ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.273.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/131/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill |
|
|
|
2009/762/KE |
|
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2009/763/KE |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 969/2009
tas-16 ta’ Ottubru 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
56,0 |
MK |
25,8 |
|
TR |
91,0 |
|
ZZ |
57,6 |
|
0707 00 05 |
TR |
134,7 |
ZZ |
134,7 |
|
0709 90 70 |
TR |
108,9 |
ZZ |
108,9 |
|
0805 50 10 |
AR |
83,1 |
CL |
83,5 |
|
TR |
81,3 |
|
US |
56,3 |
|
ZA |
64,5 |
|
ZZ |
73,7 |
|
0806 10 10 |
BR |
211,4 |
EG |
80,3 |
|
TR |
118,0 |
|
US |
205,1 |
|
ZZ |
153,7 |
|
0808 10 80 |
AU |
175,3 |
CL |
86,9 |
|
CN |
78,3 |
|
MK |
16,1 |
|
NZ |
83,2 |
|
US |
96,2 |
|
ZA |
77,9 |
|
ZZ |
87,7 |
|
0808 20 50 |
CN |
54,0 |
TR |
85,0 |
|
ZA |
89,8 |
|
ZZ |
76,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 970/2009
tas-16 ta’ Ottubru 2009
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 Diċembru 2009 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 Diċembru 2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-17 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-16 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.10.2009-31.12.2009 (%) |
1 |
09.4410 |
0,116144 |
4 |
09.4420 |
0,513837 |
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 971/2009
tas-16 ta’ Ottubru 2009
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Ottubru 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2010 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2010 huma assenjati skont il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu 1.1.2010-31.3.2010 (%) |
1 |
09.4211 |
0,391598 |
5 |
09.4215 |
9,859228 |
7 |
09.4217 |
86,483977 |
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 972/2009
tas-16 ta’ Ottubru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 963/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ottubru 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 963/2009 (3). |
(2) |
Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 963/2009. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 963/2009 għandu jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 963/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-17 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
(3) ĠU L 271, 16.10.2009, p. 3.
ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-17 ta’ Ottubru 2009
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju tal-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
16,73 |
ta' kwalità medja |
26,73 |
|
ta' kwalità baxxa |
46,73 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
62,34 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
25,55 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
25,55 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
62,34 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
15.10.2009
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2009
tas-16 ta’ Ottubru 2009
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 959/2009 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.
(4) ĠU L 270, 15.10.2009, p. 6.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-17 ta’ Ottubru 2009
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
36,83 |
0,24 |
1701 11 90 (1) |
36,83 |
3,86 |
1701 12 10 (1) |
36,83 |
0,10 |
1701 12 90 (1) |
36,83 |
3,56 |
1701 91 00 (2) |
40,06 |
5,45 |
1701 99 10 (2) |
40,06 |
2,32 |
1701 99 90 (2) |
40,06 |
2,32 |
1702 90 95 (3) |
0,40 |
0,28 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DIRETTIVI
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/12 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/131/KE
tas-16 ta’ Ottubru 2009
li temenda l-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Nru ERA/REC/XA/01-2009 tas-17 ta’ April 2009,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 9b(2) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) obbliga lill-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”) li sad-19 ta’ Jannar 2009 tirrevedi l-lista ta’ parametri fit-Taqsima 1 tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE u tagħmel rakkomandazzjonijiet li hi tikkunsidra adatti lill-Kummissjoni. |
(2) |
Ġaladarba t-Taqsima 1 attwali tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE fiha elementi li mhumiex parametri tal-vetturi, dawk l-elementi għandhom jitneħħew. |
(3) |
It-Taqsima 1 tal-Anness imsemmi fiha wkoll parametri li primarjament jirrelataw biss għal dik il-parti tal-vettura li tirrigwarda s-susbsistema tal-vetturi ferrovjarji. Jeħtieġ li l-lista tal-parametri tkopri sew il-parametri kollha ta’ vettura li għandhom ikunu kkontrollati b’irbit mal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz kif ukoll il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali. Għaldaqstant għandhom ikunu inklużi parametri ta’ subsistemi oħra li jiffurmaw parti mill-vettura. |
(4) |
Għalhekk, id-Direttiva 2008/57/KE għandha tkun emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
It-Taqsima 1 tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE għandha tinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaderixxu ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2010. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
“1. Lista ta’ parametri
1.1. |
Dokumentazzjoni ġenerali Dokumentazzjoni ġenerali (inkluża d-deskrizzjoni ta’ vetturi ġodda, rinnovati jew imtejba u informazzjoni dwar l-użu li għalih huma maħsuba, it-tiswija, l-operat u l-manutenzjoni, il-fajl tekniku, eċċ.) |
1.2. |
Struttura u partijiet mekkaniċi L-integritá mekkanika u l-interfaċċa bejn il-vetturi (inklużi r-respinġenti u t-tagħmir ta’ trazzjoni, passaġġi), is-saħħa tal-istruttura tal-vettura u l-apparat ta’ ġo fiha (eż. s-sits), il-kapaċitá tat-tagħbija, is-sikurezza passiva (inkluża r-reżistenza interjuri u esterjuri għall-ħabtiet) |
1.3. |
Interazzjoni mal-binarji u daqsijiet (gauging) Interfaċċi mekkaniċi mal-infrastruttura (inkluż l-aġir statiku u dinamiku, it-tolleranzi u l-iffittjar, id-daqsijiet (gauge), l-apparat marbut mar-roti passivi, eċċ.) |
1.4. |
Tagħmir tal-brejkijiet Elementi relatati mal-ibbrejkjar (inkluża l-protezzjoni kontra ż-żliq tar-roti, il-kontroll tal-ibbrejkjar u l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar fil-modi tal-użu tas-servizz, l-emerġenza u l-ipparkjar) |
1.5. |
Elementi relatati mal-passiġġieri Faċilitajiet għall-passiġġieri u l-ambjent tal-passiġġieri (inklużi t-twieqi u l-bibien tal-passiġġieri, ir-rekwiżiti għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, eċċ.) |
1.6. |
Kundizzjonjiet ambjentali u effetti aerodinamiċi L-impatt tal-ambjent fuq il-vettura u l-impatt tal-vettura fuq l-ambjent (inklużi l-kundizzjonijiet aerodinamiċi u kemm l-interfaċċa bejn il-vettura u l-parti tas-sistema ferrovjarja relatat mal-binarji kif ukoll l-interfaċċa mal-ambjent estern) |
1.7. |
Twissijiet esterni, marki, funzjonijiet u rekwiżiti tal-integrità tas-softwer Twissijiet esterni, marki, funzjonijiet u rekwiżiti tal-integrità tas-softwer, eż. Funzjonijiet relatati mas-sikurezza b’impatt fuq l-aġir tat-tren, inkluża d-databus tat-tren |
1.8. |
Provvista u kontroll tal-qawwa ta’ abbord Sistemi ta’ abbord għall-propulsjoni, il-qawwa u l-kontroll, flimkien mal-interfaċċa tal-vettura mal-infrastruttura tal-provvista tal-enerġija u l-aspetti kollha tal-kompatibbiltà elettromanjetika |
1.9. |
Faċilitajiet, interfaċċi u ambjent tal-persunal Faċilitajiet, interfaċċi kundizzjonijiet ta’ ħidma u ambjent ta’ abbord għall-persunal (inklużi l-kabini tas-sewwieqa, l-interfaċċa bejn is-sewwieq u l-magna) |
1.10. |
Sikurezza u evakwazzjoni f’każ ta’ nirien |
1.11. |
Manutenzjoni Faċilitajiet u interfaċċi ta’ abbord għall-manutenzjoni |
1.12. |
Kmand, kontroll u sinjalazzjoni ta’ abbord It-tagħmir kollu ta’ abbord li huwa meħtieġ biex ikunu żgurati l-movimenti ta’ kmand u kontroll tal-ferroviji awtorizzati li jivvjaġġaw fuq in-netwerk u l-effetti ta’ dan it-tagħmir fuq il-parti tas-sistema ferrovjarja relatata mal-binarji |
1.13. |
Rekwiżiti operattivi speċifiċi Rekwiżiti operattivi speċifiċi għall-vetturi (inkluż l-operat b’effiċjenza mnaqqsa, irkupru tal-vettura, eċċ.) |
1.14. |
Elementi relatati mal-merkanzija Rekwiżiti speċifiċi u ambjent speċifiku għall-merkanzija (inklużi faċilitajiet speċifikament meħtieġa għall-oġġetti perikolużi) |
L-ispjegazzjonijiet u l-eżempji bil-kursiv hawn qed jingħataw bi skop informattiv biss, u mhumiex definizzjonijiet tal-parametri.”
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/14 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(2009/762/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 26 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il “Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milqutin minn diżastri. |
(2) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta’ EUR 1 biljun. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista’ jkun immobilizzat. |
(4) |
Franza ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, dwar diżastru li sar kawża ta’ tempesta. |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 109 377 165 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI
DEĊIŻJONIJIET
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/15 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL- KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT INTERN
tas-16 ta’ Ġunju 2009
li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq
(2009/763/KE)
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 52(4) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjonijiet li jirrevedu l-Anness 1. |
(2) |
L-Anness 1 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 2/2007 tat-22 ta’ Ġunju 2007. |
(3) |
Mill-aħħar emenda għall-Anness 1 tal-Ftehim ġew adottati atti ġuridiċi Komunitarji ġodda fl-oqsma koperti mill-Ftehim. Għalhekk, l-Anness 1 għandu jerġa’ jinkiteb biex jiġi konformi mat-tibdil fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness 1 tal-Ftehim huwa b’dan irrevokat u ssostitwit bit-test anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2009.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Max FRIEDLI
Għall-Komunità Ewropea
Il-President
Enrico GRILLO PASQUARELLI
ANNESS
“ANNESS 1
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI
Skont l-Artikolu 52(6) ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera għandha tapplika d-dispożizzjonijiet ġuridiċi ekwivalenti għal dawn li ġejjin:
Disposizzjonijiet relevanti tal-Liġi Komunitarja
TAQSIMA 1 – DĦUL GĦALL-IMPJIEG
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/76/KE (ĠU L 277, 14.10.1998, p. 17). |
TAQSIMA 2 – STANDARDS SOĊJALI
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1360/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 207, 5.8.2002, p. 1). |
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 1), jew regoli ekwivalenti stabbiliti fil-Ftehim tal-AETR, inklużi l-emendi dwaru. |
— |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 484/2002 tal-1 ta’ Marzu 2002, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 għall-iskopijiet li jistabbilixxi attestazzjoni tax-xufiera (ĠU L 76, 19.3.2002, p. 1). Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim,
|
— |
Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35). |
— |
Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4) |
TAQSIMA 3 – STANDARDS TEKNIĊI
Vetturi bil-mutur
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, 10.11.1998, p. 1). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/542/KEE tal-1 ta’ Ottubru 1991 li temenda d-Direttiva 89/77/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ tniġġiż f’forma ta’ gass minn maġni tad-diżil li jintużaw fil-vetturi (ĠU L 295, 25.10.1991, p. 1). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 23.2.1992, p. 27), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/85/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 relatata ma’ tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 371, 19.12.1992, p. 1). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/7/KE tat-18 ta’ Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (ĠU L 46, 17.2.1997, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/27/KE tat-3 ta’ April 2003 (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 41). |
— |
Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq ta’ vetturi kummerċjali tajbin għas-sewqan li jiċċirkulaw fil-Komunità (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1). |
— |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/20/KE tat-8 ta’ April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà f’vetturi ta’ inqas minn 3.5 tunnellati (ĠU L 115, 9.5.2003, p. 63). |
— |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta’ April 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limitaturi tal-veloċità u l-emissjonijiet tal-exhaust ta’ vetturi kummerċjali (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 37). |
Trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tat-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 4). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11). |
Trasport bil-ferrovija ta’ merkanzija perikoluża
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/90/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 6). |
Konsulenti tas-sigurtà
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 fuq il-ħatra u l-kwalifiki vokazzjonali ta’ konsulenti dwar is-sigurtà għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 145, 19.6.1996, p. 10). |
— |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/18/KE tas-17 ta’ April 2000 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 118, 19.5.2000, p. 41). |
TAQSIMA 4 – DRITTIJIET TA’ AĊĊESS U TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta’ drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75). |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25). |
TAQSIMA 5 – OQSMA OĦRA
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19).” |
Rettifika
17.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/19 |
Rettifika għar- Regolament (KE) Nru 290/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji
(BĊE/2009/7)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 94 tat-8 ta’ April 2009 )
F'paġna 77, Anness I, punt 1 it-test tan-nota ta' qiegħ il-paġna tal-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:
“(*) |
Jiġifieri s-somma tad-differenzi ġewwa l-istrat iddefinita bħala għandha tkun anqas sostanzjalment mid-differenza totali tal-popolazzjoni ta’ rappurtar iddefinita bħala a , fejn h tindika kull strat, x i ir-rata ta’ l-imgħax għall-istituzzjoni i, ir-rata medja u sempliċi ta’ l-imgħax ta’ l-istrat h, n in-numru totali ta’ istituzzjonijiet fil-kampjun u il-medja sempliċi tar-rati ta’ l-imgħax ta’ l-istituzzjonijiet kollha fil-kampjun”; |
F'paġna 78, Anness II, Parti 1, sezzjoni I, it-test ta' punt 1 jinbidel b'dan li ġej:
“1. |
It-tip ta’ rata li l-aġenti ta’ rappurtar jipprovdu għall-kategoriji kollha ta’ strumenti ta’ depożiti u self jirreferu għal negozju ġdid u ammonti dovuti hija r-rata miftiehma annwalizzata (AAR). Hija ddefinita bħala r-rata tal-imgħax li hija miftiehma individwalment bejn l-aġenti ta’ rappurtar u l-household jew korporazzjoni mhux finanzjarja għal depo-żitu jew self, mibdula fuq bażi ta’ kull sena u kkwotata f’perċentwali kull sena. L-AAR ikopri l-ħlasijiet kollha tal-imgħax fuq depożiti u self, imma l-ebda ħlasijiet oħra li jistgħu japplikaw. Disagio, iddefinit bħala d-differenza bejn l-ammont nominali tas-self u l-ammont irċevut mill-konsumatur, jitqies bħala ħlas ta’ imgħax fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0) u huwa għalhekk rifless fl-AAR.”; |
F'paġna 78, Anness II, Parti 1, sezzjoni I, il-formula f'punt 2 tinbidel b'din li ġejja:
“”;
F'paġna 78, Anness II, Parti 1, sezzjoni I, f'punt 3 fl-ewwel linja:
minflok:
“r- rata effettiva”
aqra:
“r-rata effettiva”;
F'paġna 79, Anness II, Parti 2, sezzjoni IV, f'punt 17 ir-raba' linja:
minflok:
“huwa wżat”
aqra:
“huwa użat”;
F'paġna 80, Anness II, Parti 2, sezzjoni VI, f'punt 24 it-test jinbidel b'dan li ġej:
“24. |
Bidla minn rati ta’ imgħax fissi għal floating jew viċi versa (fil-ħin t1) matul iż-żmien tal-kuntratt, li jkun inftiehem fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0), m’hijiex ftehim ġdid imma parti tat-termini u l-kundizzjonijiet tas-self stabbiliti fil-ħin t0. Għalhekk m’hijiex meqjusa negozju ġdid.”; |
F'paġna 81, Anness II, Parti 3, sezzjoni VIII, f'punt 30 fl-ewwel linja:
minflok:
“Analogwi”
aqra:
“Analogi”;
F'paġna 81, Anness II, Parti 3, sezzjoni VIII, f'punt 30 fl-aħħar linja:
minflok:
“inma”
aqra:
“imma”;
F'paġna 84, Anness II, Parti 4, sezzjoni XIV, f'punt 53 fl-ewwel linja:
minflok:
“MFI interest rate”
aqra:
“rata ta' imgħax MFI”;
F'paġna 85, Anness II, Parti 4, sezzjoni XVI, f'punt 60:
minflok:
“L-Annes VIII”
aqra:
“L-Anness VIII”;
u
minflok:
“ġdidt”
aqra:
“ġdid”;
F'paġna 85, Anness II, Parti 5, sezzjoni XVI, f'punt 62:
minflok:
“kateoriji”
aqra:
“kategoriji”;
F'paġna 87, Anness II, Parti 6, f'punt 78:
minflok:
“t0”
aqra:
“t0”.