 70 % miżmuma mill-grupp fis-sussidjarja Taljana tagħha, Crediop, minn issa sal-31 ta’ Ottubru 2012 (16);

(b)

bejgħ minn issa sat-30 ta’ Ġunju 2010 ta’ DEP, sussidjarja Franċiża ta’ Dexia Insurance Belgium (minn hawn ’il quddiem “DIB”), attiva fl-oqsma tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-inġinerija soċjali. L-iffirmar tal-ftehim ta’ bejgħ sar fid-9 ta’ Diċembru 2009 u l-bejgħ għandu jitwettaq matul l-ewwel semestru 2010;

(c)

bejgħ jew introduzzjoni fl-ekwità pubblika minn issa sal-31 ta’ Diċembri 2010 tal-holdings ta’ 51 % ta’ Dexia f’AdInfo, sussidjarja attiva fil-forniment ta’ servizzi informatiċi għall-komunitajiet lokali fil-Belġju;

(d)

bejgħ tal-holding ta’ Dexia f’SPE, impriża Belġjana ta’ produzzjoni tal-enerġija, qabel il-31 ta’ Diċembru 2010;

(e)

bejgħ tal-holding ta’ 20 % ta’ Dexia fil-Crédit du Nord (dan il-bejgħ twettaq fil-11 ta’ Diċembru 2009);

(f)

għeluq sal-2010 ta’ madwar 80 aġenzija fil-Belġju fil-kuntest tal-mudell ġdid ta’ distribuzzjoni tal-grupp;

(g)

waqfien tal-attivitajiet li ġejjin ta’ RCB International:

(i)

il-bejgħ ta’ Experta Jersey, ir-run-off ta’ Dexia “Private Bank” (PB) Jersey, il-waqfien tal-attivitajiet PB ta’ Montevideo, il-waqfien tal-proġett ta’ żvilupp PB f’Singapor, il-waqfien tal-proġett ta’ consumer finance fir-Russja u l-waqfien tal-attivitajiet ta’ Dexia Asset Management (minn hawn ’il quddiem “DAM”) fil-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali u orjentali, il-bejgħ tal-attivitajiet ta’ trust ta’ Esperta fl-Isvizzera twettqu matul is-sena 2009 u bidu 2010;

(ii)

il-bejgħ tal-attivitajiet ta’ trust eżerċitati minn Experta fil-Baħamas kif ukoll il-bejgħ tas-sussidjarja Daniża ta’ Dexia BIL minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2011;

(h)

bejgħ jew introduzzjoni fl-ekwità pubblika minn issa sal-31 ta’ Ottubru 2012 tal-holding ta’ Dexia fis-sussidjarja Slovakka Dexia Banka Slovensko (minn hawn ’il quddiem “DBS”) (17);

(i)

waqfien u ġestjoni estintiva tal-attivitajiet li ġejjin ta’ PWB international:

(i)

l-Indja: bejgħ tal-entità mwettqa fl-2009;

(ii)

l-Isvizzera (Dexia Public Finance Switzerland) u l-Isvezja (Dexia Norden): għeluq u likwidazzjoni minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2010;

(iii)

il-Messiku, l-Awstralja u l-Ġappun: ġestjoni estintiva tal-bilanċ;

(j)

bejgħ ta’ FSA (finalizzat fl-1 ta’ Lulju 2009) u wara bejgħ tal-partijiet ta’ Dexia f’Assured Guaranty minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2011;

(k)

bejgħ tal-holding ta’ 49 % tal-grupp f’Kommunalkredit Austria (KA), imwettaq fir-raba’ trimestru tal-2008;

(l)

bejgħ jew introduzzjoni fl-ekwità pubblika ta’ Deniz Emeklilik, is-sussidjarja ta’ assigurazzjoni ta’ DenizBank minn issa sal-31 ta’ Ottubru 2012;

(m)

bejgħ tal-holding ta’ 16 % tal-grupp f’Dexia Sabadell minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2013;

(n)

bejgħ aċċelerat tal-portafoll tal-obbligi ta’ Dexia li jammonta għal EUR [10-20] biljun fis-sena fl-2010 u 2011, EUR [5-15] biljun sa EUR [10-20] biljun fl-2012, EUR [0-10] biljun sa EUR [5-15] biljun fis-sena fl-2013 u l-2014;

(o)

ġestjoni estintiva tal-attivitajiet ta’ Standby Bond Purchase Agreements (minn hawn ’il quddiem “SBPA”) u Tender Option Bonds (minn hawn ’il quddiem “TOB”) (l-Istati Uniti tal-Amerka/il-Kanada).

(88)

Il-pjan ta’ ristrutturar jwassal għat-tnaqqis ta’ 35 % mit-total tal-karta tal-bilanċ ta’ Dexia fil-31 ta’ Diċembru 2014 b’relazzjoni mal-ammont tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008. L-Istati Membri kkonċernati jintrabtu sabiex Dexia tipproċedi għat-tnaqqis total tal-karta tal-bilanċ tagħha elenkat fit-tabella Nru 6 hawn isfel.

Tabella 6

Tnaqqis fit-total tal-karta tal-bilanċ tal-grupp, tal-“core division” u tal-LPMD

(F’biljun EUR)

 

31.12.2008

31.12.2009

31.12.2010

31.12.2011

31.12.2012

31.12.2013

31.12.2014

Bilanċ totali tal-grupp

651

580

[510-550]

[485-545]

[425-490]

[405-465]

427

Total tal- LPMD

 

162

[120-140]

[100-120]

[80-110]

[70-100]

79

Total tal-core division

 

419

[390-410]

[385-415]

[345-380]

[335-365]

353

4.4.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-IMPENN

(89)

Espert indipendenti jissottometti kull semestru rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-impenn tal-pjan ta’ ristrutturar. Dan ir-rapport jinkludi b’mod partikolari għarfien dettaljat (i) tal-osservanza tat-tnaqqis fil-karta tal-bilanċ imsemmi fl-Anness 88, (ii) tal-osservanza tat-tliet proporzjoni ta’ likwidità u ta’ finanzjament imsemmija f’premessa 69 u (iii) tal-osservanza tal-impenn rigward l-RAROC (18) imsemmi fl-Anness (70). Barra minn hekk:

dan ir-rapport huwa trażmess mill-aktar tard xahar wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet semestrali u l-approvazzjoni tal-kontijiet annwali u fi kwalunkwe każ qabel l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ April ta’ kull sena;

jekk, fir-rapport tiegħu ppreżentat qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, l-espert indipendenti jidentifika r-riskju li l-għanijiet annwali previsti fil-pjan ta’ ristrutturar ma jintlaħqux fi tmiem is-sena kkonċernata, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jippreżentaw lill-Kummissjoni, fix-xahar ta’ wara s-sottomissjoni tar-rapport, il-miżuri previsti ma’ Dexia li jippermettu li jintlaħqu dawn l-għanijiet permezz tal-mezzi xierqa qabel tintemm is-sena;

jekk, fir-rapport tiegħu ppreżentat qabel it-30 ta’ April ta’ kull sena, l-espert indipendenti jikkonstata li l-għanijiet annwali previsti fil-pjan ta’ ristrutturar ma jintlaħqux, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jippreżentaw lill-Kummissjoni fix-xahar ta’ wara s-sottomissjoni tar-rapport il-miżuri previsti ma’ Dexia li jippermettu li jintlaħqu dawn l-għanijiet qabel it-30 ta’ Ġunju tas-sena kkonċernata permezz tal-mezzi xierqa;

fin-nuqqas tal-preżentazzjoni tal-miżuri previsti fit-terminu preskritt jew li ma jintlaħqux l-għanijiet qabel it-30 ta’ Ġunju (f’dak li jikkonċerna l-miżuri ppreżentati, f’dak il-każ, wara r-rapport li għandu jiġi sottomess qabel it-30 ta’ April), il-Kummissjoni tista’, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 659/1999 (19), tiftaħ il-proċedura formali ta’ eżami mill-ġdid[…].

(90)

L-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi għandhom jissottomettu għal approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u mill-aktar tard xahar wara din id-deċiżjoni, lista minn persuna sa tlieta, magħżulin bi ftehim ma’ Dexia, għal nominazzjoni bħala espert indipendenti. L-espert indipendenti għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux jiffaċċja sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi matul l-eżerċizzju tar-rappreżentanza tiegħu. Il-Kummissjoni tista’ tagħti l-approvazzjoni tagħha, jew tirrifjuta l-espert(i) indipendenti propost(i). Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta l-espert(i) indipendenti propost(i), Dexia u l-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi jew Lussemburgiżi għandhom jipproponu, f’terminu ta’ xahar wara l-komunikazzjoni tar-rifjut, minn kandidat sa tlieta ġodda li għandhom ugwalment jiġu approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni. Jekk il-kandidati kollha proposti jkunu finalment irrifjutati mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina espert indipendenti. L-ispejjeż tal-prestazzjonijiet tal-Espert Indipendenti għandhom isiru minn Dexia.

(91)

Fil-każ li wieħed mill-impenji ta’ bejgħ tal-assi msemmija fil-punti (a), (c), (d), (h), (l) jew (m) tal-Anness (87) ma jkunx ġie sodisfatt fit-terminu stabbilit, u fin-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ rbit alternattiv mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi, Belġjani u Lussemburgiżi għandhom jissottomettu għal approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u mill-aktar tard xahar wara d-data ta’ limitu stabbilita għall-bejgħ, lista minn persuna sa tlieta, magħżulin bi ftehim ma’ Dexia, għal nominazzjoni bħala rappreżentant inkarigat mill-implimentazzjoni tal-bejgħ imsemmi. Ir-rappreżentant inkarigat mill-bejgħ għandu jkun indipendenti, ikollu l-kompetenzi rikjesti u ma għandux jiffaċċja sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi matul l-eżerċizzju tar-rappreżentanza tiegħu. Il-Kummissjoni tkun tista’ tagħti l-approvazzjoni tagħha jew tirrifjuta r-rappreżentant(i) propost(i). Jekk il-Kumissjoni tirrifjuta r-rappreżentant(i) inkarigat(i) mill-bejgħ propost(i), Dexia u l-awtoritajiet Franċiżi, Belġjani u Lussemburgiżi għandhom jipproponu, f’terminu ta’ xahar wara l-komunikazzjoni tar-rifjut, minn kandidat ġdida sa tlieta li għandhom ugwalment jiġu approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni. Jekk il-kandidati kollha proposti jkunu finalment irrifjutati mill-Kummissjoni, din għandha tinnomina rappreżentant, li Dexia għandha tinnomina jew tikkotribwixxi biex jiġi nnominat, fuq il-bażi tar-rappreżentazzjoni approvata mill-Kummissjoni.

(92)

L-awtoritajiet Franċiżi, Belġjani u Lussemburgiżi jintrabtu sabiex Dexia tagħti l-poteri ta’ rappreżentazzjoni meħtieġa u xierqa lir-rappreżentant inkarigat mill-bejgħ (i) sabiex iwettaq il-bejgħ tal-assi msemmija fl-Anness (91) (inkluż kull poter meħtieġ sabiex jiġi żgurat it-twettiq tajjeb tad-dokumenti rikjesti għall-implimentazzjoni tal-bejgħ), u (ii) sabiex titwettaq kull azzjoni jew dikjarazzjoni meħtieġa jew xierqa sabiex jitwettaq il-bejgħ, inkluża n-nominazzjoni ta’ konsulenti sabiex jakkumpanjaw il-proċess ta’ bejgħ. Ir-rappreżentant inkarigat mill-bejgħ għandu jinkludi fil-kuntratt(i) ta’ xiri u bejgħ it-termini u l-kundizzjonijiet normali u raġonevoli li jikkunsidra bħala xierqa sabiex jiġi konkluż il-bejgħ fis-sena ta’ wara n-nominazzjoni tar-rappreżentant. Ir-rappreżentant inkarigat mill-bejgħ għandu jorganizza l-proċess ta’ bejgħ b’tali mod li jiżgura l-bejgħ[…]. L-ispejjeż tas-servizzi tar-rappreżentant inkarigat mill-bejgħ għandhom isiru minn Dexia.

V.   RAĠUNIJIET LI JIĠĠUSTIFIKAW IL-FTUĦ TA’ PROĊEDURA FORMALI

(93)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-proċedura formali ta’ investigazzjoni miftuħa permezz tad-Deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2009 tirrigwarda kemm il-pjan ta’ ristrutturar inizjali ta’ Dexia nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati fi Frar 2009 kif ukoll il-miżura FSA.

(94)

Qabel xejn, fil-kuntest tad-diffikultajiet li ffaċċjat Dexia matul il-kriżi finanzjarja u tal-ammont importanti ħafna ta’ għajnuniet riċevuti, il-Kummissjoni fformulat dubji rigward:

il-kapaċità tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali li jirrestawra l-vijabbiltà f’terminu twil tal-grupp, mingħajr għajnuna mill-Istat u fl-iqsar termini;

in-natura tal-miżuri ta’ ristrutturar proposti, li jibqgħu ma jissodisfawx dak li huwa meħtieġ abbażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-ritorn għal vijabbiltà u l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar meħudin fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi attwali, b’konformità mar-regoli rigward l-għajnuniet mill-Istat (20) (minn hawn ’il quddiem il-“komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tal-bank”);

il-kapaċità tal-miżuri proposti sabiex jiggarantixxu li d-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni jkunu limitati u sabiex il-periklu morali jkun ittrattat b’għajnuniet limitati sal-minimu neċessarju u bi tqassim adegwat ta’ ħlasijiet bejn il-benefiċjarji u l-Istati Membri kkonċernati.

(95)

Wara, fir-rigward tal-miżura FSA, il-Kummissjoni kkunsidrat, fid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2009, li l-garanzija fiha nfisha, kif ukoll il-kopertura f’termini ta’ assi u l-qsim tal-ispejjeż bejn Dexia u l-Istati Membri kkonċernati, kienu kumpatibbli mas-suq intern. Madankollu, l-evalwazzjoni tal-assi u r-remunerazzjoni tal-garanzija, kif ukoll dik tat-titoli li għandhom jinħarġu minn Dexia lil hinn mill-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun sejħiet abbażi tal-kuntratt ta’ Put, kienu għadhom iridu jiġu vverifikati. Il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li tinkludi dawn l-aspetti tal-miżura FSA fil-kuntest tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni miftuħa fuq il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia. Il-Kummissjoni ppreċiżat ukoll f’din l-istess deċiżjoni li l-eżistenza tal-garanzija, il-portafoll ta’ assi koperti u l-livell tal-ewwel telf imġarrab minn Dexia ma kinux jaqgħu fil-perimetru tal-proċedura miftuħa permezz tad-deċiżjoni msemmija.

VI.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(96)

Il-Kummissjoni tinnota li ebda kumment mingħand partijiet interessati ma ġie riċevut fil-kuntest tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni miftuħa minbarra l-miżuri ta’ għajnuna favur Dexia.

(97)

Min-naħa l-oħra, qabel il-ftuħ tal-proċedura, tressaq ilment b’mod formali quddiem is-servizzi tal-Kummissjoni minn kompetitur ta’ DBB minbarra ż-żieda fil-kapital ta’ EUR 3 biljun sottoskritti mill-awtoritajiet u l-azzjonisti Belġjani ta’ Dexia kif ukoll il-garanzija mogħtija mill-Istat Belġjan għat-tislif interbankarju u assimilati favur Dexia. L-ilment huwa motivat mill-fatt li:

l-għajnuna ma tistax tiġi kkunsidrata bħala proporzjonata minħabba, b’mod partikolari, il-prezz ta’ sottoskrizzjoni tal-ishma ordinarji maħruġa minn Dexia fil-kuntest tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni: il-prezz ta’ EUR 9,9, ibbażat fuq il-medja ta’ tletin jum qabel l-operazzjoni, huwa ogħla mill-prezz li jħallas investitur f’ekonomija tas-suq fil-kuntest taċ-ċirkostanzi degradanti ħafna għall-valuri finanzjarji fil-mument tal-ħruġ;

l-għajnuna ma tistax tiġi kkunsidrata bħala limitata għall-minimu neċessarju safejn fil-mument ta’ rikapitalizzazzjoni ppermettiet li jissaħħaħ il-proporzjon ta’ fondi proprji Tier 1 ta’ Dexia minn 11 % sa 14 %, li jagħmel lil dan wieħed mill-bank Ewropej mill-aktar dotati f’dan ir-rigward;

l-għajnuna twassal għal distorsjonijiet importanti fil-kompetizzjoni safejn tkun ippermettiet lil Dexia tipprattika prezzi tad-depożiti riċevuti mill-klijenti ogħla mill-medja tal-banek tradizzjonali attivi fis-suq Belġjan.

VII.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

7.1.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-GVERN BELĠJAN DWAR L-ILMENT RIĊEVUT MILL-KUMMISSJONI

(98)

Fuq il-bażi tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-formola ta’ ilment imressqa quddiem is-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Belġjani fformulaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-element ta’ motivazzjoni tal-ilment.

(99)

Fir-rigward tal-prezz ta’ sottoskrizzjoni tal-ishma maħruġa minn Dexia fil-kuntest tal-operazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni, l-awtoritajiet Belġjani jenfasizzaw li l-prezz ta’ EUR 9,9 għal kull sehem, li jikkorrispondi għal medja ta’ tletin jum qabel l-operazzjoni, ġie stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 598 tal-Kodiċi Belġjan tal-Kumpaniji. Dan tal-aħħar jippreċiża, fil-fatt, li, fil-każ ta’ żieda fil-kapital bi flus kontanti riżervata għal persuna determinata jew diversi, il-prezz ta’ ħruġ tal-ishma ġodda ma jistax ikun inqas mill-medja tat-tletin jum qabel l-operazzjoni. Il-prezz tal-ishma maħruġa fil-kuntest tal-operazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia b’hekk ġie stabbilit skont l-obbligi legali imposti fuq il-partijiet preżenti.

(100)

Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Belġjani jenfassizzaw li l-attur jiddubita mill-ħtieġa tar-rikapitalizzazzjoni minħabba li Dexia kienet għaddejja minn kriżi ta’ likwidità, u mhux kriżi ta’ solvenza, u li r-rikapitalizzazzjoni kienet twassal biss għat-tisħiħ tal-fondi proprji Tier 1 ta’ Dexia għal livell ogħla minn dak tal-banek Ewropej komparabbli. Madankollu, skont l-awtoritajiet Belġjani, dawn l-allegazzjonijiet ma jiħdux inkunsiderazzjoni il-ħtiġijiet ta’ solvenza ta’ Dexia fi tmiem Settembru 2008, kif irriżultaw miż-żieda tar-riskju u t-telf previżibbli fit-tielet u r-raba’ trimentru 2008 minħabba l-espożizzjonijiet tal-grupp fuq diversi stabbilimenti falluti jew f’diffikultà (Lehman Brothers, Depfa, Bradford & Bingley, banek Irlandiżi u Islandiżi), telf mistenni fuq l-espożizzjonijiet ta’ FSA, kif ukoll deprezzament numerużi ta’ assi marbutin mad-degradazzjoni tan-notazzjonijiet ta’ diversi stabbilimenti ta’ żieda fil-kreditu li ggarantixxew titoli miżmuma minn Dexia.

(101)

Finalment, f’dak li jikkonċerna d-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni kkawżati mill-miżuri ta’ għajnuna favur Dexia, l-awtoritajiet Belġjani jenfasizzaw li l-interventi ad hoc tal-Istat Belġjan favur Dexia kienu ġġustifikati sabiex tiġi evitata kriżi sistematika u mhux differenti minn, f’dan ir-rigward, interventi ta’ Stati Membri awtorizzati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. Barra minn hekk, fir-rigward tat-tariffi ppratikati minn Dexia fuq id-depożiti riċevuti mill-klijenti, l-awtoritajiet Belġjani pprovdew nota ta’ Dexia li tqabbel it-tariffi ppratikati minn Dexia ma’ dawk ipprattikati mill-kompetuturi tagħha għall-istess tip ta’ servizzi offruti fis-suq Belġjan (ING, Deutsche Bank, Fortis, Axa, Citibank, Rabobank u KBC). B’hekk, it-tariffi pprattikati minn Dexia jidhru konformi ma’ dawk tal-kompetituri tagħha. Fl-istess nota, Dexia tenfasizza ugwalment li dawn it-tariffi, ikkunsidrati fl-ilment, ikopru biss id-depożiti riċevuti bl-Internet, li jirrappreżentaw biss proporzjon dgħajjef ([10-15] %) mid-depożiti kollha riċevuti mill-klijenti.

(102)

B’hekk, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw, għall-kuntrarju tal-argumenti fformulati fl-ilment, li l-miżuri ta’ għajnuna favur Dexia huma kumpatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.

7.2.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI DWAR IL-FTUĦ TA’ PROĊEDURA

(103)

L-Istati Membri kkonċernati pprovdew lill-Kummissjoni bl-osservazzjonijiet konġunti tagħhom dwar il-proċedura formali ta’ investigazzjoni miftuħa permezz tad-Deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2009. L-osservazzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati jirrigwardaw kemm il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna tal-miżuri nnotifikati kif ukoll il-kumpatibbiltà tal-miżuri msemmija mas-suq intern.

7.2.1.   KLASSIFIKAZZJONI TAL-MIŻURI NNOTIFIKATI BĦALA GĦAJNUNA

7.2.1.1.    Iż-żieda fil-kapital

(104)

Fl-osservazzjonijiet tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw, qabel xejn, li l-ishma ta’ Dexia sottoskritti mill-azzjonisti storiċi tagħha (Kaxxa tad-Depożiti u l-Konseji, minn hawn ’il quddiem “CDC”, CNP Assurances, Holding Communal, Ethias et Arcofin) fil-kuntest tal-operazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni ma jinkludu ebda element li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, l-Istati Membri kkonċernati jfakkru li dawn l-impriżi huma marbutin flimkien f’Dexia permezz ta’ patt ta’ azzjonisti konkluż fi ftehim tat-28 ta’ Awwissu 2007, soġġett għad-dritt privat. Addizzjonalment, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi ta’ dan il-grupp ta’ azzjonisti, kien indispensabbli holding mingħand kull wieħed għaż-żieda fil-kapital. Barra minn hekk, minħabba l-urġenza tal-operazzjoni ta’ rikapitalizzazzjoni, kien loġiku li Dexia daret bi prijorità lejn l-azzjonisti ta’ referenza tagħha sabiex tipproċedi. L-Istati Membri kkonċernati enfasizzaw li d-deċiżjoni tas-CDC, tas-CNP Assurances, tal-Holding Communal, ta’ Ethias u ta’ Arcofin li jieħdu sehem fiż-żieda fil-kapital ma kinitx attribwibbli u, addizzjonalment, fir-rigward ta’ Arcofin u ta’ Ethias, din ma kinitx iffinanzjata permezz ta’ riżorsi mill-Istat.

7.2.1.2.    L-operazzjoni ta’ LA

(105)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-operazzjoni ta’ LA mogħtija lil Dexia mill-BNB, b’koperazzjoni mal-Banque de France, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istati skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE minħabba li l-operazzjonijiet ta’ LA jidħlu fil-missjonijiet normali tal-banek ċentrali nazzjonali u, b’mod partikolari, tal-missjoni tagħhom li jikkontribwixxu għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-kwalità tagħhom ta’ selliefa definittivi f’każ ta’ problemi ta’ likwidità temporanja ta’ bank, li barra minn hekk huwa solvibbli. Fil-fatt:

fil-mument tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni ta’ LA, l-awtoritajiet finanzjarji kkonfermaw li ma kellhom ebda raġuni għaliex jaħsbu li Dexia kienet insolvibbli;

l-għoti ta’ LA kien garantit minn sigurtajiet suffiċjenti pprovduti minn Dexia u li fuqhom il-BNB u l-Banque de France applikaw il-marġnijiet ta’ sigurtà (“haircut”) importanti u l-funzjoni tal-kwalità ta’ dawn is-sigurtajiet;

l-LA ingħata għal rati ta’ interess penalizzanti, saħansitra projbittivi;

il-BNB u l-Banque de France iddeċidew, f’kull mument f’awtonomija totali u b’mod kompletament diskrezzjonali, l-għoti ta’ LA, tal-estenzjoni tagħha u tas-somom mislufa f’dan il-kuntest;

l-għoti ta’ LA huwa miżura temporanja: il-krediti mogħtija fil-kuntest tal-operazzjoni ta’ LA huma limitati għal jum (“overnight”), rinovabbli skont deċiżjoni mill-bank ċentrali sellief.

(106)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani jenfasizzaw li l-operazzjoni ta’ LA favur Dexia ġiet approvata mill-Kunsill tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem “BCE”) (b’kompetizzjoni ta’ ammont massimu ta’ EUR […] biljun). Il-klassifikazzjoni tal-operazzjoni ta’ LA bħala għajnuna mill-Istat tagħmilha inkumpatibbli mal-prinċipju tal-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju stabbilit fl-Artikolu 123 tat-TFUE. Fil-fatt, skont dan il-prinċipju, huwa ġuridikament impossibbli li jiġu attribwiti lil Stat Membru l-atti mressqa minn bank ċentrali nazzjonali fl-eżerċizzju tal-missjonijiet tiegħu minħabba li l-bank ċentrali msemmi josserva l-kundizzjonijiet imposti għall-eżerċizzju ta’ din il-missjoni mill-BCE. Madankollu, l-operazzjoni ta’ LA mogħtija lil Dexia tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha imposti mill-BCE. Hija tittratta b’mod partikolari l-eżiġenza li l-provvediment ta’ LA għandu jittieħed b’mod indipendenti u diskrezzjonali mill-bank jew banek ċentrali nazzjonali kkonċernati.

(107)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-fatt biss li kull LA mogħtija mill-BNB tibbenefika awtomatikament mill-garanzija tal-Istat Belġjan mhuwiex ta’ natura li jemenda din il-konlużjoni. L-ewwel nett, il-mument li fih il-Kumitat tal-Ġestjoni tal-BNB, f’indipendenza totali, ħa d-deċiżjoni li jagħti l-operazzjoni ta’ LA lil Dexia, il-garanzija tal-Istat ma kinitx teżisti. Din għaldaqstant ma setgħetx tiġi kkunsidrata fit-teħid tad-deċiżjoni. Fuq kollox, il-fatt li l-leġiżlatur Belġjan wasal biex jipprevedi garanzija espliċita tal-Istat Belġjan għal dawn l-operazzjonijiet – mingħajr ma tkun marbuta mal-fajl Dexia – filwaqt li dan mhux dejjem il-każ fi Stati Membri oħrajn, jirriżulta mill-ispeċifiċità tal-azzjonisti tal-BNB li hija kumpanija kkwotata pubblikament ma’ azzjonisti privati, filwaqt li l-banek ċentrali nazzjonali l-oħrajn ġeneralment ma għandhomx azzjonisti privati. Din il-garanzija għalhekk tagħmel parti integranti mill-istatus organiku tal-BNB bl-għan li tippermetti lill-BNB tissodisfa l-missjoni tagħha ta’ sellief definittiv. Tali garanzija espliċita mhix neċessarja fil-każ ta’ banek ċentrali oħrajn li huma miżmuma 100 % mill-Istat rispettiv tagħhom. Il-karattru awtomatiku tal-garanzija tal-Istat ġie speċifikament previst sabiex jiżgura li l-operazzjonijiet ta’ LA tal-BNB ikunu konformi mal-prinċipji ta’ projbizzjoni tal-finanzjament monetarju u josservaw b’hekk il-kriterji tal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni kif iddikjarati, b’mod partikolari, fid-deċiżjoni tagħha Northern Rock (21).

(108)

Finalment, l-awtoritajiet Belġjani jenfasizzaw li jekk il-Kummissjoni jkollha madankollu tikkunsidra l-operazzjoni ta’ LA bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn ir-rata applikata u r-rata ta’ referenza msemmija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward ir-reviżjoni tal-metodu ta’ kalkolu tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (“Komunikazzjoni dwar ir-rati ta’ referenza”) (22). Barra minn hekk, l-ammont ta’ għajnuna għandu, fi kwalunkwe każ, ikun limitat għal nofs l-ammont totali ta’ LA, li jikkorrispondi għall-ammont effettivament mogħti lil Dexia mill-BNB, bin-nofs l-ieħor li jingħata għall-kont u r-riskji tal-Banque de France. Madankollu, dan tal-aħħar ma jibbenefika minn ebda garanzija speċifika mill-Istat Franċiż u l-garanzija tal-Istat Belġjan ma tistax evidentement tapplika għal operazzjoni mwettqa għall-kont u r-riskju ta’ bank ċentrali barrani.

7.2.1.3.    Il-miżura FSA

(109)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li l-probabbiltà li l-garanzija mogħtija mill-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż fuq l-assi ta’ FSAM tkun effettivament implimentata hija dgħajfa: il-limitu ta’ 4,5 biljun USD li jikkostitwixxu l-limitu tal-espożizzjoni għall-ewwel telf imġarrab minn Dexia huwa fil-fatt ogħla mix-xenarji l-aktar pessimisti rigward it-telf ekonomiku tal-portafoll. Konsegwentement, l-ammont tal-għajnuna eventwali mill-Istati għandu jkun ikkunsidrat bħala null anki f’xenarju pessimist.

7.2.2.   KUMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURI NNOTIFIKATI

7.2.2.1.    Il-miżura FSA

(110)

Qabel xejn, l-Istati Membri kkonċernati jressqu quddiem il-Kummissjoni li l-miżura FSA ma taqax, fl-opinjoni tagħhom, fil-kamp tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li jikkonċerna t-trattament tal-assi deprezzati fis-settur bankarju tal-Komunità (23) (minn hawn ’il quddiem il-“komunikazzjoni rigward l-assi deprezzati”) minħabba li:

il-miżura FSA mhix proprjament garanzija fuq assi, iżda garanzija fuq obbligi ta’ Dexia lejn FSAM abbażi tal-garanzija tagħha stess (permezz tal-Put): huwa biss jekk Dexia ma tonorax l-obbligi tagħha li tixtri l-assi kkonċernati mingħand FSAM f’każ ta’ eżerċizzju tal-Put, li tintalab il-garanzija tal-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż; konsegwentement, il-miżura FSA ma ġġibx magħha la trasferiment u lanqas bejgħ awtomatiku ta’ assi;

il-miżura ma għandhiex l-għan li tiggarantixxi l-portafoll FSAM favur Dexia, iżda li tagħmel possibbli operazzjoni ta’ bejgħ imwettqa b’urġenza u neċessarja għar-ristrutturar ta’ Dexia;

l-operazzjoni ta’ bejgħ imsemmija twettqet fi tmiem proċess miftuħ u trasparenti, li, b’analoġija mal-każijiet ta’ privatizzazzjoni, għandu jwassal għall-konklużjoni li ma fiha ebda element li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat;

il-miżura, notifikata qabel id-data ta’ adozzjoni tal-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati (25 ta’ Frar 2009), li diġà kienet iddikjarata kumpatibbli mal-paragrafu 16 tal-linja gwida Komunitarji li jikkonċernaw l-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà (24), mhemmx għaliex ikun meħtieġ li tkun ugwalment kumpatibbli mal-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati.

(111)

Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenfasizzaw li, anki jekk il-miżura FSA kellha tiġi evalwata fir-rigward tal-Komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati, il-Kummissjoni għandha l-elementi kollha li jippermettulha tikkonstata li l-miżura msemmija hija kumpatibbli mas-suq intern, b’mod partikolari, minħabba li:

il-qsim tal-ispejjeż huwa konformi mal-Komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati minħabba, b’mod partikolari, l-ammont tal-ewwel telf imġarrab minn Dexia, li jirrappreżenta aktar minn 36 % tal-ammont nominali tal-portafoll ta’ assi koperti, jiġifieri limitu ogħla sew mill-minimu ta’ 10 % stabbilit fil-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati; barra minn hekk, f’każ ta’ talba għall-garanzija tal-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż lil hinn mill-ewwel porzjon ta’ telf, dawn huma rimborsati minn Dexia f’titoli li jikkostitwixxu fondi proprji, li l-ħruġ tagħhom ikollu l-effett li jdgħajjef lill-azzjonsti l-oħrajn tal-grupp;

il-miżura hija soġġetta għal remunerazzjoni tas-suq, ugwali għall-medja tas-CDS fuq ħames snin għal Dexia (għall-perjodu tal-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Awwissu 2008) flimkien ma’ 70 punt bażi, jiġifieri 113 punt bażi; l-Istati Membri kkonċernati jenfasizzaw, f’dan ir-rigward, li r-rata ta’ remunerazzjoni żdiedet b’21 punt bażi b’relazzjoni mal-ammont inizjalment notifikat lill-Kummissjoni;

it-telf ekonomiku fuq l-assi koperti mill-miżura, kif ġie evalwat minn partijiet indipendenti, skont metodoloġija vvalidata mill-awtoritajiet ta’ kontroll nazzjonali, huwa kompletament responsabbiltà ta’ Dexia safejn, kif imsemmi qabel, it-telf massimu jibqa’ inqas mill-ammont tal-ewwel telf imġarrab minn Dexia.

(112)

Konsegwentement, l-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw il-miżura FSA bħala kumpatibbli mas-suq intern u l-ammont ta’ għajnuna fil-miżura bħala null.

7.2.2.2.    Il-pjan ta’ ristrutturar inizjali

(113)

L-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux mad-dubji mqajma mill-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta’ pjan ta’ ristrutturar inizjali nnotifikat lill-Kummissjoni fi Frar 2009 li jirrestawra l-vijabbiltà f’terminu twil tal-bank, jipprevjeni d-distorsjonijiet eċċessivi ta’ kompetizzjoni u jiżgura qsim adegwat tal-ispejjeż ta’ ristrutturar.

(114)

Fil-fatt, fl-osservazzjonijiet tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li l-miżuri nnotifikati lill-Kummissjoni jippermettu li tiġi żgurata l-vijabbiltà f’terminu twil ta’ Dexia, safejn:

it-tnaqqis previst tal-portafoll tal-obbligi ta’ Dexia għall-2010 jammonta għal EUR [15-30] biljun (li minnhom EUR […] biljun f’bejgħ), l-istess ammont tal-2011, li jidher kredibbli u saħansitra kemxejn konservattiv fid-dawl tal-esperjenza riċenti ta’ Dexia;

ix-xenarju ta’ stabbiliment mill-ġdid tal-likwidità, b’mod partikolari bl-għan li jnaqqas b’EUR 100 biljun l-ħtiġijiet ta’ finanzjament f’terminu qasir ta’ Dexia sa tmiem l-2010, huwa realistiku, b’mod partikolari minħabba l-istabbiliment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament fis-suq tal-obbligi u s-suq tal-obbligi fuq il-proprjetà;

is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi li jirfdu l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia huma konservattivi ħafna;

l-inċertezzi msemmija mill-Kummissjoni fir-rigward tal-evoluzzjoni futura tas-suq tal-finanjzament tal-komunitajiet lokali għandhom biss ftit impatt fuq l-attività ta’ Dexia, safejn dan is-suq huwa ftit sensittiv għall-kundizzjonijiet makroekonomiċi u tnaqqis tal-produzzjoni ġdida tat-tislif lill-komunitajiet lokali jkollu, barraminnhekk, impatt marġinali fuq id-dħul ta’ Dexia.

(115)

Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenfasizzaw li l-miżuri kollha ta’ ristrutturar nnotifikati fi Frar 2009 jikkonċernaw attivitajiet ta’ profitt, sew jekk fir-rigward tal-attivitajiet PWB kif ukoll tat-tnaqqis tal-perimetru tal-attivitajiet RCB. Konsegwentement, il-miżuri kollha proposti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-miżuri bl-għan li jnaqqsu d-distorsjonijiet eċċessivi ta’ kompetizzjoni.

(116)

Finalment, l-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li l-evalwazzjoni tal-ammont tal-għajnuna magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2009 tagħha mhix preċiża għaliex hija żżid ammonti inkorretti u ta’ natura differenti sabiex tilħaq ammont globali ta’ għajnuna ta’ madwar EUR [170-210] biljun. Dan l-ammont, li fir-rigward tiegħu l-qsim tal-ispejjeż ta’ ristrutturar bejn Dexia u l-Istati Membri kkonċernati għandu jiġi evalwat, huwa għalhekk sopravalutat. Għall-kuntrarju, is-sehem ta’ Dexia għall-ispejjeż ta’ ristrutturar huwa, skont l-Istati Membri kkonċernati, sottovalutat sakemm ma jikkunsidrax it-tnaqqis ta’ produzzjoni ġdida ta’ tislif previst minn Dexia u l-Istati Membri kkonċernati fil-pjan ta’ ristrutturar, li għandha tiġi kkunsidrata bħala kontribuzzjoni proprja ta’ Dexia għall-ispejjeż ta’ ristrutturar.

(117)

Bħala konklużjoni, l-Istati Membri kkonċernati jappoġġjaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza definittivament il-miżura FSA sabiex tippermetti l-bejgħ ta’ FSA lil Assured Guaranty, li jikkostitwixxi element essenzjali fl-istabbiliment mill-ġdid tal-vijabbiltà u t-tnaqqis tal-profil ta’ riskju tal-grupp. Min-naħa l-oħra, huma jikkunsidraw li d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-miżuri l-oħrajn huma mingħajr bażi.

7.3.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI DWAR IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR

(118)

Flimkien mal-osservazzjonijiet ta’ hawn fuq, ifformulati fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali nnotifikat lill-Kummissjoni fi Frar 2009, l-Istati Membri kkonċernati ressqu l-osservazzjonijiet tagħhom quddiem il-Kummissjoni dwar il-miżuri komplementari ta’ ristrutturar nnotifikati lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Frar 2010.

(119)

F’dan ir-rigward, l-Istati Membri kkonċernati jikkunsidraw li l-pjan ta’ ristrutturar jippermetti li tiġi rinfurzata l-vijabbiltà f’terminu twil tal-grupp, li tippermetti lil Dexia tgħaġġel il-ħruġ tal-arranġament ta’ garanzija ta’ rifinanzjament, u tittratta t-tħassib kollu l-ieħor imqajjem mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tat-13 ta’ Marzu 2009 u tat-30 ta’ Ottubru 2009 tagħha. Il-miżuri ta’ ristrutturar kollha nnotifikati bejn Frar 2009 u Frar 2010 flimkien jiffurmaw proġett ta’ ristrutturar u kumpens ta’ distorsjonijiet eventwali ta’ kompetizzjoni konformi mal-eżiġenzi fformulati mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tagħha u matul il-laqgħat mar-rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati u ta’ Dexia.

(120)

L-Istati Membri kkonċernati jenfasizzaw ugwalment li, sabiex tevalwa l-pjan ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni differenzi oġġettivi bejn is-sitwazzjoni ta’ Dexia u dik tal-istituzzjonijiet bankarji l-oħrajn li l-Kummissjoni approvat il-pjan ta’ ristrutturar tagħhom matul ix-xhur ta’ qabel. B’mod partikolari, b’differenza għal dawn l-istituzzjonijiet l-oħrajn:

Dexia diġà rritornat lura għall-profittabilità, b’riżultat nett pożittiv mill-ewwel trimestru 2009 u matul it-trimestri ta’ wara;

it-twettiq tal-pjan li jiżgura r-ritorn għall-vijabbiltà f’terminu twil ta’ Dexia huwa diġà mill-biċċa l-kbira involut, b’mod partikolari mal-bejgħ ta’ FSA u mat-tnaqqis tal-ħtieġa ta’ finanzjament f’terminu qasir ta’ EUR 100 biljun, għan li diġà ntlaħaq u li jammonta għal 75 % fit-tielet trimestru tal-2009;

l-attivitajiet tal-qalba fil-professjoni ta’ Dexia (PWB u RCB) jippreżentaw profil ta’ riskju intrinsikament dgħajjef. Ir-remunerazzjoni mistennija minn investitur tas-suq tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fattur ta’ differenzjazzjoni u tippermetti livell ta’ “return on equity” (ROE) inqas minn dak ta’ istituzzjonijiet oħrajn aktar riskjużi;

Dexia ħarġet u għandha toħroġ lill-Istati Membri kkonċernati, bħala remunerazzjoni tal-għajnuniet mogħtija, remunerazzjoni sinifikanti, li f’ċerti każijiet il-livell tagħha jaqbeż (b’mod partikolari l-garanzija fuq il-portafoll FP ta’ FSA) il-livell preskritt mil-linji gwida tal-Kummissjoni.

VIII.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

8.1.   EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA

(121)

Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxux għajnuniet mill-Istati skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-artikolu msemmi jistipula, fil-fatt, li “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkumpatibbli mas-suq intern”. Il-Kummissjoni għandha għalhekk teżamina, għal kull miżura, jekk il-kriterji kumulattivi msemmija fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE humiex sodisfatti.

8.1.1   IŻ-ŻIEDA FIL-KAPITAL

(122)

Fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna marbuta maż-żieda fil-kapital, il-Kummissjoni tirreferi għad-deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2009 tagħha li fiha hija stabbiliet li l-interventi tal-Istat u r-Reġjuni Belġjani u tal-Istat Franċiż u l-Istat Lussemburgiż jikkostitwixxu għajnuniet mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Kummissjoni tikkunsidra, barra minn hekk, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, li l-komportament tas-CDC u tal-Holding Communal huwa ugwalment attribwibbli għall-Istat.

(123)

B’konformità mal-ġurisprudenza, il-fatt biss li operatur ekonomiku jkun taħt kontroll statali mhux biżżejjed sabiex jiġu attribwiti miżuri meħudin minn dan għall-Istat (25). Madankollu, joħroġ ugwalment mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, safejn ikun diffiċli ħafna għall-Kummissjoni, mill-fatt li jeżistu relazzjonijiet speċjali bejn is-CDC u l-Holding Communal, minn naħa, u l-Istat rispettiv tagħhom, min-naħa l-oħra, li turi li f’dan il-każ id-deċiżjonijiet li jkun hemm injezzjoni ta’ kapital f’Dexia fil-fatt ittieħdu b’istruzzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi, ir-responsabbiltà mogħtija lill-Istat ta’ dawn il-miżuri tista’ tiġi dedotta permezz ta’ ġabra ta’ indikaturi proprji għaċ-ċirkostanzi li fihom twettqu dawn il-miżuri. (26)

(124)

Indikazzjonijiet bħal, b’mod partikolari, “l-integrazzjoni tal-impriża fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta’ dawn fuq is-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati mill-istatus ġuridiku tal-impriża, li tirrileva mid-dritt pubbliku jew mid-dritt komuni tal-kumpaniji, l-intensità tat-tutela eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża jew kwalunkwe indikatur ieħor li jindika, fil-każ konkret, involviment tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà ta’ nuqqas ta’ involviment fl-adozzjoni ta’ miżura, ugwalment fil-kuntest tal-kobor ta’ din, għal kontenut tagħha jew għall-kundizzjonijiet li tinkludi” jistgħu jkunu pertinenti sabiex tiġi konkluża r-responsabbiltà mogħtija lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna meħuda minn impriża pubblika (27).

(125)

F’dan il-każ, xieraq li jiġi kkonstatat minn naħa li:

Fir-rigward tas-CDC, din tal-aħħar hija stabbiliment pubbliku mqiegħed, permezz tal-liġi tal-finanzi Franċiża tat-28 ta’ April 1816, taħt is-sorveljanza u l-garanzija tal-awtorità leġiżlattiva, li teżerċita missjonijiet ta’ interess ġenerali (finanzjament ta’ organiżmi ta’ servizz pubbliku, b’mod partikolari), hija mirfuda minn dispożizzjonijiet legali u regolamentari u d-direttur ġenerali tagħha kif ukoll id-diretturi prinċipali tagħha huma nnominati mill-President tar-Repubblika Franċiża u l-gvern Franċiż (28); fiż-żmien tal-fatti u permezz ta’ deroga għad-dritt komuni, is-CDC ma kinitx sottomessa għall-kontroll tal-Kummissjoni bankarja jew tal-aġenzija tal-holdings tal-Istat, u lanqas għad-dritt tat-taxxi fuq il-kumpaniji bi ftehim dwar “kontribuzzjoni volontarja” lit-Teżor;

Fir-rigward tal-Holding Communal, dan tal-aħħar għandu 599 communes u provinċji Belġjani bħala azzjonisti u jikkostitwixxi l-vettura essenzjali tal-finanzjament tal-komunitajiet lokali; il-membri kollha tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tiegħu huma kunsilliera komunali, sintki jew viċisintki; l-istatuti tal-Holding Communal jistipolaw li dan huwa sottomess għall-kontroll tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru tal-Intern skont il-modalitajiet stabbiliti mil-liġi, f’dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi rrilevat li ż-żewġ kummissarji tal-gvern (li jirrappreżentaw rispettivament il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru tal-Intern) għandhom il-poter li jopponu deċiżjoni tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-Holding Communal; madankollu, skont il-ġurisprudenza (29), l-eżistenza ta’ dritt ta’ veto jew ta’ dritt ta’ approvazzjoni mill-Istat jindika r-responsabbiltà mogħtija lill-Istat tal-komportament ta’ entità ġuridika, li f’dan il-każ japplika għall-każ tal-Holding Communal.

Min-naħa l-oħra, jeħtieġ jiġi kkonstatat li, f’din il-kawża, l-injezzjoni ta’ kapital tas-CDC u l-Holding Communal seħħet flimkien mal-miżuri l-oħrajn meħudin mill-Istati (injezzjoni ta’ kapital direttament mill-Istati u r-Reġjuni, garanzija mill-Istati, miżura FSA, operazzjoni ta’ LA garantita mill-Istat Belġjan). Dawn l-injezzjonijiet huma konsistenti mal-miżuri l-oħrajn f’ġabra globali koerenti ta’ miżuri bl-għan li jsalvaw lil Dexia fi tmiem ix-xahar ta’ Settembru 2009.

Madankollu, il-konkomitanza ta’ dawn l-interventi flimkien mal-element msemmija hawn fuq jagħmlu li jkun improbabbli nuqqas ta’ involviment tal-awtoritajiet pubbliċi fid-deċiżjonijiet tas-CDC u l-Holding Communal li jipparteċipaw fiż-żieda fil-kapital ta’ Dexia. Għaldaqstant, hemm għaliex jiġi kkunsidrat li l-injezzjonijiet ta’ kapital magħmula mis-CDC u l-Holding Communal huma attribwibbli għall-Istati Membri rispettivi tagħhom.

(126)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rikapitalizzazzjoni operata mill-azzjonisti msejħa “storiċi” ma tissodisfax il-kriterju ġurisprudenzjali tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq. Fil-fatt, il-holding fir-rikapitalizzazzjoni ta’ Dexia tal-azzjonisti li l-komportament tagħhom mhux attribwibbli lill-Istat, limitat għal 12,4 % tat-total taż-żieda fil-kapital, mhuwiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-azzjonisti storiċi aġixxew bħala investituri privati f’ekonomija tas-suq. Il-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq japplika biss f’ċirkostanzi normali tas-suq (30). Madankollu, l-azzjonisti storiċi għamlu intervent sabiex isalvaw lil Dexia fl-eqqel tal-kriżi finanzjarja, f’ċirkostanzi normali ta’ suq kompletament anormali. Addizzjonalment, dan l-intervent tal-azzjonisti “storiċi” huwa konsistenti ma’ ġabra ta’ miżuri bl-għan li jsalvaw lil Dexia, impriża f’diffikultà gravi, u ta’ importanza sistematika għall-ekonomija tat-tliet Stati Membri kkonċernati. Madankollu, xieraq li jiġi rilevat li l-kunsiderazzjonijiet ta’ politika pubblika, ekonomika u soċjali għandhom jitwarrbu mill-evalwazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq (31). Wara, sabiex tosserva l-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq, il-kredibilità tal-investiment għandha tkun ikkonfermata minn “pjan ta’ kummerċ”ex-ante u, preferibbilement, business plan ex-ante li jkun ivvalidat minn awdituri indipendenti u simulazzjonijiet ta’ kriżi (“test ta’ stress”) (32).

(127)

Finalment, anki meta l-investitur pubbliku għandu l-kwalità ta’ proprjetarju (li huwa l-każ tal-azzjonisti “storiċi” li l-komportament tagħhom huwa attribwibbli għall-Istat, jiġifieri s-CDC u l-Holding Communal), xieraq, fit-tqabbil tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq, li jiġi vverifikat li l-investitur iġib ruħu bħal investitur prudenti, li ma jieħux aktar riskji kif jagħmel investitur privat f’ekonomija tas-suq (33). Il-karattru storiku tal-investitur ma jistax għalhekk jiġġustifika applikazzjoni “aktar flessibbli” tal-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq.

(128)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li ż-żieda fil-kapital attribwibbli għall-Istati Membri kkonċernati hija selettiva minħabba li hija tikkonċerna biss impriża waħda, il-grupp Dexia. Minħabba d-daqs ta’ Dexia u l-importanza tagħha fuq is-suq Belġjan, Franċiż u Lussemburgiż, u l-fatt li, mingħajr l-interventi, il-grupp kollu seta’ sab ruħu f’pożizzjoni ta’ insolvenza, li kienet tbiddel l-istruttura tas-suq bankarju fuq it-tliet territorji b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri inkwistjoni jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(129)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-injezzjoni ta’ kapital mis-CDC u l-Holding Communal tikkostitwixxi għalhekk element ta’ għajnuna riċevuta minn Dexia, skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(130)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riżorsi għad-dispożizzjoni ta’ Dexia skont il-komportamenti ta’ Ethias (li ma kinux nazzjonalizzati fiż-żieda ta’ kapital), ta’ Arcofin (li l-biċċa l-kbira tal-kapital huwa detenut minn azzjonisti privati) u ta’ CNP Assurance (li l-biċċa l-kbira tal-kapital jappartjeni għal azzjonisti privati, jiġifieri l-grupp Banque Populaire Caisses d’Épargne u d-detenturi ta’ kapital “galleġġjanti”) mhumiex riżorsi tal-Istat.

8.1.2.   IL-GARANZIJA TAL-ISTATI

(131)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-karattru ta’ għajnuna tal-garanzija fid-deċiżjonijiet tagħha tad-19 ta’ Novembru 2008 (Annessi 24 sa 27) u tat-30 ta’ Ottubru 2009 (Anness 13). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunament li jidher f’dawn id-deċiżjonijiet jibqa’ applikabbli u li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.1.3.   L-OPERAZZJONI TA’ LA

(132)

Fir-rigward tal-eżistenza tal-għajnuna marbuta mal-operazzjoni ta’ LA, il-Kummissjoni tieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Belġjani rigward l-operazzjoni ta’ LA implimentata mill-BNB favur Dexia. Il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu li dawn l-osservazzjonijiet mhumiex ta’ natura li jimmodifikaw il-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-element ta’ għajnuna assoċjati mal-operazzjoni ta’ LA, kif jidhru fid-deċiżjoni tagħha tad-19 ta’ Novembru 2008.

(133)

Fil-fatt, fil-punt 51 tal-komunikazzjoni tagħha rigward l-applikazzjoni tar-regoli dwar għajnuniet mill-Istat għall-miżuri meħudin b’relazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja dinjija (34) (minn hawn ’il quddiem “il-komunikazzjoni bankarja”), il-Kummissjoni indikat li hija kkunsidrat li l-għoti ta’ fondi minn bank ċentrali lil istituzzjoni finanzjarja ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat meta ċerti kundizzjonijiet jkunu sodisfatti (35).

(134)

Waħda mill-kundizzjonijiet għan-nuqqas ta’ għajnuna definita mill-komunikazzjoni bankarja hija li “l-miżura […] ma tibbenefikax mill-kontrogaranzija tal-Istat”. F’dan il-każ, il-Kummissjoni nnutat li l-krediti mogħtija mill-BNB jibbenefikaw minn garanzija tal-Istat Belġjan (b’effett retroattiv) skont il-Liġi tal-15 ta’ Ottubru 2008 li fiha miżuri bl-għan li jippromwovu l-istabbilità finanzjarja u jistabbilixxu b’mod partikolari garanzija tal-Istat rigward il-krediti mogħtija u operazzjonijiet oħrajn imwettqa fil-kuntest tal-istabbilità finanzjarja. L-operazzjoni ta’ LA mogħtija mill-BNB, li tibbenefika minn garanzija tal-Istat Belġjan, il-kundizzjoni prevista fil-Komunikazzjoni għalhekk mhix sodisfatta.

(135)

Il-kundizzjonijiet definiti fil-komunikazzjoni bankarja sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna għalhekk mhumiex sodisfatti fit-totalità tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat humiex fil-fatt sodisfatti. Minħabba li l-BNB hija organiżmu tal-Istat Belġjan, ir-riżorsi huma riżorsi pubbliċi. Huwa aktar u aktar veru f’dan il-każ li l-kontrogaranzija għandha bħala effett li kull telf għandu jkun direttament imġarrab mill-Istat Belġjan. Barra minn hekk, l-LA hija miżura mogħtija b’mod selettiv lil Dexia. Finalment, il-miżura tagħti vantaġġ b’mod selettiv lil Dexia billi ttiha l-finanzjament li l-banek ma jistgħux aktar jiksbu mis-suq. Minħabba li Dexia hija attiva f’diversi Stati Membri u, fil-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tagħha, b’kompetizzjoni ma’ stabbilimenti finanzjarji oħrajn, li l-bicca l-kbira tagħhom ma rċevewx għajnuniet komparabbli, dan il-vantaġġ joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(136)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-operazzjoni ta’ LA implimentata mill-BNB għal kont proprju tagħha tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.1.4.   IL-MIŻURA FSA

(137)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-karattru ta’ għajnuna tal-miżura FSA fid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2009 (Annessi 53 sa 56) u tikkunsidra li l-osservazzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati mhumiex ta’ natura li jpoġġu fid-dubju l-konklużjonijiet tagħha.

(138)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura FSA tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.2.   KWANTIFIKAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

(139)

Fid-deċiżjonijiet tagħha tad-19 ta’ Novembru 2008 u tat-13 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni diġà pproċediet għall-ewwel evalwazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna marbut mal-miżuri inkwistjoni. Fuq il-bażi ta’ din l-ewwel evalwazzjoni u tal-element komplementari kkomunikati mill-Istat Membri kkonċernati mit-13 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni tilħaq ammont ta’ għajnuna kkostitwit mill-elementi li ġejjin:

8.2.1.   IŻ-ŻIEDA FIL-KAPITAL

(140)

L-ammont totali tal-injezzjoni ta’ kapital imħabbar fit-30 ta’ Settembru 2008 huwa ta’ EUR 6,4 biljun, li xieraq li minnu jitnaqqas, għar-raġunijiet imsemmija, l-injezzjonijiet ta’ kapital ta’ Ethias, Arcofin u CNP Assurance, jiġifieri EUR 150 miljun, EUR 350 miljun u EUR 288 miljun rispettivament.

(141)

Il-Kummissjoni tinnota ugwalment li Dexia rrinunzjat, fil-kuntest tal-pjan ta’ ristrutturar tagħha, għall-benefiċċju tat-EUR 376 miljun ta’ titoli konvertibbli ta’ Dexia BIL li kellhom jiġu sottoskritti mill-Istat Lussemburgiż u li qatt ma ġew sottoskritti. Konsegwentement, dan l-ammont jitnaqqas ugwalment mill-ammont li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-elementi ta’ għajnuna marbutin maż-żieda fil-kapital.

(142)

Bħala konklużjoni, l-ammont totali ta’ għajnuna marbut maż-żieda fil-kapital jammonta għal EUR 5,2 biljun (36).

8.2.2.   IL-GARANZIJA TAL-ISTATI

(143)

B’konformità mal-ftehim ta’ garanzija ffirmat bejn Dexia u l-Istati Membri kkonċernati fid-9 ta’ Ottubru 2008, il-garanzija tal-Istati Membri kkonċernati tirrigwarda ammont massimu ta’ EUR 150 biljun. Dan l-ammont twassal għal EUR 100 biljun fil-ftehim ta’ garanzija li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2009.

(144)

Fl-osservazzjonijiet tagħhom rigward id-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura, l-Istati Membri kkonċernati argumentaw li l-ammont ta’ għajnuna marbut mal-garanzija għandu jiġi kkalkulat b’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward ir-reviżjoni tal-metodu ta’ kalkolu tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (minn hawn ’il quddiem dwar ir-rati ta’ referenza) (37). Skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-komunikazzjoni, l-elementi ta’ għajnuna marbutin mal-garanzija jkunu ugwali għad-differenza bejn ir-rata ta’ remunerazzjoni tal-garanzija u rata ta’ referenza definita bħala r-rata ta’ referenza tas-suq interbankarju (IBOR) flimkien ma’ 75 punti bażi.

(145)

Bħala reazzjoni għal dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li fil-każijiet ta’ impriżi f’diffikultà, l-applikazzjoni ta’ rata ta’ referenza bbażata fuq rati tas-suq mhix pertinenti għaliex, fin-nuqqas ta’ garanzija, ebda finanzjament ma seta’ jinġabar minn Dexia fis-swieq. Għalhekk, b’konformità ma’ prattika kostanti fil-każijiet ta’ ristrutturar li ġew sottomessi lilha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-element ta’ għajnuna li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-garanzija jista’ jasal sal-ammonti li fil-fatt huma koperti mill-garanzija, jiġifieri EUR 100 biljun, li jikkorrispondi għall-ammont massimu tal-obbligi ta’ Dexia li jistgħu fil-fatt ikunu koperti għat-terminu tal-garanzija, mill-1 ta’ Novembru 2009 (38).

8.2.3.   L-OPERAZZJONI TA’ LA

(146)

B’analoġija mar-raġunament preċedenti għall-garanzija, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-element ta’ għajnuna fil-garanzija tal-Istat Belġjan għall-operazzjoni ta’ LA implimentata mill-BNB jista’ jasal sal-ammont li fil-fatt huwa kopert mill-garanzija, jiġifieri EUR […] biljun, li jikkorrispondi għall-porzjon tal-ammont massimu ta’ LA, kif approvat mill-Kunsill tal-Gvernaturi tal-BCE, li minnu inkarigata l-BNB u li huwa garantit mill-Istat Belġjan.

8.2.4.   IL-MIŻURA FSA

(147)

Skont il-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati (39), il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ammont li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna marbut ma’ miżura ta’ assi deprezzati huwa d-differenza bejn il-prezz ta’ trasferiment u l-prezz tas-suq tal-portafoll ikkunsidrat. Skont il-prattika tal-Kummissjoni (40), il-prezz ta’ trasferiment huwa ddefinit bħala l-valur par residwu mnaqqas mill-ammont tal-ewwel porzjon li l-bank benefiċjarju tal-miżura huwa kompletament inkarigat minnu.

(148)

Il-miżura FSA tippreżenta speċifiċitajiet b’relazzjoni ma’ miżuri oħrajn ta’ trattament tal-assi deprezzati li fuqhom il-Kummissjoni kellha tiddeċiedi:

il-portafoll FSAM (valur par residwu ta’ 16,98 biljun USD fit-30 ta’ Settembru 2008) jinkludi żewġ sottoportafolli: (i) assi esklużi (valur par residwu ta’ 4,5 biljun USD), li huma soġġetti għall-kuntratt ta’ Put mhux garantit u (ii) assi koperti (valur residwu par ta’ 12,84 biljun USD) li huma soġġetti għall-kuntratt ta’ Put garantit, fis-sens li ftehim ta’ garanzija jipprevedi li l-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż jintrabtu li jiggarantixxu l-obbligi ta’ Dexia abbażi tal-ftehim ta’ Put għal dawn l-assi inklużi. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li t-talbiet kollha abbażi tal-kuntratt ta’ Put (kemm fuq l-assi koperti kif ukoll l-assi esklużi) jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-deprezzament tal-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD konservati minn Dexia. Dan l-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD ma jkoprix għalhekk biss il-portafoll ta’ assi koperti mill-miżura, iżda l-portafoll kollu FSAM.

Barra minn hekk, il-miżura tipprevedi, jekk neċessarju, intervent tal-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż għall-ewwel talba anki fuq l-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD, wara li l-Istat Belġjani u l-Istat Franċiż ikunu rrikorrew għal Dexia li għandha allura tirrimborsa dan l-intervent fi flus kontanti. Dan il-mekkaniżmu jesponi allura lill-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż għal riskju ta’ telf fuq l-assi koperti u għal riskju ta’ falliment fuq Dexia u dan diġà fil-kuntest tal-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD. Din il-karatteristika speċifika ma tinsabx komunament fil-miżuri ta’ assi deprezzati.

(149)

Minħabba dawn l-karatteristiċi speċifiċi, il-portafoll ikkunsidrat li għalih il-prezz ta’ trasferiment huwa kkalkulat huwa l-portafoll FSAM totali u mhux biss il-portafoll ta’ assi koperti. Fil-31 ta’ Jannar 2009, il-valur par residwu tela’ sa 16,6 biljun USD. Il-prezz ta’ trasferiment huwa għalhekk ta’ 12,1 biljun USD (jiġifieri d-differenza bejn 16,6 u 4,5 biljun USD). Il-prezz tas-suq kien ta’ [7 – 9] biljun USD, b’talimod li l-ammont ta’ għajnuna jitla’ sa USD [3,1 – 5,1] biljun, jiġifieri EUR [2,4 – 4,0] biljun (41).

8.2.5.   AMMONT TOTALI TAL-MIŻURI DIFFERENTI TA’ GĦAJNUNA

(150)

Bħalma enfasizzaw l-Istati Membri kkonċernati fl-osservazzjonijiet tagħhom għad-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li mhux pertinenti li jiżdiedu ammonti ta’ għajnuna li jikkorrispondu għal rikapitalizzazzjonijiet b’garanziji fuq obbligi, minħabba li ż-żewġ tipi ta’ miżuri ma għandhomx l-istess effetti ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna riċevuta minn Dexia taħt forma ta’ żieda fil-kapital u ta’ għajnuna għat-trattament tal-assi deprezzati (miżura FSA) jagħmlu b’kollox ammont ta’ EUR 8,4 biljun u li l-għajnuna taħt forma ta’ garanzija u operazzjoni ta’ LA tista’ tasal sa EUR [95-135] biljun.

8.3.   KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

8.3.1.   BAŻI LEGALI

(151)

Skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, “it-tipi ta’ għajnuna li ġejjin jistgħu jkunu kunsidrati bħala kompatibbli mas-suq intern […] għajnuna maħsuba sabiex […] tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. Fil-kuntest tas-sitwazzjoni tas-swieq interni mill-għoti tal-miżuri inkwistjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri inkwistjoni jistgħu jiġu evalwati abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. Fir-rigward tal-ekonomija Belġjana, Franċiża u Lussemburgiża, dan ġie kkonfermat mid-deċiżjonijiet differenti tal-Kummissjoni li tapprova l-miżuri meħudin mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri sabiex tiġġieled il-kriżi finanzjarja. (42). Konsegwentement, bħal fid-deċiżjonijiet tad-19 ta’ Novembru 2008, tat-13 ta’ Marzu 2009 u tat-30 ta’ Ottubru 2009 favur Dexia, il-bażi legali għall-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna inwkistjoni huwa l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.

(152)

Il-Kummissjoni ppreċiżat, fil-kuntest tal-kriżi attwali, il-kundizzjonijiet li fihom l-għajnuniet għat-trattament tal-assi deprezzati u l-għajnuniet għar-ristrutturar ta’ stabbilimenti f’diffikultà għandhom japplikaw. Dawn il-prinċipji jissemmew fil-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati u fil-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar.

8.3.2.   KUMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURA FSA

(153)

Kif imsemmi fid-deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2009, il-miżura FSA taqa’ fil-qasam tal-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati, anki jekk l-għan ewlieni tagħha kien li tippermetti t-twettiq tal-operazzjoni ta’ bejgħ ta’ FSA. Din il-miżura għandha għalhekk tiġi analizzata fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet previsti fil-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonkludiet fid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2009 li l-garanzija fiha nnifisha, kif ukoll il-kopertura f’termini ta’ assi u qsim ta’ spejjeż bejn Dexia u l-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż, kienu kumpatibbli mas-suq intern. L-evalwazzjoni tal-assi, ir-remunerazzjoni tal-miżura u r-remunerazzjoni tat-titoli li għandhom jinħarġu minn Dexia lil hinn mill-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD kienu għadhom iridu jiġu vverifikati.

8.3.2.1.    Evalwazzjoni tal-assi

(154)

Il-Kummissjoni analizzat jekk il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-VER implimentat kienx jikkorrispondi mal-eżiġenzi stabbiliti fil-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati, u b’mod partikolari jekk (i) hija kinitx ibbażata safejn huwa possibbli fuq dejta osservabbli, (ii) kinitx tippreżenta suppożizzjonijiet realistiċi u prudenti fir-rigward tal-flussi futuri ta’ teżorerija, u (iii) kinitx ibbażata fuq simulazzjonijiet ta’ kriżi prudenti fil-mument li fih twettqet l-evalwazzjoni.

(155)

Din l-analiżi tal-metodi ta’ evalwazzjoni tal-assi użati twettqet bl-assistenza teknika ta’ esperti inkarigati mill-Kummissjoni. Hija twettqet għal kull waħda mill-klassijiet prinċipali ta’ assi li jinsabu fil-portafoll FSAM taħt reviżjoni jew taħt xenarju bażi u xenarju ta’ stress. L-eżami tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet miżmuma għall-evalwazzjoni tal-VER wassal sabiex il-Kummissjoni tilħaq evalwazzjoni pożittiva rigward dawn. Il-Kummissjoni tirrileva b’hekk li s-suppożizzjonijiet magħmulin huma globalment konservattivi:

rati ta’ falliment ġew ipproġettati b’mod prudenti, bl-użu tal-aħħar tendenzi ta’ prestazzjoni ta’ dawn l-assi, fuq livelli kkunsidrati konservattivi;

rati ta’ rkupru (f’dawn inklużi spejjeż ta’ likwidazzjoni u rkupru) prudenti ġew ipproġettati, li jirriflettu l-aħħar tendenzi u ma jipproġettawx titjib fis-snin li ġejjin;

is-suppożizzjonijiet b’relazzjoni mar-rimborsi antiċipati huma ugwalment konservattivi u konformi mal-aħħar tendenzi osservati.

(156)

[…]

(157)

L-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD, li għandu jiġi rimborsat fi flus kontanti minn Dexia, huwa ogħla mil-livell tat-telf mistenni, stmat b’mod prudenti u konformi mal-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati, u dan, kemm f’xenarju bażi kif ukoll f’xenarju ta’ stress, u kemm fuq il-portafoll FSAM fit-totalità tiegħu kif ukoll fuq il-portafoll FSAM wara t-tnaqqis tal-assi esklużi. Il-prezz ta’ trasferiment, stabbilit bħala 12,1 biljun USD huwa inqas mill-VER, kemm fix-xenarju bażi ([13,6 – 14,6] biljun USD) kif ukoll fix-xenarju ta’ stress ([12 – 13]-il biljun USD).

8.3.2.2.    Remunerazzjoni tal-miżura FSA

(158)

Il-miżura FSA hija soġġetta għal remunerazzjoni li titħallas annwalment minn Dexia lill-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż ta’ 113 punt bażi abbażi tal-kopertura tar-riskju ta’ falliment fuq il-Put garantit, li magħha jiżdiedu 32 punt bażi abbażi tal-kopertura tar-riskju ta’ falliment ta’ Dexia li tonora l-impenn tagħha ta’ likwidità ma’ FSAM.

(159)

Il-Kummissjoni tevalwa b’mod pożittiv il-fatt li l-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD, li għandu jiġi rimborsat fi flus kontanti minn Dexia, huwa ogħla mil-livell tat-telf mistenni, fil-31 ta’ Jannar 2009, kemm f’xenarju bażi kif ukoll f’xenarju ta’ stress, minħabba li dan inaqqas ir-riskju mġarrab mill-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż. B’mod aktar partikolari, il-Kummissjoni tevalwa b’mod pożittiv il-livell ta’ remunerazzjoni mogħti lill-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż għall-miżura FSA, fir-rigward tal-livell ta’ riskju residwu li minnu huma inkarigati l-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż. Barra minn hekk, skont il-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati, sabiex tiġi evalwata r-remunerazzjoni tal-miżura FSA, tista’ ssir referenza għal-liberazzjoni ta’ kapital regolamentari ġġenerat permezz tal-miżura. Minħabba kobor tal-ewwel porzjon u l-fatt li din tal-aħħar hija soġġetta għal ippeżar ta’ 1 250 % bl-għan li jiġi kkalkulat il-kapital regolamentari assoċjat ma’ dan l-ewwel porzjon, intwera mill-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż li l-miżura FSA ma tilliberax kapital regolamentari. Kif indikat f’punt 21 (nota f’qiegħ il-paġna 11) tal-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati, il-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi għandhom jiġu remunerati b’mod komparabbli għal injezzjoni ta’ kapital. L-ammont ta’ kapital li jkun komparabbli mal-miżura FSA huwa hawn null minħabba n-nuqqas ta’ liberazzjoni ta’ kapital regolamentari. Min-naħa l-oħra, il-miżura FSA tkopri kamp akbar ta’ avvenimenti ta’ kawża mit-telf fuq assi koperti biss. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-remunerazzjoni annwali tal-miżura FSA hija xierqa.

8.3.2.3.    Remunerazzjoni tat-titoli li għandhom jinħarġu

(160)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kumpens li jirċievu l-Istat Belġjan u l-Istat Franċiż f’każ ta’ talba abbażi tal-garanzija li taqbeż l-ewwel porzjon ta’ 4,5 biljun USD huwa ogħla minn dak meħtieġ mill-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati.

8.3.2.4.    Konklużjonijiet dwar il-kumpatibbiltà tal-miżura FSA mal-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati

(161)

Il-Kummissjoni tikkonkludi b’hekk li l-miżura FSA hija kumpatibbli mal-prinċipji tal-komunikazzjoni dwar l-assi deprezzati.

8.3.3.   KUMPATIBBILTÀ TAL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR

8.3.3.1.    Grad ta’ ristrutturar meħtieġ

(162)

Bħalma huwa indikat aktar ‘il fuq, l-ammont ta’ għajnuna marbut maż-żieda fil-kapital u l-miżura FSA b’kollox jagħmel EUR 8,4 biljun. B’konformità mal-punt 4 tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, huwa dan l-ammont li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-obbligu li jiġi ppreżentat pjan ta’ ristrutturar. L-elementi ta’ għajnuna marbutin mal-garanzija u l-operazzjoni ta’ LA implimentati mill-BNB għandhom, min-naħa tagħhom, jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar mas-suq intern (43).

(163)

Bħalma huwa indikat fil-punt 4 (nota f’qiegħ il-paġna 4) tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, il-kriterji u ċ-ċirkostanzi partikolari jġibu magħhom l-obbligu li jiġi ppreżentat pjan ta’ ristrutturar li jkopri b’mod partikolari, iżda mhux b’mod esklussiv, il-każijiet li fihom bank f’diffikultà ġie rikapitalizzat mill-Istat jew li fihom il-bank li l-assi tiegħu huma soġġetti għall-miżura ta’ salvataġġ ikun diġà rċieva għajnuna mill-Istat, taħt liema forma tkun, li tikkontribwixxi sabiex tkopri jew tevita telf u li taqbeż, fit-totalità tagħha, 2 % mit-total tal-assi ppeżati skont ir-riskji. Madankollu l-Kummissjoni diġà wriet fid-deċiżjonijiet tagħha tad-19 ta’ Novembru 2008, it-13 ta’ Marzu 2009 u t-30 ta’ Ottubru 2009 li Dexia kienet impriża f’diffikultà fil-mument tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna.

(164)

L-elementi ta’ għajnuna marbutin maż-żieda fil-kapital u mal-miżura FSA jirrappreżentaw 5,5 % tal-assi ppeżati tar-riskji tal-grupp ikkalkulati fil-31 ta’ Diċembru 2008, jiġifieri ammont ogħla sew minn dak ta’ 2 % tal-assi ppeżati tar-riskji u destinati li jkopru telf imġarrab minn Dexia. Skont dawn il-prinċipji, Dexia għandha b’hekk tippreżenta pjan ta’ ristrutturar.

(165)

Il-grad ta’ ristrutturar meħtieġ jiddependi mill-gravità tal-problemi li jiltaqa’ magħhom kull bank u mill-ammont ta’ għajnuna riċevut. F’dan ir-rigward, l-għajnuna li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni hija l-għajnuna totali li tirriżulta mill-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni u trattament tal-assi deprezzati, kif ukoll il-garanzija miksuba. Il-kumpatibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar għandha tiġi evalwata fir-rigward tal-kundizzjonijiet esposti fil-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar. Dawn il-kundizzjonijiet huma li ġejjin:

il-pjan ta’ ristrutturar għandu jippermetti li tiġi restawrata l-vijabbiltà f’terminu twil tal-istabbiliment;

il-pjan ta’ ristrutturar għandu jiżgura qsim ġust tal-ispejjeż ta’ ristrutturar bejn l-Istati u l-bank;

il-pjan ta’ ristrutturar għandu jippermetti li jiġu kkoreġuti d-distorsjonijiet eċċessivi ta’ kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuniet.

8.3.3.2.    Restawr tal-vijabbiltà f’terminu twil tal-istabbiliment

(166)

B’konformità mal-Kapitolu 2 tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, il-pjan ta’ ristrutturar għandu jippermetti li tiġi restawrata l-vijabbiltà f’terminu twil tal-istabbiliment, jiġifieri li l-pjan ta’ ristrutturar għandu jkun komplet, dettaljat u bbażat fuq kunċett koerenti, li jippermetti li jintwera kif il-bank sejjer jirkupra l-vijabbiltà tiegħu f’terminu twil, mingħajr għajnuna mill-Istat u fl-inqas termini possibbli (sa massimu ta’ ħames snin). Il-pjan ta’ ristrutturar għandu, b’mod partikolari, jinkludi tqabbil ma’ għażliet oħrajn possibbli, fosthom żarmar jew assorbiment minn bank ieħor, għandu jelenka l-kawżi tad-diffikultajiet tal-bank, iforni informazzjoni dwar il-mudell ta’ impriża, jipprevedi t-tneħħija tal-impenn minn attivitajiet li jibqgħu strtturalment jagħmlu t-telf, jipprevedi rendiment xieraq tal-fondi proprji (hawn, f’xenarju bażi u xenarju ta’ kriżi) u jipprevedi modalitajiet ta’ rimbors tal-għajnuniet mill-Istat.

(a)   Evalwazzjoni tal-mudell ta’ impriża ta’ Dexia

(167)

Il-Kummissjoni tinnota qabel xejn b’mod pożittiv il-fatt li Dexia tkun kisbet riżultati pożittivi fuq l-ewwel tliet trimestri 2009. Madankollu, minħabba dawn ir-riżultati, il-Kummissjoni tinnota ugwalment il-punti li ġejjin:

il-prestazzjoni operattiva tal-grupp iddegradat ruħha relattivament matul l-istess sena 2009, u naqset b’44 % bejn l-ewwel u t-tielet trimestru 2009;

parti importanti tar-riżultati tal-grupp, stmata madwar EUR [300-500] miljun fl-2009 minn Dexia, tirriżulta minn riżultati ta’ teżorerija, u b’mod aktar partikolari mill-attivitajiet ta’ trasformazzjoni, possibbli permezz tal-inżul qawwi tal-kurva għall-maturitajiet ta’ inqas minn sena;

Dexia ma tkunx mistennija li tkun tat benefiċċji jekk hija ma kenitx ibbenefikat minn pakkett tant importanti ta’ finanzjamenti garantiti mill-Istati Membri kkonċernati (u li l-kobor tagħhom huwa fost l-akbar fl-Ewropa).

(168)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni dettaljata li ġew ikkomunikati lilha minn Dexia u l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni iżolat żewġ sorsi prinċipali ta’ profitt għal Dexia: il-profitti rikorrenti marbutin mal-attivitajiet bankarji tradizzjonali ta’ Dexia, minn naħa, u l-profitti ta’ natura inqas b’saħħitha, min-naħa l-oħra. Tal-ewwel ikopru prinċipalment il-qliegħ mit-tislif u l-portafoll tal-obbligi, il-qliegħ mill-kummissjonijiet, l-ispejjeż ta’ rifinanzjament, l-ispiża tar-riskju u l-ispejjeż operattivi. Tat-tieni jirrilevaw mill-attivitajiet ta’ trasformazzjoni f’terminu qasir, attivitajiet tas-suq għal kont proprju u qliegħ eċċezzjonali minn, pereżempju, il-bejgħ ta’ assi, ta’ teħid lura ta’ provvisti jew ta’ pożizzjonijiet miftuħin fuq strumenti dderivati.

(169)

Skont l-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati, […], b’talimod li l-analiżi tas-sorsi ta’ profitt tal-grupp tkun tista’ titwettaq f’termini ta’ marġnijiet b’relazzjoni mar-rati ta’ referenza interbankarji. Din l-analiżi, imwettqa matul l-2009, wasslet lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra li l-attivitajiet bankarji tradizzjonali ta’ Dexia jagħtu profitabbiltà dgħajfa ħafna, saħansitra negattiva. Tali analiżi mhix kontrodetta lill-eżami tar-riżultati pożittivi rreġistrati fuq l-ewwel tliet semestri tal-2009, li l-oriġini tagħha hija marbuta ma’ ċirkostanzi partikolari, bħalma huwa indikat hawn fuq.

(170)

Barra minn hekk, il-projezzjonijiet li jistgħu jkunu reġonevolment imnaqqsa fir-rigward tal-evoluzzjoni futura tas-sorsi prinċipali ta’ profitt tal-grupp ma jippermettux li jiġi konkluż, f’dan il-każ, titjib possibbli tar-riżultati fuq l-attivitajiet bankarji tradizzjonali ta’ Dexia. Fil-fatt:

il-marġni medja fuq l-attivitajiet ta’ tislif PWB u l-portafoll ta’ obbligi tkun sostenibbilment dgħajfa minħabba (i) il-livell dgħajjef tal-qliegħ iġġenerat minn dawn l-attivitajiet (bejn […] punti bażi skont l-informazzjonijiet fil-pjan ta’ ristrutturar), (ii) il-profil ta’ deprezzament li jimxi relattivament bil-mod ta’ dawn l-assi minħabba l-maturità medja (twila) tat-tislif PWB u tal-assi ta’ obbligi u (iii) id-diffikultà ta’ Dexia li tissostitwixxi dawn l-assi li jimmaturaw b’tislif ġdid, iġġenerat minn qliegħ ogħla. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li Dexia kienet stabbiliet mira ta’ produzzjoni ġdida fl-attività PWB ta’ EUR […] biljun fl-2009, imwettqa għal […] mill-ammont previst (EUR […] biljun), fuq l-ewwel 11-il xahar tas-sena 2009, u dan minħabba kompetizzjoni ogħla għal dawn l-attivitajiet fuq is-swieq tradizzjonali ta’ Dexia u pressjoni qiegħda tonqos fuq il-marġnijiet.

il-qliegħ tal-kummissjonijiet, li sors importanti tiegħu fil-passat kien il-bejgħ ta’ prodotti strutturati fil-kuntest tas-servizzi finanzjarji offruti minn Dexia lill-komunitajiet lokali, jirriskjaw li jonqsu fil-futur minħabba l-piż li għandu jiġi previst ta’ din ir-riżorsa (tnaqqis tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti strutturati minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni ġdida PWB u r-rieda dgħajfa tal-komunitajiet lokali għal dan it-tip ta’ prodotti fil-futur) u kompetizzjoni ogħla għall-attivitajiet li jiġġeneraw kummissjonijiet.

l-ispejjeż ta’ finanzjament jiżdiedu minħabba li jeħtieġ li Dexia tissostitwixxi b’mod progressiv finanzjamenti f’terminu qasir u/jew miksubin minn banek ċentrali tal-finanzjamenti f’terminu itwal miksubin kemm (i) mis-suq tal-obbligi, kif ukoll (ii) mis-suq tal-obbligi fuq il-proprjetà ugwalment bi spejjeż ogħla minn ta’ qabel il-kriżi u fil-limiti tal-kapaċità ta’ assorbiment ta’ dan is-suq, li jirriskjaw li jirrestrinġu rwieħhom fil-futur minħabba l-ebusija li għandha tiġi prevista fuq il-kollateral eliġibbli għall-BCE, jew inkella (iii) permezz tad-depożiti tal-klijenti kummerċjali u istituzzjonali, iżda f’kuntest aktar komptettiv.

l-ispejjeż operattivi u ta’ struttura (espressi f’punti bażi b’relazzjoni mat-total tal-karta tal-bilanċ) jirriskjaw li jinżammu fil-livell attwali, saħansitra li jiżdiedu, u dan minkejja l-pjan ta’ tnaqqis tal-ispejjeż bi 15 % fil-bidu tal-31 ta’ Diċembru 2012, minħabba li dan it-tnaqqis għandu jitwassal għat-tnaqqis fit-total tal-karta tal-bilanċ tal-grupp fuq l-istess perjodu, li huwa ogħla minn 15 %.

finalment, l-ispiża tar-riskju huwa element li jista’ jevolvi favorevolment fis-snin li ġejjin, kif jixhdu t-teħid lura ta’ provvisti imwettqa minn Dexia fl-2009. Madankollu t-tnaqqis tal-ispiża tar-riskju għandu jibqa’ limitat minħabba d-deterjorament tal-kwalità ta’ kreditu ta’ ċerti entitajiet tas-settur pubbliku li għalihom hija esposta Dexia.

(171)

Skont din l-analiżi, il-Kummissjoni tikkunsidra b’hekk li l-pjan ta’ ristrutturar għandu (i) inaqqas il-livell ta’ lieva ta’ Dexia sabiex, b’mod partikolari, jippermettilha tassumi spejjeż ta’ finanzjament ogħla u marġnijiet fuq assi dgħajfa, (ii) itejjeb il-kwalità u l-kompożizzjoni tas-sorsi tiegħu ta’ finanzjament u (iii) inaqqas il-bażi ta’ spejjeż fissi tiegħu.

(172)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ ristrutturar nnotifikat fid-9 ta’ Frar 2010 jagħti, jekk jitwettaq b’konformità mal-impenn mogħti mill-Istati Membri kkonċernati, risposti sodisfaċenti għad-domanda tal-vijabbiltà f’terminu twil tal-grupp.

(173)

Qabel xejn, il-pjan ta’ ristrutturar jippermetti tnaqqis fit-total tal-karta tal-bilanċ ta’ Dexia b’35 % fil-bidu tal-2014, b’relazzjoni mal-ammont tal-31 ta’ Diċembru 2008, kif ukoll iffukar mill-ġdid tal-attivitajiet tal-grupp fuq l-attivitajiet bankarji tradizzjonali tagħha:

Il-bejgħ ta’ FSA lil Assured Guaranty, imwettaq fl-1 ta’ Lulju 2009, tejjeb b’mod sinifikanti l-profil tar-riskju ta’ Dexia bit-tnaqqis tal-espożizzjoni tagħha għar-riskji fis-settur pubbliku u l-prodotti strutturati Amerikani. It-titoli ta’ Assured Guaranty riċevuti minn Dexia fil-kuntest tal-bejgħ ta’ FSA sejrin jinbiegħu ugwalment, biex b’hekk inaqqsu l-espożizzjoni ta’ Dexia għas-settur tal-assigurazzjonijiet “monolini”.

parti importanti mill-attività ta’ ġestjoni tal-portafoll tal-obbligi kif ukoll ta’ ċerti attivitajiet PWB fi swieq ta’ Dexia li mhumiex is-swieq storiċi tagħha (b’mod partikolari fl-Awstralja, il-Ġappun, il-Messiku, l-Isvezja u l-Isvizzera) huma iżolati mill-attività bankarja tradizzjonali tal-grupp u mqegħdin f’ġestjoni estintiva. Dawn l-attivitajiet kollha mqegħdin fl-LPMD jammontaw għal EUR 161,7 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2009, jiġifieri 27,9 % mill-bilanċ totali ta’ Dexia sa din id-data. L-Istati Membri kkonċernati jipprevedu deprezzament progressiv tal-LPMD, kif indikat fit-tabella 4. Il-Kummissjoni tinnota li, minkejja l-bejgħ mgħaġġel tal-portafoll tal-obbligi previst fil-pjan ta’ ristrutturar, id-deprezzament tal-attivitajiet tal-LPMD isir b’rittmu bil-mod minħabba l-maturità twila tal-assi kkonċernati (l-LPMD tippreżenta 17,9 % tal-bilanċ totali ta’ Dexia fil-bidu tal-2014). Dawn l-attivitajiet sejrin ikomplu b’hekk jippeżaw fuq il-profitabbiltà tal-grupp fis-snin li ġejjin. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota b’mod favorevoli l-fatt li l-applikazzjoni ta’ regoli konservattivi ta’ kapitalizzazzjoni tal-LPMD (osservanza għal proporzjon ta’ “core Tier 1” ta’ [10-15 %] tirrestrinġi l-kapaċità ta’ distribuzzjoni tal-grupp u b’hekk tikkontribwixxi għall-kapitalizzazzjoni tar-riżultati. Addizzjonalment, l-osservanza ta’ regoli stretti ta’ finanzjament (assenjazzjoni ta’ riżorsi stabbli lil-LPMD: ħruġ ta’ obbligi garantiti jew le, obbligi fuq il-proprjetà u depożiti) għandha tippermetti ugwalment li trażżan ir-riskji ta’ likwidità u trasformazzjoni marbutin mal-LPMD. Finalment, is-segregazzjoni tal-attivitajiet ta’ LPMD tal-bqija tal-attivitajiet tal-grupp sejra tiffaċilita s-segwitu tagħhom mill-osservaturi tas-suq.

l-attivitajiet PWB ta’ Dexia minbarra s-swieq storiċi tagħha (Franza, il-Belġju u l-Lussemburgu) jitnaqqsu ugwalment b’mod sinifikanti: is-sussidjarji Taljani (Dexia Crediop, li l-bilanċ tagħha kien EUR 61,2 biljun fit-30 ta’ Ġunju 2009) u Spanjoli (Dexia Sabadell, li l-bilanċ totali tagħha kien EUR 15,6 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2008) sejrin jinbiegħu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2013, rispettivament, kif inbiegħu, fl-2008, il-holding ta’ Dexia f’Kommunalkredit Austria u, fl-2009, l-entità Indjana ta’ PWB. Il-waqfa tal-attivitajiet PWB minbarra s-swieq storiċi ta’ Dexia għandha tikkontribwixxi sabiex titnaqqas il-pressjoni li tippeża fuq il-marġnijiet tal-attivitajiet PWB ta’ Dexia.

finalment, l-attivitajiet ta’ negozjati għal kont proprju sejrin jitwaqqfu, mid-data ta’ din id-deċiżjoni, u l-attivitajiet tas-suq sejrin jitnaqqsu b’mod sinifikanti, u jippermettu li titnaqqas l-espożizzjoni ta’ Dexia għar-riskji tas-suq u għar-riskju ta’ kontroparti fuq operazzjonijiet ta’ barra l-bilanċ: l-attivitajiet ta’ SBPO u ta’ TOB sejrin jitqiegħdu f’ġestjoni estintiva u l-limiti f’VaR ta’ Dexia sejrin jitnaqqsu b’44 % b’relazzjoni mal-2008. Il-waqfa kompleta tal-attivitajiet ta’ negozjati għal kont proprju jfisser li Dexia sejra żżomm attivitajiet ta’ negozjati biss sabiex tirċievi, tittrażmetti u twettaq l-ordnijiet ta’ xiri u bejgħ tal-klijenti tagħha. Dexia ma għandha fl-ebda każ iżżomm pożizzjonijiet miftuħin għall-kont proprju tagħha, ħlief jekk tali pożizzjonijiet jirriżultaw minn nuqqas ta’ kapaċità ta’ Dexia li twettaq ċerti ordnijiet tal-klijenti tagħha, u dan, f’limiti determinati sew b’talimod li jikkompromettux il-pożizzjoni ta’ solvenza u/jew ta’ likwidità tal-grupp.

(174)

It-tnaqqis tal-effett ta’ lieva ta’ Dexia u l-iffukar mill-ġdid tal-attivitajiet tagħha lejn l-attivitajiet bankarji tradizzjonali għandhom jippermettu lill-grupp li joħloq ekwilibriju mill-ġdid b’mod progressiv tal-bilanċ tiegħu bit-tnaqqis tal-parti tal-attivitajiet li jiġġeneraw marġnijiet dgħajfa (ingranaġġi pendenti PWB u portafoll tal-obbligi, b’mod partikolari) u biż-żieda tal-parti tal-attivitajiet aktar ta’ profitt (produzzjoni ġdida PWB u RCB u finanzjamenti ta’ proġetti, b’mod partikolari). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota b’mod favorevoli l-fatt li dan l-iffukar mill-ġdid tal-attivitajiet ta’ Dexia huwa akkumpanjat minn sorveljanza stretta tal-profitabbiltà ta’ dawn l-attivitajiet, b’mod partikolari PWB. Fil-fatt, safejn Dexia tipprojbixxi ruħha milli ssellef lill-klijenti PWB tagħha sa livell ta’ RAROC ta’ inqas minn 10 %, minn din id-deċiżjoni, livell ta’ profitabbiltà minimu tal-kapital ekonomiku għandu jkun jista’ jiġi żgurat fl-attività PWB sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-projezzjonijiet tar-riżultati ta’ Dexia fuq il-perjodu 2009-2014, ikkomunikati mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni (44), jikkonfermaw li l-profitabbiltà globali tal-attivitajiet tal-grupp għandha tkun tista’ tiġi żgurata fuq il-perjodu u li t-telf li għandu jiġi previst fuq l-attivitajiet f’ġestjoni estintiva (LPMD) ikun jista’ jiġi kkumpensat permezz tal-profitti tal-Core division.

(175)

Finalment, l-iffukar mill-ġdid tal-attivitajiet ta’ Dexia lejn l-attivitajiet u s-swieq tradizzjonali tagħha huma akkumpanjati minn titjib progressiv tal-profil ta’ likwidità tal-grupp, b’aktar aġġustament tal-maturità tal-finanzjamenti tagħha sal-maturità tal-assi tagħha. Dan it-titjib tal-profil ta’ likwidità jirriżulta minn tliet miżuri prinċipali:

iż-żieda tat-tul medju tal-ħajja tal-finanzjamenti f’terminu twil u ż-żieda tas-sorsi ta’ finanzjament stabbli tal-grupp. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota b’mod favorevoli l-proporzjonijiet fil-mira stabbiliti permezz tal-pjan ta’ ristrutturar għall-finanzjamenti f’terminu qasir b’relazzjoni mat-total tal-karta tal-bilanċ, it-tul medju tal-ħajja tal-obbligi tal-grupp u s-sorsi ta’ finanzjament stabbli b’relazzjoni mal-assi totali tal-grupp. Il-Kummissjoni ssib li, bil-kundizzjoni stretta li dawn il-proporzjonijiet ikunu osservati fil-maturitajiet stabbiliti, it-tnaqqis tal-espożizzjoni ta’ Dexia għar-riskji ta’ likwidità u trasformazzjoni jikkontribwixxi b’mod favorevoli għar-restawr tal-vijabbiltà tagħha f’terminu twil. Barra minn hekk, tali evoluzzjoni tmur fid-direzzjoni tal-istandards il-ġodda internazzjonali ta’ tkejjil u kontroll tal-likwidità, li qiegħda tiġi attwalment diskussa fi ħdan il-Kumitat ta’ Basel għall-kontroll bankarju.

il-ħruġ progressiv u antiċipat tal-mekkaniżmu ta’ garanzija tal-obbligi ta’ Dexia fil-bidu tat-30 ta’ Ġunju 2010. Il-Kummissjoni tinnota b’mod favorevoli tali ħruġ antiċipat mill-garanzija fil-kuntest tar-restawr tal-vijabbiltà f’terminu twil ta’ Dexia mingħajr għajnuna mill-Istat.

it-tnaqqis sa żero tal-finanzjamenti għad-dispożizzjoni minn Dexia lis-sussidjarja tagħha DenizBank. Din il-miżura tippermetti, fil-fatt, li jiġi żgurat li l-iżvilupp previst mill-attività RCB ta’ DenizBank ikun iffinanzjat mir-riżorsi proprji ta’ din tal-aħħar u ma jippeżax aktar fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-grupp kollu.

(b)   Xenarji ta’ stress ikkomunikati fil-kuntest tal-pjan ta’ ristrutturar

(176)

B’konformità mal-punt 13 tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri kkonċernati li jwettqu xi eżerċizzju ta’ test ta’ stress sabiex tiġi ttestjata r-reżistenza ta’ Dexia għal serje ta’ impatti li jistgħu jimmaterjalizzaw irwieħhom fis-snin li ġejjin u li tiġi konkluża l-vijabbiltà f’terminu twil tal-grupp.

(177)

Huwa importanti li jiġi ppreċiżat li l-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq ir-riżultati tat-testijiet kif sottomessi mill-Istati Membri kkonċernati. […].

(i)   L-ewwel test ta’ stress

(178)

Fir-rigward tal-ewwel test ta’ stress, bl-għan li jittestja r-reżistenza ta’ Dexia għal modifikazzjoni tal-varjabbli makroekonomiċi prinċipali (PIB, rati ta’ interess u rati ta’ kambju), il-Kummissjoni tifformula l-osservazzjonijiet li ġejjin:

l-ewwel nett, il-varjazzjoni tal-benefiċċju ta’ Dexia tidher a priori relattivament ftit li xejn elastika fil-livelli ta’ stress applikati fuq ir-rata ta’ tkabbir. Fil-fatt, minkejja l-fatt li jiġu simulati rati ta’ tkabbir estremament stressati fir-rigward tal-osservazzjonijiet storiċi, Dexia tara biċ-ċert il-benefiċċju tagħha jonqos, minħabba żieda fl-ispiża tar-riskju, iżda tibqa’ mill-biċċa l-kbira benefiċjarja. Dan jista’ jiġi spjegat permezz ta’ (i) il-proporzjon relattivament kbira u kwalità tajba ta’ kreditu tal-portafoll “Public Finance” u tal-portafoll tal-obbligi f’ġestjoni estintiva (45) u (ii) il-fatt li Dexia tkun għamlet għażla ġġustifikata li ma taġġustax verament il-qliegħ tal-grupp f’każ ta’ stress fil-mudell tagħha.

it-tieni nett, jidher li fil-mudell użat għat-test ta’ stress ta’ Dexia, ebda rabta materjali mhi stabbilita bejn ir-rata ta’ tkabbir u l-ispiża ta’ finanzjament ta’ Dexia, u b’mod aktar ġenerali, il-varjabbli “spiża ta’ finanzjament”, jiġifieri l-marġni ‘l fuq mir-rata interbankarja li Dexia għandha tħallas għal finanzjamenti ġodda, ma ġiex stressat. Dan jikkontribwixxi ugwalment għall-ispjegazzjoni tal-elastiċità relattivament dgħajfa tal-benefiċċju ta’ Dexia f’każ ta’ stress. Dan l-element huwa aktar pertinenti li jiġi kkunsidrat, li Dexia tiddependi minn parti sinifikanti minn finanzjament tas-suq u finanzjamenti f’terminu qasir, li jżidu kemm il-kobor kif ukoll il-veloċità li bihom tali żieda fl-ispiża ta’ finanzjament tista’ taffettwa lil Dexia. Sabiex tanalizza dan il-punt, il-Kummissjoni talbet li twettaq it-tieni tip ta’ test ta’ stress separatament.

it-tielet nett, f’dak li jikkonċerna ż-żewġ varjabbli l-oħrajn, is-suppożizzjonijiet f’xenarju ta’ stress kienu relattivament simili għal dawk użati f’xenarju bażi. Pereżempju, għar-rati ta’ interess, kemm f’xenarju bażi kif ukoll f’xenarju ta’ stress, ir-rati EURIBOR ta’ 3 xhur ipproġettati f’[…]%, u r-rati swap ta’ 5 snin kienu pproġettati rispettivament bi […]% u […]%, li jissuġġerixxi ċċattjar negliġibbli tal-kurva. Ir-rati tal-kambju kienu min-naħa tagħhom simili fiż-żewġ xenarji. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni talbet li twettaq analiżi ta’ sensittività separatament (ara minn Annessi (186) sa (195)).

(179)

Konsegwentement, f’dak li jikkonċerna dan l-ewwel test ta’ stress, il-Kummissjoni tikkonkludi li, minħabba l-proporzjon relattivament kbira u l-kwalità tajba ta’ kreditu tal-portafoll “Public Finance” u l-portafoll tal-obbligi f’ġestjoni estintiva, Dexia hija kapaċi taffaċċja żieda importanti tal-ispiża tar-riskju f’każ ta’ ambjent makroekonomiku deprezzat ħafna, u tissodisfa għaldaqstant it-test ta’ stress.

(ii)   It-tieni test ta’ stress

(180)

Fir-rigward tat-tieni test ta’ stress, bl-għan li jittestja r-reżistenza ta’ Dexia għal żieda fl-ispiża ta’ finanzjament tas-suq tagħha, jidher li żieda supplimentari ta’ 100 punt bażi u ta’ 200 punt bażi tal-ispiża ta’ finanzjament matul perjodu ta’ 3 xhur iġġib magħha tnaqqis tal-benefiċċju qabel it-taxxi ta’ rispettivament EUR […] u […] miljun. Probabbilment l-impatt ikun materjalment aktar importanti jekk Dexia tkun użat is-suppożizzjonijiet preskritti mill-Kummissjoni fit-test ta’ stress tagħha, […]. Is-suppożizzjonijiet emendati minn Dexia huma dawn li ġejjin:

iż-żieda tal-ispiża ta’ finanzjament ġiet simulata fuq perjodu mnaqqas ta’ […]. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li ċerti elementi, bħas-CDS ta’ Dexia jew l-ispiża ta’ finanzjament f’“senior unsecured” f’terminu twil żdiedu b’aktar minn […] punt bażi u matul perjodu li jaqbeż […]. F’dak li jikkonċerna l-ispiża ta’ finanzjament f’terminu qasir, mingħajr l-interventi bla preċedent tal-Istati Membri kkonċernati u l-banek ċentrali, li jitwasslu għall-għajbien, din l-ispiża ta’ finanzjament kienet tiżdied ħafna ugwalment.

Dexia biddlet it-taħlita ta’ finanzjament tagħha u matul il-perjodu li fih l-ispiża ta’ finanzjament hija stressjata, Dexia tagħmel is-suppożizzjoni li jitwettqu biss il-finanzjamenti f’terminu qasir. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li tali suppożizzjonijiet jikkontradixxu l-esperjenza riċenti ta’ Dexia, minħabba li din tal-aħħar, minkejja ż-żieda mġarrba tal-ispiża ta’ finanzjament tagħha, żiedet il-proporzjon ta’ finanzjament f’terminu twil.

f’xenarju ta’ stress, Dexia ma użatx suppożizzjonijiet konformi ma’ dawk użati għal eżerċizzji oħrajn simili mwettqa riċentement fl-Ewropa.

(181)

Il-Kummissjoni b’hekk tikkonkludi biss […]. Il-Kummissjoni tinnota ugwalment li dan il-parametru ma jitteħidx verament inkunsiderazzjoni fit-testijiet ta’ stress l-oħrajn li wettqet Dexia, jiġifieri it-test ta’ stress imwettaq fil-kuntest ta’ eżerċizzji simili oħrajn imwettqa riċentement fl-Ewropa u t-test ta’ stress ta’ likwidità.

(182)

Dexia ssostni li (i) is-suppożizzjonijiet li saru fil-pjan ta’ kummerċ tagħha, qabel is-simulazzjoni ta’ żieda ta’ […] jew ta’ […] punti bażi, huma diġà minnhom infushom stressjati minħabba li huma jirriflettu l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament f’Lulju 2009, li kienu ċertament aħjar minn dawk tal-aħħar tal-2008 jew tal-bidu tal-2009, iżda ma jirriflettux l-evoluzzjoni pożittiva tat-tieni nofs tas-sena 2009; (ii) suppożizzjoni ta’ nuqqas ta’ bidla tat-taħlita ta’ finanzjament ma tirriflettix il-komportament ta’ attur fis-suq f’tali ċirkostanzi. Il-Kummissjoni tikkonferma li s-suppożizzjonijiet ipproġettati ta’ spiża ta’ finanzjament, qabel is-simulazzjoni ta’ stress, huma konservattivi fil-kuntest tal-esperjenza ta’ Dexia fl-2009. Madankollu, minħabba l-miżuri eċċezzjonali mogħtija lis-settur bankarju fl-2009 u l-kuntest futur inċert, il-Kumissjoni mhix f’pożizzjoni li tiddeċiedi rigward l-evoluzzjoni futura tal-ispiża ta’ finanzjament ta’ Dexia. It-test ta’ stress fuq dan l-aħħar element huwa utli, minħabba li jippermetti li jiġi konkluż li jimporta biss li l-pjan ta’ ristrutturar (i) inaqqas id-dipendenza tal-finanzjament ta’ Dexia fuq il-finanzjamenti tas-suq u (ii) iżid il-maturità medja tal-finanzjamenti tagħha, u dan sabiex titnaqqas is-sensittività ta’ Dexia għal żieda tal-ispiża ta’ finanzjament. Huwa preċiżament wieħed mill-elementi li Dexia ħadet inkunsiderazzjoni bejn it-30 ta’ Settembru 2008 u t-30 ta’ Settembru 2009 u li l-pjan ta’ ristrutturar maħsub li jkopri. Minn ħtieġa għal finanzjament dinamiku f’terminu qasir ta’ EUR [200-300] biljun fl-aħħar tal-2008, dan tal-aħħar tnaqqas għal EUR [150-200] biljun fit-30 ta’ Settembru 2009, u l-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li l-proporzjon “finanzjamenti f’terminu qasir/total tal-karta tal-bilanċ” jitnaqqas minn 30 % fil-31 ta’ Diċembru 2009 għal 11 % fil-31 ta’ Diċembru 2014. Tali livell ta’ finanzjament f’terminu qasir huwa kompletament sodisfaċenti għall-Kummissjoni, minħabba li jnaqqas b’mod sinifikanti s-sensittività ta’ Dexia għal impatti ta’ żieda estiżi ta’ spiża ta’ finanzjament.

(183)

Konsegwentement, f’dak li jikkonċerna dan it-tieni test ta’ stress, il-Kummissjoni tikkonkludi li, minkejja li l-istruttura ta’ finanzjament attwali ta’ Dexia tagħmilha vulnerabbli għal impatti estremi fuq l-ispiża ta’ finanzjament tagħha, il-pjan ta’ ristrutturar jirrispondi b’mod gradwali u sodisfaċenti għas-sensittività ta’ Dexia għal żieda tal-ispiża ta’ finanzjament tagħha. Barraminnhekk, il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv il-fatt li Dexia għandha stokk importanti ta’ assi (f’dan inklużi l-assi tad-diviżjoni LPMD), ta’ kwalità tajba, u eliġibbli sabiex tikseb finanzjament bi spiża marġinalment aktar dgħajfa fis-suq tar-repo interbankarju u, jekk meħtieġ, mill-banek ċentrali.

(iii)   It-tielet test ta’ stress

(184)

Fir-rigward tat-tielet test ta’ stress, bl-għan li jittestja l-profil ta’ likwidità tal-grupp, il-Kummissjoni tinnota li kemm it-test ta’ stress imwettaq minn Dexia kif ukoll dak imwettaq mis-CBFA jissuġġerixxu li l-grupp jirrispondi għall-eżiġenzi tat-test fi żmien xahar. Il-Kummissjoni tinnota l-elementi li ġejjin:

il-mudelli ta’ test ta’ stress ta’ likwidità, kif stabbiliti minn Dexia u mir-regolatur, jidhru li ma jifformulawx suppożizzjonijiet dwar l-ispiża ta’ din il-likwidità f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali u mingħajr għajnuniet mill-Istat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni talbet lill-grupp sabiex iwettaq test ta’ stress separat bl-għan li jagħmel simulazzjoni tal-varjabbli “spiża ta’ finanzjament” (ara l-premessa 180 sa 183).

is-suppożizzjonijiet tat-test ta’ stress imwettaq mis-CBFA kif ifformulati fiċ-Ċirkolari tat-8 ta’ Mejju 2009, huma konservattivi u jirriflettu l-esperjenza riċenti tal-kriżi. Huma jinkludu pereżempju s-suppożizzjonijiet li ġejjin: (i) l-istabbiliment ma jistax jibqa’ ffinanzjat “unsecured” fis-swieq monetarji u l-kapitali; (ii) applikazzjoni ta’ livelli ta’ haircut konservattivi għal finanzjament repo; (iii) ġbid mill-klijenti “li jbiegħu bl-imnut” ta’ 5 % tad-depożiti ta’ matul il-lejl u l-kontijiet ta’ tfaddil tagħhom f’terminu ta’ ġimgħa u ta’ 20 % ta’ dawn id-depożiti f’terminu ta’ xahar; (iv) ġbid minn klijenti “li jbiegħu bl-ingrossa” ta’ 100 % tal-kontijiet immedjati tad-dovuti tagħhom (u mhux garantiti minn assi finanzjarji likwidi) u l-kontijiet tagħhom ta’ maturità inċerta f’terminu ta’ ġimgħa; (v) nuqqas ta’ tiġdid tal-kontijiet kollha b’terminu fiss tal-istabbiliment tal-maturità ta’ wara.

ir-riżultati pożittivi tat-test ta’ stress ta’ likwidità jirriflettu (i) titjib li ġab il-maniġment ta’ Dexia matul is-sena 2009 bl-għan li jnaqqas il-bżonnijiet dinamiċi ta’ finanzjament f’terminu qasir, u (ii) kuntest globalment favorevoli fis-swieq finanzjarji. Il-fatt li jiġi sodisfatt test ta’ stress ta’ likwidità f’mument partikolari madankollu ma jiggarantix il-fatt li jiġi sodisfatt fil-futur. Importanti b’hekk li ċerta dixxiplina (fil-politika ta’ finanzjament) tinżamm matul ix-xhur li ġejjin u s-snin li ġejjin sabiex ikun jista’ jiġi sodisfatt b’mod kostanti dan it-test ta’ stress. F’dan ir-rigward, l-impenn innotifikat fil-pjan ta’ ristrutturar mhux biss imorru f’direzzjoni ta’ titjib tal-likwidità tal-grupp, iżda jippermetti ugwalment li jiġi vverifikat it-twettiq tiegħu b’mod perjodiku.

(185)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li Dexia tissodisfa dan it-tielet test ta’ stress.

(iv)   Kunsiderazzjonijiet oħrajn li jikkonċernaw it-testijiet ta’ stress

(186)

L-ewwel nett, fuq il-bażi tal-eżami ta’ ċerti suppożizzjonijiet miżmuma fil-mudelli ta’ Dexia, jidher li:

għal ċerti tipi ta’ setturi jew kontropartijiet, is-suppożizzjonijiet ta’ probabbiltà ta’ falliment u/jew telf f’każ ta’ falliment (“loss given default” jew “LGD”) mhumiex prudenti ħafna meta jitqabblu ma’ ċerta informazzjoni disponibbli pubblikament.

għall-portafoll ta’ tislif lill-komunitajiet lokali, ma ssir ebda suppożizzjoni ta’ migrazzjoni tar-rating, li jirriżulta fid-degradazzjoni ta’ tendenza futura tal-finanzjamenti pubbliċi.

(187)

Madankollu, importanti li jiġi enfasizzat li tqabbil mad-dejta disponibbli pubblikament huwa diffiċli, minħabba li l-perimetru tal-espożizzjonijiet ta’ Dexia mhux simili għal dak tal-informazzjoni disponibbli pubblikament. Il-metodu użat minn Dexia sabiex tikkalkula t-telf mistenni huwa dak ibbażat fuq in-notazzjonijiet interni, li jintegraw parametri ta’ probabbiltà ta’ falliment u ta’ LGD medji, f’terminu twil, konservattivi u “through-the-cycle”, aġġustati sabiex jirriflettu l-inċertezza u volatilità fuq ċerta dejta. Tali parametri huma soġġetti għal eżami u valutazzjoni mis-CBFA, il-Kummissjoni Bankarja Franċiża u s-CSSF. Skont l-Istati Membri kkonċernati, il-parametri ta’ riskju użati minn Dexia jippreżentaw livell ta’ konservattiżmu ogħla minn 10 % sa 30 % b’relazzjoni mal-eżiġenzi minimi taħt ir-regoli prudenzjali ta’ Basel II.

(188)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota l-espożizzjoni kbira ħafna, kemm f’ammonti assoluti kif ukoll ammonti relattivi, għad-dejn ta’ ċerti pajjiżi u ta’ ċerti istituzzjonijiet finanzjarji. B’mod partikolari, f’dak li jikkonċerna l-espożizzjoni għar-riskji sovrani, il-Kummissjoni tinnota l-espożizzjoni, fl-aħħar tal-2008, għal […]. […].

(189)

Madankollu, importanti li jiġi enfasizzat li:

tali espożizzjonijiet ma għandhomx a priori jkollhom impatt fuq ir-riżultat tal-grupp b’mod materjali, b’mod partikolari jekk il-grupp ma għandux l-intenzjoni jbiegħ dawn l-assi qabel il-maturità kuntrattwali tagħhom (huma jistgħu jżidu l-volatilità tal-riżerva AFS, li tidher fil-bilanċ tal-grupp);

fil-kuntest tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia, dawn l-espożizzjonijiet sejrin jitwasslu sabiex jitnaqqsu minħabba li huwa previst tnaqqis importanti tal-portafoll tal-obbligi.

(190)

It-tielet nett, il-Kummissjoni tinnota b’mod favorevoli l-evoluzzjoni tal-ħtieġa ta’ finanzjament f’terminu qasir tal-grupp. Madankollu, il-Kummissjoni tenfasizza li l-grupp essenzjalment naqqas il-ħtieġa tiegħu ta’ finanzjament bejn 0 u xahar wieħed. Kif espress fit-tabella Nru 7 hawn isfel, f’perċentwali tat-total ta’ finanzjament, jidher li l-finanzjament bejn 0 u xahar wieħed tnaqqas minn […] % sa […] % bejn il-31 ta’ Diċembru 2008 u t-30 ta’ Settembru 2009. Madankollu, il-proporzjon tal-finanzjamenti bejn xahar u 3 xhur, u bejn 6 u 12-il xahar żdied rispettivament minn […] % sa […] %, u minn […] % sa […] %. Il-finanzjament bejn sena u 5 snin żdied minn […] % sa […] %. Madankollu, l-essenzjali tal-finanzjament f’dan il-perjodu qiegħed bejn sena u sentejn. […].

Tabella 7

Qsim tas-sorsi differenti ta’ finanzjament fil-finanzjament totali ta’ Dexia

(…)

(191)

F’dan ir-rigward, il-pjan ta’ ristrutturar nnotifikat lill-Kummissjoni jipprevedi (i) tnaqqis ta’ EUR 83 biljun tal-portafoll tal-obbligi tad-diviżjoni LPMD; (ii) żieda fil-proporzjon tas-sorsi ta’ finanzjament aktar stabbli (bħall-kontijiet kummerċjali u l-obbligi fuq il-proprjetà) ta’ 36 % sa 58 %; (iii) żieda gradwali tat-terminu medju ta’ ħajja tal-obbligi. Dawn l-elementi huma ta’ natura li jnaqqsu r-riskji ta’ problemi ta’ rifinanzjament ta’ Dexia. Barra minn hekk, importanti li jiġi enfasizzat li ż-żieda inkrementali tal-ispejjeż ta’ finanzjament marbuta ma’ din il-bidla ta’ politika ta’ finanzjament hija integrata fil-projezzjonijiet ta’ kont tar-riżultati tal-grupp u tikkonferma li Dexia tibqa’ benefiċjarja matul il-perjodu ta’ ristrutturar tagħha.

(192)

Ir-raba’ nett, minkejja t-titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq, l-ispiża ta’ finanzjament ta’ Dexia tibqa’ relattivament għolja meta mqabbla ma’ banek oħrajn. Il-livell tas-CDS sa 5 snin huwa fost l-ogħla fl-Ewropa u jżomm ruħu ta’ madwar 180 punt bażi; il-livelli sekondarji tal-firxiet ta’ krediti ta’ “benchmarks-size issues” mhux garantiti ta’ Dexia jibqgħu għoljin u jinsabu f’madwar 140 sa 150 punt bażi għal maturitajiet ta’ bejn l-4 u l-5 snin; l-ispiża ta’ finanzjament f’bonds koperti tibqa’ wkoll għolja u tinsab f’madwar 50 sa 60 punt bażi għal termini relattivament simili għal dawk tal-assi ffinanzjati.

(193)

Il-ħames nett, sabiex timmiżura s-sensittività ta’ Dexia għal varjazzjoni tar-rati ta’ interess, Dexia kkomunikat tabella li telenka s-sensittività għal impatt ta’ rata ta’ 1 % għal kull maturità. Jidher b’hekk li f’każ ta’ żieda uniformi tal-kurva tar-rati, Dexia ssib li mhix titlef aktar minn EUR […] miljun (46). Dan il-livell ta’ sensittività jidher kompletament raġonevoli u jista’ jiġi parzjalment spjegat permezz tal-politika ta’ Dexia ta’ […], u b’hekk titnaqqas is-sensittività għall-varjazzjonijiet ta’ rata. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li f’dan l-eżerċizzju ta’ kalkolu ta’ sensittività, EUR […] biljun f’finanzjament għal terminu qasir tal-grupp mhumiex inklużi, li jissuġġerixxi li Dexia tibqa’ relattivament sensittiva għal ċaqliq fil-kurva tar-rati għal maturitajiet ta’ inqas minn sena. Dan ġie kkonfermat minn Dexia, minħabba li l-grupp jistma li għamel madwar EUR […] miljun fi profitt fl-2009 bl-effett sempliċi ta’ żieda fl-inklinazzjoni tal-kurva tar-rati interbankarji għal inqas minn sena. L-effett ta’ tnaqqis importanti tal-qliegħ ta’ trasformazzjoni ġie madankollu kkunsidrat fil-projezzjonijiet ta’ Dexia u jindikaw li l-grupp jibqa’ benefiċjarju matul is-snin li ġejjin.

(194)

Is-sitt nett, il-livell assolut kif ukoll relattiv tar-riżerva negattiva AFS ta’ Dexia jibqa’ importanti ħafna, minkejja t-titjib osservat matul is-sena 2009. Ir-riżerva negattiva AFS għaddiet minn EUR 12,7 biljun fil-31 ta’ Marzu 2009 għal EUR 7,2 biljun fit-30 ta’ Settembru 2009. Minħabba li (i) il-livell ta’ kapital ta’ Dexia (EUR 17,1 biljun f’kapital Tier 1 u EUR 19,6 biljun f’kapital regolamentari totali fit-30 ta’ Settembru 2009), (ii) in-nuqqas ta’ inklużjoni attwali tar-riżerva AFS fil-kalkolu tal-kapital regolamentari, il-Kummissjoni tibża’ li l-inklużjoni ta’ din ir-riżerva AFS fil-proporzjonijiet ta’ kapital regolamentari, fil-kuntest tad-diskussjonijiet attwali fi ħdan il-Kumitat ta’ Basel, tippenalizza lil Dexia. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota l-elementi li ġejjin:

anki jekk ir-riżerva negattiva AFS kienet kompletament inkluża fil-kalkolu tal-kapital regolamentari, Dexia kienet tkompli, fit-30 ta’ Settembru 2009, tissodisfa l-eżiġenzi ta’ kapital regolamentari. Il-proporzjon ta’ kapital Tier 1 ikun għadda minn […] u l-proporzjon ta’ kapital totali ikun għadda għal […].

tali bidla ta’ regolament ikollha impatt fuq għadd ta’ banek oħrajn.

tali bidla ta’ regolament ma tkunx applikabbli, skont l-Istati Membri kkonċernati, qabel l-2012. Minn issa sa hemm, il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi tnaqqis minn 30 % sa 40 % tal-portafoll tad-diviżjoni LPMD (prinċipalment responsabbli mill-kostituzzjoni ta’ din ir-riżerva negattiva AFS), li għandu jnaqqas, bl-affarijiet kollha l-oħrajn barra minn hekk ugwali, l-ammont tar-riżerva negattiva AFS.

(195)

Is-seba’ nett, minkejja t-tnaqqis tagħhom matul is-sena 2009, Dexia għad għandha ċerti impenji barra mill-bilanċ relattivament sostanzjali. Madankollu, dan tal-aħħar diġà ttieħed inkunsiderazzjoni fit-testijiet ta’ stress skont Dexia.

(c)   Attivitajiet fuq strumenti dderivati

(196)

Mill-analiżi tal-karta tal-bilanċ ta’ Dexia fl-aħħar tal-2008, jirriżulta li l-valur tas-suq bl-ass tal-prodotti dderivati huwa ta’ EUR 55 biljun u dak tal-obbligi tal-bilanċ huwa ta’ EUR 75 biljun, li joħloq defiċit importanti ta’ madwar EUR 20 biljun, li jirriżulta essenzjalment minn prodotti dderivati ta’ rata ta’ interess. Il-Kummissjoni qabblet dan id-defiċit ma’ dak muri minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn. Espress f’perċentwali tat-total tal-karta tal-bilanċ u f’perċentwali tal-fondi proprji, dan il-vojt mhuwiex biss negattiv, iżda huwa ugwalment b’mod partikolari għoli għal Dexia b’relazzjoni ma’ dawn l-istituzzjonijiet l-oħrajn.

(197)

Dexia tiġġustifika dan permezz (i) tal-politika kważi sistematika ta’ […], (ii) il-waqgħa tar-rati ta’ interess (iii) id-defiċit għoli bejn it-terminu medju ta’ ħajja tal-assi u dak tal-obbligi, (iv) […]. Il-Kummissjoni taqbel ma’ dawn l-ispjegazzjonijiet iżda tinnota madankollu li (i) il-kobor ta’ dan id-defiċit huwa verament importanti ħafna, u (ii) dan tal-aħħar jirrikjedi probabbilment bżonnijiet f’“kollateral” importanti għal Dexia, li jista’ jnaqqas il-bażi ta’ “kollateral” tagħha eliġibbli għal finanzjament min-naħa tal-banek ċentrali jew fis-suq repo interbankarju. Madankollu, għal dan il-punt tal-aħħar, tali bżonnijiet ittieħdu inkunsiderazzjoni fit-testijiet ta’ stress.

(d)   Konklużjoni fir-rigward tal-vijabbiltà

(198)

Il-Kummissjoni tikkonkludi mill-analiżi preċedenti li l-pjan ta’ ristrutturar sejjer jipperetti li tiġi restawrata l-vijabbiltà f’terminu twil ta’ Dexia. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota ugwalment li l-pjan ta’ ristrutturar sejjer jippermetti lil Dexia li taffaċċja l-infurzar li għandu jiġi previst tar-regolament prudenzjali. Minn naħa, it-tnaqqis tal-effett ta’ lieva li jirriżulta mir-ristrutturar huwa konformi mal-implimentazzjoni eventwali ta’ proporzjon massimu ta’ lieva (“leverage ratio”). Min-naħa l-oħra, it-titjib u d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament ta’ Dexia huma konformi mal-implimentazzjoni ta’ standards ġodda fuq il-miżura u l-kontroll tar-riskju ta’ likwidità tal-istabbilimenti ta’ kreditu (47).

8.3.3.3.    Kontribuzzjoni proprja tal-istabbiliment

(199)

Skont it-taqsima 3 tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, il-pjan ta’ ristrutturar għandu jiżgura tqassim ġust tal-ispejjeż ta’ ristrutturar bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-bank, jiġifieri li l-pjan ta’ ristrutturar għandu jipprevedi kontribuzzjoni għolja kemm jista’ jkun tal-bank u tal-azzjonisti tagħha fuq ir-riżorsi proprji tagħhom. Tali kontribuzzjoni hija fil-fatt meħtieġa sabiex twassal lill-banek li jibbenefikaw minn miżuri ta’ salvataġġ sabiex jassumu adegwatament il-konsegwenzi tal-komportament tagħhom fil-passat u sabiex toħloq inċentivi xierqa għall-komportament futur tagħhom.

(200)

Dexia, l-azzjonisti tagħha u l-Istati Membri kkonċernati diġà kkontribwixxew minnhom infushom għall-isforz ta’ ristrutturar, b’mod partikolari permezz tad-dilwizzjoni min-naħa tal-kapital azzjonarju detenut mill-azzjonisti preeżistenti għaż-żieda tal-kapital tal-bank (l-awtoritajiet Franċiżi u Belġjani ssottoskrivew direttament għal EUR 3 biljun fuq is-EUR 6,4 biljun ta’ żieda fil-kapital imħabbra f’Settembru 2008).

(201)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ċertu għadd ta’ elementi mhux favorevoli jakkumpanjaw is-sospensjoni tad-distribuzzjoni tad-dividendi previsti fil-pjan ta’ ristrutturar:

is-sussidjarji miżmuma 50 % minn Dexia mhumiex ikkonċernati mis-sospensjoni ta’ distribuzzjoni ta’ dividendi, u din tikkonċerna biss l-entitajiet li fuqhom Dexia SA teżerċita direttament jew indirettament il-kontroll eklussiv (48); u

skont it-termini tal-pjan ta’ ristrutturar, is-sospensjoni (sal-aħħar tas-sena 2011) tad-distribuzzjoni ta’ dividendi fuq strumenti ibridi ta’ Tier 1 jew Tier 2 hija mingħajr preġudizzju fuq operazzjonijiet li għalihom Dexia għandha tipproċedi skont il-kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Frar 2010.

(202)

Il-Kummissjoni tinnota ugwalment li s-sospensjoni tal-ħlas ta’ dividend jew imgħax fuq strumenti ibridi ta’ Tier 1 jew Tier 2 japplika għall-kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Frar 2010, safejn, skont id-deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2009 (49), Dexia kellha, għal terminu ta’ erba’ xhur, ma tħallasx imgħaxijiet u ma teżerċitax għażliet ta’ rimbors antiċipat fuq l-istrumenti ta’ fondi proprji ibridi tagħha (Tier 1 u “Upper Tier 2”). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-volum ta’ strumenti ibridi ta’ Dexia kien ta’ EUR 1,4 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2008.

(203)

Ukoll, sabiex tiżgura li ebda ħlas ta’ imgħax fuq titoli ibridi (Tier 1 u Upper Tier 2) ta’ Dexia ma jitwettaqx b’kuntradizzjoni mal-prinċipji tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, il-Kummissjoni tikkundizzjona din id-deċiżjoni tagħha sabiex, qabel kull ħlas ta’ imgħax fuq strumenti ibridi Tier 1 jew Upper Tier 2 maħruġa qabel l-1 ta’ Frar 2010, u mill-aktar tard ġimgħatejn qabel il-bidu tat-terminu tan-notifika ta’ ħlas tal-imgħax lill-investituri, Dexia sejra tinnotifika lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-intenzjoni li tħallas tali imgħax u turi li dan il-ħlas (i) huwa obbligatorju, (ii) ma jistax jiġi diferit, (iii) mhux diskrezzjonali, u (iv) mhux awtomatiku kkawżat minn ħlas ta’ dividendi, tkun liema tkun il-forma, minn Dexia S.A. jew waħda mis-sussidjarji tagħha, bl-eċċezzjoni tal-ħruġ Tier 1 maħruġ minn DFL. Il-Kummissjoni żżomm id-dritt li ma tawtorizzax tali ħlas jekk waħda mill-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi preċedenti mma tkunx sodisfatta.

(204)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota ugwalment li s-sospensjoni tal-ħlas ta’ dividend ma japplikax għad-distribuzzjonijiet ta’ dividendi kompletament imwettqa minn attribuzzjoni ta’ ishma ġodda. Xieraq li jiġi nnutat madankollu li l-ħlas ta’ dividendi permezz ta’ attribuzzjoni ta’ ishma ġodda, magħmul possibbli permezz tat-twettiq ta’ benefiċċji distribwibbli, mhux kuntrarju għall-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar safejn tali ħlas jirriżulta fil-kontijiet ta’ Dexia permezz ta’ inkorporazzjoni fil-kapital ta’ riżervi u distribuzzjoni ta’ dividendi miġburin fuq il-benefiċċju tal-aħħar eżerċizzju mitmum u mwettaq mill-azzjonsti tal-kapital ta’ Dexia. L-attribuzzjoni tal-ishma tkun b’hekk mingħajr impatt fuq il-fondi proprji ta’ Dexia.

(205)

Il-Kummissjoni tinnota ugwalment li l-ħlas ta’ dividend f’ishma ta’ Dexia ma jwassalx għall-ħlas ta’ imgħax fuq ebda titolu ibridu (Tier 1 jew Tier 2) ta’ Dexia bl-eċċezzjoni unika ta’ ħruġ imwettaq minn Dexia Funding Lussemburgu SA (minn hawn ’il quddiem “DFL”) imwaqqfa fl-2006. Xieraq madankollu li jiġi ppreċiżat li din l-eċċezzjoni ġiet approvata fil-kuntest globali tal-pjan ta’ ristrutturar. B’mod ġenerali, bħalma indikat fl-Anness (204), il-Kummissjoni mhix kuntrarja għal distribuzzjoni ta’ dividend imħallas taħt forma ta’ ishma b’mod esklussiv, minħabba li din ma twassalx għal li l-obbligu li jitħallas dividend jew imgħax fuq kategoriji oħrajn ta’ titoli li jikkostitwixxu fondi proprji. F’dan il-każ, l-obbligu ta’ Dexia li tħallas imgħax fuq il-ħruġ DFL mhux ta’ natura li jimmodifika l-approċċ tal-Kummissjoni f’dak li jikkonċerna l-fatt li l-eċċezzjoni taqbel mal-kuntest tal-pjan ta’ ristrutturar, jirrigwarda ħruġ wieħed li jwassal għall-ħlas ta’ imgħax limitat u li Dexia tipprevedi li tiġbor benefiċċji fuq il-perjodu ta’ ristrutturar.

(206)

Finalment, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna hija limitata sal-minimu meħtieġ minn:

(a)

bejgħ ta’ assi u sussidjarji, fosthom sussidjarji pjuttost ta’ profitt bħal “Dexia Sabadell”, “Dexia Banka Slovensko” (“DBS”) u “Deniz Emeklilik” (is-sussidjarja ta’ assigurazzjoni tas-sussidjarja tagħha DenizBank prinċipalment attiva fis-suq RCB fit-Turkija), u

(b)

remunerazzjoni xierqa tal-għajnuna riċevuta taħt forma ta’ garanzija mill-Istati Membri kkonċernati fuq l-obbligi ta’ Dexia u fuq l-assi deprezzati tagħha (ara minn Annessi (158) sa (159)).

(207)

L-elementi preċedenti jagħmlu iktar milli jikkumpensaw għall-kundizzjonijiet u r-riżervi numerużi, innutati b’mod mhux favorevoli mill-Kummossjoni, li jakkumpanjaw is-sospensjoni tad-distribuzzjoni tad-dividendi previsti fil-pjan ta’ ristrutturar. Konsegwentement, il-Kummissjoni ssib li Dexia u l-azzjonisti tagħha jikkontribwixxu b’mod suffiċjenti għar-ristrutturar fuq ir-riżorsi proprji tagħhom.

8.3.3.4.    Miżuri bl-għan li jikkoreġu d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni

(208)

Skont it-taqsima 4 tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, il-pjan ta’ ristrutturar għandu jippermetti li jiġu limitati d-distorsjonijiet eċċessivi tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuniet, jiġifieri li l-pjan ta’ ristrutturar għandu jipprevedi miżuri strutturali (ta’ bejgħ u/jew ta’ tnaqqis ta’ attivitajiet) u miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-komportament. Miżuri adegwati għandhom jiġu implimentati sabiex jimminimizzaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jevitaw li l-għajnuniet mill-Istati Membri favur Dexia ma jestendux distorsjonijiet iġġenerati fil-passat permezz ta’ teħid ta’ riskji eċċessivi u mudell kummerċjali mhux vijabbli.

(209)

Skont il-punt 30 tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar, in-natura u l-forma tal-miżuri bl-għan li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jiddependu minn żewġ kriterji, jiġifieri, l-ewwel nett, l-ammont tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat, u, it-tieni nett, il-karatteristiċi tas-suq jew tas-swieq li fihom il-bank benefiċjarju sejjer jeżerċita attivitajiet.

(210)

Rigward dan l-aħħar kriterju, il-Kummissjoni tosserva li Dexia hija attur maġġuri fis-suq tal-finanzjament tal-komunitajiet lokali (“PWB”), b’mod partikolari fi Franza, il-Belġju u l-Italja, u pjuttost preżenti fi Spanja. Is-suq PWB huwa kkonċentrat ħafna fil-Belġju (50), fi Franza (51) u fl-Italja (52), u l-ostakoli għad-dħul huma kbar (53).

(211)

Il-Kummissjoni tinnota, barra minn hekk, li l-pjan ta’ ristrutturar jiggarantixxi li Dexia tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiftaħ is-suq tal-finanzjament tal-komunitajiet lokali u tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ġġenerati mill-għajnuna riċevuta:

Qabel xejn, it-tnaqqis tal-perimetru tal-attività PWB fis-swieq tal-qalba ta’ Dexia, minn ġol-limitazzjoni, u saħansitra l-abbandun tal-produzzjoni tal-attività PWB International sejjer jippermetti li tiżdied il-kompetizzjoni f’ċerti swieq. F’dan ir-rigward, Dexia intrabtet li tbiegħ Crediop, attur maġġuri tal-finanzjament tal-komunitajiet lokali fl-Italja, u Dexia Sabadell, attiva fis-suq Spanjol;

wara, fis-swieq tal-qalba li fihom Dexia tkompli tkun attiva, il-limitazzjoni tal-volum tal-produzzjoni ġdida sejra tippermetti ugwalment id-dħul ta’ atturi ġodda u jiffavorixxi l-kompetizzjoni f’dawn is-swieq (Dexia tillimita l-produzzjoni ġdida annwali PWB għal EUR 12-il biljun fl-2009, EUR 15-il biljun fl-2010 u EUR 18-il biljun mill-2011 sal-2014, li jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti meta mqabbel mal-livell ta’ EUR 34 biljun li rreġistrat fl-2008);

finalment, Dexia intrabtet li tabbanduna l-holding maġġuri f’AdInfo, sussidjarja attiva fil-forniment ta’ servizzi informatiċi lill-komunitajiet lokali fil-Belġju. Din is-sussidjarja pprovduta lil Dexia b’aċċess għal ħafna klijenti pubbliċi fuq it-territorju Belġjan kollu, ippermettitilha li tinforza l-pożizzjoni tagħha ta’ bankier ta’ referenza tal-atturi lokali fil-Belġju u li tiżviluppa soluzzjonijiet teknoloġiċi kumpatibbli mas-servizzi finanzjarji li toffri lill-komunitajiet lokali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-bejgħ ta’ din is-sussidjarja sejjer jippermetti li tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq PWB fil-Belġju.

(212)

Barra minn hekk, Dexia intrabtet sabiex ir-RAROC ta’ kull tislif mogħti lill-klijenti PWB ikun ogħla minn 10 %, u dan jippermetti li jiġi żgurat li t-tariffi pprattikati minn Dexia fuq dawn il-klijenti jkunu konformi mas-suq u li fil-futur jiġi evitat li Dexia tikkostitwixxi attur predominanti f’dan is-suq billi tipprattika ta’ tariffi inferjuri għall-prattiki tas-suq.

(213)

Fis-suq tal-bank ta’ bejgħ bl-imnut, Dexia mhix daqstant preżenti għall-finanzjament tal-komunitajiet lokali. Il-grupp jeżerċita attivitajiet ta’ bank ta’ bejgħ bl-imnut permezz tas-sussidjarji tagħha f’erba’ pajjiżi prinċipali: il-Belġju permezz ta’ DBB, il-Lussemburgu permezz ta’ Dexia BIL, is-Slovakkja permezz ta’ Dexia Banka Slovensko (DBS) u t-Turkija permezz ta’ DenizBank. Miżurat f’termini ta’ kontijiet, Dexia għandha sehem tas-suq ta’ madwar [10-15] % fil-Belġju, [10-15] % fil-Lussemburgu, [0-5] % fis-Slovakkja u [0-5] % fit-Turkija.

(214)

Safejn il-miżura jew is-suq tal-bank ta’ bejgħ bl-imnut mhux ikkonċentrat daqs dak tal-finanzjament tal-komunitajiet lokali fi Franza, fil-Belġju, fl-Italja u fi Spanja, il-ħtieġa ta’ miżuri bl-għan li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni hija żgħira. B’mod partikolari, fil-Belġju fejn Dexia għandha s-sehem tas-suq l-aktar b’saħħtu tagħha filwaqt li tokkupa biss it-tielet pożizzjoni.

(215)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota b’mod favorevoli l-miżuri li ġejjin li għalihom intrabtet Dexia f’dak li jikkonċerna l-bank ta’ bejgħ bl-imnut:

il-bejgħ ta’ Dexia Banka Slovensko,

l-abbandun tal-finanzjamenti intragrupp għal DenizBank sal-aħħar tal-2014,

il-bejgħ ta’ Dexia Epargne Pension attiv fil-qasam tal-inġinerija u l-assigurazzjoni fi Franza,

il-bejgħ tal-holding fil-Crédit du Nord attiv fis-suq tal-bejgħ bl-imnut fi Franza, u

il-bejgħ tal-attività ta’ assigurazzjoni fit-Turkija.

(216)

Il-pjan ta’ ristrutturar jwassal għal tnaqqis fil-bilanċ totali ta’ Dexia ta’ 35 % fl-2014 b’relazzjoni mal-2008. Dan it-tnaqqis fid-daqs jirriżulta wkoll mill-ġestjoni estintiva tal-attivitajiet imqegħdin fl-LPMD, l-iffukar mill-ġdid tal-attivitajiet ta’ Dexia fis-swieq storiċi tagħha, il-bejgħ ta’ attivitajiet u l-limitazzjoni tal-produzzjoni ġdida tagħha PWB.

(217)

Dexia hija sottomessa għal ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-komportament, bħall-fatt li ma ssirx xerrejja (sat-30 ta’ Diċembru 2011) ta’ aktar minn 5 % tal-kapital azzjonarju ta’ stabbilimenti oħrajn ta’ kreditu jew impriżi ta’ investiment (54). Tali miżura ta’ protezzjoni tippermetti li jiġi żgurat li fil-prinċipju Dexia ma ssirx xerrejja ta’ stabbiliment ieħor ta’ kreditu jew impriża ta’ investiment sabiex teżerċita l-kontroll tagħha skont ir-regolament dwar il-konċentrazzjonijiet. Tali prinċipju huwa konformi, b’mod partikolari, mal-punt 40 tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar.

(218)

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja ta’ Dexia u miżuri dwar is-swieq tal-qalba tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-totalità tal-miżuri strutturali tal-pjan ta’ ristrutturar hija biżżejjed sabiex tillimita d-distorsjonijiet eċċessivi tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuniet inkwistjoni.

(219)

Finalment, Dexia għandha tirrispetta l-prinċipji ta’ remunerazzjoni pprovduti fil-kuntest tal-G-20 u istanzi nazzjonali kkonċernati f’dak li jikkonċerna r-remunerazzjoni tal-membri tal-kumitajiet ta’ ġestjoni u eżekuttivi ta’ Dexia u tal-entitajiet prinċipali operattivi tagħha.

8.3.4.   SEGWITU TAL-MIŻURI

(220)

Il-Kummissjoni tinnota li l-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar tirrakkomanda, fil-punt 46, li jiġi trażmess rapport dettaljat regolarment mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni sabiex jippermetti lil din tal-aħħar tivverifika li l-għan ta’ ristrutturar jkun applikat b’konformità mal-impenn innotifikat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tkun destinatarja tar-rapporti semestrali tal-espert indipendenti inkarigat mis-segwitu tal-pjan ta’ ristrutturar, qabel l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ April ta’ kull sena.

IX.   KONKLUŻJONIJIET

(221)

Il-Kummissjoni tikkonstata li l-Belġju, Franza u l-Lussemburgu implimentaw illegalment għajnuniet taħt forma ta’ żieda fil-kapital, ta’ garanzija u operazzjonijiet ta’ LA garantiti, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE,

(222)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-impenji ikkomunikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tawtorizza l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Dexia u l-konverżjoni tal-għajnuniet ta’ urġenza għar-ristrutturar bil-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2. Il-Kummissjoni tikkunsidra ugwalment li l-pjan ta’ ristrutturar jirrispondi għall-allegazzjonijiet ifformulati fl-ilment li ġie kkomunikat lilha, mingħajr preġudizzju għall-attur li jenfasizza d-drittijiet tiegħu għall-perjodu fejn l-għajnuniet inkwistjoni ma kienux awtorizzati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-miżuri implimentati mill-Belġju, Franza u l-Lussemburgu favur Dexia, għal ammont ta’ EUR 8,4 biljun, taħt forma ta’ żieda fil-kapital u ta’ għajnuna għat-trattament tal-assi deprezzati, u għal ammont ta’ EUR [95-135] biljun, taħt forma ta’ garanzija u operazzjoni insostenn tal-likwidità garantita (“Liquidity Assistance” jew LA), jikkostitwixxu għajnuniet mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

2.   L-għajnuniet imsemmija huma kumpatibbli mas-suq intern bil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2:

Artikolu 2

1.   Il-Belġju, Franza u l-Lussemburgu għandhom jirrispettaw l-impenji u l-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Anness I ta’ din id-deċiżjoni fit-termini stabbiliti.

2.   Qabel kull ħlas ta’ imgħax fuq strumenti ibridi Tier 1 jew upper Tier 2 maħruġa qabel l-1 ta’ Frar 2010, u mill-aktar tard ġimgħatejn qabel il-bidu tat-terminu ta’ notifika ta’ ħlas tal-imgħax lill-investituri, Dexia għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2011, bl-intenzjoni tagħha li tħallas tali imgħax u turi li l-ħlas imsemmi:

(i)

huwa obbligatorju;

(ii)

ma jistax jiġi diferit;

(iii)

mhuwiex diskrezzjonali u

(iv)

mhux ikkawżat awtomatikament permezz ta’ ħlas ta’ dividendi, tkun liema tkun il-forma, minn Dexia S.A. jew waħda mis-sussidjarji tagħha, bl-eċċezzjoni tal-ħruġ Tier 1 maħruġ minn DFL (kodiċi ISIN XS0273230572).

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tawtorizzax tali ħlas jekk waħda mill-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi preċedenti ma tkunx sodisfatta.

Artikolu 3

Il-Belġju, Franza u l-Lussemburgu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, f’terminu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ dan id-deċiżjoni, bil-miżuri meħudin sabiex ikunu konformi.

Il-Belġju, Franza u l-Lussemburgu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, matul it-terminu kollu tal-pjan ta’ ristrutturar u fuq bażi semestrali, rapport dettaljat dwar it-twettiq tal-pjan ta’ ristrutturar li jidher bl-impenn tagħhom innotifikat lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Frar 2010 (magħqudin fl-Anness I ta’ din id-deċiżjoni). L-ewwel rapport għandu jiġi kkomunikat fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 181, 4.8.2009, p. 42.

(2)  Ara in-nota ta’ qiegħ il-paġna nru. 1.

(3)  ĠU C 115 9.5.2008, p. 91.

(4)  Ara in-nota ta’ qiegħ il-paġna nru. 1.

(5)  Ara in-nota ta’ qiegħ il-paġna nru. 1.

(6)  ĠU C 305 16.12.2009, p. 3.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali […].

(7)  Għal aktar tagħrif dwar l-attivitajiet u l-bejgħ ta’ FSA, il-Kummissjoni tirreferi għad-deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2009.

(8)  Dan ir-rapport ta’ maturità massima ma japplikax għall-obbligi emessi mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2009.

(9)  Ara: http://www.nbb.be/DOC/DQ/warandia/index.htm

(10)  Moniteur belge tas-17 ta’ Ottubru 2008, edizzjoni 2, p. 55634 et sequitur.

(**)  CES = Closed -end second mortgages / HELOC = Home equity line of credit

(***)  CES = Closed -end second mortgages / HELOC = Home equity line of credit

(11)  […]

(12)  Il-finanzjamenti f’terminu qasir jinkludu: l-operazzjonijiet ta’ xiri lura (pensjonijiet mogħtija) ta’ kull natura (mal-banek ċentrali, bilaterali jew triparti), iċ-ċertifikati ta’ depożiti u karti kummerċjali, id-depożiti interbankarji, id-depożiti fiduċjarji, id-depożiti ta’ banek ċentrali kif ukoll il-finanzjamenti oħrajn ta’ bejgħ bl-ingrossa.

(13)  L-obbligi tal-grupp ikkunsidrati f’dan il-proporzjon jinkludu l-istokk (i) f’terminu twil, tal-obbligi kollha fuq il-proprjetà maħruġa mill-grupp u ħruġ taħt format EMTN (garanziji, mhux garanziji u mqegħdin fis-suq interbankarju jew permezz tan-netwerk tal-bank li jbiegħ bl-imnut) u (ii) f’terminu qasir, mill-finanzjamenti kollha ta’ terminu qasir sal-bilanċ tal-grupp.

(14)  Il-kapital ekonomiku huwa kkalkulat skont il-metodoloġija tal-Kumitat ta’ Basel fuq il-kontroll bankarju (ara: “International Convergence of Capital Measurement and Capital Standards: a Revised Framework” (Ġunju 2006)).

(15)  L-Istati Membri kkonċernati kkomunikaw lill-Kummissjoni ittra ta’ Dexia datata mit-12 ta’ Frar 2010 li tikkonferma li ma jeżisti ebda titolu ta’ dejn ibridu jew subordinat maħruġ mill-entitajiet tal-grupp u li t-termini u kundizzjonijiet tiegħu jipprevedu obbligu ta’ ħlas ta’ imgħax (“coupon pusher”) fil-każ li fih Dexia SA tipproċedi għall-ħlas ta’ dividend f’ishma bl-eċċezzjoni biss tal-ħruġ ta’ EUR 500 miljun mwettaq minn Dexia Funding Lussemburgu SA mwettaq fl-2006 (kodiċi ISIN: XS0273230572).

(16)  Dexia mhix mistennija tbiegħ il-holding tagħha fi Crediop bi prezz wisq baxx (inqas minn […] darba l-valur kontabbli fl-2010 u l-2011 u […] darba l-valur kontabbli fl-2012).

(17)  Dexia mhix mistennija tbiegħ DBS bi prezz wisq baxx (inqas minn […] darba l-valur kontabbli fl-2010 u […] darba fl-2012).

(18)  RAROC jirrifletti l-ispejjeż tad-diviżjoni PWB u li l-metodoloġija u l-kalkolu tal-RAROC u l-komponenti jkunu preċiżi.

(19)  ĠU L 83 27.3.1999, p. 1.

(20)  ĠU C 195 19.8.2009, p. 9.

(21)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007, Northern Rock, każ NN 70/07, ĠU C 43 16.2.2008 u stqarrija għall-istampa IP/08/1557 tas-16 ta’ Frar 2008.

(22)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont, (ĠU C 14 19.1.2008, p. 6).

(23)  ĠU C 72 26.3.2009, p. 1.

(24)  ĠU C 244 1.10.2004, p. 2.

(25)  Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (sentenza msejħa “Stardust”), C-482/99, Ġabra P. I-4397, punti 52 u 58.

(26)  Każ Franza vs Il-Kummissjoni iċċitata aktar ‘il fuq, paragrafi 52, 55 u 56.

(27)  Sentenza Stardust iċċitata aktar ‘il fuq, paragrafi 56 u 57:

“(56)

Indikazzjonijiet oħrajn jistgħu, f’dak il-każ, ikunu pertinenti sabiex tiġi konkluża r-responsabbiltà mogħtija lill-Istati ta’ miżura ta’ għajnuna minn impriża pubblika, bħal, b’mod partikolari, l-integrazzjoni tagħha fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, l-integrazzjoni tal-impriża fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta’ dawn fuq is-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati mill-istatus ġuridiku tal-impriża, li tirrileva mid-dritt pubbliku jew mid-dritt komuni tal-kumpaniji, l-intensità tat-tutela eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża jew kwalunkwe indikatur ieħor li jindika, fil-każ konkret, involviment tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà ta’ nuqqas ta’ involviment fl-adozzjoni ta’ miżura, ugwalment fil-kuntest tal-kobor ta’ din, għal kontenut tagħha jew għall-kundizzjonijiet li tinkludi.

(57)

L-unika ċirkostanza li impriża pubblika kienet kostitwita taħt il-forma ta’ kumpanija ta’ kapitali ta’ dritt komuni ma tistax, fil-kuntest tal-awtonomija li din il-forma ġuridika tkun suxxettibbli li tagħtiha, tkun ikkunsidrata bħala suffiċjenti sabiex jiġi ekluż li miżura ta’ għajnuna meħuda minn tali kumpanija tkun attribwibbli għall-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-305/89, iċċitata aktar ‘il fuq, punt 13). Fil-fatt, l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontroll u l-possibbiltajiet reali ta’ eżerċizzju ta’ influwenza dominanti li li għandha fil-prattika tostakola l-esklużjoni qabel xejn kull attribuzzjoni għall-Istat ta’ miżura meħuda minn tali kumpanija u, konsegwentement, ir-riskju li jiġu evitati regoli tat-Trattat rigward l-għajnuniet mill-Istat, minkejja l-pertinenza bħala tali tal-forma ġuridika tal-impriża pubblika bħala indikatur, fost oħrajn, li jippermetti l-istabbiliment f’każ konkret l-involviment ta’ Stat jew le.”

(28)  Fis-sentenza msejħa “Air France”, dawn l-element kienu biżżejjed sabiex jiġġustifikaw li s-CDC tkun ikkunsidrata bħala stabbiliment li jappartjeni għas-settur pubbliku, u li l-komportament tiegħu huwa attribwibbli għall-Istat (ara b’mod partikolari l-punti 58 sa 61 tas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, Ġabra p. II-2019).

(29)  Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 1988, Van der Kooy et vs Il-Kummissjoni, 67, 68 u 90/85, Ġabra p. 219, punt 36.

(30)  Il-Kummissjoni ppreċiżat mill-ewwel ittra lill-Istati Membri tas-17 ta’ Settembru 1984 (SG(84) D/11853) rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KEE għall-holdings detenuti mill-awtoritajiet pubbliċi fil-kapital ta’ impriżi, li l-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq japplika biss f’ċirkostanzi normali tas-suq. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat dan il-punt fis-sentenza tagħha WestLB tas-6 ta’ Marzu 2003 T-228/99 u T-233/99, Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2003, p. II-435, punt 267.

(31)  Ara s-sentenza Meura tal-10.7.1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1986, p. 2263, punt 14.

(32)  Ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-2005 rigward ir-rikapitalizzazzjoni tal-“Landesbanken” Ġermaniżi, bħalma huma NN 71/05, HSH Nordbank, u NN 72/05, Bayern LB, li għadhom ma ġewx ippubblikati fil-ĠU. Ara ugwalment id-deċiżjoni li tat fil-każ Shetland Shellfish (Deċiżjoni (KE) 2005/336, (ĠU L 81, 18.3.2006, p. 36)), il-Kummissjoni rrifjutat żewġ rapporti prodotti mill-awtorità pubblika tal-Gżejjer Shetland għall-investiment, li kienu fihom kont tar-riżultati mbassra, bilanċ imbassar u tabella tal-flussi ta’ teżorerija mbassra għas-snin 2000, 2001 u 2002. Ir-Renju Unit argumenta dwar il-karattru ex-ente tal-istudji u l-karattru “konservattiv u prudenti” tas-suppożizzjonijiet li fuqhom jibbażaw irwieħhom, iżda l-Kummissjoni kkonkludiet li huma kienu jiġu kkunsidrati bħala insuffiċjenti minn investitur privat f’ekonomija tas-suq, minkejja l-ammonti relattivament modesti inkwistjoni.

(33)  Sentenza West LB iċċitata aktar ‘il fuq, punt 255.

(34)  ĠU C 270 25.10.2008, p. 8.

(35)  Ara ugwalment id-Deċiżjoni Northern Rock u l-istqarrija għall-istampa IP/08/1557.

(36)  6,376 – (0,150 + 0,350 + 0,288 + 0,376) = EUR 5,212 biljun.

(37)  ĠU C 14 19.1.2008, p. 6.

(38)  L-ammont massimu tal-obbligi ta’ Dexia koperti mill-garanzija qatt ma qabeż EUR 100 biljun anki bejn id-9 ta’ Ottubru 2008 u l-1 ta’ Novembru 2009, perjodu li matulu l-ammont massimu skont il-ftehim ta’ garanzija kien ta’ EUR 150 biljun. L-ammont massimu ta’ garanziji użat minn Dexia huwa ta’ EUR 95,6 biljun, ammont irreġistrat fis-27 ta’ Mejju 2009.

(39)  Ara l-punt 20.

(40)  Ara b’mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2009, LBBW, każ C17/09, (għadha ma ġietx ippubblikata) u l-istqarrija għall-istampa IP/09/1927 tal-15 ta’ Diċembru 2009.

(41)  Bir-rata tal-kambju ta’ 1 EUR għal 1,2816 USD applikabbli fit-30 ta’ Jannar 2009.

(42)  Ara b’mod partikolari d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawżi dwar għajnuna mill-Istat N 574/08, Garantie Fortis, (ĠU C 38 17.2.2009, p. 2); NN 42/08, Fortis, (ĠU C 80 3.4.2009, p. 7); NN 57/09, għajnuniet ta’ urġenza fir-rigward ta’ Ethias (ĠU C 176 29.7.2009, p. 1); C 18/09 KBC, (ĠU C 216 10.9.2009, p. 10); deċiżjoni tat-18 ta’ Novembru 2009 C 18/09 KBC, li għadha ma ġietx ippubblikata; N 548/08, Miżuri ta’ finanzjament mill-ġdid fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji - Franza (ĠU C 123 3.6.2009, p. 1); N 251/2009, Estensjoni tal-arranġamenti ta’ rifinanzjament fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji - Franza, (ĠU C 174 28.7.2009, p. 2); N 613/08, Arranġamenti ta’ infurzar tal-fondi proprji - Franza, (ĠU C 106 8.5.2009, p. 15); N 29/09, Emenda għas-sistema ta’ infurzar tal-fondi proprji – Franza, (ĠU C 116 21.5.2009, p. 5); C 123/09, Emenda għas-sistema ta’ infurzar tal-fondi proprji – Franza, (ĠU C 123 3.6.2009, p. 3); N 23/09, Sistema temporanja relatata mal-għajnuniet taħt fprma ta’ garanziji - Franza, (ĠU C 62 17.3.2009, p. 11); N 128/09, Sistema temporanja ta’ garanzija bl-għan ta’ rkupru ekonomiku – Il-Lussemburgu, (ĠU C 106 8.5.2009, p. 9).

(43)  Ara b’mod partikolari l-punt 31 tal-komunikazzjoni dwar ir-ristrutturar.

(44)  Ara l-premessa 64.

(45)  Pereżempju, fil-każ tal-EUR 161,7 biljun f’assi li kienu jagħmlu d-diviżjoni LPMD fil-31 ta’ Diċembru 2009, 97 % għandhom klassifikazzjoni ta’ “investment grade” (AAA 32 %, AA 28 %, A 25 %, BBB 12 %).

(46)  Fit-30 ta’ Settembru 2009.

(47)  Ara b’mod parikolari: Il-Kumitat ta’ Basel dwar il-kontroll bankarju, International framework for liquidity risk measurement, standards and monitoring (Consultative Document), Diċembru 2009.

(48)  Ara l-punt 9 tal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni.

(49)  Ara “State aid: Commission recalls rules concerning Tier 1 and Tier 2 capital transactions for banks subject to a restructuring aid investigation”, MEMO/09/441 tat-8 ta’ Ottubru 2009 disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni fl-indirizz li ġej: http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=MEMO/09/441&format=HTML&aged=0&language=FR&guiLanguage= fr

(50)  Ara b’mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kummissjoni mogħtija fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet fil-każ M. 2400 (Dexia/Artesia). F’dan id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tirrileva li Dexia tikkostitwixxi attur iperdominanti fis-suq Belġjan, b’sehem fis-suq ta’ 80 sa 85 % mis-suq nazzjonali tal-finanzjament tal-“awtoritajiet lokali” u ta’ 65 sa 70 % jekk l-awtoritajiet mhux lokali bħar-reġjuni u l-komunitajiet jittieħdu ugwalment inkunsiderazzjoni).

(51)  Fi Franza skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, Dexia Crédit Local żżomm l-akbar sehem, jiġifieri [40-45 %], tal-istokk ta’ tislif f’terminu twil lill-komunitajiet lokali, fejn il-kompetituri prinċipali huma l-Caisses d’épargne (madwar 20 %), il-Crédit Agricole (madwar 15 %), is-Société Générale u l-BNP Paribas.

(52)  Iż-żewġ atturi l-oħrajn huma Intesa SanPaolo (14 %) u BNL (10 %). L-Italja, skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, erba’ gruppi bankarji jaqsmu 80 % tas-suq, b’Dexia fit-tieni post (madwar [20-30] %) wara Cassa Depositi u Prestiti (“CDP”).

(53)  Ċertu għadd ta’ elementi għandhom tendenza li jindikaw, fost oħrajn, li s-sejħiet ta’ offerti mhumiex dejjem organizzati b’mod trasparenti u miftuħ u li l-ispejjeż tat-trasferimenti huma pjuttost għoljin għall-komunitajiet lokali (b’mod partikolari mill-fatt li l-banek operaturi storiċi joffru firxa sħiħa ta’ servizzi lill-komunitajiet, bħal servizzi ta’ ġestjoni tat-teżorerija, li l-finanzjament tagħhom huwa biss wieħed mill-elementi).

(54)  Ara l-punt 2 tal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni.


ANNESS I

IMPENJI TAL-ISTATI MEMBRI KKONĊERNATI NNOTIFIKATI FID-9 TA’ FRAR 2010

Impenji relatati ma’ aġir

1.

Sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja, l-impenji ta’ hawn isfel, minbarra l-impenji fil-punt 7 ta’ hawn isfel, japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2014.

2.

Sal-31 ta’ Diċembru 2011 Dexia SA u s-sussidjarji li tagħhom hija għandha l-kontroll esklussiv jew konġunt (“Dexia”) ma għandhomx ikunu x-xerrejja ta’ aktar minn 5 % tal-kapital azzjonarju ta’ istituzzjonijiet oħrajn ta’ kreditu jew impriżi ta’ investiment (skont id-Direttiva 2009/34/KE tal-21 ta’ April 2004 li tikkonċerna s-swieq ta’ strumenti finanzjarji) jew kumpaniji ta’ assigurazzjoni, minbarra bl-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni.

L-impenn preċedenti ma jostakolax, soġġett għal qbil minn qabel tal-Kummissjoni, ix-xiri minn Dexia ta’ holding bi ħlas fil-forma ta’ injezzjoni ta’ holdings jew attivitajiet imwettqa fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ bejgħ jew ġbir flimkien (permezz ta’ amalgamazzjoni jew injezzjoni) ta’ assi jew attivitajiet, sakemm, bl-istess suppożizzjoni, il-holding imsemmi ma jagħtix lil Dexia l-kontroll esklussiv jew konġunt tal-entità benefiċjarja tal-injezzjoni jew li tirriżulta mill-amalgamazzjoni.

Dexia għandha tinforma minn qabel lill-Kummissjoni b’kull proġett ta’ xiri, inkluż kull proġett maħsub minn impriżi li Dexia tikkontrolla b’mod konġunt.

3.

a.

Dexia tipprojbixxi lilha nnifisha li ssellef lill-klijenti tagħha PWB sa livell ta’ “risk-adjusted return on capital” (RAROC) ta’ inqas minn 10 %. Il-kalkolu tar-RAROC jirrapporta l-marġni netta wara t-taxxi fuq il-kapital ekonomiku. Skont din l-ittra ta’ rbit:

i.

il-marġni gross hija d-differenza bejn il-marġni fatturata lill-klijent (espressa fil-punti bażi ‘l fuq mir-rata ta’ referenza IBOR) u l-ispiża ta’ finanzjament ta’ Dexia (espressa fil-punti bażi ‘l fuq mir-rata ta’ referenza IBOR) irrappreżentat mill-prezz ta’ trasferiment intern.

ii.

il-prezz ta’ trasferiment intern għandu jirrifletti l-ispiża stmata ta’ finanzjament ġdid ta’ Dexia li jieħu inkunsiderazzjoni karatteristiċi ta’ tislif (maturità, eliġibbiltà għar-rifinanzjament permezz ta’ bonds koperti, eċċ.) lill-klijenti PWB.

iii.

il-marġni netta hija għall-marġni gross imnaqqsa (i) minn spejjeż ta’ kull natura (spejjeż ġenerali, spejjeż tal-paga, spejjeż operattivi, deprezzamenti, eċċ.) stmati fuq il-bażi tal-osservazzjoni tal-ispejjeż tal-attività ta’ tislif lill-klijenti PWB, (ii) minn spiża tar-riskju medju kkalkulat għal kull tranżazzjoni fl-osservanza tal-metodoloġija Basel II (spiża medja tar-riskju fuq perjodu twil) u (iii) minn spiża tat-taxxa. Il-kapital ekonomiku huwa kkalkulat skont il-metodoloġija Basel II.

b.

Espert Indipendenti għandu jitqabbad, skont il-modalitajiet imsemmija fil-punt 17 hawn isfel, sabiex jivverifika kull sitt xhur li:

i.

Ir-RAROC skont din l-ittra ta’ rbit u l-komponenti tagħha (spejjeż ta’ finanzjamenti ġodda, spejjeż ġenerali, spejjeż tal-paga, spejjeż operattivi, deprezzamenti, spiża tar-riskju, spiża tat-taxxi, eċċ.) jirrifletti l-kontribuzzjoni tal-attività ta’ tislif lill-klijenti PWB għall-profitabbiltà tal-grupp,

ii.

Il-kalkolu tar-RAROC huwa preċiż, u

iii.

Il-metodoloġija hija rrispettata.

c.

L-Espert Indipendenti jivverifika kull sitt xhur li l-impenn mogħti fil-punt 3.a. huwa rrispettat.

d.

L-Espert Indipendenti għandu jkollu aċċess għar-regoli ta’ proċedura interna ta’ Dexia li jippreċiża u jiġġeneralizza l-użu tar-RAROC (skont din l-ittra ta’ rbit) u għal-lista u l-kundizzjonijiet ta’ kull tislif mogħti minn Dexia lill-klijenti PWB tagħha.

4.

Dexia għandha tnaqqas sa żero l-ammont ta’ finanzjamenti attwalment għad-dispiżizzjoni tas-sussidjarja Torka tagħha DenizBank mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 u tintrabat li ma ttiha l-ebda finanzjament intragrupp ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2014.

5.

Dexia għandha tnaqqas il-parti ta’ finanzjamenti f’terminu qasir fil-bilanċ tagħha u żżid it-terminu medju ta’ ħajja tal-finanzjamenti tagħha f’terminu twil. Ir-rispett ta’ dan l-impenn ikun evalwat globalment permezz ta’ tliet indikaturi kwantitattivi. F’dan il-kuntest:

a.

Dexia għandha żżomm il-proporzjon “finanzjamenti fuq terminu qasir ta’ żmien/total tal-karta tal-bilanċ”, definit fl-Anness II ta’ din id-deċiżjoni, minn 30 % fil-31 ta’ Diċembru 2009 sa livell inqas minn jew ugwali għal 23 % fil-31 ta’ Diċembru 2010, inqas minn jew ugwali għal 20 % fil-31 ta’ Diċembru 2011, inqas minn jew ugwali għal 14 % fil-31 ta’ Diċembru 2012, inqas minn jew ugwali għal 13 % fil-31 ta’ Diċembru 2013 u inqas minn jew ugwali għal 11 % fil-31 ta’ Diċembru 2014. Għall-iskopijiet ta’ dan l-impenn, il-proporzjon għandu jiġi ugwalment segwit f’medja annwali fuq il-perjodu kollu ta’ referenza.

b.

Dexia għandha żżid it-terminu tal-finanzjamenti tagħha u tnaqqas il-medda tat-terminu filwaqt li żżom it-terminu medju ta’ ħajja tal-obbligi tal-grupp hekk kif definiti fl-Anness II ta’ din id-deċiżjoni, sa livell ogħla minn jew ugwali għal-livelli ta’ hawn isfel:

(snin)

31.12.2009

31.12.2010

31.12.2011

31.12.2012

31.12.2013

31.12.2014

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

c.

Dexia għandha żżid is-sorsi ta’ finanzjamenti stabbli tagħha. Proporzjon, li n-numeratur tiegħu huwa ugwali għas-somma tal-finanzjament taħt forma ta’ “bonds koperti”, tal-finanzjament taħt forma ta’ kontijiet kummerċjali “RCB” u “PWB” u li d-denominatur tagħhom huwa ugwali għas-somma tal-assi kollha tal-grupp Dexia, għandu jiġi kkalkulat. Dan il-proporzjon, ugwali għal 36 % fil-31 ta’ Diċembru 2009, għandu jkun ogħla minn jew ugwali għal 40 % fil-31 ta’ Diċembru 2010, ogħla minn jew ugwali għal 45 % fil-31 ta’ Diċembru 2011, ogħla minn jew ugwali għal 53 % fil-31 ta’ Diċembru 2012, ogħla minn jew ugwali għal 55 % fil-31 ta’ Diċembru 2013 u ogħla minn jew ugwali għal 58 % fil-31 ta’ Diċembru 2014.

6.

Sal-31 ta’ Ottubru 2014, Dexia:

(i)

ma għandhiex tuża l-istatus tagħha ta’ bank benefiċjarju ta’ garanzija mill-Istati għal xi wħud mill-impenji tagħha għal skopijiet ta’ reklamar kummerċjali lejn terzi minbarra Terzi Benefiċjarji; u

(ii)

ma għandhiex tuża l-garanzija għal operazzjonijiet ta’ arbitraġġ puri.

7.

Minn issa sat-30 ta’ Ġunju 2010, Dexia għandha timplimenta linja ta’ rappurtar imsemmi “Legacy Portfolio Management Division”. L-assi assenjati f’din il-linja għandhom jitqiegħdu f’ġestjoni estintiva jew jinbiegħu fil-kuntest tal-impenn imsemmi fil-punt 13.n. hawn isfel. Dawn l-assi għandhom ikunu dawn li ġejjin: (i) il-portafolli CSP/PSP (għal ammont stmat ta’ madwar EUR 134 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2009), (ii) il-portafoll FP (għal ammont stmat ta’ madwar EUR 10,7 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2009) u (iii) il-portafoll “non-core PWB loans” (għal ammont stmat ta’ madwar EUR 17-il biljun fil-31 ta’ Diċembru 2009). Il-finanzjamenti miġburin minn Dexia u li jibbenefikaw mill-garanzija ta’ finanzjament għandhom ikunu integralment assenjati f’din il-linja.

8.

Dexia għandha tillimita l-ammont ta’:

a.

kull forma ta’ dividendi distribwiti minn Dexia SA abbażi tal-ishma ordinarji tagħha, u

b.

kull rimbors diskrezzjonali antiċipat jew ħlas ta’ imgħax fuq strumenti ibridi Tier 1 jew strumenti Tier 2 (i) maħruġ minn entitajiet li tagħhom Dexia għandha l-kontroll esklussiv (ii) miżmuma minn persuni jew entitajiet minbarra, Dexia SA u s-sussidjarji tagħha u (iii) li l-ħlas jew l-eżerċizzju tagħhom huwa diskrezzjonali fl-applikazzjoni ta-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ dawn l-istrumenti,

b’talimod li, wara d-distribuzzjoni jew il-ħlas previst (u bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-ħlasijiet eventwali magħmulin obbligatorji minħabba l-ħlas ta’ dividend abbażi tal-ishma ordinarji), il-Core Tier 1 tal-grupp Dexia (ikkalkulat b’referenza għall-aħħar kontijiet annwali konsolidati ppreparati skont l-istandards IFRS)

i.

ikun ogħla minn jew ugwali għal-livell ta’ hawn isfel u;

31.12.2009

31.12.2010

31.12.2011

31.12.2012

31.12.2013

31.12.2014

10,7  %

10,6  %

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

ii.

ikun ogħla minn jew ugwali għas-somma ta’:

(i)

12,5 % tal-assi ppeżati mir-riskji (risk weighted assets) tal-Legacy Portfolio Management Division hekk kif definit fil-punt 7. hawn isfel u

(ii)

9,5 % tal-assi ppeżati mir-riskji (risk weighted assets) tal-attivitajiet l-oħrajn tal-grupp (il-“Core Division”).

L-impenn preċedenti:

(i)

huwa mingħajr preġudizzju għall-eżiġenza ta’ benefiċċji distribwibbli (skont l-Artikolu 617 tal-Kodiċi tal-Kumpaniji Belġjani) fil-livell ta’ Dexia;

(ii)

huwa mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet li għalihom Dexia tkun legalment marbuta li tipproċedi fuq strumenti ibridi Tier 1 jew Tier 2 jew operazzjonijiet li għalihom Dexia hija marbuta li tipproċedi fuq tali strumenti skont kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Frar 2010;

(iii)

għandu jiġi rivedut f’każ ta’ bidla sinifikanti fid-definizzjoni tal-fondi proprji prudenzjali u tal-istandards kontabbli applikabbli għal Dexia; u

(iv)

japplika għal kull distribuzzjoni mwettqa sal-31 ta’ Diċembru 2014.

9.

Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet li għalihom Dexia tkun legalment marbuta li tipproċedi, jew operazzjonijiet li għalihom hija tkun marbuta li tipproċedi skont il-kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Frar 2010, fuq strumenti ibridi Tier 1 jew Tier 2, Dexia għandha tastjeni sal-31 ta’ Diċembru 2011:

a.

milli tipproċedi għall-ħlas ta’ imgħax fuq strumenti ibridi Tier 1 jew strumenti Tier 2 miżmuma minn persuni jew entitajiet minbarra Dexia SA u s-sussidjarji tagħha u li l-ħlas tagħhom huwa diskrezzjonali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali b’relazzjoni ma’ dawn l-istrumenti;

b.

milli tapprova jew tivvota fir-rigward tal-ħlas ta’ kull forma ta’ dividend minn kull entità li fuqha Dexia SA teżerċita direttament jew indirettament il-kontroll esklussiv (inklużi l-entitajiet miżmuma 100 %) meta tali ħlas iwassal għal obbligu ta’ ħlas ta’ imgħax duq strumenti ibridi Tier 1 jew strumenti Tier 2 miżmuma minn persuni minbarra Dexia SA u s-sussidjarji tagħha; u

c.

milli teżerċita għażla diskrezzjonali ta’ rimbors antiċipat fuq l-istrumenti ibridi Tier 1 jew strumenti Tier 2 imsemmija fil-punt a. hawn fuq.

Dexia SA għandha tastjeni milli tipproċedi għad-distribuzzjoni ta’ dividendi fuq l-ishma ordinarji tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2011. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għad-distribuzzjonijiet ta’ dividendi kompletament imwettqa b’attribuzzjoni ta’ ishma ġodda, sakemm l-ammont ta’ dawn id-distribuzzjonijiet ikunu (i) konformi mal-punt 8. hawn fuq u (ii) inqas minn jew ugwali għal 40 % tar-riżultat nett imwettaq minn Dexia SA abbażi tas-sena finanzjarja 2009 f’dak li jikkonċerna d-distribuzzjonijiet imwettqa fl-2010 u inqas minn jew ugwali għal 40 % tar-riżultat nett imwettaq minn Dexia SA abbażi tas-sena finanzjarja 2010 f’dak li jikkonċerna d-distribuzzjonijiet imwettqa fl-2011.

10.

Dexia għandha tkompli timplimenta l-prinċipji ta’ remunerazzjoni pprovduti fil-kuntest tal-G-20 u l-istanzi nazzjonali kkonċernati f’dak li jikkonċerna r-remunerazzjoni tal-membri tal-kumitajiet ta’ ġestjoni u eżekuttivi ta’ Dexia SA u tal-entitajiet prinċipali operattivi tal-grupp Dexia.

11.

B’konformità mal-pjan ta’ ristrutturar sottomess fis-17 ta’ Diċembru 2009 Dexia:

a.

Fil-politika ta’ produzzjoni ġdida tagħha, għandha tnaqqas il-produzzjoni ġdida PWB għal EUR 12-il biljun fl-2009, EUR 15-il biljun fl-2010 u EUR 18-il biljun mill-2011 sal-2014;

b.

għandha tnaqqas l-ispejjeż operattivi ta’ 15 % qabel il-31 ta’ Diċembru 2012;

c.

fl-attivitajiet ta’ kummerċ tagħha, għandha tiżgura li ma tiħux riskji għal kont proprju li ma jkunux konformi mal-għan ta’ ritorn għall-vijabbiltà abbażi ta’ maniġġjar prudenti. Konsegwentement, Dexia għandha tnaqqas l-attivitajiet ta’ kummerċ tagħha (tnaqqis ta’ 44 % tal-valur f’riskju medju annwali, li kien ta’ EUR 126 biljun fl-2008) u għandha ttemm l-attivitajiet ta’ kummerċ għal kont proprju tagħha mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

d.

għandha tirrinunzja b’mod definittiv, b’effett immedjat mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għall-benefiċċju tal-obbligu konvertibbli Dexia BIL ta’ EUR 376 miljun li l-Lussemburgu intrabat li jissottoskrivi f’Settembru 2008.

Garanzija ta’ finanzjament

12.

Ir-rikors minn Dexia għall-garanzija ta’ finanzjament hekk kif estiża bil-klawżola addizzjonali tal-14 ta’ Ottubru 2009 (“il-Garanzija”) għandu jkun limitat fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

a.

Għandha tintemm il-possibbiltà għal Dexia milli tibbenefika mill-Garanzija għall-kuntratti ta’ kontijiet kollha konklużi mill-31 ta’ Marzu 2010;

b.

Għandha tintemm il-possibbiltà għal Dexia milli tibbenefika mill-Garanzija ta’ finanzjament għall-ħruġ kollu f’terminu qasir (inqas minn sena) imwettaq mill-31 ta’ Mejju 2010;

c.

Għandha tintemm il-possibbiltà għal Dexia milli tibbenefika mill-Garanzija ta’ finanzjament għall-ħruġ jew il-kuntratti kollha mwettqa jew konklużi mit-30 ta’ Ġunju 2010;

d.

L-ammont totali tal-ammonti pendenti garantiti fl-ebda mument ma jkun jista’ jaqbeż l-EUR 100 biljun;

e.

Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Garanzija, Dexia toħroġ lill-Istati remunerazzjoni addizjonali fuq l-ammont żejjed f’każ ta’ qbiż tal-limiti li ġejjin ta’ ingranaġġi pendenti garantiti:

Limitu/porzjon (ingranaġġi pendenti garantiti f’EUR biljuni)

60-70]

[70-80]

[80-100]

Remunerazzjoni supplimentari tal-qbiż fil-punti bażi

+ 50

+ 65

+ 80

Bejgħ u ġestjoni estintiva

13.

Dexia għandha tipproċedi għall-bejgħ ta’ assi li tagħhom huma pprovduti l-lista u l-kalendarju minn issa ’il quddiem:

a.

Bejgħ jew introduzzjoni fl-ekwità pubblika tal-holding ta’ 70 % detenuta mill-grupp fis-sussidjarja Taljana tagħha, Crediop, minn issa sal-31 ta’ Ottubru 2012. B’applikazzjoni tal-punt 15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-ristrutturazzjonijiet Bankarji, Dexia mhix obbligata tbiegħ il-holding tagħha fi Crediop għal prezz baxx wisq (inqas minn […] darbiet il-valur kontabbli fl-2010 u l-2011 u […] darbiet il-valur kontabbli fl-2012).

b.

Bejgħ minn issa sat-30 ta’ Ġunju 2010 ta’ Dexia Epargne-Pension (DEP), sissidjarja Franċiża ta’ DIB (Dexia Insurance Belgium) attiva fl-oqsma tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-inġinerija soċjali. Il-firma tal-ftehim ta’ bejgħ sar fid-9 ta’ Diċembru 2009 u l-bejgħ għandu jitwettaq matul l-ewwel semestru tal-2010.

c.

Bejgħ jew introduzzjoni fl-ekwità pubblika fil-31 ta’ Diċembru 2010 tal-holding ta’ 51 % ta’ Dexia f’AdInfo, sussidjarja attiva fil-forniment ta’ servizzi informatiċi għall-komunitajiet lokali fil-Belġju.

d.

Bejgħ tal-holding ta’ Dexia f’SPE qabel il-31 ta’ Diċembru 2010.

e.

Bejgħ tal-holding ta’ 20 % ta’ Dexia fil-Crédit du Nord. Dan il-bejgħ twettaq fil-11 ta’ Diċembru 2009 (trasferiment effettiv tat-titoli u l-flus kontanti).

f.

Għeluq bil-bidu tal-2010 ta’ madwar 80 aġenzija fil-Belġju fil-kuntest tal-mudell ġdid ta’ distribuzzjoni tal-grupp.

g.

Waqfien tal-attivitajiet li ġejjin ta’ RCB International:

i

il-bejgħ ta’ Experta Jersey, ir-run-off ta’ Dexia PB Jersey, il-waqfien tal-attivitajiet PB ta’ Montevideo, il-waqfien tal-proġett ta’ żvilupp ta’ PB f’Singapor, il-waqfien tal-proġett ta’ finanzjament għall-konsumatur fir-Russja u l-waqfien tal-attivitajiet ta’ Dexia Asset Management (DAM) fil-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali u orjentali, il-bejgħ tal-attivitajiet ta’ trust ta’ Experta fl-Isvizzera, twettqu matul is-sena 2009 u l-bidu tal-2010;

ii.

il-bejgħ tal-attivitajiet ta’ trust eżerċitati minn Dexia fil-Baħamas kif ukoll il-bejgħ tas-sussidjarja Daniża ta’ Dexia BIL, attiva fil-ġestjoni tal-assi, il-bank privat u l-attivitajiet ta’ suq/strutturazzjoni, għandhom jitwettqu minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2011.

h.

Bejgħ jew introduzzjoni fl-ekwità pubblika minn issa sal-31 ta’ Ottubru 2012 tal-holding ta’ Dexia fis-sussidjarja Slovakka tagħha, Dexia Banka Slovensko (DBS). B’applikazzjoni tal-punt 15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturazzjonijiet Bankarji, Dexia mhijiex obbligata tbiegħ DBS bi prezz wisq baxx (inqas minn […] darbiet il-valur kontabbli fl-2010 u […] darba fl-2011).

i.

Waqfien u ġestjoni estintiva tal-attivitajiet li ġejjin ta’ PWB International:

1.

L-Indja: bejgħ tal-entità mwettqa fl-2009;

2.

L-Isvizzera (Dexia Public Finance Switzerland) u l-Isvezja (Dexia Norden): għeluq u likwidazzjoni minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2010;

3.

Il-Messiku, l-Awstralja u l-Ġappun: ġestjoni estintiva tal-bilanċ u tnaqqis tal-persunal. L-entità Messikana ngħalqet fl-2009 u l-assi tagħha ġew trasferiti lil DCL New York fejn huma ġestiti b’mod estintiv; il-persunal tal-Ġappun u l-Awstralja nqasmu fi tnejn fl-2009 u l-attivitajiet assoċjati għandhom ikunu ġestiti b’mod estintiv.

j.

Bejgħ ta’ FSA (finazlizzat fl-1 ta’ Lulju 2009) u wara bejgħ tal-ishma ta’ Dexia f’Assured Guaranty (AGO) minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2011.

k.

Bejgħ tal-holding ta’ 49 % tal-grupp f’Kommunalkredit Austria (KA). Dan il-bejgħ twettaq fir-raba’ trimestru tal-2008.

l.

Bejgħ jew introduzzjoni fl-ekwità pubblika ta’ Deniz Emeklilik, is-sussidjarja ta’ assigurazzjonijiet ta’ Denizbank minn issa sal-31 ta’ Ottubru 2012.

m.

Bejgħ tal-holding ta’ 60 % tal-grupp f’Dexia Sabadell minn issa sal-31 ta’ Diċembri 2013.

n.

Bejgħ aċċelerat tal-portafoll tal-obbligi ta’ Dexia li jammonta għal EUR [10-20] biljun fis-sena fl-2010 u l-2011, EUR [5-15] biljun sa EUR [10-20] biljun fl-2012, EUR [0-10] sa [5-15] biljun fis-sena fl-2013 u l-2014.

o.

B’konformità mal-pjan ta’ ristrutturar sottomess fis-17 ta’ Diċembru 2009, ġestjoni esintiva tal-attivitajiet ta’ Standby Bond Purchase Agreements (SBPA) u Tender Option Bonds (TOB) (l-Istati Uniti tal-Amerka/il-Kanada).

L-impenn ta’ bejgħ imsemmi fil-punti minn a. sa n. hawn fuq għandhom ikunu kkunsidrati sodisfatti meta Dexia u x-xerrej ikunu kkonkludew ftehim vinkolanti u definittiv (jiġifieri ftehim li ma jistax jiġi tterminat unilateralment minn Dexia mingħajr ħlas ta’ penali) għall-bejgħ tal-integralità tal-holding ta’ Dexia fl-entità jew l-ass ikkonċernat, ukoll kieku l-awtorizzazzjonijiet u dikjarazzjonijiet kollha ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti ma jkunux għadhom inkisbu fil-mument tal-firma tal-ftehim.

14.

Il-bejgħ tal-assi deskritti fil-punt 13. hawn fuq, kif ukoll id-deprezzament tal-assi u l-obbligi ta’ Dexia għandhom iwasslu għar-riżultati li ġejjin:

a.

It-tnaqqis ta’ 35 % fit-total tal-karta tal-bilanċ ta’ Dexia fil-31 ta’ Diċembru 2014 b’relazzjoni mal-ammont tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2008, bil-kundizzjonijiet u skont il-ftehimiet kontabbli deskritti fil-miżuri addizzjonali tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Dexia trażmessi lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Diċembru 2009. F’valur assolut, l-ammont totali tal-bilanċ għandu jitnaqqas minn EUR 651 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2008, għal EUR 580 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2009, għal EUR [510-550] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2010, għal EUR [485-545] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2011, għal EUR [425-490] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012, għal EUR [405-465] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2013 u għal EUR 427 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2014, jiġifieri tnaqqis ta’ EUR 224 biljun. Dawn l-ammonti għandhom jiġu kkoreġuti mill-evoluzzjoni tal-valur tas-suq tal-prodotti derivati sottoskritti fil-bilanċ ta’ Dexia jekk din l-evoluzzjoni tkun differenti minn dik deskritta fil-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Dexia u sakemm tali diverġenza ma tirriżultax minn żieda sinifikanti tal-ammont nozzjonali ta’ dawn il-prodotti derivati.

b.

Il-bilanċ totali tal-Core Division għandu jiġi stabbilit bħala EUR [390-410] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2010, bħala EUR [385-415] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2011, bħala EUR [345-380] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012, bħala EUR [335-365] biljun fil-31 ta’ Diċembru 2013 u bħala EUR 353 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2014, jiġifieri tnaqqis ta’ madwar 45 % b’relazzjoni mal-bilanċ totali tal-grupp tal-31 ta’ Diċembru 2008. L-evoluzzjoni annwali fit-total tal-karta tal-bilanċ tal-attivitajiet Core Division u Legacy Portfolio Management Division rispettivament għandhom ikunu konformi mad-deskrizzjoni li tidher fl-Anness II ta’ din id-deċiżjoni.

Rappreżentant inkarigat mill-bejgħ

15.

(a)

Fil-każ fejn wieħed mill-impenji ta’ bejgħ tal-assi msemmija fil-punti 13.a, 13.c, 13.d, 13.h, 13.1 jew 13.m ma jkunx ġie sodisfatt fit-termini kkunsidrati aktar ‘il fuq, u fin-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ rbit alternattiv mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi, Belġjani u Lussemburgiżi għandhom jissottomettu għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u mill-aktar tard xahar wara d-data ta’ limitu stabbilita għall-bejgħ, lista ta’ minn persuna sa tliet persuni, magħżulin bi ftehim ma’ Dexia, għal nominazzjoni bħala rappreżentant(i) inkarigat(i) mill-implimentazzjoni tal-bejgħ imsemmi.

(b)

Ir-rappreżentant inkarigat mill-bejgħ għandu jkun indipendenti, ikollu l-kompetenzi meħtieġa u ma għandux jiltaqa’ ma’ sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi matul l-eżerċizzju tal-mandat tiegħu.

(c)

Il-Kummissjoni tista’ jew tagħti l-approvazzjoni tagħha jew tirrifjuta r-rappreżentant(i) propost(i). Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta r-rappreżentant(i) inkarigat(i) mill-bejgħ propost(i), Dexia u l-awtoritajiet Franċiżi, Belġjani u Lussemburgiżi għandhom jipproponu, f’terminu ta’ xahar wara l-komunikazzjoni tar-rifjut, minn kandidat sa tliet kandidati ġodda li għandhom jiġu ugwalment approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni. Jekk il-kandidati kollha proposti jkunu finalment irrifjutati mill-Kummissjoni, din għandha tinnomina rappreżentant, li Dexia għandha tinnomina jew tikkontribwixxi għan-nominazzjoni tagħha, fuq il-bażi ta’ mandat approvat mill-Kummissjoni.

(d)

L-awtoritajiet Franċiżi, Belġjani u Lussemburgiżi jintrabtu sabiex Dexia tagħti lill-awtoritajiet ta’ rappreżentazzjoni neċessarji u xierqa lir-rappreżentant inkarigat mill-bejgħ:

i.

sabiex iwettaq il-bejgħ tal-assi msemmija fil-punt a. hawn fuq (inkluż kull poter neċessarju sabiex jiżgura t-twettiq tajjeb tad-dokumenti rikjesti għall-implimentazzjoni tal-bejgħ), u

ii.

sabiex iwettaq kull azzjoni jew dikjarazzjoni neċessarja jew xierqa sabiex jitwettaq il-bejgħ, inkluża n-nominazzjoni ta’ kunsilliera biex jakkumpanjaw il-proċess ta’ bejgħ.

(e)

Ir-rappreżentant inkarigat mill-bejgħ għandu jinkludi fil-kuntratt(i) ta’ xiri u bejgħ it-termini u kundizzjonijiet normali u raġonevoli li huwa jikkunsidra xierqa għall-konklużjoni tal-bejgħ fis-sena ta’ wara n-nominazzjoni tar-rappreżentant. Ir-rappreżentant inkarigat mill-bejgħ għandu jorganizza l-proċess ta’ bejgħ b’tali mod li jiżgura bejgħ[…].

(f)

L-ispejjeż tas-servizzi tar-rappreżentant inkargiat mill-bejgħ għandhom isiru minn Dexia.

Implimentazzjoni

16.

Fil-każ li ssir bidla ta’ kontroll ta’ Dexia, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-impenji kollha msemmija hawn fuq jew parti minnhom ma jibqgħux japplikaw. Hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-effett tal-evoluzzjoni previst fuq il-vijabbiltà f’terminu twil u l-kompetizzjoni u għandha tapplika, b’mod partikolari, il-prinċipju li l-bejgħ tal- benefiċjarju ta’ għajnuna lil kompetitur jikkostitwixxi fih innifsu forma ta’ kumpens ta’ distorsjonijiet eventwali fil-kompetizzjoni.

17.

(a)

L-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi, u Lussemburgiżi għandhom jissottomettu għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u mill-aktar tard xahar wara din id-deċiżjoni definittiva, lista ta’ minn persuna sa tliet persuni, magħżulin bi ftehim ma’ Dexia, għal nominazzjoni bħala espert indipendenti inkarigat mill-verifikazzjoni fid-dettall tal-applikazzjoni tal-impenji ta’ hawn fuq (l-“Espert Indipendenti”).

(b)

L-Espert Indipendenti għandu jkollu l-kompetenzi rikjesti u ma għandux jiltaqa’ ma’ sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi matul l-eżerċizzju tal-mandat tiegħu.

(c)

Il-Kummissjoni tkun tista’ jew tagħti l-approvazzjoni jew tirrifjuta l-Espert(i) Indipendenti propost(i). Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta l-Espert(i) Indipendenti propost(i), Dexia u l-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi, u Lussemburgiżi għandhom jipproponu, f’terminu ta’ xahar wara l-komunikazzjoni tar-rifjut, minn kandidat sa tlieta kandidati li għandhom ugwalment ikunu approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni.

(d)

Jekk il-kandidati kollha proposti jkunu finalment irrifjutati mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina Espert Indipendenti.

(e)

L-ispejjeż tas-servizzi tal-Espert Indipendenti għandhom isiru minn Dexia.

18.

(a)

Il-Kummissjoni għandha aċċess mingħajr restrizzjoni, b’mod permanenti matul it-terminu tal-Pjan ta’ Rsitrutturazzjoni, għall-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tagħha li tapprova l-Pjan ta’ Ristrutturar. Bil-ftehim mal-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi, u Lussemburgiżi hija tkun tista’ tindirizza direttament lil Dexia sabiex tikseb l-ispjegazzjonijiet u d-dettalji rikjesti. L-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi, u Lussemburgiżi u Dexia għandhom jikkoperaw bis-sħiħ għall-verifiki li tista’ titlob il-Kummissjoni jew, f’dak il-każ, l-Espert Indipdenti.

(b)

L-Espert Indipendenti, b’koperazzjoni ma’ Dexia, jissottometti kull semestru rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-impenji ta’ hawn fuq. Dan ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-progressi fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar, b’mod partikolari: (i) it-tnaqqis tal-bilanċ kif previst fil-punt 14. hawn fuq; (ii) il-proporzjonijiet ta’ likwidità u ta’ finanzjament kif previsti fil-punt 5. hawn fuq; (iii) l-osservanza tal-impenji fuq ir-RAROC matul is-semestru msemmi f’punt 3. hawn fuq; (iv) il-bejgħ u l-għeluq ta’ attivitajiet previsti fil-punt 13. hawn fuq, inkluża d-data tal-bejgħ jew l-għeluq, il-valur kontabbli tal-assi fil-31 ta’ Diċembru 2008, il-valur tal-bejgħ, il-qliegħ bejn wieħed u ieħor magħmul u d-deskrizzjoni tal-miżuri li jkunu għadhom iridu jiġu implimentati fil-kuntest tal-Pjan ta’ Ristrutturar. Dan ir-rapport għandu jkinkludi ugwalment l-elementi ta’ spiża u l-kalkolu tar-RAROC (imsemmija f’punt 3 hawn fuq) ta’ applikazzjoni għas-semestru ta’ wara s-sottomissjoni tar-rapport. Dan ir-rapport għandu jiġi trażmess mhux aktar tard minn wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet semestrali u l-approvazzjoni tal-kontijiet annwali u fi kwalunkwe każ qabel l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ April ta’ kull sena.

(c)

Jekk, fir-rapport tiegħu ippreżentat qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, l-Espert Indipendenti jidentifika riskji li l-għanijiet annwali previsti hawn fuq ma jintlaħqux sa tmiem is-sena kkonċernata, l-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi jippreżentaw lill-Kummissjoni, fix-xahar ta’ wara s-sottomissjoni tar-rapport, il-miżuri previsti ma’ Dexia li jippermettu li jintlaħqu dawn l-għanijiet permezz tal-mezzi xierqa qabel tmiem is-sena.

(d)

Jekk, fir-rapport tiegħu ippreżentat qabel it-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Espert Indipendenti jikkonstata li l-għanijiet annwali previsti hawn fuq ma jintlaħqux sa tmiem is-sena kkonċernata, l-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi jippreżentaw lill-Kummissjoni, fix-xahar ta’ wara s-sottomissjoni tar-rapport, il-miżuri previsti ma’ Dexia li jippermettu li jintlaħqu dawn l-għanijiet qabel it-30 ta’ Ġunju tas-sena kkonċernata permezz tal-mezzi xierqa.

19.

Fin-nuqqas tal-preżentazzjoni tal-miżuri previsti fil-punti 18.c. u 18.d. hawn fuq fit-terminu preskritt jew fin-nuqqas ta’ ksib tal-għanijiet qabel it-30 ta’ Ġunju (li jikkonċernaw il-miżuri ppreżentati, f’dak il-każ, wara r-rapport li għandu jiġi sottomess qabel it-30 ta’ April), il-Kummissjoni tista’, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 659/1999, tiftaħ mill-ġdid il-proċedura formali ta’ eżami. […]

Reviżjoni tal-impenji

20.

Fuq il-bażi ta’ domanda motivata biżżejjed minn Franza, mill-Belġju u mil-Lussemburgu, il-Kummissjoni tkun tista’:

(a)

tawtorizza lil Dexia sabiex tirrapporta l-bejgħ ta’ assi jew diversi assi msemmija fil-punt 13. hawn fuq; jew

(b)

tawtorizza lil Dexia sabiex tissostitwixxi l-bejgħ ta’ assi jew diversi assi msemmija f’punt 13. hawn fuq b’bejgħ ta’ assi li jirrappreżentaw sehem ekwivalenti dil-bilanċ ta’ Dexia; jew

(c)

tiddeċiedi li wieħed jew aktar mill-impenji ta’ hawn fuq jieqaf japplika;

(d)

tieħu inkunsiderazzjoni l-kapaċità ta’ Dexia li tkopri l-ħtieġa ta’ finanzjament f’terminu qasir tagħha permezz tal-mobilizzazzjoni tar-riżervi tagħha ta’ assi eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet repo miġburin (repos) fil-każ fejn wieħed mill-indikaturi definiti f’5. ma jintlaħaqx.

21.

Il-Kummissjoni tista’ tieħu waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu ta’ hawn fuq jekk hija ssib li tali deċiżjoni hija neċessarja, pereżempju sabiex iżżomm il-kompetizzjoni effettiva fis-suq jew sabiex tirrestawra l-istabbiltà finanzjarja f’każ ta’ kriżi finanzjarja jew ekonomika durevoli, jew jekk l-evoluzzjoni tal-ambjent ekonomiku, b’mod partikolari r-rati tal-kambju, jew tar-regoli kumpatibbli u prudenzjali jiġġustifikaw dan.

Kompetizzjoni u trasparenza dwar is-self bankarju tal-komunitajiet lokali

22.

Sabiex iġġib aktar u aktar kompetizzjoni u trasparenza fuq l-operazzjonijiet ta’ self bankarju tal-komunitajiet bankarji, Franza tintrabat li tiżgura li l-komunitajiet lokali jiżviluppaw il-prattiki tagħhom ta’ tqegħid f’kompetizzjoni tal-operazzjonijiet tagħhom ta’ konsenja fi flus jew f’kapital.

Rakkomandazzjonijiet f’dan is-sens għandhom ikunu speċifikament indirizzati mill-Istat lill-komunitajiet territorjali qabel tmiem is-sena 2010 kemm fir-rigward ta’ finanzjamenti bankarji kif ukoll fil-qasam tal-użu ta’ prodotti finanzjarji kumplessi.

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinsistu dwar l-interess ekonomiku inerenti, f’dan is-settur, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ tqegħid f’kompetizzjoni u għandhom jindikaw il-modalitajiet prattiċi differenti, li skont huma dawn il-miżuri jkunu jistgħu jiġu implimentati. Il-prattiki t-tajbin rakkomandati għandhom jipprevedu l-karattru pubbliku tat-tqegħid f’kompetizzjoni għas-tislif tal-ammonti l-aktar importanti.

Għall-komunitajiet territorjali b’mod partikolari, is-servizzi responsabbli milli jagħtuhom għajnuna u parir għandhom jinġiebu konxji minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet jirriżultaw mhux biżżejjed sabiex jiżguraw il-ġeneralizzazzjoni ta’ sejħiet ta’ offerti trasparenti u mhux diskriminatorji mill-komunitajiet lokali minn issa sal-2013 fir-rigward ta’ finanzjamenti bankarji, Franza tintrabat li tagħmel proposti normattivi għal dan l-effett.

23.

Sabiex ikun hemm aktar u aktar kompetizzjoni u trasparenza dwar l-operazzjonijiet ta’ self bankarju tal-komunitajiet lokali, il-gvern Belġjan, bi ftehim mar-Reġjuni, jintrabat li jikkontrolla l-pubblikazzjoni mill-awtoritajiet kontraenti tas-sejħiet għal offerti fil-passat relatati mal-finanzjament tal-awtoritajiet pubbliċi lokali.


ANNESS II

1.   Evoluzzjoni tat-total tal-karta tal-bilanċ tal-attivitajiet Core Division u Non-Core inklużi l-finanzjamenti intradiviżjonali

(f’EUR biljuni)

 

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Assi Totali Core

419

[390-410]

[385-415]

[345-380]

[335-365]

353

Assi Totali Non-core

162

[120-140]

[100-120]

[80-110]

[70-100]

79

2.   Total tal-karta tal-bilanċ konsolidata tal-grupp

(f’EUR biljuni)

31.12.2008

31.12.2009

31.12.2010

31.12.2011

31.12.2012

31.12.2013

31.12.2014

651

580

[510-550]

[485-545]

 

[405-465]

427

3.   Definizzjoni tar-RAROC fil-punt 3.a. tal-impenji

Ir-RAROC huwa kkalkulat permezz tal-formola li ġejja:

Formula

Fejn:

Revenues= prodotti

EC = kapital ekonomiku

EL = telf mistenni

Spejjeż = spejjeż attribwiti għat-tranżazzjoni fil-kuntest tal-impjieg

Taxes= taxxi

4.   Definizzjoni tal-finanzjamenti f’terminu qasir tal-grupp koperti f’punt 5.a. tal-impenji

Il-finanzjamenti f’terminu qasir elenakati f’punt 5.a. jinkludu: l-operazzjonijiet repo (pensjonijiet miġburin) ta’ kull natura (mal-banek ċentrali, bilaterali jew triparti), iċ-ċertifikati ta’ depożiti u karti kummerċjali, id-depożiti interbankarji, id-depożiti fiduċjarji, id-depożiti tal-banek ċentrali kif ukoll il-finanzjamenti l-oħrajn ta’ bejgħ bl-Ingrossa. Dan kollu huwa segwit miċ-ċentru ta’ kompetenza likwidità fi ħdan il-grupp u l-komponenti tiegħu huma soġġetti għal regoli li għandhom jiġu trażmessi lill-Espert Indipendenti.

5.   Definizzjoni tal-obbligi tal-grupp koperti fil-punt 5.b. tal-impenji

L-obbligi tal-grupp previsti fil-punt 5.b. jinkludu l-istokk:

(i)

f’terminu twil: mill-covered bonds kollha maħruġa mill-grupp u ħruġ taħt format EMTN (garanziji, mhux garanziji u tqegħid fis-suq interbankarju jew permezz in-netwerk tal-bank li tbigħ bl-imnut);

(ii)

f’terminu qasir: mill-finanzjamenti kollha f’terminu qasir sal-bilanċ tal-grupp.


19.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/103


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ April 2010

dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Belġju għar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende

(Għajnuna mill-Istat C 30/08 [ex NN 21/08])

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2520)

(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/607/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) u l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jibagħtu l-kummenti tagħhom (3) skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (4) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

B’ittra tas-16 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni waslilha lment dwar għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-irkant tal-ħut ta’ Ostende, li ġie rreġistrat bin-numru ta’ referenza CP 40/2006. Fil-31 ta’ Lulju 2007, waslilha lment ieħor dwar l-istess suġġett.

(2)

B’ittri tat-13 ta’ Marzu 2006, is-26 ta’ Ġunju 2006 u l-11 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani biex jipprovdu informazzjoni dwar dawn il-miżuri, li għalihom huma wieġbu b’ittri tal-11 ta’ Mejju 2006, l-20 ta’ Ottubru 2006 u s-27 ta’ Novembru 2007.

(3)

Wara eżami tal-informazzjoni u tad-dokumenti mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani, fit-3 ta’ Lulju 2008 l-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Belġjani dwar id-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(4)

B’ittra tas-16 ta’ Lulju 2008, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu lill-Kummissjoni ċerti dokumenti relatati mal-privatizzazzjoni tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende kkontemplata mill-Belt ta’ Ostende.

(5)

B’ittra tal-25 ta’ Lulju 2008, l-awtoritajiet Belġjani talbu estensjoni sat-8 ta’ Settembru 2008, biex jibagħtu l-kummenti tagħhom. L-estensjoni ngħatat fl-4 ta’ Awwissu 2008.

(6)

B’ittra tat-8 ta’ Settembru 2008, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(7)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Settembru 2008 (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni.

(8)

Il-Kummissjoni ltaqgħet mal-awtoritajiet Belġjani fid-9 ta’ Ottubru 2008. Matul din il-laqgħa, l-awtoritajiet Belġjani taw informazzjoni dwar il-mod li bih huma kienu biħsiebhom jorganizzaw il-privatizzazzjoni tal-irkant tal-ħut.

(9)

Il-Kummissjoni waslulha kummenti mill-partijiet terzi interessati li ġejjin: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Portijiet tas-Sajd u l-Irkantijiet (l-EAFPA), in-Nationaal Overleg Visafslagen (in-NOVA), il-Flanders Ship Repair [it-Tiswija ta’ Bastimenti ta’ Flanders], iz-Zeebrugse Vis Promotie vzw (iz-ZVP), is-Suq tal-Ħut ta’ Grimsby, iz-Zeebrugse Visveiling (iz-ZV), iċ-Ċentru Ewropew tal-Ħut (l-EFC) u l-impriża ta’ tiswija tal-bastimenti msejħa “Gardec”.

(10)

B’ittra tal-4 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni għaddiet dawn il-kummenti lill-Belġju, li ngħata l-opportunità biex joffri reazzjoni. Il-Belġju ma bagħatx osservazzjonijiet addizzjonali dwar il-kummenti magħmulin mill-partijiet terzi.

(11)

B’ittra tat-8 ta’ Settembru 2009 bir-referenza C(2009)6907, il-Kummissjoni ħarġet sejħa għall-informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 li kienet tesiġi tweġiba sħiħa għall-mistoqsijiet kollha magħmulin fl-ittri tagħha tat-13 ta’ Marzu 2006, tas-26 ta’ Ġunju 2006 u tal-11 ta’ Lulju 2007 u fid-deċiżjoni biex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(12)

B’ittra tas-7 ta’ Ottubru 2009, l-awtoritajiet Belġjani talbu estensjoni sad-9 ta’ Novembru 2009 biex jibagħtu l-informazzjoni. L-estensjoni ngħatat fid-9 ta’ Ottubru 2009. Fl-ittra tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani talbu wkoll lill-Kummissjoni tibgħatilhom il-kummenti mibgħuta mill-partijiet terzi. B’hekk, flimkien mal-għoti tal-estensjoni taż-żmien, il-Kummissjoni reġgħet bagħtet il-kummenti tal-partijiet terzi u kopja tal-ittra tagħha tal-4 ta’ Novembru 2008.

(13)

B’ittra tat-22 ta’ Ottubru 2009, l-awtoritajiet Belġjani għarrfu lill-Kummissjoni li huma qatt ma kienu rċevew l-ittra tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2008. Għal din ir-raġuni huma talbu perjodu ġdid ta’ xahar biex fih jibagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kummenti mibgħuta mill-partijiet terzi.

(14)

B’ittra tal-5 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni tat estensjoni taż-żmien supplimentari lill-awtoritajiet Belġjani, sas-27 ta’ Novembru 2009, biex ikollhom l-opportunità jirreaġixxu għall-kummenti mibgħuta mill-partijiet terzi.

(15)

L-awtoritajiet Belġjani taw it-tweġibiet tagħhom għas-sejħa għall-informazzjoni, kif ukoll informazzjoni addizzjonali dwar il-privatizzazzjoni tal-irkant tal-ħut.

(16)

B’ittra tat-30 ta’ Novembru 2009, il-Belġju bagħat l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-kummenti mibgħuta mill-partijiet terzi.

2.   IR-RISTRUTTURAR TAL-IRKANT TAL-ĦUT TA’ OSTENDE FL-2001

(17)

L-irkant tal-ħut ta’ Ostende, oriġinarjament irkant proprjeta’ tal-Istat, kien maqsum f’ħafna biċċiet u - skont l-awtoritajiet Belġjani stess - tmexxa ħażin għal snin. Kien qed imur ħażin. Mill-1991 sal-2001, is-sehem tiegħu f’dik li kienet il-wasla tal-ħut fil-portijiet Belġjani kien waqa’ minn madwar 37 % għal 20 % (6). Mill-1997 sal-2001 il-fatturat tiegħu niżel minn EUR 20 550 000 għal EUR 13 440 000 (7). Tul ħafna snin, il-Belt ta’ Ostende (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Belt”), b’rabta mal-irkant, kienet qed tirreġistra telf medju annwali ta’ EUR 1 850 000 (inkluż fl-2001).

(18)

Fl-2001 il-Belt kellha tagħmel għażla bejn li tagħlaq l-irkant tal-ħut jew li tirristrutturah. Fit-23 ta’ Novembru 2001, il-Belt iddeċidiet li tirristruttura l-irkant tal-ħut ta’ Ostende billi ddawru f’kumpanija muniċipali awtonoma skont il-liġi Belġjana, bil-Belt bħala l-unika azzjonista tagħha.

(19)

Id-deċiżjoni li jsir ristrutturar tal-irkant kienet imsejsa fuq pjan finanzjarju li ppreżenta ipoteżi waħda (ikkwalifikata bħala li kienet waħda pożittiva) u fuq pjan ta’ ħidma ta’ żewġ paġni, imfassal minn HAMA Consult NV. Dawn id-dokumenti juru li l-irkant tal-ħut seta’ jagħmel il-qligħ fi żmien disa’ snin bil-kundizzjoni li jinbidel f’entità legali separata b’kapital ta’ avvjament ta’ BEF 250 000 000 (jiġifieri madwar EUR 6.2 miljuni), li kellu jitħallas kollu fi żmien ħames snin. Din il-kumpanija separata ssejħet “Autonoom Gemeentebedrijf Vismijn Oostende” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “AGVO”). AGVO ħadet il-kontroll finanzjarju relatat mar-radd lura ta’ diversi self bankarju b’rabta mal-irkant tal-ħut ta’ qabel ta’ Ostende.

2.1.   L-ISTRUTTURA TAL-KUMPANIJA

2.1.1.   AGVO

(20)

Kif imsemmi fil-paragrafu 18, biex ikun ristrutturat l-irkant tal-ħut, fit-23 ta’ Novembru 2001 (8) il-Belt stabbiliet il-kumpanija muniċipali awtonoma msejħa AGVO. Kumpanija muniċipali awtonoma bħal din hija entità legali separata, stabbilita skont l-Artikolu 261 tal-Liġi l-Ġdida dwar il-Muniċipalità, maħsuba biex ikunu organizzati istituzzjonijiet u servizzi muniċipali barra s-servizzi muniċipali ġenerali, ikkonċentrati fuq istituzzjonijiet jew servizzi ta’ natura kummerċjali jew industrijali u mmexxija skont metodi industrijali u kummerċjali.

(21)

Fir-rigward kemm tas-sehem f’ishma kif ukoll tal-korpi ta’ tmexxija, il-Belt, bħala l-muniċipalità fundatriċi, jeħtiġilha, skont il-liġi, jkollha l-maġġoranza tal-voti. Fil-fatt, il-Belt għandha 100 % tal-ishma f’AGVO u - skont l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni ta’ AGVO – tinnomina l-membri kollha tal-Bord tad-Diretturi tagħha. Id-diretturi fil-maġġoranza tagħhom għandhom ikunu membri tal-Kunsill tal-Belt.

(22)

Bħalissa AGVO għandha mill-anqas żewġ sussidjarji proprjetà kollha tagħha: NV Exploitatie Vismijn Oostende (minn hawn ’il quddiem imsejħa “EVO”), u NV Pakhuizen (minn hawn ’il quddiem imsejħa “PAKHUIZEN”).

2.1.2.   EVO

(23)

EVO ġiet stabbilita fit-8 ta’ Awwissu 2002 biex tmexxi l-irkant u l-attivitajiet kollha relatati miegħu. EVO ngħatat kapital inizjali ta’ EUR 371 840. Is-sjieda nqasmet fi 15 000 sehem indaqs mingħajr valur nominali bejn AGVO, li kellha 14 999 sehem, u s-Sur Miroir, Membru tal-Kunsill tal-Belt, b’sehem wieħed.

(24)

EVO titmexxa minn Bord tad-Diretturi. Il-membri tal-bord huma nnominati mill-azzjonisti għal perjodu ta’ sitt snin, bil-possibbiltà li l-mandat tagħhom jiġġedded. It-tqassim tal-ishma juri li EVO hija kkontrollata kollha kemm hi minn AGVO.

2.1.3.   PAKHUIZEN

(25)

PAKHUIZEN ġiet stabbilita fl-1988 minn sidien ta’ bastimenti, biex timmaniġġa oġġetti mobbli u immobbli. Fl-2005, PAKHUIZEN ittieħdet minn AGVO permezz tax-xiri tal-ishma kollha tagħha għas-somma ta’ EUR 350 000.

(26)

PAKHUIZEN titmexxa minn Bord tad-Diretturi. Il-membri tal-bord huma nnominati mill-azzjonisti għal perjodu ta’ sitt snin, bil-possibbiltà li l-mandat tagħhom jiġġedded. Mill-2005 ‘l hawn PAKHUIZEN hija proprjetà ta’ AGVO u hija kkontrollata minnha.

2.2.   XOGĦLIJIET

2.2.1.   AGVO

(27)

Skont l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, AGVO hija fdata b’xogħlijiet li huma kkwalifikati mill-awtoritajiet Belġjani bħala xogħlijiet fl-interess pubbliku u xogħlijiet kummerċjali. “Ix-xogħlijiet pubbliċi” jitwettqu minn AGVO stess waqt li “x-xogħlijiet kummerċjali” jitwettqu mis-sussidjarji li huma kollha proprjetà tagħha, jiġifieri minn EVO u, mill-2005 ‘l hawn, minn PAKHUIZEN.

(28)

Fir-rigward tax-“xogħlijiet pubbliċi”, l-awtoritajiet Belġjani indikaw li AGVO kienet fdata bit-tmexxija tal-port tas-sajd ta’ Ostende (li jinkludi l-immaniġġar u ż-żamma tad-dominju pubbliku u privat li jinsab fil-limiti tal-port tas-sajd), bl-ispezzjoni tal-ħut li jinħatt l-art għall-konsum, l-iffissar ta’ taxxi fuq prezzijiet tal-irkant waqt li jiġi ċċekkjat li l-ħut li nħatt l-art ikun suġġett għar-rekwiżit tal-VAT, it-tħaddim tal-magħlaq bejn il-kanal u l-baċir tas-sajd (li jintużaw mhux biss minn bastimenti tas-sajd), b’funzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi f’isem l-awtoritajiet lokali u bir-restawr u l-forniment ta’ bini lill-istituzzjonijiet tad-dritt pubbliku jew tad-dritt semipubbliku bħar-Reġjun Fjamming u l-Provinċja ta’ Flanders tal-Punent.

2.2.2.   EVO

(29)

EVO tħaddem l-irkant tal-ħut ta’ Ostende. L-attivitajiet f’dan il-kuntest jikkonċernaw l-aktar l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-irkant tal-ħut, il-kiri tal-imħażen u attivitajiet sussidjarji oħra. Fil-kuntest tat-tħaddim tal-irkant, EVO tapplika ħlas tal-irkant ta’ 6 % tal-prezz. Ix-xerrejja fl-irkant jintalbu jħallsu kummissjoni ta’ xerrej ta’ bejn 1 % u 3 %, u jkollhom iħallsu t-tariffa għall-kiri tal-kavetti tal-ħut. Mhux magħruf kemm iħallsu għal dawn tal-aħħar.

(30)

Barra minn dan, EVO tagħti self lil klijenti li huma sidien tal-bastimenti. Xi self reċenti ngħata b’rata skont ir-Rata Offruta tal-Euro Interbank (Euribor) + 2 %. Ma jidhirx, iżda, li s-self kollu ngħata skont dawk il-kundizzjonijiet. Bi bdil mas-self, is-sidien tal-bastimenti jeħtiġilhom jirkantaw il-ħut tagħhom f’Ostende

(31)

Barra dan, EVO tipprovdi lis-sidien tal-bastimenti b’ċerti faċilitajiet, bħal meta tikkontribwixxi parti mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha għat-trasport imkessaħ.

2.2.3.   PAKHUIZEN

(32)

L-attivitajiet ta’ PAKHUIZEN għandhom l-għan l-aktar li jibdlu, jirrestawraw, iżejnu jew iżejnu mill-ġdid, jibnu jew jibnu mill-ġdid u jwaqqgħu, jisfruttaw, imexxu u jikru oġġetti immobbli.

2.3.   IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA INVOLUTI

2.3.1.   IL-KAPITAL INIZJALI U Ż-ŻIDIET KAPITALI

(33)

Meta kienet stabbilita, jiġifieri fit-23 ta’ Novembru 2001, AGVO ngħatat kapital ta’ avvjament ta’ BEF 250 000 000 (EUR 6 179 338,12) mill-Belt, li kellu jitħallas b’pagamenti rateali ndaqs kull sena fuq ħames snin. Mill-2002 ‘l hawn, tħallsu sitt pagamenti rateali tal-kapital inizjali, li jammontaw għal total ta’ EUR 3 596 665,62: EUR 619 734 tħallsu fit-28 ta’ Ġunju 2002, EUR 570 155 fis-26 ta’ Ġunju 2003, EUR 570 155 fil-25 ta’ Ġunju 2004 u EUR 570 155 fis-26 ta’ Ġunju 2005. Fil-kummenti tiegħu għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Belġju indika li fl-2006 u fl-2007 kienu tħallsu żewġ pagamenti rateali addizzjonali ta’ EUR 619 734 l-wieħed. Sa fejn huwa magħruf mill-Kummissjoni, il-parti li fadal tal-kapital ta’ avvjament ta’ EUR 2 582 672,5 s’issa għadha ma ntalbitx minn AGVO.

(34)

L-awtoritajiet Belġjani wrew li AGVO użat parzjalment il-kapital ta’ avvjament għal “skopijiet pubbliċi” u għal radd lura ta’ pagamenti ta’ self bankarju kurrenti f’kapital u mgħax. Użatu wkoll biex tixtri l-ishma ta’ Pakhuizen. Fl-aħħar nett, użatu biex tħallas għal kollox il-kapital inizjali ta’ EVO u biex tagħti self lil EVO li wara (fil-31 ta’ Diċembru 2004, fil-31 ta’ Diċembru 2005 u fil-21 ta’ Diċembru 2007) inbidlu f’kapital permezz ta’ rimessa ta’ djun.

(35)

Meta kienet stabbilita, fit-8 ta’ Awwissu 2002, EVO ngħatat kapital inizjali ta’ EUR 371 840,29. Wara dan, AGVO żiedet il-kapital ta’ EVO f’għamla ta’ rimessa ta’ djun. Fil-31 ta’ Diċembru 2004, il-kapital żdiet b’EUR 1 387 044; fil-31 ta’ Diċembru 2005 b’EUR 710 000,75 u fil-21 ta’ Diċembru 2007 b’EUR 1 500 114,96. B’kollox AGVO tat kapital ta’ EUR 3 969 000 lil EVO.

(36)

Għalkemm l-awtoritajiet Belġjani kienu għarrfu lill-Kummissjoni li l-kapital inizjali ta’ EVO kien żdiet u li kien jammonta għal EUR 2 468 885 sal-31 ta’ Diċembru 2006, huma ma għarrfux lill-Kummissjoni bl-għamla partikolari ta’ dawn iż-żidiet fil-kapital. Kienet inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni għaż-żieda fil-kapital tal-21 ta’ Diċembru 2007 u għall-fatt li ż-żidiet fil-kapital kienu saru fl-għamla ta’ rimessa ta’ djun mill-kummenti li waslulha mill-partijiet terzi. Il-Belġju ma kkummentax dwar din il-parti tal-kummenti mill-partijiet terzi.

2.3.2.   GARANZIJI GĦAL SELF

(37)

Barra mill-kapital inizjali, il-Belt għenet kemm lil AGVO kif ukoll lil EVO, billi tathom garanziji ħielsa biex jiksbu self privat.

(38)

Għal AGVO dan kien jikkonċerna garanziji għal 3 selfiet, mogħtija fis-26 ta’ Marzu 2004 (EUR 609 379,40) u fit-23 ta’ April 2004 (EUR 2 117 500) u fit-22 ta’ April 2005 (EUR 550 000), f’ammont totali ta’ EUR 3 276 879 (BEF 132 199 987).

(39)

Għal EVO dan kien jikkonċerna garanziji għal selfiet, moghtija fit-28 ta’ Ġunju u fis-27 ta’ Settembru 2002. Iżda, skont l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Belġjani, is-selfiet inkwistjoni finalment ma tteħdux. Fit-23 ta’ April 2004 u fit-22 ta’ April 2005, il-Belt reġgħet tat garanziji ħielsa għal selfiet lil EVO. Is-selfiet ittieħdu u kienu jammontaw għal BEF 145 505 820 (EUR 3 606 995). Mingħajr ma ssemmiet data, l-awtoritajiet Belġjani wrew li l-Belt kienet ukoll iggarantiet self addizzjonali ta’ EUR 78 000. Minħabba li dan intwera fil-kummenti tal-awtoritajiet Belġjani bid-data tal-4 ta’ Settembru 2008, u li l-kummenti ta’ qabel kienu bid-data tat-23 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni tissoponi li din il-garanzija addizzjonali ngħatat f’dak il-perjodu ta’ żmien.

(40)

AGVO tat ukoll garanziji ħielsa lil EVO għal 2 selfiet għal ammont totali ta’ EUR 600 000. Ma nghatat ebda informazzjoni dwar id-data tad-deċiżjoni li tingħata l-garanzija ħielsa. Minħabba li EVO kienet stabbilita fit-22 ta’ Awwissu 2002, u d-dokument mibgħut mill-awtoritajiet Belġjani li jsemmi ż-żewġ selfiet kien qed jiddeskrivi s-sitwazzjoni tat-3 ta’ Awwissu 2006, il-Kummissjoni tissoponi li l-garanzija ngħatat f’dak il-perjodu.

2.3.3.   ART U BINI

(41)

Skont l-Artikolu 30 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha tat-23 ta’ Novembru 2001, AGVO hija mogħtija d-dritt esklussiv li tuża, mingħajr ħlas, l-art u l-bini tal-port tas-sajd ta’ Ostende (9).

(42)

L-Artikolu 30 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni juri wkoll li l-Belt tista’, fi stadju aktar tard, tittrasferixxi l-proprjetà (jew drittijiet oħra) ta’ dik l-art u ta’ dak il-bini lil AGVO.

(43)

Dan seħħ fis-26 ta’ Marzu 2004, meta l-Belt għamlet kontribuzzjoni lil AGVO billi ttrasferitilha l-proprjetà immobbli ta’ binjiet differenti li kienu jinsabu fil-port tas-sajd ta’ Ostende u li kienu jikkorrispondu għal superfiċje ta’ 57 500 m2. Din il-kontribuzzjoni saret b’valur inventarjat imniżżel fil-kontijiet muniċipali, li kien ta’ EUR 14 891 524. It-trasferiment kellu x’jaqsam biss ma’ binjiet (irkant tal-ħut, uffiċċji u mħażen) u mhux mal-art li fuqha l-binjiet kienu mtellgħin. L-art stess tintuża mill-Belt abbażi ta’ konċessjoni mingħajr terminu mir-Reġjun Fjamming, is-sid tal-plottijiet tal-art. AGVO ssoktat ikollha d-dritt esklussiv li tuża dawn l-artijiet abbażi tal-Artikolu 30 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha.

(44)

It-trasferiment ta’ proprjetà immobbli tas-26 ta’ Marzu 2004 inkluda 14 754 m2 ta’ binjiet suġġetti għal kuntratt ta’ kiri fit-tul bejn il-Belt u PAKHUIZEN, magħmul mal-Belt qabel fl-1989 għal perjodu ta’ 45 sena. Skont dan il-kuntratt, PAKHUIZEN tħallas levy simbolika ta’ BEF 1 000 (EUR 25) fis-sena għall-użu tal-bini. Bi tpattija, PAKHUIZEN jeħtiġilha kuntrattwalment, bi spejjeż tagħha u mingħajr jedd ta’ kumpens, tirrestawra l-imħażen deskritti fil-kuntratt ta’ kiri fit-tul biex ikunu konformi ma’ regolamenti fil-ġejjieni. Min-naħa l-oħra, wara 27 sena ta’ kiri (fl-2016), il-Belt se tingħata benefiċċju annwali ta’ 50 % tal-profitt nett annwali ta’ PAKHUIZEN bħala kumpanija. L-awtoritajiet Belġjani wrew li PAKHUIZEN ma kinitx konformi mal-obbligi tagħha u l-imħażen indikati ma kinux restawrati, kif rikjest kuntrattwalment, talanqas mhux qabel l-2005. Iżda l-awtoritajiet Belġjani indikaw li wara li AGVO xtrat l-ishma ta’ PAKHUIZEN, kienu ntefqu EUR 257 872 fl-2005 u EUR 68 816 fl-2006 għal xogħol ta’ restawr u manutenzjoni. Mhux magħruf x’kien l-ammont eżatt tal-ispejjeż għax-xogħlijiet magħmulin fl-2007.

(45)

Mis-26 ta’ Marzu 2004, id-data li fiha l-Belt ittrasferiet il-proprjetà tal-bini lil AGVO, AGVO ssostitwiet lill-Belt bħala l-parti kontraenti fil-kuntratt ta’ kiri fit-tul ma’ PAKHUIZEN. Meta għamlet hekk, AGVO kellha l-jedd tiġbor EUR 25 kull sena, kif ukoll li tikseb, wara 27 sena ta’ kiri, il-benefiċċju ta’ 50 % tal-profitt nett annwali ta’ PAKHUIZEN bħala kumpanija.

(46)

Mis-57 500 m2 li kienu, għalhekk, disponibbli għal AGVO, il-Belġju wera li dawn huma mqassmin kif ġej:

13 600 m2 minnhom huma użati mis-sussidjarja EVO bħala bini għall-irkant tal-ħut, spazju/ħangar għax-xogħol u bini amministrattiv;

14 754 m2 minnhom huma mikrija lil PAKHUIZEN, li minnhom 955 m2 jintużaw għal attivitajiet tal-port;

2 700 m2 minnhom huma mħażen mikrija lil istituzzjonijiet tad-dritt (semi)pubbliċi;

8 156 m2 minnhom huma użati bħala toroq pubbliċi;

2 488 m2 minnhom huma użati għal ipparkjar pubbliku mingħajr ħlas;

2 400 m2 minnhom huma użati bħala park tal-kontejners għall-attivitajiet tas-sajd;

13 402 m2 minnhom huma baċiri.

(47)

EVO ma tħallasx kera għall-użu tal-binjiet. Il-Belġju qal li, bi tpattija, EVO tħallas l-ispejjeż kollha ta’ manutenzjoni u restawr. PAKHUIZEN tkompli tħallas EUR 25 fis-sena.

(48)

L-awtoritajiet Belġjani wrew li bejn il-31 ta’ Diċembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2007 EVO u PAKHUIZEN ħallsu rispettivament EUR 182 377,31 u EUR 381 835,16 għal xogħlijiet ta’ restawr u infrastruttura u EUR 193 255,70 u EUR 133 895,35 bħala spejjeż ta’ manutenzjoni.

2.4.   STRATEĠIJA KUMMERĊJALI

(49)

Matul is-snin ta’ wara r-ristrutturar, kemm AGVO kif ukoll EVO rreġistraw telf li baqa’ jiżdied minkejja profitt żgħir għal AGVO fl-2003/2004. Fl-aħħar tal-2006, AGVO kienet akkumulat telf ta’ kważi EUR 3 000 000 u djun għal żmien qasir u fit-tul ta’ aktar minn EUR 4 000 000, waqt li fl-aħħar tal-2006, EVO kellha tittrasferixxi ’l quddiem telf li kien jammonta għal aktar minn EUR 3 400 000, djun għal żmien qasir u fit-tul ta’ aktar minn EUR 5 800 000 u kapital negattiv ta’ kważi EUR 1 000 000.

(50)

Minkejja dak it-telf akkumulat, AGVO u EVO daħlu għal attivitajiet spekulattivi u ta’ espansjoni tal-attivitajiet tagħhom. Pereżempju fl-2006 AGVO ħadet 51 % sehem f’ishma f’kumpanija msejħa HAF Holding BO stabbilita fl-Islanda, waqt li EVO, fl-2006, daħlet għal proġett King Crab (10) (l-impriża Polardrift, stabbilita fin-Norveġja). EVO kienet involuta wkoll f’HAF Holding Islandiża. Minbarra dan, EVO għamlet kuntratt, fl-2005, ma’ aġent tal-bejgħ li bih l-aġent ingħata l-mandat li jixtri ħut ta’ kwalità għolja minn irkantijiet Islandiżi, li mbagħad kien jinbiegħ fl-irkant tal-ħut ta’ Ostende.

(51)

L-istrateġija kummerċjali ta’ EVO kienet deskritta mill-partijiet interessati differenti bħala kompetizzjoni mhux ġusta magħmula minn offerta, fost l-oħrajn, ta’ ħlas għal parti mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha għat-trasport ta’ ħut mgħobbi f’portijiet barranin għal Ostende u minn offerta ta’ self lis-sidien ta’ bastimenti b’kundizzjonijiet vantaġġjużi bil-patt li jirkantaw il-ħut li jaqbdu f’Ostende.

(52)

Dawn il-proġetti, kif ukoll l-istrateġija kummerċjali deskritta mill-partijiet terzi, jidher li juru li EVO ddeċidiet li tespandi s-sehem tagħha fis-suq u l-fatturat tagħha jkun x’ikun il-prezz. Fi kwalunkwe każ, il-kontijiet annwali ta’ AGVO u ta’ EVO jindikaw li EVO setgħet iżżomm il-preżenza tagħha fis-suq minkejja s-sitwazzjoni finanzjarja prekarja tagħha biss bis-saħħa tal-appoġġ tal-Belt (11).

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

3.1.   VANTAĠĠI MOGĦTIJIN LIL AGVO

(53)

AGVO ngħatat kapital inizjali ta’ BEF 250 000 000 (EUR 6 179 338). Meta qieset it-telf kbir tal-imgħoddi u l-pjan ta’ ħidma tassew qasir u mhux komplet, il-Kummissjoni kkonkludiet fid-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li investitur privat ma kienx jinvesti ammont bħal dak fl-irkant tal-ħut, u li dan il-kapital ta’ avvjament, għalhekk, jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mas-suq intern minħabba li jidher li ma tħarsux il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji gwida għall-għajnuna biex ditti f’diffikultà jkunu salvati u jiġu rristrutturati (minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Linji gwida S & R 1999”) (12) li kienu japplikaw fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna.

(54)

Il-Belt ukoll ikkontribwiet meta tat binjiet tagħha lil AGVO mingħajr ma talbet rimunerazzjoni għalihom jew mingħajr ma imponiet obbligi fuq AGVO ta’ valur simili. Il-Kummissjoni qieset li investitur privat kien ikun jeħtieġlu jħallas prezz raġonevoli għal kontribuzzjoni bħal dik u li d-donazzjoni tal-binjiet kellha titqies bħala għajnuna mill-Istat. Din l-għajnuna dehret li naqqset l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ AGVO u li kienet tikkostitwixxi għajnuna għall-operazzjoni. Il-Kummissjoni ma setgħet issib ebda dispożizzjoni fl-Artikolu 107 tat-TFUE jew fil-Linji gwida għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat lis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (13) (minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Linji gwida dwar is-Sajd”) li setgħet tgħinha tippermetti l-għajnuna.

(55)

Il-Belt tat ukoll garanziji għal self lil AGVO. Waqt li operatur privat kien ikun jeħtieġlu jħallas primjum għall-garanzija, il-Belt tatha mingħajr ħlas. B’hekk il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-garanziji kellhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat. Ukoll, din l-għajnuna dehret li naqqset l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ AGVO u li kienet tikkostitwixxi għajnuna għall-operazzjoni. Il-Kummissjoni ma setgħet issib ebda dispożizzjoni fl-Artikolu 107 tat-TFUE jew fil-Linji gwida dwar is-Sajd li setgħet tippermettilha tqisha bħala kompatibbli mas-suq intern.

(56)

Fl-aħħar nett, il-Belt tat is-setgħa lil AGVO li tiffissa u tiġbor taxxi komunitarji, u li tuża d-dħul, vantaġġ li impriża privata ġeneralment ma jkollhiex. Il-Kummissjoni qieset li l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza tal-kawża ta’ Altmark  (14) ma kinux tħarsu u li l-vantaġġi li joħorġu mid-dritt li jkunu ffissati u miġburin taxxi komunitarji kellhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat. Fin-nuqqas ta’ kull informazzjoni dwar dik it-taxxa, il-Kummissjoni kkonkludiet li, mad-daqqa t’għajn, dik it-taxxa kellha tkun analizzata bħala għajnuna għall-operazzjoni u li ebda dispożizzjoni fl-Artikolu 107 tat-TFUE jew fil-Linji gwida dwar is-Sajd ma kienet se tagħmilha għajnuna kompatibbli mas-suq intern.

3.2.   VANTAĠĠI MOGĦTIJIN LIL EVO

(57)

Il-Belt u AGVO taw garanziji għal self lil EVO. Waqt li operatur privat kien ikun jeħtieġlu jħallas primjum għall-garanziji, il-Belt u AGVO tawhom mingħajr ħlas u l-Kummissjoni kkonkludiet li dawn kellhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat. Din l-għajnuna dehret li naqqset l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ EVO u li kienet tikkostitwixxi għajnuna għall-operazzjoni. Il-Kummissjoni ma setgħet issib ebda dispożizzjoni fl-Artikolu 107 tat-TFUE jew fil-Linji gwida dwar is-Sajd li setgħet tagħmel din l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern u, għalhekk, esprimiet id-dubji tagħha li dawn il-miżuri setgħu jinstabu li kienu kompatibbli mas-suq intern.

(58)

AGVO ppermettiet lil EVO l-użu kontinwu mingħajr ħlas tal-binjiet li huma proprjetà tagħha, b’kollox ta’ 13 600 m2. Il-Kummissjoni qieset li investitur privat kien ikun jeħtieġlu jħallas prezz raġonevoli għalihom u li l-possibbiltà li dawn il-binjiet jintużaw mingħajr ħlas kellha titqies bħala għajnuna mill-Istat. Din l-għajnuna dehret li naqqset l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ EVO u li kienet tikkostitwixxi għajnuna għall-operazzjoni. Il-Kummissjoni ma setgħet issib ebda dispożizzjoni fl-Artikolu 107 tat-TFUE jew fil-Linji gwida dwar is-Sajd li setgħet tagħmel din l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern u, għalhekk, esprimiet id-dubji tagħha li dawn il-miżuri setgħu jinstabu li kienu kompatibbli mas-suq intern.

3.3.   VANTAĠĠ MOGĦTI LIL PAKHUIZEN

(59)

L-effett tat-termini tal-kuntratt ta’ kiri għal tul ta’ żmien bejn il-Belt u PAKHUIZEN kien li PAKHUIZEN setgħet tikseb benefiċċju minn tnaqqis kull sena fl-ispejjeż tal-operazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li dan il-vantaġġ kien jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat u ma kienx jaqa’ fl-ambitu ta’ xi waħda mill-miżuri msemmijin fil-Linji gwida dwar is-Sajd, jew fl-objettivi ta’ linji gwida orizzontali jew speċifiċi oħra li setgħu japplikaw għal din ix-xorta ta’ impriża. Kemm skont il-Linji gwida dwar is-Sajd rilevanti, kif ukoll skont ir-regoli orizzontali dwar Għajnuna mill-Istat, din ix-xorta ta’ għajnuna kellha titqies bħala għajnuna għall-operazzjoni li hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-Kummissjoni, għalhekk, esprimiet id-dubji tagħha li dawn il-miżuri setgħu jinstabu li kienu kompatibbli mas-suq intern.

3.4.   VANTAĠĠI MOGĦTIJIN LILL-IMPRIŻI TAS-SAJD

(60)

Il-Kummissjoni qieset ukoll li impriżi tas-sajd li jagħmlu użu mill-irkant tal-ħut ta’ Ostende kienu ngħataw vantaġġi minn EVO permezz tal-għoti ta’ servizzi b’rati ta’ ħlas anqas minn dawk li operatur privat normalment jitlob, u minn PAKHUIZEN li kienet tikri bini b’rati ta’ ħlas anqas minn dawk li operatur privat normalment jitlob.

(61)

Il-Kummissjoni qieset li dawk il-vantaġġi kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u ma setgħet issib ebda dispożizzjoni fl-Artikolu 107 tat-TFUE jew fil-Linji gwida dwar is-Sajd li setgħet tagħmel din l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern u, għalhekk, esprimiet dubji li dawn il-miżuri setgħu jinstabu li kienu kompatibbli mas-suq intern.

3.5.   KONKLUŻJONI

(62)

Fir-rigward ta’ dak li ntqal hawn fuq u mill-informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri kollha msemmijin fit-taqsima 3 kellhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat u esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn l-għajnuniet mas-suq intern.

4.   KUMMENTI MIBGĦUTA MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI

(63)

Il-partijiet terzi interessati kollha li bagħtu kummenti dwar id-deċiżjoni li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali qablu mal-argumenti mressqin fit-tali deċiżjoni. Barra dan, huma indikaw li kienu batew ħsara b’riżultat tal-għajnuna illegali mogħtija lil AGVO, EVO u PAKHUIZEN (telf ta’ klijenti u dħul finanzjarju) u ħeġġew lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tipprojbixxi l-għajnuna u titlob għal irkupru.

4.1.   EAFPA

(64)

L-EAFPA tisħaq li l-miżuri ta’ għajnuna involuti jgħawġu s-suq u tistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi l-għajnuna u titlob għal irkupru.

4.2.   NOVA

(65)

Bħala waħda mill-partijiet li lmentat, NOVA tappoġġa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinfetaħ investigazzjoni formali. Hija tqis li huwa importanti li tkun żgurata t-trasparenza fis-suq tal-irkant u li jkunu ggarantiti kundizzjonijiet indaqs. Tistieden ukoll lill-Kummissjoni tadotta miżuri xierqa biex ikun żgurat l-irkupru tal-għajnuna li tista’ ma tkunx kompatibbli.

4.3.   FLANDERS SHIP REPAIR

(66)

Flanders Ship Repair tispjega li permezz tal-għajnuna mill-Istat, ix-shippers marru Ostende. Dan wassal, skont Flanders Ship Repair, għal telf ta’ dħul finanzjarju, minħabba li x-shippers li marru Ostende ma sewwewx aktar il-bastimenti tagħhom f’Zeebrugge. Flanders Ship Repair titlob għal deċiżjoni negattiva u rkupru, kif ukoll għal miżuri provviżorji.

4.4.   ZVP

(67)

ZVP, assoċjazzjoni ta’ xerrejja u proċessuri tal-ħut fil-kosta fil-Lvant tal-Belġju, tgħid li l-għajnuna kontra l-liġi mill-Istat, flimkien ma’ vantaġġi oħra, ippermettiet li l-irkant tal-ħut ta’ Ostende jattira b’mod artifiċjali bastimenti barranin u bastimenti minn Zeebrugge. Barra minn hekk, permezz ta’ diversi intervisti u stqarrijiet għall-istampa minn politiċi lokali u minn membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ EVO (l-aktar meta jissemma l-fatt li fil-Belġju hemm spazju biżżejjed għal irkant tal-ħut wieħed biss, jiġifieri Ostende), inxteħtu dubji dwar il-ġejjieni tal-irkant tal-ħut ta’ Zeebrugge, u, b’konsegwenza ta’ dan, dwar il-park kummerċjali tal-madwar. Dan ġab miegħu telf ta’ dħul finanzjarju u tnaqqis fl-investimenti u fl-isforzi fil-kummerċjalizzazzjoni, jew is-sospensjoni jew l-irtirar tal-investimenti u l-isforzi fil-kummerċjalizzazzjoni.

(68)

ZVP issemmi wkoll li ppruvat tqajjem kuxjenza dwar din il-problema mal-awtoritajiet lokali iżda ma rnexxilhiex.

(69)

Fl-aħħar nett ZVP issemmi li EVO kienet – permezz ta’ rappreżentant fittizju u bis-saħħa ta’ fondi pubbliċi – stabbiliet kumpanija li taqta’ l-laħam f’fetet, bl-isem ta’ Ostend Filleting Factory, li qed tidħol ukoll f’kompetizzjoni mhux ġusta.

4.5.   IS-SUQ TAL-ĦUT TA’ GRIMSBY

(70)

Is-Suq tal-Ħut ta’ Grimsby, irkant tal-ħut tar-Renju Unit, juri li għall-ħabta tal-2005/2006, EVO kienet bdiet tixtri ħut direttament mingħand sajjieda Islandiżi bi prezzijiet fissi (għoljin) u tirkanta dan il-ħut f’ħinijiet fissi f’Ostende, bosta drabi bi prezzijiet aktar baxxi, u tikkonkludi li dan it-telf tħallas minn flejjes pubbliċi. Is-Suq tal-Ħut ta’ Grimsby jħeġġeġ li ssir verifika tal-kontijiet finanzjarji ta’ EVO biex ikunu mistħarrġa l-metodi ta’ finanzjament tal-provvisti ta’ ħut Iżlandiż u t-telf li ġarrbet EVO minħabba dawn il-metodi ta’ bejgħ.

4.6.   ZV U EFC

(71)

ZV u EFC jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta’ prattiċi oħra mhux ġusti u dwar miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, jiġifieri l-użu minn AGVO/EVO tal-persunal tal-Belt, mingħajr ħlas, u garanziji ta’ prezzijiet mogħtija minn EVO u msejsa fuq il-prezzijiet tal-irkant f’Zeebrugse Visveiling.

(72)

Jispjegaw ukoll għaliex fil-fehma tagħhom hemm tagħwiġ tal-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa milqut.

(73)

Jiġbdu wkoll l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar injezzjonijiet addizzjonali ta’ kapital f’AGVO u f’EVO (permezz ta’ rimessa ta’ djun).

(74)

Fl-aħħar nett jinnotaw li l-awtoritajiet Belġjani ma ssospendewx l-għajnuna.

4.7.   GARDEC

(75)

Gardec hija impriża ta’ tiswija ta’ bastimenti li tinsab f’Zeebrugge. Tappoġġa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Iżżid tgħid li sofriet ħsara minħabba l-prattiki kummerċjali mhux ġusti f’Ostende (tnaqqis fil-fatturat) u tinnota li s-self mogħti lid-ditti f’diffikultà kellu l-effett li ħallihom jibqgħu ħajjin f’Ostende waqt li d-djun tagħhom baqgħu ma tħallsux f’Zeebrugge.

5.   IL-KUMMENTI TAL-BELĠJU DWAR ID-DUBJI ESPRESSI FID-DEĊIŻJONI LI TINBEDA L-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(76)

Fil-kummenti tagħhom tat-8 ta’ Settembru 2008, wara l-ftuħ tal-proċedura formali, l-awtoritajiet Belġjani jqisu li l-Kummissjoni għandha tillimita l-investigazzjoni tagħha għas-suq tal-irkant tal-ħut. Minħabba li la AGVO u lanqas PAKHUIZEN ma huma attivi f’dawn is-swieq, il-miżuri meħudin favur tagħhom mhumiex rilevanti għal din il-proċedura. B’mod aktar ġenerali jqisu li l-Kummissjoni ma ddefinitx sewwa l-ambitu tal-investigazzjoni tagħha u li hemm riskju li l-għajnuna tingħadd darbtejn.

5.1.   KUMMENTI DWAR L-GĦAJNUNA MOGĦTIJA LIL AGVO

(77)

L-awtoritajiet Belġjani jinsistu dwar il-fatt li AGVO ma għandhiex attivitajiet kummerċjali u li, għalhekk, ma jistax ikun hemm impatt fuq il-kompetizzjoni. L-għajnuna mogħtija lil AGVO, b’hekk, ma tistax għalhekk tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. Iżidu jgħidu li l-aktar li jista’ jiġri hu li l-fondi biss li ntużaw għal EVO jistgħu jitqiesu fl-investigazzjoni (pereżempju l-parti tal-kapital inizjali li għadda għal għand EVO permezz ta’ AGVO). Huma jgħidu li l-bqija tal-fondi ntużaw għal xogħlijiet ta’ interess pubbliku u ma jistgħux ikollhom xi impatt fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-irkant tal-ħut.

(78)

L-awtoritajiet Belġjani jinnotaw li minkejja li kien imwiegħed kapital inizjali ta’ avvjament ta’ EUR 6 197 338,12 lil AGVO, AGVO rċeviet biss EUR 3 569 667 s’issa.

(79)

F’dak li għandu x’jaqsam mad-dritt li jinġabru taxxi jew tariffi, l-awtoritajiet Belġjani jqisu li dritt ta’ ġbir ta’ taxxi għandu rabta max-xogħlijiet ta’ AGVO li huma ta’ interess pubbliku u ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat u li f’kull każ, AGVO ma għandhiex is-setgħa li tiġbor taxxi għall-magħlaq u l-iskal.

(80)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-binjiet, jissottomettu li ma jkunx jimporta jekk il-binjiet kinux proprjetà tal-Belt jew ta’ entità pubblika oħra. Iqisu l-kontribuzzjoni tal-binjiet lil AGVO bħala sempliċiment allokazzjoni interna ta’ proprjetà. L-awtoritajiet Belġjani jfakkru li AGVO ma twettaqx attivitajiet kummerċjali u li l-kontribuzzjoni tal-binjiet ma tistax, għalhekk, tkun ikkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat. Iżidu jgħidu li l-kontribuzzjoni tal-binjiet għandha rabta mal-obbligu li jsewwuhom u jżommuhom fi stat tajjeb u, għalhekk, AGVO ma kinitx vantaġġjata bil-kontribuzzjoni.

(81)

L-awtoritajiet Belġjani jqisu wkoll li l-garanziji ħielsa ma jistgħux jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat minħabba li ngħataw għal self magħmul minn AGVO għal xogħlijiet ta’ tiswija f’binjiet mikrijin lil awtoritajiet pubbliċi. Jammettu, iżda, li self wieħed garantit (self ta’ EUR 550 000) kien użat għal EVO.

(82)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani jinnutaw li s-sentenza tal-kawża ta’ Altmark ma tapplikax f’dan il-każ minħabba li x-xogħlijiet pubbliċi ta’ AGVO mhumiex ekonomiċi. Iżidu jgħidu li m’hemmx riskju ta’ sussidju inkroċjat minħabba li AGVO ma tagħmel ebda attività kummerċjali.

5.2.   KUMMENTI DWAR L-GĦAJNUNA MOGĦTIJA LIL PAKHUIZEN

(83)

Il-Belġju jissottometti li Ostende għandha biss dritt limitat għall-artijiet u li l-ftehim ta’ enfitewsi huwa, għalhekk, ta’ valur kummerċjali mnaqqas. Minbarra dan, PAKHUIZEN għandha l-obbligu li ssewwi u tirrinnova l-binjiet, liema obbligu huwa ppreżentat bħala straordinarju u li jikkumpensa sewwa għall-kera simbolika.

(84)

L-awtoritajiet Belġjani jżidu jgħidu li PAKHUIZEN hija attiva biss fis-suq għax timmaniġġja l-binjiet użati fis-settur tas-sajd. Huma jqisu li l-attività tagħha bilkemm tista’ titqies bħala kummerċjali minħabba l-obbligi ta’ restawr involuti u minħabba l-valur baxx tal-binjiet. Fl-aħħar nett, minħabba li l-binjiet immaniġġjati minn PAKHUIZEN jistgħu jinkrew biss għal attivitajiet b’rabta mas-settur tas-sajd, l-awtoritajiet Belġjani jargumentaw li PAKHUIZEN ma tikkompeti ma’ ħadd.

(85)

L-awtoritajiet Belġjani josservaw ukoll li AGVO xtrat l-ishma ta’ PAKHUIZEN bil-prezz tas-suq u li PAKHUIZEN tikri l-binjiet bi prezzijiet tas-suq (meta wieħed iqis li ma kinux fi stat tajjeb ta’ tiswija).

5.3.   KUMMENTI DWAR L-GĦAJNUNA MOGĦTIJA LIL EVO

(86)

L-awtoritajiet Belġjani jgħidu li l-fatt li l-binjiet kienu għad-dispożizzjoni ta’ EVO mingħajr ħlas huwa kkumpensat mill-fatt li EVO kellha tħallas l-ispejjeż tar-restawr li normalment jitħallsu mis-sid tal-binjiet.

(87)

Jissottomettu wkoll li l-garanziji ħielsa mogħtijin għal self lil EVO għandhom ikunu analizzati fil-qafas tal-pjan ta’ privatizzazzjoni u tar-ristrutturar tal-irkant. Iqisu li fil-qafas tar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut il-Belt aġixxiet bħala investitur privat, sakemm ir-rikapitalizzazzjoni tal-irkant tal-ħut kienet ta’ aktar profitt mill-aspett ekonomiku milli mill-għeluq tal-irkant u li bil-privatizzazzjoni, il-Belt kien ikollha l-possibbiltà li tirkupra l-investiment tagħha permezz tal-kera li kienet qed titlob mis-sid privat tal-irkant. Jisħqu wkoll li diġà fl-2002 kien hemm pjanijiet biex ikun ipprivatizzat l-irkant tal-ħut u li l-privatizzazzjoni kienet possibbli biss wara r-ristrutturar.

(88)

B’mod aktar speċifiku dwar il-garanzija ħielsa, josservaw li s-self intuża biex jitlesta l-iffinanzjar tal-irkant tal-ħut, li primarjament kien iffinanzjat b’injezzjoni ta’ kapital (lil AGVO u permezz ta’ AGVO lil EVO) mill-Belt. L-awtoritajiet Belġjani jinnutaw li permezz tal-garanzija l-Belt naqqset sostanzjalment l-ispejjeż magħmulin għar-ristrutturar. Żiedu jgħidu li mingħajr il-garanzija tal-Belt ma kien jingħata ebda self u jindikaw li hija prattika kummerċjali normali li impriża prinċipali toffri garanzija għal self li tkun daħlet għalih sussidjarja tagħha.

5.4.   KUMMENTI DWAR L-GĦAJNUNA MOGĦTIJA LILL-IMPRIŻI TAS-SAJD/LIS-SIDIEN TA’ BASTIMENTI TAS-SAJD

(89)

L-awtoritajiet Belġjani josservaw li l-Kummissjoni għaddet l-istess għajnuna darbtejn u li hemm jew għajnuna lil EVO jew lis-sajjieda iżda mhux lit-tnejn. Iqisu li jekk il-miżuri involuti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, allura jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fil-livell ta’ EVO u PAKHUIZEN u jgħawġu l-kompetizzjoni f’dak il-livell iżda mhux fil-livell ta’ sidien ta’ bastimenti u impriżi tas-sajd. Iżidu jgħidu li f’kull każ, EVO u PAKHUIZEN ma joffrux is-servizzi tagħhom ‘l isfel mill-prezzijiet tas-suq. Speċifikament, dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ EVO, huma jispjegaw li EVO toffri servizzi li huma proposti wkoll band’oħra. Josservaw ukoll li EVO ma tipproponix xi faċilitajiet ta’ ħżin, ma toffrix elettriku mingħajr ħlas u mhix responsabbli għall-port u għall-iskal. Juru li l-prezz tal-ilma huwa inkluż fit-tariffa tal-irkant u li EVO ma tagħti ebda self ‘l isfel mill-prezz tas-suq lis-sidien tal-bastimenti. Fl-aħħar nett, jgħidu li, fil-prattika, EVO qatt ma infurzat l-artikoli tal-kuntratt li jobbligaw lis-sid tal-bastiment jirkanta dak li jaqbad fl-irkant tagħha stess.

6.   IL-PROĊEDURA TA’ PRIVATIZZAZZJONI MNEDIJA WARA L-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI

(90)

Il-Belġju għarraf lill-Kummissjoni li fit-22 ta’ Mejju 2008 kien deċiż li jkun ipprivatizzat l-irkant tal-ħut ta’ Ostende u li l-Belt nediet proċedura ta’ għażla pubblika biex tattira sieħeb fl-operazzjonijiet għall-isfruttament ta’ EVO.

(91)

Fil-kummenti tiegħu, il-Belġju spjega li l-privatizzazzjoni se ssir permezz tat-twaqqif ta’ kumpanija ġdida li għandha twettaq l-isfruttament tal-irkant tal-ħut. Il-binjiet tal-irkant tal-ħut għandhom jgħaddu lura lill-Belt u l-kumpanija l-ġdida se jkollha tiffirma ftehim ta’ kiri mal-Belt. Il-kumpanija l-ġdida mhix se tkun obbligata tieħu l-kontroll tal-assi l-oħra tal-irkant tal-ħut (l-impjegati, l-kavetti, l-kuntratti, s-self lis-sidien tal-bastimenti, eċċ.).

(92)

Minħabba li l-bejgħ u l-ftehim ta’ kiri kellhom ikunu negozjati skont il-prezzijiet tas-suq, ebda għajnuna ma kellha tkun ittrasferita lill-kumpanija l-ġdida u ebda għajnuna ma setgħet tkun irkuprata mingħand il-kumpanija l-ġdida.

(93)

Fl-ittra tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2009, il-Belġju għarraf lill-Kummissjoni b’aktar żviluppi fil-proċess tal-privatizzazzjoni.

(94)

Huwa indika li, bħala l-ewwel pass, il-proprjetà tal-binjiet ta’ AGVO kienet ittrasferita lura, mingħajr ħlas, lill-Belt fl-4 ta’ Settembru 2009, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-binjiet (il-kuntratti ta’ kiri). Il-Belt ħadet ukoll self varju mingħand AGVO u PAKHUIZEN. Sussegwentement, il-proprjetà tal-binjiet kienet ittrasferita lir-Reġjun Fjamming li ħallas kumpens lill-Belt f’diversi għamliet: ir-Reġjun Fjamming ħallas EUR 3 500 000 lill-Belt u l-Belt ingħatat id-dritt li sal-1 ta’ Jannar jew, f’xi każijiet, sat-30 ta’ Ġunju 2010, tiġbor il-kera mħallsa mill-pubbliku u minn organizzazzjonijiet semipubbliċi li jikru l-binjiet. Fl-aħħar nett ir-Reġjun Fjamming ħa diversi djun u/jew self mingħand il-Belt.

(95)

Il-Belġju jsostni li l-fatt li l-proprjetà tal-binjiet kienet ittrasferita lura lill-Belt itemm il-kwistjoni tal-għajnuna mill-Istat.

(96)

Il-Belġju wera wkoll li PAKHUIZEN iddeċidiet li ttemm il-ftehim ta’ kiri fit-tul magħmul mal-Belt fl-1989. Il-Belġju jistenna li PAKHUIZEN dalwaqt tkun likwidata, u b’hekk il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat tisfa allegatament mingħajr skop.

(97)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ EVO, il-Belġju spjega li l-kandidat li ssodisfa l-kriterji ta’ għażla ma offriex kundizzjonijiet li kienu sodisfaċenti għall-Belt. B’hekk EVO għandha tissokta teżisti sakemm jinstab kandidat xieraq li jieħu l-kontroll tal-assi tagħha.

(98)

Fl-aħħar nett, il-Belġju wera li AGVO kellha tissokta teżisti sakemm ikunu rranġati l-bqija tad-djun/tal-obbligi.

(99)

Il-Belġju jitlob lill-Kummissjoni tipposponi d-deċiżjoni tagħha sa ma jintemm il-proċess ta’ privatizzazzjoni.

7.   L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-BELĠJU DWAR IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET TERZI

(100)

Il-Belġju, fir-rigward tal-kwistjoni Islandiża, jindika li EVO qatt ma xtrat ħut b’mod dirett mingħand sidien ta’ bastimenti jew sajjieda Islandiżi iżda biss minn irkantijiet tal-ħut Islandiżi, permezz ta’ aġent tal-bejgħ.

(101)

Il-Belġju jżid jgħid li malajr deher li l-bejgħ mill-ġdid tal-ħut Islandiż ma kienx bi profitt. B’hekk, wara madwar sena, fis-17 ta’ Marzu 2006 kien deċiż li dan ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid jieqfu. Il-Belġju ssottometta kopja ta’ din id-deċiżjoni.

(102)

Il-Belġju jispjega li r-raġuni għaliex inxtara ħut bi prezzijiet għolja fi rkantijiet tal-ħut Islandiżi u mbagħad inbiegħ f’Ostende bi prezzijiet aktar baxxi ma kinitx minħabba xi strateġija bil-għan li tattira ħut Islandiż għal Ostende, iżda minħabba l-fatt li l-ħut ta’ kwalità ogħla li nxtara mill-aġent tal-bejgħ fl-Islanda u li kien maħsub għal EVO qatt ma wasal għand EVO iżda minflok inxtara direttament minn impriża privata li taqta’ l-laħam f’fetet, Luna Fish, waqt li ħut Islandiż ta’ kwalità inferjuri wasal għand EVO u mbagħad ma setax jinbiegħ bi prezzijiet li jħallu profitt, minħabba l-kwalità inferjuri tiegħu. Il-Belġju jikkonkludi li EVO kienet, għalhekk, aktarx vittma ta’ dawn il-prattiki. L-amministratur delegat ta’ AGVO/EVO u d-direttur kummerċjali tkeċċew meta l-problema saret magħrufa.

(103)

Dwar l-allegata disponibbiltà ħielsa ta’ impjegati ċivili għal xogħlijiet ta’ amministrazzjoni, kontabbiltà u manutenzjoni, il-Belġju jissottometti li d-dikjarazzjonijiet ta’ ZV huma msejsa biss fuq suspetti u li EVO għandha l-impjegati tagħha stess biex iwettqu dawk ix-xogħlijiet u li, barra dan, xi wħud mill-impjegati ta’ EVO xi minn daqqiet jagħmlu xogħlijiet ta’ interess pubbliku (manutenzjoni tat-triq tal-irkant tal-ħut).

(104)

Il-Belġju jsemmi wkoll li d-dikjarazzjoni magħmula minn ZV li EVO kellha tiggarantixxi prezz minimu b’referenza għall-prezz ta’ rkant fl-irkant tal-ħut ta’ Zeebrugse mhix sostnuta minn ebda element. Il-Belġju jżid jgħid li impriżi tas-sajd setgħu allegaw dan meta kienu qed jinnegozjaw ma’ ZV, bħala parti minn strateġija biex jiksbu kundizzjonijiet kummerċjali aħjar mingħand ZV.

(105)

Dwar il-kwistjoni ta’ Ostend Filleting Factory (OFF), il-Belġju jisħaq li d-dokumenti ppreżentati mill-partijiet terzi juru biss li OFF kienet stabbilita minn partijiet privati u ma jiżvelawx kif OFF kienet daħlet f’kompetizzjoni mhux ġusta. Il-Belġju juri li fil-fatt kien biss f’Marzu 2006 li PAKHUIZEN kisbet 60 % tal-ishma ta’ OFF. L-isem “OFF” imbagħad inbidel u sar “Ostend Premium Fish bvba” u eventwalment din il-kumpanija falliet fl-14 ta’ Jannar 2008.

(106)

Dwar l-allegat telf li Gardec u Flanders Ship Repair sofrew bħala riżultat tal-għajnuna mill-Istat, il-Belġju jqis li, ukoll jekk l-għajnuna mill-Istat kellha ġġiegħel bastimenti jmorru Oostende flok Zeebrugge, ir-rabta kawżali mat-telf xorta waħda ma kinitx murija. Il-Belġju jżid igħid li s-sidien tal-bastimenti mhux dejjjem iħallu l-bastiment tagħhom jissewwa fil-port ta’ pajjiżhom u minflok jagħmlu użu minn servizzi orħos ta’ tiswija fl-Ewropa tal-Lvant (il-Polonja). Il-Belġju josserva li f’Oostende kien hemm tnaqqis ċar fl-ammont ta’ xogħol tal-impriżi ta’ tiswija tal-bastimenti.

8.   SEJĦA GĦALL-INFORMAZZJONI

(107)

B’ittri tat-13 ta’ Marzu u tas-26 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani għal informazzjoni dwar il-pożizzjoni legali tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende, l-involviment tal-Istat, u talbet għal dettalji dwar x’kien għaddej finanzjarjament bejn l-Istat u l-irkant tal-ħut.

(108)

Fl-ittra tagħhom tad-19 ta’ Ottubru 2006, l-awtoritajiet Belġjani saħqu dwar il-fatt li flimkien mal-attività kummerċjali tagħha (it-tmexxija tal-irkant tal-ħut), AGVO kienet fdata b’xogħlijiet ta’ interess pubbliku. L-informazzjoni mogħtija dwar dan il-punt kienet, iżda, qasira ħafna u ma kellha ebda element li kien iħalli lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-vantaġġi mogħtija mill-Belt lil AGVO setgħux jitqiesu bħala kumpens għal xogħlijiet ta’ interess (ekonomiku) ġenerali u jekk kienx hemm kumpens żejjed u riskji ta’ sussidji inkroċjati.

(109)

Għalhekk, kif ipprovdut fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani, b’ittra tal-11 ta’ Lulju 2007, jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar ix-xogħlijiet pubbliċi fdati lil AGVO. Staqsiet, b’mod partikolari, jekk x-xogħlijiet setgħux jitqiesu, u fuq liema bażi, bħala xogħlijiet ta’ servizz pubbliku skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna mill-Istat fl-għamla ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħtija lil ċerti impriżi inkarigati bit-tħaddim ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (15).

(110)

B’ittra tas-27 ta’ Novembru 2007, l-awtoritajiet Belġjani qalu biss li ebda wieħed mix-xogħlijiet fdati lil AGVO ma kien ekonomiku u li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE ma kinitx rilevanti. Qalu li AGVO ma tingħatax kumpens għal kull xogħol pubbliku li twettaq.

(111)

Fid-deċiżjoni tagħha tat-2 ta’ Lulju 2008 biex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni sabet li AGVO, EVO u PAKHUIZEN kienu jiffurmaw grupp ta’ impriżi attivi fis-suq għal bejgħ fi rkant ta’ ħut u ta’ servizzi anċillari u kienu ngħataw diversi vantaġġi mill-Belt li ħolqu tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq. Dwar il-kwistjoni ta’ kumpens għal xogħlijiet pubbliċi, il-Kummissjoni nnotat li ma kienx hemm element fl-inkartament li jindika li l-kriterji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-kawża Altmark kienu tħarsu. Barra dan, minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar dak il-punt, il-Kummissjoni ma kinitx f’qagħda li tiddetermina speċjalment jekk id-dritt li jkunu ffissati u miġbura taxxi setax jitqies bħala kumpens mogħti għal servizzi ta’ interess pubbliku, u kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna. Għaldaqstant, fil-paragrafu 121 tad-deċiżjoni tagħha li tinbeda l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani biex jikkomunikaw kull xorta ta’ informazzjoni li setgħet tkun ta’ użu għall-valutazzjoni tal-miżuri involuti.

(112)

Fil-kummenti tagħhom, li waslu fit-8 ta’ Settembru 2008, u matul laqgħa ta’ segwitu fid-9 ta’ Ottubru 2008, l-awtoritajiet Belġjani ma pprovdewx xi element addizzjonali li kien jippermetti lill-Kummissjoni teżamina jekk il-vantaġġi mogħtijin lil AGVO setgħux jitqiesu bħala kumpens għal xogħlijiet ta’ interess (ekonomiku) ġenerali. Minflok, l-awtoritajiet Belġjani reġgħu tennew li l-kriterji ta’ Altmark ma kinux rilevanti minħabba li AGVO kienet involuta biss f’xogħlijiet pubbliċi.

(113)

Iżda din it-tweġiba ma kinitx sodisfaċenti minħabba li AGVO kienet involuta wkoll f’attivitajiet ekonomiċi.

(114)

Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni, għalhekk, talbet, permezz ta’ sejħa għall-informazzjoni tat-8 ta’ Settembru 2009, għal kull informazzjoni siewja u b’mod partikolari:

lista tal-attivitajiet differenti fdati lil AGVO b’distinzjoni bejn attivitajiet ekonomiċi, xogħlijiet ta’ interess pubbliku mhux ekonomiku u xogħlijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali;

il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u l-analiżi tal-kumpens għax-xogħlijiet ta’ interess pubbliku mhux ekonomiku min-naħa l-waħda u l-kumpens għax-xogħlijiet ta’ interess pubbliku ekonomiku min-naħa l-oħra;

l-arranġamenti biex ikun evitat u jitħallas lura kull kumpens żejjed;

l-ispejjeż magħmulin fit-twettiq tal-obbligu ta’ servizzi pubbliċi ekonomiċi, l-obbligu ta’ servizzi pubbliċi mhux ekonomiċi u tas-servizzi l-oħra u d-dħul finanzjarju relatat magħhom;

estratti ta’ kontijiet interni li juru b’mod separat l-ispejjeż u l-irċevuti assoċjati mas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u dawk assoċjati mas-servizz ta’ interess ġenerali mhux ekonomiku u dawk ta’ servizzi oħra, kif ukoll il-parametri għall-allokazzjoni ta’ spejjeż u dħul finanzjarju;

jekk ikun hemm, dokumenti li juru li AGVO hija konformi mar-raba’ kriterju ta’ Altmark, jiġifieri li l-livell ta’ kumpens meħtieġ kien stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż, li impriża tipika, immexxija tajjeb, u fornita b’mod adegwat fl-istess settur, tagħmel wara li jitqiesu l-irċevuti u profitt raġonevoli mit-twettiq tal-obbligi.

(115)

Fl-ittra tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet Belġjani jerġgħu jtennu li AGVO hija fdata bix-xogħlijiet ta’ interess pubbliku li ġejjin: l-immaniġġjar tal-port tas-sajd, ir-restawr u l-kiri ta’ bini lil organizzazzjonijiet pubbliċi u semipubbliċi, u l-immaniġġjar u l-manutenzjoni tad-dominju pubbliku (inkluża l-manutenzjoni tat-triq li tieħu għall-irkant tal-ħut). Jissottomettu li dawk ix-xogħlijiet huma ta’ interess pubbliku minħabba li ma jsirux favur benefiċjarji speċifiċi. Ma jagħmlux distinzjoni bejn xogħlijiet ta’ interess ġenerali mhux ekonomiku u servizzi ta’ interess ekonomiku pubbliku, iżda jammettu li xi xogħlijiet pubbliċi jew ix-xogħlijiet pubbliċi kollha jistgħu jkunu ta’ natura ekonomika.

(116)

L-awtoritajiet Belġjani jirrikonoxxu li AGVO, permezz tas-sussidjarja tagħha EVO, tagħmel attività kummerċjali, jiġifieri tmexxi l-irkant tal-ħut, li mhux ta’ interess pubbliku.

(117)

L-awtoritajiet Belġjani jgħidu li AGVO fil-fatt ma tirċevix kumpens għax-xogħlijiet tagħha ta’ interess ġenerali. Dawn huma ffinanzjati mill-baġit ta’ AGVO. Għalhekk ma hemmx metodoloġija biex ikun ikkalkulat il-kumpens. L-awtoritajiet Belġjani jżidu jgħidu li mhux possibbli, abbażi tal-kontijiet ta’ AGVO u ta’ EVO, li wieħed jiddistingwi bejn spejjeż u dħul finanzjarju relatati max-xogħlijiet ta’ interess ġenerali u max-xogħlijiet kummerċjali.

9.   L-AMBITU TAL-INVESTIGAZZJONI

(118)

Kif wieħed jista’ jiddeduċi mid-diversi paragrafi (pereżempju l-paragrafu 85) tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni, l-ambitu tal-investigazzjoni huwa akbar mis-suq tal-irkant tal-ħut u jikkonċerna wkoll attivitajiet marbutin mal-irkant tal-ħut (il-kiri ta’ binjiet madwar l-irkant tal-ħut, l-immaniġġjar tal-port tas-sajd, eċċ.). Għalhekk, il-vantaġġi mogħtija lil AGVO jew lil PAKHUIZEN li ma jirrelatawx direttament mat-tħaddim tal-irkant tal-ħut ukoll jiffurmaw parti mill-proċedura attwali.

(119)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll il-vantaġġi mogħtija lil EVO, jew direttament mill-Belt jew minn AGVO. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni, il-kapital inizjali ta’ EVO u ż-żidiet kapitali sussegwenti ma kinux analizzati bħala miżuri separati mill-kapital f’pagamenti rateali mogħti lil AGVO. Tqiesu biss bħala wieħed mill-użi li AGVO għamlet mill-kapital f’pagamenti rateali mogħti mill-Belt. Madankollu, fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani sostnew li l-Kummissjoni ma ddistingwitx b’mod suffiċjenti bejn l-attivitajiet u x-xogħlijiet magħmulin minn AGVO, PAKHUIZEN u EVO u li, minħabba d-diviżjoni ta’ xogħlijiet bejn AGVO u EVO, il-vantaġġi mogħtija lil AGVO kienu rilevanti għall-investigazzjoni attwali biss limitatament minħabba li kienu “ttrasferiti” lil EVO. Għalhekk, f’ġieħ iċ-ċarezza u biex jiġi indirizzat it-tħassib tal-awtoritajiet Belġjani, l-għoti lil EVO tal-kapital inizjali tagħha u ż-żidiet kapitali sussegwenti huma eżaminati separatament fil-punt 10.1.2.2.3. Il-kwistjoni dwar il-benefiċjarju reali tal-għajnuna hija eżaminata fil-paragrafu 319.

10.   IL-VALUTAZZJONI

10.1.   L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(120)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

10.1.1.   IMPRIŻI

(121)

Kif spjegat hawn fuq, din l-investigazzjoni tikkonċerna l-għajnuna li setgħet ingħatat lil AGVO, EVO u PAKHUIZEN u lill-impriżi tas-sajd li jagħmlu użu mill-irkant tal-ħut ta’ Ostende u mis-servizzi ta’ EVO u PAKHUIZEN. Dawn kollha għandhom ikunu kkwalifikati bħala impriżi skont l-Artikolu 107 tat-TFUE. L-unika entità li dwarha l-awtoritajiet Belġjani jikkontestaw dan serjament hija AGVO, li skont l-awtoritajiet Belġjani, teżegwixxi biss xogħlijiet ta’ interess pubbliku.

(122)

L-awtoritajiet Belġjani semmew li AGVO teżegwixxi “xogħlijiet ta’ interess pubbliku” (“taken van openbaar belang”). Iżda jidher li AGVO hija involuta f’attivitajiet ekonomiċi u għandha, għalhekk, titqies bħala impriża (16) skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għar-raġunijiet dettaljati fil-paragrafi 123 sa 129.

(123)

AGVO toffri bini għall-kiri lil istituzzjonijiet pubbliċi u semipubbliċi u lil impriżi. AGVO qiegħda, għalhekk, direttament toffri servizzi fis-suq (servizzi ta’ kiri).

(124)

AGVO hija wkoll fdata bl-isfruttament u l-immaniġġjar tal-port tas-sajd. Kif il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermaw fil-kawża Aeroports de Paris  (17), l-immaniġġjar ta’ faċilitajiet infrastrutturali jista’ jikkostitwixxi attività ekonomika. Dan kien ikkonfermat, safejn jikkonċerna l-infrastruttura ta’ port, fost l-oħrajn fil-kawżi dwar l-iżvilupp tal-portijiet Fjammingi u tal-port ta’ Rotterdam (18). Il-Kummissjoni tinnota li AGVO qed toffri servizzi, prodotti u faċilitajiet ta’ infrastruttura bi ħlas. Tabilħaqq, skont l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, AGVO hija intitolata li tiffissa u tiġbor tariffi bħala rimunerazzjoni għas-servizzi tagħha.

(125)

Barra dan, AGVO toffri wkoll indirettament, permezz tas-sussidjarji tagħha EVO u PAKHUIZEN, prodotti u servizzi fis-suq.

(126)

AGVO għandha parteċipazzjoni ta’ kontroll f’EVO u f’PAKHUIZEN u fil-fatt teżerċita dak il-kontroll billi tinvolvi lilha nfisha direttament jew indirettament fil-immaniġġjar:

Kważi l-membri kollha tal-Bord tad-Diretturi f’AGVO huma wkoll membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ EVO u ta’ PAKHUIZEN. Bejn l-2005 u l-2007 AGVO u EVO kienu membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ PAKHUIZEN.

Skont l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, AGVO hija fdata bl-immaniġġjar, l-iżvilupp u l-isfruttament tal-irkant tal-ħut u l-baċir tal-ħut ta’ Ostende u l-annessi tagħhom, kif ukoll bl-iżvilupp tal-attivitajiet kollha li huma direttament jew indirettament relatati magħhom. Fi kliem ieħor, AGVO hija mġiegħla mill-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha li tinvolvi lilha nfisha fl-immaniġġjar tal-irkant tal-ħut.

(127)

Hemm rabtiet oħra bejn AGVO, EVO u PAKHUIZEN li jkomplu juru l-eżistenza ta’ rabtiet organiċi u funzjonali bejn AGVO u s-sussidjarji tagħha: AGVO ggarantiet self varju mogħti lil EVO; AGVO tqiegħed bini għad-dispożizzjoni ta’ EVO u PAKHUIZEN u l-kontijiet annwali ta’ AGVO jiżvelaw li AGVO tat regolarment self lil EVO u lil PAKHUIZEN.

(128)

Dawn l-elementi kollha jippermettu lil AGVO teżerċita funzjonijiet b’rabta ma’ kontroll, iżda wkoll ma’ direzzjoni u appoġġ finanzjarju lil EVO u PAKHUIZEN. Għal dawn ir-raġunijiet AGVO għandha titqies ukoll bħala impriża għall-finijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari minħabba l-parteċipazzjoni tagħha f’EVO u f’PAKHUIZEN (19).

(129)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Belġjani stqarrew li EVO u PAKHUIZEN huma l-organi operattivi ta’ AGVO; li permezz ta’ EVO AGVO ħadet sehem f’attivitajiet kummerċjali, u li miżuri li jiffavorixxu lil AGVO jista’ jkollhom impatt fuq is-suq permezz ta’ EVO. Fil-kummenti u fit-tweġibiet tagħhom hemm it-tendenza li jittrattaw lil AGVO, PAKHUIZEN u EVO bħala impriża waħda u sostnew ukoll espliċitament li AGVO u EVO għandhom jitqiesu bħala entità waħda.

(130)

Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li AGVO ma għandhiex kontijiet separati għax-xogħlijiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi tagħha, u, għalhekk, ma jistgħux ikunu esklużi sussidji inkroċjati.

10.1.2.   VANTAĠĠI GĦALL-IMPRIŻI KKONĊERNATI

10.1.2.1.    Vantaġġi għal AGVO

10.1.2.1.1.   Kapital inizjali

(131)

Investimenti pubbliċi jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat fejn ikun ċar li awtorità pubblika li tinjetta kapital f’kumpanija ma tkunx sempliċiment qed tipprovdi kapital azzjonarju taħt kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq. Dan ikun il-każ fejn il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija, u b’mod partikolari l-istruttura u l-volum tad-djun tagħha, tkun tali li ma jkunx mistenni qligħ normali (f’dividendi u qligħ kapitali) fi żmien raġonevoli mill-investiment kapitali. Għalhekk ikun meħtieġ li jkun ivvalutat jekk, f’ċirkustanzi simili, investitur privat ta’ dimensjoni li tista’ titqabbel ma’ dik tal-korpi li jimmaniġġjaw is-settur pubbliku, setax ikun imġiegħel jagħmel kontribuzzjonijiet kapitali tal-istess daqs b’rabta mar-ristrutturar ta’ dik l-impriża jew jekk minflok setax jagħżel li jxoljiha wara li jitqiesu l-aktar l-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fid-data ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet (20).

(132)

L-awtoritajiet Belġjani jargumentaw li d-deċiżjoni tal-Belt li tipprovdi kapital inizjali lil AGVO ta’ BEF 250 000 000 (EUR 6 179 338) kienet ekonomikament għażla razzjonali. L-għażla li l-irkant ikun ristrutturat saret abbażi ta’ pjan finanzjarju u ta’ pjan ta’ ħidma li juru li, b’investiment limitat, l-irkant seta’ jerġa’ jibda jagħmel profitt wara tmien snin jekk ma jeħux fuqu t-telf tal-passat. L-awtoritajiet Belġjani jsostnu li investitur privat fl-istess sitwazzjoni kien jieħu l-istess deċiżjoni.

(133)

Abbażi tal-informazzjoni li kellha, il-Kummissjoni ma tistax tkun tal-istess opinjoni.

(134)

Kif muri hawn fuq, l-irkant tal-ħut ta’ Ostende kien sejjer ħażin u s-sehem tiegħu tas-suq kien qed jonqos b’mod kostanti fis-snin qabel ir-ristrutturar. Il-Kummissjoni tqis li operatur privat normali, f’sitwazzjoni simili, ma kienx jagħmel dik l-għażla li jipprovdi kapital inizjali ta’ aktar minn EUR 6 000 000 abbażi ta’ pjan finanzjarju wieħed biss, li kien fih tbassir finanzjarju għall-perjodu mill-2002 sal-2010 f’“ipoteżi pożittiva”, u abbażi ta’ pjan ta’ ħidma ta’ żewġ paġni biss.

(135)

Dan hu aktar minnu minħabba li, kif stabbilit f’aktar dettall fil-paragrafu (259), AGVO, bħala l-kontinwazzjoni tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende, kienet tikkwalifika bħala kumpanija f’diffikultà fiż-żmien meta ngħata l-kapital inizjali. Meta jħabbat wiċċu ma’ kumpanija f’diffikultà, operatur privat normali kien jipprova jikseb assigurazzjonijiet b’saħħithom dwar il-prospetti fil-ġejjieni tal-kumpanija u ma kienx ikun sodisfatt bid-dokumenti li abbażi tagħhom il-Belt ħadet id-deċiżjoni tagħha.

(136)

Il-Kummissjoni tisħaq dwar l-importanza tal-investiment min-naħa l-waħda u l-qagħda fit-tul ta’ telf kontinwu tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende (21) min-naħa l-oħra. Speċjalment fid-dawl ta’ dawn il-fatti, flimkien mal-fatt li d-ditta kienet qed topera f’suq kompetittiv ħafna iżda li kien qed jiċkien, operatur privat normali kien isejjes id-deċiżjoni tiegħu fuq pjan finanzjarju u ta’ ħidma ħafna aktar bir-reqqa li kien ikun fih ipoteżijiet u xenarji differenti, minflok ma kien iqis pjan finanzjarju msejjes fuq ipoteżi waħda, li kienet, barra dan, ikkwalifikata bħala “pożittiva”.

(137)

Jidher li kien ikun xieraq ukoll li operatur privat normali jsaqsi għal studju, b’mod partikolari dwar l-ispazju disponibbli tas-suq fl-industrija dak iż-żmien, abbażi ta’ valuri eżistenti ta’ ħatt l-art u domanda lokali; u jitlob pjan li jispjega kif l-attività kellha tkun ristrutturata, x’miżuri kienu kkontemplati biex ikun evitat li jerġa’ jiġri li jkun hemm it-telf kbir tal-imgħoddi u biex tingħata spinta lill-produttività (investimenti ġodda, strateġija ġdida ta’ kummerċjalizzazzjoni, eċċ.).

(138)

Iżda l-pjan ta’ ħidma ma fihx element wieħed minn dawn.

(139)

Barra minn dan, id-dokument huwa msejjes fuq għadd ta’ suppożizzjonijiet u elementi fattwali meħudin bħala ċerti iżda li mhumiex imfissrin jew ġustifikati u xi drabi jidhru li huma ipotetiċi ħafna jew improbabbli. Diffiċli, pereżempju, tkun aċċettata s-suppożizzjoni li l-fatturat tal-attivitajiet ta’ bejgħ fi rkant jiżdiedu b’10 % matul il-ħames snin li kienu ġejjin, għalkemm fil-perjodu qabel ir-ristrutturar il-ħatt l-art u l-fatturat kienu qed jonqsu l-ħin kollu, is-suq kien sar kompetittiv wisq u l-kwoti tal-ħut kienu qabdu n-niżla. Barra dan, m’hemmx spjegazzjonijiet dwar il-kalkolu tal-ispejjeż soċjali u ta’ appaltar u tal-ispejjez għall-ilma u l-enerġija. Barra minn dan, fil-pjan ta’ ħidma dawn l-ispejjeż jintwerew bħala li baqgħu assolutament kostanti matul id-disa’ snin wara l-ħolqien ta’ AGVO. Iżda dan bilkemm jidher li hu possibbli, l-aktar meta l-fatturat kien mistenni jirdoppja fl-istess perjodu.

(140)

B’riżultat ta’ dan, il-pjan finanzjarju u l-pjan ta’ ħidma mhux biss jidhru li huma qosra u mhux kompleti, imma tonqoshom ukoll il-kredibbiltà. Investitur privat normali ma kienx joqgħod fuqhom biex jinvesti BEF 250 000 000 f’impriża li qed tagħmel telf f’suq li qed jiċkien (22).

(141)

Ukoll kieku seta’ jkun ammess li l-pjan finanzjarju u l-pjan ta’ ħidma kienu kompleti u ta’ min joqgħod fuqhom, li mhumiex, il-Kummissjoni tosserva li investitur privat xorta waħda ma kienx jinvesti l-istess ammont bħalma għamlet il-Belt. Abbażi tal-pjan finanzjarju u l-pjan ta’ ħidma, jidher li ammont iżgħar ta’ kapital kien ikun suffiċjenti wkoll. Minħabba l-qligħ baxx mill-kapital, operatur privat normali ma kienx jinvesti ammont bħal dak meta ma kienx meħtieġ.

(142)

L-awtoritajiet Belġjani jqisu li d-deċiżjoni li jkunu segwiti l-attivitajiet kontinwi tal-irkant tal-ħut kienet aktar razzjonali milli li l-irkant jingħalaq.

(143)

Madankollu, l-awtoritajiet Belġjani ma jagħtu ebda indikazzjoni b’rabta mal-ispejjeż għax-xoljiment ta’ dawn l-attivitajiet u fil-fatt ma jispjegawx għaliex l-għeluq ma kienx deċiżjoni razzjonali.

(144)

L-awtoritajiet Belġjani jippruvaw ukoll jiġġustifikaw ir-razzjonalità tad-deċiżjoni meħuda fl-2001 biex jinjettaw BEF 250 miljun f’AGVO bid-deċiżjoni li jipprivatizzaw l-irkant tal-ħut. Jissottomettu li l-privatizzazzjoni attwali kienet parti mill-pjan ta’ ristrutturar deċiż fl-2001 u li ebda privatizzazzjoni tal-irkant tal-ħut ma kienet possibbli mingħajr ir-ristrutturar.

(145)

Il-Kummissjoni tfakkar li skont każistika u prattika kostanti, biex ikun eżaminat jekk l-Istat ikunx adotta jew le l-imġiba ta’ investitur prudenti li jopera f’ekonomija tas-suq, jeħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju, biex jivvaluta r-razzjonalità ekonomika tal-imġiba tal-Istat u b’hekk biex milli jagħmel xi valutazzjoni msejsa fuq sitwazzjoni sussegwenti (23).

(146)

L-awtoritajiet Belġjani jsostnu li l-privatizzazzjoni attwali tagħmel parti mid-deċiżjoni ta’ ristrutturar tal-2001 u li r-razzjonalità tad-deċiżjoni li l-irkant tal-ħut ikun ristrutturat għandha tkun eżaminata fid-dawl tal-proċess ta’ privatizzazzjoni. Iżda d-dokumenti differenti mibgħuta mill-awtoritajiet Belġjani ma jsostnux il-pretensjoni tagħhom. B’mod partikolari, din l-intenzjoni li jkun ipprivatizzat l-irkant tal-ħut ma tissemmiex fid-deċiżjoni għall-istrutturar tal-irkant tal-ħut, la fil-pjan ta’ ħidma u lanqas fil-pjan finanzjarju. Xejn f’dawk id-dokumenti ma juri li d-deċiżjoni li jkunu investiti EUR 6 200 000 fl-irkant tal-ħut ma kienet (fost l-oħrajn) motivata jew ġustifikata mill-fatt li dan l-investiment kien jagħmilha possibbli li l-irkant tal-ħut ikun ipprivatizzat wara li jkun għadda ċertu żmien. Huwa diffiċli li l-pretensjoni tagħhom tkun rikonċiljata mal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ AGVO li juru li AGVO kienet stabbilita għal żmien indefinit, li l-Belt kellha l-ħsieb li tikkontrolla lil AGVO u li sussidjarji jew kumpaniji fejn AGVO kellha interess kellhom ikunu kkontrollati minn AGVO (u b’hekk mill-Belt).

(147)

Barra dan, wieħed jistenna li d-deċiżjoni li ssir il-privatizzazzjoni kienet tkun ikkontemplata meta l-irkant tal-ħut kien jerġa’ jibda jħalli l-profitt biex jinkiseb prezz aħjar għall-irkant tal-ħut, fil-fatt prezz li jħalli jkun irkuprat għallanqas l-investiment addizzjonali ta’ BEF 250 miljun. Madankollu, mhux biss il-privatizzazzjoni ma kinitx imsemmija fil-pjan finanzjarju u fil-pjan ta’ ħidma, iżda d-deċiżjoni li ssir il-privatizzazzjoni lanqas ma ttieħdet f’waqt meta l-irkant tal-ħut kien qed iħalli profitt. Għall-kuntrarju, ittieħdet wara sentejn ta’ telf kbir, kemm fil-livell ta’ AGVO u ta’ EVO, u wara li l-Kummissjoni kienet bdiet l-investigazzjoni tagħha. Il-perspettiva tal-privatizzazzjoni b’hekk ma tidhirx li tagħmel parti mid-deċiżjoni ta’ ristrutturar meħuda mill-Belt fl-2001.

(148)

Barra dan, l-awtoritajiet Belġjani wrew li l-imsieħeb privat futur kellu jieħu l-avvjament ta’ EVO u seta’ jagħżel l-assi li xtaq jieħu (impjegati jew le, magni jew le, lavanji tal-ħut jew le, eċċ.). Ma kellux jieħu l-obbligazzjonijiet ta’ EVO. F’dawn iċ-ċirkustanzi, diffiċli wieħed jifhem għaliex ma setax jittieħed approċċ simili fl-2001/2002 (mingħajr ma jkunu investiti BEF 250 miljun addizzjonali).

(149)

Barra minn dan, jekk dan kollu kien jagħmel parti mill-pjan ta’ ristrutturar tal-irkant tal-ħut fl-2002, ebda investitur privat ma kien jaqbel li jinvesti BEF 250 miljun fl-irkant tal-ħut bil-ħsieb li jerġa’ jbiegħu wara, minħabba li ma kienx raġonevolment jistenna, abbażi tal-pjan ta’ ħidma, li kien jista’ jirkupra dan l-investiment sempliċiment bil-bejgħ tal-avvjament tal-irkant xi snin wara. F’dan ir-rigward, il-Qorti hija tal-fehma li investitur privat li jsegwi politika strutturali – kemm jekk tkun ġenerali kif ukoll jekk tkun settorjali – u li jkun iggwidat minn prospetti ta’ vijabbiltà fit-tul, ma setax ragonevolment iħalli lilu nnfisu, wara snin ta’ telf kontinwu, jagħmel kontribuzzjoni ta’ kapital marbut mal-bejgħ tal-impriża, li jneħħi kull tama ta’ profitt, ukoll għal żmien itwal (24).

(150)

L-awtoritajiet Belġjani jżidu jgħidu li r-ristrutturar segwit mill-privatizzazzjoni kien jippermetti li l-investimenti jkunu rkuprati permezz tal-kera meħtieġa għall-binjiet tal-irkant tal-ħut.

(151)

Iżda dan l-argument mhux konvinċenti lanqas. Il-pjan finanzjarju wera li għat-tmien snin li kien imiss, il-Belt kellha titlef BEF 121 603 000 (flimkien mat-telf akkumulat tal-passat) qabel ma kienet tista’ tirkupra parti mill-injezzjoni ta’ kapital ta’ BEF 250 miljun deċiża fl-2001. Il-Kummissjoni tinnota li l-Belt setgħet iddeċidiet, diġà fl-2002, li tikri l-binjiet tal-irkant tal-ħut lil parti terza. Dan seta’ ppermetta lill-Belt tirkupra, diġà mill-2002, l-ammont importanti ta’ flus minfuqa għall-irkant tal-ħut ta’ Ostende qabel ir-ristrutturar tiegħu, jew għallanqas li tirkupra mill-piż finanzjarju tar-rimborż tas-self bankarju minflok li tidħol f’riskju kbir ħafna – l-aktar fid-dawl tal-prestazzjoni fqira ta’ qabel tal-irkant – li żiedet l-ammont ta’ telf li kellu jkun irkuprat fi stadju aktar tard.

(152)

L-awtoritajiet Belġjani jisħqu wkoll li d-deċiżjoni li jsir ir-ristrutturar tal-irkant tal-ħut ma kinitx ittieħdet b’mod ħafif, minħabba li d-deċiżjoni l-ewwel ma ntlaqgħetx mill-awtorità pubblika li timmonitorja l-Belt (“toezichtautoriteit”) għar-raġuni li ma kienx hemm perspettivi biżżejjed li l-irkant tal-ħut kellu jkun vijabbli. Tabilħaqq, id-dokumenti mogħtija lill-Kummissjoni juru li d-deċiżjoni biex l-irkant ikun ristrutturat kienet l-ewwel ma ntlaqgħetx minħabba li abbażi ta’ pjan finanzjarju inizjali, kien mistenni telf akkumulat ta’ BEF 190 000 000 wara ħames snin.

(153)

Minflok ma għamel id-deċiżjoni aktar razzjonali, dan l-element jiżvela li, fl-ewwel lok, l-intenzjoni li jkun irristrutturat l-irkant tal-ħut u li dan jingħata kapital addizzjonali ġdid lanqas biss kienet imsejsa fuq l-idea li l-irkant kellu jerġa’ jħalli profitt wara ċertu żmien. Barra minn hekk, dan jagħmel it-tieni pjan finanzjarju jidher ukoll anqas komplet u ta’ min joqgħod fuqu, minħabba li ma tingħata ebda spjegazzjoni dwar kif kien possibbli jintlaħqu riżultati differenti bħal dawn fl-ewwel u fit-tieni pjan. B’hekk huwa wisq anqas probabbli li investitur privat kien jieħu d-deċiżjoni li jinvesti BEF 250 miljun oħra fl-irkant fl-istess ċirkustanzi.

(154)

Abbażi tal-elementi msemmijin hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-deċiżjoni li jkunu investiti BEF 250 miljun fl-irkant ma kinitx tittieħed fl-istess ċirkustanzi minn investitur privat normali. Dan huwa wkoll ikkonfermat mid-dokumenti mogħtija lill-Kummissjoni. Dawn juru li waħda mir-raġunijiet għaliex kien deċiż li l-irkant ikun ristrutturat minflok xolt kienet ta’ natura politika u soċjali, minħabba li r-ristrutturar kien jgħin biex jinżammu l-impjiegi f’Belt fejn ir-rati tal-qgħad kienu aktar minn 12 % (25), raġuni li investitur privat ma kienx iqis (26).

(155)

Għaldaqstant, din l-azzjoni tagħti vantaġġ lil AGVO meta titqabbel mal-kompetituri tagħha u b’hekk tiffavorixxi lil din l-impriża skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

10.1.2.1.2.   Art u binjiet

(156)

Skont l-Artikolu 30 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, AGVO ngħatat sa minn meta kienet stabbilita d-dritt esklussiv li tuża, mingħajr ħlas, l-art u l-binjiet tal-port tas-sajd ta’ Ostende.

(157)

Fl-2004, binjiet u infrastrutturi differenti li kienu jinsabu fil-port tas-sajd ta’ Ostende u li kienu jirrappreżentaw, skont ir-rekords tal-Belt dak iż-żmien, 57 500 m2, għaddew bħala kontribuzzjoni lil AGVO billi ngħatawlha fi proprjetà sħiħa. Skont il-kontijiet muniċipali, din il-proprjetà kellha dak iż-żmien, valur kontabbli ta’ EUR 14 891 524. Il-Kummissjoni ma rċevietx informazzjoni li kienet tippermettilha tiddetermina l-valur tas-suq tal-beni immobbli fiż-żmien meta l-proprjetà kienet ittrasferita lil AGVO.

(158)

L-awtoritajiet Belġjani jissottomettu li d-deċiżjoni ta’ trasferiment tal-proprjetà tal-beni immobbli lil AGVO qatt ma setgħet titqies bħala għajnuna mill-Istat minħabba li kienet tikkonċerna biss trasferiment ta’ beni immobbli bejn żewġ awtoritajiet pubbliċi għax AGVO ma tipparteċipax f’attivitajiet kummerċjali.

(159)

Iżda, kif muri hawn fuq fil-punt 10.1.1 ta’ din id-Deċiżjoni, AGVO tipparteċipa direttament u indirettament permezz tas-sussidjarji tagħha f’attivitajiet kummerċjali u għandha titqies bħala impriża. Id-deċiżjoni biex tkun ittrasferita l-proprjetà tal-beni immobbli lil AGVO ma tistax, għalhekk, titqies bħala sempliċi deċiżjoni ta’ trasferiment ta’ beni immobbli bejn żewġ awtoritajiet pubbliċi, speċjalment minħabba li l-beni immobbli inkwistjoni jintużaw l-aktar għall-attivitajiet ekonomiċi konċernati (is-servizzi ta’ kiri, it-tħaddim tal-irkant tal-ħut, l-immaniġġjar tal-port tas-sajd).

(160)

Il-Kummissjoni tqis li operatur privat normali ma kienx jaqbel għal trasferiment tal-proprjetà ta’ binjiet ta’ valur bħal dan, mingħajr ma jikseb prezz raġonevoli.

(161)

L-awtoritajiet Belġjani qalu li l-binjiet kienu f’kundizzjoni ħażina ħafna u li, għalhekk, il-valur kontabbli tal-binjiet kien stmat iżżejjed. Barra minn hekk, huma qalu li l-ispejjeż għar-restawr, li kellhom jitħallsu minn AGVO, kienu tant kbar li t-trasferiment tal-proprjetà seta’ jitqies bħala att null.

(162)

Iżda l-awtoritajiet Belġjani ma pprovdewx lill-Kummissjoni b’xhieda li turi li l-valur kontabbli tal-assi inkwistjoni kien stmat iżżejjed; il-Kummissjoni lanqas ma rċeviet xi xhieda li turi li l-ispejjeż tar-restawr kellhom ikunu daqs il-valur attwali tad-drittijiet ta’ proprjetà fuq il-binjiet involuti.

(163)

L-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni turi għall-kuntrarju li l-argument tal-awtoritajiet Belġjani ma jistax jintlaqa’.

(164)

L-ewwel u qabel kollox, għandu jkun innotat li qabel it-trasferiment tal-proprjetà u sa minn meta kienet stabbilita, AGVO ngħatat dritt esklussiv li tuża, mingħajr ħlas, l-artijiet u l-binjiet tal-port tas-sajd, inkluż l-irkant tal-ħut. L-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ma fihomx xi dmir speċifiku dwar restawr obbligatorju li kellu jsir minn AGVO. Skont l-Artikolu 3 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni, AGVO kellha d-dritt li tagħmel, jekk tkun tixtieq tagħmel hekk, kull xogħol ta’ manutenzjoni, ta’ tiswija u ta’ modernizzazzjoni tal-binjiet (27), iżda l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ma fihomx xi dispożizzjoni li tqiegħed lil AGVO fl-obbligu li tirristawra ċertu binjiet.

(165)

AGVO kellha, b’hekk, l-artijiet u l-binjiet tal-port tas-sajd għad-dispożizzjoni tagħha sa minn meta kienet stabbilita, mingħajr ma kellha tħallas kera jew xi xorta ta’ rimunerazzjoni oħra. Operatur privat ma kienx jaqbel li jagħti drittijiet esklussivi ta’ użu lil impriża mingħajr ma jirċievi rimunerazzjoni xierqa.

(166)

L-Att ta’ Trasferiment permezz ta’ Donazzjoni ta’ proprjetà Immobbli tat-30 ta’ Diċembru 2004, li permezz tiegħu d-dritt ta’ proprjetà tal-binjiet kien ittrasferit mill-Belt lil AGVO, lanqas ma fih xi kundizzjonijiet jew obbligi partikolari għal AGVO dwar xogħlijiet speċifiċi ta’ restawr. Fil-fatt, dan huwa att ġenerali li bih il-Belt għaddiet id-drittijiet u l-obbligi kollha fir-rigward tal-binjiet inkwistjoni lil AGVO. Ir-responsabbiltajiet imposti fuq AGVO fl-att ma jidhrux li huma ta’ natura tali li tiġġustifika li ma kien meħtieġ ebda ħlas għat-teħid tal-proprjetà tal-binjiet.

(167)

Barra dan, mhux ikkontestat li AGVO għandha wkoll id-dritt li toffri l-binjiet għall-kiri jew li tagħti drittijiet ta’ konċessjoni. Il-binjiet, għallinqas parti minnhom, għandhom valur kummerċjali. L-awtoritajiet Belġjani ammettew li parti minnhom inkriet lil organizzazzjonijiet pubbliċi u semipubbliċi u parti għal skopijiet privati (ara l-paragrafu (46) ta’ din id-Deċiżjoni).

(168)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li AGVO ngħatat vantaġġ ieħor b’rabta mal-imsemmija spejjeż ta’ restawr. L-awtoritajiet Belġjani pprovdew lill-Kummissjoni b’lista ta’ garanziji li ngħataw, mingħajr ħlas, għal ċertu self. Skont il-lista li ntbagħtet lill-Kummissjoni, xi wħud minnhom kienu ta’ garanzija għal self li kellu l-għan jiffinanzja l-ispejjeż tar-restawr. Għalhekk, flimkien mal-fatt li AGVO ma kinitx obbligata tagħmel restawr bħal dak, l-ispejjeż ta’ mill-inqas xi rinnovazzjonijiet li AGVO għamlet tnaqqsu b’dawn il-garanziji. Ukoll għal din ir-raġuni, l-argument li t-trasferiment ta’ proprjetà sar, mingħajr ħlas, bħala xorta ta’ “kumpens” għal spejjeż ta’ restawr partikolarment għoljin li AGVO kienet obbligata tagħmel, ma jistax jintlaqa’.

(169)

Ukoll jekk l-ispejjeż tar-restawr setgħu jitqiesu bħala partikolarment importanti u li kkostitwew xorta ta’ rimunerazzjoni għat-trasferiment tal-proprjetà tal-binjiet, ħaġa li ma ntwerietx mill-awtoritajiet Belġjani, il-fatt li AGVO ngħatat diġà sa minn meta kienet stabbilita d-dritt esklussiv li tuża mingħajr ħlas l-art u l-binjiet tal-port tas-sajd ta’ Ostende, xorta waħda jkollu jitqies bħala vantaġġ li għandu jkun ikkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat. Tabilħaqq, il-kwistjoni jekk il-Belt aġixxietx bħala investitur privat normali għandha tkun eżaminata fid-dawl tal-elementi disponibbli fiż-żmien li fih ittieħdet id-deċiżjoni (28). F’dan il-każ, meta ttieħdet id-deċiżjoni, il-Belt żgur kienet taf li kienet qed tagħti vantaġġ lil AGVO, minħabba li l-punt 11 tal-pjan ta’ ħidma mħejji minn HAMA Consult NV tad-9 ta’ Novembru 2001 isemmi b’mod ċar li l-irkant tal-ħut kien reċentement immodernizzat u li ma kienx mistenni jkun hemm investimenti importanti fl-għaxar snin li kien imiss.

(170)

Barra minn hekk, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi ta’ għajnuna mill-Istat f’bejgħ ta’ art minn awtoritajiet pubbliċi (29), biex trasferiment tal-proprjetà ta’ bini li jkun ta’ proprjetà pubblika jitqies li jkun konformi mal-valur tas-suq, il-bejgħ normalment ikollu jsir permezz ta’ proċedura ta’ offerti mhux kunfizzjonata, jew wara li tkun saret valutazzjoni esperta indipendenti. L-ebda waħda minn dawn il-proċeduri ma kienet segwita. Valutazzjoni esperta tal-valur tal-binjiet u tar-rimunerazzjoni xierqa għad-dritt ta’ użu esklussiv mogħti lil AGVO, u mbagħad it-trasferiment tal-proprjetà, kienu f’dan il-każ ferm aktar meħtieġa minħabba li l-awtoritajiet Belġjani qiesu li l-valur kontabbli ma kienx jaqbel mal-valur reali.

(171)

Għaldaqstant, jidher li d-dispożizzjoni ta’ mingħajr ħlas u sussegwentement l-għoti tal-binjiet mill-Belt lil AGVO huma att li ma jistax jitqies li huwa konformi ma’ standards ekonomiċi normali, bħal dak li kien jagħmel investitur privat normali f’kundizzjonijiet simili.

(172)

L-awtoritajiet Belġjani jqisu li peress li l-proprjetà kienet ittrasferita lura lill-Belt (mingħajr kumpens), m’hemmx aktar kwistjoni ta’ għajnuna mill-Istat.

(173)

Il-Kummissjoni, iżda, ma tistax taqbel ma’ din il-pożizzjoni.

(174)

Il-Kummissjoni tixtieq tinnota li l-fatt li l-proprjetà kienet ittrasferita lura lill-Belt ma jaffettwax il-fatt li, mill-2002 sal-2009, AGVO bbenefikat, mingħajr ħlas, mid-dritt esklussiv li tuża l-binjiet imsemmija, kemm jekk abbażi tal-Artikolu 30 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha jew abbażi tal-Att ta’ Trasferiment ta’ Proprjetà tat-30 ta’ Diċembru 2004. B’mod partikolari, mhix ħaġa ċerta jekk il-valur tal-proprjetà meta ġiet ittrasferita lura dan l-aħħar kienx għallinqas daqs il-valur tal-benefiċċji msemmijin fis-sentenza ta’ qabel, flimkien mal-imgħax li huwa dovut skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat dwar għajnuna kontra l-liġi u inkompatibbli li jkollha tiġi rkuprata.

(175)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, minħabba li AGVO kellha tkompli tuża dik il-proprjetà mingħajr ħlas jew b’rata ta’ kiri li kienet iktar baxxa minn dik tas-suq wara t-trasferiment tal-proprjetà, AGVO kienet se tkompli tibbenefika mill-għajnuna mill-Istat (30).

10.1.2.1.3.   Garanziji ħielsa għal self

(176)

B’konformità mal-punt 2.1.1 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fl-għamla ta’ garanziji (“Avviż ta’ Garanziji”) (31), garanzija mill-Istat titqies ta’ benefiċċju għal ċertu impriża fejn tippermetti lil min jissellef li jikseb termini finanzjarji aħjar għal self minn dawk normalment disponibbli fis-swieq finanzjarji mingħajr ħlas ta’ primjum tas-suq għall-garanzija. Biex ikunu determinati l-kundizzjonijiet normali tas-suq, l-imġiba tal-Belt għandha titqabbel mal-imġiba tal-kreditur privat li jaġixxi bil-ħsieb li jkollu profitt raġonevoli (32).

(177)

L-Avviż ta’ Garanziji jagħti ċertu għadd ta’ indikazzjonijiet dwar kif garanzija tkun valutata fl-ambitu tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari jgħid li biex garanzija ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat, hija għandha tissodisfa ċerti kriterji. Uħud minnhom joħolqu problemi f’dan il-każ.

(178)

Ma tħallas ebda prezz tas-suq għall-garanziji minħabba li l-garanziji kienu għal kollox mingħajr ħlas.

(179)

Barra dan, il-garanziji koprew aktar minn 80 % tas-self mhux imħallas minħabba li koprew is-self kollu. Dan jirrinforza l-vantaġġ miksub minħabba li fil-każ ta’ garanzija mill-Istat ta’ 100 % ma jkunx hemm inċentiv għal min isellef biex jivvaluta sewwa l-affidabbiltà finanzjarja ta’ AGVO u b’hekk biex jiddetermina sewwa t-termini finanzjarji tas-self skont il-profil tar-riskju ta’ AGVO (33).

(180)

Huwa, għalhekk, ċar li dawn il-garanziji ppermettew lil AGVO tikseb termini finanzjarji aħjar għal self minn dawk normalment disponibbli fis-swieq finanzjarji (34), l-aktar fid-dawl tar-riżultati fqar u ta’ sikwit negattivi ta’ AGVO u s-sussidjarji tagħha.

(181)

L-awtoritajiet Belġjani jissottomettu li huwa normali għal azzjonista li jagħti garanzija mingħajr ħlas favur impriża li jikkontrolla. Iżda din id-dikjarazzjoni mhix sustanzjata minn xi xhieda jew eżempju. Barra minn hekk, huwa partikolarment diffiċli li dan ikun irrikonċiljat mal-imġiba ta’ kreditur privat.

(182)

Tabilħaqq, id-deċiżjoni tal-Belt li tagħti garanziji lil istituzzjonijiet finanzjarji għal self magħmul minn AGVO, mingħajr ħlas, hija partikolarment mhux tas-soltu f’kundizzjonijiet normali fis-swieq finanzjarji. F’sitwazzjoni normali, garanzija bħal din kien ikollha rimunerazzjoni bi primjum xieraq, li jirrifletti r-riskji konnessi mal-garanzija (35), ukoll jekk il-garanti jkun azzjonista li jkollu maġġoranza ta’ kontroll (36). Barra minn hekk, kreditur privat normali li jagħti garanziji jara li jinħarġulu ċerti titoli ta’ sigurtà qabel ma jagħtihom, u jivverifika minn qabel il-kundizzjonijiet tas-self, ir-riskju involut, eċċ., waqt li l-informazzjoni mogħtija mill-Belġju turi li dan ma kienx il-każ (37). Dan huwa aktar problematiku f’dan il-każ minħabba l-qagħda finanzjarja tal-irkant tal-ħut, li sofra telf rikurrenti u kbir fi snin mgħoddija u li jopera f’suq kompetittiv ħafna u li kien qed jiċkien (38).

(183)

Kif stabbilit f’aktar dettall fil-paragrafu (259), AGVO kellha titqies bħala kumpanija f’diffikultajiet finanzjarji, jiġifieri skont il-Linji gwida S & R tal-1999. Skont prattika stabbilita, garanziji mogħtijin lil kumpaniji f’diffikultà jitqiesu li aktarx jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat (39).

(184)

L-awtoritajiet Belġjani jargumentaw li l-garanziji ngħataw għal self relatat ma’ xogħlijiet ta’ restawr li kellhom isiru f’binjiet mikrija lil organizzazzjonijiet pubbliċi u semipubbliċi. Iżidu jgħidu li minħabba li dan huwa parti mill-ħidma pubblika ta’ AGVO, il-garanzija għandha titqies bħala parteċipanti f’din il-ħidma pubblika u, għaldaqstant, ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat.

(185)

L-ewwel nett ta’ min jinnota li mhux ċert jekk is-self garantit kienx fil-fatt użat kif kien maħsub. Anki jekk huwa minnu li l-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni x’aktarx turi li l-Belt tat il-garanziji abbażi tal-intenzjoni ta’ AGVO li s-self jintuża għall-iffinanzjar ta’ xogħlijiet ta’ restawr, jidher ukoll li l-Belt ma rrelatatx il-garanziji ħielsa mat-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ restawr, il-Belt lanqas ma rtirat il-garanziji ħielsa jew talbet għal rimunerazzjoni meta wara ġie stabbilit li s-self kien fil-fatt intuża għal għanijiet oħra.

(186)

L-awtoritajiet Belġjani spjegaw li ġara li s-self intuża għal għanijiet oħra minflok dawk avżati. Pereżempju self ta’ Fortis li inizjalment kien maħsub biex jiffinanzja x-xiri tal-ishma f’PAKHUIZEN fl-aħħar ma ntużax għal dak l-għan iżda milli jidher għal xogħlijiet ta’ restawr.

(187)

L-awtoritajiet Belġjani, barra dan, ammettew li s-self ta’ EUR 550 000 mill-Bank ING, li għall-bidu kien maħsub għal xogħlijiet ta’ restawr, wara xi żmien intuża biex jgħin lil EVO. Mhux ikkontestat li l-garanzija ħielsa għal dan is-self ma tistax titqies bħala kontribuzzjoni għal xogħlijiet ta’ restawr. Fi kliem ieħor, ma jistax jingħad li l-Belt għamlet bħalma kien jagħmel garanti privat normali (inkluż dak li kien jikkontrolla l-kumpanija konċernata), jiġifieri li l-ewwel ikun eżaminat jekk is-self li l-garanzija kellha tkopri kienx probabbli ħafna li jitħallas, u mbagħad ikun ivverifikat jekk is-self kienx użat strettament għall-proġett li għalih kien oriġinarjament maħsub.

(188)

Inkwantu għal self garantit li fil-fatt intuża (kollu jew parti minnu) biex ikunu ffinanzjati xogħlijiet ta’ restawr, għandu jitfakkar li l-attività ta’ kiri ta’ AGVO hija attività ekonomika u li l-għoti ta’ garanzija ħielsa tiffavorixxi lil AGVO fis-suq tal-kera. Barra dan, il-garanzija ħielsa ttejjeb il-qagħda finanzjarja ta’ AGVO inġenerali, billi tippermettilha tuża r-riżorsi finanzjarji li, f’ċirkustanzi normali, kien ikollha tuża biex tħallas il-primjum għal għanijiet oħra milli għar-restawr tal-bini mikri lil organizzazzjonijiet pubbliċi u semipubbliċi.

(189)

Fl-aħħar nett, ukoll jekk ikun aċċettat li l-kiri ta’ bini lil organizzazzjonijiet pubbliċi u semipubbliċi seta’ jitqies bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali li seta’ kien fdat lil AGVO, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kawża ta’ Altmark ma tħarsux, u għalhekk, il-konklużjoni għandha tkun li l-garanziji ħielsa jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(190)

Fis-sentenza tagħha fil-kawża ta’ Altmark, il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE jekk jitħarsu b’mod kumulattiv il-kriterji li ġejjin: “(…) l-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja trid tkun effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, u tali obbligi jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar (…)”; “(…) it-tieni nett, il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat il-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti (…)”; “(…) it-tielet nett, il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ tali obbligi (…)”; u “(…) ir-raba’ nett, meta,f’każ speċifiku, l-impriza li għandha twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku mhijiex magħżula permezz ta’ proċedura ta’ appalt pubbliku li tippermetti li jintagħżel il-kandidat kapaċi li jipprovdi tali servizzi bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li, impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b’mezzi ta’ trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.

(191)

Dawn il-kriterji ma tħarsux f’dan il-każ. Minbarra l-fatt li jista’ jkun ikkontestat jekk AGVO kinitx fdata b’obbligi ta’ servizz pubbliku b’rabta mal-kiri ta’ bini lil organizzazzjonijiet pubbliċi u semipubbliċi, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw espliċitament li ma kinux stabbiliti parametri għal kumpens. Barra dan, AGVO ma għażlitx sistema ta’ kontijiet separati u xejn ma jżomm milli jkun hemm kumpens żejjed u sussidji inkroċjati bejn id-diversi attivitajiet ta’ AGVO. Barra minn hekk, AGVO ma ntgħażlitx skont proċedura ta’ akkwist pubbliku, u l-awtoritajiet Belġjani ma wrewx li s-servizzi jingħataw bl-anqas spejjeż għall-komunità.

10.1.2.1.4.   Taxxi

(192)

Il-Belt tat lil AGVO d-dritt li tiffissa u tiġbor taxxi komunitarji għall-użu tal-port tas-sajd u tal-irkant.

(193)

It-taxxi miġburin b’dak il-mod minn AGVO jidher li jikkostitwixxu riżorsi għad-dispożizzjoni tal-Istat, li parti (40) minnhom kienet ittrasferita lil AGVO. Barra minn hekk, jikkostitwixxu vantaġġ li hija normalment ma tirċevix u, għaldaqstant, jiffavorixxu lil din l-impriża skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(194)

F’dan il-każ, l-awtoritajiet Belġjani wrew li l-ġbir tat-taxxa jagħmel parti mix-xogħlijiet ta’ interess pubbliku fdati lil AGVO, u fil-fatt jikkostitwixxi rikompens għalihom, b’mod partikolari x-xogħol tal-immaniġġjar tal-port tas-sajd. Huma jgħidu li t-trasferiment tax-xogħlijiet u d-dritt li jinġabru t-taxxi għandhom jitqiesu bħala sempliċi allokazzjoni ta’ xogħlijiet ġewwa l-Istat u ma jistgħux jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat.

(195)

Iżda, kif diġà ntwera fil-punt 10.1.1 ta’ din id-Deċiżjoni, AGVO tikkwalifika bħala impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li l-awtoritajiet Belġjani rrikonoxxew ukoll fl-ittra tagħhom tas-27 ta’ Novembru 2009. Kif spjegat fil-paragrafu (124), l-immaniġġjar tal-port tas-sajd tikkostitwixxi attività ekonomika.

(196)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk id-dritt li jinġabru t-taxxi u li jintuża d-dħul jistax jitqies bħala kumpens għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali u jekk il-kriterji kumulattivi tal-kawża ta’ Altmark tħarsux.

(197)

Iżda, kif kien diġà ġie stabbilit fil-paragrafu 191 ta’ din id-Deċiżjoni, dawn il-kriterji mhumiex imħarsin, minħabba li, pereżempju, ebda parametri għall-kumpens ma kienu stabbiliti.

(198)

Fl-aħħar nett, ukoll kieku kellu jkun aċċettat li d-dritt li jinġabru taxxi u li jintuża d-dħul minnhom kellu jitqies bħala kumpens/rimunerazzjoni għal xogħlijiet ta’ interess pubbliku (mhux ekonomiku), jibqa’ l-fatt li AGVO twettaq ukoll attivitajiet kummerċjali, li kienu espliċitament rikonoxxuti mill-awtoritajiet Belġjani. Minħabba li l-awtoritajiet Belġjani ammettew ukoll li AGVO ma kellhiex kontijiet separati u li ma kienx possibbli li jkunu iżolati l-ispejjeż u d-dħul finanzjarju relatati max-xogħlijiet mhux kummerċjali ta’ AGVO, ma jistgħux ikunu evitati s-sussidji inkroċjati u l-kwistjoni tat-taxxi għandha titqies bħala vantaġġ.

10.1.2.1.5.   Konklużjoni

(199)

Meqjusin il-premessi ta’ hawn fuq, l-azzjonijiet msemmija f’10.1.2.1.1. sa 10.1.2.1.4., inklużi, taw lil AGVO vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

10.1.2.2.    Vantaġġ għal EVO

(200)

Il-Kummissjoni tqis li ngħatat għajnuna lil EVO direttament mill-Belt bl-għoti ta’ garanziji ħielsa għal self minn banek privati, u, permezz ta’ AGVO, billi tħalliet tuża mingħajr ħlas 13 600 m2 ta’ binjiet, billi tatha garanziji ħielsa għal self minn banek privati u billi tatha kapital inizjali u żidiet fil-kapital.

10.1.2.2.1.   Garanzija ħielsa għal self

(201)

Fir-rigward tal-garanziji mill-Belt u mingħand AGVO, il-Kummissjoni tosserva li ma tħallas ebda prezz tas-suq għall-garanziji minħabba li l-garanziji huma għalkollox mingħajr ħlas. Barra minn hekk huma jkopru aktar minn 80 % tas-self mhux imħallas.

(202)

L-awtoritajiet Belġjani jissottomettu li huwa normali għal azzjonista, li jkollu parteċipazzjoni ta’ kontroll f’kumpanija, li jagħti garanzija mingħajr ħlas favur il-kumpanija li huwa jikkontrolla. Din id-dikjarazzjoni, iżda, mhix sustanzjata b’xi xhieda. Barra minn hekk, huwa partikolarment diffiċli li wieħed jirrikonċilja dan mal-imġiba ta’ investitur privat. F’sitwazzjoni normali, garanzija bħal din kien ikollha rimunerazzjoni bi primjum xieraq, li jirrifletti r-riskji konnessi mal-garanzija (41), ukoll jekk il-garanti tkun kumpanija prinċipali (42). Barra dan, il-Qorti diġà ddeċidiet li operazzjonijiet kummerċjali anki fi grupp ta’ impriżi pubbliċi għandu jkollhom rimunerazzjoni skont kundizzjonijiet normali tas-suq (43).

(203)

Ta’ min jinnota wkoll li, kif stabbilit f’aktar dettall fil-paragrafu (306), EVO kellha titqies bħala kumpanija f’diffikultajiet finanzjarji skont il-Linji gwida S & R tal-1999 u l-Linji gwida tal-2004 dwar għajnuna mill-Istat biex ikunu salvati u ristrutturati ditti f’diffikultà (44) (“Linji gwida S & R tal-2004”). Il-qagħda finanzjarja tagħha baqgħet diffiċli tul il-perjodu 2003-2008 kollu. Fi tmiem l-2003, aktar minn nofs il-kapital reġistrat tagħha kien għeb, qagħda li ma nbidlitx fis-snin ta’ wara minkejja ż-żidiet waħda wara l-oħra fil-kapital.

(204)

Skont prattika stabbilita, garanziji mogħtija lil kumpaniji f’diffikultà jitqiesu li aktarx jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat (45).

(205)

L-awtoritajiet Belġjani żiedu jgħidu li mingħajr il-garanzija ħielsa mill-Belt, EVO ma kinitx tkun tista’ tikseb is-self. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dan ir-rikonoxximent u l-qagħda finanzjarja dejjem ħażina ta’ EVO, jiżvelaw li s-self mogħti minn banek privati b’garanzija ħielsa mogħtija mill-Belt (jew minn AGVO) lanqas ma kien jinkiseb, mingħajr dik il-garanzija. Għalhekk, anki s-self garantit jagħti vantaġġ lil EVO (46).

(206)

Fl-aħħar nett l-awtoritajiet Belġjani jissottomettu li l-garanziji kellhom jitqiesu bħala parti mir-ristrutturar tal-irkant tal-ħut.

(207)

Il-Kummissjoni tinnota, madankollu, li la l-garanzija ħielsa u lanqas l-investimenti li għalihom is-self jidher li nkiseb ma kienu jissemmew fil-pjan ta’ ħidma. Barra dan, is-self u l-garanziji involuti (jiġifieri dawk li kienu bdew jitħaddmu) ma kinux ingħataw fl-2002 meta EVO kienet stabbilita, iżda wara fl-2004 u fl-2005. Id-diversi garanziji mogħtija jiżvelaw ukoll li dawn ingħataw mat-talba kull darba li ntalab li EVO ħtieġet garanzija biex tikseb self mingħand istituzzjoni ta’ kreditu. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li self partikolari mogħti minn Fortis u ggarantit mill-Belt fil-fatt intuża biex jingħata self lil sidien tal-bastimenti, u huwa diffiċli li wieħed jara kif dan jista’ jitqies bħala parti mir-ristrutturar jew ukoll minn pjan ta’ privatizzazzjoni tal-irkant tal-ħut għall-ġejjieni.

(208)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-garanziji ħielsa mogħtija mill-Belt u minn AGVO taw vantaġġ lil EVO skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

10.1.2.2.2.   Binjiet

(209)

L-awtoritajiet Belġjani argumentaw li d-deċiżjoni ta’ AGVO li tagħti lil EVO d-dritt li tuża mingħajr ħlas il-binjiet tista’ titqies li taqbel ma’ standards normali tas-suq bħalma investitur privat normali f’kundizzjonijiet simili kien jagħmel.

(210)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dikjarazzjoni bħal din. Din id-dikjarazzjoni diġà hija kontradetta mill-fatt li l-awtoritajiet Belġjani kienu indikaw li l-imsieħeb strateġiku għall-ġejjieni kien ikollu jilħaq ftehim ta’ kiri għall-użu tal-binjiet tal-irkant tal-ħut u kellu jħallas il-kera. Barra dan, wieħed ukoll ma jistax jargumenta li AGVO, bħala l-proprjetarja sħiħa ta’ EVO (47), stenniet li l-profitti ta’ EVO kellhom ikunu sustanzjali biex il-qligħ kapitali li EVO kellha tagħmel kienu b’hekk jiġġustifikaw li AGVO ma titlobx ħlas ta’ kera. Wara kollox, l-irkant kien qed jagħmel medja ta’ telf kbir kull sena.

(211)

L-awtoritajiet Belġjani ssottomettew li n-nuqqas ta’ kera kien ikkumpensat mill-fatt li EVO kellha tħallas l-ispejjeż għar-restawr u t-tiswija tal-irkant tal-ħut li normalment kien iħallas is-sid. Skont l-awtoritajiet Belġjani EVO ħallset EUR 182 377,31 mill-2002 ‘l hawn għal xogħlijiet ta’ restawr u infrastruttura fl-irkant tal-ħut.

(212)

Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-awtoritajiet Belġjani ma ppreżentaw ebda dokument li jikkonferma li EVO kienet obbligata tħallas l-ispejjeż kollha tar-restawr tal-binjiet tal-irkant tal-ħut, u lanqas ma ppreżentaw xi dokument li jikkonferma li EVO fil-fatt ħallset EUR 182 377,31 għal xogħlijiet ta’ restawr.

(213)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-awtoritajiet Belġjani ma wrewx li kien ikun daqshekk mhux tas-soltu li kerrej iħallas spejjeż ta’ restawr jew li meta dan ikun il-każ, huwa ma kienx ikollu kera xi jħallas. Lanqas ma indikaw x’xorta ta’ xogħlijiet saru, u, għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tiddetermina jekk ix-xogħlijiet inkwistjoni kinux mhux tas-soltu għal kerrej. Barra dan, jidher mid-dokument mibgħut li AGVO wkoll għamlet xogħlijiet ta’ restawr relatati mal-irkant tal-ħut bejn l-2004 u l-2007 għal ammont ta’ EUR 36 497,40. Dan ma jidhirx li huwa konsistenti mad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Belġjani li skontha EVO kellha tħallas l-ispejjeż kollha ta’ manutenzjoni u restawr.

(214)

Barra dan, l-awtoritajiet Belġjani ma taw ebda xhieda li turi li EUR 182 377,31, li EVO allegatament ħallset għal xogħlijiet ta’ restawr, kienu jaqblu mal-kera li kellha titħallas għal aktar minn ħames snin għall-użu ta’ 13 600 m2 ta’ binjiet b’kundizzjonijiet normali tas-suq.

(215)

Barra dan, ukoll jekk l-ispejjeż tar-restawr setgħu jitqiesu bħala partikolarment importanti u xorta ta’ rimunerazzjoni għall-użu tal-binjiet, ħaġa li ma ntweritx mill-awtoritajiet Belġjani, il-pjan ta’ ħidma tal-21 ta’ Novembru 2001 semma b’mod ċar li minħabba li l-irkant tal-ħut kien modernizzat reċentement, ma kinux mistennija investimenti importanti għall-10 snin li kien imiss. Għaldaqstant, meta AGVO ddeċidiet fl-2002 li tqiegħed mingħajr ħlas il-binjiet għad-dispożizzjoni ta’ EVO, mingħajr ma kien bir-raġun mistenni li l-ispejjeż, li kienu jirriżultaw mill-allegat obbligu ta’ EVO li tiffinanzja l-manutenzjoni tagħhom, kellhom ikunu mill-anqas daqs il-kera li operatur kien ikun lest iħallas għalihom, AGVO kienet qed tagħti vantaġġ lil EVO. Billi l-kwistjoni jekk AGVO aġixxietx bħal investitur privat normali għandha tkun eżaminata fid-dawl tal-elementi disponibbli fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni (48), il-konklużjoni għandha tkun li fl-2002 EVO rċeviet għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE billi ngħatat l-użu mingħajr ħlas ta’ 13 600 m2 ta’ binjiet.

10.1.2.2.3.   Il-kapital inizjali u ż-żidiet kapitali ta’ wara

(216)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kapital inizjali ta’ madwar EUR 370 000 lil EVO, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha fil-punt 10.1.2.1.1. ta’ din id-Deċiżjoni. Tabilħaqq, l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-kapital inizjali f’EVO kien iffinanzjat mill-kapital inizjali f’AGVO. Minħabba li l-Kummissjoni diġà osservat li investitur privat ma kienx jagħżel li jirristruttura l-irkant tal-ħut u jinvesti BEF 250 miljun fih, huwa a fortiori ma kienx jagħżel li jagħmel hekk u jistabbilixxi sussidjarja ta’ 100 % b’parti mill-kapital il-ġdid.

(217)

F’dak li għandu x’jaqsam maż-żidiet kapitali bħala maħfra ta’ dejn minn AGVO, il-Kummissjoni wkoll tista’ tirreferi għall-analiżi tagħha fil-punt 10.1.2.1.1) ta’ din id-Deċiżjoni. Tabilħaqq l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li ż-żidiet kapitali kienu wkoll iffinanzjati (parzjalment (49)) mill-kapital inizjali ta’ AGVO.

(218)

Barra dan, hemm raġunijiet oħra għaliex għandu jitqies li AGVO ma aġixxietx bħalma kien jaġixxi investitur privat fl-istess sitwazzjoni.

(219)

Investimenti pubbliċi jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat fejn ikun evidenti li l-qagħda finanzjarja tal-kumpanija kkonċernata, u b’mod partikolari l-istruttura u l-volum tad-djun tagħha, tkun tali li ma jkunx mistenni qligħ normali (f’dividendi u qligħ kapitali) fi żmien raġonevoli mill-investiment kapitali.

(220)

Il-Kummissjoni tosserva li l-ewwel żieda fil-kapital b’maħfra ta’ dejn kienet fil-31 ta’ Diċembru 2004 wara li EVO kienet ilha teżisti kważi sena u nofs. Iż-żieda fil-kapital evidentement tnisslet bħala miżura biex ikun paċut it-telf kbir ta’ EVO. L-istess jista’ jingħad għaż-żieda fil-kapital fl-2005 u fl-2007. Il-miżuri ovvjament ma tteħdux bil-ħsieb li jinkiseb xi qligħ fuq il-kapital f’perspettiva għal żmien qasir jew fit-tul, iżda biss biex ipaċu telf fl-imgħoddi. Investitur privat qatt ma kien jiddeċiedi jagħti ż-żidiet fil-kapital, speċjalment mhux l-aħħar żewġ żidiet. EVO ma kinitx f’qagħda finanzjarja u ekonomika tajba u kien ċar li s-sitwazzjoni ma kinitx qed tevolvi kif kien tħabbar fil-pjan ta’ ħidma fejn it-telf suppost li kellu jonqos b’mod regolari, flok jikber b’mod mgħaġġel. Tabilħaqq, diġà fl-aħħar tal-2003, aktar minn nofs il-kapital reġistrat ta’ EVO kien għeb, sitwazzjoni li ma nbidlitx fis-snin ta’ wara minkejja ż-żidiet waħda wara l-oħra fil-kapital. Mingħajr ebda perspettiva ta’ qligħ għall-ġejjieni fuq il-kapital, investitur privat ma kienx jagħżel li jżid il-kapital tal-kumpanija biex ipaċi t-telf (50). Minflok kien iqis bis-serjetà l-għażliet l-oħra li kellu (jagħlaq, ibiegħ, eċċ.) u kien għall-anqas jesiġi xi garanziji jew miżuri ta’ ristrutturar. Anki l-għamla partikolari taż-żieda fil-kapital (maħfra tad-dejn) tikkonferma li dawk iż-żidiet fil-kapital ma jistgħux jitqiesu bħala parti mir-ristrutturar ippjanat fl-2001.

(221)

Barra dan, għandu jkun innotat li EVO għandha titqies bħala kumpanija f’diffikultajiet finanzjarji (51). Skont prattika stabbilita, żieda fil-kapital mogħtija lil kumpaniji f’diffikultà titqies bħala għajnuna mill-Istat (52).

(222)

Għaldaqstant, iż-żidiet waħda wara l-oħra fil-kapital li ngħataw lil EVO tawha vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

10.1.2.3.    Vantaġġ għal PAKHUIZEN

(223)

Dwar il-kuntratt ta’ kiri fit-tul għall-użu ta’ bini lil PAKHUIZEN (53), wara li titqies l-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li dan jagħti vantaġġ. L-ewwel, il-ħlas ta’ EUR 25 biss fis-sena ma jistax jitqies pagament normali għal kirja fit-tul ta’ 45 sena relatata ma’ 14 754 m2 ta’ binjiet, ukoll jekk f’kundizzjonijiet ħżiena u fil-bżonn tar-restawr. Il-fatt li PAKHUIZEN jeħtiġilha tirristawra l-binjiet ma jbiddilx dan. Tabilħaqq, skont id-dritt Belġjan (54), sid il-bini ma għandux l-obbligu li jsewwih. B’kuntrast, il-kerrej għandu l-obbligu li jżomm il-bini f’kundizzjoni tajba u li jagħmel kwalunkwe xogħlijiet ordinarji ta’ tiswija. L-awtoritajiet Belġjani ma wrewx li x-xogħlijiet ta’ restawr li PAKHUIZEN kienet obbligata tagħmel skont il-kuntratt ta’ kiri fit-tul kienu jmorru lil hinn minn “xogħlijiet ordinarji ta’ tiswija”. Barra dan, l-awtoritajiet Belġjani ma ġabux xhieda li l-ispiża li toħroġ minn dak l-obbligu kienet ugwali għal ħlas tal-kera li seta’ jinkiseb mill-binjiet skont kundizzjonijiet normali tas-suq.

(224)

Barra dan, l-awtoritajiet Belġjani ammettew li PAKHUIZEN ma ħarsitx l-obbligi tagħha ta’ restawr u ma rrispettatx id-destinazzjoni tal-binjiet. Il-Belt ovvjament ma ħadet l-ebda azzjoni kontra PAKHUIZEN biex teżegwixxi l-ftehim, għalkemm kienet intitolata tagħmel dan. Għalhekk, ukoll jekk meta jitqiesu l-ispejjeż tar-restawr, il-kera ta’ EUR 25 fis-sena setgħet titqies li kienet taqbel mal-prezz tas-suq – li mhuwiex il-każ – PAKHUIZEN kienet wara kollox xorta tkun irċeviet vantaġġ mill-mument li deher biċ-ċar li l-Belt ma kinetx infurzat il-kuntratt.

(225)

Barra dan, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kirja tal-binjiet lil PAKHUIZEN, suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ manutenzjoni u restawr tal-binjiet, ta’ min jinnota li, skont il-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq, u meta jitqiesu wkoll il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-elementi ta’ għajnuna mill-Istat fil-bejgħ ta’ artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi, l-awtorità pubblika tista’ titqies li taġixxi bħala operatur f’ekonomija tas-suq jekk toffri l-kuntratti tagħha bl-ogħla prezz possibbli, f’offerta miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, lill-ogħla offerent jew wara stima tal-valur fis-suq imwettqa minn espert indipendenti. Jidher, iżda, li dan ma kienx il-każ.

(226)

Fl-aħħar nett, il-fatt li wara 27 sena sid il-binjiet (oriġinarjament il-Belt, imbagħad AGVO) ikun intitolat għal nofs il-profitt kull sena ta’ PAKHUIZEN ma jibdilx l-analiżi ta’ hawn fuq. Vantaġġ bħal dan huwa wisq ‘il bogħod u inċert biex ikollu xi valur nett ġenwin illum għal sid il-binjiet. Barra dan, ukoll jekk kellu valur bħal dan, l-awtoritajiet Belġjani ma wrewx li dan il-valur – anki jekk jittieħed flimkien mal-EUR 25 fis-sena u mal-ispejjeż (mhux ordinarji) tar-restawr – huwa tant għoli li jammonta għal kera skont il-prezz tas-suq għall-użu tal-beni immobbli minn PAKHUIZEN.

(227)

Bħala konsegwenza, PAKHUIZEN tibbenefika minn vantaġġ kull sena għall-ispejjeż tat-tħaddim tagħha li jikkostitwixxi vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(228)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-perjodu ta’ wara s-26 ta’ Marzu 2004, id-data li fiha AGVO saret is-sid tal-binjiet inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-kuntratt ta’ kiri kompla japplika bl-istess kundizzjonijiet bħal qabel, u li l-vantaġġ għal PAKHUIZEN, għalhekk, kompla jeżisti.

10.1.2.4.    Vantaġġ għall-impriżi tas-sajd li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ EVO u ta’ PAKHUIZEN

(229)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura tal-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni osservat li EVO u possibbilment anki PAKHUIZEN kienu qed joffru lill-impriżi tas-sajd li jużaw l-irkant is-servizzi tagħhom b’rata anqas minn dik li operatur privat normali kien joffri.

(230)

Jidher li EVO tħallas lura parti mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha ta’ trasport bil-kontejners ta’ ħut li jkollu jkun irkantat f’Ostende minn diversi destinazzjonijiet fl-Ewropa. Barra dan, EVO tagħti self aktarx b’rati anqas minn dawk tas-suq bil-kundizzjoni li l-impriża li tissellef tbiegħ il-qbid tagħha fl-irkant ta’ Ostende.

(231)

Il-kummenti mibgħuta mill-partijiet terzi jissuġġerixxu li EVO adottat prattiki oħra li jfixklu l-kompetizzjoni normali tas-suq, iżda l-Kummissjoni ma rċevitx elementi li jikkonfermawhom. L-awtoritajiet Belġjani kkontestaw li EVO kienet qed toffri servizzi b’kundizzjonijiet anqas minn dawk tas-suq.

(232)

Għalkemm il-Kummissjoni ftit li xejn irċeviet xhieda dwar il-kundizzjonijiet kummerċjali li bihom EVO kienet qed toffri s-servizzi tagħha, ma jistax ikun eskluż li impriżi li jużaw l-irkant tal-ħut ta’ Ostende għandhom vantaġġ skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Madankollu, f’dan il-mument, il-Kummissjoni tara ċerta qawwa fl-argument tal-awtoritajiet Belġjani li l-fatt li bis-saħħa tal-għajnuna mill-Istat, EVO setgħet toffri s-servizzi tagħha b’kundizzjonijiet aħjar milli kienet toffri mingħajr l-għajnuna ma jfissirx neċessarjament li għajnuna mill-Istat għaddiet favur is-sidien tal-bastimenti u l-impriżi tas-sajd.

(233)

Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li mhux possibbli tikkonkludi b’ċertezza li ngħadda vantaġġ lis-sidien tal-bastimenti. Barra minn hekk, aktarx li minħabba li l-Kummissjoni f’din id-Deċiżjoni qed tordna lil AGVO, lil EVO u lil PAKHUIZEN biex iwaqqfu u jirkupraw l-għajnuna, kull vantaġġ bħal dan mhux se jkompli jingħata jew għall-anqas se jonqos ħafna. Fl-aħħar nett, f’kull każ, il-benefiċjarju ewlieni tal-għajnuna jkun l-irkant ristrutturat tal-ħut li uża l-għajnuna biex iżomm lilu nnifsu fis-suq u biex iżid is-sehem tiegħu fis-suq billi offra servizzi b’telf u b’hekk fixkel il-funzjonament normali tas-suq.

10.1.3.   RIŻORSI TAL-ISTAT U IMPUTABBILTÀ TIEGĦU

(234)

Il-Kummissjoni tinnota li l-attivitajiet li hemm bħalissa huma azzjonijiet tal-Belt stess, kif ukoll azzjonijiet iffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u imputabbli lill-Belt.

10.1.3.1.    Għajnuna mogħtija minn amministrazzjonijiet pubbliċi

(235)

L-ewwel nett, il-Belt tat għajnuna lil AGVO billi pprovdietha b’kapital inizjali ffinanzjat mill-baġit tal-Belt, billi tatha garanziji ħielsa għal self minn banek privati, billi ttrasferitilha l-proprjetà tal-binjiet u billi tatha s-setgħa tiffissa u tiġbor taxxi komunitarji. Tat ukoll għajnuna lil PAKHUIZEN permezz tal-kuntratt ta’ kiri fit-tul għall-użu ta’ bini tagħha, u lil EVO billi tatha garanziji ħielsa għal self minn banek privati.

(236)

Dawn il-miżuri huma, għalhekk, iffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u imputabbli lill-Istat.

10.1.3.2.    Azzjonijiet imputabbli lill-awtorità pubblika

(237)

It-tieni nett, fir-rigward tal-vantaġġi mogħtijin minn AGVO lil EVO u minn AGVO lil PAKHUIZEN, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni rispettivi, AGVO hija l-unika azzjonista ta’ EVO (minbarra s-Sur Miroir, li għandu sehem wieħed mill-15 000 sehem u huwa fil-fatt Membru tal-Kunsill tal-Belt) u ta’ PAKHUIZEN, u li tinnomina l-membri kollha tal-Bord tad-Diretturi ta’ dawk l-impriżi. Il-Belt hija l-unika azzjonista ta’ AGVO u l-Kunsill tal-Belt jinnomina l-membri kollha tal-Bord ta’ AGVO. Għaldaqstant, il-Belt hija f’qagħda fejn tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq AGVO.

(238)

Barra dan, skont l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha, AGVO hija fdata bl-immaniġġjar, l-iżvilupp u l-isfruttament tal-irkant tal-ħut u tal-baċir tal-ħut ta’ Ostende u tal-annessi tiegħu, kif ukoll bl-iżvilupp tal-attivitajiet kollha li huma, direttament jew indirettament, relatati hemmhekk. Fi kliem ieħor, AGVO hija mġiegħla mill-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħha li tinvolvi lilha nfisha fl-immaniġġjar tal-irkant tal-ħut.

(239)

F’dak li għandu x’jaqsam b’mod speċifiku mal-kiri fit-tul ta’ bini lil PAKHUIZEN, dan il-kiri ngħata direttament mill-Belt.

(240)

Għalhekk, fid-dawl tal-kawża ta’ Stardust  (55) u minħabba l-assistenza pubblika mogħtija lil dawk l-impriżi kif imsemmi hawn fuq, AGVO għandha titqies bħala korp kontrollat mill-Istat u d-deċiżjonijiet tagħha dwar injezzjonijiet kapitali lil EVO, garanziji ħielsa għal self lil EVO u d-dritt mogħti lil EVO li tuża mingħajr ħlas bini, għandhom jitqiesu bħala deċiżjonijiet iffinanzjati b’riżorsi mill-Istat u imputabbli lill-awtorità pubblika.

(241)

L-awtoritajiet Belġjani ma kkontestawx dawk is-sejbiet. Għall-kuntrarju huma kkonfermaw li l-Belt kienet tikkontrolla lil EVO u lil PAKHUIZEN permezz (56) ta’ AGVO.

10.1.4.   TAGĦWIĠ TAL-KOMPETIZZJONI U EFFETTI FUQ IL-KUMMERĊ

(242)

L-attivitajiet tal-Belt huma ta’ ġid għal AGVO, EVO u PAKHUIZEN. AGVO, EVO u PAKHUIZEN jiffurmaw grupp ta’ kumpaniji li joperaw f’suq komuni, billi jirkantaw ħut u jipprovdu servizzi relatati lis-settur tas-sajd.

(243)

Is-suq tal-irkantijiet tal-ħut huwa suq kompetittiv ħafna li fih l-irkantijiet ta’ Stati Membri ġirien jikkompetu direttament ma’ xulxin biex jattiraw sajjieda minn diversi Stati Membri. Għaldaqstant, kull benefiċċju mogħti lil irkant wieħed f’dan is-suq jgħawweġ jew jhedded li jgħawweġ il-kompetizzjoni bejn l-irkantijiet u b’hekk jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(244)

Dan huwa kkonfermat mill-kummenti li waslu minn partijiet terzi. Tabilħaqq anki rkantijiet mir-Renju Unit, l-Olanda u rkantijiet oħra tal-ħut Ewropej jew assoċjazzjonijiet ta’ rkantijiet tal-ħut urew l-interess tagħhom fil-proċedura u wrew l-impatt li ħassew li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat kellhom fuq in-negozju tagħhom.

(245)

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Belġjani indikaw li mhux biss l-irkant Belġjan iżda wkoll irkantijiet oħra tal-ħut minn Stati Membri oħra kienu wrew l-interess tagħhom fix-xiri tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende.

(246)

F’dak li għandu x’jaqsam mas-swieq tas-servizzi tal-kiri, għajnuna lil impriżi attivi f’dawk is-setturi tista’ tgħawweġ il-kompetizzjoni ma’ impriżi li jipprovdu servizzi ta’ kiri f’portijiet oħra tas-sajd, inkluż fi Stati Membri oħra, u ma’ impriżi li joffru bini b’kera qrib il-port tas-sajd ta’ Ostende (li jista’ tassew jinkludi impriżi minn Stati Membri oħra). Barra dan, il-miżuri ta’ għajnuna setgħu għenu biex iżommu jew isaħħu l-qagħda tas-suq ta’ AGVO u PAKHUIZEN, li l-attività tagħhom kienet jew setgħet tittieħed minn impriża oħra, mingħajr l-għajnuna. Ta’ min jiftakar li skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt biss li l-qagħda kompetittiva ta’ impriża tissaħħaħ, imqabbla ma’ impriżi oħra f’kompetizzjoni, billi tingħata benefiċċju ekonomiku li ma kinitx tirċievi mod ieħor fil-kors normali tan-negozju tagħha, jindika li jista’ jkun hemm tagħwiġ tal-kompetizzjoni (57).

(247)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet ta’ mmaniġġjar tal-portijiet tas-sajd, il-Kummissjoni tqis li għajnuna lil impriżi bħal dawn tista’ tgħawweġ il-kompetizzjoni ma’ impriżi li jmexxu portijiet oħra tas-sajd f’kompetizzjoni mal-port tas-sajd ta’ Ostende. Ukoll illi l-miżuri ta’ għajnuna setgħu għenu biex tinżamm jew tissaħħaħ il-qagħda tas-suq ta’ impriża li l-attività tagħha kienet jew setgħet tittieħed minn impriża oħra, mingħajr l-għajnuna (58).

(248)

Il-Kummissjoni tixtieq iżżid li għalkemm AGVO u PAKHUIZEN mhumiex attivi direttament fis-suq tal-irkant tal-ħut, huma jipprovdu servizzi li huma awżiljarji għal dik l-attività u li jħallu impatt fuq kemm l-irkant tal-ħut jista’ jiġbed il-klijenti. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li AGVO hija attiva indirettament fis-suq tal-irkant tal-ħut permezz tas-sussidjarja tagħha EVO. Għalhekk, l-għajnuna mogħtija lil AGVO u lil PAKHUIZEN tista’ mhux biss tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-suq speċifiku fejn huma attivi (is-suq tal-kiri u s-suq tal-portijiet tas-sajd), iżda wkoll fis-suq tal-irkantijiet tal-ħut.

10.1.5.   KONKLUŻJONI

(249)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitqiesu li jħarsu l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, għalhekk, li huma għajnuna mill-Istat:

(a)

il-vantaġġi mogħtija lil AGVO bid-deċiżjonijiet li ġejjin tal-Belt:

id-deċiżjoni li AGVO tingħata kapital ta’ avvjament ta’ BEF 250 miljun (jiġifieri EUR 6 179 338);

id-deċiżjoni li AGVO tingħata d-dritt esklussiv li tuża l-artijiet u l-binjiet li qegħdin fil-port tas-sajd;

id-deċiżjoni li jingħata bini lil AGVO;

id-deċiżjoni li jingħataw garanziji ħielsa għal self lil AGVO; u

id-deċiżjoni li AGVO tingħata d-dritt li tiġbor u tuża t-taxxi komunitarji;

(b)

il-vantaġġi mogħtija lil EVO bid-deċiżjoni:

li l-Belt tagħti garanziji ħielsa għal self lil EVO;

li AGVO ma titlobx ħlas ta’ kera lil EVO għall-użu tal-bini tagħha; u

li AGVO tagħti kapital inizjali u żidiet kapitali li jammontaw għal EUR 3 969 000 lil EVO;

(c)

il-vantaġġi mogħtija lil PAKHUIZEN mill-Belt u/jew sussegwentement minn AGVO, bil-kuntratt ta’ kiri fit-tul għall-użu tal-binjiet tagħhom.

10.2.   KOMPATIBBILTÀ

(250)

Għajnuna mill-Istat tista’ tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq intern jekk tkun konformi ma’ waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmija fit-TFUE. L-impriżi kkonċernati huma impriżi attivi b’mod predominanti fis-settur tas-sajd. Huma wkoll attivi fis-suq għal servizzi ta’ kiri. Il-Kummissjoni tqis li AGVO, bħala maniġer tal-port tas-sajd, u EVO, bħala operatur tal-irkant tal-ħut, huma impriżi li parti sinifikanti tal-attivitajiet tagħhom għandha titqies li hija fl-ambitu tas-settur tas-sajd. Fir-rigward ta’ PAKHUIZEN aktarx li huwa anqas evidenti li din l-impriża tista’ titqies attiva fis-settur tas-sajd.

(251)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna mill-Istat lis-settur tas-sajd, miżuri ta’ għajnuna mill-Istat ma jistgħux jitqiesu li jkunu kompatibbli mas-suq intern sakemm ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet tal-Linji gwida dwar is-sajd. Skont il-punt 5.3 tal-Linji gwida dwar is-Sajd li huma fis-seħħ bħalissa, “għajnuna kontra l-liġi” skont it-tifsira tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 se tkun ivvalutata skont il-linji gwida applikabbli fiż-żmien meta l-att amministrattiv li jistabbilixxi l-għajnuna jkun daħal fis-seħħ. Għaldaqstant, l-għajnuna trid tkun eżaminata abbażi tal-Linji gwida dwar is-Sajd tal-2001, tal-2004 u tal-2008.

(252)

Minħabba li PAKHUIZEN ma tistax titqies li hija impriża tas-sajd, il-Kummissjoni tinnota li l-valutazzjoni tal-għajnuna għandha tkun imsejsa fuq il-linji ġenerali applikabbli għas-setturi kollha u fuq l-objettivi tal-għajnuna.

(253)

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Belġjani ma kkontestawx l-analiżi tal-Kummissjoni safejn kellha x’taqsam il-kompatibbiltà.

10.2.1.   GĦAJNUNA MOGĦTIJA LIL AGVO

(254)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Belt lil AGVO, jeħtieġ li l-valutazzjoni tiddistingwi bejn id-diversi azzjonijiet u d-dati li fihom seħħew.

10.2.1.1.    Kapital inizjali

(255)

L-awtoritajiet Belġjani ssottomettew li l-kapital inizjali għandu jitqies fil-qafas tar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende.

(256)

Skont il-punt 2.2.4 tal-Linji gwida dwar is-Sajd tal-2001, applikabbli fiż-żmien tar-ristrutturar, l-għajnuna għar-ristruttur ta’ ditti f’diffikultà għandha tkun ivvalutata skont il-Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat biex ikunu salvati u rristrutturati d-ditti f’diffikultà li kienu applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, jiġifieri, f’dan il-każ, il-Linji gwida S & R tal-1999, inkluż meta din l-għajnuna jkollha x’taqsam ma’ impriżi attivi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (59).

(257)

Skont il-punt 2.1 tal-Linji gwida S & R tal-1999, ditta titqies li tkun f’diffikultà meta ma tkunx tista’, permezz jew tar-riżorsi tagħha stess jew bil-fondi li tkun tista’ tikseb mis-sid/azzjonisti jew kredituri tagħha, li żżomm telf li, mingħajr intervent minn barra tal-awtoritajiet pubbliċi, jikkundannaha kważi fiċ-ċert li tagħlaq fi żmien qasir jew wara ftit taż-żmien. Is-sinjali tas-soltu ta’ ditta li tkun f’diffikultà huma aktar telf, anqas fatturat, inventarji akbar ta’ stokkijiet, kapaċità eċċessiva, tnaqqis fil-fluss tal-likwidità, djun li qed jikbru, ħlasijiet aktar fuq imgħaxijiet u valur nett tal-assi nieżel jew xejn.

(258)

Fil-fehma tal-Kummissjoni, m’hemmx dubju li l-irkant tal-ħut ta’ Ostende kellu s-sinjali kollha ta’ “ditta f’diffikultà” fl-2001. Tabilħaqq, kif spjegat fil-paragrafu (17), mill-1991 sal-2001, sehmu f’kemm jasal ħut f’portijiet Belġjani kien naqas minn madwar 37 % għal 20 %. Mill-1997 sal-2001 il-fatturat tiegħu niżel minn EUR 20 550 000 għal EUR 13 440 000 u, tul ħafna snin, il-Belt kienet qed tirreġistra telf medju kull sena ta’ EUR 1 850 000. Għaldaqstant, fl-2001 il-Belt kellha tiddeċiedi jekk tagħlaqx l-irkant jew tirristrutturah. Il-Kummissjoni, għalhekk, tqis li l-irkant tal-ħut ta’ Ostende jikkwalifika bħala “ditta f’diffikultà” skont it-tifsira tal-Linji gwida S & R tal-1999. L-awtoritajiet Belġjani ma oġġezzjonawx għal din il-konklużjoni.

(259)

Għalkemm AGVO hija entità ġuridika stabbilita ġdida, il-Kummissjoni tinnota li l-kostituzzjoni tal-kapital inizjali ta’ AGVO kienet parti mill-pjan ta’ ristrutturar tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende. Minħabba li dan tal-aħħar kien kumpanija f’diffikultajiet u AGVO kienet inħolqot biss għall-finijiet tar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende, u billi AGVO kienet ħadet mhux biss l-assi tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende iżda wkoll il-piżijiet finanzjarji ta’ diversi selfiet bankarji, AGVO tista’ titqies bħala kumpanija f’diffikultà fiż-żmien meta ngħata l-kapital inizjali. Għalhekk jista’ titqies li l-kapital inizjali jikkostitwixxi għajnuna għar-ristrutturar (60) skont it-tifsira tal-Linji gwida S & R tal-1999.

(260)

Għalkemm AGVO hija eliġibbli għall-għajnuna skont il-punt 30 tal-Linji gwida S & R tal-1999, l-għajnuna għar-ristrutturar tal-irkant mogħtija billi ġiet stabbilita AGVO u ngħatat kapital ta’ avvjament ta’ BEF 250 miljun (EUR 6 179 338) ma tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà mas-suq intern stabbiliti fil-paragrafu 32 tal-Linji gwida S & R tal-1999.

(261)

B’mod partikolari, skont il-punt 32 ta’ dawk il-Linji gwida, “il-pjan ta’ ristrutturar, li kellu jdum mill-anqas possibbli, kellu jġib lura l-vijabbiltà fit-tul tad-ditta f’temp ta’ żmien raġonevoli u abbażi ta’ assunzjonijiet realistiċi fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ta’ tħaddim għall-ġejjieni”. Il-Kummissjoni ma tqisx li l-pjan ta’ ristrutturar imsemmi fil-paragrafu (19) jissodisfa dawk il-kundizzjonijiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ma fihx miżuri interni speċifiċi biex jitjieb it-tħaddim tal-irkant u biex ikunu abbandunati attivitajiet li jagħmlu t-telf.

(262)

Barra dan u kuntrarjament għal dak li huwa meħtieġ skont il-punt 32 tal-Linji gwida S & R tal-1999, ir-ristrutturar ma jidhirx li kien imsejjes fuq stħarriġ tas-suq li jagħti informazzjoni dwar prospetti futuri għal provvista u domanda, analiżi tas-suq konċernat u l-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Anness I tal-Linji gwida S & R tal-1999.

(263)

Il-pjan ta’ ristrutturar lanqas ma fih l-elementi msemmijin fil-punt 33 tal-Linji gwida S & R tal-1999, jiġifieri ċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet tal-kumpanija, biex b’hekk jipprovdu l-bażi biex ikun ivvalutat jekk il-miżuri proposti kinux xierqa; il-qagħda ta’ prospetti preżenti u futuri għal provvista u domanda fis-suq rilevanti ta’ prodotti, b’xenarji li jirriflettu l-aħjar każ u l-agħar każ, u assunzjonijiet intermedji u s-saħħa u d-dgħufijiet speċifiċi tad-ditta.

(264)

Barra dan, il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni disponibbli ma għandhiex xhieda li turi li l-għajnuna kienet limitata għall-massimu strett meħtieġ kif mitlub mill-punt 40 tal-Linji gwida S & R tal-1999, jew li l-benefiċjarju kien jeħtieġlu jagħmel xi kontribuzzjonijiet minn riżorsi tiegħu stess. F’dan ir-rigward, huwa wkoll rilevanti li jkun innotat li, skont il-punt 41 tal-Linji gwida S & R tal-1999, l-għajnuna kellha tintuża biss biex treġġa’ għal li kienet il-vijabbiltà tad-ditta u min jirċevieha ma kellux ikun jista’, permezz tagħha, matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, jespandi l-kapaċità tal-produzzjoni. Madankollu, kif kien innotat hawn fuq, il-pjan finanzjarju abbozzat fl-2001 jissuġġerixxi li l-irkant tal-ħut seta’ rkupra wara tmien snin mingħajr ma kien ikun jeħtieġlu s-somma kollha ta’ BEF 250 miljun. Il-pjan ta’ ħidma jipprevedi wkoll żieda ta’ 10 % fil-fatturat għall-ewwel ħames snin li matulhom l-irkant ristrutturat tal-ħut kellu jopera fis-suq, li seta’ jimplika li l-irkant tal-ħut kien maħsub jespandi. Il-pjan ta’ rkupru b’hekk jidher li ma kienx imfassal biex jiżgura li l-għajnuna tintuża biss biex il-vijabbiltà tad-ditta titreġġa’ għal li kienet, u jidher li l-pjan qiegħed l-irkant tal-ħut ukoll f’pożizzjoni li juża l-likwiditajiet addizzjonali biex jespandi l-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu, l-attivitajiet tiegħu u/jew biex jaġixxi b’mod aggressiv fis-suq. Mill-informazzjoni li waslet, jidher li l-għajnuna kienet tabilħaqq użata biex ikunu estiżi l-attivitajiet tal-irkant (61) u għal attivitajiet aggressivi li jfixklu s-suq (62).

(265)

Il-Kummissjoni tosserva aktar minn hekk li l-pjan ta’ ristrutturar ma jinkludix xi miżuri li jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan u l-osservanza tal-kundizzjonijiet kollha tiegħu.

(266)

Barra dan, il-Belġju lanqas ma wera li kienu ttieħdu miżuri ta’ kumpens skont il-punti 35-39 tal-Linji gwida S & R tal-1999 jew, alternattivament, li kundizzjonijiet speċifiċi (alternattivi) għall-agrikoltura (inkluż is-sajd) stabbiliti fil-punti 73-82 tal-Linji gwida S & R tal-1999 kienu tħarsu (63). Tabilħaqq il-Belt ma tidhirx li ħadet xi miżuri biex tnaqqas kemm jista’ jkun kull effett avvers tal-għajnuna fuq il-kompetituri, kuntrarjament għal dak li jeħtieġ skont il-punt 35 tal-Linji gwida S & R tal-1999. Iżda, wara li titqies il-qagħda speċifika tal-irkantijiet tal-ħut, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista limitata minħabba l-miżuri restrittivi ta’ konservazzjoni adottati kull sena fil-livell tal-Unjoni, wisq probabbli li l-għajnuna tolqot b’mod avvers irkantijiet f’kompetizzjoni, u l-Belt messha qagħdet aktar attenta għal dak il-punt.

(267)

Għaldaqstant, l-għajnuna mogħtija lil AGVO għar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut mhix kompatibbli mal-kundizzjonijiet tal-Linji gwida S & R tal-1999 u lanqas mal-Linji gwida dwar is-Sajd tal-2001 li jirreferu għal-linji gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar.

(268)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni dwar jekk l-għoti ta’ kapital jistax jitqies bħala kumpens għal obbligi ta’ servizz pubbliku, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha fil-punt 10.2.1.4 ta’ din id-Deċiżjoni.

10.2.1.2.    Trasferiment ta’ proprjetà ta’ bini u drittijiet esklussivi għall-użu ta’ art u bini

(269)

Kif stabbilit fil-punt 10.1.2.2.2 ta’ din id-Deċiżjoni, l-għoti tad-dritt esklussiv tal-użu mingħajr ħlas tal-bini mill-14 ta’ Marzu 2002 u sussegwentement it-trasferiment mill-Belt tal-proprjetà ta’ diversi binjiet li jirrappreżentaw superfiċje ta’ 57 500 m2 seħħew mingħajr ma kienu imposti obbligi fuq AGVO ta’ valur simili. Kif kien osservat diġà, la l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni u lanqas l-att ta’ trasferiment ma jidhru li għandhom xi rabta ma’ kundizzjoni jew obbligu speċifiċi mhux komuni li jiġġustifikaw li ma jkunx hemm kera jew rimunerazzjoni.

(270)

Azzjoni bħal din għandha, għalhekk, titqies li hija għajnuna maħsuba biex ittejjeb il-qagħda tal-impriża u żżid il-likwidità tan-negozju tagħha, li għandha l-effett li tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ min jirċeviha.

(271)

Il-Kummissjoni ma sabitx li din l-għajnuna kienet tkun konformi ma’ xi waħda mir-regoli ta’ kompatibbiltà mas-suq intern li hemm fil-Linji gwida dwar is-Sajd tal-2001; u l-awtoritajiet Belġjani lanqas ma bagħtu xi element f’dan ir-rigward.

(272)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni dwar jekk id-drittijiet ta’ użu esklussiv u t-trasferiment ta’ proprjetà, mingħajr ħlas, għandhomx jitqiesu fil-qafas tar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut, il-Kummissjoni diġà stabbiliet fil-paragrafu (260) ta’ din id-Deċiżjoni u f’dawk ta’ warajh li, għalkemm AGVO kienet tkun eliġibbli fiż-żmien tal-għoti tal-miżuri għal għajnuna għar-ristrutturar (jiġifieri kienet tkun tikkwalifika bħala kumpanija f’diffikultà), il-kundizzjonijiet tal-Linji gwida S & R tal-1999 mhumiex imħarsa.

(273)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni dwar jekk id-drittijiet ta’ użu esklussiv u t-trasferiment ta’ proprjetà jistgħux jitqiesu bħala kumpens għal obbligi ta’ servizz pubbliku, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha mogħtija fil-punt 10.2.1.4 ta’ din id-Deċiżjoni.

10.2.1.3.    Garanziji ta’ self

(274)

L-awtoritajiet Belġjani jqisu li għandha ssir distinzjoni bejn garanziji ħielsa għal self li ntuża għal xogħlijiet ta’ restawr u dak li ntuża bħala appoġġ għal EVO.

(275)

Ammettew f’dan ir-rigward li ntuża self ta’ EUR 550 000 bħala appoġġ għal EVO.

(276)

L-awtoritajiet Belġjani argumentaw li garanziji ħielsa għal self li ntuża bħala appoġġ għal EVO għandhom jitqiesu fil-qafas tar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende.

(277)

Il-Kummissjoni tinnota, iżda, li, kif stabbilit fil-paragrafu (260) ta’ din id-Deċiżjoni u f’dawk ta’ warajh, għalkemm AGVO kienet tkun eliġibbli fiż-żmien tal-għoti tal-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar (jiġifieri kienet tikkwalifika bħala kumpanija f’diffikultà), il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà msemmija fil-Linji gwida S & R tal-1999 mhumiex imħarsa.

(278)

Barra dan, il-Kummissjoni tinnota li l-garanziji ħielsa huma miżuri ta’ għajnuna li mhumiex imsemmija fil-pjan ta’ ristrutturar. Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-punt 3.2.3 tal-Linji gwida S & R tal-1999 u l-punt 3.3 tal-Linji gwida S & R tal-2004 (64), għajnuna ta’ ristrutturar għandha tingħata darba biss. Għalhekk, ukoll jekk wieħed jassumi li l-għajnuna oriġinali, jiġifieri permezz ta’ kapital inizjali u l-bqija, kienet konformi mal-Linji gwida S & R applikabbli – quod non – il-garanziji ħielsa mhumiex konformi mal-kundizzjoni “darba waħda, l-aħħar darba”.

(279)

L-awtoritajiet Belġjani jidhru li qed jimplikaw li eventwalment il-Belt għażlet li tagħti garanziji ħielsa għal self minflok li tħallas il-pagamenti rateali annwali l-oħra tal-kapital inizjali. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-pjan ta’ ristrutturar ma kienx rivedut skont il-punt 52 tal-Linji gwida S & R tal-1999 u l-Linji gwida S & R tal-2004. Barra dan, mhux ċar jekk l-ammont ta’ għajnuna żdietx, naqasx jew jekk l-għamla tal-għajnuna kinitx emendata. Tabilħaqq, għalkemm il-pagamenti rateali tal-kapital inizjali ma kinux tħallsu kollha kull sena kif kien previst fil-bidu, jibqa’ l-fatt li AGVO legalment kellha d-dritt tesiġi li l-azzjonisti tagħha jħallsu l-bqija tal-kapital inizjali. Fil-fatt, AGVO eżerċitat dan id-dritt fl-2006 u fl-2007, meta tħallsu aktar pagamenti rateali lil AGVO.

(280)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li l-garanzija ħielsa għas-self ta’ EUR 550 000 mhix kompatibbli mal-kundizzjonijiet tal-Linji gwida S & R tal-1999 u tal-Linji gwida S & R tal-2004 u lanqas mal-Linji gwida dwar is-Sajd tal-2004 li jirreferu għal-linji gwida ta’ salvataġġ u ristrutturar.

(281)

Inkwantu għall-garanziji ħielsa għal self li ntużaw għal xogħlijiet ta’ restawr, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha fil-punt 10.2.1.4 ta’ din id-Deċiżjoni.

10.2.1.4.    Taxxi u kumpens għal servizz pubbliku

(282)

L-awtoritajiet Belġjani argumentaw li parti mill-kapital inizjali, parti mill-binjiet u parti mis-self garantit kienu ntużaw għall-għoti ta’ servizzi ta’ interess ġenerali (ekonomiku), jiġifieri l-immaniġġjar tal-port tas-sajd u l-kiri tal-binjiet lil organizzazzjonijiet pubbliċi u semipubbliċi. Qiesu wkoll li d-dritt li AGVO tiġbor (u tuża) taxxi minn min juża l-port tas-sajd għandu jitqies bħala parti mix-xogħlijiet pubbliċi ta’ AGVO.

(283)

L-awtoritajiet Belġjani ma wrewx li dawn il-miżuri jistgħu jkunu ddikjarati kompatibbli skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Għandu jitfakkar li huwa għall-Istat Membru li jinvoka l-Artikolu 106(2) tat-TFUE biex jiġġustifika deroga mir-regoli fundamentali tat-Trattat u li juri li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni jkunu mħarsin (65). F’kull każ, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-miżuri ta’ għajnuna setgħux sa ċertu punt jitqiesu bħala kumpens għal servizz pubbliku mogħtija skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(284)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fissret, fil-Komunikazzjonijiet tagħha tal-1996 (66) u tal-2001 (67) dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali fl-Ewropa, kif ukoll fil-Qafas Komunitarju tal-2005 għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (68), il-kundizzjonijiet li bihom għajnuna mill-Istat tista’ titqies li hija kompatibbli skont l-Artikolu 106(2).

(285)

Waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija li l-impriża li tibbenefika mill-għajnuna għandha tkun fdata b’mod speċifiku mill-Istat Membru bit-tħaddim ta’ servizz partikolari ta’ interess ekonomiku ġenerali. Att bħal dan jew atti bħal dawn ta’ fiduċja għandhom jispeċifikaw, mill-anqas, in-natura preċiża, l-ambitu u d-dewmien tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti u l-identità tal-impriżi kkonċernati.

(286)

Il-Kummissjoni setgħet taqbel li permezz tal-Att ta’ Assoċjazzjoni tagħha AGVO kienet fdata bl-immaniġġjar tal-port tas-sajd u li din il-fiduċja timplika ċerti obbligi speċifiċi.

(287)

Iżda, inkwantu għal dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet ta’ kiri ta’ AGVO, il-Kummissjoni tosserva li l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq AGVO mhumiex iddefiniti b’mod ċar. B’mod partikolari hija ma setgħet issib ebda dispożizzjoni li timponi obbligi speċifiċi fuq AGVO f’dan ir-rigward u l-awtoritajiet Belġjani ma bagħtux aktar informazzjoni dwar din il-kwistjoni. L-awtoritajiet Belġjani jidher li jqisu li l-fatt li l-organizzazzjonijiet li jieħdu b’kera l-binjiet huma organizzazzjonijiet pubbliċi u semipubbliċi jimplika neċessarjament li l-impriżi li jikrulhom il-binjiet qed jaqdu huma nfushom servizz pubbliku. Madankollu, il-Kummissjoni, ma tistax taqbel ma’ pożizzjoni bħal din, minħabba li dan il-fatt fih innifsu ma jimplikax xi fiduċja jew impożizzjoni ta’ obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku li jkunu differenti minn obbligi li jaqgħu fuq sid il-kera privat ikun min ikun. Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkonkludi li l-Belġju ma wriex li AGVO kienet fdata b’obbligi ta’ servizz pubbliku b’rabta mal-attivitajiet tagħha ta’ kiri.

(288)

Barra dan, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil AGVO mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta’ neċessità u proporzjonalità.

(289)

Ir-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità ta’ kumpens huma ddefiniti kif ġej (ara l-aktar il-punti 14, 15, u 17 tal-Qafas Komunitarju tal-2005 għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali):

l-ammont tal-kumpens ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż magħmulin fil-qadi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, billi jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għall-qadi ta’ dawk l-obbligi;

l-ammont tal-kumpens jinkludi l-vantaġġi kollha mogħtijin mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat f’kull għamla, tkun liema tkun – irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom għall-għanijiet tal-Artikolu 107 tat-TFUE;

l-ammont tal-kumpens għandu jintuża verament għat-tħaddim tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali kkonċernat. Mhux iġġustifikat il-kumpens għal servizz pubbliku użat għal ħidmiet fi swieq oħra, u, għaldaqstant, dan jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli.

(290)

Il-Kummissjoni tosserva li r-rekwiżiti ta’ neċessità u proporzjonalità ma tħarsux f’dan il-każ. Il-Belġju ammetta li ma kinux iddefiniti parametri għall-kumpens. L-awtoritajiet Belġjani, barra dan, spjegaw lill-Kummissjoni li ma kienx possibbli li jkunu determinati l-ispejjeż magħmulin fil-qadi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u li jinġiebu l-irċevuti għall-qadi ta’ dawk l-obbligi. Barra dan, il-Kummissjoni tosserva li AGVO ma toperax kontijiet separati għall-kategoriji differenti tal-attivitajiet tagħha. Għaldaqstant, kumpens għal obbligi ta’ servizz pubbliku jista’ jintuża biex jopera fi swieq oħra. Diversi elementi fl-inkartament juru li fil-fatt kien hemm kumpens żejjed. Pereżempju, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ garanziji ħielsa għal self, kien stabbilit, skont il-paragrafu (186) ta’ din id-Deċiżjoni u dawk ta’ warajh, li self garantit jista’ jintuża, u kien verament użat għal għanijiet oħra milli għall-għan maħsub tal-bidu. Minħabba li l-ammont ta’ kapital li ngħata lil EVO (EUR 3 969 000) u l-prezz imħallas biex jinxtraw l-ishma ta’ PAKHUIZEN (EUR 350 000) (b’kollox EUR 4 319 000) jaqbżu l-ammont ta’ kapital imħallas fir-realtà lil AGVO (EUR 3 596 665,62), AGVO neċessarjament użat self u possibbilment id-dħul mit-taxxi biex tiffinanzjahom.

(291)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma tistax tqis il-miżuri ta’ għajnuna bħala kompatibbli mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

10.2.2.   GĦAJNUNA MOGĦTIJA LIL EVO

(292)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Belt u minn AGVO lil EVO, jeħtieġ li l-valutazzjoni tiddistingwi bejn id-diversi azzjonijiet u d-dati li fihom seħħew.

(293)

Id-deċiżjonijiet li ġejjin jeħtiġilhom ikunu vvalutati skont il-Linji gwida tal-2001:

id-deċiżjonijiet meħudin mill-Belt biex tingħata garanzija ħielsa għal self fit-28 ta’ Ġunju 2002, fis-27 ta’ Settembru 2002, u fit-23 ta’ April 2004;

id-deċiżjoni meħuda minn AGVO biex mit-8 ta’ Awwissu 2002 ’il quddiem EVO titħalla tuża b’xejn u b’mod kontinwu l-binjiet proprjetà tagħha, li b’kollox għandhom erja ta’ 13 600 m2.

id-deċiżjoni meħuda minn AGVO li fit-22 ta’ Awwissu 2002 tagħti kapital ta’ avvjament lil EVO ta’ EUR 371 840.

(294)

Id-deċiżjonijiet li ġejjin jeħtiġilhom ikunu vvalutati skont il-Linji gwida tal-2004:

id-deċiżjonijiet meħudin mill-Belt biex fit-22 ta’ April 2005 tingħata garanzija ħielsa għal self;

id-deċiżjonijiet meħudin minn AGVO biex fil-31 ta’ Diċembru 2004, fil-31 ta’ Diċembru 2005 u fil-21 ta’ Diċembru 2007 jiżdied il-kapital ta’ EVO permezz tal-maħfra tad-djun.

(295)

Id-deċiżjonijiet li ġejjin jeħtiġilhom ikunu vvalutati kemm skont il-Linji gwida tal-2001 kif ukoll skont dawk tal-2004:

id-deċiżjonijiet meħudin minn AGVO biex bejn it-22 ta’ Awwissu 2002 u t-3 ta’ Awwissu 2006 jingħataw garanziji ħielsa għal self ta’ EUR 600 000.

(296)

Id-deċiżjoni li ġejja jeħtiġilha tkun ivvalutata kemm skont il-Linji gwida tal-2004 kif ukoll skont dawk tal-2008:

id-deċiżjoni meħuda mill-Belt biex bejn is-27 ta’ Settembru 2007 u l-4 ta’ Settembru 2008 tingħata garanzija ħielsa għal self ta’ EUR 78 000.

10.2.2.1.    Garanziji għal self u d-dritt ta’ użu mingħajr ħlas tal-irkant tal-ħut

(297)

Skont il-punt 1.2 tal-Linji gwida dwar is-Sajd tal-2001 u l-punt 3.7 tal-Linji gwida dwar is-Sajd tal-2004, għajnuna mill-Istat li tingħata mingħajr ma jkun impost xi obbligu min-naħa ta’ dawk li tingħatalhom u li tkun maħsuba biex titjieb il-qagħda tal-impriżi u tiżdied il-likwidità tan-negozju tagħhom jew li tkun ikkalkulata skont il-kwantità prodotta jew ikkummerċjalizzata, il-prezzijiet tal-prodotti, l-unitajiet prodotti jew il-mezzi tal-produzzjoni, u li jkollha l-effett li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u li ttejjeb id-dħul finanzjarju ta’ min tingħatalu, tkun, bħala għajnuna għat-tħaddim, inkompatibbli mas-suq intern. Skont il-punt 3.4 tal-Linji gwida dwar is-Sajd tal-2008, għajnuna għat-tħaddim, li, pereżempju, iżżid il-likwidità tan-negozju ta’ min tingħatalu jew li tkun ikkalkulata skont il-kwantità prodotta jew ikkummerċjalizzata, il-prezzijiet tal-prodotti, l-unitajiet prodotti jew il-mezzi tal-produzzjoni, u li jkollha l-effett li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ min tingħatalu jew li jitjieb id-dħul finanzjarju ta’ min tingħatalu, tkun fil-prinċipju inkompatibbli mas-suq intern. Tista’ titqies kompatibbli biss jekk l-għajnuna tikkontribwixxi b’mod ċar u sħiħ għall-qadi tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(298)

Mill-informazzjoni disponibbli jidher li l-garanziji ħielsa għal self u d-dritt li jintuża mingħajr ħlas l-irkant tal-ħut, ingħataw mingħajr ma kien impost xi obbligu partikolari fuq EVO li jirrendi l-għajnuna kompatibbli ma’ xi waħda mill-kundizzjonijiet previsti fil-Linji gwida dwar is-Sajd.

(299)

Tabilħaqq, il-garanziji ħielsa għal self jidhru li ngħataw sempliċiment meta ntalbu għal self li jaqdi għanijiet differenti u ma jidhrux li kienu suġġetti għal xi kundizzjoni jew obbligu partikolari.

(300)

L-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani turi wkoll li l-fatt li s-self garantit kien fl-aħħar nett użat għal għan differenti mill-għan imħabbar fil-bidu ma ġab miegħu ebda piena jew annullament tal-garanzija. Pereżempju, jidher li għalkemm inizjalment kien tħabbar li s-self ta’ EUR 1 795 000 mogħti minn Fortis kien maħsub, fost affarijiet oħra, biex jinxtraw magni addizzjonali u kavetti tal-ħut u biex ikunu ffinanzjati diversi xogħlijiet ta’ tibdil, huwa kien attwalment użat (għall-anqas parti minnu) biex jingħata self lis-sidien ta’ bastimenti. Il-garanzija ma kinitx irtirata u ngħataw garanziji wkoll wara li seħħet din is-sitwazzjoni mingħajr ma jidher li l-Belt kienet imġiegħla timponi xi kundizzjoni fuq EVO għall-garanzija.

(301)

Il-garanziji ħielsa żiedu l-likwidità ta’ EVO, minħabba li ma kellhiex tħallas għall-garanzija u minħabba li jidher, barra dan, li mingħajr il-garanzija, EVO ma kinitx tikseb is-self.

(302)

Barra dan, id-dritt li jintuża l-bini tal-irkant, mingħajr ħlas, żied il-likwiditajiet ta’ EVO, minħabba li ħelset mill-ispejjeż tal-kera li xort’oħra kien ikollha tħallas skont kundizzjonijiet tas-suq.

(303)

Il-Kummissjoni ma tarax kif il-garanziji ħielsa tad-dritt li jintużaw il-binjiet, mingħajr ħlas, jistgħu jitqiesu li kkontribwew għall-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd. L-awtoritajiet Belġjani ma ssottomettew l-ebda element f’dan ir-rigward.

(304)

L-awtoritajiet Belġjani ddikjaraw li l-miżuri kkonċernati kellhom jiġu vvalutati fil-qafas tar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut.

(305)

L-ewwel nett, kellu jkun ivvalutat jekk EVO kinitx eliġibbli skont il-Linji gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar. EVO setgħet titqies bħala kumpanija f’diffikultà skont it-tifsira tal-Linji gwida S & R tal-1999 u tal-2004 rispettivament.

(306)

Skont il-punt 8 tal-Linji gwida S & R tal-1999 u l-punt 13 tal-Linji gwida S & R tal-2004, kumpanija li tkun tappartjeni lil grupp akbar ta’ negozju normalment ma tkunx eliġibbli għall-għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar. Tista’, iżda, tkun eliġibbli jekk tkun inħolqot minn ditta f’diffikultà. EVO nħolqot minn AGVO, li hija stess hija l-forma legali l-ġdida tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende ristrutturat fl-2001. Ta’ min jinnota li AGVO hija l-kontinwazzjoni ta’ dak li qabel kien l-irkant tal-ħut ta’ Ostende, li kien proprjetà tal-Istat u li ma kellux personalità ġuridika. Kif issemma fil-paragrafu (259) ta’ din id-Deċiżjoni, għalkemm AGVO ma kinitx ilha li nħolqot, il-Kummissjoni tqis li AGVO tikkwalifika bħala ditta f’diffikultà u hija eliġibbli skont il-Linji gwida S & R tal-1999. Minħabba li EVO kienet stabbilita fil-kuntest tar-ristrutturar ta’ AGVO, EVO, flimkien ma’ AGVO, tista’ titqies bħala kumpanija f’diffikultà u tista’ tirċievi għajnuna skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar.

(307)

Iżda, ukoll jekk EVO hija eliġibbli skont il-Linji gwida S & R, jibqa’ l-fatt li ntwera, skont il-premessa 260 ta’ din id-Deċiżjoni u f'dawk ta’ warajha, li l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti fil-Linji gwida S & R tal-1999 ma tħarsux. Barra minn hekk, minħabba li l-miżuri tal-għajnuna inkwistjoni ma kinux previsti fil-pjan ta’ ristrutturar, huma jqanqlu l-istess tħassib bħal dak imsemmi fil-premessa 278 ta’ din id-Deċiżjoni u f’dawk ta’ warajha.

(308)

Il-garanziji ħielsa għal self u d-dritt li jintuża l-irkant tal-ħut, mingħajr ħlas, għandhom, għalhekk, jitqiesu bħala għajnuna għat-tħaddim skont il-Linji gwida dwar is-Sajd tal-2001, l-2004 u l-2008, u ma jikkontribwuwx għall-qadi tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għalhekk mhumiex kompatibbli mas-suq intern.

10.2.2.2.    Kapital inizjali u żidiet kapitali sussegwenti

(309)

EVO kienet stabbilita fil-qafas tar-ristrutturar tal-irkant tal-ħut ta’ Ostende. Barra dan, l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li parti mill-kapital inizjali ta’ AGVO (jiġifieri EUR 371 840) intuża bħala kapital inizjali għat-twaqqif ta’ EVO u għal żidiet kapitali sussegwenti.

(310)

Għal din ir-raġuni, għandu jkun ivvalutat jekk il-kapital inizjali u żidiet kapitali sussegwenti jistgħux jitqiesu bħala għajnuna ta’ Salvataġġ u Ristrutturar skont it-tifsira tal-Linji gwida S & R tal-1999 u tal-Linji gwida S & R tal-2004 rispettivament.

(311)

EVO, flimkien ma’ AGVO, tista’ titqies bħala kumpanija f’diffikultà skont it-tifsira tal-Linji gwida S & R tal-1999 u tal-Linji gwida S & R tal-2004 rispettivament, kif deskritt fil-punt 10.2.2.1.

(312)

Iżda, kif intwera diġà fil-premessa 260 ta’ din id-Deċiżjoni u f’dawk ta’ warajha, il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar ma tħarsux f’dan il-każ.

(313)

Il-kapital inizjali u ż-żidiet kapitali sussegwenti ma jistgħux, għalhekk, jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq intern.

10.2.3.   GĦAJNUNA MOGĦTIJA LIL PAKHUIZEN

(314)

L-effett tat-termini tal-kuntratt ta’ kiri bejn il-Belt u PAKHUIZEN kien li PAKHUIZEN setgħet tibbenefika minn tnaqqis kull sena fl-ispejjeż tagħha ta’ tħaddim. Din ix-xorta ta’ għajnuna ma taqax fl-ambitu ta’ xi waħda mill-miżuri msemmijin fil-Linji gwida dwar is-Sajd, jew fl-objettivi ta’ linji gwida orizzontali jew speċifiċi oħra li jistgħu jkunu applikabbli għal din ix-xorta ta’ impriża. Kemm skont Linji gwida rilevanti dwar is-Sajd, kif ukoll skont ir-regoli orizzontali dwar għajnuna mill-Istat, din ix-xorta ta’ għajnuna kellha titqies bħala għajnuna għat-tħaddim li hija inkompatibbli mas-suq intern.

10.2.4.   KONKLUŻJONI

(315)

Fir-rigward ta’ dak li ngħad hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri msemmijin fil-punt 10.1.5 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat, li mhumiex kompatibbli mas-suq intern u li għandhom ikunu rkuprati kif deskritt fit-taqsima 11.

11.   L-IRKUPRU

(316)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, meta jittieħdu Deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju. L-għan jinkiseb malli l-għajnuna inkwistjoni, flimkien ma’ imgħax xieraq fin-nuqqas, titħallas minn min ikun irċeviha jew, fi kliem ieħor, mill-impriżi li fil-fatt ikunu bbenefikaw minnha.

(317)

Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 ma jistabbilixxix terminu ta’ preskrizzjoni għall-eżami ta’ għajnuna kontra l-liġi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(f) tiegħu, jiġifieri għajnuna implimentata qabel ma l-Kummissjoni tkun tista’ tasal għal konklużjoni dwar il-kompatibbiltà mas-suq komuni. Iżda l-Artikolu 15 tar-Regolament jistipula li s-setgħat tal-Kummissjoni li tirkupra għajnuna huwa suġġett għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin; li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda mill-jum li fih tingħata l-għajnuna lill-benefiċjarju u li dak it-terminu ta’ preskrizzjoni jinkiser b’azzjoni meħuda mill-Kummissjoni.

(318)

It-terminu ta’ preskrizzjoni nkiser bit-talba għal informazzjoni mibgħuta lill-Belġju fit-13 ta’ Marzu 2006. Għalhekk l-irkupru għandu jkun limitat għall-għajnuna mogħtija wara t-13 ta’ Marzu 1996.

(319)

Biex ikun stabbilit x’għandu jkun irkuprat mingħand AGVO, EVO u PAKHUIZEN, għandu jitqies il-fatt li parti mill-għajnuna mogħtija lil AGVO kienet ittrasferita lil EVO. Kif kien innotat mill-awtoritajiet Belġjani, din l-għajnuna għandha tkun irkuprata darba biss mingħand il-benefiċjarju reali.

(320)

Għal dik ir-raġuni, f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn għajnuna mogħtija mill-Belt kienet fl-aħħar nett ta’ benefiċċju għal EVO, l-għajnuna li għandha tkun irkuprata mingħand AGVO hija l-parti tal-għajnuna li ma kinitx ittrasferita lil EVO.

11.1.   RKUPRU MINGĦAND EVO

(321)

L-għajnuna li għandha tkun irkuprata mingħand EVO hija magħmula minn:

il-kapital inizjali fl-ammont ta’ EUR 371 840,

iż-żidiet kapitali sussegwenti ta’ EUR 1 387 044, EUR 710 000,75 u EUR 1 500 114,96,

il-vantaġġ mogħti bis-saħħa tal-għoti ta’ garanziji ħielsa għal self, u

il-vantaġġ li ġej mill-użu b’xejn tal-irkant tal-ħut bejn it-22 ta’ Awwissu 2002 u l-aħħar jum li fih EVO kellha l-irkant tal-ħut għad-dispożizzjoni tagħha.

(322)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-element tal-għajnuna tal-garanziji ħielsa, dan huwa fil-prinċipju l-ammont tas-self garantit, sakemm l-awtoritajiet Belġjani ma jipprovdux xhieda li kien ikun possibbli għal EVO li tikseb garanziji bħal dawk mis-suq; f’dak il-każ l-element ta’ għajnuna jkun jikkonsisti fi x’kien aktarx ikun il-primjum tas-suq għall-garanzija.

(323)

L-awtoritajiet Belġjani ddikjaraw li ż-żewġ selfiet li għalihom ingħatat garanzija fl-2002 fl-aħħar nett ma kinux ittieħdu minn EVO. Bħala konsegwenza, għalkemm l-għajnuna kienet ingħatat (id-deċiżjoni biex tingħata l-garanzija ħielsa kienet adottata), EVO fil-fatt ma bbenefikatx minnha. L-għajnuna li rriżultat mill-garanziji ħielsa għal selfiet li kien hemm qbil dwarhom fit-28 ta’ Ġunju u fis-27 ta’ Settembru 2002 ma jeħtiġilhiex, għalhekk, tkun irkuprata. Għaldaqstant, għandu jkun irkuprat ammont ta’ EUR 4 284 995 (EUR 3 606 995 + EUR 78 000 + EUR 600 000).

11.2.   RKUPRU MINGĦAND PAKHUIZEN

(324)

L-għajnuna li għandha tkun irkuprata mingħand PAKHUIZEN hija magħmula mill-vantaġġ derivat mill-fatt li l-ftehim ta’ kiri fit-tul ma ntlaħaqx abbażi ta’ prezz tas-suq.

(325)

Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, l-irkupru kellu jkun limitat għal perjodu ta’ għaxar snin mit-13 ta’ Marzu 2006 lura.

(326)

Il-vantaġġ jikkonsisti fir-rimunerazzjoni (l-kera) li kellha titħallas skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq għall-ftehim ta’ kiri fit-tul għall-binjiet mingħajr a) l-EUR 25 imħallsa kull sena u b) kwalunkwe spejjeż ta’ restawr li PAKHUIZEN kellha u li ma kienx jeħtiġilha tħallas skont ir-regoli normali tad-dritt Belġjan (69). Il-perjodu inkwistjoni jdum sal-jum tal-irkupru jew, f’każ li l-ftehim ta’ kiri jinġieb fi tmiemu qabel ma jkun ordnat l-irkupru, sal-jum li fih il-ftehim ta’ kiri jinġieb fi tmiemu.

11.3.   RKUPRU MINGĦAND AGVO

(327)

L-għajnuna li għandha tkun irkuprata mingħand AGVO hija magħmula mill-kapital inizjali, mill-vantaġġ li ġej mill-għoti ta’ garanziji ħielsa għal self, mill-vantaġġ li ġej mill-użu esklussiv tal-artijiet u tal-binjiet fil-port tas-sajd ta’ Ostende bejn l-14 ta’ Marzu 2002 u l-25 ta’ Marzu 2004 (għall-binjiet li wara kienu ttrasferiti lil AGVO) u bejn l-14 ta’ Marzu 2002 u l-jum tal-irkupru (għall-bqija tal-art u tal-binjiet li ma kinux jagħmlu parti mill-att ta’ trasferiment ta’ proprjetà milħuq fis-26 ta’ Marzu 2004) u mill-vantaġġ li ġej mit-trasferiment, mingħajr ħlas, tal-proprjetà ta’ 57 500 m2 ta’ binjiet li kienu jinsabu fil-port tas-sajd ta’ Ostende li sar fis-26 ta’ Marzu 2004.

(328)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kapital inizjali, l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni turi li għalkemm l-għajnuna ngħatat f’ammont ta’ BEF 250 miljun (EUR 6 200 000), hija kienet għadha ma tħallsitx lura għal kollox. Għalhekk l-ordni ta’ rkupru għandha tkun limitata għall-ammont attwalment imħallas lil AGVO, jiġifieri għal EUR 3 596 665,62, skont l-aħħar informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni. Jekk tħallas aktar minn dan l-ammont lil AGVO, iż-żejjed għandu jkun irkuprat ukoll.

(329)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-element ta’ għajnuna tal-garanziji ħielsa, dan huwa fil-prinċipju l-ammont tas-self garantit, sakemm l-awtoritajiet Belġjani ma jipprovdux xhieda li kien ikun possibbli għal AGVO li tikseb garanziji bħal dawk mis-suq; f’dak il-każ l-element ta’ għajnuna jkun jikkonsisti fi x’kien aktarx ikun il-primjum tas-suq għall-garanzija, meta kien intlaħaq qbil dwarhom (is-26 ta’ Marzu 2004, it-23 ta’ April 2004 u t-22 ta’ April 2005).

(330)

Fejn is-suq ma jipprovdix garanziji għax-xorta ta’ ħidma kkonċernata, l-element ta’ għajnuna għandu jkun ikkalkulat bl-istess mod bħall-għotja ekwivalenti għal self b’imgħax baxx, jiġifieri bħala d-differenza bejn ir-rata speċifika ta’ imgħax fis-suq li AGVO kien ikollha tħallas mingħajr il-garanzija u r-rata ta’ imgħax miksuba permezz tal-garanzija mill-Istat. Jekk ma jkunx hemm rata ta’ mgħax fis-suq u jekk l-Istat Membru jkun jixtieq juża r-rata ta’ referenza bħala sostituta, il-Kummissjoni tisħaq li japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-kalkolu tar-rati ta’ referenza u tar-rati ta’ skont (70) biex tkun ikkalkulata l-intensità tal-għajnuna ta’ garanzija individwali. Dan ifisser li għandha tingħata attenzjoni għall-kumplament li jkollu jingħadd mar-rata bażi biex jitqies il-profil rilevanti ta’ riskju b’rabta mal-ħidma koperta, l-impriża garantita u l-ipoteki mogħtija.

(331)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-benefiċċju li ġej mill-użu esklussiv u mingħajr ħlas tal-artijiet u tal-binjiet fil-port tas-sajd ta’ Ostende, l-għajnuna tammonta għall-kera li AGVO kien ikollha tħallas skont kundizzjonijiet tas-suq għall-użu esklussiv tal-artijiet u tal-binjiet fil-port tas-sajd ta’ Ostende bejn l-14 ta’ Marzu 2002 u l-jum tal-irkupru jew l-aħħar jum li fih AGVO kellha d-dritt tuża mingħajr ħlas il-binjiet, abbażi tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni, jew tal-Att ta’ Trasferiment tal-proprjetà tal-binjiet jew xort’oħra.

(332)

Il-Kummissjoni taf bil-fatt li parti mill-artijiet u l-binjiet kienu ta’ valur kummerċjali limitat jew ta’ ebda valur kummerċjali (pereżempju t-triqat). Il-Kummissjoni tosserva, iżda, li parti mill-artijiet u mill-binjiet kellhom valur kummerċjali ċar (l-irkant tal-ħut, l-uffiċċji, l-imħażen) u li parti oħra mill-artijiet u mill-binjiet (l-infrastruttura tal-port tas-sajd) ippermettew lil AGVO tagħti servizzi lil sidien ta’ bastimenti u li AGVO kellha d-dritt li tiġbor tariffa bi bdil mas-servizzi mogħtija. Dawn l-elementi għandhom jitqiesu biex tkun ikkalkulata l-kera.

(333)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-vantaġġ li ġej mill-ġbir tat-taxxi, l-għajnuna tammonta għat-taxxa miġbura sa minn meta kienet iffissata u l-jum tal-irkupru jew l-aħħar jum li fih AGVO kienet intitolata tiġbor dawk it-taxxi.

(334)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-ammont li għandu jkun irkuprat mingħand AGVO għandu jitnaqqas bl-ammont tal-għajnuna li kienet ittrasferita lil EVO fl-għamla ta’ kapital (EUR 3 969 000) u għall-użu b’xejn tal-binjiet fejn jopera l-irkant tal-ħut.

(335)

Il-Kummissjoni taf bil-fatt li AGVO kienet fdata b’xi xogħlijiet pubbliċi mhux ekonomiċi (spezzjoni ta’ ħut mħott għall-konsum, iċċekkjar li l-qabda mħotta l-art tkun suġġetta għar-rekwiżit tal-VAT, funzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi) u bl-immaniġġjar tal-port tas-sajd. Il-Kummissjoni tqis li l-ammont li għandu jkun irkuprat mingħand AGVO għandu jitnaqqas bl-ispejjeż li dwarhom jista’ jkun hemm prova li saru meta kienu eżegwiti dawn ix-xogħlijiet.

11.4.   L-IMPATT TAR-RISTRUTTURAR TAL-IRKANT TAL-ĦUT FUQ IL-KWISTJONI TAL-IRKUPRU

(336)

L-awtoritajiet Belġjani għarrfu lill-Kummissjoni li l-Belt u AGVO kienu qed jippjanaw li jipprivatizzaw l-irkant tal-ħut. Argumentaw li malli l-privatizzazzjoni kienet tkun lesta ma kienx ikun hemm aktar kwistjoni dwar għajnuna mill-Istat u l-proċedura ma kienx ikollha oġġett.

(337)

Il-Kummissjoni tixtieq tfakkar f’dan ir-rigward li għalkemm il-privatizzazzjoni setgħet ittemm il-miżuri ta’ għajnuna involuti, hija ma tħassarx il-vantaġġi mogħtijin lill-benefiċjarji tal-għajnuna għall-perjodu qabel ma kienu jintemmu l-miżuri ta’ għajnuna. L-irkupru preċiżament jaqdi l-għan li tkun stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel biex ikunu żgurati kundizzjonijiet indaqs fis-suq intern. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet Belġjani għall-Avviż tal-Kummissjoni msejjaħ “Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern li ngħatat kontra l-liġi”  (71), u b’mod partikolari għall-punt 3.2.4 ta’ din il-Komunikazzjoni, li jittratta l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat mingħand kumpaniji li jkunu qed jiġu llikwidati u mingħand benefiċjarji insolventi. F’dak li għandu x’jaqsam mat-talba biex it-teħid ta’ din id-Deċiżjoni jkun pospost (msemmija fil-paragrafu (99)), dan ma jkunx jixraq minħabba li huwa importanti li għajnuna mill-Istat kontra l-liġi u inkompatibbli tkun irkuprata malajr kemm jista’ jkun,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-għajnuna ta’ EUR 3 969 000 mogħtija lil NV Exploitatie Vismijn Oostende (EVO) fl-għamla ta’ kapital inizjali u ta’ self li wara nbidlu f’żidiet kapitali hija inkompatibbli mas-suq intern.

2.   L-għajnuna ta’ EUR 4 284 995 mogħtija lil EVO fl-għamla ta’ garanziji ħielsa għal self hija inkompatibbli mas-suq intern.

3.   L-għajnuna mogħtija lil EVO fl-għamla tad-dritt li tuża, mingħajr ħlas, il-binjiet tal-irkant tal-ħut li jinsabu fil-port tas-sajd ta’ Ostende, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

1.   L-għajnuna ta’ EUR 6 200 000 mogħtija lil “Autonoom Gemeentebedrijf Vismijn Oostende” (AGVO) fl-għamla ta’ kapital inizjali hija inkompatibbli mas-suq intern.

2.   L-għajnuna mogħtija lil AGVO fl-għamla ta’ garanziji ħielsa għal self hija inkompatibbli mas-suq intern.

3.   L-għajnuna mogħtija lil AGVO fl-għamla tad-dritt li tuża, mingħajr ħlas u/jew b’rata inqas minn dik tal-prezz tas-suq, l-artijiet u l-binjiet li jinsabu fil-port tas-sajd ta’ Ostende, hija inkompatibbli mas-suq intern.

4.   L-għajnuna mogħtija lil AGVO fl-għamla tat-trasferiment tal-proprjetà, mingħajr ħlas, bejn is-26 ta’ Marzu 2004 u l-4 ta’ Settembru 2009, ta’ 57 500 m2 ta’ binjiet li jinsabu fil-port tas-sajd ta’ Ostende, hija inkompatibbli mas-suq intern.

5.   L-għajnuna mogħtija lil AGVO fl-għamla tad-dritt li tiġbor taxxi mill-14 ta’ Marzu 2002 ’il quddiem hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 3

L-għajnuna mogħtija lil NV Pakhuizen (PAKHUIZEN), li rriżultat mill-ftehim ta’ kiri fit-tul milħuq fl-1989 mal-Belt ta’ Ostende, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 4

1.   Il-Belġju għandu jirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1 u 2(2) sa (5) mingħand il-benefiċjarji.

2.   Il-Belġju għandu jirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1), sa fejn kienet diġà tħallset lil AGVO (jiġifieri EUR 3 596 665,62).

3.   Il-Belġju għandu jirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3, sa fejn kienet ingħatat, mit-13 ta’ Marzu 1996 ’il quddiem.

4.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom iħallu mgħaxijiet jew mid-data li fiha jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sakemm ikunu rkuprati jew mill-aħħar data li fiha jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji, jekk il-miżuri jieqfu qabel ma jkun sar l-irkupru.

5.   L-imgħax għandu jkun ikkalkulat fuq bażi komposta skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (72) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (73).

6.   Il-Belġju għandu jħassar kull ħlas pendenti ta’ għamliet ta’ għoti tal-għajnuna u/jew għamliet oħra ta’ għoti tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3 b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Il-Belġju għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 6

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Belġju għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (il-kapital u l-imgħaxijiet tal-irkupru) li għandu jkun irkuprat mingħand AGVO, EVO u PAKHUIZEN;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati li jittieħdu sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li AGVO, EVO u PAKHUIZEN kienu ordnati jħallsu lura l-għajnuna.

2.   Il-Belġju għandu jżomm lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħudin biex tkun implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1 sa 3 jkun tlesta. Għandu jibgħat immedjatament, fuq talba sempliċi tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati li jittieħdu biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Għandu wkoll jagħti informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħaxijiet tal-irkupru li jkun diġà rkupra mingħand AGVO, EVO u PAKHUIZEN.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(2)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(3)  ĠU C 238, 17.9.2008, p. 12.

(4)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE). Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE, skont il-każ.

(5)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru. 4.

(6)  De Belgische Zeevisserij – Anvoer en Besomming 2007, Vlaamse overheid, Departement Lubouw en Visserij, (http://www2.vlaueren.be/lubouw/downloads/vis/aanvoer_besomming_2007.pdf), p. 12.

(7)  Vlaamse overheid, Departement Lubouw en Visserij, Jaaroverzicht Zeevisserij 1998, 1999, 2000 en 2001, (http://lv.vlaueren.be/nlapps/docs/default.asp?fid = 122).

(8)  L-AGVO kienet stabbilita fit-23 ta’ Novembru 2001 mill-Belt. Din id-deċiżjoni tal-Belt kienet approvata fl-14 ta’ Marzu 2002 mill-Ministru Fjamming għall-affarijiet interni.

(9)  “De Stad Oostende kan aan het AG Vismijn Oostende de volle eigendom, respectievelijk de bestaande zakelijke rechten en beheersrechten overdragen van de goederen die zich bevinden binnen of behoren bij het in artikel 3.1 omschreven Visserhavengebied of die nodig en/of nuttig zijn voor de realisatie van de doelstellingen van het AG Vismijn Oostende (…). In afwachting van de overdracht van de onroerende goederen krijgt het AG Vismijn Oostende het uitsluitend recht deze goederen zonder vergoeding te gebruiken.

(10)  Proġett li jikkonsisti f’sajd/xiri ta’ granċijiet fin-Norveġja biex (jippruvaw) jinbiegħu fis-suq Asjatiku.

(11)  Jaarrekening AGVO 2005, p. 26 (verslag van de Raad van Bestuur aan de aueelhouders over de waardering van de aandelen in EVO): “Tenslotte is het niet onbelangrijk dat in deze fase de engagementen van de Stad Oostende een wezenlijke buffer vormen om op verantwoorde wijze een waardering in going concern toe te passen zodat de waardering zoals beschreven in art. 66§2 mag aangehouden worden en niet naar een waardering in discontinuïteit moet overgegangen worden”.

(12)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(13)  ĠU C 19, 20.1.2001, p. 7; ĠU C 229, 14.9.2004, p. 5; ĠU C 84, 3.4.2008, p. 10.

(14)  Is-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-280/00, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg vs. Nahverkehrsgesellschaft Altmark, il-Ġabra I-7747.

(15)  ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67.

(16)  Il-paragrafu 21 tas-sentenza tat-23 ta’ April 1991 fil-Kawża C-41/90 Höfner u Elser, il-Ġabra I-1979; il-paragrafu 46 tas-sentenza tal-10 ta’ Marzu 2004 fil-Kawżi konnessi C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01 AOK Bundesverband, il-Ġabra I-2493; il-paragrafi 107 sa 112 tas-sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006 fil-Kawża C-222/04 Ministero dell’Economia v. Cassa di Risparmio, il-Ġabra I-289.

(17)  Il-paragrafu 78 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2002 fil-Kawża C-82/01 P Aéroports de Paris v.Il-Kummissjoni, il-Ġabra I-9297; il-paragrafi 122 sa 124 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2000 fil-Kawża T-128/98 Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra II-3929.

(18)  Id-Deċiżjoni tal-20 Ottubru 2004, N 520/03 – Il-Portijiet Fjammingi; id-Deċiżjoni tal-24 ta’ April 2007, N 60/06 – Il-proġett “Mainportontwikkeling”.

(19)  Il-paragrafi 110 sa 117 tas-sentenza fil-Kawża C-222/04 Ministero dell’Economica e delle Finanze c. Cassa di Risparmio di Firenze, diġà ċitata.

(20)  Il-paragrafu 133 tas-sentenza tat-28 ta’ Jannar 2003 fil-Kawża C-334/99 Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra I-01139; il-paragrafu 70 tas-sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002 fil-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine), il-Ġabra I-4397; il-paragrafu 8 tas-sentenza tat-3 ta’ Ottubru 1990 fil-Kawża C-261/89 L-Italja vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra I-4437; il-paragrafu 21 tas-sentenza tal-14 ta’ Settembru 1994 fil-Kawżi konnessi C-278/92 sa C-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra I-4103; il-paragrafu 13 tas-sentenza tal-14 ta’ Settembru 1994 fil-Kawża C-42/93 Spanja vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra I-4175.

(21)  Dak iż-żmien il-Belt kienet qed tħabbat wiċċha ma’ telf annwali medju ta’ EUR 1 850 000.

(22)  Il-paragrafu 132 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2002 fil-Kawża T-152/99, HAMSA vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra II-3049; il-paragrafu 44 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2003 fil-Kawżi konnessi C-328/99 u C-399/00 L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra I-4035; il-paragrafu 18 u dawk ta’ warajh tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991 fil-Kawża C-303/88 L-Italja vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra I-1433.

(23)  Il-paragrafu 71 tas-sentenza fil-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine), diġà ċitata; il-paragrafu 76 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 1998 fil-Kawża T-16/96 Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra II-757; il-paragrafu 246 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2003 fil-Kawżi konnessi T-228/99 u T-233/99 Westdeutsche Luesbank Girozentrale vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra II-435.

(24)  Il-paragrafu 124 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 1999 fil-Kawżi konnessi T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Neue Maxhütte Stahlwerke vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra p. II-17; il-paragrafu 26 tas-sentenza fil-Kawżi konnessi C-278/92, C-279/92 u 280/92, Spanja vs Il-Kummissjoni, diġà ċitata.

(25)  Tweġiba tal-awtoritajiet Belġjani tad-19 ta’ Ottubru 2006, p. 2: “De Stad koos voor deze laatste oplossing: (…) - de locale economie rondom de vismijn scheepsherstel, scheepsbenodigheden, opslag- en diepvriesbedrijven, ijsfabrieken, groot- en kleinhuels, toerisme …) bleef behouden, wat in de naweeën van de sluiting (1997) van de plaatselijke (verlieslatende) Regie der Maritiem Trasport (verlies van 1,700 arbeidsplaatsen) een belangrijke considerans was binnen een Stad met meer dan 12 % werkloosheid”. Tweġiba tal-awtoritajiet Belġjani tad-19 ta’ Ottubru 2006, p. 6: “Dit belet niet dat de gedelegeerd bestuurder van een bedrijf dat voor 100 % gehouden wordt door een lokale overheid ook oog heeft voor de maatschappelijke en sociale rol die de vismijn van Oostende binnen de regio kan vervullen en die de Stad anno 2001 heeft gemotiveerd om niet radicaal tot sluiting over te gaan.

(26)  Il-paragrafu 44 tas-sentenza fil-Kawżi konnessi C-328/99 u C-399/00 L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni,diġà ċitata; il-paragrafu 18 u dawk ta’ warajh tas-sentenza fil-Kawża C-303/88 L-Italja vs Il-Kummissjoni, diġà ċitata.

(27)  “Het AG Vismijn Oostende beslist vrij over het aanleggen, het bouwen, het onderhouden, het herstellen, het verbeteren, het bedienen, het zelf exploiteren en het aan derden ter beschikking stellen van roerende en onroerende goederen”.

(28)  Il-paragrafu 71 tas-sentenza fil-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine), diġà ċitata; il-paragrafu 76 tas-sentenza fil-Kawża T-16/96 Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni, diġà ċitata; il-paragrafu 246 tas-sentenza fil-Kawżi T-228/99 u T-233/99 Westdeutsche LB vs Il-Kummissjoni, diġà ċitata.

(29)  ĠU C 209, 10.7.1997, p. 3.

(30)  Għal din ir-raġuni, il-parti operattiva ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkopri wkoll l-eventwalità li l-proprjetà bħalissa hija għad-dispożizzjoni ta’ AGVO bi ħlas ta’ tariffa, iżda b’rata anqas minn dik tal-prezz tas-suq.

(31)  ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14.

(32)  Is-sentenza tad-29 ta’ April 1999 fil-Kawża C-342/96 Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra I-2459; is-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 1999 fil-Kawża C-256/97 DTM Trasports SA, il-Ġabra I-3913, u s-sentenza fil-Kawża T-152/99, HAMSA vs Il-Kummissjoni, diġà ċitata.

(33)  Il-punt 3.4 tal-Avviż ta’ Garanziji.

(34)  Id-Deċiżjoni C 5/03 (dik li qabel kienet id-Deċiżjoni NN 115/02) tal-21 ta’ Jannar 2003 – Għajnuna lil MobilCom AG, ĠU C 80, 3.4.2003, p. 5.

(35)  Il-paragrafu 82 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2000 fil-Kawżi konnessi T-204/97 u T-270/97 EPAC vs Il-Kummissjoni, il-Ġabra II-2267.

(36)  F’dak li għandu x’jaqsam ma’ garanzija mogħtija mill-kumpanija prinċipali, ara l-garanzija mogħtija minn CDC lis-sussidjarja tagħha CDC IXIS, id-Deċiżjoni tal-21 ta’ Jannar 2003 u tat-30 ta’ April 2003, marbuta mal-għajnuna bin-numru E 50/2001, ĠU C 154, 2.7.2003, p. 13. Il-garanzija tħallset imma mhux bil-kundizzjonijiet tas-suq u, għalhekk, instab li kellha element ta’ għajnuna mill-Istat.

(37)  L-awtoritajiet Belġjani ammettew li l-Belt lanqas ma jkollha dejjem kopja tad-dokumenti kuntrattwali relatati mas-self u mal-garanzija, ara l-Anness B għall-ittra tas-27 ta’ Novembru 2007.

(38)  Il-paragrafu 138 tas-sentenza fil-Kawża C-334/99 Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, diġà ċitata; il-paragrafu 45 tad-Deċiżjoni 1999/720/KE, KEFA tat-8 ta’ Lulju 1999 dwar l-għajnuna mogħtija lil Gröditzer Stahlwerke, ĠU L 292, 13.11.1999, p. 27.

(39)  Ara pereżempju l-punt 17 tal-Linji gwida S & R tal-1999.

(40)  IL-Belġju saħaq kemm-il darba li l-Belt żammet id-dritt li tistabbilixxi u tiġbor it-taxxi għall-użu ta’ skali u sokor tal-portijiet

(41)  Il-paragrafu 82 tas-sentenza fil-Kawżi konnessi T-204/97 u T-270/97 EPAC vs Il-Kummissjoni, diġà ċitata.

(42)  F’dak li għandu x’jaqsam ma’ garanzija mogħtija mill-kumpanija prinċipali, ara l-garanzija mogħtija minn CDC lil CDC IXIS, id-Deċiżjoni tas-17 ta’ Jannar 2003 marbuta mal-għajnuna bin-numru 50/2001. Il-garanzija tħallset imma mhux bil-kundizzjonijiet tas-suq u, għalhekk, instab li kellha element ta’ għajnuna mill-Istat.

(43)  Il-paragrafu 61 tas-sentenza fil-Kawża C-39/94 SFEI vs La Poste [1996], il-Ġabra I-3547.

(44)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(45)  Ara pereżempju l-punt 17 tal-Linji gwida S & R tal-1999.

(46)  Id-Deċiżjoni 96/563/KE fil-kawża ta’ Jadekost, (ĠU L 246, 27.9.1996), ikkonfermata bil-paragrafu 41 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-288/96 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni[2000], il-Ġabra I-8237.

(47)  Ħlief għal sehem wieħed minn ħmistax-il elf.

(48)  Is-sentenzi fil-kawża C-482/99, ċitata hawn fuq, paragrafu 71; fil-kawża T-16/96 Cityflyer Express v il-Kummissjoni [1998] ECR II-757, paragrafu 76; fil-kawżi konġunti T-228/99 Westdeutsche Landesbank Girozentrale v il-Kummissjoni [2003] ECR II-435, paragrafu 246.

(49)  Il-kapital ta’ EVO kien iffinanzjat b’mezzi oħra mhux biss mill-kapital inizjali ta’ AGVO. Tabilħaqq, l-ammont ta’ kapital injettat f’EVO huwa ogħla mill-ammont ta’ kapital mogħti lil AGVO.

(50)  Ara wkoll il-paragrafu 99 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/740/KE tal-20 ta’ Ottubru 2004, Hamburgische Landesbank - Girozentrale, (ĠU L 307, 7.11.2006, p. 110).

(51)  Ara l-premessi 203 u 306 ta’ din id-Deċiżjoni.

(52)  Ara pereżempju l-punt 17 tal-Linji gwida S & R tal-1999.

(53)  Ara l-premessa 44 ta’ din d-Deċiżjoni.

(54)  L-Artikolu 5 tal-Liġi tal-10 ta’ Jannar 1824 dwar id-dritt ta’ emfitewsi, il-Gazzetta Uffiċjali tal-Belġju XIX, nru. 14.

(55)  Is-sentenza fil-Kawża C 482/99 Franza vs Il-Kummissjoni, diġà ċitata.

(56)  Ara t-tweġiba mibgħuta mill-awtoritajiet Belġjani tad-19 ta’ Ottubru 2006, p. 3: “zowel op het niveau van aueelhouderschap als dat van de organen (bestuur) dient de Gemeente (achter AGVO) krachtens de wet de meerderheid te hebben in de stemrechten. Dit is hier het geval.

(57)  Ara l-punti 11 u 12 tas-sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980 fil-Kawża 730/79, Philip Morris, il-Ġabra 2671.

(58)  Ara s-sentenza fil-kawża Philip Morris, diġà ċitata.

(59)  Ara wkoll il-punt 12 tal-Linji gwida S & R tal-1999 li jgħid li dawn il-Linji gwida japplikaw ukoll għas-settur tal-agrikoltura u s-sajd.

(60)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/849/KE tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat bin-numru C 14/07(li qabel kienet l-għajnuna bin-numru NN 15/07), l-Italja, għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil NGP, (ĠU L 301, 12.11.2008, p. 14).

(61)  L-akkwiżizzjoni minn AGVO ta’ PAKHUIZEN fl-2004 u l-akkwiżizzjoni ta’ 51 % tal-ishma f’Haf Holding BO (Ijsland) fl-2006. EVO daħlet ukoll għal diversi proġetti, bħal Pollar Drift (il-proġett dwar il-King Crab) u l-proġett Novaħut (HAF Holding), imsemmijin fil-kontijiet annwali għall-2005. Ara wkoll il-kummenti mibgħuta mis-suq ta’ Grimsby li jimplikaw li “madwar l-2005/2006 EVO bdiet tixtri ħut direttament mingħand is-sajjieda Islandiżi bi prezzijiet fissi (għoljin) u tirkanta dan il-ħut f’ħinijiet fissi f’Ostende, ta’ sikwit bi prezzijiet aktar baxxi”. L-awtoritajiet Belġjani ma kkontestaw ebda wieħed mill-kummenti mibgħuta mill-partijiet terzi. Barra dan, id-dokumenti tal-offerti mibgħuta mill-awtoritajiet Belġjani jikkonfermaw li EVO kienet għamlet, qabel l-2007, attivitajiet f’pajjiżi oħra iżda waqqfithom fl-2007 (ara l-Memorandum, p. 39)

(62)  Self suġġett għall-kundizzjoni li min jissellef jirkanta l-ħut tiegħu f’Ostende, ta’ intervent (minn daqqiet sa 100 %) fi spejjeż ta’ trasport meta l-ħut ikun irkantat fl-irkant tal-ħut ta’ Ostende, prezz minimu garantit tal-irkant, eċċ.

(63)  Il-punt 70 tal-Linji gwida S & R tal-1999 jgħid li l-punti 35 sa 39 tal-Linji gwida S & R tal-1999 japplikaw għall-intrapriżi kollha tas-settur agrikolu, inklużi l-SMEs. Fis-settur agrikolu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri ta’ kumpens, l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu bejn li jikkonformaw mal-punti 35 sa 39 tal-Linji gwida S & R tal-1999 jew mar-regoli speċjali għas-settur agrikolu li qegħdin fil-punti 73 sa 82 tal-Linji gwida S & R tal-1999.

(64)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(65)  Il-paragrafu 54 tas-sentenza fil-Kawża C-158/94, Il-Kummissjoni vs l-Italja[1997].

(66)  ĠU C 281, 26.9.1996, p. 3.

(67)  ĠU C 17, 19.1.2001, p. 4.

(68)  ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4.

(69)  Kif diġà ngħad hawn fuq, tant huwa inċert jekk il-kundizzjoni li wara 27 sena sid il-kera jkun intitolat għal nofs il-profitt ta’ PAKHUIZEN għandhiex xi valur reali jew le, li xejn ma jista’ jitnaqqas fuq din il-bażi. Barra minn hekk, minħabba li l-kirja ntemmet, din il-klawsola qatt mhu se tkun applikata.

(70)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(71)  ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4.

(72)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(73)  ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

19.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/139


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Novembru 2009

dwar l-għajnuna mill-Istat C 10/09 (ex N 138/09) implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux Likwidi u l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-ING

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9000)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/608/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-Istati Membri u partijiet oħra interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1), il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment minn partijiet interessati.

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-12 ta’ Novembru 2008 il-Kummissjoni awtorizzat rikapitalizzazzjoni ta’ emerġenza fil-kawża N 528/08. F’din il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni l-Pajjiżi l-Baxxi issottoskrivew għal ħruġ ta’ 10 biljun EUR ta’ titoli Core-Tier 1 minn ING. Il-miżura kienet awtorizzata għal perjodu ta’ 6 xhur bil-kundizzjoni tas-sottomissjoni ta’ pjan kredibbli f’dawk is-6 xhur. (2) Il-validità tal-miżura tar-rikapitalizzazzjoni kienet awtomatikament imtawla mas-sottomissjoni tal-pjan ta’ ristrutturar sa meta l-Kummissjoni tilħaq deċiżjoni fuq il-pjan.

(2)

Fil-31 ta’ Marzu 2009, fil-kawża C 10/09 (ex N 138/09), il-Kummissjoni awtorizzat miżura tal-assi danneġġati (“il-miżura tal-AD”) għal portafoll ta’ titoli msejsa fuq ipoteki residenzjali tal-US Alt-A (“CMBS”) favur ING għal perjodu ta’ 6 xhur. (3) L-awtoritajiet Olandiżi rreferew għall-miżura bħala l-“Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux likwidi” (“RMBS”). Minħabba d-dubju dwar il-konformità ta’ ċertu aspetti tal-miżura tal-AD mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi danneġġati fis-settur bankarju Komunitarju (4) (“il-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati”) il-Kummissjoni ddeċidiet tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej  (5). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti minn partijiet interessati.

(4)

L-awtorizzazzjoni tal-miżura tal-AD kienet imtawla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2009. (6)

(5)

Barra minn hekk, skont l-iskema tal-Garanzija ta’ Kreditu Olandiża (approvata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 524/08 mit-30 ta’ Ottubru 2008 u mtawla fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 379/09 (7) mis-7 ta’ Lulju 2009), l-Pajjiżi l-Baxxi tat garanziji fuq debiti fuq żmien medju lil ING li jammontaw għal (i) 9 biljun USD (li minnhom diġà nħarġu 8.25 biljun USD) u (ii) 5 biljun EUR (li minnhom diġà nħarġu 4,15 biljun EUR).

(6)

Fil-25 ta’ Novembru 2008, it-8 ta’ April 2009, it-18 ta’ Mejju 2009 u d-9 ta’ Novembru 2009 il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni minn parteċipanti fis-suq li jallegaw li ING Direct Europe, għal perjodu qasir, kienet qed tirreklama l-injezzjoni tal-kapital li rċeviet mill-Pajjiżi l-Baxxi u li kienet meqjusa bħala involuta f’aġir kummerċjali aggressiv.

(7)

Numru ta’ laqgħat, skambji ta’ e-mails u konferenzi bit-telefown seħħew bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Olandiżi.

(8)

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw il-metodoloġiji tal-evalwazzjoni tal-assi użati fil-kuntest tal-miżura tal-AD, il-Kummissjoni użat assistenza teknika pprovduta minn esperti esterni kuntrattati mal-Kummissjoni (Duff u Phelps u l-Professur Wim Schoutens) u minn esperti mill-Bank Ċentrali Ewropew.

(9)

Fit-12 ta’ Mejju 2009 l-Pajjiżi l-Baxxi ssottomettew pjan ta’ ristrutturar għal grupp tal-ING lill-Kummissjoni, li kien ikkumplimentat minn informazzjoni addizzjonali sottomessa fis-7 ta’ Lulju 2009. Il-pjan ta’ ristrutturar kien immodifikat fit-22 ta’ Ottubru 2009 (kwalunkwe referenza għal pjan ta’ ristrutturar magħmula minn hawn ‘il quddiem tirreferi għal din l-aħħar verżjoni tal-pjan ta’ ristrutturar). Din il-modifika kienet tinkludi wkoll bidla fit-termini għal ħlas lura tal-injezzjoni tal-kapital mill-Pajjiżi l-Baxxi.

(10)

Fit-22 ta’ Ottubru 2009 l-Pajjiżi l-Baxxi pprovdew numru ta’ impenji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan tar-ristrutturar u r-remunerazzjoni tal-miżura tal-AD.

(11)

Il-Pajjiżi l-Baxxi infurmaw lill-Kummissjoni li għal raġunijiet ta’ urġenza dawn jaċċettaw eċċezzjonalment li din id-Deċiżjoni tkun adottata bl-Ingliż.

2.   DESKRIZZJONI TAL-FATTI

2.1.   Il-benefiċjarju

(12)

ING hija magħmula minn ING Groep N.V. (“ING Group”), il-kumpanija holding prinċipali li tikkontrolla 100 % tal-ING Bank N.V. u ING Verzekeringen N.V., u żewġ kumpaniji sub-holding li jikkontrollaw sussidjarji bankarji u ta’ assigurazzjoni rispettivament. Il-Grupp ING jinkludi iktar minn 70 kumpaniji individwali b’iktar minn 2 500 entitajiet legali li joperaw f’madwar 50 pajjiż. Sa mit-tmiem tal-2008, il-karta tal-bilanċ tal-grupp ammontat għal total ta’ 1,332 biljun EUR, li minnhom iktar minn 75 % huma attribwibbli għall-attivitajiet bankarji tal-ING.

(13)

Fit-tmiem tal-2008, u inkluż il-miżura tar-rikapitalizzazzjoni, il-proporzjonijiet tal-kapital tal-ING għall-bank kienu ta’ 9,3 % fir-rigward tal-proporzjon ta’ Tier 1 tiegħu u 7,3 % għall-proporzjon tal-Core-Tier 1. Għall-assigurazzjoni il-proporzjon tal-kopertura tal-kapital ammonta għal 256,5 %.

(14)

L-istruttura tal-kapital tal-ING Group tinkludi wkoll l-hekk imsemmi core debt, li huwa dejn prijoritarju miġbur fil-livell tal-grupp li huwa sussegwentement investit bħala kapital proprju fl-ING Bank u l-holding tal-assigurazzjoni tal-ING (l-hekk imsejjaħ ingranaġġ doppju). Barra minn hekk, il-holding tal-assigurazzjoni tal-ING stess ġabret 2,3 biljun EUR tal-hekk imsejjaħ core debt li jista’ jkun intużat bħala kapital proprju fis-sussidjarji tal-assigurazzjoni tagħha.

(15)

Il-portafoll ta’ investiment tal-ING inkluda l-portafoll Alt-A tagħha miżmum, għall-parti kbira tiegħu, minn ING Direct US. ING Direct US kellha skont il-Liġi tal-Istati Uniti l-istatus ta’ ‘Istituzzjoni tal-Kreditu tal-Istati Uniti’, dan l-istatus kien jeħtieġ minn ING Direct US sabiex tinvesti l-maġġor parti tat-tfaddil miġbur tagħha fis-self b’ipoteka tal-Istati Uniti jew investimenti relatati mas-self b’ipoteka tal-Istati Uniti. Konsegwentement, ING allokat ammont sinifikanti tal-portafoll ta’ investiment tagħha lil-US Alt-A CMBS. Il-portafoll Alt-A kien kopert mill-miżura tal-AD mill-Pajjiżi l-Baxxi (kif deskritt fit-taqsima 2.3.2 ta’ hawn taħt). Il-portafoll ta’ investiment tal-ING kien jinkludi wkoll proporzjon sinifikanti ta’ titoli msejsa fuq ipoteki kummerċjali (CMBS), US RMBS u investimenti ta’ proprjetà immobbli li mhumiex koperti mill-miżura tal-AD.

2.2.   Attivitajiet kummerċjali

(16)

Fit-tmiem tal-2008, ING kienet attiva f’sitt oqsma kummerċjali. ING kienet attiva wkoll fil-ġestjoni tal-assi li kienet funzjonalment parti mill-unitajiet kummerċjali tal-assigurazzjoni reġjonali rispettivi.

2.2.1.   Attivitajiet bankarji bl-imnut

(17)

ING toffri servizzi ta’ attivitajiet bankarji bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, il-Polonja, ir-Rumanija, it-Turkija, l-Indja u t-Tajlandja (is-servizzi ta’ attivitajiet bankarji bl-imnut permezz ta’ ING Direct mhumiex deskritti f’din it-taqsima iżda fit-taqsima 2.2.2). Attivitajiet bankarji privati huma offruti fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Isvizzera u diversi pajjiżi fl-Ażja u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u kummerċ medju korporattiv huma parti mill-attivitajiet bankarji bl-imnut tal-ING.

(18)

Fl-attivitajiet bankarji għall-konsumatur tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi u fil-Belġju, ING tgħaqqad mudell bankarju dirett ma’ netwerk ta’ fergħat. ING tipprovdi servizzi u sistemi ta’ ħlas tal-kontijiet kurrenti, kontijiet ta’ tfaddil, self b’ipoteka, self lill-konsumatur, servizzi tal-karti tal-kreditu u prodotti ta’ investiment u assigurazzjoni. L-ipoteki huma offruti permezz ta’ mezz dirett, permezz ta’ bejgħ ta’ aġenti marbuta kif ukoll permezz ta’ mezzi intermedjarji. Permezz tan-netwerk tal-fergħat tagħha, ING toffri wkoll medda wiesa’ ta’ prodotti bankarji kummerċjali kif ukoll prodotti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja.

(19)

F’attivitajiet bankarji bl-imnut (individwi privati) fil-Pajjiżi l-Baxxi is-sehem fis-suq tagħha jammonta għal 40-50 % (8) għal relazzjonijiet bankarji ewlenin. Is-sehem fis-suq tagħha għall-kontijiet ta’ tfaddil jammonta għal 30-40 % skont il-valur u 20-30 % skont in-numri. Ishma fis-suq għal self lill-konsumaturi skont il-valur, l-ipoteki u l-attività bankarja privata jirrappreżentaw 10-20 %.

(20)

L-ishma fis-suq tal-Belġju jammontaw għal [10-15] (*) % għal kontijiet kurrenti, [20-25]% għal kreditu tal-konsumatur, [15-20]% għal ipoteki, [10-15]% għal tfaddil u [10-15]% għal fondi reċiproki. Ishma fis-suq tal-attivitajiet bankarji għall-konsumatur fil-Polonja jammontaw għal [5-10]% ġeneralment u [5-10]% fi tfaddil. Fir-Rumanija, is-sehem fis-suq tal-ING jammonta għal [0-5]% tal-obbligazzjonijiet kollha u [0-5]% tal-assi kollha. Ishma fis-suq fi tfaddil jammontaw għal [0-5]% fit-Turkija.

2.2.2.   ING Direct – attivitajiet bankarji bl-imnut

(21)

ING Direct tħaddem attivitajiet bankarji bl-imnut ibbażati fuq l-Internet direttament għal klijenti fl-Awstralja, l-Awstrija, il-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Il-prodotti ewlenin offruti huma kontijiet ta’ tfaddil u ipoteki, u żieda wkoll f’fondi reċiproki u kontijiet ta’ ħlas.

(22)

Rigward it-tfaddil, is-sehem fis-suq tal-ING Direct fil-Ġermanja jammonta għal [5-10]%, [0-5]% fl-Italja, [0-5]% fl-Awstralja, [0-5]% fil-Kanada, madwar [0-5]% fi Spanja, fir-Renju Unit u fl-Awstrija, u bejn wieħed u ieħor [0-5]% fl-Istati Uniti u fi Franza. Rigward ipoteki residenzjali l-ishma fis-suq jammontaw għal [0-5]% fl-Awstralja, [0-5]% fil-Kanada, [0-5]% fl-Italja u [0-5]% fi Spanja. Ishma fis-suq għal ipoteki residenzjali ġodda jammontaw għal [0-5]% fil-Ġermanja. Il-parti mhux Ewropea ewlenija ta’ ING Direct hija s-sussidjarja Amerikana tagħha fejn għandha sehem fis-suq tal-ipoteki residenzjali ta’ [0-5]% u karta tal-bilanċ ta’ […] (**) biljun USD fit-tmiem tal-ewwel trimestru tal-2009.

2.2.3.   Attivitajiet bankarji bl-ingrossa

(23)

Il-punt fokali tal-attivitajiet bankarji bl-ingrossa huwa fuq il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, il-Polonja u r-Rumanija, fejn joffru medda totali ta’ prodotti, minn ġestjoni tal-flus sa servizzi ta’ finanzjament korporattiv. F’postijiet oħra, ikollhom approċċ iktar selettiv għall-klijenti u l-prodotti. L-Attivitajiet Bankarji bl-Ingrossa għandhom sitt unitajiet tan-negozju: Self & Ħlas u Ġestjoni tal-Flus Ġenerali, Finanzjament Strutturat, Kiri & Iffatturar, Swieq Finanzjarji, Prodotti Oħra bl-Ingrossa, u Proprjetà Immobbli tal-ING.

(24)

Rigward klijenti korporattivi, l-ishma tas-swieq Olandiżi tal-ING huma [20-30]% għal relazzjonijiet bankarji, krediti dokumentarji, ħlas internazzjonali u servizzi ta’ ħlas, self u kontijiet kurrenti u ffatturar internazzjonali. Ishma tas-swieq ogħla ta’ [30-40]% jinżammu fid-depożiti/tfaddil u ħlas domestiku. Is-sehem fis-suq tal-ING għal korporazzjonijiet fil-Belġju jammonta għal [25-30]% fil-kontijiet kurrenti, [15-20]% fis-self, [15-25]% fil-kiri u [20-30]% fid-depożiti.

2.2.4.   Attivitajiet tal-assigurazzjoni u tal-ġestjoni tal-assi fl-Ewropa

(25)

L-attivitajiet ewlenin tal-assigurazzjoni tal-ING Europe huma fil-Pajjiżi l-Baxxi (l-aktar permezz tal-marki ING, Nationale-Nederlanden u RVS). ING għandha sehem fis-suq ta’ [15-20]% f’assigurazzjoni fuq il-ħajja u [5-10]% f’assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (relatata ma’ primjums grossi miktuba fl-2008). Il-prodotti jiġu distribwiti permezz ta’ mezzi ta’ distribuzzjoni diretti (l-aktar fergħat mill-ING u Postbank, li kienu kkategorizzati mill-ġdid f’ING fil-bidu tal-2009) u sensara. Barra mill-Pajjiżi l-Baxxi ING mhix attiva fis-settur tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja minbarra fil-Belġju (fejn għandha sehem fis-suq ta’ [0-5]% f’assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja).

(26)

L-ishma fis-suq tal-ING fl-assigurazzjoni fuq il-ħajja jirrappreżentaw [30-35]% fir-Rumanija, [20-25]% fl-Ungerija, [10-15]% kemm fir-Repubblika Ċeka kif ukoll fil-Greċja, [5-10]% fil-Polonja, [5-10]% fir-Repubblika Slovakka u [5-10]% fil-Belġju. ING hija attiva wkoll – b’ishma fis-suq ħafna iżgħar ta’ inqas minn [0-5]% - fi Spanja, il-Bulgarija u t-Turkija. Il-ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni huwa parti mill-attivitajiet tagħha inkluż fondi tal-pensjoni obbligatorji (FPO) u dawk volontarji (PFV). Fil-FPO ING għandha ishma tas-suq ta’ [20-25] % fil-Polonja u [10-15]% fis-Slovakkja. Fil-FPV, l-ishma tas-suq tal-ING jammontaw għal [35-40]% fir-Repubblika Slovakkja, [10-15]% fir-Repubblika Ċeka u [5-10]% fit-Turkija. Bil-FPO u FPV magħqudin, l-ishma tas-suq tagħha jammontaw għal [35-40]% fir-Rumanija, [10-15]% fl-Ungerija u [5-10]% fil-Bulgarija.

(27)

Fl- 2008 ING kellha assi fiż-żoni ġeografiċi rispettivi ta’ […] biljun EUR fil-Pajjiżi l-Baxxi, […] biljun EUR fil-Belġju (u l-Lussemburgu) u […] biljun EUR fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

2.2.5.   Attitivajiet ta’ assigurazzjoni u ġestjoni tal-assi fl-Ameriki

(28)

ING Insurance Americas topera f’żewġ żoni ġeografiċi ewlenin: l-Istati Uniti u l-Amerika Latina. L-attivitajiet tagħha fil-Kanada kienu mibjugħa fil-bidu tal-2009. ING Insurance Americas toffri assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, servizzi ta’ rtirar (primarjament definiti pjanijiet ta’ kontribuzzjoni), annwalitajiet, fondi reċiproki, servizzi ta’ sensara-negozjanti u prodotti istituzzjonali, inkluż riassigurazzjoni kollettiva u prodotti u servizzi ta’ ġestjoni tal-assi istituzzjonali.

(29)

Fl-Istati Uniti, is-sehem tagħha fis-suq huwa [5-10]% fil-kummerċ tal-annwalitajiet varjabbli, [0-5]% fil-ħajja u madwar [0-5]% kemm fl-annwalitajiet fissi kif ukoll fl-assigurazzjoni fuq il-ħajja kollettiva. ING primarjament tipprovvdi prodotti ta’ pensjoni fil-Messiku, iċ-Ċili, il-Perù, il-Kolombja u l-Urugwaj. Ishma fis-suq għal fondi tal-irtirar huma l-ogħla fil-Perù ([30-35]%), iċ-Ċili ([20-25]%) u l-Urugwaj ([15-20]%). Ishma fis-suq għal assigurazzjoni fuq il-ħajja huma l-iktar sinifikanti fil- Perù ([15-20]%) u fiċ-Ċili ([10-15]%). Fl-2008 l-assi tagħha ammontaw għal […] biljun EUR fl-Istati Uniti u […] biljun EUR fil-bqija tal-kontinenti Amerikani.

2.2.6.   Assigurazzjoni fuq il-ħajja u ġestjoni tal-assi fl-Ażja/ir-reġjun paċifiku

(30)

Insurance Asia/Pacific huwa fornitur ta’ prodotti u servizzi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u tal-ġestjoni tal-assi fl-Ażja/il-Paċifiku b’servizzi ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja f’disa’ pajjiżi (l-Awstralja, New Zealand, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, il-Malażja, Ħong Kong, it-Tajlandja, l-Indja u ċ-Ċina) u unitajiet tal-ġestjoni tal-assi fi tnax (id-disa’ pajjiżi fuq imsemmija kif ukoll Tajwan, il-Filippini u Singapor). ING hija kklassifikata bħala waħda mill-akbar kumpaniji ta’ assigurazzjoni u amministratur tal-assi internazzjonali fir-reġjun Ażjatiku/Paċifiku. Il-valur tal-assi miżmuma f’dan ir-reġjun jammonta għal […] biljun EUR.

2.3.   Il-miżuri ta’ għajnuna

(31)

ING ibbenefikat minn tliet miżuri ta’ għajnuna mill-Pajjiżi l-Baxxi.

2.3.1.   Injezzjoni tal-kapital

(32)

L-ewwel miżura kienet tikkonsisti f’injezzjoni tal-kapital sottoskritta totalment mill-Pajjiżi l-Baxxi li ppermettiet lill-ING Group biex iżżid il-kapital tagħha tal-Core-Tier 1 b’10 biljun EUR. (9) Il-Kummissjoni osservat fid-deċiżjoni tagħha li tapprova l-għajnuna tas-salvataġġ (N 528/08) li r-raġunijiet għat-telf tal-kunfidenza fis-suq fl-ING, li wasslu għall-intervent mill-Istat, kienu minħabba t-tossiċità perċepita tal-portafoll Alt-A, it-tħassib fis-suq rigward deprezzament ulterjuri, il-ħtiġiet tal-kapital tal-ING Insurance u d-deterjorazzjoni tal-proporzjon bejn id-dejn u l-fondi proprji tal-ING Group. Skont il-Pajjiżi l-Baxxi, mingħajr l-injezzjoni tal-kapital ING xorta kienet issalva iżda kien ikollha taffaċċja tnaqqis ulterjuri fil-kunfidenza u żieda fir-riskju ta’ likwidità.

(33)

Il-prezz tal-ħruġ ta’ injezzjoni ta’ 10 biljun EUR ta’ kapital Core-Tier 1 kien 10 EUR għal kull titolu. Fuq l-inizjattiva tal-ING it-titoli jistgħu jkunu jew mixtrija mill-ġdid b’15 EUR għal kull titolu (50 % primjum ta’ ħlas lura għall-prezz tal-ħruġ), jew, wara tliet snin, ikunu mibdula f’ishma ordinarji fuq bażi individwali. Jekk ING twassal għall-alternattiva tat-tibdil, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom l-alternattiva li jagħżlu l-ħlas lura tat-titoli b’rata ta’ 10 EUR għal kull titolu kif ukoll imgħax akkumulat. Ċedola tkun imħallsa għall-Pajjiżi l-Baxxi biss f’każ li dividend ikun imħallas fuq l-ishma ordinarji.

(34)

Fil-qafas tal-pjan ta’ ristrutturar il-Pajjiżi l-Baxxi ssottomettew emenda għall-ftehim tal-ħlas lura tat-titoli tat-Tier 1 minn ING. Skont it-termini emendati ING tista’ tixtri lura sa 50 % tat-titoli Core-Tier 1 bil-prezz tal-ħruġ (10 EUR), kif ukoll l-imgħax akkumulat fir-rigward taċ-ċedola annwali ta’ 8,5 % (madwar 253 miljun EUR), kif ukoll penali ta’ ħlas lura bikri meta il-prezz tal-ishma tal-ING huwa ta’ iktar minn 10 EUR. Il-penali għall-ħlas lura bikri tiżdid mal-prezz tal-ishma tal-ING. Għall-iskop tal-kalkolu tal-primjum tal-ħlas lura bikri ż-żieda fil-prezz tal-ishma għandha limitu ta’ 12,45 EUR (10). F’dak il-livell il-penali hija ekwivalenti għal 13 % fuq bażi annwali. Il-penali tal-ħlas lura bikri tista’ tammonta għal massimu ta’ 705 miljun EUR b’suppożizzjoni li l-5 biljun EUR ikunu mħallsa lura wara 400 jum mid-data tal-ħruġ. Barra minn hekk il-primjum tal-penali għandu livell minimu ta’ 340 miljun EUR, filwaqt li jiżgura rata interna minima ta’ rendiment għall-Pajjiżi l-Baxxi ta’ 15 %. Fi kliem ieħor, b’kunsiderazzjoni li ING normalment ikollha tħallas 2,5 biljun EUR primjum ta’ ħlas lura din l-emenda tirriżulta f’vantaġġ addizzjonali għal ING ta’ bejn 1,79 u 2,2 biljun EUR skont il-prezz tas-suq tal-ishma tal-ING. Il-Pajjiżi l-Baxxi spjegaw li r-raġuni għall-emenda kien li jkunu awtorizzati kundizzjonijiet għal ħruġ lill-ING simili għal dawk li kienu mogħtija lil SNS  (11) u Aegon  (12) fuq l-injezzjonijiet tal-kapital li rċevew mill-Pajjiżi l-Baxxi. Dawk il-kundizzjonijiet ta’ ħlas bikri minn qabel jistgħu jkunu applikati biss għall-ħlas lura ta’ 5 biljun EUR (jiġifieri 50 % tal-injezzjoni tal-kapital inizjali).

(35)

ING tista’ tagħżel li tuża l-alternattiva tal-ħlas lura qabel il-31 ta’ Jannar 2010, iżda dik id-data tista’, wara ftehim mal-Pajjiżi l-Baxxi, tkun estiża sal-1 ta’ April 2010 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali tas-suq jekk ING tkun tista’ turi li ma kienx ekonomikament fattibbli li tiġbor biżżejjed kapital Core-Tier 1 sabiex tixtri mill-ġdid il-5 biljun EUR qabel. Din l-estenzjoni tkun imbagħad soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni. ING timmira li tuża l-alternattiva tax-xiri mill-ġdid qabel l-1 ta’ Jannar 2010. L-alternattivi ta’ ħlas lura u tal-konverżjoni tal-50 % li jibqa’ mhumiex mibdula.

2.3.2.   Il-miżura tal-assi danneġġati

(36)

It-tieni miżura ta’ għajnuna kienet miżura tal-AD fir-rigward tal-portafoll Alt-A li l-valur tiegħu naqas b’mod sinifikanti, filwaqt li ħalla impatt fuq ir-riserva ta’ rivalutazzjoni negattiva. L-awtoritajiet Olandiżi talbu li l-miżura tkun approvata qabel il-31 ta’ Marzu 2009, għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, kieku il-miżura kienet emendata b’mod ieħor insinifikanti, kien jimmaterjalizza telf kbir ta’ kontabbiltà għal ING.

(37)

Il-miżura tal-AD kienet deskritta fid-dettall fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-31 ta’ Marzu 2009. L-istruttura tal-miżura hija mfakkra fil-qosor biss qabel ma jiġi spjegat it-tibdil ewlieni fil-ħlas lura u l-istruttura tal-miżati.

(38)

Sa mis-26 ta’ Jannar 2009 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew 80 % tal-flussi tal-kontanti kollha minn portafoll danneġġat US Alt-A RMBS (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-portafoll”) mill-ING (rappreżentat bil-Fluss 4 fil-grafika ta’ hawn taħt, flimkien ma’ tariffa ta’ garanzija (Fluss 5). Min-naħa tagħha, ING tirċievi l-flussi tal-kontanti ħielsa mir-riskji mill-Pajjiżi l-Baxxi:

Valur garantit, li jirrappreżenta l-flussi tal-kontanti tal-pagamenti prinċipali li jammontaw għal total ta’ 28 biljun USD, li jikkorrispondi għal 90 % (il-prezz tax-xiri jew il-prezz tat-trasferiment) ta’ 80 % tal-portafoll, jiġifieri 72 % tal-portafoll (Fluss 1). Dawn il-flussi tal-kontanti huma mħallsa fuq bażi ta’ darba fix-xahar, matul l-eżistenza tal-portafoll;

Tariffa ta’ finanzjament (Fluss 2);

Tariffa ta’ ġestjoni (Fluss 3).

(39)

Il-flussi tal-kontanti li joriġinaw mill-20 % li jibqa’ tal-portafoll huma miżmuma minn ING u jaqgħu barra mill-ambitu tal-iskambju tal-fluss tal-flus.

(40)

ING qablet li tagħmel serje ta’ pagamenti addizzjonali lill-Pajjiżi l-Baxxi li jirriżultaw effettivament f’żieda sinifikanti tal-ħlas lura tal-Istat għall-miżura tal-AD permezz tal-aġġustamenti tat-tariffi deskritti fil-premessi 41, 42 u 43:

Image

(41)

L-ewwel nett, mill-25 ta’ Ottubru 2009, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom inaqqsu t-tariffa għall-finanzjament għal 57 % (titoli b’rata fissa) ta’ 72 % tal-portafoll permezz ta’ 50 punti bażi (“pb”) fis-sena (“p.a.”) minn 3,5 % (13) p.a. għal 3 % p.a. u għandhom inaqqsu t-tariffa għall-finanzjament għal 43 % (titoli b’rata mhux fissa) ta’ 72 % tal-portafoll permezz ta’ 50 pb p.a. minn LIBOR + 50 pb p.a. għal LIBOR flat.

(42)

It-tieni nett, it-tariffa tal-ġestjoni (imħallsa mill-Pajjiżi l-Baxxi lil ING) li tammonta għal 25 pb fuq 80 % al-ammont pendenti tal-portafoll għandha tkun imnaqqsa b’15 pb sa 10 pb permezz ta’ żieda tat-tariffa tal-garanzija (kif muri hawn taħt fil-premessa 43).

(43)

It-tielet nett, mill-25 ta’ Ottubru 2009, ING għandha żżid it-tariffa tal-garanzija ta’ 55 pb p.a. fuq l-ammont pendenti tal-portafoll trasferit b’82,6 pb p.a. ulterjuri, u t-tariffa tal-garanzija totali tinġieb għal 137,6 pb. Miż-żieda ta’ 82,6 pb, 67 pb jikkompensaw għat-tnaqqis fit-tariffa tal-ġestjoni (imħallsa mill-Pajjiżi l-Baxxi lil ING) permezz ta’ 15 pb u reviżjoni tal-prezz tat-trasferiment tal-portafoll b’52 pb (li jikkorrispondu għal tnaqqis fil-prezz tat-trasferiment minn 90 % sa madwar 87 %). 15.6 pb huma aġġustament ta’ treġġiegħ lura għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2009 (il-bidu tal-miżura inizjali) sal-25 ta’ Ottubru 2009 (14).

(44)

Jekk il-miżura inizjali bejn il-Pajjiżi l-Baxxi u l-ING tinħall (15) , l-ammont tal-ħlas addizzjonali mhux imħallas li jirrigwarda l-perjodu bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15,6 pb inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa tal-garanzija) xorta jsir pagabbli. Jekk isseħħ inverżjoni parzjali tal-pożizzjoni tal-miżura inizjali, dan l-ammont ikun pagabbli proporzjonalment.

(45)

Dawn l-emendi introdotti f’Ottubru tal-2009 għandhom ikunu implimentati permezz ta’ ftehim separat bejn ING u l-Pajjiżi l-Baxxi, sabiex il-miżura inizjali tinżamm sħiħa. Il-Pajjiżi l-Baxxi jobbligaw ruħhom li jinnotifikaw kwalunkwe inverżjoni bikrija totali jew parzjali tal-miżura inizjali lill-Kummissjoni.

2.3.3.   Il-garanziji

(46)

Skont l-iskema ta’ Garanzija tal-Kreditu Olandiża (kawża N 524/08) il-Pajjiżi l-Baxxi taw ukoll garanziji fuq debiti ta’ żmien medju lil ING li jammontaw għal (i) 9 biljun USD (li minnhom diġà nħarġu 8,25 biljun USD) u (ii) 5 biljun USD (4,15 biljun EUR diġà maħruġa). ING tħallas tariffa ta’ garanzija ta’ medja ta’ 84 pb fuq l-ammont garantit.

(47)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jikkonfermaw li kwalunkwe garanziji addizzjonali mogħtija lill-ING għandhom ikunu nnotifikati individwalment. Il-garanzija ta’ sa […] biljun EUR marbuta li jkunu mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar għall-finanzjament tal-Westland Utrecht Hypotheekbank (WUH)/Interadvies, kif deskritt fil-premessa 55 u l-premessa 85, għandha tkun notifikata separatament ukoll lill-Kummissjoni. Dawk il-garanziji ta’ sa […] biljun EUR huma parti integrali mill-pjan ta’ ristrutturar li din id-Deċiżjoni hija relatata miegħu iżda n-neċessità u l-ħlas lura ta’ dawk il-garanziji għad iridu jkunu stabbiliti mill-Pajjiżi l-Baxxi u għandhom ikunu evalwati mill-Kummissjoni f’deċiżjoni separata ladarba l-miżura tkun individwalment notifikata.

3.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR

3.1.   Miżuri previsti fil-pjan

(48)

ING qed tippjana li tissimplifika l-istruttura tal-grupp, tnaqqas l-ispejjeż, tnaqqas ir-riskji u tagħmel numru ta’ divestimenti, tiżviluppa politika ta’ ħlas lura sostenibbli, tadatta l-istruttura tal-kapital tagħha, timplimenta miri ġodda tal-proporzjon tal-kapital intern tagħha, u testendi l-ammont ta’ finanzjament għal żmien twil f’nuqqas ta’ depożiti. Il-pjan ta’ ristrutturar għandu jkun implimentat f’perjodu ta’ żmien ta’ ħames snin.

(49)

Sabiex tissimplifika l-grupp, ING ġabret mill-ġdid is-sitt oqsma kummerċjali tagħha f’żewġ diviżjonijiet, bankarja u ta’ assigurazzjoni. Kull diviżjoni saret responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-istrateġija u l-ġestjoni tal-karta tal-bilanċ tagħha. Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li ING twettaq biss attivitajiet bankarji, filwaqt li l-Assigurazzjoni tiġi divestita biż-żmien.

(50)

L-attivitajiet bankarji għandhom jikkonċentraw b’mod predominanti fuq l-Ewropa filwaqt li opportunitajiet ta’ tkabbir selettivi għandhom ikunu mwettqa f’partijiet oħra tad-dinja. ING qed tippjana li tiffoka b’mod strateġiku fuq attivitajiet bankarji bl-imnut li jiġġeneraw profitt konsistenti fi swieq maturi, opportunitajiet ta’ tkabbir ta’ attivitajiet bankarji bl-imnut magħżula fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u attivitajiet bankarji kummerċjali orjentati fl-Ewropa allinjati ma’ bank bl-imnut u negozju finanzjarju speċjalizzat. Il-bank għandu jaħdem fuq il-bażi ta’ prodotti standardizzati u livell għoli ta’ awtomazzjoni. Minflok ma jikseb investimenti bħal titoli sostnuti mill-assi (ABS), il-grupp għandu jkompli joħloq l-assi tiegħu stess.

(51)

Tnaqqis fl-ispejjeż li jammontaw għal 1,3 biljun EUR huwa ppjanat għall-2009. 35 % tat-tnaqqis fl-ispejjeż għandu jkun miksub permezz ta’ tnaqqis ta’ spejjeż relatati ma’ ekwivalenti ta’ full time (FTE), u 65 % permezz ta’ tnaqqis fi nfiq ieħor inkluż spejjeż għal persunal estern, attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u tlielaq tal-Formula 1. L-uffiċċju prinċipali jikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-ispejjeż. Minn Awwissu tal-2009, tnaqqis fl-ispejjeż ta’ iktar minn 800 miljun EUR diġà kien imwettaq. Sabiex jinkiseb dak it-tnaqqis fl-ispejjeż, ING stabbilixxiet dispożizzjoni ta’ ristrutturar ta’ madwar 450 miljun EUR wara t-taxxa.

(52)

ING qed tippjana wkoll numru ta’ miżuri li jnaqqsu r-riskji, bħal programmi ta’ hedging, tnaqqis, għeluq u estinzjoni ta’ pożizzjonijiet riskjużi, u tnaqqis ta’ esponiment dirett ta’ kapital. Rigward il-portafoll ta’ investiment tagħha, ING irċeviet miżura ta’ protezzjoni tal-assi mill-Pajjiżi l-Baxxi fil-forma tal-miżura Alt-A IA. Miżuri ulterjuri implimentati mill-ING jinkludu klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ numru tal-ABS tagħha mill-kategorija ta’ dawk disponibbli għall-bejgħ fil-kategorija ta’ dawk miżmumasal-maturità, b’hekk jillimitaw il-volatilità tar-riserva ta’ valutazzjoni mill-ġdid negattiva. ING għandha tnaqqas l-esponiment tagħha għal klassijiet ta’ assi ta’ riskju ogħla fil-US CMBS u US RMBS. ING, barra minn hekk, m’għandhiex tibda inizjattivi ġodda li jimmiraw li jżidu l-esponiment dirett tagħha tal-proprjetà immobbli.

(53)

Il-Kummissjoni tifhem li ING għandha tadotta strateġija kummerċjali [prudenti] b’mod partikolari rigward ING Direct, peress li ING tixtieq tibbaża l-kummerċ tagħha […] fuq prezzijiet ġusti […] (16) u ma taġixxix bħala “price leader”.

(54)

ING qiegħda fil-proċess li timplimenta numru ta’ divestimenti b’effett sinifikanti rigward il-karta tal-bilanċ tagħha skont l-istrateġija kummerċjali l-ġdida tagħha. Il-miżuri ta’ ristrutturar ippreżentati fil-pjan rivedut ta’ ristrutturar tal-ING għandhom jirriżultaw fi tnaqqis mistenni fil-karta tal-bilanċ ta’ 616 biljun EUR fuq bażi tad-daqsijiet tal-unitajiet fit-30 ta’ Settembru 2008. It-tnaqqis fil-karta tal-bilanċ ta’ 616 biljun EUR jikkonsisti f’inizjattivi ta’ tnaqqis fid-diżingranar u integrazzjoni tal-karta tal-bilanċ (madwar […] biljun EUR), divestimenti bankarji (li jammontaw għal madwar […] biljun EUR) u d-divestiment tal-ING Insurance kollha (li jammonta għal madwar […] biljun EUR). Minkejja li għandha karta tal-bilanċ iżgħar meta mqabbla mal-bank, l-assigurazzjoni rrappreżentat madwar 50 % tal-qligħ tal-ING qabel il-kriżi (17). Meta mqabbel mal-karta tal-bilanċ tat-tielet trimestru 2008 (jiġifieri 1,376 biljun EUR), it-tnaqqis totali tal-karta tal-bilanċ jammonta għal madwar 45 %.

(55)

Bħala parti mid-divestimenti, il-pjan ta’ ristrutturar jipprevdi li ING issawwar kumpanija tal-attivitajiet bankarji bl-imnut kompletament operattiva u divestibbli fil-Pajjiżi l-Baxxi (għal aktar dettalji ara l-premessa 85 ta’ hawn taħt) li tikkonsisti fl-Interadvies kurrenti (Westland Utrecht Hypotheekbank, Westland Utrecht Effectenbank u Nationale Nederlanden Hypotheekbedrijf, Nationale Nederlanden Financiële Diensten) li għandu jkun anness magħhom il-portafoll tal-kreditu tal-konsumatur tal-Postbank preċedenti. ING għandha tipprova ssawwar il-kumpanija Interadvies (minn hawn ‘il quddiem “WUH/Interadvies”) [fuq il-bażi ta’ skeda dettaljata]. Il-karta tal-bilanċ totali tal-entità għandha tammonta għal madwar [25-50] biljun EUR.

(56)

[…] id-divestiment ta’ WUH/Interadvies ma qajjem ebda kwistjonijiet dwar ir-riskju tal-istabbiltà finanzjarja. L-awtoritajiet Olandiżi pprovdew studju dwar is-suq tal-attività bankarja bl-imnut minn espert indipendenti li juri li l-kontijiet kurrenti, minkejja li huma ġeneralment meqjusa bħala prodott ankra għal bejgħ inkroċjat f’attivitajiet bankarji bl-imnut, mhumiex essenzjali għad-distribuzzjoni ta’ ipoteki u prodotti bankarji oħra fil-Pajjiżi l-Baxxi, b’mod partikolari fil-każ tal-ING. Barra minn hekk, l-istudju jsemmi l-importanza tal-Internet bħala mezz ta’ distribuzzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi, li jnaqqas il-ħtieġa ta’ netwerk ta’ fergħat għad-distribuzzjoni ta’ prodotti bankarji. Skont l-awtoritajiet Olandiżi prodotti oħra jistgħu jkunu annessi mal-prodotti ipotekarji distribwiti minn WUH/Interadvies. B’mod partikolari il-portafoll tas-self tal-konsumatur trasferit jista’ jservi bħala punt ta’ dħul fi prodotti oħra tas-suq.

(57)

Fid-dettall, ING tippjana li tbiegħ jew tiddivesti l-kumpaniji, attivitajiet jew prodotti li ġejjin:

ING Life Taiwan (kompletat)

Tieqaf tbiegħ Annwalitajiet Varjabbli ta’ Primjum Waħdieni (SPVA) fil-Ġappun (kompletat)

Likwidazzjoni tal-ktieb tal-annwalitajiet varjabbli eżistenti fl-Istati Uniti

Likwidazzjoni tan-negozju tal-Prodotti Finanzjarji fl-Istati Uniti

Waqfien tat-tnedija ppjanata ta’ ING Direct Japan (kompletat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni Mhux fuq il-Ħajja fil-Kanada (kompletat)

Tiddivesti Negozji ta’ Annwalitajiet u Ipoteki fiċ-Ċili (kompletat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fir-Russja – Fond tal-Pensjoni Mhux Statali (kompletat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Arġentina - Origines Seg. De Retiro (kompletat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Ażja – servizzi ta’ pjattaforma fil-ĦK (kompletat)

Tiddivesti l-Attivitajiet Bankarji Privati fl-Ażja u l-Isvizzera (iffirmat)

Tiddivesti r-Riassigurazzjoni Kollettiva tal-Istati Uniti (iffirmat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Ażja/Paċifiku (Awstralja (iffirmat), New Zealand (iffirmat) il-Ġappun, Korea, Ħong Kong, Indja, it-Tajlandja, Malażja)

Tiddivesti l-Ġestjoni tal-Assi fl-Ażja/Paċifiku

Tiddivesti l-Benefiċċji tal-Impjegat fl-Istati Uniti

Tiddivesti l-assigurazzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerika (US Retirement Services, US FA, Traditional Life)

Tiddivesti l-Ġestjoni tal-Assi fl-Istati Uniti

Tiddivesti lill-ING Direct US

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Amerika Latina (Brażil, Ċili, il-Messiku, il-Perù, il-Kolombja, l-Urugwaj)

Tiddivesti l-Ġestjoni tal-Assi fl-Amerika Latina

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Ewropa Ċentrali (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, Żlovakkja, Spanja)

Tiddivesti l-Ġestjoni tal-Assi fl-Ewropa.

Tiddivesti l-assigurazzjoni fil-Benelux (Nationale Nederlanden Insurance, RVS, Retail Insurance Netherlands (preċedentement Postbank Insurance), Insurance Belgium, Insurance Lussemburgu)

Tiddivesti n-negozju ta’ Interadvies (Westland Utrecht Hypotheekbank, Westland Utrecht Effectenbank, Nationale Nederlanden, Hypotheekbedrijf, Nationale Nederlanden Financiële Diensten), inkluż il-portafoll tal-kreditu tal-konsumatur tal-Postbank preċedenti (ara l-impenji mill-Pajjiżi l-Baxxi għal aktar dettalji).

(58)

ING tippjana tkabbir organiku tal-karta tal-bilanċ għall-bank ta’ madwar […]% fis-sena matul il-perjodu ta’ ristrutturar […]. ING tippjana li tikseb ħafna minn dak it-tkabbir billi ssellef lill-ekonomija reali (djar u kumpaniji).

(59)

ING qed timplimenta ukoll politika ġdida ta’ remunerazzjoni fejn il-Bord Superviżorju tal-ING jobbliga ruħu li jiżviluppa politika ta’ remunerazzjoni sostenibbli għall-Bord Eżekuttiv u l-Maniġment Għoli. Dawk l-iskemi ta’ inċentivi għandhom ikunu marbuta mal-ħolqien ta’ valuri għal żmien twil, b’kunsiderazzjoni tar-riskji u restrizzjoni tal-potenzjal għal “premji għal falliment”.

(60)

ING hija inkarigata li telimina l-ingranaġġ doppju malajr kemm jista’ jkun iżda mhux iktar tard minn […].

3.2.   Kapaċità li tikseb vijabbiltà taħt xenarju ta’ bażi u ta’ stress

(61)

ING ssottomettiet xenarju ta’ bażi u ta’ stress bl-għan li turi l-kapaċità tagħha li tikseb vijabbiltà għal żmien twil.

(62)

Fil-każ bażi, ING […]. Barra minn hekk, wieħed jassumi li s-swieq tal-kapital għandhom […].

(63)

Skont ix-xenarju tal-każ bażi pproġġettat tagħha d-dħul nett għall-grupp […]. Il-qligħ totali tal-grupp […]. Ir-rendiment għall-ekwità (RoE) ikun […]. ING insurance tkun […].

(64)

Għall-bank, ING tassumi żieda fl-assi mkejla skont ir-riskju (“RWA”) ta’ madwar […] annwalment (qabel id-divestimenti), parzjalment minħabba […]. Dħul (li jeskludi tibdil u danni fil-valur ġust) huwa mistenni li […] l-attivitajiet bankarji kummerċjali huma mistennija li […] u l-attività bankarja bl-imnut hija mistennija li […].

(65)

ING Bank jistenna li jilħaq il-miri tal-kapital intern tiegħu matul il-perjodu ta’ previżjoni. ING stabbiliet miri ġodda tal-kapital intern li huma […]% għall-proporzjoni tal-bank Tier 1 u […]% għall-proporzjon Core-Tier 1 tiegħu. Għall-ING Insurance, il-proporzjon tal-kopertura tal-kapital immirat jibqa’ l-istess b’150 %.

(66)

Fix-xenarju tal-każ bażi, il-proporzjon ta’ solvenza totali tagħha (kapital totali għal RWA) jammonta għal madwar […] matul il-perjodu kollu ta’ ristrutturar, billi l-inqas punti jkunu[…].

(67)

ING Insurance tkun divestita matul il-perjodu ta’ ristrutturar […]. Fil-każ bażi d-divestimenti huma meqjusa li jiġġeneraw rikavati netti ta’ […] EUR.

(68)

F’xenarju alternattiv meta l-assigurazzjoni tiġi divestita […] ING tistenna b’mod korrispondenti rikavati netti ogħla […].

(69)

ING issottomettiet ukoll xenarju ta’ stress […].

(70)

[…]. Barra minn hekk, huma meqjusa żidiet sinifikanti fil-probabbiltajiet tagħha ta’ falliment. ING tassumi wkoll li jkun hemm proporzjonijiet ogħla ta’ telf (LGD).

(71)

Skont dan ix-xenarju ta’ stress, ir-riżultat kummerċjali li fuqu huwa bbażat l-ING Group ikun […].

(72)

Minkejja dawk is-suppożizzjonijiet tal-każ ta’ stress, il-kapitalizzazzjoni tal-ING tibqa’ biżżejjed peress li tkompli tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji. […].

(73)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jissottomettu f’dak ir-rigward li ING applikat mudelli tal-LGD fix-xenarji ta’ stress sabiex tikkalkula l-LGDs tal-portafolli ta’ kreditu tagħha li kienu approvati mill-awtorità superviżorja finanzjarja, De Nederlandsche Bank (il-Bank Ċentrali Olandiż, minn hawn ‘il quddiem “DNB”) […].

(74)

Barra minn hekk, ING applikat suppożizzjonijiet addizzjonali ta’ stress aktar sever – li jmorru lil hinn mix-xenarju ta’ stress ippreżentat b’mod sinifikanti għal ipoteki bl-imnut Olandiżi (18)[…]. Skont dawn is-suppożizzjonijiet ukoll, il-kapitalizzazzjoni tal-ING tibqa’ biżżejjed peress li tkompli tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji u anke żżomm buffer sinifikanti addizzjonali tal-kapital.

(75)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jissottomettu li l-bank għadda mit-testijiet ta’ stress kollha tas-superviżur tiegħu fir-rigward tal-likwidità. […].

3.3.   Strateġija ta’ ħruġ

(76)

Fix-xenarju tal-każ bażi tal-ING tal-pjan ta’ ristrutturar, it-titoli Core-Tier 1 għandhom ikunu mixtrija mill-ġdid mill-ING fuq din il-bażi:

(a)

L-ewwel parti li tippreżenta 5,0 biljun EUR tal-ammont nozzjonali hija maħsuba li tkun mixtrija mill-ġdid madwar is-17 ta’ Diċembru 2009 bil-prezz minimu ta’ 5,75 biljun EUR. Dan il-prezz meqjus jipprovdi għal rata interna ta’ rendiment (RIR) ta’ 15 % lill-Pajjiżi l-Baxxi u jinkludi r-rendiment bażi ta’ 8,5 % kif ukoll il-primjum addizzjonali ta’ mill-inqas 340 miljun EUR u sa 705 miljun EUR (19) li jirrifletti xi potenzjal għall-apprezzament fil-valur relatat mal-prezz tal-ishma tal-ING. Il-prezz eżatt ta’ xiri mill-ġdid jiddependi fuq il-prezz tal-ishma tal-ING.

(b)

Parti [li tifdal] li tippreżenta […] biljun EUR tal-ammont nozzjonali għandha tkun mixtrija mill-ġdid fil- […] bi prezz meqjus ta’ […] biljun EUR. Dan il-prezz jassumi xiri mill-ġdid b’150 % tal-par (15 EUR għal kull sehem) kif ukoll 8,5 % imgħax akkumulat għal sena waħda skont it-termini oriġinali tal-ftehim dwar it-titoli Core-Tier 1. Alternattivament, ING tista’ [wara] l-2011 […] terġa’ tixtri din il-parti u mbagħad teżerċita l-alternattiva tagħha ta’ konverżjoni, fejn il-Pajjiżi l-Baxxi jirċievu jew […] miljun ta’ ishma ordinarji tal-ING jew kontanti għall-ammont ta’ […] biljun EUR kif ukoll madwar […] miljun EUR ta’ mgħax akkumulat.

(c)

[…].

(77)

B’total, il-[…] tranżazzjonijiet għandhom jipprovdu b’mod indikattiv IRR ta’ [15-25]% lill-Pajjiżi l-Baxxi. Il-Pajjiżi l-Baxxi huma meħtieġa li jinnotifikaw kwalunkwe tibdil fil-ftehim sabiex jinfdew it-titoli lill-Kummissjoni.

(78)

Sal-lum, ING ma ddeferiet ebda ħlas ta’ ċedoli fuq strumenti ibridi Tier 1 maħruġa mill-grupp.

(79)

Fl-14 ta’ Ottubru 2009 ING użat alternattiva ta’ sejħa fuq bond iktar baxx tat-Tier 2. ING infurmat lill-Kummissjoni li jiddispjaċieha dwar dan u tiddikjara li kien miżinterpretazzjoni […]. Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi jenfasizzaw li huma jifhmu i l-Kummissjoni fil-prinċipju ma tikkunsidrax li sejħa għal strumenti tal-kapital tat-Tier 1/Tier 2 hija adatta għal banek fir-ristrutturar u taqbel li din is-sejħa fil-futur tkun diskussa fuq bażi individwali u soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, għal tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment iċ-ċedoli tal-core-Tier 1 lill-Istat Olandiż (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti taċ-ċedoli u t-tariffi tal-primjum ta’ ħruġ tal-core Tier-1), skont liema jiġi l-ewwel.

(80)

M’hemmx ħruġ unilaterali previst għall-miżura tal-AD u l-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw kwalunkwe waqfien tal-miżura tal-AD permezz ta’ ftehim mal-Kummissjoni. Madankollu, il-pjan ta’ ristrutturar jassumi fil-każ bażi li l-miżura tibqa’ fis-seħħ wara l-2013.

3.4.   ImpenJi tal-Pajjiżi l-Baxxi

(81)

Rigward il-miżuri tal-AD (jiġifieri l-‘Faċilità ta’ Sostenn tal-Assi Mhux Likwidi’ jew IABF) il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom f’dan li ġej:

Mill-25 ta’ Ottubru 2009, l-ING Group għandu jagħmel pagamenti addizzjonali lill-Pajjiżi l-Baxxi, li jikkorrispondu ma’ aġġustament tar-remunerazzjoni tal-Alt-A ta’ -50 punti bażi fuq it-tariffa ta’ finanzjament irċevuta minn ING u ta’ + 82,6 punti bażi fuq it-tariffa ta’ garanzija mħallsa minn ING. L-aġġustament relatat mat-tariffa ta’ garanzija jinkludi 15,6 punti bażi li jirrappreżentaw aġġustament għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2009 – il-bidu tal-IABF (20) (fi kliem ieħor il-miżura tal-AD) – sal-25 ta’ Ottubru 2009. Il-pagamenti addizzjonali għandhom ikunu applikati sal-punt u żmien li fih il-ftehim tal-IABF ikun fis-seħħ.

Il-pagamenti addizzjonali għandhom ikunu implimentati fil-forma ta’ ftehim separat bejn l-ING Group u l-Pajjiżi l-Baxxi, sabiex l-IABF oriġinali jinżamm sħiħ.

Il-pagamenti addizzjonali, eskluża l-parti relatata mal-perjodu ta’ bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15,6 punti bażi inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa tal-garanzija) m’għandhomx saldu żejjed fil-każ ta’ inverżjoni bikrija tal-IABF. L-ammont ta’ pagamenti addizzjonali mhux imħallsa li huwa relatat mal-perjodu ta’ bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15,6 punti bażi inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa ta’ garanzija) isir pagabbli fil-każ ta’ inverżjoni parzjali jew totali tat-tranżazzjoni oriġinali. Jekk l-IABF tkun invertita parzjalment, dan is-saldu ta’ ħlas lura bikri ikun applikat proporzjonalment.

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw kwalunkwe miżura ta’ inverżjoni bikrija totali jew parzjali tal-miżura tal-AD lill-Kummissjoni.

(82)

Rigward tnaqqis fil-karta tal-bilanċ, l-impenn għal divestiment tal-assigurazzjoni, ING Direct US u unitajiet oħra li għandhom ikunu divestiti qabel it-tmiem tal-2013, il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li:

ING għandha tnaqqas 45 % tal-karta ta-bilanċ tagħha meta mqabbla mat-30 ta’ Settembru 2008 sat-tmiem tal-2013 u għandha tiddivesti lista ta’ unitajiet kif deskritt fil-premessa 57, b’mod partikolari Insurance u ING Direct US […].

Dawn il-figuri jirreferu għal proġezzjonijiet li ma jqisux l-impatt possibbli tat-tkabbir organiku u jeskludu żidiet addizzjonali minħabba rekwiżiti potenzjali ġodda addizzjonali, bħal pereżempju jekk il-banek ikunu meħtieġa li jżommu buffers ta’ likwidità akbar b’mod sinifikanti minħabba regolamenti (ġodda) fl-UE. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jżidu l-karta tal-bilanċ b’mod sinifikanti lil hinn mill-proġezzjonijiet kurrenti tat-tkabbir organiku.

ING m’għandhiex ikollha restrizzjoni fuq it-tkabbir organiku (fi kliem ieħor li mhux relatat mal-akkwisti) tal-karta tal-bilanċ tan-negozji tagħha. […]. Fil-futur, ING għandu jkollha politika ġenerali biex tuża t-tkabbir tagħha f’fondi affidati mill-klijenti l-aktar sabiex tikber fis-self lill-ekonomija reali (kumpaniji u konsumaturi) u tnaqqas l-esponiment tagħha għal klassijiet ta’ assi ta’ riskji ogħla fil-US CMBS u US RMBS. […] (21).

Fir-rigward tal-unitajiet, ING timpenja ruħha li tbiegħ (kif imniżżel fil-premessa 57), jekk divestiment ta’ kwalunkwe unità bħal din ma sseħħx sal-31 ta’ Diċembru 2013 (pereżempju fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ bejgħ vinkolanti finali li kien imwettaq). Il-Kummissjoni tista’ fejn xieraq jew minħabba ċirkostanzi addizzjonali, b’risposta għal talba mill-Pajjiżi l-Baxxi, tagħti estensjoni għal dan il-perjodu ta’ żmien. (22) Il-Kummissjoni tista’ wkoll f’dan il-każ (i) titlob lill-Pajjiżi l-Baxxi biex jaħtru fiduċjarju wieħed jew iktar (tad-divestimenti) (23), magħżul minn qabel u propost mill-ING (u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni), […].

Kull meta l-Pajjiżi l-Baxxi jixtiequ estenzjoni ta’ perjodu ta’ żmien, għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn xahar qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, u turi raġuni valida. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ikunu intitolati li jitolbu estenzjoni fl-aħħar xahar tal-perjodu ta’ żmien.

(83)

Il-Pajjiżi l-Baxxi barra minn hekk jimpenjaw ruħhom li l-ING tirrispetta projbizzjoni fuq l-akkwist:

ING għandha toqgħod lura minn akkwisti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għal ċertu żmien. Dawn l-impenji għandhom japplikaw għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin li jibda mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi ta’ primjum ta’ ħruġ). ING għandha toqgħod lura wkoll, għall-istess perjodu, minn kwalunkwe akkwist (ieħor) ta’ negozji li jista’ jtawwal il-ħlas lura tat-Titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi.

Minkejja din il-projbizzjoni, ING tista’, wara li tikseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, takkwista negozji, b’mod partikolari jekk dan ikun essenzjali sabiex tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja jew il-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti.

(84)

I-Pajjiżi l-Baxxi barra minn hekk jimpenjaw ruħhom li l-ING tirrispetta projbizzjoni fuq price leadership:

Mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, ING m’għandhiex toffri prezzijiet iktar favorevoli fuq prodotti tal-ING standardizzati (fi swieq kif definit hawn taħt) minn dawk tat-tliet kompetituri diretti tagħha bl-aħjar prezzijiet fir-rigward ta’ swieq tal-UE li fihom l-ING għandha sehem fis-suq ta’ iktar minn 5 %.

Din il-kundizzjoni hija limitata għall-prodotti standardizzati tal-ING fis-swieq għall-prodotti li ġejjin: (i) suq ta’ tfaddil bl-imnut, (ii) suq ipotekarju bl-imnut, (iii) attivitajiet bankarji privati safejn jinvolvu prodotti ta’ ipoteki jew prodotti ta’ tfaddil jew (iv) depożiti għal SMEs (SME definita skont id-definizzjoni ta’ SME kif abitwalment/preżentement imħaddma minn ING fin-negozju tagħha fil-pajjiż rilevanti). Malli ING issir konxja tal-fatt li toffri prezzijiet iktar favorevoli għall-prodotti tagħha mit-tliet kompetituri tagħha bl-aħjar prezzijiet, ING għandha malajr kemm jista jkun taġġusta, mingħajr ebda dewmien żejjed, il-prezz tagħha għal livell li huwa skont dan l-impenn.

Din il-kondizzjoni għandha tapplika għal tliet snin li jibdew mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti taċ-ċedoli CT1 u t-tariffi ta’ primjum ta’ ħruġ), skont liema huwa l-iqsar. Fiduċjarju ta’ monitoraġġ magħżul minn qabel u propost mill-ING, għandu jinħatar mill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jissorvelja din il-kundizzjoni. Il-fiduċjarju ta’ monitoraġġ huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, b’sostenn tal-vijabbiltà għal żmien twil tal-ING, ING Direct għandha toqgħod lura, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, minn price-leadership fir-rigward ta’ prodotti standardizzati tal-ING fis-swieq ipotekarji bl-imnut u ta’ tfaddil bl-imnut fl-UE, għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti taċ-ċedoli tal-Core-Tier 1 u t-tariffi ta’ primjum ta’ ħruġ). Malli ING issir konxja tal-fatt li saret il-price leader fis-swieq ipotekarji bl-imnut jew ta’ tfaddil bl-imnut fl-UE, ING għandha taġġusta l-prezz tagħha għal livell li huwa skont dan l-impenn malajr kemm jista’ jkun u mingħajr ebda dewmien żejjed.

Fiduċjarju ta’ monitoraġġ magħżul minn qabel u propost minn ING, għandu jinħatar mill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jissorvelja din il-kundizzjoni. Il-fiduċjarju ta’ monitoraġġ huwa soġġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(85)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom għal numru ta’ dispożizzjonijiet dettaljati rigward it-tiswir ta’ WUH/Interadvies:

ING għandha toħloq kumpanija ġdida għad-divestiment fil-Pajjiżi l-Baxxi, li għandha tkun imsawra min-negozju bankarji bl-imnut Olandiżi kurrenti. Ir-riżultat għandu jkun li din il-kumpanija l-ġdida msawra tkun kumpanija vijabbli u kompetittiva, li hija indipendenti u separata mill-kumpaniji tal-ING u li tista’ tkun trasferita lil xerrej adattat. Din il-kumpanija l-ġdida għandha tinkludi n-negozju tad-diviżjoni bankarja tal-WUH/Interadvies, li hija preżentament parti mill-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni Olandiżi, u l-Portafoll tal-Kreditu tal-Konsumatur tal-ING Bank. WUH/Interadvies hija unità kummerċjali tal-ING taħt l-umbrella tal-unità tan-Nationale Nederlanden Insurance. Hija (b’mod predominanti) bank ipotekarju li jaħdem fuq il-bażi tal-liċenzji bankarji tiegħu stess. Hija parteċipant vijabbli ‘indipendenti’, li għandha l-forza tal-bejgħ tagħha stess għal servizzi tal-klijent u organizzazzjoni indipendenti b’bażi ta’ dħul solidu. It-tiswir għandu jkun imwettaq taħt is-superviżjoni tal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ b’kooperazzjoni mal-Ammistratur miżmum separat. F’dan il-kuntest, matul il-perjodu tat-tiswir, il-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ jista’ jirrakkomanda lil ING inklużjonijiet bħal dawn fin-Negozju tad-Divestiment ta’ assi tanġibbli u mhux tanġibbli (relatati man-Negozju tad-Divestiment) li huwa jikkunsidra oġġettivament meħtieġa sabiex jiżgura konformità totali mal-obbligi orjentati lejn ir-riżultat tal-ING u b’mod partikolari l-vijabbiltà u l-kompetittività tan-negozju ta’ divestiment. Jekk ING ma taqbilx mal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ rigward ir-rekwiżit oġġettiv sabiex ikunu inklużi dawn it-tali assi tanġibbli u mhux tanġibbli biex tkun żgurata l-vijabbiltà u l-kompetittività tan-Negozju tad-Divestiment, ING għandha tinforma lill-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ bil-miktub. F’dan il-każ, il-maniġment eżekuttiv tal-ING u l-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ għandhom, fi żmien […], isejħu laqgħa sabiex jilħqu ftehim. Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim, ING u l-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ għandhom jaħtru konġuntement, mingħajr dewmien żejjed, terza persuna indipendenti b’ħila esperta fis-settur finanzjarju (l-“Espert”) sabiex tisma l-argumenti tal-partijiet u ssib soluzzjoni. Jekk ma tintlaħaq ebda soluzzjoni, l-Espert għandu jiddeċiedi, fi żmien […] mill-ħatra tiegħu, dwar ir-rekwiżit oġġettiv sabiex jinkludi l-assi tanġibbli jew mhux tanġibbli rilevanti fin-Negozju tad-Divestiment sabiex jiżgura l-vijabbiltà u l-kompetittività tiegħu, u l-partijiet għandhom jaċċettaw id-deċiżjoni tal-Espert f’dan ir-rigward u għandhom jaġixxu skont din. Kwistjonijiet relatati man-nuqqas ta’ qbil għandhom ikunu msemmija fir-rapport tal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ lill-Kummissjoni.

ING hija obbligata li tiżgura kundizzjonijiet ottimi ta’ divestiment billi tagħmel pjan ta’ negozju, toħloq pjattaforma tal-Internet u tiddedika l-kapaċitajiet tal-bejgħ għall-entità li tkun imsawra. Barra minn hekk, għandha tagħmel il-kapaċità tal-ħlas disponibbli (f’termini kummerċjali) jekk ix-xerrej jitlob dan. Barra minn hekk, ING għandha tassisti fil-ħolqien ta’ funzjoni ta’ Teżor u tiżgura finanzjament għal sentejn wara d-divestiment, filwaqt li s-sostenn finanzjarju tal-ING għandu jonqos bil-mod f’dawk is-sentejn. Is-sostenn tal-finanzjament tal-ING lin-negozju tal-WUH għandu jkun ibbażat fuq prezzijiet ta’ trasferiment tal-finanzjament interni. ING […] biex tapplika lill-Pajjiżi l-Baxxi għal finanzjament iggarantit mill-Istat sa ammont ta’ […] biljun EUR għall-finanzjament tan-negozju tal-WUH. F’dak il-każ, l-awtoritajiet Olandiżi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw din il-miżura separatament.

Barra minn hekk, ING għandha toqgħod lura għal perjodu interim […] milli tissoliċita b’mod attiv il-klijenti tan-negozju tal-WUH għal prodotti li n-negozju tal-WUH qed jipprovdi lil dawn il-klijenti fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

ING għandha tipprova ssawwar in-negozju tal-WUH fi żmien […]. Wara l-perjodu tat-tiswir […], ING għandha żżomm separat in-negozju tal-WUH u tipprova tiddivesti dan in-negozju […] (24).

Fiduċjarju ta’ monitoraġġ u maniġer miżmum separat għandhom ikunu maħtura fi żmien […] wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u Fiduċjarju tad-Divestimenti għandu jkun maħtur […]. Il-fiduċjarji kollha għandhom jinħatru mill-Pajjiżi l-Baxxi u jkunu magħżula minn qabel u proposti mill-ING. Il-fiduċjarji huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(86)

L-ispejjeż tal-fiduċjarji kollha li jinħatru matul il-proċess ta’ ristrutturar għandhom ikunu mħallsa minn ING.

(87)

Għar-ritorn tal-vijabbiltà, il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta dan li ġej:

ING timpenja ruħha li torjenta l-finanzjamenti mhux tad-depożiti tagħha lejn finanzjament għal żmien itwal ladarba s-swieq jirritornaw għal kundizzjonijiet ta’ inqas stress billi toħroġ iktar strumenti ta’ debitu b’maturità ta’ iktar minn sena. […]

ING tħabrek biex telimina l-ingranaġġ doppju tagħha (billi tuża core debt bħala kapital propju fis-sussidjarji tagħha) malajr kemm jista’ jkun u timpenja ruħha li tagħmel dan mhux iktar tard minn […]. L-ingranaġġ doppju huwa awtomatikament eliminat jekk u meta l-ING Group jerġa’ jsir bank regolat.

(88)

Rigward id-diferiment taċ-ċedoli u s-sejħiet għal titoli tat-Tier 1 u Tier 2 il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta dan li ġej:

Jekk ħruġ ta’ ishma bi dritt ta’ iktar minn dak li hu meħtieġ sabiex tħallas lura 50 % tat-titoli tal-Core Tier 1, inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti u t-tariffa tal-primjum ta’ ħruġ, ING ma tkunx obbligata li tiddeferixxi l-ħlas taċ-ċedoli fuq ibridi fit-8 u l-15 ta’ Diċembru 2009 (25) u kull ħlas taċ-ċedoli fuq ibridi wara dan.

Jekk dan il-ħruġ ta’ ishma bi dritt ma jseħħx u ING għamlet telf fis-sena preċedenti, ING għandha tkun obbligata li tiddeferixxi ċedoli ibridi, safejn ING ikollha d-diskrezzjoni li tagħmel dan, għal tliet snin li jibdew mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti taċ-ċedoli tal-Core-Tier1 u t-tariffi ta’ primjum ta’ ħruġ), skont liema huwa l-iqsar.

L-awtoritajiet Olandiżi jifhmu li l-Kummissjoni hija kontra l-fatt li r-reċipjenti tal-għajnuna mill-Istat iħallsu lura l-fondi tagħhom stess (kapital u dejn subordinat) meta l-attivitajiet tagħhom ma jiġġenerawx biżżejjed qligħ (26)u li l-Kummissjoni f’dan il-kuntest hija fil-prinċipju kontra s-sejħa tal-kapital ta’ Tier 2 u ibridi tat-Tier 1. ING jiddispjaċieha rigward l-intendiment ħażin tas-sejħa ta’ bond tat-Tier 2 iktar baxxa fl-14 ta’ Ottubru 2009. Is-sejħa għal kapital tat-Tier 2 u ibridi tat-Tier 1 għandha tkun proposta fil-futur individwalment lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni, għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin li jibdew mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti fuq ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ).

(89)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING toqgħod lura mill-kummerċjalizzazzjoni tal-massa li tuża l-miżura tar-rikapitalizzazzjoni bħala vantaġġ f’termini kompetittivi.

(90)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING għandha żżomm ir-restrizzjonijiet fuq il-politiki tar-remunerazzjonijiet u l-attivitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni tagħha bħall-impenn preċedenti skont il-ftehim li jikkonċernaw titoli tal-Core-Tier 1 u faċilità ta’ sostenn ta’ assi mhux likwidi.

(91)

ING u l-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li r-rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ikun provdut kull sitt xhur lill-Kummissjoni mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.

(92)

L-awtoritajiet Olandiżi jimpenjaw ruħhom li l-eżekuzzjoni kompluta tar-ristrutturar tal-ING tkun imwettqa qabel it-tmiem tal-2013.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL- INVESTIGAZZJONI

(93)

Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-konformità tal-miżura inizjali mal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati, u iktar partikolarment fir-rigward tal-valutazzjoni u l-qsim tal-piżijiet. Il-Kummissjoni sabet, madankollu, li l-miżura kkonformat mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà tal-assi, l-arranġament tal-ġestjoni tal-assi, it-trasparenza u l-iżvelar u t-tariffa ta’ garanzija kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati.

(94)

Rigward il-valutazzjoni, il-Valur Ekonomiku Reali (VER) tal-portafoll kien iddikjarat mill-Pajjiżi l-Baxxi li huwa ta’ 97,3 % tal-valur nominali f’xenarju ta’ każ bażi u 88,8 % tal-valur nominali f’xenarju ta’ każ ta’ stress. Fuq din il-bażi, il-portafoll kien trasferit lill-Pajjiżi l-Baxxi b’90 % tal-valur nominali. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-valutazzjoni tal-VER, b’mod partikolari dwar l-għażla tar-rata ta’ skont, il-preżunzjonijiet tal-prezzijiet tad-djar, il-livelli ta’ titjib fil-kwalità tal-kreditu u kwistjonijiet oħra ta’ valutazzjoni.

(95)

Rigward il-qsim tal-piżijiet, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-livell tat-tariffa tal-finanzjament u l-adegwatezza tat-tariffa tal-ġestjoni mħallsa mill-Pajjiżi l-Baxxi lil ING. Barra minn hekk, peress li l-Kummissjoni kellha dubji rigward il-valutazzjoni tal-portafoll, kwalunkwe konklużjoni negattiva fir-reviżjoni tal-valutazzjoni tista’ taffettwa direttament l-evalwazzjoni tat-tariffa tal-garanzija.

5.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

5.1.   Eżistenza tal-għajnuna

(96)

Skont l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat, kull għajnuna ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni.

(97)

Il-Kummissjoni diġà stabbiliet fid-deċiżjoni ta’ ftuħ li r-rikapitalizzazzjoni tal-ING tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li tammonta għas-somma tal-kapital injettat, jiġifieri, 10 biljun EUR.

(98)

L-emenda tal-primjum tal-ħlas lura tikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-Istat safejn l-Istat iċedi d-dritt tiegħu li jikseb dħul. Peress li ING diġà qablet rigward primjum ta’ ħlas lura ta’ 150 % kwalunkwe tnaqqis huwa fil-fatt dħul rinunzjat. It-tibdil tat-termini ta’ ħlas lura għar-riżultati tal-injezzjoni tal-kapital Olandiżi huwa benefiċċju addizzjonali għall-ING. Dan jirrappreżenta għajnuna addizzjonali ta’ madwar 2 biljun EUR kif indikat hawn fuq fil-premessa 34.

(99)

Rigward il-miżura tal-AD il-Kummissjoni sabet fid-deċiżjoni ta’ ftuħ li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna. L-ammont tal-għajnuna li jirriżulta mill-miżura tal-AD huwa kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz tat-trasferiment (ibbażat fuq il-valur ekonomiku reali) u l-prezz tas-suq tal-portafoll trasferit. Skont l-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Olandiżi il-valur totali rikonoxxut tal-portafoll Alt-A kien 39 biljun USD fil-31 ta’ Diċembru 2008. 80 % tal-portafoll kien trasferit lill-Pajjiżi l-Baxxi b’87 % tal-valur nominali (fuq bażi tal-miżura emendata) li jirrappreżenta 27,1 biljun USD. Skont l-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Olandiżi l-valur tas-suq totali tal-portafoll Alt-A fil-31 ta’ Diċembru 2008 kien ta’ 25,8 biljun USD, li 80 % minnhom (20,6 biljun USD) kienu trasferiti lill-Pajjiżi l-Baxxi. Id-differenza li tirriżulta bejn il-prezz tat-trasferiment u l-prezz tas-suq tal-portafoll trasferit hija ta’ 6,5 biljun USD, li jikkorrispondu għal madwar 5,0 biljun EUR (27). L-ammont tal-għajnuna li tirriżulta mill-miżura tal-AD huwa għalhekk ikkunsidrat li huwa 5 biljun EUR.

(100)

L-10 biljun EUR tal-injezzjoni tal-kapital kienu inizjalment allokati kif ġej fil-grupp: 5 biljun EUR lil ING Bank, 4 biljun EUR lil ING Insurance u 1 biljun EUR fil-livell tal-holding. ING għandha l-possibbiltà li titrasferixxi l-ammont tal-injezzjoni tal-kapital fi kwalunkwe ħin bejn l-ING Bank, ING Insurance u l-livell tal-holding.

(101)

Barra minn hekk 85 % tal-flussi tal-kontanti ttrasferiti lill-Pajjiżi l-Baxxi skont il-miżuri tal-AD koprew assi miżmuma mill-ING Bank u 15 % mill-assi miżmuma minn ING Insurance. Mill-ammont totali tal-għajnuna li jirriżulta mill-miżura tal-AD (5 biljun EUR) 4,25 biljun EUR għandhom għalhekk ikunu attribwiti lill-ING Bank u 0,75 biljun EUR lil ING Insurance.

(102)

Dan jirriżulta f’ammont totali ta’ għajnuna għal ING Bank ta’ 9,25 biljun EUR (li jirrappreżenta 2,7 % tal-RWA tal-ING Bank (28)), ammont ta’ għajnuna totali għall- ING Insurance ta’ 4,75 biljun EUR (li jirrappreżenta 50 % tar-rekwiżiti tal-marġni ta’ solvenza tal-ING Insurance (29)) u 1 biljun EUR li jifdal fil-livell ta’ holding.

(103)

Għar-raġuni ta’ simpliċità u konsistenza mat-termini ntużati fil-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati, l-ammont totali tal-għajnuna jista’ jkun espress ukoll b’RWAs tal-ING Bank biss. F’dak il-każ, iż-żewġ miżuri flimkien kif ukoll l-għajnuna addizzjonali mit-tnaqqis tal-primjum tal-ħlas lura ta’ 2 biljun EUR jirriżultaw f’element ta’ għajnuna ta’ madwar 17 biljun EUR, li jammonta għal madwar 5 % ta’ assi mkejla skont ir-riskju tal-ING Bank.

(104)

Barra minn hekk, ING irċeviet 5 biljun EUR u 9 biljun USD mill-iskema tal-garanzija Olandiża. Fuq il-bażi tar-rata ta’ skambju prevalenti fil-ħin tal-għoti ta’ dawn il-miżuri ta’ 1,3 EUR/USD, l-ammont tal-garanziji mogħtija huwa ta’ madwar 12 biljun EUR li jammontaw għal madwar 1 % tal-karta tal-bilanċ kollha tal-Grupp. Il-garanziji kienu mogħtija fi żmien meta l-kundizzjonijiet tas-suq kienu qed jiddeterjoraw u kien diffiċli biex il-banek jtellgħu l-fondi. Għalhekk, dawk il-garanziji kieku ma kinux ikunu provduti mill-investitur tas-suq u jikkostitwixxu għajnuna addizzjonali, possibbilment sa ammont nominali (30).

(105)

Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi ssostnu li ING għandha […] b’[…] biljun EUR addizzjonali ta’ garanziji mill-Pajjiżi l-Baxxi għat-tiswir tal-entità bankarja bl-imnut WUH/Interadvies, li għadha ma ngħatatx u li l-ħtieġa tagħha għadha trid tiġi stabbilita. Il-Pajjiżi l-Baxxi jikkunsidraw din bħala għajnuna addizzjonali għal ristrutturar għall-benefiċjarju, li tkun notifikata iktar tard. Il-Kummissjoni fil-prinċipju mhix kontra din l-għajnuna sakemm tkun limitata għall-minimu meħtieġ għar-ristrutturar tal-ING (31) u sakemm tkun remunerata b’mod suffiċjenti.

(106)

Bħala total, għalhekk, ING għandha tirċievi għajnuna ta’ ristrutturar ta’ sa [12-22] biljun EUR f’garanziji ta’ likwidità u madwar 17 biljun EUR ta’ għajnuna oħra, li jammontaw għal madwar 5 % ta’ RWA tal-bank.

5.2.   Kumpatibbiltà

5.2.1.   Applikazzjoni tal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat

(107)

L-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddeċiedi li għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni jekk tkun maħsuba ‘sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru’. Il-Kummissjoni irrikonoxxiet fl-approvazzjoni riċenti tagħha tal-prolongazzjoni tal-iskema ta’ garanzija Olandiża (32) li, ġeneralment, it-theddida ta’ taħwid serju fl-ekonomija Olandiża tkompli u li miżuri li jagħtu sostenn lill-banek huma xierqa biex jindirizzaw dik it-theddida.

(108)

Minħabba s-sinifikat tal-attivitajiet ta’ self tagħha għal swieq reġjonali speċifiċi, il-preżenza tagħha transkonfinali, u l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni tagħha ma’ banek oħra, il-Kummissjoni taċċetta li ING huwa bank sistematikament rilevanti. […]. Huwa għalhekk konkluż li dan il-falliment ikollu konsegwenzi serji għas-settur finanzjarju Olandiż u l-ekonomija reali. L-għajnuna għandha għalhekk tkun evalwata skont l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat.

5.2.2.   Kumpatibbiltà tal-miżura tal-AD

(109)

It-trattament tal-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat huwa evalwat fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati. Il-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati tistabbilixxi prinċipji li għandhom ikunu segwiti minn kwalunkwe miżura ta’ salvataġġ tal-assi.

(110)

Id-dubji espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ huma li l-miżura tal-AD ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-kumpatibbiltà tas-salvataġġ tal-assi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati ġew imwarrba.

(111)

L-awtoritajiet Olandiżi impenjaw ruħhom li jemendaw il-miżura permezz ta’ żieda fit-tariffa tal-garanzija mħallsa minn ING lill-Pajjiżi l-Baxxi ta’ 82,6 (33) pb p.a. fejn il-prezz tat-trasferiment riżultanti tal-miżura, kif ukoll l-istruttura tat-tariffa kienu mibdula. Barra minn hekk it-tariffa tal-finanzjament kienet imnaqqsa b’50 pb p.a.

Valutazzjoni

(112)

L-ewwel nett, miż-żieda ta’ 82,6 pb. p.a. tat-tariffa tal-garanzija, 52 pb p.a. huma maħsuba biex inaqqsu l-prezz tat-trasferiment għall-assi tal-portafoll minn 90 % tal-valur nominali għal 87 % tal-valur nominali. Il-prezz tat-trasferiment emendat iġib il-prezz tat-trasferiment konformi mal-istimi tal-VER għall-portafoll li jirriżulta mill-użu ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli. Wara d-deċiżjoni tal-ftuħ l-awtoritajiet Olandiżi ssottomettew valutazzjonijiet riveduti tal-portafoll. Wara li l-Kummissjoni esprimiet dubju fuq is-suppożizzjonijiet tal-prezzijiet tad-djar u r-rati ta’ skont intużati fil-valutazzjoni inizjali tal-portafoll minn Dynamic Credit Partners, l-awtoritajiet Olandiżi pprovdew riżultati ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni billi użaw l-istess metodoloġija ta’ valutazzjoni iżda fuq bażi ta’ suppożizzjonijiet iktar konservattivi fuq prezzijiet tad-djar u rati ta’ skont. Il-Kummissjoni aġġustat ir-riżultat għal fatturi addizzjonali wara konsultazzjoni mal-esperti interni tagħha. Fuq bażi ta’ dik l-analiżi huwa konkluż li VER stmat għal 87 % huwa aċċettabbli skont ir-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati relatata mal-metodoloġija tal-valutazzjoni u suppożizzjonijiet prudenti, li ġew deskritti fid-deċiżjoni ta’ ftuħ. Permezz tal-aġġustament tal-VER għal 87 % id-dubji inizjali tal-Kummissjoni kienu għalhekk imwarrba.

Struttura tat-tariffa

(113)

Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-livell tat-tariffa tal-maniġment li kien inizjalment stabbilit għal 25 pb p.a. Permezz ta’ żieda tat-tariffa ta’ garanzija ta’ 15 pb p.a. (flimkien mal-52 pb p.a. għal aġġustament tal-valutazzjoni u 15.6 pb p.a. għal aġġustament tal-ħin) it-tariffa tal-maniġment hija mnaqqsa għal 10 bp p.a. li huwa livell aċċettabbli minħabba d-daqs tal-portafoll li qed jiġi ġestit. Barra minn hekk, id-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tariffa tal-finanzjament fid-deċiżjoni ta’ ftuħ kienu indirizzati wkoll, safejn it-tariffa tal-finanzjament kienet imnaqqsa b’50 pb p.a. B’dan il-mod it-tariffa tal-finanzjament ssir konformi mal-ispejjeż tal-finanzjament tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ippreżentat lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Olandiżi (34). Għalhekk id-dubji inizjali tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tariffa tal-ġestjoni u tal-finanzjament kienu mwarrba.

Qsim tal-piżijiet

(114)

Rigward il-qsim tal-piżijiet, il-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati tiddikjara fit-taqsima 5.2 il-prinċipju ġenerali li l-banek għandhom iġarrbu t-telf assoċjat ma’ assi danneġġati sal-punt massimu. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li livell adattat ta’ qsim tal-piżijiet jista’ jkun miksub biss jekk l-assi danneġġati jkunu trasferiti lill-Istat bi prezz ta’ trasferiment li ma jaqbiżx il-VER. (35) Il-Kummissjoni ġiet assigurata fuq dan il-punt permezz tal-prezz ta’ trasferiment rivedut kif indikat hawn fuq fil-premessa 112.

(115)

L-aġġustament tal-prezz tat-trasferiment huwa f’dan il-każ miksub permezz ta’ żieda fit-tariffa tal-garanzija ta’ 52 pb p.a. ekwivalenti fit-termini ta’ valur nett attwali għad-differenza bejn 90 % u 87 % tal-valur tal-parità. Dan huwa skont id-deċiżjoni tal-ftuħ fejn il-Kummissjoni aċċettat il-ftehim tal-iskambju tal-fluss tal-kontanti u ddikjarat li aġġustamenti għall-valutazzjoni ikunu magħmula permezz ta’ tibdil fit-tariffa tal-garanzija. Għalhekk, il-miżura tal-AD tissodisfa l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-qsim tal-piżijiet adatt.

(116)

Fl-aħħar nett, il-miżura tal-AD emendata tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru tal-2009 filwaqt li kienu mwettqa pagamenti skont l-istruttura tat-tariffa tat-tranżazzjonijiet inizjali, li kienet iktar vantaġġjuża għal ING, mis-26 ta’ Jannar 2009 sal-25 ta’ Ottubru 2009. Sabiex tpatti għall-pagamenti minn ING lill-Istat li kienu rinunzjati matul dak il-perjodu t-tariffa tal-garanzija kienet miżjuda permezz ta’ 15.6 pb p.a. addizzjonali. Dik l-emenda hija meħtieġa sabiex il-miżura tkun ikkunsidrata kumpatibbli mal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati mis-26 ta’ Jannar 2009. Madankollu ż-żieda ma ttejjibx il-valutazzjoni tal-portafoll jew iżżid il-qsim tal-piżijiet, għax din tiżgura biss l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati mid-data li l-miżura tal-AD tidħol fis-seħħ, jiġifieri, retroattivamnet.

5.2.3.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna ta’ ristrutturar

(117)

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontinwazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ta’ emerġenza preċedenti kollha bħala għajnuna ta’ ristrutturar. Il-kumpatibbiltà tal-għajnuna ta’ ristrutturar hija evalwata fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għal-vijabbiltà u l-evalwazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-Regoli tal-għajnuna mill-Istat (36) (“il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”). Anke jekk deċiżjonijiet preċedenti rreferew għal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (37), il-Kummissjoni ċċarat fil-punt 49 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar li l-għajnuna kollha nnotifikata lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun evalwata bħala għajnuna ta’ ristrutturar lil banek skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar minflok il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà.

Il-livell ta’ ristrutturar meħtieġ

(118)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar ma tiddefinix il-kundizzjonijiet skont liema bank jista’ jkun meħtieġ li jippreżenta pjan ta’ ristrutturar iżda tiddependi fuq komunikazzjonijiet preċedenti.

(119)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li ING għandha tgħaddi minn ristrutturar fil-fond b’mod partikolari peress li l-benefiċjarju diġà rċieva għajnuna mill-Istat li tikkontribwixxi għal kopertura jew evitar ta’ telf li flimkien jaqbżu 2 % tal-RWA totali tal-bank. Din il-pożizzjoni hija konformi mal-punt 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-punt 55 tal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati, kif ukoll l-impenji preċedenti tal-ING (38).

Ir-ritorn għall-vijabbiltà

(120)

Meta tevalwa l-pjan ta’ ristrutturar il-Kummissjoni tiżgura li l-bank ikun kapaċi li jirritorna għall-vijabbiltà għal żmien twil mingħajr għajnuna mill-Istat (taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar).

(121)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tfakkar f’dan il-kuntest li l-gvernijiet irrikapitalizzaw banek fuq termini magħżula primarjament għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja pjuttost milli għal ritorn ta’ vijabbiltà. Vijabbiltà għal żmien twil għalhekk teħtieġ li kwalunkwe għajnuna mill-Istat irċevuta jew tingħata lura biż-żmien, kif antiċipat fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna, jew titħallas lura skont il-kundizzjonijiet tas-suq normali, b’hekk ikun żgurat li kwalunkwe forma ta’ għajnuna mill-Istat addizzjonali tkun imwaqqfa. Il-pjan ta’ ristrutturar jistabbilixxi strateġija konvinċenti għall-ħlas lura tal-kapital tal-Pajjiżi l-Baxxi, li għandu jinbeda qabel il-ħruġ ta’ din id-Deċiżjoni.

(122)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tispjega li vijabbiltà għal żmien twil hija miksuba meta bank ikun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha inkluż deprezzament u spejjeż finanzjarji u jipprovdi RoE xieraq, b’kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskju tal-bank. Kif indikat fil-premessa 65 il-pjan ta’ ristrutturar juri kif ING għandha turi profitabbiltà xierqa sabiex tkopri l-ispejjeż tagħha inkluż deprezzament u spejjeż finanzjarji u tipprovdi redditu xieraq fuq il-kapital, b’kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskju tal-bank.

(123)

Il-pjan ta’ ristrutturar juri li ING hija kapaċi wkoll li tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti anke f’xenarji ta’ stress b’riċessjoni globali fit-tul kif meħtieġ mill-punt 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. L-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Olandiżi tindika li ING tkun vijabbli anke f’xenarji ta’ stress bi preżunzjonijiet konservattivi riveduti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tosserva li rigward il-livelli tal-LGD għall-portafoll Olandiż tal-ipoteki bl-imnut il-mudelli użati mill-ING kienu approvati minn DNB, l-awtorità superviżorja Olandiża. Rigward il-kwalità tal-portafoll tal-ipoteki Olandiż tal-ING kienu applikati preżunzjonijiet addizzjonali ta’ stress serju għas-suq ipotekarju Olandiż. Skont is-suppożizzjonijiet addizzjonali tal-istress ING xorta tissodisfa r-rekwiżiti tal-kapital tagħha skont l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Olandiżi.

(124)

Id-divestimenti ppjanati għandhom jiġġeneraw kapital żejjed biż-żmien li għandu jkompli jsaħħaħ il-bażi tal-kapital tal-ING.

(125)

Fit-tieni lok, skont il-punt 10 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-pjan jidentifika l-kawżi tad-diffikultajiet għall-bank u d-dgħufiji tiegħu u jsemmi kif il-miżuri ta’ ristrutturar proposti għandhom jirrimedjaw il-problemi tal-passat. Għal dan l-għan il-pjan ta’ ristrutturar jiddikjara li l-benefiċjarju għandu jtejjeb l-istruttura tal-kapital tiegħu billi jelimina l-ingranaġġ doppju u jżid il-proporzjon tal-kapital ta’ Tier 1 tiegħu. Għalhekk, ING għandha tkun f’pożizzjoni aħjar sabiex taffaċċja żviluppi ekonomiċi possibbli negattivi fil-futur u tassorbi telf mhux mistenni anke wara l-ħlas lura tal-kapital mill-Pajjiżi l-Baxxi.

(126)

Il-portafoll Alt-A kien identifikat bħala r-raġuni ewlenija għal ħtieġa ripetuta ta’ sostenn mill-Istat. Tħassib fil-post tas-suq dwar telf possibbli fil-portafoll Alt-A kien wieħed mill-kawżi tal-miżura tar-rikapitalizzazzjoni qabel ma kien kopert mill-miżura tal-AD. Dan it-tħassib fis-suq kien imwarrab permezz tal-miżura tal-AD […]. F’dan ir-rigward id-divestiment previst ta’ ING Direct US kif sottomess fil-pjan ta’ ristrutturar warrab sors ta’ diffikultajiet li wasslu għal intervent mill-Istat.

(127)

ING għandha tkompli tnaqqas l-esponiment tagħha għal klassijiet ta’ assi b’riskji akbar u ma timmirax li żżid l-esponiment tagħha tal-proprjetà immobbli. ING għandha wkoll tbiegħ jew tnaqqas l-esponiment għal negozji jew assi riskjużi oħra.

(128)

Barra minn hekk, ING bdiet “tneħħija ta’ riskji” iktar wiesgħa (jiġifieri politika ta’ tnaqqis tar-riskji) u programm li jnaqqas l-ispejjeż, li jindirizza wkoll il-kumplessità tal-grupp billi l-ewwel joħloq diviżjonijiet bankarji u ta’ assigurazzjoni u wara jiddivesti l-parti tal-assigurazzjoni kollha tan-negozju tiegħu. Il-pjan juri li b’mod partikolari ING Direct għandha tadatta strateġija kummerċjali [prudenti] u toqgħod lura minn ipprezzar […], li huwa sottolinjat mill-projbizzjoni tal-price leadership kif deskritt fil-premessa 53 u l-premessa 84.

(129)

Barra minn hekk, il-pjan juri li ING qed tadatta għal-lezzjonijiet li tgħallmet fil-kriżi konformi mal-punt 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Pereżempju l-pjan jispjega li ING beħsiebha temenda l-politika ta’ remunerazzjoni tagħha sabiex torjenta l-bank iktar lejn kisbiet għal żmien twil u għalhekk tevita premji għall-falliment. […].

(130)

Għalhekk, huwa konkluż li l-pjan ta’ ristrutturar jista’ jirrestawra l-vijabbiltà għal żmien twil tagħha.

Awto-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju

(131)

Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi għal awtokontribuzzjoni adatta għall-ispejjeż ta’ ristrutturar (taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar). Il-pjan ta’ ristrutturar juri li ING tipprovdi qism tal-piżijiet adatt skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, li huwa importanti sabiex ikun indirizzat il-periklu morali.

(132)

L-ewwel nett, il-Pajjiżi l-Baxxi impenjaw ruħhom li jaġġustaw it-termini tal-miżura tal-AD li jagħmilha konformi mar-rekwiżiti ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati.

(133)

Fit-tieni lok, ING għandha tħallas remunerazzjoni adatta tal-injezzjoni tal-kapital tagħha skont il-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa (39) (“il-Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni”). Dik il-valutazzjoni mhix mibdula mill-modifika tat-termini tal-ħlas lura peress li dawn jikkostitwixxu primjum ta’ amortizzazzjoni bikrija. Dan il-primjum ta’ amortizzazzjoni bikrija jikkostitwixxi modifika tad-deċiżjoni tar-rikapitalizzazzjoni. Huwa aċċettabbli għax il-Kummissjoni tinkoraġixxi ħlas lura bikri. Ir-raġunament għal dawn l-inċentivi ta’ amortizzazzjoni huwa li l-amortizzazzjoni tneħħi l-effetti kontinwi tal-benefiċċji ta’ għajnuna mill-Istat għall-Bank. Dan kien applikat fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni magħmula wara l-Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni bħal SNS u Aegon (cf. premessa (33)) u għandu jkun applikat hawn mutatis mutandis. Barra minn hekk, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-injezzjoni tal-kapital għandha tipprovdi lill-Pajjiżi l-Baxxi b’RIR ta’ 15 %, it-tnaqqis tal-primjum tal-amortizzazzjoni jidher ġustifikat ukoll fih innifsu peress li dan il-RIR huwa remunerazzjoni adatta skont it-tifsira tal-Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni. Konsegwentement, it-tnaqqis fil-primjum tal-amortizzazzjoni għandu jkun ikkunsidrat bħala għajnuna ta’ ristrutturar kumpatibbli.

(134)

Fit-tielet lok, ING għandha tħallas remunerazzjoni adegwata għall-garanziji tagħha fuq debiti ta’ żmien medju skont l-iskema tal-garanzija Olandiża li, min-naħa l-oħra, hija konformi mal-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat għal miżuri mwettqa fir-rigward ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali kurrenti (40).

(135)

Il-Pajjiżi l-Baxxi impenjaw ruħhom wkoll għal numru kbir ta’ divestimenti ppjanati fl-attivitajiet tal-assigurazzjoni globali tal-ING, in-negozju tagħha tal-ġestjoni tal-assi u l-attivitajiet bankarji privati tagħha fl-Isvizzera u barra l-Ewropa, li jikkontribwixxi għall-kopertura tal-ispejjeż ta’ ristrutturar.

(136)

Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li ING għandha tiġbor 5 biljun EUR ta’ kapital permezz ta’ offerta ta’ ishma fl-2009, li għandu jirriżulta f’dilwizzjoni tad-drittijiet eżistenti tal-azzjonisti. Dan jista’ jkun ikkunsidrat bħala awtokontribuzzjoni sinifikanti tal-fornituri eżistenti tal-kapital.

(137)

Il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ huwa żgurat ukoll permezz tal-impenn tal-Pajjiżi l-Baxxi li l-benefiċjarju mhux se jakkwista istituzzjonijiet finanzjarji oħra ġeneralment jew kumpaniji oħra jekk dan itawwal il-ħlas lura tal-kapital provdut mill-Pajjiżi l-Baxxi. Dan jiżgura li l-bank għandu joqgħod lura minn kwalunkwe akkwist […].

(138)

Madankollu, fil-passat ING ma kkonformatx mal-politika tal-Kummissjoni dwar strumenti tal-kapital tat-Tier 1 u Tier 2 kif stipulat fil-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (41). Il-Kummissjoni ċċarat hemmhekk li f’kuntest ta’ ristrutturar, it-tpaċċija diskrezzjonali tat-telf (pereżempju permezz tar-rilaxx ta’ riservi jew tnaqqis tal-kapital) permezz ta’ banek benefiċjarji sabiex tiggarantixxi l-ħlas tad-dividendi u ċedoli fuq dejn subordinat dovut, bħala prinċipju mhuwiex kumpatibbli mal-għan ta’ qsim tal-piżijiet. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li ING ma tibqax issejjaħ strumenti tat-Tier 1 u Tier 2 mingħajr approvazzjoni formali tal-Kummissjoni is-sejħa fl-14 ta’ Ottubru 2009 ma rrispettatx dak il-prinċipju u għandha tkun ikkompensata permezz ta’ miżuri addizzjonali li jimmitigaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(139)

Fuq l-istess linja, hija sfortuna li ING għamlet ħlas taċ-ċedoli diskrezzjonarju fl-2009 mingħajr ebda ġustifikazzjoni korretta għalkemm wettqet telf fl-2008. Għalkemm, il-Kummissjoni bħala prinċipju tikkunsidra li projbizzjoni taċ-ċedoli hija meħtieġa ukoll fil-każ tal-ING, tikkonkludi li din il-projbizzjoni m’għandhiex tkun meħtieġa iktar f’dan il-każ sakemm ING tħallas lura 5 biljun EUR qabel il-31 ta’ Jannar 2010. Dan jinkludi l-ħlas taċ-ċedoli tat-8 u l-15 ta’ Diċembru 2009. Il-ħlas lura bikri ta’ parti sinifikanti tal-għajnuna mill-Istat mogħti lill-Pajjiżi l-Baxxi jindirizza tħassib eżistenti tal-Kummissjoni li dawn il-pagamenti taċ-ċedoli jimpedixxu lil ING milli tikseb vijabbiltà għal żmien twil mingħajr għajnuna mill-Istat. Jekk bank ikun kapaċi jiġbor dan l-ammont sinifikanti ta’ kapital mis-suq u għandu strateġija ċara fuq żmien medju, m’għandux jibqa’ jkun limitat fl-użu tal-kapital tiegħu jekk u meta dan ma jkunx ta’ theddida għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tiegħu. Dan kien muri fil-pjan ta’ ristrutturar.

Miżuri li jindirizzaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(140)

Il-pjan ta’ ristrutturar jinvolvi wkoll miżuri strutturali u ta’ aġir suffiċjenti biex ikunu indirizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tispjega li distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jistgħu jinħolqu meta xi banek jikkompetu fuq il-merti tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, filwaqt li oħrajn jakkumulaw riskji eċċessivi u/jew jiddependu fuq mudelli kummerċjali mhux sostenibbli. L-għajnuna mill-Istat ittawwal dawn id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni billi ssostni b’mod artifiċjali l-preżenza fis-suq ta’ benefiċjarji. B’dan il-mod tista’ toħloq periklu morali fis-sistema bankarja filwaqt li ddgħajjef l-inċentivi ta’ dawk li mhumiex benefiċjarji biex jikkompetu, jinvestu u jinnovaw. L-għajnuna mill-Istat tista’ wkoll ittellef is-suq uniku billi toħloq barrieri għad-dħul u tneħħi l-inċentivi għal attivitajiet transkonfinali.

(141)

Il-punt 31 tal-Komunikazzjoni tar-Ristrutturazzjoni jispjega li fl-evalwazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna u d-distorsjonijiet riżultanti, il-Kummissjoni għandha tqis kemm l-ammont assolut kif ukoll dak relattiv fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat irċevuta. F’dan ir-rigward ING irċeviet ammont ta’ għajnuna sinifikanti, li jirrappreżenta 5 % ta’ RWA jekk espress fit-termini ta’ RWA tal-ING Bank. Dan il-livell jaqbeż sew il-‘livell tal-iskattar’ ta’ 2 % of RWA (42). Barra minn hekk ING kisbet ammont sinifikanti ta’ garanziji, li madankollu mhux meħtieġ li jirriżulta f’miżuri sabiex jimmitigaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni skont il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar għax dik l-ING ma kellhiex problema ta’ finanzjament (li l-garanziji tipikament jgħinu biex tingħeleb) iżda kienet inkoraġġuta mill-Pajjiżi l-Baxxi biex tieħu garanziji sabiex issellef lill-ekonomija reali. Barra minn hekk, ma jidher li hemm ebda raġuni għala, f’dan l-istadju, il-garanziji addizzjonali previsti fil-pjan ta’ ristrutturar għat-tiswir tal-WUH/Interadvies għandhom jeħtieġu miżuri addizzjonali biex jimmitigaw distorsjonijiet tal-kompetizzjonijiet. Dik il-miżura hija, fiha nnifisha, miżura maħsuba biex tgħin tindirizza d-distorsjoni tas-suq peress li hija prevista biss sabiex tippermetti t-tiswir tal-WUH/Interadvies.

(142)

Huwa għalhekk konkluż li l-ammont ta’ għajnuna lill-benefiċjarju huwa kbir. Konsegwentement, miżuri sinifikanti huma meħtieġa sabiex jirrimedjaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-miżuri mitiganti għandhom ikunu miżjuda skont il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar minħabba qsim ta’ piżijiet insinifikanti li jirriżulta minn nuqqas ta’ konformità mal-politika tal-Kummissjoni dwar strumenti tat-Tier-1 u Tier-2 stabbiliti fil-punt 26 tal-Komunikazzjoni ta’ Strutturar kif spjegat f’iktar dettall fil-premessa 138 et seq. ta’ din id-Deċiżjoni (43).

(143)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li ING ħadet il-passi neċessarji kollha biex tindirizza d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li huma kbar ħafna għax il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi numru ta’ divestimenti li jnaqqsu l-preżenza fis-suq tal-benefiċjarju. F’dak ir-rigward, il-benefiċjarju għandu jnaqqas il-karta tal-bilanċ tiegħu b’45 % qabel it-tmiem tal-2013 meta mqabbla mal-karta tal-bilanċ tat-30 ta’ Settembru 2008. Dawk il-miżuri huma biss parti limitata ħafna minħabba diżingranar u jinvolvu l-aktar divestiment tan-negozju kollu tal-assigurazzjoni u l-ġestjoni tal-assi tal-ING kif ukoll attivitajiet bankarji bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi, attivitajiet bankarji fl-Isvizzera u attivitajiet bankarji f’pajjiżi oħra barra l-Ewropa. L-iskala tad-divestimenti proposti hija adatta sabiex timmitiga d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, anke minħabba ċ-ċirkostanzi aggravanti msemmija fil-premessi 138 u 139.

(144)

Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar jiffavorixxi wkoll kompetizzjoni effettiva u jimpedixxi setgħa fis-suq u diżinċentivi għal attivitajiet transkonfinali skont il-premessa 32 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar billi jsawwar entità min-negozju tal-ING fis-suq bl-imnut Olandiż. Il-Kummissjoni identifikat dawn il-kundizzjonijiet tas-suq b’mod partikolari fil-Pajjiżi l-Baxxi fejn is-suq bankarju bl-imnut huwa kkonċentrat ħafna u ING hija waħda mill-parteċipanti ewlenin li tista’ żżomm is-sehem għoli fis-suq tagħha permezz tal-għajnuna mill-Istat. In-negozju WUH/Interadvies huwa adattat għax jista’ jikkostitwixxi negozju vijabbli fil-futur li jista’ jikkompeti fin-negozju bankarju bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi.

(145)

Skont il-Pajjiżi l-Baxxi t-tiswir għandu jkun jista’ jżid il-kompetizzjoni f’dan is-suq kkonċentrat ħafna, sakemm dan jammonta għal sehem fis-suq tajjeb fin-negozju tal-ipoteki u self tal-konsumatur u xi attivitajiet ta’ tfaddil. Barra minn hekk, l-entità għandha tkun kumpanija bankarja kompluta li għandha uffiċċju sekondarju mgħammar sew, u interface tal-Internet komplut b’sistema ta’ pagamenti u hija ffinanzjata mill-ING. Il-fatt li din m’għandhiex netwerk ta’ fergħat li tipikament hija faċilità essenzjali għal negozju bankarju f’ħafna mill-Istati Membri, huwa mill-inqas parzjalment ikkompensat permezz tal-Internet banking, li huwa wkoll mezz ta’ distribuzzjoni importanti għal prodotti bankarji fil-Pajjiżi l-Baxxi. Id-depożiti jistgħu jkunu annessi mal-WUH/Interadvies permezz tal-pjattaforma tal-Internet li tirċievi. Barra minn hekk, minħabba l-għarfien u r-riżorsi umani pprovduti lill-entità l-ġdida, għandha tkun f’pożizzjoni biex tiżviluppa iktar in-negozju eżistenti tagħha u possibbilment tistabbilixxi fergħat.

(146)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva l-argument tal-awtoritajiet Olandiżi msemmi fil-premessa 56 li jikkonċerna l-importanza relattivament iżgħar tal-prodotti kurrenti tal-kontabbiltà fil-Pajjiżi l-Baxxi għal bejgħ inkroċjat ta’ prodotti oħra bankarji bl-imnut. F’dak ir-rigward, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjonijiet kuntrarji, il-Kummissjoni taċċetta li fil-Pajjiżi l-Baxxi prodotti tal-kontabbiltà kurrenti jistgħu ikunu ta’ importanza relattivament baxxa għal bejgħ inkroċjat ta’ prodotti oħra bankarji bl-imnut.

(147)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li ING ħadet diversi impenji biex tiżgura li l-kummerċ ikun vijabbli, bħal pereżempju amministratur ‘miżmum separat’ u fiduċjarju ta’ monitoraġġ. It-tnejn li huma għandhom jiżguraw li d-drittijiet u assi oħra tanġibbli u mhux tanġibbli tan-negozju (li għandu jiġi msawwar) ikunu protetti, difiżi u ppreservati kontra ING. Barra minn hekk il-mekkaniżmu tal-arbitrazzjoni fis-seħħ li jeħtieġ li l-entità l-ġdida tirċievi l-inklużjonijiet kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-vijabbiltà tagħha għandu jiżgura l-konformità tal-ING mal-impenji tagħha skont din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, ING m’għandhiex timmira lejn klijenti tal-entità msawra rigward prodotti trasferiti lil WUH/Interadvies anke jekk ING jibqa’ jkollha relazzjonijiet eżistenti mal-klijenti. Madankollu, ING għandha tipprovdi finanzjament għal WUH/Interadvies għal […] wara l-investiment għalkemm l-ammont tal-finanzjament jibda jonqos bil-mod matul dak il-perjodu. Barra minn hekk il-Kummissjoni għandha […] tiżgura li n-negozju jkun mibjugħ bl-għajnuna ta’ fiduċjarju ta’ divestiment […]. Dawk l-elementi kollha jiżguraw li l-entità tkun vijabbli u għalhekk iżidu l-kompetizzjoni fis-suq bankarju bl-imnut Olandiż. Il-Kummissjoni għalhekk taċċetta li d-divestiment tal-WUH/Interadvies jista’ jippermetti lil kompetitur ġdid biex jiżviluppa negozju fis-suq bankarju bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi u jista’ jġib saħħa kompetittiva ġdida f’dak is-suq.

(148)

Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi impenjaw ruħhom ukoll għal projbizzjoni fuq l-akkwist li jimpedixxi lil ING milli takkwista negozji attraenti li probabbli jkunu mressqa fis-suq minħabba r-ristrutturar ġenerali tal-impriżi finanzjarji u s-settur ġenerali (44). Dan jimpedixxi t-tkabbir mhux organiku tal-ING u jippermetti lil impriżi oħra li ma rċivewx għajnuna mill-Istat biex jixtru dawn in-negozji.

(149)

Barra minn hekk il-Kummissjoni tikkunsidra impenn għal projbizzjoni ta’ price leadership bħala konformi mar-rekwżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar sabiex tiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma tistax tkun użata biex toffri termini li ma jistgħux ikunu milħuqa minn kompetituri li ma jirċevux għajnuna mill-Istat (premessa 44). B’mod konformi mal-punt 32 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, impenn ta’ price leadership jista’ ma jkunx meħtieġ fis-swieq fejn kienu pprovduti impenji strutturali sinifikanti. Skont l-ispeċifiċitajiet ta’ kull każ individwali, il-projbizzjoni tista’ tieħu għamliet differenti li jimmiraw li jilħqu l-iktar bilanċ adattat bejn trattament individwali ta’ distorsjonijiet tal-għajnuna u kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq (45).

(150)

Il-Pajjiżi l-Baxxi għażlu li jipprovdu projbizzjoni ta’ price leadership ġenerali għal ING fejn ING ma toffrix prezzijiet iktar favorevoli minn dawk tat-tliet kompetituri tagħha bl-aħjar prezzijiet. L-impenn huwa adattat peress li jimmira lejn is-swieq kollha fejn il-bank huwa stabbilit sew b’sehem fis-suq ta’ mill-inqas 5 % (46). Barra minn hekk, ING u l-awtoritajiet Olandiżi impenjaw ruħhom għal projbizzjoni ta’ price leadership indipendenti mis-sehem fis-suq fir-rigward ta’ ING Direct Europe. Dan huwa ġustifikat minħabba l-informazzjoni rċevuta mill-Kummissjoni li turi aġir kummerċjali aggressiv. L-effett tal-projbizzjoni għandu jkun li, […], ING għandha tikkompeti l-aktar fuq il-bażi tal-kwalità tal-prodotti u s-servizzi tagħha. Dan għandu jnaqqas it-tħassib msemmi fl-informazzjoni indirizzata lill-Kummissjoni indikata hawn fuq fil-premessa 6 f’dak ir-rigward.

(151)

Fl-aħħar nett, il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING għandha toqgħod lura minn kummerċjalizzazzjoni tal-massa li tuża l-miżura tar-rikapitalizzazzjoni bħala vantaġġ f’termini kompetittivi.

(152)

Madankollu, skont il-Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni, m’għadx hemm raġuni sabiex wieħed jinsisti għal restrizzjoni temporanja fuq il-karta tal-bilanċ, kif kien impost fid-Deċiżjoni N 528/08.

5.2.4.   Monitoraġġ

(153)

Il-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat mill-Pajjiżi l-Baxxi għandu jkun implimentat korrettament. Sabiex tiżgura implimentazzjoni korretta, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport ta’ monitoraġġ biannwali. Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji pprovduti mill-Pajjiżi l-Baxxi jipprevedu numru ta’ fiduċjarji li jassistu lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u d-dispożizzjonijiet varji inklużi fih.

(154)

Hija prattika komuni li l-Kummissjoni tippermetti lil Stat Membru biex jadatta l-impenji f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali. (47) Għalhekk meta jkun meħtieġ, b’risposta għal talba mill-Pajjiżi l-Baxxi li turi raġuni valida, il-Kummissjoni għandha tagħmel tibdil meta ġġustifikat fuq il-mertu sabiex jew (i) tagħti estenzjoni tal-perjodu ta’ żmien tal-miżuri mwettqa mill-Pajjiżi l-Baxxi f’din id-deċiżjoni jew (ii) tirrinunzja, timmodifika jew tissostitwixxi aspett wieħed jew iktar minn kwalunkwe impenn provdut mill-Pajjiżi l-Baxxi f’din id-deċiżjoni.

6.   KONKLUŻJONI

(155)

Huwa konkluż, l-ewwel nett, li fuq il-bażi tal-emendi ppreżentati mill-Pajjiżi l-Baxxi fl-20 ta’ Ottubru 2009 il-miżura tal-AD tikkonforma mal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati u għandha tkun iddikjarata kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu (3) (b) tat-Trattat.

(156)

Fit-tieni lok, huwa konkluż li l-miżuri ta’ ristrutturar jippermettu lil ING biex tirkupra l-vijabbiltà tagħha għal żmien twil, huma suffiċjenti fir-rigward tal-qsim tal-piżijiet u huma adatti u proporzjonali għat-tpaċċija tal-effetti ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni tal-miżuri tal-għajnuna in kwistjoni. Il-pjan ta’ ristrutturar sottomess jissodisfa l-kriterji tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u għandu għalhekk ikun ikkunsidrat kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Arikolu (3) (b) tat-Trattat. Il-miżuri ta’ injezzjoni tal-kapital u l-garanziji li diġà kienu mogħtija jistgħu għalhekk ikunu mtawla skont il-pjan ta’ ristrutturar. Madankollu, ir-restrizzjonijiet temporanji tal-karta tal-bilanċ imposti fid-Deċiżjoni N 528/08 għandhom jitneħħew.

(157)

Fit-tielet lok, huwa konkluż li miżuri addizzjonali ta’ għajnuna ppreżentati fil-qafas tal-pjan ta’ ristrutturar, jiġifieri l-modifika tat-termini tax-xiri mill-ġdid tat-titoli tal-Core Tier 1 mill-Pajjiżi l-Baxxi u l-garanziji tal-obbligazzjonijiet previsti, għandhom ikunu ddikjarati wkoll bħala kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87 (3) (b) tat-Trattat, meta wieħed jikkunsidra id-dettall tal-miżuri fl-indirizzar tad-distorsjonijiet tas-suq ippreżentati fil-pjan ta’ ristrutturar u l-fatt li l-għajnuna tgħin lill-benefiċjarju biex iżid il-vijabbiltà tiegħu. Dan jirrigwarda wkoll l-għajnuna li tirriżulta mit-termini mibdula tal-arranġamenti tal-ħlas lura tal-kapital mogħti mill-Pajjiżi l-Baxxi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura tal-assi danneġġati pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-hekk imsejjaħ portafoll Alt A tal-ING tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

Din l-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni, soġġetta għall-impenji stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

L-għajnuna ta’ ristrutturar pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi lill-ING tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

L-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni, soġġetta għall-impenji stabbiliti fl-Anness II.

Il-limitazzjoni temporanja fuq it-tkabbir tal-karta tal-bilanċ stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 li tikkonċerna l-miżura tar-rikapitalizzazzjoni lil ING, tneħħiet.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża C 10/09 (ex N 138/09) ING, ĠU C 158, 11.7.2009, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 528/08, ING, ĠU C 328, 23.12.2008, p. 10.

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża C 10/09 (ex N 138/09) ING, ĠU C 158, 11.7.2009, p. 13.

(4)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

(5)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(6)  Għadha mhix ippubblikata.

(7)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2009 fil-kawża N 379/09 u NN 16-09, għadha mhix ippubblikata.

(8)  L-ishma fis-suq fil-premessa 19 u l-premessa 24 fis-suq Olandiż huma bbażati fuq il-figuri pubbliċi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Kawża Nru Comp/M.4844 Fortis/ABN Amro Assets. Is-sehem fis-suq jiddevja ftit minn figuri iktar attwalizzati provduti mill-Pajjiżi l-Baxxi. Madankollu, peress li d-differenzi mhumiex sinifikanti għad-deċiżjoni, il-Kummissjoni tirrapporta għal raġunijiet ta’ koerenza l-figuri vverifikati.

(*)  Partijiet minn dan it-test ġew mibdula biex jiżguraw li informazzjoni kunfidenzjali ma tkunx żvelata. Dawn il-partijiet huma bejn parenteżi kwadri u mmarkati b’asterisk.

(**)  Tħallew barra partijiet minn dan it test sabiex ikun żgurat li informazzjoni kunfidenzjali ma tkunx żvelata. Dawk il-partijiet huma indikati minn tliet punti bejn parenteżi kwadri u mmarkati b’żewġ asterisks.

(9)  Il-miżura hija deskritta fid-dettall fid-eċiżjoni tal-Kummissjoni N 528/08 tat-12 ta’ Novembru 2008.

(10)  Il-piena ta’ ħlas lura bikri hija kkalkulata kif ġej: 650 000 000 EUR * (numru ta’ titoli mixtrija mill-ġdid/500 000 000) * (ġranet minn meta nħarġu)/365) * (prezz prevalenti – 10)/(12,5 – 10) meta l-prezz prevalenti huwa l-prezz tas-suq medju 5 ijiem qabel il-ħlas lura, ikun ogħla minn jew ekwivalenti għal 11,20 EUR u inqas minn jew ekwivalenti għal 12,45 EUR.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 611/08, ĠU C 247, 15.10.2009, p. 2.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 569/09, ĠU C 9, 14.1.2009, p. 3.

(13)  It-tariffa tal-finanzjament hija s-somma ta’ 3 % (il-ħlas allegat tal-iffinanzjar b’USD tal-Istat Olandiż) u marġni ta’ 0,5 %.

(14)  Żieda fit-tariffa hija applikabbli biss mill-25 ta’ Ottubru 2009. Aġġustament kien meħtieġ u kien evalwat b’15,6 pb sabiex jikkumpensa n-nuqqas ta’ ħlas bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009. Dan l-aġġustament jolqot kemm it-tnaqqis fit-tariffa tal-finanzjament b’50 pb (li ING irċeviet mill-Istat Olandiż) u ż-żieda fit-tariffa ta’ garanzija b’67 pb (imħallsa mill-ING lill-Istat Olandiż).

(15)  Dan jiġri biss jekk ING tixtri l-portafoll lura mill-Istat Olandiż, totalment jew parzjalment.

(16)  […]

(17)  52 % tad-dħul qabel it-taxxa għall-grupp għall-perjodu 2004-2007 ġie mill-assigurazzjoni.

(18)  […]

(19)  Ħlas lura huwa meqjus wara 400 jum minn meta jingħata.

(20)  Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux likwidi.

(21)  […]

(22)  B’mod partikolari, kull meta jkun imwettaq divestiment minn proċess ta’ OPI li nbeda u jsir tqegħid tal-ishma sinifikanti (30 % jew iktar) qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ divestiment, il-Kummissjoni (wara konsultazzjoni tal-Istat Olandiż, ING u l-Fiduċjarju) għandha tikkunsidra b’mod attiv tippermettix lill-entità iktar ħin biex tqiegħed l-ishma li jibqa’.

(23)  Huwa aċċettat li fiduċjarji differenti jistgħu jinħatru fir-rigward ta’ reġjuni u/jew negozju differenti.

(24)  […]

(25)  Sakemm ikun ċar li parti mir-rikavat tal-ħruġ tal-ishma bi dritt għandha tintuża għall-ħlas taċ-ċedoli

(26)  Ara l-paragrafu 26 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(27)  B’suppożizzjoni ta’ rata ta’ skambju EUR/USD ta’ 1.3.

(28)  Il-RWA tal-ING Bank ammontaw għal 343 biljun EUR sat-tmiem tal-2008.

(29)  B’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni tas-solvenza fit-tmiem tal-2008.

(30)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża C 9/08 tal-4 ta’ Lulju 2008SachsenLB, għadha mhix ippubblikata, Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2009 fil-kawża N 264/09; Għajnuna ta’ salvataġġ lil HSH Nordbank AG, ĠU C 179, 1.8.2009, p. 1, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-kawża N 244/09 Commerzbank, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 4.

(31)  Ara punt 7 tal-aħħar premessa tal-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturar, kif ukoll il-punt 27.

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2009 fil-kawża N 379/09 u NN 16-09, għadha mhix ippubblikata.

(33)  Magħmula minn aġġustament ta’ 52 pb p.a. għal valutazzjoni, 15 pb p.a. għal tariffa ta’ ġestjoni u 15,6 pb p.a. għal pagamenti rinunzjati mill-Istat għall-perjodu bejn is-26 ta’ Jannar u l-25 ta’ Ottubru 2009.

(34)  L-Istat Olandiż jikkalkula li l-ispiża tiegħu għall-finanzjament bil-USD tkun ta’ madwar 3 % għal maturità ta’ 5-7 snin, li jikkorrispondu għall-ħajja medja mkejla tal-portafoll.

(35)  Permezz ta’ presuppożizzjoni ta’ remunerazzjoni adatta; dan kien preżentament provdut.

(36)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(37)  Ara ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2. Saret referenza espliċita fil-komunikazzjoni bankarja fil-punt 42.

(38)  Ara d-deċiżjoni dwar l-assi danneġġati tat-30 ta’ Marzu 2009, punt 83.

(39)  ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2.

(40)  ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.

(41)  MEMO/09/441 tat-8 ta’ Ottubru 2009 - Il-Kummissjoni tfakkar ir-regoli li jikkonċernaw tranżazzjonijiet tal-kapital tat-Tier 1 u Tier 2 għal banek soġġetti għal investigazzjoni tal-għajnuna ta’ ristrutturar.

(42)  Jekk ikun ikkunsidrat biss l-ammont tal-għajnuna allokata għall-assigurazzjoni, dan jirrappreżenta 50 % tar-rekwiżiti tal-marġni ta’ solvenza tal-ING Insurance. Dan ikun ekwivalenti għal 4 % ta’ RWA għal bank, peress li jikkostitwixxi nofs il-kapital minimu meħtieġ sabiex taħdem l-entità.

(43)  L-istess jidher li huwa veru dwar ir-rispett tal-ING tal-projbizzjoni li tirreklama l-miżura tar-rikapitalizzazzjoni li ma kinitx rispettata fl-Italja u Spanja għal diversi ġranet wara l-għotja tal-għajnuna.

(44)  Bl-istess mod: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-Kawża N 244/09 Injezzjoni tal-kapital f’Commerzbank, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 4, fil-para. 111.

(45)  Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-kawża N 244/09 Commerzbank, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 4, il-Kummissjoni aċċettat projbizzjoni fir-rigward ta’ tliet kompetituri bl-aħjar prezzijiet. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2009 fil-kawża C 18/09, KBC, li għadha mhix ippubblikata, il-Kummissjoni aċċettat projbizzjoni tal-price leadership fejn KBC impenjat ruħha li ma toffrix prezzijiet aħjar minn dawk ta’ kompetitur bl-aħjar prezzijiet fost l-aħjar għaxar parteċipanti fis-suq fit-termini tas-sehem tas-suq fuq is-suq rilevanti.

(46)  Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-kawża N 244/09 Commerzbank, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 4 u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2009 fil-kawża C 18/2009, KBC, li għadha mhix ippubblikata, il-Kummissjoni kkunsidrat li huwa xieraq li tillimita l-projbizzjoni għas-swieq fejn il-bank għandu preżenza sinifikanti, definita għall-iskop tal-projbizzjoni tal-price leadership bħala li jkollu sehem fis-suq ta’ mill-inqas 5 %.

(47)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2008 fil-kawża C 10/08, IKB, ĠU L 278, 23.10.2009, p. 32.


ANNESS I

Rigward il-miżura tal-assi danneġġati l-impenji li ġejjin għandhom ikunu rispettati:

Mill-25 ta’ Ottubru 2009, ING Group għandu jagħmel pagamenti addizzjonali lill-Pajjiżi l-Baxxi, li jikkorrispondu ma’ aġġustament tar-remunerazzjoni tal-Alt-A ta’ – 50 punti bażi fuq it-tariffa tal-finanzjament irċevuta minn ING u ta’ + 82.6 punti bażi fuq it-tariffa ta’ garanzija mħallsa minn ING. L-aġġustament relatat mat-tariffa ta’ garanzija jinkludi 15.6 punti bażi li jirrappreżentaw aġġustament għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2009 – il-bidu tal-IABF (fi kliem ieħor il-miżura A) – sal-25 ta’ Ottubru 2009. Il-pagamenti addizzjonali għandhom ikunu applikati sal-punt u d-dewmien li l-ftehim IABF jibqa’ fis-seħħ.

Il-pagamenti addizzjonali għandhom ikunu implimentati fl-għamla ta’ ftehim separat bejn l-ING Group u l-Pajjiżi l-Baxxi, sabiex l-IABF oriġinali jinżamm sħiħ.

Il-pagamenti addizzjonali, eskluż il-parti relatata mal-perjodu bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15.6 punti bażi inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa tal-garanzija) m’għandhom ebda saldu residwu f’każ ta’ inverżjoni bikrija tal-IABF. L-ammont tal-pagamenti addizzjonali mhux imħallsa li jirrigwarda l-perjodu ta’ bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15.6 punti bażi inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa ta’ garanzija) għandu jsir pagabbli f’każ ta’ inverżjoni parzjali jew totali tat-tranżazzjoni oriġinali. Jekk l-IABF tkun parzjalment invertita, dan is-saldu ta’ amortizzazzjoni bikri għandu jkun applikat proporzjonalment.

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw kwalunkwe miżuri ta’ inverżjoni totali jew parzjali bikrija tal-miżura tal-AD lill-Kummissjoni.


ANNESS II

Rigward l-għajnuna ta’ ristrutturar l-impenji li ġejjin għandhom ikunu rispettati:

(a)

Rigward tnaqqis fil-karta tal-bilanċ, l-impenn għal divestiment tal-assigurazzjoni, ING Direct US u unitajiet oħra li għandhom ikunu divestiti qabel it-tmiem tal-2013:

ING għandha tnaqqas 45 % tal-karta tal-bilanċ tagħha kkumparat mat-30 ta’ Settembru 2008 sat-tmiem tal-2013 u għandha tiddivesti lista ta’ unitajiet deskritti fil-premessa 57, b’mod partikolari Insurance u ING Direct US, […].

Dawn il-figuri jirreferu għal proġetazzjonijiet li ma jqisux l-impatt possibbli ta’ tkabbir organiku u jeskludu żidiet addizzjonali minħabba rekwiżiti regolatorji ġodda potenzjali, bħal pereżempju jekk il-banek ikunu meħtieġa li jżommu buffers ta’ likwidità akbar b’mod sinifikanti minħabba regolamenti ġodda fl-UE. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jżidu l-karta tal-bilanċ b’mod sinifikanti lil hinn mill-proġetazzjonijiet ta’ tkabbir organiku kurrenti.

ING m’għandux ikollha limitu fuq tkabbir organiku (fi kliem ieħor mhux relatat mal-akkwisti) tal-karta tal-bilanċ tan-negozji tagħha. […]. Fil-futur, ING għandu jkollha politika ġenerali sabiex tuża t-tkabbir tagħha fil-fondi affidati minn klijenti l-aktar sabiex tikber fis-self lill-ekonomija reali (kumpaniji u konsumaturi) u tnaqqas l-esponiment tagħha għal klassijiet ta’ assi ta’ riskju ogħla fil-US CMBS u US RMBS. […] (1).

Fir-rigward ta’ unitajiet ING timpenja ruħha li tbiegħ (kif imniżżel fil-premessa 57), jekk divestiment ta’ kwalunkwe unità bħal din ma jkunx seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2013 (pereżempju fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ bejgħ finali vinkolanti li kien imwettaq). Il-Kummissjoni tista’ fejn xieraq jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, b’risposta għal talba mill-Pajjiżi l-Baxxi, tagħti estenzjoni ta’ dan il-perjodu ta’ żmien. (2) Il-Kummissjoni tista’ wkoll f’dan il-każ (i) titlob lill-Pajjiżi l-Baxxi biex taħtar fiduċjarju (tad-divestiment) wieħed jew iktar (3), magħżul minn qabel u propost minn ING (u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni), […].

Kull meta l-Pajjiżi l-Baxxi jfittxu estenzjoni ta’ perjodu ta’ żmien, huma għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn xahar qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, li turi raġuni valida. F’każijiet eċċezzjonali, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ikunu intitolati biex jitolbu estenzjoni f’dak l-aħħar xahar tal-perjodu ta’ żmien.

(b)

Barra minn hekk il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta projbizzjoni tal-akkwist:

ING għandha toqgħod lura minn akkwisti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għal ċertu perjodu. Dawn l-impenji għandhom japplikaw għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin li jibda mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew sad-data li fiha l-ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum tal-ħruġ). ING għandha toqgħod lura wkoll, għall-istess perjodu, minn kwalunkwe akkwist (ieħor) tan-negozji li jista’ jikkawża dewmien fil-ħlas lura tat-Titoli Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi.

Minkejja din il-projbizzjoni, ING tista’, wara li tikseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, takkwista negozji, b’mod partikolari jekk dan ikun essenzjali sabiex tissalvagwardja l-istabbilità finanzjarja jew kompetizzjoni fis-swieq relevanti.

(c)

Barra minn hekk il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta projbizzjoni ta’ price leadership:

Mingħajr awtorizzazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni, ING m’għandhiex toffri prezzijiet iktar favorevoli fuq prodotti standardizzati tal-ING (fuq swieq kif definit hawn taħt) minn dawk tat-tliet kompetituri tagħha bl-aħjar prezzijiet fir-rigward tas-swieq tal-UE li fihom ING għandha sehem fis-suq ta’ iktar minn 5 %.

Din il-kundizzjoni hija limitata għall-prodotti standardizzati tal-ING fuq is-swieq tal-prodotti li ġejjin: (i) suq tat-tfaddil bl-imnut, (ii) suq ipotekarju bl-imnut, (iii) attivitajiet bankarji privati safejn jinvolvu prodotti tal-ipoteki jew prodotti ta’ tfaddil jew (iv) depożiti għal SMEs (SME definita skont id-definizzjoni ta’ SME kif abitwalment/preżentament imħaddma minn ING fin-negozju tagħha fil-pajjiż rilevanti). Malli ING issir konxja tal-fatt li toffri prezzijiet iktar favorevoli għall-prodotti tagħha minn dawk tat-tliet kompetituri tagħha bl-aħjar prezzijiet, ING għandha malajr kemm jista’ jkun taġġusta, mingħajr dewmien żejjed, il-prezz tagħha għal livell li huwa skont dan l-impenn.

Din il-kondizzjoni għandha tapplika għal tliet snin li jibdew mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli CT1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ), skont liema huwa l-iqsar. Fiduċjarju ta’ monitoraġġ magħżul minn qabel u propost mill-ING, għandu jkun maħtur mill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jissorvelja din il-kundizzjoni. Il-fiduċjarju ta’ monitoraġġ huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, bħala sostenn għall-vijabbiltà għal żmien twil tal-ING, ING Direct għandha toqgħod lura, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, minn price-leadership fir-rigward ta’ prodotti standardizzati tal- ING fuq is-swieq ipotekarji bl-imnut u ta’ tfaddil bl-imnut fl-UE, għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin mid-data ta’ dawn id-Deċiżjonijiet jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill- (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ). Malli ING issir konxja tal-fatt li saret price leader fis-swieq ipotekarji bl-imnut jew ta’ tfaddil bl-imnut fl-UE, ING għandha taġġusta l-prezz tagħha skont dan l-impenn malajr kemm jista’ jkun mingħajr dewmien żejjed.

Fiduċjarju ta’ monitoraġġ magħżul minn qabel u propost mill-ING, għandu jinħatar mill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jissorvelja din il-kundizzjoni. Il-fiduċjarju ta’ monitoraġġ huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(d)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom għal numru ta’ dispożizzjonijiet dettaljati rigward it-tiswir tal-WUH/Interadvies:

ING għandha toħloq kumpanija ġdida għal divestiment fil-Pajjiżi l-Baxxi, li għandha tkun imsawra min-negozju bankarju bl-imnut Olandiż kurrenti. Ir-riżultat għandu jkun li din il-kumpanija msawra ġdida tkun negozju vijabbli u kompetittiv, li huwa indipendenti u separat minn negozji oħra tal-ING u li jista’ jkun trasferit lil xerrej adattat. Din il-kumpanija l-ġdida għandha tinkludi n-negozju tad-diviżjoni bankarja tal-WUH/Interadvies, li hija preżentement parti mill-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni Olandiżi, u l-Portafoll tal-Kreditu tal-Konsumatur tal-ING Bank. WUH/Interadvies hija unità tan-negozju tal-ING taħt l-umbrella tal-unità tan-Nationale Nederlanden Insurance. Hija (b’mod predominanti) bank ipotekarju li jopera fuq il-bażi tal-liċenzji bankarji tiegħu stess. Huwa parteċipant vijabbli “indipendenti”, li għandu s-setgħat ta’ bejgħ tiegħu għal servizzi tal-klijenti u organizzazzjoni indipendenti b’bażi ta’ dħul solidu. It-tiswir għandu jkun imwettaq taħt is-sorveljanza tal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ b’kooperazzjoni mal-Amministratur Miżmum Separat. F’dan il-kuntest, matul il-perjodu ta’ tiswir, il-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ jista’ jirrakkomanda lil ING dawk l-inklużjonijiet fin-Negozju tad-Divestiment ta’ assi tanġibbli u mhux tanġibbli (relatati man-Negozju tad-Divestiment) li huwa jikkunsidra li huma oġġettivament meħtieġa sabiex tkun żgurata konformità totali mal-obbligazzjonijiet orjentati lejn ir-riżultati tal-ING fuq imsemmija u b’mod partikolari l-vijabbiltà u l-kompetittività tan-negozju tad-divestiment. Jekk ING ma taqbilx mal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ dwar ir-rekwiżit oġġettiv li tinkludi dawn l-assi tanġibbli jew mhux tanġibbli biex tiżgura l-vijabbiltà u kompetittività tan-Negozju tad-Divestiment, ING għandha tinforma lill-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ bil-miktub. F’dan il-każ, il-maniġment eżekuttiv tal-ING u l-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ għandhom, fi żmien […], jagħmlu laqgħa sabiex jintlaħaq kunsens. Jekk ma jintlaħaq ebda kunsens, ING u l-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ għandhom jaħtru konġuntement, mingħajr dewmien żejjed, terza persuna indipendenti b’ħila esperta fis-settur finanzjarju (l-“Espert”) sabiex tisma l-argumenti tal-partijiet u ssib soluzzjoni. Jekk ma tintlaħaq ebda soluzzjoni, l-Espert għandu jiddeċiedi, fi żmien […] mill-ħatra tiegħu, dwar ir-rekwiżit oġġettiv li jkunu inklużi assi tanġibbli jew mhux tanġibbli fin-Negozju tad-Divestiment sabiex tkun żgurata l-vijabbiltà u l-kompetittività tiegħu, u l-partijiet għandhom jaċċettaw id-deċiżjoni tal-Espert f’dan ir-rigward u għandhom jaġixxu skont dan. Kwistjonijiet relatati ma’ nuqqas ta’ ftehim għandhom ikunu msemmija fir-rapport tal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ lill-Kummissjoni.

ING timpenja ruħha li tiżgura l-aħjar kundizzjonijiet ta’ divestiment billi tagħmel pjan ta’ negozju, toħloq pjattaforma tal-Internet u tiddedika kapaċitajiet ta’ bejgħ lill-entità. Barra minn hekk, għandha tagħmel ukoll kapaċità għall-pagament disponibbli (f’termini kummerċjali) jekk ix-xerrej jitlob dan. Barra minn hekk, ING għandha tassisti fil-ħolqien ta’ funzjoni ta’ Teżor u tiżgura finanzjament għal sentejn wara d-divestiment, filwaqt li s-sostenn ta’ finanzjament tal-ING għandu jonqos bil-mod f’dawk is-sentejn. Is-sostenn tal-finanzjament tal-ING lin-negozju WUH għandu jkun ibbażat fuq prezzijiet ta’ trasferiment ta’ finanzjament intern. ING għandha l-intenzjoni li tapplika lill-Pajjiżi l-Baxxi għal finanzjament garantit mill-Istat sal-ammont ta’ […] biljun EUR għall-finanzjament tan-negozju WUH. F’dak il-każ, l-awtoritajiet Olandiżi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw din il-miżura separatament.

Barra minn hekk, ING għandha toqgħod lura għal perjodu interim […] milli tissoliċita b’mod attiv lill-klijenti tan-negozju WUH għal prodotti li n-negozju WUH qed jipprovdi lil dawn il-klijenti fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

ING għandha tipprova ssawwar in-negozju tal-WUH […]. Wara l-perjodu tat-tiswir […], ING għandha żżomm separat in-negozju WUH u tipprova tiddivesti dan in-negozju […] (4).

Fiduċjarju ta’ monitoraġġ u amministratur miżmum separat għandhom jinħatru fi żmien […] wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni […] u l-Fiduċjarju tad-divestiment għandu jkun maħtur […].Il-fiduċjarji kollha għandhom jinħatru mill-Pajjiżi l-Baxxi u jkunu magħżula minn qabel u proposti mill-ING. Il-fiduċjarji huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(e)

L-ispejjeż tal-fiduċjarji kollha maħtura waqt il-proċess ta’ ristrutturar għandhom jitħallsu mill-ING.

(f)

Għar-ritorn tal-vijabbiltà, il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta dan li ġej:

ING timpenja ruħha li torjenta l-finanzjament mhux tad-depożiti tagħha lejn finanzjament għal żmien itwal ladarba s-swieq jerġgħu lura għal kundizzjonijiet ta’ inqas tensjoni billi toħroġ iktar strumenti ta’ debitu b’maturità ta’ iktar minn sena. […].

ING tħabrek biex telimina l-ingranaġġ doppju tagħha (billi tuża core debt bħala kapital proprju fis-sussidjarji tagħha) malajr kemm jista’ jkun u timpenja ruħha li tagħmel dan mhux aktar tard minn […]. L-ingranaġġ doppju huwa awtomatikament eliminat jekk u meta l-ING Group jerġa’ jsir bank regolat.

(g)

Rigward id-diferiment taċ-ċedoli u s-sejħa tat-titoli tat-Tier 1 u Tier 2 il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta dan li ġej:

Jekk toħroġ ishma bi dritt ta’ iktar minn dak li huwa meħtieġ sabiex tħallas lura 50 % tat-titoli Core Tier 1, inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti u t-tariffa tal-primjum ta’ ħruġ, ING ma tkunx obbligata li tiddiferixxi l-ħlas taċ-ċedoli fuq ibridi fit-8 u l-15 ta’ Diċembru 2009 (5) u kwalunkwe ħlas taċ-ċedoli fuq ibridi wara dan.

Jekk dan il-ħruġ ta’ ishma bi dritt ma jseħħx u ING għamlet telf fis-sena preċedenti, ING għandha tkun obbligata li tiddeferixxi ċedoli ibridi, safejn l-ING ikollha diskrezzjoni biex tagħmel dan, għat-tliet snin li jibdew mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ), skont liem ikun l-iqsar.

L-awtoritajiet Olandiżi jifhmu li l-Kummissjoni hija kontra r-remunerazzjoni mir-reċipjenti tal-għajnuna mill-Istat mill-fondi tagħhom stess (kapital u dejn subordinat) meta l-attivitajiet tagħhom ma jiġġenerawx biżżejjed profitti (6) u li l-Kummissjoni f’dan il-kuntest hija bħala prinċipju kontra s-sejħa ta’ kapital tat-Tier 2 u ibridi tat-Tier 1. ING jiddispjaċieha rigward l-intendiment ħażin tas-sejħa ta’ bond aktar baxx tat-Tier 2 fl-14 ta’ Ottubru 2009. Is-sejħa ta’ kapital tat-Tier 2 u ibridi tat-Tier 1 għandha fil-futur tkun proposta individwalment lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjoni, għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti fuq ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ).

(h)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING għandha toqgħod lura mill-kummerċjalizzazzjoni tal-massa li tuża l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni bħala vantaġġ f’termini kompetittivi.

(i)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING għandha żżomm ir-restrizzjonijiet fuq il-politiki tagħha ta’ remunerazzjoni u attivitajiet kummerċjali kif impenjat ruħha preċedentement skont il-ftehim li jikkonċernaw it-titoli tal-Core-Tier 1 u faċilità ta’ sostenn ta’ assi mhux likwidi.

(j)

ING u l-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li r-rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar għandu jkun ipprovdut kull sitt xhur lill-Kummissjoni mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.

(k)

L-awtoritajiet Olandiżi jimpenjaw ruħhom li l-eżekuzzjoni totali tar-ristrutturar tal- ING għandha tkun kompluta qabel it-tmiem tal-2013.


(1)  […]

(2)  B’mod partikolari, kull meta divestiment ikun imwettaq minn proċess tal-OPI li jkun beda u jkun sar tqegħid tal-ishma sinifikanti (30 % jew iktar) qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ divestiment, il-Kummissjoni (wara konsultazzjoni mal-Pajjiżi l-Baxxi, ING u l-Fiduċjarju) għandha tikkunsidra b’mod attiv tippermettix lill-entità iktar ħin biex tqiegħed l-ishma li jibqa’.

(3)  Huwa aċċettat li fiduċjarji differenti jistgħu jinħatru fir-rigward ta’ reġjuni u/jew negozji differenti.

(4)  […]

(5)  Sakemm ikun ċar li dik il-parti tar-rikavati tal-ħruġ ta’ ishma bi dritt tkun użata għal pagamenti ta’ ċedoli.

(6)  Ara l-paragrafu 26 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (Komunikazzjoni tar-Ristrutturar).