ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.127.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 127

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
26 ta' Mejju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2010 tal-25 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mill-Eġittu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2276/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 1002/2007 u (KE) Nru 1455/2007

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 450/2010 tal-21 ta’ Mejju 2010 li jemenda għall-128 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 451/2010 tal-25 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2010 tal-25 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/297/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà EUSEC/1/2010 tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-Missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma fis-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/298/PESK tal-25 ta' Mejju 2010 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA-BISSAU)

16

 

 

2010/299/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2010 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2002/627/KE li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għan-Netwerks u Servizzi ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi ( 1 )

18

 

 

2010/300/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2010 temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE fir-rigward ta’ perjodi ta’ żmien għall-movimenti ta’ annimali bovini lejn il-mergħat għas-sajf (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3188)  ( 1 )

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 449/2010

tal-25 ta’ Mejju 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mill-Eġittu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2276/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 1002/2007 u (KE) Nru 1455/2007

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ tariffa ta’ kwoti tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2008 ġie konkluż Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u l-ħut u prodotti tas-sajd, u s-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u l-annessi u l-emendi tagħhom għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, fuq in-naħa l-oħra, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/240/UE (2).

(2)

Il-Ftehim jipprovdi għal kwoti ġodda ta’ tariffi għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mill-Eġittu. Il-Ftehim jipprovdi għal tibdiliet fil-kwoti tariffarji eżistenti għal dawk il-prodotti li huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 747/2001, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2276/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi u jistabbilixxi d-dazji applikabbli fi ħdan dawn il-kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw fl-Eġittu (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/2005 tat-23 ta’ Ġunju 2005 li jiftaħ kwota ta’ importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina mill-Eġittu (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ ċerti kwoti tal-importazzjoni tal-Komunità għal ross li joriġina fl-Eġittu (6).

(3)

Huwa neċessarju li jiġu implimentati l-kwoti tariffarji l-ġodda u t-tibdiliet għall-kwoti tariffarji eżistenti pprovduti fil-Ftehim. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ikun xieraq i l-kwoti tariffarji għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mill-Eġittu jinġabru f’att leġiżlattiv uniku.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu għalhekk jiġi emendat f’dak is-sens u r-Regolamenti (KE) Nru 2276/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 1002/2007 (KE) Nru 1455/2007 għandhom għalhekk jitħassru.

(5)

Il-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1002/2007 huma validi mid-data tal-ħruġ tagħhom sal-aħħar tax-xahar ta’ wara. Meta l-perjodu ta’ validità għal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skont ir-Regolamenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jiskadi wara d-data tat-tħassir ta’ dawk ir-Regolamenti, l-importaturi ma jkunux jistgħu jibqgħu konformi mal-obbligi relatati mal-liċenzji tal-importazzjoni. L-Istati Membri għandhom għalhekk f’każi bħal dawn jitħallew japplikaw id-deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (7), u biex tkun rilaxxata s-sigurtà mitluba mill-importaturi. Fl-interess taċ-ċarezza għandu jkun ipprovdut ukoll li l-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-regolament skont ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1002/2007 għandhom ikunu validi biss sad-data li fiha jitħassru dawk ir-Regolamenti.

(6)

Għall-fini tal-kalkolu tal-kwoti tat-tariffi għall-ewwel sena tal-applikazzjoni, skont il-Ftehim, għandu jiġi pprovdut li l-kwantitajiet tal-kwoti tat-tariffi li għalihom il-perjodu tal-kwota jibda qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, għandu jitnaqqas proporzjonalment skont dik il-parti tal-perjodu li tkun għaddiet qabel id-data.

(7)

Minħabba li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data. Madanakollu, fl-interess taċ-ċertezzi legali, id-dispożizzjonijiet dwar il-validità tal-liċenzji maħruġa qabel din id-data għandhom japplikaw immedjatament.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2276/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 1002/2007 u (KE) Nru 1455/2007 huma revokati.

Artikolu 3

1.   Il-validità tal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa b’data ta’ skadenza wara l-31 ta’ Mejju 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1002/2007 qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament għandu jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2010.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sat-30 ta’ Ġunju 2010 d-detentur titolari tal-liċenzji tal-importazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu jista’ jirritorna l-liċenzji tal-importazzjoni mhux użati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati li għandhom jirrilaxxaw il-garanzija tal-kwantitajiet mhux użati.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 955/2005 u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1002/2007, il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dawk ir-Regolamenti wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma għandux ikun estiż wara l-31 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3 li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2.

(2)  ĠU L 106, 28.4.2010, p. 39.

(3)  ĠU L 336, 23.12.2003, p. 46.

(4)  ĠU L 164, 24.6.2005, p. 5.

(5)  ĠU L 226, 30.8.2007, p. 15.

(6)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 74.

(7)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.


ANNESS

“ANNESS IV

L-EĠITTU

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat fid-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala wieħed ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun determinata, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu dakinhar tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn ex kodiċijiet tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.

Kwoti Tariffarji

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Il-volum tal-kwota

(f’tunnellati ta’ piż nett)

Dazju fuq il-kwota

09.1712

0703 20 00

 

Tewm, frisk jew imkessaħ

Mill-1.6 sat-30.6.2010

727

Eżenzjoni

Mill-15.1.2011 sat-30.6.2011 u għal kull perjodu sussegwenti mill-15.1 sat-30.6

4 000  (1)

09.1783

0707 00 05

 

Ħjar, frisk jew imkessaħ

Mill-15.11.2010 sal-15.5.2011 u għal kull perjodu sussegwenti mill-15.11 sal-15.5

3 000  (2)

Eżenzjoni (3)

09.1784

0805 10 20

 

Larinġ ħelu, frisk

Mill-1.12 sal-31.5

36 300  (4)

Eżenzjoni (5)

09.1799

0810 10 00

 

Frawli, frisk

Mill-1.10.2010 sat-30.4.2011

10 000

Eżenzjoni

Mill-1.10.2011 sat-30.4.2012

10 300

Mill-1.10.2012 sat-30.4.2013

10 609

Mill-1.10.2013 sat-30.4.2014

10 927

Mill-1.10.2014 sat-30.4.2015

11 255

Mill-1.10.2015 sat-30.4.2016 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.10 sat-30.4

11 593

09.1796

1006 20

 

Ross bla ħliefa (brown)

Mill-1.6 sal-31.12.2010

11 667

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

20 600

Mill-1.1 sal-31.12.2012

21 218

Mill-1.1 sal-31.12.2013

21 855

Mill-1.1 sal-31.12.2014

22 510

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

23 185

09.1797

1006 30

 

Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

Mill-1.6 sal-31.12.2010

40 833

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

72 100

Mill-1.1 sal-31.12.2012

74 263

Mill-1.1 sal-31.12.2013

76 491

Mill-1.1 sal-31.12.2014

78 786

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

81 149

09.1798

1006 40 00

 

Ross imfarrak

Mill-1.6 sal-31.12.2010

46 667

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

82 400

Mill-1.1 sal-31.12.2012

84 872

Mill-1.1 sal-31.12.2013

87 418

Mill-1.1 sal-31.12.2014

90 041

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

92 742

09.1785

1702 50 00

 

Fruktows kimikalment pur f’forma solida

Mill-1.6 sal-31.12.2010

583

Eżenzjoni

Għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 000

09.1786

ex 1704 90 99

91

99

Ħelu taz-zokkor ieħor li ma fihx kawkaw, li fih 70 % jew aktar tal-piż tas-sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) imfisser bħala sukrows)

Mill-1.6 sal-31.12.2010

583

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

1 100

Mill-1.1 sal-31.12.2012

1 210

Mill-1.1 sal-31.12.2013

1 331

Mill-1.1 sal-31.12.2014

1 464

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 611

09.1787

ex 1806 10 30

10

Trab tal-kakaw miżjud biz-zokkor li fih 70 % jew iktar imma inqas minn 80 % sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows

Mill-1.6 sal-31.12.2010

292

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

525

Mill-1.1 sal-31.12.2012

551

Mill-1.1 sal-31.12.2013

579

Mill-1.1 sal-31.12.2014

608

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

638

09.1788

1806 10 90

 

Trab tal-kakaw miżjud biz-zokkor li fih 80 % jew iktar tal-piż tas-sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows

Mill-1.6 sal-31.12.2010

292

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

525

Mill-1.1 sal-31.12.2012

551

Mill-1.1 sal-31.12.2013

579

Mill-1.1 sal-31.12.2014

608

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

638

09.1789

ex 1806 20 95

90

Ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, fi blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ li jiżnu iktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fi kwantità, f’reċipjenti jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut li jaqbeż iż-2 kg, li fih inqas minn 18 % f’piz ta’ butir tal-kawkaw li fih 70 % jew aktar tal-piż tas-sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) imfisser bħala sukrows)

Mill-1.6 sal-31.12.2010

292

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

525

Mill-1.1 sal-31.12.2012

551

Mill-1.1 sal-31.12.2013

579

Mill-1.1 sal-31.12.2014

608

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

638

09.1790

ex 1901 90 99

36

95

Preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel tad-dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, nuħħala, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % kawkaw fil-piż ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, preparazzjonijiet tal-ikel tal-prodotti tal-intestaturi mill-0401 sal-0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 5 % kawkaw fil-piż ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, li fihom 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows/isoglukows

Mill-1.6 sal-31.12.2010

583

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

1 100

Mill-1.1 sal-31.12.2012

1 210

Mill-1.1 sal-31.12.2013

1 331

Mill-1.1 sal-31.12.2014

1 464

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 611

09.1791

ex 2101 12 98

92

97

Preparazzjoni b’bażi ta’ kafe, li jkun fiha 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows/isoglukows

Mill-1.6 sal-31.12.2010

583

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

1 100

Mill-1.1 sal-31.12.2012

1 210

Mill-1.1 sal-31.12.2013

1 331

Mill-1.1 sal-31.12.2014

1 464

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 611

09.1792

ex 2101 20 98

85

Preparazzjonijiet b’bażi ta’ tè jew mate li jkun fiha 70 % jew aktar f’piż tas-sukrows/isoglukows

Mill-1.6 sal-31.12.2010

292

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

525

Mill-1.1 sal-31.12.2012

551

Mill-1.1 sal-31.12.2013

579

Mill-1.1 sal-31.12.2014

608

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

638

09.1793

ex 2106 90 59

10

Ġuleppijiet taz-zokkor oħrajn imħawrin jew ikkuluriti (minbarra l-ġuleppijiet tal-isoglukows, tal-laktows, tal-glukożju u tal-maltodestrin), li fihom 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows/isoglukows

Mill-1.6 sal-31.12.2010

292

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

525

Mill-1.1 sal-31.12.2012

551

Mill-1.1 sal-31.12.2013

579

Mill-1.1 sal-31.12.2014

608

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

638

09.1794

ex 2106 90 98

26

34

53

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom 70 % jew aktar f’piż ta’ sukrows/isoglukows

Mill-1.6 sal-31.12.2010

583

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

1 100

Mill-1.1 sal-31.12.2012

1 210

Mill-1.1 sal-31.12.2013

1 331

Mill-1.1 sal-31.12.2014

1 464

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 611

09.1795

ex 3302 10 29

10

Preparazzjonjiet oħrajn ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom is-sustanzi kollha li jagħtu t-togħma lil xorb partikolari, ta’ qawwa alkoħolika attwali b’volum li ma jaqbiżx 0.5 %, li fihom 70 % jew iktar tal-piż ta’ sukrows/isoglukows

Mill-1.6 sal-31.12.2010

583

Eżenzjoni

Mill-1.1 sal-31.12.2011

1 100

Mill-1.1 sal-31.12.2012

1 210

Mill-1.1 sal-31.12.2013

1 331

Mill-1.1 sal-31.12.2014

1 464

Mill-1.1 sal-31.12.2015 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 611


(1)  Mill-15 ta’ Jannar 2011, dan il-volum tal-kwota tariffarja għandu jiżdied kull sena bi 3 % tal-volum tas-sena preċedenti. L-ewwel żieda għandha ssir fuq il-volum ta’ 4 000 tunnellata f’piż nett.

(2)  Mill-15 ta’ Novembru 2011, dan il-volum tal-kwota tariffarja għandu jiżdied kull sena bi 3 % tal-volum tas-sena preċedenti. L-ewwel żieda għandha ssir fuq il-volum ta’ 3 000 tunnellata f’piż nett.

(3)  L-eżenzjoni tapplika biss għad-dazju ad valorem.

(4)  F’din il-kwota ta’ tariffa d-dazju speċifiku pprovdut fil-lista tal-Unjoni ta’ konċessjonijiet għad-WTO għandu jitnaqqas sa żero għall-perjodu, jekk il-prezz tad-dħul ma jkunx inqas minn EUR. 264/tunnellata, li jkun il-prezz tad-dħul miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u l-Eġittu. Jekk il-prezz tad-dħul għall-kunsinna jkun 2, 4, 6 jew 8 % iktar baxx mill-prezz tad-dħul miftiehem, id-dazju tal-kwota doganali speċifika għandu jkun ugwali rispettivament għal 2, 4, 6 jew 8 % ta’ dan il-prezz tad-dħul miftiehem. Jekk il-prezz tad-dħul ta’ kunsinna ikun inqas minn 92 % tal-prezz tad-dħul miftiehem, għandu japplika d-dazju doganali speċifiku ffissat mid-WTO.

(5)  Anke l-eżenzjoni tad-dazju ad valorem, fil-qafas ta’ din il-kwota tat-tariffa.”


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 450/2010

tal-21 ta’ Mejju 2010

li jemenda għall-128 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-11 ta’ Mejju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni naturali fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u li jemenda żewġ entrati fil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

João VALE DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

“Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani (alias (a) Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani, (b) Nayef Bin Muhammad al-Qahtani, (c) Nayif Muhammad al-Qahtani, (d) Nayf Mohammed al-Qahtani, (e) Naif Mohammad Said al-Qahtani Alkodri, (f) Naif Mohammed Saeed al-Kodari al-Qahtani, (g) Nayef Bin Mohamed al-Khatani, (h) Mohammed Naif al-Khatani, (i) Nayef bin Mohamed al-Khatany, (j) Al-Qahtani Abohemem, (k) Abi Hamam, (l) Abu-Hamam, (m) Abu-Humam, (n) Abu-Hammam, (o) Abu Hammam al-Qahtani). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 25.3.1988. Post tat-twelid: Is-Sawdi Arabja Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-passaport: G449745 (Passaport Sawdi maħruġ fit-30 ta' Mejju 2006, validu sas-6 ta' April 2011). Tagħrif ieħor: Assoċjata ma' Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija u mal-mexxej tagħha, Nasir ’abd-al-Karim ’Abdullah Al-Wahishi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 11.5.2010.”

(b)

“Qasim Yahya Mahdi al-Rimi (alias (a) Qasim Al-Rimi, (b) Qasim al-Raymi, (c) Qassim al-Raymi, (d) Qasim al-Rami, (e) Qasim Yahya Mahdi ’Abd al-Rimi, (f) Abu Hurayah al-Sana’ai, (g) Abu ’Ammar). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 5.6.1978. Post tat-twelid: Sanaa, il-Jemen Nazzjonalità: Jemenita. Numru tal-passaport: 00344994 (Passaport Jemenit maħruġ fit-3 ta' Lulju 1999). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 11.5.2010.”

(2)

L-entrata “Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (alias (a) Hassan Turki, (b) Hassen Abdelle Fihiye, (c) Sheikh Hassan Abdullah Fahaih). Titolu: (a) Sheikh (b) Kurunell. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1944. Post tat-twelid: ir-Reġjun V, l-Etjopja (ir-Reġjun ta’ Ogaden tal-Etjopja tal-Lvant). Nazzjonalità: Somala. Tagħrif ieħor: (a) Irrappurtat li huwa attiv fin-Nofsinhar tas-Somalja, f’Juba ta’ Isfel ħdejn Kismayo, prinċipalment f’Jilibe u Burgabo sa min-Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ogaden, is-sottoklann ta’ Reer-Abdille; (c) Parti mit-tmexxija ta’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI); (d) Maħsub li kien involut fl-attakki fuq l-ambaxxati tal-Istati Uniti f'Nairobi u Dar es Salaam f'Awwissu 1998. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 25.1.2001.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tinbidel b'dak li ġej:

Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (alias (a) Hassan Turki, (b) Hassen Abdelle Fihiye, (c) Sheikh Hassan Abdullah Fahaih, (d) Hassan Al- Turki, (e) Hassan Abdillahi Hersi Turki, (f) Sheikh Hassan Turki, (g) Xasan Cabdilaahi Xirsi, (h) Xasan Cabdulle Xirsi). Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1944. Post tat-twelid: ir-Reġjun V, l-Etjopja (ir-Reġjun ta’ Ogaden tal-Etjopja tal-Lvant). Nazzjonalità: Somala. Tagħrif ieħor: (a) Irrappurtat li huwa attiv fin-Nofsinhar tas-Somalja, f’Juba ta’ Isfel ħdejn Kismayo, prinċipalment f’Jilibe u Burgabo sa min-Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ogaden, is-sottoklann ta’ Reer-Abdille; (c) Parti mit-tmexxija ta’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI); (d) Soġġett għall-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 356/2010 rigward is-Somalja. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 6.7.2004.

(3)

L-entrata “Hassan Dahir Aweys (aka (a) Ali, Sheikh Hassan Dahir Aweys, (b) Awes, Shaykh Hassan Dahir, (c) Hassen Dahir Aweyes, (d) Ahmed Dahir Aweys, (e) Mohammed Hassan Ibrahim, (f) Aweys Hassan Dahir). Titolu: (a) Sheikh (b) Kurunell. Data tat-twelid: 1935. Nazzjonalità: Somalija. Tagħrif ieħor: (a) Rappuratat li jinsab fl-Eritreja mit-12 ta' Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ħawiya, Ħabergdir, Ayr; (c) Assoċjat ma’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI)” taħt l-intestatura “Persuni legali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Hassan Dahir Aweys (alias (a) Ali, Sheikh Hassan Dahir Aweys, (b) Awes, Shaykh Hassan Dahir, (c) Hassen Dahir Aweyes, (d) Ahmed Dahir Aweys, (e) Mohammed Hassan Ibrahim, (f) Aweys Hassan Dahir, (g) Hassan Tahir Oais, (h) Hassan Tahir Uways, (i) Hassan Dahir Awes, (j) Sheikh Aweys, (k) Sheikh Hassan, (l) Sheikh Hassan Dahir Aweys). Titolu: (a) Sheikh (b) Kurunell. Data tat-twelid: 1935. Nazzjonalità: Somala. Tagħrif ieħor: (a) Rappuratat li jinsab fl-Eritreja mit-12 ta' Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ħawiya, Ħabergdir, Ayr; (c) Mexxej anzjan ta' Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI) (d) Soġġett għall-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 356/2010 rigward is-Somalja. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 9.11.2001.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 451/2010

tal-25 ta’ Mejju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

65,7

MK

59,4

TN

114,9

TR

66,6

ZZ

76,7

0707 00 05

MA

41,0

MK

59,4

TR

120,4

ZZ

73,6

0709 90 70

TR

124,7

ZZ

124,7

0805 10 20

EG

58,9

IL

60,4

MA

59,0

PY

48,3

ZA

66,7

ZZ

58,7

0805 50 10

AR

94,8

BO

58,6

BR

117,8

TR

84,2

ZA

107,9

ZZ

92,7

0808 10 80

AR

84,1

BR

78,0

CA

111,7

CL

80,1

CN

74,0

MK

31,8

NZ

111,6

US

116,0

ZA

84,4

ZZ

85,7

0809 20 95

TR

367,5

US

328,1

ZZ

347,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 452/2010

tal-25 ta’ Mejju 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 124, 20.5.2010, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Mejju 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

38,00

0,00

1701 11 90  (1)

38,00

3,50

1701 12 10  (1)

38,00

0,00

1701 12 90  (1)

38,00

3,21

1701 91 00  (2)

40,53

5,31

1701 99 10  (2)

40,53

2,18

1701 99 90  (2)

40,53

2,18

1702 90 95  (3)

0,41

0,27


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUSEC/1/2010

tat-18 ta’ Mejju 2010

dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-Missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma fis-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

(2010/297/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/709/PESK tal-15 ta’ Settembru 2009 dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(3) tal-Azzjoni Konġunta 2009/709/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri (KtK) għal EUSECL RD Congo.

(2)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Göteborg tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001 stabbilixxew prinċipji ta’ gwida u modalitajiet għall-kontributi ta’ Stat terz lill-missjonijiet tal-pulizija. Fl-10 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill approva d-dokument intitolat “Konsultazzjonijiet u Modalitajiet għall-Kontributi ta’ Stati mhux fl-UE lill-operazzjonijiet ċivili tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet”, li żviluppaw ulterjorment l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet ċivili ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, inkluż l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri.

(3)

Il-KtK ser ikollu rwol ewlieni fil-maniġġar ta’ kuljum ta’ EUSEC RD Congo. Huwa ser ikun il-forum prinċipali biex jiġu diskussi l-problemi kollha relatati mal-maniġġar ta’ kuljum tal-Missjoni. Il-KPS, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni, għandu jieħu kont tal-fehmiet tal-KtK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment

Kumitat ta’ Kontributuri (KtK) għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 2

Funzjonijiet

1.   Il-KtK jista’ jesprimi fehmiet li għandhom jiġu meqjusa mill-KPS li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUSEC RD Congo.

2.   It-termini ta’ referenza tal-KtK huma stabbiliti fid-dokument intitolat “Konsultazzjonijiet u modalitajiet għall-kontribut ta’ Stati mhux fl-UE lill-operazzjonijiet ċivili tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet”.

Artikolu 3

Kompożizzjoni

1.   L-Istati Membri kollha tal-UE huma intitolati li jkunu preżenti waqt id-diskussjonijiet tal-KtK iżda l-Istati kontribwenti biss għandhom jieħdu sehem fil-maniġġar ta’ kuljum ta’ EUSEC RD CONGO. Ir-rappreżentanti tal-Istati terzi parteċipanti f’EUSEC RD CONGO jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-KtK. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jista’ wkoll jattendi għal-laqgħat tal-KtK.

2.   Il-KtK għandu jirċievi informazzjoni regolari mill-Kap tal-Missjoni.

Artikolu 4

Presidenza

Il-KtK għandu jkun ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha.

Artikolu 5

Laqgħat

1.   Il-KtK għandu jitlaqqa’ mill-President fuq bażi regolari. Fejn jeħtieġu ċ-ċirkostanzi, jistgħu jitlaqqgħu laqgħat ta’ emerġenza fuq l-inizjattiva tal-President, jew fuq it-talba ta’ membru.

2.   Il-President għandu jiċċirkola minn qabel aġenda proviżorja u dokumenti relatati mal-laqgħa. Il-President għandu jkun responsabbli biex iwassal l-eżitu tad-diskussjonijiet tal-KtK lill-KPS.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

1.   Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 (2), ir-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-KtK. B’mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-KtK għandhom ikunu fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni ta’ sigurtà adegwata.

2.   Id-deliberazzjonijiet tal-KtK għandhom ikunu koperti bl-obbligu tas-segretezza professjonali, ħlief jekk il-KtK jiddeċiedi unanimament mod ieħor.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. FERNÁNDEZ-ARIAS


(1)  ĠU L 246, 18.9.2009, p. 33.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/298/PESK

tal-25 ta' Mejju 2010

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA-BISSAU)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA BISSAU) (1). Dik l-Azzjoni Konġunta kellha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2009.

(2)

Fit-18 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/405/PESK (2), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK u estendietha sat-30 ta’ Novembru 2009. Fis-17 ta’ Novembru 2009 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/841/PESK (3), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK u estendietha sal-31 ta’ Mejju 2010.

(3)

Fil-5 ta’ Frar 2010, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) approva l-kontinwazzjoni tal-impenn tal-UE fir-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS) fil-Ginea Bissaw u talab l-ippjanar ta’ missjoni ġdida tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) li tappoġġa l-implimentazzjoni tar-RSS.

(4)

Permezz ta’ ittra datata 22 ta’ Frar 2010, il-Prim Ministru tal-Ginea Bissaw stieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) biex tniedi missjoni ġdida bil-mandat li jiġu pprovduti taħriġ, gwida u konsulenza biex tiġi żgurata kontinwazzjoni b’suċċess tal-proċess tar-RSS.

(5)

B’segwitu għall-avvenimenti tal-1 ta’ April 2010 u t-tnedija ta’ demarche politiku tal-UE fir-rigward tal-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw, fit-30 ta’ April 2010 l-KPS qabel li, sabiex tiġi żgurata l-koerenza fl-istrumenti ta’ politika esterna tal-UE, il-mandat tal-EU SSR GUINEA-BISSAU għandu jiġi estiż sat-30 ta’ Settembru 2010 bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni finali dwar aktar impenn tal-PSDK fil-Ginea Bissaw sa Lulju 2010, abbażi ta’ eżami strateġiku u tal-iżviluppi fil-post. F’dan il-kuntest, il-KPS fakkar u afferma mill-ġdid il-pre-kondizzjonijiet għal aktar impenn tal-UE fil-qasam tal-SSR, inkluż r-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

(6)

L-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Unjoni Ewropea (UE) b’dan tistabbilixxi Missjoni tal-UE b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘EU SSR GUINEA BISSAU’ jew il-‘Missjoni’), li tinkludi fażi ta’ tħejjija li tibda fis-26 ta’ Frar 2008 u b’fażi ta’ implimentazzjoni li tibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2008. It-tul ta’ żmien tal-Missjoni ser ikun sa 28 xahar mid-dikjarazzjoni tal-kapaċità operattiva inizjali.”;

(2)

L-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex jkopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mis-26 ta’ Frar 2008 sat-30 ta’ Novembru 2009 għandu jkun ta’ EUR 5 650 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex jkopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 għandu jkun ta’ EUR 1 530 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex jkopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Settembru 2010 għandu jkun ta’ EUR 630 000”;

(3)

Fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2010.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SEBASTIÁN


(1)  ĠU L 40, 14.2.2008, p. 11.

(2)  ĠU L 128, 27.5.2009, p. 60.

(3)  ĠU L 303, 18.11.2009, p. 70.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Mejju 2010

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2002/627/KE li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għan-Netwerks u Servizzi ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/299/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Wara li fl-2002 ġie stabbilit qafas regolatorju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzonijiet elettroniċi f’konformità mad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (id-Direttiva Kwadru) (1), id-Direttiva 2002/19/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (id-Direttiva tal-Aċċess) (2), id-Direttiva 2002/20/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (3) u d-Direttiva 2002/22/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva Servizz Universali) (4), il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2002/627/KE (5), li tistabbilixxi grupp ta’ konsulenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti dwar in-networks u s-servizzi ta’ komunikazzjonjiet elettroniċi imsejjaħ il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għan-Networks u Servizzi ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi (l-ERG).

(2)

L-ERG għamel kontribut pożittiv lejn il-prattika regolatorja konsistenti billi ffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) u bejn l-NRAs u l-Kummissjoni u billi pprovda interfaċċja għall-forniment ta’ pariri u ta’ għajnuna lill-Kummissjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(3)

Il-qafas regolatorju tal-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi ġie emendat permezz tad-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewroepw u tal-Kunsill (6), u bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u ġie ssupplimentat bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (8).

(4)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009, ir-rwol li qabel kien moqdi mill-ERG huwa msaħħaħ u rikonoxxut aktar fil-qafas rivedut permezz tal-istabbiliment tal-BEREC innifsu u l-parteċipazzjoni mtejba fl-iżvilupp ta’ politika regolatorja kif ukoll fil-mekkaniżmi pprovduti biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli madwar l-Istati Membri. B’mod partikolari, skont dak ir-Regolament, il-BEREC għandu jissostitwixxi l-ERG u jservi ta’ forum esklussiv għall-kooperazzjoni bejn l-NRAs u bejn l-NRAs u l-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tal-firxa sħiħa tar-responsabbiltajiet tagħhom fil-qafas regolatorju tal-UE.

(5)

Id-Deċiżjoni 2002/627/KE għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu waħdieni

Id-Deċiżjoni 2002/627/KE b’dan hija mħassra mill-1 ta’ Ġunju 2010.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(2)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(3)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(4)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(5)  ĠU L 200, 30.7.2002, p. 38.

(6)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.

(7)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11.

(8)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Mejju 2010

temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE fir-rigward ta’ perjodi ta’ żmien għall-movimenti ta’ annimali bovini lejn il-mergħat għas-sajf

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3188)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/300/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-kundizzjonijiet għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq taċ-ċanga u prodotti taċ-ċanga. Għal dak il-għan, ir-Regolament jeħtieġ lill-Istati Membri biex iwaqqfu bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-bovini li jirreġistraw l-identità tal-annimal, l-azjendi kollha fit-territorju tagħhom u l-movimenti tal-annimali. Barra minn hekk, jimponi obbligazzjoni fuq il-gwardjani tal-annimali li jirrapportaw lill-awtorità kompetenti inter alia l-movimenti kollha lejn u mill-impriża, flimkien mad-dejta ta’ dawn l-avvenimenti, f’perjodu taż-żmien stabbilit mill-Istat Membru ta’ bejn tlieta u sebat ijiem minn meta jkun seħħ il-każ.

(2)

Ir-Regolament jipprovdi l-possibbiltà għall-Kummissjoni fuq talba tal-Istat Membru li jestendi dak il-perjodu massimu u li jiġu stabbiliti regoli speċjali li japplikaw għall-oqsma differenti tal-muntanji, ħaġa li saret permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqiegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji (2).

(3)

Skont il-premessa 4 tad-Deċiżjoni 2001/672/KE dawn ir-regoli speċjali għandhom jirriżultaw f’simplifikazzjoni rejali u għandhom jipprevedu biss dak li huwa assolutament neċessarju sabiex ikun garantit il-karattru kompletament operattiv tal-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-ifrat.

(4)

Id-Deċiżjoni 2001/672/KE tapplika għal movimenti bħal dawn matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju sal-15 ta’ Ottubru. L-esperjenza prattika bl-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni wriet li f’xi żoni muntanjużi, il-movimenti lejn il-mergħat għas-sajf jibdew diġà f’April. L-ambitu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2001/672/KE għandu għaldaqstant jiġi emendat biex jittieħed kont ta’ dak il-fatt.

(5)

Taħt ċerti kundizzjonijiet, l-annimali, li jiġu spustati minn azjendi differenti għall-istess żona muntanjuża ta’ mergħat għas-sajf, jaslu hemm fuq perjodu ta’ iktar minn sebat ijiem. Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, il-limiti ta’ żmien fid-Deċiżjoni 2001/672/KE għandhom għalhekk jiġu adattati sabiex jittieħed kont ta’ dak il-fatt prattiku mingħajr ma tkun kompromessa t-traċċabilità.

(6)

Id-Deċiżjoni 2001/672/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2001/672/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1 id-data l-“1 ta’ Mejju” hija sostitwita bil-“15 ta’ April”.

2.

L-Artikolu 2(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-informazzjoni li tinsab fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi riportata lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fil-15-il jum wara d-data ta’ meta l-annimali kienu ttieħdu fil-mergħa.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 235, 4.9.2001, p. 23.