ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.257.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 257

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
30 ta' Settembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 907/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 908/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-KE ta’ VIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-KE ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) ( 1 )

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 912/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b’impenn minn diversi Stati Membri ( 1 )

12

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/720/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2009 li tistabilixxi d-data għat-tlestija tal-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6910)

26

 

 

2009/721/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2009 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija ta' Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7044)

28

 

 

2009/722/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil fil-Latvja (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5550)

38

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

 

2009/723/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUSEC/1/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

40

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/724/ĠAI tas-17 ta’ Settembru 2009 li tistabilixxi d-data għat-tlestija tal-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

41

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 907/2009

tad-29 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

32,8

ZZ

32,8

0707 00 05

TR

121,8

ZZ

121,8

0709 90 70

TR

110,1

ZZ

110,1

0805 50 10

AR

89,6

CL

109,9

TR

83,3

UY

88,0

ZA

70,7

ZZ

88,3

0806 10 10

EG

109,7

IL

111,8

TR

102,8

US

190,3

ZZ

128,7

0808 10 80

BR

83,8

CL

83,2

NZ

80,0

US

83,8

ZA

73,1

ZZ

80,8

0808 20 50

AR

81,8

CN

60,5

TR

100,4

US

161,5

ZA

70,4

ZZ

94,9

0809 30

TR

108,0

ZZ

108,0

0809 40 05

IL

116,1

TR

99,1

ZZ

107,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 908/2009

tat-28 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-KE ta’ VIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Settembru 2009

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

19/T&Q

Stat membru

Il-Belġju

Stokk

SRX/07D.

Speċi

Rebekkin u Raj (Rajidae)

Żona

l-ilmijiet tal-KE ta’ VIId

Data

1.9.2009


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 909/2009

tat-28 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-KE ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

18/T&Q

Stat membru

Il-Belġju

Stokk

SRX/89-C.

Speċi

Rebekkin u Raj (Rajidae)

Żona

L-ilmijiet tal-KE ta’ VIII u IX

Data

1.9.2009


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 910/2009

tad-29 ta’ Settembru 2009

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Dan ir-Regolament jawtorizza użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf taż-żwiemel.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza Alimentari (“l-Awtorità”) wettqet l-istima tar-riskju skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi”.

(6)

L-użu ta’ dik il-preparazzjoni ilu awtorizzat għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (2) fil-każ tal-mogħoż u n-nagħaġ li jinħalbu u għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 (3) fil-każ tal-ħrief.

(7)

Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għaż-żwiemel. Fl-opinjonijiet tagħha tat-12 ta’ Settembru 2006 (4) u tal-1 ta’ April 2009 (5), l-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ma għandhiex effett mhux mixtieq fuq saħħet l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-preparazzjoni jista’ jkollha benefiċċju sinifikanti fuq id-diġestjoni tal-fibra. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(8)

L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 26.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38.

(4)  The EFSA Journal (2006) 385, p. 1.

(5)  The EFSA Journal (2009) 1040, p. 1.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità

4a1711

LALLEMAND SAS

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

 

Għamla solida:

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nixfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 2 × 1010 CFU/g.

 

Fl-għamla miksija:

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta’ ċelloli vijabbli nexfin b’konċentrazzjoni minima garantita ta’ 1 × 1010 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077: 80 % ta’ ċelloli vijabbli nexfin u 14 % ta’ ċelloli mhux vijabbli.

 

Metodu analitiku (1):

Metodu għas-sustanzi dilwiti suċċessivi (pure plate method) u identifikazzjoni molekolari (PCR).

Żwiemel

3,0 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Fil-forma miksija, għall-inklużjoni permezz ta’ għalf pelleted biss.

3.

Jekk il-prodott ikun ittrattat jew imħallat f’ambjent magħluq, għandhom jintużaw nuċċalijiet u maskri tas-sikurezza waqt it-taħlit, sakemm il-mixers ma jkunux mgħammra b’sistemi tal-exhaust.

20.10.2019


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju Referenzjarju Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 911/2009

tad-29 ta’ Settembru 2009

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli, li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2) għat-tiġieġ għat-tismin u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (3) għall-ħnieżer għat-tismin.

(5)

Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għas-salmonidi u l-gambli. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-1 ta’ April 2009 (4) li l-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jista’ jkollu effetti benefiċi, billi jżid l-għadd ta’ salmonidi konformi mal-istandards u jtejjeb is-sopravivenza u l-prestazzjoni tat-tkabbir fil-gambli. L-Awtorità ma tqisx li hemm ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(3)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.

(4)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1038, p. 2 u 1037, p. 1.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (li jaffettwaw favorevolment it-tkabbir tal-annimali).

4d1712

Lallemand

SAS

Pediococcus acidilactici

CNCM MA 18/5M

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M

 

Metodu analitiku (1):

 

Il-kwantifikazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu ta’ agar MRS u 37 °C bħala temperatura ta’ inkubazzjoni.

 

Identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

Salmonidi

3 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha ssir il-ħażna, it-tul ta’ żmien tal-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għas-Salmonidi 3 × 109 CFU/kg ta’ għalf komplut.

3.

Għal raġunijiet ta’ sikurezza: għandha tintuża protezzjoni għar-respirazzjoni matul l-immaniġġjar.

20 ta’ Ottubru 2019

Gambli

1 × 109


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/12


DEĊIŻJONI Nru 912/2009/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b’impenn minn diversi Stati Membri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 169 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 172, tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimonstrazzjoni (2007-2013) (“is-Seba’ Programm Kwadru”) (3) tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi ta’ riċerka u żvilupp (“R&D)” meħuda b’impenn minn diversi Stati Membri, inkluża l-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għall-eżekuzzjoni ta’ dawk il-programmi, fis-sens tal-Artikolu 169 tat-Trattat.

(2)

Is-Seba’ Programm Kwadru ddefinixxa serje ta’ kriterji għall-identifikazzjoni ta’ oqsma għal inizjattivi bħal dawn skont l-Artikolu 169: ir-rilevanza għall-miri tal-Komunità, id-definizzjoni ċara tal-mira li għandha tiġi segwita u r-rilevanza tagħha għall-miri tal-Programm Kwadru, il-preżenza ta’ bażi diġà eżistenti (programmi ta’ riċerka nazzjonali eżistenti jew previsti), valur miżjud Ewropew, massa kritika fir-rigward tad-daqs u n-numru ta’ programmi involuti u x-xebh tal-attivitajiet li jkopru, u l-effiċjenza tal-Artikolu 169 bħala l-aktar mezz adatt sabiex jinkisbu l-miri.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (4) (il-programm speċifiku “Kooperazzjoni”) tinkoraġġixxi approċċ li jħaddan diversi temi ta’ suġġetti ta’ riċerka rilevanti għal tema waħda jew aktar tas-Seba’ Programm Kwadru, u f’dan il-kuntest identifikat inizjattiva skont l-Artikolu 169 fil-kamp tal-metroloġija bħala wieħed mill-inizjattivi adatti għall-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programmi ta’ riċerka nazzjonali implimentati b’mod konġunt fuq il-bażi tal-Artikolu 169 tat-Trattat.

(4)

Il-metroloġija hija qasam xjentifiku li jħaddan diversi dixxiplini li huwa komponent vitali ta’ soċjetà moderna bbażata fuq l-għerf. Standards ta’ kejl affidabbli u komparabbli, metodi validati xierqa ta’ kejl u ttestjar isostnu l-proċessi tal-avvanz xjentifiku u l-innovazzjoni teknoloġika u għalhekk għandhom impatt sinifikanti fuq l-ekonomija u l-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa.

(5)

Fil-preżent, numru ta’ programmi jew attivitajiet R&D meħuda b’impenn mill-Istati Membri b’mod individwali fuq livell nazzjonali biex isostnu l-R&D fil-metroloġija mhumiex ikkoordinati b’mod suffiċjenti fil-livell Ewropew u ma jippermettux li tinġabar il-massa kritika neċessarja li hija mitluba f’oqsma strateġiċi tal-R&D.

(6)

Xewqana li jkollhom approċċ koerenti fuq livell Ewropew fil-kamp tal-metroloġija u li jaġixxu b’mod effettiv, diversi Stati Membri ħadu l-inizjattiva li jwaqqfu programm konġunt ta’ R&D bit-titlu “Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija” (“EMRP”) sabiex jirrispondu għat-talba dejjem tiżdied fl-Ewropa għal metroloġija progressiva, b’mod partikolari f’oqsma teknoloġiċi emerġenti, bħala għodda għall-innovazzjoni, ir-riċerka xjentifika u appoġġ tal-linji politiċi.

(7)

Fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2007-2008 għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku “Kooperazzjoni”, il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ finanzjarju għall-ERA-NET Plus fil-kamp tal-metroloġija sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni bejn il-proġett tal-ERA-NET “iMERA” u l-programm konġunt ta’ R&D fil-qasam tal-metroloġija li għandu jiġi implimentat fuq il-bażi tal-Artikolu 169 tat-Trattat. Ir-riżultat kien l-iżvilupp tal-EMRP li ddefinixxa l-isfidi u l-attivitajiet prinċipali tal-programm konġunt.

(8)

L-EMRP jfittex li jsostni l-iżvilupp u l-innovazzjoni xjentifika billi jipprovdi l-qafas legali u organizzattiv neċessarju għal kooperazzjoni Ewropea fuq skala kbira bejn l-Istati Membri dwar riċerka metroloġika fi kwalunkwe qasam teknoloġiku jew industrijali. Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit kif ukoll in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (“l-Istati parteċipanti”) qablu li jikkoordinaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti mmirati sabiex jikkontribwixxu għall-EMRP. Il-valur globali tal-parteċipazzjoni tagħhom huwa stmat għal mill-anqas EUR 200 miljun flimkien ma’ kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva ta’ EUR 100 miljun għall-perjodu propost ta’ seba’ snin.

(9)

Sabiex iżidu l-impatt tal-EMRP, l-Istati parteċipanti qablu ma’ parteċipazzjoni Komunitarja fl-EMRP. Il-Komunità għandha tipparteċipa fih billi tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja li tikkorrispondi għal dik tal-Istati parteċipanti sa massimu ta’ EUR 200 miljun għall-perjodu tal-EMRP. Minħabba li l-EMRP jilħaq il-miri speċifiċi tas-Seba’ Programm Kwadru u li l-azzjonijiet fil-kamp tal-metroloġija huma ta’ natura orizzontali u mhux marbuta direttament mal-għaxar temi, l-EMRP għandu jiġi appoġġat tul it-temi kollha rilevanti.

(10)

Jistgħu jkunu disponibbli aktar opzjonijiet ta’ finanzjament, fost l-oħrajn mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), b’mod partikolari permezz tal-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju li ġiet żviluppata b’mod konġunt mal-BEI u l-Kummissjoni skont l-Anness III tal-programm speċifiku “Kooperazzjoni”.

(11)

L-appoġġ finanzjarju mill-Komunità għandu jiġi pprovdut suġġett għad-definizzjoni ta’ pjan ta’ finanzjament ibbażat fuq impenji formali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jimplimentaw flimkien il-programmi u l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imwettqa fuq livell nazzjonali u sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-eżekuzzjoni konġunta tal-EMRP.

(12)

L-implimentazzjoni konġunta tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka teħtieġ l-istabbiliment jew l-eżistenza ta’ struttura ddedikata għall-implimentazzjoni, kif ipprovdut fil-programm speċifiku “Kooperazzjoni”. L-Istati parteċipanti qablu dwar struttura ta’ implimentazzjoni ddedikata bħal din biex jimplimentaw l-EMRP. L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tirċievi l-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja u għandha tassigura t-twettiq effiċjenti tal-EMRP.

(13)

Il-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja għandha tkun suġġetta għall-wegħdiet ta’ riżorsi mill-Istati parteċipanti u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom.

(14)

Filwaqt li ċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka huwa dipartiment tal-Kummissjoni, l-istituti tiegħu għandhom kapaċitajiet ta’ riċerka li huma rilevanti għall-EMRP u għandhom jiġu attivati fl-implimentazzjoni tiegħu. Għalhekk, huwa xieraq li l-irwol taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka jiġi ddefinit f’termini tal-eliġibilità tiegħu għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament u tal-involviment tiegħu fit-tmexxija tal-EMRP.

(15)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja għandu jkun suġġett għall-konklużjoni ta’ ftehim ġenerali bejn il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, li jinkludi l-arranġamenti dettaljati għall-użu tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Dak il-ftehim ġenerali għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex ikun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Komunità jiġu mħarsa.

(16)

L-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja għandu jitqies bħala dħul assenjat, skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5) (“ir-Regolament Finanzjarju”). Għandu jkun possibbli li l- Kummissjoni iżżid il-kontribuzzjoni Komunitarja massima prevista f’din id-Deċiżjoni skont il-każ.

(17)

Il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tnaqqas, twaqqaf jew tittermina il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha jekk l-EMRP ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat inadegwatament, parzjalment jew tard, jew jekk l-Istati parteċipanti ma jikkontribwux jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard għall-finanzjament tal-EMRP, skont it-termini stabbiliti fi ftehim ġenerali li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni.

(18)

Sabiex l-EMRP jiġi implimentat b’mod effiċjenti, l-appoġġ finanzjarju għandu jingħata lil parteċipanti fil-proġetti tal-EMRP magħżula fil-livell ċentrali taħt ir-responsabbiltà tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni wara sejħiet għall-proposti. Tali appoġġ finanzjarju u l-ħlas tiegħu għandhom ikunu trasparenti u effiċjenti.

(19)

L-evalwazzjoni tal-proposti għandha ssir b’mod ċentrali minn esperti indipendenti taħt ir-responsabilità tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni. Din l-istruttura għandha tapprova klassifikazzjoni li għandha tkun vinkolanti fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ finanzjament mill-kontribuzzjoni Komunitarja u mill-baġits nazzjonali allokati għal proġetti tal-EMRP.

(20)

Skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6) (ir-“Regoli Implimentattivi”), il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tiġi mmaniġġata fil-qafas ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 35, 38(2) u 41 tar-Regoli Implimentattivi.

(21)

Kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru għandu jkollu d-dritt li jissieħeb fl-EMRP.

(22)

B’mod konformi mal-miri tas-Seba’ Programm Kwadru, għandha tkun possibbli l-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor fl-EMRP, fejn tali parteċipazzjoni tkun prevista mill-ftehim internazzjonali rilevanti u kemm il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, kif ukoll l-Istati Membri parteċipanti jaqblu magħha. Skont is-Seba’ Programm Kwadru, il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tiftiehem kundizzjonijiet marbuta mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha għall-EMRP rigward il-parteċipazzjoni fih ta’ pajjiżi oħra bħal dawn skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(23)

Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex jiġu evitati irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (8) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (9).

(24)

Huwa essenzjali li l-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt l-EMRP jikkonformaw mal-prinċipji etiċi bażiċi, fosthom dawk riflessi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jsegwu l-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

(25)

Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni proviżorja, li tivvaluta l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-EMRP u l-progress lejn il-miri stabbiliti, kif ukoll evalwazzjoni finali.

(26)

L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandha tinkoraġġixxi lill-parteċipanti fil-proġetti magħżula tal-EMRP sabiex jikkomunikaw u jiddiseminaw r-riżultati tagħhom u jagħmlu din l-informazzjoni pubblikament disponibbli,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja

1.   Il-Komunità għandha tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-“Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija” (“EMRP”) meġud b’impenn b’mod konġunt mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mil-Ġermanja, mill-Estonja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mill-Ungerija, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Polonja, mill-Portugall, mir-Rumanija, mis-Slovenja, mis-Slovakkja, mill-Finlandja, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit kif ukoll min-Norveġja, mill-Iżvizzera u mit-Turkija (“l-Istati parteċipanti”).

2.   Il-Komunità għandha tul il-perjodu tas-Seba’ Programm Kwadru, u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Anness I u Anness II li jiffurmaw parti integrali minn din id-Deċiżjoni, tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja daqs dik tal-Istati parteċipanti iżda li ma teċċedix l-EUR 200 miljun li għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja għandha titħallas b’mod konġunt mill-approprjazzjonijiet tal-baġit allokati għat-temi kollha rilevanti tal-programm speċifiku “Kooperazzjoni”.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha tkun dipendenti fuq:

(a)

it-turija mill-Istati parteċipanti li l-EMRP kif deskritt fl-Anness I ġie stabbilit b’mod effiċjenti;

(b)

l-istabbiliment formali ta’ struttura ddedikata għall-implimentazzjoni b’personalità ġuridika li għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EMRP u biex tirċievi, talloka u timmonitorja l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-qafas ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 35, 38(2) u 41 tar-Regoli Implimentattivi;

(c)

l-istabbiliment ta’ mudell adegwat u effiċjenti ta’ tmexxija għall-EMRP f’konformità mal-Anness II;

(d)

it-twettiq effiċjenti tal-attivitajiet taħt l-EMRP deskritti fl-Anness I mill-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, li jinkludi t-tnedija ta’ sejħiet għall-proposti;

(e)

l-impenjazzjoni ta’ kull Stat parteċipanti li jikkontribwixxi l-parti tiegħu tal-finanzjament tal-EMRP, u biex iżid din il-kontribuzzjoni b’kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva ta’ 50 % sabiex ilaħħaq ma’ rata ta’ suċċess għolja tal-parteċipanti tiegħu fil-proġetti tal-EMRP, u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja lill-benefiċjarji;

(f)

il-konformità mar-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari l-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna Statali għar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni (10);

(g)

l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ eċċellenza xjentifika u osservanza tal-prinċipji etiċi skont il-prinċipji ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru, u tal-integrazzjoni tas-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u tal-iżvilupp sostenibbli;

(h)

il-formulazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet imwettqa taħt l-EMRP u l-implimentazzjoni u l-koordinament tal-programmi u l-attivitajiet R&D meħuda b’impenn fil-livell nazzjonali mill-Istati parteċipanti b’tali mod li huma jfittxu li jippromwovu l-ħolqien ta’ dan it-tip ta’ għerf u jappoġġaw l-użu wiesa’ u d-disseminazzjoni tal-għerf li jinħoloq. L-approċċ meħud għandu jsegwi l-mudell stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (11) (ir-“Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru”).

Artikolu 3

Attivitajiet tal-EMRP

1.   L-attività prinċipali tal-EMRP għandha tikkonsisti fil-finanzjament ta’ proġetti EMRP transnazzjonali b’diversi msieħba li jindirizzaw attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, taħriġ u disseminazzjoni (“proġetti EMRP”). Minħabba l-kapaċitajiet ikkonċentrati fil-metroloġija, il-parti prinċipali tal-proġetti EMRP għandha tiġi eżegwita mill-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija u l-Istituti Nominati (jiġifieri, istituti speċjalisti responsabbli għal ċerti standards nazzjonali u servizzi assoċjati li mhumiex koperti mill-attivitajiet tal-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija) mill-Istati parteċipanti.

2.   Sabiex iżid u jiddiversifika l-kapaċitajiet fil-metroloġija, l-EMRP għandu jiffinanzja wkoll diversi skemi ta’ għotjiet għar-riċerkaturi sabiex jikkumplimentaw l-proġetti EMRP.

3.   Il-proġetti EMRP għandhom jintgħażlu u l-għotjiet għar-riċerkaturi għandhom jingħataw wara sejħiet għall-proposti li jirrispettaw il-prinċipji tat-trattament ugwali, tat-trasparenza, tal-evalwazzjoni indipendenti, tal-kofinanzjament, tal-finanzjament li ma jwassalx għal profitt kif ukoll tan-nuqqas ta’ retroattività imsemmija fl-Artikolu 112(1) tar-Regolament Finanzjarju, kif stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

4.   Il-kriterji prinċipali tal-evalwazzjoni għandhom, mutatis mutandis, ikunu dawk tal-Artikolu 15(1) (a) u (b) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru għall-proġetti EMRP u l-iskemi ta’ għotjiet għar-riċerkaturi, rispettivament. Is-sejħa għall-proposti għandha tikkonkretizza l-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni. Jistgħu jiddaħħlu kriterji addizzjonali bil-kundizzjoni li dawn jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti, ma jkunux diskriminatorji u ma jipprevalux fuq il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni.

5.   Dettalji ulterjuri dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-EMRP huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 4

Rwol taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

1.   Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni għandu jkun eliġibbli għal parteċipazzjoni fi, u għal finanzjament, mill-EMRP taħt kundizzjonijiet komparabbli għal dawk tal-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija tal-Istati parteċipanti.

2.   Ir-riżorsi personali taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li mhumiex koperti mill-finanzjament EMRP, ma għandhomx jgħoddu bħala kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja fl-ambitu tal-Artikolu 1.

3.   L-istitut taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka li huwa responsabbli għall-metroloġija, bħala dipartiment tal-Kummissjoni li jaġixxi f’isem il-Komunità, għandu jkun intitolat jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-EMRP fi ħdan l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, bħala osservatur mingħajr dritt tal-vot.

Artikolu 5

Ftehimiet bejn il-Komunità u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni

L-arranġamenti dettaljati għall-ġestjoni u kontroll tal-fondi u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ġenerali u fi ftehimiet finanzjarji annwali li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni.

Il-ftehim ġenerali għandu jinkludi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(1)

definizzjoni tal-kompiti assenjati;

(2)

il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati għall-eżekuzzjoni tal-kompiti, fosthom dispożizzjonijiet xierqa biex jiġu definiti r-responsabilitajiet u jiġu organizzati l-kontrolli li għandhom jitwettqu;

(3)

ir-regoli dwar ir-rappurtar lill-Kummissjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti;

(4)

il-kundizzjonijiet dwar it-terminazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-kompiti;

(5)

l-arranġamenti dettaljati għall-iskrutinju mill-Kummissjoni;

(6)

il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta’ kontijiet bankarji separati, it-trattament tal-imgħaxijiet prodotti;

(7)

id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu l-viżibilità tal-azzjoni Komunitarja f’relazzjoni mal-attivitajiet l-oħra tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni;

(8)

impenn li ma jitwettaq l-ebda att li jista’ jwassal għal kunflitt tal-interessi fis-sens tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Finanzjarju;

(9)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet imwettqa taħt l-EMRP imsemmija fl-Artikolu 2;

(10)

lista ta’ kriterji li għandhom jintużaw fl-evalwazzjonijiet interim u finali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 13.

Artikolu 6

Imgħaxijiet mill-kontribuzzjoni Komunitarja

Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja allokata għall-EMRP għandu jitqies bħala dħul assenjat. Il-kontribuzzjoni massima Komunitarja imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Deċiżjoni tista’ għalhekk tiżdied mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Tnaqqis, twaqqif jew terminazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

Jekk l-EMRP ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat inadegwatament, parzjalment jew tard, il-Komunità tista’ tnaqqas, twaqqaf jew tittermina il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha b’mod proporzjonali mal-implimentazzjoni attwali tal-EMRP.

Jekk l-Istati parteċipanti ma jikkontribwux jew jikkontribwixxu biss parzjalment jew tard għall-finanzjament tal-EMRP, il-Komunità tista’ tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha b’mod proporzjonali mal-ammont attwali ta’ finanzjament pubbliku allokat mill-Istati parteċipanti bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ġenerali li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni.

Artikolu 8

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità mill-Istati parteċipanti

Fl-implimentazzjoni tal-EMRP, l-Istati parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji, amministrattivi jew oħrajn meħtieġa sabiex jiġi protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità. B’mod partikolari, l-Istati parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-irkupru sħiħ ta’ kwalunkwe ammont dovut lill-Komunità skont l-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 38(2) tar-Regoli Implimentattivi.

Artikolu 9

Kontroll mill-Qorti tal-Awdituri

Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri ikollhom id-dritt, permezz tal-uffiċjali jew l-aġenti tagħhom, li jwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa biex jiżguraw ġestjoni tajba tal-fondi tal-Komunità u jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra kwalunkwe frodi jew irregolarità. Għal dan il-għan, l-Istati parteċipanti u/jew l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandhom, aktar tard, ipoġġu d-dokumenti kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 10

Informazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. L-Istati parteċipanti għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni, li tkun konsistenti mar-rekwiżiti ġenerali tar-rappurtaġġ stabbiliti fl-Artikolu 13.

Artikolu 11

Parteċipazzjoni ta’ aktar Stati Membri u pajjiżi assoċjati

Kwalunkwe Stat Membru u pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru għandu jkun intitolat li jissieħeb fl-EMRP skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(e) u (f) u għandu jiġi ttrattat bħala Stat parteċipant.

Artikolu 12

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi oħra

L-Istati parteċipanti u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu mal-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor soġġetta għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(e) u sakemm parteċipazzjoni bħal din tkun prevista mill-ftehim internazzjonali rilevanti. Huma għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet skont liema l-entitajiet legali stabbiliti u l-individwi residenti f’tali pajjiż ikunu eliġibbli għal finanzjament tal-EMRP.

Artikolu 13

Rappurtaġġ u evalwazzjoni annwali

Ir-rapport annwali dwar is-Seba’ Programm Kwadru ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 173 tat-Trattat għandu jinkludi rapport tal-attivitajiet tal-EMRP.

Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni proviżorja tal-EMRP tliet snin wara l-bidu tal-EMRP. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-progress lejn il-miri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll rakkomandazzjonijiet tal-EMRP dwar l-aktar modi adegwati sabiex tkompli tittejjeb l-integrazzjoni u l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni, inkluża l-integrazzjoni xjentifika, amministrattiva u finanzjarja u jekk il-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati parteċipanti huwiex adatt, fid-dawl tad-domanda potenzjali mid-diversi komunitajiet ta’ riċerka nazzjonali tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħhom, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u, fejn ikun xieraq, proposti biex tiġi emendata din id-deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fit-tmiem ta’ din il-parteċipazzjoni Komunitarja fl-EMRP iżda mhux aktar tard mill-2017, il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ grupp espert indipendenti, għandha twettaq valutazzjoni finali tal-objettivi ġenerali, speċifiċi u operattivi tal-EMRP.

Dan il-grupp għandu jibbaża l-valutazzjoni tiegħu fuq, inter alia, l-indikaturi li ġejjin:

(a)

l-eċċellenza xjentifika tal-proġetti u l-għotjiet kif imkejla minn għadd ta’ pubblikazzjonijiet, privattivi u indikaturi oħra ta’ rendiment xjentifiku;

(b)

il-livell ta’ parteċipazzjoni fil-programm minn riċerkaturi esterni u istituzzjonijiet ta’ riċerka;

(c)

iż-żieda fil-kapaċità metroloġika tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm ta’ Qafas li l-programmi ta’ metroloġija tiegħu huma fi stadju bikri ta’ żvilupp;

(d)

l-għadd u l-kwalità tal-attivitajiet ta’ taħriġ;

(e)

l-għadd u l-kwalità tal-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-komunikazzjoni u d-diffużjoni tal-metroloġija.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  Opinjoni tal-25 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 (għada mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(8)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(9)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(10)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS I

Deskrizzjoni tal-Miri u l-Attivitajiet tal-Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija (EMRP)

I.   GĦANIJIET

Fl-ekonomija globali tal-lum, il-metroloġija tagħmel kontribut sinifikanti għall-iżvilupp teknoloġiku u ekonomiku ta’ bosta nazzjonijiet fid-dinja. Ir-riċerka dwar il-metroloġija hija meħtieġa sabiex issolvi problemi tas-soċjetà, u eżempji jaffettwaw oqsma bħall-ispazju, inkluża n-navigazzjoni bis-satellita, is-sigurtà, il-kura tas-saħħa, l-industrija tas-semikondutturi u t-tibdil fil-klima. Ir-riċerka dwar il-metroloġija toffri benfiċċji pubbliċi qawwija u hija attività prinċipali ta’ sostenn għar-regolazzjoni u l-istandardizzazzjoni mill-gvern. Il-metroloġija mhijiex f’għajnejn il-pubbliku, imma hija essenzjali biex ikunu ffaċilitati l-kummerċ u l-komunikazzjonijiet moderni. L-aċċess għas-swieq jista’ jkun imxekkel permezz tan-nuqqas ta’ piżijiet u miżuri uniformi u preċiżi. Il-qawwiet ekonomiċi prinċipali kollha fid-dinja għarfu li l-R&D teknoloġika fil-metroloġija hija fundamentali għat-tkabbir ekonomiku fit-tul ta’ pajjiż avvanzat.

Ir-riċerka dwar il-metroloġija tradizzjonalment kienet prijorità għolja f’bosta pajjiżi. Madankollu l-pajjiżi Ewropej qegħdin iħaddmu l-programmi ta’ riċerka nazzjonali tagħhom dwar il-metroloġija f’iżolament sħiħ u l-Istati Membri tal-UE ma kinux kapaċi joħolqu waħedhom Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija (EMRP) wieħed u tassew integrat. L-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija (NMI), appoġġati minn Istituti Nominati (DI) huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ riċerka nazzjonali dwar il-metroloġija fuq il-bażi ta’ finanzjament istituzzjonali minn aġenziji jew ministeri tal-gvern ċentrali. Il-komunità Ewropea tar-riċerka dwar il-metroloġija hija komunità speċjalizzata li hija marbuta biss b’mod laxk mal-organizzazzjonijiet tar-riċerka jew l-akkademja. Hija fil-biċċa l-kbira frammentata billi tinkludi ftit ċentri ta’ eċċellenza globali li jistgħu jibbenefikaw minn kompetizzjoni wiesgħa fuq skala internazzjonali. Teżisti b’mod ċar duplikazzjoni tar-riċerka.

Id-dritt Komunitarju li jopera f’dan il-qasam jidher f’diversi artikoli tat-Trattat li jipprovdu koordinazzjoni u kooperazzjoni fir-riċerka bejn l-Istati Membri u l-Komunità. L-Artikolu 165 jistabbilixxi li “il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku sabiex jiżguraw li kull politika nazzjonali u dik tal-Komunità ikunu koerenti ma’ xulxin”. Naturalment, l-Artikolu 169 jistieden lill-Komunità biex taħseb għall-pateċipazzjoni fil-programmi ta’ R&D li fihom jieħdu sehem diversi Stati Membri. L-azzjoni tal-Komunità tidher iġġustifikata ħafna, għaliex l-Istati Membri weħidhom x’aktarx li ma jkunux kapaċi jindirizzaw dawn il-problemi.

L-EMRP se jintegra l-programmi nazzjonali ta’ tnejn u għoxrin Stat parteċipanti fi programm wieħed konġunt ta’ riċerka u jsostni, b’mod partikolari, il-miri tas-Sistemi Nazzjonali Ewropej tal-Kejl. L-EMRP se jaċċellera l-iżvilupp, il-validazzjoni u l-isfruttament ta’ metodi, standards, proċessi, strumenti, materjali ta’ referenza u għerf ġdid dwar it-tkejjil immirati sabiex jagħtu spinta lill-iżviluppi innovattivi fl-industrija u l-kummerċ, itejbu l-kwalità tad-dejta għax-xjenza, l-industrija u t-tiswir tal-politika u jsostnu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tad-direttivi u r-regolamenti.

L-EMRP ser jilħaq dawn il-miri kif ġej:

(a)

ġmigħ tal-eċċellenza fir-riċerka dwar il-metroloġija - bil-ħolqien ta’ proġetti kompetittivi konġunti ta’ riċerka, jiġifieri proġetti EMRP, li jorganizzaw il-kapaċità ta’ massa kritika suffiċjenti min-netwerks tan-NMI u tad-DI mill-Istati parteċipanti biex jindirizzaw l-isfidi metroloġiċi prinċipali ffaċċjati fuq livell Ewropew;

(b)

ftuħ tas-sistema għall-aħjar xjenza - billi tiżdied il-parteċipazzjoni mill-komunità aktar wiesgħa tar-riċerkaturi Ewropej permezz ta’ għotjiet għar-riċerkaturi;

(c)

żvilupp tal-kapaċità - billi tiżdied il-kapaċità tal-komunità tar-riċerkaturi Ewropej dwar il-metroloġija permezz ta’ għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi mmirati lejn dawk il-Pajjiżi Membri tal-EURAMET b’kapaċità ta’ riċerka metroloġika limitata.

L-EMRP għandu jikkumplimenta programmi u attivitajiet nazzjonali li għaddejjin immirati sabiex jindirizzaw prijoritajiet purament nazzjonali.

L-inizjattiva tal-EMRP hija mmirata sabiex tallinja u tintegra attivitajiet nazzjonali rilevanti ta’ riċerka dwar il-metroloġija sabiex jiġi stabbilit programm konġunt wieħed ta’ riċerka li jinkludi l-integrazzjoni xjentifika, amministrattiva u finanzjarja, li jagħmel kontribut importanti għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka u jsostni l-kunċetti fl-aġenda ta’ Liżbona tal-Ewropa bħala “l-iżjed ekonomija kompetittiva u dinamika msejsa fuq l-għerf”. L-integrazzjoni xjentifika tinkiseb permezz tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni komuni ta’ attivitajiet taħt l-EMRP. L-integrazzjoni amministrattiva tinkiseb bl-użu tal-EURAMET e.V., assoċjazzjoni mhux bi skop ta’ qligħ taħt il-liġi Ġermaniża, bħala l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni suġġetta għall-arranġamenti dettaljati kontenuti fl-Anness II.

L-integrazzjoni finanzjarja timplika li l-Istati parteċipanti effettivament jintrabtu li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-EMRP billi jipprovdu finanzjament nazzjonali lill-parteċipanti kollha eliġibbli fil-proġetti magħżula tal-EMRP mill-baġits nazzjonali allokati għall-EMRP, jekk ikun meħtieġ jużaw il-kapaċità tal-finanzjament ta’ riżerva li jammonta għal 50 % ta’ dawn il-baġits, u billi jipprovdu kontribuzzjoni “fi flus” għal fond komuni biex jiffinanzja l-eċċellenza tar-riċerkaturi u l-għotjiet għall-mobilità, minbarra li jiffinanzjaw l-ispejjeż operattivi kollha tal-EMRP. Element ieħor tal-integrazzjoni finanzjarja se jkun l-approċċ unifikat lejn l-ispejjeż eliġibbli, ispirat mir-regoli tas-Seba’ Programm Kwadru.

II.   ATTIVITAJIET

L-attività prinċipali tal-EMRP se tkun tikkonsisti minn erba’ tipi ta’ attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku:

A.   L-attività prinċipali se tkun tikkonsisti fi proġetti EMRP transnazzjonali b’diversi msieħba li jindirizzaw attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, taħriġ u disseminazzjoni. Minħabba l-kapaċitajiet ikkonċentrati fil-metroloġija, il-parti ċentrali tal-proġetti EMRP għandha tiġi eżegwita minn NMI u DI mill-Istati parteċipanti.

B.   Sabiex jiżdiedu u jiġu ddiversifikati l-kapaċitajiet fil-metroloġija, għandhom jiġu stabbiliti tliet skemi ta’ għotjiet:

B1.   Sabiex jiżdied in-numru tal-organizzazzjonijiet b’kapaċitajiet marbuta mill-qrib mal-metroloġija, għandhom ikunu disponibbli għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi għal organizzazzjonijiet u/jew individwi mill-komunità aktar wiesgħa ta’ riċerkaturi fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru li huma kapaċi jagħmlu kontribut sostanzjali għall-attivitajiet ta’ riċerka tal-programm konġunt. Kull organizzazzjoni u/jew individwu magħżula għandhom ikunu assoċjati ma’ proġett EMRP.

B2.   Sabiex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet tal-individwi fil-metroloġija permezz tal-mobilità, għandhom ikunu disponibbli għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi għal:

(1)

riċerkaturi minn NMI u DI tal-Istati parteċipanti,

(2)

riċerkaturi li jibbenefikaw, jew individwalment jew permezz tal-organizzazzjoni tagħhom, minn għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi, u

(3)

riċerkaturi minn Pajjiżi Membri tal-EURAMET li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fl-EMRP, li attwalment ma jkollhom l-ebda kapaċità ta’ riċerka dwar il-metroloġija jew kapaċità limitata.

Dawn l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi għandhom jippermettu lir-riċerkaturi jibqgħu f’NMI jew DI li jkun qiegħed jipparteċipa fi proġett EMRP jew f’organizzazzjoni li tibbenefika minn għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi.

B3.   Sabiex tiġi assigurata s-sostenibbilità fil-kooperazzjoni bejn in-NMI u d-DI tal-Istati parteċipanti u sabiex titħejja l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ riċerkaturi bl-esperjenza dwar il-metroloġija, għandu jkun hemm disponibbli għotjiet għall-mobilità ta’ riċerkaturi fil-fażi bikrija għal riċerkaturi fil-fażi bikrija min-NMI u d-DI tal-Istati parteċipanti sabiex jippermettulhom li jibqgħu f’NMI jew f’DI, f’organizzazzjoni li tibbenefika minn għotja għall-eċċellenza fir-riċerka jew f’organizzazzjoni oħra li tkun qiegħda tipparteċipa fi proġett ta’ riċerka EMRP bi spejjeż tagħha stess.

Dawn l-attivitajiet għandhom jittejbu, fejn ikun xieraq, permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra rilevanti u interessati, fl-Ewropa jew lil hinn, li jipparteċipaw fuq bażi ta’ awtofinanzjament.

Barra minn hekk, attivitajiet aktar wiesgħa ta’ netwerking għandhom jiġu sostnuti sa livell limitat sabiex jippromwovu l-EMRP u jkabbru l-impatt tiegħu. Dawn l-attivitajiet għandhom jinkludu, jekk ikun meħtieġ, iż-żamma u aġġornament tal-oqsma ta’ riċerka identifikati fl-EMRP permezz ta’ attivitajiet bħal workshops, kuntatti ma’ partijiet interessati oħra xierqa fl-Ewropa u lil hinn.

III.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET

L-għażla tal-proġetti EMRP u l-għoti tal-għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u għall-mobilità tar-riċerkaturi għandhom ikunu suġġetti għal sejħiet perjodiċi għall-proposti. Bħala kalendarju indikattiv, huwa previst li jitnedew sejħiet għall-proposti f’intervalli ta’ 12 sa 18-il xahar fuq perjodu massimu ta’ seba’ snin. L-għoti tal-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija għandu jkun suġġett għal sejħa permanenti.

A.   Proġetti EMRP

(a)

Sejħa għal suġġetti potenzjali ta’ riċerka tal-proġetti EMRP (Stadju 1):

Kull sejħa għall-proposti ta’ proġetti EMRP għandha tkun preċeduta mill-identifikazzjoni tas-suġġetti ta’ dik is-sejħa billi jiġu segwiti l-passi stabbiliti hawn isfel. L-ewwel nett, il-Kumitat tal-EMRP (Ara Anness II), f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jidentifika l-partijiet tal-attitivitajiet ta’ riċerka inklużi fil-EMRP li għandhom ikunu s-suġġett tas-sejħa għall-proposti. It-tieni, il-komunità tar-riċerkaturi – kwalunkwe individwu jew organizzazzjoni interessata – se jiġu mistiedna, permezz ta’ sejħa pubblika, biex jissuġġerixxu suġġetti potenzjali ta’ riċerka għal dik is-sejħa. It-tielet, il-Kumitat tal-EMRP għandu jaqbel fuq l-aħjar suġġetti potenzjali ta’ riċerka li jkun irċieva. Il-Kumitat tal-EMRP jista’ jemenda, jaqsam jew jgħaqqad is-suġġetti riċevuti jew jintroduċi oħrajn ġodda sabiex jottimizza s-sejħa għall-proposti fl-Istadju 2. Il-Kumitat tal-EMRP għandu jassigura li s-suġġetti finali tar-riċerka ma jkunux jistgħu jiġu intraċċati lura għall-proponenti inizjali ta’ dawn l-ideat u għaldaqstant ikunu anonimi.

(b)

Sejħa għall-proposti għal proġetti EMRP (Stadju 2):

Ladarba jkunu ntgħażlu s-suġġetti tar-riċerka, EURAMET e.V. għandha tippubblika s-sejħa għall-proposti u tistieden timijiet tar-riċerka minn NMI u DI tal-Istati parteċipanti sabiex jibnu konsorzji u jissottomettu proposti għall-proġetti.

Is-sejħa għall-proposti għandha tibqa’ miftuħa għal mill-anqas xahrejn.

EURAMET e.V. għandha tevalwa kull proposta li tirċievi bil-għajnuna ta’ mill-anqas tliet esperti indipendenti maħtura minnha fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru. L-esperti għandhom jistabbilixxu lista ta’ klassifikazzjoni li għandha tkun vinkolanti għall-allokazzjoni tal-finanzjament Komunitarju u tal-finanzjament nazzjonali.

Il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw għall-proġetti EMRP:

(i)

l-eċċellenza xjentifika u/jew teknoloġika;

(ii)

ir-rilevanza għall-għanijiet tal-EMRP;

(iii)

l-impatt potenzjali permezz tal-iżvilupp, id-disseminazzjoni u l-użu tar-riżultati tal-proġett;

(iv)

il-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni.

Is-sejħa għall-proposti għandha tikkonkretizza l-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni. Jistgħu jiddaħħlu kriterji addizzjonali bil-kundizzjoni li dawn jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti, ma jkunux diskriminatorji u ma jipprevalux fuq il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni.

Kwalunkwe konsorzju li jissottometti proposta għal proġett EMRP jista’ jinkludi kwalunkwe entità oħra Ewropea jew mhux Ewropea li ma tkunx eliġibbli għal finanzjament bil-kundizzjoni li din l-entità tkun tista’ realistikament tassigura li għandha r-riżorsi meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħha.

Konsorzju li jissottometti proposta għal proġett EMRP jista’ jinkludi diġà f’dan l-istadju fil-proposta tiegħu, proposta għal għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi bil-kundizzjoni li din iżżid valur xjentifiku neċessarju għall-proġett. F’dan il-każ, l-evalwazzjoni tal-proposta għall-għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi għandha tkun parti mill-evalwazzjoni globali tal-proġett. L-għażla tal-proġett għall-finanzjament għandha awtomatikament tfisser il-ħruġ ta’ tali għotja.

Il-Kunsill għar-Riċerka ta’ EURAMET e.V., imsemmi fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jagħti l-opinjoni indipendenti tiegħu dwar ir-riżultati globali tal-evalwazzjoni ta’ sejħa għall-proposti għal proġetti EMRP (Stadji 1 u 2), iżda mhux fuq proġetti EMRP individwali. Din l-opinjoni għandha tiġi kkunsidrata kif dovut minn EURAMET e.V. fis-sejħiet suċċessivi għall-proposti.

B.   Sejħa għall-proposti għal għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi (Stadju 3):

Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-proposti magħżula ta’ proġetti EMRP għandha tkun akkumpanjata minn sejħa lill-komunità aktar wiesgħa tar-riċerkaturi sabiex jissieħbu fi proġetti EMRP permezz tal-għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u/jew l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi.

Kull konsorzju għal proġett EMRP se jkun mistieden (sakemm ma jkunx diġà daħħal proposta dwar għotjiet għar-riċerkaturi u għall-eċċellenza meta ssottometta proposta għal proġett EMRP kif deskritt fis-seba’ paragrafu tas-sezzjoni A.b)) sabiex iniedi, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt tal-proġett EMRP, sejħa għall-proposti biex jiġu identifikati benefiċjarji potenzjali u jkunu proposti lill-EURAMET e.V. sabiex jingħataw għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u/ jew għall-mobilità tar-riċerkaturi. It-tqassim indikattiv tal-finanzjament tal-EMRP għandu jiġi kkalkulat sabiex bħala medja kull proġett EMRP jista’ jkun assoċjat ma’ tal-anqas għotja waħda għall-eċċellenza tar-riċerkaturi u/jew għall-mobilità tar-riċerkaturi. Madankollu, dan mhuwiex obbligu vinkolanti u dawn it-tip ta’ għotjiet jistgħu jiġu implimentati bl-aktar mod flessibbli.

Il-konsorzju għall-proġett EMRP għandu jippubblika s-sejħa għall-proposti f’mill-anqas ġurnal internazzjonali wieħed u fi tliet gazzetti nazzjonali differenti fi tliet Stati parteċipanti differenti. Huwa għandu jkun responsabbli wkoll biex jirreklama s-sejħa b’mod estensiv billi juża appoġġ speċifiku għall-informazzjoni, b’mod partikolari siti fuq l-Internet dwar is-Seba’ Programm Kwadru, l-istampa u l-fuljetti speċjalizzati u permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni u r-reklamar tas-sejħa għall-proposti għandha tkun konformi ma’ kull struzzjoni u nota ta’ gwida stabbiliti mill-EURAMET e.V.. Il-konsorzju għandu jgħarraf lill-EURAMET e.V. bis-sejħa u lkontenut tagħha tal-anqas 30 jum qabel id-data prevista tal-pubblikazzjoni tagħha. EURAMET e.V. għandha teżamina l-konformità tas-sejħa mar-regoli, l-istruzzjonijiet u n-noti ta’ gwida rilevanti.

Is-sejħa għall-proposti għandha tibqa’ miftuħa għal mill-anqas ħames ġimgħat.

Il-konsorzju għall-proġett EMRP għandu jevalwa l-proposti riċevuti bil-għajnuna ta’ mill-anqas żewġ esperti indipendenti maħtura minnu fuq il-bażi tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fs-Seba’ Programm Kwadru.

Il-kriterji bażiċi segwenti ta’ valutazzjoni għandhom japplikaw għall-evalwazzjoni tal-proposti:

(i)

l-eċċellenza xjentifika u/jew teknoloġika;

(ii)

ir-rilevanza għall-għanijiet tal-proġett EMRP;

(iii)

il-kwalità u l-kapaċità ta’ implimentazzjoni tal-applikant u l-potenzjal tiegħu/tagħha għal aktar progress;

(iv)

il-kwalità tal-attività proposta fit-taħriġ xjentifiku u/jew it-trasferiment tal-għerf.

Is-sejħa għall-proposti għandha tikkonkretizza l-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni. Jistgħu jiddaħħlu kriterji addizzjonali bil-kundizzjoni li dawn jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti, ma jkunux diskriminatorji u ma jipprevalux fuq il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni.

Il-konsorzju għall-proġett EMRP għandu jipproponi lil EURAMET e.V. sabiex tagħti l-għotja lil benefiċjarju u jirrapporta lilha dwar kif saret is-sejħa għall-proposti, inklużi l-mod tal-pubblikazzjoni u l-ismijiet u l-affiljazzjoni tal-esperti involuti fl-evalwazzjoni. Fi żmien 45 ġurnata minn meta tirċievi din il-proposta, EURAMET e.V. għandha jew toħroġ l-għotja jew tirrifjutaha jekk l-għażla ma tkunx konformi mar-regoli, l-istruzzjonijiet u n-noti ta’ gwida rilevanti.

EURAMET e.V. għandha tistieden lill-pajjiżi Ewropej li ma għandhom ebda kapaċità jew kapaċitajiet limitati biss fir-riċerka dwar il-metroloġija sabiex iħeġġu lill-istituti tar-riċerka jew l-universitajiet tagħhom biex japplikaw għal għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi bħala mezz sabiex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom fir-riċerka dwar il-metroloġija.

C.   Għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija

EURAMET e.V. għandha tniedi sejħa għall-offerti miftuħa b’mod permanenti għal għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija u tippubblikaha f’mill-anqas ġurnal internazzjonali wieħed u fi tliet gazzetti nazzjonali differenti fi tliet Stati parteċipanti differenti. Hija għandha tkun responsabbli wkoll biex tirreklama s-sejħa għall-proposti billi tuża appoġġ speċifiku għall-informazzjoni, speċjalment siti fuq l-Internet dwar is-Seba’ Programm Kwadru, l-istampa u fuljetti speċjalizzati u permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru.

Il-proposti għandhom jiġu sottomessi mir-riċerkatur u mill-organizzazzjonijiet li jibagħtu u li jirċievu (NMI, DI jew organizzazzjoni oħra li tipparteċipa fi proġett EMRP). It-tqassim indikattiv tal-finanzjament huwa kkalkulat sabiex bħala medja kull proġett EMRP ikun jista’ jiġi assoċjat ma’ tal-anqas għotja waħda għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija. Madankollu, dan mhuwiex obbligu vinkolanti u dawn it-tip ta’ għotjiet jistgħu jiġu implimentati bl-aktar mod flessibbli. EURAMET e.V. għandha tevalwa l-proposti li tirċievi.

Għandhom japplikaw il-kriterji bażiċi segwenti ta’ valutazzjoni:

(i)

l-eċċellenza xjentifika u/jew teknoloġika;

(ii)

ir-rilevanza għall-għanijiet tal-proġett EMRP;

(iii)

il-kwalità u l-kapaċità ta’ implimentazzjoni tal-applikant u l-potenzjal tiegħu/tagħha għal aktar progress;

(iv)

il-kwalità tal-attività proposta fit-taħriġ xjentifiku u/jew it-trasferiment tal-għerf.

Is-sejħa għall-proposti għandha tikkonkretizza l-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni. Jistgħu jiddaħħlu kriterji addizzjonali bil-kundizzjoni li dawn jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti, ma jkunux diskriminatorji u ma jipprevalux fuq il-kriterji bażiċi ta’ valutazzjoni.

EURAMET e.V. għandha timmira għal żewġ dati ta’ għeluq fis-sena meta toħroġ dawn l-għotjiet bi proċedura ssimplifikata bbażata fuq l-opinjoni ta’ mill-anqas żewġ esperti indipendenti għal kull proposta li jkunu ddiskutew u kklassifikaw li proposti kollha.

D.   Tabella ta’ Rikapitulazzjoni

Tipi ta’ finanzjament

Organizzazzjonijiet Eliġibbli (1)

Pajjiżi Eliġibbli

Kriterji ta’ Valutazzjoni

A.

Proġett EMRP (konsorzju)

NMI u DI

L-Istati li qegħdin jipparteċipaw fl-EMRP

Artikolu 15(1)(a) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru

B1.

Għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi

 

Minn:

(1)

Kwalunkwe organizzazzjoni ħlief NMI jew DI

(2)

riċerkatur individwali

 

Lil:

proġett ta’ EMRP f’NMI jew f’DI

L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru

Artikolu 15(1)(b) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru

B2.

Għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi

 

Minn:

(1)

NMI u DI

(2)

organizzazzjoni li tibbenefika minn għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi

(3)

riċerkaturi minn Pajjiżi Membri tal-EURAMET li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fl-EMRP, li attwalment ma jkollhom l-ebda kapaċità ta’ riċerka dwar il-metroloġija jew kapaċità limitata

 

Lil:

(1)

NMI u DI

(2)

organizzazzjoni li tibbenefika minn għotja għall-eċċellenza tar-riċerkaturi

L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru

Artikolu 15(1)(b) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru

B3.

Għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija

 

Minn:

NMI u DI

 

Lil:

(1)

NMI u DI

(2)

organizzazzjonijiet oħra li qegħdin jipparteċipaw fil-proġett EMRP (konsorzju)

L-Istati li qegħdin jipparteċipaw fl-EMRP

Artikolu 15(1)(b) tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru

IV.   MEKKANIŻMI TA’ FINANZJAMENT

A.   Finanzjament fil-Livell tal-Programm

L-EMRP għandu jkun iffinanzjat mill-Istati parteċipanti u mill-Komunità.

L-Istati parteċipanti għandhom jiddefinixxu pjan ta’ finanzjament multiannwali biex jipparteċipaw fl-EMRP u jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-attivitajiet tiegħu. Il-kontribuzzjoni nazzjonali tista’ tiġi minn programmi eżistenti jew ġodda, sakemm ikunu konformi man-natura essenzjali tal-metroloġija ta’ livell għoli ffinanzjata b’mod pubbliku. Kull Stat parteċipanti għandu, minbarra r-rekwiżit prinċipali tal-finanzjament (baġit allokat għall-EMRP), jidentifika kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva ugwali għal 50 % ta’ dak ir-rekwiżit sabiex jassigura l-flessibbiltà fl-operat tal-EMRP matul il-ħajja tiegħu kollha u r-rispett tal-lista ta’ klassifikazzjoni. Il-finanzjament tal-EMRP għandu jinvolvi b’mod partikolari l-impenn ta’ kontribuzzjoni għall-finanzjament tal-parteċipanti fil-proġetti EMRP magħżula mill-baġits nazzjonali allokati għall-EMRP, u tiġi pprovduta kontribuzzjoni “fi flus”, bi kwoti proporzjonali għall-baġits tal-EMRP allokati, għal fond komuni biex jiġu ffinanzjati l-għotjiet għar-riċerkaturi, minbarra li jiġu ffinanzjati b’mod sħiħ l-ispejjeż operattivi tal-EMRP.

Il-kontribuzzjoni Komunitarja totali finanzjarja għall-EMRP hija kkalkulata daqs il-kontribuzzjoni finanzjarja attwali mill-Istati parteċipanti (esklużi spejjeż operattivi li jaqbżu EUR 16-il miljun u l-kapaċità ta’ fondi ta’ riżerva), b’limitu massimu ta’ EUR 200 miljun. Billi l-ispejjeż operattivi huma inklużi fil-kalkulazzjoni tal-kontribuzzjoni korrispondenti, dawn iridu jiġu ġġustifikati mill-EURAMET e.V.

L-ebda kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja ma għandha tintuża biex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-EURAMET e.V.

B.   Tqassim Indikattiv tal-Finanzjament

Total Komplessiv: EUR 400 miljun (+ EUR 100 miljun kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva)

Tip ta’ Attività

Komunità

EUR 200 miljun

Stati parteċipanti

EUR 200 miljun

Total

EUR 400 miljun

 

%

EUR miljuni

%

EUR miljuni

%

EUR miljuni

Proposti għal Proġetti EMRP - Modulu (Parti A)

82  %

164

90  %

180

86  %

344

Proposti ta’ Għotjiet għar-Riċerkaturi Modulu (Parti B) finanzjament sa 100 %

18  %

36

2  %

4

10  %

40

B1.

Għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi

 

 

 

 

7,5  %

30

B2.

Għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi

 

 

 

 

1,5  %

6

B3.

Għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija

 

 

 

 

1,0  %

4

Spejjeż Operattivi (Parti C)

8  %

16  (2)

4  %

16

Total

100  %

200

100  %

200

100  %

400

C.   Finanzjament ta’ Proġetti EMRP u Għotjiet għar-Riċerkaturi

L-allokazzjoni tal-fondi mill-baġits allokati għall-EMRP u mill-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-proġetti EMRP għandha ssegwi l-ordni tal-lista ta’ klassifikazzjoni approvata tal-evalwazzjoni.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-parteċipanti f’dawn il-proġetti EMRP għandha tiġi kkalkulata skont l-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba’ Programm Kwadru. Jekk il-baġit allokat għall-EMRP jispiċċa minħabba r-rata għolja ta’ suċċess ta’ NMI u DI minn Stat parteċipanti partikolari, dan l-Istat parteċipanti għandu juża l-kapaċità ta’ finanzjament ta’ riżerva ta’ 50 % tal-baġit allokat tiegħu għall-EMRP allokat għal aktar proposti magħżula billi jsegwi l-lista ta’ klassifikazzjoni.

Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-proġetti EMRP għandha tiġi stabbilita għal kull sejħa għall-proposti bħala perċentwali tal-ispejjeż eliġibbli anqas minn 50 %. Din għandha tiġi ttrasferita direttament mill-EURAMET e.V. għall-parteċipanti tal-proġetti EMRP.

Il-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-proġetti tal-EMRP għandhom jiġu pprovduti billi jintużaw il-mekkaniżmi nazzjonali rispettivi ta’ finanzjament.

Il-kontribuzzjonijiet fi flus mill-Komunità u nazzjonali li jintużaw biex jiffinanzjaw l-għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi, l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi u l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija għandhom jiġu ttrasferiti lill-EURAMET e.V. u minnha lill-benefiċjarji tal-għotjiet.

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, u b’mod partikolari l-eżistenza tal-kontribuzzjoni nazzjonali, il-ħlas attwali tagħha, l-użu xieraq tal-finanzjament mill-Komunità u l-eliġibilità tal-ispejjeż mitluba għandhom jiġu assigurati taħt ir-responsabilità tal-EURAMET e.V., u jiġu stabbiliti b’verifika finanzjarja indipendenti tal-proġetti EMRP skont prinċipji li jaqblu ma’ dawk tas-Seba’ Programm Kwadru.

L-għotjiet għall-eċċellenza tar-riċerkaturi, l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi u l-għotjiet għall-mobilità tar-riċerkaturi fil-fażi bikrija għandhom ikunu għotjiet fissi mogħtija skont skali definiti minn qabel; l-infiq dettaljat sottostanti ma għandux ikun suġġett għal verifika. Il-kategoriji ta’ spejjeż koperti minn kwalunkwe għotja bħal din ma għandhomx ikunu eliġibbli bħala spejjeż ta’ proġett EMRP. Huwa biss il-ħlas attwali sħiħ tal-ammont definit lill-benefiċjarju finali li għandu jiġi sostnut b’evidenza formali. Il-ħlasijiet fi flus mhumiex ikkunsidrati bħala ppruvati sewwa u mhumiex eliġibbli. EURAMET e.V. se jkollha l-għażla li titlob fondi korrispondenti minn riċevituri ta’ għotjiet ta’ eċċellenza ta’ riċerka li huma entitajiet legali aktar milli individwi.

V.   ARRANĠAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETA’ INTELLETTWALI

EURAMET e.V. għandha tadotta politika dwar il-proprjetà intellettwali tal-EMRP skont l-Artikolu 2(h) ta’ din id-Deċiżjoni.


(1)  Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jiġi trattat bħall-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija.

(2)  B’differenza miċ-ċifri l-oħrajn, dan l-ammont huwa limitu massimu vinkolanti fil-kalkolu tal-fondi korrispondenti tal-Istati parteċipanti.


ANNESS II

Tmexxija u Implimentazzjoni tal-Programm Ewropew ta’ Riċerka dwar il-Metroloġija (EMRP)

I.   DAĦLA

L-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni tal-EMRP għandha tkun EURAMET e.V.. EURAMET e.V. giet stabbilita fl-2007 taħt il-liġi Ġermaniża bħala assoċjazzjoni mhux bi skop ta’ qligħ. Hija l-assoċjazzjoni reġjonali Ewropea dwar il-metroloġija. Is-sħubija fl-EURAMET e.V. hi miftuħa għall-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija (NMI), bħala Membri, u għall-Istituti Nominati (DI), bħala Assoċjati, mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, u minn Stati Ewropej oħra. L-Istitut għall-Materjali u l-Miżuri ta’ Referenza tal-Kummissjoni Ewropea jista’ jkun ukoll Assoċjat. Fil-preżent, hemm Membri minn 32 pajjiż, li minnhom 22 huma wkoll Stati parteċipanti tal-EMRP.

II.   TMEXXIJA TAL-EMRP FI ĦDAN L-EURAMET E.V.

L-korpi u l-istrutturi interni li ġejjin tal-EURAMET e.V. għandhom jassumu rwoli fl-implimentazzjoni tal-EMRP:

(1)

Il-President tal-EMRP u d-deputat tiegħu/tagħha huma eletti mill-Kumitat tal-EMRP. Il-President tal-EMRP huwa awtomatikament wieħed miż-żewġ Viċi Presidenti tal-EURAMET e.V.. Huwa/hija jirrappreżentaw legalment lill-EURAMET e.V. fil-kwistjonijiet tal-EMRP.

(2)

Il-Kumitat tal-EMRP huwa ffurmat minn Membri tal-EURAMET (jiġifieri NMI) li l-pajjiżi tagħhom huma Stati parteċipanti. Il-Kumitat tal-EMRP huwa l-organu li jieħu d-deċiżjonijiet tal-EMRP u huwa responsabbli għall-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw l-EMRP, fosthom id-deċiżjonijiet dwar id-definizzjoni u l-aġġornament tal-programm, dwar l-ippjanar tas-sejħiet għall-proposti, dwar il-profil tal-baġit, dwar l-eliġibilità u l-kriterji tal-għażla, dwar il-grupp tal-evalwaturi, dwar l-approvazzjoni tal-lista ta’ klassifikazzjoni tal-proġetti EMRP li għandhom jiġu ffinanzjati, dwar il-monitoraġġ tal-progress tal-proġetti EMRP iffinanzjati u dwar is-superviżjoni tal-ħidma adegwata u organizzata tas-Segretarjat fir-rigward tal-EMRP. Il-Kumitat tal-EMRP jeleġġi President tal-EMRP (li huwa/hija awtomatikament “Viċi-President (EMRP)” tal-EURAMET) u deputat.

(3)

Il-Kunsill għar-Riċerka huwa ffurmat minn kontinġent ibbilanċjat ta’ esperti ta’ livell għoli ġejjin mill-industrija, ir-riċerka u l-qasam akkademiku u minn organizzazzjonijiet internazzjonali tal-partijiet interessati. Dan jipprovdi pariri strateġiċi indipendenti dwar il-materji tal-EMRP u jirrapporta jew jikkummenta lill-Kumitat tal-EMRP meta jkun meħtieġ u meta jintalab, iżda bħala minimu huwa jagħti opinjoni dwar kull sejħa għall-proposti u ċiklu tal-għażla.

(4)

Is-Segretarjat huwa kompost minn persuni impjegati minn, jew issekondati, lil EURAMET e.V.. L-istruttura u l-kompiti tiegħu huma rregolati mir-regoli ta’ proċedura tal-EURAMET e.V.. Parti mis-Segretarjat responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EMRP hija ospitata mil-Laboratorju Fiżiku Nazzjonali, il-Membru mill-UE tal-EURAMET e.V. (“lill-Membru ospitanti”).

(5)

Il-Maniġer tal-Programm EMRP għandu jkun maniġer anzjan u, bħala soluzzjoni proviżorja, huwa/hija jistgħu jiġu ssekondati mill-Membru ospitanti. Il-Maniġer tal-Programm EMRP għandu jaġixxi biss taħt l-awtorità diretta ta’ EURAMET e.V. fuq kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda l-EMRP u jirrapporta lill-korpi tiegħu. EURAMET e.V. għandha tistabbilixxi proċeduri effettivi li jiżguraw li ma jkun hemm ebda kunflitti tal-interessi bejn il-Maniġer tal-Programm EMRP u xi applikanti, parteċipanti jew benefiċjarji.

III.   RESPONSABBILTAJIET ESKLUŻIVI U SOTTOKUNTRATTAR TA’ KOMPITI AMMINISTRATTIVI U LOĠISTIĊI LILL-MEMBRU OSPITANTI FL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-EMRP.

EURAMET e.V. għandha tkun esklużivament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EMRP. Hija għandha tamministra l-kontribuzzjoni Komunitarja għall-EMRP. Barra minn hekk hija għandha tassumi wkoll responsabbiltajiet b’mod partikolari sabiex:

(i)

taġġorna l-EMRP;

(ii)

tiddefinixxi s-sejħiet għall-proposti;

(iii)

tippubblika s-sejħiet għall-proposti;

(iv)

tirċievi l-proposti għall-Istadju 1 u għall-Istadju 2 u proposti għal għotjiet għall-mobilità tar- riċerkaturi fil-fażi bikrija;

(v)

tagħżel l-esperti indipendenti għall-evalwazzjoni;

(vi)

tirċievi l-valutazzjonijiet individwali tal-esperti indipendenti u tippresjedi l-bordijiet tal-evalwazzjoni;

(vii)

tieħu d-deċiżjonijiet finali tal-għażla;

(viii)

tibda negozjati dwar kuntratti u tikkonkludi l-kuntratti mal-konsorzji magħżula għall-proġett EMRP u benefiċjarji oħra;

(ix)

tirċievi u twieġeb għall-ilmenti kollha dwar is-sejħiet;

(x)

tirċievi u talloka l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u tissorvelja l-użu tagħha;

(xi)

tagħmel il-ħlasijiet lill-parteċipanti fil-proġetti ffinanzjati tal-ERMP u lir-reċipjenti tal-għotjiet;

(xii)

tirrispondi għar-rekwiżiti tar-rappurtar fil-konfront tal-Kummissjoni.

Filwaqt li r-responsabbiltajiet u t-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ hawn fuq dwar l-EMRP jibqgħu esklużivament f’idejn l-EURAMET e.V., ċerti kompiti amministrattivi u loġistiċi fl-implimentazzjoni tal-EMRP jistgħu jiġu sottokuntrattati, bl-ispejjeż, lill-Membru ospitanti.

Dan is-sostenn amministrattiv u loġistiku għandu jikkonsisti minn dan li ġej:

(i)

provvediment ta’ amministrazzjoni u loġistika biex jiġu implimentati l-proċeduri tas-sejħiet għall-proposti, fosthom il-provvediment ta’ help line ddedikata;

(ii)

provvediment ta’ appoġġ għat-tfassil lil EURAMET e.V. għall-iżvilupp ta’ linji gwida u dokumentazzjoni oħra;

(iii)

provvediment tal-kapaċità ddedikata fuq l-Internet;

(iv)

provvediment ta’ għajnuna għall-preparazzjoni tal-kuntratti, il-monitoraġġ tal-proġett u l-insegwiment tal-proġetti EMRP u l-għotjiet għar-riċerkaturi;

(v)

appoġġ lill-Kumitat tal-EMRP u lill-President tal-EMRP kif meħtieġ.

Bi qbil mal-Kummissjoni, jistgħu jiġu sottokuntrattati kompiti addizzjonali lill-Membru ospitanti waqt li EURAMET e.V. tiżviluppa l-kapaċità tas-Segretarjat permanenti tagħha.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Settembru 2009

li tistabilixxi d-data għat-tlestija tal-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6910)

(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Olandiż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)

(2009/720/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (1), u b’mod partikolaru l-Artikolu 11(2) tiegħu.

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008 jipprovdi għall-migrazzjoni tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni, sat-30 ta’ Settembru 2009. Jekk ikun meħtieġ, din id-data tista’ tinbidel skont il-proċedura definita fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament.

(2)

Kwistjonijiet identifikati matul il-fażi ta’ ttestjar ta’ SIS II wasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1104/2008. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 u s-27 ta’ Frar 2009 iddikjaraw li, minħabba l-ħin meħtieġ biex jiġu riżolti l-kwistjonijiet pendenti, id-data għall-migrazzjoni minn SIS 1+ għal SIS II, stabbilita għal Settembru 2009, m'għadhiex realistika.

(3)

Fid-dawl tad-dewmien għall-migrazzjoni minn SIS I+ għal SIS II, id-data l-ġdida għat-tlestija tal-migrazzjoni għandha tiġi stabbilita biex tikkoinċidi mad-data ta’ skadenza finali tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008, li tippermetti l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet li jwasslu għall-bidu tal-operazzjonijiet ta’ SIS II sa din id-data.

(4)

Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 u għalhekk m’hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, billi dak ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll, innotifikat it-traspożizzjoni ta’ dan l-acquis fil-liġi nazzjonali tagħha. Hija, għalhekk, marbuta skont id-dritt internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fih ir-Renju Unit m’hux qed jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (2). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. Din id-Deċiżjoni m’għandhiex, għalhekk, tkun indirizzata lir-Renju Unit.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (3). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Din id-Deċiżjoni m’għandhiex, għalhekk, tkun indirizzata lill-Irlanda.

(7)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-aquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (4), li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(8)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/146/KE (6) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea.

(9)

Fir-rigward ta' Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen li jaqa’ fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE tat-28 ta' Frar 2008 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjażżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7).

(10)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u li hemm referenza għalih fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom ilestu l-migrazzjoni mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Franza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(6)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

(8)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' Settembru 2009

li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija ta' Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR)

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7044)

(It-testi biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2009/721/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta' dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti tal-Istati Membri, tagħti bidu għal diskussjonijiet bilaterali sabiex ikun jista' jintlaħaq ftehim mal-Istati Membri involuti, u tikkomunikalhom formalment il-konklużjonijiet tagħhom.

(2)

L-Istati Membri kellhom opportunità jitolbu t-tnedija ta' proċedura ta' konċiljazzjoni. Dik l-opportunità ntużat f'xi każi u r-rapport maħruġ dwar ir-riżultat ġie eżaminat mill-Kummissjoni.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tista' tiġi ffinanzjata biss in-nefqa agrikola mġarrba b'mod li ma jiksrux ir-regoli Komunitarji.

(4)

Fid-dawl tal-verifiki li twettqu, tar-riżultat tad-diskussjonijiet bilaterali u tal-proċeduri ta' konċiljazzjoni, parti min-nefqa ddikjarata mill-Istati Membri ma tissodisfax dan ir-rekwiżit u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-FAEG u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-FAEŻR.

(5)

Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jaqgħu taħt it-Taqsima ta' Garanzija tal-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR. Dawn l-ammonti mhumiex marbutin man-nefqa mġarrba aktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel in-notifika bil-miktub mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri.

(6)

F’dak li għandu x'jaqsam mal-każijiet koperti minn din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġi esklużi minħabba nuqqas ta' konformità mar-regoli Komunitarji ġiet innotifikata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri f'rapport fil-qosor dwar is-suġġett.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal kwalunkwe konklużjoni finanzjarja li l-Kummissjoni tista' tiġbed mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet pendenti fis-6 ta' Jannar 2009 u li huma marbutin mal-kontenut tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-nefqa elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji ta' ħlas akkreditati tal-Istati Membri u ddikjarata taħt it-Taqsima ta' Garanzija tal-FAEGG, taħt il-FAEG u taħt l-FAEŻR għandha tiġi eskluża mill-finanzjament Komunitarju minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħha mar-regoli Komunitarji.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Greċja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Portugall, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS

PARTITA TAL-BAĠIT 6701

SM

Miżura

Sena finanzjarja

Raġuni għall-korrezzjoni

Tip

%

Munita

Ammont

Tnaqqis li diġà sar

Impatt finanzjarju

AT

Kundizzjonalità

2006-2007

Nuqqasijiet li jikkonċernaw is-sistema ta' applikazzjoni tat-tnaqqis. Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004 għad-detenturi ta' bhejjem u nagħaġ.

rata fissa

5

EUR

– 981 349,96

0,00

– 981 349,96

AT

Kundizzjonalità

2007

Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004 għal raħħala b'bovini u/jew nagħaġ u mogħoż.

ta' darba

 

EUR

– 530 810,86

0,00

– 530 810,86

Total AT

–1 512 160,82

0,00

–1 512 160,82

BE

Ċertifikazzjoni

2004

Estrapolazzjoni ta' żball aleatorju

ta' darba

 

EUR

–98 303,45

0,00

–98 303,45

BE

Ċertifikazzjoni

2005

Estrapolazzjoni ta' żball aleatorju

ta' darba

 

EUR

– 260 740,00

0,00

– 260 740,00

Total BE

– 359 043,45

0,00

– 359 043,45

CZ

Trab tal-Ħalib għall-Kaseina

2004

Il-kampjuni ttieħdu fi żmien ħażin u l-prodott ma kienx maħżun kif suppost

rata fissa

5

CZK

–2 653 522,92

0,00

–2 653 522,92

CZ

Trab tal-Ħalib għall-Kaseina

2005

Il-kampjuni ttieħdu fi żmien ħażin u l-prodott ma kienx maħżun kif suppost

rata fissa

5

CZK

–2 723 245,64

0,00

–2 723 245,64

Total CZ

–5 376 768,56

0,00

–5 376 768,56

DE

Kundizzjonalità

2006

Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004

ta' darba

 

EUR

–82 051,60

0,00

–82 051,60

DE

Verifika finanzjarja - Ħlasijiet tard

2007

Nuqqas ta' konformità maż-żmien stipulat għall-ħlas

ta' darba

 

EUR

–65 908,59

–65 908,59

0,00

DE

Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti

2007

Qbiż tal-allokazzjonijiet tal-Iżvilupp Rurali u korrezzjoni minħabba d-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni

ta' darba

 

EUR

–1 286 683,79

–1 286 683,79

0,00

DE

Irregolaritajiet

2008

Rimborż li jikkonċerna każijiet ta' irregolarità

ta' darba

 

EUR

104 567,45

0,00

104,567,45

DE

Żvilupp Rurali FAEGG Assi 2 (2000-2006, miżuri relatati ma' qasam partikolari)

2006

Nuqqas ta' kontroverifiki mal-bank tad-dejta ċentrali tal-bhejjem f'każ ta' applikazzjonijiet għal miżuri agroambjentali fejn il-limitu tad-densità tal-bhejjem tkun kundizzjoni għall-eliġibbiltà

rata fissa

5

EUR

– 418 300,00

0,00

– 418 300,00

Total DE

–1 748 376,53

–1 352 592,38

– 395 784,15

ES

Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż

2003

Nuqqas ta' verifiki fil-post matul l-ewwel xahar taż-żamma u l-kwalità ġenerali fqira tagħhom

rata fissa

2

EUR

–2 071 611,91

0,00

–2 071 611,91

ES

Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż

2004

Nuqqas ta' verifiki fil-post matul l-ewwel xahar taż-żamma u l-kwalità ġenerali fqira tagħhom

rata fissa

2

EUR

–2 021 847,48

0,00

–2 021 847,48

ES

Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż

2005

Nuqqas ta' verifiki fil-post matul l-ewwel xahar taż-żamma u l-kwalità ġenerali fqira tagħhom

rata fissa

2

EUR

–2 008 918,46

0,00

–2 008 918,46

ES

Primjums tal-Laħam - Nagħaġ u Mogħoż

2006

Nuqqas ta' verifiki fil-post matul l-ewwel xahar taż-żamma u l-kwalità ġenerali fqira tagħhom

rata fissa

2

EUR

–1 512,05

0,00

–1 512,05

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2003

dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari fl-Andalusia

rata fissa

2

EUR

–15 571 890,92

0,00

–15 571 890,92

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2003

dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari

rata fissa

5

EUR

–7 493 167,92

0,00

–7 493 167,92

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2003

Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet minħabba applikazzjoni ħażina tal-marġnijiet tekniċi ta' tolleranza fl-Andalusia

ta' darba

 

EUR

–7 804 696,43

0,00

–7 804 696,43

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2004

dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari fl-Andalusia

rata fissa

2

EUR

– 470 563,99

0,00

– 470 563,99

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2004

dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari

rata fissa

5

EUR

– 120 076,26

0,00

– 120 076,26

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2005

dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari fl-Andalusia

rata fissa

2

EUR

– 127 706,94

0,00

– 127 706,94

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2005

dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari

rata fissa

5

EUR

–35 516,52

0,00

–35 516,52

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2006

dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari fl-Andalusia

rata fissa

2

EUR

– 102 574,75

0,00

– 102 574,75

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Għajnuna għall-Produzzjoni

2006

dgħufijiet fil-verifiki ewlenin u f'dawk anċillari

rata fissa

5

EUR

–14 813,23

0,00

–14 813,23

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2003

Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki

rata fissa

2

EUR

–56 556,66

0,00

–56 556,66

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2004

Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki

rata fissa

2

EUR

– 247 607,45

0,00

– 247 607,45

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2005

Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki

rata fissa

2

EUR

– 158 115,39

0,00

– 158 115,39

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2006

Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki

rata fissa

2

EUR

– 199 478,40

0,00

– 199 478,40

ES

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2007

Struzzjonijiet ta' kontroll u superviżjoni insuffiċjenti mwettqa mill-aġenzija tal-ħlas tal-Galicia li jirriżultaw fi kwalità u kwantità mhux xierqa ta' verifiki

rata fissa

2

EUR

–1 508,41

0,00

–1 508,41

ES

Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari)

2004

Kwalità insuffiċjenti ta' verifiki fil-post u rapporti ta' verifiki. Ġew iċċekkjati biss żewġ impenji ta' Prattiki ta' Biedja Tajba.

rata fissa

5

EUR

– 727 721,00

0,00

– 727 721,00

ES

Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari)

2005

Kwalità insuffiċjenti ta' verifiki fil-post u rapporti ta' verifiki. Ġew iċċekkjati biss żewġ impenji ta' Prattiki ta' Biedja Tajba.

rata fissa

5

EUR

–1 019 192,00

0,00

–1 019 192,00

Total ES

–40 255 076,17

0,00

–40 255 076,17

FI

Primjums tal-Laħam - Bovini

2004

Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw baqar li jreddgħu.

ta' darba

 

EUR

–2 902,49

0,00

–2 902,49

FI

Primjums tal-Laħam - Bovini

2004

Fl-2003 l-verifiki nbdew tard. Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw baqar li jreddgħu.

rata fissa

5

EUR

–51 722,18

0,00

–51 722,18

FI

Primjums tal-Laħam - Bovini

2005

Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw baqar li jreddgħu.

ta' darba

 

EUR

–3 472,54

0,00

–3 472,54

FI

Primjums tal-Laħam - Bovini

2006

Kalkolu ħażin tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw baqar li jreddgħu.

ta' darba

 

EUR

–2 225,89

0,00

–2 225,89

Total FI

–60 323,10

0,00

–60 323,10

FR

Kundizzjonalità

2006

Sena meta saret it-talba 2006: Is-sistema tal-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet mhijiex konformi mar-Regolament 796/2004. dgħufijiet fil-livell ta' verifiki fil-post

rata fissa

10

EUR

–74 768,22

0,00

–74 768,22

FR

Kundizzjonalità

2006

Sena meta saret it-talba 2005: Is-sistema tal-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet mhijiex konformi mar-Regolament 796/2004. dgħufijiet fil-livell ta' verifiki fil-post

rata fissa

10

EUR

–22 865 398,47

0,00

–22 865 398,47

FR

Kundizzjonalità

2007

Sena meta saret it-talba 2006: Is-sistema tal-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet mhijiex konformi mar-Regolament 796/2004. dgħufijiet fil-livell ta' verifiki fil-post

rata fissa

10

EUR

–48 018 996,45

0,00

–48 018 996,45

FR

Kundizzjonalità

2007

Sena meta saret it-talba 2005: Is-sistema tal-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet mhijiex konformi mar-Regolament 796/2004. dgħufijiet fil-livell ta' verifiki fil-post

rata fissa

10

EUR

–9 305,52

0,00

–9 305,52

Total FR

–70 968 468,66

0,00

–70 968 468,66

GB

Verifika finanzjarja - Ħlasijiet tard

2006

Nuqqas ta' konformità maż-żmien stipulat għall-ħlas

ta' darba

 

EUR

–5 732 301,16

–5 732 301,16

0,00

GB

Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti

2006

Qbiż tal-allokazzjonijiet tal-Iżvilupp Rurali

ta' darba

 

EUR

– 784 708,59

0,00

– 784 708,59

GB

Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti

2006

Qbiż tal-allokazzjonijiet tal-Iżvilupp Rurali u l-korrezzjoni tat-taxxi fuq il-ħalib

ta' darba

 

EUR

–4 423 891,69

–4 423 891,69

0,00

Total GB

–10 940 901,44

–10 156 192,85

– 784 708,59

GR

Verifika finanzjarja - Ħlasijiet tard

2006

Nuqqas ta' konformità maż-żmien stipulat għall-ħlas

ta' darba

 

EUR

–4 553 141,32

–4 553 141,32

0,00

GR

Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti

2006

Qbiż tal-limiti finanzjarji, l-allokazzjonijiet u l-korrezzjoni tat-taxxi fuq il-ħalib

ta' darba

 

EUR

–8 746 881,86

–8 746 881,86

0,00

GR

Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti

2006

Qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

 

EUR

–1 841 695,81

0,00

–1 841 695,81

GR

Frott u Ħaxix - Proċessar ta' Tadam

2006

Dgħjufjiet fil-verifiki taż-żona, tal-kontabilità u fil-verifiki amministrattivi

rata fissa

5

EUR

–1 517 924,28

0,00

–1 517 924,28

GR

Żejt taż-Żebbuġa - Titjib fil-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa

2004

Qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

 

EUR

– 337 272,64

0,00

– 337 272,64

GR

Ħżin Pubbliku - Ross

2006

L-użin tal-istokk u l-valutazzjoni tal-kwantitajiet neqsin saru f'ħin ħażin u dan wassal għal kostijiet tal-ħżin eċċessivi

ta' darba

 

EUR

– 110 459,51

0,00

– 110 459,51

GR

Ħżin Pubbliku - Ross

2007

L-użin tal-istokk u l-valutazzjoni tal-kwantitajiet neqsin saru f'ħin ħażin u dan wassal għal kostijiet tal-ħżin eċċessivi

ta' darba

 

EUR

–55 227,40

0,00

–55 227,40

Total GR

–17 162 602,82

–13 300 023,18

–3 862 579,64

HU

Ħlasijiet Diretti

2005

Sena meta saret it-talba 2004 - Dgħjufjiet fl-LPIS

rata fissa

2

HUF

– 159 697 460,46

0,00

– 159 697 460,46

HU

Ħlasijiet Diretti

2005

Sena meta saret it-talba 2004 - Dgħjufjiet fl-LPIS, verifiki insuffiċjenti tal-GAEC

rata fissa

2

HUF

–1 565 085 360,96

0,00

–1 565 085 360,96

HU

Ħlasijiet Diretti

2006

Sena meta saret it-talba 2004 - Dgħjufjiet fl-LPIS

rata fissa

2

HUF

– 974 468,50

0,00

– 974 468,50

HU

Ħlasijiet Diretti

2006

Sena meta saret it-talba 2004 - Dgħjufjiet fl-LPIS, verifiki insuffiċjenti tal-GAEC

rata fissa

2

HUF

–2 111 378,44

0,00

–2 111 378,44

HU

Ħlasijiet Diretti

2006

Sena meta saret it-talba 2005 - Dgħjufjiet fl-LPIS-GIS

rata fissa

2

HUF

–1 874 226 638,20

0,00

–1 874 226 638,20

HU

Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari)

2005

Il-kontroverifiki mal-bażi tad-dejta tal-annimali mhumiex sodisfaċenti

ta' darba

 

HUF

–42 638 662,00

0,00

–42 638 662,00

Total HU

–3 644 733 968,56

0,00

–3 644 733 968,56

IE

Kundizzjonalità

2006

Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004

rata fissa

2

EUR

– 707 810,71

0,00

– 707 810,71

IE

Kundizzjonalità

2007

Nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament 796/2004

rata fissa

2

EUR

–7 117,53

0,00

–7 117,53

Total IE

– 714 928,24

0,00

– 714 928,24

IT

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2003

dgħufijiet fil-verifiki fiżiċi

rata fissa

2

EUR

– 620 190,92

0,00

– 620 190,92

IT

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2003

Ħlasijiet li saru għaz-zokkor importat mill-Balkani

ta' darba

 

EUR

–38 460,42

0,00

–38 460,42

IT

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2004

dgħufijiet fil-verifiki fiżiċi

rata fissa

2

EUR

– 521 176,14

0,00

– 521 176,14

IT

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2004

Ħlasijiet li saru għaz-zokkor importat mill-Balkani

ta' darba

 

EUR

– 149 226,45

0,00

– 149 226,45

IT

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2005

dgħufijiet fil-verifiki fiżiċi

rata fissa

2

EUR

–7 075,80

0,00

–7 075,80

IT

Frott u Ħaxix - Proċessar taċ-Ċitru

2005

dgħufijiet varji fil-verifiki li jikkonsistu minn kwalità insuffiċjenti tal-verifiki amministrattivi, tal-kontabilità u tal-verifiki fil-post li saru

rata fissa

5

EUR

–2 434 173,33

0,00

–2 434 173,33

IT

Frott u Ħaxix - Proċessar taċ-Ċitru

2006

dgħufijiet varji fil-verifiki li jikkonsistu minn kwalità insuffiċjenti tal-verifiki amministrattivi, tal-kontabilità u tal-verifiki fil-post li saru

rata fissa

5

EUR

–1 105 506,48

0,00

–1 105 506,48

IT

Irregolaritajiet

2008

Rimborż li jikkonċerna każijiet ta' irregolarità

ta' darba

 

EUR

44 226,30

0,00

44 226,30

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2003

Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki.

rata fissa

2

EUR

–52 085,75

0,00

–52 085,75

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2004

Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki.

rata fissa

2

EUR

– 220 175,36

0,00

– 220 175,36

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2005

Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki.

rata fissa

2

EUR

– 213 470,02

0,00

– 213 470,02

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2006

Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki.

rata fissa

2

EUR

–85 920,81

0,00

–85 920,81

IT

Żejt taż-Żebbuġa - Ħlas lura għall-produzzjoni tal-priservi

2007

Struzzjonijiet insuffiċjenti ta' verifika u superviżjoni mogħtija mill-aġenzija tal-ħlas SAISA li rriżultaw fi kwalità u kwantità insuffiċjenti tal-verifiki.

rata fissa

2

EUR

–2 378,19

0,00

–2 378,19

Total IT

–5 405 613,38

0,00

–5 405 613,38

LT

Ħlasijiet Diretti

2005

dgħufijiet fis-sistema LPIS u fil-verifiki fil-post u verifika insuffiċjenti tal-GAEC

rata fissa

2

LTL

–8 187 386,50

0,00

–8 187 386,50

LT

Ħlasijiet Diretti

2006

dgħufijiet fis-sistema LPIS u fil-verifiki fil-post u verifika insuffiċjenti tal-GAEC

rata fissa

2

LTL

– 329,75

0,00

– 329,75

Total LT

–8 187 716,25

0,00

–8 187 716,25

LU

Ħlasijiet Diretti

2006

Kalkolu ħażin tad-drittijiet tal-pagamenti uniċi skont l-erja bl-użu ta' medja reġjonali mhux adattata

ta' darba

 

EUR

–3 834,18

0,00

–3 834,18

LU

Ħlasijiet Diretti

2007

Kalkolu ħażin tad-drittijiet tal-pagamenti uniċi skont l-erja bl-użu ta' medja reġjonali mhux adattata

ta' darba

 

EUR

– 513,28

0,00

– 513,28

Total LU

–4 347,46

0,00

–4 347,46

MT

Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti

2007

Qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

 

EUR

–16 690,38

–16 690,38

0,00

Total MT

–16 690,38

–16 690,38

0,00

NL

Ħlasijiet Diretti

2006

dgħufijiet fil-verifiki LPIS-GIS, fil-verifiki amministrattivi u fil-verifiki fil-post u fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet regolatorji

ta' darba

 

EUR

–5 538 453,00

0,00

–5 538 453,00

NL

Ħlasijiet Diretti

2007

dgħufijiet fil-verifiki LPIS-GIS, fil-verifiki amministrattivi u fil-verifiki fil-post u fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet regolatorji

ta' darba

 

EUR

–5 866 224,00

0,00

–5 866 224,00

NL

Ħlasijiet Diretti

2008

dgħufijiet fil-verifiki LPIS-GIS, fil-verifiki amministrattivi u fil-verifiki fil-post u fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet regolatorji

ta' darba

 

EUR

–5 226 404,00

0,00

–5 226 404,00

NL

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2001

Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam

rata fissa

10

EUR

– 392 282,80

0,00

– 392 282,80

NL

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2002

Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam

rata fissa

10

EUR

–5 601 293,13

0,00

–5 601 293,13

NL

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2003

Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam

rata fissa

10

EUR

–1 215 943,72

0,00

–1 215 943,72

NL

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u Għajnuna Alimentari lil hinn mill-UE

2001

Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam

rata fissa

10

EUR

– 137 829,09

0,00

– 137 829,09

NL

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u Għajnuna Alimentari lil hinn mill-UE

2002

Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam

rata fissa

10

EUR

–1 968 021,91

0,00

–1 968 021,91

NL

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u Għajnuna Alimentari lil hinn mill-UE

2003

Kwantità insuffiċjenti ta' verifiki ta' sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana fid-distrett ta' Rotterdam

rata fissa

10

EUR

– 427 223,47

0,00

– 427 223,47

NL

Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti

2006

Qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

 

EUR

–1 871 229,37

0,00

–1 871 229,37

Total NL

–28 244 904,49

0,00

–28 244 904,49

PL

Żvilupp Rurali FAEGG Assi 2 (2000-2006, miżuri relatati ma' qasam partikolari)

2005

Ma saru l-ebda kontroverifiki mal-bażi tad-dejta tal-annimali sal-aħħar tal-2005. Kwalità fqira tar-rapporti tal-verifika. L-impenji agroambjentali ma ġewx iċċekkjati kollha. Nuqqas ta' sanzjonijiet.

rata fissa

5

PLN

–47 152 775,00

0,00

–47 152 775,00

Total PL

–47 152 775,00

0,00

–47 152 775,00

PT

Ċertifikazzjoni

2001

L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda

ta' darba

 

EUR

–2 073 170,00

–2 848 206,87

775 036,87

PT

Ċertifikazzjoni

2002

L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda

ta' darba

 

EUR

–1 768 014,18

0,0

–1 768 014,18

PT

Ċertifikazzjoni

2002

Żball sistematiku

ta' darba

 

EUR

– 455 084,30

0,0

– 455 084,30

PT

Ċertifikazzjoni

2003

L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda

ta' darba

 

EUR

–2 056 200,00

0,0

–2 056 200,00

PT

Ċertifikazzjoni

2004

L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda

ta' darba

 

EUR

– 226 000,00

0,0

– 226 000,00

PT

Ċertifikazzjoni

2005

L-iżball l-iktar probabbli huwa ħlasijiet żejda

ta' darba

 

EUR

–2 147 000,00

0,0

–2 147 000,00

PT

Ċertifikazzjoni

 

L-irkupri diġà ġew irrimborżati lill-baġit Komunitarju f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċertifikazzjoni tal-2001-2005

ta' darba

 

EUR

134 701,72

0,0

134 701,72

PT

Kundizzjonalità

2006

Verifiki li ma sarux fiż-żmien stipulat

rata fissa

5

EUR

– 727 228,53

0,0

– 727 228,53

PT

Kundizzjonalità

2007

Verifiki li ma sarux fiż-żmien stipulat

rata fissa

5

EUR

–1 952,69

0,0

–1 952,69

PT

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2003

Fl-2003 l-għadd minimu ta' verifiki ta' sostituzzjoni ma ntlaħaqx f'żewġ uffiċċji tad-dwana

rata fissa

5

EUR

–16 434,84

0,0

–16 434,84

PT

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Zokkor u iżoglukożju

2004

Fl-2003 l-għadd minimu ta' verifiki ta' sostituzzjoni ma ntlaħaqx f'żewġ uffiċċji tad-dwana

rata fissa

5

EUR

–28 112,11

0,0

–28 112,11

PT

Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari)

2004

Għażla ħażina tal-kampjuni għall-verifiki fil-post u tal-ambitu limitat tagħhom li ma tassigurax li minimu ta' 5% tal-benefiċjarji jiġu vverifikati kull sena

rata fissa

2

EUR

–1 264 084,00

0,0

–1 264 084,00

PT

Miżuri ta' akkumpanjament ta' Garanzija ta' ŻR (relatati ma' qasam partikolari)

2005

Għażla ħażina tal-kampjuni għall-verifiki fil-post u tal-ambitu limitat tagħhom li ma tassigurax li minimu ta' 5% tal-benefiċjarji jiġu vverifikati kull sena

rata fissa

2

EUR

–1 399 863,00

0,0

–1 399 863,00

Total PT

–12 028 441,93

–2 848 206,87

–9 180 235,06

SI

Verifika finanzjarja - Ħlasijiet tard

2007

Nuqqas ta' konformità maż-żmien stipulat għall-ħlas

ta' darba

 

EUR

–11 173,87

–11 173,87

0,0

SI

Verifika finanzjarja - Qbiż tal-limiti

2007

Qbiż tal-limiti finanzjarji

ta' darba

 

EUR

–14 688,91

–14 688,91

0,0

Total SI

–25 862,78

–25 862,78

0,0


PARTITA TAL-BAĠIT 6711

SM

Miżura

Sena finanzjarja

Raġuni għall-korrezzjoni

Tip

%

Munita

Ammont

Tnaqqis li diġà sar

Impatt finanzjarju

DE

Żvilupp Rurali FAEŻR Assi 2 (2007 DE06RPO 020)

2007

Nuqqas ta' kontroverifiki mal-bank tad-dejta ċentrali tal-bhejjem f'każ ta' applikazzjonijiet għal miżuri agroambjentali fejn il-limitu tad-densità tal-bhejjem tkun kundizzjoni għall-eliġibbiltà

rata fissa

5

EUR

– 350 800,00

0,0

– 350 800,00

Total DE

– 350 800,00

0,0

– 350 800,00


30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Settembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil fil-Latvja

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5550)

(It-testi bl-Estonjan, bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2009/722/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistipula regoli ta' saħħa dwar prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi projbizzjoni fuq l-għalf tal-annimali bi proteina tal-annimali proċessata derivata minn annimali tal-istess speċi. Wara li kkonsultat il-kumitati xjentifiċi xierqa jistgħu jingħataw derogi minn dik ir-regola fir-rigward ta' annimali bil-pil.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE tat-12 ta' Mejju 2003 rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil li taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) issemmi l-Istati Membri li huma awtorizzati li jagħmlu użu minn dik id-deroga, l-ispeċi li jistgħu jintemgħu bi proteina proċessata tal-annimali derivata mill-annimali tal-istess speċi, u tistipula r-regoli li taħthom jista' jseħħ l-għalf.

(3)

Il-Latvja ressqet talba għal droga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil u ressqet informazzjoni sodisfaċenti dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat il-kontroll ta' riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/324/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/324/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Id-deroga għall-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja

1.   Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tingħata deroga lill-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja rigward l-għalf tal-annimali tal-pil li ġejjin ma' proteina proċessata tal-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta' iġsma ta' annimali tal-istess speċi:

(a)

volpijiet (Vulpes vulpes u Alopex lagopus); kif ukoll

(b)

klieb raccoon (Nycteroites procynoides).

2.   Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tingħata deroga lill-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja rigward l-għalf tal-annimali tal-pil tal-ispeċi tal-mink Amerikan (Mustela vison) ma' proteina proċessata tal-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta' iġsma ta' annimali tal-istess speċi:”

(2)

L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-konformità ma' din id-Deċiżjoni

L-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja għandhom jieħu l-miżuri meħtieġa minnufih biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni, u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.”

(3)

L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Finlandja.”

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUSEC/1/2009

tal-25 ta' Settembru 2009

dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

(2009/723/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/709/PESK tal-15 ta' Settembru 2009 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8 tal-Azzjoni Konġunta 2009/709/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-24 ta' Ġunju 2008, Jean-Paul MICHEL inħatar Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo.

(3)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra mill-ġdid ta' Jean-Paul MICHEL bħala l-Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Jean-Paul MICHEL huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma fil-qasam tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fl-1 ta' Ottubru 2009.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 246, 18.9.2009, p. 33.


ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

30.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2009/724/ĠAI

tas-17 ta’ Settembru 2009

li tistabilixxi d-data għat-tlestija tal-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha.

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI jipprovdi għall-migrazzjoni tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2009. Jekk ikun meħtieġ, din id-data tista’ tinbidel skont il-proċedura definita fl-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni.

(2)

Kwistjonijiet identifikati matul il-fażi ta’ ttestjar ta’ SIS II wasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI, Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 u s-27 ta’ Frar 2009 iddikjaraw li, minħabba l-ħin meħtieġ biex jiġu riżolti l-kwistjonijiet pendenti, id-data għall-migrazzjoni minn SIS 1+ għal SIS II, stabbilita għal Settembru 2009, m'għadhiex realistika.

(3)

Fid-dawl tad-dewmien għall-migrazzjoni minn SIS I+ għal SIS II, id-data l-ġdida għat-tlestija tal-migrazzjoni għandha tiġi stabbilita biex tikkoinċidi mad-data ta’ skadenza finali tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI, li tippermetti l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet li jwasslu għall-bidu tal-operazzjonijiet ta’ SIS II sa dik id-data.

(4)

Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'din id-Deċiżjoni, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat UE u għat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000, rigward it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jieħdu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (2).

(5)

L-Irlanda qed tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat UE u għat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda li tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3).

(6)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (4), li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim.

(7)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (6) dwar il-konklużjoni ta' dak il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea.

(8)

Fir-rigward ta' Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen li jaqa' fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/262/ĠAI tat-28 ta' Frar 2008 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7).

(9)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 67(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/53’/ĠAI (8) u li hemm referenza għalih fl-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom ilestu l-migrazzjoni mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura interim għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni, sad-data ta’ skadenza tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p.31.

(6)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50.

(7)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 5.

(8)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.