ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.193.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 193

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
24 ta' Lulju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid.

60

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

24.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 606/2009

tal-10 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 25(3) u 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-definizzjoni tal-inbid mogħtija fil-punt 1, it-tieni subparagrafu, il-punt c), l-ewwel inċiż, tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 li jelenka l-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli tistipula qawwa alkoħolika totali ta’ mhux aktar minn 15 % vol. Madankollu, dan il-limitu jista’ jiżdied sa 20 % vol. għall-inbejjed miksubin mingħajr arrikkiment, li jkunu prodotti f’ċerti żoni tal-vitikultura li għandhom jiġu definiti.

(2)

Il-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, kif ukoll l-Annessi V u VI għall-istess Regolament, jistabbilixxu regoli ġenerali dwar il-proċessi u l-prattiċi enoloġiċi, u jirreferu għall-bqija għar-regoli dettaljati tal-implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Jeħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar u preċiż il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati, inklużi l-metodi għaż-żieda ta’ ħlewwa fl-inbejjed, u jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti l-limiti għall-użu ta’ ċerti sustanzi, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ wħud minnhom.

(3)

L-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (2) jelenka l-prattiċi enoloġiċi awtorizzati. Jaqbel li din il-lista tal-prattiċi enoloġiċi awtorizzati tinżamm f’Anness uniku, b’deskrizzjoni aktar sempliċi u koerenti, u aktar kompluta billi tqis il-progress tekniku li jkun sar.

(4)

L-Anness V-A għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 stabbilixxa, għall-inbejjed prodotti fil-Komunità, livelli massimi ta’ sulfiti ogħla minn dawk stipulati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed (OIV). Jeħtieġ li l-limiti jiġu allinjati ma’ dawk internazzjonalment rikonoxxuti tal-OIV, u li jinżammu derogi għal ċerti nbejjed ħelwin speċjali prodotti fi kwantitajiet żgħar, minħabba l-livell ogħla taz-zokkor tagħhom u sabiex tiġi garantita l-konservazzjoni tajba tagħhom. Fid-dawl tar-riżultati ta’ studji xjentifiċi għaddejjin dwar it-tnaqqis u s-sostituzzjoni tas-sulfiti fl-inbid u dwar il-konsum uman tas-sulfiti mill-inbid, għandu jkun provdut li l-valuri limiti jkunu jistgħu jiġu rriveduti ‘l isfel aktar ‘il quddiem.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti, għal perjodu determinat u għall-finijiet sperimentali, il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni mill-Istati Membri tal-użu ta’ ċerti prattiċi jew proċessi enoloġiċi li mhumiex koperti mir-regolamentazzjoni Komunitarja.

(6)

Il-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti, ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja u ta’ nbejjed frizzanti aromatiċi, teħtieġ għadd ta’ prattiċi speċifiċi, minbarra dawk enoloġiċi diġà awtorizzati. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jeħtieġ li dawn il-prattiċi jiġu stipulati f’Anness separat.

(7)

Il-produzzjoni ta’ nbejjed likur teħtieġ, minbarra l-prattiċi enoloġiċi diġà awtorizzati, għadd ta’ prattiċi speċifiċi, u l-produzzjoni ta’ ċerti nbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini għandha ċerti partikularitajiet. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jeħtieġ li dawn il-prattiċi u restrizzjonijiet jiġu stipulati f’Anness separat.

(8)

It-taħlit ta’ nbejjed (coupage) huwa prattika enoloġika komuni u, filwaqt li jitqiesu l-effetti li jista’ jkollu fuq il-kwalità tal-inbejjed, jeħtieġ li d-definizzjoni tiegħu tiġi ppreċiżata u l-użu tiegħu jiġi rregolat, sabiex jiġi evitat l-abbuż u jkun żgurat livell għoli ta’ kwalità tal-inbejjed li hu kompatibbli ma’ kompetittività akbar fis-settur. Għal dawn l-istess raġunijiet, u f’dak li jirrigwarda l-produzzjoni tal-inbid rosé, dan l-użu għandu jiġi rregolat b’mod aktar partikolari għal ċerti nbejjed li mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ speċifikazzjoni ta’ denominazzjoni.

(9)

Speċifikazzjonijiet rigward il-purità u l-identità ta’ għadd importanti ta’ sustanzi użati fil-prattiċi enoloġiċi diġà huma stabbiliti fil-qafas tar-regolamentazzjoni Komunitarja dwar l-oġġetti tal-ikel, kif ukoll fil-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali (International Oenological Codex) tal-OIV. Għal raġunijiet ta’ armonizzazzjoni u ċarezza, jeħtieġ li ssir referenza għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet mill-bidu, u li jiġu kkompluti b’regoli speċifiċi għas-sitwazzjoni tal-Komunità.

(10)

Il-prodotti tal-inbid li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, jew mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq. Madankollu, l-użu industrijali ta’ wħud minn dawk il-prodotti huwa permess, u l-kundizzjonijiet ta’ dan l-użu għandhom jiġu ppreċiżati sabiex ikun żgurat monitoraġġ xieraq tal-użu aħħari tal-istess prodotti. Barra minn hekk, biex jiġi evitat telf ekonomiku għall-operaturi li għandhom ħażniet ta’ ċerti prodotti magħmulin qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li jkun provdut li l-prodotti magħmulin skont ir-regoli li jkunu fis-seħħ sa dik id-data jkunu jistgħu jinħarġu għall-konsum.

(11)

Il-punt D.4 tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jistipula li kull operazzjoni ta’ arrikkiment, aċidifikazzjoni jew deaċidifikazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti. Dan japplika wkoll għall-kwantitajiet ta’ zokkor, most ikkonċentrat jew most irrettifikat miżmuma minn persuni naturali jew legali li jwettqu l-operazzjonijiet imsemmija. L-għan ta’ dik in-notifika huwa li jippermetti li l-operazzjonijiet ikunu ssorveljati. Għaldaqstant, in-notifiki għandhom jiġu indirizzati lejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha ssir l-operazzjoni, u għandhom ikunu kemm jista’ jkun preċiżi. Meta tkun involuta żieda fil-qawwa alkoħolika, l-awtorità kompetenti għandha tkun innotifikata fi żmien biżżejjed biex tkun tista’ twettaq verifika effettiva.

(12)

Fil-każ ta’ aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni, verifika wara l-operazzjoni tkun biżżejjed. Għalhekk, biex ikunu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi, għandu jkun permess li dawk in-notifiki jsiru billi jiġu aġġornati r-rekords regolarment ivverifikati mill-awtorità kompetenti, għajr għall-ewwel notifika fis-sena tal-għasra. F’ċerti Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli analitiċi b’mod sistematiku tal-lottijiet kollha ta’ prodotti li bihom isir l-inbid. Sakemm dawk il-kundizzjonijiet jibqgħu japplikaw, id-dikjarazzjoni tal-intenzjoni biex isir arrikkiment tal-inbid mhijiex indispensabbli.

(13)

B’deroga mir-regola ġenerali stabbilita fil-punt D tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, it-tferrigħ ta’ nbid jew most fil-karfa, fir-residwu mill-għasra jew fil-polpa magħsura tal-“aszú” jew tal-“výber”, huwa karatteristika essenzjali tal-produzzjoni ta’ ċerti nbejjed Ungeriżi u Slovakki. Il-kundizzjonijiet partikulari ta’ din il-prattika għandhom jiġu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri rispettivi fl-1 ta’ Mejju 2004.

(14)

L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jistipula li l-metodi ta’ analiżi biex tiġi stabbilita l-kompożizzjoni tal-prodotti koperti mill-istess Regolament, kif ukoll ir-regoli biex jiġi vverifikat jekk dawk il-prodotti kinux soġġetti għal trattament mhux konformi mal-prattiċi enoloġiċi awtorizzati, huma dawk rakkomandati u ppubblikati mill-OIV fil-Kompendju tal-Metodi Internazzjonali ta’ Analiżi tal-Inbejjed u l-Mosti (Compendium of International Methods of Analysis of Wines and Musts) tal-OIV. Fil-każ li jkunu meħtieġa metodi ta’ analiżi speċifiċi għal ċerti prodotti tal-inbid Komunitarji u li mhumiex stabbiliti mill-OIV, jeħtieġ li dawk il-metodi Komunitarji jiġu deskritti.

(15)

Biex tiġi żgurata trasparenza akbar, jeħtieġ li jiġu ppubblikati fil-livell Komunitarju l-lista u d-deskrizzjoni tal-metodi ta’ analiżi kkonċernati.

(16)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jitħassru r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 tas-17 ta’ Settembru 1990 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid (3), u (KE) Nru 423/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi enoloġiċi (4).

(17)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Regolamentazzjoni stabbilit bl-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tat-Titolu III, il-Kapitoli I u II, tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Artikolu 2

Żoni ta’ vitikultura fejn l-inbejjed jista’ jkollhom qawwa alkoħolika totali massima ta’ 20 % vol.

Iż-żoni ta’ vitikultura msemmija fil-punt 1, it-tieni subparagrafu, il-punt c), l-ewwel inċiż tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, huma dawk taż-żoni C I, C II u C III, imsemmija fl-Anness IX għall-istess Regolament, kif ukoll il-meded taż-żona B fejn jistgħu jiġu prodotti l-inbejjed bojod b’indikazzjoni ġeografika protetta li ġejjin: “Vin de pays de Franche-Comté” u “Vin de pays du Val de Loire”.

Artikolu 3

Prattiċi enoloġiċi awtorizzati u restrizzjonijiet

1.   Il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u ż-żamma ta’ prodotti koperti bir-Regolament (KE) Nru 479/2008, imsemmija fl-Artikolu 29(1) tiegħu, huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   Il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati, il-kundizzjonijiet tal-użu u l-limiti tat-tħaddim tagħhom huma indikati fl-Anness I A.

3.   Il-limiti massimi tal-kontenut ta’ dijossidu tal-kubrit tal-inbejjed huma indikati fl-Anness I B.

4.   Il-limiti massimi tal-kontenut ta’ aċidu volatili huma indikati fl-Anness I C.

5.   Il-kundizzjonijiet relattivi għall-prattiċi taż-żieda ta’ ħlewwa fl-inbid huma stabbiliti fl-Anness I D.

Artikolu 4

Użu sperimentali ta’ prattiċi enoloġiċi ġodda

1.   Għall-għanijiet sperimentali msemmija fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, kull Stat Membru jista’ jawtorizza l-użu ta’ ċerti prattiċi u proċessi enoloġiċi li mhumiex koperti bir-Regolament (KE) Nru 479/2008 jew f’dan ir-Regolament, għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li:

(a)

il-prattiċi u l-proċessi kkonċernati jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27(2), kif ukoll mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 30(b) u (e), tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

(b)

il-prattiċi u l-proċessi kkonċernati jiġu applikati għal kwantitajiet li ma jaqbżux il-50 000 ettolitru fis-sena u għal kull esperiment;

(c)

l-Istat Membru kkonċernat jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-bidu tal-esperiment bit-termini ta’ kull awtorizzazzjoni;

(d)

il-proċessi jinkitbu fid-dokument ta’ akkumpanjament imsemmi fl-Artikolu 112(1) kif ukoll fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

“Esperiment” tfisser operazzjoni jew operazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta’ proġett ta’ riċerka definit sewwa bi protokoll sperimentali uniku.

2.   Il-prodotti miksubin mill-użu sperimentali ta’ tali prattiċi u proċessi jistgħu jitqiegħdu fis-suq ta’ Stat Membru differenti minn dak ikkonċernat, dejjem jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru destinatarju jkunu ġew infurmati bil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u bil-kwantitajiet ikkonċernati mill-Istat Membru li awtorizza l-esperiment.

3.   Matul tliet xhur wara tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar l-esperiment awtorizzat u r-riżultati tiegħu, u l-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-istess esperiment.

4.   Skont dawn ir-riżultati, l-Istat Membru kkonċernat jista’ japplika għall-awtorizzazzjoni mingħand il-Kummissjoni biex ikompli l-esperiment, possibbilment bi kwantità akbar minn dik tal-esperiment oriġinali, għal perjodu massimu ieħor ta’ tliet snin. L-Istat Membru għandu jibgħat dossier xieraq b’sostenn tal-applikazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113 (2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni biex jitkompla l-esperiment.

Artikolu 5

Prattiċi enoloġiċi applikabbli għall-kategoriji ta’ nbejjed frizzanti

Il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet, inkluż fejn jidħlu l-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni, fir-rigward tal-inbejjed frizzanti, l-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja u l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja, imsemmija fl-Artikolu 32, it-tieni subparagrafu, il-punt b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, huma stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-prattiċi enoloġiċi u għar-restrizzjonijiet ġenerali pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 479/2008 jew fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Prattiċi enoloġiċi applikabbli għall-kategoriji ta’ nbejjed likur

Il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet fir-rigward tal-inbejjed likur imsemmija fl-Artikolu 32, it-tieni subparagrafu, il-punt c) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, huma stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-prattiċi enoloġiċi u għar-restrizzjonijiet ġenerali pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 479/2008 jew fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Definizzjoni tal-coupage

1.   Fit-tifsira tal-Artikolu 32, it-tieni subparagrafu, il-punt d) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-“coupage” tfisser it-taħlit ta’ nbejjed jew ta’ mosti ta’ oriġini differenti, ta’ varjetajiet differenti ta’ dwieli, ta’ snin tal-ħsad differenti jew ta’ kategoriji differenti ta’ nbid.

2.   Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala kategoriji differenti ta’ nbejjed jew ta’ mosti:

(a)

l-inbid aħmar, l-inbid abjad, kif ukoll il-mosti jew l-inbejjed xierqa biex jipproduċu waħda minn dawn il-kategoriji ta’ nbid;

(b)

l-inbid mingħajr denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-inbid b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) u l-inbid b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), kif ukoll il-mosti jew l-inbejjed xierqa biex jipproduċu waħda minn dawn il-kategoriji ta’ nbid.

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, l-inbid rożè għandu jitqies bħala nbid aħmar.

3.   Il-proċessi li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala coupage:

(a)

l-arrikkiment permezz taż-żieda ta’ most ikkonċentrat jew il-most ikkonċentrat rettifikat;

(b)

iż-żieda ta’ ħlewwa.

Artikolu 8

Regoli ġenerali għat-taħlit u l-coupage

1.   Inbid jista’ jinkiseb permezz tat-taħlit jew il-coupage biss jekk il-komponenti ta’ dak it-taħlit jew coupage ikollhom il-karatteristiċi meħtieġa għall-ksib ta’ nbid, u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u ta’ dan ir-Regolament.

It-taħlit ta’ nbid abjad bla DPO/IĠP ma’ nbid aħmar bla DPO/IĠP ma jistax jipproduċi nbid rosé.

Madankollu, id-dispożizzjoni provduta fit-tieni subparagrafu ma teskludix taħlit tat-tip imsemmi f’dak is-subparagrafu meta l-prodott finali huwa maħsub għall-preparazzjoni ta’ cuvée kif definit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jew għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti.

2.   Il-coupage ta’ most jew ta’ nbid li jkun ġie soġġett għall-prattika enoloġika msemmija fil-punt 14 tal-Anness I A għal dan ir-Regolament, flimkien ma’ most jew inbid li ma ġiex soġġett għall-istess prattika enoloġika, huwa pprojbit.

Artikolu 9

Speċifikazzjonijiet ta’ purità u ta’ identifikazzjoni tas-sustanzi użati fil-prattiċi enoloġiċi

1.   Fejn mhumiex stabbiliti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE (5), l-ispeċifikazzjonijiet ta’ purità u ta’ identifikazzjoni tas-sustanzi użati mill-prattiċi enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 32, it-tieni subparagrafu, il-punt e) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, huma dawk stabbiliti u ppubblikati fil-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbejjed (OIV).

Fejn meħtieġ, dawn il-kriterji ta’ purità għandhom ikunu supplimentati b’rekwiżiti speċifiċi pprovduti fl-Anness I A għal dan ir-Regolament.

2.   L-enzimi u l-preparati enzimatiċi li jintużaw fil-prattiċi u t-trattamenti enoloġiċi awtorizzati elenkati fl-Anness I A jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel (6).

Artikolu 10

Kundizzjonijiet għaż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ prodotti mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jew ta’ dan ir-Regolament

1.   Il-prodotti mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (KE) nru 479/2008 jew mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jinqerdu. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ ċerti prodotti, b’karatteristiċi li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, fid-distilleriji, fil-fabbriki tal-ħall jew għal skopijiet industrijali.

2.   Dawk il-prodotti ma jistgħux jinżammu mingħajr kawża leġittima minn produttur jew negozjant, u jistgħu jinġarru biss lejn distilleriji, fabbriki tal-ħall, jew stabbilimenti li jużawhom għal skopijiet jew prodotti industrijali, jew lejn impjanti tar-rimi.

3.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żieda ta’ denaturanti jew indikaturi fl-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati aħjar. Fejn ikun ġustifikat, jistgħu wkoll jipprojbixxu l-użi msemmija fil-paragrafu 1 u jitolbu il-qerda tal-prodotti kkonċernati.

4.   L-inbejjed prodotti sal-1 ta’ Awwissu 2009 jistgħu jiġu offruti jew maħruġa għall-konsum uman dirett, dejjem jekk jissodisfaw ir-regoli Komunitarji jew nazzjonali fis-seħħ qabel dik id-data.

Artikolu 11

Kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-arrikkiment, għall-aċidifikazzjoni u għad-deaċidifkazzjoni ta’ prodotti minbarra l-inbid

Il-proċessi msemmija fil-punt D 1 tal-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandhom jitwettqu f’operazzjoni waħda. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li xi wħud minn dawn il-proċessi jitwettqu f’aktar minn operazzjoni waħda, fejn din il-prattika tiżgura vinifikazzjoni aħjar tal-prodotti kkonċernati. F’dan il-każ, il-limiti stabbiliti fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandhom japplikaw għall-operazzjoni sħiħa.

Artikolu 12

Regoli amministrattivi applikabbli għall-arrikkiment

1.   In-notifika msemmija fil-punt D 4 tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 rigward l-operazzjonijiet biex tiżdied il-qawwa alkoħolika għandha ssir mill-persuni naturali jew legali li jwettqu l-operazzjonijiet ikkonċernati, f’limiti ta’ żmien u kundizzjonijiet ta’ kontroll xierqa stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu titwettaq l-operazzjoni.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir bil-miktub u għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni;

(b)

il-lokalità fejn l-operazzjoni għandha titwettaq;

(c)

id-data u l-ħin meta għandha tibda l-operazzjoni;

(d)

id-deskrizzjoni tal-prodott li għandu jkun soġġett għall-operazzjoni;

(e)

il-proċess użat fl-operazzjoni, bid-dettalji tat-tip ta’ prodott li għandu jintuża.

3.   L-Istati Membri għandhom jippermettu li notifikazzjonijiet bil-quddiem li jkopru diversi operazzjonijiet jew perjodu speċifikat jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti. Tali notifiki għandhom jintlaqgħu biss jekk il-persuna li tagħmel in-notifika żżomm rekord bil-miktub ta’ kull operazzjoni ta’ arrikkiment kif imsemmi fil-paragrafu 6, kif ukoll it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.   Fejn il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ twettaq l-operazzjoni notifikata fiż-żmien stipulat minħabba forza maġġuri, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom dik il-persuna tista’ tibgħat notifika ġdida lill-awtorità kompetenti biex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki meħtieġa.

5.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 mhijiex meħtieġa fi Stati Membri fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ kontroll iwettqu verifiki analitiċi b’mod sistematiku tal-lottijiet kollha ta’ prodotti li minnhom isir l-inbid.

6.   Id-dettalji dwar l-operazzjonijiet biex tiżdied il-qawwa alkoħolika għandhom jiddaħħlu fir-reġistri msemmija fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 malli tkun intemmet l-operazzjoni.

Fil-każ li notifika mibgħuta bil-quddiem li tkopri diversi operazzjonijiet ma tinkludix id-data u l-ħin tal-bidu tal-operazzjonijiet, għandha terġa’ tiddaħħal fir-reġistri qabel ma tibda kull operazzjoni.

Artikolu 13

Regoli amministrattivi applikabbli għall-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni

1.   In-notifika msemmija fil-punt D 4 tal-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 479/2008, f’dak li jirrigwarda l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni, għandha titressaq mill-operaturi sa mhux aktar tard mit-tieni jum wara l-ewwel operazzjoni mwettqa matul sena tal-għasra. In-notifika tkun valida għall-operazzjonijiet kollha matul is-sena tal-għasra.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir bil-miktub, u għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni;

(b)

fiex tikkonsisti l-operazzjoni;

(c)

il-lokalità fejn tkun saret l-operazzjoni.

3.   Id-dettalji rigward kull operazzjoni ta’ aċidifikazzjoni jew deaċidifikazzjoni għandhom jiddaħħlu fir-reġistri msemmija fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Artikolu 14

Tferrigħ ta’ nbid jew most fil-karfa, fir-residwu mill-għasra jew fil-polpa magħsura ta’ “aszú” jew “výber”

It-tferrigħ ta’ nbid jew most fil-karfa, fir-residwu mill-għasra jew fil-polpa magħsura ta’ “aszú” jew “výber”, kif imsemmi fil-punt D 2 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għandu jitwettaq kif ġej, skont id-disposizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004:

(a)

it-“Tokaji fordítás” jew it-“Tokajský forditáš” għandu jiġi preparat billi jitferra' most jew inbid fil-polpa magħsura tal-“aszú”jew tal-“výber”;

(b)

it-“Tokaji máslás” jew it-“Tokajský mášláš” għandu jiġi preparat billi jitferra' most jew inbid fil-karfa ta’ “szamorodni”/“samorodné” jew tal-“aszú”/“výber”.

Il-prodotti kkonċernati għandhom joriġinaw mill-istess sena tal-ħsad.

Artikolu 15

Metodi ta’ analiżi Komunitarji applikabbli

1.   Il-metodi ta’ analiżi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 li huma applikabbli għall-kontroll ta’ ċerti prodotti tal-inbid jew ta’ ċerti limiti stabbiliti fil-livell Komunitarju, huma inklużi fl-Anness IV.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika, fis-sejre C ta’ Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, il-lista u d-deskrizzjoni tal-metodi ta’ analiżi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, u deskritti fil-Kompendju tal-Metodi Internazzjonali ta’ Analiżi tal-Inbejjed u l-Mosti (Compendium of International Methods of Analysis of Wines and Musts) tal-OIV, li huma applikabbli għall-kontroll tal-limiti u tar-rekwiżiti stabbiliti fir-regolamentazzjoni Komunitarja għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid.

Artikolu 16

Tħassir

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2676/90 u (KE) Nru 423/2008 huma b’dan imħassra.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra u għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2009

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER-BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1.

(4)  ĠU L 127, 15.5.2008, p. 13.

(5)  ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.


ANNESS I A

PRATTIĊI U PROĊESSI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI

1

2

3

Prattika enoloġika

Kundizzjonijiet tal-użu (1)

Limiti tal-użu

1

iż-żieda ta’ gass jew iż-żieda ta’ ossiġenu minn ossiġenu gassuż

 

 

2

trattament bis-sħana

 

 

3

iċ-ċentrifugazzjoni u l-filtrazzjoni b’aġent ta’ filtrar inert jew mingħajru

 

L-użu ta’ aġent ma għandux iħalli residwi mhux mixtieqa fil-prodott trattat

4

l-użu tad-dijossidu tal-karbonju, l-argon jew in-nitroġenu, waħdu jew imħallat, biex tinħoloq atmosfera inerta u biex il-prodott ikun jista’ jiġi manipulat protett mill-arja

 

 

5

l-użu ta’ ħmejjer ta’ vinifikazzjoni, niexfa jew f’sospenzjoni tal-inbid

Biss għall-għeneb frisk, il-most, il-most parzjalment iffermentat, il-most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, il-most ikkonċentrat, l-inbid ġdid li għadu jiffermenta, kif ukoll għat-tieni fermentazzjoni alkoħolika ta’ kull kategorija ta’ nbid frizzanti

 

6

l-użu ta’ sustanza waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, biż-żieda possibbli taċ-ċelluloża mikrokristallina bħala eċċipjent, biex jixpruna l-iżvilupp tal-ħmejjer:

 

 

iż-żieda tal-fosfat tad-dijammonju jew tas-sulfat tal-ammonju

Biss għall-għeneb frisk, il-most, il-most parzjalment iffermentat, il-most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, il-most ikkonċentrat, l-inbid ġdid li għadu jiffermenta, kif ukoll għat-tieni fermentazzjoni alkoħolika ta’ kull kategorija ta’ nbid frizzanti

Sal-limitu ta’ użu rispettiv ta’ 1 g/l (espress fi mluħa) (2) jew ta’ 0,3 g/l għat-tieni fermentazzjoni tal-inbejjed frizzanti

iż-żieda tal-bisulfit tal-ammonju

Biss għall-għeneb frisk, il-most, il-most parzjalment iffermentat, il-most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, il-most ikkonċentrat, u l-inbid ġdid li għadu jiffermenta

Sal-limitu ta’ użu rispettiva ta’ 0,2 g/l (espress fi mluħa) (2) u l-limiti msemmija fil-punt 7

iż-żieda tal-idroklorur tat-tijamina

Biss għall-għeneb frisk, il-most, il-most parzjalment iffermentat, il-most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, il-most ikkonċentrat, l-inbid ġdid li għadu jiffermenta, kif ukoll għat-tieni fermentazzjoni alkoħolika ta’ kull kategorija ta’ nbid frizzanti

Sal-limitu ta’ użu ta’ 0,6 g/l (espress fi mluħa) għal kull operazzjoni

7

l-użu tad-dijossidu tal-kubrit, tal-potassju bisulfit jew tal-potassju metabisulfit, imsejħa wkoll potassju disulfit jew potassju pirosulfit

 

Limiti (il-kwantità massima fil-prodott imqiegħed fis-suq) stipulati fl-Anness I-B

8

it-tneħħija tad-dijossidu tal-kubrit permezz ta’ proċessi fiżiċi

Biss għall-għeneb frisk, il-most, il-most parzjalment iffermentat, il-most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, il-most ikkonċentrat, il-most ikkonċentrat rettifikat, u l-inbid ġdid li għadu jiffermenta

 

9

it-trattament bil-faħam għall-użu enoloġiku

Biss għall-most, l-inbid ġdid li għadu jiffermenta, il-most ikkonċentrat rettifikat, u l-inbid abjad

Sal-limitu ta’ użu ta’ 100 g ta’ prodott niexef kull hl

10

il-klarifikazzjoni permezz ta’ waħda jew iżjed mis-sustanzi għall-użu enoloġiku li ġejjin:

il-ġelatina tal-ikel,

proteini veġetali mill-qamħ jew mill-piżelli,

l-isinglass,

il-kaseina u l- kaseinat tal-potassju,

l-albumin tal-bajd,

il-bentonit,

id-dijossidu tas-silika f’forma ta’ ġell jew soluzzjoni kollojdali,

il-kawlina,

it-tannin,

l-enżimi pektinolittiċi,

preparazzjonijiet enżimatiċi tal- beta-glucanase

Kundizzjonijiet għall-użu tal-beta-glucanase pprovduti fl-Appendiċi 1

 

11

l-użu tal-aċidu sorbiku f’forma ta’ sorbat tal-potassju

 

Kwantità massima ta’ aċidu sorbiku fil-prodott ittrattat, imqiegħed fis-suq: 200 mg/l

12

l-użu tal-aċidu L(+) tartariku, l-aċidu L-maliku, l-aċidu D, L-maliku jew l-aċidu tal-ħalib għall-aċidifikazzjoni

Kundizzjonijiet u limiti stipulati fil-punti C u D tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u fl-Artikoli 11 u 13 ta’ dan ir-Regolament

Speċifikazzjonijiet għall-aċidu L(+) tartariku stipulati fil-paragrafu 2 tal-Appendiċi 2

 

13

l-użu ta wieħed jew iżjed mis-sustanzi li ġejjin għad-deaċidifikazzjoni:

it-tartrat newtrali tal-potassju,

bikarbonat tal-potassju,

il-karbonat tal-kalċju, li jista’ jkun fih kwantitajiet żgħar tal-melħ doppju tal-kalċju tal-aċidi L(+) tartariku u L(-) maliku,

it-tartrat tal-kalċju,

l-aċidu L(+) tartariku

preparazzjoni omoġenja tal-aċidu tartariku u tal-karbonat tal-kalċju fi proporzjonijiet ekwivalenti u mitħuna fin

Kundizzjonijiet u limiti stipulati fil-punti C u D tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u fl-Artikoli 11 u 13 ta’ dan ir-Regolament

Għall-aċidu L(+) tartariku, il-kundizzjonijiet huma stipulati fl-Appendiċi 2

 

14

iż-żieda tar-raża miż-żnuber ta’ Aleppo

Kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 3

 

15

l-użu ta’ preparazzjonijiet tal-ġnub taċ-ċelulla tal-ħmira

 

Sal-limitu ta’ użu ta’ 40 g/hl

16

l-użu tal- polyvinylpolypyrrolidone

 

Sal-limitu ta’ użu ta’ 80 g/hl

17

l-użu ta’ batterji tal-ħalib

 

 

18

iż-żieda tal-lysozyme

 

Sal-limitu ta’ użu ta’ 500 mg/l (fejn iż-żieda ssir mal-most u mal-inbid, il-kwantità akkumulata ma għandhiex taqbeż il-500 mg/l)

19

iż-żieda tal-aċidu L-askorbiku

 

Kwantità massima fl-inbid ittrattat u mqiegħed fis-suq: 250 mg/l (3)

20

l-użu ta’ rażi ta’ skambju tal-jonji

Biss għall-most maħsub għall-produzzjoni tal-most ikkonċentrat rettifikat, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4

 

21

l-użu fi nbid xott ta’ karfa friska, li tkun tajba u mhux dilwita, u li fiha ħmejjer mill-vinifikazzjoni reċenti ta’ nbid xott

Għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, u 9, 15 u 16 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 479/2008

Kwantitajiet mhux akbar minn 5 % fil-volum tal-prodott ittrattat

22

iż-żieda ta’ bżieżaq bl-użu tal-argon jew tan-nitroġenu

 

 

23

iż-żieda tad-dijossidu tal-karbonju

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 7 u 9 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008

Għall-inbejjed mhux frizzanti, il-kwantità massima ta’ dijossidu tal-karbonju fl-inbid ittrattat u mqiegħed fis-suq hija 3 g/l, u l-pressjoni żejda minħabba d-dijossidu tal-karbonju għandha tkun inqas minn 1 bar f’temperatura ta’ 20 °C

24

iż-żieda tal-aċidu ċitriku għall-istabbilizzazzjoni tal-inbid

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008

Kwantità massima fl-inbid ittrattat u mqiegħed fis-suq: 1 g/l

25

iż-żieda ta’ tannini

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008

 

26

it-trattament:

tal-inbid abjad u l-inbid rożè bil-ferroċjanur tal-potassju,

tal-inbid aħmar bil-ferroċjanur tal-potassju, jew bil-kalċju phytate

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 5

Għall-kalċju phytate, sal-limitu ta’ użu ta’ 8 g/hl

27

iż-żieda tal-aċidu metatartariku

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008

Sal-limitu ta’ użu ta’ 100 mg/hl

28

l-użu tal-akaċja

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008

 

29

l-użu tal-aċidu D, L-tartariku, imsejjaħ ukoll aċidu raċemiku, jew tal-melħ newtrali tiegħu tal-potassju, għall-preċipitazzjoni tal- kalċju żejjed

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 5

 

30

l-użu biex jixpruna l-preċipitazzjoni tal-imluħa tartariċi:

tal-potassju bitartrat jew tal-idroġenotartrat tal-potassju,

tat-tartrat tal-kalċju

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008

Għat-tartrat tal-kalċju, sal-limitu ta’ użu ta’ 200 g/hl

31

l-użu tas-sulfat tar-ram jew taċ-ċitrat tar-ram għat-tneħħija ta’ difett fit-togħma jew fir-riħa tal-inbid

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008

Sal-limitu ta’ użu ta’ 1 g/hl, bil-kundizzjoni li l-prodott ittrattat ma jkollux kontenut tar-ram ogħla minn 1 mg/l

32

iż-żieda tal-karamella, fit-tifsira tad-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel, għat-tisħiħ tal-kulur (4)

Għall-inbejjed likur biss

 

33

l-użu ta’ diski tal-paraffin pur imxappa bl-allyl isothiocyanate sabiex tinħoloq atmosfera sterilizzata

Biss għall-most parzjalment iffermentat maħsub għall-konsum uman dirett kif inhu.

Permess biss fl-Italja, sakemm ma jkunx ipprojbit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u biss f’kontenituri li jesgħu aktar minn 20 litru

M’għandu jkun hemm l-ebda traċċa tal-allyl isothiocyanate fl-inbid.

34

iż-żieda tad- dimetildikarbonat (DMDC) fl-inbid għall-istabbilizzazzjoni mikrobijoloġika

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 6

Sal-limitu ta’ użu ta’ 200 mg/l, mingħajr l-ebda traċċa ta’ residwi fl-inbid imqiegħed fis-suq

35

iż-żieda ta’ mannoproteini tal-ħmira biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika u proteinika tal-inbid

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008

 

36

it-trattament bl-elettrodijaliżi sabiex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 7

 

37

l-użu tal-ureża biex jitnaqqas il-livell tal-urea fl-inbid

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 8

 

38

l-użu ta’ biċċiet tal-injam tal-ballut fil-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid, inkluż għall-fermentazzjoni tal-għeneb frisk u tal-most

Kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 9

 

39

l-użu:

tal-alġinat tal-kalċju, jew

tal-alġinat tal-potassju

Biss għall-produzzjoni tal-kategoriji kollha ta’ nbid frizzanti u semifrizzanti, miksubin permezz tal-fermentazzjoni fil-flixkun u bil-karfa separata permezz ta’ tiswib

 

40

id-dealkoħolizzazzjoni parzjali tal-inbid

Biss għall-inbid, u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 10

 

41

l-użu ta’ kopolimeri polyvinylimidazole/polyvinylpyrrolidone (PVI/PVP), biex jitnaqqas il-kontenut ta’ ram, ta’ ħadid u ta’ metalli tqal

Kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 11

Sal-limitu ta’ użu ta’ 500 mg/l (fejn iż-żieda ssir mal-most u mal-inbid, il-kwantità akkumulata ma għandhiex taqbeż il-500 mg/l)

42

iż-żieda tal-carboxymethylcellulose (gomom taċ-ċelluloża) biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika

Biss għall-inbid u għall-kategoriji kollha tal-inbid frizzanti u semifrizzanti

Sal-limitu ta’ użu ta’ 100 mg/hl

43

it-trattament bl-iskambju tal-katjoni biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid

Għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett kif inhu, u għall-prodotti definiti fil-punti 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 12

 


(1)  Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prattika jew il-proċess deskritti jistgħu jintużaw għall-għeneb frisk, il-most, il-most parzjalment iffermentat, il-most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, il-most ikkonċentrat, l-inbid ġdid għadu jiffermenta, most parzjalment iffermentat għall-konsum uman dirett, l-inbid, kull kategorija ta’ nbid frizzanti, l-inbid semifrizzanti, l-inbid frizzanti bil-gass, l-inbid likur, l-inbid magħmul minn għeneb imqadded, u l-inbid magħmul minn għeneb misjur iżżejjed.

(2)  Dawn l-imluħa tal-ammonju jistgħu wkoll jintużaw flimkien, sal-limitu globali ta’ 1 g/l, bla ħsara għal-limiti speċifiċi ta’ 0,3 g/l jew 0,2 g/l stabbiliti hawn fuq.

(3)  Limitu ta’ użu ta’ 250 mg/l għal kull operazzjoni.

(4)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13.

Appendiċi 1

Rekwiżiti għall-beta-glucanase

1.

Kodiċi internazzjonali għall-beta-glucanase: E.C. 3-2-1-58

2.

Beta-glucan hydrolase (tqassim tal-glucan f’Botrytis cinerea)

3.

Oriġini: Trichoderma harzianum

4.

Qasam tal-applikazzjoni: it-tqassim tal-beta-glucans preżenti fl-inbejjed, b’mod partikolari dawk ġejjin minn għeneb botritizzat

5.

Doża massima: 3 g tal-preparament enżimatiku li jkun fih 25 % solidi organiċi totali (TOS) kull ettolitru

6.

Speċifikazzjonijiet tal-purità kimika u mikrobijoloġika:

Telf fit-tnixxif

Anqas minn 10 %

Metalli tqal

Anqas minn 30 ppm

Pb

Anqas minn 10 ppm

As

Anqas minn 3 ppm

Koliformi totali

Assenti

Escherichia coli

Assenti f’kampjun ta’ 25 g

Salmonella spp

Assenti f’kampjun ta’ 25 g

Għadd aerobiku

Anqas minn 5 × 104 ċelluli/g

Appendiċi 2

Aċidu L(+) tartariku

1.

L-aċidu tartariku, li l-użu tiegħu għad-deaċidifikazzjoni huwa pprovdut fil-punt 13 tal-Anness I A, jista’ jintuża biss għall-prodotti:

 

li ġejjin mill-varjetajiet ta’ dwieli Elbling u Riesling; u

 

li huma miksuba minn għeneb maħsud mir-reġjuni ta’ vitikultura li ġejjin min-naħa tat-tramuntana taż-żona vitikola A:

Ahr,

Rheingau,

Mittelrhein,

Mosel,

Nahe,

Rheinhessen,

Pfalz,

Moselle luxembourgeoise.

2.

L-aċidu tartariku, li l-użu tiegħu huwa pprovdut fil-punti 12 u 13 ta’ dan l-Anness, imsejjaħ ukoll aċidu L(+) tartariku, għandu jkun ta’ oriġini agrikola, u estratt speċifikament minn prodotti tal-inbid. Għandu jkun konformi wkoll mal-kriterji ta’ purità stipulati fid-Direttiva 2008/84/KE.

Appendiċi 3

Raża miż-żnuber ta’ Aleppo

1.

Ir-raża miż-żnuber ta’ Aleppo, li l-użu tagħha huwa pprovdut fil-punt 14 tal-Anness I A, tista’ tintuża biss għall-produzzjoni ta’ nbid “retsina”. Din il-prattika enoloġika tista’ titwettaq biss:

(a)

fit-territorju ġeografiku tal-Greċja;

(b)

ma’ most mill-varjetajiet ta’ għeneb, iż-żoni ta’ produzzjoni u ż-żoni tal-vitikultura ddeterminati fid-dispożizzjonijiet Griegi fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1980;

(ċ)

biż-żieda ta’ 1 000 gramma raża jew anqas kull ettolitru tal-prodott użat, qabel il-fermentazzjoni jew inkella, fejn il-qawwa alkoħolika fil-volum reali ma taqbiżx terz tal-qawwa alkoħolika totali fil-volum, matul il-fermentazzjoni.

2.

Jekk il-Greċja tkun biħsiebha temenda d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-quddiem. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx fi żmien xahrejn għal dik in-notifika, il-Greċja tista’ timplimenta l-emendi maħsuba.

Appendiċi 4

Rażi ta’ skambju tal-jonji

1. Ir-rażi ta’ skambju tal-jonji li jistgħu jintużaw skont il-punt 20 tal-Anness I A huma kopolimeri tal-istirene jew tad-divinilbenżina li fihom gruppi ta’ aċidu sulfoniku jew ta’ ammonju. Għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1935/2004 (1) u fid-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, meta jsiru t-testijiet bil-metodu ta’ analiżi stabbilit fil-paragrafu 2, f’kull wieħed mis-solventi msemmija, ma għandhomx jitilfu aktar minn milligramma kull litru ta’ materja organika. Għandhom jiġu rriġenerati b’sustanzi awtorizzati għall-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel.

Dawn ir-rażi jistgħu jintużaw biss taħt is-superviżjoni ta’ enologu jew tekniku, u fi stallazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jintużaw. Dawk l-awtoritajiet għandhom jistabbilixxu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-enologi u tat-tekniċi approvati.

2. Metodu ta’ analiżi għad-determinazzjoni tat-telf ta’ materja organika tar-rażi ta’ skambju tal-jonji:

1.   SUĠĠETT U AMBITU TA’ APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi t-telf ta’ materja organika mir-rażi ta’ skambju tal-jonji.

2.   DEFINIZZJONI

It-telf ta’ materja organika mir-rażi ta’ skambju tal-jonji. It-telf jiġi ddeterminat bil-metodu deskritt hawn isfel.

3.   PRINĊIPJU

Is-solventi tal-estrazzjoni jiġu mgħoddija minn rażi mħejjija għal dan il-għan, u l-piż tal-materja organika estratta tiġi ddeterminata b’mod gravimetriku.

4.   REAĠENTI

Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ kwalità analitika.

Solventi tal-estrazzjoni.

4.1.   Ilma ddistillat jew ilma dejonizzat ta’ purità ekwivalenti.

4.2.   Preparazzjoni tal-etanol 15 % v/v, bit-taħlit ta’ 15-il parti ta’ etanol assolut ma’ 85 parti ta’ ilma (punt 4.1).

4.3.   Preparazzjoni tal-aċidu aċetiku 5 % m/m, bit-taħlit ta’ 5 partijiet ta’ aċidu aċetiku glaċjali ma’ 95 parti ta’ ilma (punt 4.1).

5.   TAGĦMIR

5.1.   Kolonni tal-kromatografija bl-iskambju tal-jonji.

5.2.   Ċilindri tal-kejl, b’kapaċità ta’ 2 litri.

5.3.   Dixxijiet ta’ evaporazzjoni kapaċi li jifilħu sħana ta’ 850 °C f’muffle furnace.

5.4.   Forn għat-tnixxif termostatikament ikkontrollat, b’temperatura ta’ 105 ± 2 °C.

5.5.   Muffle furnace termostatikament ikkontrollat, b’temperatura ta’ 850 ± 25 °C.

5.6.   Miżien analitiku bi preċiżjoni sa 0,1 mg.

5.7.   Evaporatur, hot plate jew evaporatur infra-aħmar.

6.   PROĊEDURA

6.1.   Żid ma’ kull waħda mill-kolonni tal-kromatografija bl-iskambju tal-jonji (punt 5.1) 50 ml tar-raża ta’ skambju tal-jonji li għandha tiġi ttestjata, wara li tkun ġiet maħsula u ttrattata skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant rigward il-preparazzjoni tar-rażi għall-użu fl-ikel.

6.2.   Għar-rażi anjoniċi, għaddi t-tliet solventi tal-estrazzjoni (punti 4.1, 4.2 u 4.3) separatament ma’ tul il-kolonni mħejjija għal dan il-għan (punt 6.1) b’rata ta’ nixxija ta’ 350 sa 450 ml fis-siegħa. Warrab kull darba l-ewwel litru ta’ elwat u iġbor iż-żewġ litri li jmiss fiċ-ċilindri tal-kejl (punt 5.2). Għar-rażi katjoniċi, għaddi biss iż-żewġ solventi indikati fil-punti 4.1 u 4.2 tul il-kolonni mħejjija għal dan il-għan.

6.3.   Evapora kull wieħed mit-tliet elwati fuq hot plate jew bl-evaporatur infra-aħmar (punt 5.7) f’dixx tal-evaporazzjoni (punt 5.3) imnaddfa u miżuna minn qabel (m0). Daħħal id-dixxijiet ġo forn (punt 5.4) u nixxef għal piż kostanti (m1).

6.4.   Wara li tirrekordja l-piż kostanti (punt 6.3), daħħal id-dixx tal-evaporazzjoni f’muffle furnace (punt 5.5) u inċinera sakemm jintlaħaq piż kostanti (m2).

6.5.   Ikkalkola l-materja organika estratta (punt 7.1). Jekk ir-riżultat huwa akbar minn 1 mg/l, wettaq test fil-vojt tar-reaġenti u erġa’ kkalkola l-piż tal-materjal organiku estratt.

It-test fil-vojt għandu jitwettaq bir-ripetizzjoni tal-operazzjonijiet indikati fil-punti 6.3 u 6.4, iżda bl-użu ta’ żewġ litri tas-solvent tal-estrazzjoni, biex jagħti l-piżijiet m3 u m4 fil-punti 6.3 u 6.4 rispettivament.

7.   ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

7.1.   Formula u kalkolu tar-riżultati:

Il-piż tal-materjal organiku estratt mir-rażi ta’ skambju tal-jonji, espress f’mg/litru, jinkiseb bil-formula:

500 (m1 — m2)

fejn m1 u m2 huma espressi fi grammi.

Il-piż korrett tal-materjal organiku estratt mir-rażi ta’ skambju tal-jonji, espress f’mg/litru, jinkiseb fil-formula:

500 (m1 — m2 — m3 + m4)

fejn m1, m2, m3 u m4 huma espressi fi grammi.

7.2.   Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet paralleli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandhiex taqbeż 0,2 mg/litru.


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

Appendiċi 5

Ferroċjanur tal-potassju

Kalċju phytate

Aċidu D, L-tartariku

L-użu tal-ferroċjanur tal-potassju, u l-użu tal-kalċju phytate pprovduti fil-punt 26 tal-Anness I A, jew l-użu tal-aċidu D, L-tartariku pprovdut fil-punt 29 tal-Anness I A, huma awtorizzati biss jekk it-trattament isir taħt is-sorveljanza ta’ enologu jew tekniku, approvat mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jsir it-trattament, u li r-responsabbiltajiet tiegħu huma ddeterminati, fejn meħtieġ, mill-Istat Membru kkonċernat.

Wara t-trattament bil-ferroċjanur tal-potassju jew bil-kalċju phytate, l-inbid għandu jkun fih traċċi ta’ ħadid.

Id-dispożizzjonijiet rigward is-sorveljanza tal-użu tal-prodotti msemmija fl-ewwel paragrafu huma dawk adottati mill-Istati Membri.

Appendiċi 6

Rekwiżiti għad-dimetildikarbonat

QASAM TAL-APPLIKAZZJONI

Id-dimetildikarbonat jista’ jiżdied mal-inbid bl-għan li ġej: l-istabbilizzazzjoni mikrobijoloġika tal-inbid fil-flixkun li fih zokkor fermentabbli.

REKWIŻITI

Iż-żieda għandha ssir biss ftit tal-ħin qabel l-ibbottiljar, definit bħala t-tqegħid tal-prodott ikkonċernat, għal finijiet kummerċjali, f’reċipjenti ta’ volum ta’ 60 litru jew anqas,

it-trattament jista’ jsir biss għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ta’ 5 g/l jew aktar,

il-prodott użat għandu jirrispetta l-kriterji ta’ purità stabbiliti bid-Direttiva 2008/84/KE,

it-trattament għandu jiġi rrekordjat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Appendiċi 7

Rekwiżiti għat-trattament bl-elettrodijaliżi

L-għan ta’ dan it-trattament huwa li tinkiseb stabbiltà tartarika tal-inbid fir-rigward tal-idroġenotartrat tal-potassju u tat-tartrat tal-kalċju (u mluħa oħrajn tal-kalċju), bl-estrazzjoni ta’ jonji fis-supersaturazzjoni fl-inbid taħt l-azzjoni ta’ kamp elettriku u bl-użu ta’ membrani li jkunu permeabbli għall-anjoni jew għall-katjoni.

1.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-MEMBRANI

1.1.   Il-membrani għandhom jiġu rranġati b’mod alternat f’sistema tat-tip “pressa ta’ filtru” jew xi sistema oħra addattata li tifred il-kompartimenti tat-trattament (inbid) minn dawk tal-konċentrazzjoni (ilma mormi).

1.2.   Il-membrani permeabbli għall-katjoni għandhom ikunu ddisinjati biex jiġbdu biss il-katjoni, b’mod partikolari l-katjoni K+ u Ca++.

1.3.   Il-membrani permeabbli għall-anjoni għandhom ikunu ddisinjati biex jiġbdu biss l-anjoni, b’mod partikolari l-anjoni tartariċi.

1.4.   Il-membrani m’għandhomx jimmodifikaw eċċessivament il-kompożizzjoni fiżikokimika jew il-karatteristiċi sensorjali tal-inbid. Għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandhom ikunu mmanifatturati bi qbil mal-prassi t-tajba tal-manifattura, minn sustanzi awtorizzati għall-manifattura ta’ materjali tal-plastiku maħsubin biex jiġu f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel msemmija fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE (1),

l-utent tat-tagħmir tal-elettrodijaliżi għandu juri li l-membrani użati jkunu dawk bil-karatteristiċi deskritti hawn fuq, u li kull tibdil ikun sar minn persunal speċjalizzat,

m’għandhom jirrilaxxaw l-ebda sustanza fi kwantità li tipperikola s-saħħa tal-bniedem jew li taffettwa ħażin it-togħma jew ir-riħa tal-oġġetti tal-ikel, u għandhom jilħqu l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2002/72/KE,

l-użu tagħhom m’għandux iwassal għal interazzjoni bejn il-kostitwenti tal-membrani u dawk tal-inbid, li kapaċi tirriżulta fil-formazzjoni, fil-prodott ittrattat, ta’ xi komponenti ġodda li jistgħu jkunu tossiċi.

L-istabbiltà tal-membrani ġodda tal-elettrodijaliżi għandha tkun stabbilita bl-użu ta’ simulatur li jirriproduċi l-kompożizzjoni fiżikokimiċi tal-inbid għall-istudju tal-migrazzjonijiet possibbli ta’ ċerti sustanzi irrilaxxati mill-membrani tal-elettrodijaliżi.

Il-metodu sperimentali rakkomandat huwa kif ġej:

Is-simulatur huwa soluzzjoni tal-ilma u l-alkoħol newtralizzata bil-pH u l-konduttività tal-inbid. Il-kompożizzjoni tagħha hija kif ġej:

etanol assolut: 11-il litru,

idroġenotartrat tal-potassju: 380 g,

klorur tal-potassju: 60 g,

aċidu sulfuriku kkonċentrat: 5 ml,

ilma ddistillat: qs 100 litru.

Din is-soluzzjoni tintuża għal testijiet ta’ migrazzjoni f’ċirkwit magħluq fuq kollona tal-elettrodijaliżi taħt tensjoni (1 volt/ċellula), u fuq il-bażi ta’ 50 l/m2 ta’ membrani anjoniċi u katjoniċi, sakemm tintlaħaq demineralizzazzjoni tas-soluzzjoni ta’ 50 %. Iċ-ċirkwit effluwenti jitqabbad b’soluzzjoni ta’ klorur tal-potassju ta’ 5 g/l. Is-sustanzi migranti jkunu ttestjati għalihom kemm fis-simulatur kif ukoll fl-effluwent tal-elettrodijaliżi.

Il-molekuli organiċi li jidħlu fil-kompożizzjoni tal-membrani u li għandhom it-tendenza li jemigraw fis-soluzzjoni ttrattata għandhom jiġu ddeterminati. Determinazzjoni speċifika għandha titwettaq għal kull wieħed minn dawn il-kostitwenti minn laboratorju approvat. Il-kontenut fis-simulatur tal-komponenti kollha ddeterminati għandu jkun ta’ anqas minn 50 g/l.

B’mod ġenerali, ir-regoli ġenerali għall-kontrolli tal-materjali li jiġu f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel għandhom japplikaw għal dawn il-membrani.

2.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-UŻU TAL-MEMBRANI

Il-par membrani applikabbli għat-trattament tal-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid bl-elettrodijaliżi huwa definit b’mod li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

it-tnaqqis fil-pH tal-inbid m’għandux ikun aktar minn 0,3 unitajiet pH,

it-tnaqqis fl-aċidu volatili għandu jkun anqas minn 0,12 g/l (2 meq. espress bħala aċidu aċetiku),

it-trattament bl-elettrodijaliżi m’għandux jaffettwa l-kostitwenti mhux joniċi tal-inbid, b’mod partikolari l-polifenoli u l-polisakkaridi,

id-diffużjoni ta’ molekoli żgħar bħall-etanol għandha titnaqqas u ma għandhiex twassal għal tnaqqis fil-qawwa alkoħolika tal-inbid ta’ aktar minn 0,1 % vol.,

il-membrani għandhom jinżammu u jitnaddfu bil-metodi approvati, b’sustanzi awtorizzati għall-użu fil-preparament tal-oġġetti tal-ikel,

il-membrani jkunu mmarkati biex jippermettu l-verifika tal-konformità mal-alternanza fil-kolonna,

it-tagħmir użat jitħaddem b’mekkaniżmu ta’ kmand u kontroll li għandu jqis l-instabbiltà partikolari ta’ kull inbid sabiex titneħħa biss is-supersaturazzjoni tal-idroġenotartrat tal-potassju u tal-imluħa tal-kalċju,

it-trattament għandu jitwettaq taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew tekniku kkwalifikat.

It-trattament għandu jiġi rrekordjat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.


(1)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.

Appendiċi 8

Rekwiżiti għall-ureża

1.

Kodiċi internazzjonali tal-ureża: EC 3-5-1-5, CAS Nru: 9002-13-5.

2.

Attività: ureża (attiv f’pH aċiduż), biex titqassam l-urea f’ammonja u f’dijossidu tal-karbonju. L-attività msemmija ma tkunx anqas minn 5 unitajiet/mg, unità waħda tkun definita bħala l-ammont ta’ enżima li tipproduċi μmol wieħed ta’ NH3 kull minuta f’37 °C minn konċentrazzjoni ta’ urea ta’ 5 g/l (f’pH 4).

3.

Oriġini: Lactobacillus fermentum.

4.

Qasam tal-applikazzjoni: it-tqassim tal-urea preżenti fi nbid maħsub għal maturazzjoni twila, fejn il-konċentrazzjoni inizjali tal-urea tkun ogħla minn 1 mg/l.

5.

Doża massima: 75 mg tal-preparament enżimatiku għal kull litru ta’ nbid ittrattat, li ma jaqbiżx it-375 unità ta’ ureża kull litru ta’ nbid. Wara t-trattament, kull attività enżimatika residwali għandha tiġi eliminata bil-filtrazzjoni tal-inbid (dijametru tal-pori < 1 μm).

6.

Speċifikazzjonijiet tal-purità kimika u mikrobijoloġika:

Telf fit-tnixxif

Anqas minn 10 %

Metalli tqal

Anqas minn 30 ppm

Pb

Anqas minn 10 ppm

As

Anqas minn 2 ppm

Koliformi totali

Assenti

Salmonella spp

Assenti f’kampjun ta’ 25 g

Għadd aerobiku

Anqas minn 5 × 104 ċelluli/g

L-ureża permess għat-trattament tal-inbid għandha tiġi prodotta f’kundizzjonijiet simili għal dawk tal-ureża koperta mill-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel tal-10 ta’ Diċembru 1998.

Appendiċi 9

Rekwiżiti għall-biċċiet tal-injam tal-ballut

GĦAN, ORIĠINI, U AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI

Il-biċċiet tal-injam tal-ballut jintużaw għall-produzzjoni u għall-maturazzjoni tal-inbejjed, inkluż għall-fermentazzjoni tal-għeneb frisk u tal-most, kif ukoll sabiex jagħtu lill-inbid ċerti karatteristiċi mill-injam tal-ballut.

Il-biċċiet tal-injam tal-ballut għandhom joriġinaw esklussivament mill-ispeċijiet tal-Quercus.

Jistgħu jitħallew fl-istat naturali tagħhom, jew jissaħħnu għal temperatura baxxa, medja jew għolja, iżda ma għandhomx ikunu għaddew minn kombustjoni, inluża kombustjoni fis-superfiċje, ma għandux ikun fihom il-karbonju u ma għandhomx jitrammlu malli jintmissu. Ma għandhom ikunu għaddew mill-ebda proċess kimiku, enżimatiku jew fiżiku għajr it-tisħin. L-ebda prodott ma għandu jiżdied magħhom biex iżid it-togħma naturali tagħhom jew l-ammont tal-komposti fenoliċi tagħhom.

TIKKETTAR TAL-PRODOTT UŻAT

It-tikketta għandha ssemmi l-oriġini tal-ispeċi jew l-ispeċijiet botaniċi tal-ballut kif ukoll l-intensità tat-tisħin, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u prekawzjonijiet ta’ sikurezza.

DAQS

Id-dimensjonijiet tal-biċċiet tal-injam tal-ballut għandhom ikunu tali li mill-inqas 95 % fil-piż jinżamm b’mesh filter ta’ 2 mm (jiġifieri 9 mesh).

PURITÀ

Il-biċċiet tal-injam tal-ballut ma għandhom jirrilaxxaw l-ebda sustanza f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa.

It-trattament għandu jiġi rrekordjat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Appendiċi 10

Rekwiżiti għat-trattament għad-dealkoħolizzazzjoni parzjali tal-inbejjed

L-għan ta’ dan it-trattament huwa li jinkiseb inbid parzjalment dealkoħolizzat, bit-tneħħija ta’ parti mill-alkoħol (etanol) tal-inbid bl-għajnuna ta’ tekniki fiżiċi ta’ separazzjoni.

Rekwiżiti

L-inbejjed trattati ma għandu jkollhom l-ebda difett organolettiku, u għandhom ikunu xierqa għall-konsum uman dirett.

It-tneħħija tal-alkoħol fl-inbid ma tistax issir jekk waħda mill-operazzjonijiet ta’ arrikkiment imsemmija fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 tkun twettqet fuq wieħed mill-prodotti tal-inbid użati fil-produzzjoni tal-inbid ikkonċernat.

It-tnaqqis tal-qawwa alkoħolika reali bil-volum ma jistax ikun aktar minn 2 % vol. U l-qawwwa alkoħolika totali reali bil-volum tal-prodott aħħari għandha tkun konformi ma’ dik definita fil-punt 1, it-tieni subparagrafu, il-punt a) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

It-trattament għandu jsir taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew tekniku kkwalifikat.

It-trattament għandu jiġi rrekordjat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li t-trattament jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti.

Appendiċi 11

Rekwiżiti għat-trattament bil-kopolimeri PVI/PVP

L-għan ta’ dan it-trattament huwa li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet għoljin wisq ta’ metalli, u li jiġu evitati difetti kkaġunati minn livelli għoljin wisq, bħall-ferric casse, biż-żieda ta’ kopolimeri li jżommu dawk il-metalli fil-wiċċ.

Rekwiżiti

Il-kopolimeri miżjuda mal-inbid għandhom jitneħħew permezz ta’ filtrazzjoni sa mhux aktar tard minn jumejn wara ż-żieda, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipju ta’ prekawzjoni.

Fil-każ tal-most, il-kopolimeri m’għandhomx jiżdiedu sa jumejn qabel il-filtrazzjoni.

It-trattament għandu jsir taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew tekniku kkwalifikat.

Il-kopolimeri użati biex iżommu l-metalli fil-wiċċ għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali tal-OIV, partikularment fejn jidħlu l-limiti massimi tal-kontenut ta’ monomeri (1).


(1)  It-trattament bil-kopolimeri PVI/PVP jista’ jsir biss wara li jkunu ġew stabbiliti u ppubblikati fil-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali tal-OIV speċifikazzjonijiet ta’ purità u ta’ identifikazzjoni tal-kopolimeri awtorizzati.

Appendiċi 12

Rekwiżiti għat-trattament bl-iskambju tal-katjoni biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid

L-għan ta’ dan it-trattament huwa li tinkiseb l-istabbiltà tartarika tal-inbid fir-rigward tal-idroġenotartrat tal-potassju u fir-rigward tat-tartrat tal-kalċju (u mluħa oħra tal-kalċju).

Rekwiżiti

1.

It-trattament għandu jkun limitat għat-tneħħija tal-katjoni żejda.

L-ewwel nett, l-inbid għandu jitkessaħ.

Għandha tiġi ttrattata bl-iskambju tal-katjoni biss il-frazzjoni minima tal-inbid meħtieġa biex tinkiseb l-istabbiltà.

2.

It-trattament għandu jsir fuq rażi tal-iskambju tal-katjoni rreġenerati bl-aċidu.

3.

L-operazzjonijiet kollha għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta’ enologu jew tekniku kkwalifikat. It-trattament għandu jitniżżel fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

4.

Ir-rażi katjoniċi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif ukoll mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali stabbiliti għall-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti analitiċi li jidhru fl-Appendiċi 4 ta’ dan ir-Regolament. L-użu tagħhom ma għandux iwassal għal modifiki eċċessivi tal-kompożizzjoni fiżikokimika jew tal-karatteristiċi sensorjali tal-inbid, u għandu jirrispetta l-limiti stabbiliti fil-punt 3 tal-monografija “Reżini ta’ skambju tal-katjoni” tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV..


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.


ANNESS I-B

LIMITI TAL-KONTENUT TA’ DIJOSSIDU TAL-KUBRIT FL-INBEJJED

A.   KONTENUT TA’ DIJOSSIDU TAL-KUBRIT FL-INBEJJED

1.

Il-kontenut totali tad-dijossidu tal-kubrit fl-inbejjed, minbarra l-inbejjed frizzanti u l-inbejjed likur, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum uman dirett, ma għandux jaqbeż:

(a)

150 milligramma kull litru għall-inbejjed ħomor;

(b)

200 milligramma kull litru għall-inbejjed bojod u rożè.

2.

B’deroga mill-paragrafu 1(a) u (b), il-kontenut massimu tad-dijossidu tal-kubrit għandu jkun imqawwi, fir-rigward tal-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor, espress bħala s-somma ta’ glukożju + fruttożju, ta’ mhux anqas minn 5 grammi għal kull litru, sa:

(a)

200 milligramma kull litru għall-inbejjed ħomor;

(b)

250 milligramma kull litru għall-inbejjed bojod u rożè;

(ċ)

300 milligramma kull litru għal:

l-inbejjed intitolati għad-deskrizzjoni “Spätlese”, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji;

l-inbejjed bojod intitolati għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini li ġejjin: Bordeaux supérieur, Graves de Vayres, Côtes de Bordeaux-Saint-Macaire, Premières Côtes de Bordeaux, Côtes de Bergerac, Haut Montravel, Côtes de Montravel, Gaillac, Rosette u Savennières;

l-inbejjed bojod intitolati għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini Allela, Navarra, Penedès, Tarragona u Valencia, kif ukoll l-inbejjed intitolati għal denominazzjoni protetta tal-oriġini mill-Comunidad Autónoma del Pais Vasco y indikati bħala “vendimia tardía”;

l-inbejjed ħelwin intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Binissalem-Mallorca”;

l-inbejjed li joriġinaw mir-Renju Unit, prodotti skont il-leġiżlazzjoni Brittanika, fejn il-kontenut taz-zokkor ikun ogħla minn 45 g/l;

l-inbejjed li joriġinaw mill-Ungerija, bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Tokaji”, u bl-indikazzjoni, skont ir-regolamentazzjoni Ungeriża, tad-denominazzjoni “Tokaji édes szamorodni” jew “Tokaji szàraz szamorodni”;

l-inbejjed intitolati għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini li ġejjin: Loazzolo, Alto Adige u Trentino, indikati bil-kliem: “passito” jew “vendemmia tardiva”;

l-inbejjed intitolati għad-denominazzjoniji protetta tal-oriġini “Colli orientali del Friuli” flimkien mal-indikazzjoni “Picolit”;

l-inbejjed intitolati għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini “Moscato di Pantelleria naturale” u “Moscato di Pantelleria”;

l-inbejjed li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, intitolati għall-indikazzjoni “pozdní sběr”;

l-inbejjed li joriġinaw mis-Slovakkja, intitolati għal denominazzjoni protetta tal-oriġini u bl-indikazzjoni “neskorý zber”, kif ukoll l-inbejjed “Tokaj” Slovakki intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Tokajské samorodné suché” jew “Tokajské samorodné sladké”;

l-inbejjed li joriġinaw mis-Slovakkja intitolati għal denominazzjoni protetta tal-oriġini u indikati bil-kliem “vrhunsko vino ZGP — pozna trgatev”;

l-inbejjed bojod bl-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin, b’qawwa alkoħolika totali bil-volum ogħla minn 15 % vol. u kontenut ta’ zokkor ogħla minn 45 g/l:

Vin de pays de Franche-Comté,

Vin de pays des coteaux de l’Auxois,

Vin de pays de Saône-et-Loire,

Vin de pays des coteaux de l’Ardèche,

Vin de pays des collines rhodaniennes,

Vin de pays du comté Tolosan,

Vin de pays des côtes de Gascogne,

Vin de pays du Gers,

Vin de pays du Lot,

Vin de pays des côtes du Tarn,

Vin de pays de la Corrèze,

Vin de pays de l’Ile de Beauté,

Vin de pays d’Oc,

Vin de pays des côtes de Thau,

Vin de pays des coteaux de Murviel,

Vin de pays du Val de Loire,

Vin de pays de Méditerranée,

Vin de pays des comtés rhodaniens,

Vin de pays des côtes de Thongue,

Vin de pays de la Côte Vermeille;

l-inbejjed ħelwin li joriġinaw mill-Greċja, b’qawwa alkoħolika totali bil-volum ta’ mill-inqas 15 % vol., b’kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 45 g/l, u intitolati għal waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin:

Τοπικός Οίνος Τυρνάβου (Regional wine of Tyrnavos)

Αχαϊκός Τοπικός Οίνος (Regional wine of Ahaia)

Λακωνικός Τοπικός Οίνος (Regional wine of Lakonia)

Τοπικός Οίνος Φλώρινας (Regional wine of Florina)

Τοπικός Οίνος Κυκλάδων (Regional wine of Cyclades)

Τοπικός Οίνος Αργολίδας (Regional wine of Argolida)

Τοπικός Οίνος Πιερίας (Regional wine of Pieria)

Αγιορείτικος Τοπικός Οίνος (Regional wine of Mount Athos — Regional wine of Holy Mountain);

l-inbejjed ħelwin li joriġinaw minn Ċipru, b’qawwa alkoħolika totali reali bil-volum ta’ mhux aktar minn 15 % vol., b’kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 45 g/l, u intitolati għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Κουμανδαρία (Commandaria)”;

l-inbejjed ħelwin li joriġinaw minn Ċipru, prodotti minn għeneb misjur iżżejjed jew minn għeneb imqadded, b’qawwa alkoħolika totali bil-volum ta’ mill-inqas 15 % vol., b’kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 45 g/l, u intitolati għal waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin:

Τοπικός Οίνος Λεμεσός (Regional wine of Lemesos)

Τοπικός Οίνος Πάφος (Regional wine of Pafos)

Τοπικός Οίνος Λάρνακα(Regional wine of Larnaka)

Τοπικός Οίνος Λευκωσία (Regional wine of Lefkosia);

(d)

350 milligramma kull litru għal:

l-inbejjed intitolati għall-indikazzjoni “Auslese”, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji;

l-inbejjed bojod Rumeni intitolati għal waħda mid-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini li ġejjin: Murfatlar, Cotnari, Târnave, Pietroasa, Valea Călugărească;

l-inbejjed li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, intitolati għall-indikazzjoni “výběr z hroznů”;

l-inbejjed li joriġinaw mis-Slovakkja, intitolati għal denominazzjoni protetta tal-oriġini u bl-indikazzjoni “výber z hrozna”, kif ukoll l-inbejjed “Tokaj” Slovakki intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Tokajský másláš” jew “Tokajský forditáš”;

l-inbejjed li joriġinaw mis-Slovenja intitolati għal denominazzjoni protetta tal-oriġini u indikati bil-kliem “vrhunsko vino ZGP — izbor”;

(e)

400 milligramma kull litru għal:

l-inbejjed intitolati għall-indikazzjonijiet “Beerenauslese”, “Ausbruch”, “Ausbruchwein”, “Trockenbeerenauslese”, “Strohwein”, “Schilfwein” u “Eiswein”, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji;

l-inbejjed bojod intitolati għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini li ġejjin: Sauternes, Barsac, Cadillac, Cérons, Loupiac, Sainte-Croix-du-Mont, Monbazillac, Bonnezeaux, Quarts de Chaume, Coteaux du Layon, Coteaux de l'Aubance, Graves Supérieures, Sainte-Foy Bordeaux, Saussignac, Jurançon għajr jekk segwita mill-kelma “sec”, Anjou-Coteaux de la Loire, Coteaux du Layon segwita minn isem il-muniċipalità tal-oriġini, Chaume, Coteaux de Saumur, Pacherenc du Vic Bilh għajr jekk segwita mill-kelma “sec”, Alsace u Alsace grand cru segwita mill-kliem “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles”;

l-inbejjed ħelwin prodotti minn għeneb misjur iżżejjed, u l-inbejjed ħelwin prodotti minn għeneb imqadded, li joriġinaw mill-Greċja u b’kontenut ta’ zokkor residwali, espress f’zokkor, ta’ mill-inqas 45 g/l, intitolati għal waħda mid-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini li ġejjin: Σάμος (Samos), Ρόδος (Rhodes), Πατρα (Patras), Ρίο Πατρών (Rio Patron), Κεφαλονία (Céphalonie), Λήμνος (Limnos), Σητεία (Sitia), Σαντορίνη (Santorin), Νεμέα (Néméa), Δαφνές (Daphnès), ki– ukoll l-inbejjed ħelwin prodotti minn għeneb misjur iżżejjed u l-inbejjed ħelwin prodotti minn għeneb imqadded, intitolati għal waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin: Σιάτιστας (Siatista), Καστοριάς (Kastoria), Κυκλάδων (Cyclades), Μονεμβάσιος (Monemvasia), Αγιορείτικος (Mount Athos — Holy Mountain);

l-inbejjed li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, intitolati għall-indikazzjonijiet “výběr z bobulí”, “výběr z cibéb”, “ledové víno” jew “slámové víno”;

l-inbejjed li joriġinaw mis-Slovakkja, intitolati għal denominazzjoni protetta tal-oriġini u indikati bil-kliem “bobuľový výber”, “hrozienkový výber”, “cibébový výber”, “ľadové víno” ou “slamové víno”, kif ukoll l-inbejjed “Tokaj” Slovakki intitolati għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini “Tokajský výber”, “Tokajská esencia”, “Tokajská výberová esencia”;

l-inbejjed li joriġinaw mill-Ungerija, intitolati għal denominazzjoni protetta tal-oriġini, flimkien mal-indikazzjonijiet, skont ir-regolamentazzjoni Ungeriża, “Tokaji máslás”, “Tokaji fordítás”, “Tokaji aszúeszencia”, “Tokaji eszencia”, “Tokaji aszú” jew “Töppedt szőlőből készült bor”;

l-inbejjed intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Albana di Romagna”, indikati bil-kelma “passito”;

l-inbejjed Lussemburgiżi intitolati għal denominazzjoni protetta tal-oriġini u indikati bil-kliem “vendanges tardives”, “vin de glace” jew “vin de paille”;

l-inbejjed bojod intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Douro”, segwita mill-kliem “colheita tardia”;

l-inbejjed li joriġinaw mis-Slovenja intitolati għal denominazzjoni protetta tal-oriġini u indikati bil-kliem: “vrhunsko vino ZGP — jagodni izbor”, jew “vrhunsko vino ZGP — ledeno vino”, jew “vrhunsko vino ZGP — suhi jagodni izbor”;

l-inbejjed bojod li joriġinaw mill-Kanada, intitolati għall-indikazzjoni “Icewine”.

3.

Il-listi tal-inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta, mogħtija fil-paragrafu 2(c), (d) u (e), jistgħu jiġu emendati fejn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbejjed ikkonċernati jinbidlu, jew fejn l-indikazzjoni ġeografika jew id-denominazzjoni tal-oriġini tagħhom tinbidel. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-quddiem, għall-inbejjed ikkonċernati, kull tagħrif tekniku meħtieġ, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, kif ukoll il-kwantitajiet prodotti kull sena.

4.

Fejn meħtieġ minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, li f’ċerti żoni ta’ vitikultura tal-Komunità, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw, għall-inbejjed prodotti fit-territorju tagħhom, li l-limiti massimi totali fil-kontenut ta’ dijossidu tal-kubrit ta’ inqas minn 300 milligramma kull litru msemmija f’dan l-istess punt jittellgħu sa massimu ta’ 50 milligramma kull litru. Il-lista tal-każijiet fejn l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tali żieda tidher fl-Appendiċi 1.

5.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet aktar restrittivi għall-inbejjed prodotti fit-territorju tagħhom.

B.   KONTENUT TA’ DIJOSSIDU TAL-KUBRIT FL-INBEJJED LIKUR

Il-kontenut totali ta’ dijossidu tal-kubrit fl-inbejjed likur ma għandux jaqbeż, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum uman dirett:

150 mg/l, fejn il-kontenut ta’ zokkor ikun anqas minn 5 g/l;

200 mg/l, fejn il-kontenut ta’ zokkor ikun tal-anqas 5 g/l.

Ċ.   KONTENUT TA’ DIJOSSIDU TAL-KUBRIT FL-INBEJJED FRIZZANTI

1.

Il-kontenut totali ta’ dijossidu tal-kubrit fl-inbejjed frizzanti ma għandux jaqbeż, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum uman dirett:

(a)

185 mg/l, għal kull kategorija ta’ nbid frizzanti ta’ kwalità għolja, u

(b)

235 mg/l, għall-inbejjed frizzanti l-oħra.

2.

Fejn meħtieġ minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima, f’ċerti żoni ta’ vitikultura tal-Komunità, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw, għall-inbejjed frizzanti msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) prodotti fit-territorju tagħhom, li l-kontenut massimu totali tad-dijossidu tal-kubrit jiżdied sa 40 milligramma għal kull litru, bil-kundizzjoni li l-inbejjed koperti mill-istess awtorizzazzjoni ma jintbagħtux barra mill-Istat Membru kkonċernat.

Appendiċi 1

Żieda tal-kontenut massimu totali tad-dijossidu tal-kubrit fejn meħtiieġ minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima

(Anness I B ta’ dan ir-Regolament)

 

Sena

Stat Membru

Żona/i vitikola/i

Inbejjed ikkonċernati

1.

2000

Il-Ġermanja

Iż-żoni vitikoli kollha tat-territorju Ġermaniż

L-inbejjed kollha mill-għeneb maħsud matul is-sena 2000

2.

2006

Il-Ġermanja

Iż-żoni vitikoli tar-reġjuni ta’ Bade-Wurtemberg, Bavière, Hesse u Rhénanie-Palatinat

L-inbejjed kollha mill-għeneb maħsud matul is-sena 2006

3.

2006

Franza

Iż-żoni vitikoli tad-dipartimenti Bas-Rhin u Haut-Rhin

L-inbejjed kollha mill-għeneb maħsud matul is-sena 2006


ANNESS I C

LIMITI TAL-KONTENUT TA’ AĊIDU VOLATILI FL-INBEJJED

1.

Il-kontenut tal-aċidu volatili ma għandux jaqbeż:

(a)

18 milli-ekwivalenti kull litru għall-most parzjalment iffermentat;

(b)

18 milli-ekwivalenti kull litru għall-inbejjed bojod u rożè; jew

(ċ)

20 milli-ekwivalenti kull litru għall-inbejjed ħomor.

2.

Il-limiti msemmija fil-punt 1 japplikaw:

(a)

għall-prodotti minn għeneb maħsud fil-Komunità, fl-istadju ta’ produzzjoni u fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

għall-most parzjalment iffermentat u għall-inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi, minn meta jidħlu fit-territorju ġeografiku tal-Komunità.

3.

Jistgħu jsiru derogi għall-paragrafu 1 fir-rigward ta’:

(a)

ċerti nbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) u ċerti nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP),

li jkunu mmaturaw għal perjodu ta’ mill-anqas sentejn, jew

li jkunu ġew prodotti skont metodi partikulari;

(b)

l-inbejjed b’qawwa alkoħolika totali bil-volum ta’ mill-anqas 13 % vol.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn id-derogi lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.


ANNESS I D

LIMITI U KUNDIZZJONIJIET GĦAŻ-ŻIEDA TA’ ĦLEWWA FL-INBEJJED

1.

Iż-żieda ta’ ħlewwa fl-inbid hija awtorizzata biss bl-għajnuna ta’ prodott wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a)

most,

(b)

most ikkonċentrat,

(ċ)

most ikkonċentrat rettifikat.

Il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-inbid ikkonċernat ma għandhiex tiżdied b’aktar minn 4 % vol.

2.

Iż-żieda ta’ ħlewwa fl-inbejjed importati maħsubin għall-konsum uman dirett, u li jkollhom indikazzjoni ġeografika, hija pprojbita fit-territorju tal-Komunità. Iż-żieda ta’ ħlewwa fi nbejjed oħra importati hija soġġetta għall-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-inbejjed prodotti fil-Komunità.

3.

Iż-żieda ta’ ħlewwa fi nbid b’denominazzjoni tal-oriġini protetta tista’ tiġi awtorizzata minn Stat Membru biss jekk din issir:

(a)

skont il-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti f’dan l-Anness;

(b)

fir-reġjun fejn ikun ġie prodott l-inbid ikkonċernat, jew f’żona fil-qrib immedjat.

Il-most u l-most ikkonċentrat imsemmija fil-punt 1 għandhom joriġinaw mill-istess reġjun bħall-inbid li għalih jintużaw fiż-żieda ta’ ħlewwa.

4.

Iż-żieda ta’ ħlewwa fl-inbejjed hija awtorizzata biss fl-istadji tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni.

5.

Iż-żieda ta’ ħlewwa għandha ssir skont ir-regoli amministrattivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

Il-persuni naturali jew legali li biħsiebhom iwettqu operazzjoni ta’ żieda ta’ ħlewwa għandhom jibagħtu notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha ssir l-operazzjoni.

(b)

In-notifiki għandhom isiru bil-miktub. Għandhom jaslu għand l-awtorità kompetenti tal-anqas 48 siegħa qabel il-ġurnata tal-operazzjoni.

(ċ)

Madankollu, fejn impriża twettaq sikwit jew b’mod kontinwu operazzjonijiet ta’ żieda ta’ ħlewwa, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li tintbagħat lill-awtorità kompetenti notifika waħda li tkopri diversi operazzjonijiet jew perjodu speċifikat. Tali notifika tkun permessa biss jekk l-impriża żżomm reġistru ta’ kull operazzjoni ta’ żieda ta’ ħlewwa, flimkien mat-tagħrif imsemmi fil-punt d).

(d)

In-notifiki għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

il-volum u l-qawwa alkoħolika totali u reali tal-inbid li miegħu tiżdied il-ħlewwa;

il-volum u l-qawwa alkoħolika totali reali tal-most, jew il-volum u l-indikazzjoni tad-densità tal-most ikkonċentrat jew tal-most ikkonċentrat rettifikat li għandu jiżdied, skont il-każ;

il-qawwa alkoħolika totali u reali li jkollu l-inbid wara li tkun żdiedet il-ħlewwa miegħu;

Il-persuni msemmija fil-punt a) għandhom iżommi reġistri tad-dħul u l-ħruġ li fihom jitniżżlu l-kwantitajiet ta’ most, ta’ most ikkonċentrat jew ta’ most ikkonċentrat rettifikat li jinżammu għall-operazzjonijiet ta’ żieda ta’ ħlewwa.


ANNESS II

PRATTIĊI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI U RESTRIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-INBEJJED FRIZZANTI, GĦALL-INBEJJED FRIZZANTI TA’ KWALITÀ GĦOLJA, U GĦALL-INBEJJED FRIZZANTI AROMATIĊI TA’ KWALITÀ GĦOLJA

A.   Inbid frizzanti

1.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, kif ukoll tal-punt B u l-punt C ta’ dan l-Anness:

(a)

“likur tirage”:

tfisser il-prodott miżjud mal-cuvée biex iqabbad il-fermentazzjoni sekondarja;

(b)

“likur ta’ espedizzjoni”:

tfisser il-prodott miżjud mal-inbejjed frizzanti biex jagħtihom karatteristiċi ta’ togħma partikulari.

2.

Il-likur ta’ espedizzjoni jista’ jkun fih biss:

sukrożju,

most,

most parzjalment iffermentat,

most ikkonċentrat,

most ikkonċentrat rettifikat,

inbid, jew

taħlita ta’ dawn,

biż-żieda possibbli ta’ distillat tal-inbid.

3.

Mingħajr ħsara għall-arrikkiment awtorizzat bir-Regolament (KE) Nru 479/2008 għall-kostitwenti tal-cuvée, kull arrikkament tal-cuvée għandu jkun ipprojbit.

4.

Madankollu, fir-rigward tar-reġjuni u l-varjetajiet li għalihom huwa ġustifikat mil-lat tekniku, kull Stat Membru jista’ jawtorizza l-arrikkament tal-cuvée fil-post ta’ produzzjoni tal-inbejjed frizzanti, sakemm:

(a)

l-ebda wieħed mill-kostitwenti tal-cuvée ma jkun għadda diġà minn arrikkiment;

(b)

il-kostitwenti msemmija jkunu dderivati unikament minn għeneb maħsud fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat;

(ċ)

l-arrikkiment jitwettaq f’operazzjoni waħda;

(d)

il-limiti li ġejjin ma jinqabżux:

(i)

3 % vol. għall-cuvée magħmula minn kostitwenti li joriġinaw miż-żona vitikola A;

(ii)

2 % vol. għall-cuvée magħmula minn kostitwenti li joriġinaw miż-żona vitikola B;

(iii)

1,5 % vol. għall-cuvée magħmula minn kostitwenti li joriġinaw miż-żona vitikola C;

(e)

il-metodu użat huwa ż-żieda ta’ sukrożju, ta’ most ikkonċentrat jew ta’ most ikkonċentrat rettifikat.

5.

Iż-żieda ta’ likur tirage u ż-żieda ta’ likur ta’ espedizzjoni m’għandhomx jitqiesu la bħala arrikkiment u lanqas bħala żieda ta’ ħlewwa. Iż-żieda tal-likur tirage ma għandhiex iġġib magħha żieda fil-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-cuvée ta’ aktar minn 1,5 % vol. Din iż-żieda għandha titkejjel billi tiġi kkalkolata l-qabża bejn il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-cuvée u bejn il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-inbid frizzanti qabel iż-żieda tal-likur ta’ espedizzjoni.

6.

Iż-żieda tal-likur ta’ espedizzjoni għandha ssir b’mod li ma żżidx b’aktar minn 0,5 % vol. il-qawwa alkoħolika reali bil-volum tal-inbejjed frizzanti.

7.

Iż-żieda ta’ ħlewwa fil-cuvée u fil-kostitwenti tagħha hija pprojbita.

8.

Minbarra kwalunkwe aċidifikazzjoni jew deaċidifikazzjoni tal-kostitwenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-cuvée tista’ tkun soġġetta għal aċidifikazzjoni jew deaċidifikazzjoni. L-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni tal-cuvée għandhom ikunu reċiprokament esklussivi. L-aċidifikazzjoni tal-inbejjed tista’ sseħħ biss sa limitu ta’ 1,5 g/l, espress bħala aċidu tartariku, jew 20 milli-ekwivalenti għal kull litru.

9.

Fi snin ta’ kundizzjonijiet tal-klima eċċezzjonali, il-limitu massimu ta’ 1,5 grammi għal kull litru, jew ta’ 20 milli-ekwivalenti għal kull litru, jista’ jiżdied għal 2,5 grammi għal kull litru, jew 34 milli-ekwivalenti għal kull litru, sakemm l-aċidità naturali tal-prodotti ma tkunx anqas minn 3 g/l, espressa bħala aċidu tartariku, jew 40 milli-ekwivalenti għal kull litru.

10.

Id-dijossidu tal-karbonju li jinsab fl-inbejjed frizzanti jista’ jitnissel biss mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-cuvée li minnha jkun sar l-inbid ikkonċernat.

Din il-fermentazzjoni, sakemm ma tkunx dik maħsuba għall-ipproċessar tal-għeneb, tal-most jew jew tal-most parzjalment iffermentat, direttament fi nbid frizzanti, tista’ tirriżulta biss miż-żieda tal-likur tirage. Tista’ ssir biss fi fliexken jew f’tankijiet magħluqin.

L-użu tad-dijossidu tal-karbonju fil-każ tal-proċess ta’ trasferiment permezz ta’ kontro-pressjoni huwa awtorizzat, taħt sorveljanza u bil-kundizzjoni li l-pressjoni tad-dijossidu tal-karbonju li jinsab fl-inbejjed frizzanti ma jkunx b’hekk miżjud.

11.

F’dak li jirrigwarda l-inbejjed frizzanti minbarra dawk b’denominazzjoni protetta tal-oriġini:

(a)

il-likur tiraġġ maħsub għall-produzzjoni jista’ jkun fih biss:

most,

most parzjalment iffermentat,

most ikkonċentrat,

most ikkonċentrat rettifikat, jew

sukrożju u nbid;

(b)

il-qawwa alkoħolika reali bil-volum tagħhom, inkluż l-alkoħol li jinsab fil-likur ta’ espedizzjoni jekk tkun żdiedet magħhom, għandha tkun mill-anqas 9,5 % vol.

B.   Inbid frizzanti ta’ kwalità għolja

1.

Il-likur tirage maħsub għall-produzzjoni ta’ nbid frizzanti ta’ kwalità għolja jista’ jkun fih biss:

(a)

sukrożju,

(b)

most ikkonċentrat,

(ċ)

most ikkonċentrat rettifikat,

(d)

most jew most parzjalment iffermentat, jew

(e)

inbid.

2.

L-Istati Membri produtturi jistgħu jiddefinixxu karatteristiċi jew kundizzjonijiet ta’ produzzjoni u ċirkolazzjoni supplementari jew aktar stretti, għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja koperti b’dan it-Titolu u prodotti fit-territorju tagħhom.

3.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja r-regoli msemmija:

fil-punt A, paragrafi 1 sa 10;

Fil-punti C 3 għall-qawwa alkoħolika reali bil-volum, C 5 għat-tneħħija minima, u C 6 u C 7 għall-perjodi minimi tal-proċessi ta’ produzzjoni, mingħajr ħsara għall-punt B 4 d) hawn isfel.

4.

Fir-rigward tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja:

(a)

għajr f’każ ta’ deroga, m’għandhomx jinkisbu biss bl-użu esklussiv, għall-kostituzzjoni tal-cuvée, tal-most jew tal-most parzjalment iffermentat, imnissla mill-varjetajiet ta’ dwieli msemmija fil-lista tal-Appendiċi 1. Madankollu, l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja jistgħu jiġu prodotti b’mod tradizzjonali, bl-użu, bħala kostitwenti tal-cuvée, ta’ nbejjed miksuba mill-għeneb tal-varjetà “Prosecco” maħsud fir-reġjuni ta’ Trentino-Alto Adige, Veneto u Friuli-Venezia Giulia;

(b)

il-kontroll tal-proċess ta’ fermentazzjoni qabel u wara li tiġi kkostitwita l-cuvée, biex din issir frizzanti, għandu jsir biss permezz tar-refriġerazzjoni jew bi proċessi fiżiċi oħrajn;

(ċ)

iż-żieda ta’ likur ta’ espedizzjoni hija pprojbita;

(d)

il-perjodu tal-proċess ta’ produzzjoni tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja ma jistax ikun iqsar minn xahar.

C.   Inbid frizzanti u nbid frizzanti ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

1.

Il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-cuvées maħsubin għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini għandha tkun tal-anqas:

9,5 % vol. fiż-żoni tal-vitikultura C III,

9 % vol. fiż-żoni tal-vitikultura l-oħrajn.

2.

Madankollu, il-cuvées maħsubin għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja bid-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini “Prosecco di Conegliano Valdobbiadene” u “Montello e Colli Asolani”, u li jkunu saru minn varjetà waħda biss ta’ dielja, jista’ jkollhom qawwa alkoħolika totali bil-volum ta’ mhux inqas minn 8,5 % vol.

3.

Il-qawwa alkoħolika reali bil-volum tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, inkluż l-alkoħol li jinsab fil-likur ta’ espedizzjoni jekk dan ikun żdied miegħu, għandha tkun ta’ mill-anqas 10 % vol.

4.

Il-likur tirage għall-inbejjed frizzanti u għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jista’ jkun fih biss:

(a)

sukrożju,

(b)

most ikkonċentrat,

(ċ)

most ikkonċentrat rettifikat,

kif ukoll:

(a)

most,

(b)

most parzjalment iffermentat,

(ċ)

inbid,

xierqa biex jipproduċu l-istess inbid frizzanti jew l-istess inbid frizzanti ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini bħal dak li miegħu jiżdied il-likur tirage.

5.

B’deroga mill-punt 5 c) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li jinżammu f’reċipjenti magħluqin ta’ kapaċità iżgħar minn 25 ċentilitru u f’temperatura ta’ 20 °C, jista’ jkollhom pressjoni żejda ta’ mhux inqas minn 3 bar.

6.

It-tul tal-proċess ta’ produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, inkluża l-maturazzjoni fl-impriża ta’ produzzjoni, u mkejjel mill-bidu tal-proċess ta’ fermentazzjoni bil-għan li jsiru frizzanti, ma għandux ikun iqsar minn:

(a)

sitt xhur, fejn il-proċess tal-fermentazzjoni bil-għan li jsiru frizzanti jsir f’tankijiet magħluqin;

(b)

disa’ xhur, fejn il-proċess tal-fermentazzjoni bil-għan li jsiru frizzanti jsir fi fliexken.

7.

It-tul tal-proċess tal-fermentazzjoni bil-għan li l-inbejjed isiru frizzanti, u t-tul tal-preżenza tal-cuvée fuq il-karfa, m’għandhomx ikunu iqsar minn:

90 jum,

30 jum jekk il-fermentazzjoni sseħħ ġo reċipjenti li jkollhom mekkaniżmu li jħawwad.

8.

Ir-regoli stipulati fil-punti A, 1 sa 10 u B 2 japplikaw ukoll għall-inbejjed frizzanti u għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini.

9.

Fir-rigward tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini:

(a)

jistgħu jiġu prodotti biss bl-użu esklussiv, għall-kostituzzjoni tal-cuvée, ta’ mosti u mosti parzjalment iffermentati magħmulin mill-varjetajiet ta’ dwieli msemmija fil-lista tal-Appendiċi 1, sakemm dawk il-varjetajiet jitqiesu xierqa għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini fir-reġjun li tiegħu dawk l-istess inbejjed iġibu l-isem. Bħala deroga, inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jista’ jsir bl-użu, għall-kostituzzjoni tal-cuvée, ta’ nbejjed magħmulin minn għeneb tal-varjetà tad-dielja “Prosecco”, maħsud fir-reġjuni tad-denominazzjoni tal-oriġini “Conegliano-Valdobbiadene” u “Montello e Colli Asolani”;

(b)

il-kontroll tal-proċess ta’ fermentazzjoni qabel u wara li tiġi kkostitwita l-cuvée, biex din issir frizzanti, għandu jsir biss permezz tar-refriġerazzjoni jew bi proċessi fiżiċi oħrajn;

(ċ)

iż-żieda ta’ likur ta’ espedizzjoni hija pprojbita;

(d)

il-qawwa alkoħolika reali bil-volum tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini għandha tkun ta’ mill-anqas 6 % vol.;

(e)

il-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini għandha tkun ta’ mill-anqas 10 % vol.;

(f)

l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, fejn jinżammu ġo reċipjenti magħluqin f’temperatura ta’ 20 °C, għandhom juru pressjoni żejda ta’ mill-inqas 3 bar;

(g)

b’deroga mill-punt C 6, it-tul tal-proċess ta’ produzzjoni tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini ma jistax ikun iqsar minn xahar.

Appendiċi 1

Lista tal-varjetajiet ta’ dwieli li l-għeneb tagħhom jista’ jintuża għall-kostituzzjoni tal-cuvée tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja u tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

 

Airén

 

Aleatico N

 

Alvarinho

 

Ασύρτικο (Assyrtiko)

 

Bourboulenc B

 

Brachetto N.

 

Busuioacă de Bohotin

 

Clairette B

 

Colombard B

 

Csaba gyöngye B

 

Cserszegi fűszeres B

 

Devín

 

Fernão Pires

 

Freisa N

 

Gamay N

 

Gewürztraminer Rs

 

Girò N

 

Γλυκερύθρα (Glykerythra)

 

Huxelrebe

 

Irsai Olivér B

 

Macabeu B

 

Il-Malvoisies kollha

 

Mauzac abjad u rożè

 

Monica N

 

Μοσχοφίλερο (Moschofilero)

 

Müller-Thurgau B

 

Il-Muskatelli kollha

 

Manzoni moscato

 

Nektár

 

Pálava B

 

Parellada B

 

Perle B

 

Piquepoul B

 

Poulsard

 

Prosecco

 

Ροδίτης (Roditis)

 

Scheurebe

 

Tămâioasă românească

 

Torbato

 

Touriga Nacional

 

Verdejo

 

Zefír B


ANNESS III

PRATTIĊI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI U RESTRIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-INBEJJED LIKUR U GĦALL-INBEJJED LIKUR B’DENOMINAZZJONI PROTETTA TAL-ORIĠINI JEW B’INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

A.   Inbid likur

1.

Il-prodotti msemmija fil-punt 3 c) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, użati għall-produzzjoni ta’ nbejjed likur u ta’ nbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta, jistgħu biss ikunu ġew soġġetti, skont il-każ, għat-trattamenti u l-prattiċi enoloġiċi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 479/2008 jew f’dan ir-Regolament.

2.

Madankollu:

(a)

iż-żieda tal-qawwa alkoħolika naturali bil-volum għandha tirriżulta biss mill-użu tal-prodotti msemmija fil-punt 3 e) u f) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, u

(b)

bħala deroga, Spanja hija awtorizzata biex tippermetti l-użu tas-sulfat tal-kalċju għall-inbejjed Spanjoli indikati bit-termini tradizzjonali “vino generoso” jew “vino generoso de licor”, fejn din il-prattika hija tradizzjonali, u bil-kundizzjoni li l-kontenut ta’ sulfat tal-prodott ittrattat ma jkunx akbar minn 2.5 gramma kull litru, espress f’sulfat tal-potassju. L-inbejjed miksubin b’dan il-mod jistgħu jkunu soġġetti għal aċidifikazzjoni supplimentari sal-limitu massimu ta’ 1.5 gramma kull litru.

3.

Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet aktar stretti li jistgħu jistipulaw l-Istati Membri għall-inbejjed likur u għall-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta prodotti fit-territorju tagħhom, il-prattiċi enoloġiċi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 479/2008 jew f’dan ir-Regolament huma awtorizzati għal tali prodotti.

4.

Dawn li ġejjin huma awtorizzati wkoll:

(a)

iż-żieda ta’ ħlewwa, soġġett għal dikjarazzjoni u għaż-żamma ta’ reġistru, fejn il-prodotti użati ma jkunux ġew arrikkiti b’most ikkonċentrat, permezz ta’:

most ikkonċentrat jew most ikkonċentrat rettifikat, bil-kundizzjoni li ż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-inbid ikkonċernat ma taqbiżx it-3 % vol.,

most ikkonċentrat, most ikkonċentrat rettifikat jew most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, għall-inbid Spanjol indikat bil-kliem tradizzjonali “vino generoso de licor”, bil-kundizzjoni li ż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-inbid ikkonċernat ma taqbiżx it-8 % vol.,

most ikkonċentrat jew most ikkonċentrat rettifikat, għall-inbejjed likur bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Madeira”, bil-kundizzjoni li ż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-inbid ikkonċernat ma taqbiżx it-8 % vol.;

(b)

iż-żieda tal-alkoħol, tad-distillat jew tal-ispirti msemmija fil-punt 3 e) u f) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, biex tagħmel tajjeb għat-telf minħabba l-evaporazzjoni waqt il-maturazzjoni;

(ċ)

il-maturazzjoni f’reċipjenti mqiegħda f’temperatura mhux ogħla minn 50 C, għall-inbejjed likur bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Madeira”.

5.

Il-varjetajiet tad-dwieli li minnhom isiru l-prodotti msemmija fil-punt 3 c) tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, użati għall-produzzjoni tal-inbejjed likur u tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta, jintgħażlu minn fost dawk imsemmija fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

6.

Il-qawwa alkoħolika naturali bil-volum tal-prodotti msemmija fil-punt 3 c) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, użati għall-produzzjoni ta’ nbid likur mingħajr denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 12 % vol.

B.   Inbid likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (dispożizzjonijiet differenti minn dawk ipprovduti fil-punt A ta’ dan l-Anness, li jikkonċernaw speċifikament l-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini)

1.

Il-lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi l-użu ta’ most jew ta’ taħlita ta’ most u nbid, imsemmija fil-punt 3 c), ir-raba’ inċiż, tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, tidher fl-Appendiċi 1, il-parti A, ta’ dan l-Anness.

2.

Il-lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, li magħhom jistgħu jiżdiedu l-prodotti msemmija fil-punt 3 f) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, tidher fl-Appendiċi 1, il-parti B, ta’ dan l-Anness.

3.

Il-prodotti msemmija fil-punt 3 c) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, kif ukoll il-most ikkonċentrat u l-most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, imsemmija fil-punt 3 f) iii) tal-istess Anness IV, użati għall-produzzjoni ta’ nbid likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, għandhom joriġinaw mir-reġjun li tiegħu l-inbid likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini kkonċernat iġib l-isem.

Madankollu, f’dak li jirrigwarda l-inbejjed likur bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Málaga” jew “Jerez-Xérès-Sherry”, il-most, il-most ikkonċentrat, u, b’applikazzjoni tal-punt B 4 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, imsemmi fil-punt 3 f) iii) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, mill-varjetà tad-dielja Pedro Ximénez, jistgħu joriġinaw mir-reġjun “Montilla-Moriles”.

4.

L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt A 1 sa A 4 ta’ dan l-Anness, maħsubin għall-produzzjoni ta’ nbid likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, jistgħu jsiru biss fir-reġjun imsemmi fil-punt 3.

Madankollu, f’dak li jirrigwarda l-inbid likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, li għalih hija riżervata l-indikazzjoni “Porto” għall-prodott miksub minn għeneb tar-reġjun “Douro”, il-fabbrikazzjoni addizjonali u l-proċess ta’ maturazzjoni jistgħu jsiru sew fir-reġjun imsemmi, sew fir-reġjun “Vila Nova de Gaia — Porto”.

5.

Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet aktar stretti li jistgħu jistipulaw l-Istati Membri għall-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini prodotti fit-territorju tagħhom:

(a)

il-qawwa alkoħolika naturali bil-volum tal-prodotti użati għall-produzzjoni ta’ nbid likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini msemmija fil-punt 3 c) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, ma tistax tkun inqas minn 12 % vol. Madankollu, ċerti nbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini msemmija f’waħda mil-listi tal-Appendiċi 2, il-parti A, ta’ dan l-Anness, jistgħu jinkisbu:

(i)

sew minn most b’qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta’ mill-anqas 10 %, fil-każ ta’ nbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini miksubin biż-żieda ta’ spirti tal-inbid jew ta’ residwu mill-għasra b’denominazzjoni tal-oriġini, li possibbilment joriġinaw mill-istess impriża;

(ii)

sew minn most parzjalment iffermentat jew, fil-każ tat-tieni inċiż hawn isfel, minn inbid, b’qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta’ mill-inqas:

11 % vol., fil-każ ta’ nbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini miksubin biż-żieda ta’ alkoħol newtru, ta’ distillat tal-inbid b’qawwa alkoħolika reali bil-volum ta’ mhux inqas minn 70 % vol., jew ta’ spirti minn oriġini vitikola,

10,5 % vol., fil-każ tal-inbejjed prodotti minn most ta’ għeneb abjad, imsemmija fil-lista 3 tal-Appendiċi 2, il-parti A,

9 % vol., fil-każ tal-inbid likur Portugiż bid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Madeira”, ta’ produzzjoni tradizzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprovdi dispożizzjonijiet speċifikament għal dak l-inbid;

(b)

Il-lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li jkollhom, b’deroga mill-punt 3 b) tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, qawwa alkoħolika totali bil-volum ta’ inqas minn 17,.5 % vol. iżda mhux inqas minn 15 % vol., li l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għalihom qabel l-1 ta’ Jannar 1985 tipprovdi speċifikament għalihom, tidher fl-Appendiċi 2, il-parti B.

6.

Il-kliem speċifiku tradizzjonali “οίνος γλυκύς φυσικός”, “vino dulce natural”, “vino dolce naturale”, “vinho doce natural” huma riżervati għall-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini:

miksuba minn ħsad li minnu tal-anqas 85 % ġej mill-varjetajiet tad-dwieli indikati fil-lista tal-Appendiċi 3,

magħmula minn most b’kontenut ta’ zokkor naturali inizjali ta’ mill-inqas 212 gramma kull litru,

miksuba, għajr b’arrikkiment ieħor, biż-żieda tal-alkoħol, tad-distillat jew tal-ispirti msemmija fil-punt 3 e) u f) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

7.

Safejn ikun meħtieġ għall-konformità ma’ prattiċi tradizzjonali ta’ produzzjoni, l-Istati Membri jistgħu, f’dak li jirrigwarda l-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini prodotti fit-territorju tagħhom, jipprovdu li l-indikazzjoni tradizzjonali speċifika “vin doux naturel” tintuża biss għall-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li jkunu:

magħmula direttament mill-produtturi li jaħsdu l-għeneb, u esklussivament mill-ħsad tal-għeneb ta’ Moskatell, Grenache, Maccabeo jew Malvoisie; madankollu, huwa awtorizzat il-ħsad miksub minn vinji mħawla flimkien ma’ varjetajiet oħra ta’ dwieli minbarra l-erbgħa indikati hawn fuq, sa limitu ta’ 10 % tal-piedi totali,

miksuba sal-limitu ta’ produzzjoni ta’ ettaru għal kull 40 ettolitru ta’ most imsemmi fil-punt 3 c), it-tielet u r-raba inċiżi, tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008; jekk produzzjoni taqbeż dak il-limitu, ma għandhiex tibqa’ eliġibbli għall-indikazzjoni “vin doux naturel”,

imnissla minn most imsemmi hawn fuq, b’kontenut ta’ zokkor naturali inizjali ta’ mill-inqas 252 gramma kull litru,

miksuba, għajr b’arrikkiment ieħor, biż-żieda tal-alkoħol ta’ oriġini vitikola, ekwivalenti għal alkoħol pur b’tal-anqas 5 % tal-volum tal-most użat imsemmi, u sa massimu tal-iżgħar proporzjon minn dawn it-tnejn li ġejjin:

sew 10 % tal-volum tal-most użat imsemmi,

sew 40 % tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-prodott aħħari, irrappreżentata mis-somma tal-qawwa alkoħolika reali bil-volum u l-ekwivalenti ta’ qawwa alkoħolika potenzjali bil-volum ikkalkolat fuq il-bażi ta’ 1 % vol. ta’ alkoħol pur għal 17,5 gramma zokkor residwali kull litru.

8.

L-indikazzjoni speċifika tradizzjonali “vino generoso” hija riżervata għall-inbid likur xott b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, prodott totalment jew parzjalment taħt flor, kif ukoll:

miksub minn għeneb abjad tal-varjetajiet tad-dwieli Palomino de Jerez, Palomino fino, Pedro Ximénez, Verdejo, Zalema u Garrido Fino,

rilaxxat għall-konsum wara li jkun immatura għal medja ta’ sentejn fi btieti tal-ballut.

Il-produzzjoni taħt flor imsemmija fl-ewwel inċiż tfisser il-proċess bijoloġiku li, mal-iżvilupp spontanju ta’ tertuqa ta’ ħmejjer tipiċi fuq il-wiċċ ħieles tal-inbid wara l-fermentazzjoni alkoħolika totali tal-most, tagħti lill-prodott karatteristiċi analitiċi u organolettiċi speċifiċi.

9.

L-indikazzjoni speċifika tradizzjonali “vinho generoso” hija riżervata għall-inbejjed likur bid-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini “Porto”, “Madeira”, “Moscatel de Setúbal” u “Carcavelos”, flimkien mad-denominazzjoni tal-oriġini rispettiva.

10.

L-indikazzjoni speċifika tradizzjonali “vino generoso de licor” hija riżervata għall-inbid likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini:

miksub minn “vino generoso” msemmi fil-punt 8, jew minn inbid taħt flor xieraq biex jagħti tali “vino generoso”, li jkun ġie soġġett għal żieda sew ta’ most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded, sew minn most ikkonċentrat,

rilaxxat għall-konsum wara li jkun immatura għal medja ta’ sentejn fi btieti tal-ballut.

Appendiċi 1

Lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi regoli partikulari

A.   LISTA TAL-INBEJJED LIKUR B’DENOMINAZZJONI PROTETTA TAL-ORIĠINI LI L-PRODUZZJONI TAGĦHOM TINVOLVI L-UŻU TA’ MOST JEW TA’ TAĦLITA TA’ MOST U NBID

(Il-punt B.1 ta’ dan l-Anness)

IL-GREĊJA

Σάμος (Samos), Μοσχάτος Πατρών (Patras Muscatel), Μοσχάτος Ρίου Πατρών (Rio Patron Muscatel), Μοσχάτος Κεφαλληνίας (Kefallonia Muscatel), Μοσχάτος Ρόδου (Rhodes Muscatel), Μοσχάτος Λήμνου (Lemnos Muscatel), Σητεία (Sitia), Νεμέα (Nemea), Σαντορίνη (Santorini), Δαφνές (Dafnes), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodafne of Kefallonia), Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodafne of Patras)

SPANJA

Inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

Deskrizzjoni tal-prodott skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew dik nazzjonali

Alicante

Moscatel de Alicante

Vino dulce

Cariñena

Vino dulce

Jerez-Xérès-Sherry

Pedro Ximénez

Moscatel

Malaga

Vino dulce

Montilla-Moriles

Pedro Ximénez

Moscatel

Priorato

Vino dulce

Tarragona

Vino dulce

Valencia

Moscatel de Valencia

Vino dulce

L-ITALJA

Cannonau di Sardegna, Giró di Cagliari, Malvasia di Bosa, Malvasia di Cagliari, Marsala, Monica di Cagliari, Moscato di Cagliari, Moscato di Sorso-Sennori, Moscato di Trani, Masco di Cagliari, Oltrepó Pavese Moscato, San Martino della Battaglia, Trentino, Vesuvio Lacrima Christi.

B.   LISTA TAL-INBEJJED LIKUR B’DENOMINAZZJONI PROTETTA TAL-ORIĠINI LI L-PRODUZZJONI TAGĦHOM TINVOLVI Ż-ŻIEDA TAL-PRODOTTI MSEMMIJA FIL-PUNT 3 f) TAL-ANNESS IV GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 479/2008

(Il-punt B.2 ta’ dan l-Anness)

1.   Lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda tal-alkoħol tal-inbid jew ta’ għeneb imnixxef, b’qawwa alkoħolika ta’ mill-inqas 95 % vol. u ta’ mhux aktar minn 96 % vol.

(L-ewwel inċiż tal-punt 3 f) ii) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008)

IL-GREĊJA

Σάμος (Samos), Μοσχάτος Πατρών (Patras Muscatel), Μοσχάτος Ρίου Πατρών (Rio Patron Muscatel), Μοσχάτος Κεφαλληνίας (Kefallonia Muscatel), Μοσχάτος Ρόδου (Rhodes Muscatel), Μοσχάτος Λήμνου (Lemnos Muscatel), Σητεία (Sitia), Σαντορίνη (Santorini), Δαφνές (Dafnes), Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodafne of Patras), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodafne of Kefallonia).

SPANJA

Condado de Huelva, Jerez-Xérès-Sherry, Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda, Málaga, Montilla-Moriles, Rueda, Terra Alta.

ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria).

2.   Lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda tal-ispirtu tal-inbid jew tar-residwi mill-għasra, b’qawwa alkoħolika ta’ mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 86 % vol.

(It-tieni inċiż tal-punt 3 f) ii) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008)

IL-GREĊJA

Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodafne of Patras), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodafne of Kefallonia), Σητεία (Sitia), Σαντορίνη (Santorini), Δαφνές (Dafnes), Νεμέα (Nemea).

FRANZA

Pineau des Charentes jew Pineau charentais, Floc de Gascogne, Macvin du Jura.

ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria).

3.   Lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda tal-ispirtu minn għeneb imnixxef, b’qawwa alkoħolika ta’ mhux inqas minn 52 % vol. u mhux aktar minn 94,5 %

(It-tielet inċiż tal-punt 3 f) ii) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008)

IL-GREĊJA

Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodafne of Patras), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodafne of Kefallonia).

4.   Lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta’ most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded

(L-ewwel inċiż tal-punt 3 f) iii) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008)

SPANJA

Inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

Deskrizzjoni tal-prodott skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew dik nazzjonali

Jerez-Xérès-Sherry

Vino generoso de licor

Málaga

Vino dulce

Montilla-Moriles

Vino generoso de licor

L-ITALJA

Aleatico di Gradoli, Giró di Cagliari, Malvasia delle Lipari, Malvasia di Cagliari, Moscato passito di Pantelleria

ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria).

5.   Lista tal-inbejjed likuri b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta’ most ikkonċentrat, miksub mill-azzjoni ta’ sħana diretta, konformi, għajr għal din l-operazzjoni, mad-definizzjoni ta’ most ikkonċentrat

(It-tieni inċiż tal-punt 3 f) iii) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008)

SPANJA

Inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

Deskrizzjoni tal-prodott skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew dik nazzjonali

Alicante

 

Condado de Huelva

Vino generoso de licor

Jerez-Xérès-Sherry

Vino generoso de licor

Málaga

Vino dulce

Montilla-Moriles

Vino generoso de licor

Navarra

Moscatel

L-ITALJA

Marsala.

6.   Lista tal-inbejjed likuri b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta’ most ikkonċentrat

(It-tielet inċiż tal-punt 3 f) iii) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008)

SPANJA

Inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

Deskrizzjoni tal-prodott skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew dik nazzjonali

Málaga

Vino dulce

Montilla-Moriles

Vino dulce

Tarragona

Vino dulce

L-ITALJA

Oltrepó Pavese Moscato, Marsala, Moscato di Trani.

Appendiċi 2

A.   Listi msemmija fil-paragrafu 5 a) tal-Anness III B

1.   Lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini prodotti minn most b’qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta’ mill-inqas 10 % vol., miksubin biż-żieda tal-ispirtu tal-inbid jew ta’ residwu mill-għasra b’denominazzjoni tal-oriġini u li possibbilment joriġina mill-istess impriza

FRANZA

Pineau des Charentes jew Pineau charentais, Floc de Gascogne, Macvin du Jura.

2.   Lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini prodotti mill-most li għadu jiffermenta, b’qawwa alkoħolika naturali bil-volum inizjali ta’ mill-inqas 11 % vol., miksubin biż-żieda tal-alkoħol newtru, jew ta’ distillat tal-inbid b’qawwa alkoħolika reali bil-volum ta’ mhux inqas minn 70 % vol., jew tal-ispirtu ta’ oriġini vitikola

Il-PORTUGALL

 

Porto — Port

 

Moscatel de Setúbal, Setúbal

 

Carcavelos

 

Moscatel do Douro.

L-ITALJA

 

Moscato di Noto

 

Trentino.

3.   Lista tal-inbejjed likuri b’denominazzjoni protetta tal-oriġini prodotti minn inbid b’qawwa alkoħolika naturali bil-volum inizjali ta’ mill-anqas 10,5 % vol.

SPANJA

 

Jerez-Xérès-Sherry

 

Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda

 

Condado de Huelva

 

Rueda.

4.   Lista tal-inbejjed likuri b’denominazzjoni protetta tal-oriġini prodotti minn most li għadu jiffermenta, b’qawwa alkoħolika naturali bil-volum inizjali ta’ mill-inqas 9 % vol.

Il-PORTUGALL

Madeira.

B.   Lista msemmija fil-paragrafu 5 b) tal-Anness III B

Lista tal-inbejjed likur b’denominazzjoni tal-oriġini b’qawwa alkoħolika totali bil-volum ta’ inqas minn 17,5 % vol. u ta’ mill-inqas 15 % vol., fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għalihom sal-1 ta’ Jannar 1985 ipprovdiet dispożizzjonijiet speċifikati għalihom

[Il-punt 3 b) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008]

SPANJA

Inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

Deskrizzjoni tal-prodott skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew dik nazzjonali

Condado de Huelva

Vino generoso

Jerez-Xérès-Sherry

Vino generoso

Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda

Vino generoso

Málaga

Seco

Montilla-Moriles

Vino generoso

Priorato

Rancio seco

Rueda

Vino generoso

Tarragona

Rancio seco

L-ITALJA

Trentino.

Il-PORTUGALL

Inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

Deskrizzjoni tal-prodott skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew dik nazzjonali

Porto — Port

Branco leve seco

Appendiċi 3

Lista tal-varjetajiet li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-inbejjed likur b’denominazzjoni protetta tal-oriġini li jġibu l-indikazzjonijiet speċifiċi tradizzjonali “vino dulce natural”, “vino dolce naturale”, “vinho doce natural” u “οινος γλυκυς ψυσικος”

Muskatelli — Grenache — Garnacha Blanca — Garnacha Peluda — Listán Blanco — Listán Negro-Negramoll — Maccabéo — Malvoisies — Mavrodaphne — Assirtiko — Liatiko — Garnacha tintorera — Monastrell — Palomino — Pedro Ximénez — Albarola — Aleatico — Bosco — Cannonau — Corinto nero — Giró — Monica — Nasco — Primitivo — Vermentino — Zibibbo.


ANNESS IV

METODI TA’ ANALIŻI SPEĊIFIĊI TAL-KOMUNITÀ

A.   ALLYL ISOTHIOCYANATE

1.   Prinċipju tal-metodu

L-allyl isothiocyanate li jista’ jkun hemm fl-inbid jinġabar permezz tad-distillazzjoni, u jiġi identifikat permezz tal-kromatografija bil-gass.

2.   Reaġenti

2.1.   Etanol assolut.

2.2.   Soluzzjoni standard: soluzzjoni tal-allyl isothiocyanate f’alkoħol assolut, bi 15 mg allyl isothiocyanate kull litru.

2.3.   Taħlita għat-tkessiħ, magħmula mill-etanol u mis-silġ tad-dijossidu tal-karbonju (temperatura –60 °C).

3.   Tagħmir

3.1.   Tagħmir ta’ distillazzjoni, b’kurrent tan-nitroġenu mgħoddi minnu kontinwament (ara l-grafika).

3.2.   Mantell tat-tisħin, kontrollat permezz ta’ termostat.

3.3.   Miter għall-kejl tal-fluss (flowmeter).

3.4.   Kromatografu tal-gass, b’detettur spettrofotometru ta’ fjammi, mgħammar b’filtru selettiv għall-komposti tal-kubrit (λ = 394 nm) jew b’detettur ieħor xieraq għall-istess għan.

3.5.   Kolonna tal-kromatografija tal-azzar li ma jissaddadx, b’dijametru ta’ ġewwa ta’ 3 mm u twila 3 m; mimlija Carbowax 20 M f’10 % fuq Chromosorb WHP, 80-100 mesh.

3.6.   Mikrosiringa ta’ 10 µl.

4.   Proċedura

Ferra’ 2 litri nbid fil-flask tad-distillazzjoni. Żid ftit millilitri etanol (punt 2.1) fiż-żewġ tubi ta’ ġbir sakemm il-partijiet porużi jkunu kompletament immersi. Berred iż-żewġ tubi minn barra bit-taħlita għat-tkessiħ. Orbot il-flask mat-tubi ta’ ġbir u ibda għaddi mat-tagħmir kurrent tan-nitroġenu ta’ madwar 3 litru fis-siegħa. Saħħan l-inbid sa 80 °C permezz tal-mantell tat-tisħin, u iddistillah biex tiġbor bejn 45 u 50 ml.

Stabbilizza l-kromatografu. Huma rakkomandati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

temperatura tal-injettur: 200 °C,

temperatura tal-kolonna: 130 °C,

rata tal-fluss tal-gass tat-trasportatur tal-elju: 20 ml kull minuta.

Injetta bil-mikrosiringa volum tas-soluzzjoni standard sakemm il-quċċata tal-allyl isothiocyanate tkun tista’ tiġi identifikata faċilment fuq il-kromatografu tal-gass.

Bl-istess mod, injetta alikwota tad-distillat fil-kromatografu, u ivverifika li l-ħin li matulu żżomm il-quċċata miksuba jikkorrispondi għal dak tal-quċċata tal-allyl isothiocyanate.

Fil-kundizzjonijiet indikati hawn fuq, il-komposti naturali tal-inbid ma jagħtux qċaċet ta’ interferenza fuq il-kromatografu tas-soluzzjoni analizzata.

Tagħmir għad-distillazzjoni b’kurrent tan-nitroġenu

Image

B.   METODI TA’ ANALIŻI PARTIKULARI GĦALL-MOST IKKONĊENTRAT RETTIFIKAT

(a)   Katjoni totali

1.   Prinċipju

Il-kampjun tal-analiżi jiġi ttrattat bi skambjatur ta’ katjoni b’livell qawwi ta’ aċidità. Il-katjoni jiġu skambjati ma’ H+. It-total ta’ katjoni jiġi espress bħala d-differenza bejn l-aċidità totali tal-effluwent u dik tal-kampjun tal-analiżi.

2.   Tagħmir

2.1.   Kolonna tal-ħġieġ twila madwar 300 mm u b’dijametru ta’ ġewwa ta’ 10-11 mm, mgħammra b’vit.

2.2.   Miter tal-pH, bi skala ggradwata b’unitajiet ta’ mill-inqas 0.,1 unitajiet pH.

2.3.   Elettrodi:

elettrodu tal-ħġieġ, li għandu jinżamm fl-ilma distillat,

elettrodu ta’ referenza tal-kalomel/klorur tal-potassju saturat, li għandu jinżamm f’soluzzjoni saturata tal-klorur tal-potassju,

jew elettrodu kkombinat, li għandu jinżamm fl-ilma distillat.

3.   Reaġenti

3.1.   Skambjatur tal-katjoni b’livell qawwi ta’ aċidità, f’forma H+. Qabel l-użu tiegħu, neffaħ ir-raża permezz tal-immersjoni tagħha fl-ilma matul il-lejl.

3.2.   Soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju, 0,1 M.

3.3.   Indikatur tal-karta tal-pH.

4.   Proċedura

4.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

Uża s-soluzzjoni miksuba permezz tat-tidwib tal-most ikkonċentrat rettifikat sa 40 % (m/v): żid 200 g ta’ most ikkonċentrat rettifikat, miżun bl-eżatt fi flask volumetriku ta’ 500 ml. Żid l-ilma sakemm jilħaq il-marka u omoġenizzah.

4.2.   Preparazzjoni tal-kolonna għall-iskambju tal-jonji

Daħħal fil-kolonna madwar 10 ml mill-iskambjatur ta’ jonji, wara li jkun intefaħ f’forma H+; laħlaħ il-kolonna bl-ilma distillat sakemm titneħħa l-aċidità kollha, bl-użu tal-indikatur tal-karta għall-verifika tagħha.

4.3.   Skambju tal-jonji

Għaddi mill-kolonna 100 ml tas-soluzzjoni tal-most ikkonċentrat rettifikat, ippreparat skont il-punt 4.1, b’rata ta’ qatra waħda kull sekonda. Iġbor l-effluwent ġo garafina ċilindrinka. Laħlaħ il-kolonna b’50 ml ilma distillat. Ittitra l-aċidità tal-effluwent (inkluż l-ilma tat-tlaħliħ) bis-soluzzjoni ta’ 0,1 M idrossidu tas-sodju, sakemm il-pH jilħaq il-valur ta’ 7 f’temperatura ta’ 20 °C. Is-soluzzjoni alkalina għandha tiżdied bil-mod, u s-soluzzjoni għandha titħawwad b’mod kostanti. Ħalli n ml ikun il-volum użat tas-soluzzjoni ta’ 0,1 M idrossidu tas-sodju.

5.   Espressjoni tar-riżultati

It-total tal-katjoni jiġi espress f’milli-ekwivalenti kull kilogramma ta’ zokkor total, sa punt deċimali wieħed.

5.1.   Kalkoli

Aċidità tal-effluwent, espressa f’milli-ekwivalenti kull kilogramma ta’ most ikkonċentrat rettifikat:

E = 2.5 n.

Aċidità totali tal-most ikkonċentrat rettifikat f’milli-ekwivalenti kull kilogramma: a.

Total tal-katjoni f’milli-ekwivalenti kull kilogramma ta’ zokkor totali:

((2.5 n-a)/(P)) × 100

P = perċentwal tal-konċentrazzjoni (m/m) taz-zokkor totali.

(b)   Konduttività

1.   Prinċipju

Il-konduttività elettrika ta’ kolonna ta’ likwidu, delimitata b’żewġ elettrodi tal-platinum imqiegħda b’mod parallel, titkejjel billi tiddaħħal il-kolonna f’waħda mill-fergħat ta’ pont Wheatstone.

Billi l-konduttività tvarja skont it-temperatura, għandha tiġi espressa f’temperatura ta’ 20 °C.

2.   Tagħmir

2.1.   Miter tal-konduttività li jippermetti kejl f’firxa ta’ bejn 1 u 1 000 microsiemens/ċm.

2.2.   Banju tal-ilma biex iġib it-temperatura tal-kampjuni tal-analiżi għal madwar 20 °C (20 ± 2 °C).

3.   Reaġenti

3.1.   Ilma demineralizzat b’konduttività speċifika ta’ inqas minn 2 microsiemens/ċm f’temperatura ta’ 20 °C.

3.2.   Soluzzjoni ta’ referenza tal-klorur tal-potassju.

Dewweb 0,581 g ta’ klorur tal-potassju, KCl, imnixxef minn qabel sa massa kostanti f’temperatura ta’ 105 °C, fl-ilma demineralizzat (punt 3.1). Imla sa litru b’ilma demineralizzat (punt 3.1). Din is-soluzzjoni għandha konduttività ta’ 1 000 microsiemens/ċm f’temperatura ta’ 20 °C, u ma għandhiex tinżamm għal aktar minn 3 xhur.

4.   Proċedura

4.1.   Preparazzjoni tal-kampjun għall-analiżi:

Uża s-soluzzjoni b’konċentrazzjoni totali ta’ zokkor ta’ 25 % (m/m) (25° Brix): iżen massa daqs 2500/P u imla bl-ilma sa 100 g (punt 3.1), fejn P = perċentwal (m/m) tal-konċentrazzjoni taz-zokkor totali fil-most ikkonċentrat rettifikat.

4.2.   Determinazzjoni tal-konduttività

Għaddas il-kampjun tal-analiżi f’banju tal-ilma sakemm jilħaq temperatura ta’ 20 °C. Żomm it-temperatura ± 0.1 °C minn dik imsemmija.

Laħlaħ darbtejn iċ-ċellula tal-konduttività bis-soluzzjoni tal-analiżi.

Kejjel il-konduttività, espressa f’microsiemens/ċm.

5.   Espressjoni tar-riżultati

Il-konduttività tiġi espressa f’microsiemens/ċm (µS cm–1) f’temperatura ta’ 20 °C, mingħajr punti deċimali, għas-soluzzjoni 25 % (m/m) (25° Brix) tal-most ikkonċentrat rettifikat.

5.1.   Kalkoli

Jekk it-tagħmir ma jkollux kumpensatur tat-temperatura, ikkoreġi l-konduttività mkejla permezz tat-Tabella I. Jekk it-temperatura tkun inqas minn 20 °C, żid il-korrezzjoni; jekk it-temperatura tkun ogħla minn 20 °C, naqqas il-korrezzjoni.

Tabella I

Korrezzjoni tal-konduttività għal temperaturi differenti minn 20 °C (µS cm–1)

Konduttività

Temperaturi

20,2

19,8

20,4

19,6

20,6

19,4

20,8

19,2

21,0

19,0

21,2

18,8

21,4

18,6

21,6

18,4

21,8

18,2

22,0 (1)

18,0 (2)

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

50

0

0

1

1

1

1

1

2

2

2

100

0

1

1

2

2

3

3

3

4

4

150

1

1

2

3

3

4

5

5

6

7

200

1

2

3

3

4

5

6

7

8

9

250

1

2

3

4

6

7

8

9

10

11

300

1

3

4

5

7

8

9

11

12

13

350

1

3

5

6

8

9

11

12

14

15

400

2

3

5

7

9

11

12

14

16

18

450

2

3

6

8

10

12

14

16

18

20

500

2

4

7

9

11

13

15

18

20

22

550

2

5

7

10

12

14

17

19

22

24

600

3

5

8

11

13

16

18

21

24

26

(ċ)   Idrossimetilfurfural (HMF)

1.   Prinċipju tal-metodi

1.1.   Metodu kolorimetriku

L-aldehydes imnissla mill-furan, l-aktar l-idrossimetilfurfural, jirreaġixxu mal-aċidu barbituriku u mal-paratoluidine biex jagħtu kompost aħmar, iddeterminat bil-kolorimetrija f’550 nm.

1.2.   Kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja (HPLC)

Separazzjoni b’kolonna permezz ta’ kromatografija bil-maqlub, b’determinazzjoni f’280 nm.

2.   Metodu kolorimetriku

2.1.   Tagħmir

2.1.1.   Spettrofotometru għall-kejl bejn 300 u 700 nm.

2.1.2.   Ċelluli tal-ħġieġ, b’passaġġ ottiku ta’ 1 ċm.

2.2.   Reaġenti

2.2.1.   Aċidu barbituriku f’soluzzjoni ta’ 0,5 % (m/v)

Dewweb 500 mg aċidu barbituriku, C4O3N2H4, fl-ilma distillat, u saħħan bil-mod fuq banju tal-ilma b’temperatura ta’ 100 °C. Imla bl-ilma ddistillat sakemm jilħaq 100 ml. Is-soluzzjoni żżomm madwar ġimgħa.

2.2.2.   Paratoluidine f’soluzzjoni ta’ 10 % (m/v)

Poġġi 10 g paratoluidine, C6H4(CH3) NH2 fi flask volumetriku ta’ 100 ml. Żid 50 ml isopropanol, CH3CH(OH)CH3 u 10 ml aċidu aċetiku glaċjali, CH3COOH (ρ20 = 1,05 g/ml); imla bl-isopropanol sakemm jilħaq 100 ml. Din is-soluzzjoni għandha tiġġedded kuljum.

2.2.3.   Etanal (CH3CHO), f’soluzzjoni tal-ilma ta’ 1 % (m/v)

Ipprepara eżatt qabel l-użu.

2.2.4.   Idrossimetilfurfural, C6O3H6 f’soluzzjoni tal-ilma ta’ 1 g/l

Ipprepara diluzzjonijiet suċċessivi tas-soluzzjonijiet bit-titrazzjoni ta’ 5-10-20-30 et 40 mg/l. Is-soluzzjoni ta’ 1 g/l u d-diluzzjonijiet tagħha għandhom jiġu ppreparati eżatt qabel l-użu tagħhom.

2.3.   Proċedura

2.3.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

Uża s-soluzzjoni miksuba permezz tat-tidwib tal-most ikkonċentrat rettifikat sa 40 % (m/v): żid 200 g ta’ most ikkonċentrat rettifikat, miżun bl-eżatt fi flask volumetriku ta’ 500 ml. Żid l-ilma sakemm jilħaq il-marka u omoġenizza. Wettaq il-kejl fuq 2 ml ta’ din is-soluzzjoni.

2.3.2.   Determinazzjoni kolorimetrika

F’żewġ flasks a u b ta’ 25 ml mgħammra b’tapp tal-ħġieġ matt, poġġi 2 ml mill-kampjun ippreparat skont il-punt 2.3.1. Daħħal f’kull flask 5 ml soluzzjoni ta’ paratoluidine (punt 2.2.2) u ħallat. Żid fil-flask b (kontroll) 1 ml ilma distillat, u fil-flask a (kejl) 1 ml soluzzjoni ta’ aċidu barbituriku (punt 2.2.1). Ħawwad għall-omoġenizzazzjoni. Ittrasferixxi l-kontenut tal-flasks fiċ-ċelluli tal-ispettrofotometru b’passaġġi ottiċi ta’ 1 ċm. Biż-żero tal-iskala tal-assorbiment għandu jkun iġġustat fuq il-kontenut tal-flask b għal tul ta’ mewġ ta’ 500 nm, segwi l-varjazzjoni tal-assorbiment tal-kontenut tal-flask a. irrekordja l-valur massimu A, miksub wara bejn 2 u 5 minuti.

Il-kampjuni b’konċentrazzjoni tal-idrossimetilfurfural ogħla minn 30 mg/l għandhom jiddewbu qabel l-analiżi.

2.3.3.   Preparazzjoni tal-kurva ta’ kalibrazzjoni:

F’żewġ flasks a u b ta’ 25 ml, poġġi 2 ml minn kull waħda mis-soluzzjonijiet ta’ idrossimetilfurfural b’5-10-20-30 u 40 mg/l (punt 2.2.4), u ittrattahom skont il-punt 2.3.2.

Ir-rappreżentazzjoni grafika tal-varjazzjoni fl-assorbiment skont il-konċentrazzjoni ta’ idrossimetilfurfural f’mg/l hija linja dritta li tgħaddi mill-oriġini.

2.4.   Espressjoni tar-riżultati

Il-konċentrazzjoni ta’ idrossimetilfurfural tal-most ikkonċentrat rettifikat tiġi espressa f’milligrammi kull kilogramma ta’ zokkor totali.

2.4.1.   Kalkolu

Il-konċentrazzjoni C mg/l ta’ idrossimetilfurfural tal-kampjun tal-analiżi tinkiseb mill-kurva ta’ kalibrazzjoni, fil-punt li jikkorrispondi għall-assorbiment A mkejla mill-kampjun.

Il-konċentrazzjoni ta’ idrossimetilfurfural f’milligrammi kull kilogramma ta’ zokkor totali:

250 × ((C)/(P))

P = perċentwal tal-konċentrazzjoni (m/m) taz-zokkor totali fil-most ikkonċentrat rettifikat.

3.   Metodu bil-kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja (HPLC)

3.1.   Tagħmir

3.1.1.   Kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja, mgħammra bi:

loop injector ta’ 5 jew 10 µl,

detettur spettrofotometriku li jippermetti kejl f’280 nm,

kolonna tas-silika marbuta bl-ottadeċil (pereżempju: Bondapak C18 — Corasil, Waters Ass.),

rekorder, u jekk meħtieġ, integratur.

Rata ta’ fluss tal-fażi mobbli: 1,5 ml/minuta.

3.1.2.   Tagħmir ta’ filtrazzjoni tal-membrana (0,45 µm)

3.2.   Reaġenti

3.2.1.   Ilma bidistillat.

3.2.2.   Metanol, CH3OH distillat jew ta’ kwalità HPLC.

3.2.3.   Aċidu aċetiku, CH3COOH (ρ20 = 1,05 g/ml).

3.2.4.   Fażi mobbli: ilma-metanol (punt 3.2.2) — aċidu aċetiku (punt 3.2.3), iffiltrati minn qabel permezz ta’ filtru tal-membrana (0,45 µm), (40:9:1 v/v).

Din il-fażi mobbli għandha tiġi ppreparata kuljum, u għandu jitneħħielu l-gass qabel l-użu.

3.2.5.   Soluzzjoni ta’ referenza ta’ idrossimetilfurfural f’25 mg/l (m/v).

Fi flask volumetriku ta’ 100 ml, poġġi 25 mg idrossimetilfurfural, C6H3O6 miżun bl-eżatt, u imla bil-metanol sakemm jilħaq il-marka (punt 3.2.2). Dewweb din is-soluzzjoni 1:10 bil-metanol (punt 3.2.2) u iffiltra bil-filtru tal-membrana (0,45 µm).

Jekk din is-soluzzjoni tinżamm ġo friġġ fi flixkun tal-ħġieġ kannella magħluq ermetikament, għandha żżomm bejn 2 sa 3 xhur.

3.3.   Proċedura

3.3.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

Uża s-soluzzjoni miksuba billi ddewweb il-most ikkonċentrat rettifikat sa 40 % (m/v) (ferra’ 200 g most ikkonċentrat rettifikat miżun bl-eżatt ġo flask volumetriku ta’ 500 ml, imla bl-ilma sal-marka u omoġenizza), u għaddiha mill-filtru tal-membrana (0,45 µm).

3.3.2.   Kejl kromatografiku

Injetta fil-kromatografu 5 (jew 10) µl mill-kampjun ippreparat skont il-punt 3.3.1 u 5 (jew 10) µl mis-soluzzjoni ta’ referenza ta’ idrossimetilfurfural (punt 3.2.5). Irrekordja l-kromatogramma.

Il-ħin li matulu jinżamm l-idrossimetilfurfural huwa madwar 6-7 minuti.

3.4.   Espressjoni tar-riżultati

Il-konċentrazzjoni ta’ idrossimetilfurfural tal-most ikkonċentrat rettifikat tiġi espressa f’milligrammi kull kilogramma ta’ zokkor totali.

3.4.1.   Kalkoli

Ħalli C mg/l tfisser il-konċentrazzjoni ta’ idrossimetilfurfural tas-soluzzjoni ta’ most ikkonċentrat rettifikat ta’ 40 % (m/v).

Il-konċentrazzjoni ta’ idrossimetilfurfural f’milligrammi kull kilogramma ta’ zokkor totali:

250 × ((C)/(P))

P = perċentwal tal-konċentrazzjoni (m/m) taz-zokkor totali fil-most ikkonċentrat rettifikat.

(d)   Metalli tqal

1.   Prinċipji

I.   Metodu rapidu għall-evalwazzjoni tal-metalli tqal

Il-metalli tqal jinkixfu fil-most ikkonċentrat rettifikat imdewwed kif xieraq bil-kolorazzjoni mogħtija mill-formazzjoni ta’ sulfiti. Jiġu evalwati komparattivament ma’ soluzzjoni standard taċ-ċomb li tikkorrispondi għall-konċentrazzjoni massima permissibbli.

II.   Determinazzjoni tal-kontenut taċ-ċomb bl-ispettofotometrija ta’ assorbiment atomiku

Il-kelat mogħti miċ-ċomb bl-ammonium pyrrolidinedithiocarbamate jinsilet bil-metilisobutilketone, u l-assorbiment jitkejjel f’283.3 nm. Il-kontenut taċ-ċomb jitkejjel bil-metodu tas-soprakkargi.

2.   Metodu rapidu għall-evalwazzjoni tal-metalli tqal

2.1.   Reaġenti

2.1.1.   Aċidu idrokloriku mdewweb, 70 % (m/v)

Ħu 70 g aċidu idrokloriku (HCl), (ρ20 = 1,16 sa 1,19 g/ml) u imla bl-ilma sakemm jilħaq 100 ml.

2.1.2.   Aċidu idrokloriku mdewwed, 20 % (m/v)

Ħu 20 g aċidu idrokloriku (HCl), (ρ20 = 1,16 sa 1,19 g/ml) u imla bl-ilma sakemm jilħaq 100 ml.

2.1.3.   Ammonju mdewweb

Ħu 14 g ammonju NH3), (ρ20 = 0,931 sa 0,934 g/ml) u imla bl-ilma sakemm jilħaq 100 ml.

2.1.4.   Soluzzjoni buffer ta’ pH 3.5

Dewweb 25 g aċetat tal-ammonju (CH3COONH4) f’25 ml u żidlu 38 ml aċidu idrokloriku mdewweb (punt 2.1.1). Jekk meħtieġ, aġġusta l-pH bl-aċidu idrokloriku mdewweb (punt 2.1.2) jew bl-ammonju mdewweb (punt 2.1.3) u imla bl-ilma sa jilħaq 100 ml.

2.1.5.   Soluzzjoni ta’ tijoaċetamide, (C2H5NS), 4 % (m/v)

2.1.6.   Soluzzjoni ta’ gliċerol (C3H8O3), 85 % (m/v)

(n D 20 °C = 1,449-1,455).

2.1.7.   Reaġent tat-tijoaċetamide

Ma’ 0,2 ml soluzzjoni ta’ tijoaċetamide (punt 2.1.5), żid 1 ml taħlita ta’ 5 ml ilma, 15 ml soluzzjoni idrossidu tas-sodju 1 M, u 20 ml gliċerol (punt 2.1.6). Saħħan bil-banju tal-ilma f’100 °C għal 20 sekonda. Ipprepara eżatt qabel l-użu.

2.1.8.   Soluzzjoni b’0,002 g/l ta’ ċomb

Ipprepara soluzzjoni ta’ 1 g/l ċomb billi ddewweb fl-ilma 0,4 g nitrat taċ-ċomb, Pb (NO3)2 u imla bl-ilma sakemm jilħaq 250 ml. Fil-mument tal-użu, dewweb din is-soluzzjoni fl-ilma sa 0,02 % (v/v) biex tinkiseb is-soluzzjoni ta’ 0,002 g/l.

2.2.   Proċedura

Dewweb kampjun ta’ 10 g most ikkonċentrat rettifikat f’10 ml ilma. Żidlu 2 ml soluzzjoni buffer pH 3.5 (punt 2.1.4), u ħallat. Żidlu 1,2 ml reaġent tat-tijoaċetamide (punt 2.1.7). Ħallat minnufih. Ipprepara l-kontroll fl-istess kundizzjonijet bl-użu ta’ 10 ml soluzzjoni ta’ 0,002 g/l ta’ ċomb (punt 2.1.8).

Wara żewġ minuti, kwalunkwe lewn kannella fis-soluzzjoni tal-most ikkonċentrat rettifikat ma għandux ikun aktar karg minn dak tal-kontroll.

2.3.   Kalkoli

Fil-kundizzjonijiet tal-proċedura msemmija hawn fuq, il-kampjun ta’ kontroll jikkorrispondi għal konċentrazzjoni massima permissibbli tal-metalli tqal, espressa bħala ċomb ta’ 2 mg/kg ta’ most ikkonċentrat rettifikat.

3.   Determinazzjoni tal-kontenut taċ-ċomb bl-ispettofotometrija ta’ assorbiment atomiku

3.1.   Tagħmir

3.1.1.   Spettofotometru ta’ assorbiment atomiku mgħammar b’burner tal-arja u l-aċetilina.

3.1.2.   Lampa tal-katodi vojta taċ-ċomb.

3.2.   Reaġenti

3.2.1.   Aċidu aċetiku mdewweb.

Ħu 12 g aċidu aċetiku glaċjali (ρ20 = 1,05 g/ml) u imla bl-ilma sakemm jilħaq 100 ml.

3.2.2.   Soluzzjoni ta’ ammonium pyrrolidinedithiocarbamate C5H12N2S2, 1 % (m/v).

3.2.3.   Metilisobutiċetone, (CH3)2 CHCH2COCH3.

3.2.4.   Soluzzjoni ta’ 0,010 g/l ċomb.

Dewweb sa 1 % (v/v) is-soluzzjoni ta’ 0,010 g/l ċomb (punt 2.1.8).

3.3.   Proċedura

3.3.1.   Soluzzjoni għall-analiżi

Dewweb 10 g most ikkonċentrat rettifikat f’taħlita b’volumi ugwali ta’ aċidu aċetiku mdewweb (punt 3.2.1) u ilma, u imla b’din it-taħlita sakemm jilħaq 100 ml.

Żid 2 ml soluzzjoni ta’ ammonium pyrrolidinedithiocarbamate (punt 3.2.2) kif ukoll 10 ml metilisobutilċetone (punt 3.2.2). Ħawwad għal 30 sekonda għall-kenn mid-dawl qawwi. Ħalli ż-żewġ saffi jinfirdu. Uża s-saff tal-metilisobutilċetone.

3.3.2.   Soluzzjonijiet ta’ referenza

Ipprepara tliet soluzzjonijiet ta’ referenza li fihom, minbarra l-10 g most ikkonċentrat rettifikat, 1, 2 u 3 ml rispettivament mis-soluzzjoni ta’ 0,010 g/l ċomb (punt 3.2.4). Ittrattahom l-istess bħas-soluzzjoni tal-analiżi.

3.3.3.   Kontroll

Ipprepara kontroll bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk deskritti fil-punt 3.3.1 għas-soluzzjoni tal-analiżi, iżda mingħajr iż-żieda tal-most ikkonċentrat rettifikat.

3.3.4.   Determinazzjoni

Agħżel it-tul ta’ mewġ ta’ 283,3 nm.

Atomizza l-metilisobutilketone mill-kampjun ta’ kontroll fil-fjamma, u aġġusta l-iskala ta’ assorbiment għal żero.

Bl-operazzjoni fuq l-estratti solventi rispettivi tagħhom, iddetermina l-assorbimenti li jikkorrispondu għas-soluzzjoni tal-analiżi u għas-soluzzjonijiet ta’ referenza.

3.4.   Espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-kontenut ta’ ċomb f’milligrammi kull kilogramma tal-most ikkonċentrat rettifikat sa punt deċimali wieħed.

3.4.1.   Kalkoli

Ħażżeż il-kurva li tirrappreżenta l-varjazzjoni tal-assorbimenti skont il-konċentrazzjoni taċ-ċomb miżjuda fis-soluzzjonijiet ta’ referenza, bil-konċentrazzjoni żero tikkorrispondi għas-soluzzjoni tal-analiżi.

Estrapola l-linja dritta li tgħaqqad il-punti sakemm taqtal-parti negattiva tal-assi tal- konċentrazzjonijiet. Id-distanza ta’ dan il-punt ta’ intersezzjoni mill-oriġini tirrappreżenta l-konċentrazzjoni taċ-ċomb fis-soluzzjoni tal-analiżi.

(e)   Determinazzjoni kimika tal-etanol

Dan il-metodu ta’ kejl jintuża għad-determinazzjoni tal-qawwa alkoħolika ta’ likwidi ta’ alkoħol baxx, bħall-mosti, il-mosti kkonċentrati, u l-mosti kkonċentrati rettifikati.

1.   Prinċipju

Distillazzjoni sempliċi tal-likwidu. Ossidazzjoni tal-etanol mid-distillat bid-dikromat tal-potassju. Titraġġ tad-dikromat żejjed b’soluzzjoni tal-ħadid (II).

2.   Tagħmir

2.1.   Tagħmir ta’ distillazzjoni użat għall-kejl tal-qawwa alkoħolika

3.   Reaġenti

3.1.   Soluzzjoni tad-dikromat tal-potassju

Dewweb 33,6 g ta’ dikromat tal-potassju (K2Cr2O7) fi kwantità tal-ilma biżżejjed biex jagħmel litru wieħed f’temperatura ta’ 20 °C.

Millilitru wieħed ta’ din is-soluzzjoni jossida 7,8924 mg ta’ alkoħol.

3.2.   Soluzzjoni tas-sulfat tal-ħadid (II) u tal-ammonju

Dewweb 135 g tas-sulfat tal-ħadid (II) u tal-ammonju, Fe SO4, (NH4)2SO4, 6 H2O fi kwantità tal-ilma biżżejjed biex jagħmel litru u żidlu 20 ml aċidu sulfuriku kkonċentrat (H2SO4), (ρ20 = 1,84 g/ml). Din is-soluzzjoni tikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal nofs il-volum tiegħu ta’ soluzzjoni dikromat meta jkun għadu kif ġie ppreparat. Imbagħad jossida bil-mod.

3.3.   Soluzzjoni tal-permanganat tal-potassju

Dewweb 1,088 g ta’ permanganat tal-potassju, KMnO4, fi kwantità tal-ilma biżżejjed biex jagħmel litru.

3.4.   Aċidu sulfuriku mdewweb 1: 2 (v/v)

F’500 ml ilma, żid bil-ftit il-ftit, waqt li tħawwad, 500 ml aċidu sulfuriku (H2SO4) (ρ20 = 1,84 g/ml).

3.5.   Reaġent orto-fenantroline tal-ħadid

Dewweb 0,695 g sulfat tal-ħadid, FeSO4, 7 H2O f’100 ml ilma, żidlu 1,485 g monoidrat tal-orto-fenantroline C12H8N2, H2O. Saħħan għat-tidwib. Din is-soluzzjoni, ta’ lewn aħmar ħaj, iżżomm tajjeb ħafna.

4.   Proċedura

4.1.   Distillazzjoni

Poġġi fil-flask tad-distillazzjoni 100 g mill-most ikkonċentrat rettifikat kif ukoll 100 ml ilma. Iġbor id-distillat ġo flask volumetriku ta’ 100 ml u imla bl-ilma sakemm jilħaq il-marka.

4.2.   Ossidazzjoni

Ħu flask ta’ 300 ml b’tapp tal-ħġieġ matt u b’għonq imwessa’ li jippermetti li jitlaħlaħ mingħajr telf. Ġol-flask, poġġi 20 ml tas-soluzzjoni ttitrata ta’ dikromat tal-potassju (punt 3.1), 20 ml aċidu sulfuriku mdewweb 1: 2 (v/v) (punt 3.4) u ħawwad. Żid 20 ml distillat. Daħħal l-istopper fil-flask, ħawwad u stenna tal-anqas 30 minuta, waqt li tħawwad minn ħin għal ieħor. (Dan hu l-flask ta’ “kejl”).

Wettaq it-titraġġ tas-soluzzjoni tas-sulfat tal-ħadid (II) u tal-ammonju (punt 3.2) fir-rigwrd tas-soluzzjoni tad-dikromat tal-potassju billi tpoġġi fi flask identiku l-istess kwantitajiet ta’ reaġenti, iżda b’20 ml ilma distillat flok 20 ml distillat. (Dan hu l-flask ta’ “kontroll”).

4.3.   Titraġġ

Żid 4 qatriet reaġent mal-orto-fenantroline (punt 3.5) mal-kontentu tal-flask ta’ kejl. Ittitra d-dikromat żejjed billi tferra’ fih is-soluzzjoni tas-sulfat tal-ħadid (II) u tal-ammonju (punt 3.2). Ieqaf milli żżid is-soluzzjoni tal-ħadid malli t-taħlita tkanġi minn blu-aħdar għal kannella.

Biex tkejjel il-punt tat-tarf b’mod aktar preċiż, ibdel lewn it-taħlita lura mill-kannella għall-blu-aħdar permezz tas-soluzzjoni ta’ permanganat tal-potassju (punt 3.3). Naqqas 10 % mill-volum użat ta’ din is-soluzzjoni, mill-volum tas-soluzzjoni ta’ sulfat tal-ħadid (II) imferra’. Ħalli n tfisser din id-differenza.

Agħmel l-istess bil-flask ta’ kontroll. Ħalli n′ tfisser id-differenza.

5.   Espressjoni tar-riżultati

L-etanol jiġi espress fi grammi kull kilogramma ta’ zokkor totali sa punt deċimali wieħed.

5.1.   Kalkoli

n′ ml ta’ soluzzjoni tal-ħadid inaqqas 20 ml mis-soluzzjoni ta’ dikromat, li jossida 157,85 mg ta’ etanol pur.

Millimetru wieħed ta’ soluzzjoni tal-ħadid (II) għandu l-istess poter ta’ tnaqqis bħal:

((157,85)/(n′)) mg etanol

n′ – n ml soluzzjoni tal-ħadid (II) għandhom l-istess poter ta’ tnaqqis bħal:

157,85 × ((n′ – n)/(n′)) mg etanol.

Konċentrazzjoni ta’ etanol fi g/kg ta’ most ikkonċentrat rettifikat:

7,892 × ((n′ – n)/(n′))

Konċentrazzjoni ta’ etanol fi g/kg ta’ zokkor totali:

789,2 × ((n′ – n)/(n′ × P))

P = perċentwal tal-konċentrazzjoni (m/m) taz-zokkor totali fil-most ikkonċentrat rettifikat.

(f)   Meso-inositol, scyllo-inositol u sukrożju

1.   Prinċipju

Kromatografija bil-gass ta’ silylated derivatives.

2.   Reaġenti

2.1.   Standard intern: xtlitol (soluzzjoni tal-ilma ta’ madwar 10 g/l li magħha jiżdied xifer ta’ spatula ta’ ażid tas-sodju)

2.2.   Bis(trimetilsilil)trifluworoaċetamide — BSTFA — (C8H18F3NOSi2)

2.3.   Trimetilklorosilane (C3H9ClSi)

2.4.   Pyridine p.a. (C5H5N)

2.5.   Méso-inositol (C6H12O6)

3.   Tagħmir

3.1.   Kromatografu tal-gass mgħammar bi:

3.2.   Kolonna kapillari (pereżempju: silika mgħaqqda bis-sħana, OV 1, film oħxon 0,15 µ, tul 25 m, dijametru ta’ ġewwa 0,3 mm).

Kundizzjonijiet operattivi: gaz vecteur: hydrogène et hélium

rata tal-fluss tat-trasportatur tal-gass: madwar 2 ml/minuta,

temperatura tal-injettur u tad-detettur: 300 °C,

Programazzjoni tat-temperatura: minuta f’160 °C, 4 °C/minuta sa 260 °C, temperatura kostanti ta’ 260 °C għal 15-il minuta,

proporzjoni tat-tifrid: Madwar 1: 20.

3.3.   Integratur.

3.4.   Siringa mikrometrika ta’ 10 µl.

3.5.   Mikropipetti ta’ 50, 100 u 200 µl.

3.6.   Flasks ta’ 2 ml b’tapp tat-teflon.

3.7.   Forn.

4.   Proċedura

Żid madwar 5 g most ikkonċentrat rettifikat, miżun bl-eżatt, ġo flask ta’ 50 ml, flimkien ma’ 1 ml soluzzjoni standard ta’ xylitol (punt 2.1), u żid l-ilma sakemm isib il-livell. Wara l-omoġenizzazzjoni tal-kampjun, ħu 100 µl mis-soluzzjoni u poġġi ġo flask (punt 3.6), u nixxef ġo kurrent ta’ arja ħafif. Fejn meħtieġ, żid 100 µl etanol biex jiffaċilita l-evaporazzjoni.

Dewweb bil-galbu r-residwu ġo 100 µl piridine (punt 2.4), żidlu 100 µl bistrimetilsilittrifluworoaċetamide (punt 2.2) u 10 µl trimetilklorosilane (punt 2.3), agħlaq il-flask bit-tapp tat-teflon u daħħal fil-forn f’temperatura ta’ 60 °C għal siegħa.

Ħu 0,5 µl likwidu ċar u injettah, b’labra msaħħna u vojta, skont il-proporzjoni tat-tifrid imsemmi.

5.   Kalkolu tal-koeffiċjenti riżultanti

5.1.   Ipprepara soluzzjoni li fiha:

60 g/l glukożju, 60 g/l fruttożju, 1 g/l meso-inositol u 1 g/l sukrożju.

Iżen 5 g mis-soluzzjoni u segwi l-proċedura fil-punt 4. Mill-kromatogramma miksuba, ikkalkola l-koeffiċjenti riżultanti mill-meso-inositol u mis-sukrożju mqabbla mal-xylitol.

Għas-scyllo-inositol, li mhuwiex disponibbli kummerċjalment, u li għandu ħin ta’ retenzjoni bejn l-aħħar quċċata tal-forom anomeriċi tal-glukożju u dawk tal-meso-insitol (ara l-figura hawn isfel), uża l-istess riżultat bħal dak tal-meso-inositol.

6.   Espressjoni tar-riżultati

6.1.   Il-meso-inositol u s-scyllo-inositol jiġu espressi f’milligrammi kull kilogramma ta’ zokkor totali.

Is-sukrożju jiġi espress fi grammi kull kilogramma ta’ most.

Image

(1)  Naqqas il-korrezzjoni.

(2)  Żid il-korrezzjoni.


ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 16(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

Ir-Regolament (KEE) Nru 2676/90

Ir-Regolament (KE) Nru 423/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 43, paragrafu 1

Artikolu 5

Artikolu 3, paragrafu 1

Artikolu 43, paragrafu 2, l-ewwel inċiż

Artikolu 23

Artikolu 3, paragrafu 2

Artikolu 43, paragrafu 2, l-ewwel inċiż

Artikolu 24

Artikolu 3, paragrafu 3

Artikolu 43, paragrafu 2, l-ewwel inċiż

Artikoli 34, 35 u 36

Artikolu 3, paragrafu 4

Artikolu 44

Artikolu 4

Artikolu 43, paragrafu 2, it-tieni inċiż

Artikolu 5

Artikolu 43, paragrafu 2, it-tielet inċiż

Artikolu 6

Artikolu 38

Artikolu 7

Artikolu 42, paragrafu 6

Artikolu 39

Artikolu 8

Artikolu 6

Artikolu 9

Artikolu 46

Artikolu 10, paragrafu 1

Artikolu 45

Artikolu 10, paragrafu 2

Artikolu 32

Artikolu 11

Artikolu 29

Artikolu 12

Artikolu 30

Artikolu 13

Artikolu 21

Artikolu 14

Artikolu 1, paragrafu 1

Artikolu 47

Artikolu 15

Artikolu 48

Artikolu 16

Anness IV

Artikoli 7 u 12

Anness I-A

Artikolu 10

Anness I-A, appendiċi 1

Artikolu 8

Anness I-A, appendiċi 2

Artikolu 9

Anness I-A, appendiċi 3

Artikolu 13

Anness I-A, appendiċi 4

Artikoli 14, 15 u 16

Anness I-A, appendiċi 5

Artikolu 17

Anness I-A, appendiċi 6

Artikolu 18

Anness I-A, appendiċi 7

Artikolu 19

Anness I-A, appendiċi 8

Artikolu 22

Anness I-A, appendiċi 9

Anness V-A

Anness I-B

Anness V-B

Anness I-C

Anness V-F

Anness I-D

Anness V-H

Artikolu 28

Anness II-A

Anness V-I

Artikolu 4

Anness II-B

Anness VI-K

Anness II-C

Anness V-J

Artikoli 25 u 37

Anness III-A

Artikolu 43

Anness III-A

Anness VI-L

Artikoli 40 u 41

Anness III-B

Anness, punt 39

Anness IV-A

Anness, punt 42

Anness IV-B


24.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/60


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 607/2009

tal-14 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 52, 56, 63 u 126(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu IV tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid.

(2)

Biex jiġi żgurat li d-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati fil-Komunità jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-applikazzjonijiet iridu jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, fil-kuntest ta' proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni premilinari. Għandhom isiru kontrolli sussegwenti biex jiżguraw li l-applikazzjonijiet jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti b’dan ir-Regolament, li l-approċċ fl-Istati Membri jkun uniformi, u li r-reġistrazzjonijiet tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi ma jagħmlux ħsara lil partijiet terzi. B'riżultat ta' dan, ir-regoli dettaljati tal-implimentazzjoni dwar il-proċeduri ta’ applikazzjoni, eżaminari, oġġezzjoni u kanċellazzjoni għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid għandhom jiġu stabbiliti.

(3)

Għandhom jiġu definiti l-kundizzjonijiet li bihom persuna naturali jew legali tista' tapplika għar-reġistrazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikulari għad-definizzjoni taż-żona kkonċernata, billi tiġi kkunsidrata ż-żona tal-produzzjoni u l-karatteristiċi tal-prodott. Kwalunkwe produttur stabbilit fiż-żona ġeografika demarkata għandu jkun jista' juża l-isem reġistrat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jintlaħqu. Id-demarkazzjoni taż-żona għandha tkun dettaljata, preċiża u mhux ambigwa ħalli l-produtturi, l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet tal-kontroll ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom jekk l-operat hux qed isir fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(5)

Il-fatt li l-imballaġġ ta’ prodotti tas-settur tal-inbid b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika jiġi ristrett għal żona ġeografika demarkata, jew operazzjonijiet marbuta mal-preżentazzjoni tal-oġġett, iwassal għal restrizzjoni fil-moviment ħieles tal-oġġetti u fil-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, restrizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu neċessarji, proporzjonati u xierqa għall-protezzjoni tar-reputazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika. Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun iġġustifikata mill-perspettiva tal-moviment ħieles tal-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi.

(6)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjoni relatata mal-produzzjoni fiż-żona demarkata. Fil-fatt, fil-Komunità jeżisti għadd limitat ta’ derogi.

(7)

Id-dettalji li juru r-rabta mal-karatteristiċi taż-żona ġeografika u l-influwenza tagħhom fuq il-prodott finali għandhom jiġu definiti wkoll.

(8)

Id-dħul f’reġistru Komunitarju tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni lil dawk involuti fil-kummerċ u lill-konsumaturi. Sabiex jiġi żgurat li huwa aċċessibbli għal kulħadd, għandu jkun disponibbli elettronikament.

(9)

Sabiex jiġi ppreservat il-karattru partikolari tal-inbejjed b’denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u sabiex titqarreb il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri bl-għan li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet indaqs għall-kompetizzjoni fi ħdan il-Komunità, għandu jiġi stabbilit qafas legali Komunitarju li jirregola l-kontrolli fuq inbejjed bħal dawn, li magħhom iridu jikkonformaw d-dispożizzjonijiet speċifiċi adottati mill-Istati Membri. Kontrolli bħal dawn għandhom jagħmluha possibbli li jtejbu t-traċċabbiltà tal-prodotti inkwistjoni u li jispeċifikaw l-aspetti li għandhom ikopru l-kontrolli. Sabiex jiġu eliminati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-kontrolli għandhom isiru fuq bażi kontinwa minn entitajiet indipendenti.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament (KE) Nru 479/2008 jiġi implimentat b’mod konsistenti, iridu jitfasslu mudelli għall-applikazzjonijiet, l-oġġezzjonijiet, l-emendi u l-kanċellazzjonijiet.

(11)

Il-Kapitolu V tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jistabbilixxi r-regoli ġenerali rigward l-użu ta’ termini tradizzjonali protetti b’rabta ma’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid.

(12)

L-użu, ir-regolament u l-protezzjoni ta' ċerti termini (minbarra d-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi) biex jiddeskrivu prodotti fis-settur tal-inbid huma prattika li ilha stabbilita fil-Komunità. Termini tradizzjonali bħal dawn joħolqu produzzjoni jew metodu ta' maturazzjoni jew kwalità, kulur jew tip ta' post jew avveniment partikolari marbut mal-istorja tal-inbid fl-imħuħ tal-konsumaturi. Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u biex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqa, għandu jiġi stabbilit qafas komuni rigward id-definizzjoni, l-għarfien, il-protezzjoni u l-użu ta’ termini tradizzjonali bħal dawn.

(13)

L-użu ta’ termini tradizzjonali fuq prodotti ta' pajjiżi terzi jitħalla sakemm huma jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet jew kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk mitluba mill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa. Iktar minn hekk, minħabba li diversi pajjiżi terzi ma għandhomx l-istess livell ta’ regoli ċentralizzati bħas-sistema legali komunitarja, għandhom jiġu stabbiliti xi rekwiżiti għall-‘organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi’ tal-pajjiżi terzi biex ikunu żgurati l-istess garanziji bħal dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fir-regoli Komunitarji.

(14)

Il-Kapitolu VI tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid.

(15)

Ċerti regoli dwar it-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel huma stabbiliti fl-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (2), fid-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE tal-14 ta' Ġunju 1989 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett tal-ikel (3), fid-Direttiva 2000/13/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti imballati minn qabel (5). Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għall-prodotti fis-settur tal-inbid, minbarra meta huma espressament esklużi mid-Direttivi kkonċernati.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 jarmonizza t-tikkettar għall-prodotti kollha fis-settur tal-inbid u jħalli l-użu ta' termini oħrajn minbarra dawk koperti espressament mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, sakemm ikunu eżatti.

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprovdi l-kundizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti għall-użu ta’ ċerti termini li jirreferu, fost oħrajn, għall-provenjenza, il-bottiljatur, il-produttur, l-importatur eċċ. Għal xi termini minn dawn, ir-regoli Komunitarji huma neċessarji għat-tħaddim sew tas-suq intern. Regoli bħal dawn għandhom, b'mod ġenerali, ikunu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet eżistenti. Għal termini oħrajn, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli għall-inbid magħmul fit-territorju tagħhom — li għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Komunità — sabiex dawk ir-regoli jkunu jistgħu jiġu adottati kemm jista' jkun viċin tal-produttur. It-trasparenza ta’ regoli bħal dawn għandha madankollu tkun assigurata.

(18)

Sabiex ikunu megħjuna l-konsumaturi, ċertu tagħrif obbligatorju għandu jiġi miġbur f'qasam viżwali wieħed fuq il-kontenitur, u għandhom jiġu stipulati limiti ta' tolleranza għall-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika attwali u jitqies il-karattru speċifiku tal-prodotti kkonċernati.

(19)

Ir-regoli eżistenti dwar l-użu tal-indikazzjonijiet jew il-marki fuq it-tikkettar li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjeni oġġett tal-ikel urew li huma siewja u għalhekk għandhom jinżammu.

(20)

It-termini li jirreferu għall-produzzjoni organika tal-għeneb huma kkontrollati biss mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi (6) u japplikaw għall-prodotti kollha fis-settur tal-inbid.

(21)

L-użu ta' kapsuli bbażati fuq iċ-ċomb biex jgħattu l-mezzi tal-għeluq tal-kontenituri li jżommu l-prodotti koperti bir-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandu jibqa’ pprojbit, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju, l-ewwelnett, ta' kontaminazzjoni, b'mod partikulari permezz ta' kuntatt aċċidentali ma' kapsuli bħal dawn u, it-tieninett, ta' tniġġiż tal-ambjent mill-iskart li jkun fih iċ-ċomb minn xi kapsuli bħal dawn.

(22)

Fl-interessi tat-traċċabbilità u t-trasparenza tal-prodott, għandhom jiġu introdotti regoli ġodda dwar “l-indikazzjoni tal-provenjenza”.

(23)

L-użu ta' indikazzjonijiet relatati mal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u l-vendemmja (vintage year) għall-inbejjed mingħajr denominazzjoni tal-oriġini u indikazzjoni ġeografika jeħtieġu regoli speċifiċi dwar l-implimentazzjoni.

(24)

L-użu ta' ċerti tipi ta' fliexken għal ċerti prodotti huwa prattika li ilha stabbilita fil-Komunità u l-pajjiżi terzi. Fliexken bħal dawn jistgħu joħolqu ċerti karatteristiċi jew ċertu oriġini ta’ prodotti fl-imħuħ tal-konsumaturi minħabba l-użu tagħhom li ilu stabbilit. Għalhekk, tipi ta’ fliexken bħal dawn għandhom jiġu riservati għall-inbejjed inkwistjoni.

(25)

Ir-regoli għat-tikkettar ta' prodotti fis-settur tal-inbid minn pajjiżi terzi li jiċċirkolaw fis-suq tal-Komunità għandhom ikunu armonizzati wkoll sa fejn ikun possibbli bl-approċċ stabbilit għall-prodotti fis-settur tal-inbid tal-Komunità sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqa u l-kompetizzjoni ma tkunx ġusta għall-produtturi. Madankollu, id-differenzi fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni, it-tradizzjonijiet fil-produzzjoni tal-inbid u l-leġiżlazzjoni fil-pajiżi terzi għandhom jiġu kkunsidrati

(26)

Fid-dawl tad-differenzi bejn prodotti koperti b’dan ir-Regolament u s-swieq tagħhom, u l-aspettattivi tal-konsumaturi, ir-regoli għandhom ivarjaw skont il-prodotti kkonċernati, b’mod partikulari għal ċerti dettalji fakultattivi użati għall-inbejjed mingħajr denominazzjoni tal-oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta li madankollu juru l-ismijiet tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u l-vendemmji jekk jikkonformaw ma’ akkreditazzjoni ta’ ċertifikazzjoni (imsejħa “inbejjed b’isem il-varjetà”). Għalhekk, sabiex jiġu distinti, fi ħdan il-kategorija tal-inbejjed mingħajr DPO/IĠP, dawk l-inbejjed li jaqgħu fis-sottokategorija “inbejjed b’isem il-varjetà” minn dawk li ma jibbenefikawx minn din il-libertà, għandhom jiġu speċifikati regoli stabbiliti dwar l-użu ta’ dettalji fakultattivi għall-inbejjed b’denominazzjonijiet tal-oriġini u b’indikazzjonijiet ġeoġrafiċi protetti minn banda, u mill-banda l-oħra għall-inbejjed mingħajr denominazzjoni tal-oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta, b'kunsiderazzjoni għall-fatt li jkopru wkoll l-“inbejjed b’isem il-varjetà”.

(27)

Il-miżuri biex titħaffef it-tranżizzjoni mil-leġiżlazzjoni ta' qabel tas-settur tal-inbid għal dan ir-Regolament (partikolarment għandu jiġi adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (7), sabiex jiġu evitati piżijiet bla ħtieġa fuq l-operaturi. Sabiex l-operaturi ekonomiċi stabbiliti fil-Komunità u f’pajjiżi terzi jitħallew jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tikkettar, għandu jingħata perjodu tranżitorju għall-adazzjoni. Għalhekk, għandhom jitwettqu d-dispożizzjonijiet biex jiżguraw li l-prodotti bit-tikketta skont ir-regoli eżistenti jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati matul il-perjodu tranżitorju.

(28)

Minħabba piżijiet amministrattivi, ċerti Stati Membri ma jistgħux jintroduċu l-liġijiet, ir-regolament, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 sal-1 ta’ Awwissu 2009. Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti ma jiġux preġudikati b’din id-data tal-għeluq, għandu jingħata perjodu tranżitorju u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji.

(29)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regoli speċifiċi nnegozjati skont il-ftehimiet ma' pajjiżi terzi konklużi skont il-proċedura li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 133 tat-Trattat.

(30)

Ir-regoli dettaljati ġodda għall-implimentazzjoni tal-Kapitoli IV, V u VI tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandhom jissostitwixxu l-leġiżlazzjoni eżistenti, billi jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1607/2000 tal-24 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid b’mod partikolari t-Titolu rrelatat ma’ l-inbid ta’ kwalità ffabbrikat f’reġjuni speċifikati (8) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 tad-29 ta’ April 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tad-deskrizzjoni, id-denominazzjoni, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (9) għandu għalhekk jitħassar.

(31)

L-Artikolu 128 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 iħassar il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Kunsill fis-settur tal-inbid, inkluż dik li għandha x'taqsam mal-aspetti koperti b’dan ir-Regolament. Sabiex jiġu evitati kwalunkwe diffikultajiet kummerċjali, sabiex titħalla ssir transizzjoni sew għall-operaturi ekonomiċi u sabiex l-Istati Membri jkollhom perjodu raġonevoli biex jadottaw għadd ta' miżuri implimentattivi, jeħtieġ li jiġu stabbiliti perjodi tranżitorji.

(32)

Ir-regoli dettaljati li hemm dispożizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom jibdew japplikaw mill-istess data li fiha jibdew japplikaw il-Kapitoli IV, V u VI tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

(33)

Il-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 b'mod partikulari rigward:

(a)

id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu IV ta’ dak it-Titolu li jirreferu għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

(b)

id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu V ta’ dak it-Titolu li jirreferu għat-termini tradizzjonali tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

(c)

id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu VI ta’ dak it-Titolu li jirreferu għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid.

KAPITOLU II

ID-DENOMINAZZJONIJIET TAL-ORIĠINI U L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

TAQSIMA 1

Applikazzjoni għall-protezzjoni

Artikolu 2

L-applikant

1.   Produttur wieħed jista’ jkun applikant fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jekk jintwera li:

(a)

il-persuna inkwistjoni hija l-uniku produttur fiż-żona ġeografika demarkata, u

(b)

meta ż-żona ġeografika demarkata rilevanti hija mdawra b’żoni b’denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi, din iż-żona rilevanti għandha karatteristiċi li huma differenti b’mod sostanzjali minn dawk taż-żoni demarkati tal-madwar jew il-karatteristiċi tal-prodott ikunu differenti minn dawk tal-prodott miksub fiż-żoni demarkati tal-madwar.

2.   Stat Membru jew pajjiż terz, jew l-awtorità rispettiva tagħhom ma jistgħux ikunu applikanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Artikolu 3

Applikazzjoni għall-protezzjoni

Applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tikkonsisti mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, u kopja elettronika tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u d-dokument waħdieni.

Applikazzjoni għall-protezzjoni, kif ukoll id-dokument waħdieni, għandhom jitfasslu skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament rispettivament.

Artikolu 4

Isem

1.   L-isem li għandu jiġi protett għandu jiġi rreġistrat biss bil-lingwa/i użata/i biex tiddeskrivi/jiddeskrivu l-prodott inkwistjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

2.   L-isem għandu jiġi rreġistrat bl-ortografija/i oriġinali tiegħu.

Artikolu 5

Id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika

Iż-żona għandha tiġi ddemarkata b’mod dettaljat, preċiż u mhux ambigwu.

Artikolu 6

Il-produzzjoni taż-żona ġeografika demarkata

1.   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 34(1)(a)(iii) u (b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u ta’ dan l-Artikolu “l-produzzjoni” tkopri l-operażżjonijiet kollha involuti, mill-qtugħ tal-għeneb sat-tlestija tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe proċess ta’ wara l-produzzjoni.

2.   Għall-prodotti b’indikazzjoni ġeografika protetta, il-porzjon tal-għeneb, sa 15 %, li jista’ joriġina barra miż-żona ġeografika demarkata kif ipprovdut fl-Artikolu 34(1)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għandu jiġi mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz ikkonċernat li fih tinsab iż-żona demarkata.

3.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 34(1)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, japplika l-Anness III, Parti B, paragrafu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (10) dwar il-prattiki u r-restrizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid.

4.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 34(1)(a)(ii) u (1)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tipprovdi hekk, prodott b'denominazzjoni tal-oriġini u indikazzjoni ġeografika protetti jista’ jsir inbid jew:

(a)

f’żona qrib ħafna taż-żona demarkata kkonċernata, jew

(b)

f’żona li tinsab fi ħdan l-istess unità amministrattiva jew fi ħdan żona amministrattiva ġara, b’konformità mar-regoli nazzjonali, jew;

(c)

fil-każ ta' denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika transkonfinali, jew meta jeżisti ftehim dwar il-miżuri ta’ kontroll bejn żewġ Stati Membri jew iktar jew bejn Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiż terz wieħed jew iktar, prodott b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika jista’ jsir inbid f’żona li tinsab qrib ħafna taż-żona demarkata inkwistjoni.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 34(1)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tipprovdi hekk, inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jibqgħu jsiru nbid lil hinn minn żoni li huma qrib ħafna taż-żona demarkata inkwistjoni sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Permezz tad-deroga mill-Artikolu 34(1)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tipprovdi hekk, prodott jista’ jsir inbid frizzanti jew inbid semi-frizzanti b’denominazzjoni tal-oriġini protetta li mhijiex qrib ħafna taż-żona demarkata inkwistjoni jekk din il-prattika kienet tintuża qabel l-1 ta’ Marzu 1986.

Artikolu 7

Rabta

1.   Id-dettalji li juru r-rabta ġeografika msemmija fl-Artikolu 35(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandhom jispjegaw sa fejn il-karatteristiċi taż-żona ġeografika demarkata jistgħu jinfluwenzaw il-prodott finali.

F’każ ta’ applikazzjonijiet li jkopru kategoriji differenti ta’ prodotti tad-dwieli, id-dettalji li juru r-rabta għandhom jintwerew għal kull prodott tad-dwieli kkonċernat.

2.   F’każ ta’ denominazzjoni tal-oriġini, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tistabbilixxi:

(a)

id-dettalji taż-żona ġeografika, u b’mod partikulari l-fatturi naturali u umani, rilevanti għal din ir-rabta;

(b)

id-dettalji tal-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott li jirriżultaw essenzjalment jew esklussivament mill-ambjent ġeografiku;

(c)

deskrizzjoni tal-interazzjoni kawżali bejn id-dettalji msemmijin fil-punt (a) u dawk imsemmijin fil-punt (b).

3.   F’każ ta’ indikazzjoni ġeografika, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tistabbilixxi:

(a)

id-dettalji taż-żona ġeografika rilevanti għar-rabta;

(b)

id-dettalji tal-kwalità, ir-reputazzjoni u karatteristiċi speċifiċi oħrajn tal-prodott li jirriżultaw mill-oriġini ġeografika tiegħu;

(c)

deskrizzjoni tal-interazzjoni kawżali bejn id-dettalji msemmijin fil-punt (a) u dawk imsemmijin fil-punt (b).

4.   L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal indikazzjoni ġeografika għandha tindika jekk huwiex ibbażat fuq kwalità speċifika jew reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn marbutin mal-oriġini ġeografika tiegħu.

Artikolu 8

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Jekk speċifikazzjoni tal-prodott tindika li l-imballaġġ tal-prodott għandu jsir fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata jew f’żona qrib ħafna taż-żona demarkata inkwistjoni, skont rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 35(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għandha tingħata ġustifikazzjoni għal dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

TAQSIMA 2

Il-proċedura ta' eżaminazzjoni tal-Kommissjoni

Artikolu 9

Il-wasla tal-applikazzjoni

1.   L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni bil-miktub jew permezz tal-posta elettronika. Id-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-Kummissjoni għandha tkun id-data ta' meta l-applikazzjoni tidħol fir-reġistru tal-posta tal-Kummissjoni. Din id-data hija disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi xierqa.

2.   Il-Kummissjoni għandha timmarka d-dokumenti li jiffurmaw l-applikazzjoni bid-data tal-wasla u bin-numru tal-fajl allokat għall-applikazzjoni.

L-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni għandu jirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika dan li ġej:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

l-isem li se jiġi rreġistrat;

(c)

l-għadd ta’ paġni rċevuti; u

(d)

id-data tal-wasla tal-applikazzjoni.

Artikolu 10

Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni transkonfinali

1.   Fil-każ ta’ talba transkonfinali, tista’ tiġi sottomessa applikazzjoni konġunta għal isem li jirreferi għal żona ġeografika transkonfinali b’iktar minn grupp wieħed ta’ produtturi li jirrappreżentaw dik iż-żona.

2.   Meta l-Istati Membri biss huma kkonċernati, il-proċedura nazzjonali preliminari msemmija fl-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 tapplika fl-Istati Membri kollha kkonċernati.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 38(5) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, applikazzjoni transkonfinali għandha tintbagħat lill-Kummissjoni minn Stat Membru wieħed f’isem l-oħrajn, u għandha tinkludi awtorizzazzjoni minn kull Stat Membru ieħor ikkonċernat li tawtorizza lill-Istat Membru jibgħat l-applikazzjoni biex jaġixxi f’ismu.

3.   Meta applikazzjoni transkonfinali tinvolvi pajjiżi terzi biss, l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni jew minn wieħed mill-gruppi applikanti f’isem l-oħrajn jew minn wieħed mill-pajjiżi terzi f'isem l-oħrajn u għandha tinkludi:

(a)

l-elementi li jagħtu prova li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 qed jiġu ssodisfati;

(b)

il-prova tal-protezzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati; u

(c)

awtorizzazzjoni minn kull pajjiż terz ieħor ikkonċernat, kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.   Meta applikazzjoni transkonfinali tinvolvi mill-inqas Stat Membru wieħed u mill-inqas pajjiż terz wieħed, il-proċedura nazzjonali preliminari msemmija fl-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 tapplika fl-Istati Membri kollha kkonċernati. L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni minn wieħed mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi terzi jew minn wieħed mill-gruppi applikanti tal-pajjiżi terzi u għandha tinkludi:

(a)

l-elementi li jagħtu prova li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 qed jiġu ssodisfati;

(b)

il-prova tal-protezzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati; u

(c)

awtorizzazzjoni minn kull Membru Stat jew pajjiż terz ieħor ikkonċernat, kif imsemmi fil-paragrafu 2.

5.   L-Istat Membru, il-pajjiżi terzi jew gruppi ta’ produtturi stabbiliti fil-pajjiżi terzi li jibagħtu applikazzjoni transkonfinali lill-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, isiru d-destinatarji ta’ kwalunkwe notifikazzjoni jew deċiżjoni maħruġa mill-Kummissjoni.

Artikolu 11

L-ammissibbiltà

1.   Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk applikazzjoni għall-protezzjoni hijiex ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni stabbilita fl-Anness I imtliet u li d-dokumenti ta’ evidenza ġew mehmużin mal-applikazzjoni.

2.   Kwalunkwe applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li titqies ammissibbli għandha tiġi nnotifikata lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Jekk l-applikazzjoni ma tkunx imtliet jew imtliet parzjalment biss, jew jekk id-dokumenti ta’ evidenza msemmijin fil-paragrafu 1 ma ġewx ippreżentati fl-istess ħin mal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew hemm xi wħud neqsin, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant kif meħtieġ u għandha tistiednu jirranġa n-nuqqasijiet innutati f’perjodu ta' xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irranġati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Artikolu 12

L-iskrutinju tal-kundizzjonijiet tal-validità

1.   Jekk applikazzjoni ammissibbli għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika ma tilħaqx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni, tistabbilixxi data tal-għeluq għall-irtirar jew l-emendi tal-applikazzjoni jew għas-sottomissjoni tal-kummenti.

2.   Jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni ma jirrimedjawx għall-ostakoli għar-reġistrazzjoni sad-data tal-għeluq, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli għaliha. Deċiżjoni bħal din dwar ir-rifjutar għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

TAQSIMA 3

Il-proċeduri ta’ oġġezzjoni

Artikolu 13

Il-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni f’każ ta’ applikazzjonijiet transkonfinali

Għall-finijiet tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 meta applikazzjoni transkonfinali tinvolvi Stat Membru biss jew mill-inqas Stat Membru wieħed u mill-inqas pajjiż terz wieħed, il-proċedura ta’ oġġezzjoni għandha tiġi applikta fl-Istati Membri kkonċernati kollha.

Artikolu 14

Is-sottomissjoni ta’ oġġezzjonijiet skont il-proċedura tal-Kummissjoni

1.   L-oġġezzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandhom jitfasslu abbażi tal-forma stabbilita fl-Anness III għal dan ir-Regolament. L-oġġezzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni bil-miktub jew permezz tal-posta elettronika. Id-data tas-sottomissjoni ta’ oġġezzjoni għall-Kummissjoni għandha tkun id-data ta' meta l-oġġezzjoni tidħol fir-reġistru tal-posta tal-Kummissjoni. Din id-data hija disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi xierqa.

2.   Il-Kummissjoni għandha timmarka d-dokumenti li jiffurmaw l-oġġezzjoni bid-data tal-wasla u bin-numru tal-fajl allokat għall-oġġezzjoni.

Il-persuna li toġġezzjona għandha tirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika dan li ġej:

(a)

in-numru tal-fajl,

(b)

l-għadd ta’ paġni rċevuti, u

(c)

id-data tal-wasla tat-talba.

Artikolu 15

L-ammissibbiltà skont il-proċedura tal-Kummissjoni

1.   Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk oġġezzjoni hijiex ammissibbli, skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-oġġezzjoni ssemmi d-dritt(ijiet) preeżistenti ddikjarat(i) u r-raġuni(jiet) għall-oġġezzjoni u li tasal għand il-Kummissjoni sad-data tal-għeluq.

2.   Jekk l-oġġezzjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta' marka kummerċjali preċedenti, skont l-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-oġġezzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-prova tat-tressiq, ir-reġistrazzjoni jew l-użu ta’ dik il-marka kummerċjali preċedenti, bħaċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jew prova tal-użu tagħha, u prova tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent tagħha.

3.   Kwalunkwe oġġezzjoni sostanzjata b'mod xieraq għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti sottomessi b'appoġġ għall-oġġezzjoni, akkumpanjati mid-dokumenti ta' evidenza rilevanti.

L-informazzjoni u l-evidenza li għandhom jiġu ppreżentati b’appoġġ għall-użu ta’ marka kummerċjali preċedenti għandhom jinkludu d-dettalji tal-post, it-tul ta’ żmien, id-daqs u n-natura tal-użu tal-marka kummerċjali preċedenti, u tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent tagħha.

4.   Jekk id-dettalji tad-dritt(ijiet) preeżistenti ddikjarat(i), ir-r-raġuni(jiet), il-fatti, l-evidenza jew il-kummenti, jew id-dokumenti ta’ evidenza, kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3, ma ġewx ippreżentati fl-istess ħin mal-oġġezzjoni jew hemm xi ftit neqsin, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-opponent kif meħtieġ u għandha tistiednu jirranġa n-nuqqasijiet innutati f’perjodu ta' xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irranġati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-oġġezzjoni bħala inammissibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà għandha tiġi nnotifikata lill-persuna li toġġezzjona u lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

5.   Oġġezzjoni li titqies ammissibbli għandha tiġi nnotifikata lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Artikolu 16

L-iskrutinju ta’ oġġezzjoni skont il-proċedura tal-Kummissjoni

1.   Jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrifjutat l-oġġezzjoni skont l-Artikolu 15(4), għandha tikkomunika l-oġġezzjoni lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni u għandha tistiednu jressaq l-osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta’ komunikazzjoni bħal din. Kwalunkwe osservazzjonijiet irċevuti fi żmien dan il-perjodu ta’ xahrejn għandhom jiġu kkomunikati lill-persuna li toġġezzjona.

Matul l-iskrutinju ta’ oġġezzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-partijiet biex jekk ikun xieraq jissottomettu l-kummenti dwar il-komunikazzjonijiet rċevuti mill-partijiet l-oħrajn f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tal-ħruġ ta’ talba bħal din.

2.   Jekk l-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni jew il-persuna li toġġezzjona ma tressaq l-ebda osservazzjonijiet bi tweġiba, jew ma tirrispettax l-iskadenzi, il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-oppożizzjoni.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta jew tirreġistra d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tal-evidenza disponibbli għaliha. Id-deċiżjoni dwar ir-rifjutar għandha tiġi nnotifikata lill-persuna li toġġezzjona u lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

4.   Fil-każ ta’ ħafna persuni li joġġezzjonaw, wara eżami preliminari ta’ oġġezzjoni waħda bħal din jew iktar, jista’ ma jkunx possibbli li l-applikazzjoni tiġi aċċettata għar-reġistrazzjoni; f’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-proċeduri l-oħrajn ta’ oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-persuni l-oħrajn li joġġezzjonaw bi kwalunkwe deċiżjoni li taffetwhom li ttieħdet matul il-proċedura.

Meta tiġi rrifjutata applikazzjoni, il-proċeduri ta’ oġġezzjoni li ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqin u l-persuni kkonċernati li joġġezzjonaw għandhom jiġu infurmati kif xieraq.

TAQSIMA 4

Protezzjoni

Artikolu 17

Deċiżjoni dwar il-protezzjoni

1.   Sakemm l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi jiġu rrifjutati skont l-Artikoli 11, 12, 16 u 28, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tipproteġi d-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

2.   Id-deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni meħuda skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Ir-reġistru

1.   Il-Kummissjoni għandha żżomm ir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” kif ipprovdut fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “ir-Reġistru”.

2.   Denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika li ġiet aċċettata, għandha tiddaħħal fir-Reġistru.

Fil-każ ta’ ismijiet rreġistrati skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-Kummissjoni għandha ddaħħal id-dejta li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-punt (f), fir-Reġistru.

3.   Il-Kummissjoni għandha ddaħħal id-dejta li ġejja fir-Reġistu:

(a)

l-isem irreġistrat tal-prodott(i);

(b)

reġistru tal-fatt li l-isem huwa protett bħala indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni tal-oriġini;

(c)

isem il-pajjiż jew il-pajjiżi tal-oriġini;

(d)

id-data tar-reġistrazzjoni;

(e)

referenza għall-istrument legali li jirreġistra l-isem;

(f)

referenza għad-dokument waħdieni.

Artikolu 19

Protezzjoni

1.   Il-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika għandha tibda mid-data li tiddaħħal fir-Reġistru.

2.   Fil-każ ta’ użu illegali ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, b’inizjattiva tagħhom stess, skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, jew fuq talba ta’ parti, jieħdu l-passi meħtieġa biex iwaqqfu dan l-użu illegali u jevitaw kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni jew esportazzjoni tal-prodott inkwistjoni.

3.   Il-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika għandha tapplika għad-denominazzjoni kollha inkluż l-elementi kostituttivi jekk jiġi pprovdut li huma distintivi. Element mhux distintiv jew ġeneriku ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta ma għandux jiġi protett.

TAQSIMA 5

Emendi u kanċellazzjonijiet

Artikolu 20

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew fid-dokument waħdieni

1.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott sottomessa minn applikant kif imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha titfassal skont l-Anness IV għal dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 hijiex ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tivverifika li ntbagħtet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 35(2) ta’ dak ir-Regolament u applikazzjoni mimlija kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 49(2), l-ewwel sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-Artikoli 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17 u 18 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutandis mutadis.

4.   Emenda hija kkunsidrata minuri jekk:

(a)

ma tikkonċernax il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott;

(b)

ma tbiddilx ir-rabta;

(c)

ma tinkludix bidla fl-isem jew fi kwalunkwe parti tal-isem tal-prodott;

(d)

ma taffetwax iż-żona ġeografika demarkata;

(e)

ma twassalx għal kwalunkwe restrizzjonijiet oħrajn fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

5.   Meta applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi sottomessa minn applikant li mhuwiex l-applikant inizjali, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-applikazzjoni lill-applikant inizjali.

6.   Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li taċċetta emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li taffetwa jew tinkludi emenda fl-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistru, għandha tħassar id-dejta oriġinali mir-Reġistru u ddaħħal id-dejta l-ġdida b’effett mid-data li fiha d-deċiżjoni rilevanti tidħol fis-seħħ.

Artikolu 21

Sottomissjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni

1.   Talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandha titfassal skont il-forma stabbilita fl-Anness V għal dan ir-Regolament. It-talba għall-kanċellazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni bil-miktub jew permezz tal-posta elettronika. Id-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-kanċellazzjoni għall-Kummissjoni għandha tkun id-data ta' meta t-talba tidħol fir-reġistru tal-posta tal-Kummissjoni. Dik id-data hija disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi xierqa.

2.   Il-Kummissjoni għandha timmarka d-dokumenti li jiffurmaw it-talba għall-kanċellazzjoni bid-data tal-wasla u bin-numru tal-fajl allokat għat-talba għall-kanċellazzjoni.

L-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni għandu jirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

l-għadd ta’ paġni rċevuti; u

(c)

id-data tal-wasla tat-talba.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx meta l-kanċellazzjoni tkun mibdija mill-Kummissjoni.

Artikolu 22

L-ammissibbiltà

1.   Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk talba għall-kanċellazzjoni hijiex ammissibbli, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-Kummissjoni għandha tivverifika li t-talba:

(a)

issemmi l-interess leġittimu, ir-raġunijiet u l-ġustifikazzjoni tal-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni;

(b)

tispjega r-raġuni għall-kanċellazzjoni; u

(c)

tirreferi għal stqarrija mill-Istat Membru jew pajjiż terz fejn tinsab ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tal-awtur tat-talba li tappoġġja t-talba għall-kanċellazzjoni.

2.   Kwalunkwe talba għall-kanċellazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti sottomessi b'appoġġ għall-kanċellazzjoni, akkumpanjati mid-dokumenti ta' evidenza rilevanti.

3.   Jekk l-informazzjoni dettaljata dwar ir-raġunijiet, il-fatti, l-evidenza u l-kummenti, kif ukoll id-dokumenti ta' evidenza msemmijin fil-paragrafi 1 u 2, ma ġewx ippreżentati fl-istess ħin mat-talba għall-kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni kif meħtieġ u għandha tistiednu jirranġa n-nuqqasijiet innutati f’perjodu ta' xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irranġati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talba bħala inammissibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà għandha tiġi nnotifikata lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

4.   Kwalunkwe talba għall-kanċellazzjoni li titqies ammissibbli, kif ukoll proċedura ta’ kanċellazzjoni b’inizjattiva tal-Kummissjoni stess, għandha tiġi nnotifikata lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikanti stabbiliti fil-pajjiż terz li d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tagħhom hija affetwata mill-kanċellazzjoni.

Artikolu 23

L-iskrutinju ta’ kanċellazzjoni

1.   Jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrifjutat it-talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 22(3), għandha tikkomunika l-kanċellazzjoni lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew il-produtturi kkonċernati stabbiliti fil-pajjiż terz inkwistjoni u għandha tistidinhom biex iressqu l-osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta’ komunikazzjoni bħal din. Kwalunkwe osservazzjonijiet rċevuti fi żmien dan il-perjodu ta’ xahrejn għandhom jiġu kkomunikati, fejn meħtieġ, lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni.

Matul l-iskrutinju ta’ kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-partijiet biex jekk ikun xieraq jissottomettu l-kummenti dwar il-komunikazzjonijiet irċevuti mill-partijiet l-oħrajn f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tal-ħruġ ta’ talba bħal din.

2.   Jekk l-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni jew l-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni ma jressaq l-ebda osservazzjonijiet bi tweġiba, jew ma jirrispettax il-perjodi taż-żmien, il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-kanċellazzjoni.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li tħassar id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tal-evidenza disponibbli għaliha. Għandha tikkonsidra jekk il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal prodott fis-settur tal-inbid b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta ma għadhiex ikar possibbli jew ma tistax tibqa' tiġi garantita, partikolarment jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ma għadhomx jiġu ssodisfati jew ma jistgħux jibqgħu jiġu ssodisfati fil-futur qarib.

Deċiżjoni bħal din dwar il-kanċellazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni u lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

4.   Fil-każ ta’ diversi talbiet għall-kanċellazzjoni, wara eżami preliminari ta’ talba għall-kanċellazzjoni waħda bħal din jew iktar, jista’ ma jkunx possibbli li jiġi aċċettat li titkompla tiġi protetta denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, f’liema każ il-Kummissjoni tista' tissospendi l-proċeduri ta’ kanċellazzjoni l-oħrajn. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awturi l-oħrajn tat-talbiet għall-kanċellazzjoni bi kwalunkwe deċiżjoni li taffetwhom li ttieħdet matul il-proċedura.

Meta titħassar denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, il-proċeduri ta’ kanċellazzjoni li ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqin u l-awturi kkonċernati tat-talba għall-kanċellazzjoni għandhom jiġu infurmati kif xieraq.

5.   Meta kanċellazzjoni tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-isem mir-Reġistru.

TAQSIMA 6

Il-kontrolli

Artikolu 24

Dikjarazzjoni mill-operaturi

Kull operatur li jixtieq jipparteċipa fil-produzzjoni jew l-imballaġġ kollu jew parti minnu ta’ prodott b’denominazzjoni tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta, għandu jiġi ddikjarat mal-awtorità kompetenti tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Artikolu 25

Verifikazzjoni annwali

1.   Il-verifikazzjoni annwali li ssir mill-awtorità kompetenti tal-kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandha tikkonsisti minn:

(a)

l-ittestjar organolettiku u analitiku għall-prodotti koperti b’denominazzjoni tal-oriġini;

(b)

jew ittestjar analitiku biss jew ittestjar organolettiku u analitiku għall-prodotti koperti b’denominazzjoni tal-oriġini; u

(c)

kontroll fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Il-verifikazzjoni annwali għandha ssir fl-Istati Membri li fihom saret il-produzzjoni skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u għandha ssir jew permezz ta’:

(a)

kontrolli każwali bbażati fuq analiżi tar-riskju, jew

(b)

teħid ta’ kampjuni, jew

(c)

sistematikament.

Fil-każ ta’ kontrolli każwali, l-Istati Membri għandhom jagħżlu għadd minimu ta' operaturi li se jkunu soġġetti għal dawk il-kontrolli.

Fil-każ tat-teħid tal-kampjuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li bin-numru tagħhom, in-natura u l-frekwenza tal-kontrolli jkunu rappreżentattivi għaż-żona ġeografika demarkata kkonċernata kollha u jikkorrispondu mal-volum tal-prodotti fis-settur tal-inbid ikkummerċjalizzati jew miżmuma bil-ħsieb li jiġu kkummerċjalizzati.

Il-kontrolli każwali jistgħu jingħaqdu mat-teħid ta’ kampjuni.

2.   L-ittestjar imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) għandu jsir fuq it-teħid ta’ kampjuni anonimi, juri li l-prodott ittestjat jikkonforma mal-karatteristiċi u l-kwalitajiet deskritti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika rilevanti, u jsir fi kwalunkwe stadju fil-proċess tal-produzzjoni, inkluż ukoll l-istadju tal-imballaġġ, jew iktar tard. Kull kampjun li jittieħed għandu jkun rappreżentattiv tal-inbejjed rilevanti miżmuma mill-operatur.

3.   Għall-finijiet tal-iċċekkjar tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodotti msemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-awtorità tal-kontroll għandha tiċċekkja:

(a)

il-post fejn jaħdmu l-operaturi, li jikkonsisti mill-iċċekkjar li l-operaturi jkunu attwalment kapaċi jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott; u

(b)

il-prodotti fi kwalunkwe stadju tal-proċess tal-produzzjoni, inkluż l-istadju tal-imballaġġ, abbażi ta' pjan ta' spezzjoni li huwa mfassal bil-quddiem mill-awtorità tal-kontroll u li l-operaturi huma konxji minnu, li jkopri kull stadju tal-produzzjoni tal-prodott.

4.   Il-verifikazzjoni annwali għandha tiżgura li prodott ma jistax juża d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta relatata miegħu sakemm:

(a)

ir-riżultati tal-ittestjar imsemmijin fil-paragrafu 1, is-subparagrafu 1, il-punti (a) u (b) u fil-paragrafu 2 jagħtu prova li l-prodott inkwistjoni jikkonforma mal-valuri tal-limitu u għandu l-karatteristiċi xierqa kollha tad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata;

(b)

il-kundizzjonijiet l-oħrajn imsemmijin fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jintlaħqu, kif jidher mill-kontrolli li saru skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.   Kwalunkwe prodott li ma jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jista’ jitqiegħed fis-suq, imma mingħajr id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, sakemm ir-rekwiżiti legali l-oħrajn jkunu sodisfatti

6.   Fil-każ ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta transkonfinali, il-verifikazzjoni tista' ssir minn awtorità tal-kontroll jew ta’ xi Stati Membru affetwat minn din id-denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

7.   Fil-każ fejn verifikazzjoni annwali ssir fl-istadju tal-imballaġġ tal-prodott fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru fejn saret il-produzzjoni, japplika l-Artikolu 84 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (11).

8.   Il-paragrafi 1 sa 7 japplikaw għall-inbejjed li juru denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, li d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata tagħhom tilħaq ir-rekwiżiti kif imsemmi fl-Artikolu 38(5) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Artikolu 26

L-ittestjar analitiku u organolettiku

L-ittestjar analitiku u organolettiku msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 skont tal-Artikolu 25(a) u (b) jikkonsisti minn:

(a)

analiżi tal-inbid inkwistjoni li tkejjel il-kwalitajiet karatteristiċi li ġejjin:

(i)

iddeterminati abbażi tal-analiżi fiżika u kimika:

qawwa alkoħolika totali u attwali;

zokkrijiet totali espressi f'termini ta’ fruttożju u glukożju (inkluż kwalunkwe sukrożju, fil-każ ta’ nbid semi-frizzanti u nbid frizzanti);

aċidità totali;

aċidità volubbli;

dijossidu tal-kubrit totali.

(ii)

iddeterminati abbażi ta’ analiżi addizzjonali:

id-dijossidu tal-karbonju (inbejjed semi-frizzanti u frizzanti, pressjoni żejda f'bar ta’ temperatura ta’ 20 °C);

kwalunkwe kwalitajiet karatteristiċi oħrajn li hemm dispożizzjoni dwarhom fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kkonċernati.

(b)

test organolettiku li jkopri l-apparenza viżiva, ir-riħa u t-togħma.

Artikolu 27

Kontrolli fuq prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi

Jekk l-inbejjed tal-pajjiż terz jibbenefikaw mill-protezzjoni ta’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u dwar l-aspetti koperti mill-kontroll, kif ukoll prova li l-inbid inkwistjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika rilevanti.

TAQSIMA 7

Il-konverżjoni għal indikazzjoni ġeografika

Artikolu 28

Talba

1.   Stat Membru jew awtorità ta’ pajjiż terz jew applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni jista’ jitlob għal konverżjoni ta' denominazzjoni tal-oriġini protetta f’indikazzjoni ġeografika protetta jekk il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ denominazzjoni tal-oriġini protetta ma għadhiex possibbli jew ma tistax tibqa' tiġi garantita.

It-talba għall-konverżjoni sottomessa lill-Kummissjoni għandha titfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness VI għal dan ir-Regolament. It-talba għall-konverżjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni bil-miktub jew permezz tal-posta elettronika. Id-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-konverżjoni għall-Kummissjoni hija d-data ta' meta t-talba tidħol fir-reġistru tal-posta tal-Kummissjoni.

2.   Jekk it-talba għall-konverżjoni f’indikazzjoni ġeografika ma tilħaqx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda, u għandha tistiednu jirtira jew jemenda t-talba jew jissottometti l-kummenti f’perjodu ta’ xahrejn.

3.   Jekk l-ostakoli għall-konverżjoni f’indikazzjoni ġeografika ma jitranġawx mill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew mill-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talba.

4.   Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta it-talba għall-konverżjoni għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli għaliha. Deċiżjoni bħal din dwar ir-rifjutar għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

5.   L-Artikoli 40 u 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ma għandhomx japplikaw.

KAPITOLU III

TERMINI TRADIZZJONALI

TAQSIMA 1

L-applikazzjoni

Artikolu 29

L-applikanti

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jissottomettu applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ termini tradizzjonali lill-Kummissjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

2.   “Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva” għandha tfisser kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li addottat l-istess regoli, li topera f’żona waħda jew iktar tal-inbid speċifikata tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika fejn fl-isħubija tagħha tinkludi mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi fiż-żona/i tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika speċifika li fiha/fihom topera u tkopri għal mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta’ dik iż-żona. Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva tista’ tressaq applikazzjoni għall-protezzjoni għall-inbejjed li tipproduċi hija biss.

Artikolu 30

Applikazzjoni għall-protezzjoni

1.   L-applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali għandha tikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness VII u għandha tkun akkumpanjata minn kopja tar-regoli li jirregolaw l-użu tat-terminu kkonċernat.

2.   Fil-każ ta’ applikazzjoni mressqa minn organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita f’pajjiż terz, għandhom jiġu kkomunikati wkoll id-dettalji tal-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva. Din l-informazzjoni, inklużi d-dettalji rilevanti tal-membri tal-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva, kif xieraq, huma elenkati fl-Anness XI.

Artikolu 31

Il-lingwa

1.   It-terminu li se jiġi protett għandu jkun jew:

(a)

bil-lingwa/i uffiċjali, bil-lingwa/i reġjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz minn fejn joriġina t-terminu, jew;

(b)

bil-lingwa użata fil-kummerċ għal dan it-terminu.

It-terminu użat f’ċerti lingwi għandu jirreferi għal prodotti speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

2.   It-terminu għandu jiġi rreġistrat bl-ortografija/i oriġinali tiegħu.

Artikolu 32

Regoli dwar it-termini tradizzjonali tal-pajjiżi terzi

1.   L-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 japplika mutatis mutandis għat-termini li tradizzjonalment jintużaw f’pajjiżi terzi b’konnessjoni ma’ prodotti fis-settur tal-inbid b’indikazzjonijiet ġeografiċi tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

2.   Inbejjed li joriġinaw f’pajjiżi terzi li t-tikketti tagħhom juru indikazzjonijiet tradizzjonali differenti mit-termini tradizzjonali elenkati fl-Anness XII, jistgħu jużaw dawn l-indikazzjonijiet tradizzjonali fuq it-tikketti tal-inbid skont ir-regoli applikabbli fil-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż dawk li jaslu mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

TAQSIMA 2

Proċedura ta’ eżaminazzjoni

Artikolu 33

It-tressiq tal-applikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha timmarka d-dokumenti li jiffurmaw l-applikazzjoni bid-data tal-wasla tagħha u bin-numru tal-fajl tal-applikazzjoni. L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni bil-miktub jew permezz tal-posta elettronika. Id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-Kummissjoni għandha tkun id-data ta' meta l-applikazzjoni tidħol fir-reġistru tal-posta tal-Kummissjoni. Din id-data u t-terminu tradizzjonali huma disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi xierqa.

L-applikant għandu jirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

it-terminu tradizzjonali;

(c)

l-għadd tad-dokumenti rċevuti; u

(d)

id-data tal-wasla.

Artikolu 34

L-ammissibbiltà

Il-Kummissjoni tivverifika li l-formola ta’ applikazzjoni timtela kollha u tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni mitluba kif ipprovdut fl-Artikolu 30.

Jekk il-formola ta’ applikazzjoni ma tkunx imtliet kollha jew id-dokumentazzjoni tkun nieqsa jew mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant kif meħtieġ u għandha tistiednu jirranġa n-nuqqasijiet innutati f’perjodu ta' xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irranġati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala inammissibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà għandha tiġi nnotifikata lill-applikant.

Artikolu 35

Il-kundizzjonijiet ta’ validità

1.   L-għarfien ta’ terminu tradizzjonali għandu jiġi aċċettat jekk:

(a)

jissodisfa d-definizzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 54(1)(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

it-terminu jikkonsisti esklussivament jew minn:

(i)

isem li tradizzjonalment jintuża fil-kummerċ f’parti kbira tat-territorju tal-Komunità jew tal-pajjiż terz ikkonċernat, biex jiddistingwi kategoriji speċifiċi tal-prodotti tad-dwieli msemmijin fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, jew;

(ii)

isem ta’ fama li tradizzjonalment jintuża fil-kummerċ mill-inqas fit-territorju tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat, biex jiddistingwi kategoriji speċifiċi tal-prodotti tad-dwieli msemmijin fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, jew;

(c)

it-terminu għandu:

(i)

ma jkunx ġeneriku;

(ii)

ikun definit u rregolat fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru, jew;

(iii)

ikun soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ użu kif ipprovdut fir-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiżi terzi kkonċernati, inklużi dawk li jaslu mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

2.   Għall-fini tal-paragrafu (1), il-punt (b), użu tradizzjonali jfisser:

(a)

mill-inqas ħames snin fil-każ ta’ termini mressqin bil-lingwa/i msemmija/in fl-Artikolu 31(a) ta’ dan ir-Regolament,

(b)

mill-inqas ħmistax-il sena fil-każ ta’ termini mressqin bil-lingwa msemmija fl-Artikolu 31(a) ta’ dan ir-Regolament,

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1), il-punt (c)(i), “ġeneriku” ifisser l-isem ta’ terminu tradizzjonali għalkemm huwa relatat ma’ metodu ta’ produzzjoni jew metodu ta’ maturazzjoni speċifiku, jew il-kwalità, il-kulur, it-tip ta’ post, jew xi karatteristika marbuta mal-istorja tal-prodott tad-dwieli, sar l-isem komuni tal-prodott tad-dwieli inkwistjoni fil-Komunità.

4.   Il-kundizzjoni elenkata fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma tapplikax għat-termini tradizzjonali msemmijin fl-Artikolu 54(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Artikolu 36

Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda

1.   Jekk applikazzjoni għal terminu tradizzjonali ma tilħaqx id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 31 u 35, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda, tistabbilixxi data tal-għeluq ta’ xahrejn mid-data tal-ħruġ ta’ komunikazzjoni bħal din, għall-irtirar jew l-emendi tal-applikazzjoni jew għas-sottomissjoni tal-kummenti.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-protezzjoni bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli għaliha.

2.   Jekk l-ostakoli ma jiġux irranġati mill-applikant fi żmien id-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni. Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta t-terminu tradizzjonali kkonċernat għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli għaliha. Deċiżjoni bħal din dwar ċaħda għandha tiġi nnotifikata lill-applikant.

TAQSIMA 3

Il-proċeduri ta’ oġġezzjoni

Artikolu 37

Sottomissjoni ta’ talba ta’ oġġezzjoni

1.   Fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33, kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, tista’ toġġezzjona għall-għarfien propost billi tressaq talba ta’ oġġezzjoni.

2.   It-talba ta’ oġġezzjoni għandha titfassal abbażi tal-forma stabbilita fl-Anness VIII u għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni bil-miktub jew permezz tal-posta elettronika. Id-data tas-sottomissjoni tat-talba ta’ oġġezzjoni għall-Kummissjoni hija d-data ta' meta t-talba tidħol fir-reġistru tal-posta tal-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha timmarka d-dokumenti li jiffurmaw it-talba ta’ oġġezzjoni bid-data tal-wasla u bin-numru tal-fajl allokat għat-talba għall-oġġezzjoni.

Il-persuna li toġġezzjona għandha tirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika dan li ġej:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

l-għadd ta’ paġni rċevuti; u

(c)

id-data tal-wasla tat-talba.

Artikolu 38

L-ammissibbiltà

1.   Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk oġġezzjoni hijiex ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tivverifika li t-talba għall-oġġezzjoni ssemmi d-dritt(ijiet) preeżistenti ddikjarat(i) u r-raġuni(jiet) għall-oġġezzjoni u li tasal għand il-Kummissjoni sad-data tal-għeluq li hemm dispożizzjoni dwarha fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 37.

2.   Jekk l-oġġezzjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta' marka kummerċjali preċedenti, skont l-Artikolu 41(2), it-talba ta’ oġġezzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-prova tat-tressiq, ir-reġistrazzjoni jew l-użu ta’ dik il-marka kummerċjali preċedenti, bħaċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni u prova tar-reputazzjoni u l-għarfien tagħha.

3.   Kwalunkwe talba ta’ oġġezzjoni sostanzjata b'mod xieraq għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti sottomessi b'appoġġ għall-oġġezzjoni, akkumpanjati mid-dokumenti ta' evidenza rilevanti.

L-informazzjoni u l-evidenza li għandhom jiġu ppreżentati b’appoġġ għall-użu ta’ marka kummerċjali preċedenti għandhom jinkludu d-dettalji tal-post, it-tul ta’ żmien, id-daqs u n-natura tal-użu tal-marka kummerċjali preċedenti, u tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent tagħha.

4.   Jekk id-dettalji tad-dritt(ijiet) preeżistenti ddikjarati, ir-raġuni(jiet), il-fatti, l-evidenza jew il-kummenti, jew id-dokumenti ta’ evidenza, kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3, ma ġewx ippreżentati fl-istess ħin mat-talba ta’ oġġezzjoni jew hemm xi ftit neqsin, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-opponent kif meħtieġ u għandha tistiednu jirranġa n-nuqqasijiet innutati f’perjodu ta' xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irranġati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talba bħala inammissibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà għandha tiġi nnotifikata lill-persuna li toġġezzjona u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita fil-pajjiż terz inkwistjoni.

5.   Kwalunkwe talba li titqies ammissibbli għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Artikolu 39

L-iskrutinju ta’ oġġezzjoni

1.   Jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrifjutat it-talba ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 38(4), għandha tikkomunika l-oġġezzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva kkonċernata stabbilita fil-pajjiż terz inkwistjoni u għandha tistidinhom biex iressqu l-osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta’ komunikazzjoni bħal din. Kwalunkwe osservazzjonijiet irċevuti fi żmien dan il-perjodu ta’ xahrejn għandhom jiġu kkomunikati lill-persuna li toġġezzjona.

Matul l-iskrutinju tagħha ta’ oġġezzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-partijiet biex jekk ikun xieraq jissottomettu l-kummenti dwar il-komunikazzjonijiet irċevuti mill-partijiet l-oħrajn f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tal-ħruġ ta’ talba bħal din.

2.   Jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita fil-pajjiż terz inkwistjoni jew il-persuna li toġġezzjona ma tressaq l-ebda osservazzjonijiet bi tweġiba, jew ma tirrispettax il-perjodi taż-żmien, il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-oppożizzjoni.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta jew tirrikonoxxi t-terminu tradizzjonali kkonċernat għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tal-evidenza disponibbli għaliha. Għandha tikkunsidra jekk il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 40(1), jew stabbiliti fl-Artikoli 41(3) jew 42 mhumiex qed jiġu ssodisfati. Id-deċiżjoni dwar iċ-ċaħda għandha tiġi nnotifikata lill-persuna li toġġezzjona u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita fil-pajjiż terz inkwistjoni.

4.   Fil-każ ta’ diversi talbiet ta’ oġġezzjoni, wara eżami preliminari ta’ talba ta’ oġġezzjoni waħda bħal din jew iktar, jista’ ma jkunx possibbli li l-applikazzjoni tiġi aċċettata għall-għarfien; f’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-proċeduri l-oħrajn ta’ oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-persuni l-oħrajn li joġġezzjonaw bi kwalunkwe deċiżjoni li taffetwhom li ttieħdet matul il-proċedura.

Meta tiġi rrifjutata applikazzjoni, il-proċeduri ta’ oġġezzjoni li ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqin u l-persuni kkonċernati li joġġezzjonaw għandhom jiġu infurmati kif xieraq.

TAQSIMA 4

Protezzjoni

Artikolu 40

Protezzjoni ġenerali

1.   Jekk applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u fl-Artikoli 31 u 35 u ma tiġix irrifjutata skont l-Artikoli 38 u 39, it-terminu tradizzjonali għandu jkun elenkat fl-Anness XII għal dan ir-Regolament.

2.   It-termini tradizzjonali elenkati fl-Anness XII, huma protetti biss bil-lingwa u għall-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli ddikkjarati fl-applikazzjoni, kontra:

(a)

kwalunkwe użu ħażin, anke jekk it-terminu protett huwa akkumpanjat minn espressjoni bħalma hija “stil”, “tip”, “metodu”, “kif magħmul fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew simili;

(b)

kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew qarrieqa f'dak li hija n-natura, il-karatteristiċi jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fl-imballaġġ ta' ġewwa jew ta' barra, fil-materjal tal-pubbliċità jew fid-dokumenti li għandhom x'jaqsmu miegħu;

(c)

kwalunkwe prattika oħra li tista’ tqarraq bil-konsumatur, b’mod partikulari biex tagħti l-impressjoni li l-inbid jikkwalifika għat-terminu tradizzjonali protett.

Artikolu 41

Ir-relazzjoni mal-marki kummerċjali

1.   Meta terminu tradizzjonali jkun protett skont dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali, li tikkorrispondi għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 40, għandha tiġi rrifjutata jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali ma tirrigwardax inbejjed kwalifikati biex jużaw terminu tradizzjonali bħal dan u tiġi sottomessa wara d-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali lill-Kummissjoni u t-terminu tradizzjonali jiġi protett sussegwentement.

Il-marki kummerċjali rreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddikjarati invalidi mal-applikazzjoni skont il-proċeduri applikabbli kif speċifikat bid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jew bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (13).

2.   Marka kummerċjali, li tikkorrispondi ma’ waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament, u li ġiet applikata, irreġistrata jew stabbilita bl-użu, jekk hemm dispożizzjoni dwar dik il-possibbiltà fil-leġiżlazzjoni kkonċernata, fit-territorju tal-Komunità qabel l-4 ta’ Mejju 2002 jew qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali għall-Kummissjoni, tista’ tkompli tintuża u tiġġedded minkejja l-protezzjoni tat-termini tradizzjonali.

F’każijiet bħal dan, l-użu tat-terminu tradizzjonali għandu jkun permess flimkien mal-marka kummerċjali rilevanti.

3.   Isem ma għandux jiġi protett bħala terminu tradizzjonali fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta' marka kummerċjali, protezzjoni bħal din tista' tqarraq bil-konsumatur f’dak li għandu x’jaqsam mal-identità vera, in-natura, il-karatteristiċi jew il-kwalità tal-inbid.

Artikolu 42

Omonimi

1.   Terminu, li għalih tintbagħat applikazzjoni, u li jkun interament jew parzjalment omonimu ma' dak ta' terminu tradizzjonali li diġà huwa protett taħt dan il-Kapitoli, għandu jiġi protett b'kunsiderazzjoni xierqa għall-użu lokali u tradizzjonali u r-riskju ta' konfużjoni.

Terminu omonimu li jqarraq bil-konsumaturi f’dak li għandu x’jaqsam man-natura, il-kwalità jew l-oriġini vera tal-prodotti ma għandux jiġi rreġistrat, anke jekk dan it-terminu huwa preċiż.

L-użu ta' terminu omonimu protett għandu jkun soġġett sabiex ikun hemm biżżejjed distinzjoni fil-prattika bejn l-omonimu protett sussegwentement u t-terminu tradizzjonali diġà elenkat fl-Anness XII, filwaqt li jingħata kas tal-ħtieġa li l-produtturi kkonċernati jiġu ttrattati b'mod ekwu u li l-konsumatur ma jiġix mqarraq.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għal termini tradizzjonali protetti qabel l-1 ta' Awwissu 2009, li huma parzjalment omonimi ma’ denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew isem ta’ varjetà ta’ għeneb tal-inbid jew is-sinonimu tiegħu elenkat fl-Anness XV.

Artikolu 43

Infurzar tal-protezzjoni

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, f’każ ta’ użu illegali ta’ termini tradizzjonali protetti, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba ta’ parti, jieħdu l-miżuri kollha biex iwaqqfu l-kummerċjalizzazzjoni, inkluż kwalunkwe esportazzjoni, tal-prodotti kkonċernati.

TAQSIMA 5

Il-proċedura ta’ kanċellazzjoni

Artikolu 44

Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni

Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni ta’ terminu tradizzjonali għandhom ikunu li t-terminu ma għadux jilħaq id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jew ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 31, 35, 40(2), 41(3) jew 42.

Artikolu 45

Sottomissjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni

1.   Talba għall-kanċellazzjoni sostanzjata b'mod xieraq tista’ tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu skont il-forma stabbilita fl-Anness IX. It-talba għall-kanċellazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni bil-miktub jew permezz tal-posta elettronika. Id-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-kanċellazzjoni għall-Kummissjoni hija d-data ta' meta t-talba tidħol fir-reġistru tal-posta tal-Kummissjoni. Din id-data għandha tkun disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi xierqa.

2.   Il-Kummissjoni għandha timmarka d-dokumenti li jiffurmaw it-talba għall-kanċellazzjoni bid-data tal-wasla u bin-numru tal-fajl allokat għat-talba għall-kanċellazzjoni.

L-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni għandu jirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

l-għadd ta’ paġni rċevuti; u

(c)

id-data tal-wasla tat-talba.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx meta l-kanċellazzjoni tkun mibdija mill-Kummissjoni.

Artikolu 46

L-ammissibbiltà

1.   Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk talba għall-kanċellazzjoni hijiex ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tivverifika li t-talba:

(a)

issemmi l-interess leġittimu tal-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni;

(b)

ir-raġuni(jiet) għall-kanċellazzjoni; u

(c)

tirreferi għal stqarrija mill-Istat Membru jew pajjiż terz fejn tinsab ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tal-awtur tat-talba li tispjega l-interess, ir-raġunijiet u l-ġustifikazzjoni leġittima tal-awtur tal-kanċellazzjoni.

2.   Kwalunkwe talba għall-kanċellazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti sottomessi b'appoġġ għall-kanċellazzjoni, akkumpanjati mid-dokumenti ta' evidenza rilevanti.

3.   Jekk l-informazzjoni dettaljata dwar ir-raġunijiet, il-fatti, l-evidenza u l-kummenti, kif ukoll id-dokumenti ta' evidenza msemmijin fil-paragrafi 1 u 2, ma ġewx ippreżentati fl-istess ħin mat-talba għall-kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni kif meħtieġ u għandha tistiednu jirranġa n-nuqqasijiet innutati f’perjodu ta' xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irranġati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talba bħala inammissibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà għandha tiġi nnotifikata lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni.

4.   Kwalunkwe talba għall-kanċellazzjoni li titqies ammissibbli, inkluż proċedura ta’ kanċellazzjoni b’inizjattiva tal-Kummissjoni stess, għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-awtur tat-talba stabbilit fil-pajjiż terz li t-terminu tradizzjonali tiegħu huwa affetwat mill-kanċellazzjoni.

Artikolu 47

L-iskrutinju ta’ kanċellazzjoni

1.   Jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrifjutat it-talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 46(3), għandha tikkomunika t-talba għall-kanċellazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni u għandha tistiednu jressaq l-osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta’ komunikazzjoni bħal din. Kwalunkwe osservazzjonijiet irċevuti fi żmien dan il-perjodu ta’ xahrejn għandhom jiġu kkomunikati lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni.

Matul l-iskrutinju ta’ kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-partijiet biex jekk ikun xieraq jissottomettu l-kummenti dwar il-komunikazzjonijiet irċevuti mill-partijiet l-oħrajn f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tal-ħruġ ta’ talba bħal din.

2.   Jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni jew l-awtur ta’ talba għall-kanċellazzjoni ma jressaq l-ebda osservazzjonijiet bi tweġiba, jew ma jirrispettax il-perjodi taż-żmien, il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-kanċellazzjoni.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li tħassar it-terminu tradizzjonali kkonċernat għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tal-evidenza disponibbli għaliha. Għandha tikkunsidra jekk il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 44 m’għadhomx jiġu ssodisfati.

Deċiżjoni bħal din dwar il-kanċellazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz inkwistjoni.

4.   Fil-każ ta’ diversi talbiet għall-kanċellazzjoni, wara eżami preliminari ta’ talba għall-kanċellazzjoni waħda bħal din jew iktar, jista’ ma jkunx possibbli li jiġi aċċettat li jitkompla jiġi protett terminu tradizzjonali, f’liema każ il-Kummissjoni tista' tissospendi l-proċeduri ta’ kanċellazzjoni l-oħrajn. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awturi l-oħrajn tat-talba għall-kanċellazzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni li taffetwhom li ttieħdet matul il-proċedura.

Meta jitħassar terminu tradizzjonali, il-proċeduri ta’ kanċellazzjoni li ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqin u l-awturi kkonċernati tat-talba għall-kanċellazzjoni għandhom jiġu infurmati kif xieraq.

5.   Meta kanċellazzjoni tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tneħħi l-isem ikkonċernat mil-lista stabbilita fl-Anness XII.

TAQSIMA 6

Termini tradizzjonali protetti eżistenti

Artikolu 48

Termini tradizzjonali protetti eżistenti

Termini tradizzjonali li huma protetti skont l-Artikoli 24, 28 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandhom jiġu protetti awtomatikament skont dan ir-Regolament, sakemm:

(a)

sal-1 ta’ Mejju 2009 jkun ġie sottomess lill-Kummissjoni sommarju tad-definizzjoni jew tal-kundizzjonijiet tal-użu;

(b)

l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi ma waqfux jipproteġu ċerti termini tradizzjonali.

KAPITOLU IV

TIKKETTAR U PREŻENTAZZJONI

Artikolu 49

Regoli komuni għad-dettalji kollha tat-tikkettar

Ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor, it-tikkettar tal-prodotti msemmijin fil-paragrafi 1 sa 11, 13, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (minn issa ’l quddiem “prodotti”) ma jistax jiġu miżjud bi kwalunkwe dettalji oħra minbarra dawk li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 58 u dawk irregolati fl-Artikolu 59(1) u 60(1) ta’ dak ir-Regolament, sakemm ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE.

TAQSIMA 1

Dettalji obbligatorji

Artikolu 50

Preżentazzjoni tad-dettalji obbligatorji

1.   Id-dettalji obbligatorji msemmijin fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 kif ukoll dawk elenkati fl-Artikolu 59 tiegħu għandhom jidhru fl-istess kamp viżiv fuq il-kontenitur, b’tali mod li jkunu jistgħu jinqraw fl-istess waqt mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiddawwar il-kontenitur.

Madankollu, id-dettalji obbligatorji tan-numru tal-lott u dawk imsemmijin fl-Artikoli 51 u 56(4) ta’ dan ir-Regolament jistgħu jidhru 'l barra miż-żona viżiva li fiha jidhru d-dettalji obbligatorji l-oħra.

2.   Id-dettalji obbligatorji msemmijin fil-paragrafu 1 u dawk applikabbli permezz tal-istrumenti legali msemmijin fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandhom jiġu ppreżentati f’karattri li ma jitħassrux u għandhom ikunu jispikkaw mit-test jew mill-grafika ta’ madwarhom b’mod ċar.

Artikolu 51

Applikazzjoni ta' ċerti regoli orizzontali

1.   Meta wieħed jew iktar mill-ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa għad-Direttiva 2000/13/KE jkun preżenti f'wieħed mill-prodotti msemmijin fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għandu jitniżżel fuq it-tikkettar u ppreċedut bit-terminu “fih”. Għas-sulfiti jistgħu jintużaw it-termini li ġejjin: “sulfiti” jew “dijossidu tal-kubrit”.

2.   L-obbligu tat-tikkettar imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun akkumpanjat mill-użu tal-piktogramm inkluż fl-Anness X għal dan ir-Regolament.

Artikolu 52

Kummerċjalizzazzjoni u esportazzjoni

1.   Prodotti li t-tikketta jew il-preżentazzjoni tagħhom ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet korrispondenti kif stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu kkumerċjalizzati fil-Komunità jew esportati.

2.   Permezz tad-deroga mill-Kapitoli V u VI tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, meta l-prodotti kkonċernati jkunu se jiġu esportati, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li d-dettalji, li ma jaqblux mar-regoli tat-tikkettar kif ipprovdut fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, jidhru fuq it-tikketta tal-inbejjed għall-esportazzjoni, meta jkunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat. Dawn id-dettalji jistgħu jidhru wkoll b’lingwi oħra li mhumiex il-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 53

Projbizzjoni ta' kapsuli jew fojl ibbażati fuq iċ-ċomb

Il-mezzi tal-għeluq għall-prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 49 ma għandhomx jinħarġu f'kapsuli jew f’fojl ibbażati fuq iċ-ċomb.

Artikolu 54

Qawwa alkoħolika attwali

1.   Il-qawwa alkoħolika attwali bil-volum imsemmi fl-Artikolu 59(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandha tiġi indikata f’unitajiet ta’ perċentwali jew f’nofs unitajiet.

Il-figura għandha tkun segwita b'“% vol”u qabilha jista' jkollha “qawwa alkoħolika attwali”, “alkoħol attwali” jew “alk”.

Mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi stabbiliti għall-metodu tal-analiżi ta' referenza użat, il-qawwa murija ma jridx ikun fiha differenza ta' iktar minn 0,5 % vol minn dak mogħti fl-analiżi. Madankollu, il-qawwa alkoħolika ta' prodotti b’denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti maħżuna fi fliexken għal iktar minn tliet snin, inbejjed frizzanti, inbejjed frizzanti ta’ kwalità, inbejjed frizzanti bil-gass, inbejjed semi-frizzanti, inbejjed semi-frizzanti bil-gass, inbejjed likuri u nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed, mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi stabbiliti għall-metodu tal-analiżi ta' riferenza użat, ma jridx ikun fiha differenza ta' iktar minn 0,8 % vol minn dak mogħti mill-analiżi.

2.   Il-qawwa alkoħolika attwali għandha tidher fuq it-tikketta b'karattri ta' mill-anqas 5 mm għoljin jekk il-volum nominali huwa iktar minn 100 ċl, mill-inqas 3 mm għoljin jekk huwa daqs jew inqas minn 100 ċl imma iktar minn 20 ċl u 2 mm għoljin jekk huwa 20 ċl jew inqas.

Artikolu 55

Indikazzjoni tal-provenjenza

1.   L-indikazzjoni tal-provenjenza kif imsemmi fl-Artikolu 59(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandha tkun indikata kif ġej:

(a)

għall-inbejjed imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 3, 7 sa 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, mingħajr denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-kliem “inbid ta” (…), “magħmul fi (…)” jew “prodott ta” (…), jew espress b’termini ekwivalenti, miżjud bl-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn jinqata’ l-għeneb u jinbidel f’inbid f’dak it-territorju;

Fil-każ ta' nbid transkonfinali magħmul minn ċerti varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 60(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, jista’ jissemma biss l-isem ta’ Stat Membru wieħed jew iktar u l-isem tal-pajjiż(i) terz(i).

(ii)

jew il-kliem “inbid tal-Komunità Ewropea”, jew espress f’termini ekwivalenti, jew “taħlita ta' nbejjed minn pajjiżi differenti tal-Komunità Ewropea” fil-każ ta’ nbid magħmul minn taħlit ta’ nbejjed li joriġinaw f’għadd ta’ Stati Membri, jew

il-kliem “taħlita ta' nbejjed minn pajjiżi differenti barra mill-Komunità Ewropea” jew “taħlita minn …” li jsemmi l-isminijet tal-pajjiżi terzi inkwistjoni, fil-każ ta’ nbid magħmul minn taħlit ta’ nbejjed li joriġinaw f’għadd ta’ pajjiżi terzi;

(iii)

jew il-kliem “inbid tal-Komunità Ewropea”, jew espress f’termini ekwivalenti, jew “inbid miksub fi (…) minn għeneb maqtugħ (…)”, miżjud bl-ismijiet tal-Istati Membri kkonċernati fil-każ tal-inbejjed magħmulin fi Stat Membru minn għeneb maqtugħ fi Stat Membru ieħor; jew

il-kliem “inbid miksub fi … minn għeneb maqtugħ fi …”, li jsemmi l-ismijiet tal-pajjiżi terzi inkwistjoni, għall-inbejjed magħmulin f'pajjiż terz minn għeneb maqtugħ f’pajjiż terz ieħor.

(b)

għall-inbejjed imsemmijin fil-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, mingħajr denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-kliem “inbid ta (…)”, “magħmul fi (…)”, jew “prodott ta (…)”, jew “sekt ta” (…), jew espress b’termini ekwivalenti, miżjud bl-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn jinqata’ l-għeneb u jinbidel f’inbid f’dak it-territorju;

(ii)

il-kliem “magħmul fi (…)”, jew espress b’termini ekwivalenti, miżjud bl-isem tal-Istat Membru fejn issir it-tieni fermentazzjoni.

(c)

għall-inbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, il-kliem “inbid ta (…)”, “magħmul fi (…)” jew “prodott ta (…)”, jew espress b’termini ekwivalenti, miżjud bl-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn jinqata’ l-għeneb u jinbidel f’inbid f’dak it-territorju.

Fil-każ ta' denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika transkonfinali, għandu jissemma biss l-isem ta’ Stat Membru wieħed jew iktar u l-isem tal-pajjiż(i) terz(i).

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 56 u 67.

2.   L-indikazzjoni tal-provenjenza kif imsemmi fl-Artikolu 59(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, fuq it-tikketti tal-most tal-għeneb, il-most fil-fermentazzjoni, il-most ikkonċentrat jew l-inbid ġdid li għadu qed jiffermenta għandha tiġi indikata kif ġej:

(a)

most ta' (…)” jew “most magħmul fi (…)” jew espress b’termini ekwivalenti, miżjud bl-isem tal-Istat Membru, pajjiż individwali li jagħmel parti mill-Istat Membru fejn jiġi magħmul il-prodott;

(b)

taħlita magħmula mill-prodott ta' żewġ pajjiżi tal-Komunità Ewropea jew iktar” fil-każ ta’ taħlit (coupage) ta’ prodotti magħmulin f’żewġ Stati Membri jew iktar;

(c)

most miksub fi (…) mill-għeneb maqtugħ fi (…)” fil-każ ta' most tal-għeneb li ma sarx fl-Istat Membru fejn inqata’ l-għeneb użat.

3.   Fil-każ tar-Renju Unit, l-isem tal-Istat Membru jista’ jiġi sostitwit bl-isem ta’ pajjiż individwali li jagħmel parti mir-Renju Unit.

Artikolu 56

Indikazzjoni tal-bottiljatur, il-produttur, l-importatur u l-bejjiegħ

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 59(1)(e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u ta’ dan l-Artikolu:

(a)

bottiljatur” tfisser persuna naturali jew legali jew grupp ta' persuni bħal dawn li jwettqu l-ibbottiljar jew li l-ibbottiljar isir f'isimhom;

(b)

bottiljar” tfisser it-tqiegħed tal-prodott ikkonċernat f’kontenituri ta' kapaċità li ma taqbiżx is-60 litru għall-bejgħ sussegwenti;

(c)

produttur” tfisser persuna naturali jew legali jew grupp ta' persuni bħal dawn li jipproċessaw jew jiġi pproċessat f’isimhom l-għeneb, il-most tal-għeneb u l-inbid f’inbejjed frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta’ kwalità jew inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità;

(d)

importatur” tfisser persuna naturali jew legali jew grupp ta' persuni bħal dawn stabbilit fil-Komunità li jassumu r-responsabbiltà biex idaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni oġġetti mhux tal-Komunità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (14);

(e)

bejjiegħ” tfisser persuna naturali jew legali jew grupp ta' persuni bħal dawn, mhux koperti bid-definizzjoni ta’ produttur, li jixtru u mbagħad idaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni nbejjed, inbejjed frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta’ kwalità jew inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità;

(f)

indirizz” tfisser l-indikazzjoni taż-żona amministrattiva lokali u l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-bottiljatur, tal-produttur, tal-bejjiegħ jew tal-importatur.

2.   L-isem u l-indirizz tal-bottiljatur għandhom jiġu miżjuda jew,

(a)

bil-kliem “bottiljatur” jew “ibbottiljat minn (…)” jew

(b)

bit-termini, li l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom huma definiti mill-Istati Membri, fejn isir l-ibbottiljar tal-inbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta:

(i)

fuq l-impriża tal-produttur, jew;

(ii)

fl-istabbiliment ta’ gruppp ta' produtturi, jew;

(iii)

f’impriża li tinsab fiż-żona ġeografika demarkata jew qrib ħafna taż-żona ġeografika demarkata kkonċernata.

Fil-każ ta' bbottiljar bil-kuntratt, l-indikazzjoni tal-bottiljatur għandha tkun miżjuda bil-kliem “ibbottiljat għal (…)” jew, meta l-isem, l-indirizz tal-persuna li wettqet l-ibbottiljar ikunu għan-nom ta' parti terza, huma indikati bil-kliem “ibbottiljat għal (…) minn (…)”.

Meta l-ibbottiljar isir f’post differenti minn dak tal-bottiljatur, id-dettalji msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza għall-post eżatt fejn sar l-operat u, jekk sar fi Stat Membru ieħor, l-isem ta’ dak l-Istat.

Fil-każ ta’ kontenituri differenti mill-fliexken, il-kliem “imballatur” jew “imballat minn (…)” għandu jissostitwixxi l-kliem “bottiljatur” u “bbottiljat minn (…)” rispettivament, minbarra meta l-lingwa użata ma tindikax minnha nfisha din id-differenza.

3.   L-isem u l-indirizz tal-produttur jew tal-bejjiegħ għandu jiżdied bil-kliem “produttur” jew “magħmul minn” u “bejjiegħ” jew “mibjugħ minn”, jew ekwivalenti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-indikazzjoni tal-produttur għandha tkun obbligatorja.

4.   L-isem u l-indirizz tal-importatur għandu jkollhom qabilhom il-kliem “importatur” jew “importat minn (…)”.

5.   L-indikazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 jistgħu jinġabru flimkien, jekk jikkonċernaw l-istess persuna naturali jew legali.

Waħda minn dawn l-indikazzjonijiet tista’ tiġi sostitwita b’kodiċi ddeterminat mill-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju ewlieni tiegħu l-bottiljatur, il-produttur, l-importatur jew il-bejjiegħ. Il-kodiċi għandu jiġi miżjud b’referenza għall-Istat Membru inkwistjoni. L-isem u l-indirizz ta’ persuna naturali jew legali oħra, involuta fid-distribuzzjoni kummerċjali, minbarra l-bottiljatur, il-produttur, l-importatur jew il-bejjiegħ indikati b’kodiċi għandhom jidhru wkoll fuq it-tikketta tal-inbid tal-prodott ikkonċernat.

6.   Meta l-isem jew l-indirizz tal-bottiljatur, tal-produttur, tal-importatur jew tal-bejjiegħ jikkonsisti minn jew ikun fih denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha tidher fuq it-tabella:

(a)

b’karattri li mhumiex iktar min-nofs id-daqs ta’ dawk użati jew għad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta jew għad-denominazzjoni tal-kategorija tal-prodott tad-dwieli kkonċernat, jew;

(b)

billi jintuża kodiċi kif ipprovdut fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema għażla tapplika għall-prodotti li jsiru fit-territorji tagħhom.

Artikolu 57

Indikazzjoni tal-impriża

1.   It-termini li jirreferu għall-impriża elenkata fl-Anness XIII, minbarra l-indikazzjoni tal-isem tal-bottiljatur, il-produttur jew il-bejjiegħ, għandhom jiġu reveduti għall-inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta sakemm:

(a)

l-inbid isir esklussivament minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn dik l-impriża;

(b)

il-produzzjoni tal-inbid issir kompletament fl-impriża;

(c)

l-Istati Membri jirregolaw l-użu tat-termini rispettivi tagħhom elenkati fl-Anness XIII. Il-pajjiżi terzi jistabbilixxu r-regoli dwar l-użu applikabbli għat-termini rispettivi tagħhom elenkati fl-Anness XIII, inkluż dawk li jaslu mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

2.   L-isem ta’ impriża jista’ jintuża minn operaturi oħrajn involuti fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott biss meta l-impriża inkwistjoni taqbel dwar dak l-użu.

Artikolu 58

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor

1.   It-termini elenkati fil-Parti A tal-Anness XIV għal dan ir-Regolament, li jindikaw il-kontenut taz-zokkor, għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikolu 59(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

2.   Jekk il-kontenut taz-zokkor tal-prodotti, espress f’termini ta’ fruttożju u glukożju (inkluż kwalunkwe sukrożju), jiġġustifika l-użu ta’ tnejn mit-termini elenkati fil-Parti A tal-Anness XIV, terminu wieħed biss minn dawk it-tnejn għandu jingħażel.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet tal-użu deskritti fil-Parti A tal-Anness XIV, il-kontenut taz-zokkor ma jridx ikun fih differenza ta' iktar minn 3 grammi f’kull litru minn dak li jidher fuq it-tikketta tal-prodott.

Artikolu 59

Id-derogi

Skont l-Artikolu 59(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, it-termini “denominazzjoni tal-oriġini protetta” jistgħu jitneħħew għall-inbejjed li juru d-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti li ġejjin, sakemm din il-possibbiltà tkun irregolata fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat, inklużi dawk li jaslu mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

(a)

Ċipru:

Κουμανδαρία (Commandaria);

(b)

Il-Greċja:

Σάμος (Samos);

(c)

Spanja:

Cava,

Jerez, Xérès jew Sherry,

Manzanilla;

(d)

Franza:

Champagne;

(e)

L-Italja:

Asti,

Marsala,

Franciacorta;

(f)

Il-Portugall:

Madeira jew Madère,

Port jew Porto.

Artikolu 60

Regoli speċifiċi għall-inbid frizzanti bil-gass, inbid semi-frizzanti bil-gass u nbid frizzanti ta' kwalità

1.   It-termini “nbid frizzanti bil-gass” u “nbid semi-frizzanti bil-gass”, kif imsemmi fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għandhom jiġu miżjuda b’karattri tal-istess tipa u daqs bil-kliem “miksub biż-żieda tad-dijossidu tal-karbonju” jew “miksub biż-żieda tal-anidridu tal-karbonju”, minbarra meta l-lingwa użata tindika minnha nfisha li ġie miżjud id-dijossidu tal-karbonju.

Il-kliem “miksub biż-żieda tad-dijossidu tal-karbonju” jew “miksub biż-żieda tal-anidridu tal-karbonju” għandu jkun indikat anke fejn japplika l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

2.   Għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità, ir-referenza tal-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista’ titneħħa għall-inbejjed li t-tabelli tagħhom jinkludu t-terminu “Sekt”.

TAQSIMA 2

Dettalji fakultattivi

Artikolu 61

Il-vendemmja

1.   Il-vendemmja imsemmija fl-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 tista’ tidher fuq it-tikketti tal-prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 49 sakemm mill-inqas 85 % tal-għeneb użat biex isir il-prodott inqata’ fis-sena inkwistjoni. Dan ma jinkludix:

(a)

kwalunkwe kwantità ta’ prodotti użati għall-ħlewwa, “dożaġġ (expedition liqueur)” jew “likur tirage”, jew;

(b)

kwalunkwe kwantità ta’ prodott kif imsemmi fl-Anness IV(3)(e) u (f) għar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

2.   Għall-prodotti li tradizzjonalment isiru mill-għeneb maqtugħ f’Jannar jew fi Frar, il-vendemmja li tidher fuq it-tikketta tal-inbejjed għandha tkun dik tas-sena kalendarja ta' qabel.

3.   Prodotti mingħajr denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 63.

Artikolu 62

Isem il-varjetà ta’ għeneb tal-inbid

1.   L-ismijiet tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 użati għall-produzzjoni ta’ prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jidhru fuq it-tikketti tal-prodotti kkonċernati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu.

(a)

Għall-inbejjed li jsiru fil-Komunità Ewropea, l-ismijiet tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom għandhom jissemmew fil-klassifikazzjoni tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Għall-Istati Membri eżentati mill-obbligu tal-klassifikazzjoni li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-ismijiet tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom għandhom jissemmew fil-“Lista internazzjonali tal-varjetajiet tad-dwieli u s-sinonimu tagħhom” mmexxija mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV).

(b)

Għall-inbejjed li joriġinaw f’pajjiżi terzi, il-kundizzjonijiet tal-użu tal-ismijiet tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiż terz ikkonċernat, inkluż dawk li jaslu mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi u l-ismijiet tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom huma msemmijin f’mill-inqas waħda mil-listi li ġejjin:

(i)

l-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV);

(ii)

l-Unjoni għall-Ħarsien tal-Varjetajiet tal-Pjanti (UPOV);

(iii)

il-Bord Internazzjonali għar-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti (IBPGR).

(c)

Għal prodotti b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew b’indikazzjoni ġeografika ta’ pajjiż terz, l-ismijiet tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom jistgħu jissemmew:

(i)

jekk tissemma varjetà waħda biss ta’ għeneb tal-inbid jew is-sinonimu tagħha, mill-inqas 85 % tal-prodotti jkunu saru minn dik il-varjetà, mhux inkluż:

kwalunkwe kwantità ta’ prodotti użati għall-ħlewwa, “dożaġġ (expedition liqueur)” jew “likur tirage”, jew;

kwalunkwe kwantità ta’ prodott kif imsemmi fl-Anness IV(3)(e) u (f) għar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

(ii)

jekk jissemmew żewġ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom jew iktar, 100 % tal-prodotti kkonċernati jkunu saru minn dawk il-varjetajiet, mhux inkluż:

kwalunkwe kwantità ta’ prodotti użati għall-ħlewwa, “dożaġġ (expedition liqueur)” jew “likur tirage”, jew;

kwalunkwe kwantità ta’ prodott kif imsemmi fl-Anness IV(3)(e) u (f) għar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Fil-każ imsemmi fil-punt (ii), il-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid għandhom jidhru f'ordni dixxendenti tal-proporzjon użat u f'karattri tal-istess daqs.

(d)

Għal prodotti mingħajr denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-ismijiet tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom jistgħu jissemmew sakemm ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) jew (b), u (c) tal-paragrafu 1 u fl-Artikolu 63 jiġu ssodisfati.

2.   Fil-każ ta' nbejjed frizzanti u nbejjed frizzanti ta' kwalità, l-ismijiet tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid użati biex iżidu d-deskrizzjoni tal-prodott, primarjament “pinot blanc”, “pinot noir”, “pinot meunier” jew “pinot gris” u l-ismijiet ekwivalenti fil-lingwi l-oħrajn tal-Komunità, jistgħu jiġu sostitwiti permezz tas-sinonimu “pinot”.

3.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 42(3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-ismijiet tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid użati u s-sinonimi tagħhom elenkati fil-Parti A tal-Anness XV għal dan ir-Regolament, li jikkonsistu minn jew fihom denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jidhru biss fuq it-tikketta ta' prodott b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew b’indikazzjoni ġeografika ta’ pajjiż terz jekk kienu awtorizzati skont ir-regolamenti tal-Komunità fis-seħħ fil-11 ta' Mejju 2002 jew fid-data tal-adeżjoni tal-Istati Membri, liema minnhom tiġi l-aħħar.

4.   L-ismijiet tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom elenkati fil-Parti B tal-Anness XV għal dan ir-Regolament, li parzjalment fihom denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta u jirreferu direttament għall-element ġeografiku tad-denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta inkwistjoni, jistgħu jidhru biss fuq it-tikketta ta’ prodott b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew b’indikazzjoni ġeografika ta’ pajjiż terz.

Artikolu 63

Regoli speċifiċi dwar il-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u l-vendemmji għal inbejjed mingħajr denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta.

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli li tiżgura/jiżguraw ċertifikazzjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

2.   Iċ-ċertifikazzjoni tal-inbid, fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, inkluż matul l-ipproċessar tal-inbid, għandha tiġi żgurata jew permezz ta’:

(a)

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fil-paragrafu 1; jew,

(b)

korp ta' kontroll wieħed jew iktar fis-sens tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li jopera bħala korp li jiċċertifika l-prodotti skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

L-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu x-xogħol tagħhom.

L-entitajiet li jiċċertifikaw imsemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw ma', u mill-1 ta' Mejju 2010 għandhom ikunu akkreditati skont l-istandard Ewropew EN 45011 jew ISO/IEC Gwida 65 (Rekwiżiti ġenerali għal entitajiet li joperaw sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' prodott).

L-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġġarrbu mill-operaturi li huma soġġetti għalihom.

3.   Il-proċedura taċ-Ċertifikazzjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandha tiżgura evidenza amministrattiva li tappoġġa l-eżattezza tal-varjetà/varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jew il-vendemmja li tidher fuq it-tikketta tal-inbid/inbejjed kkonċernat/i.

Barra minn hekk, l-Istati Membri li jipproduċu jistgħu jiddeċiedu dwar:

(a)

jista’ jsir test organolettiku tal-inbid relatat mar-riħa u t-togħma bl-għan li jivverifika li l-karatteristika essenzjali tal-inbid hija minħabba l-varjetà/varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid użat/i u għandu jikkonċerna kampjuni anonimi;

(b)

test analitiku fil-każ ta’ nbid magħmul minn varjetà waħda ta’ għeneb tal-inbid.

Il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni għandha ssir mill-awtorità/awtoritajiet kompetenti jew mill-entità/entitajiet tal-kontroll kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 fl-Istat Membru li fih saret il-produzzjoni.

Iċ-ċertifikazzjoni għandha ssir jew permezz ta':

(a)

kontrolli każwali bbażati fuq analiżi tar-riskju;

(b)

teħid ta’ kampjuni, jew;

(c)

sistematikament.

Fil-każ ta’ kontrolli każwali, għandhom ikunu bbażati fuq pjan ta’ kontroll stabbilit minn qabel mill-awtorità/awtoritajiet li jkopri diversi stadji tal-produzzjoni ta’ prodott. L-operaturi għandhom ikunu jafu bil-pjan ta’ kontroll. L-Istati Membri għandhom jagħżlu b’mod każwali l-għadd minimu ta’ operaturi li se jkunu soġġetti għal dan il-kontroll.

Fil-każ tat-teħid tal-kampjuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi bin-numru tagħhom, in-natura u l-frekwenza tal-kontrolli, huma jkunu rappreżentattivi għat-territorju kollu tagħhom u jikkorrispondu mal-volum tal-prodotti tas-settur tal-inbid kkummerċjalizzati jew miżmum bil-ħsieb li jiġu kkummerċjalizzati.

Il-kontrolli każwali jistgħu jingħaqdu mat-teħid ta’ kampjuni.

4.   Fir-rigward tal-Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-Istati Membri li jipproduċu għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-inbid inkwistjoni jkunu approvati mill-Istat Membru li fih issir il-produzzjoni.

5.   Fir-rigward tal-kontrolli, inkluż it-traċċabbilità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009 japplikaw.

6.   Fil-każ ta' nbejjed transkonfinali kif imsemmi fl-Artikolu 60(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, iċ-ċertifikazzjoni tista’ ssir minn waħda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati.

7.   Għall-inbejjed magħmulin skont l-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw it-termini “nbid b’isem il-varjetà” miżjuda mal-isem/ismijiet ta’:

(a)

l-Istat(i) Membru/i kkonċernati;

(b)

il-varjetà/varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid.

Għall-inbejjed mingħajr denominazzjoni tal-oriġini protetta, l-indikazzjoni ġeografika protetta jew l-indikazzjoni ġeografika magħmula f’pajjiżi terzi li fuq it-tikketta turi l-isem ta’ varjetà waħda jew iktar ta’ għeneb tal-inbid jew il-vendemmja, il-pajjiżi terzi jistgħu jiddeċiedu li jużaw it-terminu “nbejjed b’isem il-varjetà” flimkien mal-isem/ismijiet tal-pajjiż(i) terz(i) kkonċernat(i).

Fil-każ tal-indikazzjoni tal-isem/ismijiet tal-Istat(i) Membru/i jew il-pajjiż(i) terz(i), l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament ma għandux japplika.

8.   Il-paragrafi 1 sa 6 japplikaw għal prodotti magħmulin minn għeneb maqtugħ mill-2009, inkluż is-sena 2009.

Artikolu 64

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor

1.   Ħlief fejn l-Artikolu 58 ta’ dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor, il-kontenut taz-zokkor espress bħala fruttożju u glukożju kif ipprovdut fil-Parti B tal-Anness XIV għal dan ir-Regolament, jista’ jidher fuq it-tikketta tal-prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

2.   Jekk il-kontenut taz-zokkor tal-prodotti jiġġustifika l-użu ta’ tnejn mit-termini elenkati fil-Parti B tal-Anness XIV għal dan ir-Regolament, terminu wieħed biss minn dawn it-termini jista’ jingħażel.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet tal-użu deskritti fil-Parti B tal-Anness XIV għal dan ir-Regolament, il-kontenut taz-zokkor ma jridx ikun fih differenza ta' iktar minn gramma waħda f’kull litru minn dak li jidher fuq it-tikketta tal-prodott.

4.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-prodotti msemmijin fil-paragrafi 3, 8 u 9 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 sakemm l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor.

Artikolu 65

Indikazzjoni tas-simboli tal-Komunità

1.   Is-simboli tal-Komunità msemmijin fl-Artikolu 60(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jistgħu jidhru fuq it-tikketti tal-inbejjed kif stabbilit fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (16). Minkejja l-Artikolu 59, l-indikazzjonijiet “DENOMINAZZJONI PROTETTA TAL-ORIĠINI” u “INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA” fi ħdan is-simboli jistgħu jiġu sostitwiti b’termini ekwivalenti b'lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità, kif stabbilit fl-Anness msemmi qabel.

2.   Meta s-simboli Komunitarji jew l-indikazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 60(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jidhru fuq it-tikketta ta’ prodott, għandhom ikunu akkumpanjati mid-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta korrispondenti.

Artikolu 66

Termini li jirriferu għal ċerti metodi ta' produzzjoni

1.   Skont l-Artikolu 60(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, inbejjed ikkummerċjalizzati fil-Komunità jistgħu juru indikazzjonijiet li jirreferu għal certi metodi ta’ produzzjoni, fost oħrajn, dawk li huma stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-indikazzjonijiet elenkati fl-Anness XVI huma l-uniċi termini li jistgħu jintużaw biex jiddeskrivu nbid b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew b’indikazzjoni ġeografika ta’ pajjiż terz li ġie ffermentat jew immaturat f’kontenitur tal-injam. Madankollu, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jistgħu jistabbilixxu indikazzjonijiet oħrajn ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness XVI għal inbejjed bħal dawn.

L-użu ta’ waħda mill-indikazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandu jitħalla meta l-inbid ikun ġie mqaddem f’kontenitur tal-injam skont ir-regoli nazzjonali fis-seħħ, anki meta l-proċess ta’ maturazzjoni jitkompla f’tip ieħor ta’ kontenitur.

L-indikazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ma jistgħux jintużaw biex jiddeskrivu nbid li ġie magħmul bl-għajnuna ta’ laqx tal-ballut, anki flimkien mal-użu ta’ kontenitur jew kontenituri tal-injam.

3.   L-espressjoni “ffermentat fil-flixkun” tista’ tintuża biss biex tiddeskrivi nbejjed frizzanti bid-denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta ta’ pajjiż terz jew inbejjed frizzanti ta’ kwalità sakemm:

(a)

il-prodott ikun sar frizzanti permezz tat-tieni fementazzjoni alkoħolika fi flixkun;

(b)

it-tul tal-proċess tal-produzzjoni, inkluż il-proċess ta' maturazzjoni fl-impriża fejn kien sar il-prodott, ikkalkulat mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni imfassal biex il-cuvée jsir frizzanti, ma kienx inqas minn disa' xhur;

(c)

il-proċess ta' fermentazzjoni mfassal biex jagħmel il-cuvée frizzanti u l-preżenza tal-cuvée fuq il-karfa ikun dam mill-inqas 90 jum; u

(d)

il-prodott ikun ġie sseparat mill-karfa permezz ta' filtrar skont il-metodu ta' tisfija jew permezz ta' tiswib.

4.   L-espressjonijiet “iffermentat fil-flixkun permezz tal-metodu tradizzjonali” jew “metodu tradizzjonali” jew “metodu klassiku” jew “metodu tradizzjonali klassiku” jistgħu jintużaw biss biex jiddeskrivu nbejjed frizzanti b’denominazzjonijiet tal-oriġini protetti jew b’indikazzjoni ġeografika ta’ pajjiż terz jew inbejjed frizzanti ta’ kwalità sakemm il-prodott:

(a)

ikun sar frizzanti permezz tat-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun;

(b)

baqa’ f'kuntatt mal-karfa mingħajr interruzzjoni għal mill-anqas disa' xhur fl-istess impriża mill-ħin meta kien ġie kkostitwit il-cuvée;

(c)

ġie sseparat mill-karfa permezz ta' tiswib.

5.   L-espressjoni “Crémant” tista’ tintuża biss għal inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod jew “rosé” b’denominazzjonijiet tal-oriġini protetti jew b’indikazzjoni ġeografika ta’ pajjiż terz jekk:

(a)

l-għeneb jinqata’ bl-idejn;

(b)

l-inbid huwa magħmul minn most miksub billi jingħasru għenieqed biz-zkuk jew għeneb bla zokk. Il-kwantità ta’ most miksub ma għandhiex taqbeż il-100 litru għal kull 150 kg ta’ għeneb;

(c)

il-kontenut massimu tad-dijossidu tal-kubrit ma jaqbiżx il-150 mg/l;

(d)

il-kontenut taz-zokkor mhuwiex inqas minn 50 g/l;

(e)

l-inbid ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4; u

(f)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, it-terminu “Crémant” għandu jkun indikat fuq it-tikketti ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità flimkien mal-isem tal-unità ġeografika sottostanti għaż-żona demarkata tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika tal-pajjiż terz inkwistjoni.

Il-punti (a) u (f) ma japplikawx għall-produtturi li huma s-sidien ta’ marki kummerċjali li fihom it-terminu “crémant” rreġistrat qabel l-1 ta’ Marzu 1986.

6.   Ir-referenzi għall-produzzjoni organika tal-għeneb huma rregolati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (17).

Artikolu 67

Isem unità ġeografika iżgħar jew ikbar miż-żona sottostanti għad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika jew ir-referenzi taż-żona ġeografika

1.   Fir-rigward tal-Artikolu 60(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 55 u 56 ta’ dan ir-Regolament, l-isem ta’ unità ġeografika u r-referenzi ta’ żona ġeografika jistgħu jidhru biss fuq tikketti ta’ nbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jew b’indikazzjoni ġeografika ta’ pajjiż terz.

2.   Għall-użu tal-isem ta’ unità ġeografika iżgħar miż-żona sottostanti għad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika, iż-żona tal-unità ġeografika inkwistjoni għandha tiġi definita sew. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar l-użu ta’ dawn l-unitajiet ġeografiċi. Mill-inqas 85 % tal-għeneb li minnu jsir l-inbid, joriġina f’dik l-unità ġeografika iżgħar. Il-15 % tal-għeneb li jibqa’ għandu joriġina fiż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata.

Fil-każ ta’ marki kummerċjali reġistrati jew marki kummerċjali stabbiliti bl-użu qabel il-11 ta’ Mejju 2002 li fihom jew jikkonsistu minn isem ta’ unità ġeografika iżgħar miż-żona sottostanti għad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika jew ir-referenzi taż-żona ġeografika tal-Istati Membri kkonċernati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-tielet u r-raba’ sentenza tal-ewwel subparagrafu.

3.   Isem unità ġeografika iżgħar jew ikbar miż-żona sottostanti għad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika jew ir-referenzi taż-żona ġeografika għandu jikkonsisti minn:

(a)

lokalità jew grupp ta' lokalitajiet;

(b)

żona amministrattiva lokali jew parti minnha;

(c)

subreġjun vitikulturali jew parti minnu;

(d)

żona amministrattiva.

TAQSIMA 3

Regoli dwar ċerti forom u għeluq speċifiċi ta’ fliexken u dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti mill-Istati Membri produtturi

Artikolu 68

Il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ ċerti forom speċifiċi ta' fliexken

Biex flixkun jikkwalifika għad-dħul fil-lista ta’ tipi speċifiċi ta’ fliexken stabbilita fl-Anness XVII irid jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

irid ikun ilu jintuża esklussivament, ġenwinament u tradizzjonalment fl-aħħar 25 sena għal inbid b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika partikolarment protetta, u

(b)

l-użu tiegħu għandu joħloq lill-konsumaturi nbid b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika partikolarment protetta.

L-Annex XVII jindika l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tat-tipi speċifiċi ta’ fliexken rikonoxxuti.

Artikolu 69

Regoli dwar il-preżentazzjoni għal ċerti prodotti

1.   Inbid frizzanti, inbid frizzanti ta’ kwalità u nbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità biss għandhom jiġu kkummerċjalizzati jew esportati fi fliexken tal-ħġieġ tat-tip tal-“inbid frizzanti” magħluqin bi:

(a)

għal fliexken b’volum nominali iktar minn 0,20 litru: tapp f'forma ta' faqqiegħ magħmul mis-sufra jew minn materjal ieħor li jista' jinġieb f'kuntatt ma' prodotti tal-ikel, miżmum f'postu minn qafla, u mgħotti, jekk dan ikun meħtieġ, b’għatu u miksi bil-fojl li jgħatti t-tapp kompletament u parti mill-għonq tal-flixkun jew l-għonq kollu;

(b)

għal fliexken b’kontenut ta’ volum nominali li ma jaqbiżx iż-0.20 litru: kwalunkwe għeluq ieħor adattat.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 japplika għal:

(a)

prodotti li tradizzjonalment jitpoġġew fi fliexken bħal dawn u li:

(i)

huma elenkati fl-Artikolu 25(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008,

(ii)

huma elenkati fil-paragrafi 7, 8 u 9 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 479/2008,

(iii)

huma elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/1991 (18), jew

(iv)

għandhom qawwa alkoħolika attwali b'volum ta' mhux iktar minn 1,2 % vol;

(b)

prodotti oħrajn li huma differenti minn dawk imsemmijin fil-punt (a), sakemm ma jqarqux bil-konsumaturi fir-rigward tan-natura reali tal-prodott.

Artikolu 70

Dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti mill-Istati Membri produtturi relatati mat-tikkettar u l-preżentazzjoni

1.   Għall-inbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta magħmulin fit-territorju tagħhom, id-dettalji msemmijin fl-Artikoli 61, 62 u 64 sa 67 jistgħu jsiru obbligatorji, projbiti jew limitati fir-rigward tal-użu tagħhom billi jintroduċu kundizzjonijiet stretti iktar minn dawk stabbiliti f’dan il-Kapitolu permezz tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott korrispondenti ta’ dawk l-inbejjed.

2.   Fir-rigward ta’ nbejjed mingħajr denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta magħmulin fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-dettalji msemmijin fl-Artikoli 64 u 66 għandhom ikunu obbligatorji.

3.   Għall-finijiet ta’ kontroll, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddefinixxu u jirregolaw dettalji oħrajn differenti minn dawk elenkati fl-Artikoli 59(1) u 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għall-inbejjed magħmulin fit-territorji tagħhom.

4.   Għall-finijiet ta’ kontroll, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu l-Artikoli 58, 59 u 60 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 applikabbli għall-inbejjed ibbottiljati fit-territoji tagħhom imma li għadhom ma ġewx ikkummerċjalizzati jew esportati.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 71

Ismijiet ta’ nbid protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

1.   Il-Kummissjoni għandha timmarka kwalunkwe dokument li tirċievi mingħand l-Istati Membri skont l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, dwar denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika kif imsemmi fl-Artikolu 51(3) ta’ dak ir-Regolament, bid-data tal-wasla u bin-numru tal-fajl.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika:

(a)

in-numru tal-fajl,

(b)

l-għadd ta' dokumenti rċevuti; u

(c)

id-data tal-wasla tad-dokumenti.

Id-data tas-sottomissjoni għall-Kummissjoni għandha tkun id-data ta' meta d-dokumenti jidħlu fir-reġistru tal-posta tal-Kummissjoni.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni li tħassar denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika kkonċernata skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumenti disponibbli għaliha skont l-Artikolu 51(2) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 72

Tikkettar temporanju

1.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 65 ta’ dan ir-Regolament, inbejjed li juru denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, li d-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata tilħaq ir-rekwiżiti kif imsemmijin fl-Artikolu 38(5) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għandhom jiġu ttikkettati skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

2.   Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tagħtix denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, inbejjed ittikkettati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitneħħew mis-suq jew jerġgħu jiġu ttikkettati skont il-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 73

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Ismijiet ta’ nbid rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika sal-1 ta’ Awwissu 2009, li ma ġewx ippubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jew l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002, għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

2.   Kwalunkwe emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott rigward ismijiet tal-inbid protetti skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, jew ismijiet tal-inbid mhux protetti skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, li ma kinitx ippreżentata lill-Istat Membru l-iktar tard fl-1 ta’ Awwissu 2009, għandha tkun soġġetta għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jekk ikun hemm deċiżjoni ta’ approvazzjoni mill-Istat Membru u fajl tekniku li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 kkommunikat lill-Kummissjoni l-iktar tard fil-31 ta’ Diċembru 2011.

3.   L-Istati Membri li ma ntroduċewx il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 sal-1 ta’ Awwissu 2009, għandhom jagħmlu dan sal-1 ta’ Awwissu 2010. Sadanittant, l-Artikoli 9, 10, 11 u 12 japplikaw mutadis mutandis bħala “proċedura nazzjonali preliminari” msemmija fl-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 fl-Istati Membri kkonċernati.

4.   Inbejjed li jitpoġġew fis-suq jew jiġu ttikkettati qabel il-31 ta' Diċembru 2010, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti applikabbli qabel l-1 ta' Awwissu 2009 jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm tispiċċa l-ħażna.

Artikolu 74

Tħassir

B’dan qed jiġu rrevokati r-Regolamenti (KE) Nru 1607/2000 u (KE) Nru 753/2002.

Artikolu 75

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċcjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1.

(3)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 21.

(4)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(5)  ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.

(6)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(7)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(8)  ĠU L 185, 25.7.2000, p. 17.

(9)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1.

(10)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(11)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25.

(13)  ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1.

(14)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(15)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(16)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.

(17)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(18)  ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.


ANNESS I

APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI JEW INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa użata għas-sotomissjoni tal-applikazzjoni …

In-numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-applikant

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

L-istatus legali, id-daqs u l-kompożizzjoni (fil-każ ta' persuni legali) …

In-nazzjonalità …

Tel, feks, e-mail …

L-intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*)

L-awtorità tal-pajjiż terz (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Tel, feks, e-mail …

L-isem li se jiġi rreġistrat 

Denominazzjoni tal-oriġini (*)

Indikazzjoni ġeografika (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-evidenza tal-protezzjoni fil-pajjiż terz …

Il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli 

[fuq karta separata]

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott

L-għadd ta' paġni …

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

Firma/firem …


ANNESS II

DOKUMENT WAĦDIENI

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa użata għas-sotomissjoni tal-applikazzjoni …

In-numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-applikant

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

L-istatus legali (fil-każ ta' persuni legali) …

In-nazzjonalità …

L-intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*)

L-awtorità tal-pajjiż terz (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

L-isem li se jiġi rreġistrat 

Denominazzjoni tal-oriġini (*)

Indikazzjoni ġeografika (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed (1) …

Indikazzjoni tat-termini tradizzjonali, kif imsemmijin fl-Artikolu 54(1)(a)  (2) , li huma marbutin ma’ din id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika …

Prattiki enoloġiċi speċifiċi  (3) …

Żona demarkata …

Rendiment massimu għal kull ettaru …

Varjetajiet awtorizzati ta' għeneb tal-inbid …

Ir-rabta maż-żona ġeografika  (4) …

Iktar kundizzjonijiet  (3) …

Referenza għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott


(1)  Inkluż referenza għall-prodotti koperti bl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

(2)  L-Artikolu 54(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

(3)  Fakultattiv.

(4)  Iddeskrivi n-natura speċifika tal-prodott u ż-żona ġeografika u r-rabta kawżali bejn it-tnejn.


ANNESS III

TALBA GĦALL-OĠĠEZZJONI GĦAL DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI JEW INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa tat-talba għall-oġġezzjoni …

In-numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

Il-persuna li toġġezzjona

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

In-nazzjonalità …

Tel, feks, e-mail …

L-intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*)

L-awtorità tal-pajjiż terz (fakultattiva) (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

L-isem oġġezzjonat 

Denominazzjoni tal-oriġini (*)

Indikazzjoni ġeografika (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Id-drittijiet preċedenti

Denominazzjoni tal-oriġini protetta (*)

Indikazzjoni ġeografika protetta (*)

Indikazzjoni ġeografika nazzjonali (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Isem …

In-numru tar-reġistrazzjoni …

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

Marka kummerċjali

Sinjal …

Lista ta’ prodotti u servizzi …

In-numru tar-reġistrazzjoni …

Id-data tar-reġistrazzjoni …

Il-pajjiż tal-oriġini …

Ir-reputazzjoni/il-fama(*) …

[(*) ħassar kif jixraq]

Ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni

L-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008) (*)

L-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008) (*)

L-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008) (*)

L-Artikolu 45(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 45(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 45(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008) (*)

L-Artikolu 45(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Spjegazzjoni tar-raġuni(jiet) …

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS IV

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA GĦAL DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI JEW INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa tal-emenda …

In-numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*)

L-awtorità tal-pajjiż terz (fakultattiva) (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Tel, feks, e-mail …

Isem 

Denominazzjoni tal-oriġini (*)

Indikazzjoni ġeografika (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-intestatura tal-ispeċifikazzjoni affetwata mill-emenda

Isem protett (*)

Deskrizzjoni tal-prodott (*)

Prattiċi enoloġiċi użati (*)

Żona ġeografika (*)

Rendiment għal kull ettaru (*)

Il-varjetajiet użati ta’ għeneb tal-inbid użat (*)

Rabta (*)

Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet tal-kontroll (*)

Oħrajn (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Emenda

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma twassalx għal emenda fid-dokument waħdieni (*)

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott li twassal għal emenda fid-dokument waħdieni (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Emeda minuri (*)

Emeda maġġuri (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Spjegazzjoni tal-emenda …

Dokument waħdieni emendat

[fuq karta separata]

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS V

TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI DWAR DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI JEW INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

L-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni …

In-numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

Il-lingwa tat-talba għall-kanċellazzjoni …

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

In-nazzjonalità …

Tel, feks, e-mail …

L-isem kontestat 

Denominazzjoni tal-oriġini (*)

Indikazzjoni ġeografika (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-interess leġittimu tal-awtur tat-talba …

Dikjarazzjoni mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz …

Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni

L-Artikolu 34(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 34(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 35(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 35(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 35(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008) (*)

L-Artikolu 35(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 35(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 35(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 35(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

Artikolu 35(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

L-Artikolu 35(2)(i) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Prova tar-raġuni(jiet) …

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS VI

TALBA GĦAL KONVERŻJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA F’INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa użata għas-sotomissjoni tal-applikazzjoni …

In-numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-applikant

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż)

L-istatus legali, id-daqs u l-kompożizzjoni (fil-każ ta' persuni legali) …

In-nazzjonalità …

Tel, feks, e-mail …

L-intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*)

L-awtorità tal-pajjiż terz (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Tel, feks, e-mail …

L-isem li se jiġi rreġistrat 

L-evidenza tal-protezzjoni fil-pajjiż terz …

Il-kategoriji tal-prodott

[fuq karta separata]

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott

L-għadd ta' paġni …

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

Firma/firem …


ANNESS VII

APPLIKAZZJONI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA’ TERMINU TRADIZZJONALI

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-għadd ta’ paġni (inkluż din) …

Il-lingwa tal-applikazzjoni …

In-numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-applikant

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru (*)

L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz (*)

Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva (*)

[(*) biex tinqata’ l-indikazzjoni bla użu]

L-indirizz (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Entità legali (fil-każ ta’ organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva biss) …

In-nazzjonalità …

Tel, feks, e-mail …

Denominazzjoni 

Terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 54(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

Terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 54(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

[(*) biex tinqata’ l-indikazzjoni bla użu]

Il-lingwa

L-Artikolu 31(a) (*)

L-Artikolu 31(b) (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Il-lista ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kkonċernati …

Il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli …

Definizzjoni …

Kopja tar-regoli

[trid tiġi mehmuża]

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS VIII

TALBA GĦALL-OĠĠEZZJONI GĦAL TERMINU TRADIZZJONALI

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa tat-talba għall-oġġezzjoni …

In-numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

Il-persuna li toġġezzjona

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

In-nazzjonalità …

Tel, feks, e-mail …

L-intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*)

L-awtorità tal-pajjiż terz (fakultattiva) (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

It-terminu tradizzjonali oġġezzjonat …

Id-drittijiet preċedenti

Denominazzjoni tal-oriġini protetta (*)

Indikazzjoni ġeografika protetta (*)

Indikazzjoni ġeografika nazzjonali (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Isem …

In-numru tar-reġistrazzjoni …

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

Marka kummerċjali

Sinjal …

Lista ta’ prodotti u servizzi …

In-numru tar-reġistrazzjoni …

Id-data tar-reġistrazzjoni …

Il-pajjiż tal-oriġini …

Ir-reputazzjoni/il-fama(*) …

[(*) ħassar kif jixraq]

Ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni

L-Artikolu 31 (*)

L-Artikolu 35 (*)

L-Artikolu 40(2)(a) (*)

L-Artikolu 40(2)(b) (*)

L-Artikolu 40(2)(c) (*)

L-Artikolu 41(3) (*)

L-Artikolu 42(1) (*)

L-Artikolu 42(2) (*)

L-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008

[(*) ħassar kif jixraq]

Spjegazzjoni tar-raġuni(jiet) …

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS IX

TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI TA’ TERMINU TRADIZZJONALI

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

L-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni …

In-numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

Il-lingwa tat-talba għall-kanċellazzjoni …

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

In-nazzjonalità …

Tel, feks, e-mail …

It-terminu tradizzjonali kontestat …

L-interess leġittimu tal-awtur tat-talba …

Dikjarazzjoni mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz …

Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni

L-Artikolu 31 (*)

L-Artikolu 35 (*)

L-Artikolu 40(2)(a) (*)

L-Artikolu 40(2)(b) (*)

L-Artikolu 40(2)(c) (*)

L-Artikolu 41(3) (*)

L-Artikolu 42(1) (*)

L-Artikolu 42(2) (*)

L-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Prova tar-raġuni(jiet) …

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS X

IS-SIMBOLU MSEMMI FL-ARTIKOLU 51(2)

Image

ANNESS XI

LISTA TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET RAPPREŻENTATTIVI TAL-KUMMERĊ IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 30(2) U L-MEMBRI TAGĦHOM

Pajjiż terz

Isem tal-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva

Membri tal-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva

L-Afrika t’Isfel

South African Fortified Wine Producers Association (SAFPA)

Allesverloren Estate

Axe Hill

Beaumont Wines

Bergsig Estate

Boplaas Wine Cellar

Botha Wine Cellar

Bredell Wines

Calitzdorp Wine Cellar

De Krans Wine Cellar

De Wet Co-op

Dellrust Wines

Distell

Domein Doornkraal

Du Toitskloof Winery

Groot Constantia Estate

Grundheim Wine Cellar

Kango Wine Cellar

KWV International

Landskroon Wine

Louiesenhof

Morgenhog Estate

Overgaauw Estate

Riebeek Cellars

Rooiberg Winery

Swartland Winery

TTT Cellars

Vergenoegd Wine Estate

Villiera Wines

Withoek Estate


ANNESS XII

LISTA TA' TERMINI TRADIZZJONALI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 40

Termini tradizzjonali

Lingwa

Inbejjed (1)

Taqsira tad-definizzjoni/tal-kundizzjonijiet tal-użu (2)

Pajjiżi terzi kkonċernati

PARTI A —   Termini tradizzjonali kif imsemmijin fl-Artikolu 54(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008

IL-BELĠJU

Appellation d'origine contrôlée

Franċiż

DPO

(1, 4)

Termini tradizzjonali użati minflok “denominazzjoni tal-oriġini protetta”

 

Gecontroleerde oorsprongsbenaming

Olandiż

DPO

(1, 4)

 

Landwijn

Olandiż

IĠP

(1)

Termini tradizzjonali użati minflok “indikazzjoni ġeografika protetta”

 

Vin de pays

Franċiż

IĠP

(1)

 


IL-BULGARIJA

Гарантирано наименование запроизход (ГНП)

(denominazzjoni tal-oriġini garantita)

Bulgaru

DPO

(1, 3, 4)

Termini tradizzjonali użati minflok “denominazzjoni tal-oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”

14.4.2000

 

Гарантирано и контролиранонаименование за произход (ГКНП)

(denominazzjoni tal-oriġini garantita u kontrollata)

Bulgaru

DPO

(1, 3, 4)

 

Благородно сладко вино (БСВ) (inbid ħelu nobbli)

Bulgaru

DPO

(3)

 

 

Pегионално вино

(Inbid Reġjonali)

Bulgaru

IĠP

(1, 3, 4)

 

 


IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Jakostní šumivé víno stanovené oblasti

Ċek

DPO

(4)

L-inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, huwa magħmul mill-għeneb maqtugħ minn vinji demarkati fiż-żona kkonċernata. Il-produzzjoni tal-inbid użat għall-manifattura ta’ nbid frizzanti ta’ kwalità magħmul f’reġjun speċifiku sar fiż-żona vitikulturali. Fiż-żona demarkata ma nqabiżx ir-rendiment għal kull ettaru skont: l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali implimentattiv.

 

Jakostní víno

Ċek

DPO

(1)

L-inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, huwa magħmul mill-għeneb maqtugħ minn vinji demarkati fiż-żona kkonċernata. Ir-rendiment għal kull ettaru ma tjiebx, l-għeneb li minnu jsir l-inbid, jilħaq kontenut taz-zokkor mill-inqas 15 NM. L-għeneb maqtugħ u l-produzzjoni tal-inbid, bl-eċċezzjoni tal-ibbottiljar, isir fir-reġjun tal-inbid ikkonċernat, u l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbilita mir-regolament legali implimentattiv.

 

Jakostní víno odrůdové

Ċek

DPO

(1)

L-inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel magħmul minn għeneb, polpa, most tal-inbid, inbid magħmul mill-għeneb maqtugħ minn vinji demarkati jew permezz ta’ taħlit ta’ nbejjed ta’ kwalità, u mhux iktar minn tliet varjetajiet.

 

Jakostní víno známkové

Ċek

DPO

(1)

L-inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, magħmul mill-għeneb, polpa, most tal-inbid, possibilment minn inbid magħmul mill-għeneb maqtugħ minn vinja demarkata.

 

Jakostní víno s přívlastkem, miżjud bi:

Kabinetní víno

Pozdní sběr

Výběr z hroznů

Výběr z bobulí

Výběr z cibéb

Ledové víno

Slámové víno

Ċek

DPO

(1)

Inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, magħmul mill-għeneb, polpa, most tal-inbid, possibilment minn inbid magħmul mill-għeneb maqtugħ minn vinja demarkata fiż-żona jew is-subżona kkonċernata; fejn ma nqabiżx ir-rendiment għal kull ettaru; l-inbid ġie magħmul minn għeneb, li l-oriġini, il-kontenut taz-zokkor u l-piż tiegħu, jekk ikun meħtieġ il-varjetà jew it-taħlit tal-varjetajiet, jew infezzjoni mill-moffa griża Botrytis cinerea P. f’forma ta’ moffa nobbli ġew ivverifikati mill-Ispezzjoni u jikkonformaw mar-rekwiżiti għal tip partikolari ta’ nbid ta’ kwalità b’ attributi, jew permezz tat-taħlit ta’ nbejjed ta’ kwalità ma’ attributi. L-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali implimentattiv. L-inbid ġie kklassifikat mill-Ispezzjoni bħala nbid ta’ kwalità b’wieħed mill-attributi li ġejjin:

“Kabinetní víno” jista’ jsir biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 19° NM,

“Pozdní sběr” jista’ jsir biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 21° NM,

“Výběr z hroznů” jista’ jsir biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 24° NM,

“Výběr z bobulí” jitħalla jsir biss mill-frott iż-żgħir magħżul, li laħaq kontenut taz-zokkor mill-inqas 27° NM,

“Výběr z cibéb” jitħalla jsir biss mill-frott iż-żgħir magħżul affetwat minn moffa nobbli jew minn frott żgħir misjur iżżejjed, li laħaq kontenut taz-zokkor mill-inqas 32°NM,

“Ledové víno” jitħalla jsir biss mill-għeneb, li nqata' f'temperaturi ta' –7  °C jew inqas u waqt li kien qed jinqata’ u jiġi pproċessat inżamm iffriżat u l-inbid miksub għandu juri kontenut taz-zokkor mill-inqas 27° NM,

“Slámové víno” jitħalla jsir biss mill-għeneb, li qabel l-ipproċessar kien maħżun fuq it-tiben jew il-qasab, jekk meħtieġ imdendel f’kamra ventilata għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur, u l-inbid miksub għandu jkollu kontenut taz-zokkor mill-inqas 27° NM.

 

Pozdní sběr

Ċek

DPO

(1)

Inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, magħmul mill-għeneb maqtugħ minn vinja demarkata fiż-żona kkonċernata. Ir-rendiment għal kull ettaru ma tjiebx, l-għeneb li minnu jsir l-inbid, laħaq kontenut taz-zokkor mill-inqas 21° NM. L-għeneb maqtugħ u l-produzzjoni tal-inbid, bl-eċċezzjoni tal-ibbottiljar, saru fir-reġjun tal-inbid ikkonċernat, u l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbilita mir-regolament legali implimentattiv.

 

Víno s přívlastkem, miżjud bi:

Kabinetní víno

Pozdní sběr

Výběr z hroznů

Výběr z bobulí

Výběr z cibéb

Ledové víno

Slámové víno

Ċek

DPO

(1)

Inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, magħmul mill-għeneb, polpa, most tal-inbid, possibilment minn inbid magħmul mill-għeneb maqtugħ minn vinja demarkata fiż-żona jew is-subżona kkonċernata; fejn ma nqabiżx ir-rendiment għal kull ettaru; l-inbid ġie magħmul minn għeneb, li l-oriġini, il-kontenut taz-zokkor u l-piż tiegħu, jekk ikun meħtieġ il-varjetà jew it-taħlit tal-varjetajiet, jew infezzjoni mill-moffa griża Botrytis cinerea P. f’forma ta’ moffa nobbli ġew ivverifikati mill-Ispezzjoni u jikkonformaw mar-rekwiżiti għal tip partikolari ta’ nbid ta’ kwalità b’attributi, jew permezz tat-taħlit ta’ nbejjed ta’ kwalità ma’ attributi. L-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali implimentattiv. L-inbid ġie kklassifikat mill-Ispezzjoni bħala nbid ta’ kwalità b’wieħed mill-attributi li ġejjin:

“Kabinetní víno” jista’ jsir biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 19° NM,

“Pozdní sběr” jista’ jsir biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 21° NM,

“Výběr z hroznů” jista’ jsir biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 24° NM,

“Výběr z bobulí” jitħalla jsir biss mill-frott iż-żgħir magħżul, li laħaq kontenut taz-zokkor mill-inqas 27° NM,

“Výběr z cibéb” jitħalla jsir biss mill-frott iż-żgħir magħżul affetwat minn moffa nobbli jew minn frott żgħir misjur iżżejjed, li laħaq kontenut taz-zokkor mill-inqas 32° NM,

“Ledové víno” jitħalla jsir biss mill-għeneb, li nqata' f'temperaturi ta' –7  °C jew inqas u waqt li kien qed jinqata’ u jiġi pproċessat inżamm iffriżat u l-inbid miksub għandu juri kontenut taz-zokkor mill-inqas 27° NM,

“Slámové víno” jitħalla jsir biss mill-għeneb, li qabel l-ipproċessar kien maħżun fuq it-tiben jew il-qasab, jekk meħtieġ imdendel f’kamra ventilata għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur, u l-inbid miksub għandu jkollu kontenut taz-zokkor mill-inqas 27° NM.

 

Jakostní likérové víno

Ċek

DPO

(3)

Inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, magħmul mill-għeneb maqtugħ minn vinji kkonċernati fir-reġjun speċifiku. Ir-rendiment għal kull ettaru ma nqabiżx. Il-produzzjoni saret fir-reġjun tal-inbid speċifiku, fejn kien inqata’ l-għeneb. L-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali implimentattiv

 

Zemské víno

Ċek

IĠP

(1)

Inbid magħmul mill-għeneb maqtugħ fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, li huwa adattat għall-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità fir-reġjun speċifiku, jew mill-varjetajiet li huma introdotti fil-lista tal-varjetajiet fir-regolament legali implimentattiv, jista’ jiġi ttikkettat biss bl-indikazzjoni ġeografika stabbilita mir-regolament legali implimentattiv; għall-produzzjoni tal-inbid b’indikazzjoni ġeografika jista’ jintuża biss għeneb, li minnu sar l-inbid, u li l-kontenut taz-zokkor tiegħu laħaq għall-inqas 14° NM u li nqata’ fl-unità ġeografika, li turi l-indikazzjoni ġeografika skont dan il-paragrafu u tikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbilita mhuwiex permess l-użu ta’ isem ta’ unità ġeografika oħra li hija differenti minn dik imsemmija fir-regolament legali implimentattiv.

 

Víno origininální certifikace (VOC jew V.O.C.)

Ċek

DPO

(1)

L-inbid għandu jsir fl-istess territorju jew f'territorju iżgħar mir-reġjun tal-inbid; il-produttur għandu jkun membru tal-assoċjazzjoni, li hija awtorizzata tagħti d-denominazzjoni tal-inbid biċ-ċertifikazzjoni oriġinali skont l-att; l-inbid li għall-inqas jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità skont dan l-att, l-inbid jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni dwar il-permess li tingħata d-denominazzjoni tal-oriġini; barra minn hekk, l-inbid għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti b’dan l-att għal tipi partikolari ta’ nbid.

 


ID-DANIMARKA

Regional vin

Daniż

IĠP

(1, 3, 4)

Inbid jew inbid frizzanti li jsir id-Danimarka skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-‘inbid reġjonali’ jkun għadda minn valutazzjoni organolettika u analitika. In-natura u l-karattru tiegħu jitnisslu parzjalment miż-żona tal-produzzjoni, mill-għeneb li jintuża u mill-ħila tal-produttur u ta’ dak li jagħmel l-inbid.

 


IL-ĠERMANJA

Prädikatswein (Qualitätswein mit Prädikat (*)), miżjud bi:

Kabinett

Spätlese

Auslese

Beerenauslese

Trockenbeerenauslese

Eiswein

Ġermaniż

DPO

(1)

Kategoriji globali għall-inbejjed b’attributi speċjali li laħqu ċertu piż minimu ta’ most u li ma jiġux arrikkiti (la miżjudin u lanqas arrikkiti b’most tal-għeneb konċentrat), miżjudin b’waħda minn dawn l-indikazzjonijiet:

(Kabinett): L-ewwel livell ta’ kwalità tal-inbejjed ta’ kwalità b’attributi speċjali (Prädikatsweine); L-inbejjed Kabinett huma ħfief u fini, jilħqu 67 sa 85 grad Öchsle, jiddependi mill-varjetà tal-għenba u r-reġjun fejn tikber;

(Spätlese): Inbid ta’ kwalità b’attribut speċjali li l-piż tal-most tiegħu huwa bejn 76 u 95 grad Öchsle, jiddependi mill-varjetà tal-għenba u r-reġjun fejn tikber; l-għenba għandha tinqata’ tard u għandha tkun misjura kompletament; Inbejjed Spätlese għandhom togħma intensa (mhux neċessarjament ħelwa);

(Auslese): Magħmul minn għeneb misjur kompletament magħżul individwalment li jista’ jiġi kkonċentrat minn botrytis cinerea li l-piż tal-most tiegħu huwa bejn 85 u 100 grad Öchsle, jiddependi mill-varjetà tal-għenba u r-reġjun fejn tikber;

(Beerenauslese): Magħmul minn frott żgħir misjur kompletament u magħżul apposta li grazzi għall-botrytis cinerea (moffa nobbli) għandu konċentrazzjoni taz-zokkor għolja; maqtugħ l-iktar ftit taż-żmien wara l-qtugħ normali. Il-piż tal-most għandu jvarja bejn 110 u 125 grad Öchsle, jiddependi mill-varjetà tal-għenba u r-reġjun fejn tikber: inbejjed ta’ ħlewwa u preservazzjoni kbira;

(Trockenbeerenauslese): Livell suprem ta’ nbejjed ta’ kwalità b’attributi speċjali (Prädikatswein), li l-piż tal-most tagħhom jaqbeż 150 grad Öchsle. L-inbejjed ta’ dik il-kategorija huma magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed, magħżul b’attenzjoni u li l-meraq tiegħu ġie kkonċentrat mill-botrytis cinerea (moffa nobbli). Il-frott iż-żgħir huwa mkemmex bħaż-żbib. L-inbejjed li jirriżultaw joffru ħafna ħlewwa u għandhom ftit alkoħol;

(Eiswein): L-Eiswein għandu jsir minn għeneb maqtugħ meta tagħmel ħafna ġlata f’temperaturi ta’ inqas minn –7  gradi Celsius; jingħasar waqt li jkun friżat; inbid uniku ta’ kwalità superjuri b’konċentrazzjonijiet għoljin estremament ta’ ħlewwa u aċidità

 

Qualitätswein, kemm jekk miżjud u kemm jekk le bi b.A. (Qualitätswein bestimmter Anbaugebiete)

Ġermaniż

DPO

(1)

Inbid ta’ kwalità minn reġjuni demarkati, li għadda minn eżaminazzjoni analitika u organolettika u li ssodisfa l-kundizzjonijiet tal-maturità tal-għeneb (il-piż tal-most tal-inbid/Öchslegrade)

 

Qualitätslikörwein, kemm jekk miżjud u kemm jekk le bi b.A. (Qualitätslikörwein bestimmter Anbaugebiete) (**)

Ġermaniż

DPO

(3)

Inbid likuri ta’ kwalità minn reġjuni demarkati, li għadda minn eżaminazzjoni analitika u organolettika u li ssodisfa l-kundizzjonijiet tal-maturità tal-għeneb (il-piż tal-most tal-inbid/Öchslegrade)

 

Qualitätsperlwein, kemm jekk miżjud u kemm jekk le bi b.A. (Qualitätsperlwein bestimmter Anbaugebiete) (**)

Ġermaniż

DPO

(8)

Inbid semi-frizzanti ta’ kwalità minn reġjuni demarkati, li għadda minn eżaminazzjoni analitika u organolettika u li ssodisfa l-kundizzjonijiet tal-maturità tal-għeneb (il-piż tal-most tal-inbid/Öchslegrade)

 

Sekt b.A. (Sekt bestimmter Anbaugebiete) (**)

Ġermaniż

DPO

(4)

Inbid frizzanti ta’ kwalità ta’ reġjuni demarkati

 

Landwein

Ġermaniż

IĠP

(1)

Inbid superjuri minħabba l-piż tal-most daqsxejn ogħla tiegħu

 

Winzersekt (**)

Ġermaniż

DPO

(1)

Inbid frizzanti ta’ kwalità magħmul f’żoni vitikulturali speċifikati miksub minn għeneb maqtugħ fl-istess stabbiliment vitikulturali li fih il-manifattur jipproċessa l-għeneb f’inbid bl-intenzjoni li jipproduċi nbejjed frizzanti ta’ kwalità magħmulin f’żona vitikulturali tad-dwieli; japplika wkoll għal gruppi ta’ produtturi.

 


IL-GREĊJA

Ονομασία Προέλευσης Ανωτέρας Ποιότητας (ΟΠΑΠ)

(denominazzjoni tal-oriġini ta' kwalità għolja)

Grieg

DPO

(1, 3, 4, 15, 16)

L-isem ta’ reġjun jew post speċifiku, li ġie rikonoxxut amministrattivament, biex jiddeskrivi nbejjed li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

jiġu magħmulin minn għeneb mill-aqwa varjetajiet tad-dwieli li jappartjenu għall-Vitis vinifera, li jiġu esklussivament minn din iż-żona ġeografika u li l-produzzjoni tagħhom issir fi ħdan din iż-żona,

jiġu magħmulin minn għeneb minn vinji ta’ rendiment baxx għal kull ettaru,

il-kwalità u l-karatteristiċi tagħhom huma essenzjalment jew esklussivament ġejjin mill-ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu.

[L.D. 243/1969 u L.D. 427/76 dwar it-titjib u l-protezzjoni tal-produzzjoni vitikulturali]

 

Ονομασία Προέλευσης Ελεγχόμενη (ΟΠΕ)

(denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata)

Grieg

DPO

(3, 15)

Barra mir-rekwiżiti indispensabbli tal-“appellation d’origine de qualité supérieure”, l-inbejjed li jappartjenu għal din il-kategorija għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

jiġu magħmulin minn għeneb mill-aqwa vinji, b’rendiment baxx għal kull ettaru, ikkultivat f’ħamrija xierqa għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità,

jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti dwar is-sistema taż-żbir tal-vinji u l-kontenut minimu ta’ most fiz-zokkor.

[L.D. 243/1969 u L.D. 427/76 dwar it-titjib u l-protezzjoni ta’ produzzjoni vitikulturali]

 

Οίνος γλυκός φυσικός

(inbid ħelu naturali)

Grieg

DPO

(3)

Inbejjed li jappartjenu għall-kategorija ta’ nbejjed “appellation d'origine contrôlée” jew “appellation d’origine de qualité supérieure” u barra minn hekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

ġejjin minn most tal-għeneb li għandu qawwa alkoħolika naturali inizjali b’volum ta’ mhux inqas minn 12 %,

għandhom qawwa alkoħolika attwali b'volum ta' mhux inqas minn 15 % u mhux iktar minn 22 %,

għandhom qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 17,5 % vol.

[L.D. 212/1982 dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Nbejjed b’Denominazzjoni tal-Oriġini “Samos”]

 

Οίνος φυσικώς γλυκύς

(inbid naturalment ħelu)

Grieg

DPO

(3, 15, 16)

Inbejjed li jappartjenu għall-kategorija ta’ nbejjed “appellation d'origine contrôlée” jew “appellation d’origine de qualité supérieure” u barra minn hekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

jiġu magħmulin minn għeneb li jitħalla fix-xemx jew fid-dell,

jiġu magħmulin mingħajr arrikkiment,

għandhom qawwa alkoħolika naturali ta' inqas minn 17 % vol. (jew 300 gramma zokkor għal kull litru).

[L.D. 212/1982 dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Nbejjed b’Denominazzjoni tal-Oriġini “Samos”]

 

ονομασία κατά παράδοση

(denominazzjoni tradizzjonali)

Grieg

IĠP

(1)

Inbejjed magħmulin esklussivament fit-territorju ġeografiku tal-Greċja u barra minn hekk:

għall-inbejjed bid-denominazzjoni tradizzjonali Retsina, jiġu magħmulin minn most tal-għeneb trattat bir-reżina miż-żnuber tal-Aleppo, u

għall-inbejjed bid-denominazzjoni tradizzjonali Verntea, jiġu magħmulin minn għeneb mill-vinji tal-gżira Zakynthos u jilħqu ċertu termini dwar il-varjetajiet tal-għenba użata, ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinji u l-kontenut tal-most fiz-zokkor.

[P.D. 514/1979 dwar il-produzzjoni, il-kontroll u l-protezzjoni ta’ nbejjed tar-reżina u M.D. 397779/92 dwar id-definizzjoni tar-rekwiżiti għall-użu tal-indikazzjoni “Verntea Traditional Designation of Zakynthos”]

 

τοπικός οίνος

(inbid tal-pajjiż)

Grieg

IĠP

(1, 3, 4, 11, 15, 16)

L-indikazzjoni li tirreferi għal reġjun jew post speċifiku li ġie rikonoxxut amministrattivament, biex jiddeskrivi nbejjed li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

għandhom kwalità speċifika, reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn li jistgħu jkunu attribwiti għall-oriġini tagħhom,

mill-inqas 85 % tal-għeneb użat għall-produzzjoni tagħhom jiġi esklussivament minn din iż-żona ġeografika u l-produzzjoni tagħhom issir f’din iż-żona ġeografika,

miksubin minn varjetajiet tad-dwieli li ġew klassifikati fiż-żona speċifika,

jiġu magħmulin minn għeneb minn vinji li jinsabu f’ħamrija xierqa għall-vitikulturi b’rendiment baxx għal kull ettaru,

għandhom qawwa alkoħolika naturali u attwali definita għal kull wieħed minnhom.

[C.M.D. 392169/1999 Regoli ġenerali dwar l-użu tat-terminu Nbid Reġjonali biex jiddeskrivu nbid tal-mejda, kif emendat mis-C.M.D. 321813/2007].

 


SPANJA

Denominación de origen (DO)

Spanjol

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 11, 15, 16)

Isem ta’ reġjun, żona, lokalità jew post demarkat li ġie rikonoxxut amministrattivament biex jidentifika nbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

jiġu elaborati fir-reġun, iż-żona, il-lokalità jew il-post demarkat bl-għeneb mingħandhom,

igawdu prestiġju għoli fil-kummerċ minħabba l-oriġini tagħhom, u

il-kwalità u l-karatteristiċi tagħhom huma minħabba, fundamentalment u esklussivament, il-karatteristiċi ġeografiċi li jinkludu karatteristiċi ekonomiċi u umani.

(il-Liġi 24/2003 tad-Dwieli u l-Inbid; rekwiżiti legali oħrajn huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni msemmija qabel u f’leġiżlazzjonijiet oħrajn)

Iċ-Ċili

Denominación de origen calificada (DOCa)

Spanjol

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 11, 15, 16)

Barra mir-rekwiżiti indispensabbli għad-“denominación de origen”, id-“denominacion de origen calificada” għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

ikunu għaddew mill-inqas għaxar snin mir-rikonoxximent tagħha bħala “denominación de origen”,

il-prodotti protetti jiġu kkummerċjalizzati esklussivament ibbottiljati minn fabbriki tal-inbid reġistrati u li jinsabu fiż-żona ġeografika delimitata, u

iż-żona kkunsidrata biex tipproduċi nbejjed bid-dritt għad-denominazzjoni tal-oriġini deskritta hija delimitata mill-komunità.

(il-Liġi 24/2003 tad-Dwieli u l-Inbid; rekwiżiti legali oħrajn huma stabbiliti fil-liġi msemmija qabel u f’leġiżlazzjonijiet oħrajn)

 

Vino de calidad con indicación geográfica

Spanjol

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 11, 15, 16)

Inbid elaborat f’reġjun, żona, lokalità jew post demarkat magħmul minn għeneb li oriġina f’dak it-territorju, li l-kwalità, ir-reputazzjoni u l-karatteristiċi tiegħu huma minħabba l-fattur ġeografiku jew uman jew minħabba t-tnejn li huma, li jikkonċerna l-produzzjoni tal-għenba, l-elaborazzjoni tal-inbid jew il-maturazzjoni tiegħu. Dawn l-inbejjed huma identifikati permezz tat-termini “vino de calidad de”, segwiti bl-isem tar-reġjun, iż-żona, il-lokalità jew il-post demarkat fejn isiru u jiġu elaborati.

(il-Liġi 24/2003 tad-Dwieli u l-Inbid; rekwiżiti legali oħrajn huma stabbiliti fil-liġi msemmija qabel u f’leġiżlazzjonijiet oħrajn)

 

Vino de pago

Spanjol

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 11, 15, 16)

Jidentifika post jew sit rurali b’karatteristiċi ta’ ħamrija partikolari u mikroklima li jagħmluh differenti u distint minn oħrajn fil-madwar, magħruf b’isem marbut tradizzjonalment u marbut ħafna mal-kultura tal-vinji li minnhom jinkisbu nbejjed b'karatteristiċi u kwalitajiet waħdanin u li l-estensjoni massima tagħhom hija limitata bir-regoli stabbiliti mill-amministrazzjoni kompetenti, bil-karatteristiċi ta' kull reġjun. L-estensjoni ma tistax tkun daqs u lanqas superjuri għall-ebda mit-termini muniċipali li jinsabu fit-territorju jew territorji, jekk ikun hemm iktar minn wieħed. Wieħed jifhem li teżisti rabta kbira mal-kultura tal-vinji, meta isem il-“pago” normalment jiġi użat fil-kummerċ biex jidentifika nbejjed miksubin minnu waqt perjodu minimu ta’ ħames snin. L-għeneb kollu li huwa destinat għall-“vino de pago” għandu jiġi minn vinji li jinsabu f’dak il-“pago” u l-inbid għandu jkun elaborat, biex jinħażen u, fil-każ tiegħu, jimmatura f’forma separata minn inbid ieħor.

(il-Liġi 24/2003 tad-Dwieli u l-Inbid; rekwiżiti oħrajn huma stabbiliti fil-liġi msemmija qabel u f’leġiżlazzjonijiet oħrajn)

 

Vino de pago calificado

Spanjol

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 11, 15, 16)

F’każ fejn it-totalità tal-“pago” tkun inkluża fl-ambitu territorjali ta’ denominazzjoni tal-oriġini kwalifikata, tista’ tiġi identifikata bħala “wine of pago calificado”, u l-inbid magħmul fiha dejjem għandu jkun “of pago calificado”, jekk jissodisfa r-rekwiżiti mitluba għall-inbejjed tad-denominazzjoni tal-oriġini kwalifikata u jkun reġistrat fiha.

(il-Liġi 24/2003 tad-Dwieli u l-Inbid; rekwiżiti legali oħrajn huma stabbiliti fil-liġi msemmija qabel u f’leġiżlazzjonijiet oħrajn)

 

Vino de la tierra

Spanjol

IĠP

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 11, 15, 16)

Rekwiżiti għall-użu tat-terminu tradizzjonali “vino de la tierra” akkumpanjat b’indikazzjoni ġeografika:

1. Fir-regolament tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom għall-inqas jiġu kkunsidrati l-aspetti li ġejjin:

(a)

il-kategorija jew il-kategoriji tal-inbid li għalihom japplika dak imsemmi,

(b)

isem l-indikazzjoni ġeografika li se tintuża,

(c)

il-fruntiera preċiża taż-żona ġeografika,

(d)

indikazzjoni tal-varjetajiet ta’ għeneb li se jintużaw,

(e)

il-gradwazzjoni alkoħolika volumettrika naturali minima tat-tipi differenti ta’ nbid bid-dritt li jissemmew,

(f)

apprezzament jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi,

(g)

is-sistema ta’ kontroll applikabbli għall-inbejjed, li għandha ssir minn entità pubblika jew privata.

2. L-użu ta’ indikazzjoni ġeografika li tidentifika nbejjed ta’ taħlita ta’ nbid li ġej minn għeneb maqtugħ f’żoni ta’ produzzjoni differenti se jitħalla jekk minimu ta’ 85 perċentwali tal-inbid jiġi miż-żona ta’ produzzjoni li juża l-isem tagħha.

(il-Liġi 24/2003 tad-Dwieli u l-Inbid; Id-Digriet 1126/2003)

 

Vino dulce natural

Spanjol

DPO

(3)

(l-Anness III, il-punt B(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009)

 

Vino Generoso

Spanjol

DPO

(3)

(l-Anness III, il-punt B(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009)

Iċ-Ċili

Vino Generoso de licor

Spanjol

DPO

(3)

(l-Anness III, il-punt B(10) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009)

 


FRANZA

Appellation d'origine contrôlée

Franċiż

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15, 16)

Isem ta’ lokalità użat biex jiddeskrivi prodott li joriġina f’dik il-lokalità, liema kwalità jew karatteristiċi huma essenzjalment jew esklussivament minħabba ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu, dan il-prodott għandu fama stabbilita sew u l-produzzjoni tiegħu hija sottomessa għall-proċeduri ta’ ftehim li jikkonsistu mill-approvazzjoni tal-partijiet interessati, il-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u l-kontroll tal-prodotti.

L-Alġerija

L-Iżvizzera

It-Tuneżija

Appellation 606/2009 contrôlée

Franċiż

 

Appellation d'origine vin délimité de qualité supérieure

Franċiż

 

Vin doux naturel

Franċiż

DPO

(3)

Inbid li jgħaddi minn mutazzjoni (mutated wine), jiġifieri l-fermentazzjoni alkoħolika tiegħu titwaqqaf minħabba żieda ta’ alkoħol tal-inbid newtrali. Dan il-proċess jimmira li jżid il-qawwa alkoħolika tal-inbid filwaqt li jżomm il-most bħala parti miz-zokkrijiet naturali tal-għenba.

Jiddependi mit-tip ta’ nbid ħelu naturali elaborat, abjad, aħmar jew rosé, it-tibdil isir fi stadju determinat tal-fermentazzjoni alkoħolika, bil-maċerazzjoni jew mingħajrha.

 

Vin de pays

Franċiż

IĠP

(1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15, 16)

Inbejjed tal-mejda personalizzati b’sors ġeografiku (il-kunċett ta’ territorju). “Vin de pays” għandu jiġi esklussivament miż-żona tal-produzzjoni li għandu isimha. L-inbid ikkonforma mal-kundizzjonijiet stretti tal-produzzjoni stabbiliti bid-digriet, bħar-rendiment massimu, il-grad alkoħoliku minimu, il-varjetajiet tal-għenba u r-regoli analitiċi stretti.

 


L-ITALJA

Denominazione di origine controllata (D.O.C.)

Taljan

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 11, 15, 16)

“Denominazzjoni tal-oriġini tal-inbejjed huwa l-isem ġeografiku ta’ żona vitikulturali kkaratterizzata bi produzzjonijiet speċifiċi u t-terminu jintuża biex jiddeskrivi prodotti ta’ kwalità famużi, li l-karatteristiċi tagħhom huma minħabba l-ambjent ġeografiku u l-fattur uman”. Il-liġi msemmija qabel tgħid li għad-denominazzjonijiet Taljani, jintuża t-terminu tradizzjonali speċifiku “D.O.C.” sabiex ikun ċar il-kunċett ta' hawn fuq ta' denominazzjoni tal-oriġini kwalitattiva u tradizzjonali ħafna.

[Il-Liġi Nru 164 tal-10.2.1992]

 

Kontrollierte Ursprungsbezeichnung

Ġermaniż

 

Denominazione di origine controllata e garanttia (D.O.C.G.)

Taljan

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 11, 15, 16)

Hija simili għad-definizzjoni D.O.C., imma fiha wkoll il-kelma “Garantita” u allura tingħata lil inbejjed li għandhom valur partikolari, li ġew rikonoxxuti bħala nbejjed DOC sa mill-inqas ħames snin. Huma jiġu kkummerċjalizzati f’kontenituri li għandhom kapaċità ta’ mhux iktar minn 5 litri u li huma ttikkettati b’marka ta’ identifikazzjoni tal-Gvern biex jipprovdu garanzija aħjar lill-konsumaturi.

[Il-Liġi Nru 164 tal-10.2.1992]

 

Kontrollierte und garantierte Ursprungsbezeichnung

Ġermaniż

 

Vino dolce naturale

Taljan

DPO

(1, 3, 11, 15)

Terminu tradizzjonali użat biex jiddeskrivi u jikkwalifika xi nbejjed, estratti minn għeneb imqadded, li fihom ċertu livell ta’ zokkrijiet residwi magħmulin mill-għeneb, mingħajr proċessi ta’ arrikkiment.

L-użu huwa awtorizzat minn digriet speċifiku dwar inbejjed differenti

 

Indicazione geografica tipica (IGT)

Taljan

IĠP

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 11, 15, 16)

Terminu esklussivament Taljan stabbilit fil-Liġi Nru 164 tal-10 ta’ Frar 1992 biex jiddeskrivi nbejjed Taljani li għandhom indikazzjoni ġeografika, li n-natura speċifika u l-livill ta’ kwalità tagħhom huma minħabba ż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-għeneb.

 

Landwein

Ġermaniż

 

Vin de pays

Franċiż

 


ĊIPRU

Οίνος Ελεγχόμενης Ονομασίας

Προέλευσης (ΟΕΟΠ)

(Denominazzjoni tal-Oriġini Kontrollata)

Grieg

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 11, 15, 16)

Tidentifika nbejjed bid-DPO

Κ.Δ.Π.403/2005 Αρ.4025/19.8.2005/Ε.Ε. Παρ. ΙΙΙ (Ι)

Κ.Δ.Π.212/2005 Αρ.3896/26.04.2005/Ε.Ε. Παρ. ΙΙΙ (Ι)

Κ.Δ.Π.706/2004 Αρ.3895/27.08.2004/Ε.Ε. Παρ. ΙΙΙ (Ι)

 

Τοπικός Οίνος

(Inbid Reġjonali)

Grieg

IĠP

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 11, 15, 16)

Jidentifika nbejjed bl-IĠP

Κ.Δ.Π. 704/2004 Αρ.3895/27.8.2004/Ε.Ε. Παρ. ΙΙΙ(Ι)

 


IL-LUSSEMBURGU

Crémant de Luxembourg

Franċiż

DPO

(4)

[Regolament tal-Gvern tal-4 ta’ Jannar 1991] L-istandards ewlenin li għandhom jiġu osservati huma dawn li ġejjin:

l-għeneb għandu jinqata’ bl-idejn u jingħażel partikolarment għall-produzzjoni tal-Crémant;

il-cuvée ta’ nbejjed bażiċi għandu jikkonforma mal-istandards ta’ kwalità applikabbli għall-inbejjed ta’ kwalità;

huwa magħmul minn most miksub billi jingħasar għeneb sħiħ, u fir-rigward ta' nbejjed frizzanti bojod jew “rosé”, il-kwantità tal-most miksub ma taqbiżx il-100 litru għal kull 150 kg ta' għeneb;

huwa jifferementa fil-flixkun bil-metodu tradizzjonali;

il-kontenut massimu tad-dijossidu tal-kubrit ma jaqbiżx il-150 mg/l;

il-pressjoni minima tad-dijossidu tal-karbonju mhijiex inqas minn 4 atmosferi f’20 °C;

il-kontenut taz-zokkor huwa inqas minn 50 g/l.

 

Marque nationale, miżjud bi:

appellation contrôlée

appellation d'origine contrôlée

Franċiż

DPO

(1, 4)

(W):

Il-“Marque nationale” (is-siġill nazzjonali ta’ approvazzjoni) għall-inbejjed tad-denominazzjoni “Moselle luxembourgeoise” ġie stabbilit bir-regolament tal-Gvern tat-12 ta’ Marzu 1935. L-iskrizzjoni “Marque nationale — appellation contrôlée” fuq it-tikketta rettangolari mwaħħla fuq wara tal-flixkun tiċċertifika l-produzzjoni kkontrollata mill-istat u l-kwalità tal-inbid. Tinħareġ mill-uffiċċju tal-Marque nationale. Inbejjed ta’ oriġini Lussemburgiża biss li ma tħalltux ma’ nbejjed barranin u li jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali u Ewropej jistgħu jirrikorru għal din id-denominazzjoni. Huwa obbligatorju wkoll li l-inbejjed li jkollhom din it-tikketta jridu jiġu kkummerċjalizzati fi fliexken u l-għeneb għandu jinqata’ u jsir inbid fi ħdan iż-żona ta’ produzzjoninazzjonali biss. L-inbejjed jiġu eżaminati sistematikament b’ittestjar analitiku u organolettiku.

(SW):

Il-“Marque nationale” tal-inbejjed frizzanti tal-Lussemburgu ġie stabbilit bir-regolament tal-Gvern tat-18 ta’ Marzu 1988, u jiggarantixxi:

li l-inbid frizzanti jinkiseb esklussivament minn inbejjed adattati biex jiġu magħmulin inbejjed ta’ kwalità tal-Moselle tal-Lussemburgu;

li jikkorrispondi mal-kriterji tal-kwalità stipulati mir-regolamenti nazzjonali u tal-Komunità Ewropea;

li jinsab taħt il-kontroll tal-Istat.

 


L-UNGERIJA

Minőségi bor

Ungeriż

DPO

(1)

Ifisser “inbid ta’ kwalità” u jidentifika nbejjed tad-DPO

 

Védett eredetű bor

Ungeriż

DPO

(1)

Jidentifika nbid b’oriġini protetta

 

Tájbor

Ungeriż

IĠP

(1)

Ifisser “inbid ta’ kontea” u jidentifika nbejjed tal-IĠP

 


MALTA

Denominazzjoni ta’ Origini Kontrollata (D.O.K.)

Malti

DPO

(1)

[Il-Gazzetta tal-Gvern Nru. 17965 tal-5 ta’ Settembru 2006]

 

Indikazzjoni Ġeografika Tipika (I.G.T.)

Malti

IĠP

(1)

[Il-Gazzetta tal-Gvern Nru. 17965 tal-5 ta’ Settembru 2006]

 


L-OLANDA

Landwijn

Olandiż

IĠP

(1)

L-għeneb jinqata’ u dan l-inbid isir fit-territorju Olandiż. L-isem tal-provinċja fejn jinqata’ l-għeneb jista’ jissemma fuq it-tikketta. Il-volum minimu ta’ alkoħol naturali f’dan l-inbid għandu jkun 6,5 % jew iktar. Għall-produzzjoni ta’ dan l-inbid fl-Olanda għandhom jintużaw biss il-varjetajiet ta’ għeneb elenkati f’lista nazzjonali.

 


L-AWSTRIJA

Districtus Austriae Controllatus (DAC)

Latin

DPO

(1)

Il-kundizzjonijiet għal dawn l-inbejjed ta’ kwalità (eżempju l-varjetajiet, it-togħma, il-kontenut tal-alkoħol) huma stabbiliti mill-Kumitat Reġjonali,

 

Prädikatswein jew Qualitätswein besonderer Reife und Leseart, kemm jekk miżjud u kemm jekk le bi:

Ausbruch/Ausbruchwein

Auslese/Auslesewein

Beerenauslese/Beerenauslesewein

Kabinett/Kabinettwein

Schilfwein

Spätlese/Spätlesewein

Strohwein

Trockenbeerenauslese

Eiswein

Ġermaniż

DPO

(1)

Dawn l-inbejjed huma nbejjed ta’ kwalità u bażikemant huma definiti permezz tal-kontenut ta’ zokkor naturali tal-kundizzjonijiet tal-għeneb u tal-qtugħ. Mhu permess l-ebda arrikkiment u l-ebda ħlewwa.

Ausbruch/Ausbruchwein: Minn għeneb misjur iżżejjed u nfettat mill-botrytis b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 27° Klosterneuburger Mostwaage (KMW); għal estrazzjoni aħjar, jista’ jiżdied most jew inbid frisk.

Auslese/Auslesewein: Minn għeneb magħżul b’mod strett b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 21° KMW.

Beerenauslese/Beerenauslesewein: Minn għeneb magħżul misjur iżżejjed u/jew infettat mill-botrytis b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 25° KMW.

Kabinett/Kabinettwein: Minn għeneb li mmatura kompletament b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 17° KMW.

Schilfwein, Strohwein: L-għeneb għandu jinħażen u jitnixxef b’mod naturali fuq il-qasab jew it-tiben għal mill-inqas 3 xhur qabel jingħasar; il-kontenut minimu ta’ zokkor għandu jkun 25° KMW.

Spätlese/Spätlesewein: Minn għeneb li mmatura kompletament b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 19° KMW.

(Trockenbeerenauslese): Il-maġġoranza tal-għeneb għandha tkun infettata bil-botrytis u għeneb imnixxef b’mod naturali b’kontenut minimu taz-zokkor ta’ 30° KMW.

Eiswein: L-għeneb għandu jiġi ffriżat b’mod naturali waqt li jkun qed jinqata’ u jingħasar u għandu jkollu kontenut minimu taz-zokkor ta’ 25° KMW.

 

Qualitätswein jew Qualitätswein mit staatlicher Prüfnummer

Ġermaniż

DPO

(1)

Minn għeneb li mmatura kompeltament u ċertu varjetajiet b’kontenut minimu taz-zokkor ta’ 15° KMW u rendiment massimu ta’ 6 750  l/ettaru. L-inbid jista’ jinbiegħ biss b’numru tal-kontroll tal-inbid ta’ kwalità.

 

Landwein

Ġermaniż

IĠP

(1)

Minn għeneb li mmatura kompeltament u ċertu varjetajiet b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 14° KMW u rendiment massimu ta’ 6 750  litru għal kull ettaru.

 


IL-PORTUGALL

Denominação de origem (D.O.)

Portugiż

DPO

(1, 3, 4, 8)

Isem ġeografiku ta’ reġjun jew post speċifiku, jew isem tradizzjonali, assoċjat ma’ oriġini ġeografika jew le, użat biex jiddeskrivi jew jidentifika prodott li oriġina minn għeneb minn dak ir-reġjun jew minn post speċifiku li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment u esklussivament minħabba fatturi ġeografiċi partikolari, bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu, u li l-produzzjoni tiegħu sseħħ fi ħdan dik iż-żona jew reġjun ġeografiku demarkat.

[Decreto-Lei no 212/2004, de 23.8.2004]

 

Denominação de origem controlada (D.O.C.)

Portugiż

DPO

(1, 3, 4, 8)

It-tikkettar ta’ prodotti tal-inbid intitolati għal denominazzjoni tal-oriġini jista’ jinkludi dawn li ġejjin: “Denominação de Origem Controlada” jew “DOC”.

[Decreto-Lei no 212/2004, de 23.8.2004]

 

Indicação de proveniência regulamentada (I.P.R.)

Portugiż

DPO

(1, 3, 4, 8)

Isem ta’ pajjiż jew reġjun jew post speċifiku, jew isem tradizzjonali, assoċjat ma’ oriġini ġeografika jew le, użat biex jiddeskrivi jew jidentifika prodott tal-inbid li għall-inqas 85 % minnu oriġina minn għeneb maqtugħ fi ħdan dik iż-żona fil-każ ta’ post jew reġjun speċifiku, li r-reputazzjoni, il-kwalità speċifika jew karatteristiċi oħrajn tiegħu jistgħu jkunu attribwiti għall-oriġini ġeografika u li l-produzzjoni tiegħu sseħħ fi ħdan dik iż-żona jew reġjun ġeografiku demarkat.

[Decreto-Lei no 212/2004, de 23.8.2004]

 

Vinho doce natural

Portugiż

DPO

(3)

Inbid b’ħafna zokkor, magħmul minn għeneb maqtugħ tard jew affetwat mit-tħassir nobbli.

[Portaria no 166/1986, de 26.6.1986]

 

Vinho generoso

Portugiż

DPO

(3)

L-inbejjed likuri li tradizzjonalment isiru fir-reġjuni demarkati ta’ Douro, Madeira, Setúbal u Carcavelos, rispettivament imsejħin Port Wine jew Porto, u t-traduzzjoni tagħhom f’lingwi oħrajn, Madeira Wine jew Madeira, u t-traduzzjoni tagħhom f’lingwi oħrajn, Moscatel de Setúbal jew Setúbal u Carcavelos.

[Decreto-Lei no 166/1986, de 26.6.1986]

 

Vinho regional

Portugiż

IĠP

(1)

It-tikkettar ta’ prodotti tal-inbid intitolati għal indikazzjoni ġeogragika jista’ jinkludi dawn li ġejjin: “Vinho Regional” jew “Vinho da Região de”.

[Decreto-Lei no 212/2004, de 23.8.2004]

 


IR-RUMANIJA

Vin cu denumire de origine controlată (D.O.C.), miżjud bi:

Cules la maturitate deplină — C.M.D.

Cules târziu — C.T.

Cules la înnobilarea boabelor — C.I.B.

Rumen

DPO

(1, 3, 8, 15, 16)

L-inbejjed li juru denominazzjoni tal-oriġini huma nbejjed magħmulin minn għeneb miksub minn żoni delimitati kkaratterizzati mill-kundizzjonijiet tal-klima, tal-ħamrija u tal-espożizzjoni li huma favorevoli għall-kwalità tal-qtugħ u jirrispettaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-għeneb li minnu jsir l-inbid jiġi esklussivament miż-żona delimitata rispettiva;

(b)

il-produzzjoni ssir fiż-żona ġeografika rispettiva;

(c)

il-kwalità u l-karatteristiċi tal-inbid huma essenzjalment jew esklussivament minħabba ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu;

(d)

l-inbejjed jinkisbu minn varjetajiet ta' dwieli li jappartjenu għall-ispeċi Vitis vinifera.

Skont l-istadju tal-maturazzjoni tal-għeneb u l-karatteristiċi tal-kwalità fil-qtugħ, l-inbejjed li juri denominazzjoni tal-oriġini jiġu kklassifikati kif ġej:

(a)

DOC — CMD — inbid li juri denominazzjoni tal-oriġini miksub minn għeneb maqtugħ li mmatura kompletament;

(b)

DOC — CT — inbid li juri denominazzjoni tal-oriġini miksub minn għeneb maqtugħ tard;

(c)

DOC — CIB — inbid li juri denominazzjoni tal-oriġini miksub minn għeneb maqtugħ meta l-għeneb ikun sar nobbli;

 

Vin spumant cu denumire de origine controlată (D.O.C.)

Rumen

DPO

(5, 6)

Inbejjed frizzanti, li juru denominazzjoni tal-oriġini protetta huma magħmulin minn varjetajiet rakkomandati għal din it-tip ta’ produzzjoni, li jitkabbru f’vinji delimitati fejn l-inbid isir materja prima u li jiġi pproċessat kompletament sakemm jinbiegħ fi ħdan iż-żona awtorizzata biss.

 

Vin cu indicație geografică

Rumen

IĠP

(1, 4, 9, 15, 16)

Inbejjed li juru indikazzjoni ġeografika huma magħmulin minn għeneb maqtugħ minn vinji speċifiċi f’żoni delimitati u jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandhom kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi speċifiċi attribwibbli għal dik l-oriġini ġeografika rispettiva;

(b)

mill-anqas 85 % tal-għeneb li jintuża fil-produzzjoni tal-inbid jiġi esklussivament minn din iż-żona ġeografika;

(c)

il-produzzjoni ssir f'din iż-żona ġeografika;

(d)

inbejjed miksubin minn varjetajiet ta' dwieli li jappartjenu għall-Vitis vinifera jew li jiġu minn taħlita bejn il-Vitis vinifera u speċijiet oħrajn tal-ġenus Vitis.

Il-qawwa alkoħolika attwali għandu jkollha minimu b’volum ta’ 9,5 % fil-każ ta’ nbejjed magħmulin fiż-żona vitikulturali B u mill-inqas b’volum ta’ 10,0 % għaż-żoni vitikulturali CI u CII. Il-qawwa alkoħolika totali ma għandhiex taqbeż il-volum ta’ 15 %.

 


IS-SLOVENJA

Kakovostno vino z zaščitenim geografskim poreklom (kakovostno vino ZGP), kemm jekk miżjud u kemm jekk le bil-Mlado vino

Sloven

DPO

(1)

Inbid minn għeneb li mmatura kompletament b’kontenut minimu ta’ alkoħol naturali b’volum ta’ 8,5 % (b’volum ta’ 9,5 % fiż-żona CII) u rendiment massimu ta’ 8 000  litru għal kull ettaru. Huwa obbligatorju li ssir evalwazzjoni analitika u organolettika.

 

Kakovostno peneče vino z zaščitenim geografskim poreklom (Kakovostno vino ZGP)

Sloven

DPO

(1)

Inbid miksub mill-ewwel u t-tieni fermentazzjoni alkoħolika b’qawwa alkoħolika attwali minima b’volum ta’ 10 % li għall-qawwa alkoħolika totali tal-cuvée ma tkunx inqas minn volum ta’ 9 %.

 

Penina

Slovenian

 

Vino s priznanim tradicionalnim poimenovanjem (vino PTP)

Sloven

DPO

(1)

Il-kundizzjonijiet għal dawn l-inbejjed ta’ kwalità huma stabbiliti mir-Regoli tal-Ministru abbażi tar-rapport dettaljat tal-esperti (eżempju l-varjetajiet, il-kontenut tal-alkoħol, ir-rendiment, eċċ.)

 

Renome

Sloven

 

Vrhunsko vino z zaščitenim geografskim poreklom (vrhunsko vino ZGP), kemm jekk miżjud u kemm jekk le bi:

Pozna trgatev

Izbor

Jagodni izbor

Suhi jagodni izbor

Ledeno vino

Arhivsko vino (Arhiva)

Slamnovino (vino iz sušenega grozdja)

Sloven

DPO

(1)

Inbid minn għeneb li mmatura kompletament b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali b’volum ta’ 83ograd Oechsle u rendiment minimu ta’ 8 000  litru għal kull ettaru. Mhu permess l-ebda arrikkiment, ħlewwa, aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni. Huwa obbligatorju li ssir evalwazzjoni analitika u organolettika.

Pozna trgatev: minn għeneb misjur iżżejjed u/jew infettat mill-botrytis b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 92 grad Oechsle;

Izbor: minn għeneb misjur iżżejjed u/jew infettat mill-botrytis b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 108 grad Oechsle;

Jagodni izbor: minn għeneb misjur iżżejjed u/jew infettat mill-botrytis b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 128 grad Oechsle;

Suhi jagodni izbor: minn għeneb misjur iżżejjed u/jew infettat mill-botrytis b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 154 grad Oechsle;

Ledeno vino: l-għeneb għandu jiġi ffriżat b’mod naturali waqt li jkun qed jinqata’ u jingħasar u għandu jkollu kontenut minimu taz-zokkor ta’ 128 grad Oechsle;

Arhivsko vino (arhiva): inbid immaturat minn għeneb li mmatura kompletament b’kontenut minimu ta’ zokkor naturali ta’ 83ograd Oechsle;

Slamno vino (vino iz sušenega grozdja): l-għeneb għandu jinħażen u jitnixxef b’mod naturali fuq il-qasab jew it-tiben qabel jingħasar.

 

Vrhunsko peneče vino z zaščitenim geografskim poreklom (Vrhunsko peneče vino ZGP)

Sloven

DPO

(1)

Inbid miksub mill-ewwel u t-tieni fermentazzjoni alkoħolika b’qawwa alkoħolika attwali minima b’volum ta’ 10,5 % li għall-qawwa alkoħolika totali tal-cuvée ma tkunx inqas minn volum ta’ 9,5 %.

 

Penina

Sloven

 

Deželno vino s priznano geografsko oznako (Deželno vino PGO), kemm jekk miżjud u kemm jekk le bil-Mlado vino

Sloven

IĠP

(1)

Inbid minn għeneb li mmatura kompletament b’kontenut ta’ alkoħol naturali minimu b’volum ta’ 8,5 % u rendiment massimu ta’ 12 000  litru għal kull ettaru. Huwa obbligatorju li ssir evalwazzjoni analitika u organolettika.

 


IS-SLOVAKKJA

Akostné víno

Slovakk

DPO

(1)

Inbid ikklassifikat mill-Istitut tal-Kontroll bħala nbid ta’ varjetà ta’ kwalità jew inbid ta’ marka ta’ kwalità, magħmul minn għeneb li l-kontenut ta’ zokkor naturali tiegħu huwa mill-inqas 16° NM u r-rendiment massimu għal kull ettaru ma jinqabiżx u l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità ddeterminati minn regolament speċjali.

 

Akostné víno s prívlastkom, miżjud bi:

Kabinetné

Neskorý zber

Výber z hrozna

Bobuľovývýber

Hrozienkový výber

Cibébový výber

L'adový zber

Slamové víno

Slovakk

DPO

(1)

Inbid ikklassifikat mill-Istitut tal-Kontroll bħala nbid ta’ kwalità bl-attribut, jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità ddeterminati minn regolament speċjali, ir-rendiment massimu għal kull ettaru ma jinqabiżx, il-varjetà tad-dielja, l-oriġini tal-għeneb, il-kontenut taz-zokkor naturali tiegħu, il-piż u l-kundizzjoni tas-saħħa jiġu ċċertifikati minn ħaddiem tal-istitut tal-Kontroll qabel l-ipproċessar, tiġi osservata l-projbizzjoni fuq iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali bil-volum u l-aġġustament taz-zokkor residwu.

Akostné víno s prívlastkom jinqasam fi:

kabinetné víno magħmul minn għeneb li mmatura kompletament u li għandu kontenut ta’ zokkor naturali ta’ mill-inqas 19° NM,

neskorý zber magħmul minn għeneb li mmatura kompletament u li għandu kontenut ta’ zokkor naturali ta’ mill-inqas 21° NM,

výber z hrozna magħmul minn għeneb li mmatura kompletament u li għandu kontenut ta’ zokkor naturali ta’ mill-inqas 23° NM miksub minn għenieqed magħżulin b’attenzjoni.

bobuľový výber magħmul minn għenieqed tal-għeneb misjurin iżżejjed magħżulin bl-idejn li minnhom tneħħa bl-idejn il-frott iż-żgħir li kien għadu ma sarx u li ma kienx tajjeb, li għandu kontenut ta’ zokkor naturali ta’ mill-inqas 26° NM,

hrozienkový výber magħmul esklussivament minn frott żgħir u għeneb naturali misjur iżżejjed magħżul bl-idejn, li l-kontenut ta’ zokkor tiegħu huwa mill-inqas 28° NM,

cibébový výber magħmul esklussivament minn frott żgħir u għeneb misjur iżżejjed magħżul bl-idejn raffiniti bl-effett tal-Botrytis cinerea Persoon, li l-kontenut ta’ zokkor tiegħu huwa mill-inqas 28° NM,

ľadové víno magħmul minn għeneb maqtugħ f’temperatura ta’ 7 oC taħt iż-żero u inqas u l-għeneb jibqa’ friżat waqt il-qtugħ u l-ipproċessar u l-most miksub ikollu kontenut ta’ zokkor naturali ta’ mill-inqas 27° NM,

slamové víno magħmul minn għeneb misjur sew u qabel l-ipproċessar kien maħżun fuq it-tiben jew il-qasab, possibilment tħalla mdendel mal-ħbula għal mill-inqas tliet xhur u l-kontenut ta’ zokkor naturali tal-most miksub kien mill-inqas 27° NM.

 

Esencia

Slovakk

DPO

(1)

Inbid magħmul minn fermentazzjoni bil-mod jew inbid free-run miksub minn cibebas magħżulin separatament mill-vinji demarkati ta’ Tokajská vinohradnícka oblasť. L-essenza għandu jkollha mill-inqas 450 g/l ta’ zokkor naturali u 50 g/l ta’ estratt mingħajr zokkor. Għandu jimmatura għal mill-inqas tliet snin, u għal mill-inqas sentejn minnhom irid ikun f’bettija tal-injam.

 

Forditáš

Slovakk

DPO

(1)

Inbid magħmul mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-most jew inbid tal-istess vendemmja mill-vinja demarkata ta’ Tokajská vinohradnícka oblasť imxerred fuq il-wine marc rapes minn cibebas. Għandu jimmatura għal mill-inqas sentejn, u għal mill-inqas sena minnhom irid ikun f’bettija tal-injam.

 

Mášláš

Slovakk

DPO

(1)

Inbid magħmul mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-most jew inbid tal-istess vendemmja mill-vinja demarkata ta’ Tokajská vinohradnícka oblasť imxerred fuq in-naqal tal-fermentazzjoni tas-Samorodné or Výber. Għandu jimmatura għal mill-inqas sentejn, u għal mill-inqas sena minnhom irid ikun f’bettija tal-injam.

 

Pestovateľský sekt (***)

Slovakk

DPO

(4)

Il-kundizzjonijiet bażiċi tal-produzzjoni jilħqu l-kundizzjoni għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità u l-aħħar fażi tal-proċess tar-rendiment tal-inbid frizzanti ssir minn dak li jikkultiva l-għeneb għall-inbid minn fejn jiġi l-għeneb li jintuża għall-produzzjoni Il-komponenti waħdanin tal-cuvée tal-pestovateľský sekt għandhom ikunu minn żona vitikulturali waħda.

 

Samorodné

Slovakk

DPO

(1)

Inbid magħmul mill-fermentazzjoni alkoħolika mill-varjetajiet tal-għeneb Tokaj fiż-żona vitikulturali ta’ Tokajská vinohradnícka oblasť mill-vinja demarkata, jekk il-kundizzjonijiet għall-ħolqien tal-massa tas-cibebas mhumiex favorevoli. L-iktar kmieni li jista’ jitqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni huwa wara sentejn ta’ maturazzjoni, u għal mill-inqas sena minnhom irid ikun f’bettija tal-injam.

 

Sekt vinohradníckej oblasti (***)

Slovakk

DPO

(4)

Inbid frizzanti miksub mill-fermentazzjoni primarja jew sekondarja ta’ nbid ta’ kwalità minn għeneb imkabbar f'għelieqi vitikulturali f'żoni vitikulturali u esklussivament fiż-żona vitikulturali fejn jitkabbar l-għeneb għar-rendiment tiegħu jew f’żoni ġirien immedjati. Il-kundizzjonijiet bażiċi tal-produzzjoni jilħqu l-kundizzjoni għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità.

 

Výber (3)(4)(5)(6) putňový

Slovakk

DPO

(1)

Inbid magħmul b’fermentazzjoni alkoħolika wara li jixxerred is-cibebas bil-most li jkollu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 21 NM mill-vinja demarkata ta’ Tokajská vinohradnícka oblasť jew b’inbid li għandu l-istess kwalità u l-istess vendemmja mill-vinja demarkata ta’ Tokajská vinohradnícka oblasť. Skont l-ammont ta’ cibebas miżjud, it-Tokajský výber għandu jinqasam f’minn 3 sa 6 putňový. Výber għandu jimmatura għal mill-inqas tliet snin, u għal mill-inqas sentejn minnhom irid ikun f’bettija tal-injam.

 

Výberová esencia

Slovakk

DPO

(1)

Inbid magħmul mill-fermentazzjoni alkoħolika tas-cibebas. Waqt il-qtugħ, l-għeneb jingħażel separatament, u jitferra’ awtomatikament wara l-ipproċessar mill-most mill-vinja demarkata ta’ Tokajská vinohradnícka oblasť jew mill-inbid tal-istess vendemmja li fih mill-inqas 180 g/l ta’ zokkor naturali u 45 g/l ta’ estratt mingħajr zokkor. Għandu jimmatura għal mill-inqas tliet snin, u għal mill-inqas sentejn minnhom irid ikun f’bettija tal-injam.

 


IR-RENJU UNIT

quality (sparkling) wine

Ingliż

DPO

(1, 4)

Inbid jew inbid frizzanti li jsir l-Ingilterra jew Wales skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dawk il-pajjiżi. Inbejjed ikkummerċjalizzati bħala nbid ta’ kwalità (“quality wine”) għaddew minn valutazzjoni organolettika u analitika. In-natura u l-karattru speċifiku tiegħu jitnisslu parzjalment miż-żona tal-produzzjoni, mill-kwalità tal-għeneb użat u mill-ħila tal-produttur u ta’ dak li jagħmel l-inbid.

 

Regional (sparkling) wine

Ingliż

IĠP

(1, 4)

Inbid jew inbid frizzanti li jsir l-Ingilterra jew Wales skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dawk il-pajjiżi. L-‘inbid reġjonali (“regional wine”) jkun għadda minn valutazzjoni organolettika u analitika. In-natura u l-karattru tiegħu jitnisslu parzjalment miż-żona tal-produzzjoni, mill-għeneb li jintuża u mill-ħila tal-produttur u ta’ dak li jagħmel l-inbid.

 

PARTI B —   Termini tradizzjonali kif imsemma fl-Artikolu 54(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008

IL-BULGARIJA

Колекционно

(kollezzjoni)

Bulgaru

DPO

(1)

Inbid li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ “riżerva speċjali” (“special reserve”) u li jimmatura fil-fliexken għal mill-inqas sena, u li l-kwantità tiegħu ma taqbiżx nofs il-lott tar-“riżerva speċjali”.

 

Ново

(żagħżugħ)

Bulgaru

DPO/IĠP

(1)

L-inbid ġie magħmul kompletament minn għeneb miksub minn qtugħ wieħed u li ġie bbottiljat sal-aħħar tas-sena. Jista’ jinbiegħ bl-indikazzjoni “ġdid” sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. Fdan il-każ, fuq it-tikketti għandha tiddaħħal ukoll bilfors l-indikazzjoni “terminu ta’ bejgħ — l-1 ta’ Marzu 606/2009”. Wara li jgħaddi ż-żmien tat-terminu indikat hawn fuq, l-inbid ma jistax jiġi kkummerċjalizzat u ppreżentat bħala “ġdid” u l-kwantitajiet tal-inbid li jibqa’ fin-netwerk kummerċjali, wara l-31 ta’ Marzu tas-sena korrispondenti għandhom bilfors jerġgħu jiġu ttikkettati b’konformità mar-rekwiżiti tal-ordinanza.

 

Премиум

(primjum)

Bulgaru

IĠP

(1)

Inbid magħmul minn varjetà waħda ta’ għeneb li għandha l-ogħla kwalità tal-qtugħ kollu. Il-kwantità magħmula ma taqbiżx 1/10 tal-qtugħ kollu.

 

Премиум оук, или първо зареждане в бъчва

(ballut prim)

Bulgaru

DPO

(1)

Inbid li mmatura fi btieti ġodda tal-ballut b’volum sa 500 l.

 

Премиум резерва

(riżerva primjum)

Bulgaru

IĠP

(1)

Inbid magħmul minn varjetà waħda ta’ għeneb, li jirrappreżenta kwantità priservata mill-aqwa lott tal-qtugħ.

 

Резерва

(riżerva)

Bulgaru

DPO/IĠP

(1)

Inbid magħmul minn varjetà waħda ta’ għeneb, li mmatura għal mill-inqas sena minn Novembru tas-sena tal-qtugħ.

 

Розенталер

(Rosenthaler)

Bulgaru

DPO

(1)

Inbid magħmul minn varjetajiet rakkomandati ta’ għeneb b’kontenut taz-zokkor mhux inqas minn 22 perċentwali tal-piż. L-inbid għandu qawwa alkoħolika ta’ mill-inqas 11. Il-karatteristiċi tiegħu huma minħabba ż-żieda tal-most tal-għeneb jew il-most tal-għeneb ikkonċentrat mill-inqas 30 jum qabel id-dożaġġ.

 

Специална селекция

(għażla speċjali)

Bulgaru

DPO

(1)

Inbid magħmul minn varjetà waħda ta’ għeneb jew li huwa taħlita, li mmatura għal mill-inqas sentejn wara d-data ta' skadenza mniżżla fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

 

Специална резерва

(riżerva speċjali)

Bulgaru

DPO

(1)

Inbid magħmul minn varjetà waħda ta’ għeneb jew li huwa taħlita, li mmatura għal mill-inqas sena fi btieti tal-ballut wara d-data ta' skadenza mniżżla fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

 


IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Archivní víno

Ċek

DPO

(1)

Inbid li tpoġġa fiċ-ċirkolazzjoni mill-inqas tliet snin wara s-sena tal-qtugħ.

 

Burčák

Ċek

DPO

(1)

Most tal-għeneb li ffermenta parzjalment, fejn il-kontenut attwali tal-alkoħol huwa ogħla minn perċentawli wieħed tal-volum u iktar baxx minn tlieta minn ħamsa tal-kontenut totali tal-alkoħol.

 

Klaret

Ċek

DPO

(1)

Inbid magħmul minn għeneb iswed mingħajr fermentazzjoni fil-qoxra.

 

Košer, Košer víno

Ċek

DPO

(1)

Inbid li ġie magħmul bil-metodi liturġiku fis-sena tar-regoli tal-Kongregazzjoni Lhudija.

 

Labín

Ċek

IĠP

(1)

Inbid minn għeneb iswed, li ġie magħmul mingħajr fermentazzjoni fil-qoxra fir-reġjun tal-inbid Ċek.

 

Mladé víno

Ċek

DPO

(1)

Inbid offrut lill-konsumatur finali għall-konsum, l-iktar tard sal-aħħar tas-sena kalendarja, li fiha nqata’ l-għeneb użat għall-produzzjoni ta’ dan l-inbid.

 

Mešní víno

Ċek

DPO

(1)

Inbid li ġie magħmul bil-metodu liturġiku u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-użu waqt l-atti liturġiċi fi ħdan il-qafas taċ-ċelebrazzjoni tal-Knisja Kattolika.

 

Panenské víno, Panenská sklizeň

Ċek

DPO

(1)

L-inbid joriġina mill-ewwel qtugħ tal-vinja; minħabba li l-ewwel qtugħ tal-vinja huwa kkunsidrat il-qtugħ li jsir fit-tielet sena tal-pjantazzjoni tal-vinja.

 

Pěstitelský sekt (****)

Ċek

DPO

(4)

Inbid frizzanti kklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-regolamenti tal-Komunità Ewropea għall-inbid frizzanti ta’ kwalità magħmul f’reġjun speċifiku minn għeneb mill-vinji ta’ dak li jikkultiva l-għeneb.

 

Pozdní sběr

Ċek

DPO

(1)

Inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, li huwa magħmul mill-għeneb maqtugħ minn vinji demarkati fiż-żona kkonċernata. Ir-rendiment għal kull ettaru ma nqabiżx, l-għeneb li minnu jsir l-inbid, laħaq kontenut taz-zokkor mill-inqas 21 NM. L-għeneb maqtugħ u l-produzzjoni tal-inbid, bl-eċċezzjoni tal-ibbottiljar, saru fir-reġjun tal-inbid ikkonċernat, u l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbilita mir-regolament legali implimentattiv.

 

Premium

Ċek

DPO

(1)

Inbid bl-attributi tat-tipi — għażla ta’ għeneb, għażla ta’ frott żgħir jew għażla ta’ frott żgħir imqadded — ġie magħmul minn għeneb, li għall-inqas 30 % minnu kien affetwat mill-moffa nobbli Botrytis cinerea P.

 

Rezerva

Ċek

DPO

(1)

Inbid immaturat għal mill-inqas 24 xahar f’bettija tal-injam u fi flixkun sussegwentament. Filwaqt li l-inbid aħmar għandu jinżamm fil-bettija għal mill-inqas 12-il xahar, l-inbid abjad jew rosé għandu jinżamm għal għal 6 xhur.

 

Růžák, Ryšák

Ċek

DPO

(1)

Inbid magħmul mit-taħlita tal-għeneb jew mill-most tal-għeneb minn għeneb abjad u jekk meħtieġ minn għeneb aħmar jew iswed.

 

Zrálo na kvasnicích, Krášleno na kvasnicích, Školeno na kvasnicích

Ċek

DPO

(1)

Waqt il-produzzjoni, l-inbid ikun tħalla fuq il-karfa għal mill-inqas sitt xhur.

 


IL-ĠERMANJA

Affentaler

Ġermaniż

DPO

(1)

Terminu tal-oriġini għal inbid aħmar ta’ kwalità u Prädikatswein tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid Blauer Spätburgunder mit-territorji ta’ Altschweier, Bühl, Eisental u Neusatz tal-belt ta’ Bühl, Bühlertal, kif ukoll it-territorju Neuweier tal-belt Baden-Baden.

 

Badisch Rotgold

Ġermaniż

DPO

(1)

Inbid magħmul billi għeneb tal-inbid abjad, mgħaffeġ ukoll, jitħallat ma’ għeneb tal-inbid aħmar li joriġina fiż-żona vitikulturali speċifikata ta’ Baden.

 

Classic (Klassic)

Ġermaniż

DPO

(1)

Inbid aħmar jew inbid abjad ta’ kwalità magħmul esklussivament minn għeneb minn varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid klassifikati tipiċi tar-reġjun; Il-most użat fil-produzzjoni għandu qawwa alkoħolika naturali minima li għall-inqas ikollha volum ta’ 1 % ogħla mill-qawwa alkoħolika naturali minima preskritta għaż-żona vitikulturali li minnha nqata’ l-għeneb; qawwa alkoħolika totali b’volum ta’ mill-inqas 11,5 %; il-kontenut taz-zokkor residwu ma jaqbiżx il-15 g/l u ma jaqbiżx id-doppju tal-kontenut tal-aċidità totali; indikazzjoni ta’ varjetà waħda ta’ għeneb tal-inbid, indikazzjoni taż-żminijiet tal-qtugħ u tal-għasir, imma l-ebda indikazzjoni tat-togħma.

 

Ehrentrudis

Ġermaniż

DPO

(1)

Stqarrija dwar l-oriġini għall-inbejjed ta’ kwalità u tal-ogħla kwalità tat-tip ta’ nbid rosé mill-varjetà ta’ għeneb tal-inbid Blauer Spätburgunder miż-żona ta’ Tuniberg.

 

Federweisser

Ġermaniż

DPO/IĠP

(1)

Most tal-għeneb li ffermenta parzjalment mill-Ġermanja b’indikazzjoni ġeografika jew minn Stati oħrajn tal-UE; indikazzjonijiet ġeografiċi li jisselfu miż-żona vitikulturali “vin de pays”; “Federweißer”: fl-iktar denominazzjoni komuni għal most tal-għeneb li ffermenta parzjalment bil-ħsieb tad-diversità reġjonali tad-denominazzjonijiet.

 

Hock

Ġermaniż

DPO

(1)

Inbid abjad b’indikazzjoni ġeografika miż-żona vitikulturali tar-Rhine u kontenut taz-zokkor residwu fil-firxa tal-“inbid ta’ ħlewwa medja”; l-istorja tat-terminu: Il-Hock tradizzjonalment huwa denominazzjoni Anglo-Amerikana għall-inbid tar-Rhine, u jista’ jmur lura għall-isem tal-post “Hochheim” (fiż-żona vitikulturali ta’ Main, Rheingau).

 

Liebfrau(en)milch

Ġermaniż

DPO

(1)

Isem tradizzjonali ta’ nbid abjad Ġermaniż ta’ kwalità, li mill-inqas 70 fil-mija jikkonsisti minn taħlita ta’ Riesling, Silvaner, Müller-Thurgau jew Kerner mir-reġjun ta’ Nahe, Rheingau, Rheinhessen jew Pfalz. Il-kontenut taz-zokkor residwu fi ħdan il-firxa ta’ nbejjed ta’ “ħlewwa medja” magħmul kważi esklussivament għall-esportazzjoni.

 

Riesling-Hochgewächs (*****)

Ġermaniż

DPO

(1)

Inbid abjad ta’ kwalità, li huwa magħmul esklussivament minn għeneb tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid Riesling, il-most użat għall-produzzjoni għandu qawwa alkoħolika naturali li għall-inqas għandha volum ta’ 1,5 % ogħla mill-qawwa alkoħolika naturali minima preskritta għaż-żona vitikulturali speċifikata jew parti minnha li minnha nqata’ l-għeneb, u li kisbet numru ta’ kwalità ta’ mill-inqas 3,0 fit-test ta’ kwalità.

 

Schillerwein

Ġermaniż

DPO

(1)

Inbid miż-żona vitikulturali speċifikata ta’ Württemberg; inbid ta’ kwalità ta’ kulur pallidu għal aħmar ileqq, magħmul billi għeneb tal-inbid abjad, mgħaffeġ ukoll, jitħallat ma’ għeneb tal-inbid aħmar, mgħaffeġ ukoll. “Schillersekt b.A.” jew “Schillerperlwein b.A.” huwa permess jekk ix-Schillerwein ikun l-inbid bażiku

 

Weissherbst

Ġermaniż

DPO

(1)

Inbid ta’ kwalità magħmul f’żona vinikulturali speċifikata jew Prädikatswein (inbid b’attributi speċjali) li huwa magħmul minn varjetà waħda ta’ għeneb tal-inbid aħmar u mill-inqas 95 fil-mija minn most magħsur bil-mod; il-varjetà ta’ għeneb tal-inbid għandha tkun indikata b’konnessjoni mad-denominazzjoni Weißherbst bl-istess tipa, daqs u kulur; tista’ tintuża wkoll ma’ nbid frizzanti domestiku ta’ kwalità magħmul minn inbid li jista’ juri d-denominazzjoni “Weißherbst”.

 


IL-GREĊJA

Αγρέπαυλη

(Agrepavlis)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn impriża, fejn hemm bini msejjaħ “Agrepavlis” u l-produzzjoni tal-inbid issir fi ħdan din l-impriża.

 

Αμπέλι

(Ampeli)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin esklussivament minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn impriża, u l-produzzjoni tal-inbid issir fi ħdan din l-impriża.

 

Αμπελώνας(ες)

(Ampelonas (-ès))

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin esklussivament minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn impriża, u l-produzzjoni tal-inbid issir fi ħdan din l-impriża.

 

Αρχοντικό

(Archontiko)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn impriża, fejn hemm bini msejjaħ “archontiko” u l-produzzjoni tal-inbid issir fi ħdan din l-impriża.

 

Κάβα

(Cava)

Grieg

IĠP

(1, 3, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed li jimmaturaw skont kundizzjonijiet kontrollati.

 

Από διαλεκτούς αμπελώνες

(Grand Cru)

Grieg

DPO

(3, 15, 16)

Inbejjed magħmulin esklussivament minn għeneb ta’ vinji magħżulin, b’rendiment speċjali baxx għal kull ettaru.

 

Ειδικά Επιλεγμένος

(Grande réserve)

Grieg

DPO

(1, 3, 15, 16)

Inbejjed magħżulin li għal ħin speċifiku jimmaturaw skont kundizzjonijiet kontrollati.

 

Κάστρο

(Kastro)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn impriża, fejn hemm bini ta’ fdalijiet ta’ kastell storiku u l-produzzjoni tal-inbid issir f’din l-impriża.

 

Κτήμα

(Ktima)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn impriża, li tinsab fi ħdan iż-żona vitikulturali protetta rilevanti.

 

Λιαστός

(Liastos)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 15, 16)

Inbejjed magħmulin minn għeneb li jitħalla fix-xemx jew fid-dell sabiex issir deidratazzjoni parzjali.

 

Μετόχι

(Metochi)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn impriża, li tinsab barra miż-żona tal-monasteru ta’ fejn tkun l-impriża.

 

Μοναστήρι

(Monastiri)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ minn vinji li jappartjenu għal monasteru

 

Νάμα

(Nama)

Grieg

DPO/IĠP

(1)

Inbejjed ħelwin li jintużaw għall-praċett

 

Νυχτέρι

(Nychteri)

Grieg

DPO

(1)

Inbejjed tad-DPO “Santorini” magħmulin esklussivament fil-gżejjer ta’ “Thira” u “Thiresia”, li jimmaturaw fil-btieti għal mill-inqas tliet xhur

 

Ορεινό κτήμα

(Orino Ktima)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn impriża, li tinsab f'altitudni ta' iktar minn 550 m

 

Ορεινός αμπελώνας

(Orinos Ampelonas)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin esklussivament minn għeneb maqtugħ minn vinji li jinsabu f'altitudni ta' iktar minn 550 m

 

Πύργος

(Pyrgos)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 8, 11, 15, 16)

Inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ minn vinji sfruttati minn impriża, fejn hemm bini msejjaħ “Pyrgos” u l-produzzjoni tal-inbid issir fi ħdan din l-impriża

 

Επιλογή ή Επιλεγμένος

(Réserve)

Grieg

DPO

(1, 3, 15, 16)

Inbejjed magħżulin li għal ħin partikolari jimmaturaw skont kundizzjonijiet kontrollati.

 

Παλαιωθείς επιλεγμένος

(Vieille réserve)

Grieg

DPO

(3, 15, 16)

Inbejjed likuri magħżulin li għal ħin partikolari jimmaturaw skont kundizzjonijiet kontrollati.

 

Βερντέα

(Verntea)

Grieg

IĠP

(1)

Inbid ta’ denominazzjoni tradizzjonali magħmul minn għeneb maqtugħ minn vinji tal-gżira Zakynthos fejn issir ukoll il-produzzjoni tal-inbid

 

Vinsanto

Grieg

DPO

(1, 3, 15, 16)

Inbid tad-DPO “Santorini” magħmul fil-kumpless ta’ Santo Erini-Santorini tal-gżejjer ta’ “Thira” u ta’ “Thirasia” minn għeneb li jitħalla fix-xemx.

 


SPANJA

Amontillado

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri (Vino generoso) tad-DPO xotti “Jerez-Xérès-Sherry”, “Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda”, “Montilla-Moriles” ta’ riħa qawwija, b'iċċanfrina, lixx u b'palat mimli ta’ kulur ambra jew kulur id-deheb, li kiseb qawwa alkoħolika bejn 16 u 22o. Immaturat għal mill-inqas sentejn f’kontenitur tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 1 000  l, bis-sistema “criaderas y soleras”.

 

Añejo

Spanjol

DPO/IĠP

(1)

Inbejjed imqaddmin għal perjodu minimu ta’ erbgħa u għoxrin xahar b'kollox, f’kontenitur tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 600 l jew ġo flixkun.

 

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri tad-DPO “Malaga” immaturat għal bejn tlieta sa ħames snin.

 

Chacolí-Txakolina

Spanjol

DPO

(1)

Inbid tad-DPO “Chacolí de Bizkaia-Bizkaiko Txakolina”, “Chacolí de Getaria-Getariako Txakolina” u “Chacolí de Álava-Arabako Txakolina” fundamentalment elaborati mal-varetajiet Ondarrabi Zuri u Ondarrabi Beltza. Inbid b’minimu ta’ qawwa alkoħolika miksuba b’volum ta’ 9,5 % (volum ta’ 11 % għal inbid abjad li ffermenta fil-bettija), massimu ta’ 0,8 mg/l ta' aċidità volatili u massimu ta’ 180 mg/l ta’ kubrit totali(140 mg/l għall-inbid aħmar)

 

Clásico

Spanjol

DPO

(3, 16)

Inbejjed b’iktar minn 45 g/l ta’ residwu ħelu.

Iċ-Ċili

Cream

Ingliż

DPO

(3)

Inbid likuri “Jerez-Xérès-Sherry”, “Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda”, “Montilla-Moriles”, “Málaga” u “Condado de Huelva” b’kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 60 g/l b’kulur ambra jew kannella jagħti fl-aħmar. Immaturat għal mill-inqas sentejn f’kontenitur tal-ballut, bis-sistema “criaderas y soleras” jew b’waħda mill-“añadas”.

 

Criadera

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri “Jerez-Xérès-Sherry”, “Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda”, “Montilla-Moriles”, “Málaga” u “Condado de Huelva” li huwa mqaddem bis-sistema “criaderas y soleras”, li hija tradizzjonali fiż-żona tiegħu.

 

Criaderas y Soleras

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri “Jerez-Xérès-Sherry”, “Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda”, “Montilla-Moriles”, “Málaga” u “Condado de Huelva” juża skala fejn dawk li jissejħu “criaderas” jitpoġġew fuq xulxin. L-inbid rebbieħ tas-sena jitla’ fl-iskala superjuri tas-sistema u matul perjodu twil ta’ żmien jgħaddi mill-iskali differenti jew mill-“criaderas” permezz ta’ trasferimenti parzjali jew suċċessivi, sakemm jilħaq l-aħħar skala jew is-“solera”, fejn jispiċċa l-proċess tal-maturazzjoni tiegħu.

 

Crianza

Spanjol

DPO

(1)

Inbejjed differenti mill-inbejjed frizzanti, semi-frizzanti jew inbejjed likuri, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-inbejjed ħomor għandu jkollhom perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 24 xahar, u għal sitt xhur minnhom iridu jinżammu fi btieti tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 330 l.

l-inbejjed bojod u rosé għandu jkollhom perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 18-il xahar, u għal sitt xhur minnhom iridu jinżammu fi btieti tal-ballut tal-istess kapaċità massima.

 

Dorado

Spanjol

DPO

(3)

Inbejjed likuri tad-DPO “Rueda” u “Malaga” bil-proċess ta’ maturazzjoni.

 

Fino

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri (vino generoso) tad-DPO “Jerez-Xérès-Sherry” u “Manzanilla Sanlúcar de Barrameda”, “Montilla Moriles” bil-kwalitajiet li ġejjin: lewn it-tiben, xott, kemxejn morr, b’palat delikat u jfuħ. Immaturat għal mill-inqas sentejn fi “flor” f’kontenitur tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 1 000  l, bis-sistema “criaderas y soleras”.

 

Fondillón

Spanjol

DPO

(16)

Inbid tad-DPO “Alicante”, elaborat b’għeneb tal-varjetà Monastrell, misjur iżżejjed u b’kundizzjonijiet eċċezzjonali ta’ kwalità u saħħa. Fil-fermentazzjoni tintuża ħmira tal-post biss u l-qawwa alkoħolika miksuba (volum minimu ta’ 16 %) għandha tkun naturali fit-totalità tagħha. Immaturat għal mill-inqas għaxar snin f’kontenituri tal-ballut.

 

Gran reserva

Spanjol

DPO

(1)

Inbejjed differenti mill-inbejjed frizzanti, semi-frizzanti jew inbejjed likuri, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-inbejjed ħomor għandu jkollhom perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 60 xahar, u għal 18-il xahar minnhom għandhom jinżammu fi btieti tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 330 l u għall-kumplament tal-perjodu għandhom jinżammu fi flixkun.

l-inbejjed bojod u rosé għandu jkollhom perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 48 xahar, u għal mill-inqas sitt xhur minnhom għandhom jinżammu fi btieti tal-ballut tal-istess kapaċità massima u għall-kumplament tal-perjodu għandhom jinżammu fi flixkun.

 

Spanjol

DPO

(4)

Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni għall-inbejjed frizzanti tad-DPO “Cava” huwa 30 xahar, minn “tiraje” sa “degüelle”.

 

Lágrima

Spanjol

DPO

(3)

Inbid ħelu tad-DPO “Málaga” li fl-elaborazzjoni tiegħu l-most jingħasar bil-piż tal-għeneb stess mingħajr pressjoni mekkanika. Il-maturazzjoni tiegħu għandha ssir għal mill-inqas sentejn bis-sistema “criaderas y soleras” jew b’waħda l-vendemmjimji, f’kontenitur tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 1 000  l.

 

Noble

Spanjol

DPO/IĠP

(1)

Inbejjed imqaddmin għal perjodu minimu ta’ tmintax-il xahar b'kollox, fi btieti tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 600 l jew ġo flixkun.

 

Spanjol

DPO

(3)

Inbejjed likuri tad-DPO “Malaga” imqaddmin għal bejn sentejn sa tliet snin.

 

Oloroso

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri (vino generoso) “Jerez-Xérès-Sherry” u “Manzanilla Sanlúcar de Barrameda”, “Montilla Moriles” li għandu l-kwalitajiet li ġejjin: b’ħafna togħma, qawwi u bellusi, aromatiku, enerġetiku, bażikament xott, kulur simili għal kannella jagħti fl-aħmar, b’qawwa alkoħolika miksuba ta’ bejn 16 u 22o. Ikun immaturat għal mill-inqas sentejn f’kontenitur tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’, bis-sistema

 

Pajarete

Spanjol

DPO

(3)

Inbejjed ħelwin jew ftit ħelwin tad-DPO “Málaga” mqaddmin għal mill-inqas sentejn bis-sistema “criaderas y soleras” jew b’waħda mill-“añadas”, f’kontenitur tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 1 000  l.

 

Pálido

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri (vino generoso) “Condado de Huelva” mmaturat għal iktar minn tliet snin bi proċess ta’ maturazzjoni bijoloġiku, b’qawwa alkoħolika miksuba b’ volum ta’ 15-17 %.

 

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri tad-DPO “Rueda” mmaturat għal iktar minn erba’ snin, bl-aħħar tliet snin fil-ballut.

 

Spanjol

DPO

(3)

Inbid tad-DPO “Málaga” mill-varjetajiet Pedro Ximenez u/jew Moscatel, mingħajr żieda ta’ “arrope” (most mgħolli), mingħajr proċess ta’ maturazzjoni.

 

Palo Cortado

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri (vino generoso) “Jerez-Xérès-Sherry” u “Manzanilla Sanlúcar de Barrameda”, “Montilla Moriles” li l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu jikkonsistu minn riħa ta’ amontillado u palat u kulur simili għal dawk ta’ oloroso, u b’qawwa alkoħolika miksuba bejn 16 u 22 fil-mija. Immaturat f’żewġ fażijiet: l-ewwel fażi hija bijoloġika, fil-ħmira tal-“flor”, u t-tieni fażi hija ossidattiva.

 

Primero de Cosecha

Spanjol

DPO

(1)

Inbid tad-DPO “Valencia” maqtugħ fl-ewwel għaxart ijiem tal-perjodu tal-qtugħ u bbottiljat matul it-tletin ġurnata ta’ wara. Sabiex jinkiseb il-prodott finali, huwa obbligatorju li fuq it-tikketta jiġi indikat il-qtugħ.

 

Rancio

Spanjol

DPO

(1, 3)

Inbejjed li segwew proċess ta’ maturazzjoni partikolarment ossidattiv, b’tibdil fit-temperatura meta jkunu fil-preżenza tal-arja, f’ippakkjar tal-injam jew f’ippakkjar tal-ħġieġ.

 

Raya

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri (vino generoso) ta’ “Montilla Moriles” li għandu karatteristiċi simili għall-inbejjed “Oloroso” imma b’inqas togħma u riħa. Immaturat għal mill-inqas sentejn f’kontenitur tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 1 000  l, bis-sistema “criaderas y soleras”.

 

Reserva

Spanjol

DPO

(1)

Inbejjed differenti mill-inbejjed frizzanti, semi-frizzanti jew inbejjed likuri, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-inbejjed ħomor għandu jkollhom perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 36 xahar, u għal 12-il xahar minnhom għandhom jinżammu fi btieti tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 330 u għall-kumplament tal-perjodu għandhom jinżammu fi flixkun.

l-inbejjed bojod u rosé għandu jkollhom perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 24 xahar, u għal mill-inqas sitt xhur minnhom għandhom jinżammu fi btieti tal-ballut tal-istess kapaċità massima u għall-kumplament tal-perjodu għandhom jinżammu fi flixkun.

Iċ-Ċili

Sobremadre

Spanjol

DPO

(1)

Inbejjed bojod “Vinos de Madrid” li, bħala konsegwenza tal-elaborazzjoni speċjali tagħhom, fihom gass tad-dijossidu tal-karbonju li ġej mill-istess fermentazzjoni tal-most mal-“madres” (għeneb imqaxxar jew magħsur).

 

Solera

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri “Jerez-Xérès-Sherry”, “Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda”, “Montilla-Moriles”, “Málaga” u “Condado de Huelva” immaturat bis-sistema “criaderas y soleras”.

 

Superior

Spanjol

DPO

(1)

Inbejjed miksubin b’mill-inqas 85 % tal-varjetajiet preferuti taż-żona demarkata rispettiva.

Iċ-Ċili

L-Afrika t’Isfel

Trasañejo

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri tad-DPO “Malaga” immaturat għal iktar minn snin.

 

Vino Maestro

Spanjol

DPO

(3)

Inbid tad-DPO “Malaga” li jiġi minn fermentazzjoni inkompleta ħafna minħabba li qabel ma tibda l-fermentazzjoni, il-most jiżdied b’7 % alkoħol tal-inbid. Għalhekk, il-fermentazzjoni ssir bil-mod ħafna u tieqaf meta l-qawwa alkoħolika tilħaq 15-16o, u 160-200 g/l taz-zokkrijiet jibqgħu ma jiffermentawx. Immaturat għal mill-inqas sentejn f’kontenitur tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 1 000  l, bis-sistema “criaderas y soleras” jew b’waħda mill-“añadas”.

 

Vendimia Inicial

Spanjol

DPO

(1)

Inbid “Utiel–Requena” magħmul minn għeneb maqtugħ fl-ewwel għaxart ijiem tal-perjodu ta’ qtugħ u li jippreżenta titolu alkoħoliku ta’ bejn 10 u 11,5 perċentwali fil-volum. L-attributi speċjali jmorru lura għaż-żgħożija tagħhom meta jintilef ftit gass tad-dijossidu tal-karbonju.

 

Viejo

Spanjol

DPO/IĠP

(1)

Inbid immaturat għal sitta u tletin xahar, b’karattru partikolarment ossidattiv minħabba d-dawl, l-ossiġnu, is-sħana jew mir-rabta flimkien ta’ dawn il-fatturi.

 

Spanjol

DPO

(3)

Inbid likuri (vino generoso) tad-DPO Condado de Huelva, li għandu l-kwalitajiet li ġejjin: b’ħafna togħma, qawwi u bellusi, aromatiku, enerġetiku, bażikament xott, kulur simili għal kannella jagħti fl-aħmar, b’qawwa alkoħolika miksuba ta’ bejn 15 u 22o. Ikun immaturat għal mill-inqas sentejn f’kontenitur tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’, bis-sistema

 

Vino de Tea

Spanjol

DPO

(1)

Inbid tas-sottożona tat-Tramuntana tad-DPO “La Palma” mmaturat f’ippakkjar tal-injam Pinus canariensis (“Tea”) għal tul ta’ żmien massimu ta’ sitt xhur. Il-qawwa alkoħolika miksuba għall-inbejjed bojod hija b’volum ta’ 11-14.5 %, għall-inbejjed rosé hija b’volum ta’ bejn 11-13 % u għall-inbejjed ħomor hija b’volum ta’ bejn 12-14 %.

 


FRANZA

Ambré

Franċiż

DPO

(3)

L-Artikolu 7 tad-Digriet tad-29 ta’ Diċembru 1997: DPO “Rivesaltes”: sabiex ikunu intitolati għad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Rivesaltes” flimkien mal-imsemmija “ambré”, l-inbejjed bojod għandhom ikunu tkabbru fil-post f’ambjent ossiġinat sal-1 ta’ Settembru tat-tieni sena ta’ wara s-sena tal-qtugħ.

 

Clairet

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Bourgogne”, “Bordeaux”: inbid aħmar ċar jew inbid rosé.

 

Claret

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Bordeaux”: espressjoni użata biex tindika nbid aħmar ċar

 

Tuilé

Franċiż

DPO

(3)

L-Artikolu 7 tad-Digriet tad-29 ta’ Diċembru 1997: Sabiex ikunu intitolati għad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Rivesaltes” flimkien mal-imsemmija “tuilé”, l-inbejjed ħomor għandhom ikunu tkabbru fil-post f’ambjent ossiġinat sal-1 ta’ Settembru tat-tieni sena ta’ wara s-sena tal-qtugħ.

 

Vin jaune

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Arbois”, “Côtes du Jura”, “L'Etoile”, “Château-Châlon”: prodott tal-inbid magħmul esklussivament b’varjetajiet ta’ għeneb stabbiliti fir-regolament nazzjonali: fermentazzjoni bil-mod, jimmatura f’bettija tal-ballut mingħajr ma jitferra’ għal tul ta’ żmien minimu ta’ sitt snin.

 

Château

Franċiż

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15, 16)

Espressjoni storika relatata ma’ tip ta’ żona u ma’ tip ta’ nbid, riservata għall-inbejjed li jiġu minn qasam li jeżisti verament jew li jissejjaħ eżattament b’din il-kelma.

Iċ-Ċili

Clos

Franċiż

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15, 16)

Iċ-Ċili

Cru artisan

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Médoc”, “Haut-Médoc”, “Margaux”, “Moulis”, “Listrac”, “St Julien”, “Pauillac”, “St Estèphe”

Espressjoni relatata mal-kwantità ta’ nbid, mal-istorja tiegħu, kif ukoll ma’ tip ta’ żona li toħloq ġerarkija ta’ mertu bejn l-inbejjed li jiġu minn qasam speċifiku.

 

Cru bourgeois

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Médoc”, “Haut-Médoc”, “Margaux”, “Moulis”, “Listrac”, “Saint-Julien”, “Pauillac”, “Saint-Estèphe”: Espressjoni relatata mal-kwantità ta’ nbid, mal-istorja tiegħu, kif ukoll ma’ tip ta’ żona li toħloq ġerarkija ta’ mertu bejn l-inbejjed li jiġu minn qasam speċifiku.

Iċ-Ċili

Cru classé, kemm jekk miżjud u kemm jekk le bi Grand, Premier Grand, Deuxième, Troisième, Quatrième, Cinquième

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Barsac”, “Côtes de Provence”, “Graves”, “Saint-Emilion grand cru”, “Médoc”, “Haut-Médoc”, “Margaux”, “Pessac-Leognan”, “Saint Julien”, “Pauillac”, “Saint Estèphe”, “Sauternes”.

Espressjoni relatata mal-kwantità ta’ nbid, mal-istorja tiegħu, kif ukoll ma’ tip ta’ żona li toħloq ġerarkija ta’ mertu bejn l-inbejjed li jiġu minn qasam speċifiku.

 

Edelzwicker

Ġermaniż

DPO

(1)

DPO tal-inbejjed “Alsace” li jiġu minn varjetà waħda ta’ għeneb jew iktar kif stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet.

 

Grand cru

Franċiż

DPO

(1, 3, 4)

Espressjoni relatata mal-kwalità ta’ nbid, riservata għal inbejjed b’denominazzjonijiet tal-oriġini protetti definiti b’Digriet u meta jkun hemm użu kollettiv ta’ din l-espressjoni b’inkorporazzjoni għal denominazzjoni tal-oriġini.

Iċ-Ċili

L-Iżvizzera

It-Tuneżija

Hors d’âge

Franċiż

DPO

(3)

DPO “Rivesaltes”, “Banyuls”: tista’ tintuża għal inbejjed li għaddew minn maturazzjoni ta’ minimu ta’ ħames snin wara l-elaborazzjoni tagħhom.

 

Passe-tout-grains

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Bourgogne” li ġej minn żewġ varjetajiet ta' għeneb kif stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet.

 

Premier Cru

Franċiż

DPO

(1)

Espressjoni relatata mal-kwalità ta’ nbid, riservata għal inbejjed b’denominazzjonijiet tal-oriġini protetti definiti b’Digriet u meta jkun hemm użu kollettiv ta’ din l-espressjoni b’inkorporazzjoni għal denominazzjoni tal-oriġini.

It-Tuneżija

Primeur

Franċiż

DPO

(1)

Inbejjed li d-data tagħhom biex jiġu kkummerċjalizzati lill-konsumaturi hija stabbilita fit-tielet Ħamis ta’ Novembru tas-sena tal-qtugħ.

 

Franċiż

IĠP

(1)

Inbejjed li d-data tagħhom biex jiġu kkummerċjalizzati lill-konsumaturi hija stabbilita fit-tielet Ħamis ta’ Ottubru tas-sena tal-qtugħ.

 

Rancio

Franċiż

DPO

(1, 3)

DPO “Grand Roussillon”, “Rivesaltes”, “Rasteau”, “Banyuls”, “Maury”, “Clairette du Languedoc”: espressjoni relatata ma’ tip ta’ nbid u ma’ metodu partikolari ta’ produzzjoni tal-inbid, riservata għal ftit inbejjed ta’ kwalità bħala riżultat taż-żmien tagħhom u l-kundizzjonijiet relatati mat-territorju.

 

Sélection de grains nobles

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Alsace”, “Alsace Grand Cru”, “Condrieu”, “Monbazillac”, “Graves supérieur”, “Bonnezeaux”, “Jurançon”, “Cérons”, “Quarts de Chaume”, “Sauternes”, “Loupiac”, “Côteaux du Layon”, “Barsac”, “Sainte Croix du Mont”, “Côteaux de l'Aubance”, “Cadillac”: inbid li nqata’ u ngħasar bl-idejn permezz ta’ għażliet suċċessivi. L-għan huwa li jingħażel għeneb li jkun misjur iżżejjed, affetwat mill-moffa nobbli jew li d-dielja tiegħu tkun ġiet ikkonċentrata.

 

Sur lie

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Muscadet”, “Muscadet Coteaux de la Loire”, “Muscadet-Côtes de Grandlieu”, “Muscadet-Sèvre et Maine”, “Gros Plant du Pays Nantais”: inbid bi speċifikazzjonijiet partikolari (bħar-rendiment, il-qawwa alkoħolika) li jibqa’ fuq il-karfa tiegħu sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-vendemmja.

 

Franċiż

IĠP

(1)

IĠP “Vin de pays d'Oc”, “Vin de pays des Sables du Golfe du Lion”: inbid bi speċifikazzjonijiet partikolari li jibqa’ inqas minn xitwa waħda fil-bettija u jinżamm fuq il-karfa tiegħu sakemm jiġi bbottiljat.

 

Vendanges tardives

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Alsace”, “Alsace Grand Cru”, “Jurançon”: espressjoni relatata ma’ tip ta’ nbid u ma’ metodu partikolari ta’ produzzjoni, riservata għal inbejjed li jiġu minn qtugħ u għasir ta’ għeneb li mmatura żżejjed u li jirrispetta l-kundizzjonijiet definiti ta’ densità u qawwa alkoħomettrika.

 

Villages

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Anjou”, “Beaujolais”, “Côte de Beaune”, “Côtes de Nuits”, “Côtes du Rhône”, “Côtes du Roussillon”, “Mâcon”: espressjoni relatata mal-kwalità ta’ nbid, riservata għal inbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini definita b’Digriet u meta jkun hemm użu kollettiv ta’ din l-espressjoni b’inkorporazzjoni għal denominazzjoni tal-oriġini.

 

Vin de paille

Franċiż

DPO

(1)

DPO “Arbois”, “Côtes du Jura”, “L'Etoile”, “Château-Châlon”: espressjoni relatata ma’ metodu ta’ elaborazzjoni li jikkonsisti minn għażla ta' għeneb li ġej minn varjetajiet ta’ għeneb stabbiliti fir-regolament nazzjonali, li jitħalla jinxef fuq sodod tat-tiben jew fuq grada jew jiddendel għal perjodu minimu ta’ sitt ġimgħat. Jimmatura għal minimu ta’ tliet snin mid-data tal-għasir, inkluż il-maturazzjoni ta’ taħt l-injam għal minimu ta’ 18-il xahar.

 


L-ITALJA

Alberata jew vigneti ad alberata

Taljan

DPO

(1)

Terminu partikolari relatat mat-tipoloġija tal-inbid “Aversa”. Jirreferi għat-tradizzjoni antika ħafna tat-tnissil tad-dwieli li minnhom jinkiseb il-prodott.

 

Amarone

Taljan

DPO

(1)

Terminu storiku esklussiv relatat mal-metodu ta’ produzzjoni tat-tipoloġija tal-inbid “Valpolicella”. Sa mill-antikità, dan it-terminu kien jintuża biex jidentifika l-post ta’ oriġini tal-inbid magħmul b’metodu ta’ produzzjoni speċifiku, li juża għeneb imqadded, li huwa bbażat fuq il-fermentazzjoni totali taz-zokkrijiet. Dan jista’ jispjega l-oriġini tal-isem “Amarone”. Huwa terminu partikolari u magħruf sewwa, li jista’ jidentifika l-prodott minnu nnifsu.

 

Ambra

Taljan

DPO

(3)

Terminu relatat mal-metodu ta’ produzzjoni u mal-kulur partikolari ambra fl-isfar, xi ftit jew wisq fond, tat-tipoloġija tal-inbid “Marsala”. Il-kulur partikolari tiegħu joriġina mill-metodu ta’ produzzjoni fit-tul, li jinkludi l-maturazzjoni u l-irfinar li huma proċessi li jimplikaw tnaqqis sinifikanti ta’ ossidu tas-sustanzi tal-polifenoli u tal-kulur.

 

Ambrato

Taljan

DPO

(1, 3)

It-terminu huwa relatat mal-metodu ta’ produzzjoni u mal-kulur partikolari ambra, ftit jew wisq fond, li huwa tipiku għat-tipoloġija tal-inbid “Malvasia from Lipari” u “Vernaccia from Oristano”. Il-kulur partikolari jirriżulta mill-perjodu ta’ produzzjoni fit-tul, li jinkludi l-maturazzjoni u l-irfinar li jimplikaw tnaqqis sinifikanti ta’ ossidu tas-sustanzi tal-polifenoli u tal-kulur.

 

Annoso

Taljan

DPO

(1)

Terminu relatat mat-tipoloġija tal-inbid “Controguerra”. Jirreferi għall-metodu ta’ produzzjoni partikolari li jimplika għeneb imqadded u perjodu obbligatorju ta’ maturazzjoni f’kontenituri tal-injam għal mill-inqas 30 xahar, qabel il-kummerċjalizzazzjoni u l-konsum tal-prodott finali.

 

Apianum

Latin

DPO

(1)

Terminu esklussiv mogħti lill-inbid “Fiano di Avellino”. Dan huwa terminu li għandu oriġini klassika. Ifisser tjubija tal-għeneb għax in-naħal (“api” bit-Taljan) japprezzaw ħafna dan l-għeneb.

 

Auslese

Ġermaniż

DPO

(1)

Ara t-terminu tradizzjonali “scelto”. Terminu esklussiv mogħti lill-inbid “Caldaro” u “Caldaro Classico — Alto Adige”.

 

Buttafuoco

Taljan

DPO

(1, 6)

Terminu esklussiv relatat strettament ma’ tip partikolari ta’ nbid li joriġina mis-subżona tal-inbejjed “Oltrepò Pavese”. Sa minn żmien ilu, dan it-terminu jintuża biex jiddeskrivi prodott partikolari reali li, skont it-tifsira tal-kelma, huwa kapaċi jagħti “sħana partikolari”.

 

Cannellino

Taljan

DPO

(1)

Terminu esklussiv relatat mat-tip ta’ nbejjed “Frascati” u mal-produzzjoni tagħhom. Kien użat għal żmien twil sabiex jidentifika t-tip ta’ nbid imsemmi hawn fuq, magħmul mill-użu ta’ proċess ta’ produzzjoni partikolari li jippermetti li jinkiseb inbid imsejjaħ “abboccato”, li huwa nbid kemxejn ħelu u li jimlilek ħalqek.

 

Cerasuolo

Taljan

DPO

(1)

Terminu tradizzjonali u storiku, relatat strettament mal-inbejjed “Cerasuolo di Vittoria”. Huwa l-parti integrali tal-isem DOCG u jikkostitwixxi l-aspetti mhux ġeografiċi tiegħu. It-terminu huwa relatat mal-produzzjoni tiegħu kif ukoll mal-kulur partikolari tiegħu. It-terminu huwa użat tradizzjonalment ukoll biex jiddeskrivi tip ieħor ta’ nbejjed “Montepulciano d'Abruzzo”, li huwa marbut strettament magħhom.

 

Chiaretto

Taljan

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 5, 6)

Terminu marbut mal-metodu ta’ produzzjoni u mal-kulur partikolari tat-tip ta’ nbid relatat, estratt minn għeneb iswed.

 

Ciaret

Taljan

DPO

(1)

Terminu esklussiv marbut mal-inbejjed “Monferrato”, u relatat mal-kulur partikolari li għandu l-prodott; tradizzjonalment ismu jfisser “aħmar ċar”.

 

Château

Franċiż

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 15, 16)

Terminu relatat ma’ isem l-impriża li tipproduċi l-inbid, f’każ li l-għeneb joriġina esklussivament minnha u li l-produzzjoni tal-inbid issir fl-istess impriża.

Iċ-Ċili

Classico

Taljan

DPO

(1, 3, 8, 11, 15, 16)

Terminu stabbilit fil-Liġi nru. 164/1992. Huwa riservat għal inbejjed mhux frizzanti tal-iktar żona tal-oriġini antika li jista’ jatribwixxi regolament awtonomu tad-DPO.

Iċ-Ċili

Dunkel

Ġermaniż

DPO

(1)

Terminu marbut mal-metodu ta’ produzzjoni u mal-kulur tipiku skur tat-tipoloġija korrispondenti tal-inbejjed “Trentino”

 

Multa

Taljan

DPO

(3)

Terminu strettament marbut ma’ waħda mit-tipoloġiji tal-“Marsala”. Jirreferi għall-metodu ta’ produzzjoni speċifiku li jimplika perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ sena, u mill-inqas 8 xhur minnhom irid ikun fi btieti tal-injam

 

Fior d’Arancio

Taljan

DPO

(1, 6)

Terminu marbut maż-żewġ tipoloġiji “Colli Euganei”: inbejjed frizzanti u “passito” (jiġifieri estratti minn għeneb imqadded). Jirreferi għall-metodu ta’ produzzjoni u għall-karatteristiċi tipiċi aromatiċi tal-prodott, estratti mill-varjetà ta’ għeneb Muscat magħmulin permezz ta’ metodu ta’ produzzjoni b’attenzjoni.

 

Flétri

Taljan

DPO

(1)

Terminu marbut ma’ tipoloġiji speċifiċi ta’ nbid tad-DOC “Valle d'Aosta or Vallée d'Aoste”. Jirreferi għall-metodu ta’ produzzjoni u għall-karatteristiċi tipiċi tal-prodott, li huma riżultat ta’ metodu ta’ produzzjoni b’attenzjoni ta’ għeneb imnixxef parzjalment.

 

Garibaldi Dolce (jew GD)

Taljan

DPO

(3)

Terminu storiku esklussiv marbut ma’ tipoloġija speċifika ta’ DOC superjuri “Marsala”. Fil-bidu, it-terminu kien użat b’unur għal Garibaldi li daq dan l-inbid meta wasal Marsala. Huwa apprezzah minħabba l-karatteristiċi tiegħu għax il-proċess ta’ produzzjoni partikolari jimplika perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ mill-inqas sentejn fi btieti tal-injam.

 

Governo all’uso toscano

Taljan

DPO/IĠP

(1)

Fil-bidu, it-terminu kien marbut mal-inbejjed tad-DPO “Chianti” u “Chianti Classico”. Wara, l-użu tiegħu ġie estiż għall-inbid tal-IĠP “Colli della Toscana Centrale” magħmul fl-istess żona ta' produzzjoni. Jirreferi għall-proċess ta’ produzzjoni partikolari użat fit-Toscana, li jimplika li fl-aħħar tax-xitwa jiżdied l-għeneb niexef fl-inbid. L-għeneb niexef iżid il-fermentazzjoni.

 

Gutturnio

Taljan

DPO

(1, 8)

Terminu storiku esklussiv marbut ma’ tip ta’ nbid li joriġina mis-subżona tal-inbejjed “Colli Piacentini”. Jirreferi għall-metodu ta’ produzzjoni tal-inbid aħmar ta’ hawn fuq, inbid tipiku ħafna ta’ livell għoli ta’ kwalità. Fil-fatt kien ġie servut f’tazzi tal-fidda, li jissejħu “Gutturnium”.

 

Italia Particolare (jew IP)

Taljan

DPO

(3)

Terminu storiku esklussiv marbut mal-inbejjed “Marsala fine”. Oriġinarjament, il-“Marsala” kien isir esklussivament għas-suq nazzjonali.

 

Klassisch/Klassisches Ursprungsgebiet

Ġermaniż

DPO

(1)

Żona tradizzjonali tal-produzzjoni ta’ “Caldaro”“Alto Adige” (b’denominazzjoni Santa Maddalena u “Terlano”).

(Ara t-tifsira ta’ “Classico”).

 

Kretzer

Ġermaniż

DPO

(1)

Terminu li jirreferi għall-metodu ta’ produzzjoni u għall-kulur tipiku rosé.

It-terminu jintuża għat-tipoloġiji tal-inbejjed korrispondenti “Alto Adige”, “Trentino” u “Teroldego rotaliano”.

 

Lacrima

Taljan

DPO

(1)

Terminu marbut strettament mal-isem tal-inbid “Lacrima di Morro d'Alba”, il-parti integrali ta' isem dan l-inbid. Jirreferi għall-metodu ta’ produzzjoni partikolari li l-għasir tal-għeneb tiegħu jwassal għal livell għoli ta’ kwalità.

 

Lacryma Christi

Taljan

DPO

(1, 3, 4, 5)

Terminu storiku esklussiv relatat strettament mal-inbejjed “Vesuvio”. Tradizzjonalment kien marbut ma’ xi tipoloġiji tal-inbejjed imsemmijin hawn fuq (kemm inbejjed normali kif ukoll inbejjed frizzanti/likuri), li huma magħmulin permezz ta’ metodu ta’ produzzjoni partikolari li jimplika għasir tal-għeneb li jwassal għal prodott ta’ livell għoli ta’ kwalità li għandu konnotazzjonijiet reliġjużi.

 

Lambiccato

Taljan

DPO

(1)

Terminu esklussiv relatat ma’ waħda mit-tipoloġiji tal-inbid “Castel San Lorenzo”. Jirreferi għat-tip ta’ prodott u għall-metodu ta’ produzzjoni partikolari, li juża għeneb Muscat u li jimplika l-maċerazzjoni tal-għeneb f’temperatura kkontrollata f’kontenituri speċifiċi, li tradizzjonalment jissejħu “Lambicchi”.

 

London Particolar (jew LP jew Inghilterra)

Taljan

DPO

(3)

Terminu storiku esklussiv marbut mat-tipoloġija tal-inbid “Marsala Superiore”. Dan huwa terminu, jew inizjali, li tradizzjonalment jintuża biex jiddeskrivi prodott intenzjonat għas-suq Ingliż. L-użu tal-lingwa Ingliża huwa tradizzjonali wkoll, u dan jistqarruh l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u r-regoli stabbiliti għall-inbejjed “Marsala”. Fil-fatt, kulħadd jaf li l-importanza u r-reputazzjoni ta’ din id-denominazzjoni bħala nbid likuri huma minħabba l-attività tal-produtturi u tan-negozjanti Ingliżi li, sa mill-1773, skoprew il-Marsala, produċew u biegħu dan l-inbid straordinarju, li huwa magħruf sew madwar id-dinja kollha, speċjalment fl-Ingilterra.

 

Occhio di Pernice

Taljan

DPO

(1)

Terminu relatat ma’ xi tipoloġiji tal-inbid “Vin Santo”. Jirreferi għall-metodu ta’ produzzjoni u għall-kulur partikolari. Fil-fatt, il-metodu ta’ produzzjoni partikolari, ibbażat fuq l-użu ta’ għeneb aħmar, jippermetti l-produzzjoni ta’ prodott tipiku ħafna b’kulur straordinarju b’firxa minn roża qawwi sa roża ċar. Huwa dettall ta’ kulur l-għajnejn “Pernice”, li huwa l-għasfur li minnu ħa ismu l-inbid.

 

Oro

Taljan

DPO

(3)

Terminu relatat mal-inbejjed speċifiċi “Marsala”. Jirreferi għall-kulur partikolari u għall-metodu ta’ produzzjoni li jimplika l-projbizzjoni li jintuża most imsajjar. Dan jippermetti li jinkiseb prodott ta’ valur partikolari b’kulur lewn id-deheb, ftit jew wisq qawwi.

 

Passito jew Vino passito jew Vino Passito Liquoroso

Taljan

DPO/IĠP

(1, 3, 15, 16)

Terminu li jirreferi għat-tip ta’ prodott u għall-metodu ta’ produzzjoni korrispondenti. It-termini “passito” jew “vino passito”, u “vino passito liquoroso” huma riservati għal inbejjed normali jew likuri, miksubin mill-fermentazzjoni tal-għeneb permezz ta’ tnixxif naturali jew f’post kundizzjonat skont id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. Il-Liġi nru. 82/2006 wessgħet dan it-terminu għal inbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.

 

Ramie

Taljan

DPO

(1)

Terminu esklussiv marbut ma’ waħda mit-tipoloġiji tal-inbid “Pinerolese”. Jirreferi għat-tip ta’ prodott u għall-metodu ta’ produzzjoni korrispondenti, ibbażat fuq għeneb imnixxef parzjalment.

 

Rebola

Taljan

DPO

(1, 15)

Terminu esklussiv marbut ma’ waħda mit-tipoloġiji tal-inbid “Colli di Rimini”. Jirreferi għall-metodu ta’ produzzjoni u għat-tip ta’ prodott, li l-kulur tiegħu jvarja minn lewn id-deheb għal ambra u jinkiseb minn għeneb imnixxef parzjalment.

 

Recioto

Taljan

DPO

(1, 4, 5)

Terminu tradizzjonalment storiku marbut ħafna ma’ isem tliet inbejjed b’denominazzjoni tal-oriġini, magħmulin f’Veneto: DPO “Valpolicella”, “Gambellara” u “Recioto di Soave”, denominazzjonijiet li għalhekk jappartjenu għal żoni ta’ produzzjoni viċin ħafna ta’ xulxin u li għandhom tradizzjonijiet simili, speċjalment fil-provinċji ta’ Verona u Vicenza. L-oriġini tal-isem imur lura sas-seklu ħamsa. F’dak iż-żmien, il-kittieba bukoliċi ddefinixxew dan l-inbid bħala nbid partikolarment ta' valur u famuż li l-produzzjoni tiegħu kienet limitata għall-provinċja ta’ Verona u li ismu oriġina minn “Retia”, ir-reġjun tal-muntanji u l-għoljiet li fi żmien l-antik kiber madwar iż-żona veronese-trentino sal-fruntieri ta’ comasco-valtellinese. Għalhekk, dan it-terminu ilu jintuża minn żminijiet antiki u għadu jintuża biex jidentifika l-inbejjed miksubin grazzi għall-metodu ta’ produzzjoni partikolari li jimplika t-tnixxif tal-għeneb.

 

Riserva

Taljan

DPO

(1, 3, 4, 5, 15, 16)

Inbejjed sottomessi għal ċertu perjodu ta’ maturazzjoni, mill-inqas sentejn għall-inbejjed ħomor u sena għall-inbejjed bojod, b’iktar maturazzjoni fi btieti, stabbiliti speċifikament mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Barra mill-modalitajiet ordinarji, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott trid tistabbilixxi l-obbligu tal-vendemmja fuq it-tabella kif ukoll ir-regoli għaż-żamma tiegħu, f’każ ta' taħlit ta' nbejjed li għandhom vendemmji differenti. Id-DPO tat-tipoloġiji tal-inbejjed frizzanti u likuri tista’ tuża dan it-terminu bil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti u skont il-liġi komunitarja.

 

Rubino

Taljan

DPO

(1)

Terminu marbut mad-DPO “Cantavenna”. Jirreferi għall-proċess sħiħ u għall-kulur partikolari. It-terminu “Rubino” huwa iktar u iktar konness mat-tipoloġija speċifika tal-inbid tad-DOC “Teroldego Rotaliano”, “Trentino” u “Garda Colli Mantovani”, u jirreferi għall-kulur partikolari li għandu l-prodott.

 

Taljan

DPO

(3)

Terminu marbut mat-tipoloġija tal-inbejjed speċifiċi “Marsala”. Jirreferi għall-proċess partikolari li jimplika l-projbizzjoni tal-użu ta’ most użat. Barra minn hekk, dan l-inbid għandu kulur partikolari aħmar rubin li, wara l-maturazzjoni, jikseb rifless ta’ kulur ambra.

 

Sangue di Giuda

Taljan

DPO

(4, 5, 8)

Terminu storiku esklussiv marbut ma’ tipoloġija ta’ nbid magħmul fit-territorju Oltrepò Pavese. Kien użat għal żmien twil biex jidentifika prodott distint ħafna ta' kulur aħmar, ħelu, frizzanti u eżuberanti, ta’ palat, jiġifieri tant kemm hu ħelu li tibqa’ tixrob minnu mingħajr ma tinduna li jkun qed jieħdok u għalhekk iqarraq bik, bħall-famuż appostlu Ġuda!!

 

Scelto

Taljan

DPO

(1)

Terminu marbut mal-inbejjed “Caldaro”, “Caldaro Classico — Alto Adige” u “Colli del Trasimeno”. Jirreferi għall-prodott speċifiku u għall-metodu ta’ produzzjoni korrispondenti, jibda mill-għażla tal-għeneb (għalhekk jissejjaħ “magħżul”!).

 

Sciacchetrà

Taljan

DPO

(1)

Terminu tradizzjonalment storiku marbut ħafna maċ-“Cinque Terre”. Jirreferi għall-metodu użat biex jinkiseb il-prodott, inkluż l-għasir u l-ħażna tal-għeneb. Fil-fatt, eżattament il-kelma tfisser “agħsar u ħallih mhux mimsus”, metodoloġija użata għal prodotti ta’ kwalità għolja.

 

Sciac-trà

Taljan

DPO

(1)

L-istess bħal ta’ hawn fuq (Schiacchetrà). F’dan il-każ, id-differenza tista’ tiġi attribwita mit-terminu mogħti lil tipoloġija speċifika

 

Spätlese

Ġermaniż

DPO/IĠP

(1, 3, 15, 16)

Ara t-terminu “Għeneb maqtugħ tard” użat fil-provinċja awtonoma ta’ Bolzano.

 

Soleras

Taljan

DPO

(3)

Terminu marbut mat-tipoloġija ta’ nbid likuri speċifiku li jismu “Marsala”. Jirreferi għall-prodott u għall-metodu ta’ produzzjoni partikolari li jimplika perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ mill-inqas ħames snin fi btieti tal-injam. Mhu permess l-ebda arrikkiment ta’ most imsajjar jew konċentrat. Ir-riżultat huwa prodott pur u naturali li ma fihx elementi miżjudin, lanqas dawk li għandhom oriġini ta’ nbid, ovvjament minbarra l-alkoħol, għax dan huwa nbid likuri.

 

Stravecchio

Taljan

DPO

(3)

Terminu esklussiv marbut mat-tipoloġija unika “Virgin” u/jew “Soleras” tal-“Marsala”. Jirreferi għall-għall-metodu ta’ produzzjoni partikolari li jimplika perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ mill-inqas għaxar snin fi btieti tal-injam.

 

Strohwein

Taljan

DPO/IĠP

(1, 3, 11, 15, 16)

Ara t-terminu tradizzjonali “Passito”.

Eżattament ifisser “inbid mit-tiben”.

Jirreferi għal inbid speċifiku magħmul fil-provinċja ta’ Bolzano u jikkorrispondi ma’ metodu ta' produzzjoni li jimplika għeneb li wara l-qtugħ jitqiegħed fuq kannizzati tat-tiben biex jinxef skont il-metodu tat-tnixxif stabbilit bl-ispeċifikazzjonijiet varji tal-prodotti.

 

Superiore

Taljan

DPO

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 15, 16)

Inbejjed li għandhom karatteristiċi ta’ kwalità ogħla u li r-regolamenti tal-produzzjoni tagħhom huma ħafna iktar stretti minn oħrajn. Fil-fatt, l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jistabbilxxu d-differenzi li ġejjin:

(a)

qawwa alkoħolika naturali tal-għeneb minima iktar minn volum ta’ mill-inqas O.5;

(b)

qawwa alkoħolika tal-konsum totali iktar minn volum ta’ mill-inqas O.5;

San Marino

Superiore Old Marsala

Taljan

DPO

(3)

Terminu relatat mat-tipoloġija tal-“Marsala Superiore”. Jirreferi għall-prodott speċifiku u għall-metodu ta’ produzzjoni partikolari li jimplika perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ mill-inqas sentejn fi btieti tal-injam. Barra minn hekk, dan huwa isem li fih terminu Ingliż, tradizzjonali għal inbid likuri u rratifikat kemm mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif ukoll mil-liġi relatata mal-inbejjed Marsala. L-importanza u l-prestiġju ta’ din id-denominazzjoni huma minħabba l-attività kemm tal-produtturi kif ukoll tan-negozjanti Ingliżi li, sa mill-1773 skoprew, produċew u biegħu dan l-inbid partikolari, li huwa magħruf sew madwar id-dinja kollha, speċjalment fl-Ingilterra.

 

Torchiato

Taljan

DPO

(1)

Terminu esklussiv marbut mal-inbejjed “Colli di Conegliano — Torchiato di Fregona”. Jirreferi għall-karatteristiċi partikolari tal-prodott li jinkiseb grazzi għall-metodu ta’ produzzjoni bir-reqqa li jimplika għasir tal-għeneb bil-mod.

 

Torcolato

Taljan

DPO

(1)

Terminu esklussiv relatat mat-tipoloġija ta’ nbid speċifiku li jismu “Breganze”.

Jirreferi għall-karatteristiċi partikolari tal-prodott li jinkiseb permezz ta’ metodu ta’ produzzjoni b’attenzjoni li jimplika l-użu ta’ għeneb imnixxef parzjalment. Għeneb, li la darba nqata’, iddendel ma’ kannizzati li kienu ġew minsuġin konsegentement u fl-aħħar mill-aħħar iddendlu. B’dan il-mod, l-għeneb daħal fil-proċess ta’ tnixxif.

 

Vecchio

Taljan

DPO

(1, 3)

Terminu relatat mal-inbejjed “Rosso Barletta”, “Aglianico del Vuture”, “Marsala” u “Falerno del Massico”. Jirreferi għall-kundizzjonijiet ta’ maturazzjoni u għall-maturazzjoni sussegwenti u għall-irfinar tal-prodott.

 

Vendemmia Tardiva

Taljan

DPO/IĠP

(1, 3, 15, 16)

Terminu relatat mat-tipoloġija partikolari tal-prodott li jimplika għeneb maqtugħ tard. Il-maturazzjoni u t-tnixxif tal-għeneb taħt diversi kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi jirrendu prodott straordinarju b’attenzjoni partikolari għall-kontenut taz-zokkor u għar-riħa. Ir-riżultat huwa nbid straordinarju ħafna. Dawn l-inbejjed huma kwalifikati wkoll bħala nbejjed ħelwin jew inbejjed tal-“meditazzjoni”.

 

Verdolino

Taljan

DPO/IĠP

(1)

Terminu relatat mal-metodu ta’ produzzjoni u mal-kulur partikolari aħdar.

 

Vergine

Taljan

DPO

(1, 3)

Terminu relatat mal-inbejjed “Marsala”. Jirreferi għall-prodott speċifiku u għall-metodu ta’ produzzjoni partikolari li jimplika perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ mill-inqas ħames snin fi btieti tal-injam, kif ukoll il-projbizzjoni ta’ żieda ta’ most imsajjar jew konċentrat. Dan ifisser li l-prodott huwa pur, naturali, mingħajr komponenti miżjuda, lanqas dawk li għandhom oriġini ta’ nbid, minbarra l-alkoħol li huwa endemiku għall-inbid likuri.

Barra minn hekk, dan it-terminu huwa relatat mal-inbejjed “Bianco Vergine Valdichiana”. Huwa relatat mal-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali li jimplika fermentazzjoni mingħajr il-qoxra li tirrendi prodott finali pur u naturali.

 

Vermiglio

Taljan

DPO

(1)

Huwa relatat mal-inbejjed “Colli dell’Etruria Centrale”. Jirreferi kemm għall-karatteristiċi partikolari ta’ kwalità, kif ukoll għall-kulur partikolari.

 

Vino Fiore

Taljan

DPO

(1)

Terminu relatat mal-metodu ta’ produzzjoni partikolari ta’ xi nbejjed bojod u rosé. Metodu li jimplika għasir tal-għeneb bil-mod sabiex ir-riżultat ikollu togħma delikata partikolari li tqanqal l-aqwa parti tal-inbid, jiġifieri l-“fjura”.

 

Vino Novello jew Novello

Taljan

DPO/IĠP

(1, 8)

It-terminu huwa relatat mal-metodu ta’ produzzjoni partikolari u mal-perjodu tal-produzzjoni li, huwa stabbilit għall-kummerċjalizzazzjoni u l-konsum fis-6 ta' Novembru ta’ kull sena tal-qtugħ tal-għeneb

 

Vin Santo jew Vino Santo jew Vinsanto

Taljan

DPO

(1)

Terminu tradizzjonalment storiku relatat ma’ xi nbejjed magħmulin fir-reġjuni ta’ Toscana, Marche, Umbria, Emilia Romagna, Veneto u Trentino Alto Adige.

Jirreferi għat-tipoloġija tal-inbid partikolari u l-metodu ta’ produzzjoni korrispondenti u kumpless li jimplika l-ħażna u t-tnixxif tal-għeneb tal-inbid f’postijiet adattati u arjużi għal perjodu twil ta’ maturazzjoni f’kontenituri tradizzjonali tal-injam.

Saru għadd ta’ ipoteżijiet rigward l-oriġini tat-terminu, li ħafna minnhom huma marbutin mal-Medju Evu. L-iktar ipoteżi ta’ min joqgħod fuqha hija marbuta ħafna mal-valur reliġjuż tal-inbid. Dan l-inbid kien ikkunsidrat bħala nbid straordinarju ħafna u kellu virtujiet mirakolużi.

Dan l-inbid kien jintuża ta’ spiss fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa u dan jista’ jispjega t-terminu “Inbid qaddis” (vinsanto).

It-terminu għadu jintuża u jissemma' fid-dettall fl-ispeċifikazzjonijiet tad-DPO, tipoloġija li hija magħrufa sew u apprezzata madwar id-dinja kollha.

 

Vivace

Taljan

DPO/IĠP

(1, 8)

Terminu relatat mal-metodu ta’ produzzjoni u mal-prodott korrispondenti miksub. Dan l-inbid fih tfexfixa, minħabba li fih id-dijossidu tal-karbonju u li huwa r-riżultat ta’ proċess ta’ fermentazzjoni esklussiva u naturali.

 


ĊIPRU

Αμπελώνας (-ες)

(Ampelonas (-es))

(Vinja/i)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 15, 16)

Inbid magħmul minn għeneb maqtugħ minn vinji ta’ mill-inqas ettaru, li jappartjenu għal impriża agrikola. Il-produzzjoni ssir kompletament fl-impriża fi ħdan l-istess żona distrettwali.

WPC — L-att tal-bord 6/2006

(KE382/2007, L95, 5.4.2007)

 

Κτήμα

(Ktima)

(Qasam)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 15, 16)

Inbid magħmul minn għeneb maqtugħ minn vinji ta’ mill-inqas ettaru, li jappartjenu għal impriża agrikola. Il-produzzjoni tal-inbid issir kompletament fl-impriża.

WPC — L-att tal-bord 6/2006

(KE382/2007, L95, 5.4.2007)

 

Μοναστήρι

(Monastiri)

(Monasteru)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 15, 16)

Inbid magħmul minn għeneb maqtugħ minn vinji ta’ mill-inqas ettaru, li jappartjenu għal impriża agrikola. Fl-istess żona agrikola hemm monasteru. Il-produzzjoni tal-inbid issir kompletament fl-impriża.

WPC — L-att tal-bord 6/2006

(KE382/2007, L95, 5.4.2007)

 

Μονή

(Moni)

(Monasteru)

Grieg

DPO/IĠP

(1, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 15, 16)

 


IL-LUSSEMBURGU

Château

Franċiż

DPO

(1)

Terminu relatat ma’ isem l-impriża, sakemm l-għeneb joriġina esklussivament minnha u l-produzzjoni tal-inbid issir minn din l-impriża.

Iċ-Ċili

Grand premier cru

Franċiż

DPO

(1)

Inbejjed li jitħallew jużaw is-siġill nazzjonali “Marque nationale”, jistgħu jużaw ukoll waħda mid-denominazzjonijiet ta’ kwalità addizzjonali: “Vin classé”, “Premier cru” jew “Grand premier cru”, li ilhom jintużaw sa mill-1959. Dawn id-denominazzjonijiet jingħataw il-punti wara li l-kumitat jistma l-inbejjed fuq skala ta’ minn 0 sa 20 punt:

inbejjed li jġibu inqas minn 12-il punt ma jingħatawx klassifikazzjoni uffiċjali u ma jistgħux juru l-“Marque nationale — appellation contrôlée”,

inbejjed li jġibu minimu ta’ 12-il punt huma rikonoxxuti uffiċjalment bħala “Marque nationale — appellation contrôlée”,

inbejjed li jġibu minimu ta’ 14-il punt jitħallew jużaw id-denominazzjoni “Vin classé” flimkien mal-“Marque nationale — appellation contrôlée”,

inbejjed li jġibu minimu ta’ 16-il punt jitħallew jużaw id-denominazzjoni “Premier cru” flimkien mal-“Marque nationale — appellation contrôlée”,

inbejjed li jġibu minimu ta’ 18-il punt jitħallew jużaw id-denominazzjoni “Grand premier cru” flimkien mal-“Marque nationale — appellation contrôlée”,

 

Premier cru

It-Tuneżija

Vin classé

 

Vendanges tardives

Franċiż

DPO

(1)

Jidentifika nbid ta’ qtugħ tard magħmul minn waħda biss mill-varjetajiet Auxerrois, Pinot blanc, Pinot gris, Riesling jew Gewürztraminer. L-għeneb għandu jinqata’ bl-idejn u l-volum tal-qawwa alkoħolika naturali tar-Riesling huwa stabbilit għal minimu ta’ 95 grad Oechsle u 105 grad Oechsle għall-varjetajiet oħrajn.

(Ir-Regolament tal-Gvern tat-8 ta’ Jannar 2001)

 

Vin de glace

Franċiż

DPO

(1)

Jidentifika “ice wine” magħmul minn għeneb maqtugħ bl-idejn fi stat friżat f’temperaturi ta’ inqas minn jew daqs –7  °C. L-għeneb tal-varjetajiet Pinot blanc, Pinot gris u Riesling biss jista’ jintuża għall-vinifikazzjoni u l-most għandu jkollu minimu ta’ qawwa alkoħolika naturali b’volum ta’ 120 grad Oechsle.

(Ir-Regolament tal-Gvern tat-8 ta’ Jannar 2001)

 

Vin de paille

Franċiż

DPO

(1)

Jidentifika nbid tat-tiben magħmul minn għeneb ta’ waħda mill-varjetajiet Auxerrois, Pinot blanc, Pinot gris, jew Gewürztraminer. L-għeneb għandu jinqata’ bl-idejn u jinxtered fuq twapet tat-tiben biex jinxef għal mill-inqas xahrejn. It-tiben jista' jiġi sostitwit bi xkafef moderni. L-għeneb għandu jkollu qawwa alkoħolika naturali minima b’volum ta’ 130 grad Oechsle.

(Ir-Regolament tal-Gvern tat-8 ta’ Jannar 2001)

 


L-UNGERIJA

Aszú (3)(4)(5)(6) puttonyos

Ungeriż

DPO

(1)

Inbid magħmul billi fil-fermentazzjoni, inbid ġdid, most jew inbid ġdid jitferra fuq il-frott iż-żgħir botritysed (aszú), li jkun imqaddem għal mill-inqas tliet snin (sentejn minnhom fil-bittija) Jiġu stabbiliti wkoll il-livelli tal-kontenut ta’ zokkor u tal-kontenut mingħajr zokkor. Jista’ jintuża biss mad-DPO “Tokaji”.

 

Aszúeszencia

Ungeriż

DPO

(1)

 

Bikavér

Ungeriż

DPO

(1)

Inbid aħmar minn mill-inqas tliet varjetajiet, immaturat f’bettija tal-injam għal mill-inqas 12-il xahar. Jistgħu jiġu stabbiliti iktar speċifikazzjonijiet mir-regolamenti lokali. Jista’ jsir biss f’EGER (DPO: “Egri Bikavér”, “Egri Bikavér Superior”) jew fi Szekszárd (DPO: “Szekszárdi Bikavér”).

 

Eszencia

Ungeriż

DPO

(1)

Il-meraq tal-frott żgħir botritysed (aszú) li jintilef b’mod naturali mit-tankijiet li jitqiegħed fihom meta jkun qed jinqata'. Kontenut ta’ zokkor residwu: mill-inqas 450 g/l. Estratt mingħajr zokkor: mill-inqas 50 g/l. Jista’ jintuża biss mad-DPO “Tokaji”.

 

Fordítás

Ungeriż

DPO

(1)

Inbid magħmul billi jitferra’ fuq polpa aszú magħsura tal-istess vendemmja, immaturat għal mill-inqas sentejn (sena minnhom fil-bettija). Jista’ jintuża biss mad-DPO “Tokaji”.

 

Máslás

Ungeriż

DPO

(1)

Inbid magħmul billi jitferra’ l-inbid fuq il-karfa tal-inbid Tokaji Aszú tal-istess żmien tal-qtugħ, immaturat għal mill-inqas sentejn (sena minnhom fil-bettija).

 

Késői szüretelésű bor

Ungeriż

DPO/IĠP

(1)

Qtugħ tard Il-kontenut taz-zokkor tal-most ikun mill-inqas 204,5 g/l

 

Válogatott szüretelésű bor

Ungeriż

DPO/IĠP

(1)

Inbid magħmul minn frott żgħir magħsur. Il-kontenut taz-zokkor tal-most ikun mill-inqas 204,5 g/l

 

Muzeális bor

Ungeriż

DPO/IĠP

(1)

Inbid immaturat fi flixkun għal mill-inqas ħames snin.

 

Siller

Ungeriż

DPO/IĠP

(1)

Inbid aħmar b’kulur ileqq ħafna minħabba ż-żmien qasir ta’ maċerazzjoni.

 

Szamorodni

Ungeriż

DPO

(1)

Inbid magħmul minn frott żgħir botrytised (aszú) u b’saħħtu, immaturat għal mill-inqas sentejn (sena minnhom fil-bettija). Il-most fih mill-inqas 230,2 gramma zokkor għal kull litru Jista’ jintuża biss mad-DPO “Tokaji”.

 


L-AWSTRIJA

Ausstich

Ġermaniż

DPO/IĠP

(1)

L-inbid għandu jsir minn għeneb ta’ sena ta’ qtugħ waħda u għandu jiġi ttikkettat b’informazzjoni dwar il-kriterji tal-għażla.

 

Auswahl

Ġermaniż

DPO/IĠP

(1)

L-inbid għandu jsir minn għeneb ta’ sena ta’ qtugħ waħda u għandu jiġi ttikkettat b’informazzjoni dwar il-kriterji tal-għażla.

 

Bergwein

Ġermaniż

DPO/IĠP

(1)

L-inbid isir minn għeneb imkabbar f’art imtarrġa jew f’vinji f’għoljiet weqfin b’għolja ta’ iktar minn 26 %.

 

Klassik/Classic

Ġermaniż

DPO

(1)

L-inbid għandu jsir minn għeneb ta’ sena ta’ qtugħ waħda u għandu jiġi ttikkettat b’informazzjoni dwar il-kriterji tal-għażla.

 

Heuriger

Ġermaniż

DPO/IĠP

(1)

L-inbid għandu jinbiegħ lill-bejjiegħ sal-aħħar ta’ Diċembru ta' wara l-qtugħ tal-għeneb u għandu jinbiegħ lill-konsumaturi sal-aħħar ta’ Marzu li jkun imiss.

 

Gemischter Satz

Ġermaniż

DPO/IĠP

(1)

L-inbid għandu jkun taħlita ta’ varjetajiet ta’ nbid abjad u varjetajiet ta’ nbid aħmar differenti.

 

Jubiläumswein

Ġermaniż

DPO/IĠP

(1)

L-inbid għandu jsir minn għeneb ta’ sena ta’ qtugħ waħda u għandu jiġi ttikkettat b’informazzjoni dwar il-kriterji tal-għażla.

 

Reserve

Ġermaniż

DPO

(1)

L-inbid għandu jkollu kontenut alkoħoliku minimu b'volum ta’ 13 %. Għall-inbid aħmar, in-numru tal-kontroll tal-inbid ta’ kwalità jista’ jiġi applikat mhux qabel l-1 ta’ Novembru ta’ wara s-sena tal-qtugħ; għall-inbejjed bojod mhux qabel il-15 ta’ Marzu ta’ wara s-sena tal-qtugħ.

 

Schilcher

Ġermaniż

DPO/IĠP

(1)

L-inbid għandu jsir fi Steiermark minn għeneb tal-varjetà “Blauer Wildbacher” biss imkabbar fir-reġjun vitikulturali ta’ Steirerland.

 

Sturm

Ġermaniż

IĠP

(1)

Most tal-għeneb iffermentat parzjalment b’kontenut ta’ alkoħol minimu b’volum ta’ 1 %. Sturm għandu jinbiegħ bejn Awwissu u Diċembru tas-sena tal-qtugħ u għandu jiffermenta waqt li jkun qed jinbiegħ.

 


IL-PORTUGALL

Canteiro

Portugiż

DPO

(3)

L-inbid jiġi ffortifikat wara l-fermentazzjoni u jinħażen f’bettija, jitqaddem għal perjodu minimu ta’ sentejn, u għandu jidher f’reġistru attwali speċifiku u ma jistax jiġi bbottiljat qabel tliet snin.

[Portaria no 125/98 de 24.7.1998]

 

Colheita Seleccionada

Portugiż

DPO

(1)

Terminu riservat għal inbid b’indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni tal-oriġini, mitfugħ fi fliexken tal-ħġieġ, ta' karatteristiċi organolettiċi distinti, qawwa alkoħolika attwali ogħla b’mill-inqas volum ta’ 1 % mill-minimu stabbilit legalment, għandu jidher f’reġistru speċifiku u l-indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ hija obbligatorju.

[Portaria no 924/2004, de 26.7.2004]

 

Crusted/Crusting

Ingliż

DPO

(3)

Inbid port ta’ karatteristiċi organolettiċi eċċezzjonali, li fi żmien l-ibbottiljar ikun aħmar u b’palat qawwi, ta’ riħa u togħma fina miksuba mit-taħlit ta’ nbejjed minn diversi snin sabiex tinkiseb il-komplimentarjetà tal-karatteristiċi organolettiċi, li fi stadju minnhom jifforma depożitu (skorċa) mal-flixkun. Skont il-Port and Douro Wine Institute, dan l-inbid jista’ juża d-denominazzjoni.

[Regulamento no 36/2005, de 18.4.2005]

 

Escolha

Portugiż

DPO

(1)

Terminu riservat għal inbid b’indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni tal-oriġini, mitfugħ fi fliexken tal-ħġieġ, ta' karatteristiċi organolettiċi distinti, u għandu jidher f’reġistru attwali speċifiku.

[Portaria no 924/2004, de 26.7.2004]

 

Escuro

Portugiż

DPO

(3)

Inbid b’intensità ta’ riħa profonda li tirriżulta mill-bilanċ ta’ kuluri fi skala minn oranġjo sa kannella predominanti, miksub minħabba l-ossidazzjoni tas-sustanzi li jagħtu l-kulur lill-inbid u t-tneħħija tal-materjal żejjed minn ġol-bettija

[Portaria no 125/98 de 24.7.1998]

 

Fino

Portugiż

DPO

(3)

Inbid ta’ kwalità u eleganti b’bilanċ perfett b’bilanċ ta’ freskezza tal-aċidi, il-maturità u r-riħa żviluppati permezz tal-maturazzjoni fil-bettija.

[Portaria no 125/98 de 24.7.1998]

 

Frasqueira

Portugiż

DPO

(3)

Inbid fejn id-denominazzjoni hija assoċjata mas-sena tal-qtugħ, u l-prodott għandu jinkiseb mill-varjetajiet tradizzjonali b’maturazzjoni minima ta’ 20 sena, li jippreżenta kwalità distinta u qabel u wara l-ibbottiljar għandu jidher f’reġistru attwali speċifiku.

[Portaria no 125/98 de 24.7.1998]

 

Garrafeira

Portugiż

DPO/IĠP

(1, 3)

1.

Terminu riservat għal inbid b’indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni tal-oriġini, assoċjat mas-sena tal-qtugħ, b’karatteristiċi organolettiċi distinti, għall-inbid aħmar, il-maturazzjoni minima hija 30 xahar, li f’mill-inqas 12-il xahar minnhom irid ikun fi fliexken tal-ħġieġ, u għall-inbid abjad jew rosé, il-maturazzjoni minima hija 12-il xahar, li f’mill-inqas 6 xhur minnhom irid ikun fi fliexken tal-ħġieġ, u għandu jidher f’reġistru attwali speċifiku.

[Portaria no 924/2004, de 26.7.2004]

2.

Inbid port li, wara stadju fi btieti tal-injam, jintefa’ f’kontenituri tal-ħġieġ għal perjodu minimu ta’ tmien snin, u wara jiġi bbottiljat.

[Regulamento no 36/2005, de 18.4.2005]

 

Lágrima

Portugiż

DPO

(3)

Inbid port li l-grad ta’ ħlewwa tiegħu għandu jikkorrispondi ma’ densità ta’ 1 034 sa 1 084 f’20o C.

[Decreto-Lei no 166/86, de 26.6.1986]

 

Leve

Portugiż

DPO

(1, 3)

1.

Terminu riservat għall-inbid tar-reġjun Estremadura li għandu qawwa alkoħolika naturali minima mitluba għaż-żona vitikulturali inkwistjoni, massimu ta’ qawwa alkoħolika attwali ta’ volum ta’ 10 %, aċidità fissa espressa f’termini ta’ aċidu tartariku, daqs jew ogħla minn 4,5 g/l, pressjoni massima ta’ 1 bar u l-parametri analitiċi li jibqa’ jkunu jaqblu mal-valuri definiti għall-inbid b’indikazzjoni ġeografika inġenerali.

[Portaria no 1066/2003, de 26.9.2003]

2.

Terminu riservat għall-inbid tar-reġjun Ribatejano li għandu qawwa alkoħolika naturali minima mitluba għaż-żona vitikulturali inkwistjoni, massimu ta’ qawwa alkoħolika attwali ta’ volum ta’ 10,5 %, aċidità fissa espressa f’termini ta’ aċidu tartariku, daqs jew ogħla minn 4 g/l, pressjoni massima ta’ 1 bar u l-parametri analitiċi li jibqa’ jkunu jaqblu mal-valuri definiti għall-inbid b’indikazzjoni ġeografika inġenerali.

[Portaria no 424/2001, de 19.4.2001]

 

Nobre

Portugiż

DPO

(1)

Terminu riservat għad-denominazzjoni tal-oriġini Dão li tilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istatut tal-inbid tar-reġjun Dão.

[Decreto-Lei no 376/93, de 5.11.1993]

 

Reserva

Portugiż

DPO

(1, 3, 4)

1.

Terminu riservat għal inbid b’indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni tal-oriġini, mitfugħ fi fliexken tal-ħġieġ, assoċjat mas-sena tal-qtugħ, ta' karatteristiċi organolettiċi distinti, qawwa alkoħolika attwali ogħla mill-minimu stabbilit legalment b’volum ta’ mill-inqas 0,5 %, għandu jidher f’reġistru attwali speċifiku.

2.

Terminu riservat għal inbejjed frizzanti ta’ kwalità, inbejjed frizzanti b’indikazzjoni ġeografika u denominazzjoni tal-oriġini, li jdumu bejn 12 u 24 xahar ibbottiljati qabel ma jsir il-metodu ta' tisfija, degorgement jew it-tneħħija tal-karfa tal-inbid.

3.

Terminu riservat għal inbid likuri b’indikazzjoni ġeografika u denominazzjoni tal-oriġini, mitfugħ fi fliexken tal-ħġieġ, assoċjat mas-sena tal-qtugħ, li ma jistax jinbiegħ qabel tliet snin, għandu jidher f’reġistru attwali speċifiku.

[Portaria no 924/2004, de 26.7.2004]

4.

Inbid port b’karatteristiċi organolettiċi distinti, li għandu kumplessità ta’ riħa u togħma, miksuba permezz tat-taħlit ta' nbejjed ta' stadji varji ta' gradi, li jagħtuh karatteristiċi organolettiċi speċifiċi.

[Regulamento no 36/2005, de 18.4.2005]

 

Velha reserva (jew grande reserva)

Portugiż

DPO

(1, 3)

Terminu riservat għal inbejjed frizzanti ta’ kwalità, inbejjed frizzanti b’indikazzjoni ġeografika u denominazzjoni tal-oriġini, li jdumu iktar minn 36 xahar ibbottiljati qabel ma jsir il-metodu ta' tisfija, degorgement jew it-tneħħija tal-karfa tal-inbid.

[Portaria no 924/2004, de 26.7.2004]

 

Ruby

Ingliż

DPO

(3)

Inbid port ta' kulur aħmar jew aħmar skur. Dawn huma nbejjed li dak li jagħmel l-inbid jipprova jillimita l-evoluzzjoni tal-kulur skur tagħhom u jżomm il-frott u l-qawwa ta’ nbid żagħżugħ.

[Regulamento no 36/2005, de 18.4.2005]

L-Afrika t’Isfel (******)

Solera

Portugiż

DPO

(3)

L-inbid assoċjat ma’ data tal-qtugħ li hija l-bażi tal-lott, kull sena jieħu mhux iktar minn 10 % tal-ħażna għall-ibbottiljar, liema kwantità hija sostitwita minn kwalità oħra ta’ nbid. Il-massimu ta’ żidiet permessi huwa 10, imbagħad l-inbid kollu li jibqa’ jista’ jiġi bbottiljat f’daqqa.

[Portaria no 125/98 de 24.7.1998]

 

Super reserva

Portugiż

DPO

(4)

Terminu riservat għal inbejjed frizzanti ta’ kwalità, inbejjed frizzanti b’indikazzjoni ġeografika u denominazzjoni tal-oriġini, li jdumu bejn 24 u 36 xahar ibbottiljati qabel ma jsir il-metodu ta' tisfija, degorgement jew it-tneħħija tal-karfa tal-inbid.

[Portaria no 924/2004, de 26.7.2004]

 

Superjuri

Portugiż

DPO

(1, 3)

1.

Terminu riservat għal inbid b’indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni tal-oriġini, mitfugħ fi fliexken tal-ħġieġ, ta' karatteristiċi organolettiċi distinti, qawwa alkoħolika attwali ogħla mill-minimu stabbilit legalment b’volum ta’ mill-inqas 1 %, għandu jidher f’reġistru attwali speċifiku.

2.

Terminu riservat għal inbid likuri b’indikazzjoni ġeografika u denominazzjoni tal-oriġini, mitfugħ fi fliexken tal-ħġieġ, ma jistax jinbiegħ qabel ħames snin, għandu jidher f’reġistru attwali speċifiku.

[Portaria no 924/2004, de 26.7.2004]

 

Tawny

Ingliż

DPO

(3)

Inbid port aħmar li dam fl-injam għal minimu ta’ seba’ snin. Dawn l-inbejjed jinkisbu minn lottijiet ta' nbejjed differetni li tqaddmu għal tulijiet differenti ta’ żmien fi btieti jew f’tankijiet. Maż-żmien, il-kulur tal-inbejjed jiżviluppa f’tawny (isfar jagħti fl-aħmar/fil-kannella), tawny medju jew tawny ċar, b’riħa ta’ frott xott u njam; iktar ma jkun qadim l-inbid, iżjed ikunu qawwijin dawn l-irwejjaħ.

[Regulamento no 36/2005, de 18.4.2005]

L-Afrika t’Isfel (******)

Vintage kemm jekk miżjud u kemm jekk le bil-Late Bottle (LBV) jew bil-Character

Ingliż

DPO

(3)

Inbid port b’karatteristiċi organolettiċi ta’ kwalità għolja, minn qtugħ wieħed, aħmar u b’palat qawwi fi żmien l-approvazzjoni, b'riħa u togħma fina. Skont il-Port and Douro Wine Institute, dan l-inbid jista’ juża d-denominazzjoni. L-adozzjoni tal-isem “Late Bottled Vintage” jew “LBV” tibda fl-ewwel erba’ snin ta’ wara s-sena tal-qtugħ, u l-aħħar ibbottiljar jista’ jsir sal-31 ta’ Diċembru tas-sitt sena ta’ wara s-sena tal-qtugħ tagħhom.

[Regulamento no 36/2005, de 18.4.2005]

 

Vintage

Ingliż

DPO

(3)

Inbid port b’karatteristiċi organolettiċi eċċezzjonali, minn qtugħ wieħed, aħmar u b’palat qawwi fi żmien l-approvazzjoni, b'riħa u togħma fina. Skont il-Port and Douro Wine Institute, dan l-inbid jista’ juża d-denominazzjoni u d-data korrispondenti. L-adozzjoni tal-isem “Vintage” tibda fit-tieni sena ta’ wara s-sena tal-qtugħ u l-aħħar ibbottiljar irid jsir sat-30 ta’ Lulju tat-tielet sena mill-qtugħ. Jista’ jkun hemm bejgħ mill-1 ta’ Mejju tat-tieni sena wara l-qtugħ.

[Regulamento no 36/2005, de 18.4.2005]

L-Afrika t’Isfel (******)


IR-RUMANIJA

Rezervă

Rumen

DPO/IĠP

(1)

Inbid li mmatura għal mill-inqas sitt xhur f’reċipjent tal-ballut u tqaddem fi flixkun għal mill-inqas sitt xhur.

 

Vin de vinotecă

Rumen

DPO

(1, 15, 16)

Inbid li mmatura għal mill-inqas sena f’reċipjent tal-ballut u tqaddem fi flixkun għal mill-inqas erba’ snin.

 


IS-SLOVAKKJA

Mladé víno

Slovakk

DPO

(1)

L-inbid għandu jiġi bbottiljat qabel l-aħħar tas-sena kalendarja, li kienet is-sena tal-qtugħ tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid. Huwa permess li l-inbid jitqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni mill-ewwel Tnejn ta’ Novembru tal-istess vendemmja.

 

Archívne víno

Is-Slovakkja

DPO

(1)

L-inbid ikun immatura għal mill-inqas tliet snin wara l-qtugħ tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid.

 

Panenská úroda

Is-Slovakkja

DPO

(1)

L-għeneb użat għall-produzzjoni kien mill-ewwel qtugħ tal-vinja. L-ewwel qtugħ għandu jkun dak tat-tielet sena, jew mhux iktar tard mir-raba’ sena, wara t-tħawwil.

 


IS-SLOVENJA

Mlado vino

Sloven

IĠP/PGO

(1)

Inbid li jista’ jitqiegħed fis-suq mhux qabel tletin jum wara l-qtugħ u sal-31 ta’ Jannar biss.

 

Noti ta' spjegazzjoni:

(1)

DPO (denominazzjoni tal-oriġini protetta) jew IĠP (indikazzjoni ġeografika protetta), miżjuda bir-referenza għall-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli kif imsemmi fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

(2)

Il-kliem fil-korsiv qiegħed hemm biss għal skopijiet ta’ informazzjoni jew spjegazzjoni, jew it-tnejn u mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. Minħabba li huwa indikattiv, fl-ebda ċirkostanza ma jista’ jissostitwixxi l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali rilevanti.


(*)  It-terminu “Qualitätswein mit Prädikat” jitħalla f’perjodu tranżitorju li jiskadi fil-31.12.2010.

(**)  Ma tintalab l-ebda protezzjoni dwar it-termini “Sekt”, “Likörwein” jew “Perlwein”.

(***)  Ma tintalab l-ebda protezzjoni dwar it-terminu “sekt”.

(****)  Ma tintalab l-ebda protezzjoni dwar it-terminu “sekt”.

(*****)  Ma tintalab l-ebda protezzjoni dwar it-termini “Riesling” jew “Sekt”.

(******)  It-termini “Ruby”, “Tawny” u “Vintage” jintużaw flimkien mal-indikazzjoni ġeografika tal-Afrika t’Isfel “CAPE”


ANNESS XIII

TERMINI LI JIRREFERU GĦAL IMPRIŻA

L-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi

Termini

L-Awstrija

Burg, Domäne, Eigenbau, Familie, Gutswein, Güterverwaltung, Hof, Hofgut, Kloster, Landgut, Schloss, Stadtgut, Stift, Weinbau, Weingut, Weingärtner, Winzer, Winzermeister

Ir-Repubblika Ċeka

Sklep, vinařský dům, vinařství

Il-Ġermanja

Burg, Domäne, Kloster, Schloss, Stift, Weinbau, Weingärtner, Weingut, Winzer

Franza

Abbaye, Bastide, Campagne, Chapelle, Château, Clos, Commanderie, Cru, Domaine, Mas, Manoir, Mont, Monastère, Monopole, Moulin, Prieuré, Tour

Il-Greċja

Αγρέπαυλη (Agrepavlis), Αμπελι (Ampeli), Aμπελώνας(-ες) (Ampelonas-(es)), Αρχοντικό (Archontiko), Κάστρο (Kastro), Κτήμα (Κtima), Μετόχι (Metochi), Μοναστήρι (Monastiri), Ορεινό Κτήμα (Orino Ktima), Πύργος (Pyrgos)

L-Italja

abbazia, abtei, ansitz, burg, castello, kloster, rocca, schlofl, stift, torre, villa

Ċipru

Αμπελώνας (-ες) (Ampelonas (-es), Κτήμα (Ktima), Μοναστήρι (Monastiri), Μονή (Moni)

Il-Portugall

Casa, Herdade, Paço, Palácio, Quinta, Solar

Is-Slovakkja

Kaštieľ, Kúria, Pivnica, Vinárstvo, Usadlosť

Is-Slovenja

Klet, Kmetija, Posestvo, Vinska klet


ANNESS XIV

INDIKAZZJONI TAL-KONTENUT TAZ-ZOKKOR

Termini

Kundizzjoni tal-użu

PARTI A —   

Lista ta’ termini li għandhom jintużaw għal inbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti jew inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità

brut nature, naturherb, bruto natural, pas dosé, dosage zéro, natūralusis briutas, īsts bruts, přírodně tvrdé, popolnoma suho, dosaggio zero, брют натюр, brut natur

If its sugar content is less than 3 grams per litre; dawn it-termini jistgħu jintużaw biss għal prodotti li magħhom ma jkun żdied l-ebda zokkor wara l-fermentazzjoni sekondarja.

extra brut, extra herb, ekstra briutas, ekstra brut, ekstra bruts, zvláště tvrdé, extra bruto, izredno suho, ekstra wytrawne, екстра брют

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 0 u 6 gramma għal kull litru.

brut, herb, briutas, bruts, tvrdé, bruto, zelo suho, bardzo wytrawne, брют

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun inqas minn 12-il gramma għal kull litru.

extra dry, extra trocken, extra seco, labai sausas, ekstra kuiv, ekstra sausais, különlegesen száraz, wytrawne, suho, zvláště suché, extra suché, екстра сухо, extra sec, ekstra tør

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 12 u 17 gramma għal kull litru.

sec, trocken, secco, asciutto, dry, tør, ξηρός, seco, torr, kuiva, sausas, kuiv, sausais, száraz, półwytrawne, polsuho, suché, сухо

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 17 u 32 gramma għal kull litru.

demi-sec, halbtrocken, abboccato, medium dry, halvtør, ημίξηρος, semi seco, meio seco, halvtorr, puolikuiva, pusiau sausas, poolkuiv, pussausais, félszáraz, półsłodkie, polsladko, polosuché, polosladké, полусухо

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 32 u 50 gramma għal kull litru.

doux, mild, dolce, sweet, sød, γλυκός, dulce, doce, söt, makea, saldus, magus, édes, ħelu, słodkie, sladko, sladké, сладко, dulce, saldais

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun iktar minn 50 gramma għal kull litru.

PARTI B —   

Lista ta’ termini li għandhom jintużaw għal prodotti oħrajn li huma differenti minn dawk elenkati fit-Taqsima A

сухо, seco, suché, tør, trocken, kuiv, ξηρός, dry, sec, secco, asciuttto, sausais, sausas, száraz, droog, wytrawne, seco, sec, suho, kuiva

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu ma jaqbiżx:

4 grammi għal kull litru, jew

9 grammi għal kull litru, sakemm l-aċidità totali espressa fi grammi ta' aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx iktar minn 2 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu.

полусухо, semiseco, polosuché, halvtør, halbtrocken, poolkuiv, ημίξηρος, medium dry, demi-sec, abboccato, pussausais, pusiau sausas, félszáraz, halfdroog, półwytrawne, meio seco, adamado, demisec, polsuho, puolikuiva, halvtorrt

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jaqbeż il-massimu stabbilit hawn fuq imma ma jaqbiżx:

12-il gramma għal kull litru, jew

18-il gramma għal kull litru, sakemm l-aċidità totali espressa fi grammi ta' aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx iktar minn 10 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu.

полусладко, semidulce, polosladké, halvsød, lieblich, poolmagus, ημίγλυκος, medium, medium sweet, moelleux, amabile, pussaldais, pusiau saldus, félédes, halfzoet, półsłodkie, meio doce, demidulce, polsladko, puolimakea, halvsött

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu huwa ogħla mill-massimu stabbilit hawn fuq imma mhux iktar minn 45 gramma għal kull litru.

сладко, dulce, sladké, sød, süss, magus, γλυκός, sweet, doux, dolce, saldais, saldus, édes, ħelu, zoet, słodkie, doce, dulce, sladko, makea, sött.

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu għall-inqas ikun 45 gramma għal kull litru.


ANNESS XV

LISTA TA’ VARJETAJIET TA’ GĦENEB TAL-INBID U S-SINONIMI TAGĦHOM LI JISTGĦU JIDHRU FUQ IT-TIKKETTAR TAL-INBEJJED

(*)   TIFSIRA:

termini fil-korsiv

referenza għas-sinonimu għall-varjetà ta’ għeneb tal-inbid

“°”

l-ebda sinonimu

terminini b'tipa grassa

kolonna 3: isem il-varjetà ta’ għeneb tal-inbid

kolonna 4: il-pajjiż fejn l-isem jikkorrispondi għal varjetà u referenza għall-varjetà

termini mhux b'tipa grassa

kolonna 3: isem is-sinonimu ta' varjetà ta' dwieli

kolonna 4: isem il-pajjiż li juża s-sinonimu ta' varjetà ta' dwieli

PARTI A —   Lista ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed skont l-Artikolu 62(3)

 

Isem ta' denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta

Isem il-varjetà jew is-sinonimi tagħha

Pajjiżi li jistgħu jużaw isem il-varjetà jew wieħed mis-sinonimi tagħha (1)

1

Alba (IT)

Albarossa

L-Italja

2

Alicante (ES)

Alicante Bouschet

Il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, l-Alġerija, it-Tuneżija, l-Istati Uniti, Ċipru, l-Afrika t’Isfel

N.B.: L-isem “Alicante” ma jistax jintuża waħdu biex jindika nbid.

3

Alicante Branco

Il-Portugall

4

Alicante Henri Bouschet

Franza, is-Serbja u l-Montenegro (6)

5

Alicante

L-Italja

6

Alikant Buse

Is-Serbja u l-Montenegro (4)

7

Avola (IT)

Nero d'Avola

L-Italja

8

Bohotin (RO)

Busuioacă de Bohotin

Ir-Rumanija

9

Borba (PT)

Borba

Spanja

10

Bourgogne (FR)

Blauburgunder

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (13-20-30), l-Awstrija (18-20), il-Kanada (20-30), iċ-Ċili (20-30), l-Italja (20-30)

11

Blauer Burgunder

L-Awstrija (10-13), is-Serbja u l-Montenegro (17-30), l-Iżvizzera

12

Blauer Frühburgunder

Il-Ġermanja (24)

13

Blauer Spätburgunder

Il-Ġermanja (30), l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (10-20-30), l-Awstrija (10-11), il-Bulgarija (30), il-Kanada (10-30), iċ-Ċili (10-30), ir-Rumanija (30), l-Italja (10-30)

14

Burgund Mare

Ir-Rumanija (35, 27, 39, 41)

15

Burgundac beli

Is-Serbja u l-Montenegro (34)

16

Burgundac Crni

Il-Kroazja

17

Burgundac crni

Is-Serbja u l-Montenegro (11-30)

18

Burgundac sivi

Il-Kroazja, is-Serbja u l-Montenegro

19

Burgundec bel

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

20

Burgundec crn

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (10-13-30)

21

Burgundec siv

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

22

Early Burgundy

L-Istati Uniti

23

Fehér Burgundi, Burgundi

L-Ungerija (31)

24

Frühburgunder

Il-Ġermanja (12), l-Olanda

25

Grauburgunder

Il-Ġermanja, il-Bulgarija, l-Ungerija, ir-Rumanija (26)

26

Grauer Burgunder

Il-Kanada, ir-Rumanija (25), il-Ġermanja, l-Awstrija

27

Grossburgunder

Ir-Rumanija (37, 14, 40, 42)

28

Kisburgundi kék

L-Ungerija (30)

29

Nagyburgundi

L-Ungerija

30

Spätburgunder

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (10-13-20), is-Serbja u l-Montenegro (11-17), il-Bulgarija (13), il-Kanada (10-13), iċ-Ċili, l-Ungerija (29), il-Moldavja, ir-Rumanija (13), l-Italja (10-13), ir-Renju Unit, il-Ġermanja (13)

31

Weißburgunder

L-Afrika t'Isfel (33), il-Kanada, iċ-Ċili (32), l-Ungerija (23), il-Ġermanja (32, 33), l-Awstrija (32), ir-Renju Unit, l-Italja

32

Weißer Burgunder

Il-Ġermanja (31, 33), l-Awstrija (31), iċ-Ċili (31), l-Iżvizzera, is-Slovenja, l-Italja

33

Weissburgunder

L-Afrika t'Isfel (31), il-Ġermanja (31, 32), ir-Renju Unit, l-Italja

34

Weisser Burgunder

Is-Serbja u l-Montenegro (15)

35

Calabria (IT)

Calabrese

L-Italja

36

Cotnari (RO)

Grasă de Cotnari

Ir-Rumanija

37

Franken (DE)

Blaufränkisch

Ir-Repubblika Ċeka (39), l-Awstrija, il-Ġermanja, is-Slovenja (Modra-frankinja, Frankinja), l-Ungerija, ir-Rumanija (14, 27, 39, 41)

38

Frâncușă

Ir-Rumanija

39

Frankovka

Ir-Repubblika Ċeka (37), is-Slovakkja (40), ir-Rumanija (14, 27, 38, 41)

40

Frankovka modrá

Is-Slovakkja (39)

41

Kékfrankos

L-Ungerija, ir-Rumanija (37, 14, 27, 39)

42

Friuli (IT)

Friulano

L-Italja

43

Graciosa

Graciosa

Il-Portugall

44

Мелник

Melnik

Мелник

Melnik

Il-Bulgarija

45

Moravské (CZ)

Cabernet Moravia

Ir-Repubblika Ċeka

46

Moravia dulce

Spanja

47

Moravia agria

Spanja

48

Muškat moravský

Ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja

49

Odobești (RO)

Galbenă de Odobești

Ir-Rumanija

50

Porto (PT)

Portoghese

L-Italja

51

Rioja (ES)

Torrontés riojano

L-Arġentina

52

Sardegna (IT)

Barbera Sarda

L-Italja

53

Sciacca (IT)

Sciaccarello

Franza


PARTI B —   Lista ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed skont l-Artikolu 62(4)

 

Isem ta' denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta

Isem il-varjetà jew is-sinonimi tagħha

Pajjiżi li jistgħu jużaw isem il-varjetà jew wieħed mis-sinonimi tagħha (1)

1

Mount Athos — Agioritikos (GR)

Agiorgitiko

Il-Greċja, Ċipru

2

Aglianico del Taburno (IT)

Aglianico del Vulture (IT)

Aglianico

L-Italja, il-Greċja, Malta

3

Aglianicone

L-Italja

4

Aleatico di Gradoli (IT)

Aleatico di Puglia (IT)

Aleatico

L-Italja

5

Ansonica Costa dell'Argentario (IT)

Ansonica

L-Italja

6

Conca de Barbera (ES)

Barbera Bianca

L-Italja

7

Barbera

L-Afrika t’Isfel, l-Arġentina, l-Awstralja, il-Kroazja, il-Messiku, is-Slovenja, l-Urugwaj, l-Istati Uniti, il-Greċja, l-Italja, Malta

8

Barbera Sarda

L-Italja

9

Malvasia di Castelnuovo Don Bosco (IT)

Bosco Eliceo (IT)

Bosco

L-Italja

10

Brachetto d'Acqui (IT)

Brachetto

L-Italja

11

Etyek-Budai (HU)

Budai

L-Ungerija

12

Cesanese del Piglio (IT)

Cesanese di Olevano Romano (IT)

Cesanese di Affile (IT)

Cesanese

L-Italja

13

Cortese di Gavi (IT)

Cortese dell'Alto Monferrato (IT)

Cortese

L-Italja

14

Duna Borrégió (HU)

Dunajskostredský (SK)

Duna gyöngye

L-Ungerija

15

Dunaj

Is-Slovakkja

16

Côte de Duras (FR)

Durasa

L-Italja

17

Korinthos-Korinthiakos (GR)

Corinto Nero

L-Italja

18

Korinthiaki

Il-Greċja

19

Fiano di Avellino (IT)

Fiano

L-Italja

20

Fortana del Taro (IT)

Fortana

L-Italja

21

Freisa d'Asti (IT)

Freisa di Chieri (IT)

Freisa

L-Italja

22

Greco di Bianco (IT)

Greco di Tufo (IT)

Greco

L-Italja

23

Grignolino d'Asti (IT)

Grignolino del Monferrato Casalese (IT)

Grignolino

L-Italja

24

Izsáki Arany Sáfeher (HU)

Izsáki Sáfeher

L-Ungerija

25

Lacrima di Morro d'Alba (IT)

Lacrima

L-Italja

26

Lambrusco Grasparossa di Castelvetro

Lambrusco grasparossa

L-Italja

27

Lambrusco

L-Italja

28

Lambrusco di Sorbara (IT)

29

Lambrusco Mantovano (IT)

30

Lambrusco Salamino di Santa Corce (IT)

31

Lambrusco Salamino

L-Italja

32

Colli Maceratesi

Maceratino

L-Italja

33

Vino Nobile de Montepulciano (IT)

Montepulciano

L-Italja

34

Nebbiolo d'Alba (IT)

Nebbiolo

L-Italja

35

Colli Bolognesi Classico Pignoletto (IT)

Pignoletto

L-Italja

36

Primitivo di Manduria

Primitivo

L-Italja

37

Rheingau (DE)

Rheinhessen (DE)

Rajnai rizling

L-Ungerija (40)

38

Rajnski rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (39-40 45)

39

Renski rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (38-42-45), is-Slovenja (44)

40

Rheinriesling

Il-Bulgarija, l-Awstrija, il-Ġermanja (42), l-Ungerija (37), ir-Repubblika Ċeka (48), l-Italja (42), il-Greċja, il-Portugall, is-Slovenja

41

Rhine Riesling

L-Afrika t'Isfel, l-Awstralja, iċ-Ċili (43), il-Moldavja, New Zealand, Ċipru, l-Ungerija

42

Riesling renano

Il-Ġermanja (40), is-Serbja u l–Montenegro (38-39-45), l-Italja (40)

43

Riesling Renano

Iċ-Ċili (41), Malta

44

Radgonska ranina

Is-Slovenja

45

Rizling rajnski

Is-Serbja u l-Montenegro (38-39-42)

46

Rizling Rajnski

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kroazja

47

Rizling rýnsky

Is-Slovakkja

48

Ryzlink rýnský

Ir-Repubblika Ċeka (40)

49

Rossese di Dolceacqua (IT)

Rossese

L-Italja

50

Sangiovese di Romagna (IT)

Sangiovese

L-Italja

51

Štajerska Slovenija

Štajerska belina

Is-Slovenja

52

Teroldego Rotaliano (IT)

Teroldego

L-Italja

53

Vinho Verde (PT)

Verdea

L-Italja

54

Verdeca

L-Italja

55

Verdelho

L-Afrika t'Isfel, l-Arġentina, l-Awstralja, New Zealand, l-Istati Uniti, il-Portugall

56

Verdelho Roxo

Il-Portugall

57

Verdelho Tinto

Il-Portugall

58

Verdello

L-Italja, Spanja

59

Verdese

L-Italja

60

Verdejo

Spanja

61

Verdicchio dei Castelli di Jesi (IT)

Verdicchio di Matelica (IT)

Verdicchio

L-Italja

62

Vermentino di Gallura (IT)

Vermentino di Sardegna (IT)

Vermentino

L-Italja

63

Vernaccia di San Gimignano (IT)

Vernaccia di Serrapetrona (IT)

Vernaccia

L-Italja

64

Zalai borvidék (HU)

Zalagyöngye

L-Ungerija


(1)  Għall-istati kkonċernati, id-derogi li hemm dispożizzjoni dwarhom f’dan l-Anness huma awtorizzati biss fil-każ ta’ nbejjed li juru denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika magħmulin bil-varjetajiet ikkonċernati.


ANNESS XVI

Indikazzjonijiet awtorizzati għall-użu fuq it-tikkettar tal-inbejjed skont l-Artikolu 66(2)

iffermentat fil-btieti

immaturat fil-btieti

immaturat fil-btieti

[…] — iffermentat fil-btieti

[indika t-tip ta’ njam]

[…] — immaturat fil-btieti

[indika t-tip ta’ njam]

[…] — immaturat fil-btieti

[indika t-tip ta’ njam]

iffermentat fil-btieti

immaturat fil-btieti

immaturat fil-btieti


ANNESS XVII

RISERVA TA’ ĊERTI TIPI SPEĊIFIĊI TA’ FLIEXKEN

1.   “Flûte d'Alsace”:

(a)

tip: flixkun tal-ħġieġ li jikkonsisti minn forma ċilindrika dritta b’għonq twil, madwar il-proporzjonijiet li ġejjin:

it-tul/id-dijametru totali fil-qiegħ = 5:1;

it-tul tal-forma ċilindrika = tul totali/3;

(b)

l-inbejjed li għalihom huwa riservat dan it-tip ta' flixkun, fil-każ ta' nbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ fit-territorju Franċiż, huma l-inbejjed ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini li ġejjin:

“Alsace” jew “vin d'Alsace”, “Alsace Grand Cru”,

“Crépy”,

“Château-Grillet”,

“Côtes de Provence”, red and rosé,

“Cassis”,

“Jurançon”, “Jurançon sec”,

“Béarn”, “Béarn-Bellocq”, rosé,

“Tavel”, rosé.

Madankollu, ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' fliexken ta' dan it-tip għandha tapplika biss għal inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ fit-territorju Franċiż.

2.   “Bocksbeutel” jew “Cantil”:

(a)

tip: flixkun tal-ħġieġ bl-għonq qasir, biż-żaqq imbaċċa imma b'forma ċatta; il-qiegħ u l-qasma tan-nofs tal-flixkun fil-punt ta' meta l-konvesità tkun l-ikbar huma ellissojdali:

il-proporzjon bejn iċ-ċentru t-twil u l-qasir tal-qasma ellissojdali tan-nofs = 2:1;

il-proporzjon tat-tul tal-forma konvessa mal-għonq ċilindriku tal-flixkun = 2.5:1;

(b)

inbejjed li għalihom huwa riservat dan it-tip ta' flixkun:

(i)

inbejjed Ġermaniżi bid-denominazzjonijiet tal-oriġini ta’:

Franken,

Baden:

li joriġinaw f'Taubertal u Schüpfergrund,

li joriġinaw fil-partijiet li ġejjin taż-żona amministrattiva lokali ta' Baden-Baden: Neuweier, Steinbach, Umweg u Varnhalt;

(ii)

inbejjed Taljani bid-denominazzjonijiet tal-oriġini ta’:

Santa Maddalena (St. Magdalener),

Valle Isarco (Eisacktaler), magħmul mill-varjetajiet Sylvaner u Müller-Thurgau,

Terlaner, magħmul mill-varjetà Pinot bianco,

Bozner Leiten,

Alto Adige (Südtiroler), magħmul mill-varjetajiet Riesling, Müller-Thurgau, Pinot nero, Moscato giallo, Sylvaner, Lagrein, Pinot blanco (Weissburgunder) u Moscato rosa (Rosenmuskateller),

Greco di Bianco,

Trentino, magħmul mill-varjetà Moscato;

(iii)

inbejjed Griegi:

Agioritiko,

Rombola Kephalonias,

inbejjed mill-gżira ta' Kefalonia,

inbejjed mill-gżira ta' Paros,

inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika protetta minn Peloponnese;

(iv)

inbejjed Portugiżi:

l-inbejjed rosé u dawk l-inbejjed oħrajn biss bid-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi li jista’ jiġi approvat li diġà ġew ippreżentati korrettament u tradizzjonalment fi fliexken tat-tip “cantil” qabel ma ġew ikklassifikati bħala nbejjed b’denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi.

3.   “Clavelin”:

(a)

tip: flixkun tal-ħġieġ bl-għonq qasir li jesa’ 0,62 litru, li jikkonsisti f’forma ċilindrika bi spallejn wisgħin, li lill-flixkun tagħtih apparenza baxxa, madwar il-proporzjonijiet li ġejjin:

it-tul/id-dijametru totali fil-qiegħ = 2,75;

it-tul tal-parti ċilindrika = tul totali/2;

(b)

inbejjed li għalihom huwa riservat dan it-tip ta' flixkun:

inbejjed Franċiżi bid-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti ta’:

Côte du Jura,

Arbois,

L'Etoile,

Château Chalon.

4.   “Tokaj”:

(a)

tip: flixkun tal-ħġieġ dritt, bl-għonq twil, trasparenti li jikkonsisti minn forma ċilindrika bil-proporzjonijiet li ġejjin:

it-tul tal-forma ċilindriku/it-tul totali = 1:2.7;

it-tul/id-dijametru totali fil-qiegħ = 1:3.6;

il-kapaċità: 500 ml; 375 ml, 250 ml, 100 ml jew 187,5 ml (f'każ ta’ esportazzjoni f’pajjiż terz);

fuq il-flixkun jista’ jitqiegħed siġill magħmul mill-materjal tal-flixkun li jirreferi għar-reġjun tal-inbid jew għall-produttur.

(b)

inbejjed li għalihom huwa riservat dan it-tip ta' flixkun:

inbejjed Ungeriżi jew Slovakki bid-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti ta’:

Tokaji;

Tokaj(-ské)/(-ská)/(-ský);

miżjudin b’wieħed mit-termini tradizzjonali li ġejjin:

aszú/výber;

aszúeszencia/esencia výberova;

eszencia/esencia;

máslas/mášláš;

fordítás/forditáš;

szamorodni/samorodné.

Madankollu, ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' fliexken ta' dan it-tip għandha tapplika biss għal inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ fit-territorju Ungeriż jew Slovakk.