ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.107.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 107

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
29 ta' April 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter alia, mill-Malażja

1

 

*

Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 364/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċerti importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2010 tat-28 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għal oġġetti tal-ikel fir-rigward ta’ Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib ippasturizzat u Listeria monocytogenes fil-melħ tajjeb għal mal-ikel ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 366/2010 tat-28 ta’ April 2010 li jemenda għall-125 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2010 tat-28 ta’ April 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2010 tat-28 ta’ April 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/241/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010 li taħtar membru supplenti Olandiż tal-Kumitat tar-Reġjuni

19

 

 

2010/242/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010 li taħtar membru u membru supplenti Awstrijaki fil-Kumitat tar-Reġjuni

20

 

 

2010/243/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

21

 

 

2010/244/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2010 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà tal-inklużjoni tal-1,4-dimethylnaphthalene u s-cyflumetofen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2518)  ( 1 )

22

 

 

2010/245/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2010 li tagħti lil Franza deroga parzjali mid-Deċiżjoni 2006/66/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ mezzi fuq il-binarji – storbju tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (traduzzjoni mhux uffiċjali) u mid-Deċiżjoni 2006/861/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ mezzi fuq il-binarji – vaguni tal-merkanzija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (traduzzjoni mhux uffiċjali) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2588)

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 363/2010

tas-26 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter alia, mill-Malażja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri eżistenti

(1)

F’Ottubru 2008, ġew imposti mill-ġdid miżuri anti-dumping definittivi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 (2) fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (“ATP” jew il- “prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u l-Malażja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Id-dazji kontra d-dumping fis-seħħ għall-Malażja huma 59,2 % għal Anggerik Laksana Sdn Bhd u 75 % għall-kumpaniji l-oħra kollha.

1.2.   Talba għal reviżjoni

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex tniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Pantech Steel Industries Sdn Bhd (“l-applikant”), produttur esportatur fil-Malażja (“il-pajjiż ikkonċernat”).

(3)

L-applikant jallega li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri kontra d-dumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2000 sal-31 ta’ Marzu 2001 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li ma huwa relatat mal-ebda produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat li huma suġġetti għall-miżuri kontra d-dumping imsemmija fil-premessa 1.

(4)

Barra minn hekk l-applikant allega li huwa daħal f'obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-futur qrib.

1.3.   Il-bidu ta’ reviżjoni ta’ esportatur ġdid

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza prima facie mressqa mill-applikant u kkunsidratha biżżejjed biex tiġġustifika li jingħata bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija tal-Unjoni kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, permezz tar-Regolament (KE) Nru 692/2009 (3), reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008 rigward l-applikant.

(6)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 692/2009, id-dazju kontra d-dumping ta’ 75 % impost bir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 ġie mħassar fir-rigward ta’ importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernat u mibjugħ għal esportazzjonijiet lill-Unjoni mill-applikant. Fl-istess waqt, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana ġew mitluba li jieħdu l-passi neċessarji biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2009 iddeterminat li jekk l-investigazzjoni turi li l-applikant ssodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li tiġi emendata r-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008.

1.4.   Il-prodott ikkonċernat

(8)

Il-prodott taħt reviżjoni huwa aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, flanġijiet u aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-istainless steel) bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li joriġina mill-Malażja (“il-prodott ikkonċernat”) li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19, ex 7307 99 30 u ex 7307 99 90.

1.5.   Il-partijiet ikkonċernati

(9)

Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-industrija tal-Unjoni, l-applikant u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur li kien ingħata bidu għal din ir-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jingħataw smigħ.

(10)

Il-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tal-butt-welding fittings tal-azzar tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni (“l-industrija tal-Unjoni”) ta l-opinjonijiet tiegħu bil-miktub lis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kumitat tad-Difiża sfida l-affidabbiltà tal-bażi tal-prezz għal esportazzjoni. Id-dokumenti ġew ipprovduti wkoll u wrew allegatament tentattivi ta’ evażjoni tal-miżuri u l-informazzjoni li ngħatat dwar il-livell ta’ prezz tal-prodott ikkonċernat disponibbli għall-importaturi tal-UE.

(11)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-antidumping lill-applikant u lill-kumpaniji relatati miegħu u rċeviet tweġibiet qabel l-iskadenza stabbilita għal dak il-għan.

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji dwar l-antidumping lill-importaturi mhux relatati li jinsabu fl-Unjoni Ewropea iżda ma nkisbet l-ebda kooperazzjoni.

(13)

Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni tal-istatus tal-esportatur ġdid u d-dumping, u saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-applikant u ta’ kumpanija relatata fil-Malażja:

Pantech Steel Industries Sdn Bhd (l-applikant),

Pantech Corporation Sdn Bhd (kumpanija kummerċjali relatata).

1.6.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni ta’ reviżjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew “PIR”).

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kwalifika tal-esportatur il-ġdid

(15)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-kumpanija ma kinitx esportat il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u li kienet bdiet tesporta lejn l-Unjoni Ewropea wara dan il-perjodu. Il-kumpanija daħlet f'obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex tesporta matul il-PIR. Din ħadet il-formola ta’ tliet ordnijiet mill-istess grupp ta’ importazzjoni fl-UE.

(16)

Dawn l-ordnijiet kienu kompluti wara l-PIR, permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni taħt, bejn wieħed u ieħor, l-istess kundizzjonijiet b’differenzi negliġibbli fil-prezz u l-kwantitajiet. Filwaqt li l-kwantitajiet involuti kienu limitati, dawn kienu minkejja kollox, instabu li kienu biżżejjed biex jiġi stabbilit marġini ta’ dumping affidabbli. Dan minħabba li l-livelli ta’ prezzijiet mitluba kienu appoġġati b’mod ulterjuri minn informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tas-Servizzi tal-Kummissjoni, inklużi l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-esportatur ikkonċernat lil pajjiżi terzi, li kkonfermaw it-tendenza ta’ mġiba li nstabet fit-tranżazzjonijiet taħt skrutinju.

(17)

F’dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet l-oħra għar-rikonoxximent ta’ status ta’ esportatur ġdid, il-kumpanija setgħet turi li ma kellhiex rabtiet, diretti jew indiretti, ma’ xi produtturi mill-Malażja li jesportaw soġġetti għall-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(18)

Għalhekk, huwa ikkonfermat li l-kumpanija għandha tkun ikkunsidrata bħala “esportatriċi ġdida” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, u għalhekk għandu jiġi stabbilit marġini individwali għaliha.

2.2.   Dumping

Id-determinazzjoni tal-valur normali

(19)

L-applikant jipproduċi l-aċċessorji u jbiegħ il-prodott ikkonċernat domestikament u fis-swieq ta’ esportazzjoni. L-investigazzjoni żvelat organizzazzjoni kumplessa ta’ bejgħ fis-suq domestiku li tinvolvi distributuri mhux relatati u kumpaniji ta’ kummerċ relatati, fejn distributuri mhux relatati jixtru l-prodott ikkonċernat mill-produttur u mbagħad jerġgħu jbiegħuh lin-negozjanti relatati li mbagħad jkompli jbiegħu l-oġġetti lill-klijenti mhux relatati fis-suq domestiku. Fil-fatt, id-distributuri mhux relatati jaġixxu bħala aġenti għall-applikant.

(20)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, u meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-bejgħ tal-kumpaniji ta' negozju relatati jista' jerġa' jiġi konness mal-applikant, il-prezzijiet mitluba lill-klijent finali minn dawn il-kumpaniji ta’ kummerċ relatati huma kkunsidrati bħala l-ewwel prezz fil-proċess ordinarju ta’ negozju u għaldaqstant jifforma l-bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(21)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku kien ikkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku kien mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet kienu nbiegħu domestikament mill-applikant f’volumi rappreżentattivi ġenerali.

(22)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet mibjugħa domestikament mill-kumpaniji ta’ negozju, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea.

(23)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-bejgħ ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet mibjugħa fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul il-proċess normali ta’ kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bil-qligħ lil klijenti indipendenti. Minħabba li kien instab li kien sar biżżejjed bejgħ waqt il-proċess kummerċjali ordinarju, il-valur normali kien ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali.

(24)

F’uħud mill-każijiet fejn it-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fis-suq domestiku matul il-PIR, il-valur normali ġie kostrutt billi żdiedu, mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, ammont raġjonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġini ta' qliegħ raġjonevoli.

Prezz tal-esportazzjoni

(25)

Il-prodott ikkonċernat ġie esportat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni attwalment imħallas jew li għandu jitħallas imsemmi fil-premessa 16.

Tqabbil

(26)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ ex fabbrika.

(27)

Għall-iskop li jkun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet dovuti fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li affettwaw il-paragunabbilità tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ġew konċessi aġġustamenti għall-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, u għal spejjeż tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġati minn evidenza vverifikata.

(28)

L-applikant stqarr li jekk il-Kummissjoni tuża l-valur normali bbażat fuq il-bejgħ domestiku tal-kumpaniji relatati ta’ kummerċ, għandu jingħata aġġustament għal differenzi fil-livell ta’ kummerċ bejn is-suq domestiku u s-suq tal-UE. Dan żied billi qal li l-bejgħ lis-suq tal-UE kien sar fil-livell ta’ distributur filwaqt li, fis-suq domestiku, l-applikant kien ibiegħ parti importanti ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet bħali parti minn kunsinni akbar fis-swieq tal-proġetti taż-żejt u l-gass fejn l-aċċessorji ta’ spiss ikollhom rwol anċillari biss għal dak tal-pajpijiet, valvijiet ewlenin u komponenti maġġuri oħrajn, u li dan is-suq kien f’livell differenti ta’ kummerċ.

(29)

Wara li analizzat il-kundizzjonijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku u b’mod partikolari x-xejriet tal-prezz tal-bejgħ, l-investigazzjoni wriet li l-applikant ma wriex, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, differenza konsistenti u distinta fil-funzjonijiet u l-prezzijiet għal-livelli differenti ta’ kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. Għaldaqstant ma ġie kkunsidrat l-ebda aġġustament.

Marġini tad-dumping

(30)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, u meta wieħed iqis li kien hemm biss tliet ordnijiet f’virtwalment l-istess żmien matul il-PIR u li l-prezz tal-materja prima, li jammonta għall-biċċa l-kbira tal-ispiża tal-produzzjoni, varja b’mod sinifikanti matul il-PIR, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit abbażi ta' tqabbil fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni.

(31)

It-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping f’livell ta’ 49,9 %, espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF.

(32)

Barra minn dan, l-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-applikant għal pajjiżi terzi oħrajn fi kwantitajiet importanti huma sinifikament aktar baxxi minn dawk tal-Unjoni Ewropea, li jissuġġerixxu l-eżistenza tad-dumping fi swieq terzi.

3.   EMENDI FIL-MIŻURI LI QEGĦDIN JIĠU RIVEDUTI

(33)

Fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni, qiegħed jiġi kkunsidrat li għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv skont il-livell ta' marġini ta' dumping misjub.

(34)

Il-marġini ta’ dumping, stabbilit għall-PIR, ta’ 49,9 % huwa taħt il-livell ta’ 75 % tal-eliminazzjoni ta’ ħsara mal-pajjiż kollu li ġie stabbilit għall-Malażja fl-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant huwa propost li jiġi impost dazju li hu bbażat fuq il-marġini ta’ dumping ta’ 49,9 % u li r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 jiġi emendat kif xieraq.

4.   L-IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TAD-DAZJU ANTIDUMPING

(35)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' hawn fuq, id-dazju antidumping applikabbli għall-applikant għandu jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 692/2009.

5.   KLAWŻOLA TA’ MONITORAĠĠ U REVIŻJONI POSSIBBLI ULTERJURI

(36)

Għandu jiġi nnotat li l-kumpaniji kkonċernati għandhom sistema kumplessa ta’ tqassim li tinvolvi wkoll li l-prodott ikkonċernat jiġi impurtat minn pajjiżi oħrajn taħt miżuri. Barra minn dan, hemm ċertu riskju ta’ evitar ta’ dazju minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju bejn kumpaniji esportaturi differenti fil-Malasja. Għaldaqstant, huma meħtieġa miżuri speċjali biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji kontra d-dumping.

(37)

Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri b’fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn fattura tali għandhom ikunu soġġetti għad-dazju residwu ta’ antidumping applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha.

(38)

Barra minn hekk, il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni infurmatu li din se tistieden il-kumpanija kkonċernata biex tressaq rapporti regolari lill-Kummissjoni biex tiżgura segwitu xieraq tal-bejgħ tagħha tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni u l-prezz u kundizzjonijiet oħrajn relatati magħhom, kif ukoll informazzjoni dwar żviluppi fil-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-kumpanija. Il-Kunsill jinnota, b’mod partikolari, li jekk rapporti bħal dawn ma jiġux ippreżentati, jew fejn ir-rapporti jiżvelaw li l-miżuri mhumiex adegwati biex jeliminaw l-effetti ta' dumping inġurjuż, jista' jkun neċessarju li tinbeda reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kunsill jinnota wkoll li l-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li ex officio tniedi reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari ladarba tkun għaddiet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament (għalkemm tista’ wkoll issir reviżjoni minn qabel). Huwa nnotat ukoll li f’dan iż-żmien il-Kummissjoni tistenna li jkun xieraq li tmexxi reviżjoni tali wara sena minħabba ċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. F’dan il-kuntest, huwa importanti li jkun innotat li d-dazju stabbilit għall-kumpanija kkonċernata permezz ta’ dan ir-Regolament hu bbażat biss fuq għadd limitat ta’ ordnijiet.

6.   L-IŻVELAR U T-TUL TA' ŻMIEN TAL-MIŻURI

(39)

Il-partijiet ikkonċernati ġew infurmati bil-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom sar il-ħsieb li jiġi impost, fuq importazzjonijiet ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet mill-applikant, dazju anti-dumping definittiv emendat u li dan id-dazju jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni. Il-kummenti tagħhom tqiesu u ttieħed kont tagħhom fejn kien il-każ.

(40)

Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha l-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 jiskadu skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008, dan li ġej għandu jiddaħħal fit-tabella taħt il-produtturi fil-Malażja:

“Pajjiż

Kumpanija

Rata ta’ dazju (%)

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Malażja

Pantech Steel Industries Sdn Bhd

49,9

A961 ”

2.   Id-dazju b’dan impost għandu jkun applikat retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li ġew reġistrati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 692/2009.

L-awtoritajiet tad-dwana b’dan huma ordnati jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Malażja prodott minn Pantech Steel Industries Sdn Bhd.

3.   Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008 għandu jiġi miżjud dan il-paragrafu li ġej:

“3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћal Pantech Steel Industries Sdn Bhd gћandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, gћandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.”

4.   Iż-żieda tal-paragrafu t’hawn fuq fir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 timplika li l-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 1(4).

5.   Fir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 għandu jiġi miżjud dan l-Anness li ġej:

“ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tkun tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

(1)

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' [prodott ikkonċernat] bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hi kompluta u korretta u li l-prezz iffatturat hu finali u mhux se jiġi kkumpensat, parzjalment jew għal kollox, permezz ta’ kwalunkwe prassi.

Data u firma’.”.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 275, 16.10.2008, p. 18.

(3)  ĠU L 199, 31.7.2009, p. 9.


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 364/2010

tas-26 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċerti importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 (2),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ġewwa l-Unjoni Ewropea ta' tessuti minsuġa minn ħajt sintetiku mibrum li fihom piż ta’ 85 % jew aktar ta’ filament ta’ polyester tessili u/jew mhux tessili, miżbugħa (inklużi miżbugħa bajda) jew stampati, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 5407 51 00, 5407 52 00, 5407 54 00, ex 5407 61 10, 5407 61 30, 5407 61 90, ex 5407 69 10, u ex 5407 69 90 (“il-prodott ikkonċernat”).

(2)

Billi kien hemm numru kbir ta’ partijiet li kkooperaw, intgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi waqt l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri.

(3)

Il-kumpaniji fil-kampjun ġew attribwiti rati individwali tad-dazju li ġew stabbiliti waqt l-investigazzjoni. Dawk il-kumpaniji li kkooperaw imma li ma kinux fil-kampjuni li ngħataw trattament ta' ekonomija tas-suq (“MET”), b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (3), ġew attribwiti d-dazju medju differenzjat ta’ 14, % li ġie stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li ngħataw MET. Il-kumpaniji li kkooperaw li ma ttiħdux fil-kampjun u li ngħataw trattament individwali (“IT”), skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tal-istess Regolament, irċevew id-dazju medju differenzjat ta’ 37,1 % li ġie stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li ngħataw l-IT. Rata ta' dazju komuni għall-pajjiż kollu ta' 56,2 % ġiet imposta fuq il-kumpaniji l-oħra kollha.

(4)

Wara investigazzjoni mill-ġdid għall-antiassorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-Kunsill, skont ir-Regolament (KE) Nru 1087/2007 (4) żied id-dazju mal-pajjiż kollu għal 74,8 %. B'żieda ma' dan, il-produtturi esportaturi Ċiniżi b'rati ta' dazju individwali li ma kkooperawx fl-investigazzjoni mill-ġdid ġew attribwiti dazji ogħal tal-anti-dumping b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

(5)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 jagħti l-possibilità lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li jissodisfaw l-erba' kriterji stipulati fl-istess Artikolu li jingħataw l-istess trattament bħal dak stabbilit fil-premessa 3 għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (“Trattament ta’ Produttur Esportatur Ġdid” jew “NEPT”).

2.   IT-TALBA TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI L-ĠODDA

(6)

Grupp ta' kumpaniji magħmul minn żewġ kumpaniji relatati, jiġifieri AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd, u Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd. (“l-applikant”), talab li jingħata NEPT.

(7)

Sar eżami biex jiġi stabbilit jekk l-applikant jissodisfax il-kriterji biex jingħata NEPT kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, billi ġie vverifikat li:

(a)

ma esportax l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea waqt il-perjodu tal-investigazzjoni li l-miżuri ġew ibbażati fuqu (mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004) (“l-ewwel kriterju”),

(b)

mhux relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma suġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti minn dak ir-Regolament (“it-tieni kriterju”),

(c)

esporta effetivament il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew għandu obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea (“it-tielet kriterju”),

(d)

jopera skont kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kif definiti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jew alternattivament li jissodisfa r-rekwiżiti biex ikollu dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (“ir-raba’ kriterju”).

(8)

Intbagħtu kwestjonarji lill-applikant li ntalab jipprovdi evidenza sabiex juri li ssodisfa l-ewwel, it-tieni u t-tielet kriterju.

(9)

Peress li r-raba' kriterju jimplika li l-applikanti jibagħtu talba għal MET u/jew IT, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta' rikjesta għal MET u IT lill-applikant. L-applikant talab għal MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(10)

Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, il-kriterji tal-MET huma elenkati f’forma mqassra hawn taħt:

(a)

id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa tal-Istat; u l-ispejjeż ewlenin jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq,

(b)

id-ditti għandhom ġabra waħda ċara ta’ reġistri bażiċi tal-kontabilità li jiġu vverifikati indipendentement skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (5) u jiġu applikati għall-finijiet kollha,

(c)

ma hemm l-ebda tagħwiġ sinifikanti li ntiret mis-sistema preċedenti li ma kinitx ibbażata fuq ekonomija tas-suq,

(d)

il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabilità legali,

(e)

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rati tas-suq.

(11)

Il-produtturi esportaturi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-premessa 7 jistgħu, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, jingħataw jew ir-rata tad-dazju ta’ 14,1 % li tapplika għall-kumpaniji li ngħataw l-MET b’konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, jew ir-rata tad-dazju medju differenzjat ta’ 37,1 % applikabbli għall-kumpaniji li ngħataw IT b’konformità mal-Artikolu 9(5) tal-istess Regolament.

(12)

Il-Kummissjoni Ewropea fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ biex jiġi ddeterminat jekk ġewx sodisfatti l-erba’ kriterji stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd, Jiaxing,

Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd., Jiaxing.

3.   IS-SEJBIET

(13)

L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza biex jipprova li ssodisfa l-erba' kriterji msemmija fil-premessa 7. L-applikant seta' fil-fatt juri li i) ma kienx esporta il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, ii) mhux konness mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1487/2005, iii) kien effettivament esporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea mis-sena 2008, iv) issodisfa r-rekwiżiti kollha għal MET u għalhekk jista' jingħata dazju individwali skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-applikant jista' jingħata r-rata tad-dazju medju differenzjat applikabbli għall-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li ngħataw MET (jiġifieri 14,1 %) skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, u għandu jiżdied mal-lista ta’ produtturi esportaturi tal-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament.

4.   IL-MODIFIKA TAL-LISTA TA’ KUMPANIJI LI JGAWDU MINN RATI INDIVIDWALI TAD-DAZJU

(14)

Wara li ġew ikkunsidrati s-sejbiet tal-investigazzjoni kif indikati fil-premessa 13, ġie konkluż li l-kumpaniji AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd, u Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd. għandhom jiżdiedu mal-lista ta' kumpaniji individwali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 b'rata tad-dazju ta' 14,1 %.

(15)

L-applikant u l-industrija tal-Unjoni ġew informati bis-sejbiet tal-investigazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Ma ngħata l-ebda tagħrif addizzjonali li seta' jwassal għal kwalunkwe konklużjonijiet differenti għall-appliakant,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 għandu jiġi emendat billi jiżdiedu l-kumpaniji li ġejjin fit-tabella tal-kumpaniji b'rati ta' dazju individwali:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

“AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd

14,1  %

A617

Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd.

14,1  %

A617 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 240, 16.9.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 1.

(5)  L-istandards internazzjonali tal-kontabilità jirreferu għall-istandards internazzjonali tal-kontabilità ewlenin kollha li huma rikonoxxuti, inklużi US GAAP u x-xogħol tal-International Accounting Standard Committee Foundation (“IASCF”) użati mill-International Accounting Standards Board (“IASB”), li jkopri l-International Accounting Standard Board Framework (“IASBF”), l-International Accounting Standard (“IAS”), l-International Financial Reporting Standards (“IFRS”) u l-International Financial Reporting Interpretations Committee publications (“IFRIC”).


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 365/2010

tat-28 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għal oġġetti tal-ikel fir-rigward ta’ Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib ippasturizzat u Listeria monocytogenes fil-melħ tajjeb għal mal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikoli 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta' l-ikel (2) jistipula l-kriterji mikro-bijoloġiċi għal ċerti mikro-organiżmi u r-regoli ta' implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fis-settur ta' l-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta' iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

(2)

Skont l-artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 il-kriterji mikrobijoloġiċi għandhom jiġu riveduti sabiex iqisu l-progress fix-xjenza, t-teknoloġija u l-metodoloġija, il-mikroorganiżmi patoġeniċi li qed jitfaċċaw fl-oġġetti tal-ikel, u l-informazzjoni minn valutazzjonijiet ta’ riskju.

(3)

Il-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistipula kriterji ta’ sikurezza tal-ikel għal Listeria monocytogenes f’ċertu ikel lest biex jittiekel. Il-Parti 1.3 tipprovdi limiti għal ikel lest biex jittiekel mhux favorevoli għall-iżvilupp ta' L. Monocytogenes, għajr dak maħsub għat-trabi u għal skopijiet mediċi speċjali. Operaturi tan-negozju tal-ikel huma meħtieġa li jipprovdu evidenza tal-konformità mal-kriterji fi mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom.

(4)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3), il-melħ tajjeb għal mal-ikel huwa ikel lest biex jittiekel. Skont evidenza xjentifika, il-preżenza u s-sopravivenza ta’ L. monocytogenes fil-melħ mhix probabbli f’ċirkostanzi normali. Għaldaqstant, il-melħ tajjeb għal mal-ikel għandu jiżdied man-nota 4 f’qiegħ il-paġna tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 li jistipula ikel lest biex jittiekel li ma jeħtieġx ittestjar regolari ta' L. monocytogenes.

(5)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005, kriterju ta’ iġjene ta’ proċess japplika għal Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib pasturizzat inkluż metodu analitiku ta’ referenza u limiti.

(6)

Il-metodu analitiku ta’ referenza stipulat għal Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib pasturizzat ISO 21528-1 wera li hu diffiċli biex jintuża għal analiżi ta’ rutina fil-kontrolli tiegħu stess minħabba li fih ħafna xogħol u jieħu ħafna ħin. Minħabba żvilupp metodoloġiku l-metodu analitiku ta’ referenza ta’ Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib pasturizzat għandu jinbidel għal ISO 21528-2 li hu eħfef u iżjed faċli biex isir.

(7)

Metodi analitiċi ta’ referenza għandhom effett fuq ir-riżultati tat-testijiet. Għaldaqstant, il-limitu tal-kriterju ta’ Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib pasturizzat jeħtieġ. Il-bidla xorta għandha tiggarantixxi limitu biżżejjed ta’ tkixxif għall-iġjene ta’ proċess minħabba li problemi simili fil-proċess ta’ manifattura jikkawżaw żvilupp ħafna akbar ta’ Enterobacteriaceae.

(8)

Minħabba bidla riċenti fit-tassonomija l-isem ta’ Enterobacter sakazakii fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu jinbidel għal Cronobacter spp. (Enterobacter sakazakii).

(9)

Uħud mid-dispożizzjonijiet kienu applikabbli sal-1 ta’ Jannar 2010 u dawk ġodda diġà stabbiliti fir-Regolament se japplikaw minn hemm 'il quddiem. Biex tkun iffaċilitata l-leġġibbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, huwa xieraq li jitħassru l-antiki.

(10)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 qed jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-Kapitolu 1 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringiela 1.5 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“1.5

Ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam magħmula minn laħam tat-tjur ta' l-irziezet maħsuba biex jittieklu msajra

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom”

(b)

Ir-ringiela 1.9 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“1.9

Prodotti tal-laħam magħmula minn laħam tat-tjur maħsuba biex jittieklu msajra

Salmonella

5

0

Assenza f'25 g

EN/ISO 6579

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom”

(c)

Ir-ringiela 1.24 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“1.24

Formoli mnixxfa tat-trabi u ikel djetetiku mnixxef għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba għal trabi ta’ inqas minn sitt xhur (14)

Cronobacter spp. (Enterobacter sakazakii)

30

0

Assenza f'10 g

ISO/TS 22964

Prodotti mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom”

2.

Fin-nota 4 f’qiegħ il-paġna tal-Kapitolu 1 jiżdied dan il-punt li ġej:

“—

melħ tajjeb għal mal-ikel”

3.

Parti 2.2 tal-Kapitolu 2 hi emendata kif ġej:

(a)

Ir-ringiela 2.2.1 tiġi mibdula b’dan li ġej:

“2.2.1

Ħalib ippasturizzat u prodotti oħra likwidi tal-ħalib ippasturizzat(4)

Entero-bacteriaceae

5

0

10 cfu/ml

ISO 21528-2

Tmiem il-proċess tal-manifattura

Kontrolli fuq l-effiċjenza tat-trattament bis-sħana u l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni mill-ġdid kif ukoll il-kwalità tal-materji primi”

(b)

Nota ta’ qiegħ il-paġna (2) hija mibdula b’li ġej:

(2)

Għall-punti 2.2.1, 2.2.7, 2.2.9 u 2.2.10 m = M”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 366/2010

tat-28 ta’ April 2010

li jemenda għall-125 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-12 ta’ April 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemeda d-dejta ta’ identifikazzjoni ta’ seba’ persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi aġġornat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni,

f'isem il-President,

João VALE DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Ahmadullah (magħruf ukoll bħala Ahmadulla) Titolu: Qari. Funzjoni: Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Qarabagh, fil-provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Ahmadullah (magħruf ukoll bħala Ahmadulla) Titolu: Qari. Funzjoni: Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: id-distrett ta' Qarabagh, fil-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: Allegatament miet f'Diċembru tal-2001. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.

(2)

L-annotazzjoni “Ahmad Jan Akhunzada. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Zabol (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Urazgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad Jan Akhunzada (b) Ahmad Jan Akhund Zada). Titolu: (a) Maulavi (b) Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Zabol (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan fil-bidu tal-2007. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.

(3)

L-annotazzjoni “Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (magħruf ukoll bħala Hassan Turki). Titolu: Sheikh. Data tat-twelid: madwar l-1944. Post tat-twelid: Reġjun V, l-Etjopja (ir-Reġjun ta’ Ogaden tal-Etjopja tal-Lvant). Nazzjonalità: Somali. Tagħrif ieħor: (a) Irrappurtat li huwa attiv fin-Nofsinhar tas-Somalja, f’Juba ta’ Isfel ħdejn Kismayo, prinċipalment f’Jilibe u Burgabo min-Novembru 2007; (b) Sfond familjari: Mill-klann ta’ Ogaden, is-sottoklann ta’ Reer-Abdille; (c) Parti mit-tmexxija ta’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI); (d) maħsub li kien involut fl-attakki fuq l-ambaxxati tal-Istati Uniti f'Nairobi u Dar es Salaam f'Awwissu 1998.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (magħruf ukoll bħala (a) Hassan Turki, (b) Hassen Abdelle Fihiye, (c) Sheikh Hassan Abdullah Fahaih). Titolu: (a) Sheikh (b) Kurunell. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1944. Post tat-twelid: ir-Reġjun V, l-Etjopja (ir-Reġjun ta’ Ogaden tal-Etjopja tal-Lvant). Nazzjonalità: Somala. Tagħrif ieħor: (a) Irrappurtat li huwa attiv fin-Nofsinhar tas-Somalja, f’Juba ta’ Isfel ħdejn Kismayo, prinċipalment f’Jilibe u Burgabo sa min-Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ogaden, is-sottoklann ta’ Reer-Abdille; (c) Parti mit-tmexxija ta’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI); (b) Maħsub li kien involut fl-attakki fuq l-ambaxxati tal-Istati Uniti f'Nairobi u Dar es Salaam f'Awwissu 1998. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.

(4)

L-annotazzjoni “Khairullah Khairkhwah (alias Khairullah Mohammad Khairkhwah) Titlu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Ħerat (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Id-distrett ta' Argistan, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala Mullah Khairullah Khairkhwah). Titolu: (a) Maulavi (b) Mullah. Funzjoni: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Herat (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-provinċja ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Argistan, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: F’kustodja f’Ġunju 2007. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.

(5)

L-annotazzjoni “Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai). Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Pashtoon Zarghoon fil-provinċja ta' Ħerat, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai). Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Pashtoon Zarghoon fil-provinċja ta' Ħerat, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: membru tat-Taliban responsabbi għall-provinċja ta’ Ħerat. Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.

(6)

L-annotazzjoni “Nooruddin Turabi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru tal-Ġustizzja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Nooruddin Turabi Muhammad Qasim (magħruf ukoll bħala Noor ud Din Turabi). Titolu: (a) Mullah (b) Maulavi. Funzjoni: Ministru tal-Ġustizzja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Kandaħar, l-Afganistan, (b) id-distrett ta’ Chora fil-provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.

(7)

L-annotazzjoni “Shams Ur-Rahman. Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Shams Ur-Rahman Sher Alam (magħruf ukoll bħala (a) Shamsurrahman (b) Shams-u-Rahman). Titolu: (a) Mullah (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Post tat-twelid: id-distrett ta' Suroobi, il-provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.2.2001.


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 367/2010

tat-28 ta’ April 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

98,8

MA

92,8

TN

108,1

TR

95,1

ZZ

98,7

0707 00 05

MA

80,4

TR

118,2

ZZ

99,3

0709 90 70

MA

86,8

TR

87,5

ZZ

87,2

0805 10 20

EG

47,9

IL

57,8

MA

45,8

TN

61,8

TR

51,6

ZZ

53,0

0805 50 10

IL

58,2

TR

69,0

ZA

72,5

ZZ

66,6

0808 10 80

AR

89,8

BR

80,3

CA

80,5

CL

83,9

CN

83,7

MK

22,1

NZ

104,5

US

120,8

UY

68,9

ZA

83,3

ZZ

81,8

0808 20 50

AR

87,5

CL

104,8

CN

96,0

NZ

167,4

ZA

90,4

ZZ

109,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 368/2010

tat-28 ta’ April 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 325/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 99, 21.4.2010, p. 5.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-29 ta’ April 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

33,32

1,29

1701 11 90  (1)

33,32

4,91

1701 12 10  (1)

33,32

1,16

1701 12 90  (1)

33,32

4,61

1701 91 00  (2)

35,01

7,73

1701 99 10  (2)

35,01

3,83

1701 99 90  (2)

35,01

3,83

1702 90 95  (3)

0,35

0,31


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taħtar membru supplenti Olandiż tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2010/241/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sur Harry DIJKSMA,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur M.F.A. (René) van DIESSEN, Gedeputeerde (Deputy Queen’s Commissioner) tal-Provinċja ta’ Flevoland,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taħtar membru u membru supplenti Awstrijaki fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2010/242/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Herbert SAUSGRUBER sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara l-ħatra tas-Sur Markus WALLNER bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Herr Landesstatthalter Mag. Markus WALLNER, Stellvertretender Landeshauptmann von Vorarlberg (bidla fil-mandat),

u

(b)

bħala membru supplenti:

Frau Landtagspräsidentin Dr. Bernadette MENNEL, Präsidentin des Vorarlberger Landtags.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu is-26 ta’ April 2010.

Ghall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2010/243/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Anna TERRÓN I CUSÍ, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015, bħala membru supplenti:

D. Albert MORENO HUMET

Secretario para la Unión Europea de la Generalitat de Catalunya.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ April 2010

li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà tal-inklużjoni tal-1,4-dimethylnaphthalene u s-cyflumetofen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2518)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/244/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta' lista tal-Unjoni Ewropea ta' sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(2)

Il-fajl għas-sustanza attiva 1,4-dimethylnaphthalene intbagħat minn DormFresh Ltd. lill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-25 ta' Ġunju 2009 mal-applikazzjoni sabiex tinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Il-fajl għas-sustanza attiva cyflumetofen intbagħat minn Otsuka Chemical Co. Ltd. lill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-21 ta' Lulju 2009 mal-applikazzjoni sabiex tinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(4)

L-awtoritajiet Olandiżi indikaw lill-Kummissjoni li, fuq investigazzjoni preliminari, il-fajls għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajls imressqa jidhru li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti f'AnnessoIII tad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati. B'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, sussegwentement il-fajls tressqu mill-applikanti rispettivi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u kienu riferuti lill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(5)

Permezz ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea li l-fajls jitqiesu li jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II u, għal tal-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-fajls li jikkonċernaw is-sustanzi attivi li ġew identifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, li kienu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jinkiseb id-dħul ta' dawn is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jilħqu r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II ta' dik id-Direttiva.

Il-fajls ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta' wieħed mill-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istat Membru relatur għandu jissokta bl-eżami dettaljat tal-fajls imsemmija fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tal-eżamijiet li jkun għamel, akkumpanjati bi kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar jekk is-sustanzi attivi msemmija fl-Arikolu 1 għandhomx jiddaħħlu jew le fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u flimkien ma' kwalunkwe kundizzjonijiet relatati ma' dawk l-inklużjonijiet, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1


ANNESS

IS-SUSTANZI ATTIVI KKONĊERNATI MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Nru

L-Isem Komuni, in-Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

L-applikant

Id-data tal-applikazzjoni

L-Istat Membru Relatur

1

1,4-dimethylnaphthalene

Nru CIPAC: mhux assenjat

DormFresh Ltd.

Il-25 ta’ Ġunju 2009

NL

2

Cyflumetofen

Nru CIPAC: 821

Otsuka Chemical Co. Ltd.

Il-21 ta’ Lulju 2009.

NL


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ April 2010

li tagħti lil Franza deroga parzjali mid-Deċiżjoni 2006/66/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ “mezzi fuq il-binarji – storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (traduzzjoni mhux uffiċjali) u mid-Deċiżjoni 2006/861/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ “mezzi fuq il-binarji – vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (traduzzjoni mhux uffiċjali)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2588)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2010/245/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba li ressqet Franza fis-27 ta’ Awwissu 2009,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1)(d) tad-Direttiva 2008/57/KE, fis-27 ta’ Awwissu 2009 Franza ressqet talba għal deroga parzjali mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE (2) (TSI għall-Istorbju) u mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (3) (TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija), għal vaguni tat-tip NA u AFA tal-kumpanija LOHR.

(2)

Din it-talba għal deroga tikkonċerna l-vaguni tal-merkanzija użati għat-trasport ta’ trakkijiet tat-triq u li saru skont diżinn li kien jeżisti qabel id-dħul fis-seħħ taż-żewġ TSIs.

(3)

Fis-24 ta’ Novembru 2009 l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tat l-opinjoni teknika tagħha dwar it-talba għal deroga parzjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(4)

L-opinjoni tindika li d-dispożizzjonijiet ta’ sitt taqsimiet tat-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija li jiddeskrivu l-armar tal-ġbid, l-irfigħ u l-iġġakkjar, żjidiet għal tagħmir, il-qisien ċinematiki, ir-reazzjoni dinamika tal-vettura u l-brejk tal-ipparkjar (fit-taqsimiet 4.2.2.1.2.2, 4.2.2.3.2.4, 4.2.2.3.2.5, 4.2.3.1, 4.2.3.4 u 4.2.4.1.2.8 rispettivament) ma jistgħux jiġu applikati għall-vaguni konċernati minħabba l-limitazzjonijiet fl-għamla tagħhom implikati mit-tip speċjalizzat ta’ merkanzija ttrasportata. Fir-rigward tat-TSI għall-Istorbju u sabiex jilħqu l-prestazzjoni meħtieġa tal-brejkijiet, il-vaguni konċernati għandhom jużaw, flimkien ma’ pads magħmula minn materjal kompost, pads tal-brejkijiet tal-ħadid fondut li huma aktar storbjużi. Għalhekk sakemm tkun disponibbli teknoloġija anqas storbjuża, il-limiti tal-istorbju waqt it-transitu (taqsima 4.2.1.1 tat-TSI) ma jistgħux jintlaħqu.

(5)

L-impatt ekonomiku kumplessiv tal-applikazzjoni taż-żewġ TSIs, aktar speċifikament tat-taqsimiet 4.2.3.1 u 4.2.3.4 tat-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija, għall-vaguni tat-tip NA u AFA tal-kumpanija LOHR huwa stmat għal kważi EUR 204 miljuni. Dan l-ammont flimkien ma’ rekwiżiti oħra li jkun jeħtiġilhom jiġu applikati sabiex ikunu ssodisfati t-TSIs mhux biss jikkomprometti bil-kbir il-vijabbiltà ekonomika tal-proġett iżda jdewwem ħafna jew iġib fi tmiemha l-implimentazzjoni tiegħu.

(6)

Id-deroga qed tingħata għal perjodu ta’ żmien limitat li għandu jintuża minn Franza sabiex tħaffef l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi xprunati mill-ispeċifikazzjonijiet armonizzati u f’konformità mat-TSIs konċernati.

(7)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deroga parzjali mit-TSI għall-Istorbju u mit-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija mitluba minn Franza fis-27 ta’ Awwissu 2009 għall-vaguni LOHR tat-tip NA u AFA skont l-Artikolu 9(1)(d) tad-Direttiva 2008/57/KE qed tingħata bil-limitazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 4.2.1.1 tat-TSI għall-Istorbju, sakemm ma tkunx disponibbli soluzzjoni teknika sabiex tinkiseb il-konformità;

(b)

fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 4.2.2.1.2.2, 4.2.2.3.2.4, 4.2.2.3.2.5 (it-tip NA biss), 4.2.3.1, 4.2.3.4, 4.2.4.1.2.8 tat-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija, sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni riveduta tat-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija.

Fi kwalunkwe każ, din id-dergoa parzjali mhix valida għall-vaguni ta’ dawn iż-żewġ tipi li jidħlu fis-servizz wara l-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 37, 8.2.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.