ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.039.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 39

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
12 ta' Frar 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 124/2010 tal-11 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2010 tal-11 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/86/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2010 li taħtar l-Ombudsman Ewropew

4

 

 

2010/87/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2010 dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ dejta personali għall-proċessuri stabbiliti f’pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (notifikata bid-dokument numru C(2010) 593)  ( 1 )

5

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/88/PESK/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali

19

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 124/2010

tal-11 ta’ Frar 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

176,4

JO

82,9

MA

82,1

TN

124,7

TR

99,6

ZZ

113,1

0707 00 05

JO

150,4

MA

75,9

TR

140,4

ZZ

122,2

0709 90 70

IL

247,1

MA

123,7

TR

143,3

ZZ

171,4

0709 90 80

EG

69,8

MA

131,9

ZZ

100,9

0805 10 20

EG

49,7

IL

57,3

MA

47,1

TN

47,0

TR

52,0

ZZ

50,6

0805 20 10

IL

150,5

MA

89,1

ZZ

119,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

56,3

EG

57,3

IL

92,1

JM

109,6

MA

85,7

PK

45,0

TR

61,9

ZZ

72,6

0805 50 10

EG

76,3

IL

76,3

TR

70,0

ZZ

74,2

0808 10 80

CL

60,1

CN

68,1

MK

24,7

US

111,9

ZZ

66,2

0808 20 50

CN

52,8

US

100,1

ZA

110,3

ZZ

87,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 125/2010

tal-11 ta’ Frar 2010

li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(3)

Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti kkomunikati mid-29 ta’ Jannar sal-11 ta’ Frar 2010, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 19,61 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 8 000 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


DEĊIŻJONIJIET

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/4


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-20 ta’ Jannar 2010

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

(2010/86/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet (2),

Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2010,

IDDEĊIEDA:

li jaħtar lis-Sur Nikiforos DIAMANDOUROS biex iservi bħala Ombudsman Ewropew.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Jannar 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  ĠU C 216, 10.9.2009, p. 7.


12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Frar 2010

dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ dejta personali għall-proċessuri stabbiliti f’pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 593)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/87/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tagħha,

Wara li kkonsulta lill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 95/46/KE l-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu li t-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz jista’ jseħħ biss jekk il-pajjiż terz inkwistjoni jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta u kemm-il darba l-liġijiet tal-Istati Membri, li għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħrajn tad-Direttiva, jiġu rispettati qabel ma jsir it-trasferiment.

(2)

Madankollu, l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE jipprovdi li Stati Membri jistgħu jawtorizzaw, suġġett għal ċerti salvagwardji, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi li ma jassigurawx livell adegwat ta’ protezzjoni. Dawn is-salvagwardji jistgħu b’mod partikolari jirriżultaw minn klawżoli kuntrattwali xierqa.

(3)

Skont id-Direttiva 95/46/KE il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta għandu jiġi evalwat fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar l-operazzjoni ta’ trasferiment tad-dejta jew sett ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment tad-dejta. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni ta’ individwi għar-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali stabbilit taħt dik id-Direttiva ħareġ linji gwida sabiex jgħin bil-valutazzjoni.

(4)

Il-klawżoli kuntrattwali standard għandhom jirrelataw biss mal-protezzjoni tad-dejta. Għalhekk, l-esportatur tad-dejta u l-importatur tad-dejta huma ħielsa li jinkludu kwalunkwe klawżola oħra dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu man-negozju li huma jqisu bħala pertinenti għall-kuntratt kemm-il darba dawn ma jmorrux kontra l-klawżoli kuntrattwali standard.

(5)

Din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-awtorizzazzjonijiet nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jagħtu skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE. Din id-Deċiżjoni għandu jkollha biss l-effett li titlob lill-Istati Membri ma jirrifjutawx li jagħrfu li l-klawżoli kuntrattwali standard jipprovdu salvagwardji adegwati u għaldaqstant m’għandu jkollhom ebda effett fuq klawżoli kuntrattwali oħrajn.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/16/KE tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar il-klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ dejta personali fi proċessuri f’pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE (2) ġiet adottata sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tad-dejta personali minn kontrollur tad-dejta stabbilit fl-Unjoni Ewropea għand proċessur stabbilit f’pajjiż terz li ma joffrix livell adegwat ta’ protezzjoni.

(7)

Giet iggwadanjata ħafna esperjenza mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2002/16/KE ‘l hawn. Barra minn hekk, ir-rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ Deċiżjonijiet dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiżi terzi (3) wera li hemm interess qed jiżdied, fil-promozzjoni tal-użu tal-klawżoli kuntrattwali standard fit-trasferiment internazzjonali tad-dejta personali lejn pajjiżi terzi li ma jipprovdux livell adegwat ta’ protezzjoni. Barra minn hekk, il-partijiet interessati ssottomettew proposti bil-għan li jaġġornaw il-klawżoli kuntrattwali standard stipulati fid-Deċiżjoni 2002/16/KE sabiex jikkunsidraw l-ambitu dejjem aktar wiesa’ tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta fid-dinja u biex jiġu indirizzati xi kwistjonijiet li ma kinux koperti b’dik id-Deċiżjoni (4).

(8)

L-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun limitat biex jistabbilixxi li l-klawżoli li hija tistabbilixxi jkunu jistgħu jintużaw minn kontrollur tad-dejta stabbilit fl-Unjoni Ewropea sabiex idaħħal salvagwardji adegwati skont it-tifsira tal-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE għat-trasferiment tad-dejta personali lil proċessur stabbilit f’pajjiż terz.

(9)

Din id-Deċiżjoni m’għandiex tkun applikabbli għat-trasferiment tad-dejta personali minn kontrolluri stabbiliti fl-Unjoni Ewropea lil kontrolluri stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea li jaqgħu taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/497/KE tal-15 ta’ Ġunju 2001 dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment tad-dejta personali lil pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE (5).

(10)

Din id-Deċiżjoni għandha timplimenta l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 95/46/KE u m’għandhiex tippreġudika l-kontenut tal-kuntratti jew l-atti legali stabbiliti skont dik id-dispożizzjoni. Madanakollu, xi wħud mill-klawżoli kuntrattwali standard, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligi tal-esportatur tad-dejta, għandhom jiġu inklużi sabiex tiżdied iċ-ċarezza dwar id-disposizzjonijiet li jistgħu jkunu jinsabu f’kuntratt bejn kontrollur u proċessur.

(11)

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-Istati Membri għandhom sehem essenzjali f’dan il-mekkaniżmu kuntrattwali sabiex jiżguraw li d-dejta personali tiġi mħarsa b’mod adegwat wara t-trasferiment. F’każijiet eċċezzjonali meta l-esportaturi tad-dejta ma jkunux kapaċi jagħtu struzzjonijiet kif suppost lill-importatur tad-dejta, bir-riskju imminenti ta’ dannu serju lis-soġġetti tad-dejta, il-klawżoli kuntrattwali standard għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kuntrattwali sabiex jivverifikaw lill-importaturi tad-dejta u s-sottoproċessuri u, fejn xieraq, jieħdu deċisjonijiet li jorbtu lill-importaturi tad-dejta u s-sottoproċessuri. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza għandu jkollhom is-setgħa li jipprojbixxu jew jissospendu t-trasferiment tad-dejta jew għadd ta’ trasferimenti bbażati fuq il-klawżoli kuntrattwali standard f’dawk il-każijiet eċċezzjonali meta jiġi stabbilit li trasferiment fuq bażi kuntrattwali aktarx ikollu effett negattiv fuq il-garanziji u l-obbligi li jipprovdu protezzjoni adegwata għas-soġġett tad-dejta.

(12)

Il-klawżoli kuntrattwali standard għandhom jistabbilixxu miżuri ta’ sigurtà tekniċi u organizzattivi li għandhom jiġu applikati minn dawk li jipproċessaw id-dejta stabbiliti f’pajjiż terz li ma jkunx jipprovdi protezzjoni adegwata, sabiex ikun hemm żgur livell ta’ sigurtà xieraq kontra r-riskji li jinsabu fl-ipproċessar u fin-natura tad-dejta li għandha tiġi pproċessata. Il-partijiet għandhom jagħmlu dispożizzjoni fil-kuntratt għal dawk il-miżuri tekniċi u organizzattivi li, bil-kunsiderazzjoni tal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta, l-istat avvanzat u l-ispiża tal-implimentazzjoni tagħhom, huma meħtieġa sabiex id-dejta personali tiġi protetta kontra d-distruzzjoni aċċidentali jew kontra l-liġi jew telfien aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat jew forom oħra ta’ pproċessar kontra l-liġi.

(13)

Sabiex jitħaffu l-flussi tad-dejta mill-Unjoni Ewropea, huwa mixtieq li l-proċessuri li jipprovdu servizzi tal-ipproċessar tad-dejta lil bosta kontrolluri tad-dejta fl-Unjoni Ewropea jitħallew japplikaw l-istess miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà irrispettivament mill-Istat Membru li minnu joriġina t-trasferiment tad-dejta, b’mod partikolari f’dawk il-każijiet fejn l-importatur tad-dejta jirċievi dejta għal ipproċessar ulterjuri minn stabbilimenti differenti tal-esportatur tad-dejta fl-Unjoni Ewropea, f’liema każ għandha tapplika l-liġi tal-Istat Membru tal-istabbiliment nominat.

(14)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-informazzjoni minima li l-partijiet għandhom jispeċifikaw fil-kuntratt li jitratta t-trasferiment. L-Istati Membri għandhom iżommu l-poter li jiddettaljaw l-informazzjoni li l-partijiet huma mitluba jipprovdu. L-operazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fid-dawl tal-esperjenza.

(15)

L-importatur tad-dejta għandu jipproċessa d-dejta personali trasferita biss f’isem l-esportatur tad-dejta u skont l-istruzzjonijiet tiegħu u l-obbligi li jinsabu fil-klawżoli. B’mod partikolari l-importatur tad-dejta m’għandux jiżvela d-dejta personali lil parti mingħajr il-kunsens bil-miktub u minn qabel tal-esportatur tad-dejta. L-esportatur tad-dejta għandu jagħti struzzjonijiet lill-importatur tad-dejta matul iż-żmien meta jkunu qegħdin jingħataw is-servizzi tal-ipproċessar tad-dejta sabiex jipproċessa d-dejta skont l-istruzzjonijiet tiegħu, skont il-liġijiet tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli u l-obbligi li jinsabu fil-klawżoli.

(16)

Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet dwar il-klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferimenti tad-dejta personali lejn pajjiżi terzi rrakkomanda l-istabbiliment ta’ klawżoli kuntrattwali standard xierqa fuq trasferimenti sussegwenti ‘l quddiem minn proċessur tad-dejta stabbilit f’pajjiż terz lil proċessur ieħor tad-dejta (sottoproċessar), sabiex jittieħdu inkonsiderazzjoni x-xejriet u l-prattiki tan-negozju għal attività ta’ pproċessar aktar u aktar globalizzata.

(17)

Din id-Deċiżjoni għandha tinkludi klawżoli kuntrattwali standard speċifiċi dwar is-sottoproċessar permezz ta’ proċessur tad-dejta stabbilit f’pajjiż terz (l-importatur tad-dejta) tas-servizzi tiegħu tal-ipproċessar lill-proċessuri (sottoproċessuri) oħrajn stabbiliti f’pajjiżi terzi. Barra minn dan, din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mis-sottoproċessar biex jiġi żgurat li d-dejta personali li tkun qed tiġi trasferita tibqa’ tiġi protetta minkejja t-trasferiment sussegwenti lil sottoproċessur.

(18)

Barra minn hekk, is-sottoproċessar għandu jikkonsisti biss fl-operazzjonijiet li dwarhom ikun hemm qbil fil-kuntratt bejn l-esportatur tad-dejta u l-importatur tad-dejta li jkun jinkorpora l-klawżoli kuntrattwali standard skont din id-Deċiżjoni u m’għandux jirreferi għal operazzjonijiet jew skopijiet differenti ta’ pproċessar sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop kif stabbilit fid-Deċiżjoni 95/46/KE. Ukoll, fejn is-sottoproċessur jonqos li jissodisfa l-obbligi tiegħu stess dwar l-ipproċessar tad-dejta skont il-kuntratt, l-importatur tad-dejta għandu jibqa’ responsabbli lejn l-esportatur tad-dejta. It-trasferiment ta’ data personali lil proċessuri stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea m’għandux jippreġudika l-fatt li l-attivitajiet tal-ipproċcessar għandhom ikunu regolati mill-liġi tal-protezzjoni tad-data applikabbli.

(19)

Il-klawżoli kontrattwali standard m’għandhomx ikunu applikabbli biss mill-organizzazzjonijiet li huma partijiet għall-kuntratt, imma wkoll mis-suġġetti tad-data, b’mod partikolari, meta s-suġġetti tad-data jsofru dannu bħala konsegwenza ta’ ksur tal-kuntratt.

(20)

Is-suġġett tad-dejta għandu jkun intitolat jieħu azzjoni u, fejn ikun xieraq, jirċievi kumpens mingħand l-esportatur tad-dejta li huwa l-kontrollur tad-dejta personali trasferita. F’każijiet eċċezzjonali, is-suġġett tad-dejta għandu jkun intitolat ukoll li jieħu azzjoni, u fejn ikun xieraq, jirċievi kumpens mingħand l-importatur tad-dejta f’dawk il-każijiet, li jirriżultaw minn ksur minn naħa tal-importatur tad-dejta jew xi sottoproċessur taħtu, ta’ xi wieħed mill-obbligi tiegħu msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ Klawżola 3, fejn l-esportatur tad-dejta jkun fattwalment għeb jew ma jkunx għadu jeżisti legalment jew ikun sar insolventi. Eċċezzjonalment, is-suġġett tad-dejta għandu wkoll ikun intitolat li jieħu azzjoni u, fejn ikun xieraq, jirċievi kumpens minn sottoproċessur f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn kemm l-esportatur tad-dejta u kemm l-importatur tad-dejta jkunu fattwalment għebu jew m’għadhomx jeżistu legalment jew spiċċaw insolventi. Responsabbiltà bħal din ta’ parti terza tas-sottoproċessur għandha tkun limitata għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar tagħha taħt il-klawżoli kuntrattwali.

(21)

F’każ ta’ tilwima bejn suġġett tad-dejta, li jinvoka l-klawżola tal-parti terza benefiċjarja, u l-importatur tad-dejta, li ma tkunx solvuta bonarjament, l-importatur tad-dejta għandu joffri lis-suġġett tad-dejta għażla bejn medjazzjoni jew litigazzjoni. L-għażla tas-suġġett tkun effettiva skont kemm ikunu disponibbli sistemi affidabbli u rikonoxxuti ta’ medjazzjoni. Il-medjazzjoni mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data fejn l-esportatur tad-data huwa stabbilit għandha tkun possibiltà meta dawn jipprovdu dan is-servizz.

(22)

Il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi tal-Istat Membru fejn l-esportatur tad-dejta huwa stabbilit b’mod li parti terza benefiċjarja tkun tista’ tinforza kuntratt. Suġġetti tad-dejta għandhom jitħallew ikunu rappreżentati minn assoċjazzjonijiet jew korpi oħra jekk jixtiequ u jekk awtorizzati bil-liġi nazzjonali. L-istess liġi għanda tirregola wkoll id-dispożizzjonijiet fuq il-protezzjoni tad-dejta ta’ kwalunkwe kuntratt ma’ sottoproċessur għas-sottoproċessar tal-attivitajiet ta’ pproċessar tad-dejta personali trasferita mill-esportatur tad-dejta lill-importatur tad-dejta taħt il-klawżoli kuntrattwali.

(23)

Peress li din id-Deċiżjoni tapplika biss għas-sottokuntrattar minn proċessur tad-dejta stabbilit f’pajjiż terz tas-servizzi ta’ proċessar tiegħu lil sottoproċessur stabbilit f’pajjiż terz, m’għandhiex tapplika fis-sitwazzjoni li fiha proċessur stabbilit fl-Unjoni Ewropea, u li jkun qed iwettaq l-ipproċessar ta’ dejta persinali f’isem kontrollur stabbilit fl-Unjoni Ewropea jissottokontratta l-operazzonijiet tiegħu ta’ proċessar lil sottoproċessur stabbilit f’pajjiż terz. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri huma ħielsa li jikkunsidraw jew ma jikkunsidrawx il-fatt li l-prinċipji u s-salvagwardji tal-klawżoli kuntrattwali standard stabbiliti f’din id-Deċiżjoni intużaw biex sottoproċessur stabbilit f’pajjiż terz jiġi sottokuntrattat bil-ħsieb li jipprovdi protezzjoni adegwata għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta li d-dejta personali tagħhom tkun qed tiġi trasferita għal operazzjoniet ta’ sottoproċessar.

(24)

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali stabbilit taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE ta opinjoni fuq il-livell ta’ protezzjoni provdut taħt il-klawżoli kuntrattwali standard annessi ma’ din id-Deċiżjoni, li ġew ikkunsidrati fil-preparazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(25)

Id-Deċiżjoni 2002/16/KE għandha għalhekk tiġi mħassra.

(26)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-ambitu tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-klawżoli kuntrattwali standard stabbiliti fl-Anness huma kkunsidrati bħala li joffru salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fondamentali tal-individwi u fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet korrispondenti kif mitlub mill-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda biss l-adegwatezza tal-protezzjoni mogħtija mill-klawżoli kuntrattwali standard stabbiliti fl-Anness għat-trasferiment tad-dejta personali lill-proċessuri. Ma taffettwax l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali oħrajn li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE li jappartjenu għall-ipproċessar tad-dejta personali fl-Istati Membri.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għat-trasferiment tad-dejta personali minn kontrolluri stabbiliti fl-Unjoni Ewropea lil reċipjenti stabbiliti barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea li jaġgixxu biss bħala proċessuri.

Artikolu 3

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kategoriji speċjali ta” dejta’ tfisser id-dejta msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE;

(b)

“awtorità ta’ superviżjoni” tfisser l-awtorità msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE;

(c)

“esportatur tad-data” tfisser il-kontrollur li jitrasferixxi d-data personali;

(d)

“importatur tad-data” tfisser il-proċessur stabbilit f’pajjiż terz li jaqbel li jirċievi data personali mingħand l-esportatur tad-data li hija maħsuba għall-ipproċessar f’isem l-esportatur tad-data wara t-trasferiment skont l-istruzzjonijiet tiegħu u skont din id-Deċiżjoni u li m’huwiex soġġett għal sistema ta’ pajjiż terzi li tiżgura protezzjoni adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE;

(e)

“sottoproċessur” tfisser kull proċessur ingaġġat mill-importatur tad-dejta jew minn kwalunkwe sottoproċessur tal-importatur tad-dejta li jaqbel li jirċievi mingħand l-importatur tad-dejta jew minn kwalunkwe sottoproċessur ieħor tal-importatur tad-dejta, dejta personali maħsuba esklużivament għall-attivitajiet ta’ pproċessar li jsiru f’isem l-esportatur tad-dejta wara t-trasferiment skont l-istruzzjonijiet tal-esportatur tad-dejta, il-klawżoli kuntrattwali standard imfissra fl-Anness, u t-termini tal-kuntratt bil-miktub għas-sottoproċessar;

(f)

“liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta” tfisser il-leġiżlazzjoni li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ individwi u, b’mod partikolari, id-dritt tagħhom għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali applikabbli għal kontrollur tad-dejta fl-Istat Membru fejn l-esportatur tad-dejta huwa stabbilit;

(g)

“miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà” tfisser dawk il-miżuri mmirati biex jipproteġu d-dejta personali kontra d-distruzzjoni jew telfien aċċidentali jew kontra l-liġi, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari meta l-ipproċessar jinvolvi t-trażmissjoni tad-dejta fuq network, u kontra kull forma oħra ta’ pproċessar kontra l-liġi.

Artikolu 4

1.   Mingħajr preġudizzju għall-poteri tagħhom biex jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont il-Kapitoli II, III, V u VI tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom biex jipprojbixxu jew jissospendu ċ-ċirkolazzjoni tad-dejta lil pajjiżi terzi sabiex jipproteġu lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom f’każijiet fejn:

(a)

huwa stabbilit li l-liġi li l-importatur tad-dejta jew is-sottoproċessur huma soġġetti għaliha timponi fuqhom rekwiżiti li jidderogaw mil-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta li jmorru lil hinn mir-restrizzjonijiet meħtieġa f’soċjetà demokratika kif stabbilit mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE fejn dawk ir-restrizzjonijiet aktarx ikollhom effett negattiv sostanzjali fuq il-garanziji mogħtijin mil-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli u l-klawżoli kuntrattwali standard;

(b)

awtorità kompetenti tkun stabbiliet li l-importatur tad-dejta jew sottoproċessur ma jkunx irrispetta l-klawżoli kuntrattwali standard fl-Anness; jew

(c)

ikun hemm probabbiltà sostanzjali li l-klawżoli kuntrattwali standard fl-Anness mhumiex qegħdin jiġu mħarsa jew mhumiex sejrin jiġu mħarsa u l-issoktar tat-trasferiment jista’ joħloq riskju imminenti ta’ dannu gravi lis-suġġetti tad-dejta.

2.   Il-projbizzjoni jew is-sospensjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jitneħħew malli r-raġunijiet għas-sospenzjoni jew għal-projbizzjoni ma jibqgħux jeżistu.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri skont il-paragrafi 1 u 2, huma għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni li tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-mod kif tkun qed taħdem din id-Deċiżjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli tlett snin wara li tiġi adottata. Hija għandha tissottometti rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE. Għandha tinkludi kwalunkwe prova li tista’ taffettwa l-valutazzjoni li tikkonċerna l-adegwatezza tal-klawżoli kuntrattwali standard fl-Anness u kwalunkwe prova li din id-Deċiżjoni qiegħda tiġi applikata b’mod diskriminatorju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-15 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 7

1.   Id-Deċiżjoni 2002/16/KE hija mħassra b’effett mill-15 ta’ Mejju 2010.

2.   Kuntratt konkluż bejn esportatur tad-dejta u importatur tad-dejta skont id-Deċiżjoni 2002/16/KE qabel il-15 ta’ Mejju 2010 għandu jibqa’ fis-seħħ u effettiv sakemm jibqgħu ma jinbidlux it-trasferimenti u l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta li huma l-oġġett tal-kuntratt u d-dejta personali koperta b’din id-Deċiżjoni tibqa’ tiġi trasferita bejn il-Partijiet. Fejn il-partijiet kontraenti jiddeċiedu li jagħmlu xi tibdiliet f’dan ir-rigward jew jagħtu l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li huma l-oġġett tal-kuntratt b’sootkuntratt huma jkunu mitluba li jidħlu f’kuntratt ġdid li għandu jkun konformi mal-klawżoli kuntrattwali standard stipulati fl-Anness.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 6, 10.1.2002, p. 52.

(3)  SEC(2006) 95, 20.1.2006.

(4)  Il-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), Japan Business Council in Europe (JBCE), EU Committee of the American Chamber of Commerce in Belgium (Amcham), and the Federation of European Direct Marketing Associations (FEDMA).

(5)  ĠU L 181, 4.7.2001, p. 19.


ANNESS

KLAWŻOLI KUNTRATTWALI STANDARD (PROĊESSURI)

Għall-finijiet tal-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE għat-trasferiment tad-dejta personali lill-proċessuri stabbiliti f’pajjiżi terzi li ma jiżgurawx livell adegwat tal-protezzjoni tad-dejta

L-isem tal-organizzazzjoni li se tesporta d-dejta: …

Indirizz: …

Tel. …; feks: …; Posta elettronika: …

Informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-organizzazzjoni

(l-esportatur tad-dejta)

Kif ukoll

L-isem tal-organizzazzjoni li se timporta d-dejta: …

Indirizz: …

Tel.. …; feks: …; Posta elettronika: …

Informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-organizzazzjoni:

(l-importatur tad-dejta)

kull wieħed huwa “parti”; flimkien “il-partijiet”,

QABLU fuq il-Klawżoli Kuntrattwali li ġejjin (il-Klawżoli) sabiex idaħħlu salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi għat-trasferiment tad-dejta personali speċifikata f’Appendiċi 1, mill-esportatur tad-dejta għall-importatur tad-dejta.

Klawżola 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-Klawżoli:

(a)

“dejta personali”, “kategoriji specjali ta’ dejta”, “proċess/ipproċessar”, “kontrollur”, “proċessur”, “suġġett tad-dejta” u “awtorità ta’ superviżjoni” għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1);

(b)

l-esportatur tad-dejta” tfisser il-kontrollur li jitrasferixxi d-dejta personali;

(c)

l-importatur tad-dejta” tfisser il-proċessur li jaqbel li jirċievi mingħand l-esportatur tad-dejta dejta personali li hija maħsuba għall-ipproċessar f’ismu wara t-trasferiment skont l-istruzzjonijiet u t-termini tal-klawżoli u li mhuwiex soġġett għal sistema ta’ xi pajjiż terz li tiżgura protezzjoni adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE;

(d)

is-sottoproċessur” tfisser kull proċessur ingaġġat mill-importatur tad-dejta jew minn kwalunkwe sottoproċessur tal-importatur tad-dejta li jaqbel li jirċievi mingħand l-importatur tad-dejta jew minn kwalunkwe sottoproċessur ieħor tal-importatur tad-dejta, dejta personali maħsuba esklużivament għall-attivitajiet ta’ pproċessar li jsiru f’isem l-esportatur tad-dejta wara t-trasferiment skont l-istruzzjonijiet tiegħu, it-termini tal-Klawżoli, u t-termini ta’ sottokuntratt bil-miktub;

(e)

liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta” tfisser il-leġiżlazzjoni li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ individwi u, b’mod partikolari, id-dritt tagħhom għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali applikabbli għal kontrollur tad-dejta fl-Istat Membru fejn l-esportatur tad-dejta huwa stabbilit;

(f)

miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà” tfisser dawk il-miżuri mmirati biex jipproteġu d-dejta personali kontra d-distruzzjoni jew telfien aċċidentali jew kontra l-liġi, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari meta l-ipproċessar jinvolvi t-trażmissjoni tad-dejta fuq network, u kontra kull forma oħra ta’ pproċessar kontra l-liġi.

Klawżola 2

Dettalji tat-trasferiment

Id-dettalji tat-trasferiment u b’mod partikolari l-kategoriji speċjali tad-dejta personali fejn applikabbli huma speċifikati f’Appendiċi 1 li jifforma parti integrali mill-Klawżoli.

Klawżola 3

Il-klawżola tal-parti terza benefiċjarja

1.

Is-suġġett tad-dejta jista’ jinforza kontra l-esportatur tad-dejta din il-Klawżola, Klawżola 4(b) sa (i), Klawżola 5(a) sa (e), u (g) sa (j),Klawżola 6(1) u (2), Klawżola 7, Klawżola 8(2), u Klawżoli 9 sa 12 bħala parti terza benefiċjarja.

2.

Is-suġġett tad-dejta jista’ jinforza kontra l-esportatur tad-dejta din il-Klawżola, Klawżola 5(a) sa (e), u (g) sa (j),Klawżola 6, Klawżola 7, Klawżola 8(2), u Klawżoli 9 sa 12, f’każijiet fejn l-esportatur tad-dejta jkun fattwalment għeb jew ma jkunx għadu jeżisti legalment sakemm ma jkunx hemm entità suċċessur li tkun ħadet fuqha l-obbligi legali kollha tal-esportatur tad-dejta bil-kuntratt jew permezz tal-operat tal-liġi, u bħala riżultat ta’ dan tieħu fuqha d-drittijiet u l-obbligi tal-esportatur tad-dejta, f’liema każ is-suġġett tad-dejta jkun jista’ jinfurzahom kontra entità bħal din.

3.

Is-suġġett tad-dejta jista’ jinforza kontra s-subproċessur din il-Klawżola, Klawżola 5(a) sa (e), u (g) sa (j),Klawżola 6, Klawżola 7, Klawżola 8(2), u Klawżoli 9 sa 12, f’dawk il-każijiet fejn kemm l-esportatur tad-dejta kif ukoll l-importatur tad-dejta jkunu fattwalment għebu jew m’għadhomx jeżistu legalment jew spiċċaw insolventi, sakemm ma jkunx hemm xi suċċessur legali li jkun ħa fuqu l-obbligi legali kollha tal-esportatur tad-dejta bil-kuntratt jew permezz tal-operat tal-liġi, u bħala riżultat hu jieħu f’idejh d-drittijiet u l-obbligi tal-esportatur tad-dejta, f’liema każ is-suġġett tad-dejta jista’ jinfurzahom kontra entità bħal din. Responsabbiltà bħal din ta’ parti terza tas-sottoproċessur għandha tkun limitata għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar tagħha taħt il-Klawżoli.

4.

Il-partijiet ma joġġezzjonawx għal suġġett tad-dejta li jkun irrappreżentat permezz ta’ assoċjazzjoni jew korp ieħor jekk is-suġġett tad-dejta jkun jixtieq espressament hekk u jekk il-liġi nazzjonali tippermetti.

Klawżola 4

Obbligi tal-esportatur tad-dejta

L-esportatur tad-dejta jaqbel u jiggarantixxi:

(a)

li l-ipproċessar, inkluż it-trasferiment innifsu, tad-dejta personali kien u se jibqa’ jitwettaq b’konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta (u, fejn applikabbli, ġie nnotifikat lill-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri fejn ikun stabbilit l-esportatur tad-dejta) u ma jiksirx id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Istat.

(b)

li hu ta struzzjonijiet u matul il-perjodu kollu tas-servizzi tal-ipproċessar tad-dejta se jagħti struzzjonijiet lill-importatur tad-dejta biex jipproċessa d-dejta personali trasferita biss f’isem l-esportatur tad-dejta u b’konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta u mal-Klawżoli;

(c)

li l-importatur tad-dejta għandu jipprovdi garanziji suffiċjenti fir-rigward tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà speċifikati f’Appendiċi 2 ma’ dan il-kuntratt;

(d)

li wara l-valutazzjoni tal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-miżuri ta’ sigurtà jkunu xierqa biex jipproteġu d-dejta personali kontra distruzzjoni aċċidentali jew kontra l-liġi jew telfien aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari meta l-ipproċessar jinvolvi t-trażmissjoni tad-dejta fuq network, u kontra kull forma oħra ta’ pproċessar kontra l-liġi, u li dawn il-miżuri jiżguraw livell xieraq ta’ sigurtà għar-riskji ppreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta li qed tiġi protetta b’kunsiderazzjoni għall-istat avvanzat u l-ispiża tal-implimentazzjoni tagħhom;

(e)

li hu jiżgura konformità mal-miżuri ta’ sigurtà;

(f)

li, jekk it-trasferiment jinvolvi kategoriji speċjali ta’ dejta, is-suġġett tad-dejta jkun ġie infurmat jew ikun se jiġi infurmat qabel, jew mill-aktar fis possibbli wara t-trasferiment li d-dejta tiegħu tista’ tiġi trażmessa lejn pajjiż terz u l-protezzjoni adegwata skont it-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE mhix provduta;

(g)

li jibgħat kwalunkwe notifika li tasal mill-importatur tad-dejta jew kwalunkwe sottoproċessur skont Klawżola 5(b) u Klawżola 8(3) lill-awtorità ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta jekk l-esportatur tad-dejta jiddeċiedi li jkompli bit-trasferiment jew li jneħħi s-sospensjoni.

(h)

li jagħmel disponibbli lis-suġġetti tad-dejta, fuq talba tagħhom kopja tal-Kawżoli, bl-eċċezzjoni tal-Appendiċi 2, kif ukoll deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri ta’ sigurtà, kif ukoll kopja ta’ kull kuntratt għas-servizzi ta’ sottoproċessar li għandu jsir skont il-Klawżoli, sakemm il-Klawżoli jew il-kuntratt ikun fihom informazzjoni kummerċjali, u f’dan il-każ tkun tista’ tneħħi informazzjoni kummerċjali bħal dan;

(i)

li, fil-każ ta’ sottoproċessar, l-attività ta’ pproċessar titwettaq b’konformità ma’ Klawżola 11 minn sottoproċessur fejn ikun provdut tal-anqas l-istess livell ta’ protezzjoni għad-dejta personali u d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta bħala l-importatur tad-dejta taħt il-Klawżoli; kif ukoll

(j)

li hu jiżgura l-konformità ma’ Klawżola 4 (a) sa (i).

Klawżola 5

Obbligi tal-importatur tad-dejta  (2)

L-importatur tad-dejta jaqbel u jiggarantixxi:

(a)

li jipproċessa d-dejta personali biss f’isem l-esportatur tad-dejta u b’konformità mal-istruzzjonijiet tiegħu u mal-Klawżoli; jekk hu ma jistax jipprovdi tali konformità, tkun liema raġuni tkun, hu jaqbel li jinforma fil-pront lill-esportatur tad-dejta bl-inkapaċità tiegħu li jikkonforma, f’liema każ l-esportatur tad-dejta jkun intitolat li jissospendi t-trasferiment tad-dejta u/jew jittermina l-kuntratt;

(b)

li m’għandu l-ebda raġuni għaliex jaħseb li l-leġiżlazzjoni applikabbli għalih twaqqfu milli jissodisfa l-istruzzjonijiet li jaslulu mill-esportatur tad-dejta u l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt u li fil-każ ta’ tibdil fil-leġiżlazzjoni li hu mistenni li jkollha effetti negattivi sostanzjali fuq il-garanziji u l-obbligi pprovduta mill-Klawżoli, hu jinnotifika fil-pront lill-esportatur tad-dejta bit-tibdil hekk kif isir jaf, f’liema każ l-esportatur tad-dejta jkun intitolat li jissospendi t-trasferiment tad-dejta u/jew jittermina il-kuntratt;

(c)

li hu jkun implimenta l-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà speċifikati f’Appendiċi 2 qabel ma jipproċessa d-dejta personali trasferita;

(d)

li hu jinnotifika fil-pront lill-esportatur tad-dejta dwar:

(i)

kwalunkwe talba li torbot legalment għall-iżvelar tad-dejta personali mill-awtorità tal-infurzar tal-liġi sakemm ma jkunx ipprojbit b’mod ieħor, bħal projbizzjoni taħt liġi kriminali biex jippriżerva l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi;

(ii)

kwalunkwe aċċess aċċidentali jew mhux awtorizzat;

(iii)

kwalunkwe talba li tasal direttament mis-suġġetti tad-dejta mingħajr ma jwieġeb għal dik it-talba, sakemm ma jkunx awtorizzat mod ieħor biex jagħmel hekk;

(e)

li jitratta kif suppost u fil-pront il-mistoqsijiet kollha mill-esportatur tad-dejta relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali suġġetta għat-trasferiment u li jimxi mal-pariri tal-awtorità tas-superviżjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta trasferita;

(f)

li fuq it-talba tal-esportatur tad-dejta jissottometti l-faċilitajiet tiegħu għall-ipproċessar tad-dejta għall-verifika tal-attivitajiet ta’ pproċessar koperti mill-Klawżoli li għandhom jitwettqu mill-esportatur tad-dejta jew korp ta’ spezzjoni magħmul minn membri indipendenti u li għandhom il-kwalifiki professjonali meħtieġa marbuta bid-dover tal-kunfidenzjalità, magħżula mill-esportatur tad-dejta, fejn applikabbli, bi qbil mal-awtorità tas-superviżjoni;

(g)

li jpoġġi għad-dispożizzjoni tas-suġġett tad-dejta meta jintalab, kopja tal-Klawżoli, jew kwalunkwe kuntratt eżistenti għas-sottoproċessar, sakemm il-Klawżoli jew il-kuntratt ma jinkludux informazzjoni kummerċjali, f’liema każ ikun jista’ jneħħi tali informazzjoni kummerċjali, bl-eċċezzjoni ta’ Appendiċi 2 li postu għandu jittieħed minn deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri ta’ sigurtà f’dawk il-każi fejn is-suġġett tad-dejta ma jkunx jista’ jikseb kopja mill-esportatur tad-dejta;

(h)

li, fil-każ tas-sottoproċessar, huwa jkun informa minn qabel lill-esportatur tad-dejta u kiseb il-kunsens bil-miktub minn qabel;

(i)

li s-servizzi tal-ipproċessar mis-sottoproċessur ikunu mwettqa b’konformità mal-Klawżola 11;

(j)

biex jibgħat fil-pront kopja ta’ kwalunkwe ftehim mas-sottoproċessur li jkun ikkonkluda taħt dawn il-klawżoli lill-esportatur tad-dejta.

Klawżola 6

Responsabbiltà

1.

Il-partijiet jaqblu li kwalunkwe suġġett tad-dejta, li sofra dannu bħala riżultat ta’ kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-Klawżola 3 jew Klawżola 11 minn kwalunkwe parti jew sottoproċessur huwa intitolat li jirċievi kumpens mill-esportatur tad-dejta għad-dannu soffert.

2.

Jekk suġġett tad-dejta ma jkunx jista’ jagħmel talba għall-kumpens skont il-paragrafu 1 kontra l-esportatur tad-dejta minħabba ksur min-naħa tal-importatur tad-dejta jew is-sottoproċessur tiegħu, jew kwalunkwe mill-obbligi tagħhom imsemmijin fi Klawżoli 3 jew fil-Klawżola 11 minħabba li l-esportatur tad-dejta jkun fattwalment għeb jew ma jkunx għadu jeżisti legalment jew ikun sar insolventi, l-importatur tad-dejta jaqbel li s-suġġett tad-dejta jista’ jiftaħ pretensjoni kontra l-importatur tad-dejta daqslikieku kien l-esportatur tad-dejta, sakemm ma jkunx hemm entità suċċessur li tkun ħadet fuqha l-obbligi legali kollha tal-esportatur tad-dejta bil-kuntratt jew permezz ta’ operat tal-liġi, f’liema każ is-suġġett tad-dejta jista’ jinforza d-drittijiet tiegħu kontra entità bħal din.

L-importatur tad-dejta ma jistax jistrieħ fuq ksur min-naħa ta’ sottoproċessur tal-obbligi tiegħu sabiex jevita r-responsabbiltajiet tiegħu stess.

3.

Jekk suġġett tad-dejta ma jkunx jista jagħmel talba kontra l-esportatur tad-dejta jew l-importatur tad-dejta msemmijin f’paragrafi 1 u 2 minħabba ksur ta’ kwalunkwe mill-obbligi msemmijin fi Klawżoli 3 jew fil-Klawżola 11 peress li kemm l-esportatur tad-dejta kif ukoll l-importatur tad-dejta jkunu fattwalment għebu jew ma jkunux għadhom jeżistu legalment jew ikunu saru insolventi, is-sottoproċessur jaqbel li s-suġġett tad-dejta jista’ jiftaħ pretensjoni kontra s-sottoproċessur tad-dejta fir-rigward tal-operazzjoni tal-ipproċessar tiegħu stess skont il-Klawżoli daqslikieku kien l-esportatur tad-dejta jew l-importatur tad-dejta, sakemm ma jkunx hemm suċċessur legali li jkun ħa fuqu l-obbligi legali kollha tal-esportatur tad-dejta u l-importatur tad-dejta bil-kuntratt jew permezz ta’ operat tal-liġi, u f’liema każ is-suġġett tad-dejta jista’ jinforza d-drittijiet tiegħu kontra entità bħal din. Ir-responsabbiltà tas-sottoproċessur għandha tkun limitata għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar tiegħu stess taħt il-Klawżoli.

Klawżola 7

Medjazzjoni u ġuriżdizzjoni

1.

L-importatur tad-dejta jaqbel li jekk is-suġġett tad-dejta jinvoka kontrieh id-drittijiet tal-parti terza benefiċjarja u/jew pretensjonijiet għal kumpens minħabba ħsarat taħt il-Klawżoli, l-importatur tad-dejta jaċċetta d-deċiżjoni tas-suġġett tad-dejta:

(a)

li jirreferi t-tilwima għal medjazzjoni, permezz ta’ persuna indipendenti jew, fejn applikabbli, permezz ta’ awtorità ta’ superviżjoni;

(b)

li jirreferi t-tilwima lill-qrati fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit l-esportatur tad-dejta.

2.

Il-partijiet jaqblu li l-għażla magħmula mis-suġġett tad-dejta ma tippreġudikax id-drittijiet sostantivi u proċedurali tiegħu li jfittex rimedji skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi nazzjonali jew internazzjonali.

Klawżola 8

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni

1.

L-esportatur tad-dejta jaqbel li jiddepożita kopja ta’ dan il-kuntratt mal-awtorità ta’ superviżjoni jekk din titolbu jew jekk tali depożitu jkun mitlub skont il-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

2.

Il-partijiet jaqblu li l-awtorità ta’ superviżjoni għandha d-dritt li twettaq verifika tal-importatur tad-dejta, u ta’ kwalunkwe sottoproċessur, li għandu l-istess ambitu u huwa suġġett għall-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-verifika tal-esportatur tad-dejta taħt il-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

3.

L-importatur tad-dejta għandu jinforma fil-pront lill-esportatur tad-dejta dwar l-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni applikabbli għalih jew għal kwalunkwe sottoproċessur li timblokka l-kondotta ta’ verifika ta’ importatur tad-dejta, jew ta’ kwalunkwe sottoproċessur, skont il-paragrafu 2. F’każ bħal dan l-esportatur tad-dejta għandu jkun intitolat li jieħu l-miżuri previsti fi Klawżola 5 (b).

Klawżola 9

Liġi Regolatorja

Il-Klawżoli għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-Istat Membru fejn l-esportatur tad-dejta huwa stabbilit, jiġifieri …

Klawżola 10

Varjazzjoni tal-kuntratt

Il-partijiet jintrabtu li la jvarjaw u lanqas jimmodifikaw il-Klawżoli. Dan ma jipprekludix lill-partijiet milli jżidu klawżoli jew kwistjonijiet relatati man-negozju fejn ikun meħtieġ sakemm ma jmorrux kontra lKlawżola.

Klawżola 11

Sottoproċessar

1.

L-importatur tad-dejta m’għandu jagħti b’sottokuntratt l-ebda waħda mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar tiegħu mwettqin f’isem l-esportatur tad-dejta taħt il-Klawżoli mingħajr il-kunsens bil-miktub u minn qabel tal-esportatur tad-dejta. Fejn l-importatur tad-dejta, bil-kunsens tal-esportatur tad-dejta, jagħti b’sottokuntratt l-obbligi tiegħu taħt il-Klawżoli, għandu jagħmel dan biss permezz ta’ qbil bil-miktub mas-sottoproċessur li jimponi l-istess obbligi fuq is-sottoproċessur kif inhuma imposti fuq l-importatur tad-dejta skont il-Klawżoli (3). Fejn is-sottoproċessur jonqos milli jonora l-obbligi tal-protezzjoni tad-dejta taħt tali ftehim bil-miktub l-importatur tad-dejta għandu jibqa’ responsabbli mija fil-mija lejn l-esportatur tad-dejta għall-prestazzjoni tal-obbligi tas-sottoproċessur taħt tali ftehim.

2.

Il-kuntratt miktub li jkun bejn l-importatur tad-dejta u s-sottoproċessur għandu jipprovdi wkoll għal klawżola tal-parti terza benefiċjarja kif stipulata fi Klawżola 3 għall-każijiet fejn is-Suġġett tad-Dejta mhux kapaċi jagħmel il-talba għal kumpens imsemmija fil-paragrafu 1 tal- Klawżola 6, kontra l-Esportatur tad-Dejta jew l-Importatur tad-Dejta għaliex fattwalment ikunu għebu jew waqfu jeżistu legalment jew saru insolventi sakemm ma jkunx hemm entità suċċessur li tkun ħadet fuqha l-obbligi legali kollha tal-esportatur tad-dejta jew l-importatur tad-dejta bil-kuntratt jew permezz ta’ operat tal-liġi. Responsabbiltà bħal din ta’ parti terza tas-sottoproċessur għandha tkun limitata għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar tagħha taħt il-Klawżoli.

3.

Id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-aspetti tal-protezzjoni tad-dejta għas-sottoproċessar tal-kuntratt imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-Istat Membru fejn l-esportatur tad-dejta huwa stabbilit, jiġifieri …

4.

L-esportatur tad-dejta għandu jżomm lista ta’ ftehimiet tas-sottoproċessar konklużi skont il-Klawżoli u nnotifikati mill-importatur tad-dejta skont Klawżola 5 j), li għandha tkun aġġornata mill-anqas darba fis-sena. Il-lista għandha tkun disponibbli għall-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-dejta tal-esportatur tad-dejta.

Klawżola 12

Obbligu wara t-terminazzjoni tas-servizzi tal-ipproċessar tad-dejta personali

1.

Il-partijiet jaqblu li dwar it-terminazzjoni tad-dispożizzjoni tas-servizzi tal-ipproċessar tad-dejta, l-importatur tad-dejta u s-sottoproċessur għandhom, skont l-għażla tal-esportatur tad-dejta, jirritornaw id-dejta personali kollha trasferita u l-kopji tagħha lill-esportatur tad-dejta jew għandhom jiddistruġġu d-dejta personali kollha u jiċċertifikaw lill-esportatur tad-dejta li jkunu għamlu hekk, sakemm ma jkunx hemm leġiżlazzjoni imposta fuq l-importatur tad-dejta li twaqqfu milli jirritorna jew jiddistruġġi parti mid-dejta personali trasferita jew kollha kemm hi. F’dak il-każ, l-importatur tad-dejta jintrabat li jiggarantixxi l-kunfidenzjalità tad-dejta personali trasferita u ma jkomplix iżjed bl-ipproċessar attiv tad-dejta personali trasferita.

2.

L-importatur tad-dejta u s-sottoproċessur jiggarantixxu li fuq talba tal-esportatur tad-dejta u/jew l-awtorità superviżorja, jissottomettu l-faċilitajiet tagħhom tal-ipproċessar tad-dejta għal verifika tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

F’isem l-esportatur tad-dejta:

Isem (miktub sħiħ): …

Kariga: …

Indirizz: …

Informazzjoni oħra meħtieġa sabiex il-kuntratt ikun jorbot (jekk hemm):

Image

Firma …

F’isem l-importatur tad-dejta:

Isem (miktub sħiħ): …

Kariga: …

Indirizz: …

Informazzjoni oħra meħtieġa sabiex il-kuntratt ikun jorbot (jekk hemm):

Image

Firma …


(1)  Il-parijiet jistgħu jirriproduċu definizzjonijiet u tifsiriet inklużi fid-Direttiva 95/46/KE fi ħdan din il-klawżola jekk jikkunsidraw li hekk ikun aħjar għall-kuntratt biex ikun indipendenti.

(2)  Rekwiżiti mandatarji tal-liġi nazzjonali applikabbli għall-importatur tad-dejta li ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ f’soċjetà demokratika fuq il-bażi ta’ wieħed mill-interessi elenkati fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE, jiġifieri, jekk huma jikkostitwixxu miżura meħtieġa biex jissalvagwardjaw id-difiża tas-sigurtà nazzjonali, sigurtà pubblika, il-prevenzjoni, investigazzjoni, individwar u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ta’ ksur ta’ etika għall-professjonijiet irregolati, interess importanti ekonomiku u finanzjarju għall-Istat jew il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet- tal-oħrajn, mhumiex f’kontradizzjoni mal-klawżoli kuntrattwali standard. Xi eżempji ta’ tali rekwiżiti mandatorji li ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ f’soċjetà demokratika huma, fost l-oħrajn, sanzjonijiet rikonoxxuti internazzjonalment, rekwiżiti ta’ rrappurtar tat-taxxa jew rekwiżiti ta’ rrappurtar ta’ ħasil tal-flus.

(3)  Dan ir-rekwiżit jista jiġi ssodisfatt mis-sottoproċessur li wkoll jiffirma l-kuntratt li jkun sar bejn l-esportatur tad-dejta u l-importatur tad-dejta skont din id-Deċiżjoni.

Appendiċi 1

Għall-klawżoli kuntrattwali standard

Dan l-Appendiċi jifforma parti mill-Klawżoli u għandu jimtela u jiġi ffirmat mill-partijiet

L-Istati Membri jistgħu jimlew jew jispeċifikaw, skont il-proċeduri nazzjonali tagħhom, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi inkluża f’dan l-Appendiċi

Esportatur tad-dejta

L-esportatur tad-dejta (jew jogħġbok speċifika fil-qosor l-attivitajiet tiegħek relevanti għat-trasferiment)

Importatur tad-dejta

L-importatur tad-dejta (jew jogħġbok speċifika fil-qosor l-attivitajiet tiegħek relevanti għat-trasferiment)

Suġġetti tad-dejta

Id-dejta personali trasferita għandha x’taqsam mal-kategoriji ta’ dejta li ġejjin tas-suġġetti tad-dejta (jekk jogħġbok speċifika):

Kategoriji tad-dejta

Id-dejta personali trasferita għandha x’taqsam mal-kategoriji ta’ dejta li ġejjin (jekk jogħġbok speċifika):

Kategoriji speċjali tad-dejta (jekk hu l-każ)

Id-dejta personali trasferita għandha x’taqsam mal-kategoriji speċjali ta’ dejta li ġejjin (jekk jogħġbok speċifika):

Operazzjonijiet ta’ pproċessar

Id-dejta personali trasferita se tkun suġġetta għall-attivitajiet bażiċi ta’ pproċessar li ġejjin (jekk jogħġbok speċifika):

 

ESPORTATUR TAD-DEJTA

Isem: …

Firma Awtorizzata …

 

IMPORTATUR TAD-DEJTA

Isem: …

Firma Awtorizzata …

Appendiċi 2

għall-klawżoli kuntrattwali standard

Dan l-Appendiċi jifforma parti mill-Klawżoli u għandu jimtela u jiġi ffirmat mill-partijiet

Deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà implimentati mill-importatur tad-dejta skont il-Klawżoli 4(d) u 5(c) (jew id-dokument/leġiżlazzjoni mehmuż/a):

KLAWŻOLA INDENIZZI ILLUSTRATTIVA (MHUX OBBLIGATORJA)

Responsabbiltà

Il-partijiet jaqblu li jekk parti waħda tinżamm responsabbli għall-ksur tal-klawżoli li jkun sar mill-parti l-oħra, tal-aħħar, sa fejn tkun responsabbli, tindennizza lill-ewwel parti għal kull spiża, imposta, ħsarat jew telf li tkun ġarrbet.

L-indennizzi hija kontinġenti fuq:

(a)

li l-esportatur tad-dejta jinnotifika fil-pront lill-importatur tad-dejta bi pretensjoni; kif ukoll

(b)

li l-importatur tad-dejta jingħata l-possibbiltà li jikkoopera mal-esportatur tad-dejta fid-difiża u t-tpaċija tal-pretensjoni (1).


(1)  Il-paragrafu fuq ir-responsabbiltajiet mhuwiex obbligatorju.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

12.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/88/PESK/ĠAI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26-27 ta’ Frar 2009, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, megħjuna mill-Kummissjoni, biex tiftaħ negozjati għal Ftehin bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali. Dawk in-negozjati saru b’suċċess u tfassal Ftehim.

(2)

Fin-nuqqas ta’ trattati bilaterali dwar assistenza legali reċiproka bejn l-Istati Membri u l-Ġappun, l-Unjoni Ewropea tfittex li tistabbilixxi koperazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri tagħha u l-Ġappun fil-qasam tal-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa biex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali

L-UNJONI EWROPEA,

u

l-ĠAPPUN,

FILWAQT li jixtiequ jistabbilixxu kooperazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Ġappun fil-qasam tal-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali,

FILWAQT li jixtiequ li din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-kriminalità,

FILWAQT li jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għar-rispett għall-ġustizzja, il-prinċipji tal-istat tad-dritt u d-demokrazija, u l-indipendenza ġudizzjarja,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Objettiv u fini

1.   L-Istat rikjest għandu, fuq talba, mill-Istat rikjedenti, jipprovdi assistenza legali reċiproka (minn hawn ‘il quddiem “assistenza”) b’rabta mal-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u proċedimenti oħrajn, inklużi l-proċedimenti ġudizzjarji, f’materji kriminali konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim ma japplikax għall-estradizzjoni, it-trasferiment ta’ proċedimenti f’materji kriminali u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi minbarra l-konfiska prevista skont l-Artikolu 25.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan il-Ftehim:

(a)

it-terminu “Partijiet Kontraenti” ifisser l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun;

(b)

it-terminu “Stat Membru” ifisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(c)

it-terminu “Stat” ifisser Stat Membru jew il-Ġappun;

(d)

it-terminu “oġġetti” ifisser dokumenti, rekords u artikoli oħrajn ta’ provi;

(e)

it-terminu “proprjetà” ifisser beni ta’ kull tip, kemm jekk materjali kif ukoll jekk mhux materjali, mobbli jew immobbli, tanġibbli jew intanġibbli, u dokumenti legali jew strumenti li jixhdu d-dritt għal dawn il-beni jew l-interess fihom;

(f)

it-terminu “mezzi strumentali” ifisser kwalunkwe proprjetà użata jew maħsuba biex tintuża, fi kwalunkwe mod, bis-sħiħ jew parzjalment, biex jitwettaq reat kriminali;

(g)

it-terminu “rikavati” ifisser kwalunkwe proprjetà derivata jew miksuba, direttament jew indirettament, permezz tat-twettiq ta’ reat kriminali;

(h)

it-terminu “iffriżar jew qbid” ifisser il-projbizzjoni temporanja tat-trasferiment, il-konverżjoni, id-dispożizzjoni jew il-moviment ta’ proprjetà jew l-assunzjoni temporanja ta’ kustodja jew kontroll ta’ proprjetà abbażi ta’ ordni maħruġa minn qorti jew xi awtorità kompetenti oħra; u

(i)

it-terminu “konfiska”, li jinkludi t-telf tad-dritt ta’ proprjetà fejn applikabbli, ifisser penali jew miżura, ordnata minn qorti b’segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta’ reat kriminali jew reati kriminali, li jirriżultaw fid-deprivazzjoni finali tal-proprjetà.

Artikolu 3

L-ambitu tal-assistenza

L-assistenza għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

il-ġbir ta’ xhieda jew dikjarazzjonijiet;

(b)

il-possibbiltà li s-smigħ isir permezz ta’ vidjokonferenza;

(c)

il-kisba ta’ oġġetti, inkluż permezz tal-eżekuzzjoni ta’ perkwiżizzjoni u qbid;

(d)

il-kisba ta’ rekords, dokumenti jew rapporti ta’ kontijiet bankarji;

(e)

l-eżami ta’ persuni, oġġetti jew postijiet;

(f)

is-sejba jew l-identifikazzjoni ta’ persuni, oġġetti jew postijiet;

(g)

il-forniment ta’ oġġetti fil-pussess tal-awtoritajiet leġislattivi, amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat rikjest kif ukoll l-awtoritajiet lokali tiegħu;

(h)

in-notifika ta’ dokumenti u l-infurmar ta’ persuna bi stedina biex tidher fl-Istat rikjedenti;

(i)

it-trasferiment temporanju ta’ persuna f’kustodja għal xhieda jew finijiet oħrajn ta’ provi;

(j)

assistenza fi proċedimenti relatati mal-iffriżar jew il-qbid u l-konfiska ta’ rikavati jew mezzi strumentali; u

(k)

kwalunkwe assistenza oħra permessa skont il-liġijiet tal-Istat rikjest u maqbula bejn Stat Membru u l-Ġappun.

Artikolu 4

Ħatra u responsabbiltajiet tal-Awtoritajiet Ċentrali

Kull Stat għandu jaħtar l-Awtorità Ċentrali jiġifieri l-awtorità responsabbli biex tibgħat, tirċievi u twieġeb għat-talbiet għall-assistenza, l-eżekuzzjoni ta’ dawn it-talbiet jew it-trasmissjoni tagħhom lill-awtoritajiet li għandhom il-ġurisdizzjoni li jeżegwixxu dawn it-talbiet skont il-liġijiet tal-Istat. L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom ikunu l-awtoritajiet elenkati fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali

1.   It-talbiet għall-assistenza taħt dan il-Ftehim għandhom jintbagħtu mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat rikjedenti lill-Awtorità Ċentrali tal-Istati rikjest.

2.   L-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istati Membri u l-Ġappun għandhom jikkomunikaw direttament ma’ xulxin għall-fini ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Awtoritajiet kompetenti biex joħorġu t-talbiet

L-awtoritajiet li huma kompetenti skont il-liġijiet tal-Istati biex joħorġu t-talbiet għall-assistenza skont dan il-Ftehim huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 7

Awtentikazzjoni

Mhuwiex meħtieġ li d-dokumenti trasmessi minn Stat taħt dan il-Ftehim li huma attestati permezz ta’ firma jew siġill ta’ awtorità kompetenti jew l-Awtorità Ċentrali ta’ Stat jiġu awtentikati.

Artikolu 8

Talbiet għall-assistenza

1.   L-Istat rikjedenti għandu jagħmel it-talba bil-miktub.

2.   L-Istat rikjedenti jista’, f’każijiet urġenti, wara li jkun għamel kuntatt mal-Istat rikjest, jagħmel talba permezz ta’ kwalunkwe mezz affidabbli ieħor ta’ komunikazzjoni, inklużi l-faks jew il-posta elettronika. F’dawn il-każijiet, l-Istat rikjedenti għandu jipprovdi konferma supplimentarja tat-talba bil-miktub minnufih, jekk dan ikun meħtieġ mill-Istat rikjest.

3.   Talba għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem tal-awtorità kompetenti li qiegħda tmexxi l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew xi proċediment ieħor, inkluż proċediment ġudizzjarju;

(b)

il-fatti relatati mas-suġġett tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew xi proċediment ieħor, inkluż proċediment ġudizzjarju;

(c)

in-natura u l-istadju tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew xi proċediment ieħor, inkluż proċediment ġudizzjarju;

(d)

it-test jew dikjarazzjoni tal-liġijiet rilevanti, inklużi l-penalitajiet applikabbli, tal-Istat rikjedenti;

(e)

deskrizzjoni tal-assistenza mitluba; u

(f)

deskrizzjoni tal-fini tal-assistenza mitluba.

4.   Safejn hu possibbli u rilevanti għall-assistenza mitluba, talba għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

informazzjoni dwar l-identità u fejn tinsab kwalunkwe persuna li minnha qiegħda tintalab xhieda, dikjarazzjonijiet jew xi oġġetti;

(b)

lista ta’ mistoqsijiet li għandhom isiru lill-persuna li minnha qiegħda tintalab xhieda jew dikjarazzjonijiet;

(c)

deskrizzjoni preċiża tal-persuni jew il-postijiet li għandhom ikunu perkwiżiti u l-oġġetti mfittxija;

(d)

deskrizzjoni tar-raġuni għaliex l-Istat rikjedenti jikkunsidra li r-rekords, id-dokumenti jew ir-rapport tal-kontijiet bankarji mitluba huma rilevanti u meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni dwar ir-reat, u xi informazzjoni oħra li tista’ tiffaċilita l-eżekuzzjoni tat-talba;

(e)

informazzjoni rigward il-persuni, l-oġġetti jew il-postijiet li għandhom ikunu eżaminati;

(f)

informazzjoni rigward il-persuni, l-oġġetti jew il-postijiet li jridu jinstabu jew jiġu identifikati;

(g)

informazzjoni dwar l-identità u fejn tinsab persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument jew informata dwar stedina, ir-relazzjoni ta’ dik il-persuna mal-proċediment, u l-mod li bih għandha ssir in-notifika;

(h)

informazzjoni dwar l-allowances u l-ispejjeż li għandha dritt għalihom il-persuna li qiegħda tintalab biex tidher quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti; u

(i)

deskrizzjoni preċiża ta’ rikavati jew mezzi strumentali, fejn jinsabu, u l-identità tas-sid tagħhom.

5.   Safejn hu meħtieġ, talba għandha tinkludi wkoll dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe mod jew proċedura partikolari li għandha tiġi segwita fl-eżekuzzjoni tat-talba;

(b)

deskrizzjoni tar-raġunijiet għall-konfidenzjalità rigward it-talba; u

(c)

kwalunkwe informazzjoni oħra li għandha tittressaq għall-attenzjoni tal-Istat rikjest biex tiġi ffaċilitata l-eżekuzzjoni tat-talba.

6.   Jekk l-Istat rikjest iqis li l-informazzjoni li tinsab f’talba għall-assistenza mhijiex biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti taħt dan il-Ftehim sabiex tkun tista’ tiġi eżegwita t-talba, l-Istat rikjest jista’ jitlob li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali.

Artikolu 9

Lingwa

It-talba u kwalunkwe dokument mehmuż magħha għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni f’lingwa uffiċjali tal-Istat rikjest jew, fihom kollha jew, f’każijiet urġenti, f’lingwa speċifikata fl-Anness III ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Eżekuzzjoni tat-talbiet

1.   L-Istat rikjest għandu minnufih jeżegwixxi t-talba konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Ftehim. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat rikjest għandhom jieħdu kull miżura possibbli fis-setgħa tagħhom biex jiżguraw l-eżekuzzjoni tat-talba.

2.   Talba għandha tiġi eżegwita permezz tal-użu ta’ miżuri li huma konformement mal-liġijiet tal-Istat rikjest. Il-mod jew il-proċedura partikolari deskritti fit-talba msemmija fil-paragrafu 4(g) jew il-paragrafu 5(a) tal-Artikolu 8 għandhom ikunu segwiti sakemm ma jkunux kontra l-liġijiet tal-Istat rikjest, u fejn hu possibbli fil-prattika. Fil-każ li l-eżekuzzjoni tat-talba fil-mod jew proċedura deskritti fit-talba toħloq problema prattika għall-Istat rikjest, l-Istat rikjest għandu jikkonsulta mal-Istat rikjedenti sabiex isolvi l-problema prattika.

3.   Jekk l-eżekuzzjoni ta’ talba titqies li qiegħda tinterferixxi mal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew xi proċediment ieħor, inkluż proċediment ġudizzjarju, li jkunu għaddejjin fl-Istat rikjest, l-Istat rikjest jista’ jipposponi l-eżekuzzjoni. L-Istat rikjest għandu jinforma lill-Istat rikjedenti bir-raġunijiet għall-posponiment u jikkonsulta il-proċedura sussegwenti. Minflok ma jipposponi l-eżekuzzjoni, l-Istat rikjest jista’ jpoġġi kondizzjonijiet fuq l-eżekuzzjoni meqjusa meħtieġa, wara konsultazzjonijiet mal-Istat rikjedenti. Jekk l-Istat rikjedenti jaċċetta dawn il-kondizzjonijiet, l-Istat rikjedenti għandu jikkonforma magħhom.

4.   L-Istat rikjest għandu jagħmel l-almu tiegħu biex iżomm konfidenzjali l-fatt li tkun saret talba, il-kontenuti tat-talba, l-eżitu tal-eżekuzzjoni tat-talba u informazzjoni rilevanti oħra dwar l-eżekuzzjoni tat-talba jekk din il-konfidenzjalità tintalab mill-Istat rikjedenti. Jekk talba ma tistax tiġi eżegwita mingħajr ma tinkixef din l-informazzjoni, l-Istat rikjest għandu jgħarraf b’dan lill-Istat rikjedenti, li mbagħad għandu jiddetermina jekk talba għandhiex madankollu tiġi eżegwita.

5.   L-Istat rikjest għandu jwieġeb għall-inkjesti raġonevoli mill-Istat rikjedenti dwar l-istatus tal-eżekuzzjoni ta’ talba.

6.   L-Istat rikjest għandu minnufih jinforma lill-Istat rikjedenti bir-riżultat tal-eżekuzzjoni ta’ talba, u għandu jipprovdi lill-Istat rikjedenti x-xhieda, id-dikjarazzjonijiet jew l-oġġetti, li jkunu nkisbu bħala riżultat tal-eżekuzzjoni, inkluż kwalunkwe talba minn persuna li li qied tintalab xhieda, dikjarazzjoni jew xi oġġetti rigward immunità, inkapaċità jew privileġġ skont il-liġijiet tal-Istat rikjedenti. L-Istat rikjest għandu minnufih jipprovdi l-oriġinali jew, jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli, kopji ċċertifikati tar-rekords jew id-dokumenti. Jekk talba ma tkunx tista’ tiġi eżegwita bis-sħiħ jew parzjalment, l-Istat rikjest għandu jinforma lill-Istat rikjedenti bir-raġunijiet għal dan.

Artikolu 11

Raġunijiet għaċ-ċaħda tal-assistenza

1.   L-assistenza tista’ tinċaħad jekk l-Istat rikjest iqis li:

(a)

talba tirrigwarda reat politiku jew reat marbut ma’ reat politiku;

(b)

l-eżekuzzjoni ta’ talba x’aktarx li tippreġudika s-sovranità, is-sigurtà, l-ordni pubbliku jew interessi essenzjali oħrajn. Għall-fini ta’ dan is-subparagrafu, l-Istat rikjest jista’ jikkunsidra li l-eżekuzzjoni ta’ talba rigward reat suġġett għall-piena tal-mewt skont il-liġijiet tal-Istat rikjedenti jew, fir-relazzjonijiet bejn Stat Membru wieħed, imniżżel fl-Anness IV ta’ dan il-Ftehim, u l-Ġappun, reat suġġett għal sentenza ta’ għomor il-ħabs skont il-liġijiet tal-Istat rikjedenti, tista’ tippreġudika l-interessi essenzjali tal-Istat rikjest, sakemm l-Istat rikjest u l-Istat rikjedenti jaqblu dwar il-kondizzjonijiet skont liema tista’ tiġi eżegwita t-talba;

(c)

hemm raġunijiet iġġustifikati sew biex wieħed jissupponi li t-talba għall-assistenza tkun saret bil-ħsieb tal-prosekuzzjoni ta’ persuna jew biex tiġi ppenalizzata minħabba r-razza, ir-reliġjon, iċ-ċittadinanza, l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi jew is-sess, jew li l-pożizzjoni ta’ din il-persuna tista’ tkun ppreġudikata għal kwalunkwe waħda minn dawn ir-raġunijiet;

(d)

il-persuna, li hi suġġetta għall-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet jew xi proċedimenti oħra kriminali, inklużi proċedimenti ġudizzjarji, li għalihom qiegħda tintalab l-assistenza, fl-Istat rikjedenti, kienet diġà nstabet ħatja u ġiet illiberata għall-istess fatti fi Stat Membru jew il-Ġappun; jew

(e)

talba mhijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan il-Ftehim.

2.   L-Istat rikjest jista’ jiċħad l-assistenza li teħtieġ miżuri ta’ kostrinġiment skont il-liġijiet tiegħu jekk jikkunsidra li l-imġiba li hi suġġetta għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew xi proċediment ieħor, inkluż proċediment ġudizzjarju, fl-Istat rikjedenti ma tikkostitwix reat kriminali skont il-liġijiet tal-Istat rikjest. Fir-relazzjonijiet bejn il-Ġappun u żewġ Stati Membri, imniżżlin fl-Anness IV ta’ dan il-Ftehim, l-assistenza tista’ tinċaħad jekk l-Istat rikjest jikkunsidra li l-imġiba li hi suġġetta għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew xi proċediment ieħor, inkluż proċediment ġudizzjarju, fl-Istat rikjedenti ma tikkostitwix reat kriminali skont il-liġijiet tal-Istat rikjest.

3.   L-assistenza m’għandhiex tinċaħad għar-raġuni tas-segretezza bankarja.

4.   Qabel ma jiċħad l-assistenza taħt dan l-Artikolu, l-Istat rikjest għandu jikkonsulta mal-Istat rikjedenti meta l-Istat rikjest iqis li l-assistenza tista’ tiġi pprovduta suġġetta għal ċerti kondizzjonijiet. Jekk l-Istat rikjedenti jaċċetta dawn il-kondizzjonijiet, l-Istat rikjedenti għandu jikkonforma magħhom.

5.   Jekk l-assistenza tinċaħad, l-Istat rikjest għandu jinforma lill-Istat rikjedenti bir-raġunijiet għal din iċ-ċaħda.

Artikolu 12

Spejjeż

1.   L-Istat rikjest għandu jħallas l-ispejjeż kollha relatati mal-eżekuzzjoni ta’ talba, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor bejn l-Istat rikjedenti u l-Istat rikjest.

2.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istat rikjedenti għandu jħallas:

(a)

it-tariffi ta’ xhud espert;

(b)

l-ispejjeż tat-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u t-traskrizzjoni;

(c)

l-allowances u spejjeż relatati mal-ivvjaġġar ta’ persuni skont l-Artikoli 22 u 24;

(d)

l-ispejjeż tal-istabbiliment ta’ konnessjoni bil-vidjo u spejjeż relatati mal-manutenzjoni tal-konnessjoni bil-vidjo fl-Istat rikjest; u

(e)

l-ispejjeż ta’ natura straordinarja;

sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor bejn l-Istat rikjedenti u l-Istat rikjest.

3.   Jekk l-eżekuzzjoni ta’ talba timponi spejjeż ta’ natura straordinarja, l-Istat rikjedenti u l-Istat rikjest għandhom jikkonsultaw sabiex jiddeterminaw taħt liema kondizzjonijiet għandha tkun eżegwita t-talba.

Artikolu 13

Limitazzjonijiet fuq l-użu ta’ xhieda, dikjarazzjonijiet, oġġetti jew informazzjoni

1.   L-Istat rikjedenti m’għandux jagħmel użu minn xhieda, dikjarazzjonijiet, oġġetti jew kwalunkwe informazzjoni, inkluża data personali pprovduta jew miksuba mod ieħor taħt dan il-Ftehim minbarra f’investigazzjoni, prosekuzzjoni jew xi proċediment ieħor, inkluż proċediment ġudizzjarju, deskritti fit-talba mingħajr kunsens minn qabel tal-Istat rikjest. Fl-għoti ta’ tali kunsens minn qabel, l-Istat rikjest jista’ jimponi l-kondizzjonijiet li huwa jqis adatti.

2.   L-Istat rikjest jista’ jitlob li xhieda, dikjarazzjonijiet, jew kwalunkwe informazzjoni oħra, inkluża data personali, pprovduta jew miksuba mod ieħor taħt dan il-Ftehim tinżamm konfidenzjali jew tintuża biss taħt xi kondizzjonijiet oħrajn li jista’ jispeċifika. Jekk l-Istat rikjedenti jaqbel ma’ din il-konfidenzjalità jew jaċċetta dawn il-kondizzjonijiet, huwa għandu jikkonforma magħhom.

3.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali Stat jista’, fil-waqt li jkun qed jipprovdi xhieda, dikjarazzjonijiet, oġġetti jew kwalunkwe informazzjoni oħra, inkluża data personali, jitlob li l-Istat li jirċeviha jagħti informazzjoni dwar l-użu li jkun sar minnhom.

Artikolu 14

Trasport, manutenzjoni u radd lura ta’ oġġetti

1.   L-Istat rikjest jista’ jitlob li l-Istat rikjedenti jittrasporta u jagħmel manutenzjoni ta’ oġġetti pprovduti taħt dan il-Ftehim konformement mal-kondizzjonijiet speċifikati mill-Istat rikjest, inklużi l-kondizzjonijiet meqjusa meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi ta’ partijiet terzi fl-oġġetti li għandhom ikunu ttrasferiti.

2.   L-Istat rikjest jista’ jitlob li l-Istat rikjedenti jrodd lura kwalunkwe oġġett ipprovdut taħt dan il-Ftehim konformement mal-kondizzjonijiet speċifikati mill-Istat rikjest, wara li dawn l-oġġetti jkunu ġew użati għall-finijiet deskritti f’talba.

3.   L-Istat rikjedenti għandu jikkonforma mat-talba li tkun saret skont il-paragrafu 1 jew 2. Meta tkun saret din it-talba, l-Istat rikjedenti m’għandux jeżamina l-oġġetti mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Istat rikjest jekk l-eżami jagħmel ħsara jew jista’ jagħmel ħsara lill-oġġett.

Artikolu 15

Ġbir ta’ xhieda jew dikjarazzjonijiet

1.   L-Istat rikjest għandu jiġbor ix-xhieda jew id-dikjarazzjonijiet. L-Istat rikjest għandu jagħmel użu minn miżuri ta’ koerċizzjoni sabiex jagħmel dan, jekk dawn il-miżuri jkunu meħtieġa u l-Istat rikjedenti jipprovdi lill-Istat rikjest informazzjoni li tiġġustifika dawk il-miżuri skont il-liġijiet tal-Istat rikjest.

2.   L-Istat rikjest għandu jagħmel mill-aħjar tiegħu biex jippermetti l-preżenza ta’ dawn il-persuni kif speċifikat f’talba għall-ġbir ta’ xhieda jew dikjarazzjonijiet matul l-eżekuzzjoni tat-talba, u biex jippermetti lil dawn il-persuni li jinterrogaw lill-persuna li qiegħda tintalab ix-xhieda jew id-dikjarazzjonijiet. Fil-każ li din l-interrogazzjoni diretta ma tkunx permessa, dawn il-persuni għandhom jitħallew jippreżentaw il-mistoqsijiet li għandhom isiru lill-persuna li qiegħda tintalab ix-xhieda jew id-dikjarazzjonijiet.

3.   Jekk persuna, li tkun qiegħda tintalab xhieda jew xi dikjarazzjonijiet skont dan l-Artikolu, tafferma talba ta’ immunità, inkapaċità jew privileġġ skont il-liġijiet tal-Istat rikjedenti, ix-xhieda jew id-dikjarazzjonijiet jistgħu madankollu jittieħdu, sakemm it-talba ma tinkludix dikjarazzjoni mill-Istat rikjedenti li meta jintalbu tali immunità, inkapaċità jew privileġġ, ix-xhieda jew id-dikjarazzjonijiet ma jistgħux jittieħdu.

Artikolu 16

Smigħ permezz ta’ vidjokonferenza

1.   Jekk persuna tkun fl-Istat rikjest u tkun trid tinstema’ bħala xhud jew xhud espert mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat rikjedenti, l-Istat rikjest jista’ jippermetti li tittieħed xhieda jew dikjarazzjoni minn dik il-persuna minn dawk l-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ vidjokonferenza jekk tali smigħ huwa meħtieġ għall-proċedimenti tal-Istat rikjedenti. L-Istat rikjedenti u dak rikjest għandhom jikkonsultaw, jekk meħtieġ, sabiex jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet legali, tekniċi jew loġistiċi li jistgħu jitfaċċaw matul l-eżekuzzjoni tat-talba.

2.   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għas-smigħ permezz ta’ vidjokonferenza, sakemm l-Istat rikjedenti u l-Istat rikjest ma jaqblux mod ieħor:

(a)

l-awtorità tal-Istat rikjest għandha tidentifika l-persuna speċifikata fit-talba li għandha tinstema’, u tistieden lill-persuna biex tiffaċilita d-dehra tagħha;

(b)

is-smigħ għandu jitmexxa direttament mill-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti jew taħt id-direzzjoni tagħha konformement mal-liġijiet tiegħu stess u l-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat rikjest;

(c)

l-awtorità tal-Istat rikjest għandha tkun preżenti matul is-smigħ, fejn meħtieġ assistita minn interpretu, u għandha tosserva s-smigħ. Jekk l-awtorità tal-Istat rikjest hi tal-fehma li matul is-smigħ il-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat rikjest ikunu qegħdin jinkisru, hija għandha tieħu minnufih il-miżuri meħtieġa biex tiżgura li s-smigħ ikompli konformement ma’ dawn il-prinċipji;

(d)

fuq talba tal-Istat rikjedenti jew tal-persuna li għandha tinstema’, l-Istat rikjest għandu jiżgura, jekk meħtieġ, li l-persuna tkun assistita minn interpretu; u

(e)

il-persuna li għandha tinstema’ tista’ titlob id-dritt li ma tixhidx li hu dritt tagħha skont il-liġijiet tal-Istat rikjest jew tal-Istat rikjedenti. Għandhom jittieħdu wkoll miżuri oħrajn meħtieġa għall-protezzjoni tal-persuna kif maqbula bejn l-awtoritajiet tal-Istat rikjedenti u dak rikjest.

Artikolu 17

Kisba ta’ oġġetti

1.   L-Istat rikjest għandu jikseb l-oġġetti. L-Istat rikjest għandu jagħmel użu minn miżuri ta’ koerċizzjoni, inklużi l-perkwiżizzjoni u l-qbid sabiex jagħmel dan, jekk dawn il-miżuri jkunu meħtieġa u l-Istat rikjedenti jipprovdi lill-Istat rikjest informazzjoni li tiġġustifika dawk il-miżuri skont il-liġijiet tal-Istat rikjest.

2.   L-Istat rikjest għandu jagħmel mill-aħjar tiegħu biex jippermetti l-preżenza ta’ dawn il-persuni kif speċifikat f’talba għall-kisba ta’ oġġetti matul l-eżekuzzjoni tat-talba.

Artikolu 18

Kontijiet bankarji

1.   L-Istat rikjest għandu jikkonferma jekk persuna fiżika jew ġuridika li hi s-suġġett ta’ investigazzjoni kriminali żżommx jew tikkontrollax kont wieħed jew aktar fil-banek speċifikati fit-talba.

2.   L-Istat rikjest għandu jipprovdi r-rekords, id-dokumenti jew ir-rapporti speċifikati tal-kontijiet speċifikati, ir-rekords ta’ operazzjonijiet bankarji li twettqu matul perijodu speċifikat permezz tal-kontijiet speċifikati fit-talba, jew identifikati skont il-paragrafu 1 u r-rekords, id-dokumenti jew ir-rapporti speċifikati ta’ kwalunkwe kont li jibgħat jew jirċievi l-flus.

3.   L-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss safejn l-informazzjoni tkun fil-pussess tal-bank li jkun qiegħed iżomm il-kont.

4.   L-Istat rikjest jista’ jagħmel l-eżekuzzjoni ta’ talba fil-paragrafi 1 jew 2 dipendenti fuq il-kondizzjonijiet applikati minnu fir-rigward ta’ talba għall-kisba ta’ oġġetti.

Artikolu 19

Eżami ta’ persuni, oġġetti jew postijiet

1.   L-Istat rikjest għandu jeżamina l-persuni, l-oġġetti jew il-postijiet. L-Istat rikjest għandu jagħmel użu minn miżuri ta’ koerċizzjoni sabiex jagħmel dan, jekk dawn il-miżuri jkunu meħtieġa u l-Istat rikjedenti jipprovdi lill-Istat rikjest informazzjoni li tiġġustifika dawk il-miżuri skont il-liġijiet tal-Istat rikjest.

2.   L-Istat rikjest għandu jagħmel mill-aħjar tiegħu biex jippermetti l-preżenza ta’ dawn il-persuni kif speċifikat f’talba għall-eżami tal-persuni, l-oġġetti jew il-postijiet matul l-eżekuzzjoni tat-talba.

Artikolu 20

Sejba jew identifikazzjoni ta’ persuni, oġġetti jew postijiet

L-Istat rikjest għandu jagħmel l-almu tiegħu biex isib jew jidentifika l-persuni, l-oġġetti jew il-postijiet.

Artikolu 21

Forniment ta’ oġġetti fil-pussesstal-awtoritajiet leġislattivi, amministrattivi, ġudizzjarji jew lokali

1.   L-Istat rikjest għandu jipprovdi lill-Istat rikjedenti oġġetti fil-pussess tal-awtoritajiet leġislattivi, amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat rikjest kif ukoll l-awtoritajiet lokali tiegħu u li huma disponibbli għall-pubbliku inġenerali.

2.   L-Istat rikjest għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jipprovdi lill-Istat rikjedenti oġġetti, inklużi rekords kriminali, li huma fil-pussess tal-awtoritajiet leġislattivi, amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat rikjest kif ukoll l-awtoritajiet lokali tiegħu u li mhumiex disponibbli għall-pubbliku inġenerali, sal-istess punt u taħt l-istess kondizzjonijiet bħalma dawn l-oġġetti jkunu disponibbli għall-awtoritajiet investigattivi u ta’ prosekuzzjoni tiegħu.

Artikolu 22

Notifika ta’ dokumenti u l-informar ta’ persuna dwar stedina

1.   L-Istat rikjest għandu jinnotifika d-dokumenti, inkluż in-notifika ta’ taħrika jew dokumenti oħrajn li jirrikjedu d-dehra ta’ persuna quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti, lil persuni fl-Istat rikjest. L-Istat rikjest għandu jinforma lil persuna f’dak l-Istat dwar stedina biex tidher quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti.

2.   Fejn talba tirrigwarda n-notifika ta’ dokument li teħtieġ li persuna tidher quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti, it-talba għandha tintbagħat lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat rikjest mhux anqas minn ħamsin (50) jum qabel id-data skedata biex hija tidher. F’każijiet urġenti, l-Istat rikjest jista’ jneħħi dan ir-rekwiżit.

3.   Fejn l-Istat rikjedenti jkun jaf li l-indirizzat ma jifhimx il-lingwa li biha d-dokumenti, innotifikati jew mibgħuta skont il-paragrafu 1, ikunu tfasslu jew ġew tradotti, l-Istat rikjedenti għandu jagħmel ħiltu biex jittraduċi d-dokumenti, jew għandu, tal-inqas, jittraduċi xi siltiet importanti minnhom, inkluż fil-lingwa li tinftiehem mill-indirizzat.

4.   Id-dokumenti nnotifikati skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-indirizzat jista’ jikseb informazzjoni mill-awtorità kompetenti li permezz tagħha jkun inħareġ id-dokument jew minn awtoritajiet oħrajn tal-Istat rikjedenti rigward id-drittijiet u l-obbligi essenzjali tiegħu fir-rigward tad-dokumenti, jekk ikun hemm.

5.   Waqt li jinforma dwar ir-riżultat tan-notifika tad-dokumenti skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 10, l-Istat rikjest għandu jagħti provi tan-notifika permezz ta’ riċevuta datata u ffirmata mill-persuna li tkun saritilha n-notifika jew permezz ta’ dikjarazzjoni magħmula mill-Istat rikjest li n-notifika tkun saret, kif ukoll dwar id-data, il-post u l-mod tan-notifika. L-Istat rikjest għandu, fuq talba mill-Istat rikjedenti, jinforma minnufih lill-Istat rikjedenti, fejn hu possibbli, bit-tweġiba tal-persuna li hija mistiedna jew meħtieġa tidher quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti skont il-paragrafu 1.

6.   Persuna li tkun ġiet mistiedna jew meħtieġa tidher quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti skont il-paragrafu 1, iżda ma tidhirx quddiem dik l-awtorità m’għandhiex, għal din ir-raġuni, tkun suġġetta għall-ebda piena jew tkun suġġetta għall-ebda miżura ta’ koerċizzjoni fl-Istat rikjedenti, minkejja kwalunkwe dikjarazzjoni għall-kuntrarju fit-talba jew f’dokumenti notifikati jew mibgħuta.

Artikolu 23

Immunità

1.   Persuna li hija mistiedna jew meħtieġa tidher quddiem awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 22 m’għandhiex:

(a)

tkun suġġetta għal detenzjoni jew kwalunkwe restrizzjoni tal-libertà personali f’dak l-Istat minħabba kwalunkwe imġiba jew kundanna li tippreċedi t-tluq tal-persuna mill-Istat rikjest; jew

(b)

tiġi obbligata tixhed jew tassisti fi kwalunkwe investigazzjoni, prosekuzzjoni jew proċediment ieħor, inkluż proċediment ġudizzjarju, minbarra l-proċediment speċifikat fit-talba.

2.   Jekk l-immunità prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tiġi pprovduta, l-Istat rikjedenti għandu jispeċifika dan fit-talba jew id-dokumenti nnotifikati sabiex il-persuna tiġi infurmata b’dan u tkun tista’ tieħu deċiżjoni jekk hijiex ser tidher quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjedenti.

3.   L-immunità prevista fil-paragrafu 1 għandha tieqaf meta:

(a)

il-persuna, filwaqt li kellha opportunità li titlaq għal perijodu ta’ ħmistax-il jum (15) konsekuttiv mid-data meta l-preżenza tagħha ma kenitx għada meħtieġa mill-awtorità kompetenti jew mill-jum minn meta hija naqset li tidher quddiem dik l-awtorità fid-data skedata biex hija tidher, tkun madankollu baqgħet volontarjament fl-Istat rikjedenti; jew

(b)

il-persuna, filwaqt li tkun telqet mill-Istat rikjedenti, terġa’ lura hemm volontarjament.

4.   Meta l-Istat rikjedenti jkun jaf li l-immunità prevista fil-paragrafu 1 spiċċat skont il-paragrafi 3(a) u 3(b), l-Istat rikjedenti għandu jinforma lill-Istat rikjest b’dan mingħajr dewmien, jekk tali informazzjoni hija mitluba mill-Istat rikjest u meqjusa meħtieġa mill-Istat rikjedenti.

Artikolu 24

Trasferiment temporanju ta’ persuni fil-kustodja

1.   Persuna fil-kustodja tal-Istat rikjest li l-preżenza tagħha fl-Istat rikjedenti hi meħtieġa biex tagħti xhieda jew għal raġunijiet oħra ta’ provi għandha tiġi trasferita temporanjament lejn l-Istat rikjedenti għal dawk il-finijiet jekk il-persuna tagħti l-kunsens tagħha u jekk l-Istat rikjedenti u l-Istat rikjest jaqblu, meta dan ikun permess skont il-liġijiet tal-Istat rikjest.

2.   L-Istat rikjedenti għandu jżomm lill-persuna trasferita skont il-paragrafu 1 fil-kustodja tal-Istat rikjedenti, sakemm l-Istat rikjest ma jippermettix li jsir mod ieħor.

3.   L-Istat rikjedenti għandu minnufih jreġġa’ lura lejn l-Istat rikjest lill-persuna trasferita, kif ikun sar qbil minn qabel, jew kif ikun sar qbil mod ieħor bejn l-Istat rikjedenti u dak rikjest.

4.   Il-persuna ttrasferita għandha tirċievi krettu talli tkun skontat sentenza skontata fl-Istat rikjest għaż-żmien li tkun qattgħet fil-kustodja tal-Istat rikjedenti.

5.   Il-persuna ttrasferita lill-Istat rikjedenti skont dan l-Artikolu għandha tgawdi mill-immunità prevista fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 23 fl-Istat rikjedenti sakemm terġa’ lura għall-Istat rikjest, sakemm il-persuna ma tagħtix kunsens li tagħti xhieda jew tassisti fi kwalunkwe investigazzjoni, prosekuzzjoni jew kwalunkwe proċediment ieħor, inkluż proċediment ġudizzjarju, minbarra l-proċediment speċifikat fit-talba u l-Istat rikjedenti u dak rikjest ma jaqblux mod ieħor.

6.   Persuna li ma tagħtix il-kunsens tagħha għat-trasferiment skont dan l-Artikolu m’għandha tkun suġġetta għall-ebda piena jew tkun suġġetta għall-ebda miżura ta’ koerċizzjoni fl-Istat rikjedenti, għal din ir-raġuni, minkejja kwalunkwe dikjarazzjoni għall-kuntrarju fit-talba.

Artikolu 25

Iffriżar jew qbid u konfiska ta’ rikavati jew mezzi strumentali

1.   L-Istat rikjest għandu jassisti, safejn ikun permess mil-liġijiet tiegħu, fi proċedimenti relatati mal-iffriżar jew il-qbid u l-konfiska tar-rikavati jew il-mezzi strumentali.

2.   It-talba għall-konfiska deskritta fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn deċiżjoni ta’ qorti jew ta’ awtorità ġudizzjarja oħra li timponi l-konfiska.

3.   L-Istat rikjest li jkollu l-kustodja tar-rikavati jew il-mezzi strumentali jista’ jittrasferixxi dawn ir-rikavati jew l-mezzi strumentali, bis-sħiħ jew parzjalment, lill-Istat rikjedenti, sal-punt permess mil-liġijiet tal-Istat rikjest u taħt dawk il-kondizzjonijiet li hu jqis li huma adatti.

4.   Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, id-drittijiet leġittimi u l-interessi ta’ partijiet terzi f’bona fide għandhom ikunu rrispettati skont il-liġijiet tal-Istat rikjest.

Artikolu 26

Skambju spontanju ta’ informazzjoni

1.   Mingħajr ma ssir talba minn qabel, l-Istati Membri u l-Ġappun jistgħu jipprovdu informazzjoni rigward materji kriminali lil xulxin safejn dan ikun permess mil-liġijiet tal-Istat li jipprovdiha.

2.   L-Istat li jipprovdiha jista’ jimponi kondizzjonijiet fuq l-użu ta’ din l-informazzjoni mill-Istat li jirċeviha. F’dan il-każ, l-Istat li jipprovdiha għandu javża minn qabel lill-Istat li jirċeviha dwar in-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u tal-kondizzjonijiet li għandhom jiġu imposti. L-Istat li jirċeviha għandu jintrabat b’dawk il-kondizzjonijiet jekk jaqbel magħhom.

Artikolu 27

Relazzjoni ma’ strumenti oħrajn

1.   L-ebda parti minn dan il-Ftehim m’għandha timpedixxi lil kwalunkwe Stat li jitlob assistenza jew jipprovdi assistenza konformement ma’ ftehimiet internazzjonali applikabbli oħrajn, jew skont il-liġijiet tiegħu li jistgħu japplikaw.

2.   L-ebda parti minn dan il-Ftehim m’għandha timpedixxi lil Stat Membru u l-Ġappun li jikkonkludu ftehimiet internazzjonali li jikkonfermaw, jissupplimentaw, jestendu jew jamplifikaw id-dispożizzjonijiet tiegħu.

Artikolu 28

Konsultazzjonijiet

1.   L-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istati Membri u l-Ġappun għandhom, fejn meħtieġ, jikkonsultaw ma’ xulxin għall-fini tar-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe diffikultà fir-rigward tal-esekuzzjoni ta’ talba, u jiffaċilitaw l-assistenza rapida u effettiva taħt dan il-Ftehim, u jistgħu jiddeċiedu dwar dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għal dan il-fini.

2.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom, fejn meħtieġ, jikkonsultaw dwar kwalunkwe materja li tista’ toħroġ mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 29

Applikazzjoni territorjali

1.   Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tal-Ġappun u, fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, għal dawn li ġejjin:

(a)

it-territorji tal-Istati Membri; u

(b)

it-territorji li fir-rigward tagħhom Stat Membru jkollu r-responsabbiltà għar-relazzjonijiet esterni, jew il-pajjiżi li mhumiex Stati Membri li fir-rigward tagħhom Stat Membru jkollu dmirijiet oħra rigward ir-relazzjonijiet esterni, meta jkun hemm ftehim dwar dan bi skambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet Kontraenti, debitament ikkonferrmati mill-Istat Membru rilevanti.

2.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għal kwalunkwe territorju jew pajjiż li fir-rigward tiegħu tkun saret estensjoni konformement mal-paragrafu 1(b) tista’ tintemm minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti li tagħti avviż bil-miktub sitt xhur qabel lill-Parti Kontraenti l-oħra permezz ta’ mezz diplomatiku, fejn dan ikun debitament ikkonferrmat mill-Istat Membru rilevanti u l-Ġappun.

Artikolu 30

Status tal-annessi

L-annessi ma’ dan il-Ftehim jifformaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim. L-Annessi I, II u III jistgħu jiġu mmodifikati b’kunsens reċiproku bil-miktub mill-Partijiet Kontraenti mingħajr ma jiġi emendat dan il-Ftehim.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ u tmiem

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jiskambjaw in-noti diplomatiċi li jinformaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom neċessarji biex ikollu effett dan il-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika għal kwalunkwe talba għall-assistenza ppreżentata fid-data meta l-Ftehim jidħol fis-seħħ jew warajha, kemm jekk l-atti rilevanti għat-talba jkunu twettqu qabel id-data, fid-data jew warajha.

3.   Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti tista’ ttemm dan il-Ftehim fi kwalunkwe żmien permezz ta’ avviż bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra, u dan it-tmiem għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data ta’ dan l-avviż.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL duplikatament, bil-lingwa Ingliża u b’dik Ġappuniża, biż-żewġ testijiet ugwalment awtentiċi, u ffirmat fi Brussell fit-tlettax ta’ Novembru 2009, u f’Tokyo fil-ħmistax ta’ Diċembru 2009. Dan il-Ftehim għandu jitfassal ukoll fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża u l-Partijiet Kontraenti għandhom jawtentikaw dawk il-verżjonijiet lingwistiċi permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Ġappun

ANNESS I

L-AWTORITAJIET ĊENTRALI

L-Awtoritajiet Ċentrali tal-Partijiet Kontraenti huma l-awtoritajiet li ġejjin:

 

ir-Renju tal-Belġju: id-Dipartiment tas-Servizzi Federali Pubbliku għalll-Ġustizzja u l-Kooperazzjoni Kriminali Interjnazzjonali.

 

ir-Repubblika tal-Bulgarija: il-Ministeru tal-Ġustizzja.

 

ir-Repubblika Ċeka:

qabel ma l-każ jitressaq quddiem qorti (jiġifieri fi proċedimenti ta’ qabel il-proċess): l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Għoli tar-Repubblika Ċeka, u

wara li l-każ jitressaq quddiem qorti (jiġifieri fl-istadju tal-proċess tal-proċedimenti kriminali): il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka.

 

ir-Renju tad-Danimarka: il-Ministeru tal-Ġustizzja.

 

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: l-Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja.

 

ir-Repubblika tal-Estonja: il-Ministeru tal-Ġustizzja.

 

l-Irlanda: il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u r-Riforma Leġislattiva jew persuna maħtura mill-Ministru.

 

ir-Repubblika Ellenika: il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

 

ir-Renju ta’ Spanja: il-Ministeru tal-Ġustizzja, is-Sotto-Direttorat Ġenerali għall-kooperazzjoni legali internazzjonali.

 

ir-Repubblika ta’ Franza: il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Uffiċċju għall-Assistenza Reċiproka f’Affarijiet Kriminali, id-Direttorat għall-Affarijiet Kriminali u l-Maħfriet.

 

ir-Repubblika Taljana: il-Ministru tal-Ġustizzja, Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji - id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Kriminali.

 

ir-Repubblika ta’ Ċipru: il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku.

 

ir-Repubblika tal-Latvja:

matul l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess sal-prosekuzzjoni: Pulizija tal-Istat,

matul l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess sa meta l-każ jitressaq quddiem il-qorti: l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, u

matul il-proċess: il-Ministeru tal-Ġustizzja.

 

ir-Repubblika tal-Litwanja:

il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja, u

l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Litwanja.

 

il-Gran Dukat tal-Lussemburgu: il-Prosekutur Ġenerali.

 

ir-Repubblika tal-Ungerija:

il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Infruzar tal-Liġi, u

l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali.

 

ir-Repubblika ta’ Malta: l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali

 

ir-Renju tal-Olanda:

 

ir-Repubblika tal-Awstrija: il-Ministeru tal-Ġustizzja.

 

ir-Repubblika tal-Polonja:

matul l-istadju ta’ qabel il-proċess: l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Nazzjonali,

matul il-proċess: il-Ministeru tal-Ġustizzja.

 

ir-Repubblika tal-Portugall: l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali.

 

Ir-Rumanija: il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Libertajiet Ċivili, id-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni, id-Direttorat għal-Liġi Internazzjonali u t-Trattati, it-Taqsima għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fi Kwistjonijiet Kriminali.

 

ir-Repubblika tas-Slovenja: il-Ministeru tal-Ġustizzja, id-Direttorat għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-assistenza legali internazzjonali.

 

ir-Repubblika Slovakka:

fil-proċedimenti ta’ qabel il-proċess: l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali,

fl-istadju tal-proċess: il-Ministeru tal-Ġustizzja, u

biex jirċievi: il-Ministeru tal-Ġustizzja.

 

ir-Repubblika tal-Finlandja: il-Ministeru tal-Ġustizzja.

 

ir-Renju tal-Isvezja: il-Ministeru tal-Ġustizzja.

 

ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: il-Home Office (l-Awtorità Ċentrali tar-Renju Unit), id-Dwana u s-Sisa tal-Majestà Tagħha, l-Uffiċċju tal-Kuruna.

 

Il-Ġappun: il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Kummissjoni Nazzjonali għas-Sigurtà Pubblika jew persuni magħżula minnhom.

ANNESS II

Fir-rigward tal-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim, l-awtoritajiet li huma kompetenti skont il-liġijiet tal-Istati biex joħorġu talbiet għal assistenza skont dan il-Ftehim huma stabbiliti hawn taħt:

 

ir-Renju tal-Belġju: l-awtoritajiet ġudizzjarji: għandhom jinftehmu bħala membri tal-ġudikatura responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġi, il-maġistrati li jmexxu investigazzjoni u l-membri tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni Pubblika.

 

ir-Repubblika tal-Bulgarija: l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija għal każijiet ta’ qabel il-proċess tal-proċedimenti kriminali u l-qrati tar-Repubblika tal-Bulgarija għal każijiet pendenti fil-fażi tal-proċess tal-proċedimenti kriminali.

 

ir-Repubblika Ċeka: il-prosekuturi pubbliċi u l-qrati tar-Repubblika Ċeka.

 

ir-Renju tad-Danimarka:

il-Qrati Distrettwali, il-Qrati Superjuri u l-Qorti Suprema,

id-Dipartiment tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi, li jinkludi:

il-Ministeru tal-Ġustizzja,

id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi,

il-Prosekutur, u

il-Kummissarji tal-Pulizija.

 

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja:

il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja;

il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, Karlsruhe;

il-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja, Karlsruhe;

l-Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja;

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Baden-Württemberg, Stuttgart;

il-Ministeru tal-Istat għall-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur tal-Bavarja, Munich;

id-Dipartiment tas-Senat għall-Ġustizzja, Berlin;

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Land Brandenburg, Potsdam;

is-Senatur għall-Ġustizzja u l-Kostituzzjoni tal-Belt Anseatika Ħielsa ta’ Bremen, Bremen;

l-Awtorità Ġudizzjarja tal-Belt Ħielsa u Anseatika ta’ Hamburg, Hamburg;

il-Ministeru Ħessjan tal-Ġustizzja, l-Integrazzjoni u l-Ewropa, Wiesbaden;

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Mecklenburg-Vorpommern, Schwerin;

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Lower-Saxony, Hanover;

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Land North-Rhine/Westphalia, Düsseldorf;

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Land Rhineland-Palatinate, Mainz;

il-Ministeru tal-Ġustizzja tas-Saarland, Saarbrücken;

il-Ministeru tal-Istat għall-Ġustizzja fis-Sassonja, Dresden;

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Land Saxony-Anhalt, Magdeburg;

il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Integrazzjoni ta’ Schleswig-Holstein, Kiel;

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Thuringen, Erfurt;

il-Qrati Reġjonali Superjuri;

il-Qrati Reġjonali;

il-Qrati Lokali;

il-Kap Prosekutur Pubbliku fil-Qrati Reġjonali Superjuri;

id-Diretturi tal-Prosekuturi Pubbliċi fil-Qrati Reġjonali;

l-Uffiċċju Ċentrali tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarji tal-Land għall-Investigazzjoni ta’ Reati Nazzjonal-Soċjalisti, Ludwigsburg;

l-Uffiċċju tal-Pulizija Kriminali Federali;

l-Uffiċċju Ċentrali tas-Servizz Ġermaniż ta’ Investigazzjonijiet Doganali.

 

ir-Repubblika tal-Estonja: l-imħallfin u l-prosekuturi.

 

l-Irlanda: id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi.

 

ir-Repubblika Ellenika: l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Appelli.

 

ir-Renju ta’ Spanja: il-maġistrati u mħallfin tal-Qorti Kriminali, u prosekuturi pubbliċi.

 

ir-Repubblika Franċiża:

il-prim presidenti, il-presidenti, il-kunsilliera u l-imħallfin tal-qrati kriminali,

il-maġistrati f’dawn il-qrati li jmexxu investigazzjoni,

il-membri tas-servizz ta’ prosekuzzjoni pubblika f’dawn il-qrati, partikolarment,

il-prosekuturi pubbliċi ewlenin,

il-viċi prosekuturi pubbliċi ewlenin,

l-assistenti prosekuturi pubbliċi ewlenin,

il-prosekuturi pubbliċi u s-sostituti prosekuturi pubbliċi,

ir-rappreżentanti tal-ministeru pubbliku fil-qrati tal-pulizija, u

ir-rappreżentanti tal-ministeru pubbliku fil-qrati militari.

 

ir-Repubblika Taljana:

 

Prosekuturi:

id-Direttur tal-Prosekuzzjoni Pubblika

l-Assistent Prosekutur Pubbliku

id-Direttur tal-Prosekuzzjoni Pubblika Militari

l-Assistent Prosekutur Pubbliku Militari

il-Prosekutur Pubbliku Ġenerali

l-Assistent Prosekutur Pubbliku Ġenerali

il-Prosekutur Pubbliku Ġenerali Militari

l-Assistent Prosekutur Pubbliku Ġenerali Militari

 

Imħallfin:

l-Imħallef tal-Paċi

l-Imħallef tal-Investigazzjoni

l-Imħallef tas-Smigħ preliminari

il-Qorti Ordinarja

il-Qorti Militari

il-Qorti tal-Assise

il-Qorti tal-Appell

il-Qorti tal-Assise tal-Appell

il-Qorti Militari tal-Appell

il-Qorti tal-Kassazzjoni

 

ir-Repubblika ta’ Ċipru:

l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika,

il-Kap tal-Pulizija,

id-Direttur tad-Dwana u s-Sisa,

il-membri tat-Taqsima għall-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (MOKAS), u

kwalunkwe awtorità jew persuna oħra intitolata li tagħmel investigazzjoni u persekuzzjonijiet (espulsjonijiet) fir-Repubblika u tali territorju bħal dan f’pajjiż barrani b’kompetenzi rilevanti.

 

ir-Repubblika tal-Latvja: l-investigaturi, il-prosekuturi u l-imħallfin.

 

ir-Repubblika tal-Litwanja: l-imħallfin u l-prosekuturi.

 

il-Gran Dukat tal-Lussemburgu: l-awtoritajiet ġudizzjarji: għandhom jinftehmu bħala membri tal-ġudikatura responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġi, il-maġistrati li jmexxu investigazzjoni u l-membri tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni Pubblika.

 

ir-Repubblika tal-Ungerija: l-uffiċċji tal-prosekutur u l-qrati.

 

ir-Repubblika ta’ Malta:

il-Qorti tal-Maġistrati,

il-Qorti tal-Minorenni,

il-Qorti Kriminali u l-Qorti tal-Appell Kriminali;

l-Avukat Ġenerali,

id-Deputat Avukat Ġenerali,

l-Uffiċjali Legali fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali; u

il-Maġistrati.

 

ir-Renju tal-Olanda: membri tal-ġudikatura responsabbli għall-amministrazzjoni tal-liġi, il-maġistrati li jmexxu investigazzjoni u l-membri tad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni Pubblika.

 

ir-Repubblika tal-Awstrija: il-qrati u l-prosekuturi

 

ir-Repubblika tal-Polonja: l-uffiċċji tal-prosekutur u l-qrati.

 

ir-Repubblika tal-Portugall: is-servizzi ta’ prosekuzzjoni fil-fażi investigattiva, l-imħallfin li jkunu qegħdin jagħmlu investigazzjoni u l-imħallfin tal-proċess.

 

ir-Rumanija: il-qrati u l-uffiċċji tal-prosekutur tal-Qrati.

 

ir-Repubblika tas-Slovenja:

l-imħallfin tal-qorti lokali,

l-imħallfin li jkunu qegħdin jagħmlu investigazzjoni,

l-imħallfin tal-qorti distrettwali,

l-imħallfin tal-Qorti Superjuri,

l-imħallfin tal-Qorti Suprema,

l-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali,

il-prosekuturi distrettwali tal-Istat,

il-prosekuturi superjuri tal-Istat,

il-prosekuturi supremi tal-Istat.

 

ir-Repubblika Slovakka: l-imħallfin u l-prosekuturi.

 

ir-Repubblika tal-Finlandja:

il-Ministeru tal-Ġustizzja,

il-Qrati tal-Prim’Istanza, il-Qrati tal-Appell, u l-Qorti Suprema,

il-prosekuturi pubbliċi,

l-awtoritajiet tal-pulizija, l-awtoritajiet doganali, u l-uffiċjali għall-kontroll tal-fruntieri fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet ta’ investigazzjonijiet kriminali preliminari fil-proċedimenti kriminali skont l-Att dwar l-Investigazzjonijiet Kriminali Preliminari.

 

ir-Renju tal-Isvezja: il-qrati u l-prosekuturi.

 

ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: il-qrati u l-prosekuturi.

 

il-Ġappun:

il-Qrati,

l-Imħallfin li jippresjedu,

l-Imħallfin,

il-Prosekuturi Pubbliċi,

l-Assistenti Uffiċjali tal-Prokuratur Ġenerali, u

l-Uffiċjali tal-Pulizija Ġudizzjarja.

ANNESS III

Fir-rigward tal-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, l-Istati Membri u l-Ġappun jaċċettaw il-lingwi li ġejjin:

 

ir-Renju tal-Belġju: Olandiż, Franċiż u Ġermaniż fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Repubblika tal-Bulgarija: Bulgaru fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Repubblika Ċeka: Ċek fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Renju tad-Danimarka: Daniż fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Ġermaniż fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Repubblika tal-Estonja: Estonjan u Ingliż fil-każijiet kollha;

 

l-Irlanda: Ingliż u Irlandiż fil-każijiet kollha;

 

ir-Repubblika Ellenika: Grieg fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Renju ta’ Spanja: Spanjol fil-każijiet kollha;

 

ir-Repubblika Franċiża: Franċiż fil-każijiet kollha;

 

ir-Repubblika Taljana: Taljan fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Repubblika ta’ Ċipru: Grieg u Ingliż fil-każijiet kollha;

 

ir-Repubblika tal-Latvja: Latvjan fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Repubblika tal-Litwanja: Litwan fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

il-Gran Dukat tal-Lussemburgu: Franċiż u Ġermaniż fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Repubblika tal-Ungerija: Ungeriż fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Repubblika ta’ Malta: Malti fil-każijiet kollha;

 

ir-Renju tal-Olanda: Olandiż fil-każijiet kollha;

 

ir-Repubblika tal-Awstrija: Ġermaniż fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Repubblika tal-Polonja: Pollakk fil-każijiet kollha;

 

ir-Repubblika tal-Portugall: Portugiż fil-każijiet kollha u Ingliż jew Franċiż fil-każijiet urġenti;

 

ir-Rumanija: Rumen, Ingliż jew Franċiż fil-każijiet kollha. Fir-rigward ta’ dokumenti itwal, ir-Rumanija żżomm id-dritt, fi kwalunkwe każ speċifiku, li titlob traduzzjoni bir-Rumen jew li titlob li din issir fuq spiża tal-Istat rikjedenti;

 

ir-Repubblika tas-Slovenja: Sloven u Ingliż fil-każijiet kollha;

 

ir-Repubblika Slovakka: Slovakk fil-każijiet kollha;

 

ir-Repubblika tal-Finlandja: Finlandiż, Svediż u Ingliż fil-każijiet kollha;

 

ir-Renju tal-Isvezja: Svediż, Daniż jew Norverġiż fil-każijiet kollha, dment li l-awtorità li titratta l-applikazzjoni ma tippermettix mod ieħor f’każ individwali;

 

ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: Ingliż fil-każijiet kollha;

 

Il-Ġappun: Ġappuniż fil-każijiet kollha u Ingliż fil-każijiet urġenti.

ANNESS IV

Fir-rigward tal-paragrafu 1(b) tal-Artikolu 11 ta’ dan il-Ftehim, ir-referenza “Stat Membru wieħed” f’dan il-paragrafu hija għar-Repubblika tal-Portugall.

Fir-rigward tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 11 ta’ dan il-Ftehim, ir-referenza “żewġ Stati Membri” f’dan il-paragrafu hija għar-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika tal-Ungerija.