ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.257.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) ( 1 ) |
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL |
|
|
* |
Deċiżjoni Nru 912/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b’impenn minn diversi Stati Membri ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/720/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/721/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/722/KE |
|
|
* |
|
|
III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE |
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE |
|
|
|
2009/723/PESK |
|
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 907/2009
tad-29 ta’ Settembru 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Settembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
32,8 |
ZZ |
32,8 |
|
0707 00 05 |
TR |
121,8 |
ZZ |
121,8 |
|
0709 90 70 |
TR |
110,1 |
ZZ |
110,1 |
|
0805 50 10 |
AR |
89,6 |
CL |
109,9 |
|
TR |
83,3 |
|
UY |
88,0 |
|
ZA |
70,7 |
|
ZZ |
88,3 |
|
0806 10 10 |
EG |
109,7 |
IL |
111,8 |
|
TR |
102,8 |
|
US |
190,3 |
|
ZZ |
128,7 |
|
0808 10 80 |
BR |
83,8 |
CL |
83,2 |
|
NZ |
80,0 |
|
US |
83,8 |
|
ZA |
73,1 |
|
ZZ |
80,8 |
|
0808 20 50 |
AR |
81,8 |
CN |
60,5 |
|
TR |
100,4 |
|
US |
161,5 |
|
ZA |
70,4 |
|
ZZ |
94,9 |
|
0809 30 |
TR |
108,0 |
ZZ |
108,0 |
|
0809 40 05 |
IL |
116,1 |
TR |
99,1 |
|
ZZ |
107,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 908/2009
tat-28 ta’ Settembru 2009
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-KE ta’ VIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Settembru 2009
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
ANNESS
Nru |
19/T&Q |
Stat membru |
Il-Belġju |
Stokk |
SRX/07D. |
Speċi |
Rebekkin u Raj (Rajidae) |
Żona |
l-ilmijiet tal-KE ta’ VIId |
Data |
1.9.2009 |
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 909/2009
tat-28 ta’ Settembru 2009
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-KE ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
ANNESS
Nru |
18/T&Q |
Stat membru |
Il-Belġju |
Stokk |
SRX/89-C. |
Speċi |
Rebekkin u Raj (Rajidae) |
Żona |
L-ilmijiet tal-KE ta’ VIII u IX |
Data |
1.9.2009 |
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 910/2009
tad-29 ta’ Settembru 2009
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Dan ir-Regolament jawtorizza użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf taż-żwiemel. |
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza Alimentari (“l-Awtorità”) wettqet l-istima tar-riskju skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi”. |
(6) |
L-użu ta’ dik il-preparazzjoni ilu awtorizzat għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (2) fil-każ tal-mogħoż u n-nagħaġ li jinħalbu u għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 (3) fil-każ tal-ħrief. |
(7) |
Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għaż-żwiemel. Fl-opinjonijiet tagħha tat-12 ta’ Settembru 2006 (4) u tal-1 ta’ April 2009 (5), l-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ma għandhiex effett mhux mixtieq fuq saħħet l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-preparazzjoni jista’ jkollha benefiċċju sinifikanti fuq id-diġestjoni tal-fibra. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(8) |
L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(3) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38.
(4) The EFSA Journal (2006) 385, p. 1.
(5) The EFSA Journal (2009) 1040, p. 1.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità |
|||||||||||||||||||||||||
4a1711 |
LALLEMAND SAS |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 |
|
Żwiemel |
— |
3,0 × 109 |
— |
|
20.10.2019 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju Referenzjarju Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 911/2009
tad-29 ta’ Settembru 2009
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli, li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-użu ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2) għat-tiġieġ għat-tismin u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (3) għall-ħnieżer għat-tismin. |
(5) |
Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għas-salmonidi u l-gambli. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-1 ta’ April 2009 (4) li l-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jista’ jkollu effetti benefiċi, billi jżid l-għadd ta’ salmonidi konformi mal-istandards u jtejjeb is-sopravivenza u l-prestazzjoni tat-tkabbir fil-gambli. L-Awtorità ma tqisx li hemm ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.
(3) ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.
(4) Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1038, p. 2 u 1037, p. 1.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (li jaffettwaw favorevolment it-tkabbir tal-annimali). |
|||||||||||||||||||||||||
4d1712 |
Lallemand SAS |
Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M |
|
Salmonidi |
— |
3 × 109 |
— |
|
20 ta’ Ottubru 2019 |
||||||||||||||||
Gambli |
1 × 109 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives
DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/12 |
DEĊIŻJONI Nru 912/2009/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b’impenn minn diversi Stati Membri
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 169 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 172, tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimonstrazzjoni (2007-2013) (“is-Seba’ Programm Kwadru”) (3) tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi ta’ riċerka u żvilupp (“R&D)” meħuda b’impenn minn diversi Stati Membri, inkluża l-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għall-eżekuzzjoni ta’ dawk il-programmi, fis-sens tal-Artikolu 169 tat-Trattat. |
(2) |
Is-Seba’ Programm Kwadru ddefinixxa serje ta’ kriterji għall-identifikazzjoni ta’ oqsma għal inizjattivi bħal dawn skont l-Artikolu 169: ir-rilevanza għall-miri tal-Komunità, id-definizzjoni ċara tal-mira li għandha tiġi segwita u r-rilevanza tagħha għall-miri tal-Programm Kwadru, il-preżenza ta’ bażi diġà eżistenti (programmi ta’ riċerka nazzjonali eżistenti jew previsti), valur miżjud Ewropew, massa kritika fir-rigward tad-daqs u n-numru ta’ programmi involuti u x-xebh tal-attivitajiet li jkopru, u l-effiċjenza tal-Artikolu 169 bħala l-aktar mezz adatt sabiex jinkisbu l-miri. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (4) (il-programm speċifiku “Kooperazzjoni”) tinkoraġġixxi approċċ li jħaddan diversi temi ta’ suġġetti ta’ riċerka rilevanti għal tema waħda jew aktar tas-Seba’ Programm Kwadru, u f’dan il-kuntest identifikat inizjattiva skont l-Artikolu 169 fil-kamp tal-metroloġija bħala wieħed mill-inizjattivi adatti għall-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programmi ta’ riċerka nazzjonali implimentati b’mod konġunt fuq il-bażi tal-Artikolu 169 tat-Trattat. |
(4) |
Il-metroloġija hija qasam xjentifiku li jħaddan diversi dixxiplini li huwa komponent vitali ta’ soċjetà moderna bbażata fuq l-għerf. Standards ta’ kejl affidabbli u komparabbli, metodi validati xierqa ta’ kejl u ttestjar isostnu l-proċessi tal-avvanz xjentifiku u l-innovazzjoni teknoloġika u għalhekk għandhom impatt sinifikanti fuq l-ekonomija u l-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa. |
(5) |
Fil-preżent, numru ta’ programmi jew attivitajiet R&D meħuda b’impenn mill-Istati Membri b’mod individwali fuq livell nazzjonali biex isostnu l-R&D fil-metroloġija mhumiex ikkoordinati b’mod suffiċjenti fil-livell Ewropew u ma jippermettux li tinġabar il-massa kritika neċessarja li hija mitluba f’oqsma strateġiċi tal-R&D. |
(6) |
Xewqana li jkollhom approċċ koerenti fuq livell Ewropew fil-kamp tal-metroloġija u li jaġixxu b’mod effettiv, diversi Stati Membri ħadu l-inizjattiva li jwaqqfu programm konġunt ta’ R&D bit-titlu “Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija” (“EMRP”) sabiex jirrispondu għat-talba dejjem tiżdied fl-Ewropa għal metroloġija progressiva, b’mod partikolari f’oqsma teknoloġiċi emerġenti, bħala għodda għall-innovazzjoni, ir-riċerka xjentifika u appoġġ tal-linji politiċi. |
(7) |
Fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2007-2008 għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku “Kooperazzjoni”, il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ finanzjarju għall-ERA-NET Plus fil-kamp tal-metroloġija sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni bejn il-proġett tal-ERA-NET “iMERA” u l-programm konġunt ta’ R&D fil-qasam tal-metroloġija li għandu jiġi implimentat fuq il-bażi tal-Artikolu 169 tat-Trattat. Ir-riżultat kien l-iżvilupp tal-EMRP li ddefinixxa l-isfidi u l-attivitajiet prinċipali tal-programm konġunt. |
(8) |
L-EMRP jfittex li jsostni l-iżvilupp u l-innovazzjoni xjentifika billi jipprovdi l-qafas legali u organizzattiv neċessarju għal kooperazzjoni Ewropea fuq skala kbira bejn l-Istati Membri dwar riċerka metroloġika fi kwalunkwe qasam teknoloġiku jew industrijali. Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit kif ukoll in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (“l-Istati parteċipanti”) qablu li jikkoordinaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti mmirati sabiex jikkontribwixxu għall-EMRP. Il-valur globali tal-parteċipazzjoni tagħhom huwa stmat għal mill-anqas EUR 200 miljun flimkien ma’ kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva ta’ EUR 100 miljun għall-perjodu propost ta’ seba’ snin. |
(9) |
Sabiex iżidu l-impatt tal-EMRP, l-Istati parteċipanti qablu ma’ parteċipazzjoni Komunitarja fl-EMRP. Il-Komunità għandha tipparteċipa fih billi tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja li tikkorrispondi għal dik tal-Istati parteċipanti sa massimu ta’ EUR 200 miljun għall-perjodu tal-EMRP. Minħabba li l-EMRP jilħaq il-miri speċifiċi tas-Seba’ Programm Kwadru u li l-azzjonijiet fil-kamp tal-metroloġija huma ta’ natura orizzontali u mhux marbuta direttament mal-għaxar temi, l-EMRP għandu jiġi appoġġat tul it-temi kollha rilevanti. |
(10) |
Jistgħu jkunu disponibbli aktar opzjonijiet ta’ finanzjament, fost l-oħrajn mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), b’mod partikolari permezz tal-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju li ġiet żviluppata b’mod konġunt mal-BEI u l-Kummissjoni skont l-Anness III tal-programm speċifiku “Kooperazzjoni”. |
(11) |
L-appoġġ finanzjarju mill-Komunità għandu jiġi pprovdut suġġett għad-definizzjoni ta’ pjan ta’ finanzjament ibbażat fuq impenji formali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jimplimentaw flimkien il-programmi u l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imwettqa fuq livell nazzjonali u sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-eżekuzzjoni konġunta tal-EMRP. |
(12) |
L-implimentazzjoni konġunta tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka teħtieġ l-istabbiliment jew l-eżistenza ta’ struttura ddedikata għall-implimentazzjoni, kif ipprovdut fil-programm speċifiku “Kooperazzjoni”. L-Istati parteċipanti qablu dwar struttura ta’ implimentazzjoni ddedikata bħal din biex jimplimentaw l-EMRP. L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tirċievi l-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja u għandha tassigura t-twettiq effiċjenti tal-EMRP. |
(13) |
Il-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja għandha tkun suġġetta għall-wegħdiet ta’ riżorsi mill-Istati parteċipanti u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom. |
(14) |
Filwaqt li ċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka huwa dipartiment tal-Kummissjoni, l-istituti tiegħu għandhom kapaċitajiet ta’ riċerka li huma rilevanti għall-EMRP u għandhom jiġu attivati fl-implimentazzjoni tiegħu. Għalhekk, huwa xieraq li l-irwol taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka jiġi ddefinit f’termini tal-eliġibilità tiegħu għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament u tal-involviment tiegħu fit-tmexxija tal-EMRP. |
(15) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja għandu jkun suġġett għall-konklużjoni ta’ ftehim ġenerali bejn il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, li jinkludi l-arranġamenti dettaljati għall-użu tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Dak il-ftehim ġenerali għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex ikun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Komunità jiġu mħarsa. |
(16) |
L-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja għandu jitqies bħala dħul assenjat, skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5) (“ir-Regolament Finanzjarju”). Għandu jkun possibbli li l- Kummissjoni iżżid il-kontribuzzjoni Komunitarja massima prevista f’din id-Deċiżjoni skont il-każ. |
(17) |
Il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tnaqqas, twaqqaf jew tittermina il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha jekk l-EMRP ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat inadegwatament, parzjalment jew tard, jew jekk l-Istati parteċipanti ma jikkontribwux jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard għall-finanzjament tal-EMRP, skont it-termini stabbiliti fi ftehim ġenerali li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni. |
(18) |
Sabiex l-EMRP jiġi implimentat b’mod effiċjenti, l-appoġġ finanzjarju għandu jingħata lil parteċipanti fil-proġetti tal-EMRP magħżula fil-livell ċentrali taħt ir-responsabbiltà tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni wara sejħiet għall-proposti. Tali appoġġ finanzjarju u l-ħlas tiegħu għandhom ikunu trasparenti u effiċjenti. |
(19) |
L-evalwazzjoni tal-proposti għandha ssir b’mod ċentrali minn esperti indipendenti taħt ir-responsabilità tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni. Din l-istruttura għandha tapprova klassifikazzjoni li għandha tkun vinkolanti fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ finanzjament mill-kontribuzzjoni Komunitarja u mill-baġits nazzjonali allokati għal proġetti tal-EMRP. |
(20) |
Skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6) (ir-“Regoli Implimentattivi”), il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tiġi mmaniġġata fil-qafas ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 35, 38(2) u 41 tar-Regoli Implimentattivi. |
(21) |
Kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru għandu jkollu d-dritt li jissieħeb fl-EMRP. |
(22) |
B’mod konformi mal-miri tas-Seba’ Programm Kwadru, għandha tkun possibbli l-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor fl-EMRP, fejn tali parteċipazzjoni tkun prevista mill-ftehim internazzjonali rilevanti u kemm il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, kif ukoll l-Istati Membri parteċipanti jaqblu magħha. Skont is-Seba’ Programm Kwadru, il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tiftiehem kundizzjonijiet marbuta mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha għall-EMRP rigward il-parteċipazzjoni fih ta’ pajjiżi oħra bħal dawn skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
(23) |
Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex jiġu evitati irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (8) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (9). |
(24) |
Huwa essenzjali li l-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt l-EMRP jikkonformaw mal-prinċipji etiċi bażiċi, fosthom dawk riflessi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jsegwu l-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi. |
(25) |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni proviżorja, li tivvaluta l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-EMRP u l-progress lejn il-miri stabbiliti, kif ukoll evalwazzjoni finali. |
(26) |
L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tinkoraġġixxi lill-parteċipanti fil-proġetti magħżula tal-EMRP sabiex jikkomunikaw u jiddiseminaw r-riżultati tagħhom u jagħmlu din l-informazzjoni pubblikament disponibbli, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja
1. Il-Komunità għandha tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-“Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija” (“EMRP”) meġud b’impenn b’mod konġunt mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mil-Ġermanja, mill-Estonja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mill-Ungerija, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Polonja, mill-Portugall, mir-Rumanija, mis-Slovenja, mis-Slovakkja, mill-Finlandja, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit kif ukoll min-Norveġja, mill-Iżvizzera u mit-Turkija (“l-Istati parteċipanti”).
2. Il-Komunità għandha tul il-perjodu tas-Seba’ Programm Kwadru, u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Anness I u Anness II li jiffurmaw parti integrali minn din id-Deċiżjoni, tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja daqs dik tal-Istati parteċipanti iżda li ma teċċedix l-EUR 200 miljun li għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3. Il-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja għandha titħallas b’mod konġunt mill-approprjazzjonijiet tal-baġit allokati għat-temi kollha rilevanti tal-programm speċifiku “Kooperazzjoni”.
Artikolu 2
Kundizzjonijiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha tkun dipendenti fuq:
(a) |
it-turija mill-Istati parteċipanti li l-EMRP kif deskritt fl-Anness I ġie stabbilit b’mod effiċjenti; |
(b) |
l-istabbiliment formali ta’ struttura ddedikata għall-implimentazzjoni b’personalità ġuridika li għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EMRP u biex tirċievi, talloka u timmonitorja l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-qafas ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 35, 38(2) u 41 tar-Regoli Implimentattivi; |
(c) |
l-istabbiliment ta’ mudell adegwat u effiċjenti ta’ tmexxija għall-EMRP f’konformità mal-Anness II; |
(d) |
it-twettiq effiċjenti tal-attivitajiet taħt l-EMRP deskritti fl-Anness I mill-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, li jinkludi t-tnedija ta’ sejħiet għall-proposti; |
(e) |
l-impenjazzjoni ta’ kull Stat parteċipanti li jikkontribwixxi l-parti tiegħu tal-finanzjament tal-EMRP, u biex iżid din il-kontribuzzjoni b’kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva ta’ 50 % sabiex ilaħħaq ma’ rata ta’ suċċess għolja tal-parteċipanti tiegħu fil-proġetti tal-EMRP, u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja lill-benefiċjarji; |
(f) |
il-konformità mar-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari l-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna Statali għar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni (10); |
(g) |
l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ eċċellenza xjentifika u osservanza tal-prinċipji etiċi skont il-prinċipji ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru, u tal-integrazzjoni tas-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u tal-iżvilupp sostenibbli; |
(h) |
il-formulazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet imwettqa taħt l-EMRP u l-implimentazzjoni u l-koordinament tal-programmi u l-attivitajiet R&D meħuda b’impenn fil-livell nazzjonali mill-Istati parteċipanti b’tali mod li huma jfittxu li jippromwovu l-ħolqien ta’ dan it-tip ta’ għerf u jappoġġaw l-użu wiesa’ u d-disseminazzjoni tal-għerf li jinħoloq. L-approċċ meħud għandu jsegwi l-mudell stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (11) (ir-“Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru”). |
Artikolu 3
Attivitajiet tal-EMRP
1. L-attività prinċipali tal-EMRP għandha tikkonsisti fil-finanzjament ta’ proġetti EMRP transnazzjonali b’diversi msieħba li jindirizzaw attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, taħriġ u disseminazzjoni (“proġetti EMRP”). Minħabba l-kapaċitajiet ikkonċentrati fil-metroloġija, il-parti prinċipali tal-proġetti EMRP għandha tiġi eżegwita mill-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija u l-Istituti Nominati (jiġifieri, istituti speċjalisti responsabbli għal ċerti standards nazzjonali u servizzi assoċjati li mhumiex koperti mill-attivitajiet tal-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija) mill-Istati parteċipanti.
2. Sabiex iżid u jiddiversifika l-kapaċitajiet fil-metroloġija, l-EMRP għandu jiffinanzja wkoll diversi skemi ta’ għotjiet għar-riċerkaturi sabiex jikkumplimentaw l-proġetti EMRP.
3. Il-proġetti EMRP għandhom jintgħażlu u l-għotjiet għar-riċerkaturi għandhom jingħataw wara sejħiet għall-proposti li jirrispettaw il-prinċipji tat-trattament ugwali, tat-trasparenza, tal-evalwazzjoni indipendenti, tal-kofinanzjament, tal-finanzjament li ma jwassalx għal profitt kif ukoll tan-nuqqas ta’ retroattività imsemmija fl-Artikolu 112(1) tar-Regolament Finanzjarju, kif stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
4. Il-kriterji prinċipali tal-evalwazzjoni għandhom, mutatis mutandis, ikunu dawk tal-Artikolu 15(1) (a) u (b) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru għall-proġetti EMRP u l-iskemi ta’ għotjiet għar-riċerkaturi, rispettivament. Is-sejħa għall-proposti għandha tikkonkretizza l-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni. Jistgħu jiddaħħlu kriterji addizzjonali bil-kundizzjoni li dawn jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti, ma jkunux diskriminatorji u ma jipprevalux fuq il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni.
5. Dettalji ulterjuri dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-EMRP huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 4
Rwol taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka
1. Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni għandu jkun eliġibbli għal parteċipazzjoni fi, u għal finanzjament, mill-EMRP taħt kundizzjonijiet komparabbli għal dawk tal-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija tal-Istati parteċipanti.
2. Ir-riżorsi personali taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li mhumiex koperti mill-finanzjament EMRP, ma għandhomx jgħoddu bħala kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja fl-ambitu tal-Artikolu 1.
3. L-istitut taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka li huwa responsabbli għall-metroloġija, bħala dipartiment tal-Kummissjoni li jaġixxi f’isem il-Komunità, għandu jkun intitolat jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-EMRP fi ħdan l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, bħala osservatur mingħajr dritt tal-vot.
Artikolu 5
Ftehimiet bejn il-Komunità u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni
L-arranġamenti dettaljati għall-ġestjoni u kontroll tal-fondi u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ġenerali u fi ftehimiet finanzjarji annwali li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni.
Il-ftehim ġenerali għandu jinkludi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
definizzjoni tal-kompiti assenjati; |
(2) |
il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati għall-eżekuzzjoni tal-kompiti, fosthom dispożizzjonijiet xierqa biex jiġu definiti r-responsabilitajiet u jiġu organizzati l-kontrolli li għandhom jitwettqu; |
(3) |
ir-regoli dwar ir-rappurtar lill-Kummissjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti; |
(4) |
il-kundizzjonijiet dwar it-terminazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-kompiti; |
(5) |
l-arranġamenti dettaljati għall-iskrutinju mill-Kummissjoni; |
(6) |
il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta’ kontijiet bankarji separati, it-trattament tal-imgħaxijiet prodotti; |
(7) |
id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu l-viżibilità tal-azzjoni Komunitarja f’relazzjoni mal-attivitajiet l-oħra tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni; |
(8) |
impenn li ma jitwettaq l-ebda att li jista’ jwassal għal kunflitt tal-interessi fis-sens tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Finanzjarju; |
(9) |
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet imwettqa taħt l-EMRP imsemmija fl-Artikolu 2; |
(10) |
lista ta’ kriterji li għandhom jintużaw fl-evalwazzjonijiet interim u finali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 13. |
Artikolu 6
Imgħaxijiet mill-kontribuzzjoni Komunitarja
Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja allokata għall-EMRP għandu jitqies bħala dħul assenjat. Il-kontribuzzjoni massima Komunitarja imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ għalhekk tiżdied mill-Kummissjoni.
Artikolu 7
Tnaqqis, twaqqif jew terminazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità
Jekk l-EMRP ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat inadegwatament, parzjalment jew tard, il-Komunità tista’ tnaqqas, twaqqaf jew tittermina il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha b’mod proporzjonali mal-implimentazzjoni attwali tal-EMRP.
Jekk l-Istati parteċipanti ma jikkontribwux jew jikkontribwixxu biss parzjalment jew tard għall-finanzjament tal-EMRP, il-Komunità tista’ tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha b’mod proporzjonali mal-ammont attwali ta’ finanzjament pubbliku allokat mill-Istati parteċipanti bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ġenerali li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni.
Artikolu 8
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità mill-Istati parteċipanti
Fl-implimentazzjoni tal-EMRP, l-Istati parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji, amministrattivi jew oħrajn meħtieġa sabiex jiġi protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità. B’mod partikolari, l-Istati parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-irkupru sħiħ ta’ kwalunkwe ammont dovut lill-Komunità skont l-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 38(2) tar-Regoli Implimentattivi.
Artikolu 9
Kontroll mill-Qorti tal-Awdituri
Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri ikollhom id-dritt, permezz tal-uffiċjali jew l-aġenti tagħhom, li jwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa biex jiżguraw ġestjoni tajba tal-fondi tal-Komunità u jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra kwalunkwe frodi jew irregolarità. Għal dan il-għan, l-Istati parteċipanti u/jew l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandhom, aktar tard, ipoġġu d-dokumenti kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 10
Informazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. L-Istati parteċipanti għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, li tkun konsistenti mar-rekwiżiti ġenerali tar-rappurtaġġ stabbiliti fl-Artikolu 13.
Artikolu 11
Parteċipazzjoni ta’ aktar Stati Membri u pajjiżi assoċjati
Kwalunkwe Stat Membru u pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru għandu jkun intitolat li jissieħeb fl-EMRP skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(e) u (f) u għandu jiġi ttrattat bħala Stat parteċipant.
Artikolu 12
Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi oħra
L-Istati parteċipanti u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu mal-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor soġġetta għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(e) u sakemm parteċipazzjoni bħal din tkun prevista mill-ftehim internazzjonali rilevanti. Huma għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet skont liema l-entitajiet legali stabbiliti u l-individwi residenti f’tali pajjiż ikunu eliġibbli għal finanzjament tal-EMRP.
Artikolu 13
Rappurtaġġ u evalwazzjoni annwali
Ir-rapport annwali dwar is-Seba’ Programm Kwadru ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 173 tat-Trattat għandu jinkludi rapport tal-attivitajiet tal-EMRP.
Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni proviżorja tal-EMRP tliet snin wara l-bidu tal-EMRP. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-progress lejn il-miri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll rakkomandazzjonijiet tal-EMRP dwar l-aktar modi adegwati sabiex tkompli tittejjeb l-integrazzjoni u l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni, inkluża l-integrazzjoni xjentifika, amministrattiva u finanzjarja u jekk il-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati parteċipanti huwiex adatt, fid-dawl tad-domanda potenzjali mid-diversi komunitajiet ta’ riċerka nazzjonali tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħhom, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u, fejn ikun xieraq, proposti biex tiġi emendata din id-deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Fit-tmiem ta’ din il-parteċipazzjoni Komunitarja fl-EMRP iżda mhux aktar tard mill-2017, il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ grupp espert indipendenti, għandha twettaq valutazzjoni finali tal-objettivi ġenerali, speċifiċi u operattivi tal-EMRP.
Dan il-grupp għandu jibbaża l-valutazzjoni tiegħu fuq, inter alia, l-indikaturi li ġejjin:
(a) |
l-eċċellenza xjentifika tal-proġetti u l-għotjiet kif imkejla minn għadd ta’ pubblikazzjonijiet, privattivi u indikaturi oħra ta’ rendiment xjentifiku; |
(b) |
il-livell ta’ parteċipazzjoni fil-programm minn riċerkaturi esterni u istituzzjonijiet ta’ riċerka; |
(c) |
iż-żieda fil-kapaċità metroloġika tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm ta’ Qafas li l-programmi ta’ metroloġija tiegħu huma fi stadju bikri ta’ żvilupp; |
(d) |
l-għadd u l-kwalità tal-attivitajiet ta’ taħriġ; |
(e) |
l-għadd u l-kwalità tal-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-komunikazzjoni u d-diffużjoni tal-metroloġija. |
Ir-riżultati tal-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
(1) Opinjoni tal-25 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 (għada mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.
(3) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(7) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(8) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(9) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
(10) ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.
(11) ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS I
Deskrizzjoni tal-Miri u l-Attivitajiet tal-Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija (EMRP)
I. GĦANIJIET
Fl-ekonomija globali tal-lum, il-metroloġija tagħmel kontribut sinifikanti għall-iżvilupp teknoloġiku u ekonomiku ta’ bosta nazzjonijiet fid-dinja. Ir-riċerka dwar il-metroloġija hija meħtieġa sabiex issolvi problemi tas-soċjetà, u eżempji jaffettwaw oqsma bħall-ispazju, inkluża n-navigazzjoni bis-satellita, is-sigurtà, il-kura tas-saħħa, l-industrija tas-semikondutturi u t-tibdil fil-klima. Ir-riċerka dwar il-metroloġija toffri benfiċċji pubbliċi qawwija u hija attività prinċipali ta’ sostenn għar-regolazzjoni u l-istandardizzazzjoni mill-gvern. Il-metroloġija mhijiex f’għajnejn il-pubbliku, imma hija essenzjali biex ikunu ffaċilitati l-kummerċ u l-komunikazzjonijiet moderni. L-aċċess għas-swieq jista’ jkun imxekkel permezz tan-nuqqas ta’ piżijiet u miżuri uniformi u preċiżi. Il-qawwiet ekonomiċi prinċipali kollha fid-dinja għarfu li l-R&D teknoloġika fil-metroloġija hija fundamentali għat-tkabbir ekonomiku fit-tul ta’ pajjiż avvanzat.
Ir-riċerka dwar il-metroloġija tradizzjonalment kienet prijorità għolja f’bosta pajjiżi. Madankollu l-pajjiżi Ewropej qegħdin iħaddmu l-programmi ta’ riċerka nazzjonali tagħhom dwar il-metroloġija f’iżolament sħiħ u l-Istati Membri tal-UE ma kinux kapaċi joħolqu waħedhom Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija (EMRP) wieħed u tassew integrat. L-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija (NMI), appoġġati minn Istituti Nominati (DI) huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ riċerka nazzjonali dwar il-metroloġija fuq il-bażi ta’ finanzjament istituzzjonali minn aġenziji jew ministeri tal-gvern ċentrali. Il-komunità Ewropea tar-riċerka dwar il-metroloġija hija komunità speċjalizzata li hija marbuta biss b’mod laxk mal-organizzazzjonijiet tar-riċerka jew l-akkademja. Hija fil-biċċa l-kbira frammentata billi tinkludi ftit ċentri ta’ eċċellenza globali li jistgħu jibbenefikaw minn kompetizzjoni wiesgħa fuq skala internazzjonali. Teżisti b’mod ċar duplikazzjoni tar-riċerka.
Id-dritt Komunitarju li jopera f’dan il-qasam jidher f’diversi artikoli tat-Trattat li jipprovdu koordinazzjoni u kooperazzjoni fir-riċerka bejn l-Istati Membri u l-Komunità. L-Artikolu 165 jistabbilixxi li “il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku sabiex jiżguraw li kull politika nazzjonali u dik tal-Komunità ikunu koerenti ma’ xulxin”. Naturalment, l-Artikolu 169 jistieden lill-Komunità biex taħseb għall-pateċipazzjoni fil-programmi ta’ R&D li fihom jieħdu sehem diversi Stati Membri. L-azzjoni tal-Komunità tidher iġġustifikata ħafna, għaliex l-Istati Membri weħidhom x’aktarx li ma jkunux kapaċi jindirizzaw dawn il-problemi.
L-EMRP se jintegra l-programmi nazzjonali ta’ tnejn u għoxrin Stat parteċipanti fi programm wieħed konġunt ta’ riċerka u jsostni, b’mod partikolari, il-miri tas-Sistemi Nazzjonali Ewropej tal-Kejl. L-EMRP se jaċċellera l-iżvilupp, il-validazzjoni u l-isfruttament ta’ metodi, standards, proċessi, strumenti, materjali ta’ referenza u għerf ġdid dwar it-tkejjil immirati sabiex jagħtu spinta lill-iżviluppi innovattivi fl-industrija u l-kummerċ, itejbu l-kwalità tad-dejta għax-xjenza, l-industrija u t-tiswir tal-politika u jsostnu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tad-direttivi u r-regolamenti.
L-EMRP ser jilħaq dawn il-miri kif ġej:
(a) |
ġmigħ tal-eċċellenza fir-riċerka dwar il-metroloġija - bil-ħolqien ta’ proġetti kompetittivi konġunti ta’ riċerka, jiġifieri proġetti EMRP, li jorganizzaw il-kapaċità ta’ massa kritika suffiċjenti min-netwerks tan-NMI u tad-DI mill-Istati parteċipanti biex jindirizzaw l-isfidi metroloġiċi prinċipali ffaċċjati fuq livell Ewropew; |
(b) |
ftuħ tas-sistema għall-aħjar xjenza - billi tiżdied il-parteċipazzjoni mill-komunità aktar wiesgħa tar-riċerkaturi Ewropej permezz ta’ għotjiet għar-riċerkaturi; |
(c) |
żvilupp tal-kapaċità - billi tiżdied il-kapaċità tal-komunità tar-riċerkaturi Ewropej dwar il-metroloġija permezz ta’ għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi mmirati lejn dawk il-Pajjiżi Membri tal-EURAMET b’kapaċità ta’ riċerka metroloġika limitata. |
L-EMRP għandu jikkumplimenta programmi u attivitajiet nazzjonali li għaddejjin immirati sabiex jindirizzaw prijoritajiet purament nazzjonali.
L-inizjattiva tal-EMRP hija mmirata sabiex tallinja u tintegra attivitajiet nazzjonali rilevanti ta’ riċerka dwar il-metroloġija sabiex jiġi stabbilit programm konġunt wieħed ta’ riċerka li jinkludi l-integrazzjoni xjentifika, amministrattiva u finanzjarja, li jagħmel kontribut importanti għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka u jsostni l-kunċetti fl-aġenda ta’ Liżbona tal-Ewropa bħala “l-iżjed ekonomija kompetittiva u dinamika msejsa fuq l-għerf”. L-integrazzjoni xjentifika tinkiseb permezz tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni komuni ta’ attivitajiet taħt l-EMRP. L-integrazzjoni amministrattiva tinkiseb bl-użu tal-EURAMET e.V., assoċjazzjoni mhux bi skop ta’ qligħ taħt il-liġi Ġermaniża, bħala l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni suġġetta għall-arranġamenti dettaljati kontenuti fl-Anness II.
L-integrazzjoni finanzjarja timplika li l-Istati parteċipanti effettivament jintrabtu li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-EMRP billi jipprovdu finanzjament nazzjonali lill-parteċipanti kollha eliġibbli fil-proġetti magħżula tal-EMRP mill-baġits nazzjonali allokati għall-EMRP, jekk ikun meħtieġ jużaw il-kapaċità tal-finanzjament ta’ riżerva li jammonta għal 50 % ta’ dawn il-baġits, u billi jipprovdu kontribuzzjoni “fi flus” għal fond komuni biex jiffinanzja l-eċċellenza tar-riċerkaturi u l-għotjiet għall-mobilità, minbarra li jiffinanzjaw l-ispejjeż operattivi kollha tal-EMRP. Element ieħor tal-integrazzjoni finanzjarja se jkun l-approċċ unifikat lejn l-ispejjeż eliġibbli, ispirat mir-regoli tas-Seba’ Programm Kwadru.
II. ATTIVITAJIET
L-attività prinċipali tal-EMRP se tkun tikkonsisti minn erba’ tipi ta’ attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku:
A. L-attività prinċipali se tkun tikkonsisti fi proġetti EMRP transnazzjonali b’diversi msieħba li jindirizzaw attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, taħriġ u disseminazzjoni. Minħabba l-kapaċitajiet ikkonċentrati fil-metroloġija, il-parti ċentrali tal-proġetti EMRP għandha tiġi eżegwita minn NMI u DI mill-Istati parteċipanti.
B. Sabiex jiżdiedu u jiġu ddiversifikati l-kapaċitajiet fil-metroloġija, għandhom jiġu stabbiliti tliet skemi ta’ għotjiet:
B1. Sabiex jiżdied in-numru tal-organizzazzjonijiet b’kapaċitajiet marbuta mill-qrib mal-metroloġija, għandhom ikunu disponibbli għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi għal organizzazzjonijiet u/jew individwi mill-komunità aktar wiesgħa ta’ riċerkaturi fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru li huma kapaċi jagħmlu kontribut sostanzjali għall-attivitajiet ta’ riċerka tal-programm konġunt. Kull organizzazzjoni u/jew individwu magħżula għandhom ikunu assoċjati ma’ proġett EMRP.
B2. Sabiex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet tal-individwi fil-metroloġija permezz tal-mobilità, għandhom ikunu disponibbli għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi għal:
(1) |
riċerkaturi minn NMI u DI tal-Istati parteċipanti, |
(2) |
riċerkaturi li jibbenefikaw, jew individwalment jew permezz tal-organizzazzjoni tagħhom, minn għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi, u |
(3) |
riċerkaturi minn Pajjiżi Membri tal-EURAMET li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fl-EMRP, li attwalment ma jkollhom l-ebda kapaċità ta’ riċerka dwar il-metroloġija jew kapaċità limitata. |
Dawn l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi għandhom jippermettu lir-riċerkaturi jibqgħu f’NMI jew DI li jkun qiegħed jipparteċipa fi proġett EMRP jew f’organizzazzjoni li tibbenefika minn għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi.
B3. Sabiex tiġi assigurata s-sostenibbilità fil-kooperazzjoni bejn in-NMI u d-DI tal-Istati parteċipanti u sabiex titħejja l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riċerkaturi bl-esperjenza dwar il-metroloġija, għandu jkun hemm disponibbli għotjiet għall-mobilità ta’ riċerkaturi fil-fażi bikrija għal riċerkaturi fil-fażi bikrija min-NMI u d-DI tal-Istati parteċipanti sabiex jippermettulhom li jibqgħu f’NMI jew f’DI, f’organizzazzjoni li tibbenefika minn għotja għall-eċċellenza fir-riċerka jew f’organizzazzjoni oħra li tkun qiegħda tipparteċipa fi proġett ta’ riċerka EMRP bi spejjeż tagħha stess.
Dawn l-attivitajiet għandhom jittejbu, fejn ikun xieraq, permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra rilevanti u interessati, fl-Ewropa jew lil hinn, li jipparteċipaw fuq bażi ta’ awtofinanzjament.
Barra minn hekk, attivitajiet aktar wiesgħa ta’ netwerking għandhom jiġu sostnuti sa livell limitat sabiex jippromwovu l-EMRP u jkabbru l-impatt tiegħu. Dawn l-attivitajiet għandhom jinkludu, jekk ikun meħtieġ, iż-żamma u aġġornament tal-oqsma ta’ riċerka identifikati fl-EMRP permezz ta’ attivitajiet bħal workshops, kuntatti ma’ partijiet interessati oħra xierqa fl-Ewropa u lil hinn.
III. IMPLIMENTAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET
L-għażla tal-proġetti EMRP u l-għoti tal-għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u għall-mobilità tar-riċerkaturi għandhom ikunu suġġetti għal sejħiet perjodiċi għall-proposti. Bħala kalendarju indikattiv, huwa previst li jitnedew sejħiet għall-proposti f’intervalli ta’ 12 sa 18-il xahar fuq perjodu massimu ta’ seba’ snin. L-għoti tal-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija għandu jkun suġġett għal sejħa permanenti.
A. Proġetti EMRP
(a) |
Sejħa għal suġġetti potenzjali ta’ riċerka tal-proġetti EMRP (Stadju 1): Kull sejħa għall-proposti ta’ proġetti EMRP għandha tkun preċeduta mill-identifikazzjoni tas-suġġetti ta’ dik is-sejħa billi jiġu segwiti l-passi stabbiliti hawn isfel. L-ewwel nett, il-Kumitat tal-EMRP (Ara Anness II), f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jidentifika l-partijiet tal-attitivitajiet ta’ riċerka inklużi fil-EMRP li għandhom ikunu s-suġġett tas-sejħa għall-proposti. It-tieni, il-komunità tar-riċerkaturi – kwalunkwe individwu jew organizzazzjoni interessata – se jiġu mistiedna, permezz ta’ sejħa pubblika, biex jissuġġerixxu suġġetti potenzjali ta’ riċerka għal dik is-sejħa. It-tielet, il-Kumitat tal-EMRP għandu jaqbel fuq l-aħjar suġġetti potenzjali ta’ riċerka li jkun irċieva. Il-Kumitat tal-EMRP jista’ jemenda, jaqsam jew jgħaqqad is-suġġetti riċevuti jew jintroduċi oħrajn ġodda sabiex jottimizza s-sejħa għall-proposti fl-Istadju 2. Il-Kumitat tal-EMRP għandu jassigura li s-suġġetti finali tar-riċerka ma jkunux jistgħu jiġu intraċċati lura għall-proponenti inizjali ta’ dawn l-ideat u għaldaqstant ikunu anonimi. |
(b) |
Sejħa għall-proposti għal proġetti EMRP (Stadju 2): Ladarba jkunu ntgħażlu s-suġġetti tar-riċerka, EURAMET e.V. għandha tippubblika s-sejħa għall-proposti u tistieden timijiet tar-riċerka minn NMI u DI tal-Istati parteċipanti sabiex jibnu konsorzji u jissottomettu proposti għall-proġetti. Is-sejħa għall-proposti għandha tibqa’ miftuħa għal mill-anqas xahrejn. EURAMET e.V. għandha tevalwa kull proposta li tirċievi bil-għajnuna ta’ mill-anqas tliet esperti indipendenti maħtura minnha fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru. L-esperti għandhom jistabbilixxu lista ta’ klassifikazzjoni li għandha tkun vinkolanti għall-allokazzjoni tal-finanzjament Komunitarju u tal-finanzjament nazzjonali. Il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw għall-proġetti EMRP:
Is-sejħa għall-proposti għandha tikkonkretizza l-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni. Jistgħu jiddaħħlu kriterji addizzjonali bil-kundizzjoni li dawn jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti, ma jkunux diskriminatorji u ma jipprevalux fuq il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni. Kwalunkwe konsorzju li jissottometti proposta għal proġett EMRP jista’ jinkludi kwalunkwe entità oħra Ewropea jew mhux Ewropea li ma tkunx eliġibbli għal finanzjament bil-kundizzjoni li din l-entità tkun tista’ realistikament tassigura li għandha r-riżorsi meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħha. Konsorzju li jissottometti proposta għal proġett EMRP jista’ jinkludi diġà f’dan l-istadju fil-proposta tiegħu, proposta għal għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi bil-kundizzjoni li din iżżid valur xjentifiku neċessarju għall-proġett. F’dan il-każ, l-evalwazzjoni tal-proposta għall-għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi għandha tkun parti mill-evalwazzjoni globali tal-proġett. L-għażla tal-proġett għall-finanzjament għandha awtomatikament tfisser il-ħruġ ta’ tali għotja. Il-Kunsill għar-Riċerka ta’ EURAMET e.V., imsemmi fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jagħti l-opinjoni indipendenti tiegħu dwar ir-riżultati globali tal-evalwazzjoni ta’ sejħa għall-proposti għal proġetti EMRP (Stadji 1 u 2), iżda mhux fuq proġetti EMRP individwali. Din l-opinjoni għandha tiġi kkunsidrata kif dovut minn EURAMET e.V. fis-sejħiet suċċessivi għall-proposti. |
B. Sejħa għall-proposti għal għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi (Stadju 3):
Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-proposti magħżula ta’ proġetti EMRP għandha tkun akkumpanjata minn sejħa lill-komunità aktar wiesgħa tar-riċerkaturi sabiex jissieħbu fi proġetti EMRP permezz tal-għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u/jew l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi.
Kull konsorzju għal proġett EMRP se jkun mistieden (sakemm ma jkunx diġà daħħal proposta dwar għotjiet għar-riċerkaturi u għall-eċċellenza meta ssottometta proposta għal proġett EMRP kif deskritt fis-seba’ paragrafu tas-sezzjoni A.b)) sabiex iniedi, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt tal-proġett EMRP, sejħa għall-proposti biex jiġu identifikati benefiċjarji potenzjali u jkunu proposti lill-EURAMET e.V. sabiex jingħataw għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u/ jew għall-mobilità tar-riċerkaturi. It-tqassim indikattiv tal-finanzjament tal-EMRP għandu jiġi kkalkulat sabiex bħala medja kull proġett EMRP jista’ jkun assoċjat ma’ tal-anqas għotja waħda għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u/jew għall-mobilità tar-riċerkaturi. Madankollu, dan mhuwiex obbligu vinkolanti u dawn it-tip ta’ għotjiet jistgħu jiġu implimentati bl-aktar mod flessibbli.
Il-konsorzju għall-proġett EMRP għandu jippubblika s-sejħa għall-proposti f’mill-anqas ġurnal internazzjonali wieħed u fi tliet gazzetti nazzjonali differenti fi tliet Stati parteċipanti differenti. Huwa għandu jkun responsabbli wkoll biex jirreklama s-sejħa b’mod estensiv billi juża appoġġ speċifiku għall-informazzjoni, b’mod partikolari siti fuq l-Internet dwar is-Seba’ Programm Kwadru, l-istampa u l-fuljetti speċjalizzati u permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni u r-reklamar tas-sejħa għall-proposti għandha tkun konformi ma’ kull struzzjoni u nota ta’ gwida stabbiliti mill-EURAMET e.V.. Il-konsorzju għandu jgħarraf lill-EURAMET e.V. bis-sejħa u lkontenut tagħha tal-anqas 30 jum qabel id-data prevista tal-pubblikazzjoni tagħha. EURAMET e.V. għandha teżamina l-konformità tas-sejħa mar-regoli, l-istruzzjonijiet u n-noti ta’ gwida rilevanti.
Is-sejħa għall-proposti għandha tibqa’ miftuħa għal mill-anqas ħames ġimgħat.
Il-konsorzju għall-proġett EMRP għandu jevalwa l-proposti riċevuti bil-għajnuna ta’ mill-anqas żewġ esperti indipendenti maħtura minnu fuq il-bażi tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fs-Seba’ Programm Kwadru.
Il-kriterji bażiċi segwenti ta’ valutazzjoni għandhom japplikaw għall-evalwazzjoni tal-proposti:
(i) |
l-eċċellenza xjentifika u/jew teknoloġika; |
(ii) |
ir-rilevanza għall-għanijiet tal-proġett EMRP; |
(iii) |
il-kwalità u l-kapaċità ta’ implimentazzjoni tal-applikant u l-potenzjal tiegħu/tagħha għal aktar progress; |
(iv) |
il-kwalità tal-attività proposta fit-taħriġ xjentifiku u/jew it-trasferiment tal-għerf. |
Is-sejħa għall-proposti għandha tikkonkretizza l-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni. Jistgħu jiddaħħlu kriterji addizzjonali bil-kundizzjoni li dawn jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti, ma jkunux diskriminatorji u ma jipprevalux fuq il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni.
Il-konsorzju għall-proġett EMRP għandu jipproponi lil EURAMET e.V. sabiex tagħti l-għotja lil benefiċjarju u jirrapporta lilha dwar kif saret is-sejħa għall-proposti, inklużi l-mod tal-pubblikazzjoni u l-ismijiet u l-affiljazzjoni tal-esperti involuti fl-evalwazzjoni. Fi żmien 45 ġurnata minn meta tirċievi din il-proposta, EURAMET e.V. għandha jew toħroġ l-għotja jew tirrifjutaha jekk l-għażla ma tkunx konformi mar-regoli, l-istruzzjonijiet u n-noti ta’ gwida rilevanti.
EURAMET e.V. għandha tistieden lill-pajjiżi Ewropej li ma għandhom ebda kapaċità jew kapaċitajiet limitati biss fir-riċerka dwar il-metroloġija sabiex iħeġġu lill-istituti tar-riċerka jew l-universitajiet tagħhom biex japplikaw għal għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi bħala mezz sabiex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom fir-riċerka dwar il-metroloġija.
C. Għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija
EURAMET e.V. għandha tniedi sejħa għall-offerti miftuħa b’mod permanenti għal għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija u tippubblikaha f’mill-anqas ġurnal internazzjonali wieħed u fi tliet gazzetti nazzjonali differenti fi tliet Stati parteċipanti differenti. Hija għandha tkun responsabbli wkoll biex tirreklama s-sejħa għall-proposti billi tuża appoġġ speċifiku għall-informazzjoni, speċjalment siti fuq l-Internet dwar is-Seba’ Programm Kwadru, l-istampa u fuljetti speċjalizzati u permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru.
Il-proposti għandhom jiġu sottomessi mir-riċerkatur u mill-organizzazzjonijiet li jibagħtu u li jirċievu (NMI, DI jew organizzazzjoni oħra li tipparteċipa fi proġett EMRP). It-tqassim indikattiv tal-finanzjament huwa kkalkulat sabiex bħala medja kull proġett EMRP ikun jista’ jiġi assoċjat ma’ tal-anqas għotja waħda għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija. Madankollu, dan mhuwiex obbligu vinkolanti u dawn it-tip ta’ għotjiet jistgħu jiġu implimentati bl-aktar mod flessibbli. EURAMET e.V. għandha tevalwa l-proposti li tirċievi.
Għandhom japplikaw il-kriterji bażiċi segwenti ta’ valutazzjoni:
(i) |
l-eċċellenza xjentifika u/jew teknoloġika; |
(ii) |
ir-rilevanza għall-għanijiet tal-proġett EMRP; |
(iii) |
il-kwalità u l-kapaċità ta’ implimentazzjoni tal-applikant u l-potenzjal tiegħu/tagħha għal aktar progress; |
(iv) |
il-kwalità tal-attività proposta fit-taħriġ xjentifiku u/jew it-trasferiment tal-għerf. |
Is-sejħa għall-proposti għandha tikkonkretizza l-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni. Jistgħu jiddaħħlu kriterji addizzjonali bil-kundizzjoni li dawn jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti, ma jkunux diskriminatorji u ma jipprevalux fuq il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni.
EURAMET e.V. għandha timmira għal żewġ dati ta’ għeluq fis-sena meta toħroġ dawn l-għotjiet bi proċedura ssimplifikata bbażata fuq l-opinjoni ta’ mill-anqas żewġ esperti indipendenti għal kull proposta li jkunu ddiskutew u kklassifikaw li proposti kollha.
D. Tabella ta’ Rikapitulazzjoni
Tipi ta’ finanzjament |
Organizzazzjonijiet Eliġibbli (1) |
Pajjiżi Eliġibbli |
Kriterji ta’ Valutazzjoni |
||||||||||||||||
|
NMI u DI |
L-Istati li qegħdin jipparteċipaw fl-EMRP |
Artikolu 15(1)(a) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru |
||||||||||||||||
|
|
L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru |
Artikolu 15(1)(b) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru |
||||||||||||||||
|
|
L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru |
Artikolu 15(1)(b) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru |
||||||||||||||||
|
|
L-Istati li qegħdin jipparteċipaw fl-EMRP |
Artikolu 15(1)(b) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru |
IV. MEKKANIŻMI TA’ FINANZJAMENT
A. Finanzjament fil-Livell tal-Programm
L-EMRP għandu jkun iffinanzjat mill-Istati parteċipanti u mill-Komunità.
L-Istati parteċipanti għandhom jiddefinixxu pjan ta’ finanzjament multiannwali biex jipparteċipaw fl-EMRP u jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-attivitajiet tiegħu. Il-kontribuzzjoni nazzjonali tista’ tiġi minn programmi eżistenti jew ġodda, sakemm ikunu konformi man-natura essenzjali tal-metroloġija ta’ livell għoli ffinanzjata b’mod pubbliku. Kull Stat parteċipanti għandu, minbarra r-rekwiżit prinċipali tal-finanzjament (baġit allokat għall-EMRP), jidentifika kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva ugwali għal 50 % ta’ dak ir-rekwiżit sabiex jassigura l-flessibbiltà fl-operat tal-EMRP matul il-ħajja tiegħu kollha u r-rispett tal-lista ta’ klassifikazzjoni. Il-finanzjament tal-EMRP għandu jinvolvi b’mod partikolari l-impenn ta’ kontribuzzjoni għall-finanzjament tal-parteċipanti fil-proġetti EMRP magħżula mill-baġits nazzjonali allokati għall-EMRP, u tiġi pprovduta kontribuzzjoni “fi flus”, bi kwoti proporzjonali għall-baġits tal-EMRP allokati, għal fond komuni biex jiġu ffinanzjati l-għotjiet għar-riċerkaturi, minbarra li jiġu ffinanzjati b’mod sħiħ l-ispejjeż operattivi tal-EMRP.
Il-kontribuzzjoni Komunitarja totali finanzjarja għall-EMRP hija kkalkulata daqs il-kontribuzzjoni finanzjarja attwali mill-Istati parteċipanti (esklużi spejjeż operattivi li jaqbżu EUR 16-il miljun u l-kapaċità ta’ fondi ta’ riżerva), b’limitu massimu ta’ EUR 200 miljun. Billi l-ispejjeż operattivi huma inklużi fil-kalkulazzjoni tal-kontribuzzjoni korrispondenti, dawn iridu jiġu ġġustifikati mill-EURAMET e.V.
L-ebda kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja ma għandha tintuża biex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-EURAMET e.V.
B. Tqassim Indikattiv tal-Finanzjament
Total Komplessiv: EUR 400 miljun (+ EUR 100 miljun kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva)
Tip ta’ Attività |
Komunità EUR 200 miljun |
Stati parteċipanti EUR 200 miljun |
Total EUR 400 miljun |
|||||
|
% |
EUR miljuni |
% |
EUR miljuni |
% |
EUR miljuni |
||
Proposti għal Proġetti EMRP - Modulu (Parti A) |
82 % |
164 |
90 % |
180 |
86 % |
344 |
||
Proposti ta’ Għotjiet għar-Riċerkaturi Modulu (Parti B) finanzjament sa 100 % |
18 % |
36 |
2 % |
4 |
10 % |
40 |
||
|
|
|
|
|
7,5 % |
30 |
||
|
|
|
|
|
1,5 % |
6 |
||
|
|
|
|
|
1,0 % |
4 |
||
Spejjeż Operattivi (Parti C) |
— |
— |
8 % |
16 (2) |
4 % |
16 |
||
Total |
100 % |
200 |
100 % |
200 |
100 % |
400 |
C. Finanzjament ta’ Proġetti EMRP u Għotjiet għar-Riċerkaturi
L-allokazzjoni tal-fondi mill-baġits allokati għall-EMRP u mill-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-proġetti EMRP għandha ssegwi l-ordni tal-lista ta’ klassifikazzjoni approvata tal-evalwazzjoni.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-parteċipanti f’dawn il-proġetti EMRP għandha tiġi kkalkulata skont l-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru. Jekk il-baġit allokat għall-EMRP jispiċċa minħabba r-rata għolja ta’ suċċess ta’ NMI u DI minn Stat parteċipanti partikolari, dan l-Istat parteċipanti għandu juża l-kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva ta’ 50 % tal-baġit allokat tiegħu għall-EMRP allokat għal aktar proposti magħżula billi jsegwi l-lista ta’ klassifikazzjoni.
Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-proġetti EMRP għandha tiġi stabbilita għal kull sejħa għall-proposti bħala perċentwali tal-ispejjeż eliġibbli anqas minn 50 %. Din għandha tiġi ttrasferita direttament mill-EURAMET e.V. għall-parteċipanti tal-proġetti EMRP.
Il-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-proġetti tal-EMRP għandhom jiġu pprovduti billi jintużaw il-mekkaniżmi nazzjonali rispettivi ta’ finanzjament.
Il-kontribuzzjonijiet fi flus mill-Komunità u nazzjonali li jintużaw biex jiffinanzjaw l-għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi, l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi u l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija għandhom jiġu ttrasferiti lill-EURAMET e.V. u minnha lill-benefiċjarji tal-għotjiet.
Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, u b’mod partikolari l-eżistenza tal-kontribuzzjoni nazzjonali, il-ħlas attwali tagħha, l-użu xieraq tal-finanzjament mill-Komunità u l-eliġibilità tal-ispejjeż mitluba għandhom jiġu assigurati taħt ir-responsabilità tal-EURAMET e.V., u jiġu stabbiliti b’verifika finanzjarja indipendenti tal-proġetti EMRP skont prinċipji li jaqblu ma’ dawk tas-Seba’ Programm Kwadru.
L-għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi, l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi u l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija għandhom ikunu għotjiet fissi mogħtija skont skali definiti minn qabel; l-infiq dettaljat sottostanti ma għandux ikun suġġett għal verifika. Il-kategoriji ta’ spejjeż koperti minn kwalunkwe għotja bħal din ma għandhomx ikunu eliġibbli bħala spejjeż ta’ proġett EMRP. Huwa biss il-ħlas attwali sħiħ tal-ammont definit lill-benefiċjarju finali li għandu jiġi sostnut b’evidenza formali. Il-ħlasijiet fi flus mhumiex ikkunsidrati bħala ppruvati sewwa u mhumiex eliġibbli. EURAMET e.V. se jkollha l-għażla li titlob fondi korrispondenti minn riċevituri ta’ għotjiet ta’ eċċellenza ta’ riċerka li huma entitajiet legali aktar milli individwi.
V. ARRANĠAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETA’ INTELLETTWALI
EURAMET e.V. għandha tadotta politika dwar il-proprjetà intellettwali tal-EMRP skont l-Artikolu 2(h) ta’ din id-Deċiżjoni.
(1) Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jiġi trattat bħall-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija.
(2) B’differenza miċ-ċifri l-oħrajn, dan l-ammont huwa limitu massimu vinkolanti fil-kalkolu tal-fondi korrispondenti tal-Istati parteċipanti.
ANNESS II
Tmexxija u Implimentazzjoni tal-Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija (EMRP)
I. DAĦLA
L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni tal-EMRP għandha tkun EURAMET e.V.. EURAMET e.V. giet stabbilita fl-2007 taħt il-liġi Ġermaniża bħala assoċjazzjoni mhux bi skop ta’ qligħ. Hija l-assoċjazzjoni reġjonali Ewropea dwar il-metroloġija. Is-sħubija fl-EURAMET e.V. hi miftuħa għall-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija (NMI), bħala Membri, u għall-Istituti Nominati (DI), bħala Assoċjati, mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, u minn Stati Ewropej oħra. L-Istitut għall-Materjali u l-Miżuri ta’ Referenza tal-Kummissjoni Ewropea jista’ jkun ukoll Assoċjat. Fil-preżent, hemm Membri minn 32 pajjiż, li minnhom 22 huma wkoll Stati parteċipanti tal-EMRP.
II. TMEXXIJA TAL-EMRP FI ĦDAN L-EURAMET E.V.
L-korpi u l-istrutturi interni li ġejjin tal-EURAMET e.V. għandhom jassumu rwoli fl-implimentazzjoni tal-EMRP:
(1) |
Il-President tal-EMRP u d-deputat tiegħu/tagħha huma eletti mill-Kumitat tal-EMRP. Il-President tal-EMRP huwa awtomatikament wieħed miż-żewġ Viċi Presidenti tal-EURAMET e.V.. Huwa/hija jirrappreżentaw legalment lill-EURAMET e.V. fil-kwistjonijiet tal-EMRP. |
(2) |
Il-Kumitat tal-EMRP huwa ffurmat minn Membri tal-EURAMET (jiġifieri NMI) li l-pajjiżi tagħhom huma Stati parteċipanti. Il-Kumitat tal-EMRP huwa l-organu li jieħu d-deċiżjonijiet tal-EMRP u huwa responsabbli għall-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw l-EMRP, fosthom id-deċiżjonijiet dwar id-definizzjoni u l-aġġornament tal-programm, dwar l-ippjanar tas-sejħiet għall-proposti, dwar il-profil tal-baġit, dwar l-eliġibilità u l-kriterji tal-għażla, dwar il-grupp tal-evalwaturi, dwar l-approvazzjoni tal-lista ta’ klassifikazzjoni tal-proġetti EMRP li għandhom jiġu ffinanzjati, dwar il-monitoraġġ tal-progress tal-proġetti EMRP iffinanzjati u dwar is-superviżjoni tal-ħidma adegwata u organizzata tas-Segretarjat fir-rigward tal-EMRP. Il-Kumitat tal-EMRP jeleġġi President tal-EMRP (li huwa/hija awtomatikament “Viċi-President (EMRP)” tal-EURAMET) u deputat. |
(3) |
Il-Kunsill għar-Riċerka huwa ffurmat minn kontinġent ibbilanċjat ta’ esperti ta’ livell għoli ġejjin mill-industrija, ir-riċerka u l-qasam akkademiku u minn organizzazzjonijiet internazzjonali tal-partijiet interessati. Dan jipprovdi pariri strateġiċi indipendenti dwar il-materji tal-EMRP u jirrapporta jew jikkummenta lill-Kumitat tal-EMRP meta jkun meħtieġ u meta jintalab, iżda bħala minimu huwa jagħti opinjoni dwar kull sejħa għall-proposti u ċiklu tal-għażla. |
(4) |
Is-Segretarjat huwa kompost minn persuni impjegati minn, jew issekondati, lil EURAMET e.V.. L-istruttura u l-kompiti tiegħu huma rregolati mir-regoli ta’ proċedura tal-EURAMET e.V.. Parti mis-Segretarjat responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EMRP hija ospitata mil-Laboratorju Fiżiku Nazzjonali, il-Membru mill-UE tal-EURAMET e.V. (“lill-Membru ospitanti”). |
(5) |
Il-Maniġer tal-Programm EMRP għandu jkun maniġer anzjan u, bħala soluzzjoni proviżorja, huwa/hija jistgħu jiġu ssekondati mill-Membru ospitanti. Il-Maniġer tal-Programm EMRP għandu jaġixxi biss taħt l-awtorità diretta ta’ EURAMET e.V. fuq kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda l-EMRP u jirrapporta lill-korpi tiegħu. EURAMET e.V. għandha tistabbilixxi proċeduri effettivi li jiżguraw li ma jkun hemm ebda kunflitti tal-interessi bejn il-Maniġer tal-Programm EMRP u xi applikanti, parteċipanti jew benefiċjarji. |
III. RESPONSABBILTAJIET ESKLUŻIVI U SOTTOKUNTRATTAR TA’ KOMPITI AMMINISTRATTIVI U LOĠISTIĊI LILL-MEMBRU OSPITANTI FL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-EMRP.
EURAMET e.V. għandha tkun esklużivament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EMRP. Hija għandha tamministra l-kontribuzzjoni Komunitarja għall-EMRP. Barra minn hekk hija għandha tassumi wkoll responsabbiltajiet b’mod partikolari sabiex:
(i) |
taġġorna l-EMRP; |
(ii) |
tiddefinixxi s-sejħiet għall-proposti; |
(iii) |
tippubblika s-sejħiet għall-proposti; |
(iv) |
tirċievi l-proposti għall-Istadju 1 u għall-Istadju 2 u proposti għal għotjiet għall-mobilità tar- riċerkaturi fil-fażi bikrija; |
(v) |
tagħżel l-esperti indipendenti għall-evalwazzjoni; |
(vi) |
tirċievi l-valutazzjonijiet individwali tal-esperti indipendenti u tippresjedi l-bordijiet tal-evalwazzjoni; |
(vii) |
tieħu d-deċiżjonijiet finali tal-għażla; |
(viii) |
tibda negozjati dwar kuntratti u tikkonkludi l-kuntratti mal-konsorzji magħżula għall-proġett EMRP u benefiċjarji oħra; |
(ix) |
tirċievi u twieġeb għall-ilmenti kollha dwar is-sejħiet; |
(x) |
tirċievi u talloka l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u tissorvelja l-użu tagħha; |
(xi) |
tagħmel il-ħlasijiet lill-parteċipanti fil-proġetti ffinanzjati tal-ERMP u lir-reċipjenti tal-għotjiet; |
(xii) |
tirrispondi għar-rekwiżiti tar-rappurtar fil-konfront tal-Kummissjoni. |
Filwaqt li r-responsabbiltajiet u t-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ hawn fuq dwar l-EMRP jibqgħu esklużivament f’idejn l-EURAMET e.V., ċerti kompiti amministrattivi u loġistiċi fl-implimentazzjoni tal-EMRP jistgħu jiġu sottokuntrattati, bl-ispejjeż, lill-Membru ospitanti.
Dan is-sostenn amministrattiv u loġistiku għandu jikkonsisti minn dan li ġej:
(i) |
provvediment ta’ amministrazzjoni u loġistika biex jiġu implimentati l-proċeduri tas-sejħiet għall-proposti, fosthom il-provvediment ta’ help line ddedikata; |
(ii) |
provvediment ta’ appoġġ għat-tfassil lil EURAMET e.V. għall-iżvilupp ta’ linji gwida u dokumentazzjoni oħra; |
(iii) |
provvediment tal-kapaċità ddedikata fuq l-Internet; |
(iv) |
provvediment ta’ għajnuna għall-preparazzjoni tal-kuntratti, il-monitoraġġ tal-proġett u l-insegwiment tal-proġetti EMRP u l-għotjiet għar-riċerkaturi; |
(v) |
appoġġ lill-Kumitat tal-EMRP u lill-President tal-EMRP kif meħtieġ. |
Bi qbil mal-Kummissjoni, jistgħu jiġu sottokuntrattati kompiti addizzjonali lill-Membru ospitanti waqt li EURAMET e.V. tiżviluppa l-kapaċità tas-Segretarjat permanenti tagħha.
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kummissjoni
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Settembru 2009
li tistabilixxi d-data għat-tlestija tal-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6910)
(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Olandiż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)
(2009/720/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (1), u b’mod partikolaru l-Artikolu 11(2) tiegħu.
Billi:
(1) |
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008 jipprovdi għall-migrazzjoni tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni, sat-30 ta’ Settembru 2009. Jekk ikun meħtieġ, din id-data tista’ tinbidel skont il-proċedura definita fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament. |
(2) |
Kwistjonijiet identifikati matul il-fażi ta’ ttestjar ta’ SIS II wasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1104/2008. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 u s-27 ta’ Frar 2009 iddikjaraw li, minħabba l-ħin meħtieġ biex jiġu riżolti l-kwistjonijiet pendenti, id-data għall-migrazzjoni minn SIS 1+ għal SIS II, stabbilita għal Settembru 2009, m'għadhiex realistika. |
(3) |
Fid-dawl tad-dewmien għall-migrazzjoni minn SIS I+ għal SIS II, id-data l-ġdida għat-tlestija tal-migrazzjoni għandha tiġi stabbilita biex tikkoinċidi mad-data ta’ skadenza finali tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008, li tippermetti l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet li jwasslu għall-bidu tal-operazzjonijiet ta’ SIS II sa din id-data. |
(4) |
Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 u għalhekk m’hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, billi dak ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll, innotifikat it-traspożizzjoni ta’ dan l-acquis fil-liġi nazzjonali tagħha. Hija, għalhekk, marbuta skont id-dritt internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fih ir-Renju Unit m’hux qed jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (2). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. Din id-Deċiżjoni m’għandhiex, għalhekk, tkun indirizzata lir-Renju Unit. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (3). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Din id-Deċiżjoni m’għandhiex, għalhekk, tkun indirizzata lill-Irlanda. |
(7) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-aquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (4), li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim. |
(8) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/146/KE (6) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea. |
(9) |
Fir-rigward ta' Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen li jaqa’ fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE tat-28 ta' Frar 2008 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjażżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7). |
(10) |
Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u li hemm referenza għalih fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom ilestu l-migrazzjoni mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Franza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1.
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(8) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta' Settembru 2009
li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija ta' Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR)
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7044)
(It-testi biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
(2009/721/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta' dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti tal-Istati Membri, tagħti bidu għal diskussjonijiet bilaterali sabiex ikun jista' jintlaħaq ftehim mal-Istati Membri involuti, u tikkomunikalhom formalment il-konklużjonijiet tagħhom. |
(2) |
L-Istati Membri kellhom opportunità jitolbu t-tnedija ta' proċedura ta' konċiljazzjoni. Dik l-opportunità ntużat f'xi każi u r-rapport maħruġ dwar ir-riżultat ġie eżaminat mill-Kummissjoni. |
(3) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tista' tiġi ffinanzjata biss in-nefqa agrikola mġarrba b'mod li ma jiksrux ir-regoli Komunitarji. |
(4) |
Fid-dawl tal-verifiki li twettqu, tar-riżultat tad-diskussjonijiet bilaterali u tal-proċeduri ta' konċiljazzjoni, parti min-nefqa ddikjarata mill-Istati Membri ma tissodisfax dan ir-rekwiżit u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-FAEG u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-FAEŻR. |
(5) |
Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jaqgħu taħt it-Taqsima ta' Garanzija tal-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR. Dawn l-ammonti mhumiex marbutin man-nefqa mġarrba aktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel in-notifika bil-miktub mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri. |
(6) |
F’dak li għandu x'jaqsam mal-każijiet koperti minn din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġi esklużi minħabba nuqqas ta' konformità mar-regoli Komunitarji ġiet innotifikata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri f'rapport fil-qosor dwar is-suġġett. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal kwalunkwe konklużjoni finanzjarja li l-Kummissjoni tista' tiġbed mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet pendenti fis-6 ta' Jannar 2009 u li huma marbutin mal-kontenut tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
In-nefqa elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji ta' ħlas akkreditati tal-Istati Membri u ddikjarata taħt it-Taqsima ta' Garanzija tal-FAEGG, taħt il-FAEG u taħt l-FAEŻR għandha tiġi eskluża mill-finanzjament Komunitarju minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħha mar-regoli Komunitarji.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Greċja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Portugall, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
ANNESS
PARTITA TAL-BAĠIT
SM |
Miżura |
Sena finanzjarja |
Raġuni għall-korrezzjoni |
Tip |
% |
Munita |
Ammont |
Tnaqqis li diġà sar |
Impatt finanzjarju |
AT |
Kundizzjonalità |
2006-2007 |
Nuqqasijiet li jikkonċernaw is-sistema ta' applikazzjoni tat-tnaqqis. Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004 għad-detenturi ta' bhejjem u nagħaġ. |
rata fissa |
5 |
EUR |
– 981 349,96 |
0,00 |
– 981 349,96 |
AT |
Kundizzjonalità |
2007 |
Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004 għal raħħala b'bovini u/jew nagħaġ u mogħoż. |
ta' darba |
|
EUR |
– 530 810,86 |
0,00 |
– 530 810,86 |
Total AT |
–1 512 160,82 |
0,00 |
–1 512 160,82 |
||||||
BE |
Ċertifikazzjoni |
2004 |
Estrapolazzjoni ta' żball aleatorju |
ta' darba |
|
EUR |
–98 303,45 |
0,00 |
–98 303,45 |
BE |
Ċertifikazzjoni |
2005 |
Estrapolazzjoni ta' żball aleatorju |
ta' darba |
|
EUR |
– 260 740,00 |
0,00 |
– 260 740,00 |
Total BE |
– 359 043,45 |
0,00 |
– 359 043,45 |
||||||
CZ |
Trab tal-Ħalib għall-Kaseina |
2004 |
Il-kampjuni ttieħdu fi żmien ħażin u l-prodott ma kienx maħżun kif suppost |
rata fissa |
5 |
CZK |
–2 653 522,92 |
0,00 |
–2 653 522,92 |
CZ |
Trab tal-Ħalib għall-Kaseina |
2005 |
Il-kampjuni ttieħdu fi żmien ħażin u l-prodott ma kienx maħżun kif suppost |
rata fissa |
5 |
CZK |
–2 723 245,64 |
0,00 |
–2 723 245,64 |
Total CZ |
–5 376 768,56 |
0,00 |
–5 376 768,56 |
||||||
DE |
Kundizzjonalità |
2006 |
Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004 |
ta' darba |
|
EUR |
–82 051,60 |
0,00 |
–82 051,60 |
DE |
Verifika finanzjarja - Ħlasijiet tard |
2007 |
Nuqqas ta' konformità maż-żmien stipulat għall-ħlas |
ta' darba |
|
EUR |
–65 908,59 |
–65 908,59 |
0,00 |
DE |
Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti |
2007 |
Qbiż tal-allokazzjonijiet tal-Iżvilupp Rurali u korrezzjoni minħabba d-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni |
ta' darba |
|
EUR |
–1 286 683,79 |
–1 286 683,79 |
0,00 |
DE |
Irregolaritajiet |
2008 |
Rimborż li jikkonċerna każijiet ta' irregolarità |
ta' darba |
|
EUR |
104 567,45 |
0,00 |
104,567,45 |
DE |
Żvilupp Rurali FAEGG Assi 2 (2000-2006, miżuri relatati ma' qasam partikolari) |
2006 |
Nuqqas ta' kontroverifiki mal-bank tad-dejta ċentrali tal-bhejjem f'każ ta' applikazzjonijiet għal miżuri agroambjentali fejn il-limitu tad-densità tal-bhejjem tkun kundizzjoni għall-eliġibbiltà |
rata fissa |
5 |
EUR |
– 418 300,00 |
0,00 |
– 418 300,00 |
Total DE |
–1 748 376,53 |
–1 352 592,38 |
– 395 784,15 |
||||||
ES |
Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż |
2003 |
Nuqqas ta' verifiki fil-post matul l-ewwel xahar taż-żamma u l-kwalità ġenerali fqira tagħhom |
rata fissa |
2 |
EUR |
–2 071 611,91 |
0,00 |
–2 071 611,91 |
ES |
Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż |
2004 |
Nuqqas ta' verifiki fil-post matul l-ewwel xahar taż-żamma u l-kwalità ġenerali fqira tagħhom |
rata fissa |
2 |
EUR |
–2 021 847,48 |
0,00 |
–2 021 847,48 |
ES |
Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż |
2005 |
Nuqqas ta' verifiki fil-post matul l-ewwel xahar taż-żamma u l-kwalità ġenerali fqira tagħhom |
rata fissa |
2 |
EUR |
–2 008 918,46 |
0,00 |
–2 008 918,46 |
ES |
Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż |
2006 |
Nuqqas ta' verifiki fil-post matul l-ewwel xahar taż-żamma u l-kwalità ġenerali fqira tagħhom |
rata fissa |
2 |
EUR |
–1 512,05 |
0,00 |
–1 512,05 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni |
2003 |
dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari fl-Andalusia |
rata fissa |
2 |
EUR |
–15 571 890,92 |
0,00 |
–15 571 890,92 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni |
2003 |
dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari |
rata fissa |
5 |
EUR |
–7 493 167,92 |
0,00 |
–7 493 167,92 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni |
2003 |
Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet minħabba applikazzjoni ħażina tal-marġnijiet tekniċi ta' tolleranza fl-Andalusia |
ta' darba |
|
EUR |
–7 804 696,43 |
0,00 |
–7 804 696,43 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni |
2004 |
dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari fl-Andalusia |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 470 563,99 |
0,00 |
– 470 563,99 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni |
2004 |
dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari |
rata fissa |
5 |
EUR |
– 120 076,26 |
0,00 |
– 120 076,26 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni |
2005 |
dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari fl-Andalusia |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 127 706,94 |
0,00 |
– 127 706,94 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni |
2005 |
dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari |
rata fissa |
5 |
EUR |
–35 516,52 |
0,00 |
–35 516,52 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni |
2006 |
dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari fl-Andalusia |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 102 574,75 |
0,00 |
– 102 574,75 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni |
2006 |
dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari |
rata fissa |
5 |
EUR |
–14 813,23 |
0,00 |
–14 813,23 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2003 |
Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki |
rata fissa |
2 |
EUR |
–56 556,66 |
0,00 |
–56 556,66 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2004 |
Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 247 607,45 |
0,00 |
– 247 607,45 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2005 |
Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 158 115,39 |
0,00 |
– 158 115,39 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2006 |
Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 199 478,40 |
0,00 |
– 199 478,40 |
ES |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2007 |
Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki |
rata fissa |
2 |
EUR |
–1 508,41 |
0,00 |
–1 508,41 |
ES |
Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) |
2004 |
Kwalità insuffiċjenti ta' verifiki fil-post u rapporti ta' verifiki. Ġew iċċekkjati biss żewġ impenji ta' Prattiki ta' Biedja Tajba. |
rata fissa |
5 |
EUR |
– 727 721,00 |
0,00 |
– 727 721,00 |
ES |
Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) |
2005 |
Kwalità insuffiċjenti ta' verifiki fil-post u rapporti ta' verifiki. Ġew iċċekkjati biss żewġ impenji ta' Prattiki ta' Biedja Tajba. |
rata fissa |
5 |
EUR |
–1 019 192,00 |
0,00 |
–1 019 192,00 |
Total ES |
–40 255 076,17 |
0,00 |
–40 255 076,17 |
||||||
FI |
Primjums tal-Laħam - Bovini |
2004 |
Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw baqar li jreddgħu. |
ta' darba |
|
EUR |
–2 902,49 |
0,00 |
–2 902,49 |
FI |
Primjums tal-Laħam - Bovini |
2004 |
Fl-2003 l-verifiki nbdew tard. Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw baqar li jreddgħu. |
rata fissa |
5 |
EUR |
–51 722,18 |
0,00 |
–51 722,18 |
FI |
Primjums tal-Laħam - Bovini |
2005 |
Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw baqar li jreddgħu. |
ta' darba |
|
EUR |
–3 472,54 |
0,00 |
–3 472,54 |
FI |
Primjums tal-Laħam - Bovini |
2006 |
Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw baqar li jreddgħu. |
ta' darba |
|
EUR |
–2 225,89 |
0,00 |
–2 225,89 |
Total FI |
–60 323,10 |
0,00 |
–60 323,10 |
||||||
FR |
Kundizzjonalità |
2006 |
Sena meta saret it-talba 2006: Is-sistema tal-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet mhijiex konformi mar-Regolament 796/2004. dgħufijiet fil-livell ta' verifiki fil-post |
rata fissa |
10 |
EUR |
–74 768,22 |
0,00 |
–74 768,22 |
FR |
Kundizzjonalità |
2006 |
Sena meta saret it-talba 2005: Is-sistema tal-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet mhijiex konformi mar-Regolament 796/2004. dgħufijiet fil-livell ta' verifiki fil-post |
rata fissa |
10 |
EUR |
–22 865 398,47 |
0,00 |
–22 865 398,47 |
FR |
Kundizzjonalità |
2007 |
Sena meta saret it-talba 2006: Is-sistema tal-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet mhijiex konformi mar-Regolament 796/2004. dgħufijiet fil-livell ta' verifiki fil-post |
rata fissa |
10 |
EUR |
–48 018 996,45 |
0,00 |
–48 018 996,45 |
FR |
Kundizzjonalità |
2007 |
Sena meta saret it-talba 2005: Is-sistema tal-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet mhijiex konformi mar-Regolament 796/2004. dgħufijiet fil-livell ta' verifiki fil-post |
rata fissa |
10 |
EUR |
–9 305,52 |
0,00 |
–9 305,52 |
Total FR |
–70 968 468,66 |
0,00 |
–70 968 468,66 |
||||||
GB |
Verifika finanzjarja - Ħlasijiet tard |
2006 |
Nuqqas ta' konformità maż-żmien stipulat għall-ħlas |
ta' darba |
|
EUR |
–5 732 301,16 |
–5 732 301,16 |
0,00 |
GB |
Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti |
2006 |
Qbiż tal-allokazzjonijiet tal-Iżvilupp Rurali |
ta' darba |
|
EUR |
– 784 708,59 |
0,00 |
– 784 708,59 |
GB |
Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti |
2006 |
Qbiż tal-allokazzjonijiet tal-Iżvilupp Rurali u l-korrezzjoni tat-taxxi fuq il-ħalib |
ta' darba |
|
EUR |
–4 423 891,69 |
–4 423 891,69 |
0,00 |
Total GB |
–10 940 901,44 |
–10 156 192,85 |
– 784 708,59 |
||||||
GR |
Verifika finanzjarja - Ħlasijiet tard |
2006 |
Nuqqas ta' konformità maż-żmien stipulat għall-ħlas |
ta' darba |
|
EUR |
–4 553 141,32 |
–4 553 141,32 |
0,00 |
GR |
Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti |
2006 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji, l-allokazzjonijiet u l-korrezzjoni tat-taxxi fuq il-ħalib |
ta' darba |
|
EUR |
–8 746 881,86 |
–8 746 881,86 |
0,00 |
GR |
Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti |
2006 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
ta' darba |
|
EUR |
–1 841 695,81 |
0,00 |
–1 841 695,81 |
GR |
Frott u Ħaxix - Proċessar ta' Tadam |
2006 |
Dgħjufjiet fil-verifiki taż-żona, tal-kontabilità u fil-verifiki amministrattivi |
rata fissa |
5 |
EUR |
–1 517 924,28 |
0,00 |
–1 517 924,28 |
GR |
Żejt taż-Żebbuġa - Titjib fil-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa |
2004 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
ta' darba |
|
EUR |
– 337 272,64 |
0,00 |
– 337 272,64 |
GR |
Ħżin Pubbliku - Ross |
2006 |
L-użin tal-istokk u l-valutazzjoni tal-kwantitajiet neqsin saru f'ħin ħażin u dan wassal għal kostijiet tal-ħżin eċċessivi |
ta' darba |
|
EUR |
– 110 459,51 |
0,00 |
– 110 459,51 |
GR |
Ħżin Pubbliku - Ross |
2007 |
L-użin tal-istokk u l-valutazzjoni tal-kwantitajiet neqsin saru f'ħin ħażin u dan wassal għal kostijiet tal-ħżin eċċessivi |
ta' darba |
|
EUR |
–55 227,40 |
0,00 |
–55 227,40 |
Total GR |
–17 162 602,82 |
–13 300 023,18 |
–3 862 579,64 |
||||||
HU |
Ħlasijiet Diretti |
2005 |
Sena meta saret it-talba 2004 - Dgħjufjiet fl-LPIS |
rata fissa |
2 |
HUF |
– 159 697 460,46 |
0,00 |
– 159 697 460,46 |
HU |
Ħlasijiet Diretti |
2005 |
Sena meta saret it-talba 2004 - Dgħjufjiet fl-LPIS, verifiki insuffiċjenti tal-GAEC |
rata fissa |
2 |
HUF |
–1 565 085 360,96 |
0,00 |
–1 565 085 360,96 |
HU |
Ħlasijiet Diretti |
2006 |
Sena meta saret it-talba 2004 - Dgħjufjiet fl-LPIS |
rata fissa |
2 |
HUF |
– 974 468,50 |
0,00 |
– 974 468,50 |
HU |
Ħlasijiet Diretti |
2006 |
Sena meta saret it-talba 2004 - Dgħjufjiet fl-LPIS, verifiki insuffiċjenti tal-GAEC |
rata fissa |
2 |
HUF |
–2 111 378,44 |
0,00 |
–2 111 378,44 |
HU |
Ħlasijiet Diretti |
2006 |
Sena meta saret it-talba 2005 - Dgħjufjiet fl-LPIS-GIS |
rata fissa |
2 |
HUF |
–1 874 226 638,20 |
0,00 |
–1 874 226 638,20 |
HU |
Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) |
2005 |
Il-kontroverifiki mal-bażi tad-dejta tal-annimali mhumiex sodisfaċenti |
ta' darba |
|
HUF |
–42 638 662,00 |
0,00 |
–42 638 662,00 |
Total HU |
–3 644 733 968,56 |
0,00 |
–3 644 733 968,56 |
||||||
IE |
Kundizzjonalità |
2006 |
Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004 |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 707 810,71 |
0,00 |
– 707 810,71 |
IE |
Kundizzjonalità |
2007 |
Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004 |
rata fissa |
2 |
EUR |
–7 117,53 |
0,00 |
–7 117,53 |
Total IE |
– 714 928,24 |
0,00 |
– 714 928,24 |
||||||
IT |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2003 |
dgħufijiet fil-verifiki fiżiċi |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 620 190,92 |
0,00 |
– 620 190,92 |
IT |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2003 |
Ħlasijiet li saru għaz-zokkor importat mill-Balkani |
ta' darba |
|
EUR |
–38 460,42 |
0,00 |
–38 460,42 |
IT |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2004 |
dgħufijiet fil-verifiki fiżiċi |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 521 176,14 |
0,00 |
– 521 176,14 |
IT |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2004 |
Ħlasijiet li saru għaz-zokkor importat mill-Balkani |
ta' darba |
|
EUR |
– 149 226,45 |
0,00 |
– 149 226,45 |
IT |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2005 |
dgħufijiet fil-verifiki fiżiċi |
rata fissa |
2 |
EUR |
–7 075,80 |
0,00 |
–7 075,80 |
IT |
Frott u Ħaxix - Proċessar taċ-Ċitru |
2005 |
dgħufijiet varji fil-verifiki li jikkonsistu minn kwalità insuffiċjenti tal-verifiki amministrattivi, tal-kontabilità u tal-verifiki fil-post li saru |
rata fissa |
5 |
EUR |
–2 434 173,33 |
0,00 |
–2 434 173,33 |
IT |
Frott u Ħaxix - Proċessar taċ-Ċitru |
2006 |
dgħufijiet varji fil-verifiki li jikkonsistu minn kwalità insuffiċjenti tal-verifiki amministrattivi, tal-kontabilità u tal-verifiki fil-post li saru |
rata fissa |
5 |
EUR |
–1 105 506,48 |
0,00 |
–1 105 506,48 |
IT |
Irregolaritajiet |
2008 |
Rimborż li jikkonċerna każijiet ta' irregolarità |
ta' darba |
|
EUR |
44 226,30 |
0,00 |
44 226,30 |
IT |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2003 |
Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki. |
rata fissa |
2 |
EUR |
–52 085,75 |
0,00 |
–52 085,75 |
IT |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2004 |
Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki. |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 220 175,36 |
0,00 |
– 220 175,36 |
IT |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2005 |
Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki. |
rata fissa |
2 |
EUR |
– 213 470,02 |
0,00 |
– 213 470,02 |
IT |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2006 |
Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki. |
rata fissa |
2 |
EUR |
–85 920,81 |
0,00 |
–85 920,81 |
IT |
Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi |
2007 |
Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki. |
rata fissa |
2 |
EUR |
–2 378,19 |
0,00 |
–2 378,19 |
Total IT |
–5 405 613,38 |
0,00 |
–5 405 613,38 |
||||||
LT |
Ħlasijiet Diretti |
2005 |
dgħufijiet fis-sistema LPIS u fil-verifiki fil-post u verifika insuffiċjenti tal-GAEC |
rata fissa |
2 |
LTL |
–8 187 386,50 |
0,00 |
–8 187 386,50 |
LT |
Ħlasijiet Diretti |
2006 |
dgħufijiet fis-sistema LPIS u fil-verifiki fil-post u verifika insuffiċjenti tal-GAEC |
rata fissa |
2 |
LTL |
– 329,75 |
0,00 |
– 329,75 |
Total LT |
–8 187 716,25 |
0,00 |
–8 187 716,25 |
||||||
LU |
Ħlasijiet Diretti |
2006 |
Kalkolu ħażin tad-drittijiet tal-pagamenti uniċi skont l-erja bl-użu ta' medja reġjonali mhux adattata |
ta' darba |
|
EUR |
–3 834,18 |
0,00 |
–3 834,18 |
LU |
Ħlasijiet Diretti |
2007 |
Kalkolu ħażin tad-drittijiet tal-pagamenti uniċi skont l-erja bl-użu ta' medja reġjonali mhux adattata |
ta' darba |
|
EUR |
– 513,28 |
0,00 |
– 513,28 |
Total LU |
–4 347,46 |
0,00 |
–4 347,46 |
||||||
MT |
Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti |
2007 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
ta' darba |
|
EUR |
–16 690,38 |
–16 690,38 |
0,00 |
Total MT |
–16 690,38 |
–16 690,38 |
0,00 |
||||||
NL |
Ħlasijiet Diretti |
2006 |
dgħufijiet fil-verifiki LPIS-GIS, fil-verifiki amministrattivi u fil-verifiki fil-post u fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet regolatorji |
ta' darba |
|
EUR |
–5 538 453,00 |
0,00 |
–5 538 453,00 |
NL |
Ħlasijiet Diretti |
2007 |
dgħufijiet fil-verifiki LPIS-GIS, fil-verifiki amministrattivi u fil-verifiki fil-post u fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet regolatorji |
ta' darba |
|
EUR |
–5 866 224,00 |
0,00 |
–5 866 224,00 |
NL |
Ħlasijiet Diretti |
2008 |
dgħufijiet fil-verifiki LPIS-GIS, fil-verifiki amministrattivi u fil-verifiki fil-post u fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet regolatorji |
ta' darba |
|
EUR |
–5 226 404,00 |
0,00 |
–5 226 404,00 |
NL |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2001 |
Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam |
rata fissa |
10 |
EUR |
– 392 282,80 |
0,00 |
– 392 282,80 |
NL |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2002 |
Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam |
rata fissa |
10 |
EUR |
–5 601 293,13 |
0,00 |
–5 601 293,13 |
NL |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2003 |
Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam |
rata fissa |
10 |
EUR |
–1 215 943,72 |
0,00 |
–1 215 943,72 |
NL |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u Għajnuna Alimentari lil hinn mill-UE |
2001 |
Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam |
rata fissa |
10 |
EUR |
– 137 829,09 |
0,00 |
– 137 829,09 |
NL |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u Għajnuna Alimentari lil hinn mill-UE |
2002 |
Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam |
rata fissa |
10 |
EUR |
–1 968 021,91 |
0,00 |
–1 968 021,91 |
NL |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u Għajnuna Alimentari lil hinn mill-UE |
2003 |
Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam |
rata fissa |
10 |
EUR |
– 427 223,47 |
0,00 |
– 427 223,47 |
NL |
Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti |
2006 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
ta' darba |
|
EUR |
–1 871 229,37 |
0,00 |
–1 871 229,37 |
Total NL |
–28 244 904,49 |
0,00 |
–28 244 904,49 |
||||||
PL |
Żvilupp Rurali FAEGG Assi 2 (2000-2006, miżuri relatati ma' qasam partikolari) |
2005 |
Ma saru l-ebda kontroverifiki mal-bażi tad-dejta tal-annimali sal-aħħar tal-2005. Kwalità fqira tar-rapporti tal-verifika. L-impenji agroambjentali ma ġewx iċċekkjati kollha. Nuqqas ta' sanzjonijiet. |
rata fissa |
5 |
PLN |
–47 152 775,00 |
0,00 |
–47 152 775,00 |
Total PL |
–47 152 775,00 |
0,00 |
–47 152 775,00 |
||||||
PT |
Ċertifikazzjoni |
2001 |
L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda |
ta' darba |
|
EUR |
–2 073 170,00 |
–2 848 206,87 |
775 036,87 |
PT |
Ċertifikazzjoni |
2002 |
L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda |
ta' darba |
|
EUR |
–1 768 014,18 |
0,0 |
–1 768 014,18 |
PT |
Ċertifikazzjoni |
2002 |
Żball sistematiku |
ta' darba |
|
EUR |
– 455 084,30 |
0,0 |
– 455 084,30 |
PT |
Ċertifikazzjoni |
2003 |
L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda |
ta' darba |
|
EUR |
–2 056 200,00 |
0,0 |
–2 056 200,00 |
PT |
Ċertifikazzjoni |
2004 |
L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda |
ta' darba |
|
EUR |
– 226 000,00 |
0,0 |
– 226 000,00 |
PT |
Ċertifikazzjoni |
2005 |
L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda |
ta' darba |
|
EUR |
–2 147 000,00 |
0,0 |
–2 147 000,00 |
PT |
Ċertifikazzjoni |
|
L-irkupri diġà ġew irrimborżati lill-baġit Komunitarju f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċertifikazzjoni tal-2001-2005 |
ta' darba |
|
EUR |
134 701,72 |
0,0 |
134 701,72 |
PT |
Kundizzjonalità |
2006 |
Verifiki li ma sarux fiż-żmien stipulat |
rata fissa |
5 |
EUR |
– 727 228,53 |
0,0 |
– 727 228,53 |
PT |
Kundizzjonalità |
2007 |
Verifiki li ma sarux fiż-żmien stipulat |
rata fissa |
5 |
EUR |
–1 952,69 |
0,0 |
–1 952,69 |
PT |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2003 |
Fl-2003 l-għadd minimu ta' verifiki ta' sostituzzjoni ma ntlaħaqx f'żewġ uffiċċji tad-dwana |
rata fissa |
5 |
EUR |
–16 434,84 |
0,0 |
–16 434,84 |
PT |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju |
2004 |
Fl-2003 l-għadd minimu ta' verifiki ta' sostituzzjoni ma ntlaħaqx f'żewġ uffiċċji tad-dwana |
rata fissa |
5 |
EUR |
–28 112,11 |
0,0 |
–28 112,11 |
PT |
Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) |
2004 |
Għażla ħażina tal-kampjuni għall-verifiki fil-post u tal-ambitu limitat tagħhom li ma tassigurax li minimu ta' 5% tal-benefiċjarji jiġu vverifikati kull sena |
rata fissa |
2 |
EUR |
–1 264 084,00 |
0,0 |
–1 264 084,00 |
PT |
Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari) |
2005 |
Għażla ħażina tal-kampjuni għall-verifiki fil-post u tal-ambitu limitat tagħhom li ma tassigurax li minimu ta' 5% tal-benefiċjarji jiġu vverifikati kull sena |
rata fissa |
2 |
EUR |
–1 399 863,00 |
0,0 |
–1 399 863,00 |
Total PT |
–12 028 441,93 |
–2 848 206,87 |
–9 180 235,06 |
||||||
SI |
Verifika finanzjarja - Ħlasijiet tard |
2007 |
Nuqqas ta' konformità maż-żmien stipulat għall-ħlas |
ta' darba |
|
EUR |
–11 173,87 |
–11 173,87 |
0,0 |
SI |
Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti |
2007 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
ta' darba |
|
EUR |
–14 688,91 |
–14 688,91 |
0,0 |
Total SI |
–25 862,78 |
–25 862,78 |
0,0 |
PARTITA TAL-BAĠIT
SM |
Miżura |
Sena finanzjarja |
Raġuni għall-korrezzjoni |
Tip |
% |
Munita |
Ammont |
Tnaqqis li diġà sar |
Impatt finanzjarju |
DE |
Żvilupp Rurali FAEŻR Assi 2 (2007 DE06RPO 020) |
2007 |
Nuqqas ta' kontroverifiki mal-bank tad-dejta ċentrali tal-bhejjem f'każ ta' applikazzjonijiet għal miżuri agroambjentali fejn il-limitu tad-densità tal-bhejjem tkun kundizzjoni għall-eliġibbiltà |
rata fissa |
5 |
EUR |
– 350 800,00 |
0,0 |
– 350 800,00 |
Total DE |
– 350 800,00 |
0,0 |
– 350 800,00 |
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Settembru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil fil-Latvja
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5550)
(It-testi bl-Estonjan, bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2009/722/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistipula regoli ta' saħħa dwar prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi projbizzjoni fuq l-għalf tal-annimali bi proteina tal-annimali proċessata derivata minn annimali tal-istess speċi. Wara li kkonsultat il-kumitati xjentifiċi xierqa jistgħu jingħataw derogi minn dik ir-regola fir-rigward ta' annimali bil-pil. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE tat-12 ta' Mejju 2003 rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil li taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) issemmi l-Istati Membri li huma awtorizzati li jagħmlu użu minn dik id-deroga, l-ispeċi li jistgħu jintemgħu bi proteina proċessata tal-annimali derivata mill-annimali tal-istess speċi, u tistipula r-regoli li taħthom jista' jseħħ l-għalf. |
(3) |
Il-Latvja ressqet talba għal droga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil u ressqet informazzjoni sodisfaċenti dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat il-kontroll ta' riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2003/324/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/324/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Id-deroga għall-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja 1. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tingħata deroga lill-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja rigward l-għalf tal-annimali tal-pil li ġejjin ma' proteina proċessata tal-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta' iġsma ta' annimali tal-istess speċi:
2. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tingħata deroga lill-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja rigward l-għalf tal-annimali tal-pil tal-ispeċi tal-mink Amerikan (Mustela vison) ma' proteina proċessata tal-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta' iġsma ta' annimali tal-istess speċi:” |
(2) |
L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Il-konformità ma' din id-Deċiżjoni L-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja għandhom jieħu l-miżuri meħtieġa minnufih biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni, u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.” |
(3) |
L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Id-destinatarji Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Finlandja.” |
Artikolu 2
Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
(2) ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.
III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE
ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUSEC/1/2009
tal-25 ta' Settembru 2009
dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
(2009/723/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/709/PESK tal-15 ta' Settembru 2009 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 8 tal-Azzjoni Konġunta 2009/709/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Fl-24 ta' Ġunju 2008, Jean-Paul MICHEL inħatar Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo. |
(3) |
Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra mill-ġdid ta' Jean-Paul MICHEL bħala l-Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Jean-Paul MICHEL huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma fil-qasam tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fl-1 ta' Ottubru 2009.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
(1) ĠU L 246, 18.9.2009, p. 33.
ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2009/724/ĠAI
tas-17 ta’ Settembru 2009
li tistabilixxi d-data għat-tlestija tal-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha.
Billi:
(1) |
L-Artikolu 11(2) tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI jipprovdi għall-migrazzjoni tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2009. Jekk ikun meħtieġ, din id-data tista’ tinbidel skont il-proċedura definita fl-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni. |
(2) |
Kwistjonijiet identifikati matul il-fażi ta’ ttestjar ta’ SIS II wasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI, Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 u s-27 ta’ Frar 2009 iddikjaraw li, minħabba l-ħin meħtieġ biex jiġu riżolti l-kwistjonijiet pendenti, id-data għall-migrazzjoni minn SIS 1+ għal SIS II, stabbilita għal Settembru 2009, m'għadhiex realistika. |
(3) |
Fid-dawl tad-dewmien għall-migrazzjoni minn SIS I+ għal SIS II, id-data l-ġdida għat-tlestija tal-migrazzjoni għandha tiġi stabbilita biex tikkoinċidi mad-data ta’ skadenza finali tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI, li tippermetti l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet li jwasslu għall-bidu tal-operazzjonijiet ta’ SIS II sa dik id-data. |
(4) |
Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'din id-Deċiżjoni, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat UE u għat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000, rigward it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jieħdu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (2). |
(5) |
L-Irlanda qed tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat UE u għat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda li tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). |
(6) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (4), li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim. |
(7) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (6) dwar il-konklużjoni ta' dak il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Fir-rigward ta' Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen li jaqa' fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/262/ĠAI tat-28 ta' Frar 2008 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7). |
(9) |
Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 67(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/53’/ĠAI (8) u li hemm referenza għalih fl-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom ilestu l-migrazzjoni mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni, sad-data ta’ skadenza tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p.31.
(6) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50.
(8) ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.