ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.311.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 311

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
26 ta' Novembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1134/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 ( 1 )

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Insalata di Lusia (IĠP)]

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 li japprova emendi mhux minuri tal-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bitto (DOP)]

23

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/849/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2009 dwar il-miżuri C 20/07 (ex NN 31/07) implimentati minn Spanja favur Pickman (notifikata bid-dokument numru C(2009) 3541)  ( 1 )

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1134/2009

tal-25 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

33,9

MK

37,7

TR

61,4

ZZ

44,3

0707 00 05

MA

52,9

TR

77,9

ZZ

65,4

0709 90 70

MA

42,1

TR

117,5

ZZ

79,8

0805 20 10

MA

65,9

ZZ

65,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

48,6

HR

68,1

MA

68,9

TR

72,2

ZZ

64,5

0805 50 10

AR

64,7

TR

72,5

ZA

61,6

ZZ

66,3

0808 10 80

AU

177,7

CN

90,7

MK

20,3

US

97,5

XS

24,5

ZA

111,4

ZZ

87,0

0808 20 50

CN

50,4

TR

85,0

US

131,0

ZZ

88,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1135/2009

tal-25 ta’ Novembru 2009

li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji u l-ħtiġijiet ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel u li jistipula proċeduri fi kwistjonijiet tas-sikurezza tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 (1) (b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza Komunitarji xierqa għal ikel u għalf importati minn pajjiż terz biex tkun imħarsa s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwali.

(2)

F’Settembru 2008, il-Kummissjoni Ewropea ġiet mgħarrfa li fiċ-Ċina nstabu livelli għolja ta’ melamina fil-ħalib tat-trabi u fi prodotti oħra tal-ħalib. Sabiex tilqa’ kontra r-riskju li jista’ jirriżulta mill-esponiment għal kontenut għoli ta’ melamina fl-għalf u fil-prodotti tal-ikel, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE tal-14 ta’ Ottubru 2008 li timponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/757/KE (2) tipprovdi għal projbizzjoni fuq l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ prodotti li fihom il-ħalib jew il-prodotti tal-ħalib, is-soja jew il-prodotti tas-soja intiżi għall-użu nutrittiv partikolari għat-trabi u għat-tfal żgħar, u titlob lill-Istati Membri jwettqu verifiki sistematiċi fuq il-kunsinni kollha li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina ta’ għalf u ta’ ikel li jkun fih il-ħalib, prodotti tal-ħalib, soja jew prodotti tas-soja u ta’ bikarbonat tal-ammonju intiż għall-ikel u għall-għalf. F’dik id-Deċiżjoni, il-livell ta’ 2.5 mg/kg kien tqies bħala l-livell xieraq biex wieħed jiddistingwi bejn il-preżenza sekondarja inevitabbli tal-melamina u l-adulterazzjoni inaċċettabbli.

(3)

L-għadd ta’ notifiki tas-Sistema ta’ Allarm fil-Pront għall-Ikel u l-Għalf (ir-Rapid Alert System for Food and Feed, RASFF), kif ipprovdut fl-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2008/798/KE, fir-rigward ta’ livelli inaċċettabbli ta’ melamina f’dawk il-prodotti tal-ikel u tal-għalf miċ-Ċina naqas b’mod sinifikanti minn Jannar 2009, u l-awtoritajiet Ċiniżi pprovdew garanziji fir-rigward tal-verifiki fuq il-melamina fi prodotti bħal dawn esportati lejn il-Komunità. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu riveduti l-miżuri stabbiliti bid-Deċiżjoni 2008/798/KE.

(4)

Minħabba li l-prodotti li fihom il-ħalib jew il-prodotti tal-ħalib, is-soja jew il-prodotti tas-soja intiżi għall-użu nutrittiv partikolari għat-trabi u għat-tfal żgħar jirrappreżentaw is-sors primarju, u f’xi każi l-uniku sors, ta’ nutriment għat-trabi u t-tfal iż-żgħar, huwa xieraq li l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ prodotti bħal dawn li joriġinaw miċ-Ċina tibqa’ hemm. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk jinstabu prodotti bħal dawn fis-suq għandhom jinqerdu mingħajr dewmien.

(5)

Fl-istess ħin, il-verifiki sistematiċi fuq il-kunsinni kollha ta’ għalf u ikel li fih il-ħalib, prodotti tal-ħalib, soja jew prodotti tas-soja u ta’ bikarbonat tal-ammonju li joriġinaw jew jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, intiżi għall-ikel u għall-għalf, ma għadhomx neċessarji minħabba t-tnaqqis sinifikanti fin-notifikazzjonijiet tar-RASFF. Għaldaqstant għandha titnaqqas l-intensità tal-verifiki fiżiċi. Minħabba li l-livell ta’ 2.5 mg/kg għadu jitqies xieraq biex wieħed jiddistingwi bejn il-preżenza sekondarja inevitabbli tal-melamina u l-adulterazzjoni inaċċettabbli, il-prodotti li fihom livell ogħla ta’ melamina ma għandhomx jibdew jagħmlu parti mill-katina tal-għalf u tal-ikel u għandhom jitwarrbu b’mod sikur.

(6)

Id-Deċiżjoni 2008/798/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq, Madankollu, minħabba n-natura tad-dispożizzonijiet emendatorji, huwa f’loku li wieħed jissostitwixxi dik id-deċiżjoni b’Regolament li jkun jista’ jiġi rivedut fi stadju aktar tard fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-Istati Membri.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għaċ-Ċina għandhom jinftiehmu bħala għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Artikolu 2

Projbizzjoni fuq l-importazzjoni

1.   L-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ prodotti li fihom il-ħalib, prodotti tal-ħalib, soja jew prodotti tas-soja intiżi għall-użu nutrittiv partikolari għat-trabi u għat-tfal żgħar fil-kuntest tad-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (3), li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha tkun ipprojbita.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk jinstab xi prodott bħal dawn fis-suq, dan għandu jiġi rtirat jew jinqered mingħajr dewmien.

Artikolu 3

Notifika minn qabel

L-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika bil-quddiem lill-punt ta’ verifika, imsemmi fl-Artikolu 4(3), tad-data u l-ħin stmat tal-wasla tal-kunsinni kollha tal-bikarbonat tal-ammonju intiż għall-ikel u għall-għalf u tal-għalf u l-ikel li fihom il-ħalib, prodotti tal-ħalib, soja jew prodotti tas-soja li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina.

Artikolu 4

Miżuri ta’ verifika

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu verifika tad-dokumenti, dawk marbuta mal-identità kif ukoll verifiki fiżiċi, inkluża analiżi fil-laboratorju tal-kunsinni li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati miċ-Ċina, li jkunu se jiġu impurtati lejn il-Komunità, tal-bikarbonat tal-ammonju intiż għall-ikel u għall-għalf u tal-għalf u l-ikel li fihom il-ħalib, prodotti tal-ħalib, soja jew prodotti tas-soja apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 2(1).

Il-verifiki tal-identità u dawk fiżiċi, inkluż it-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għall-verifiki tal-preżenza tal-melamina, għandhom jitwettqu fuq bejn wieħed u ieħor 20 % ta’ kunsinni bħal dawn.

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fiżiċi addoċċ fuq prodotti oħra tal-għalf u tal-ikel b’kontenut għoli ta’ proteina li joriġinaw miċ-Ċina u li jkunu se jiġu importati lejn il-Komunità.

Il-verifiki fiżiċi msemmija f’dan il-paragrafu għandhom, partikolarment, jimmiraw li jiżguraw il-livell ta’ melamina, jekk din teżisti, fil-prodott. Il-kunsinni għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali sakemm joħorġu r-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.

2.   Kull prodott li jinstab li fih aktar minn 2.5 mg/kg melamina, wara verifiki mwettqa skont il-paragrafu 1, ma għandux jitħalla jibda jagħmel parti mill-katina tal-għalf u tal-ikel u għandu jitwarrab b’mod sikur.

3.   Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu f’punti ta’ verifika speċifikament magħżula mill-Istati Membri għal dak l-iskop.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ punti ta’ verifika disponibbli għall-pubbliku u jikkomunikawha lill-Kummissjoni.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kunsinni għandu jkun soġġett għat-tressiq, min-naħa tal-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, ta’ evidenza lill-aworitajiet tad-dwana li l-verifiki uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 twettqu u li r-riżultati favorevoli li ħarġu mit-testijiet fiżiċi, fejn dawn it-testijiet jintalbu, huma magħrufa.

Artikolu 5

Rapporti

Kull tliet xhur l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni rapport tar-riżultati kollha tat-testijiet analitiċi msemmija fl-Artikolu 4(1). Dawn ir-rapporti għandhom jitressqu matul ix-xahar wara kull kwart tas-sena.

Artikolu 6

Spejjeż

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-verifiki uffiċjali msemmija fl-Artikolu 4(1), inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed b’riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità għandu jagħmel tajjeb għalihom l-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel.

Artikolu 7

Revoka

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE hija rrevokata.

Referenza għad-Deċiżjoni mħassra tkun imfissra bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 273, 15.10.2008, p. 18.

(3)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1136/2009

tal-25 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fis-27 ta’ Novembru 2008, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika L-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju, minn hawn ‘il quddiem “IFRS 1 ristrutturat”. L-IFRS 1 ristrutturat jibdel l-IFRS 1 eżistenti sabiex l-IFRS 1 isir aktar faċli biex jintuża u biex jiġi emendat fil-futur. Barra minn hekk l-IFRS 1 ristrutturat ineħħi mill-istandard xi gwidi skaduti għat-transizzjonijiet u fih xi bidliet minuri ta’ diċitura. Ir-rekwiżiti attwali ma tbiddlux.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-IFRS 1 ristrutturat jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, għandu jinbidel bl-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (ristrutturat fl-2008) kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRS 1, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2009

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRS 1

Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ standards internazzjonali ta’ rappurtar finanzjarju

“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org”.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 1

Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju

GĦAN

1

L-għan ta’ dan l-IFRS huwa li jiżgura li l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS, u r-rapporti finanzjarji interim tagħha għal parti mill-perijodu kopert f'dawk ir-rapporti finanzjarji, jkun fihom informazzjoni ta’ kwalità għolja li:

(a)

hi trasparenti għall-utenti u tkun paragunabbli għal perijodi kollha ppreżentati;

(b)

tipprovdi punt ta’ tluq adegwat għal kontabilità skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs); u

(c)

tista' titnissel b’kost li ma jeċċedix il-benefiċċji li jgawdu l-utenti.

AMBITU

2

Entità għandha tapplika dan l-IFRS fil-każ ta':

(a)

l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS; u

(b)

kull rapport finanzjarju interim, jekk ikun hemm, li hija tippreżenta skont l-IAS 34 Rappurtaġġ Finanzjarju Interim għal parti mill-perijodu kopert fl-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS.

3

L-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS huma l-ewwel rapporti finanzjarji annwali li fihom l-entità tadotta l-IFRSs, permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva f'dawk ir-rapporti finanzjarji ta’ konformità mal-IFRSs. Rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ikunu l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS jekk, pereżempju, l-entità:

(a)

ippreżentat ir-rapporti finanzjarji preċedenti tagħha l-aktar reċenti:

(i)

skont rekwiżiti nazzjonali li m'humiex konsistenti mal-IFRSs f'kull aspett;

(ii)

li huma konformi mal-IFRSs f'kull aspett, iżda r-rapporti finanzjarji ma kienx fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva li kienu jikkonformaw mal-IFRSs;

(iii)

li jkun fihom dikjarazzjoni espliċita ta’ konformità ma’ wħud mill-IFRSs, iżda mhux mal-IFRSs kollha;

(iv)

skont rekwiżiti nazzjonali li huma inkonsistenti mal-IFRSs, bl-użu ta’ xi IFRSs individwali biex jingħata rendikont ta’ xi element li għalih ma kinux jeżistu rekwiżiti nazzjonali; jew

(v)

skont rekwiżiti nazzjonali, bir-rikonċiljazzjoni ta’ xi ammonti mal-ammonti determinati skont l-IFRSs;

(b)

ħejjiet rapporti finanzjarji skont l-IFRSs għal użu intern biss, mingħajr ma’ tqegħdu għad-dispożizzjoni tas-sidien tal-entità jew ta’ xi utenti esterni oħra;

(c)

ħejjiet pakkett ta’ rappurtaġġ skont l-IFRSs għal skopijiet ta’ konsolidazzjoni mingħajr ma ħejjiet sett komplet ta’ rapporti finanzjarji hekk kif definit fl-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif irrevedut fl-2007); jew

(d)

ma ppreżentatx rapporti finanzjarji għal perijodi preċedenti.

4

Dan l-IFRS japplika għal meta entità tadotta għall-ewwel darba l-IFRSs. Ma japplikax meta, pereżempju, entità:

(a)

tieqaf milli tkompli tippreżenta rapporti finanzjarji skont rekwiżiti nazzjonali, wara li tkun preċedentement ippreżentathom kif ukoll sett ieħor ta’ rapporti finanzjarji li jkun fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva ta’ konformità mal-IFRSs;

(b)

tkun ippreżentat rapporti finanzjarji s-sena ta’ qabel skont rekwiżiti nazzjonali u dawk ir-rapporti finanzjarji jkun fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva ta’ konformità mal-IFRSs; jew

(c)

tkun ippreżentat rapporti finanzjarji fis-sena ta’ qabel li jkun fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva ta’ konformità mal-IFRSs, ukoll jekk l-awdituri jkunu kkwalifikaw ir-rapport ta’ verifika tagħhom dwar dawk ir-rapporti finanzjarji.

5

Dan l-IFRS ma japplikax għal bidliet fil-politiki ta’ kontabilità magħmula minn entità li diġà tapplika l-IFRSs. Dawn il-bidliet huma s-suġġett ta’:

(a)

rekwiżiti dwar bidliet fil-politiki ta’ kontabilità b'konfomità mal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji; u

(b)

rekwiżiti tranżitorji speċifici f'IFRSs oħra.

RIKONOXXIMENT U KEJL

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS

6

Entità għandha tħejji rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Dan huwa l-punt tat-tluq għall-kontabilità tagħha skont l-IFRSs.

Politiki ta’ Kontabilità

7

Entità għandha tuża l-istess politiki ta’ kontabilità fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS u matul il-perijodi kollha preżentati fl-ewwel rapporti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS. Dawk il-politiki ta’ kontabilità għandhom jikkonformaw ma’ kull IFRS li jkun fis-seħħ fit-tmiem tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ tiegħu skont l-IFRS, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 13-19 u l-Appendiċi B-E.

8

Entità m’għandhiex tapplika verżjonijiet differenti ta’ IFRSs li kienu effettivi f’dati aktar bikrin. Entità tista’ tapplika IFRS ġdid li jkun għadu mhux obbligatorju jekk dak l-IFRS ikun jippermetti applikazzjoni aktar bikrija.

Eżempju: Applikazzjoni konsistenti tal-aħħar verżjoni tal-IFRSs

Sfond

It-tmiem tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ skont l-IFRS tal-entità A huwa l-31 ta’ Diċembru 20X5. L-Entità A tiddeċiedi li f'dawk ir-rapporti finanzjarji tippreżenta informazzjoni komparattiva għal sena waħda biss (ara l-paragrafu 21). Għalhekk, id-data ta’ tranżizzjoni tagħha għall-IFRSs hija l-bidu tal-kummerċ nhar l-1 ta’ Jannar 20X4 (jew, b'mod ekwivalenti, għeluq il-kummerċ nhar il-31 ta’ Diċembru 20X3). Entità A ppreżentat rapporti finanzjarji skont il-GAAP preċedenti tagħha ta’ kull sena sa nhar il-31 ta’ Diċembru kull sena sa, u inkluż, il-31 ta’ Diċembru 20X4.

Applikazzjoni tar-rekwiżiti

Entità A hija mitluba li tapplika l-IFRSs effettivi għal perijodi li jispiċċaw nhar il-31 ta’ Diċembru 20X5 meta:

(a)

tħejji u tippreżenta r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS fl-1 ta’ Jannar 20X4; u

(b)

tħejji u tipprepara r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha għall-31 ta’ Diċembru 20X5 (inklużi ammonti komparattivi għall-20X4), rapport tad-dħul komplessiv, rapport ta’ bidliet fl-ekwità u rapport tal-flussi ta’ flus għas-sena sal-31 ta’ Diċembru 20X5 (inklużi ammonti komparattivi għall-20X4) u żvelar (inkluża informazzjoni komparattiva għall-20X4).

Jekk IFRS ġdid għadu m'huwiex obbligatorju iżda jkun permess li jiġi applikat qabel, entità A tista', iżda mhix obbligata, li tapplika dak l-IFRS fl-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS.

9

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji f'IFRSs oħrajn japplikaw għat-tibdiliet fil-politiki ta’ kontabilità magħmulin minn entità li diġà tuża l-IFRSs; ma japplikawx għat-tranżizzjoni ta’ min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba ħlief kif speċifikat fl-Appendiċi B-E.

10

Ħlief kif deskritt fil-paragrafi 13-19 u l-Appendiċi B-E, entità għandha, fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha tal-bidu skont l-IFRS:

(a)

tirrikonoxxi kull assi u obbligazzjonijiet li r-rikonoxximent tagħhom huwa mitlub mill-IFRSs;

(b)

ma tirrikonoxxix elementi bħala assi u obbligazzjonijiet jekk l-IFRSs ma jippermettux tali rikonoxximent;

(c)

tikklassifika mill-ġdid elementi li taħt il-GAAP preċedenti kienet tirrikonoxxi bħala tip wieħed ta’ assi, obbligazzjoni jew komponent tal-ekwità, iżda li skont l-IFRSs huma tip differenti ta’ assi, obbligazzjoni jew komponent tal-ekwità; u

(d)

tapplika l-IFRSs fil-valutazzjoni ta’ kull assi u obbligazzjonijiet rikonoxxuti.

11

Il-politiki ta’ kontabilità li entità tuża fir-rapport tal-pożizzjoni tagħha tal-bidu skont l-IFRS tista' tvarja minn dik li hija użat għall-istess data permezz tal-GAAP preċedenti tagħha. L-aġġustamenti li jirriżultaw jiġu minn fatti u operazzjonijiet li seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Għalhekk, entità għandha tirrikonoxxi dawk l-aġġustamenti direttament fil-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun xieraq, f'xi kategorija oħra tal-ekwità) dakinhar tad-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

12

Dan l-IFRS jistabbilixxi żewġ kategoriji ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju li r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu ta’ entità skont l-IFRS għandu jikkonforma ma’ kull IFRS:

(a)

l-Appendiċi B jipprojbixxi l-applikazzjoni restrospettiva ta’ xi aspetti tal-IFRSs oħrajn;

(b)

L-Appendiċi C-E jagħtu eżenzjonijiet minn xi rekwiżiti ta’ IFRSs oħrajn.

Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retroattiva ta’ IFRSs oħra

13

Dan l-IFRS jipprojbixxi l-applikazzjoni restrospettiva ta’ xi aspetti tal-IFRSs l-oħrajn. Dawn l-eċċezzjonijiet jinsabu fil-paragrafi 14-17 u l-Appendiċi B.

Estimi

14

L-estimi ta’ entità skont l-IFRSs fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs għandhom ikunu konsistenti mal-estimi li jkunu saru għall-istess data skont il-GAAP preċedenti (wara li jkunu saru l-aġġustamenti meħtieġa biex jirriflettu kull differenza fil-politiki dwar il-kontabilità), sakemm ma jkunx hemm evidenza oġġettiva li dawk l-estimi kien fihom xi żball.

15

Entità tista' tirċievi informazzjoni wara d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs dwar estimi li hija kienet għamlet skont il-GAAP preċedenti. Skont il-paragrafu 14, entità għandha tittratta l-irċevuta ta’ dik l-informazzjoni bl-istess mod bħal avvenimenti li ma jeħtiġux aġġustament wara l-perijodu ta’ rapportaġġ skont l-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perijodu ta’ Rapportaġġ. Pereżempju, nassumu li d-data ta’ tranżizzjoni ta’ entità għall-IFRSs hija l-1 ta’ Jannar 20X4 u informazzjoni ġdida fil-15 ta’ Lulju 20X4 tkun teħtieġ ir-reviżjoni ta’ stima li tkun saret b'mod konformi ma’ GAAP preċedenti fil-31 ta’ Diċembru 20X3. L-entità m’għandhiex tirrifletti dik l-informazzjoni ġdida fil-karta ta’ bilanċ ta’ ftuħ tal-IFRS tagħha (ħlief jekk l-estimi jkunu jeħtieġu aġġustament għal xi differenzi li jista' jkun hemm fil-politiki ta’ kontabilità jew jekk ikun hemm evidenza oġġettiva li l-estimi kienu żbaljati). Minflok, l-entità għandha tirrifletti dik l-informazzjoni ġdida fil-profitt jew telf (jew, jekk xieraq, fi dħul ieħor komplessiv) għas-sena li tintemm fil-31 ta’ Diċembru 20X4.

16

Entità jista' jkollha l-bżonn tagħmel estimi skont l-IFRSs fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs li ma kinux meħtieġa f'dik id-data skont il-GAAP preċedenti. Biex tinkiseb konsistenza mal-IAS 10, dawk l-estimi skont l-IFRSs għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. B'mod partikolari, l-estimi fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs ta’ prezzijiet tas-suq, rati ta’ mgħax jew ta’ rati tal-kambju għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq f'dik id-data.

17

Il-paragrafi 14-16 japplikaw għar-rapport tal-pożizzjoni tal-bidu mħejji skont l-IFRS. Dawn japplikaw ukoll għal perijodu komparattiv ippreżentat fl-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS, f'liema każ kull referenza għad-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs għandha tkun sostitwita b'referenzi għal tmiem dak il-perijodu komparattiv.

Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra

18

Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar mill-eżenzjonijiet li jinsabu fl-Appendiċi C-E. Entità m’għandhiex tapplika dawn l-eżenzjonijiet b’analoġija għal oġġetti oħrajn.

19

Xi eżenzjonijiet fl-Appendiċi C-E jirreferu għall-valur ġust. Meta jiġu ddeterminati l-valuri ġusti skont dan l-IFRS, entità għandha tapplika d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A u kwalunkwe gwida aktar speċifika f'IFRSs oħrajn fuq id-determinazzjoni tal-valuri ġusti għall-assi jew l-obbligazzjoni inkwistjoni. Dawk il-valuri ġusti għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data li għaliha ġew determinati.

PREŻENTAZZJONI U ŻVELAR

20

Dan l-IFRS ma jipprovdix eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni u żvelar f'IFRSs oħrajn.

Informazzjoni Komparattiva

21

Sabiex jikkonformaw mal-IAS 1, l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jinkludu ta’ mill-inqas tliet rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja, żewġ rapporti tad-dħul komplessiv, żewġ rapporti separati tal-introjtu (jekk ippreżentati), żewġ rapporti tal-flussi ta’ flus u żewġ rapporti tal-bidliet fl-ekwità u noti relatati, inkluża informazzjoni komparattiva.

Informazzjoni komparattiva u sommarji storiċi mhux tal-IFRS

22

Xi entitajiet jippreżentaw summarji storiċi ta’ informazzjoni magħżula għal perijodi ta’ qabel l-ewwel perijodu li għalih jippreżentaw l-informazzjoni komparattiva sħiħa skont l-IFRSs. Dan l-IFRS ma jeħtieġx taqsiriet bħal dawn biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ rikonoxximent u ta’ valutazzjoni tal-IFRSs. Barra minn dan, xi entitajiet jippreżentaw informazzjoni komparattiva skont il-GAAP preċedenti kif ukoll l-informazzjoni komparattiva mitluba mill-IAS 1. Jekk xi rapporti finanzjarji jkun fihom sommarji storiċi jew informazzjoni komparattiva taħt il-GAAP preċedenti, entità għandha:

(a)

tindika b'mod ċar li l-informazzjoni skont il-GAAP preċedenti bħala li ma kinitx imħejjija skont l-IFRSs; u

(b)

tiżvela n-natura tal-aġġustamenti ewlenin li tagħmilhom konformi mal-IFRSs. L-entità m'għandhiex għalfejn tikkwantifika dawk l-aġġustamenti.

Spjegazzjoni tat-tranżizzjoni għall-IFRSs

23

Entità għandha tispjega kif it-tranżizzjoni mill-GAAP preċedenti għall-IFRSs affettwat il-pożizzjoni finanzjarja rappurtata tagħha, ir-riżultati finanzjarji tagħha u l-flussi ta’ flus tagħha.

Rikonċiljazzjonijiet

24

Biex tkun konformi mal-paragrafu 23, l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjijin skont l-IFRS għandhom jinkludu:

(a)

ir-rikonċiljazzjonijiet tal-ekwità tagħha hekk kif irrappurtata skont il-GAAP preċedenti mal-ekwità tagħha skont l-IFRSs għaż-żewġ dati li ġejjin:

(i)

data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs; u

(ii)

it-tmiem tal-aħħar perijodu ppreżentat fir-rapporti finanzjarji l-aktar reċenti ta’ entità skont il-GAAP preċedenti;

(b)

rikonċiljazzjoni mad-dħul totali komplessiv tagħha skont l-IFRSs għall-aħħar perijodu fir-rapporti finanzjarji annwali l-aktar reċenti tal-entità. Il-punt tat-tluq għal dik ir-rikonċiljazzjoni għandu jkun id-dħul totali komplessiv skont il-GAAP preċedenti għall-istess perijodu jew, jekk entità ma rrapportatx dak it-total, il-profitt jew telf taħt il-GAAP preċedenti;

(c)

jekk l-entità rrikonoxxiet jew reġġgħet lura xi telf ta’ indeboliment għall-ewwel darba fit-tħejjija tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tagħha skont l-IFRS, l-iżvelar li kien ikun meħtieġ mill-IAS 36 Indeboliment ta’ Assi kieku l-entità rrikonoxxiet dak it-telf ta’ indeboliment jew treġġigħ lura tiegħu fil-perijodu li jibda bid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

25

Ir-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24(a) u (b) għandhom jagħtu dettall suffiċjenti sabiex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu l-aġġustamenti materjali għar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u r-rapport tad-dħul komplessiv. Jekk entità tkun ippreżentat rapport tal-flussi ta’ flus taħt il-GAAP preċedenti tagħha, hija għandha tispjega wkoll l-aġġustamenti materjali għar-rapport tal-flussi ta’ flus.

26

Jekk entità ssir konxja ta’ xi żbalji magħmula skont il-GAAP preċedenti, ir-rikonċiljazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 24(a) u (b) għandhom jiddistingwu l-korrezzjoni ta’ dawk l-iżbalji minn bidliet fil-politiki ta’ kontabilità.

27

IAS 8 ma jittrattax dwar bidliet fil-politiki ta’ kontabilità li jseħħu meta entità tapplika l-IFRSs għall-ewwel darba. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-IAS 8 biex ikunu żvelati l-bidliet fil-politiki ta’ kontabilità ma japplikawx għall-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS.

28

Jekk entità ma kinitx ippreżentat rapporti finanzjarji għal perijodi preċedenti, l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS għandhom jiżvelaw dak il-fatt.

Klassifikazzjoni ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji

29

Entità għandha permess li tikklassifika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxuti qabel bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jew assi finanzjarju bħala disponibbli għall-bejgħ b’konformità mal-paragrafu D19. L-entità għandha tiżvela l-valur ġust ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati f'kull kategorija fid-data tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjoni u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji ta’ qabel.

Użu tal-valur ġust bħala l-kost preżunt

30

Jekk entità tuża valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-bidu tagħha mħejjija skont l-IFRS bħala kost preżunt ta’ xi element ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, proprjetà ta’ investiment jew xi assi intanġibbli (ara l-paragrafi D5 u D7), l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jiżvelaw, għal kull element f'linja tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjara tal-bidu mħejjija skont l-IFRS:

(a)

l-aggregat ta’ dawk il-valuri ġusti; u

(b)

l-aġġustament aggregat magħmul fl-ammonti miżmuma fil-kotba rrappurtati skont il-GAAP preċedenti.

L-użu ta’ kost preżunt għal investimenti f’sussidjarji, entitajiet b’kontroll konġunt u kumpaniji assoċjati

31

B’mod simili, jekk entità tuża kost preżunt fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS għal investiment f’sussidjarja, f’entità b’kontroll konġunt jew f’assoċjata fir-rapporti finanzjarji separati tagħha (ara l-paragrafu D15), l-ewwel rapporti finanzjarji separati tal-entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jiżvelaw:

(a)

il-kost preżunt aggregat ta’ dawk l-investimenti li għalihom il-kost preżunt ikun l-ammont tagħhom miżmum fil-kotba skont il-GAAP preċedenti;

(b)

il-kost preżunt aggregat ta’ dawk l-investimenti li għalihom il-kost preżunt ikun valur ġust; u

(c)

l-aġġustament aggregat magħmul fl-ammonti miżmuma fil-kotba rrappurtati skont il-GAAP preċedenti.

Rapporti finanzjarji interim

32

Biex tkun konformi mal-paragrafu 23, jekk entità tippreżenta rapport finanzjarju interim skont l-IAS 34 għal parti mill-perijodu kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS, l-entità għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin minbarra r-rekwiżiti tal-IAS 34:

(a)

Kull rapport finanzjarju interim ta’ dan it-tip għandu jinkludi, jekk l-entità tkun ippreżentat rapport finanzjarju interim għall-perijodu interim paragunabbli tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti:

(i)

rikonċiljazzjoni tal-ekwità tagħha skont il-GAAP preċedenti fi tmiem tal-perijodu interim paragunabbli mal-ekwità tagħha skont l-IFRSs f'dik id-data; u

(ii)

rikonċiljazzjoni mad-dħul totali komplessiv tagħha skont l-IFRSs għal dak il-perijodu interim paragunabbli (kurrenti u tas-sena sa dik id-data). Il-punt tat-tluq għal dik ir-rikonċiljazzjoni għandu jkun id-dħul totali komplessiv skont il-GAAP preċedenti għal dak il-perijodu jew, jekk entità ma rrapportatx dak it-total, il-profitt jew telf taħt il-GAAP preċedenti.

(b)

Minbarra r-rikonċiljazzjonijiet mitluba minn (a), l-ewwel rapport finanzjarju interim ta’ entità skont l-IAS 34 għal parti mill-perijodu kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS għandu jinkludi r-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 24(a) u (b) (supplimentati bid-dettalji mitluba mill-paragrafi 25 u 26) jew referenza għal band'oħra għal xi dokument ippubblikat ieħor li jinkludi fih dawn ir-rikonċiljazzjonijiet.

33

L-IAS 34 jeħtieġ għoti ta’ informazzjoni minimu, bażat fuq l-assunzjoni li l-utenti tar-rapport finanzjarju interim għandhom ukoll aċċess għall-aktar rapporti finanzjarji annwali reċenti. Iżda, l-IAS 34 jeħtieġ ukoll li entità tagħti informazzjoni fuq “kull fatt jew operazzjoni li hija materjali biex jinftiehem il-perijodu interim kurrenti”. Għalhekk, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba ma jkunx żvela, fl-iktar rapporti finanzjarji annwali reċenti skont il-GAAP preċedenti, informazzjoni materjali biex jinftiehem il-perijodu interim kurrenti, ir-rapport finanzjarju interim tiegħu għandu jiżvela dik l-informazzjoni jew jinkludi referenza għal band'oħra għal xi dokument ippubblikat ieħor li jinkludiha.

DATA EFFETTIVA

34

Entità għandha tapplika dan l-IFRS jekk l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS ikunu għal perijodu li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

35

Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi D1(n) u D23 għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 23 Kosti tas-Self (kif rivedut fl-2007) għal perijodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perijodu aktar bikri.

36

IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut fl-2008) emenda l-paragrafi 19, C1 u C4(f) u (g). Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati wkoll għal dak il-perijodu aktar bikri.

37

IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafi 13 u B7. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati wkoll għal dak il-perijodu aktar bikri.

38

Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f’Mejju 2008, żied il-paragrafi 31, D1(g), D14 u D15. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-paragrafi għal perijodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

39

Il-Paragrafu B7 ġie emendat minn Titjib għall-IFRSs li nħareġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati wkoll għal dak il-perijodu aktar bikri.

IRTIRAR TAL-IFRS 1 (MAĦRUĠ FL-2003)

40

Dan l-IFRS jieħu post l-IFRS 1 (maħruġ fl-2003 u emendat f’Mejju 2008).

Appendiċi A

Termini mfissra

Din l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs

Il-bidu tal-iktar perijodu reċenti li għalih entità tippreżenta l-informazzjoni komparattiva sħiħa taħt l-IFRSs fl-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejji skont l-IFRS.

GAAP preċedenti

Il-bażi tal-kontabilità li min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba kien uża eżatt qabel l-adozzjoni tal-IFRSs.

kost preżunt

Ammont użat bħala sostitut għall-kost jew għall-kost deprezzat f'data partikolari. Id-deprezzament jew amortizzament sussegwenti jassumi li l-entità kienet inizjalment irrikonoxxiet l-assi jew l-obbligazzjoni fid-data partikolari u li l-valur tiegħu/tagħha kien daqs il-kost preżunt.

l-ewwel prospetti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS

L-ewwel rapporti finanzjarji annwali fejn entità tadotta l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs), permezz ta' dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva ta' konformità mal-IFRSs.

l-ewwel perijodu tar-rappurtaġġ ta' IFRS

L-aħħar perijodu ta’ rapportaġġ kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità skont l-IFRS.

min jadotta [l-IFRS] għall-ewwel darba

Entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS.

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS

Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

Standards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs)

L-Istandards u l-Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB). Dawn jinkludu:

(a)

Standards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju;

(b)

Standards Internazzjonali tal-Kontabilità; u

(c)

Interpretazzjonijiet żviluppati mill-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) jew dak li kien il-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC).

valur ġust

L-ammont li għalih jista' jiġi skambjat xi assi, jew li bih tiġi ssaldata xi obbligazzjoni, bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata.

Appendiċi B

Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retroattiva ta’ IFRSs oħra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

B1

Entità għandha tapplika dawn l-eċċezzjonijiet:

(a)

l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji (il-paragrafi B2 u B3);

(b)

kontabilità għall-hedging (il-paragrafi B4-B6), u

(c)

interessi bla dritt ta’ kontroll (il-paragrafu B7).

Irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji

B2

Ħlief kif permess mill-paragrafu B3, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent fl-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl b’mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li jseħħu fl-1 ta’ Jannar 2004 jew wara. Fi kliem ieħor, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jirtira r-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji mhux derivati jew obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivati taħt il-GAAP ta’ qabel bħala riżultat ta’ tranżazzjoni li seħħet qabel l-1 ta’ Jannar 2004, m’għandux jirrikonoxxi dawk l-assi u obbligazzjonijiet taħt l-IFRSs (għajr meta jikkwalifikaw għal rikonoxximent bħala riżultat ta’ tranżazzjoni jew avveniment li jseħħu wara).

B3

Minkejja l-paragrafu B2, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent fl-IAS 39 b’lura minn data li tintgħażel mill-entità, kemm-il darba t-tagħrif meħtieġ biex tapplika l-IAS 39 għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li r-rikonoxximent tagħhom ikun ġie rtirat bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet li saru fil-passat ġew miksuba fiż-żmien li nbdiet il-kontabilità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.

Kontabilità għall-hedging

B4

Kif meħtieġ mill-IAS 39, fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha:

(a)

tkejjel il-valur ġust ta’ kull derivattiv; u

(b)

telimina kull telf u qligħ differit li jirriżulta minn derivattivi li kienu ġew irrappurtati skont il-GAAP preċedenti daqslikieku kienu assi jew obbligazzjonijiet.

B5

Entità m’għandhiex tirrifletti fil-karta tal-bilanċ tal-bidu tagħha mħejjija skont l-IFRS relazzjoni ta’ hedging ta’ tip li ma jikkwalifikax bħala kontabilità għall-hedging skont l-IAS 39 (pereżempju, ħafna relazzjonijiet ta’ hedging fejn l-istrument ta’ hedging huwa strument ta’ flus jew id-dritt ta’ opzjoni bil-miktub; meta l-entrata soġġetta għal hedging tkun f’pożizzjoni netta; jew meta l-hedge ikopri riskju ta’ mgħax f’investiment miżmum sal-maturità). Madankollu, jekk entità indikat pożizzjoni netta bħala oġġett soġġett għal hedging skont il-GAAP preċedenti, hija tista’ tinnomina element individwali f’dik il-pożizzjoni netta bħala oġġett soġġett għal hedging skont l-IFRSs, iżda dan ma tistax tagħmlu aktar tard minn dakinhar tad-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

B6

Jekk, qabel id-data ta’ tranżizzjoni għal IFRSs, entità tkun għażlet tranżazzjoni bħala hedge iżda l-hedge ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal kontabilità għall-hedging fl-IAS 39 l-entità għandha tapplika l-paragrafi 91 u 101 tal-IAS 39 (kif rivedut fl-2003) sabiex twaqqaf il-kontabilità għall-hedging. Tranżazzjonijiet konklużi qabel id-data ta’ transazzjoni għal IFRSs m’għandhomx jiġu magħżula b’mod retrospettiv bħala hedges.

Interessi bla dritt ta’ kontroll

B7

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti segwenti tal-IAS 27 (kif emendat fl-2008) b’mod prospettiv mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs:

(a)

ir-rekwiżit fil-paragrafu 28 li d-dħul totali komplessiv jiġi attribwit lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi bla dritt ta’ kontroll anki jekk dan iwassal biex l-interessi bla dritt ta’ kontroll ikollhom bilanċ negattiv;

(b)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 30 u 31 għall-kontabilità tal-bidliet fl-interess proprjetarju tal-kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll; u

(c)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 34-37 għall-kontabilità ta’ telf ta’ kontroll fuq sussidjarja, u r-rekwiżiti relatati tal-paragrafu 8A tal-IFRS 5 Assi mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx.

Madankollu, jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) b’lura għal kombinamenti ta’ negozji fil-passat, għandu japplika wkoll l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) skont il-paragrafu C1 ta’ dan l-IFRS.

Appendiċi C

Eżenzjonijiet għal kombinamenti ta’ negozju

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS. Entità għandha tapplika r-rekwiżiti li ġejjin għal kombinamenti ta’ negozji li l-entità rrikonoxxiet qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

C1

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ jagħżel li ma japplikax l-IFRS 3 (kif irrivedut fl-2008) b’lura għal kombinamenti ta’ negozji fil-passat (kombinamenti ta’ negozji li seħħu qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs). Madankollu, jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jiddikjara mill-ġdid xi kombinament ta’ negozji biex tintlaħaq konformità mal-IFRS 3 (kif irrivedut fl-2008), huwa għandu jiddikjara mill-ġdid il-kombinamenti ta’ negozji kollha li jkunu seħħew wara u għandu japplika wkoll l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) mill-istess data. Pereżempju, jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jagħżel li jiddikjara mill-ġdid kombinament ta’ negozji li jkun seħħ fit-30 ta’ Ġunju 20X6, huwa għandu jiddikjara mill-ġdid il-kombinamenti ta’ negozji kollha li jkunu seħħu bejn it-30 ta’ Ġunju 20X6 u d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, u għandu japplika wkoll l-IAS 27 (emendat fl-2008) mit-30 ta’ Ġunju 20X6.

C2

Entità m’għandhiex għalfejn tapplika l-IAS 21 L-Effetti ta’ Tibdil fir-Rati tal-Kambju b’lura għal aġġustamenti fil-valur ġust jew fl-avvjament li jirriżultaw f’kombinamenti ta’ negozji li jkunu seħħu qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk l-entità ma tapplikax l-IAS 21 b’lura għal dawk l-aġġustamenti fil-valur ġust u l-avvjament, hija għandha tittrattahom bħala assi u obbligazzjonijiet tal-entità u mhux bħala assi u obbligazzjonijiet tal-entità li tkun ġiet akkwistata. Għalhekk, dawk l-avvjamenti u aġġustamenti għall-valur ġust jew huma diġà espressi fil-munita funzjonali tal-entità jew huma entrati ta’ munita barranija mhux monetarji, li huma rrappurtati billi tintuża r-rata tal-kambju applikata taħt il-GAAP preċedenti.

C3

Entità tista’ tapplika l-IAS 21 b’mod retrospettiv għal aġġustamenti għall-valur ġust u avvjament li jirriżultaw f’waħda minn dawn:

(a)

il-kombinamenti ta’ negozji kollha li seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs; jew

(b)

il-kombinamenti ta’ negozji kollha li l-entità tagħżel li tiddikjara mill-ġdid biex tikkonforma ruħha mal-IFRS 3, kif permess mill-paragrafu C1 iktar ’il fuq.

C4

Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba ma japplikax l-IFRS 3 b’mod retroattiv għal xi kombinament ta’ negozji fil-passat, dan ikollu l-konsegwenzi li ġejjin fuq dak il-kombinament ta’ negozji:

(a)

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jżomm l-istess klassifikazzjoni (bħala akkwist mill-akkwirent legali, akkwist bil-maqlub mill-akkwiżit legali, jew bħala unjoni ta’ interessi) bħal fir-rapporti finanzjarji preċedenti tiegħu skont il-GAAP.

(b)

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs li kienu akkwistati jew assunti f’xi kombinament ta’ negozji fil-passat, ħlief għal:

(i)

xi assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li r-rikonoxximent tagħhom kien irtirat taħt il-GAAP preċedenti (ara l-paragrafu B2); u

(ii)

assi, inkluż avvjament, u obbligazzjonijiet li ma ġewx rikonoxxuti fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwirent skont il-GAAP preċedenti u li lanqas ma jikkwalifikaw għal rikonoxximent skont l-IFRSs fir-rapport separat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit (ara (f)-(i) hawn isfel).

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi kull bidla li tirriżulta billi jaġġusta l-qligħ imfaddal (jew, jekk xieraq, xi kategorija oħra tal-ekwità), kemm-il darba l-bidla tirriżulta mir-rikonoxximent ta’ xi assi intanġibbli li qabel kien inkluż fl-avvjament (ara (g)(i) hawn isfel).

(c)

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jeskludi mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS kull element rikonoxxut skont il-GAAP preċedenti li ma jikkwalifikax biex jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni skont l-IFRSs. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jagħti rendikont għal bidliet riżultanti skont kif ġej:

(i)

min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ jkun ikklassifika kombinament ta’ negozji fil-passat bħala akkwist u rrikonoxxa bħala assi intanġibbli element li ma jikkwalifikax għar-rikonoxximent bħala assi taħt l-IAS 38 Assi Intanġibbli. Huwa għandu jikklassifika mill-ġdid dak l-element (u, jekk ikun hemm, it-taxxa differita u l-interessi relatati bla dritt ta’ kontroll) bħala parti mill-avvjament (ħlief jekk ikun naqqas l-avvjament direttament minn ekwità taħt il-GAAP preċedenti, ara l-paragrafu (g)(i) u (i) hawn isfel).

(ii)

min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi kull tibdil ieħor li jirriżulta fil-qligħ imfaddal (1).

(d)

IFRSs jeħtieġu l-valutazzjoni sussegwenti ta’ xi assi u obbligazzjonijiet fuq bażi li mhix ibbażata fuq il-kost oriġinali, bħalma huwa l-valur ġust. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jivvaluta dawn l-assi u l-obbligazzjonijiet fuq dik il-bażi fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tiegħu mħejji skont l-IFRS, ukoll jekk kienu ġew akkwistati jew assunti f’kombinament ta’ negozji fil-passat. Għandu jirrikonoxxi kull bidla riżultanti fl-ammont miżmum fil-kotba billi jaġġusta l-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun xieraq, kategorija oħra ta’ ekwità), aktar milli avvjament.

(e)

Immedjatament wara l-kombinament ta’ negozji, l-ammont miżmum fil-kotba skont il-GAAP preċedenti ta’ assi akkwistati u obbligazzjonijiet assunti f’dak il-kombinament ta’ negozji għandu jkun il-kost preżunt tagħhom skont l-IFRSs f’dik id-data. Jekk l-IFRSs ikunu jeħtieġu kejl ibbażat fuq il-kost ta’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet f’data aktar tard, dak il-kost preżunt għandu jkun il-bażi għal diprezzament jew ammortizzament ibbażat fuq il-kost mid-data tal-kombinament ta’ negozji.

(f)

Jekk xi ass akkwistat, jew xi obbligazzjoni assunta, f’xi kombinament ta’ negozji fil-passat ma kienx rikonoxxut skont il-GAAP preċedenti, m’għandux kost preżunt ta’ żero fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS. Minflok, l-akkwirent għandu jirrikonoxxih u jivvalutah fir-rapport ikkonsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja fuq il-bażi meħtieġa mill-IFRSs fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit. Biex nispjegaw: jekk akkwirent ma kienx, skont il-GAAP preċedenti tiegħu, ikkapitalizza l-kirjiet finanzjarji akkwistati f’kombinament ta’ negozji fil-passat, għandu jikkapitalizza dawk il-kirjiet fir-rapporti finanzjarji konsolidati tiegħu, l-istess bħalma kieku l-IAS 17 Kuntratti ta’ Kiri jeħtieġ li l-akkwirent jagħmel fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu mħejjija skont l-IFRS. Bl-istess mod, jekk l-akkwirent ma kienx, skont il-GAAP preċedenti, irrikonoxxa obbligazzjoni kontinġenti li tkun għadha teżisti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi dik l-obbligazzjoni kontinġenti f’dik id-data ħlief jekk l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jipprojbixxi r-rikonoxximent tiegħu fir-rapporti finanzjarji tal-akkwiżit. Bil-kontra, jekk xi assi jew obbligazzjoni kienu inklużi fl-avvjament skont il-GAAP preċedenti iżda kieku kienu jiġu rikonoxxuti separatament skont l-IFRS 3, dak l-assi jew obbligazzjoni jibqgħu inklużi fl-avvjament kemm-il darba l-IFRSs ma jeħtiġux ir-rikonoxximent tiegħu fir-rapporti finanzjarji tal-akkwiżit.

(g)

L-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS għandu jkun l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu skont il-GAAP preċedenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, wara li jsiru ż-żewġ aġġustamenti li ġejjin:

(i)

Jekk mitlub mill-paragrafu (c)(i) hawn fuq, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jżid l-ammont miżmum fil-kotba ta’ avvjament meta jikklassifika mill-ġdid xi element li kien irrikonoxxa bħala assi intanġibbli skont il-GAAP preċedenti. Bl-istess mod, jekk il-paragrafu (f) hawn fuq jeħtieġ li min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jirrikonoxxi xi assi intanġibbli li kien inkluż fl-avvjament skont il-GAAP preċedenti, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jnaqqas l-ammont miżmum fil-kotba fl-avvjament kif meħtieġ (u, jekk ikun applikabbli, jaġġusta t-taxxa diferita u l-interessi bla dritt ta’ kontroll).

(ii)

Irrispettivament minn jekk hemmx xi indikazzjoni li l-avvjament jista’ jkun indebolit, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu japplika l-IAS 36 biex jittestja l-avvjament għal xi indeboliment fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs u fir-rikonoxximent ta’ kull telf minħabba indeboliment fil-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun hekk mitlub mill-IAS 36, fil-bilanċ favorevoli minn rivalutazzjoni). Il-test tal-indeboliment għandu jkun ibbażat fuq il-kundizzjonijiet preżenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(h)

Ebda aġġustament ieħor m’għandu jsir lill-ammont miżmum fil-kotba ta’ avvjament fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Pereżempju, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m’għandux jerġa’ jiddikjara l-ammont miżmum fil-kotba ta’ avvjament:

(i)

biex jeskludi r-riċerka u l-iżvilupp li jinsabu għaddejjin akkwistati f’dak il-kombinament ta’ negozji (ħlief jekk l-assi intanġibbli involut jikkwalifika għar-rikonoxximent skont l-IAS 38 fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit);

(ii)

biex jaġġusta ammortizzazzjoni preċedenti tal-avvjament;

(iii)

biex jitreġġgħu lura aġġustamenti tal-avvjament li l-IFRS 3 ma jippermettix, iżda li saru skont il-GAAP preċedenti minħabba aġġustamenti lill-assi u lill-obbligazzjoni bejn id-data tal-kombinament ta’ negozji u d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(i)

Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jkun irrikonoxxa l-valur tal-avvjament taħt GAAP preċedenti bħala tnaqqis minn ekwità:

(i)

m’għandux jirrikonoxxi dak l-avvjament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tiegħu mħejji skont l-IFRS. Barra minn dan, m’għandux jikklassifika mill-ġdid dak l-avvjament għal profitt jew telf jekk huwa jiddisponi mill-kumpanija sussidjarja jew jekk l-investiment fil-kumpanija sussidjarja jsir indebolit;

(ii)

aġġustamenti li jirriżultaw minn risoluzzjoni sussegwenti ta’ kontingenza li taffetwa l-korrispettiv tax-xiri għandhom jitqiesu bħala qligħ imfaddal.

(j)

Skont il-GAAP preċedenti tiegħu, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba seta’ ma kienx ikkonsolida kumpanija sussidjarja akkwistata f’kombinament ta’ negozji (pereżempju, minħabba li l-kumpanija prinċipali ma kinitx tqisha bħala kumpanija sussidjarja skont il-GAAP preċedenti jew ma kinitx lestiet rapporti finanzjarji konsolidati). Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jaġġusta l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija sussidjarja għall-ammonti li l-IFRSs ikunu jeħtieġu fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija sussidjarja. Il-kost preżunt tal-avvjament huwa daqs id-differenza fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs bejn:

(i)

l-interess tal-kumpanija prinċipali f’dawk l-ammonti miżmuma fil-kotba aġġustati; u

(ii)

il-valur tal-investiment tal-kumpanija prinċipali fil-kumpanija sussidjarja preżenti fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

(k)

Il-valutazzjoni tal-interessi minoritarji u tat-taxxa differita ssegwi mill-valutazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet oħra. Għalhekk, l-aġġustamenti ta’ hawn fuq għall-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti jaffetwaw l-interessi bla dritt ta’ kontroll u t-taxxa differita.

C5

L-eżenzjoni għal kombinament ta’ negozji fil-passat tapplika wkoll għal akkwiżizzjonijet fl-imghoddi ta’ kumpaniji assoċjati u ta’ interessi f’impriżi konġunti. Barra minn dan, id-data magħżula fil-paragrafu C1 tapplika wkoll għal kull akkwiżizzjoni oħra bħal din.


(1)  Tali bidliet jinkludu riklassifikazzjonijiet minn jew għal assi intanġibbli jekk l-avvjament ma kienx rikonoxxut bħala assi taħt il-GAAP preċedenti. Dan iseħħ jekk taħt il-GAAP preċedenti, l-entità (a) naqqset l-avvjament direttament mill-ekwità jew (b) ma trattatx il-kombinazzjoni ta’ negozji bħala akkwiżizzjoni.

Appendiċi D

Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

D1

Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew iktar mill-eżenzjonijiet li ġejjin:

(a)

tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma (il-paragrafi D2 u D3);

(b)

kuntratti tal-assigurazzjoni (il-paragrafu D4);

(c)

valur ġust jew rivalutazzjoni bħala l-kost preżunt (il-paragrafi D5-D8);

(d)

kuntratti ta' kiri (il-paragrafu D9);

(e)

benefiċċji tal-impjegati (il-paragrafi D10 u D11);

(f)

differenzi kumulattivi fil-qlib (il-paragrafi D12 u D13);

(g)

investimenti f’sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati (il-paragrafi D14 u D15);

(h)

assi u obbligazzjonijiet ta' sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti (il-paragrafi D16 u D17);

(i)

strumenti finanzjarji komposti (il-paragrafu D18);

(j)

id-denomina ta' strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel (il-paragrafu D19);

(k)

il-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji fl-ewwel rikonoxximent (il-paragrafu D20);

(l)

obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonament inklużi fil-kost ta’ proprjetà, impjant u tagħmir (il-paragrafu D21);

(m)

assi finanzjarji jew assi intanġibbli kontabilizzati skont l-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz (il-paragrafu D22); u

(n)

kosti ta’ self (il-paragrafu D23).

Entità m'għandiex tapplika dawn l-eżenzjonijiet b'analoġija għal elementi oħra.

Tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma

D2

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma għal strumenti azzjonarji mogħtija fis-7 ta' Novembru 2002 jew qabel. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba hu mħeġġeġ ukoll, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 għal strumenti azzjonarji li kienu ngħataw wara s-7 ta' Novembru 2002 u li ġew vestiti qabel l-aħħar waħda minn dawn iż-żewġ dati: (a) id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs u (b) l-1 ta' Jannar 2005. Madankollu, jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 2 għal strumenti azzjonarji bħal dawn, jista' jagħmel dan biss jekk l-entità tkun żvelat pubblikament il-valur ġust ta' dawk l-istrumenti azzjonarji, stabbilit fid-data tal-kejl, kif definit fl-IFRS 2. Għall-għotjiet kollha ta’ strumenti azzjonarji li għalihom l-IFRS 2 ma ġiex applikat (eż. strumenti azzjonarji mogħtija fis-7 ta’ Novembru 2002 jew qabel), min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba madankollu għandu jiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 44 u 45 tal-IFRS 2. Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jimmodifika t-termini jew il-kundizzjonijiet ta’ għotja ta’ strumenti azzjonarji li għalihom ma ġiex applikat l-IFRS2, l-entità mhijiex meħtieġa li tapplika l-paragrafi 26-29 tal-IFRS 2 jekk il-modifika seħħet qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

D3

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażat fuq ishma li ġew imħallsa qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ ukoll, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 għal obbligazzjonijiet li ġew imħallsa qabel l-1 ta’ Jannar 2005. Għal obbligazzjonijiet li għalihom jiġi applikat l-IFRS 2, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba mhuwiex meħtieġ li jiddikjara mill-ġdid informazzjoni komparattiva sakemm l-informazzjoni tkun relatata ma' perijodu jew ma' data qabel is-7 ta' Novembru 2002.

Kuntratti tal-assigurazzjoni

D4

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni. L-IFRS 4 jirristrinġi bidliet fil-politiki ta' kontabilità għal kuntratti tal-assigurazzjoni, li jinkludu bidliet magħmula minn min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba.

Valur ġust jew rivalutazzjoni bħala kost preżunt

D5

Entità tista' tagħżel li tivvaluta element ta' proprjetà, impjanti u tagħmir fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs skont il-valur ġust tagħhom u tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt tagħhom f'dik id-data.

D6

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' jagħżel li juża rivalutazzjoni ta' element ta' proprjetà, impjanti u tagħmir magħmula skont il-GAAP preċedenti fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs jew qabel bħala l-kost preżunt fid-data tar-rivalutazzjoni, jekk ir-rivalutazzjoni kienet, fid-data tar-rivalutazzjoni, bejn wieħed u ieħor paragunabbli ma':

(a)

valur ġust: jew

(b)

il-kost jew il-kost deprezzat skont l-IFRSs, aġġustat biex jirrifletti, pereżempju, bidliet f'indiċi ġenerali jew speċifiku tal-prezzijiet.

D7

L-għażliet fil-paragrafi D5 u D6 huma wkoll disponibbli għal:

(a)

proprjetà ta' investiment, jekk entità tagħżel li tuża l-mudell tal-kost fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment u

(b)

assi intanġibbli li jissodisfaw:

(i)

il-kriterji ta' rikonoxximent fl-IAS 38 (inkluż valutazzjoni affidabbli tal-kost oriġinali); u

(ii)

il-kriterji fl-IAS 38 għar-rivalutazzjoni (inkluża l-eżistenza ta' suq attiv).

Entità m'għandiex tuża dawn l-għażliet għal xi assi jew obbligazzjonijiet oħrajn.

D8

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' jkun stabbilixxa kost preżunt skont il-GAAP preċedenti għal xi assi u obbligazzjonijiet jew għall-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu billi jkun ivvalutahom skont il-valur ġust tagħhom f'data waħda partikolari minħabba xi avveniment bħal privatizzazzjoni jew offerta inizjali lill-pubbliku. Min ikun għamel hekk ikun jista' juża din il-valutazzjoni tal-valur ġust ikkawżata minn xi avveniment bħala l-kost preżunt għall-IFRSs dakinhar ta' dik il-valutazzjoni.

Kuntratti ta' Kiri

D9

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-IFRIC 4 Kif Tiddetermina jekk Arranġament fihx Kuntratt ta' Kera. Għalhekk, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jista' jiddetermina jekk arranġament eżistenti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs fihx kuntratt ta' kera fuq il-bażi tal-fatti u ċirkustanzi eżistenti f'dik id-data.

Benefiċċji tal-Impjegati

D10

Skont l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati, entità tista' tagħżel li tuża metodu ta' “kurutur” li ma jirrikonoxxix xi qligħ u telf attwarju. L-applikazzjoni retroattiva ta' dan il-metodu teħtieġ li entità taqsam il-qligħ u t-telf kumulattiv attwarju tagħha mill-bidu nett tal-pjan sad-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs f'porzjon rikonoxxut u porzjon mhux rikonoxxut. Madankollu, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ jagħżel li jirrikonoxxi l-qligħ u t-telf attwarju kumulattiv kollu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, anki jekk juża l-metodu ta’ kurutur għal qligħ u telf attwarjali li jseħħ wara. Jekk minn jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jagħmel din l-għażla, għandu japplikah għall-pjani kollha.

D11

Entità tista' tiżvela l-ammonti meħtieġa mill-paragrafu 120A(p) tal-IAS 19 minħabba li l-ammonti huma ddeterminati għal kull perijodu ta' kontabilità b'mod prospettiv mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

Differenzi kumulattivi fil-qlib

D12

L-IAS 21 jeħtieġ li entità:

(a)

tirrikonoxxi xi differenzi fil-qlib fi dħul ieħor komplessiv u takkumula dawn f’komponent separat ta’ ekwità; u

(b)

meta tiddisponi minn xi operazzjoni barranija, tikklassifika mill-ġdid id-differenza kumulattiva fil-qlib għal dik l-operazzjoni barranija (inkluż, jekk applikabbli, kull qligħ u telf riżultanti minn hedges relatati) minn ekwità għal profitt jew telf bħala parti mill-qligħ jew telf li jkun sar mid-disponiment.

D13

Madankollu, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m’għandux għalfejn jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti għal differenzi kumulattivi fil-qlib li kienu jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba juża din l-eżenzjoni:

(a)

id-differenzi kumulattivi fil-qlib għall-operazzjonijiet barranin kollha għandhom jitqiesu li huma żero fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs; u

(b)

il-qligħ jew telf riżultanti minn disponiment sussegwenti ta' xi operazzjoni barranija għandu jeskludi d-differenzi fil-qlib li kien hemm qabel id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs u għandu jinkludi d-differenzi fil-qlib sussegwenti.

Investimenti f’sussidjarji, entitajiet b’kontroll konġunt u kumpaniji assoċjati

D14

Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) jeħtieġ li hija tkun responsabbli għall-investimenti tagħha f’sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati jew:

(a)

skont il-kost jew

(b)

skont l-IAS 39.

D15

Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jivvaluta tali investiment skont il-kost b’mod konformi mal-paragrafu D14, huwa għandu jivvaluta dak l-investiment fir-rapport separat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS b’wieħed mill-ammonti li ġejjin:

(a)

kost stabbilit skont l-IAS 27 jew

(b)

kost preżunt. Il-kost preżunt ta’ tali investiment għandu jkun:

(i)

il-valur ġust tiegħu (stabbilit skont l-IAS 39) fid-data ta’ tranżizzjoni tal-entità għall-IFRSs fir-rapporti finanzjarji separati tiegħu; jew

(ii)

l-ammont miżmum fil-kotba f’dik id-data skont il-GAAP preċedenti.

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ jagħżel (i) jew (ii) hawn fuq biex jivvaluta l-investiment tiegħu f’kull sussidjarja, entità b’kontroll konġunt jew kumpanija assoċjata li jagħżel li jivvaluta permezz ta' kost preżunt.

Assi u obbligazzjonijiet ta' kumpaniji sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti

D16

Jekk xi kumpanija sussidjarja tadotta l-IFRS għall-ewwel darba aktar tard mill-kumpanija prinċipali tagħha, il-kumpanija sussidjarja għandha, fir-rapporti finanzjarji tagħha, tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha bħala jew:

(a)

l-ammonti miżmuma fil-kotba li suppost jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija prinċipali, ibbażati fuq id-data ta' tranżizzjoni tal-kumpanija prinċipali għall-IFRSs, jekk ma' kien sar l-ebda aġġustament għall-proċeduri ta' konsolidazzjoni u għall-effetti ta' kombinament ta’ negozji li fiha l-kumpanija prinċipali akkwistat il-kumpanija sussidjarja; jew

(b)

l-ammonti miżmuma fil-kotba meħtieġa mill-kumplament ta' dan l-IFRS, ibbażati fuq id-data ta' tranżizzjoni tas-sussidjarja għall-IFRS. Dawn l-ammonti miżmuma fil-kotba jistgħu jvarjaw minn dawk deskritti f'(a):

(i)

meta l-eżenzjonijiet f'dan l-IFRS jirriżultaw f'valutazzjonijiet li jiddependu fuq id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs.

(ii)

meta l-politiki ta' kontabilità użata fir-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja jkunu jvarjaw minn dawk fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Pereżempju, is-sussidjarja tista' tuża bħala l-politiki ta' kontabilità tagħha l-mudell tal-kost fl-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir, waqt li l-grupp jista' juża l-mudell ta' rivalutazzjoni.

Għażla simili hija disponibbli għal kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li tadotta l-IFRS għall-ewwel darba aktar tard mill-entità li għandha influwenza sinifikanti jew kontroll konġunt fuqha.

D17

Iżda, jekk entità tadotta l-IFRS għall-ewwel darba aktar tard mill-kumpanija sussidjarja (jew kumpanija assoċjata jew impriża konġunta) tagħha l-istess entità għandha, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija sussidjarja (jew kumpanija assoċjata jew impriża konġunta) fl-istess ammonti miżmuma fil-kotba fir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija sussidjarja (jew kumpanija assoċjata jew impriża konġunta), wara li jsiru l-aġġustamenti għall-konsolidazzjoni u aġġustamenti fil-kontijiet tal-ekwità u għall-effetti tal-kombinament ta' negozji li fiha l-entità tkun akkwistat il-kumpanija sussidjarja. Bl-istess mod, jekk kumpanija prinċipali tadotta l-IFRS għall-ewwel darba għar-rapporti finanzjarji separati tagħha qabel jew wara ma' tagħmel hekk għar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, din għandha tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha fl-istess ammonti fiż-żewġ rapporti finanzjarji, ħlief fil-każ ta' aġġustamenti meħtieġa minħabba l-konsolidazzjoni.

Strumenti finanzjarji komposti

D18

L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni jeħtieġ li entità taqsam strument finanzjarju kompost mill-bidunett f'komponenti separati ta’ obbligazzjoni u ekwità. Jekk il-komponent ta’ obbligazzjoni m'għadux iktar pendenti, l-applikazzjoni retrospettiva tal-IAS 32 tinvolvi s-separazzjoni f'żewġ porzjonijiet tal-ekwità. L-ewwel porzjon jikkonsisti fi qligħ imfaddal u jirrappreżenta l-interess kumulattiv li jkun akkumula fuq il-komponent ta’ obbligazzjoni. Il-porzjon l-ieħor jirrappreżenta l-komponent oriġinali tal-ekwità. Madankollu, skont dan l-IFRS, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m'għandux għalfejn jissepara dawn iż-żewġ porzjonijiet jekk il-komponent tal-obbligazzjoni m’għadux iktar pendenti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

Klassifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel

D19

L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jippermetti li assi finanzjarju jkun ikklassifikat fir-rikonoxximent inizjali bħala disponibbli għall-bejgħ jew strument finanzjarju (kemm-il darba jissodisfa ċerti kriterji) li jkun ikklassifikat bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Minkejja dan ir-rekwiżit, fiċ-ċirkustanzi li ġejjin japplikaw eċċezzjonijiet:

(a)

kull entità għandha permess li tagħmel klassifikazzjoni ta' disponibbli għall-bejgħ fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

(b)

entità għandha permess li tiddenomina, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf kemm-il darba l-assi jew l-obbligazzjoni jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A tal-IAS 39 f’dik id-data.

Il-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji fir-rikonoxximent inizjali

D20

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 7 u 9, entità tista' tapplika r-rekwiżiti fl-aħħar sentenza tal-paragrafu tal-IAS 39 il-paragrafu AG76, u l-paragrafu AG76A, f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li saru wara l-25 ta' Ottubru 2002; jew

(b)

b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li saru wara l-1 ta' Jannar 2004.

Obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonament inklużi fil-kost ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir

D21

IFRIC 1 Bidliet f’obbligazzjonijiet eżistenti ta’ dekumissjonament, restawr u obbligazzjonijiet simili jeħtieġ bidliet speċifiċi fid-dekumissjonament, restawr u obbligazzjonijiet simili li għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu mill-kost ta’ assi li huma relatati miegħu; l-ammont deprezzabbli aġġustat tal-assi mbagħad jiġi deprezzat prospettivament matul il-bqija taż-żmien ta’ utilità tiegħu. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m’għandux għalfejn jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti għal bidliet f’tali obbligazzjonijiet li seħħu qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba juża din l-eżenzjoni, huwa għandu:

(a)

jivvaluta l-obbligazzjoni fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs b'konformità mal-IAS 37;

(b)

sal-punt li l-obbligazzjoni tinsab fl-ambitu tal-IFRIC 1, jagħti stima tal-ammont li kieku kien ikun inkluż fil-kost tal-assi relatat meta l-obbligazzjoni seħħet għall-ewwel darba, billi titnaqqas l-obbligazzjoni sa dik id-data bl-użu tal-aħjar stima tar-rata(i) tal-iskont aġġustata għar-riskji storiċi, li kieku kellhom jiġu applikati għal dik l-obbligazzjoni matul dak il-perijodu ta' żmien; u

(c)

jikkalkula d-deprezzament akkumulat fuq dak l-ammont, sad-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs, fuq il-bażi tal-istima preżenti taż-żmien tal-utilità tal-assi, bl-użu tal-politika ta’ deprezzament adottata mill-entità skont l-IFRSs.

Assi finanzjarji jew assi intanġibbli kontabilizzati skont l-IFRIC 12

D22

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-IFRIC 12.

Kosti tas-self

D23

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fil-paragrafi 27 u 28 tal-IAS 23, kif riveduti fl-2007. F’dawk il-paragrafi r-referenzi għad-data effettiva għandhom jiġu interpretati bħala l-1 ta’ Lulju 2009 jew id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, skont liema tiġi l-aħħar.

Appendiċi E

Eżenzjonijiet għal żmien qasir mill-IFRSs

Din l-appendiċi hija parti integrali mill-IFRS

[Appendiċi rriżervata għal eżenzjonijiet għal żmien qasir li jistgħu jingħataw fil-futur]


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1137/2009

tal-25 ta’ Novembru 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Insalata di Lusia (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Insalata di Lusia” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 89, 18.4.2009, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Insalata di Lusia (IĠP)


26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1138/2009

tal-25 ta’ Novembru 2009

li japprova emendi mhux minuri tal-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bitto (DOP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bitto”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni, kif jesiġi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, ippubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Ġaladarba ma ntbagħtet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament, huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2009.

Mill-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 87, 16.4.2009, p. 20.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobon

L-ITALJA

Bitto (DOP)


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

26.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Mejju 2009

dwar il-miżuri C 20/07 (ex NN 31/07) implimentati minn Spanja favur Pickman

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 3541)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/849/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom (1) skont dawk id-dispożizzjonijiet, u wara li tqiesu l-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Wara allegazzjonijiet li waslu b’ittra reġistrata bid-data tal-5 ta’ April 2006, li skonthom l-awtoritajiet Spanjoli taw għajnuna mill-Istat lil Pickman — La Cartuja de Sevilla S.A. (minn issa ‘l quddiem “Pickman” jew “l-intrapriża”), il-Kummissjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem “il-Kummissjoni”) talbet informazzjoni lill-awtoritajiet Spanjoli permezz ta’ ittri bid-dati tat-12 ta’ April 2006 u tat-12 ta’ Frar 2007, li għalihom l-awtoritajiet Spanjoli wieġbu permezz ta’ ittri reġistrati bid-dati tas-7 ta’ Ġunju 2006, it-30 ta’ Awwissu 2006 u t-18 ta’ April 2007.

(2)

Fis-27 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Spanjoli li kienet iddeċidiet li tibda proċedura u rċeviet kummenti mingħandhom permezz ta’ ittri tal-15 ta’ Settembru 2007 u tas-26 ta’ Novembru 2007.

(3)

Wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-10 ta’ Ottubru 2007 tad-Deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat (minn issa ‘l quddiem, “Id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura”), li permezz tagħha l-partijiet interessati ġew mistiedna jippreżentaw il-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-benefiċjarju tal-għajnuna, permezz ta’ ittri reġistrati tas-26 ta’ Novembru 2007 u tas-7 ta’ April 2008. Fit-12 ta’ Frar 2008 u l-11 ta’ April 2008 dawn il-kummenti ntbagħtu lill-awtoritajiet Spanjoli, li wieġbu fit-2 ta’ April 2008. Ma waslux kummenti mingħand partijiet terzi.

2.   IL-BENEFIĊJARJU

(4)

Pickman huwa manifattur ta’ oġġetti taċ-ċeramika, taċ-ċaqquf jew tal-kina li jintużaw fil-kċina, imwaqqaf f’Sevilla fl-1841. Il-kumpanija tradizzjonalment kienet tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ariġjanat ta’ kwalità għolja, kif ukoll fil-kummerċjalizzazzjoni diretta jew permezz ta’ stabbilimenti kollaborattivi ta’ bejgħ bl-imnut f’lukandi, restoranti u kumpaniji tal-catering. Reċentement, Pickman iddiversifika l-attivitajiet tiegħu fis-suq tar-rigali korporattivi, tal-lukandi u tar-restoranti. Bħalissa Pickman iħaddem madwar 140 impjegat, u fl-2005 l-fatturat tiegħu kien ta’ EUR 4,28 miljun. Għalhekk għandu jitqies bħala intrapriża ta’ daqs medju (2).

(5)

Pickman jopera fis-suq taċ-ċeramika, li globalment jirreġistra total ta’ bejgħ ta’ madwar EUR 26 000 miljun, li huwa stamat li jikkostitwixxi terz tat-total tal-produzzjoni dinjija u tħaddem 222 000 impjegat. Biex nieħdu eżempju konkret, il-qasam definit bħala “settijiet tal-mejda u oġġetti dekorattivi” għandu xi karatteristiċi speċifiċi, jiġifieri, bħala xogħol tal-idejn huwa intensiv ħafna, huwa strettament marbut mal-konsumatur finali u juri ħtieġa kbira li jikkompeti fid-disinn u l-kwalità. Dan is-suq huwa miftuħ għall-kummerċ intrakomunitarju, fejn ir-Renju Unit u l-Ġermanja huma l-pajjiżi produtturi u konsumaturi ewlenin, filwaqt li l-kwota ta’ Spanja hija inqas minn 5 %, u teżisti kompetizzjoni bejn il-produtturi. Fuq livell nazzjonali, jeżistu 11-il intrapriża li huma attivi fi Spanja, b’madwar 3 000 impjegat u b’volum ta’ bejgħ annwali ta’ 60 miljun biċċa, għal valur totali ta’ EUR 84 miljun fis-sena (3).

3.   MIŻURI

(6)

Il-miżuri dwar id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura huwa dawn li ġejjin (4):

Miżura 2: ħfir ta’ dejn ta’ EUR 3,29 miljun li kellu Pickman mas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ ftehim speċjali li sar fil-11 ta’ April 2000, u li huwa differenti mill-ftehim ġenerali tal-kredituri;

Miżuri 3 sa 6: sensiela ta’ ammonti ta’ self parteċipattiv, li jammontaw għal total ta’ EUR 1,87 miljun, u sussidji destinati għall-investiment tanġibbli u mhux tanġibbli, ta’ total ta’ EUR 2,59 miljun, li kienu ppjanati għall-użu fi pjan ta’ ristrutturar preżentat minn Pickman lill-Junta (Gvern Reġjonali) ta’ Andalucía, li approvatu fit-2 ta’ Marzu 2004, u huwa kkunsidrat fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura u fil-paragrafi 50, 51 u 52;

Miżura 7: garanzija mogħtija mill-Agencia de Innovación y Desarrollo de Andalucía (Aġenzija ta’ Innovazzjoni u Żvilupp f’Andalucía) (minn issa ‘l quddiem “IDEA”) li kienet tkopri EUR 1,3 miljun, li jfisser 80 % ta’ self ta’ EUR 1.65 miljun innegozjat ma’ bank minn Pickman u konkluż miż-żewġ partijiet fit-28 ta’ Diċembru 2005. Il-garanzija ma ntużatx.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(7)

Fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni kkonkludiet temporanjament li l-miżuri 2 sa 7 jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

(8)

Minħabba li kien jidher li l-għan ewlieni tal-miżuri kien li tingħata għajnuna lill-intrapriża fi kriżi, il-Kummissjoni kkunsidrat li kienu applikabbli l-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ intrapriżi fi kriżi (5) (minn issa ‘l quddiem “il-Linji Gwida tal-2004”) minħabba li l-miżura 7, fil-każ li tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, ġiet adottata wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn il-Linji Gwida.

(9)

B’mod partikolari, il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet din li ġejja:

il-miżuri ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna għas-salvataġġ meta wieħed iqis il-forma u t-tul ta’ żmien tagħhom;

Pickman seta’ jibbenefika minn għajnuna għar-ristrutturar iżda, mingħajr pjan ta’ ristrutturar, ma setgħetx isir valutazzjoni dwar jekk il-miżura tistax tistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà tal-impriża fuq terminu ta’ żmien twil.

(10)

Skont l-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali biex tneħħi d-dubji tagħha, kemm rigward in-natura tal-għajnuna mill-Istat tal-miżuri inkwistjoni kif ukoll fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq komuni.

5.   OSSERVAZZJONIJIET MINN SPANJA

(11)

Wara li ġew informati dwar id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, l-awtoritajiet Spanjoli bagħtu l-osservazzjonjiet li ġejjin dwar id-diversi miżuri inkwistjoni.

Miżura 2: Ħfir ta’ dejn mat-Teżor tas-Sigurtà Soċjali

(12)

Fir-rigward tal-miżura 2, l-awtoritajiet Spanjoli jispeċifikaw li t-Teżor tas-Sigurtà Soċjali, bħala kreditur preferut, kellu preċedenza fuq il-kredituri ordinarji, billi kien jiġi eżatt wara l-kredituri b’garanzija u dawk tad-dejn mal-persunal tal-intrapriża. Konsegwentawment, il-vantaġġ ta’ din il-preċedenza mhuwiex wieħed ta’ prijorità assoluta iżda jagħti l-opportunità ta’ astensjoni mill-iffirmar ta’ ftehim ġenerali tal-kredituri u l-għażla ta’ ftehim speċjali bil-ħsieb li jinkisbu kundizzjonjiet li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, ikunu iktar favorevoli minn dawk li jagħti l-ftehim ġenerali tal-kredituri. L-awtoritajiet Spanjoli ddeskrivew ukoll fid-dettall l-uniċi żewġ alternattivi possibbli, jiġifieri, is-sekwestru tal-assi tanġibbli u dawk mhux tanġibbli speċifiċi. Madankollu dan ma kienx prijoritarju la fuq ipoteki oħrajn irreġistrati u lanqas fuq il-pagi tal-ħaddiema, u li, għalhekk, probabbilment kien jirriżulta fi rkupru inqas tad-dejn ta’ Pickman.

(13)

L-awtoritajiet Spanjoli jikkoreġu d-dikjarazzjoni inkluża fil-paragrafu 16 tad-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura u jispeċifikaw li, skont il-ftehim ġenerali tal-kredituri, kien hemm żewġ alternattivi, iktar milli żewġ possibbiltajiet kumulattivi: jew l-irkupru ta’ 5 % tad-drittijiet tal-kreditu f’75 ġurnata jew l-20 % fi żmien 17-il sena mingħajr imgħax.

(14)

Min-naħa l-oħra, it-Teżor tas-Sigurtà Soċjali ħa vantaġġ mill-pożizzjoni preferuta tiegħu u ma ffirmax il-ftehimiet ġenerali tal-kredituri, u għażel il-ftehim speċjali, li, fl-opinjoni tiegħu, kien itejjeb il-possibbiltajiet ta’ rkupru mqabbel mal-ftehim ġenerali tal-kredituri. Għalhekk, Pickman, li kellu jagħti EUR 4 miljun lit-Teżor tas-Sigurtà Soċjali, qabel li jħallas it-18 % ta’ dan l-ammont fi tmien snin, kif ukoll l-imgħax ta’ 3,25 % fis-sena. Barra minn hekk, il-ftehim speċjali kien jinkludi garanzija li biha l-ftehim seta’ jitħassar awtomatikament fil-każ li kwalunkwe kreditur ieħor jirċievi trattament iktar vantaġġuż. Fil-fatt, wara l-ħlas ta’ EUR 595 676,89 bħala kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema, fis-27 ta’ Mejju 2004 Pickman ħallas is-somma ta’ EUR 2 012 786,39.

(15)

Fl-aħħar, l-awtortajiet Spanjoli jsostnu li “l-interess ġenerali” msemmi fil-paragrafu 18 tad-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, jifforma parti minn forma ġenerika użata fil-ftehim kollu li jsir fil-proċeduri ta’ rkupru tad-dejn. Fir-realtà, it-Teżor tas-Sigurtà Soċjali kien qed jistenna li jirkupra l-ikbar ammont possibbli mingħand il-midjun, u b’hekk kien qed jaġixxi skont il-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq u jinnega li kellu xi intenzjoni oħra minbarra dik li jakkwista l-aħjar irkupru possibbli.

Miżura 7: Garanzija pubblika għas-self

(16)

L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li, fid-dawl tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat f’forma ta’ garanzija (6) (minn issa ‘l quddiem, “l-avviż ta’ garanzija”), il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. L-ewwel nett, Pickman ma jistax jitqies bħala intrapriża fi kriżi, u din kienet il-kundizzjoni sabiex jinkiseb self mingħajr l-intervent tal-Istat, minħabba li s-sitwazzjoni tiegħu tjiebet notevolment fl-2005, sal-punt li laħaq riżultati pożittivi fl-2006, u kien igawdi mill-fiduċja tal-banek, li fil-fatt tawh self b’kundizzjonjiet normali tas-suq, jigifieri bir-rata Euribor, li f’dak iż-żmien kienet ta’ 2,783 punt, b’żieda ta’ 1,25 punt.

(17)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li ma kienx hemm għajnuna mill-Istat, minħabba li l-garanzija kienet marbuta biss ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika, jiġifieri, li tkopri 80 %, li jfisser EUR 1,3 miljun, tal-ammont totali ta’ self b’tul ta’ żmien limitat għal 10 snin. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Spanjoli jispeċifikaw li Pickman ħallas il-prezz tas-suq għall-garanzija minħabba li ħallas primjum ta’ 1,5 % fis-sena, u rreġistra ipoteka favur IDEA li weħedha kienet tirrappreżenta t-13 % tal-EUR 10 950 000 tal-valur tal-assi immobbli.

Miżuri 3 sa 6: Self parteċipattiv u sussidji

(18)

L-awtoritajiet Spanjoli ma ċaħdux it-tip ta’ għajnuna tal-miżuri 3 sa 6, iżda jsostnu li ma infurmawhomx minħabba li kienu kkunsidrawhom bħala parti mill-iskema ta’ għajnuna favur l-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-SMEs fl-Andalucía, li kien jipprevedi wkoll il-possibbiltà li tingħata għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ SMEs fi kriżi, li kien diġà awtorizzat mill-Kummissjoni (7) (minn issa ‘l quddiem “l-iskema awtorizzata”).

(19)

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli jgħidu li l-kundizzjonjiet kollha stipulati fl-iskema awtorizzata kienu ssodisfati. Jammettu li ma ġietx irrispettata bl-eżatt id-dispożizzjoni li kienet tiffissa t-total tal-ammont massimu tal-għajnuna awtorizzata lill-benefiċjarju, minħabba li l-miżuri 3 sa 6 kienu jammontaw għal total ta’ EUR 4,46 miljun. Madankollu, iqisu li l-fatt li ma nfurmawx lill-Kummisjoni dwar l-ammont żgħir ta’ EUR 0,46 miljun li kien hemm żejjed, jew anki dwar l-ammont totali tal-għajnuna, jikkostitwixxi irregolarità amministrattiva li taffettwa l-konformità sostanzjali tal-miżura fl-iskema awtorizzata. Dan il-fatt għandu jiġi rikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni.

(20)

Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-miżuri 3 sa 6 għandhom jiġu vvalutati skont il-Linji Gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ intrapriżi fi kriżi (8) adottati fl-1999 (minn issa ‘l quddiem “il-Linji Gwida tal-1999”) minħabba li dawn huma l-uniċi li kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna, bħala operazzjoni eċċezzjonali prevista fi pjan ta’ ristrutturar mibgħut lill-awtoritajiet Spanjoli fil-kuntest tal-iskema awtorizzata. Fil-fatt, għall-kuntrarju tal-valutazzjoni preliminari mwettqa mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, l-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li l-miżura 7 ma għandhiex titqies bħala għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 15 u 16) minħabba li l-għajnuna għar-ristrutturar ingħatat wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2004.

(21)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jenfasizzaw il-fatt li, kemm skont il-Linji Gwida tal-1999 kif ukoll dawk tal-2004, l-għajnuna għandha titqies bħala għajnuna għar-ristutturar kompatibbli. Fil-fatt fl-2003 Pickman kellu 128 impjegat u l-fatturat tiegħu kien ta’ EUR 2.35 miljun, li jikkwalifika bħala SME, li hija t-tip ta’ intrapriża li għaliha l-Kummissjoni ma teħtieġx li tawtorizza pjan. Fi kwalunkwe każ, il-pjan ta’ ristrutturar jissodisfa r-rekwiżiti tal-Kummissjoni, billi għandu tul ta’ żmien ta’ 6 snin, huwa limitat għall-minimu possibbli meħtieġ sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-vijabbiltà ta’ Pickman, kif jidher ċar fl-istudju dwar is-suq anness, u jipprevedi kontribuzzjoni importanti ta’ Pickman għall-vijabbiltà tiegħu. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli jirreferu għal Deċiżjoni li fiha l-Kummissjoni awtorizzat għajnuna ta’ ristrutturar mingħajr avviż lil SME Spanjola oħra tal-istess qasam ta’ Pickman, Porcelanas del Principado (9), abbażi tal-konformità sostanzjali mal-kundizzjonjiet stabbiliti fil-Linji Gwida tal-1999 u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni limitata li tirriżulta mill-għajnuna.

(22)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Spanjoli jenfasizzaw l-importanza li Pickman għandu fl-industrija lokali tal-Andalucía u ta’ Spanja, billi jqabblu t-tradizzjoni storika u kulturali tagħha mad-distorsjoni limitata tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn għajnuna lil SME b’sehem limitat ħafna tas-suq.

6.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

(23)

Wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni rċeviet biss il-kummenti tal-benefiċjarju, Pickman, dwar id-diversi miżuri inkwistjoni. Dawn il-kummenti jidhru fil-paragrafi 24-32.

Miżura 2: Ħfir ta’ dejn mat-Teżor tas-Sigurtà Soċjali

(24)

Pickman ikkontesta l-analiżi preliminari tal-Kummissjoni li kienet tgħid li l-miżura 2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u tikkonferma l-argumenti msemmija mill-awtoritajiet Spanjoli, li jaffermaw li l-ftehim speċjali ffirmat mat-Teżor tas-Sigurtà soċjali kien preferibbli u kien jiggarantixxi rkupru akbar u kemm jista’ jkun malajr, li jaqbel mal-ħsieb ta’ kreditur privat f’ekonomija tas-suq. Il-benefiċjarju jispeċifika wkoll il-fatt li, minn dak iż-żmien, tħallas id-dejn kollu pendenti ta’ Pickman mat-Teżor tas-Sigurtà Soċjali u l-kontribuzzjonjiet ta’ wara tħallsu b’mod regolari.

Miżura 7: Garanzija pubblika għas-self

(25)

Fir-rigward tal-miżura 7, Pickman qal li din ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat minħabba li ma tissodisfax l-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Avviż ta’ garanzija.

(26)

Fil-fatt, f’Diċembru tal-2005, Pickman kien ħiereġ mill-kriżi peress li t-telf tiegħu kien naqas minn EUR 2 miljun fl-2004 għal bejn wieħed u ieħor EUR 0,15 miljun fl-2005. Barra minn hekk, seta’ jieħu self ta’ flus u b’kundizzjonijiet normali tas-suq, kiseb self li jammonta għal EUR 3,3 miljun mill-Monte de Piedad y Caja de Ahorros de Huelva y Sevilla fl-2004, meta kien għadu fi żmien ta’ kriżi, u ta garanzija ta’ kollox b’ipoteka. Il-garanzija pubblika inkwistjoni għas-self ta’ EUR 1,6 miljun ma kinitx tkopri iktar minn 80 % tal-istess self, u t-tul ta’ żmien tagħha kien limitat għal għaxar snin. Fl-aħħar, tħallas il-prezz tas-suq għas-self: Pickman ħallas primjum ta’ 1,5 % fis-sena u assigura l-garanzija kompletament b’ipoteka favur IDEA fuq parti mill-assi immobbli tiegħu.

(27)

Bħala risposta għal talba mill-Kummissjoni għal stima tal-valur tal-assi immobbli ta’ Pickman matul l-aħħar snin, Pickman bagħat żewġ stimi indipendenti bid-dati tal-31 ta’ Mejju 2005 (EUR 10 962 598,56) u l-4 ta’ Ottubru 2007 (EUR 12 512 066,27). Fl-20 ta’ Mejju 2004, l-assi immobbli ma kellhomx ipoteka filwaqt li fit-8 ta’ Mejju 2007 kellhom żewġ ipoteki, l-ewwel waħda favur il-Monte de Piedad y Caja de Ahorros de Huelva y Sevilla u t-tieni waħda favur IDEA, b’ammont ta’ EUR 3 300 000 b’żieda tal-interessi u l-ispejjeż, u ta’ EUR 1 300 000, b’żieda ta’ EUR 104 000 ta’ spejjeż rispettivament. Pickman isostni li l-ammont totali ta’ dawn l-ipoteki baqa’ jkun notevolment inqas mill-valur stmat tal-assi immobbli, u għalhekk is-sogru limitat ħafna li ħadet IDEA kien kopert fil-wisa’ skont il-prezz globali li normalment jitħallas fis-suq. Konsegwentament, Pickman jikkunsidra li jintlaħqu l-erba’ kundizzjonijiet u li ma teżistix għajnuna mill-Istat.

Miżuri 3 sa 6: Self partiċipattiv u sussidji

(28)

Pickman ma ddiskutiex il-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni li tgħid li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, iżda jsostni li huma kompatibbli mal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE, u li huma koperti mill-iskema awtorizzata, li tipprevedi l-possibbiltà li tingħata għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ SMEs fi kriżi.

(29)

Pickman saħaq fuq il-fatt li l-miżuri jissodisfaw ir-rekwiżit stabbilit fl-iskema awtorizzata, u li l-limitu ta’ EUR 4 miljun inqabeż biss b’EUR 0,46 miljun, li huwa ferm inqas mil-limitu ta’ EUR 10 miljun indikat fil-punt 68 tal-Linji Gwida tal-1999 għall-iskemi tal-għajnuna għall-SMEs.

(30)

L-iskema awtorizzata, kif ukoll il-Linji Gwida tal-1999, jirrikjedu li l-għajnuna tkun limitata għal minimu meħtieġ u li l-benefiċjarju jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għall-pjan biex terġa’ tiġi stabbilita l-vijabbiltà fuq medda twila, filwaqt li ma tipprevedix kumpens, bil-kundizzjoni biss li l-benefiċjarju tal-għajnuna li ma jżidx il-kapaċità produttiva tiegħu.

(31)

Pickman isostni li l-pjan ta’ ristrutturar li kien jawtorizza l-miżuri 3 sa 6, imfassal minn konsulent indipendenti, Auditoría y Consulta, S.A., f’Ottubru 2003, u approvat mill-awtoritajiet Spanjoli f’Marzu tal-2004, jissodisfa bis-sħiħ dawn ir-rekwiżiti f’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ “għajnuna ta’ darba”, il-bżonn, il-kontribuzzjoni proprja, il-projbizzjoni taż-żieda fil-kapaċità, u l-perspettivi ta’ vijabbiltà fuq medda twil f’ċirkustanzi differenti.

(32)

L-aħħar nett, Pickman jispeċifika li l-miżuri ma kkawżawx distorsjoni li mhix xierqa fis-suq, billi taw benefiċċju lil intrapriża ta’ daqs medju li tinsab f’reġjun tal-Artikolu 87(3)(a), bi kwota tas-suq li hija ferm baxxa meta mqabbla mal-volumi kummerċjali ġenerali, li kkonformat bis-sħiħ mal-pjan taż-żmien għar-ristrutturar approvat u li effettivament saħħet il-qagħda finanzjarja tagħha mill-2006, u għalhekk ma kienx meħtieġ li jingħata kumpens.

(33)

Għal dak li jirrigwarda l-kummenti ta’ Pickman, l-awtoritajiet jappoġġaw bis-sħiħ l-argumenti ppreżentati, kif ukoll il-konklużjoni li l-miżuri 2 u 7 ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat, filwaqt li l-miżuri 3 sa 6 jikkostitwixxu għajnuna eżistenti u li, fi kwalunkwe każ, hija kompatibbli mas-suq komuni.

7.   VALUTAZZJONI

Eżistenza tal-għajnuna

(34)

F’konformità mal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, l-għajnuna mogħtija minn Stati Membri jew permezz ta’ fondi tal-Istat ta’ kwalunkwe tip, li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, titqies bħala inkompatibbli mas-suq komuni, billi taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(35)

Bħala punt ta’ tluq, il-Kummissjoni se teżamina l-miżura 7 wara li tkun ivvalutat il-miżura 2, billi ssegwi l-istess ordni ta’ kummenti min-naħa tal-awtoritajiet Spanjoli u dawk tal-benefiċjarju. Fil-fatt, il-kwalifika tal-miżura 7 għandha implikazzjonijiet dwar is-sett ta’ regolamenti li għandhom jiġu applikati fuq il-bqija tal-miżuri 3-6, kif antiċipat fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura u kif stabbilita f’din id-Deċiżjoni.

Miżura 2: Ħfir ta’ dejn mat-Teżor tas-Sigurtà Soċjali

(36)

Fir-rigward tal-miżura 2, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura jirreferu għall-fatt jekk fin-negozjar tad-dejn ta’ Pickman, it-Teżor tas-Sigurtà Soċjali żvolġiex jew le r-rwol ta’ kreditur privat.

(37)

L-ewwel nett, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, il-krediti għall-kwoti tas-Sigurtà Soċjali jgawdu minn trattament ta’ preferenza, li jikkonsisti fil-possibbiltà li jintlaħaq ftehim speċjali minflok il-parteċipazzjoni fil-proċediment disponibbli għal kredituri mhux preferuti (10).

(38)

F’dan ir-rigward, l-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Spanjoli, u kkonfermata mill-kopji taż-żewġ ftehimiet, twassal għall-konklużjoni li l-ftehim speċjali milħuq mit-Teżor tas-Sigurtà Soċjali ma’ Pickman kien iktar favorevoli mill-ftehim li sar mill-intrapriża mal-kredituri ġenerali. Fil-fatt, dan tal-aħħar kien jagħti biss l-opportunità lill-kredituri ġenerali biex jagħżlu bejn l-irkupru ta’ 5 % tad-drittijiet tal-kreditu f’75 jum jew ta’ 20 % fi 17-il sena bla imgħax, filwaqt li l-Istat, permezz ta’ ftehim speċjali, kiseb il-possibbiltà li jirkupra t-18 % tal-kreditu tiegħu fi 8 snin, b’imgħax ta’ 3,25 % fis-sena, u dan id-dejn kien effettivament irkuprat kollu skont il-kalendarju previst.

(39)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li, fil-każ ta’ falliment eventwali ta’ Pickman, l-unika għażla li kien jibqagħlu t-Teżor tas-Sigurtà Soċjali kienet tkun li jipprova jirkupra d-dejn tiegħu bis-sekwestru ta’ ċerti assi tanġibbli u mhux tanġibbli. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli wrew b’mod adegwat li din l-għażla kienet tkun inqas profitabbli: is-sekwestru tal-assi tanġibbli u mhux tanġibbli ma kellu l-ebda valur reali, billi jagħti prijorità lill-ipoteka reġistrata minn qabel lill-organizzazzjoni pubblika RUMASA, u huwa raġonevoli li wieħed jaqbel mal-opinjoni tal-awtoritajiet Spanjoli, fis-sens li s-sekwestru eventwali tal-assi tanġibbli u mhux tanġibbli ma kienx ikun ċert, meta wieħed iqis li skont il-leġiżlazzjoni Spanjola dan kien jiddependi bilfors fuq xerrejja pontenzjali, li għalihom il-valur ta’ dawn l-assi kien ikun baxx ħafna jew saħansitra bla siwi ladarba jinfired mill-isem tal-intrapriża. Għalhekk, jidher li l-likwidazzjoni kienet tkun inqas favorevoli mis-suppożizzjonijiet li effettivament ikkunsidrat l-Amministrazzjoni Spanjola, li mill-pożizzjoni privileġġata tagħha fil-ftehim speċjali kellha provdut b’mod espliċitu fil-klawżola 10 li l-ftehim seta’ jitħassar fil-każ li jsir ftehim b’kundizzjonijiet aħjar ma’ kwalunkwe kreditur ieħor.

(40)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni hija konvinta li jibqa’ jidher ċar biżżejjed li t-Teżor tas-Sigurtà Soċjali aġixxa skont il-prinċipju ta’ kreditur f’ekonomija tas-suq, konformi mas-sentenza Tubacex  (11), billi fittex alternattiva li setgħet fil-fatt ittih garanzija tal-aħjar irkupru possibbli bl-iktar kundizzjonijiet effettivi. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta’ ħfir tad-dejn ta’ Pickman mas-Sigrutà Soċjali ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

Miżura 7: Garanzija pubblika għas-self

(41)

Għal dak li jirrigwarda l-miżura 7, fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar jekk Pickman setax jikseb self ta’ EUR 1.3 miljun mill-Caja Provincial San Fernando de Sevilla y Jerez mingħajr il-garanzija fuq EUR 1.3 miljun mingħand IDEA.

(42)

Il-Kummissjoni vvalutat il-miżura fil-kuntest tal-Avviż fuq il-garanzija. Fil-fatt, kif speċifikat fit-Taqsima 4, il-garanziji individwali ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE jekk i) min jissellef ma jkunx jinsab f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli, ii) min jissellef ikun f’qagħda li jikseb, teorikament, self b’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr l-intervent tal-Istat, iii) il-garanzija hija marbuta ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika, tirreferi għal ammont fiss, ma tkoprix iktar minn 80 % tas-self u għandha tul ta’ żmien limitat, u iv) għall-garanzija tħallas prezz tas-suq, li jirrifletti elementi varji, bħal pereżempju t-tul ta’ żmien u l-benefiċċji mogħtija mill-istess garanzija.

(43)

Skont l-Avviż ta’ garanzija u l-prattika rilevanti tal-Kummissjoni, il-kundizzjoni iii) kienet issodisfata minħabba li hija marbuta ma’ self speċifiku, limitat għal 10 snin u li jkopri biss 80 % tal-istess self, jigifieri l-ammont fiss ta’ EUR 1,3 miljun.

(44)

Fir-rigward tal-kundizzjoni i), il-Kummissjoni tikkunsidra li fil-mument meta sar is-self u l-garanzija fit-28 ta’ Diċembru 2005, kien għadu ma spiċċax il-perjodu ta’ ristrutturar. Madankollu, huwa minnu li f’Diċembru 2005 s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Pickman kienet tjiebet b’mod konsiderevoli u li l-pjan ta’ ristrutturar kien laħaq fażi konsolidata, filwaqt li kien irreġistra qligħ ta’ EUR 0,7 miljun fl-2006. Minħabba dawn ir-raġunijiet, wieħed ma jistax jeskludi li Pickman ma kienx diġà f’sitwazzjoni ta’ kriżi meta ngħata l-għajnuna ta’ garanzija. Madankollu, minħabba li l-perjodu ta’ ristrutturar kien spiċċa, wieħed ma jistax jeskludi li Pickman kien għadu jħabbat wiċċu ma’ xi diffikultajiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li l-garanzija ma kinitx ivvalutata skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(45)

Fir-rigward tal-kundizzjoni (ii), tajjeb li wieħed isemmi li fl-2004, meta l-intrapriża kienet ċertament tikkwalifika bħala intrapriża fi kriżi, Pickman kiseb self mill-Monte de Piedad y Caja de Ahorros de Huelva y Sevilla ta’ EUR 3,3 miljun, bis-saħħa tal-fatt li seta’ jiggarantixxi għalih bis-sħiħ permezz ta’ ipoteka fuq parti mill-assi tal-intrapriża.

(46)

A fortiori, ma jistax jiġi affermat li Pickman ma kienx f’qagħda li jikseb self mingħajr intervent tal-Istat fl-aħħar tal-2005. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ li ġara meta ma kisibx is-self mingħajr intervent pubbliku fl-2004, l-ewwel parti tar-ristrutturar kienet tlestiet u l-pjan kien issoda fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni finanzjarja iktar b’saħħitha. Barra minn hekk, Pickman iggarantixxa s-self tiegħu fl-2004 direttament mal-bank minflok ma’ IDEA. Il-fatt li l-Caja Provincial San Fernando de Sevilla y Jerez aċċetat li tagħti self lil Pickman b’kundizzjonijiet tas-suq, u li ħa s-sogru ta’ 20 % tas-self imsemmi bla garanziji jew sigurtà oħra fuq din il-parti, jikkonferma din il-konklużjoni.

(47)

Fid-dawl ta’ dan, minn naħa, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li fit-28 ta’ Diċembru 2005 Pickman kien għadu jikkwalifika bħala intrapriża fi kriżi, iżda min-naħa l-oħra, tikkonsidra li Pickman seta’ jikseb mill-bidu self b’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr intervent mill-Istat, b’tali mod li t-total tal-għajnuna ma jikkorrispondix mat-total tas-self, iżda jippreżenta vantaġġ ekonomiku potenzjali li jirriżulta mill-istess garanzija mill-Istat.

(48)

Fl-aħħar, għal dak li jirrigwarda l-kundizzjoni iv), il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-self kien ingħata għal 10 snin bi prezz tas-suq, jiġifieri, b’imgħax tat-tip Euribor, li dakinhar kien ta’ 2,783 punt iktar, b’żieda ta’ 1,25 %, li jista’ jitqabbel ma’ dak tas-suq Spanjol għal krediti għal intrapriżi b’saħħithom. Fir-rigward tal-prezz imħallas għal garanzija, kif speċifikat qabel, minħabba li ma jistax jiġi eskluż li Pickman kien fi kriżi, għandu jiġi vverifikat jekk il-primjum kienx jikkorrispondi mal-primjums tas-suq. F’dan il-każ, ma jistax jiġi eskluż, meta wieħed jikkunsidra l-istatut tal-intrapriża, li dan il-primjum kien jinkludi element ta’ għajnuna. Madankollu, fl-istess ħin wieħed irid jispeċifika li fid-dawl tal-prattika attwali tal-Kummissjoni, l-element ta’ għajnuna jidher pjuttost limitat. L-ewwel nett, il-Kummissjoni aċċettat il-primjum ta’ garanzija ta’ 1,5 % mingħajr għajnuna mill-Istat skont il-prattika tal-Kummissjoni li taċċetta primjum ta’ 0,5 % għal skemi ta’ garanzija għal intrapriżi b’saħħithom mingħajr depożitu ta’ garanzija (12). F’dan il-każ, il-primjum huwa 3 darbiet ikbar. It-tieni nett, il-garanzija f’dan il-każ kellha ipoteka ta’ sigurtà ta’ EUR 10 962 598,56 favur l-Istat fil-31 ta’ Mejju 2005, u ta’ EUR 12 512 066,27 fl-4 ta’ Ottubru 2007.

(49)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li Pickman seta’ kiseb self mingħajr l-intervent tal-Istat bis-saħħa tas-sikurezza ta’ livell għoli u tas-sitwazzjoni finanzjarja mtejba tagħha. Għalhekk, l-għajnuna ma tiġix ikkalkulata skont l-ammont totali tas-self. L-għajnuna tikkonsisti fid-differenza bejn il-primjum li tħallas u dak li kieku intrapriża f’sitwazzjoni simili kien ikollha tħallas, filwaqt li tittieħed inkonsiderazzjoni l-garanzija finanzjarja miksuba kollha. Fid-dawl tal-ammont limitat ta’ self ta’ EUR 1,6 miljun, il-livell għoli tal-garanzija u l-fatt li din tinvolvi primjum ta’ 1,5 %, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-element ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż il-EUR 100 000, il-limitu minimu fis-seħħ dak iż-żmien (13).

Miżuri 3 sa 6: Self partiċipattiv u sussidji

(50)

Fir-rigward tal-miżuri 3 sa 6, fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni kienet tiddubita kemm dawn setgħu jitqiesu li ma jikkostitwux għajnuna skont il-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq.

(51)

Dawn id-dubji huma kkonfermati b’din id-Deċiżjoni. Effettivament, is-sussidji ma setgħux jingħataw lura u s-self parteċipattiv kellu jiġi rkuprat annwalment permezz ta’ trasferiment ta’ 10 % mill-qligħ li ma kienx irendi imgħax, u għalhekk jidher ċar li l-Junta de Andalucía, billi ma stenniet l-ebda rendiment mill-investiment, ma użatx l-istess trattament bħalma kieku kien juża investitur f’ekonomija tas-suq. Barra minn hekk, dawn il-miżuri, li ġew mogħtija fil-kuntest ta’ pjan ta’ ristrutturar għall-perjodu 2004-2009, ġew approvati mill-Junta ta’ Andalucía u, għalhekk, huma attribwiti għall-Istat jew għal awtorità pubblika. Dawn il-miżuri kienu jagħtu lill-benefiċjarju uniku, Pickman, vantaġġ selettiv li jikkonsisti f’self preferenzjali u sussidji diretti, li normalment mhumiex disponibbli għal intrapriżi oħrajn. Pickman huwa attiv fil-qasam tas-suq tal-oġġetti taċ-ċeramika, taċ-ċaqquf jew tal-kina li jintużaw fil-kċina. Ladarba dawn il-prodotti jiġu kkummerċjalizzati fil-Komunità, il-miżuri inkwistjoni jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u li jolqtu ħażin il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Spanja ma tiddubitax mill-kwalifika ta’ dawn il-miżuri bħala għajnuna mill-Istat.

(52)

Għalhekk, il-miżuri 3 sa 6 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, u għalhekk għandha ssir valutazzjoni tal-kompatibbiltà eventwali tagħhom. Il-fatt li l-għajnuna diġà ngħatat, u li ma ġiex osservat l-obbligu li għandhom l-Istati Membri biex javżaw dwar l-għajnuna minn qabel skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE, jimplika li din tikkostitwixxi għajnuna illegali.

Kumpatibbiltà tal-għajnuna

(53)

L-Artikolu 87, paragrafi 2 u 3 tat-Trattat, jipprovdi għal eċċezzjonijiet tal-inkompatibbiltà ġenerali deskritta fil-paragrafu 1 tal-istess Artikolu. Skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE, b’mod partikulari, tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna bil-ħsieb li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, dejjem jekk din ma tbiddilx il-kundizzjonijiet ta’ skambju kontra l-interess komuni.

(54)

Ladarba l-miżura 7 ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 41 sa 50), għall-kuntrarju ta’ dak li ġie kkunsidrat qabel id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kompatibbiltà tal-miżuri 3 sa 6 ma għandhiex tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2004.

(55)

Fil-fatt, il-punt 104 tal-Linji Gwida tal-2004 jagħmilha ċara li “il-Kummissjoni teżamina l-kompattibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna kollha mogħtija għas-salvataġġ u r-ristrutturar, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni u, għalhekk, bi ksur tad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3 tal-Artkolu 88 tat-Trattat skont dawn il-Linji Gwida, meta l-għajnuna, jew parti minnha, tkun ingħatat wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(56)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-miżuri 3 sa 6, bħala operazzjoni eċċezzjonali prevista minn pjan ta’ ristrutturar, li ngħataw fid-data tal-approvazzjoni mill-awtoritajiet Spanjoli tal-pjan, it-2 ta’ Marzu 2004, u li l-ebda parti mill-għajnuna ma ngħatat wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2004. Għalhekk japplikaw il-Linji Gwida tal-1999.

(57)

Fit-Taqsima 3.2.2 tal-Linji Gwida tal-1999, hemm stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar, soġġetti għad-dispożizzjoni speċjali fil-punt 55, li fil-każ ta’ SME, jintqal li l-kundizzjonijiet inkwistjoni japplikaw b’mod inqas riġidu u, partikolarment, normalment ma jesiġux kumpens. Il-Kummisjoni kkunsidrat din il-valutazzjoni speċifika fi kwistjoni, fost l-oħrajn, li tirrigwarda wkoll SME fil-qasam tal-produzzjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramica, taċ-ċaqquf jew tal-kina li jintużaw fil-kċina, l-intrapriża Porcelanas del Principado (14).

(58)

L-ewwel nett, huwa meħtieġ li l-intrapriża tkun ikkunsidrata bħala waħda fi kriżi skont kif stabbilit fil-Linji Gwida. Kif ammettew l-awtoritajiet Spanjoli, sal-2004 Pickman kien jinsab fit-tali sitwazzjoni, kif muri mill-fatt li l-fondi tagħha kienu negattivi u t-telf kien qed jiżdied, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-assi tagħha kienu tpoġġew bħala ipoteka favur l-intrapriża RUMESA, u għalhekk kien kważi ċert li f’qasir żmien din kienet se twaqqaf in-negozju.

(59)

It-tieni nett, l-għoti tal-għajnuna huwa soġġett għal pjan ta’ ristrutturar, li għandu jkollu perjodu ta’ żmien kemm jista’ jkun qasir, biex jerġa’ jistabilixxi l-vijabbiltà tal-intrapriża għal perjodu ta’ żmien twil u raġonevoli abbażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet tal-azjenda fil-ġejjieni. Fir-rigward tal-SMEs, skont il-prattika tal-Kummissjoni, id-dispożizzjoni fil-paragrafu 55 kienet tiġi interpretata fis-sens li teskludi l-ħtieġa li l-Kummissjoni nnifisha tawtorizza pjan fil-każijiet ta’ skemi applikabbli għal SMEs.

(60)

Kif osservaw l-awtoritajiet Spanjoli, Pickman bagħtet pjan ta’ ristrutturar lill-awtoritajiet nazzjonali, imħejji minn esperti indipendenti tal-Auditoría y Consulta S.A., illi:

jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li wasslu lill-intrapriżi għal kriżi: sidien u ġestjoni mhux stabbli u mhux adegwati, nuqqas ta’ motivazzjoni minħabba n-numru kbir u l-iżbilanċ fit-tqassim tal-persunal, livell għoli ta’ ħsarat u spejjeż għal kull unità meta mqabbel mal-kompetituri, stokks eċċessivi, defiċit fir-rata tal-użu tal-kapaċità, nuqqas ta’ strateġija għal terminu ta’ żmien medju jew twil, u nuqqas ta’ politika ta’ kummerċjalizzazzjoni;

janalizza s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjara ta’ Pickman abbażi tal-informazzjoni tas-snin 2000-2003: fondi negattivi tal-intrapriża, sekwestru ta’ ċerti assi, proporzjon għoli ta’ dejn u problemi serji ta’ likwidità, tnaqqis fil-profittabbiltà u fil-valur tal-bejgħ, bil-konsegwenza ta’ żieda relattiva fl-ispejjeż tal-persunal;

jidentifika l-pożizzjoni kompetittiva ta’ Pickman fis-suq ta’ referenza, bi kwoti tas-suq baxxi ħafna meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, billi juri l-punti dgħajfa u fl-istess waqt dawk b’saħħithom, l-iktar ir-reputazzjoni straordinarja tal-kwalità u tal-valur storiku u kulturali fit-tradizzjoni Spanjola.

(61)

Barra minn hekk, fil-pjan ta’ ristrutturar kienu qed jiġu ppjanati żewġ fażijiet differenti: l-ewwel fażi kienet tinkludi l-biċċa l-kbira tal-interventi fl-2004, filwaqt li t-tieni fażi kienet tikkonsisti fit-tisħiħ gradwali tas-sitwazzjoni ġenerali ta’ Pickman fis-snin 2005-2009 (ara t-Tabella 2). Dawn l-interventi, bil-ħsieb li jikkoreġu n-nuqqasijiet strutturali tal-intrapriża u li jiggarantixxu l-vijabbiltà tagħha għal terminu ta’ żmien twil jirreferu għall-istabbiliment ta’ ġestjoni ġdida, l-ippjanar ta’ pjanta organizzattiva adegwata għall-proċess ta’ produzzjoni, it-tnaqqis u t-tqassim mill-ġdid tal-persunal, in-negozjar ta’ ftehim kollettiv ġdid, ir-riorganizzazzjoni fl-użu ta’ impjanti bl-għan li dawn jintużaw bl-aħjar mod, immodernizzar importanti fit-tekonoloġija u l-IT, l-investiment fil-qasam kummerċjali fis-sens ta’ persunal u ta’ azjendi tekniċi tal-marketing, il-ħolqien ta’ kanali ġodda ta’ distribuzzjoni, il-bilanċ bejn il-fondi proprji u l-kapital soċjali, l-aġġustament tal-proporzjon ta’ dejn u l-kisba ta’ livell minimu ta’ likwidità.

(62)

Fil-pjan, dawn l-interventi msemmija jirreferu għal ipoteżijiet diversi, u jirriflettu l-eventwalitajiet l-iktar ottimisti, l-inqas ottimisti u dawk medji, u l-adozzjoni tal-eventwalitajiet medji ta’ produttività f’livelli ta’ 7.5 %, u livelli ta’ bejgħ li jirriflettu dawk irreġistrati mill-impriża fl-2002, jidhru li jippreżentaw tbassir finanzjarju realistiku, li l-figuri ewlenin tiegħu jidhru fit-Tabella 1 u li sal-lum effettivament intlaħqu.

Tabella 1

[EUR miljun]

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

Valur tal-fatturat

2,7

4,4

6,5

7,5

9,3

10,6

Fondi tal-intrapriża

–7,1

–7,9

–7,2

–5,8

–2,9

0,9

Spejjeż operattivi

–5,5

–5,4

–5,5

–5,2

–5,3

–5,6

Spejjeż tal-persunal

–3,2

–3,2

–3,2

–3,1

–3,2

–3,3

Assi finanzjarji

0,4

0,01

0,1

0,07

0,1

0,2

Riżultat operattiv

–1,9

–0,2

1,4

2,0

3,5

4,6

(63)

It-tielet nett, għandha tiġi evitata kull distorsjoni mhux xierqa tal-kompetizzjoni. Ladarba “l-għajnuna mogħtija lill-intrapriżi inkluża fil-kategorija tal-SMEs tbiddel, bħala regola ġenerali, il-kundizzjonijiet tal-iskambju fuq dimenjsoni iżgħar minn dik mogħtija lill-intrapriżi l-kbar”, “l-għoti ma jkunx, ġeneralment, marbut ma’ kumpens” (il-punt 55 tal-Linji Gwida tal-1999) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. F’dan ir-rigward, ta’ min josserva li Pickman huwa intrapriża ta’ daqs medju b’137 impjegat u b’bejgħ ta’ EUR 2 miljun fl-2003, bi kwota tas-suq limitata għal-livell Komunitarju. Barra minn hekk, ta’ min jispeċifika li fil-każ ta’ Porcelanas del Principado, intrapriża ta’ daqs medju li topera fl-istess qasam, il-Kummissjoni ma imponietx miżuri ta’ kumpens. Skont din l-istess prattika, id-distorsjoni limitata tal-kompetizzjoni li setgħet irriżultat mill-għajnuna lil Pickman ma teħtieġx l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens.

(64)

Barra minn hekk, milli jidher fil-każ ta’ Pickman, i) mhijiex prevista żieda fil-kapaċità bħala konsegwenza tal-pjan ta’ ristrutturar; ii) il-persunal tal-intrapriża għandu jiġi organizzat mill-ġdid bi tnaqqis f’ċerti impjanti u b’investiment fil-qasam kummerċjali u f’dak tal-informatika; iii) id-daqs ta’ Pickman huwa żgħir, jista’ jikkwalifika għall-għajnuna; iv) il-preżenza li minnha tista’ tgawdi l-intrapriża fis-suq hija limitata ħafna u kienet saħansitra iktar minn hekk fl-2003 meta mqabbla mal-kompetituri tagħha (ara l-istudju tas-suq imsemmi qabel), u fl-aħħar nett, v) skont il-mappa ta’ għajnuniet b’għan reġjonali fi Spanja għall-perjodu 2000-2006 (15), l-Andalucía kienet f’żona NUTS II u, skont il-PGD per capita (livell tal-poter tal-akkwist) tagħha, inqas minn 60 % tal-medja Komunitarja, tista’ tikkwalifika ma’ dak stabbilit fil-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE.

(65)

Fid-dawl ta’ dawn ir-raġunijiet, speċjalment l-impenn meħud minn Pickman biex ma jżidx il-kapaċità tiegħu, il-fatt li l-benefiċjarju jidħol fi ħdan it-tifsira ta’ SME, u li għandu pożizzjoni kompetittiva limitata u li jinsab f’żona assistita, il-Kummissjoni, skont il-prattika normali tagħha, tikkunsidra li t-tielet kundizzjoni hija sodisfatta, ladarba d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-miżuri hija limitata u li ċertament ma tmurx kontra l-interess komuni.

(66)

Ir-raba’ nett, l-ammont u l-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu limitati għall-inqas meħtieġ biex jippermettu r-ristrutturar proporzjonat skont il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-intrapriża. Wieħed jispera li l-benefiċjarju tal-għajnuna jagħti kontribut importanti fil-pjan ta’ ristrutturar permezz tal-fondi tiegħu ladarba dan huwa kkunsidrat bħala sinjal li s-swieq għandhom fiduċja li jista’ jirnexxilu jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà.

(67)

Min-naħa l-oħra, l-ammont tal-għajnuna li l-awtoritajiet Spanjoli taw lil Pickman tela’ għal total ta’ EUR 4.46 miljun. Il-biċċa l-kbira tal-għajnuna kellha tintuża biex jitħallsu l-kredituri li kellhom jitħallsu f’qasir żmien (“Inversiones Jara S.A.” u “Faïencerie de Bouskoura”), filwaqt li s-sussidji ntużaw għal spejjeż tal-ħaddiema u, fuq kollox, f’investimenti li kellhom jimmaturaw wara għadd ta’ snin, kif jidher fit-Tabella 2.

Tabella 2

[EUR miljun]

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

Investimenti f’assi tanġibbli u mhux tanġibbli (*)

1,3

0,06

0,06

0,06

0,06

0,06

(68)

Min-naħa l-oħra, Pickman ikkontribwixxa għall-vijabbiltà tiegħu b’valur ta’ EUR 6,24 miljun, li ġew minn self privat miksub mill-propjetarju l-ġdid f’kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr l-ebda tip ta’ appoġġ pubbliku. Dan l-ammont jirrappreżenta t-58,3 % tal-finanzjament totali, li għalih Pickman “ikkontribwixxa b’mod importanti” f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-1999. Barra minn hekk, l-assi finanzjarji tal-intrapriża, li jidhru fit-Tabella 1, juru biċ-ċar li m’hemmx tbassir ta’ likwidità eċċessiva bħala riżultat tal-pjan. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex terġa’ tiġi stabbilita l-vijabbiltà.

(69)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tistma li, wara li qieset il-kunsiderazzjonijiet imsemmija qabel, il-miżuri 3 sa 6 provduti fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Pickman jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-SMEs fil-Linji Gwida tal-1999 u għandhom ikunu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE.

8.   KONKLUŻJONI

(70)

Wara li kkunsidrat dak kollu imsemmi hawn, il-Kummissjoni tikkonkludi li:

(a)

il-miżura 2 ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat ladarba t-Teżor tas-Siġurtà Soċjali aġixxa b’diliġenza kif mistenni minn kreditur ipotetiku f’ekonomija tas-suq;

(b)

il-miżuri 3 sa 6 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni, f’konformità mal-Linji Gwida tal-1999;

(c)

il-miżura 7 tinkludi element ta’ għajnuna mill-Istat li jaqa’ taħt il-limitu de minimis applikabbli fil-mument meta din ingħatat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mogħtija minn Spanja permezz tal-miżura 2, li timplika ħfir ta’ dejn mas-Siġurtà Soċjali permezz ta’ ftehim speċjali, differenti mill-ftehim ġenerali tal-kredituri, ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, minħabba li tirrispetta l-prinċipju ta’ kreditur privat f’ekonomija tas-suq.

L-għajnuna mogħtija minn Spanja permezz tal-miżuri 3, 4, 5 u 6, dwar self parteċipattiv u sussidji mogħtija mill-Junta de Andalucía fil-kuntest ta’ pjan ta’ ristrutturar ippreżentat biss fuq livell nazzjonali, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali li, skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE, hija kompatibbli mas-suq komuni.

L-għajnuna mogħtija minn Spanja permezz tal-miżura 7, li tikkonsisti f’garanzija mill-Junta de Andalucía ta’ EUR 1,3 miljun fuq is-self ta’ EUR 1,6 miljun, tikkostiwixxi għajnuna de minimis, li taqa’ barra mill-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 239, 11.10.2007, p. 12.

(2)  Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar it-tifsira ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(3)  Tagħrif mill-paġna tal-Internet tal-Industrija Ewropea taċ-Ċeramika www.cerameunie.eu u tal-Eurostat http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page?_pageid = 1073,46587259&_dad = portal&_schema = PORTAL&p_product_code = KS-BW-07-001

(4)  Għal finijiet ta’ ċarezza, in-numri użati fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura se jintużaw ukoll f’din id-Deċiżjoni.

(5)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(6)  ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14

(7)  Nru 507/2000 Skema tal-għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjiegi marbutin mal-investiment fl-SMEs.

(8)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(9)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/32/KE (ĠU L 11, 16.1.2004, p. 1).

(10)  Ara r-Real Decreto legislativo 1/1994 tal-20 ta’ Ġunju 1994, li japprova Adattament tat-Test tal-Liġi Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali li tirreferi għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 1924 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 943, paragrafu 1. D, tal-Kodiċi tal-Kummerċ.

(11)  Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-29 ta’ April 1999, fil-każ C-342/96, ECR 1996, p. I-2459.

(12)  Ara pereżempju l-każ Nru 512/07 (ĠU C 12, 17.1.2009, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30).

(14)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 11, 16.1.2004, p. 1).

(15)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-każ Nru C 773/1999, Mappa ta’ għajnuniet b’għan reġjonali għall-perjodu 2000-2006 (ĠU C 184, 1.7.2000, p. 22).

(*)  L-investimenti jikkonsistu fi nfiq ta’ stallazzjonijiet informatiċi u software (45 %), kostruzzjoni (1,5 %), stallazzjonijiet tekniċi (12 %) u stallazzjonijiet oħra (3 %).