ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.273.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 273

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
17 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2009 tas-16 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 970/2009 tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2009 tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2009 tas-16 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 963/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ottubru 2009

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2009 tas-16 ta’ Ottubru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

10

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/131/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità ( 1 )

12

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

 

 

2009/762/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

14

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2009/763/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2009 tal- Komunità/l-Iżvizzera dwar it-trasport intern tas-16 ta’ Ġunju 2009 li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq

15

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar- Regolament (KE) Nru 290/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2009/7) ( ĠU L 94, 8.4.2009 )

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 969/2009

tas-16 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

56,0

MK

25,8

TR

91,0

ZZ

57,6

0707 00 05

TR

134,7

ZZ

134,7

0709 90 70

TR

108,9

ZZ

108,9

0805 50 10

AR

83,1

CL

83,5

TR

81,3

US

56,3

ZA

64,5

ZZ

73,7

0806 10 10

BR

211,4

EG

80,3

TR

118,0

US

205,1

ZZ

153,7

0808 10 80

AU

175,3

CL

86,9

CN

78,3

MK

16,1

NZ

83,2

US

96,2

ZA

77,9

ZZ

87,7

0808 20 50

CN

54,0

TR

85,0

ZA

89,8

ZZ

76,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 970/2009

tas-16 ta’ Ottubru 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 Diċembru 2009 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 Diċembru 2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-17 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-16 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.10.2009-31.12.2009

(%)

1

09.4410

0,116144

4

09.4420

0,513837


17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 971/2009

tas-16 ta’ Ottubru 2009

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Ottubru 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2010 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2010 huma assenjati skont il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu 1.1.2010-31.3.2010

(%)

1

09.4211

0,391598

5

09.4215

9,859228

7

09.4217

86,483977


17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 972/2009

tas-16 ta’ Ottubru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 963/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ottubru 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 963/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 963/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 963/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 963/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-17 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 271, 16.10.2009, p. 3.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-17 ta’ Ottubru 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

16,73

ta' kwalità medja

26,73

ta' kwalità baxxa

46,73

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

62,34

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

25,55

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

25,55

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

62,34


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.10.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

140,16

96,45

Prezz FOB USA

116,29

106,29

86,29

70,98

Tariffa fuq il-Golf

17,22

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

11,81

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

17,81  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

23,72  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2009

tas-16 ta’ Ottubru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 959/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 270, 15.10.2009, p. 6.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-17 ta’ Ottubru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

36,83

0,24

1701 11 90  (1)

36,83

3,86

1701 12 10  (1)

36,83

0,10

1701 12 90  (1)

36,83

3,56

1701 91 00  (2)

40,06

5,45

1701 99 10  (2)

40,06

2,32

1701 99 90  (2)

40,06

2,32

1702 90 95  (3)

0,40

0,28


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/12


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/131/KE

tas-16 ta’ Ottubru 2009

li temenda l-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Nru ERA/REC/XA/01-2009 tas-17 ta’ April 2009,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9b(2) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) obbliga lill-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”) li sad-19 ta’ Jannar 2009 tirrevedi l-lista ta’ parametri fit-Taqsima 1 tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE u tagħmel rakkomandazzjonijiet li hi tikkunsidra adatti lill-Kummissjoni.

(2)

Ġaladarba t-Taqsima 1 attwali tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE fiha elementi li mhumiex parametri tal-vetturi, dawk l-elementi għandhom jitneħħew.

(3)

It-Taqsima 1 tal-Anness imsemmi fiha wkoll parametri li primarjament jirrelataw biss għal dik il-parti tal-vettura li tirrigwarda s-susbsistema tal-vetturi ferrovjarji. Jeħtieġ li l-lista tal-parametri tkopri sew il-parametri kollha ta’ vettura li għandhom ikunu kkontrollati b’irbit mal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz kif ukoll il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali. Għaldaqstant għandhom ikunu inklużi parametri ta’ subsistemi oħra li jiffurmaw parti mill-vettura.

(4)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/57/KE għandha tkun emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

It-Taqsima 1 tal-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE għandha tinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaderixxu ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2010. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

“1.   Lista ta’ parametri

1.1.

Dokumentazzjoni ġenerali

Dokumentazzjoni ġenerali (inkluża d-deskrizzjoni ta’ vetturi ġodda, rinnovati jew imtejba u informazzjoni dwar l-użu li għalih huma maħsuba, it-tiswija, l-operat u l-manutenzjoni, il-fajl tekniku, eċċ.)

1.2.

Struttura u partijiet mekkaniċi

L-integritá mekkanika u l-interfaċċa bejn il-vetturi (inklużi r-respinġenti u t-tagħmir ta’ trazzjoni, passaġġi), is-saħħa tal-istruttura tal-vettura u l-apparat ta’ ġo fiha (eż. s-sits), il-kapaċitá tat-tagħbija, is-sikurezza passiva (inkluża r-reżistenza interjuri u esterjuri għall-ħabtiet)

1.3.

Interazzjoni mal-binarji u daqsijiet (gauging)

Interfaċċi mekkaniċi mal-infrastruttura (inkluż l-aġir statiku u dinamiku, it-tolleranzi u l-iffittjar, id-daqsijiet (gauge), l-apparat marbut mar-roti passivi, eċċ.)

1.4.

Tagħmir tal-brejkijiet

Elementi relatati mal-ibbrejkjar (inkluża l-protezzjoni kontra ż-żliq tar-roti, il-kontroll tal-ibbrejkjar u l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar fil-modi tal-użu tas-servizz, l-emerġenza u l-ipparkjar)

1.5.

Elementi relatati mal-passiġġieri

Faċilitajiet għall-passiġġieri u l-ambjent tal-passiġġieri (inklużi t-twieqi u l-bibien tal-passiġġieri, ir-rekwiżiti għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, eċċ.)

1.6.

Kundizzjonjiet ambjentali u effetti aerodinamiċi

L-impatt tal-ambjent fuq il-vettura u l-impatt tal-vettura fuq l-ambjent (inklużi l-kundizzjonijiet aerodinamiċi u kemm l-interfaċċa bejn il-vettura u l-parti tas-sistema ferrovjarja relatat mal-binarji kif ukoll l-interfaċċa mal-ambjent estern)

1.7.

Twissijiet esterni, marki, funzjonijiet u rekwiżiti tal-integrità tas-softwer

Twissijiet esterni, marki, funzjonijiet u rekwiżiti tal-integrità tas-softwer, eż. Funzjonijiet relatati mas-sikurezza b’impatt fuq l-aġir tat-tren, inkluża d-databus tat-tren

1.8.

Provvista u kontroll tal-qawwa ta’ abbord

Sistemi ta’ abbord għall-propulsjoni, il-qawwa u l-kontroll, flimkien mal-interfaċċa tal-vettura mal-infrastruttura tal-provvista tal-enerġija u l-aspetti kollha tal-kompatibbiltà elettromanjetika

1.9.

Faċilitajiet, interfaċċi u ambjent tal-persunal

Faċilitajiet, interfaċċi kundizzjonijiet ta’ ħidma u ambjent ta’ abbord għall-persunal (inklużi l-kabini tas-sewwieqa, l-interfaċċa bejn is-sewwieq u l-magna)

1.10.

Sikurezza u evakwazzjoni f’każ ta’ nirien

1.11.

Manutenzjoni

Faċilitajiet u interfaċċi ta’ abbord għall-manutenzjoni

1.12.

Kmand, kontroll u sinjalazzjoni ta’ abbord

It-tagħmir kollu ta’ abbord li huwa meħtieġ biex ikunu żgurati l-movimenti ta’ kmand u kontroll tal-ferroviji awtorizzati li jivvjaġġaw fuq in-netwerk u l-effetti ta’ dan it-tagħmir fuq il-parti tas-sistema ferrovjarja relatata mal-binarji

1.13.

Rekwiżiti operattivi speċifiċi

Rekwiżiti operattivi speċifiċi għall-vetturi (inkluż l-operat b’effiċjenza mnaqqsa, irkupru tal-vettura, eċċ.)

1.14.

Elementi relatati mal-merkanzija

Rekwiżiti speċifiċi u ambjent speċifiku għall-merkanzija (inklużi faċilitajiet speċifikament meħtieġa għall-oġġetti perikolużi)

L-ispjegazzjonijiet u l-eżempji bil-kursiv hawn qed jingħataw bi skop informattiv biss, u mhumiex definizzjonijiet tal-parametri.”


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/14


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2009/762/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il “Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milqutin minn diżastri.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista’ jkun immobilizzat.

(4)

Franza ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, dwar diżastru li sar kawża ta’ tempesta.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 109 377 165 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

DEĊIŻJONIJIET

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/15


DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL- KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT INTERN

tas-16 ta’ Ġunju 2009

li temenda l-Anness 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq

(2009/763/KE)

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 52(4) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjonijiet li jirrevedu l-Anness 1.

(2)

L-Anness 1 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 2/2007 tat-22 ta’ Ġunju 2007.

(3)

Mill-aħħar emenda għall-Anness 1 tal-Ftehim ġew adottati atti ġuridiċi Komunitarji ġodda fl-oqsma koperti mill-Ftehim. Għalhekk, l-Anness 1 għandu jerġa’ jinkiteb biex jiġi konformi mat-tibdil fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness 1 tal-Ftehim huwa b’dan irrevokat u ssostitwit bit-test anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2009.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Max FRIEDLI

Għall-Komunità Ewropea

Il-President

Enrico GRILLO PASQUARELLI


ANNESS

“ANNESS 1

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

Skont l-Artikolu 52(6) ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera għandha tapplika d-dispożizzjonijiet ġuridiċi ekwivalenti għal dawn li ġejjin:

Disposizzjonijiet relevanti tal-Liġi Komunitarja

TAQSIMA 1 –   DĦUL GĦALL-IMPJIEG

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/76/KE (ĠU L 277, 14.10.1998, p. 17).

TAQSIMA 2 –   STANDARDS SOĊJALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1360/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 207, 5.8.2002, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 1), jew regoli ekwivalenti stabbiliti fil-Ftehim tal-AETR, inklużi l-emendi dwaru.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 484/2002 tal-1 ta’ Marzu 2002, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 għall-iskopijiet li jistabbilixxi attestazzjoni tax-xufiera (ĠU L 76, 19.3.2002, p. 1).

Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim,

(a)

L-Artikolu 1 biss tar-Regolament (KE) Nru 484/2002 għandu japplika.

(b)

Il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għandhom jeżentaw liċ-ċittadini kollha tal-Konfederazzjoni Żvizzera, tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea mill-obbligu li jkollhom attestazzjoni tas-sewwieq.

(c)

il-Konfederazzjoni Żvizzera ma tistax teżenta liċ-ċittadini ta’ Stati oħra minbarra dawk msemmija fil-punt b) mill-obbligu li jkollhom fil-pussess tagħhom attestazzjoni mingħajr ma l-ewwel tikkonsulta u tikseb approvazzjoni mill-Komunità Ewropea.

Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4)

TAQSIMA 3 –   STANDARDS TEKNIĊI

Vetturi bil-mutur

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, 10.11.1998, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/542/KEE tal-1 ta’ Ottubru 1991 li temenda d-Direttiva 89/77/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ tniġġiż f’forma ta’ gass minn maġni tad-diżil li jintużaw fil-vetturi (ĠU L 295, 25.10.1991, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 23.2.1992, p. 27), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/85/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 relatata ma’ tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 371, 19.12.1992, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/7/KE tat-18 ta’ Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (ĠU L 46, 17.2.1997, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/27/KE tat-3 ta’ April 2003 (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 41).

Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq ta’ vetturi kummerċjali tajbin għas-sewqan li jiċċirkulaw fil-Komunità (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1).

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/20/KE tat-8 ta’ April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà f’vetturi ta’ inqas minn 3.5 tunnellati (ĠU L 115, 9.5.2003, p. 63).

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta’ April 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limitaturi tal-veloċità u l-emissjonijiet tal-exhaust ta’ vetturi kummerċjali (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 37).

Trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tat-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 4).

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11).

Trasport bil-ferrovija ta’ merkanzija perikoluża

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/90/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 6).

Konsulenti tas-sigurtà

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 fuq il-ħatra u l-kwalifiki vokazzjonali ta’ konsulenti dwar is-sigurtà għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 145, 19.6.1996, p. 10).

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/18/KE tas-17 ta’ April 2000 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 118, 19.5.2000, p. 41).

TAQSIMA 4 –   DRITTIJIET TA’ AĊĊESS U TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70).

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta’ drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75).

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25).

TAQSIMA 5 –   OQSMA OĦRA

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19).”


Rettifika

17.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/19


Rettifika għar- Regolament (KE) Nru 290/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(BĊE/2009/7)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 94 tat-8 ta’ April 2009 )

F'paġna 77, Anness I, punt 1 it-test tan-nota ta' qiegħ il-paġna tal-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“(*)

Jiġifieri s-somma tad-differenzi ġewwa l-istrat iddefinita bħala

Formula

għandha tkun anqas sostanzjalment mid-differenza totali tal-popolazzjoni ta’ rappurtar iddefinita bħala a

Formula

, fejn h tindika kull strat, x i ir-rata ta’ l-imgħax għall-istituzzjoni i,

Formula

ir-rata medja u sempliċi ta’ l-imgħax ta’ l-istrat h, n in-numru totali ta’ istituzzjonijiet fil-kampjun u

Formula

il-medja sempliċi tar-rati ta’ l-imgħax ta’ l-istituzzjonijiet kollha fil-kampjun”;

F'paġna 78, Anness II, Parti 1, sezzjoni I, it-test ta' punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

It-tip ta’ rata li l-aġenti ta’ rappurtar jipprovdu għall-kategoriji kollha ta’ strumenti ta’ depożiti u self jirreferu għal negozju ġdid u ammonti dovuti hija r-rata miftiehma annwalizzata (AAR). Hija ddefinita bħala r-rata tal-imgħax li hija miftiehma individwalment bejn l-aġenti ta’ rappurtar u l-household jew korporazzjoni mhux finanzjarja għal depo-żitu jew self, mibdula fuq bażi ta’ kull sena u kkwotata f’perċentwali kull sena. L-AAR ikopri l-ħlasijiet kollha tal-imgħax fuq depożiti u self, imma l-ebda ħlasijiet oħra li jistgħu japplikaw. Disagio, iddefinit bħala d-differenza bejn l-ammont nominali tas-self u l-ammont irċevut mill-konsumatur, jitqies bħala ħlas ta’ imgħax fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0) u huwa għalhekk rifless fl-AAR.”;

F'paġna 78, Anness II, Parti 1, sezzjoni I, il-formula f'punt 2 tinbidel b'din li ġejja:

Formula”;

F'paġna 78, Anness II, Parti 1, sezzjoni I, f'punt 3 fl-ewwel linja:

minflok:

“r- rata effettiva”

aqra:

“r-rata effettiva”;

F'paġna 79, Anness II, Parti 2, sezzjoni IV, f'punt 17 ir-raba' linja:

minflok:

“huwa wżat”

aqra:

“huwa użat”;

F'paġna 80, Anness II, Parti 2, sezzjoni VI, f'punt 24 it-test jinbidel b'dan li ġej:

“24.

Bidla minn rati ta’ imgħax fissi għal floating jew viċi versa (fil-ħin t1) matul iż-żmien tal-kuntratt, li jkun inftiehem fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0), m’hijiex ftehim ġdid imma parti tat-termini u l-kundizzjonijiet tas-self stabbiliti fil-ħin t0. Għalhekk m’hijiex meqjusa negozju ġdid.”;

F'paġna 81, Anness II, Parti 3, sezzjoni VIII, f'punt 30 fl-ewwel linja:

minflok:

“Analogwi”

aqra:

“Analogi”;

F'paġna 81, Anness II, Parti 3, sezzjoni VIII, f'punt 30 fl-aħħar linja:

minflok:

“inma”

aqra:

“imma”;

F'paġna 84, Anness II, Parti 4, sezzjoni XIV, f'punt 53 fl-ewwel linja:

minflok:

“MFI interest rate”

aqra:

“rata ta' imgħax MFI”;

F'paġna 85, Anness II, Parti 4, sezzjoni XVI, f'punt 60:

minflok:

“L-Annes VIII”

aqra:

“L-Anness VIII”;

u

minflok:

“ġdidt”

aqra:

“ġdid”;

F'paġna 85, Anness II, Parti 5, sezzjoni XVI, f'punt 62:

minflok:

“kateoriji”

aqra:

“kategoriji”;

F'paġna 87, Anness II, Parti 6, f'punt 78:

minflok:

“t0

aqra:

“t0”.