ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.241.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 241

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
14 ta' Settembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji ( 1 )

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 803/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 804/2010 tat-13 ta’ Settembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/486/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

14.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 801/2010

tat-13 ta’ Settembru 2010

li jimplimenta l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji ta’ Stat tal-bandiera

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera hija waħda mill-parametri ġeneriċi li jiddeterminaw il-profil tar-riskju ta’ bastimenti.

(2)

Sabiex issir valutazzjoni tal-profil tar-riskju ta’ bastiment, għandha titqies ir-rata ta’ detenzjoni fi ħdan l-Unjoni u fi ħdan ir-reġjun kopert mill-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (Paris MoU).

(3)

Huwa meħtieġ li wieħed jibni fuq l-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-Paris MoU fir-rigward tal-metodoloġija li se tintuża għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kategorizzazzjoni tal-Istati tal-bandiera abbażi tar-rati ta’ detenzjoni

1.   Bil-għan li tiġi stabbilita l-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/16/KE, l-Istati tal-bandiera għandhom jiġu kklassifikati f’listi suwed, griżi jew bojod, adottati skont il-Paris MoU abbażi tat-total ta’ spezzjonijiet u detenzjonijiet fuq perjodu ta’ tliet snin. Barra minn hekk, l-Istati tal-bandiera elenkati fil-lista s-sewda għandhom jinqasmu f’dawk b’riskju għoli ħafna, għoli, medju għal għoli jew medju skont ir-rata ta’ detenzjoni tagħhom. Il-klassifikazzjoni għandha tiġi aġġornata annwalment.

2.   Il-klassifikazzjoni ta’ Stat tal-bandiera fil-lista s-sewda, il-griża jew il-bajda teħtieġ minimu ta’ tletin spezzjoni ta’ kontroll tal-Istat tal-port.

3.   Il-metodoloġija u l-formuli li għandhom jintużaw biex jiġu kkategorizzati l-Istati tal-bandiera għandhom jikkonformaw mal-kriterji tal-Istat tal-bandiera kif stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera abbażi tal-verifika tal-IMO

Il-konformità msemmija fl-punt (c)(iii) tal-Parti I.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/16/KE meħtieġa għall-bastimenti sabiex jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx, għandha titqies li ġiet murija meta l-Kummissjoni tirċievi konferma bil-miktub mill-Istat tal-bandiera li ġie kompletat rapport ta’ verifika finali, u fejn rilevanti, li ġie ppreżentat pjan ta’ azzjoni korrettiva. Il-verifiki mwettqa qabel is-17 ta’ Ġunju 2009 għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni wkoll.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57.


ANNESS

Kriterji ta’ Stat tal-Bandiera

(kif imsemmija fl-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2009/16/KE)

1.

Il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiġi kkalkolata permezz ta’ formula standard għal kalkoli statistiċi li jkollha ċerti valuri fissi. Il-limiti mill-iswed għall-griż u mill-griż għall-abjad huma defeniti bil-formuli li ġejjin:

Formula Formula

Fejn:

N hija l-għadd ta’ spezzjonijiet

p hija l-limitu ta’ detenzjoni permess

z hija l-valur kritiku ta’ distribuzzjoni normali (1,645 għal-livell ta’ ċertezza ta’ 95 %)

2.

Il-formuli stipulati fil-punt 1 għandhom jipprovdu l-għadd ta’ detenzjonijiet permessi għal-lista s-sewda jew il-lista l-bajda. Għadd ta’ detenzjonijiet aktar mil-limitu mill-iswed għall-griż ikun ifisser agħar mill-medja u sussegwentement għandu jiġi elenkat fil-lista s-sewda, filwaqt li għadd ta’ detenzjonijiet inqas mil-limitu mill-abjad għall-griż ikun ifisser aħjar mill-medja u sussegwentement għandu jiġi elenkat fil-lista l-bajda. Meta l-ammont ta’ detenzjonijiet għal Stat tal-bandiera partikolari jinstab bejniethom it-tnejn, l-Istat tal-bandiera għandu jiġi elenkat fil-lista l-griża.

3.

Sabiex tkun tista’ titqabbel il-prestazzjoni tal-Istati tal-bandiera elenkati fil-lista s-sewda, il-griża jew il-bajda, il-kalkolu jiġi ripetut billi tiġi aġġustata l-p fil-formuli stabbiliti fil-punt 1.

4.

Sabiex il-prestazzjoni tal-Istati tal-bandiera tkun tista’ titqabbel, għandu jintuża l-fattur ta’ eċċess (EF). L-EF huwa indikazzjoni tal-għadd ta’ drabi li p għandha tinbidel u tiġi kkalkolata mill-ġdid sakemm l-għadd ta’ detenzjonijiet għal Stat tal-bandiera jiġi daqs il-limiti. Kull inkrement jew tnaqqis ta’ 3 % fil-p jikkorrispondi għal punt EF sħiħ. Għall-Istati tal-bandiera kkategorizzati fil-lista l-griża, l-EF għandu jiġi kkalkolat permezz tal-formula li ġejja:

Formula

5.

Il-valuri EF li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati sabiex l-Istati tal-bandiera elenkati bħala suwed jitranġaw f’dawk b’riskju għoli ħafna, għoli, medju għal għoli jew medju:

 

EF = 4,01 u aktar ifisser riskju għoli ħafna

 

EF = 3,01 sa 4,00 ifisser riskju għoli

 

EF = 2,01 sa 3,00 ifisser riskju medju għal għoli

 

EF = 1,01 sa 2,00 ifisser riskju medju.


14.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 802/2010

tat-13 ta’ Settembru 2010

li jimplimenta l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tal-kumpaniji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 27 tagħha,

Billi:

(1)

Il-prestazzjoni tal-kumpanija hija waħda mill-parametri ġeneriċi li tiddetermina l-profil tar-riskju ta’ bastiment.

(2)

Bil-għan li tiġi determinata l-prestazzjoni tal-kumpaniji skont it-tifsira tad-Direttiva Nru 2009/16/KE, hemm bżonn li, meta ssir spezzjoni ta’ bastiment, l-ispetturi jirreġistraw in-numru tal-IMO li jkun ġie assennjat lil kumpanija.

(3)

Sabiex tkun ivvalutata l-prestazzjoni tal-kumpanija, għandhom jitqiesu n-nuqqasijiet u r-rati ta’ detenzjoni tal-bastimenti kollha li jinsabu fil-flotta ta’ kumpanija li jkunu suġġetti għal spezzjoni fil-Komunità u fir-reġjun kopert mill-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (Paris MOU).

(4)

Huwa neċessarju li wieħed jiżviluppa l-għarfien espert miksub mill-applikazzjoni tal-MOU ta’ Pariġi f’dak li jirrigwarda l-metodoloġija użata sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-kumpanija.

(5)

Il-Kummissjoni għandha toqgħod fuq l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (2) għall-pubblikazzjoni tal-lista ta’ kumpaniji bi prestazzjoni baxxa jew baxxa ħafna fuq sit tal-Internet pubbliku.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Identifikazzjoni ta’ kumpaniji

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija kif definita fl-Artikolu 1(18) tad-Direttiva 2209/16/KE tkun identifikata permezz tan-numru IMO meta l-bastimenti għandhom ikunu konformi mal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sikurezza (ISM) kif imsemmi fil-Kapitolu IX tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (il-Konvenzjoni SOLAS).

Artikolu 2

Kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-kumpaniji

1.   Bil-għan li tiġi valutata l-prestazzjoni tal-kumpanija msemmija fil-punt (e) tal-Parti I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva Nru 2009/16/KE, għandom jintużaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-livell tal-prestazzjoni tal-kumpanija għandu jiġi aġġornat kuljum u kkalkulat abbażi tas-36 xahar ta’ qabel il-valutazzjoni. Għal dik ir-raġuni l-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq dejta miġbura mis-17 ta’ Ġunju 2009. Fil-każ li ma jkunux għaddew 36 xahar mis-17 ta’ Ġunju 2009, il-kalkolu għandu jsir abbażi tad-dejta disponibbli.

3.   Il-kumpaniji għandhom ikunu kklassifikati bħala li għandhom prestazzjoni baxxa ħafna, baxxa, medja jew għolja kif imniżżel fil-punt 3 tal-Anness.

Artikolu 3

Lista ppubblikata ta’ kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) bil-għan li jkun hemm pubblikazzjoni regolari tal-lista fuq sit pubbliku tal-informazzjoni dwar il-kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva Nru 2009/16/KE.

2.   EMSA għandha tippubblika u taġġorna l-informazzjoni li ġejja kuljum fuq is-sit pubbliku:

(a)

il-lista tal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom waqt is-36 xahar ta’ qabel kienet baxxa ħafna, għal perjodu ta’ għall-anqas tliet xhur fuq bażi kontinwa;

(b)

il-lista tal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom waqt is-36 xahar ta’ qabel kienet tvarja bejn baxxa u baxxa ħafna, għal perjodu ta’ għall-anqas tliet xhur fuq bażi kontinwa;

(c)

il-lista tal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom waqt is-36 xahar ta’ qabel kienet baxxa ħafna, għal perjodu ta’ għall-anqas sitt xhur fuq bażi kontinwa.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57.

(2)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.


ANNESS

IL-KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KUMPANIJI

(kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/16/KE)

1.   Indiċi ta’ detenzjoni ta’ kumpanija

L-indiċi tad-detenzjoni huwa l-proporzjon bejn l-għadd ta’ detenzjonijiet tal-bastimenti kollha fil-flotta ta’ kumpanija u l-għadd ta’ spezzjonijiet tal-bastimenti kollha fil-flotta tal-kumpanija fis-36 xahar preċedenti, meta mqabbel mal-proporzjon medju ta’ detenzjonijiet għall-bastimenti kollha li saritilhom spezzjoni fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.

L-indiċi tad-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat medju jekk jikkorrispondi mar-rata medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.

L-indiċi tal-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat ’l fuq mill-medju jekk hi 2 punti ta’ perċentwali iktar mill-indiċi tal-detenzjoni medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.

L-indiċi tal-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat ’l isfel mill-medju jekk hi 2 punti ta’ perċentwali iktar mill-indiċi tal-detenzjoni medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.

L-indiċi ta’ detenzjoni ta’ kumpanija għandu ikun fuq il-medja irrispettivament tar-riżultati kollha l-oħra li joħorġu mill-ispezzjoni jekk l-ordni ta’ aċċess skont id-Direttiva Nru 2009/16/KE tiġi rifjutata fis-36 xahar preċedenti għal kwalunkwe bastiment fil-flotta ta’ dik il-kumpanija.

2.   Indiċi tan-nuqqasijiet ta’ kumpanija

L-indiċi tan-nuqqasijiet huwa l-proporzjon bejn l-punti totali ta’ nuqqasijiet tal-bastimenti kollha fil-flotta ta’ kumpanija għall-għadd ta’ spezzjonijiet tal-bastimenti kollha fil-flotta ta’ kumpanija fis-36 xahar preċedenti, meta mqabbel mal-proporzjon medju tan-nuqqasijiet għall-bastimenti kollha li tkun saritilhom spezzjoni fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.

Għall-finjijet tal-ewwel subparagrafu in-nuqqasijiet relatati mal-Kodiċi ISM għandhom jitqiesu daqs 5 punti filwaqt li kwalunkwe nuqqas ieħor għandu jitqies daqs punt (1). Il-proporzjon medju tan-nuqqasijiet fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi għandu jitqies billi tiġi kkalkulata l-okkorrenza medja tan-nuqqasijiet relatati mal-Kodiċi ISM u kwalunkwe nuqqasijiet oħra għal kull spezzjoni.

L-indiċi tad-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat medju jekk jikkorrispondi mar-rata medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.

L-indiċi tad-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat ’l fuq mill-medju jekk hi 2 punti ta’ perċentwali iktar mill-indiċi tad-detenzjoni medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.

L-indiċi tad-detenzjoni għandu jiġi kkunsidrat ’l isfel mill-medju jekk hi 2 punti ta’ perċentwali iktar mill-indiċi tad-detenzjoni medja għall-bastimenti kollha spezzjonati fir-reġjun kopert mill-MoU ta’ Pariġi fis-36 xahar preċedenti.

3.   Il-matriċi tal-prestazzjoni tal-kumpaniji

Il-prestazzjoni tal-kumpanija għandha tiġi kklassifikata kif ġej:

Indiċi ta’ Detenzjoni

Indiċi tan-Nuqqasijiet

Prestazzjoni ta’ Kumpanija

fuq il-medja

fuq il-medja

baxxa ħafna

fuq il-medja

medja

baxxa

fuq il-medja

taħt il-medja

medja

fuq il-medja

taħt il-medja

fuq il-medja

medja

medja

fin-nofs

medja

taħt il-medja

taħt il-medja

medja

taħt il-medja

taħt il-medja

għolja

Madankollu, jekk kumpanija m’għandha ebda rekord preċedenti ta’ ispezzjonijiet magħmula fuq il-flotta tagħha jew mhux meħtieġ li jkollha numru IMO, għandha tiġi kkunsidrata bħala li għandha prestazzjoni medja.


14.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 803/2010

tat-13 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

61,0

XS

45,6

ZZ

53,3

0707 00 05

MK

55,0

TR

144,2

ZZ

99,6

0709 90 70

TR

114,3

ZZ

114,3

0805 50 10

AR

93,1

BR

122,7

CL

128,4

IL

141,4

TR

146,0

UY

133,6

ZA

117,2

ZZ

126,1

0806 10 10

EG

148,1

IL

122,3

TR

111,5

ZA

92,1

ZZ

118,5

0808 10 80

AR

100,8

BR

70,5

CL

95,9

CN

56,6

NZ

110,7

US

87,4

ZA

84,5

ZZ

86,6

0808 20 50

AR

80,1

CL

150,5

CN

69,9

ZA

82,6

ZZ

95,8

0809 30

AR

55,2

TR

152,2

ZZ

103,7

0809 40 05

BA

54,7

IL

165,3

XS

52,3

ZZ

90,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


14.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 804/2010

tat-13 ta’ Settembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 240, 11.9.2010, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-14 ta’ Settembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

54,18

0,00

1701 11 90  (1)

54,18

0,00

1701 12 10  (1)

54,18

0,00

1701 12 90  (1)

54,18

0,00

1701 91 00  (2)

49,99

2,47

1701 99 10  (2)

49,99

0,00

1701 99 90  (2)

49,99

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

14.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Settembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv

(2010/486/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 126(9) u l-Artikolu 136 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1)(a) TFUE jipprevedi l-possibbiltà ta’ adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-Istati Membri li jkollhom l-euro bħala l-munita tagħhom bil-ħsieb li jissaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tagħhom.

(2)

L-Artikolu 126 TFUE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern u jistipula l-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv għal dak l-għan. Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li fit-taqsima korrettiva tiegħu jimplimenta l-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, jipprovdi l-qafas li jirfed il-politiki tal-gvern biex ireġġgħu minnufih pożizzjonijiet baġitarji sodi b’kont meħud tal-qagħda ekonomika.

(3)

Fis-27 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li kien jeżisti żbilanċ eċċessiv fil-Greċja.

(4)

Fl-10 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv (1) (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni”). Id-Deċiżjoni stabbilixxiet l-iskadenza tal-2014, mill-iktar tard, sabiex il-Greċja tikkonforma magħha. Il-Kunsill stabbilixxa r-rotta li ġejja għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ: żbilanċi tal-gvern li ma jaqbżux it-8 % tal-PDG fl-2010, 7,6 % tal-PDG fl-2011, 6,5 % tal-PDG fl-2012, 4,9 % tal-PDG fl-2013, u 2,6 % tal-PDG fl-2014.

(5)

Skont il-previżjonijiet disponibbli meta l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni, il-PDG reali kien mistenni li jiċkien b’4 % fl-2010 u 2,6 % fl-2011, u jirkupra wara, b’rati ta’ tkabbir ta’ 1,1 % fl-2012, u 2,1 % fl-2013 u l-2014. Id-deflator tal-PDG kien mistenni li jkun 1,2 %, – 0,5 %, 1,0 %, 0,7 % u 1,0 % mill-2010 sal-2014, rispettivament. Fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi sadanittant, ir-rati tat-tkabbir tal-PDG reali msemmija qabel, jibqgħu xenarju ċentrali b’riskji pożittivi u negattivi bbilanċjati, filwaqt li d-deflator issa huwa previst li jkun sostanzjalment ogħla għas-snin inizjali: 3½ %, 1¼ % u ½ % mill-2010 sal-2012.

(6)

Il-Greċja għamlet progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-miżuri mitluba mid-Deċiżjoni. F’diversi oqsma, il-miżuri ttieħdu qabel ir-rekwiżiti. Dan kien il-każ, b’mod partikolari, fil-qasam tar-riforma tal-pensjonijiet, ir-riforma tal-amministrazzjoni lokali u l-pubblikazzjoni tad-data kull xahar dwar l-introjtu u n-nefqa tal-istat. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa ta’ għadd ta’ aġġustamenti f’kull wieħed minn dawn l-oqsma.

(7)

Fis-6 ta’ Awwissu 2010, il-Greċja ppreżentat lill-Kunsill u l-Kummissjoni rapport li jiddeskrivi fil-qosor il-miżuri ta’ politika li ttieħdu biex jikkonformaw mad-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u kkonkludiet li l-Greċja qed tikkonforma b’mod sodisfaċenti mad-Deċiżjoni.

(8)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, jidher xieraq li tiġi riveduta d-Deċiżjoni minn għadd ta’ aspetti, filwaqt li jitħalla kif inhu l-limitu ta’ żmien għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv u r-rotta rispettiva ta’ aġġustament tal-iżbilanċ u d-dejn tal-gvern.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/320/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali li jammontaw mill-inqas għal 3,2 % tal-PDG (4,3 % tal-PDG jekk jittieħed kont tal-ammonti ttrasferiti mill-miżuri implimentati fl-2010) li għandhom jiġu inklużi fl-abbozz tal-baġit għall-2011: tnaqqis fil-konsum intermedju tal-gvern ġenerali mill-inqas ta’ EUR 300 miljun meta mqabbel mal-livel tal-2010 (li jiżdied mat-tfaddil mir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-gvern lokali msemmi f’dan il-paragrafu); iffriżar fl-aġġustamenti tal-pensjonijiet (bil-għan li jitfaddlu EUR 100 miljun); tariffa temporanja ta’ kriżi fuq intrapriżi bi profittabbiltà għolja (li trendi mill-inqas EUR 600 miljun f’introjtu addizzjonali kull sena fl-2011, l-2012 u l-2013); tassazzjoni preżuntiva tal-professjonisti (li trendi mill-inqas EUR 400 miljun fl-2011 u introjti miżjuda mill-inqas b’EUR 100 miljun fis-sena fl-2012 u l-2013); twessigħ tal-bażi tal-VAT biex tinkludi ċerti servizzi li bħalissa huma eżenti u permezz tat-trasferiment ta’ 30 % tal-oġġetti u s-servizzi mir-rata mnaqqsa għar-rata ewlenija (li trendi EUR 1 biljun); taxxa ambjentali gradwali fuq l-emissjonijiet tas-CO2 (li trendi mill-inqas EUR 300 miljun fl-2011); l-implimentazzjoni mill-Gvern tal-leġiżlazzjoni li tirriforma l-amministrazzjoni pubblika u organizzazzjoni mill-ġdid tal-gvern lokali (bl-iskop li jitnaqqsu l-ispejjeż mill-inqas b’EUR 500 miljun fl-2011, u EUR 500 miljun addizzjonali kull sena fl-2012 u l-2013); tnaqqis f’investimenti ffinanzjati domestikament (mill-inqas b’EUR 500 miljun) billi tingħata prijorità lill-proġetti ta’ investiment iffinanzjati mill-fondi strutturali tal-UE, inċentivi biex jiġi regolarizzat il-ksur tal-liġi fl-użu tal-art (li jrendu mill-inqas EUR 1 500 miljun mill-2011 sal-2013, li minnhom mill-inqas EUR 500 miljun fl-2011); ġabra ta’ introjtu mil-liċenzjar tal-logħob tal-ażżard (mill-inqas EUR 500 miljun f’bejgħ ta’ liċenzji u EUR 200 miljun fi drittijiet annwali); twessigħ tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà billi jiġu aġġornati l-valuri tal-assi (biex irendi mill-inqas EUR 400 miljun introjtu addizzjonali); tassazzjoni miżjuda tal-pagi in natura, inkluż billi jiġu intaxxati l-pagamenti tal-leasing tal-karozzi (mill-inqas b’EUR 150 miljun); tassazzjoni miżjuda tal-oġġetti ta’ lussu (mill-inqas b’EUR 100 miljun); taxxa speċjali fuq stabbilimenti mhux awtorizzati (biex trendi mill-inqas EUR 800 miljun kull sena) u sostituzzjoni ta’ 20 % biss tal-impjegati li jirtiraw fis-settur pubbliku (il-gvern ċentrali, il-gvernijiet lokali, il-fondi tas-sigurtà soċjali, il-kumpaniji pubbliċi, l-aġenziji statali u istituzzjonijiet pubbliċi oħra). Miżuri li jrendu tfaddil baġitarju kumparabbli jistgħu jiġu kkunsidrati wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;”.

(2)

Fl-Artikolu 2(2), il-punt (b) tħassar.

(3)

Fl-Artikolu 2(2), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

it-tnedija ta’ reviżjonijiet indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali u tal-programmi soċjali eżistenti;”.

(4)

Fl-Artikolu 2(2), qed jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(j)

l-istabbiliment ta’ reġistru ċentrali komprensiv għall-intrapriżi pubbliċi;

(k)

pjan ta’ azzjoni bi skeda għal azzjonijiet konkreti li jwasslu għall-ħolqien ta’ awtorità ċentrali tal-akkwisti pubbliċi;

(l)

att li jistabbilixxi limitu massimu ta’ EUR 50 miljun għall-kontribuzzjoni tal-obbligu tas-servizz pubbliku mill-gvern ġenerali lill-operaturi tal-ferroviji għall-perijodu 2011-2013 u li jistabbilixxi l-prinċipju li l-Istat ma jagħti l-ebda appoġġ addizzjonali espliċitu jew impliċitu lill-operaturi tal-ferroviji;

(m)

pjan ekonomiku għall-ferroviji Griegi. Il-pjan ekonomiku jispeċifika l-mod kif l-attivitajiet operattivi se jsiru profittabbli, inkluża l-kopertura tal-ispejjeż tad-deprezzar, mill-2011 ’il hemm, inkluż billi jingħalqu rotot li qed jagħmlu t-telf, billi jiżdiedu t-tariffi u jitnaqqsu l-pagi u l-livell ta’ impjegati; jipprovdi analiżi dettaljata tas-sensittività dwar l-implikazzjoni għall-ispejjeż tal-pagi ta’ xenarji varji għar-riżultat tal-ftehim kollettiv u jipprovdi informazzjoni dwar alternattivi differenti fir-rigward tal-persunal; u jipprevedi r-ristrutturar tal-holding company, inkluż il-bejgħ tal-art jew ta’ assi oħra;”.

(5)

Fl-Artikolu 2(2), qed jiżdied punt (n) ġdid, bil-formulazzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 2(3).

(6)

Fl-Artikolu 2(2), qed jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(o)

riforma tal-leġislazzjoni dwar il-ħarsien tal-impjiegi biex il-perijodu ta’ żmien ta’ prova għal xogħolijiet ġodda jiġi estiż għal sena, u biex jiġi ffaċilitat użu akbar ta’ kuntratti temporanji u xogħol part-time;

(p)

emenda tar-regolamentazzjoni tas-sistema ta’ arbitraġġ sabiex kull parti tkun tista’ tirrikorri għall-arbitraġġ jekk ma tkunx taqbel mal-proposta tal-medjatur;

(q)

riforma tal-proċedura ta’ arbitraġġ sabiex jiġi żgurat li hija topera skont kriterji trasparenti oġġettivi, b’kumitat indipendenti ta’ arbitraturi, b’kapaċità ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, liberu minn indħil tal-gvern.”.

(7)

Fl-Artikolu 2(3), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-adozzjoni finali tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2(a);”.

(8)

Fl-Artikolu 2(3), il-punt (c) għandu jsir il-punt (n) tal-Artikolu 2(2).

(9)

Fl-Artikolu 2(3), il-punti (d), (e) u (h) huma mħassra.

(10)

Fl-Artikolu 2(3), qed jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(m)

att li jipprojbixxi l-gvernijiet lokali milli jkollhom żbilanċi mill-inqas sal-2014;

(n)

pubblikazzjoni ta’ previżjonijiet li jifirxu fuq medda twila ta’ żmien tal-infiq fuq il-pensjonijiet sal-2060 kif stabbilit fir-riforma leġislattiva ta’ Lulju 2010 li tkopri l-iskemi ewlenin tal-pensjoni (IKA, inkluża l-iskema tal-pensjoni għall-ħaddiema taċ-ċivil, OGA u OAEE);

(o)

it-tfittxija ta’ assistenza teknika minn esperti internazzjonali dwar diversi aspetti tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistema tas-saħħa u l-ġestjoni tal-isptarijiet, bil-għan tat-tisħiħ tal-effiċjenza u t-tnaqqis tal-ħela;

(p)

l-infurzar tal-ħlas ta’ EUR 3 għal servizzi regolari tal-outpatients fl-isptarijiet pubbliċi.”

(11)

Fl-Artikolu 2(4), jiżdied il-punt li ġej:

“(b)

pubblikazzjoni ta’ previżjonijiet komprensivi li jifirxu fuq medda twila ta’ żmien tan-nefqa fuq il-pensjonijiet sal-2060 kif stabbilit fir-riforma leġislattiva ta’ Lulju 2010. Il-previżjonijiet għandhom jinkludu l-iskemi (awżiljari) supplementarji, abbażi ta’ sett komprensiv ta’ data miġbura u elaborata mill-Awtorità Attwarjali Nazzjonali. Il-Kumitat tal-Politika Ekonomika għandu jagħmel analiżi inter pares u jivvalida l-previżjonijiet.”.

(12)

Fl-Artikolu 2(5), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

miżuri li jimplimentaw il-konklużjonijiet tal-ewwel fażi tal-analiżi funzjonali indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali u l-programmi soċjali;”.

(13)

Fl-Artikolu 2(5), qed jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(d)

att li jirrevedi l-parametri ewlenin tas-sistema tal-pensjonijiet sabiex tiġi limitata ż-żieda fin-nefqa tas-settur pubbliku fuq il-pensjonijiet matul il-perijodu 2010-2060 għal inqas minn 2,5 % tal-PDG, jekk il-previżjonijiet li jifirxu fuq medda twila ta’ żmien previsti fil-paragrafi 3(n) u 4(b) juru li ż-żieda prevista fin-nefqa pubblika tal-pensjonijiet tkun ser taqbeż dan l-ammont;

(e)

reviżjoni tat-tħaddim ta’ skemi pubbliċi tal-pensjonijiet supplementari/awżiljari bil-għan li tiġi stabbilizzata n-nefqa u tiġi ggarantita n-newtralità baġitarja ta’ dawk l-iskemi;

(f)

reviżjoni tal-lista ta’ professjonijiet intensivi u diffiċli biex titnaqqas il-kopertura għal mhux iktar minn 10 % tal-forza tax-xogħol; il-lista l-ġdida ta’ impjiegi diffiċli u perikolużi għandha tapplika b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 għall-impjegati attwali u futuri kollha;

(g)

l-implimentazzjoni tar-riforma tas-sistema ta’ akkwist pubbliku, kif definit fil-pjan ta’ azzjoni.”.

(14)

Fl-Artikolu 2(7), qed jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

miżuri li jimplimentaw il-konklużjonijiet tat-tieni fażi tar-reviżjonijiet funzjonali indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali u l-programmi soċjali.”.

(15)

Fl-Artikolu 4(2), il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

nefqa tal-gvern fl-istennija tal-ħlas, bl-ispeċifikazzjoni ta’ dawk li skaditilhom id-data meta kienu dovuti;”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REYNDERS


(1)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.