ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.194.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 194

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
25 ta' Lulju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 667/2009 tat-22 ta' lulju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Nocciola Romana (DPO))

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ dejta tal-kwalità u dik mhux klinika marbuta ma’ prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata żviluppati minn intrapriżi mikro, żgħar u medji ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 670/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jirrigwarda l-intervent pubbliku permezz ta’ sejħa għall-offerti għax-xiri ta’ qamħ durum jew ta’ ross paddy, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 428/2008 u (KE) Nru 687/2008

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 671/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jibda proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2010 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT

47

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 672/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

53

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/560/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2009 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2009 u li temenda d-Deċiżjoni 2008/897/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5475)

56

 

 

2009/561/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-sottosistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5607)  ( 1 )

60

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 665/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

23,3

ZZ

23,3

0707 00 05

TR

98,9

ZZ

98,9

0709 90 70

TR

97,5

ZZ

97,5

0805 50 10

AR

49,5

UY

48,0

ZA

61,6

ZZ

53,0

0806 10 10

EG

151,8

MA

152,8

TR

115,0

US

141,6

ZA

127,3

ZZ

137,7

0808 10 80

AR

84,8

BR

69,0

CL

89,1

CN

103,8

NZ

85,6

US

91,3

ZA

86,4

ZZ

87,1

0808 20 50

AR

95,7

CL

81,2

ZA

104,2

ZZ

93,7

0809 10 00

TR

159,1

ZZ

159,1

0809 20 95

CA

324,1

TR

287,2

US

393,4

ZZ

334,9

0809 30

TR

157,2

ZZ

157,2

0809 40 05

IL

167,2

ZZ

167,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 666/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 630/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 187, 18.7.2009, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-25 ta’ Lulju 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

31,34

1,88

1701 11 90  (1)

31,34

5,86

1701 12 10  (1)

31,34

1,75

1701 12 90  (1)

31,34

5,43

1701 91 00  (2)

32,59

8,94

1701 99 10  (2)

32,59

4,56

1701 99 90  (2)

32,59

4,56

1702 90 95  (3)

0,33

0,33


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 667/2009

tat-22 ta' lulju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Nocciola Romana (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Nocciola Romana” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 308, 3.12.2008, p. 19.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

L-ITALJA

Nocciola Romana (DPO)


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 668/2009

tal-24 ta' Lulju 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ dejta tal-kwalità u dik mhux klinika marbuta ma’ prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata żviluppati minn intrapriżi mikro, żgħar u medji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq, fir-Regolament (KE) 1394/2007, li jiġu stipulati dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ dejta tal-kwalità u dik mhux klinika, ippreżentata minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn issa ‘l quddiem “l-Aġenzija”), sabiex jingħata inċentiv lil dawk l-intrapriżi biex jagħmlu studji dwar il-kwalità u mhux kliniċi dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata.

(2)

Għal raġunijiet ta’ koerenza u trasparenza, għandha tapplika d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju stipulata fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (2).

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007, il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għandha tkun indipendenti minn kwalunkwe applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq. Madankollu, din għandha tfittex ukoll li tiffaċilita l-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe applikazzjoni futura għal prova klinika u għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq imsejsa fuq l-istess dejta. Għal din ir-raġuni, l-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni għandha titmexxa skont l-istess rekwiżiti xjentifiċi u tekniċi bħal dawk li japplikaw għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, kif stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju b’rabta mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (3).

(4)

Għandu jkun possibbli għall-applikanti għaċ-ċertifikazzjoni li jipprovdu d-dejta kollha, jew partijiet minnha, tal-kwalità u dik mhux klinika mitluba fl-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE. Madankollu, sabiex ikun żgurat il-valur miżjud taċ-ċertifikazzjonijiet, huwa xieraq li jkun stipulat sett minimu ta’ dejta meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni.

(5)

Fi ħdan l-Aġenzija, il-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandu l-kompetenza xierqa għall-eżaminar tad-dejta tal-kwalità u dik mhux klinika marbuta mal-prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata. Għaldaqstant, għandu jkun responsabbli mill-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni.

(6)

Fejn hu neċessarju, il-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandu jkun f’pożizzjoni li jagħmel it-tlestija tal-evalwazzjoni tiegħu suġġetta għal spezzjoni fuq is-sit tal-bini fejn ikun qed jiġi żviluppat il-prodott mediċinali għal terapija avvanzata.

(7)

L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni jistgħu jikkonċernaw prodotti mediċinali kkumbinati ta’ terapija avvanzata skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007. F’każ bħal dan, għandhom japplikaw rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-konformità tal-mezz mediku jew tal-mezz mediku attiv li jista’ jiġi impjantat li hu inkluż fil-prodott ikkumbinat mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (4) u d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (5), rispettivament.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għal Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003, li jiżviluppaw prodott mediċinali ta’ terapija avvanzata u li huma stabbiliti fil-Komunità.

Artikolu 2

Il-proċedura għall-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni xjentifika u ċ-ċertifikazzjoni ta’ dejta tal-kwalità u dik mhux klinika marbuta ma’ prodott mediċinali ta’ terapija avvanzata għandhom ikunu ppreżentati lill-Aġenzija, u għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni kollha neċessarja li turi li l-applikant jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament kif stabbilit fl-Artikolu 1;

(b)

indikazzjoni dwar jekk l-applikazzjoni tikkonċernax biss dejta tal-kwalità, jew dejta tal-kwalità u dik mhux klinika;

(c)

referenza għal kwalunkwe applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni li jkunu ġew ippreżentati preċedentement għall-istess prodott mediċinali ta’ terapija avvanzata, indikazzjoni dwar jekk kienx inħareġ ċertifikat jew le, u spjegazzjoni tal-valur miżjud tal-applikazzjoni l-ġdida u tad-differenzi bejn l-applikazzjoni l-ġdida u l-applikazzjoni li tkun ġiet ippreżentata preċedentement;

(d)

il-ħlas rilevanti kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 (6);

(e)

id-dejta msemmija fil-modulu 3 tal-Parti I tal-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE li titressaq għaċ-ċertifikazzjoni b’konformità mat-tieni subparagrafu, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi stipulati fil-Parti IV ta’ dak l-Anness u l-linji gwida xjentifiċi msemmija fl-Artikolu 5.

(f)

fejn l-applikazzjoni tirreferi kemm għad-dejta tal-kwalità kif ukoll għal dik mhux klinika, id-dejta msemmija fil-modulu 4 tal-Parti I tal-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE li titressaq għaċ-ċertifikazzjoni b’konformità mat-tielet subparagrafu, b’mod li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi stipulati fil-Parti IV ta’ dak l-Anness u l-linji gwida xjentifiċi msemmija fl-Artikolu 5.

Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, l-applikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas id-dejta li ġejja:

(a)

informazzjoni ġenerali u informazzjoni relatata mal-materjali ta’ introduzzjoni u mhux ipproċessati;

(b)

il-proċess tal-manifattura tas-sustanza(i) attiva(i), bl-eċċezzjoni tad-dejta dwar il-validazzjoni tal-proċess;

(c)

id-definizzjoni karatteristika tas-sustanza(i) attiva(i), ristretta għad-dejta neċessarja biex tingħata deskrizzjoni adegwata tas-sustanza(i) attiva(i);

(d)

il-kontroll tas-sustanza(i) attiva(i), bl-eċċezzjoni tad-dejta dwar il-validazzjoni tal-analiżi;

(e)

id-deskrizzjoni u l-kompożizzjoni tal-prodott lest.

Għall-finijiet tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, l-applikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas id-dejta li ġejja:

(a)

id-dejta farmakodinamika primarja li ssostni l-ħsieb ewlieni għall-użu terapewtiku li ġie propost;

(b)

id-dejta tal-bijodistribuzzjoni tal-farmakokinetiċi, kemm-il darba rilevanti biex jivverifikaw id-dejta farmakodinamika primarja;

(c)

tal-anqas studju wieħed tossikoloġiku.

2.   Jekk l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tirrikonoxxi li rċeviet applikazzjoni valida.

3.   Il-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandu jevalwa l-applikazzjoni valida fi żmien 90 jum minn meta jirrikonoxxi li tkun waslitlu l-applikazzjoni.

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni, il-Kumitat għal Terapiji Avvanzati għandu, partikolarment bil-għan tal-evalwazzjoni li jkun imiss ta’ kwalunkwe applikazzjoni oħra fil-ġejjieni għal prova klinika u l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jistabbilixxi jekk:

(a)

id-dejta tal-kwalità ppreżentata u l-metodoloġija ta’ ttestjar tal-kwalità segwita mill-applikant josservawx ir-rekwiżiti xjentifiċi u tekniċi stabbiliti fit-taqsimiet 2.3 u 3 tal-Parti I, f’Parti IV u, fejn rilevanti għad-dejta tal-kwalità, fl-Introduzzjoni u l-Prinċipji Ġenerali tal-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE;

(b)

fejn applikabbli, id-dejta mhux klinika u l-metodoloġija ta’ ttestjar mhux kliniku segwiti mill-applikant josservawx ir-rekwiżiti xjentifiċi u tekniċi stabbiliti fit-taqsimiet 2.4 u 4 tal-Parti I, f’Parti IV u, fejn rilevanti għal dejta mhux klinika, fl-Introduzzjoni u l-Prinċipji Ġenerali tal-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE.

4.   Fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, il-Kumitat għal Terapiji Avvanzati jista’ jitlob lill-applikant jipprovdi informazzjoni supplimentari f’limitu stabbilit ta’ żmien.

F’dak il-każ, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun sospiż sakemm tiġi pprovduta l-informazzjoni supplimentari li tkun intalbet.

5.   Meta l-Kumitat għal Terapiji Avvanzati jkun lesta l-evalwazzjoni tiegħu, l-Aġenzija għandha, għaldaqstant, tinforma lill-applikant u tipprovdih mingħajr dewmien bid-dokumeni li ġejjin:

(a)

rapport ta’ evalwazzjoni li jispjega, partikolarment, ir-raġunijiet għall-konklużjoni li jkun wasal għaliha l-Kumitat għal Terapiji Avvanzati dwar l-applikazzjoni;

(b)

jekk inhu l-każ, abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, ċertifikat li jidentifika l-kwalità u, fejn applikabbli, id-dejta mhux klinika li ġiet ippreżentata, u l-metodoloġiji korrispondenti ta’ ttestjar segwiti mill-applikant, li jissodisfaw ir-rekwiżiti xjentifiċi u tekniċi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-pargrafu 3;

(c)

fejn jitqies xieraq mill-Kumitat għal Terapiji Avvanzati, lista ta’ temi li l-applikant għandu jqis fil-futur fir-rigward tal-osservazzjoni tar-rekwiżiti xjentifiċi u tekniċi tal-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE tal-kwalità u, fejn applikabbli, id-dejta mhux klinika li ġiet ippreżentata, u l-metodoloġiji korrispondenti ta’ ttestjar segwiti mill-applikant.

Artikolu 3

Spezzjonijiet fuq is-sit

Il-Kumitat għal Terapiji Avvanzati jista’ jinforma lill-applikant li hija meħtieġa spezzjoni fuq is-sit tal-bini fejn ikun qed jiġi żviluppat il-prodott mediċinali għal terapija avvanzata sabiex ikun jista’ jlesti l-evalwazzjoni bi qbil mal-Artikolu 2. Għandu jinforma lill-applikant bl-għanijiet tal-ispezzjoni fuq is-sit. Jekk l-applikant jaċċetta li ssir spezzjoni fuq is-sit, din għandha ssir minn spetturi mill-Istati Membri li jkollhom il-kwalifiki xierqa.

F’dak il-każ, il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 2(3) għandu jiġi sospiż sakemm ir-rapport tal-ispezzjoni jkun sar disponibbli għall-Kumitat għal Terapiji Avvanzati u għall-applikant.

Artikolu 4

Prodotti mediċinali kkombinati ta’ terapija avvanzata

1.   Fejn applikazzjoni għal ċertifikazzjoni tikkonċerna prodotti mediċinali kkombinati ta’ terapija avvanzata, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali mniżżla fil-paragrafi 2 u 3.

2.   L-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni ta’ dejta relata ma’ prodott mediċinali kkombinat ta’ terapija avvanzata tista’ tinkludi evidenza ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) 1394/2007.

3.   L-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni ta’ dejta relatata ma’ prodott mediċinali kkombinat ta’ terapija avvanzata għandha tinkludi, fejn ikunu disponibbli, ir-riżultati tal-istudju minn korp notifikat bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE jew id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-parti tal-mezz mediku jew tal-parti attiva tal-mezz mediku li tiddaħħal f’xi parti tal-ġisem.

L-Aġenzija għandha tirrikonoxxi r-riżultati ta’ dak l-istudju fl-evalwazzjoni tagħha tad-dejta li tikkonċerna l-prodott mediċinali partikulari.

L-Aġenzija tista’ titlob lill-korp notifikat rilevanti biex jgħaddi kull informazzjoni marbuta mar-riżultati tal-istudju tiegħu. Il-korp notifikat għandu jgħaddi din l-informazzjoni fi żmien xahar. F’dak il-każ, il-perjodu msemmi fl-Artikolu 2(3) għandu jkun sospiż sakemm tiġi pprovduta l-informazzjoni li tkun intalbet.

4.   Jekk l-applikazzjoni ma tkunx tinkludi r-riżultati tal-evalwazzjoni, l-Aġenzija tista’

(a)

titlob opinjoni dwar il-konformità tal-parti tal-mezz mal-Anness I tad-Direttiva 93/42/KEE jew l-Anness 1 tad-Direttiva 90/385/KEE minn korp notifikat identifikat flimkien mal-applikant, sakemm il-Kumitat għal Terapiji Avvanzati mogħti pariri mill-esperti tiegħu għall-mezzi mediċi ma jiddeċidix li l-involviment ta’ korp notifikat mhuwiex meħtieġ; jew

(b)

teskludi mill-evalwazzjoni l-verifika tal-konformità tal-mezz mediku mar-rekwiżiti essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007.

Fil-każ li hemm referenza għalih fil-punt (a), il-perjodu msemmi fl-Artikolu 2(3) għandu jkun sospiż sakemm tiġi pprovduta l-opinjoni li tkun intalbet.

Fil-każ li hemm referenza għalih fil-punt (b), ir-rapport ta’ evalwazzjoni u kwalunkwe ċertifikat ipprovduti għandhom jirreġistraw il-fatt li l-evalwazzjoni teskludi l-verifika tal-konformità tal-mezz mediku mar-rekwiżiti essenzjali. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni u kwalunkwe ċertifikat ipprovduti jistgħu jikkonkludu wkoll li l-interazzjoni u l-kompattibiltà bejn iċ-ċelloli u t-tessuti u l-mezz mediku ma jistgħux jiġu evalwati fl-assenza tar-riżultati tal-analiżi minn entità nnotifikata.

Artikolu 5

Linji gwida xjentifiċi

Meta jkunu qed jiġbru d-dossier għal applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni, l-applikanti għandhom iqisu l-linji gwida xjentifiċi ppubblikati mill-Aġenzija li jikkonċernaw id-dejta minima tal-kwalità u dik mhux klinika mniżżla fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 2(1) għaċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata.

Artikolu 6

Rapport

L-Aġenzija, fir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tagħha, għandha tinkludi taqsima dwar l-esperjenza miksuba b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Din it-taqsima għandha, partikolarment, tinkludi informazzjoni statistika dwar it-tip u n-numru ta’ applikazzjonijiet ippreżentati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121.

(2)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(3)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(4)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.

(6)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(5) u l-Artikolu 63(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (2), u partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi qafas armonizzat ta’ regoli ġenerali għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq livell Kommunitarju, li jinkludi l-kontrolli uffiċjali fuq id-dħul tal-ikel u l-għalf ġejjin minn pajjiżi terzi. Barra minn hekk jistipula li għandha tiġi kkompilata lista tal-ikel u l-għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali, li għandhom ikunu soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fuq bażi ta’ riskju magħruf jew riskju li jkun qed jitfaċċa, fil-punt tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tiegħu (“il-lista”). Dan il-livell ogħla ta’ kontroll għandu jippermetti, min-naħa waħda, li r-riskju magħruf jew dak emerġenti jkun ikkontrollat b’iżjed effiċjenza, u min-naħa l-oħra, il-ġbir ta’ dejta preċiża ta’ sorveljanza biex jiġu osservati l-okkorrenza u l-prevalenza tar-riżultati sfavorevoli li joħorġu mill-analiżi tal-laboratorju.

(2)

Biex tiġi kkompilata din il-lista, iridu jkunu kkunsidrati ċerti kriterji, li jippermettu li jiġu identifikati r-riskji magħrufin jew emerġenti relatati ma’ xi ikel jew għalf speċifiku ta’ oriġini mhux mill-annimali.

(3)

Sakemm jiġu adottati metodoloġija u kriterji standardizzati għal-kompilazzjoni tal-lista, għandhom jiġu kkunsidrati, għall-għanijiet tal-kompilazzjoni u l-aġġornament tagħha, d-dejta li toħroġ min-notifikazzjonijiet li jintbagħtu bis-sistema ta’ twissija f’waqtha dwar l-għalf u l-ikel (RASFF), kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002; ir-rapporti tal-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel; ir-rapporti mingħand il-pajjiżi terzi; l-iskambji tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; u l-evalwazzjonijiet xjentifiċi.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li, għall-organizzazzjoni tal-livell ogħla ta’ kontrolli, l-Istati Membri għandhom jinnominaw punti partikolari ta’ dħul fit-territorji tagħhom li jkollhom aċċess għal faċilitajiet ta’ kontroll xierqa għat-tipi differenti tal-għalf u tal-ikel. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stipulati fir-Regolament preżenti r-rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżulin biex ikun żgurat livell ta’ uniformità fl-effikaċja tal-kontrolli.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li, għall-organizzazzjoni tal-livell ogħla ta’ kontrolli, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel responsabbli għall-kunsenji jagħtu notifikazzjoni minn qabel talwasla u n-natura ta’ dawn il-konsenji. Għaldaqstant, biex jiġi żgurat approċċ uniformi fil-Komunità kollha, għandu jiġi stipulat mudell ta’ dokument komuni tad-dħul (DKD) għall-kull importazzjoni tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li hi koperta mir-Regolament preżenti. Id-DKD għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet tad-dwana fil-ħin li jiġu ddikjarati l-konsenji għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera.

(6)

Barra minn hekk, biex jiġi żgurat ċertu livell ta’ uniformità fuq livell Komunitarju fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali ta’ livell ogħla, huwa xieraq li jiġi stipulat f’dan ir-Regolament li fost il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru l-kontrolli fuq id-dokumenti, il-kontrolli dwar l-identità u l-kontrolli fiżiċi.

(7)

Iridu jkunu disponibbli riżorsi finanzjarji xierqa biex jiġu organizzati dawn il-livelli ogħla ta’ kontrolli uffiċjali. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiġbru l-miżati li jeħtieġu biex ikopru l-ispejjes ta’ dawn il-kontrolli. Il-kalkolu ta’ dawn il-miżati għandu jsir skont il-kriterji stipulati fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/402/KE tat-23 ta’ Mejju 2005 dwar il-miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-bżar aħmar, il-prodotti tal-bżar aħmar; il-kurkuma u ż-żejt tal-palm (3) tistipula li l-konsenji kollha ta’ dawn il-prodotti għandu jkollhom magħhom rapport analitiku li juri li l-prodott ma fih l-ebda wieħed minn dawn is-sustanzi li ġejjin: Sudan I (Nru CAS 842-07-9), Sudan II (Nru CAS 3118-97-6), Sudan III (Nru CAS 85-86-9) jew Sudan IV (85-83-6). Minn meta ġew adottati dawn il-miżuri, naqqset l-inċidenza ta’ notifikazzjonijiet lill-RASFF li juri titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni fir-rigward tal-preżenza taż-żebgħat tas-Sudan fil-prodotti rilevanti. Għalhekk huwa xieraq li jintemm ir-rekwiżit li għandu jkun megħmuż rapport analitiku ma’ kull konsenja ta’ prodotti importati li hu stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/402/KE u li minfloku jitwaqqaf livell ogħla ta’ kontrolli uniformi fuq dawn il-konsenji fil-punt tad-dħul fil-Komunità. Id-Deċiżjoni 2005/402/KE hija rrevokata.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE tat-12 ta’ Lulju 2006 dwar kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti oġġetti tal-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti mill-aflatossini (4), tistipula li għandhom isiru kontrolli iżjed spissi (50 % tal-konsenji kollha) biex ifittxu għall-preżenza tal-aflatossini fil-karawett li jkun ġej mill-Brażil. Kemm ilhom li ġew adottati dawn il-miżuri, naqqset l-inċidenza tan-notifikazzjonijiet lill-RASFF dwar l-aflatossini fil-karawett li jkun ġej mill-Brażil. Għalhekk hu xieraq li jintemmu l-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2006/504 fir-rigward ta’ dawn il-prodotti, li għandhom minflok jiġu suġġetti għal livelli ogħla ta’ kontrolli uniformi fil-punt tad-dħul fil-Komunità. Id-Deċiżjoni 2006/504/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżula tista’ toħloq diffikultajiet prattiċi għall-Istati Membri. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistipula żmien ta’ tranżizzjoni li matulu jistgħu jiġu implimentati dawn ir-rekwiżiti ftit ftit. Skont dan, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandu jkollhom il-fakultà waqt dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni li jwettqu l-kontrolli fiżiċi u l-kontrolli tal-identità f’punti tal-kontroll li mhumiex il-punt tad-dħul magħżul. F’dawn il-każi, dawn il-punti ta’ kontroll iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżulin li huma stipulati f’dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri li hemm f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli fir-rigward tal-livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I tiegħu, dwar l-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Aġġornament tal-Anness I

Biex il-lista tal-Anness I tiġi kkompilata u emendata regolarment, irid jiġi kkunsidrat mill-inqas wieħed minn dwan is-sorsi ta’ tagħrif:

(a)

id-dejta li tirriżulta min-notifiki li jaslu permezz tal-RASFF;

(b)

rapporti u informazzjoni li joħorġu mill-attivitajiet tal-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel;

(c)

rapporti u informazzjoni mibgħuta minn pajjiżi terzi;

(d)

informazzjoni li titpartat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurtà fl-Ikel;

(e)

fejn hu xieraq, valutazzjonijiet xjentifiċi.

Il-lista tal-Anness I għandha tiġi rriveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“dokument komuni tad-dħul (DKD)” ifisser dak id-dokument li għandu jimtela mill-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu/tagħha kif stipulat fl-Artikolu 6, li tiegħu hemm mudell fl-Anness II, u mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li tlestew il-kontrolli uffiċjali;

(b)

“il-punt tad-dħul magħżul (PDM)” ifisser il-punt tad-dħul stipulat fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, f’wieħed mit-territorji msemmijin fl-Anness I tiegħu; fil-każi ta’ konsenji li jaslu bil-baħar, li jitħattew bl-għan li jitgħabbew fuq vapur ieħor biex immorru f’port ieħor fi Stat Membru ieħor, il-punt tad-dħul magħżul ikun l-aħħar port;

(c)

‘konsenja’ tfisser kwantità ta’ kwalunkwe wieħed mill-prodotti tal-għalf jew tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, tal-istess klassi jew deskrizzjoni, inkluża fl-istess dokument(i), mibgħuta bl-istess mezz tat-trasport u li toriġina mill-istess pajjiż terz jew parti mill-pajjiż.

Artikolu 4

Rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżulin

Bla ħsara għall-Artikolu 19, il-punti tad-dħul magħżulin għandu jkollhom għad-dispożizzjoni mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

numru biżżejjed ta’ impjegati li għandhom il-kwalifiki xierqa u l-esperjenza biex iwettqu l-kontrolli preskritti fuq il-konsenji;

(b)

faċilitajiet xierqa biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tagħmel il-kontrolli meħtieġa;

(c)

istruzzjonijiet dettaljati dwar it-teħid tal-kampjuni għall-analiżi u dwar kif il-kampjuni jintbagħtu għall-analiżi fil-laboratorju magħżul skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (“il-laboratorju magħżul”);

(d)

faċilitajiet fejn il-konsenji (u l-konsejni fil-kontejners) jiġu maħżunin f’kundizzjonijiet xierqa waqt iż-żmien tad-detenzjoni, fejn xieraq, sakemm jistennew ir-riżultati tal-analiżi msemmija fil-punt (c), u numru biżżejjed ta’ kmamar għall-ħażna li jinkludu l-imħażen tal-friża, għall-każi fejn il-konsenja jkollha bżonn tinżamm f’ temperaturi kkontrollati;

(e)

tagħmir għall-ħatt u l-istrumenti meħtieġa biex jittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(f)

il-faċilitajiet biex, fejn hemm bżonn, il-ħatt u t-teħid tal-kampjuni għall-analiżi jsiru f’post kenni;

(g)

laboratorju magħżul fejn issir l-analiżi msemmija fil-punt (c), f’post fejn il-kampjuni jkunu jistgħu jitwasslu f’qasir żmien.

Artikolu 5

Lista tal-punti tad-dħul magħżulin

L-Istati Membri għandhom iżommu fuq l-Internet, miftuħa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, lista aġġornata tal-punti tad-dħul magħżulin għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-indirizzi tal-Internet ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni.

Fuq is-sit tal-Internet tagħha, il-Kummissjoni għandha turi l-ħoloq elettroniċi nazzjonali li jwasslu għal dawn il-listi, għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 6

Twissija bil-quddiem tal-wasla tal-konsenji

L-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw bil-quddiem id-data u l-ħin tal-wasla mistennija tal-konsenja fil-punt tad-dħul magħżul u dwar in-natura tal-konsenja.

Għal dan il-għan iridu jimlew il-Parti I tad-dokument tad-dħul komuni u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel ma tasal il-konsenja.

Artikolu 7

Il-Lingwa tad-dokumenti komuni tad-dħul

Id-dokumenti komuni tad-dħul għandhom jinkitbu fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru fejn jinstab il-punt tad-dħul magħżul.

Madankollu, Stat Membru jista’ jaċċetta li d-dokumenti komuni tad-dħul ikunu miktubin b’lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità.

Artikolu 8

Livelli ogħla tal-kontrolli uffiċjali fil-punti tad-dħul magħżulin

1.   L-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul għandha, mingħajr dawmien żejjed, tagħmel dan li ġej:

(a)

kontrolli tad-dokumentazzjoni ta’ kull konsenja fi żmien żewġt iġranet tax-xogħol minn meta jaslu fil-PDM, sakemm ma jinħolqux xi ċirkostanzi inevitabbli u eċċezzjonali.

(b)

kontrolli fiżiċi u tal-identità, li jinkludu l-analiżi fil-laboratorju, bil-frekwenza stipulata fl-Anness I u b’mod li l-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jkunux jistgħu ibassru jekk xi konsenja hijiex se tiġi kkontrollata jew le; ir-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jeħtieġ li jkunu disponibbli kemm jista’ jkun malajr teknikament.

2.   Wara li jintemmu l-kontrolli stipulati fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

timla l-parti rilevanti tal-Parti II tad-dokument komuni tad-dħul; u l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jittimbra u jiffirma l-oriġinal tad-dokument;

(b)

tagħmel u żżomm kopja tad-dokument komuni tad-dħul iffirmat u ttimbrat.

Il-kopja oriġinali tad-dokument komuni tad-dħul trid tmur mal-konsenja tul il-vjaġġ tagħha sakemm tasal fid-destinazzjoni msemmija fid-DKD.

L-awtorità kompetenti fil-PDM tista’ tawtorizza li l-konsenja tkompli fi triqitha sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi. Fejn tingħata l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-destinazzjoni u għandhom isiru l-arranġamenti xierqa biex ikun żgurat li l-konsenja tibqa’ taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti u li ma tkunx tista’ titbagħbas bl-ebda mod sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi.

F’każijiet fejn il-konsenja tkun ittrasportata qabel ma jkunu jistgħu jinħarġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tad-DKD oriġinali għal dan l-għan.

Artikolu 9

Ċirkostanzi Partikolari

1.   Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza li l-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti punti tad-dħul magħżula li jridu jaħdmu f’sitwazzjonijiet diffiċli għal raġunijiet ġeografiċi, ikunu jistgħu jagħmlu l-kontrolli fiżiċi fl-istabbiliment ta’ operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel, sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-effiċjenza tal-kontrolli li jitwettqu fil-PDM ma tkunx affettwata ħażin;

(b)

l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4 skont ir-rilevanza u li huwa approvat għal dan l-għan mill-Istat Membru;

(c)

ikun hemm arranġamenti xierqa li jiggarantixxu li l-konsenja, mill-mument li tasal, tibqa’ l-ħin kollu taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti tal-PDM u li ma tistax tiġi mbagħbsa bl-ebda mod tul iż-żmien tal-kontrolli kollha.

2.   B’deroga mill-Artikolu 8(1), f’ċirkostanzi eċċezzjonali, id-deċiżjoni li prodott ġdid ikun elenkat fl-Anness I tista’ tistipula li l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tal-konsenja tkun tista’ tagħmel il-kontrolli fiżiċi, kif indikat fid-DKD fuq il-post tal-istabbiliment tal-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jekk ikun xieraq u jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 (b) u (c), sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk, meta jsiru t-testijiet ta’ kampjuni fil-PDM ikun hemm riskju kbir li l-ikel jiġi kkontaminat jew li l-prodott ikun imħassar b’mod inaċċettabbli minħabba li l-prodott jitħassar malajr jew minħabba li l-pakketti jkunu ta’ ċerta kwalità;

(b)

isiru arranġamenti xierqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-PDM u l-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu l-kontrolli fiżiċi biex jaċċertaw li:

(i)

il-konsenja ma tistax tiġi mbagħbsa bl-ebda mod waqt il-kontrolli kollha;

(ii)

jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 15.

Artikolu 10

Ir-Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Ladarba, fejn hu meħtieġ li jsiru l-kontrolli, dawn ikunu saru kollha b’konformità mal-Artikolu 8(1) u r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jkunu magħrufa u jkunu pożittivi, ir-rilaxx tal-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument komuni tad-dħul jew l-ekwivalent tiegħu elettroniku, minn għand l-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, lill-awtoritajiet tad-dwana, mimli, kif meħtieġ, mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

L-Obbligi tal-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel

F’każi fejn il-karatteristiċi speċjali tal-konsenja jitolbu din il-ħtieġa, l-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew rappreżentant tiegħu, għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti:

(a)

ir-riżorsi umani u l-loġistika biex il-konsenja tinħatt biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli uffiċjali;

(b)

it-tagħmir xieraq għat-teħid tal-kampjuni għall-analiżi fejn jirrigwarda t-trasport speċjali u/jew formoli tal-ippakkjar speċifiċi, meta dan it-teħid ta’ kampjuni ma jkunx jista’ jsir b’mod ġenerali bit-tagħmir standardizzat.

Artikolu 12

It-taqsim tal-konsenji

Il-konsenji m’ għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu saru l-kontrolli uffiċjali fuq livell ogħla, u jkun imtela d-dokument komuni tad-dħul mill-awtorità kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 8.

Fil-każ li wara dan il-konsenja tinqasam, kopja awtentika tad-dokument komuni tad-dħul trid tintbaghat ma’ kull parti tal-konsenja sakemm dawn jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 13

Nuqqas ta’ konformità

Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta’ konformità, l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jimla l-Parti III tad-dokument komuni tad-dħul u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 14

Miżati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir tal-miżati li jirriżultaw minħabba l-livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali stipulat f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u l-kriterji stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.   Il-miżati msemmijin fil-paragrafu 1 iridu jitħallsu mill-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel li huma risponsabbli għall-konsenja, jew mir-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 15

Rapporti lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dwar il-konsenji lill-Kummissjoni bi skop li ssir evalwazzjoni kontinwa tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I.

Dan ir-rapport għandu jitressaq kull tliet xhur sal-aħħar tax-xaħar ta’ wara t-tliet xhur li jkunu għaddew.

2.   Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji ta’ kull konsenja, li jinkludu:

(i)

id-daqs fir-rigward tal-piż nett tal-konsenja;

(ii)

isem il-pajjiż tal-oriġini ta’ kull konsenja;

(b)

in-numru ta’ konsenji li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(c)

ir-riżultati tal-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 8(1);

3.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor ir-rapporti li tirċievi skont il-paragrafu 2 u tpoġġihom għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

Artikolu 16

Emenda għad-Deċiżjoni 2006/504/KE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE hija emendata skont dan li ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, is-subparagrafi (a) (iii), (iv) u (v) għandhom jitħassru,

(2)

fl-Artikolu 5, l-paragrafu 2 (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

kull konsenja ta’ ħwejjeġ tal-ikel mill-Brażil”,

(3)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa mħassar.

Artikolu 17

Revoka tad-Deċiżjoni 2005/402/KE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/402/KE hija rrevokata.

Artikolu 18

Applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 19

Miżuri Tranżizzjonali

1.   Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jekk punt tad-dħul magħżul ma jkollux il-faċilitajiet meħtieġa biex isiru l-kontrolli fiżiċi qabel ma jkun iddikjarat li l-prodotti jistgħu jinħelsu għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif stipulat fl-Artikolu 8(1)(b), dawn il-kontrolli jistgħu jsiru f’punt tad-dħul ieħor fl-istess Stat Membru, li jkun awtorizzat għal dan mill-awtorità kompetenti, sakemm dan il-punt tad-dħul jissodisfa r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 4.

2.   L-Istati Membri għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, permess ta’ pubblikazzjoni fuq is-sit tal-Internet tagħhom, lista tal-punti tal-kontroll magħżulin awtoriżżati skont l-ewwel paragrafu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 135, 28.5.2005, p. 34.

(4)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21.


ANNESS I

A.   Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u Ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM

Pajjiż tal-oriġini

Riskju

Frekwenza ta’ kontrolli fuq l-identità u kontrolli fiżiċi (1)

(%)

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel)

1202 10 90 ; 1202 20 00 ; 2008 11 ;

l-Arġentina

Aflatossini

10

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel)

1202 10 90 ; 1202 20 00 ; 2008 11 ;

il-Brażil

Aflatossini

50

Traċċi ta’ sustanzi (għalf u ikel (2)  (3)

2817 00 00 ; 2820 ; 2821 ; 2825 50 00 ; 2833 25 00 ; 2833 29 20 ; 2833 29 80 ; 2836 99 ;

iċ-Ċina

Kadmju u ċomb

50

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel), partikolarment il-pejst tal-karawett (ikel)

1202 10 ; 1202 20 00 ; 2008 11 ;

il-Gana

Aflatossini

50

Ħwawar (ikel)

Bżar aħmar (il-frott niexef tiegħu, sħiħ jew mitħun, inkluż il-bżar aħmar jaħraq, it-trab tiegħu, il-kajenn u l-paprika)

Myristica fragrans (noċemuskata)

Zingiber officinale (ġinġer)

Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

0904 20 ; 0908 10 00 ; 0908 20 00 ; 0910 10 00 ; 0910 30 00 ;

l-Indja

Aflatossini

50

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel)

1202 10 90 ; 1202 20 00 ; 2008 11

l-Indja

Aflatossini

10

Żerriegħa tal-bettieħ (egusi) u prodotti dderivati (4) (ikel)

ex 1207 99

in-Niġerja

Aflatossini

50

Frott tad-dielja mnixxef (ikel)

0806 20

l-Użbekistan

Okratossin A

50

Bżar aħmar jaħraq, il-prodotti tiegħu, żagħfran tal-Indja u żejt tal-palm

0904 20 90 ; 0910 99 60 ; 0910 30 00 ; 1511 10 90

Il-pajjiżi terzi kollha

Żebgħat tas-Sudan

20

Ġwież tal-art (karawett) u prodotti dderivati (għalf u ikel)

1202 10 90 ; 1202 20 00 ; 2008 11

il-Vjetnam

Aflatossini

10

Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem (ikel)

ex 1006 30

il-Pakistan

Aflatossini

50

Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem (ikel)

ex 1006 30

l-Indja

Aflatossini

10

Mangu, fażola twila jarda (Vigna sesquipedalis), bettieħ morr (Momordica charantia), Lawki (Qargħa)(Lagenaria siceraria), bżar u brinġiel (ikel)

ex 0804 50 00 ; 0708 20 00 ; 0807 11 00 ; 0707 00 ; 0709 60 ; 0709 30 00

ir-Repubblika Dominikana

Reżidwi tal pestiċidi analizzati permess ta’ metodi Multiresidue bbażati fuq CG-MS u LC-MS (*)

50

Banana

0803 00 11

ir-Repubblika Dominikana

Reżidwi tal pestiċidi analizzati permess ta’ metodi Multiresidue bbażati fuq CG-MS u LC-MS (*)

10

Ħxejjex, friski, imkesħin jew iffriżati (bżari, qarabagħli u tadam)

0709 60 ; 0709 90 70 ; 0702 00 00

it-Turkija

Pestiċidi: methomyl u oxamyl

10

Lanġas

0808 20 10

it-Turkija

Pestiċidi: amitraz

10

Ħxejjex, friski, imkesħin jew iffriżati (ikel)

fażola twila jarda (Vigna sesquipedalis)

brinġiel

Ħxejjex brassica

0708 20 00 ; 0709 30 00 ; 0704 ;

it-Tajlandja

Reżidwi ta’ pestiċidi organo fosfru

50

B.   Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“bżar aħmar” ifisser il-frott tal-ġeneru Capsicum imnixxef u mfarrak jew mitħun li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 0904 20 90, fi kwalunkwe forma jekk hu maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(b)

“il-prodotti tal-bżar aħmar” ifisser trab tal-kari li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 0910 99 60, fi kwalunkwe forma jekk hu maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(ċ)

“il-kurkuma”, jfisser żagħfran tal-Indja mnixxef u mfarrak jew mitħun li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 0910 30 00, fi kwalunkwe forma jekk hu maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(d)

“iż-żejt tal-palm”, ifisser iż-żejt tal-palm li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM 1511 10 90 li hu maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(e)

“iż-żebgħat tas-Sudan” jirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin:

(i)

Sudan I (Numru CAS 842-07-9);

(ii)

Sudan II (Numru CAS 3118-97-6);

(iii)

Sudan III (Numru CAS 85-86-9);

(iv)

Aħmar Skarlat; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).


(*)  partikolarment reżidwi ta’: Amitraz, Acephate, Aldicarb, Benomyl, Carbendazim, Chlorfenapyr, Chlorpyrifos, CS2 (Dithiocarbamates), Diafenthiuron, Diazinon, Dichlorvos, Dicofol, Dimethoate, Endosulfan, Fenamidone, Imidacloprid, Malathion, Methamidophos, Methiocarb, Methomyl, Monocrotophos, Omethoate, oxamyl, Profenofos, Propiconazole, thiabendazol, Thiacloprid.

(1)  Fejn hu meħtieġ li jkunu eżaminati ċerti prodotti biss li huma elenkati taħt ċertu kodiċi, u ma jeżistix qsim speċifikat f’kategoriji taħt dan il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi jkun immarkat “EX” (pereżempju Ex20079997: għandhom ikunu inklużi biss il-prodotti li fihom il-ġellewż).

(2)  It-traċċi tas-sustanzi msemmijin f’dan ir-reġistru huma traċċi ġejjin mill-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ traċċi msemmijin fl-Anness I, 3 b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18 10 2003, p. 29).

(3)  Il-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 140, 30 5 2002, p. 10) għaċ-ċomb u għall-kadmju fl-addittivi li huma mill-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ traċċi għandhom ikunu l-punti ta’ referenza għall-azzjoni. Jekk ikun hemm miktub fuq it-tikketta tal-pakkett li t-traċċi tas-sustanzi huma supplimenti tal-ikel kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12 7 2002, p. 51), għandhom japplikaw il-livelli massimi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

(4)  Il-livelli massimi stabbiliti għall-aflatossini fil-karawett u l-prodotti dderivati minnhu fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 364, 20 12 2006, p. 5) għandhom ikunu l-punti ta’ referenza għall-azzjoni.


ANNESS II

DOKUMENT KOMUNI TAD-DĦUL (DKD)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Noti biex iservu ta’ gwida għad-DKD

Ġenerali

:

Imla d-dokument b’ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti.

L-Ewwel Parti

Din is-sezzjoni għandha timtela mill-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, fejn mhux indikat mod ieħor.

Kaxxa I.1.

Konsenjatur: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna naturali jew legali (operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel) li qed jibgħat il-konsenja. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.2.

Din il-Kaxxa għandha timtela mill-awtoritajiet tal-Punt tad-Dħul Magħżul (PDM) kif hu ddefinit fl-Artikolu 2.

Kaxxa I.3.

Destinatarju: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna naturali jew legali (operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel) li lilha hi indirizzata l-konsenja. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.4.

Persuna risponsabbli mill-konsenja (jista’ jkun aġent, dikjarant jew operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel): il-persuna li hi risponsabbli mill-konsenja meta din tiġi ppreżentata lill-PDM u tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f’isem l-importatur. Imla l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.5.

Pajjiż tal-oriġini: dan jirreferi għall-pajjiż minn fejn oriġina l-prodott, fejn kien imkabbar, fejn inħasad jew fejn kien magħmul.

Kaxxa I.6.

Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja: dan jirreferi għall-pajjiż fejn ġiet mgħobbija l-konsenja fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn il-Komunità.

Kaxxa I.7.

Importatur: imla l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.8.

Destinazzjoni: indirizz tal-kunsinna fil-Komunità. Huwa rrikmandat li tingħata l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks.

Kaxxa I.9.

Wasla fil-PDM: agħti d-data ta’ meta hu mistenni li tasal il-konsenja fil-PDM.

Kaxxa I.10.

Dokumenti: ikteb id-data ta’ meta nħarġu d-dokumenti u n-numru ta’ dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-konsenja, skont il-każ.

Kaxxa I.11.

Agħti d-dettalji kollha tat-trasport għall-wasla tal-konsenja: għall-mezzi tat-trasport bl-ajru, agħti n-numru tat-titjira; għall-vapuri, l-isem tal-vapur; għall-mezzi tat-trasport tat-triq, agħti n-numru tar-reġistrazzjoni, u, jekk hu l-każ, in-numru tat-trejler; għall-ferrovija, l-identità tal-ferrovija u n-numru tal-vagun.

Referenzi għad-dokumenti: in-numru tal-kont tal-ajru, il-kont tat-tagħbija jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew it-trakk.

Kaxxa I.12.

Deskrizzjoni tal-prodott: agħti deskrizzjoni ddettaljata tal-prodott (jekk dan huwa għalf, ikteb x’tip hu).

Kaxxa I.13.

Kodiċi tal-Merkanzija jew il-kodiċi SA tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

Kaxxa I.14.

Piż gross: il-piż totali f’kilogrammi. Dan huwa ddefinit bħala l-massa globali tal-prodott u tal-kontenituri u l-pakketti, imma mingħajr il-piż tal-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.

Piż nett: il-piż tal-prodott waħdu, mingħajr dak tal-pakketti. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti biss, mingħajr il-kontenituri jew il-pakketti.

Kaxxa I.15.

In-numru ta’ pakketti.

Kaxxa I.16.

Temperatura: immarka l-mezz tat-trasport li ntuża/it-temperatura li fiha nżamm il-prodott.

Kaxxa I.17.

Tip ta’ ppakkjar: identifika t-tip ta’ ppakkjar tal-prodotti.

Kaxxa I.18.

Prodott maħsub għall-użu ta’: immarka l-kaxxa xierqa skont il-każ, jekk il-prodott huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr ma jiġi kklassifikat jew ikun ittrattat b’ xi mod ieħor minn qabel (f’dal każ immarka “għall-konsum mill-bniedem”), jew jekk hu maħsub għall-konsum mill-bniedem wara dan it-trattament (f’dan il-każ immarka “għall-aktar ipproċessar”), jew jekk hu maħsub bħala għalf (f’dan il-każ immarka “għalf”).

Kaxxa I.19.

Niżżel in-numri kollha ta’ identifikazzjoni tas-siġilli u tal-kontenituri fejn meħtieġ.

Kaxxa I.20.

Ittrasferixxi għal punt ta’ kontroll: Waqt iż-żmien ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 17, il-PDM jimmarka din il-Kaxxa biex jippermetti li l-konsenja tkun ittrasportata lejn punt tal-kontroll ieħor.

Kaxxa I.21.

Ma japplikax.

Kaxxa I.22.

Għall-importazzjoni: din il-kaxxa għandha tiġi mmarkata jekk il-konsenja hija maħsuba għall-importazzjoni (Artikolu 8).

Kaxxa I.23.

Ma japplikax.

Kaxxa I.24.

Immarka l-mezz ta’ trasport li jaqbel.

Parti II

Din is-sezzjoni għandha timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa II.1.

Uża l-istess numru ta’ referenza li jidher fil-Kaxxa I.2.

Kaxxa II.2.

Għall-użu tas-servizzi tad-dwana jekk inhu meħtieġ.

Kaxxa II.3.

Kontroll tad-dokumenti: għandu jimtela għal kull konsenja.

Kaxxa II 4.

L-awtorità tal-PDM għandha tindika jekk il-konsenja ntgħażlet għall-kontrolli fiżiċi, li jistgħu jitwettqu minn punt ta’ kontroll ieħor waqt iż-żmien tat-tranżizzjoni msemmi fl-Art. 17.

Kaxxa II.5.

Waqt iż-żmien tranżizzjonali msemmi fl-Art. 17, wara kontroll tad-dokumenti/tal-identità li jirriżulta sodisfaċenti, l-awtorità tal-PDM għandha tindika l-punt ta’ kontroll fejn tista’ tittieħed il-konsenja għal kontroll fiżiku.

Kaxxa II.6.

Indika biċ-ċar l-azzjoni li għandha tittieħed f’każ fejn il-konsenja tkun irrifjutata minħabba li ma tkunx għaddiet mill-kontrolli tad-dokumenti jew tal-identità. L-indirizz tal-istabbiliment fejn għandu jasal il-prodott għandu jitniżżel fil-Kaxxa II.7 fil-każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”,“Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.

Kaxxa II.7.

Ikteb in-numru tal-approvazzjoni meħtieġ u l-indirizz (jew l-isem tal-vapur u tal-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa aktar kontrolli tal-konsenja pereżempju għall-Kaxxa II.6, “Dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.

Kaxxa II 8.

Hawn agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDM.

Kaxxa II.9.

Firma tal-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM.

Kaxxa II.10.

Ma japplikax.

Kaxxa II.11.

L-awtorità tal-PDM jew, waqt żmien it-tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, hawnhekk tindika r-riżultati tal-kontrolli tal-identità.

Kaxxa II.12.

L-awtorità tal-PDM jew, waqt żmien it-tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll hawnhekk tindika r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi.

Kaxxa II.13.

L-awtorità tal-PDM jew, waqt żmien it-tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll hawnhekk tindika r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju. Imla f’din il-kaxxa l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li għalih sar it-test tal-laboratorju.

Kaxxa II.14.

Din il-kaxxa għandha timtela għall-konsenji kollha li se jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.

Kaxxa II.15.

Ma japplikax.

Kaxxa II.16.

Indika biċ-ċar l-azzjoni li għandha tittieħed f’każ fejn il-konsenja tkun irrifjutata minħabba li ma tkunx għaddiet mill-kontrolli fiżiċi. L-indirizz tal-istabbiliment fejn għandu jasal il-prodott huwa meħtieġ li jiddaħħal fil-Kaxxa II.18 fil-każi ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.

Kaxxa II.17.

Ir-raġuni għalfejn il-konsenja ġiet irrifjutata: uża kif meħtieġ biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. Immarka l-kaxxa meħtieġa.

Kaxxa II.18.

Ikteb in-numru tal-approvazzjoni meħtieġ u l-indirizz (jew l-isem tal-vapur u tal-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa aktar kontrolli tal-konsenja pereżempju, għall-Kaxxa II.16, “Dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.

Kaxxa II.19.

Imla din il-kaxxa meta jkun inkiser is-siġill sakemm infetaħ il-kontenitur. Trid tinżamm lista sħiħa tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop.

Kaxxa II.20.

Hawn agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità tal-PDM jew, waqt żmien it-tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 17, tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Kaxxa II.21.

Firma tal-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità tal-PDM jew, waqt żmien it-tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 17, tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Parti III

Din is-sezzjoni għandha timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa III.1.

Dettalji dwar l-ispedizzjoni mill-ġdid: l-awtorità tal-PDM jew, waqt żmien it-tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, tindika l-mezz tat-trasport li ntuża, l-identifikazzjoni tal-konsenja, il-pajjiż fejn għandha tasal, u, malli tkun magħrufa, id-data ta’ meta din se terġa’ tintbagħat.

Kaxxa III.2.

Is-segwitu: indika l-unità risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali, kif meħtieġ, għas-sorveljanza f’każi fejn l-istruzzjonijiet ikunu:“Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”. Hawn jiġi rrappurtat ir-riżultat tal-wasla tal-konsenja u l-korrispondenza mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa III.3.

Firma tal-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità tal-PDM jew, waqt żmien it-tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 17, tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, f’każ fejn l-istruzzjoni tkun “Dispaċċ mill-ġdid”. Firma tal-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali, f’każi fejn l-istruzzjonijiet ikunu:“Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 670/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jirrigwarda l-intervent pubbliku permezz ta’ sejħa għall-offerti għax-xiri ta’ qamħ durum jew ta’ ross paddy, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 428/2008 u (KE) Nru 687/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(a), (c) u (k) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 (2), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, mill-1 ta’ Lulju 2009 għall-qamħ durum u mill-1 ta’ Settembru 2009 għar-ross paddy, li jsir intervent pubbliku jekk is-sitwazzjoni tas-suq, u b’mod partikolari l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tas-suq, jiġġustifikaw dan. Huwa xieraq li jiġu previsti l-kundizzjonijiet li fihom l-interventi pubbliċi jkunu jistgħu jsiru, fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li intervent bħal dan ikun meħtieġ u li jiġi mfakkar li l-awtoritjiaet huma kompetenti f’dan il-qasam, fl-Istat Membru, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 f’dak li jirrigwarda l-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija ta’ operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (3) [verżjoni mhux uffiċjali], filwaqt li jiġi stabbilit li dawn l-awtoritajiet għandhom jintervjenu, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, taħt l-isem “aġenziji tal-intervent”, inkluż fil-każ li l-aġenziji tal-ħlas jaġixxu direttament.

(2)

Biex is-sistema tal-interventi pubbliċi tkun tista’ taħdem b’mod kemm jista’ jkun sempliċi u effikaċi, huwa xieraq li jiġu definiti r-regoli dwar l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent mill-aġenziji tal-intervent tal-Istati Membri u li jiġu deċiżi d-dispożizzjonijiet dwar din l-approvazzjoni. Għal dan il-għan huwa xieraq li jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent.

(3)

Il-kundizzjonijiet biex jintlaqgħu l-offerti tal-qamħ durum u tar-ross paddy, li għandhom jitressqu lill-aġenziji tal-intervent, u l-kundizzjonijiet sabiex dawn jittieħdu minnhom, għandhom ikunu uniformi kemm jista’ jkun madwar il-Komunità. Għalhekk, biex tiġi ggarantita l-ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi kollha, huwa xieraq li jiġu determinati l-proċeduri applikabbli għax-xiri, u b’mod aktar partikolari, għall-aċċettabbiltà tal-offerti, għat-teħid tal-prodotti u għall-kontrolli rilevanti.

(4)

Fil-każ li l-postijiet tal-ħżin ta’ ċentru tal-intervent approvat, ikunu jinsabu fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih titwettaq l-attività prinċipali tal-operatur, u li għalhekk jagħtu lill-operaturi l-opportunità li jwasslu l-prodotti tagħhom b’inqas spejjeż, huwa xieraq li dawn l-operaturi jingħataw il-possibbiltà li jressqu l-offerti tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk, sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet amministrattivi supplementari għal dawn l-operaturi, huwa xieraq li tiġi awtorizzata l-eżekuzzjoni tal-formalitajiet marbuta mal-offerti permezz tan-numru tal-VAT fl-Istat Membru fejn iwettqu l-attivitajiet ewlenin tagħhom, u li jitħallew iressqu, bl-appoġġ tal-offerta tagħhom, garanzija miksuba fl-Istat Membru msemmi.

(5)

Sabiex tiġi ggarantita l-ġestjoni simplifikata u sodisfaċenti tal-intervent, huwa xieraq li jiġi previst li l-kwantitajiet ikunu omoġenji u, fir-rigward tar-ross, li l-kwantitajiet ikunu jinkorporaw biss ross tal-istess varjetà. Huwa xieraq ukoll li tiġi stabbilita kwantità minima li, jekk ma tintlaħaqx, l-aġenzija tal-intervent ma tkunx obbligata taċċetta l-offerta, dejjem b’kunsiderazzjoni għall-fatt li tunnellaġġ minimu ogħla jista’ jkun meħtieġ biex jitqiesu l-kundizzjonijiet u l-prattiki tas-suq bl-ingrossa, inkella r-regoli ambjentali fis-seħħ f’xi Stat Membru partikolari. Biex l-operaturi jingħataw l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet minimi applikabbli, huwa xieraq li jsir provvediment biex l-aġenziji tal-intervent jispeċifikaw dawn il-kwantitajiet minimi f’kull avviż ta’ sejħa li jippubblikaw u, jekk meħtieġ, jistabilixxuhom f’livell ogħla mil-livell stabbilit minn dan ir-Regolament.

(6)

Qamħ durum u ross paddy li l-kwalità tiegħu ma tippermettix użu jew ħażna xierqa ma għandux jiġi aċċettat għall-intervent. Il-metodi meħtieġa biex tiġi determinata l-kwalità tal-qamħ durum u tar-ross paddy għandhom jiġu definiti f’dan ir-rigward.

(7)

Il-qamħ durum huwa ċereal kopert minn kriterji minimi ta’ kwalità għall-konsum mill-bniedem u għandu jissodisfa l-istandards sanitarji stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (4). Għandu jiġi previst li dawk l-istandards ikunu applikabbli meta l-prodotti konċernati jidħlu taħt l-iskema attwali ta’ interventi.

(8)

Ir-riskji preżenti meta jinqabeż il-limitu massimu għall-kontaminanti ammissibbli jistgħu jiġu identifikati mill-aġenziji tal-ħlas jew l-aġenziji tal-intervent abbażi tal-informazzjoni mill-applikanti u l-kriterji ta’ analiżi tagħhom stess. Għalhekk, sabiex jiġu limitati l-ispejjeż finanzjarji, hemm biss ġustifikazzjoni għat-talba ta’ analiżi, taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji qabel ma jittieħdu l-prodotti, meta din tkun abbażi ta’ analiżi tar-riskju li tippermetti li tiġi garantita l-kwalità tal-prodotti meta jidħlu taħt l-iskema tal-intervent. Madankollu, fejn deċiżjoni meħuda minn Stat Membru fil-waqt tax-xiri tal-prodott tkun inadegwata fid-dawl tal-analiżi tar-riskju rikjesta b’dawn ir-regoli, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli jekk jirriżulta wara li l-prodott ma kienx konformi mal-istandards minimi. Effettivament, tali deċiżjoni ma tkunx ippermettiet li l-kwalità tal-prodott tkun garantita, u għalhekk, li tkun żgurata l-konservazzjoni xierqa tiegħu. Għaldaqstant, għandhom ikunu speċifikati l-kundizzjonijiet li fihom Stat Membru għandu jinżamm responsabbli.

(9)

Biex tiġi stabbilita l-kwalità minima tar-ross paddy, għandhom jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi fir-reġjuni tal-Komunità fejn jitkabbar ir-ross.

(10)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-kontrolli li għandhom isiru biex tiġi żgurata l-preżenza effettiva tal-prodotti offruti fil-postijiet tal-ħżin identifikati mill-applikant, kif ukoll biex jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak li jirrigwarda l-piż u l-kwalità tal-merkanzija offruta. Għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, l-aċċettazzjoni tal-prodotti offruti wara li tkun ġiet ikkontrollata l-kwantità u l-konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità, u, min-naħa l-oħra, l-iffissar tal-prezz li għandu jitħallas lill-applikant wara li jkunu saru t-testijiet meħtieġa biex ikunu identifikati l-karatteristiċi preċiżi ta’ kull lott ibbażati fuq kampjuni rappreżentattivi.

(11)

Biex tkun żgurata t-tmexxija effiċjenti ta’ din il-miżura ta’ intervent, għandu jkun provdut li l-offerti tal-qamħ durum jew tar-ross ikunu vinkolanti u definittivi. Għalhekk ma jistgħu la jiġu emendati u lanqas irtirati, u huwa meħtieġ li t-tressiq tal-offerti jsir bil-kundizzjoni li titressaq garanzija u li jiġu ddefiniti l-modalitajiet tar-rilaxx u l-akkwist eventwali tiegħu fil-baġit Komunitarju fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet ta’ aċċettabbiltà tal-offerti msemmija.

(12)

L-Artikolu 18(2) u (4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-prezz tal-intervent tal-qamħ durum huwa determinat mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sejħiet għall-offerti, bla ħsara għall-mekkaniżmi ta’ żidiet u tnaqqisiet fil-prezz għal raġunijiet ta’ kwalità. Huwa xieraq li jiġu speċifikati dawn il-varjazzjonijiet fil-prezz, b’rabta mal-kriterji ewlenin tal-kwalità tal-qamħ durum.

(13)

L-Artikolu 18(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-prezz tal-intervent jiġi stabbilit għar-ross paddy ta’ kwalità ta’ standard speċifiku, definita fl-Anness IV, punt A tiegħu u li, jekk il-kwalità tar-ross offrut għall-intervent hija differenti minn dak l-istandard ta’ kwalità, il-prezz tal-intervent għandu jiġi aġġustat billi jiġu applikati żidiet jew tnaqqisiet fil-prezz. L-applikazzjoni taż-żidiet u ta’ tnaqqisiet għandha tirrifletti d-differenzi fil-prezz osservati fis-suq tar-ross paddy għal kwalitajiet differenti. Għal dan l-għan, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi bażiċi tar-ross paddy, biex b’hekk tkun tista’ ssir evalwazzjoni oġġettiva tal-kwalità tiegħu. L-evalwazzjoni tal-indewwa tiegħu, tar-rendiment mit-tħin u d-difetti tal-ħbub, bl-użu ta’ metodi sempliċi u effettivi, tissodisfa dan ir-rekwiżit.

(14)

Għall-finijiet tal-armonizzazzjoni, il-kontrolli fuq l-istokkijiet tal-intervent għandhom isiru skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

(15)

Għall-finijiet tal-ġestjoni tajba tas-sistema, huwa f’loku li jsir provvediment għat-trażmissjoni tal-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi u li din l-informazzjoni tiġi kkomunikata fuq il-bażi ta’ metodi li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(16)

Id-dispożizzjonijiet marbuta mas-settur tar-ross u pprovduti f’dan ir-Regolament jissostitwixxu dawk fis-seħħ li jipprovdihom ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 489/2005 tad-29 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1785/2003 fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ ċentri ta’ intervent u t-teħid ta’ ross paddy mill-aġenziji ta’ intervent (5). Madankollu, għall-finijiet tal-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli għar-ross u għall-qamħ durum, huwa xieraq li ċerti dispożizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 489/2005 jitħallew barra.

(17)

Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-qamħ durum, ipprovduti minn dan ir-Regolament, jissostitwixxu dawk fis-seħħ kif provduti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali (6). Għalhekk huwa xieraq li jsir provvediment biex dawn ma jibqgħux japplikaw għall-qamħ durum mill-1 ta’ Lulju 2009.

(18)

Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-qamħ durum, ipprovduti minn dan ir-Regolament, jissostitwixxu dawk fis-seħħ kif provduti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 687/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji li jħallsu jew l-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (7).Għalhekk huwa xieraq li jsir provvediment biex dawn ma jibqgħux japplikaw għall-qamħ durum mill-1 ta’ Lulju 2009.

(19)

Għaldaqstant, huwa xieraq li r-Regolamenti (KE) Nru 428/2008 u (KE) Nru 687/2008 jiġu emendati u li r-Regolament (KE) Nru 489/2005 jiġi mħassar.

(20)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 72/2009, id-dispożizzjonijiet il-ġodda li jirrigwardaw l-interventi pubbliċi, ipprovduti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2009 f’dak li jirrigwarda l-qamħ durum u mill-1 ta’ Settembru 2009, f’dak li jirrigwarda s-settur tar-ross. Għalhekk huwa xieraq li r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet japplikaw mill-istess dati.

(21)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-APPROVAZZJONI MIĊ-ĊENTRI TAL-INTERVENT TAX-XIRI U TAL-OFFERTI

TAQSIMA 1

REGOLI ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu u definizzjonijiet

1.   Dan ir-regolament jistabbilixxi, fis-setturi tal-qamħ durum u tar-ross, ir-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni marbuta max-xiri b’intervent pubbliku, ipprovduti bl-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Ix-xiri msemmi fil-paragrafu 1 isir mill-aġenziji tal-ħlas inkella l-aġenzija nnominati mill-aġenziji tal-ħlas, f’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006, minn issa ’l quddiem “aġenziji tal-intervent”.

Artikolu 2

Deżinjazzjoni u approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent

1.   Iċ-ċentri tal-intervent li għandhom jiġu deżinjati mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu approvati minn qabel mill-aġenziji tal-intervent, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 884/2006, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-responsabbiltà għall-kontrolli, f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

2.   Għall-approvazzjoni ta’ ċentru tal-intervent, l-aġenziji tal-intervent għandhom jiżguraw li l-postijiet tal-ħżin taċ-ċentru msemmi jissodisfaw, bħala minimu, il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-eżistenza ta’ kapaċitajiet tal-ħżin, għat-total tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentru msemmi, ta’ minimu ta’ 20 000 tunnellata għall-qamħ durum jew ta’ 10 000 tunnellata għar-ross;

(b)

kapaċità minima tal-ħruġ tal-ħażniet li jippermettu, għal kull post tal-ħżin, fluss għal kull jum tax-xogħol ta’ mhux inqas minn 5 % tal-kwantità maħżuna inkella ta’ 1 000 tunnellata għall-qamħ durum u ta’ 500 tunnellata għar-ross.

3.   L-informazzjoni marbuta mal-lista taċ-ċentri tal-intervent u l-postijiet tal-ħżin tagħhom, deżinjati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jiġu emendati u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u għall-pubbliku skont l-Artikoli 23 u 24 ta’ dan ir-Regolament.

TAQSIMA 2

PROĊEDURA APPLIKABBLI GĦAX-XIRI TAL-QAMĦ DURUM JEW TAR-ROSS PADDY PERMEZZ TAL-PROĊEDURA TAL-OFFERTI

Artikolu 3

Xiri

1.   Wara l-ftuħ tal-proċedura tal-offerti permezz ta’ Regolament adottat mill-Kummissjoni, minn issa ’l quddiem “Regolament li jiftaħ is-sejħa għall-offerti”, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-aġenziji tal-intervent għandhom jixtru l-qamħ durum jew ir-ross paddy b’sejħa għall-offerti.

2.   Ir-Regolament li jiftaħ is-sejħa għall-offerti jindika b’mod partikolari:

(a)

id-deżinjazzjoni tal-prodott u l-kodiċi tiegħu tan-NM;

(b)

id-dati tas-sejħiet għall-offerti;

(c)

id-data u l-ħin ta’ skadenza għat-tressiq tal-offerti;

(d)

id-data tal-għeluq tal-perjodu tal-offerti;

(e)

l-Istati Membri jew ir-reġjun(i) kkonċernati, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Għar-ross paddy, is-sejħa għall-offerti tista’ tkun limitata għal tip wieħed jew diversi tipi ta’ ross kif definiti fl-Anness III, Parti I I.2 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (“ross tal-ħabba tonda”, “ross tal-ħabba mezzana”, “ross tal-ħabba twila A jew B”).

4.   Bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jiftaħ is-sejħa għall-offerti u d-data prevista għall-aħħar jum tal-ewwel perjodu għat-tressiq tal-offerti, għandu jgħaddi perjodu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn sitt ijiem.

5.   Is-sejħa għall-offerti ppubblikata mill-aġenzija tal-intervent tispeċifika b’mod partikolari l-kwantitajiet minimi li għalihom għandhom isiru l-offerti. Dawn il-kwantitajiet huma minimu ta’ 10 tunnellati għall-qamħ durum u 20 tunnellata għar-ross.

Madankollu, jekk il-kundizzjonijiet u x-xejriet tas-suq tal-ingrossa inkella r-regoli ambjentali fis-seħħ fi Stat Membru jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ kwantitajiet minimi ogħla mill-kwantitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, dawn il-kwantitajiet jiġu stabbiliti fis-sejħa għall-offerti mill-aġenzija tal-intervent kompetenti.

6.   L-obbligi li jirriżultaw mill-proċedura ta’ offerti m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għat-tressiq u għall-aċċettazzjoni tal-offerti

1.   Ix-xiri msemmi fl-Artikolu 3 jsir abbażi ta’ offerti mressqa mill-operaturi lill-aġenziji tal-intervent tal-Istati Membri, permezz ta’ offerta bil-miktub inkella b’mezzi elettroniċi bi prova tal-wasla.

2.   Biex l-offerta tkun tista’ tintlaqa’ mill-aġenzija tal-intervent, għandu jkollha:

(a)

formola mressqa mill-Istati Membri, abbażi ta’ mudell armonizzat stabbilit mill-Kummissjoni, bil-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 24, li tinkludi, għall-inqas, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-isem tal-applikant; l-indirizz tiegħu u n-numru tal-VAT tiegħu fl-Istat Membru li fih jeżerċita l-attività ewlenija tiegħu, jew inkella, fin-nuqqas ta’ dan, in-numru tiegħu fir-reġistru agrikolu;

(ii)

il-prodott li joffri; b’indikazzjoni, għar-ross, tat-tip u tal-varjetà;

(iii)

il-post tal-ħżin tal-prodott fil-waqt li titressaq l-offerta;

(iv)

il-postijiet tal-ħżin taċ-ċentru tal-intervent li għalihom l-offerta ssir bl-inqas spejjeż;

(v)

il-kwantità offruta, is-sena tal-ħsad tal-prodott offrut, l-indikazzjoni tal-oriġini Komunitarja tiegħu, u taż-żona tal-produzzjoni fil-Komunità;

(vi)

il-prezz propost għal kull tunnellata għall-merkanzija li tikkorrispondi għall-kwantità minima tal-qamħ durum inkella għall-kwalità tat-tip tar-ross, ippreżentata fil-postijiet tal-ħżin taċ-ċentru tal-intervent deżinjat, li tkun għadha ma nħattitx, u espress f’euro b’massimu ta’ żewġ punti deċimali. Dan il-prezz m’għandux ikun aktar mill-prezz ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jirrigwarda l-qamħ durum, jew mill-prezz ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 8(b) tar-Regolament imsemmi f’dak li jirrigwarda r-ross paddy;

(vii)

għar-ross, it-trattamenti fitosanitarji mwettqa wara l-ħsad, bl-ispeċifikazzjoni tad-dożi użati;

(viii)

il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott offrut.

(b)

id-dokumenti anċillari li ġejjin:

(i)

prova tal-istabbiliment mill-applikant ta’ garanzija ta’ EUR 30 għal kull tunnellata qamħ durum jew ta’ EUR 50 għal kull tunnellata ross paddy, qabel l-iskadenza tal-perjodu tas-sejħa għall-offerti; din il-garanzija tista’ ssir fl-Istat Membru li fih l-applikant iwettaq l-attività ewlenija tiegħu fil-każ li jressaq l-offerta tiegħu fi Stat Membru ieħor;

(ii)

dikjarazzjoni tal-applikant li turi li l-kwantitajiet offruti huma effettivament preżenti fil-post tal-ħżin deżinjat fil-punt a) iii) ta’ dan il-paragrafu;

(iii)

dikjarazzjoni mill-applikant jattesta li l-offerta tirrigwarda lott omoġenju li, fil-każ tar-ross, tkun magħmula minn ross paddy tal-istess varjetà, u li jattesta wkoll li l-kwantitajiet minimi jirrispettaw dawk stabbiliti fis-sejħa għall-offerti ppubblikata mill-aġenzija tal-intervent.

3.   L-aġenzija tal-intervent għandha tirreġistra l-offerti li jistgħu jintlaqgħu, id-data li jaslu u l-kwantitajiet konċernati.

4.   L-offerti huma vinkolanti u definittivi.

Artikolu 5

Verifika tal-offerti mill-aġenzija ta’ intervent

1.   L-aġenziji tal-intervent għandhom jivverifikaw l-aċċettabbiltà tal-offerti fuq il-bażi tal-elementi mitluba f’konformità mal-Artikolu 4(2).

Jekk offerta ma tiġix aċċettata, l-operatur interessat għandu jiġi mgħarraf immedjatament mill-aġenzija tal-intervent.

2.   Il-verifika tal-konformità tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(2)(b)(ii) u (iii) tista’ ssir wara li l-aġenzija tal-intervent tiddeċiedi li l-offerti jistgħu jintlaqgħu, u skont il-każ, bl-għajnuna tal-aġenzija tal-intervent kompetenti għall-post tal-ħżin deżinjat mill-applikant, f’konformità mal-Artikolu 22(3).

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ dokument wieħed jew l-ieħor imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-offerta titħassar u japplika l-Artikolu 9(2).

Artikolu 6

Komunikazzjoni tal-offerti lill-Kummissjoni

1.   Sa mhux aktar tard mis-14:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ wara d-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-offerti, l-aġenzija tal-intervent għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-offerti aċċettabbli, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24. L-identità tal-applikanti għandha tibqa’ sigrieta.

Jekk ma tkun tressqet l-ebda offerta aċċettabbli, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan fl-istess perjodu ta’ żmien.

2.   L-offerti aċċettabbli li ma jiġux notifikati lill-Kummissjoni jiġu esklużi mill-proċess.

Artikolu 7

Deċiżjoni fuq il-bażi tal-offerti

Fuq il-bażi tal-offerti kkomunikati, skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma ssegwix l-offerti rċevuti inkella tiffissal-prezz massimu tax-xiri b’intervent, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 8

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti

1.   Fil-każ li l-prezz massimu tax-xiri b’intervent ikun ġie stabbilit mill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 7, l-aġenziji tal-intervent għandhom jilqgħu l-offerti aċċettabbli, ugwali inkella aktar baxxi mill-ammont massimu. L-offerti l-oħra kollha jiġu rifjutati.

2.   Jekk ma jiġi stabbilit l-ebda prezz massimu tax-xiri, ma għandha tintlaqa’ l-ebda offerta.

3.   L-aġenziji tal-intervent, wara l-pubblikazzjoni tar-regolament jew in-notifika tad-deċiżjoni li jistabbilixxu l-prezz massimu tax-xiri b’intervent, imsemmijin fl-Artikolu 7, inkella li jiddefinixxu li l-offerti ma ntlaqgħux, għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Kull applikant għandu jiġi infurmat mill-aġenzija kompetenti dwar ir-riżultat tiegħu fil-proċess tal-offerti, sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol ta’ wara l-pubblikazzjoni jew in-notifika msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 9

Rilaxx u telf tal-garanziji

1.   Il-preżenza effettiva tal-prodotti fil-post tal-ħżin deżinjat mill-applikant f’konformità mal-Artikolu 4(2)(a)(iii), il-preżentazzjoni ta’ lott omoġenju, iż-żamma tal-offerta komunikata lill-Kummissjoni u l-aċċettazzjoni tal-prodott mill-organiżmu kompetenti jikkostitwixxu r-rekwiżiti ewlenin skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (8).

2.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ewlenin imsemmija fil-paragrafu 1, il-garanzija tintilef ħlief f’każijiet ta’ force majeure, u din titniżżel fil-kontijiet bħala dħul skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (9).

3.   Fl-interess tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-aġenziji ta’ intervent għandhom iwettqu kontrolli tal-kwantitajiet preżenti fl-imħażen billi japplikaw mutatis mutandis ir-regoli u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 884/2006, għall-kontrolli tal-preżenza fiżika tal-prodotti maħżuna fil-qafas ta’ operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku, u b’mod aktar partikolari, ir-regoli u l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt B.III tal-Anness I għar-Regolament imsemmi. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fuq tal-anqas 5 % mill-offerti u 5 % mill-kwantitajiet offerti, abbażi ta’ analiżi tar-riskji.

4.   Il-garanzija tiġi rilaxxata ladarba tiġi ppubblikata d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 8(3), fil-każ li l-offerta ma tintlaqax.

5.   Il-garanzija tiġi rilaxxata għall-offerti miżmuma, fil-ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-istabbiliment tar-reġistru tat-teħid tal-pussess imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(1).

TAQSIMA 3

PROĊEDURA TAT-TWASSIL TAL-PRODOTTI

Artikolu 10

Konsenja

1.   Id-data jew id-dati tal-konsenja fil-post tal-ħżin taċ-ċentru tal-intervent approvat, iddeżinjat mill-applikant, jiġu stabbiliti mill-aġenzija tal-intervent u jiġu kkomunikati lill-applikant fl-iqsar żmien possibbli.

Madankollu, fil-każ li l-prodotti ma jistgħux jitwasslu fil-postijiet tal-ħżin taċ-ċentru tal-intervent iddeżinjat mill-applikant, l-aġenzija tal-intervent għandha tiddiżenja postijiet ta’ ħżin oħra tal-istess ċentru tal-intervent, inkella postijiet tal-ħżin ta’ ċentru tal-intervent approvat fejn għandha ssir, bl-inqas spejjeż, il-konsenja, u l-aġenzija tal-intervent għandha tiffissa wkoll id-dati tal-konsenja.

2.   Il-prodotti kollha għandhom jitwasslu fil-post tal-ħżin taċ-ċentru tal-intervent approvat sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet xahar wara x-xahar li matulu ntlaqgħet l-offerta, u f’kull każ mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju għal dak li jirrigwarda l-qamħ durum, u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu f’dak li jirrigwarda r-ross paddy.

3.   Il-konsenja għandha tintlaqa’ mir-rappreżentant tal-aġenzija tal-intervent fil-preżenza tal-applikant jew tar-rappreżentant tiegħu awtorizzat kif jixraq.

4.   Il-kwantità kunsinjata trid tiġi konfermata permezz tal-użin fil-preżenza tal-applikant inkella tar-rappreżentant tiegħu awtorizzat kif xieraq, u ta’ rappreżentant tal-aġenzija tal-intervent li jkun indipendenti mill-applikant.

Madankollu, ir-rappreżentant tal-aġenzija tal-intervent jista’ wkoll ikun dak li jżomm il-kotba tal-maħżen. F’dan il-każ:

(a)

l-aġenzija tal-intervent fi żmien tletin jum minn meta tieħu l-pussess, għandha twettaq spezzjoni li tinvolvi mill-inqas kontroll/eżami volumetriku; id-differenza bejn il-kwantità stabbilita bl-użin u l-kwantità stmata b’mod konformi mal-metodu volumetriku ma tistax taqbeż il-5 %;

(b)

fejn ma tinqabiżx it-tolleranza, min iżomm ir-reġistri tal-maħżen għandu jġorr l-ispejjeż kollha li jkollhom x’jaqsmu ma’ kull differenza osservata, u f’kontroll/eżami iktar tard, mill-użin imdaħħal fil-kontijiet mat-teħid tal-pussess;

(c)

meta t-tolleranza hi maqbuża, għandhom jintiżnu minnufih. L-ispejjeż tal-użin għandhom jinġarru minn min iżomm il-kotba tal-maħżen, fejn l-użin stabbilit ikun inqas minn dak reġistrat, jew mill-Istat Membru, meta jkun iktar.

Artikolu 11

Spejjeż tat-trasport

1.   L-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija sal-post tal-ħżin taċ-ċentru tal-intervent iddeżinjat mill-applikant bl-inqas spejjeż possibbli, f’konformità mal-Artikolu 4(2)(a)(iv), jiġġarrbu mill-applikant, għal distanza ta’ 100 km jew inqas. Kif tinqabeż id-distanza tal-100 km, l-ispejjeż tat-trasport jiġġarrbu mill-aġenzija tal-intervent.

2.   Meta l-post tal-ħżin taċ-ċentru tal-intervent iddeżinjat mill-applikant jinbidel mill-aġenzija tal-intervent f’konformità mal-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport, b’tariffa li tikkorrispondi għal 20 km, għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-intervent. Madankollu, l-ispejjeż tat-trasport għal distanza ta’ aktar minn 100 km, għandhom jiġġarrbu kollha mill-aġenzija tal-intervent.

3.   L-ispejjeż li jiġġarrbu mill-aġenzija tal-intervent, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jiġu rimborżati mill-Kummissjoni, mhux b’rata fissa, f’konformità mal-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-QAMĦ DURUM

Artikolu 12

Kwalità tal-qamħ durum offrut

1.   Il-qamħ durum għandu jkunu bnin, ta’ kwalità tajba u li tista’ tinbiegħ fis-suq.

2.   Biex jiġi determinat li l-qamħ durum ikun bnin, ta’ kwalità tajba u li tista’ tinbiegħ fis-suq, għandu jitqies li huwa ta’ kwalità mhux mittiefsa. Għalhekk, għandu jirrispetta l-kriterji tal-kwalità eżaminati skont il-karatteristiċi definiti fl-Anness I, Parti A u l-kriterji minimi tal-kwalità għall-qamħ durum li jidhru fl-Anness I Parti B.

Artikolu 13

Kampjunar u analiżi tal-offerti tal-qamħ durum

1.   Kull kwantità offruta ta’ qamħ durum għandu jitteħdilha kampjun rappreżentattiv bil-għan li jiġu determinati l-karatteristiċi kwalitattivi tagħha, li jikkonsisti f’kampjuni meħuda bir-rata ta’ darba għal kull konsenja jew fuq mhux inqas minn kampjun wieħed għal kull sittin tunnellata għal mill-inqas kull sittin tunnellata.

2.   L-aġenzija tal-intervent għandha tara li l-karatteristiċi tal-kampjuni meħuda jkunu analizzati taħt ir-responsabbiltà tagħha fi żmien għoxrin jum mill-kostituzzjoni tal-kampjun rappreżentattiv.

3.   Il-metodi ta’ referenza li għandhom jintużaw biex tiġi determinata l-kwalità tal-qamħ durum offrut għall-intervent huma stabbiliti fl-Anness II kif ġej:

Taqsima A: Metodu standard għad-determinazzjoni ta’ materja għajr iċ-ċereali bażi ta’ kwalità mhux mittiefsa,

Taqsima B: Metodu standard biex jiġi determinat il-livell ta’ ndewwa tal-qamħ durum,

Taqsima C: Metodu standard biex jiġi determinat il-livell tal-aspett vitruż tal-qamħ durum,

Taqsima D: Metodi oħra applikabbli għad-determinazzjoni tal-kwalità tal-qamħ durum.

4.   L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw il-livelli ta’ kontaminanti, inkluża r-radjoattività, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, b’qies partikolari tal-informazzjoni mogħtija mill-applikant u l-impenji ta’ dan tal-aħħar rigward il-konformità mal-istandards rikjesti, speċjalment fid-dawl tar-riżultati tal-analiżijiet. Jekk ikun meħtieġ, ir-rata u l-ambitu tal-kontrolli għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, partikolarment fejn il-qagħda tas-suq tista’ ġġarrab taqlib serju minħabba l-kontaminanti.

5.   L-applikant għandu jieħu fuqu l-ispejjeż marbutin ma’:

(a)

l-analiżijiet tal-kontaminanti;

(b)

it-test tal-attività tal-amilażi (Hagberg);

(c)

il-kejl tal-proteina;

(d)

l-irtirar tal-prodotti jekk l-analiżijiet juru li l-qamħ durum offrut ma jikkorrispondix għall-kwalità minima meħtieġa għall-intervent.

6.   Ir-riżultati tal-analiżijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant permezz tar-reġistru tat-teħid tal-pussess kif stipulat fl-Artikolu 18.

7.   F’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil, l-aġenzija tal-intervent għandha ġġiegħel li jerġgħu jitwettqu t-testijiet neċessarji bl-ispejjeż għall-parti telliefa.

8.   Fil-każ li l-analiżijiet u l-kontrolli ma jippermettux li jitqies li l-qamħ durum offrut jista’ jiġi aċċettat għall-intervent, l-applikant jista’ jissostitwixxi l-lott ikkonċernat, sa mhux aktar tard mill-għoxrin jum tax-xogħol wara s-sejba, bla ħsara għad-data ta’ skadenza għat-twassil li tissemma fl-Artikolu 10(2). B’deroga mill-Artikolu 11, l-ispejjeż tat-trasport marbuta ma’ din is-sostituzzjoni għandhom jiġġarrbu esklussivament mill-applikant.

Artikolu 14

Teħid tal-pussess tal-offerti tal-qamħ durum

1.   It-teħid tal-pussess mill-aġenzija tal-intervent, tal-qamħ durum offrut, isir ladarba l-kwantità u l-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12 ikunu ġew ivverifikati mir-rappreżentant tagħha għal-lot kollu, tal-merkanzija pprovduta liċ-ċentru tal-intervent f’konformità mad-dispożizjonijiet tal-Artikolu 13.

2.   It-teħid tal-pussess għandu jseħħ sa mhux aktar tard minn sittin jum wara l-aħħar konsenja msemmija fl-Artikolu 10(2), iżda mingħajr ma jinqabeż il-31 ta’ Lulju.

Madankollu, fil-każ li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(8), it-teħid tal-pussess għandu jseħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAR-ROSS

Artikolu 15

Kwalità tar-ross paddy offrut

1.   Ir-ross paddy għandu jkun bnin, ta’ kwalità tajba u li tista’ tinbiegħ fis-suq.

2.   Ir-ross paddy jitqies bħala bnin, ta’ kwalità tajba u li tista’ tinbiegħ fis-suq jekk:

(a)

jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness III, Parti A, f’dak li jirrigwarda r-rendiment bażiku tar-ross għat-tħin, u fl-Anness III, Parti B, f’dak li jirrigwarda l-perċentwali massimi ta’ difetti permissibbli;

(b)

ikollu kontenut ta’ ndewwa li ma jkunx jaqbeż l-14,5 %;

(c)

ikun ħieles mill-irwejjaħ u ma fihx insetti ħajjin;

(d)

ikollu livell ta’ radjuattività li ma jaqbiżx il-livelli massimi permessi mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Artikolu 16

Teħid ta’ kampjuni u l-analiżijiet tal-offerti tar-ross paddy

1.   Sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-kwalità meħtieġa skont l-Artikolu 15 għall-aċċettazzjoni tal-prodott għall-intervent, għandhom jittieħdu kampjuni mill-aġenzija tal-intervent fil-preżenza tal-applikant jew ta’ aġent tiegħu, awtorizzat kif xieraq.

Għandhom jinġabru tliet kampjuni rappreżentattivi, kull wieħed jiżen mill-inqas kilogramma. Kull wieħed għandu jmur għand:

(a)

l-applikant;

(b)

il-maħżen fejn għandu jseħħ it-teħid tal-pussess;

(c)

l-aġenzija ta’ intervent.

Biex ikunu kkostitwiti l-kampjuni rappreżentattivi, in-numru ta’ kampjuni individwali li għandhom jittieħdu għandhom jinkisbu billi ssir diviżjoni tal-lott b’għaxar tunnellati. Kull kampjun individwali għandu jiżen l-istess. Il-kampjuni rappreżentattivi għandhom ikunu kostitwiti mit-total tal-kampjuni individwali, maqsum bejn tlieta.

Ir-rekwiżiti tal-kwalità mitluba għandhom jiġu vverifikati bl-użu tal-kampjun rappreżentattiv li għandu jmur fil-maħżen fejn għandu jseħħ it-teħid tal-pussess.

2.   Kampjuni rappreżentattivi jiġu kkostitwiti għal kull konsenja parzjali (trakk, vettura, vagun), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Qabel id-dħul tagħha fil-maħżen tal-intervent, l-eżami ta’ kull parti tal-konsenja tista’ tkun limitata għal kontroll tal-kontenut tal-indewwa, tal-livell ta’ impurità, u tal-preżenza jew nuqqas ta’ insetti ħajjin. Madankollu, jekk aktar tard meta l-kontroll ikun intemm jirriżulta li parti mill-konsenja ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità, il-lott għandu jiġi miċħud għat-teħid tal-pussess. Il-lott kollu għandu jiġi rtirat. L-applikant għandu jħallas l-ispejjeż ta’ din l-operazzjoni.

Jekk l-aġenzija tal-intervent fi Stat Membru tkun kapaċi tikkontrolla r-rekwiżiti minimi kollha tal-kwalità għal kull parti ta’ konsenja qabel ma tidħol fil-maħżen, hija għandha tirrifjuta t-teħid tal-pussess ta’ kull parti ta’ konsenja li tonqos milli tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

3.   Ir-ross għandu jiġi mmonitorjat għall-kontaminazzjoni radjuattiva biss jekk is-sitwazzjoni titlob hekk u għall-perjodu meħtieġ. Fejn ikun meħtieġ, it-tul u l-għan tal-kontrolli għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

4.   Ir-riżultati tal-analiżijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant fir-reġistru tat-teħid tal-pussess kif stipulat fl-Artikolu 18.

5.   F’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil, l-aġenzija tal-intervent għandha ġġiegħel li jerġgħu jitwettqu t-testijiet neċessarji taċ-ċereali kkonċernati, bi spejjeż tal-parti telliefa.

L-analiżi l-ġdida għandha ssir minn laboratorju approvat mill-aġenzija tal-intervent fuq il-bażi ta’ kampjun rappreżentattiv ġdid, ikkostitwit, f’partijiet ugwali, minn kampjuni rappreżentattivi miżmuma mill-applikant u mill-aġenzija tal-intervent. Fil-każ ta’ konsenji parzjali tal-lott offrut, ir-riżultat għandu jinkiseb mill-medja ppeżata tar-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni rappreżentattivi ġodda ta’ kull parti tal-konsenja.

6.   Fil-każ li l-analiżijiet ma jippermettux li r-ross paddy offrut jitqies aċċettabbli għall-intervent, l-applikant jista’ jissostiwixxi l-lott ikkonċernat, sa mhux aktar tard mill-għoxrin jum tax-xogħol wara l-ħruġ tar-riżultati tal-analiżijiet, bla ħsara għad-data ta’ skadenza għat-twassil imsemmija fl-Artikolu 10(2). B’deroga mill-Artikolu 11, l-ispejjeż tat-trasport biex issir din is-sostituzzjoni għandhom jiġġarrbu esklussivament mill-applikant.

Artikolu 17

Teħid tal-pussess tal-offerti tar-ross paddy

1.   Ir-ross offrut għandu jittieħed mill-aġenzija ta’ intervent meta l-kwantità minima u l-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 15 ikunu ġew stabbiliti mir-rappreżentant tagħha għall-prodotti kkonsenjati lill-aġenzija tal-intervent, skont l-Artikolu 16.

2.   It-teħid tal-pussess għandu jseħħ sa mhux aktar tard minn sittin jum wara l-aħħar konsenja msemmija fl-Artikolu 10(2), iżda mingħajr ma jinqabeż it-30 ta’ Settembru.

Madankollu, fil-każ li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(6), it-teħid tal-pussess għandu jseħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦAT-TEĦID TAL-PUSSESS, GĦALL-KONTROLLI U GĦALL-KOMUNIKAZZJONIJIET

Artikolu 18

Reġistru tat-teħid tal-pussess

1.   Reġistru tat-teħid tal-pussess għandu jiġi stabbilit, għal kull offerta, mill-aġenzija tal-intervent kompetenti għall-approvazzjoni tal-postijiet tal-ħżin li għalihom l-offerta ssir bl-inqas spejjeż. L-applikant jew l-aġent tiegħu/tagħha jista’ jkun preżenti meta jkun qed jitħejja r-reġistru.

Ir-reġistru għandu jindika għall-inqas:

(a)

l-għadd ta’ kampjuni meħuda li jikkostitwixxu l-kampjun rappreżentattiv,

(b)

id-dati li fihom ikunu ġew kontrollati l-kwantità u l-karatteristiċi tal-lott,

(c)

il-piż tal-konsenja kif ukoll il-varjetà tar-ross,

(d)

il-karatteristiċi tal-lott, skont ir-riżultati tal-analiżijiet,

(e)

l-aġenzija responsabbli mill-analiżijiet.

Dan ir-reġistru għandu jkun iddatat u ffirmat mill-aġenzija tal-intervent u minn min iżomm il-kotba tal-maħżen.

2.   Ir-reġistru tat-teħid tal-pussess jista’ jiġi stabbilit mill-waqt li fih jittieħed pussess ta’ 95 % tal-kwantità offruta.

Artikolu 19

Iffissar tal-prezz li għandu jitħallas lill-applikant u l-ħlas

1.   Il-prezz li għandu jitħallas lill-applikant huwa l-prezz offrut imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a) vi ta’ dan ir-Regolament, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 u ta’ żidiet jew tnaqqisiet eventwali msemmija fl-Anness IV tiegħu, għall-qamħ durum u għall-Anness V, għar-ross paddy, inkella stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 18(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-ħamsa u tletin jum wara dak tat-teħid tal-pussess, kif definit, skont il-każ fl-Artikoli 14 u 17.

Fejn japplika l-Artikolu 13(7) għal dak li jirrigwarda l-qamħ durum, jew inkella l-Artikolu 16(5) f’dak li jirrigwarda r-ross paddy, il-ħlas għandu jsir mill-aktar fis possibbli wara li r-riżultati tal-aħħar test ikunu ġew notifikati lill-applikant.

Meta l-applikanti għandhom jippreżentaw fattura qabel ma jkunu jistgħu jitħallsu, u meta din il-fattura mhix ippreżentata fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-ewwel subparagrafu, il-ħlas għandu jsir fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni proprja tal-fattura.

Artikolu 20

Miżuri ta’ kontroll

1.   Bla ħsara għall-kontrolli skont dan ir-Regolament għat-teħid tal-pussess tal-prodotti, il-kontrolli fuq l-istokkijiet tal-intervent għandhom isiru skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

2.   Fejn il-kontrolli għandhom jitwettqu abbażi tal-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 13(4), l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-livell massimu permissibbli ta’ kontaminanti skont ir-Regoli stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

Madankollu, fil-każ tal-okratossina A u l-aflatossina, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun jista’ jagħti prova għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni li l-istandards kienu ntlaħqu mad-dħul, li tħarsu kundizzjonijiet normali tal-ħżin u li l-impenji l-oħra ta’ min iżomm il-ħażna kienu rispettati, ir-responsabbiltà finanzjarja għandha taqa’ fuq il-baġit tal-Komunità.

3.   Fil-każ li l-post tal-ħżin deżinjat f’konformità mal-Artikolu 4(2)(a)(iii) jinsab fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih titressaq l-offerta, u l-aġenzija tal-intervent li tkun irċeviet l-offerta tiddeċiedi li tagħmillu kontroll fuq il-post għall-preżenza effettiva tal-prodotti, din għandha tippreżenta talba għal kontroll lill-aġenzija tal-intervent kompetenti għal dan il-post tal-ħżin, flimkien ma’ kopja tal-offerta. Il-kontroll fuq il-post għandu jsir fiż-żmien stabbilit mill-aġenzija tal-intervent li tkun irċeviet l-offerta.

Artikolu 21

Regoli nazzjonali

L-aġenziji tal-intervent għandhom, fejn meħtieġ, jadottaw proċeduri addizzjonali u kondizzjonijiet dwar it-teħid ta’ pussess, kompatibbli ma’ dan ir-Regolament sabiex iqisu kull kondizzjoni speċjali li teżisti fl-Istat Membru ikkonsidrat.

Artikolu 22

Komunikazzjoni tat-teħid tal-pussess lill-Kummissjoni u lill-aġenziji tal-intervent

1.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24, sa mhux aktar tard minn kull nhar t’Erbgħa fis-14:00 (ħin ta’ Brussell) għall-ġimgħa preċedenti, skont il-prodott, u jekk ikun il-każ, skont it-tip ta’ prodotti:

(a)

il-kwantitajiet totali li jikkorrispondu għall-offerti aċċettati għall-finijiet tal-Artikolu 8;

(b)

il-kwantitajiet totali li jikkorrispondu għall-offerti mħassra f’konformità mal-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu;

(c)

il-kwantitajiet totali aċċettati u mhux konsenjati fil-perjodi stabbiliti fl-Artikolu 10;

(d)

il-kwantitajiet totali li ma jissodisfawx il-karatteristiċi minimi rekwiżiti għat-teħid tal-pussess;

(e)

il-kwantitajiet totali meħuda fil-pussess.

2.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24, sa mhux aktar tard minn tmiem ix-xahar wara l-iskadenza għat-teħid imsemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament, skont ir-reġjun kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 dwar informazzjoni tal-istatistika li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar produzzjoni ta’ ċereali (10), ir-riżultati medji tal-piż speċifiku, tal-kontenut ta’ ndewwa, tal-perċentwal ta’ ħbub miksura u tal-konentut ta’ proteini reġistrati għal kwantitajiet ta’ qamħ li jkunu ttieħdu.

3.   L-iskambju tal-informazzjoni bejn l-aġenziji tal-intervent, dwar il-kontroll imsemmi fl-Artikolu 20(3), għandu jsir b’mezzi elettroniċi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24.

Artikolu 23

Komunikazzjoni mill-aġenziji tal-intervent u miċ-ċentri tal-intervent approvati lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 24, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

dwar l-aġenziji tal-intervent approvati, imsemmija fl-Artikolu 1, u

(b)

dwar l-aġenziji tal-intervent approvati, imsemmija fl-Artikolu 2, u l-postijiet tal-ħżin tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (is-serje C) il-lista tal-aġenziji tal-intervent imsemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   L-emendi magħmula lil-lista taċ-ċentri tal-intervent u l-postijiet tagħhom tal-ħżin, imsemmija fl-Artikolu 2(3), u l-lista tal-aġenziji tal-intervent, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku b’kull mezz tekniku xieraq permezz tas-sistemi tal-informazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet.

Artikolu 24

Metodu applikabbli għal komunikazzjoni

1.   Il-komunikazzjonijiet u l-iskambji tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, previsti minn dan ir-Regolament, għandhom isiru b’mezzi elettroniċi, permezz tas-sistemi tal-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti mill-Kummissjoni jew l-Istati Membri.

2.   Id-dokumenti kkonċernati huma stabbiliti u trażmessi permezz tal-proċeduri stabbiliti minn dawn is-sistemi tal-informazzjoni.

3.   Il-forma u l-kontenut tad-dokumenti jiġu definiti fuq il-bażi tal-mudelli jew tal-metodi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-utenti permezz tal-intermedjarju tas-sistemi tal-informazzjoni. Dawn il-mudelli u l-metodi jiġu adattati u aġġornati skont l-informazzjoni mill-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli.

4.   Id-dejta marbuta mal-Komunikazzjonijiet għandha tiddaħħal u tiġi aġġornata fis-sistemi tal-informazzjoni, taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, f’konformità mad-drittijiet tal-aċċess allokati minn dawn l-awtoritajiet.

KAPITOLU V

EMENDI, REVOKI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 428/2008

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2008, titneħħa l-kollona (4) rigward il-qamħ durum.

Artikolu 26

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 687/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 687/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Matul il-perjodi msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kwalunkwe detentur ta’ kwantità omoġenja ta’ mhux anqas minn 80 tunnellata ta’ qamħ komuni, xgħir, qamħirrum jew sorgu, maħsud fil-Komunità, għandu jkollu d-dritt joffri l-kwantità lill-aġenzija ta’ intervent.”;

(2)

Fl-Artikolu 4, paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, punt a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

għall-qamħ komuni, dawk permessi skont ir-Regolament (KEE) Nru 315/93, inklużi r-rekwiżiti rigward il-livell tat-tossina Fusarium għall-qamħ komuni stipulati fil-punti 2.4 sa 2.7 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (*);

(*)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.”"

(3)

Fl-Artikolu 5, il-punt h) jitħassar;

(4)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu (2)(c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ proteina fil-qamħ komuni;”

(5)

L-Artikolu 10 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punti (c) u (d) jinbidlu b’li ġej:

“(c)

fejn il-perċentwal ta’ ħbub miksura jaqbeż 3 % għall-qamħ komuni u x-xgħir, u 4 % għall-qamħirrum u s-sorgu, għal kull 0.1 punt perċentwali addizzjonali għandu jkun applikat tnaqqis ta’ EUR 0,05;

(d)

fejn il-perċentwal ta’ impuritajiet tal-ħbub jaqbeż 4 % għall-qamħirrum u s-sorgu, u 5 % għall-qamħ komuni u x-xgħir, għal kull 0.1 punt perċentwali addizzjonali għandu jkun applikat tnaqqis ta’ EUR 0,05.”;

(b)

il-punt f) jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

fejn il-perċentwal ta’ impuritajiet varji (Schwarzbesatz) jaqbeż 1 % għall-qamħ komuni, ix-xgħir, il-qamħirrum u s-sorgu, għal kull 0,1 punt perċentwali addizzjonali għandu jkun applikat tnaqqis ta’ EUR 0,1.”;

(c)

il-punt g) għandu jkun imħassar;

(6)

Fl-Anness I, il-kolonna “Qamħ durum” titħassar;

(7)

L-Anness II jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1.2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt a) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Jitqiesu bħala ħbub mixruba l-ħbub li, wara li mill-kampjun tkun eliminata l-materja kollha msemmija f’dan l-Anness, jgħaddu minn għeriebel b’fetħiet tad-dimensjonijiet li ġejja: qamħ komuni 2,0 mm, xgħir 2,2 mm.”

(ii)

fil-punt d), it-tieni subparagrafu jitħassar;

(b)

il-punt 1.3 jinbidel b’dan li ġej:

“1.3.   Ħbub bin-nebbieta

Ħbub bib-nebbieta huma dawk li fihom ix-xenxul żgħir jew il-pjumetta jidhru ċar lill-għajn mhux assistita. Madankollu, meta l-kontenut ta’ kampjun ikun qed jiġi vvalutat, jeħtieġ li titqies id-dehra ġenerali tal-kampjun. F’xi tipi ta’ ċereali, ir-raħs ikun protruberanti, u t-tegument tar-raħs jinqasam meta l-lott ta’ ċereali jitheżżeż. Dawn il-ħbub jixbhu lil dawk bin-nebbieta, imma ma għandhomx jiddaħħlu f’dak il-grupp. Il-ħbub bin-nebbieta huma biss dawk fejn ir-raħs ikun għadda minn tibdiliet li jidhru ċar, li jagħmluha faċli tiddistingwi l-ħbub bin-nebbieta minn dawk normali.”

(c)

il-punt 2.1 jitħassar;

(8)

Fl-Anness, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Għall-qamħ komuni u x-xgħir, kampjun medju ta’ 250 g għandu jingħadda minn żewġ għeriebel, wieħed b’fetħiet ta’ 3,5 mm u l-ieħor b’fetħiet ta’ 1,0 mm, għal nofs minuta kull wieħed.”

(b)

is-seba’ subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-kampjun parzjali għandu jingħadda għal nofs minuta minn għarbiel b’fetħiet ta’ 2,0 mm għall-qamħ komuni, u 2,2 mm għax-xgħir. Il-materja li tgħaddi minn dan l-għarbiel għandha titqies bħala ħbub mixruba. Il-ħbub danneġġati mill-ġlata u l-ħbub ħodor mhux maturi għandhom jaqgħu fil-grupp ‘ħbub mixrub’”.

(9)

L-Anness VI għandu jiġi mħassar.

Artikolu 27

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 489/2005 huwa revokat b’effett mill-1 ta’ Settembru 2009.

Kull referenza għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009 għall-qamħ durum, u mill-1 ta’ Settembru 2009 għas-settur tar-ross.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.

(4)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(5)  ĠU. L 81, 30.3.2005, p. 26.

(6)  ĠU L 129, 17.5.2008, p. 8.

(7)  ĠU L 192, 19.7.2008, p. 20.

(8)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

(9)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1.


ANNESS I

(L-Artikolu 12 (2))

PARTI A

1.   DEFINIZZJONI TAL-KARATTERISTIĊI LI GĦANDHOM JIĠU EŻAMINATI BIEX IĊ-ĊEREALI JITQIESU LI HUMA TA’ KWALITÀ MHUX MITTIEFSA

1.1.   Ħbub miksura

Kull ħabba li l-endosperma tagħha tkun parzjalment mikxufa għandha titqies bħala ħabba miksura. Il-ħbub danneġġati bid-dris u l-ħbub li minnu jkun tneħħa r-raħs ukoll jaqgħu f’dan il-grupp.

1.2.   Impuritajiet tal-ħbub

(a)

ħbub mixruba:

Ħbub li, wara li mill-kampjun tkun eliminata l-materja kollha msemmija f’dan l-Anness, jgħaddu minn għeriebel b’fetħiet tad-dimensjonijiet li ġejja: qamħ durum 1,9 mm.

Il-ħbub li wara l-eliminazzjoni tal-materja kollha msemmija f’dan l-Anness, jgħaddu minn għeriebel b’fetħiet ta’ 2,0 mm.

Barra minn hekk, ħbub danneġġati bil-ġlata u ħbub mhux maturi (ħodor) jaqgħu f’dan il-grupp tal-ħbub mixruba;

(b)

ċereali oħra:

“Ċereali oħra”, tfisser il-ħbub kollha li ma jaqgħux fl-ispeċi taċ-ċereali li minnha ttieħed il-kampjun;

(c)

ħbub danneġġati mill-organiżmi ta’ ħsara:

Il-ħbub kollha bil-ħsara mill-organiżmi ta’ ħsara huma l-ħbub kollha li jkunu tnaqqru. Il-ħbub imdewda wkoll jaqgħu f’dan il-grupp;

(d)

ħbub bir-raħs skulurit, ħbub imtebbgħa, ħbub milquta bil-fusarjożi:

Il-ħbub bir-raħs skulurit huma dawk li fihom it-tegument ikun kannella jew kannella jagħti fl-iswed u li fihom ir-raħs ikun normali u mhux inebbet.

Għall-qamħ durum:

jitqiesu bħala ħbub imtebbgħa, il-ħbub li juru skolorament kannella sa kannella tagħti fl-iswed fi mkejjen oħra għajr fir-raħs innifsu,

jitqiesu bħala ħbub affettwati bil-fusarjożi, dawk il-ħbub li l-perikarpu tagħhom ikun ikkunsmat bil-Fusarium mycelium; ħbub ta’ dan it-tip jidhru kemxejn mixruba, imkemmxa u għandhom tbajja’ diffużi roża jew bojod ta’ għamla xejn definita;

(e)

il-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif huma dawk li juru sinjali esterni ta’ ħruq superfiċjali imma li mhumiex ħbub danneġġati.

1.3.   Ħbub bin-nebbieta

Ħbub bin-nebbieta huma dawk li fihom ix-xenxul żgħir jew il-pjumetta jidhru ċar lill-għajn mhux assistita. Madankollu, meta l-kontenut ta’ kampjun ikun qed jiġi vvalutat, jeħtieġ li titqies id-dehra ġenerali tal-kampjun. F’xi tipi ta’ ċereali, ir-raħs ikun protruberanti, eż. fil-qamħ durum, u t-tegument tar-raħs jinqasam meta l-lott ta’ ċereali jitheżżeż. Dawn il-ħbub jixbhu lil dawk bin-nebbieta, imma ma għandhomx jiddaħħlu f’dak il-grupp. Il-ħbub bin-nebbieta huma biss dawk fejn ir-raħs ikun għadda minn tibdiliet li jidhru ċar, li jagħmluha faċli tiddistingwi l-ħbub bin-nebbieta minn dawk normali.

1.4.   Impuritajiet varji (Schwarzbesatz)

Il-ħbub ta’ ċereal bażiku li jkollhom il-ħsara, affettwati mis-sadid jew imnawra għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija “impuritajiet varji” saħansitra jekk ikollhom difetti li jappartjenu għal kategoriji oħra.

(a)

ħbub barranin:

Ħbub barranin huma ħbub ta’ pjanti, ikkultivati inkella mhumiex, minbarra ċ-ċereali. Dawn il-ħbub barranin huma kkostitwiti minn ħbub bla valur ta’ rkupru, ħbub li jintużaw fl-għalf u ħbub velenużi.

“Ħbub velenużi” tfisser ħbub li huma tossiċi għall-bniedem u għall-annimali, ħbub li jfixklu jew itellfu it-tindif jew it-tħin taċ-ċereali u ħbub li jaffettwaw il-kwalità ta’ prodotti pproċessati miċ-ċereali;

(b)

ħbub danneġġati:

“Ħbub danneġġati” huma dawk li saru mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem u, f’dak li jirrigwarda ċ-ċereali għall-għalf, minħabba t-taħsir, il-moffa jew kawżi batterjali jew ta’ tip ieħor.

Il-ħbub danneġġati jinkludu wkoll ħbub danneġġati bil-ġenerazzjoni spontanja tas-sħana jew inkella bit-tisħin żejjed waqt it-tnixxif. Dawn il-ħbub “imsaħħna” jew “bin-nugrufun” huma ħbub li kibru għal kollox li fihom it-tegument ikollu lewn kannella griż sa iswed, filwaqt li s-sezzjoni tal-qalba jkollha lewn isfar fil-griż sa kannella fl-iswed.

Ħbub attakkati mid-dudu tal-qamħ għandhom jitqiesu bħala ħbub danneġġati biss meta aktar minn nofs il-wiċċ tal-ħabba jkollu lewn griż sa iswed bħala riżultat ta’ attakk krittogamu sekondarju. Fejn l-iskolorament ikopri anqas minn nofs il-wiċċ tal-ħabba, jeħtiġilhom ikunu kklassifikati mal-ħbub danneġġati minn organiżmi ta’ ħsara;

(c)

materja barranija:

Għandha titqies bħala materja barranija kwalunkwe materja f’kampjun ta’ ċereali li jibqa’ f’għarbiel b’fetħiet ta’ 3,5 mm (bl-eċċzzjoni ta’ ħbub għajr iċ-ċereali u partikolarment ħbub kbar taċ-ċereali bażi) u dik li tgħaddi minn għarbiel b’fetħiet ta’ 1,0 mm. Inklużi f’dan il-grupp huma wkoll iż-żrar, ir-ramel, frammenti tal-ħuxlief u impuritajiet oħra fil-kampjuni li jgħaddu minn għarbiel b’fetħiet ta’ 3,5 mm u jinżammu minn għarbiel b’fetħiet ta’ 1,0 mm;

(d)

qxur;

(e)

sadid;

(f)

ħbub imħassra;

(g)

insetti mejta u frammenti ta’ insetti.

1.5.   Organiżmi ta’ ħsara ħajjin

1.6.   Ħbub imtebbgħa li jkunu tilfu l-aspett vitruż tagħhom (mitadiné jew piebald)

Ħbub tal-qamħ durum li jitilfu l-aspett vitruż huma ħbub li l-qalba tagħhom ma tistax titqies bħala kompletament vitruża.

1.7.   Kulur taċ-ċereal

Il-kulur taċ-ċereal huwa partikolari għal dan iċ-ċereal, li jkun ħieles minn irwejjaħ mhux normali u minn organiżmi ta’ ħsara ħajjin (inklużi d-dud) f’kull stadju tal-iżvilupp tagħhom.

1.8.   Kontaminanti

Il-livelli massimi ammissibbli ta’ kontaminanti, inklużi ta’ radjuattività, skont il-liġijiet Komunitarji m’għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti skont ir-Regolament (KEE) Nru 315/93, inklużi r-rekwiżiti tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (1).

2.   FATTURI SPEĊIFIĊI LI GĦANDHOM JITQIESU GĦAD-DEFINIZZJONI TAL-IMPURITAJIET TAL-QAMĦ DURUM

“Impuritajiet tal-ħbub” tfisser ħbub mixruba, ħbub ta’ ċereali oħra, ħbub danneġġati minn organiżmi ta’ ħsara, ħbub b’raħs skulurit, ħbub imtebbgħa, ħbub affettwati bil-fusarjożi u ħbub li jkunu ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif.

“Impuritajiet varji” tfisser ħbub barranin, ħbub danneġġati, materja barranija, qxur, sadid, ħbub imħassra, insetti mejta u frammenti ta’ insetti mejta.

PARTI B

KRITERJI TAL-KWALITÀ MINIMA TAL-QAMĦ DURUM

A.

Kontenut massimu ta’ ndewwa

14,5  %

B.

Perċentwal massimu ta’ materja li mhijiex iċ-ċereali bażi ta’ kwalità mhux mittiefsa, li minnu hemm massimu ta’:

12  %

1.

Ħbub miksura

6  %

2.

Impuritajiet li jikkonsistu fi ħbub (għajr dawk indikati fil-punt 3)

5  %

li minnhom:

 

(a)

ħbub mixruba

 

(b)

ċereali oħra

3  %

(c)

ħbub danneġġati minn organiżmi ta’ ħsara

 

(d)

ħbub bir-raħs skulurit

 

(e)

ħbub li ssaħħnu wisq matul it-tnixxif

0,50  %

3.

Ħbub imtebbgħa u/jew ħbub affettwati mill-fusarjożi

5  %

li minnhom:

 

— ħbub affettwati mill-fusarjożi

1,5  %

4.

Ħbub bin-nebbieta

4  %

5.

Impuritajiet varji (Schwarzbesatz),

3  %

li minnhom:

 

(a)

ħbub barranin:

 

— velenużi

0,10  %

— oħrajn

 

(b)

ħbub danneġġati:

 

— Ħbub danneġġati bit-tisħin spontanju jew b’wisq tisħin waqt it-tnixxif

0,05  %

— oħrajn

 

(c)

materja barranija

 

(d)

qxur

 

(e)

sadid

0,05  %

(f)

ħbub imħassra

 

(g)

insetti mejta u frammenti ta’ insetti

 

C.

Perċentwal massimu ta’ ħbub li tilfu l-aspett vitruż tagħhom, anke jekk parzjalment

27  %

D.

Kontenut massimu ta’ tannin (2)

E.

Piż speċifiku minimu (kg/hl)

78

F.

Livell Minimu ta’ proteini (2):

11,5  %

G.

Il-ħin minimu tal-waqgħa f’sekondi (Hagberg)

220

H.

Indiċi minimu Zélény (ml)

:

mhux applikabbli.


(1)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(2)  Bħala % ta’ materja niexfa.


ANNESS II

(Artikolu 13(3)

PARTI A

1.   METODU STANDARD GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ MATERJA GĦAJR IĊ-ĊEREALI BAŻI TA’ KWALITÀ MHUX MITTIEFSA

Il-metodu ta’ referenza stabbilit biex jiġu determinati materjali oħra għajr iċ-ċereali tal-kwalità bla mittiefsa huwa dan spjegat hawn taħt:

1.1   Għall-qamħ durum, kampjun medju ta’ 250 g għandu jingħadda minn żewġ għeriebel, wieħed b’fetħiet ta’ 3,5 mm u l-ieħor b’fetħiet ta’ 1,0 mm, għal nofs minuta kull wieħed.

Biex ikun żgurat ċaqliq kostanti, tajjeb li jintuża għarbiel mekkaniku, eż. mejda li tivvibra b’għeriebel imwaħħla magħha.

Il-materja li tibqa’ fl-għarbiel b’fetħiet ta’ 3,5 mm u dik li tgħaddi mill-għarbiel b’fetħiet ta’ 1,0 mm għandhom jintiżnu flimkien u jitqiesu bħala materja barranija. Fejn il-materja li tibqa’ fl-għarbiel b’fetħiet ta’ 3,5 mm tkun tinkludi partijiet li jaqgħu fil-grupp “ċereali oħra” jew ħbub partikolarment kbar taċ-ċereali bażi, dawk il-partijiet għandhom jerġgħu jiddaħħlu fil-kampjun mgħarbul. Matul it-tgħarbil fl-għarbiel b’fetħiet ta’ 1,0 mm, għandu jsir eżami attent għall-organiżmi ta’ ħsara ħajjin.

Mill-kampjun mgħarbul, għandu jittieħed kampjun ta’ 50 sa 100 g bl-użu ta’ separatur. Dan il-kampjun parzjali għandu jintiżen.

Il-kampjun parzjali mbagħad għandu jinfirex fuq mejda u, bl-użu ta’ pinzetta jew spatula tal-qarn jinħarġu minnu ħbub miksura, ċereali oħra, ħbub bin-nebbieta, ħbub danneġġati minn organiżmi ta’ ħsara, ħbub danneġġati mill-ġlata, ħbub bir-raħs skulurit, ħbub imtebbgħa, ħbub barranin, sadid, ħbub danneġġat, ħbub imħassar, qxur, organiżmi ta’ ħsara ħajjin u insetti mejta.

Fejn il-kampjun parzjali jinkludi ħbub li għadhom fil-qoxra, għandhom jitqaxxru bl-id u l-qxur li jinkiseb b’dan il-mod jitqiesu bħala biċċiet ta’ qxur. Iż-żrar, ramel u frammenti tal-ħuxlief għandhom jitqiesu bħala materja barranija.

Il-kampjun parzjali għandu jingħadda għal nofs minuta minn għarbiel b’fetħiet ta’ 1,9 mm għall-qamħ durum. Il-materja li tgħaddi minn dan l-għarbiel għandha titqies bħala ħbub mixruba. Il-ħbub danneġġati mill-ġlata u ħbub ħodor mhux maturi għandhom jaqgħu fil-grupp “ħbub mixruba”.

2.2   Gruppi ta’ materja għajr iċ-ċereali bażi ta’ kwalità bla mittiefsa, determinati skont il-metodi msemmija fil-punt 1 għandhom jintiżnu b’attenzjoni kbira sal-eqreb 0,01 g u distribwiti skont il-perċentwali fil-kampjun komprensiv. L-informazzjoni mniżżla f’dan ir-rapport għandha tingħata sal-eqreb 0,1 %. Għandu jsir eżami għall-organiżmi ta’ ħsara ħajjin.

B’regola ġenerali, għandhom isiru żewġ analiżijiet għal kull kampjun. Ma għandhomx ikunu diverġenti b’aktar minn 10 % fir-rigward tat-total tal-materja msemmija hawn fuq.

3.3   L-apparat li għandu jintuża għall-operazzjonijiet imsemmija f’1 u 2 huwa kif ġej:

a)

separatur tal-kampjuni, eż. apparat koniku jew bil-fdewwex;

b)

miżien ta’ preċiżjoni jew tat-testijiet;

c)

għeriebel b’fetħiet għat-tul ta’ 1,0 mm, 1,8 mm, 1,9 mm, 2,0 mm, 2,2 mm u 3,5 mm u għeriebel b’fetħiet tondi li għandhom dijametru ta’ 1,8 mm u 4,5 mm. L-għeriebel jistgħu jitwaħħlu ma’ mejda li tivvibra.

PARTI B

2.   METODU STANDARD GĦALL-ITTESTJAR TAL-KONTENUT TA’ NDEWWA TAL-QAMĦ DURUM

Il-metodu standard biex jiġi determinat il-livell ta’ ndewwa tal-qamħ durum huwa dak li jissemma hawn taħt. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw metodi oħra bażati fuq l-istess prinċipju inkella l-metodu ISO 712:1998 jew metodu bażat fuq teknoloġija infra-red. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, jiġu aċċettati biss ir-riżultati tal-metodu fl-Anness II, Parti B.

2.1.   Prinċipju

Il-prodott jitnixxef f’temperatura ta’ 130 sa 133 °C bi pressjoni atmosferika normali, għal perjodu adegwat għad-daqs tal-partikoli.

2.2.   Kopertura

Dan il-metodu ta’ tnixxif japplika għal ċereali misħuqa f’partikoli li minnhom talanqas 50 % jgħaddu minn għarbiel b’fetħiet ta’ 0,5 mm u ma jħallux aktar minn 10 % residwu fuq għarbiel b’fetħiet tondi ta’ 0,1 mm. Japplika wkoll għad-dqiq.

2.3.   Apparat

Miżien ta’ preċiżjoni.

Masħaq magħmul minn materjal li ma jassorbix l-indewwa, jitnaddaf faċilment, jippermetti li s-sħiq isir malajr u mingħajr tisħin eċċessiv, jillimita għall-minimu l-kuntatt mal-arja ta’ barra, u jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 2 (eż. masħaq romblu li jinqala’).

Reċipjent tal-metall li ma jikkorrodix jew tal-ħġieġ, b’għatu li jagħlaq ermetikament b’mod adegwat; superfiċje tax-xogħol li tippermetti li l-kampjun jinfirex f’saff ta’ 0,3 g kull cm2.

Forn iżotermiku elettriku għat-tisħin, aġġustat għal temperatura ta’ 130 sa 133 °C (1) b’ventilazzjoni adegwata (2).

Dessikatur bi platt tal-metall, jew fin-nuqqas tal-metall, tax-xaqquf (oħxon u perforat), li jkun fih aġent tat-tnixxif adegwat.

2.4.   Proċedura

It-tnixxif

Iżen sal-eqreb 1 mg kwantità kemxejn akbar minn 5 g taċ-ċereali misħuqa ta’ ħbub żgħar jew 8 g tal-qamħirrum misħuq fir-reċipjent li jkun intiżen qabel. Qiegħed ir-reċipjent fl-ispazju tat-tisħin fil-forn, imsaħħan għal temperatura ta’ 130 sa 133 °C. Dan għandu jsir malajr kemm jista’ jkun, biex ma jitħalliex li t-temperatura tonqos wisq. Ħalli ċ-ċereali bi ħbub żgħar jinxfu għal sagħtejn (2hr), u l-qamħirrum għal 4 sigħat, wara li l-ispazju tat-tisħin jerġa’ jilħaq temperatura ta’ 130 sa 133 °C. Neħħi r-reċipjent mill-ispazju tat-tisħin, qiegħed l-għatu malajr, ħalli jibred għal 30 sa 45 minuta f’dessikatur u iżen (sal-eqreb 1 mg).

2.5.   Metodu ta’ kalkolu u formuli

E

=

il-massa inizjali tal-kampjun tat-test, fi grammi

M

=

il-massa tal-kampjun tat-test wara l-preparazzjoni, fi grammi

M′

=

il-massa tal-kampjun tat-test wara s-sħiq, fi grammi

m

=

il-massa tal-kampjun tat-test niexef, fi grammi.

Il-kontenut ta’ ndewwa bħala perċentwal tal-prodott huwa ugwali għal:

mingħajr preparazzjoni minn qabel (E – m) × 100/E,

bi preparazzjoni minn qabel [(M′ – m)M/M′ + E – M] × 100/E = 100 (1 – Mm/EM′).

It-test għandu jsir tal-anqas darbtejn.

2.6.   Ripetizzjoni

Id-differenza bejn il-valuri miksuba miż-żewġ determinazzjonijiet imwettqa mill-istess analista fl-istess ħin jew inkella ftit ħin wara xulxin ma għandhiex taqbeż 0,15 g ta’ ndewwa għal kull 100 g tal-kampjun. Jekk dan il-valur jinqabeż, id-determinazzjonijiet għandhom jerġgħu jsiru

PARTI C

3.   METODU STANDARD GĦALL-ITTESTJAR TAL-KONTENUT TA’ NDEWWA TAL-QAMĦ DURUM

Il-metodu standard biex jiġi determinat l-aspett vitruż tal-qamħ durum huwa dak li jissemma hawn taħt:

3.1.   Prinċipju

Tintuża biss parti mill-kampjun għad-determinazzjoni tal-perċentwal tal-ħbub li tilfu, għal kollox jew parzjalment, l-aspett vitruż tagħhom. Il-ħbub jitqattgħu permezz ta’ apparat tat-tqattigħ tal-ħbub Pohl jew bi strument ekwivalenti.

3.2.   Apparat

Apparat Pohl għat-tqattigħ tal-ħbub jew strument ekwivalenti,

pinzetti, lanzetta,

trej jew dixx.

3.3.   Proċedura

(a)

Ir-riċerka ssir fuq kampjun ta’ 100 g wara s-separazzjoni ta’ kwalunkwe materja għajr iċ-ċereali bażi ta’ kwalità bla mittiefsa.

(b)

Ifrex il-kampjun fuq trej u omoġenizzah tajjeb.

(c)

Daħħal pjanċa fl-apparat tat-tqattigħ tal-ħbub u ifrex ponn ħbub fuq ix-xibka. Tektek sew biex tiżgura li f’kull toqba jkun hemm ħabba waħda biss. Niżżel il-parti mobbli biex iżżomm il-ħbub f’posthom u mbagħad aqtagħhom.

(d)

Ipprepara b’dan il-mod pjanċi biżżejjed biex tiżgura li jinqatgħu minimu ta’ 600 ħabba.

(e)

Għodd in-numru ta’ ħbub li tilfu l-aspett vitruż tagħhom għal kollox jew parzjalment.

(f)

Ikkalkola l-perċentwali ta’ ħbub li tilfu l-aspett vitruż tagħhom għalkollox jew parzjalment.

3.4.   Espressjoni tar-riżultati

I

=

massa fi grammi ta’ materja għajr iċ-ċereali bażi ta’ kwalità bla mittiefsa.

M

=

il-perċentwali ta’ ħbub imnaddfa eżaminati li tilfu l-aspett vitruż tagħhom għalkollox jew parzjalment.

3.5.   Riżultat

Il-perċentwali ta’ ħbub li tilfu l-aspett vitruż tagħhom għalkollox jew parzjalment fil-parti ttestjata tal-kampjun huwa:

[M × (100 – I)]/100 = …

PARTI D

4.   METODI OĦRA APPLIKABBLI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-QAMĦ DURUM

4.1.   Il-metodu għad-determinazzjoni tal-indiċi tal-waqgħa ta’ Hagberg (test tal-attivita tal-amilażi) għandu jkun skont ISO 3093:2004;

4.2.   Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-piż speċifiku għandu jkun l-ISO 7971/2:1995;

4.3.   il-metodi għat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta’ analiżi ta’ referenza għad-determinazzjoni tar-rati tal-mikotossina għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u stabbiliti fl-Anness Anness I u II tar-għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (3).


(1)  It-temperatura tal-arja ġewwa l-ispazju tat-tisħin fil-forn.

(2)  Il-kapaċità tiegħu għat-tisħin għandha tkun tali li meta jkun aġġustat għal temperatura ta’ 130 sa 133 °C; dik it-temperatura tista’ terġa’ tintlaħaq f’anqas minn 45 minuta wara l-għadd massimu ta’ kampjuni ta’ ttestjar li jkunu tqiegħdu f’dak il-forn biex jitnixxfu fl-istess waqt. Il-ventilazzjoni trid tkun tali li, meta ċ-ċereali bi ħbub żgħar (il-qamħ komuni, il-qamħ durum, ix-xgħir u s-sorgu) jitnixxfu għal sagħtejn (2) u l-qamħirrum għal erba’ (4) sigħat, ir-riżultati mill-kampjuni ta’ ttestjar tas-semolina jew, skont il-każ, tal-qamħirrum li l-ispazju tat-tisħin jista’ jilqa’ fih ikun diverġenti biss b’ 0,15 % mir-riżultati miksuba wara t-tnixxif taċ-ċereali bi ħbub żgħar għal tliet (3) sigħat u l-qamħirrum għal ħames (5) sigħat.

(3)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12.


ANNESS III

(Artikolu 15(2) a)

PARTI A

RENDIMENT BAŻIKU TAR-ROSS MIT-TĦIN

Biex ikun ta’ kwalità bnina, tajba u li tista’ tinbiegħ, ir-rendiment mit-tħin m’għandux ikun inqas minn ħames punti meta mqabbel mar-rendimenti bażiċi mniżżla hawn taħt.

Deskrizzjoni tal-varjetà

Rendiment fi ħbib sħaħ

(f’%)

Rendiment globali

(f’%)

Argo, Selenio, Couachi

66

73

Alpe, Arco, Balilla, Balilla GG, Balilla Sollana, Bomba, Bombon, Colina, Elio, Flipper, Frances, Lido, Riso, Matusaka, Monticili, Pegonil, Sara, Strella, Thainato, Thaiperla, Ticinese, Veta, Leda, Mareny, Clot, Albada, Guadiamar

65

73

Ispaniki A, Makedonia

64

73

Bravo, Europa, Loto, Riva, Rosa Marchetti, Savio, Veneria

63

72

Tolima

63

71

Inca

63

70

Alfa, Ariete, Bahia, Carola, Cigalon, Corallo, Cripto, Cristal, Drago, Eolo, Girona, Gladio, Graldo, Indio, Italico, Jucar, Koral, Lago, Lemont, Mercurio, Miara, Molo, Navile, Niva, Onda, Padano, Panda, Pierina, Marchetti, Ribe, Ringo, Rio, S. Andrea, Saturno, Senia, Sequial, Smeraldo, Star, Stirpe, Vela, Vitro, Calca, Dion, Zeus

62

72

Strymonas

62

71

Anseatico, Baldo, Belgioioso, Betis, Euribe, Italpatna, Marathon, Redi, Ribello, Rizzotto, Rocca, Roma, Romanico, Romeo, Tebre, Volano

61

72

Bonnet Bell, Rita, Silla, Thaibonnet, L 202, Puntal

60

72

Evropi, Melas

60

70

Arborio, Blue Belle, Blue Belle “E”, Blue Bonnet, Calendal, Razza 82, Rea

58

72

Maratelli, Precoce Rossi

58

70

Carnaroli, Elba, Vialone Nano

57

72

Axios

57

67

Roxani

57

66

Pygmalion

52

71

Varjetajiet mingħajr isem

64

72

PARTI B

PERĊENTWALI MASSIMI TAD-DIFETTI TAR-ROSS

Biex ir-ross ikun ta’ kwalità bnina, tajba u li tista’ tinbiegħ, il-perċentwali ta’ impuritajiet varji, il-perċentwali ta’ ħbub ta’ ross ta’ varjetajiet oħra u l-perċentwali ta’ ħbub ta’ kwalità mhux mittiefsa, kif definit fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma għandhomx jaqbżu l-perċentwali massimi stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament, skont it-tip ta’ ross.

“Impuritajiet varji” tfisser il-materja barranija kollha minbarra r-ross.

Difett tal-ħbub

Rossa tal-ħabba tonda

Kodiċi NM 1006 10 92

Ħabba medja u Twila A

Kodiċijiet NM 1006 10 94 u 1006 10 96

Ross tal-ħabba twila B

Kodiċi NM 1006 10 98

Ħbub immermra

6

4

4

Ħbub b’vini ħomor

10

5

5

Ħbub imtebbgħa u bit-tikek

4

2,75

2,75

Ħbub kulur l-ambra

1

0,50

0,50

Ħbub sofor

0,175

0,175

0,175

Impuritajiet varji

1

1

1

Ħbub tar-ross ta’ varjetajiet oħra

5

5

5


ANNESS IV

(Artikolu 19 (1))

ŻIDIET U TNAQQISIET FIL-PREZZIJIET TAL-QAMĦ DURUM

Iż-żidiet u t-tnaqqisiet fil-prezz tal-qamħ durum għandhom jiġu applikati flimkien skont l-ammonti mniżżla hawn taħt:

(a)

jekk il-kontenut ta’ ndewwa tal-qamħ durum offrut għall-intervent ikun inqas minn 14 % iż-żidiet applikabbli fil-prezz għandhom ikunu dawk elenkati fit-Tabella I hawn taħt.

Tabella I

Żidiet għall-kontenut ta’ ndewwa tal-qamħ durum

Kontenut ta’ ndewwa

(%)

Żidiet

(EUR/t)

13,4

0,1

13,3

0,2

13,2

0,3

13,1

0,4

13,0

0,5

12,9

0,6

12,8

0,7

12,7

0,8

12,6

0,9

12,5

1,0

12,4

1,1

12,3

1,2

12,2

1,3

12,1

1,4

12,0

1,5

11,9

1,6

11,8

1,7

11,7

1,8

11,6

1,9

11,5

2,0

11,4

2,1

11,3

2,2

11,2

2,3

11,1

2,4

11,0

2,5

10,9

2,6

10,8

2,7

10,7

2,8

10,6

2,9

10,5

3,0

10,4

3,1

10,3

3,2

10,2

3,3

10,1

3,4

10,0

3,5

(b)

jekk il-kontenut ta’ ndewwa jkun ogħla minn 14 %, it-tnaqqisiet applikabbli fil-prezz għandhom ikunu dawk elenkati fit-Tabella II hawn taħt:

Tabella II

Tnaqqisiet għal-livelli tal-indewwa tal-qamħ durum

Kontenut ta’ ndewwa

(%)

Tnaqqis fil-prezz

(EUR/t)

14,5

1,0

14,4

0,8

14,3

0,6

14,2

0,4

14,1

0,2

(c)

fejn il-perċentwal tal-ħbub miksura jaqbeż it-3 %, għandu jiġi applikat tnaqqis ta’ EUR 0,05 għal kull żieda ta’ 0,1 % fil-perċentwal tal-ħbub miksura;

(d)

fejn il-perċentwal tal-impuritajiet fil-ħbub jaqbeż it-2 % għall-qamħ durum, għandu jiġi applikat tnaqqis ta’ EUR 0,05 għal kull żieda supplementari ta’ 0,1 % fil-perċentwal ta’ impuritajiet;

(e)

fejn il-perċentwal tal-ħbub bin-nebbieta jaqbeż it-2,5 %, għandu jiġi applikat tnaqqis ta’ EUR 0,05 għal kull punt perċentwali addizzjonali ta’ 0,1 %;

(f)

fejn il-perċentwal tal-impuritajiet varji (Schwarzbesatz) jaqbeż 0,5 % għall-qamħ durum, għandu jiġi applikat tnaqqis ta’ EUR 0,1 għal kull żieda supplementari ta’ 0,1 % fil-perċentwal;

(g)

fejn, għall-qamħ durum, il-perċentwal ta’ ħbub li tilfu l-aspett vitruż jaqbeż l-20 %, għandu jiġi applikat tnaqqis ta’ EUR 0,2 għal kull żieda ta’ 1 % jew ta’ frazzjoni ta’ 1 %.


ANNESS V

(Artikolu 19 (1))

ŻIDIET U TNAQQISIET FIL-PREZZIJIET TAR-ROSS

1.

Iż-żidiet u t-tnaqqisiet fil-prezz tar-ross għandhom jiġu applikati għall-prezz tal-intervent tar-ross paddy offrut għall-intervent billi dan tal-aħħar jiġi mmultiplikat bis-somma tal-perċentwali tat-tnaqqis u taż-żidiet, determinati hekk:

(a)

jekk ir-rendiment mit-tħin tar-ross jkun differenti mir-rendiment bażiku mit-tħin għall-varjetà kkonċernata prevista fil-Parti A tal-Anness III għal dan ir-Regolament, iż-żidiet u t-tnaqqisiet li għandhom jiġu applikati fil-prezz huma determinati fit-Tabella I hawn taħt, skont il-varjetà tar-ross;

Tabella I

Żidiet u tnaqqisiet marbuta mar-rendiment mit-tħin tar-ross

Rendiment mit-tħin ta’ ħbub sħaħ tar-ross paddy

Żidiet u tnaqqisiet fil-prezz għal kull punt ta’ rendiment

Ogħla mir-rendiment bażiku

Żieda ta’ 0,75 %

Inqas mir-rendiment bażiku

Tnaqqis ta’ 1 %


Rendiment globali mit-tħin tar-ross paddy

Żidiet u tnaqqisiet fil-prezz għal kull punt ta’ rendiment

Ogħla mir-rendiment bażiku

Żieda ta’ 0,60 %

Inqas mir-rendiment bażiku

Tnaqqis ta’ 0,80 %

(b)

fejn id-difetti fil-qamħ tar-ross paddy jaqbżu t-tolleranzi aċċettati għall-kwalità standard tar-ross paddy, il-perċentwal ta’ tnaqqis li għandu jkun applikat fuq il-prezz tal-intervent għandu jkun kif stabbilit fit-Tabella II hawn taħt, skont it-tip ta’ ross;

Tabella 2

Tnaqqis tal-prezz skont id-difetti tal-ħbub tar-ross

Difett tal-ħbub

Perċentwali ta’ qamħ difettuż li jwassal għal tnaqqis fil-prezz tal-intervent

Perċentwali ta’ tnaqqis (1) applikabbli għad-diskrepanza addizzjonali lil hinn mill-inqas limitu

Rossa tal-ħabba tonda

Kodiċi NM 1006 10 92

Ħabba medja u twila A

Kodiċijiet NM 1006 10 94 u 1006 10 96

Ross tal-ħabba twila B

Kodiċi NM 1006 10 98

Ħbub immermra

minn 2 % sa 6 %

minn 2 % sa 4 %

minn 1,5 % sa 4 %

1 % għal kull diskrepanza ta’ 0,5 % addizzjonali

Qamħ b’vini ħomor

minn 1 % sa 10 %

minn 1 % sa 5 %

minn 1 % sa 5 %

1 % għal kull diskrepanza ta’ 1 % addizzjonali

Qamħ imtebba’ u bit-tikek

minn 0,50 % sa 4 %

minn 0,5 % sa 2,75 %

minn 0,50 % sa 2,75 %

0.8 % għal kull diskrepanza ta’ 0,25 % addizzjonali

Ħbub kulur l-ambra

minn 0,05 % sa 1 %

minn 0,05 % sa 0,50 %

minn 0,05 % sa 0,50 %

1,25 % għal kull diskrepanza ta’ 0,25 % addizzjonali

Ħbub sofor

minn 0,02 % sa 0,175 %

minn 0,02 % sa 0,175 %

minn 0,02 % sa 0,175 %

6 % għal kull diskrepanza ta’ 0,125 % addizzjonali

(c)

fejn il-kontenut tal-indewwa tar-ross paddy jaqbeż it-13 %, il-perċentwali ta’ tnaqqis fil-prezz tiegħu tal-intervent għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-perċentwali tal-kontenut tal-indewwa tar-ross paddy offrut għall-intervent, ikkalkulat sa post deċimali, u 13 %;

(d)

fejn il-perċentwali ta’ impuritajiet varji fir-ross paddy jaqbeż 0,1 %, dan għandu jinxtara bi tnaqqis fil-prezz tal-intervent ta’ 0,02 % għal kull żieda ta’ 0,01 %;

(e)

fejn lott ta’ ross paddy jiġi offrut għall-intervent għal varjetà partikolari, iżda jkun jinkludi ħbub ta’ varjetajiet oħra li jaqbżu t-3 %, il-il-lott għandu jinxtara bi tnaqqis ta’ 0,1 % fuq il-prezz tal-intervent għal kull żieda ta’ 0,1 %.

2.

Iż-żidiet u t-tnaqqisiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-medja ppeżata tar-riżultati tat-test fuq il-kampjun rappreżentattiv kif definit fl-Artikolu 16.


(1)  Kull diskrepanza hija kkalkulata mill-perċentwali tal-ħbub difettużi, sat-tieni post deċimali.


ANNESS VI

(Artikolu 27, it-tieni paragrafu)

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 489/2005

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 4(2)(a) u (b)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 15(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 15(2)

Artikolu 3(3)

Anness III, il-parti B

Artikolu 4

Anness V

Artikolu 5

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1)

Artikolu 4(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2) u (3)

Artikolu 4(2)(a)

Artikolu 6(4)

Artikolu 4(3)

Artikolu 6(5)

Artikolu 5(1)

Artikolu 7

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2)

Artikolu 10(2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 10(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4)

Artikolu 10(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(4)

Artikolu 11

Artikolu 12(1) u (2)

Artikolu 16(1) u (2)

Artikolu 12(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1)

Artikolu 14

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1)

Artikolu 16(4)

Artikolu 13(2)

Artikolu 16(5)

Artikolu 14

Artikolu 18

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1)

L-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2)

Artikolu 19(2)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(2)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(2)

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 16(3)

Artikolu 18

Artikolu 21

Anness I

Anness II, Parti A

Anness III, Parti A

Anness II, Parti B

Anness V

Anness III

Anness III, Parti B

Anness IV

Anness V

Anness V

Anness VI


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 671/2009

tal-24 ta' Lulju 2009

li jibda proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2010 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 171(1) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4,

Billi:

(1)

It-Taqsima 2 tal-Kapitlu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2), li tipprovdi li liċenzji ta’ esportazzjoni għall-ġobnijiet esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala parti mill-kwoti li jaqgħu taħt il-ftehim deċiż waqt in-negozjati ta’ kummerċ multilaterali, jistgħu jiġu allokati skont proċedura speċjali li permezz tagħha importaturi preferuti fl-Istati Uniti jistgħu jiġu nominati.

(2)

Dik il-proċedura għandha tinfetaħ għall-esportazzjoni waqt l-2010 u ser jiġu stabbiliti r-regoli addizzjonali relatati magħha.

(3)

Fl-amministrazzjoni tal-importazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Uniti jagħmlu distinzjoni bejn il-kwota addizzjonali mogħtija lill-Komunità Ewropea skont l-Uruguay Round u l-kwoti li irriżultaw mit-Tokyo Round. Il-liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom jiġu allokati waqt li titqies l-eliġibbiltà ta’ dawk il-prodotti għall-kwota tal-Istati Uniti tal-Amerika kif deskritt fl-Iskema ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(4)

Sabiex tiġi esportata l-kwantità massima taħt il-kwoti li għalihom hemm interess moderat, għandhom jiġu permessi l-applikazzjonijiet li jkopru l-kwantità kollha tal-kwota.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji ta’ esportazzjoni għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċi CN 0406 u huma elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament li jkunu se jiġu esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2010 taħt il-kwoti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandhom jiġu ppubblikati skont it-Taqsima 2 tal-Kapitiolu III ta’ dak ir-Regolament u bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 (minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala “l-applikazzjonijiet”) għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti bejn l-1 u l-10 ta’ Settembru 2009.

2.   L-applikazzjonijiet ikunu ammissibbi biss jekk ikun fihom l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u jekk ikunu akkumpanjati bid-dokumenti msemmija fih.

Fejn, għall-istess grupp ta’ prodotti msemmi fil-kolonna 2 tal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-kwantità disponibbli hija maqsuma bejn il-kwota tal-Uruguay Round u l-kwota tat-Tokyo Round, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu jkopru biss waħda minn dawk il-kwoti u għandhom jindikaw il-kwota konċernata, billi jispeċifikaw l-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota indikata fil-kolonna 3 ta’ dak l-Anness.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandha tiġi ppreżentata skont il-mudell stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

3.   Fir-rigward tal-kwoti identifikati minn 22-Tokyo u 22-Uruguay, 25-Tokyo u 25-Uruguay fil-kolonna 3 tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru tal-anqas 10 tunnellati u m’għandhomx jaqbżu l-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata kif stipulat fil-kolonna 4 ta’ dak l-Anness.

Fir-rigward tal-kwoti l-oħra indikati fil-kolonna 3 tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru tal-anqas 10 tunnellati u mhux aktar minn 40 % tal-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata kif stipulat f’kolonna 4 ta’ dak l-Anness.

4.   L-applikazzjonijiet ser ikunu ammissibbli biss jekk l-applikanti jiddikjaraw bil-miktub li ma ressqu l-ebda applikazzjoni oħra għall-istess grupp ta’ prodotti u l-istess kwota u li jaċċettaw li ma jagħmlux dan.

Jekk applikant iressaq diversi applikazzjonijiet għall-istess grupp ta’ prodotti u l-istess kwota ġewwa wieħed jew aktar mill-Istati Membri, l-applikazzjonijiet kollha tiegħu għandhom ikunu meqjusa bħala inammissibbli.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li jispiċċa l-perjodu li fih ikunu jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet, l-applikazzjonijiet imressqa għal kull grupp ta’ prodotti u, fejn applikabbli, il-kwoti indikati fl-Anness I.

In-notifiki kollha, inklużi n-notifiki “nulli”, għandhom isiru permezz ta’ feks jew posta elettronika fuq il-formola mudell li tinsab fl-Anness III.

2.   In-notifika għandha tinkludi għal kull grupp, u fejn applikabbli, għal kull kwota:

(a)

lista ta’ applikanti,

(b)

il-kwantitajiet li kull applikant ikun applika għalihom, imqassma skont il-kodiċi tal-prodott tan-Nomenklatura Magħquda u f’konformità mal-Harmonised Tariff Schedule (L-iskema Armonizzata tat-Tariffi) tal-Istati Uniti tal-Amerika (2009),

(ċ)

l-isem u l-indirizz tal-importatur magħżul mill-applikant.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006, għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni tal-liċenzji mingħajr dewmien u għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2009.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien ħamest ijiem wara l-pubblikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni, dwar il-kwantitajiet allokati mill-applikant għal kull grupp, u fejn applikabbli, għal kull kwota, f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

In-notifika għandha ssir permezz tal-feks jew posta elettronika fuq il-formola mudell li tidher fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

L-informazzjoni nnotifikata taħt l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandha tkun ivverifikata mill-Istati Membri qabel ma jinħarġu l-liċenzji u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru 2009.

Jekk jinstab li operatur li nħarġitlu liċenzja, ikun ipprovda informazzjoni li mhijiex korretta, il-liċenzja għandha titħassar u tintilef il-garanzija. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.


ANNESS I

Ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2010 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT

Taqsima 2 tal-Kapitlu III tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u r-Regolament (KE) Nru 671/2009

L-identifikazzjoni tal-grupp f’konformità man-Noti Addizzjonali f’Kapitlu 4 tal-Iskema ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti

Identifikazzjoni tal-grupp u l-kwota

Kwantità disponibbli għas-sena 2010

Nota lil

Grupp

 

Tunnellati

(1)

(2)

(3)

(4)

16

Mhux speċifikament ipprovduta għall-(NSPF)

16-Tokyo

908,877

16-l-Uruguay

3 446,000

17

Blue Mould

17

350,000

18

Cheddar

18

1 050,000

20

Edam/Gouda

20

1 100,000

21

Tip Taljan

21

2 025,000

22

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tal-għajn

22-Tokyo

393,006

22-l-Uruguay

380,000

25

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler lbil-formazzjoni tal-għajn

25-Tokyo

4 003,172

25-l-Uruguay

2 420,000


ANNESS II

Preżentazzjoni tal-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006

L-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota msemmija fil-kolonna 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 671/2009:

 

L-isem tal-grupp indikat fil-kolonna 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 671/2009: …

Oriġini tal-kwota:

Uruguay Round: 

Tokyo Round: 


Isem/Indirizz tal-applikant

Kodiċi tal-Prodott tan-Nomenklatura magħquda

Kwantità mitluba fl-applikazzjoni f ’ tunnellati

Tariffi Armonizzati

Skema tal-Kodiċi tal-USA

Isem/Indirizz tal-Importatur nominat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 

 


ANNESS III

Preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 3 ta ’671/2009

Għandu jintbagħat fuq + 32 2 295 3310 jew AGRI-MILK-USA@ec.europa.eu

L-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota msemmija fil-kolonna 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 671/2009:

 

L-isem tal-grupp indikat fil-kolonna 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 671/2009: …

Oriġini tal-kwota:

Uruguay Round: 

Tokyo Round: 


Nru

Isem/Indirizz tal-L-applikant

Kodiċi tal-Prodott tan-Nomenklatura magħquda

Kwantità mitluba fl-applikazzjoni f ’ tunnellati

Tariffi Armonizzati Skema tal-Kodiċi tal-USA

L-Isem u l-Indirizz Importatur magħżul l-importatur

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 

 


ANNESS IV

Preżentazzjoni ta’ liċensji mogħtija f’konfromità l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006

[Għandu jintbagħat lill- +32 2 295 3310 jew AGRI-MILK-USA@ec.europa.eu]

L-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota msemmija fil-kolonna 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 671/2009

Oriġini tal-kwota

Isem/Indirizz tal-applikant

Kodiċi tal-Prodott tan-Nomenklatura magħquda

Kwantità mitluba fl-applikazzjoni

f’tunnellati

Isem/Indirizz tal- importatur magħżul

Kwantità Allokata (1)

f’tunnellati

 

Uruguay round

 

 

 

 

 

 

 

 

Tokyo round

 

 

 

Total:

 

Total:

 

 

Uruguay round

 

 

 

 

 

 

 

 

Tokyo round

 

 

 

Total:

 

Total:

 

 

Uruguay round

 

 

 

 

 

 

 

 

Tokyo round

 

 

 

Total:

 

Total:

 


(1)  Il-kwantitajiet allokati bix-xorti għandhom jitqassmu bejn il-kodiċijiet ta’ NM individwali fi proporzjon mal-kwantitajiet tal-prodotti bil-kodiċi-NM li saret applikazzjoni għalihom


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 672/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni, (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi.

(2)

Lulju huwa it-tielet perjodu sekondarju għall-kwota stabbilita f'Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, u t-tieni perjodu sekondarju għall-kwoti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu msemmi.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4154 - 09.4166, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Lulju 2009, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – [09.4130] – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Lulju 2009, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, huma inqas minn [jew huma daqs] il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju li jsegwi u li għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4130, 09.4148, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4154 - 09.4166 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju 2009, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjent/i ta' allokazzjoni stabbilit/i fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 – 09.4148 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 għall-perjodu sekondarju li jmiss huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Lulju 2009 u l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu sekondarju ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

a)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Settembru 2009

(f'kg)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4127

 (1)

13 879 202

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

1 315 205

L-Awstralja

09.4129

 (1)

385 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (2)

0


b)   Kwota ta’ ross imqaxxar li jaqa’ taħt il-kodici tan-NM 1006 20 , prevista fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju ta' Ottubru 2009

(f'kg)

Il-pajjizi kollha

09.4148

 (2)

66 289


c)   Kwota ta’ ross miksur li jaqa’ taht il-kodici tan-NM 1006 40, prevista fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009

It-Tajlandja

09.4149

 (1)

L-Awstralja

09.4150

 (3)

Il-Gujana

09.4152

 (3)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4153

 (1)

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

1,561628  %


d)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Settembru 2009

(f'kg)

It-Tajlandja

09.4112

 (2)

0

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4116

 (2)

0

L-Indja

09.4117

 (2)

40 445

Il-Pakistan

09.4118

 (2)

0

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

 (2)

0

Il-pajjizi kollha

09.4166

1,04385  %

0


(1)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: ghaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma accettabbli.

(2)  aktar kwantità disponibbli għal dan il-perjodu sekondarju

(3)  L-ebda applikazzjoni għal koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan il-perjodu sekondarju: l-ebda applikazzjonijiet ta' liċenzji ma ġew notifikati lill-Kummissjoni.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Lulju 2009

li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2009 u li temenda d-Deċiżjoni 2008/897/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5475)

(2009/560/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1),u b’mod partikulari l-Artikolu 24(5) u (6) u l-Artikoli 25(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/897/KE tat-28 ta’ Novembru 2008 li tapprova programmi nazzjonali annwali u pluriannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2009 u s-snin ta’ wara (2) tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(3)

Il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda, Spanja, Franza, il-Latvja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Portugall u l-Finlandja ppreżentaw il-programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ tad-deni katarrali (bluetongue).

(4)

Il-Kummissjoni evalwat dawn il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Instab li dawn il-programmi huma konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja Kommunitarja rilevanti u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (3). Dawn il-programmi emendati għandhom għalhekk jiġu approvati.

(5)

Id-Danimarka, Spanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit ippreżentaw il-programmi emendati għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (EST).

(6)

Il-Kummissjoni evalwat dawn il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Instab li dawn il-programmi jikkonformaw mal-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja rilevanti u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE. Dawn il-programmi emendati għandhom għalhekk jiġu approvati.

(7)

Programm multiannwali għall-qerda tar-rabja ġie approvat għas-Slovenja mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/782/KE tat-30 ta’ Novembru 2007 li tapprova programmi nazzjonali annwali u multiannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, kontroll u sorveljanza ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u snin ta’ wara (4). It-tieni sena ta’ dan il-programm ġiet approvata mid-Deċiżjoni 2008/897/KE.

(8)

Is-Slovenja ppreżentat verżjoni emendata tal-programm għat-tieni sena tal-programm multiannwali tagħha għall-qerda tar-rabja. Il-Kummissjoni evalwat dan il-programm emendat kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Instab li dan il-programm jikkonforma mal-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja rilevanti u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE. Dan il-programm emendat għandu għalhekk jiġi approvat.

(9)

Il-programmi nazzjonali għall-qerda u l-monitoraġġ tad-deni katarrali li kienu approvati mid-Deċiżjoni 2008/897/KE kienu jinkludu l-kampanji tat-tilqim kontra din il-marda fl-2009. Madankollu, l-ispejjeż tal-għoti tat-tilqima ma kinux inklużi mal-ispejjeż li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità.

(10)

Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istati Membri kkonċernati, huwa xieraq li jiġu inklużi l-ispejjeż tal-għoti tat-tilqima mal-ispejjeż li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità. Għalhekk huwa xieraq li jkunu allokati iżjed fondi għall-finanzjament tal-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tad-deni katarrali f’dawk l-Istati Membri li ġew approvati mid-Deċiżjoni 2008/897/KE.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (5), kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2009 (6), jistipula li għandu jkun hemm konformità ma’ kundizzjonijiet iżjed stretti fil-każ ta’ merħliet li jipproduċu l-ħalib infettati bl-iscrapie klassika.

(12)

Fit-18 ta’ Marzu 2009 Ċipru ppreżenta programm ġdid multiannwali għall-monitoraġġ u l-qerda tal-iscrapie, addattat għal dik l-aħħar emenda tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Dan il-programm ser isir flok il-programm nazzjonali għall-qerda tal-iscrapie li kien ġie approvat għal dan l-Istat Membru għall-2009 mid-Deċiżjoni 2008/897/KE.

(13)

Minħabba din is-sitwazzjoni eċċezzjonali, fil-programm tiegħu, Ċipru talab li jieħu partiċipazzjoni finanzjarja ta’ iżjed minn 50 fil-mija tal-ispejjeż involuti għat-tbiċċir tal-annimali li jkunu infettati bl-iscrapie. Il-Kummissjoni evalwat dan il-programm kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Instab li dan il-programm jikkonforma mal-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja rilevanti u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE. Dan il-programm għandu għalhekk jiġi approvat.

(14)

Minħabba l-fatt li hemm proporzjon kbir ta’ merħliet ovini u kaprini li huma infettati bl-iscrapie f’Ċipru, dan l-Istat irid joqtol numru ħafna ikbar mis-soltu f’perjodu ta’ żmien qasir biex jikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

(15)

Minħabba din is-sitwazzjoni eċċezzjonali, huwa xieraq li jkun stipulat livell ogħla ta’ kontribuzzjoni Komunitarja għall-programm tal-monitoraġġ u l-qerda tal-iscrapie f’dan l-Istat Membru. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-ħlas tan-nies li jkunu impjegati apposta biex jagħmlu x-xogħol involut fil-programm, u l-ispejjeż li jsiru biex jinqerdu l-karkassi, għandhom jiżdiedu mal-ispejjeż li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal dan il-programm.

(16)

L-approvazzjoni tal-programmi emendati minn din id-Deċiżjoni għandha impatt fuq l-ammonti meħtieġa biex isiru l-programmi, kif approvati skont id-Deċiżjoni 2008/897/KE. L-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal ċerti programmi għandu jiġi aġġustat skont dan.

(17)

Id-Deċiżjoni 2008/897/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(18)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programmi emendati għall-monitoraġġ u l-qerda tad-deni katarrali li ġew ippreżentati mil-Belġju fid-29 ta’ Jannar 2009, mid-Danimarka fl-20 ta’ April 2009, mill-Irlanda fis-16 ta’ Frar 2009, minn Spanja fis-6 ta’ Marzu 2009, minn Franza fit-2 ta’ Frar 2009, mil-Latvja fl-20 ta’ Frar 2009, mil-Litwanja fl-20 ta’ Frar 2009, mill-Olanda fit-8 ta’ Diċembru 2008, mill-Portugall fl-20 ta’ Frar 2009 u mill-Finlandja fis-7 ta’ Jannar 2009 huma b’din approvati għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 2

Il-programmi emendati għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli li ġew ippreżentati mid-Danimarka fit-18 ta’ Marzu 2009, minn Spanja fis-7 ta’ April 2009, mill-Italja fid-29 ta’ Jannar 2009, mil-Lussemburgu fis-16 ta’ Marzu 2009, mill-Olanda fl-20 ta’ Frar 2009, mill-Portugall fl-4 ta’ Marzu 2009, mill-Finlandja fis-27 ta’ Frar 2009 u mir-Renju Unit fis-26 ta’ Jannar 2009 huma b’din approvati għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 3

It-tieni sena tal-programm multiannwali għall-eradikazzjoni tar-rabja, kif emendat, ippreżentat mis-Slovenja fit-23 ta’ April 2009 hija b’din approvata għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2008/897/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafi (2) u (3) inbidlu b’dan li ġej:

“2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-tilqim, għall-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju għas-sorveljanza viroloġika, seroloġika u entomoloġika u għal dawk tax-xiri ta’ nases u vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 4 450 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 5 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 2 350 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 50 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 15 700 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 180 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 800 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 50 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 21 000 000 għal Spanja;

(j)

EUR 57 000 000 għal Franza;

(k)

EUR 3 000 000 għall-Italja;

(l)

EUR 460 000 għal-Latvja;

(m)

EUR 0 għal-Litwanja;

(n)

EUR 510 000 għal-Lussemburgu;

(o)

EUR 1 400 000 għall-Ungerija;

(p)

EUR 5 000 għal Malta;

(q)

EUR 50 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 3 350 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 500 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 5 300 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 250 000 għar-Rumanija;

(v)

EUR 910 000 għas-Slovenja;

(w)

EUR 820 000 għall-Finlandja;

(x)

EUR 1 550 000 għall-Iżvezja;

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jitħallsu lura lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA EUR 2,5 għal kull test;

(b)

għat-test PCR EUR 10 għal kull test;

(c)

għax-xiri tal-vaċċini monovalenti EUR 0,3 għal kull doża;

(d)

għax-xiri tal-vaċċini bivalenti EUR 0,45 għal kull doża;

(e)

għat-tilqima tal-annimali bovini, EUR 1,50 għal kull annimal bovin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi ta’ vaċċini użati;

(f)

għat-tilqima tal-annimali bovini, EUR 0,75 għal kull annimal bovin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi ta’ vaċċini użati”;

(2)

Fl-Artikolu 9(2)(l), l-ammont “EUR 1 800 000” jinbidel b’ “EUR 50 000”,

(3)

Fl-Artikolu 13(2)(e), l-ammont “EUR 370 000” jinbidel b’ “EUR 530 000”.

(4)

Jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej:

“Artikolu 15a

Scrapie

1.   Il-programm multiannwali għall-monitoraġġ u l-qerda tal-iscrapie ppreżentat minn Ċipru fit-18 ta’ Marzu 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ser tkun bir-rata ta’:

(a)

100 % tal-ispejjeż imġarrba minn Ċipru fit-twettiq ta; testijiet mgħaġġla u t-twettiq tat-testijiet molekulari primarji;

(b)

75 % tal-ispejjeż imġarrba minn Ċipru biex jingħata kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali li kellhom jinqatlu u jinqerdu skont il-programm tiegħu għall-monitoraġġ u l-qerda tal-iscrapie;

(c)

50 % tal-ispejjeż għal:

(i)

l-analiżi tal-kampjuni għad-determinazzjoni tal-ġenotipi;

(ii)

ix-xiri tal-preparazzjonijiet li jintużaw għall-ewtanizzar tal-annimali;

(iii)

il-persunal impjegat speċifikament biex iwettaq ix-xogħol fi ħdan il-programm;

(iv)

Il-qerda tal-karkassi.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jitħallsu lura lil Cipru għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

EUR 30 għal kull test imwettaq fuq l-annimali ovini u kaprini msemmija fit-Tieni Parti tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

EUR 175 għal kull test, molekulari primarju diskriminatorju mewttaq kif imsemmi fil-punt 3.2(c)(i) tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(c)

EUR 10 għal kull test għad-determinazzjoni tal-ġenotip;

(d)

EUR 100 għal kull nagħġa jew mogħża maqtula.

4.   L-ammont li se jiġi impenjat għall-2009 għandu jkun ta’ EUR 5 400 000.

5.   It-twettiq tal-programm fl-2009 se jitqies meta tittieħed id-deċiżjoni dwar l-ammont li għandu jkun impenjat għas-sena 2010”.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 322, 2.12.2008, p. 39.

(3)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(4)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 29.

(5)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 34, 4.2.2009, p. 11.


25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-sottosistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5607)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/561/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea dwar il-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni (ERA-REC-02-2009-ERTMS) tat-23 ta’ Frar 2009,

Billi:

(1)

Kull speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbilità (TSI) għandħa tindika l-istrateġija biex jiġu implimentati t-TSIs u l-istadji li għandhom jitwettqu sabiex issir transizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSIs għandha tkun in-norma.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE tat-28 ta’ Marzu 2006 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbilità fir-rigward tas-sottosistema Kontroll-Kmand tal-kontroll-kmand u s-sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2) stipulat it-TSI fir-rigward tas-sottosistema ta’ Kontroll-Kmand u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2006/679/KE, l-Istati Membri stabbilixxew pjan ta’ implimentazzjoni nazzjonali tat-TSI ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalar u nnotifikaw dan il-pjan ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

(4)

Abbażi ta’ dawn il-pjanijiet nazzjonali għandu jitfassal il-Pjan ta’ Direzzjoni tal-UE skont il-prinċipji stipulati f’Kapitolu 7 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2006/679/KE.

(5)

Il-Kapitolu 7 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2006/679/KE jipprovdi li l-Pjan ta’ Direzzjoni tal-UE se jkun anness għat-TSI permezz ta’ proċedura ta’ reviżjoni u se jkun imsejjaħ Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni.

(6)

Id-Direttiva 2008/57/KE tindika li t-TSIs jistgħu jistabilixxu l-qafas meħtieġ sabiex ikun deċiż jekk is-sottosistema eżistenti għandhiex tiġi awtorizzata mill-ġdid u jkunu deċiżi l-iskadenzi korrispondenti.

(7)

L-istrateġija biex tiġi implimentata it-TSI ta’ Kontroll-Kmand u ta’ Sinjalar ma għandhiex biss tibbaża fuq il-konformità tas-sottosistemi mat-TSI meta dawn jibdew jagħtu servizz, jiġu aġġornati jew jiġġeddu iżda għanda tkun ibbażata wkoll fuq implimentazzjoni koordinata matul il-kurituri pan-Ewropej li jgħaqqdu iż-żoni tat-trasport tal-merkanzija ewlenin fl-Ewropa. Billi l-interoperabbilità tista’ ssir biss jekk il-kurituri ikunu mgħammra bis-sħiħ, għandhom jiġu ffissati dati ta’ skadenza xierqa għat-tiġdid, u l-aġġornament fi ħdan il-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni.

(8)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz sabiex il-Modulu Speċifiku ta’ Trażmissjoni estern ikun disponibbli għas-sistemi storiċi mill-Kassi B elenkati fl-Anness B għat-TSI.

(9)

Proġetti għas-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), inġnerali, u linji inkluzi fil-Pjan Ewropew għall-mobilitazzjoni, b’mod partikolari, jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ Komunitarju mill-programm TEN-T jew minn programmi oħra ta’ għajnuna finanzjarja mill-Komunità.

(10)

Appoġġ finanzjarju adegwat huwa instrumentali biex ikun żgurat it-tħaddim tal-ERTMS f’konformità mal-ambitu u d-dati ta’ skadenza iffissati mill-Pjan Ewropew għall-mobilitazzjoni. Għalhekk il-pjan jista’ jkun aġġustat sabiex jittieħed inkonsidrazzjoni l-finanzjament disponibbli.

(11)

Il-fornituri tat-tagħmir li jintuża’ abbord tal-ERTMS ikkonfermaw li se jkunu f’pożizzjoni li jikkonsjaw tagħmir li jintuża’ abbord li huwa konformi mal-istandard il-ġdid (magħruf bħala baseline 3) sa mhux iktar tard mill-2015; għalhekk, lokomottivi internazzjonali kkonsenjati sa dik id-data, għandhom, bħala regola ġenerali, jkunu mgħammra bl-ERTMS.

(12)

Id-Deċiżjoni 2006/679/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Interoperabbilità u s-Sikurezza Ferrovjarja, stabbilit skont Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/679/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Taqsimiet 7.1, 7.2 u 7.3 huma mibdulin bit-test stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(2)

Fit-taqsima 7.4.2.3 r-referenza għat-taqsima 7.2.2.5 hija mibdula b’referenza għat-taqsima 7.2.

Artikolu 2

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni se tevalwa l-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għall-Mobiltazzjoni u tiddetermina, fuq analiżi tal-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni sal-2015, id-disponibbilità tat-tagħmir konformi mal-istandard il-ġdid (baseline 3) u ta’ sorsi u l-livell ta’ finanzjament disponibbli biex jappoġġa it-tħaddim tal-ERTMS, jekk ikunux meħtieġa emendi għal din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-linji li għandhom jiġu mgħammra sal-2020. L-Istati Membri għandhom jiġu involuti f’din l-analiżi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Settembru 2009.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 16.10.2006, p. 1.


ANNESS

Is-Sezzjonijiet 7.1, 7.2, u 7.3 tal-Anness tad-Deċizjoni 2006/679/KE huma mibdula b'dawn li ġejjin

"7.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONTROLL-KMAND TAT-TSI

Dan il-kapitolu jitratta l-istrateġija għall-implimentazzjoni (Il-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni tal-ERTMS) tat-TSI u jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu sabiex issir transizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSIs għandha tkun in-norma.

Il-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni tal-ERTMS ma japplikax għal linji li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru meta n-netwerk ferrovjarju jkun separat jew iżolat bil-baħar, jew separata minħabba kundizzjonijiet ġeograifiċi speċjali, min-netwerk ferrovjarju tal-bqija tal-Komunità. Din l-istrateġija ma tapplikax għal lokomottivi li jivjaġġaw fuq dawn il-linji.

7.1.    Implimentazzjoni tal-ERTMS-Maġenb il-binarji

L-għan tal-Pjan Ewropew għal-Mobilitazzjoni tal-ERTMS huwa li jiġi żgurat li, gradwalment, lokomottivi, vaguni u vetturi oħra tal-ferroviji, mgħammra b’ERTMS jkunu jista’ jkollhom aċċess għal iktar linji, portijiet, terminals u ċentri ta’ tqassim ta’ ferroviji tal-merkanzija mingħajr ma jkollhom bżonn tagħmir ieħor nazzjonali apparti l-ERTMS.

Għal dak il-għan il-pjan tal-mobilitazzjonio ma jirrikjedix li jitneħħew is-sistemi eżistenti tal-Klassi B fuq il-linji inklużi fil-pjan. Madankollu, sad-data speċifikata fil-pjan ta’ implimentazzjoni, tagħmir b’sistema ta’ Klassi B ma għandux ikun kundizzjoni ta’ aċċess għal binarji inklużi fil-pjan tat-tħaddim għal lokomottivi, vaguni u vetturi oħrajn tal-ferrovija mgħammrin bl-ERTMS.

Meta żoni tat-terminals, bħal ma huma portijiet jew linji speċifiċi f’port, pereżempju, ma jkunux mgħammra bl-ebda sistema ta’ Klassi B, ir-rekwiżiti li għandhom x’ jaqsmu mal-‘konnessjoni’ ta’ dawn iż-żoni tat-terminals ma jfissrux bil-fors li dawn it-terminals jew linji għandhom bżonn jiġu mgħammra bl-ERTMS, sakemm it-tagħmir b’sistema ta’ Klassi B ma jkunx rikjest bħala kundizzjoni għall-aċċess għal binarji.

Fuq linji li jikkonsistu f’binarju doppju jew iktar, il-linja tkun ikkunsidrata li hija mgħammra malli jiġi mgħammar il-binarju doppju. Meta jkun hemm iktar minn linja waħda f’parti ta’ kuritur, mill-inqas waħda mil-linji trid tkun mgħammra f’dik il-parti u l-kuritur kollu jitqies bħala mgħammar meta mill-inqas linja waħda tkun mgħammra matul it-tul kollu tal-kuritur.

7.1.1.   Kurituri

Is-sitt kurituri deskritti fl-Appendiċi I għandhom jiġu mgħammra bl-ERTMS skont l-iskeda indikata f’dak l-Appendiċi (*).

7.1.2.   Konnessjoni mal-portijiet Ewropej ewlenin, ċentri ta’ tqassim ta’ ferroviji tal-merkanzija, terminals tal-merkanzija u żoni tat-trasport tal-merkanzija.

Il-portijiet, iċ-ċentri ta’ tqassim ta’ ferroviji tal-merkanzija, it-terminals tal-merkanzija u ż-żoni tat-trasport tal-merkanzija elenkati fl-Appendiċi II għandhom jingħaqdu ma’ mill-inqas wieħed mis-sitt kurituri speċifikati fl-Appendiċi fid-data u skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi II.

7.1.3.   Proġetti ffinanzjati mill-UE

Mingħajr preġudizzju għat-taqsimiet 7.1.1 u 7.1.2, l-istallazzjoni tal-ERTMS/ETCS hija mandatorja fil-każ ta’:

stallazzjonijiet ġodda tal-parti ta’ protezzjoni tal-ferrovija armata bis-CCS; jew

titjib tal-parti ta’ protezzjoni tal-ferrovija armata bis-CCS li qiegħda diġà fis-servizz li tbiddel il-funzjonijiet jew il-prestazzjoni tas-sottosistema.

għal proġetti ta’ infrastruttura ferrovjarja li jirċievu appoġġ finanzjarju minn Fondi Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali u/jew Fondi tal-Koeżjoni (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (**)) u/jew il-fondi tat-TEN-T (Deċiżjoni 1692/96/KE tal-Parlament Ewropoew u tal-Kunsill (***)).

Madankollu, meta is-sinjalar ikun imġedded fuq partijiet qosra (inqas minn 150 km) u fuq partijiet mhux kontinwi, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga għal din ir-regola, sakemm l-ERTMS jiġi installat qabel l-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ dati:

5 snin wara t-tmiem tal-proġett;

sa meta il-parti tal-linja tkun konnessa mal-linja l-oħra diġà mgħammra bl-ERTMS.

F’din it-taqsima l-ewwel minn dawn iż-żewġ dati hija msejjħa ‘l-aħħar data tat-tagħmir’

L-Istat Membru interessat għandu jgħaddi fajl lill-Kummissjoni. Dan il-fajl għandu jinkludi analiżi ekonomika li turi li hemm vantaġġ sostanzjali ekonomiku u/jew meta jitqiegħed fis-servizz l-ERTMS fl-aħħar data għat-tagħmir minflok matul it-twettiq tal-proġett iffinanzjat mill-UE.

L-Istati Membri jistgħu jinvokaw din il-klawżola biss meta l-offerta li tkopri t-tiġdid jew it-titjib ta’ sistema ta’ protezzjoni tal-ferrovija tkun tinkudi għażla ċara għat-tagħmir tal-ERTMS tal-linja, jew matul iż-żmien li fih jtwettaq il-proġett jew fl-aħħar data għat-tagħmir.

Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-fajl sottomess u l-miżuri proposti mill-Istat Membru u għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****) bir-riżultat tal-analiżi. Meta tingħata deroga, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-ERTMS jiġi nstallat qabel l-aħħar data għat-tagħmir.

7.1.4.   Kundizzjonijiet meta jkunu rikjesti funzjonijiet fakultattivi

Skont il-karatteristiċi tal-Kontroll-Kmand u l-interfaċċi tagħha installati maġenb il-binarji ma’ sottosistemi oħrajn, għandu mnejn ikun meħtieġ li uħud mill-funzjonijiet li mhumiex ikklassifikati bħala obbligatorji, jiġu implimentati f’ċerti applikazzjonijiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali.

L-implimentazzjoni ta’ funzjonijiet Nazzjonali jew Fakultattivi ta’ maġenb il-binarji ma għandhiex iżżomm id-dħul fl-infrastruttura ta’ ferrovija li tkun konformi biss mar-rekwiżiti obbligatorji tas-sistema Abbord tal-Klassi A ħlief kif meħtieġ għal funzjonijiet fakultattivi ta’ abbord li ġejjin:

applikazzjoni ta’ maġenb il-binarji ta’ Livell 3 tal-ETCS teħtieġ superviżjoni tal-inteġrità tal-ferrovija abbord;

applikazzjoni ta’ maġenb il-binarji ta’ Livell 1 tal-ETCS bl-in-fill teħtieġ funzjonalità b’in-fill korrispondenti abbord jekk il-veloċità tkun iffissata għal żero għall-raġunijiet ta’ sikurezza (pereżempju il-protezzjoni ta’ punti ta’ periklu);

meta l-ETCS ikun jeħtieġ trażmissjoni ta’ dejta bir-radju, is-servizzi tat-trażmissjoni tad-dejta tal-GSM-R irid jissodisfa r-rekwiżiti tat-trażmissjoni tad-dejta tal-ETCS;

armar abbord, li jinkludi sistema KER STM, jista’ jeħtieġl li jimplimenta interfaċja-K.

7.1.5.   Sistemi storiċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonalità tas-sistemi storiċi imsemmija fl-Anness B għat-TSI kif ukoll l-interfaċji tagħhom għandha tibqa’ kif speċifikata bħalissa, u teskludi dawk il-modifikazzjonijiet li għandhom mnejn ikunu meqjusa meħtieġa biex itaffu il-problemi martbutin mas-sikurezza ta’ dawn is-sistemi. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-informazzjoni li tirrigwarda s-sistemi storiċi tagħhom, meħtieġa għall-finijiet ta’ żvilupp u ċertifikazzjoni tal-apparat li tippermetti l-interoperabbiltà ta’ tagħmir tal-Klassi A ma’ faċilitajiet tal-Klassi B storiċi, tkun disponibbli.

7.1.6.   Notifika

Għal kull taqsima ta’ kuritur deskritta fl-Appendiċi I, l-Istati Membri għandhom jew jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan dettaljat ta’ meta l-parti tal-kuritur se tiġi mgħammra bl-ERTMS jew jikkonfermaw li l-parti tal-kurritur diġà ġiet mgħammra. L-informazzjoni se tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn tliet snin qabel l-aħħar data tat-tagħmir tal-parti tal-kuritur speċifikata fl-Appendiċi I.

Għal kull port, ċentru tat-tqassim ta’ ferroviji tal-merkanzija, terminal tal-merkanzija jew żona tat-trasport tal-merkanzija, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-linji speċifiċi li għandhom jintużaw biex tiġi żgurata l-konnessjoni tagħhom ma’ wieħed mill-kurituri elenkati fl-Appendiċi I. Din l-informazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn tliet snin qabel id-data speċifikata fl-Appendiċi II u għandha tindika l-aħħar data tat-tagħmir għal dan il-port, ċentru tat-tqassim ta’ ferroviji tal-merkanzija, terminal tal-merkanzija jew żona tat-trasport tal-merkanzija. Il-Kummissjoni tista’ titlob aġġustamenti partikolarment sabiex tiżgura l-konsistenza bejn linji mgħammra fuq il-fruntieri, skont il-ħtieġa. L-Istati Membri għandhom jew jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan dettaljat ta’ meta l-parti tal-kuritur se tiġi mgħammra bl-ERTMS jew jikkonfermaw li dawn il-linji speċifiċi diġà ġew mgħammra bl-ERTMS. Din l-informazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn tliet snin qabel id-data speċifikata fl-Appendiċi II u għandha tindika l-aħħar data tat-tagħmir għal dan il-port, ċentru tat-tqassim ta’ ferroviji tal-merkanzija, terminal tal-merkanzija jew żona tat-trasport tal-merkanzija.

Il-pjani dettaljati taż-żmien tat-tlestija għandhom jindikaw partikolarment id-data sa meta l-offerta għat-tagħmir tal-linja se jkun konkluż, il-proċeduri li ġew stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-interoperabbilità mal-pajjiżi ġirien fuq il-kurritur kif wkoll l-istadji prinċipali marbuta mal-proġett. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar bl-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji billi jibagħatu pjan taż-żmien aġġornat kull tnax-il xahar.

7.1.7.   Dewmien

Meta Stat Membru raġonevolment jistenna dewmien fit-tlestija sad-data ta’ skadenza stabbilita fid-Deċiżjoni preżenti, dan għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni. Għandu jikkomunika lill-Kummissjoni fajl li jinkludi deskrizzjoni teknika u pjan aġġortat tal-proġett. Il-fajl għandu wkoll jispjega r-raġunijiet għad-dewmien u jindika miżuri ta’ korrezzjoni li jittieħdu mill-Istat Membru.

Dewmien addizzjonali ta’ mhux iktar minn tliet snin jista’ jingħata lil Stat Membru meta l-kawżi tad-dewmien ma jkunux jiddependu fuq il-kontroll raġonevoli tal-Istat Membru, bħal pereżempju in-nuqqas ta’ formiment ta’ materjal jew problemi marbuta mal-proċess ta’ omologazzjoni u approvazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ vetturi xierqa tal-ittestjar. Din il-klawżola tista’ tintuża favur Stat Membru biss jekk ikunu issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

in-notifikazzjonijiet msemmija fit-taqsima 7.1.6 ikunu waslu fil-ħin u kienu komprensivi;

il-fajl imsemmi fit-taqsima 7.1.7, l-ewwel paragrafu, jinkludu evidenza ċara li l-Istat Membru ma kellu ebda kontroll fuq il-kawżi tad-dewmien;

awtorità kompetenti li tkun responsabbli għall-koordinazzjoni, għall-forniment u integrazzjoni u ittestjar ta’ prodotti ta’ abbord u ta’ maġenb il-binarji;

sar użu xieraq ta’ laboratorji eżistenti;

tingħata evidenza li ġew implimentati miżuri xierqa biex jitnaqqas iktar dewmien.

Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-fajl sottomess u l-miżuri proposti mill-Istat Membru u għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE bir-riżultat tal-analiżi.

7.2.    Implimentazzjoni tal-ERTMS ta’ abbord

Lokomottivi, vaguni u vetturi oħra tal-ferroviji ġodda li kapaċi jivjaġġaw mingħajr ġbid mgħammra b’kabina tas-sewqan, li kienu ordnati wara l-1 ta’ Jannar 2012 u li bdew jaħdmu wara l-1 ta’ Jannar 2015, għandhom jiġu mgħammra bl-ERTMS.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal lokomottivi ta’ trasferiment u lokomottivi, vaguni u vetturi oħra tal-ferroviji ġodda mgħammra b’kabina tas-sewqan, jekk huma iddiżinjati esklussivament għas-servizz nazzjonali u servizzi ta’ qsim il-fruntieri bejn ir-reġjuni. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti addizzjonali fuq livell nazzjonali, partikolarment bil-ħsieb li:

restrizzjoni tal-aċċess għal-linji mgħammra bl-ERTMS għal-lokomottivi mgħammra bl-ERTMS, sabiex is-sistema nazzjonali eżistenti jkunu jistgħu jiġu dekommissjonati;

rekwiżit li lokomottivi ta’ trasferiment u lokomottivi, vaguni u vetturi oħra tal-ferroviji ġodda mgħammra b’kabina tas-sewqan, jekk huma iddiżinjati esklussivament għas-servizz nazzjonali u servizzi ta’ qsim il-fruntieri bejn ir-reġjuni, ikunu mgħammra bl-ERTMS.

7.3.    Regoli tal-implimentazzjoni speċifiċi tal-GSM-R

Dawn ir-regoli japplikaw b’żieda mar-regoli stipulati fit-taqsima 7.1 u 7.2.

7.3.1.   Stallazzjonijiet ta’ maġenb il-binarji

It-twaħħil ta’ GSM-R huwa mandatorju fil-każ ta’:

stallazzjonijiet ġodda tal-parti ta’ radju armata bis-CCS;

titjib tal-parti tar-radju armata bis-CCS li qiegħda diġà fis-servizz li tbiddel il-funzjonijiet jew il-prestazzjoni tas-sottosistema.

7.3.2.   Stallazzjonijiet abbord

It-twaħħil ta’ GSM-R fuq vetturi ferrovjarji intenjonati għall-użu fuq linja li tinkludi mill-inqas parti waħda li tkun mgħammra b’interfaċji tal-Klassi A (anke jekk din tkun imposta fuq sistema tal-Klassi B), hija mandatorja fil-każ ta’:

stallazzjonijiet ġodda tal-parti ta’ radju armata bis-CCS;

titjib tal-parti tar-radju armata bis-CCS li qiegħda diġà fis-servizz li tbiddel il-funzjonijiet jew il-prestazzjoni tas-sottosistema.

7.3.3.   Sistemi storiċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonalità tas-sistemi storiċi imsemmija fl-Anness B għat-TSI kif ukoll l-interfaċji tagħhom għandha tibqa’ kif speċifikata bħalissa, u teskludi dawk il-modifikazzjonijiet li għandhom mnejn ikunu meqjusa meħtieġa biex itaffu il-problemi martbutin mas-sikurezza ta’ dawn is-sistemi. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-informazzjoni li tirrigwarda s-sistemi storiċi tagħhom, meħtieġa għall-finijiet ta’ żvilupp u ċertifikazzjoni tal-apparat li tippermetti l-interoperabbiltà ta’ tagħmir tal-Klassi A ma’ faċilitajiet tal-Klassi B storiċi, tkun disponibbli.


Appendiċi I

linji speċifiċi li jifformaw il-kurituri

Kurritur A - għandu jiġi mgħammar sal-2015

Image

Kuritur B (1)

Image

Kuritur C (2)

Image

Kuritur D (3)

Image

Kuritur E

Image

Kuritur F

Image

(1)  Bla ħsara għal legiżlazzjoni applikabbli għan-netwerk Trans Ewropew ta’ veloċità għolja, jistgħu jiġu pprovduti konnessjonijiet permezz ta’ medded ta linji ta’ veloċità għolja, sakemm jiġu allokati passaġġi għall-ferroviji tal-merkanzija. Mill-inqas konnessjoni waħda mgħammra bl-ERTMS se tiġi pprovduta sal-2020 bejn id-Danimarka u l-Ġermanja (Flensburg-Hamburg or Rødby – Puttgarden) iżda mhux neċessarjament it-tnejn. Il-mina ta’ bażi tal-Brennero se tkun mgħammra bl-ERTMS ladarba jitlesta x-xogħol infrastrutturali (data fil-mira 2020).

(2)  Konnessjoni bejn Nancy u Reding se tkun provduta sal-2020.

(3)  Żewġ friegħi addizzjonali għandhom jiġu mgħammra sal-2020. Montmélian – Grenoble – Valence and Lyon – Valence – Arles – Miramas (fuq in-naħa tax-xellug tar-Rhône).

Appendiċi II

portijiet Ewropej ewlenin, ċentri ta’ tqassim ta’ ferroviji tal-merkanzija, terminals tal-merkanzija u żoni tat-trasport tal-merkanzija  (1)

Il-Pajjiż

Żona tat-trasport tal-merkanzija

Data

Kumment

Il-Belġju

Antwerpen

31.12.2015

Konnessjoni bejn Nancy u Reding se tkun provduta sal-2020.

Gent

31.12.2020

 

Zeebrugge

31.12.2020

 

Il-Bulgarija

Burgas

31.12.2020

Il-konnessjoni tal-kuritur E timplika t-tagħmir tal-parti Bourgas-Sofia u Sofia-Vidin-Calafat u Calafat-Curtici fir-Rumanija (PP22).

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

31.12.2015

 

Lovosice

31.12.2020

 

Id-Danimarka

Taulov

31.12.2020

Il-konnessjoni ta’ dan it-terminal timplika li l-linja ta’ Flensburg-Padborg tiġi magħżula li tkun bħala link mgħammar bl-ERTMS - ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 tal-Appendiċi I tal-Anness.

Il-Ġermanja

Dresden (2)

31.12.2020

Sal-2020 għandha tkun żgurata wkoll konnessjoni diretta bejn kuritur E i kuritur F (minn Dresden għal Hannover).

Lübeck

31.12.2020

 

Duisburg

31.12.2015

 

Hamburg (3)

31.12.2020

 

Köln

31.12.2015

 

München

31.12.2015

 

Hannover

31.12.2015

 

Rostock

31.12.2015

 

Ludwigshafen/Mannheim

31.12.2015

 

Nürnberg

31.12.2020

 

Il-Greċja

Pireás

31.12.2020

Il-konnessjoni tal-kuritur E timplika t-tagħmir tal-parti Kulata-Sofia fil-Bulġarija.

Spanja

Algeciras

31.12.2020

 

Madrid

31.12.2020

 

Pamplona

31.12.2020

Tliet konnessjonijiet rikjesti. Konnessjoni għal Pariġi via Hendaye, konnessjoni minn Pamplona għal Madrid u konnessjoni minn Pamplona għal kuritur D via Zaragoza.

Zaragoza

31.12.2020

 

Tarragona

31.12.2020

 

Barcelona

31.12.2015

 

Valencia

31.12.2020

 

Franza

Marseille

31.12.2020

 

Perpignan

31.12.2015

 

Avignon

31.12.2015

 

Lyon

31.12.2015

 

Le Havre

31.12.2020

 

Lille

31.12.2020

 

Dunkerque

31.12.2020

 

Pariġi

31.12.2020

Sal-2020, se jiġu prrovduti l-konnessjonijiet li ġejjin: i) Hendaye ii) Channel Tunnel iii) Dijon iv) Metz via Epernay u Châlons-en-Champagne.

L-Italja

La Spezia

31.12.2020

 

Genova

31.12.2015

 

Gioia Tauro

31.12.2020

 

Verona

31.12.2015

 

Milano

31.12.2015

 

Taranto

31.12.2020

 

Bari

31.12.2020

 

Padova

31.12.2015

 

Trieste

31.12.2015

 

Novara

31.12.2015

 

Bologna

31.12.2020

 

Ruma

31.12.2020

 

Il-Lussemburgu

Bettembourg

31.12.2015

 

L-Ungerija

Budapest

31.12.2015

 

L-Olanda

Amsterdam

31.12.2020

 

Rotterdam

31.12.2015

Konnessjoni għal Antwerp għandha tkun provduta sal-2020.

L-Awstrija

Graz

31.12.2020

 

Wien

31.12.2020

 

Il-Polonja

Gdynia

31.12.2015

 

Katowice

31.12.2020

 

Wrocław

31.12.2015

Sal-2020 il-linja Wroclaw-Legnica għandha tkun mgħammra sabiex tiżgura konnessjoni diretta għall-fruntiera Ġermaniża. (Gorlitz).

Gliwice

31.12.2015

 

Poznań

31.12.2015

 

Warszawa

31.12.2015

 

Il-Portugall

Sines

31.12.2020

 

Lisboa

31.12.2020

 

Ir-Rumanija

Constanța

31.12.2015

 

Is-Slovenja

Koper

31.12.2015

 

Ljubljana

31.12.2015

 

Is-Slovakkja

Bratislava

31.12.2015

 

Ir-Renju Unit

Bristol

Dan it-terminal konness bħala kuritur C huwa estiż saċ-Channel Tunnel.


(1)  Il-lista taċ-ċentri inklużi f’dan l-Appendiċi tista’ tiġi riveduta, sakemm l-ebda reviżjoni ma tnaqqas it-traffiku tal-merkanzija jew tħalli xi impatt sinifikattiv fuq proġetti fi Stati Membri oħra."

(2)  Il-Ġermanja se tagħmel ħilitha biex tgħammar il-parti tal-kuritur E, Dresden – fruntiera Ċeka, f’data iktar bikrija.

(3)  Il-Ġermanja se tiżgura li t-tagħmir tal-konnessjoni ferrovjarja għal Hamburg iżda fiż-żona tal-port għandha mnejn tkun mgħammra biss parzjalment sal-2020.