ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.160.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 160

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
23 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2009 tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat u r-Regolament (KE) Nru 748/2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 02062991

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1450/2004 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ statistika Komunitarja dwar l-innovazzjoni ( 1 )

8

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/484/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

9

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/485/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru K 44/07 (ex N 460/07) li Franza qed tippjana li timplimenta favur l-impriża FagorBrandt (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5995)  ( 1 )

11

 

 

2009/486/KE

 

*

Decizjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 dwar ix-xiri ta’ antiġeni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

23.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 538/2009

tat-22 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

CL

55,0

MA

32,7

MK

35,9

TR

57,2

ZZ

45,2

0707 00 05

JO

156,8

MK

29,2

TR

114,0

ZZ

100,0

0709 90 70

TR

105,3

ZZ

105,3

0805 50 10

AR

58,5

BR

104,3

TR

53,8

ZA

95,8

ZZ

78,1

0808 10 80

AR

83,6

BR

73,4

CL

79,2

CN

92,1

NZ

106,2

US

102,6

ZA

86,0

ZZ

89,0

0809 10 00

TR

210,5

US

174,4

ZZ

192,5

0809 20 95

TR

351,3

ZZ

351,3

0809 30

MA

405,8

TR

166,2

US

203,1

ZZ

258,4

0809 40 05

AU

289,7

CL

108,6

ZZ

199,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 539/2009

tat-18 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat u r-Regolament (KE) Nru 748/2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 tal-11 ta’ Awwissu 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (3) jallokaw in-numri tas-serje għal dawn il-kwoti.

(2)

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 jalloka l-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament għal ċerti kwantitajiet ta’ laħam li joriġina fl-Arġentina u jkun ġej minn hemm fuq naħa waħda u laħam li joriġina f’pajjiżi terzi oħra u jkun ġej minnhom fuq in-naħa l-oħra.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 810/2008 jalloka l-kwota msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament għal diversi subkwantitajiet koperti b’diversi kodiċijiet tan-NM u li jilħqu definizzjonijiet preċiżi. Dawn is-subkwantitajiet huma lkoll koperti bl-istess numru tas-serje.

(4)

Sabiex tkun żgurata amministrazzjoni xierqa ta’ dawn il-kwoti, għandhom ikunu allokati numri speċifiċi tas-serje lis-subdiviżjonijiet differenti tal-kwota ta’ tariffa għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini skont ir-Regolament (KE) Nru 748/2008 u tal-kwoti tariffarji għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja friska, imkessħa u ffriżata skont ir-Regolament (KE) Nru 810/2008.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 748/2008 u (KE) Nru 810/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-kwoti tariffarji skont ir-Regolament (KE) Nru 748/2008 u (KE) Nru 810/2008 jinftetħu kull sena għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju ta’ sena waħda sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Sabiex nevitaw il-konfużjoni u disturbi possibbli fil-kummerċ matul perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu japplika biss mill-bidu tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni li jmiss fl-1 ta’ Lulju 2009.

(7)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 748/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu għandu jitħassar.

(2)

L-Artikolu 1(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4460.”

(b)

fil-punt (b) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4020.”

(3)

L-Annessi IV, V u VI għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1), it-tieni sentenza għandha titħassar.

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4450.”

(b)

fil-punt (b) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4451.”

(c)

fil-punt (c) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4452.”

(d)

fil-punt (d) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4453.”

(e)

fil-punt (e) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4454.”

(f)

fil-punt (f) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4002.”

(g)

fil-punt (g) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4455.”

(3)

Fl-Artikolu 11(1), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

sa mhux iktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni bin-numri tas-serje 09.4450, 09.4451, 09.4452, 09.4453, 09.4454, 09.4002 u 09.4455, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi dawk nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni matul ix-xahar ta’ qabel;”

(4)

L-Annessi IV, V u VI għandhom jinbidlu bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 202, 31.7.2008, p.28.

(3)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.


ANNESS I

ANNESS IV

Notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni (maħruġa) – ir-Regolament (KE) Nru 748/2008

Stat Membru: …

Applikazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 748/2008

Kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni

Minn: … sa: …


Nru tas-serje

Kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (1)

Kwantità

(il-piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4460

 

 

ANNESS V

Notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni (kwantitajiet li ma ntużawx) – ir-Regolament (KE) Nru 748/2008

Stat Membru: …

Applikazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 748/2008

Kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom il-liċenzji tal-importazzjoni ma ntużawx

Minn: … Sa: …


Nru tas-serje

Kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (2)

Kwantità li ma ntużatx

(il-piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4460

 

 

ANNESS VI

Notifika dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa – ir-Regolament (KE) Nru 748/2008

Stat Membru: …

Applikazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 748/2008

Kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa:

Minn: …sa: … (perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni).


Nru tas-serje

Kategorija jew kategoriji ta’ (3)

Kwantità mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4460

 

 


(1)  Kategorija/i ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008

(2)  Kategorija/i ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008

(3)  Kategorija/i ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008


ANNESS II

ANNESS IV

Notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni (maħruġa) – ir-Regolament (KE) Nru 810/2008

Stat Membru: …

Applikazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 810/2008

Kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni

Minn: … Sa: …


Nru tas-serje

Kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (1)

Kwantità

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

Pajjiż tal-oriġini

09.4001

 

 

l-Awstralja

09.4450

 

 

l-Arġentina

09.4451

 

 

l-Awstralja

09.4452

 

 

l-Urugwaj

09.4453

 

 

il-Brażil

09.4454

 

 

in-New Zealand

09.4455

 

 

il-Paragwaj

ANNESS V

Notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni (kwantitajiet li ma ntużawx) – ir-Regolament (KE) Nru 810/2008

Stat Membru: …

Applikazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 810/2008

Kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom il-liċenzji tal-importazzjoni ma intużawx

Minn: … Sa: …


Nru tas-serje

Kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (2)

Kwantità li ma ntużatx

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

Pajjiż tal-oriġini

09.4001

 

 

l-Awstralja

09.4450

 

 

l-Arġentina

09.4451

 

 

l-Awstralja

09.4452

 

 

l-Urugwaj

09.4453

 

 

il-Brażil

09.4454

 

 

in-New Zealand

09.4455

 

 

il-Paragwaj

ANNESS VI

Notifika dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa – ir-Regolament (KE) Nru 810/2008

Stat Membru: …

Applikazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 810/2008

Il-kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

Minn: … sa: … (perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni)


Nru tas-serje

Kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (3)

Kwantità mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

Pajjiż tal-oriġini

09.4001

 

 

l-Awstralja

09.4450

 

 

l-Arġentina

09.4451

 

 

l-Awstralja

09.4452

 

 

l-Urugwaj

09.4453

 

 

il-Brażil

09.4454

 

 

in-New Zealand

09.4455

 

 

il-Paragwaj


(1)  Kategorija/i ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008

(2)  Kategorija/i ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008

(3)  Kategorija/i ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008


23.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 540/2009

tat-22 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1450/2004 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ statistika Komunitarja dwar l-innovazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 tat-13 ta' Awwissu 2004 li jimplimenta id-Deċiżjoni Nru 1608/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta' statistika Komunitarja dwar l-innovazzjoni (2) jipprovdi dettalji tal-istatistika mitluba, it-tqassim indikattiv tagħhom, il-perjodiċità, it-tempestività u r-rakkommandazzjonijiet metodoloġiċi biex tkun prodotta dejta Komunitarja armonizzata.

(2)

Hu meħtieġ li jkunu emendati u aġġornati miżuri għall-monitoraġġ ta' attivitajiet ta' innovazzjoni biex jirrispondu għall-ħtiġijiet li qed jikbru u jevolvu b'ħeffa fil-qasam tal-ambjent.

(3)

Hu meħtieġ li jitnaqqas il-piż fuq il-kummerċ waqt li jkun żgurat li l-informazzjoni miġbura hija ta' kwalità tajba u tissodisfa l-ħtiġijiet tal-informazzjoni.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-Taqsima 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-Kodiċi 7, l-entrata dwar it-titlu hija sostitwita b'dan li ġej:

“Numru ta' intrapriżi ta' innovazzjoni attiva li indikaw objettivi ta' importanza kbira ta' innovazzjoni”;

(2)

Fil-Kodiċi 9, dan li ġej huwa miżjud fl-entrata dwar il-kummenti:

“—

mhux obbligatorju għas-sena kalendarja 2008”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 16.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 267, 14.8.2004, p. 32.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

23.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ April 2009

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

(2009/484/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu, flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara l-kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll Addizzjonali”), ġie ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri fl-10 ta’ Ottubru 2007 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/74/KE tad-9 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar tal-applikazzjoni provviżjorja ta’ Protokoll Addizzjonali dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Protokoll Addizzjonali għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll Addizzjonali huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiddepożita f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 6.2 tal-Protokoll Addizzjonali, sabiex tesprimi l-qbil tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha li jkunu marbuta.

Magħmul fil-Lussemburgu, 6 ta’ April 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. POSPÍŠIL


(1)  Kunsens tal-10 ta’ Marzu 2009 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 22, 25.1.2008, p. 11.

(3)  ĠU L 22, 25.1.2008, p. 13.


Il-Kummissjoni

23.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ottubru 2008

dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru K 44/07 (ex N 460/07) li Franza qed tippjana li timplimenta favur l-impriża FagorBrandt

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5995)

(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/485/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom b’mod konformi mal-Artikoli msemmijin (1) u wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

B’ittra datata s-6 ta’ Awwissu 2007, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bl-għajnuna għar-ristrutturar favur il-grupp FagorBrandt.

(2)

B’ittra datata l-10 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni informat lil Franza dwar id-Deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE dwar din l-għajnuna.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura (iktar 'il quddiem “id-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura”) kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-għajnuna inkwistjoni.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet ta’ tliet partijiet interessati, li huma żewġ kompetituri u l-benefiċjarju tal-għajnuna. Electrolux issottomettiet xi osservazzjonijiet b’ittra tal-14 ta’ Diċembru 2007. Wara laqgħa mas-servizzi tal-Kummissjoni fl-20 ta’ Frar 2008, din l-impriża ssottomettiet xi osservazzjonijiet oħra b’ittra tas-26 ta’ Frar 2008 u tat-12 ta’ Marzu 2008. Kompetitur li xtaq jibqa’ anonimu ssottometta xi osservazzjonijiet b’ittra tas-17 ta’ Diċembru 2007 (3). FagorBrandt issottomettiet xi osservazzjonijiet b’ittra tas-17 ta’ Diċembru 2007. Il-Kummissjoni tat dawn l-osservazzjonijiet lil Franza bl-ittra tal-15 ta’ Jannar 2008 u tat-13 ta’ Marzu 2008 filwaqt li tatha l-possibbiltà li tikkumenta dwarhom u rċeviet il-kummenti tagħha rispettivament b’ittra tal-15 ta’ Frar 2008 u b’dokument sottomess waqt il-laqgħa tat-18 ta’ Marzu 2008 (ara iktar 'il quddiem).

(5)

B’ittra tat-13 ta’ Novembru 2007, Franza tat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura. Fit-18 ta’ Marzu 2008, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi u FagorBrandt. Wara din il-laqgħa, l-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew xi informazzjoni b’ittri tal-24 ta’ April 2008 u tas-7 ta’ Mejju 2008. Saret laqgħa oħra bejn l-istess partijiet fit-12 ta’ Ġunju 2008. Wara din il-laqgħa, l-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew xi informazzjoni b’ittra tad-9 ta’ Lulju 2008. Fil-15 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali, li ġiet ipprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi fis-16 ta’ Lulju 2008.

2.   DESKRIZZJONI

(6)

L-għajnuna inkwistjoni hija għajnuna għar-ristrutturar. L-ammont previst tal-għajnuna huwa ta’ EUR 31 miljun. Din l-għotja ġejja mill-Ministeru Franċiż tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tax-Xogħol.

(7)

Il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa FagorBrandt S.A., li għandu bosta sussidjarji li fi ħdanhom isiru l-attivitajiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dan il-grupp (iktar 'il quddiem “FagorBrandt”) huwa indirettament il-proprjetà tal-kumpanija Fagor Electrodomésticos S. Coop (iktar 'il quddiem “Fagor”), kooperattiva taħt il-liġi Spanjola. Il-kapital ta’ din il-kumpanija kooperattiva huwa mqassam bejn madwar 3 500 membru (impjegati-assoċjati), u l-ebda wieħed minnhom ma jista’ jkun fil-pussess ta’ aktar minn 25 % tal-kapital tal-kooperattiva.

(8)

Fagor stess huwa parti minn grupp ta’ kooperattivi bl-isem Mondragón Corporación Cooperativa (iktar 'il quddiem “MCC”), li fi ħdanu kull kooperattiva żżomm l-awtonomija ġuridika u finanzjarja tagħha. Fagor jappartjeni lid-diviżjoni “Foyer” tal-grupp settorjali “Industrie” tal-MCC.

(9)

FagorBrandt kellu fatturat ta’ EUR 903 miljun fl-2007. Huwa preżenti fl-oqsma kollha tal-apparat domestiku kbir, u b’hekk ikopri tliet familji kbar ta’ prodotti: il-ħasil (dishwashers, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, tumble driers, magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ), it-tkessiħ (fridges, chest freezers u fridge freezers) u t-tisjir (fran tradizzjonali, microwaves, cookers, hobs, hoods).

(10)

Fit-taqsima 2.1 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, il-Kummissjoni pprovdiet aktar informazzjoni dwar il-benefiċjarju u spjegat ir-raġunijiet tad-diffikultajiet tiegħu.

3.   IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦAL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(11)

Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha minħabba l-ħames raġunijiet li ġejjin: (i) ir-riskju ta’ evażjoni tal-projbizzjoni ta’ għajnuna għar-ristrutturar lill-impriżi ġodda; (ii) ir-riskju ta’ evażjoni tal-obbligu li titħallas lura l-għajnuna inkompatibbli; (iii) dubju dwar ir-ritorn tal-impriża għall-vijabilità fuq żmien twil; (iv) insuffiċjenza tal-miżuri kompensatorji; (v) dubju dwar il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ, u b’mod partikolari dwar il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju.

3.1.   Ir-riskju ta’ evażjoni tal-projbizzjoni ta’ għajnuna għar-ristrutturar lill-impriżi ġodda

(12)

Peress li FagorBrandt twaqqfet f’Jannar 2002, hija kienet, skont il-paragrafu 12 tal-Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (minn hawn 'il quddiem “il-linji gwida għar-ristrutturar”) (4) impriża ġdida sa Jannar 2005, jiġifieri tliet snin wara t-twaqqif tagħha. Dan ifisser li kemm fil-mument meta l-impriża ibbenefikat mill-eżenzjoni fiskali li kienet prevista fl-Artikolu 44f tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa (minn issa 'l quddiem “l-għajnuna 44f”), kif ukoll fil-mument meta, f’Diċembru 2003, il-Kummissjoni iddikjarat li din l-għajnuna kienet inkompatibbli u ordnat l-irkupru tagħha (5), FagorBrandt kienet impriża ġdida. Għalhekk skont il-paragrafu 12 tal-linji gwida għar-ristrutturar, ma kinitx eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar. Għalhekk, id-dewmien minn Franza fl-irkupru tal-għajnuna li kienet iddikjarata bħala inkompatibbli f’Diċembru 2003 sal-mument meta l-impriża ma kinitx għadha impriża ġdida u għalhekk saret eliġibbli biex tirċievi l-għajnuniet għar-ristrutturar, jista’ jitqies bħala evażjoni tal-projbizzjoni prevista fil-paragrafu 12 tal-linji gwida għar-ristrutturar.

3.2.   Ir-riskju ta’ evażjoni tal-obbligu li titħallas lura l-għajnuna inkompatibbli

(13)

Wara li osservat li l-għajnuna nnotifikata tidher li l-biċċa l-kbira tagħha għandha tintuża biex tiffinanzja l-ħlas lura tal-għajnuna 44f, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk din l-għajnuna nnotifikata hijiex evażjoni tal-obbligu li titħallas lura din l-għajnuna inkompatibbli u jekk tneħħix is-sostanza u l-effett utli tal-irkupru ta’ din l-għajnuna.

3.3.   Dubji dwar il-vijabilità tal-impriża fuq żmien twil

(14)

Rigward ir-ritorn tal-impriża għall-vijabilità fuq żmien twil, il-Kummissjoni esprimiet żewġ dubji. Minn naħa, il-Kummissjoni, wara li osservat li l-fatturat mistenni għall-2007 żdied b’madwar 20 % meta mqabbel ma’ dak tas-sena ta’ qabel, staqsiet fuq liema elementi kien ibbażat dan it-tbassir. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni nnotat li l-pjan għar-ristrutturar ma kienx jindika kif FagorBrandt kien ser jagħmel biex jiffaċċja l-ħlas lura tal-għajnuna inkompatibbli li ngħatat lis-sussidjaraja Taljana tiegħu.

3.4.   L-insuffiċjenza tal-miżuri kompensatorji

(15)

Il-Kummissjoni esprimiet ukoll xi dubji li n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-miżuri kompensatorji addizzjonali flimkien ma’ dawk li diġà ttieħdu fil-qafas tal-pjan għar-ristrutturar huwa aċċettabbli. Il-Kummissjoni fakkret li:

(i)

Il-linji gwida għar-ristrutturar (paragrafi 38 sa 41) jobbligaw lill-benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterju ta’ “impriża kbira” jimplimentaw xi miżuri kompensatorji;

(ii)

Minn naħa, mingħajr l-għajnuna, FagorBrandt ikollu joħroġ mis-suq u, min-naħa l-oħra, il-kompetituri ta’ FagorBrandt huma fil-maġġoranza Ewropej. Għalhekk it-tluq ta’ FagorBrandt kieku jippermetti lill-kompetituri Ewropej iżidu l-bejgħ u l-produzzjoni tagħhom għal ammonti sinifikattivi.

(iii)

Jidher li l-miżuri kollha diġà implimentati, fuq il-bażi tal-paragrafu 40 tal-linji gwida għar-ristrutturar, ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala miżuri kompensatorji.

(iv)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni enfasizzat li l-linji gwida li kienu fis-seħħ meta ġew investigati l-każijiet Bull (6) u Euromoteurs (7), invokati minn Franza ma kinux jobbligaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri kompensatorji. Hija indikat ukoll differenzi oħra ewlenin bejn dawn il-każijiet u l-każ inkwistjoni.

3.5.   Dubji dwar il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju

(16)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni esprimiet xi dubji dwar jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 43 u 44 tal-linji gwida għar-ristrutturar kinux issodisfati. Minn naħa, l-awtoritajiet Franċiżi ma inkludewx il-ħlas lura tal-għajnuna 44f fl-ispejjeż għar-ristrutturar u, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Franċiżi ma spjegawx minn fejn kienu ġejjin ċerti ammonti mniżżlin bħala “sforz proprju tal-benefiċjarju”.

4.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

4.1.   L-osservazzjonijiet tal-impriża Electrolux

(17)

Electrolux tindika li sabiex tiffaċċja l-isfidi tal-kompetizzjoni dinjija, hija implimentat xi pjanijiet għar-ristrutturar kbar u għaljin ħafna. Sabiex tibqa’ kompetittiva, l-impriża kienet obbligata tieħu miżuri drastiċi bħall-għeluq ta’ tmien fabbriki fl-Ewropa tal-Punent, li l-produzzjoni tagħhom tressqet prinċipalment lejn fabbriki oħra li jeżistu fl-Ewropa u lejn fabbriki ġodda fil-Polonja u l-Ungerija. Il-maġġoranza tal-impriżi tas-settur “apparat domestiku kbir” għamlu operazzjonijiet għar-ristrutturar simili. Għalhekk, din l-impriża ilmentat dwar il-fatt li FagorBrandt jista’ jieħu sussidju biex jiffaċċja sitwazzjoni li l-bqija tas-settur għandu jaffronta mingħajr ma jirċievi għajnuna simili. Għalhekk l-għajnuna tikkostitwixxi distorsjoni tal-kompetizzjoni b’dannu għal impriżi oħra.

4.2.   L-osservazzjonijiet tat-tieni kompetitur

(18)

L-ewwel nett, dan il-kompetitur, li jixtieq jibqa’ anonimu, jemmen li l-għajnuna ippjanifikata mhux ser tippermetti lill-impriża terġa’ tistabbilixxi l-vijabilità fuq żmien twil. Huwa jemmen li organizzazzjoni mill-ġdid industrijali sostanzjali hija meħtieġa biex tiżgura s-sopravivenza tal-impriża. Madankollu, dan il-kompetitur jemmen li FagorBrandt mhux ser ikollu mezzi biex jiffinanzja l-investimenti meħtieġa. L-għajnuna lanqas m’hi ser tippermetti lil FagorBrandt jilħaq id-daqs meħtieġ biex titjieb il-pożizzjoni tiegħu fin-negozjar ma’ distributuri kbar li jippreferu l-fornituri li għandhom preżenza akbar fl-Unjoni Ewropea.

(19)

It-tieni nett, il-kompetitur jemmen li l-għajnuna mhijiex limitata għall-minimu meħtieġ għaliex FagorBrandt jista’ jikseb il-finanzjamenti meħtieġa għar-ristrutturar tiegħu mill-azzjonist tiegħu u mill-kooperattiva (jiġifieri MCC, li jagħmel parti minnha l-bank Caja Laboral) li lilha jappartjeni dan tal-aħħar.

(20)

It-tielet nett, il-kompetitur jemmen li l-għajnuna hija ta’ tali natura li taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Minn naħa, il-maġġoranza tal-impriżi tas-settur jipproduċu fl-Ewropa u għalhekk jistgħu jiġu kkunsidrati bħala Ewropej. Il-kompetituri Ażjatiċi u Torok huma preżenti b’mod sinifikanti biss fuq ċerti prodotti. Min-naħa l-oħra, FagorBrandt huwa l-ħames l-akbar attur fuq il-livell Ewropew u għandu pożizzjoni b’saħħitha fis-swieq Franċiżi, Spanjoli u tal-Polonja. Il-kompetitur għalhekk jemmen li fin-nuqqas ta’ miżuri kompensatorji, l-għajnuna ma tkunx tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mill-Kummissjoni.

(21)

Ir-raba’ nett, l-allokazzjoni fil-passat ta’ għajnuniet illegali minn Franza u l-Italja twassal għal żewġ konklużjonijiet: minn naħa, id-diffikultajiet ta’ FagorBrandt huma rikorrenti, u dan jitfa’ dubju fuq il-vijabilità tiegħu; min-naħa l-oħra, l-għajnuna nnotifikata probabbilment tintuża għall-ħlas lura tal-għajnuniet illegali, u b’hekk ikun qiegħed isir evażjoni tal-ħlas lura.

4.3.   L-osservazzjonijiet ta’ FagorBrandt

(22)

L-osservazzjonijiet ta’ FagorBrandt huma simili għall-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi, li huma miġbura fil-qosor hawn taħt.

5.   KUMMENTI TA’ FRANZA

5.1.   Il-kummenti ta’ Franza dwar id-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura

(23)

Rigward evażjoni possibbli tal-projbizzjoni tal-għajnuniet għar-ristrutturar għall-impriżi ġodda, l-awtoritajiet Franċiżi ma jikkuntestawx li FagorBrandt għandu jiġi kkunsidrat bħala “impriża ġdida” matul it-tliet snin wara t-twaqqif tiegħu b’mod konformi mal-paragrafu 12 tal-linji gwida għar-ristrutturar. Huma josservaw madankollu li l-kwistjoni tal-possibbiltà ta’ għajnuna għar-ristrutturar għall-benefiċċju ta’ FagorBrandt bdiet tiġi kkunsidrata biss fl-2006 wara d-diffikultajiet li kellu mill-2004 u minħabba d-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu mill-2005, jiġifieri matul il-ħames sena tal-eżistenza tiegħu. Fi kliem ieħor, l-impriża ma kellhiex raġunijiet biex titlob għall-għajnuna għar-ristrutturar qabel ma tkun f’sitwazzjoni li tiġġustifika din l-għajnuna, jiġifieri fl-2006. Għalhekk, id-dubju dwar evażjoni possibbli tar-Regolament tat-“tliet snin” huwa irrilevanti.

(24)

Rigward il-possibbiltà li l-għajnuna nnotifikata tneħħi l-effett utli tal-obbligu ta’ ħlas lura, Franza tfakkar li l-impriża mhijiex f’diffikultà biss minħabba l-ħlas lura tal-għajnuna. Id-diffikultajiet finanzjarji fil-fatt bdew fl-2004 u s-sitwazzjoni marret ħafna għall-agħar fl-2005 u l-2006. Kif ikkonkludiet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, l-impriża hija tassew f’diffikultà skont il-linji gwida għar-ristrutturar. Minn dan Franza tikkonkludi li l-impriża hija, skont dan, eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar jekk il-kundizzjonijiet l-oħra għal għajnuna bħal din huma ssodisfati wkoll. Il-kwistjoni jekk l-impriża tistax tibqa’ teżisti jew sas-sena 2007 jew l-2008 jekk ma tħallasx lura l-għajnuna hija irrilevanti, għaliex il-ħlas lura tal-għajnuna huwa obbligatorju, u dan, mid-deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni dwar l-iskema tal-Artikolu 44f f-2003. Għalhekk huwa tassew l-akkumulazzjoni tad-diffikultajiet finanzjarji li jiġġustifika t-talba għall-għajnuna, diffikultajiet li ġejjin mill-ispejjeż għar-ristrutturar diġà mħallsa mill-impriża, min-nuqqas ta’ finalizzazzjoni tar-ristrutturar u wkoll mill-ispejjeż kollha l-oħra li l-impriża għandha tikkunsidra, u dan inkluż il-ħlas lura tal-għajnuna.

(25)

Rigward ir-ritorn għall-vijabilità fuq żmien twil u ż-żewġ dubji relatati li kienu msemmija fid-deċiżjoni tal-fluħ, l-awtoritajiet Franċiżi osservaw l-elementi li ġejjin. Rigward it-tbassir dwar iż-żieda b’20 % tal-fatturat tal-2007 meta mqabbel mas-sena finanzjarja 2006, dan jista’ jiġi spjegat prinċipalment mill-modifikazzjoni tal-medda tal-attivitajiet ta’ FagorBrandt li saret fl-2006. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ konsiderazzjoni tal-ħlas lura tal-għajnuna illegali mogħtija lis-sussidjarja Taljana (allokata fil-qafas tat-teħid ta’ kontroll minn Brandt Italia tal-attivitajiet tal-apparati domestiċi ta’ Ocean Spa), l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li dan il-ħlas lura m’għandux jaffettwa l-vijabilità tal-impriża, meta jiġi kkunsidrat li l-ammont li fl-aħħar għandu jitħallas minn Brandt Italia għandu jkun inqas minn EUR [< 1 miljun] (*), peress li l-bilanċ huwa mħallas mill-bejjiegħ tal-attivitajiet inkwistjoni.

(26)

Rigward in-nuqqas ta’ miżuri kompensatorji, Franza tirrepeti li l-impriża fl-2004 diġà kienet biegħet il-kumpanija Brandt Components (sit ta’ Nevers). Min-naħa l-oħra, il-kumpanija naqset il-kapaċità tagħha ta’ produzzjoni billi waqfet il-produzzjoni ta’ chest freezers u ta’ free-standing microwaves. L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru wkoll li l-għajnuna wasslet għal distorsjoni żgħira ħafna, u dan inaqqas il-ħtieġa ta’ miżuri kompensatorji. Fil-fatt, FagorBrandt għandu [0-5] % tas-sehem tas-suq fuq il-livell Ewropew, li huwa ammont żgħir ħafna meta mqabbel mal-kompetituri ewlenin tiegħu. L-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu wkoll li l-preżenza tal-impriża fis-suq tippermetti li jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ oligopolju. Matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew li jimplimentaw xi miżuri kompensatorji addizzjonali.

(27)

Rigward id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu u l-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, l-awtoritajiet Franċiżi osservaw l-elementi li ġejjin. Rigward in-nuqqas ta’ konsiderazzjoni tal-ħlas lura tal-għajnuna fl-ispejjeż għar-ristrutturar, huma jindikaw li l-ħlas lura ta’ għajnuna inkompatibbli ma jistax ikun, a priori, ikkwalifikat bħala spejjeż għar-ristrutturar. Rigward l-“isforz proprju tal-benefiċjarju” kif kien imsemmi fin-notifika, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li dan kien self mill-bank.

5.2.   Il-kummenti ta’ Franza dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati

(28)

Rigward il-kummenti ta’ Electrolux, Franza tenfasizza li l-miżuri għar-ristrutturar li ttieħdu minn Electrolux u kompetituri oħra ma kellhomx l-iskop li titranġa s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli iżda li tissaħħaħ pożizzjoni fis-suq tal-apparat domestiku kbir. Franza temmen ukoll li s-sitwazzjonijiet ta’ FagorBrandt u l-kompetituri tiegħu, li fil-fatt għandhom mezzi finanzjarji ħafna akbar minħabba li huma ta’ daqs akbar, ma jistgħux jitqabblu.

(29)

Rigward il-kummenti dwar il-vijabilità fuq żmien twil ta’ FagorBrandt li tat l-impriża li talbet li tibqa’ anonima, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw, l-ewwel nett, li FagorBrandt ħa xi miżuri li għall-ewwel kellhom l-iskop li jwaqqfu t-telf u li jsaħħu l-marġini ta’ qligħ sabiex ikun jista’, wara tant żmien, jilħaq pożizzjoni aħjar fis-suq, b’mod partikolari bl-iżvilupp ta’ […]. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li FagorBrandt ser ikompli jkollu għad-dispożizzjoni kapaċitajiet reali ta’ R & Ż “li jippermettulu jpoġġi fis-suq prodotti innovattivi u b’valur miżjud għoli.

(30)

Rigward l-affermazzjoni li l-għajnuna mhijiex limitata għall-minimu għaliex FagorBrandt jista’ jsib finanzjament mill-azzjonisti tiegħu, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li l-MCC mhijiex entità holding iżda moviment kooperattiv. F’dan il-moviment kooperattiv, kull kooperattiva inkluża Fagor jew il-bank Caja Laboral hija indipendenti u tiddependi fuq id-deċiżjonijiet tal-ħaddiema-kooperaturi proprji tagħha, li huma l-proprjetarji. FagorBrandt għalhekk jista’ biss jiddependi fuq l-appoġġ finanzjarju ta’ Fagor, li huwa limitat għall-kapaċitajiet attwali ta’ dan tal-aħħar. L-akkwist ta’ FagorBrandt naqqas il-libertà ta’ manuvrar ta’ Fagor fil-fondi u Fagor illum ma jistax japprova finanzjamenti aktar għoljin minn ċertu livell.

(31)

It-tielet nett, b’risposta għall-effetti negattivi preżunti fuq il-kompetizzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi nnotaw xi kontradizzjonijiet fl-osservazzjonijiet tal-parti interessata li talbet li tibqa’ anonima. Minn naħa din tal-aħħar tafferma li l-għajnuna tista’ taffettwa il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq Ewropew. Min-naħa l-oħra, hija tafferma li FagorBrandt għandu daqs żgħir wisq meta mqabbel mal-impriżi ewlenin, u dan ipoġġi l-vijabilità tiegħu fil-periklu. Barra minn hekk, rigward in-nuqqas ta’ miżuri kompensatorji, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li huma diġà implimentaw xi miżuri kompensatorji validi u li qegħdin jipproponu li jimplimentaw oħrajn ġodda.

(32)

Ir-raba’ nett, b’risposta għall-affermazzjonijiet ibbażati fuq l-allokazzjoni fil-passat ta’ għajnuniet illegali minn Franza u l-Italja, Franza tfakkar li dawn l-għajnuniet illegali ma kinux qegħdin jimmiraw għal programm ta’ ristrutturar tal-impriża iżda sistema bl-iskop li tiffavorixxi ż-żamma tax-xogħol fit-territorju. Barra minn hekk, Franza tenfasizza, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fis-17 ta’ Diċembru 2007 minn FagorBrandt lill-Kummissjoni, li mhemmx kollegament reali bejn l-ammont tal-għajnuna allokata (madwar EUR 20 miljun ta’ għajnuna netta wara t-taxxa) u l-ammont tal-għajnuna inkompatibbli (madwar EUR [25-30] miljun wara l-kalkolu tal-imgħax). Barra minn hekk, l-ispejjeż għar-ristrutturar ġew evalwati għal EUR [50-90] miljun u għalhekk ħafna aktar mill-ammont mitlub tal-għajnuna għar-ristrutturar. Fl-aħħar nett, huma jfakkru fin-natura funġibbli tal-ispejjeż.

(33)

Rigward il-kummenti li ssottometta FagorBrandt lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li huma ma jistgħux jaqblu mal-elementi ta’ kjarifika, aktar u aktar minħabba li dawn ġew ippreżentati bħala suppliment għall-osservazzjonijiet tagħhom stess.

6.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

6.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE

(34)

Fit-taqsima 3.1 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura hija għajnuna skont l-Aritkolu 87(1) tat-Trattat KE. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kkontestat din il-konklużjoni.

6.2.   Bażi ġuridika tal-evalwazzjoni

(35)

L-Artikolu 87(2 u 3) tat-Trattat jipprevedi xi derogi għall-inkompatibbiltà ġenerali prevista fil-paragrafu 1 tal-istess Artikolu. Id-derogi previsti fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat żgur mhumiex applikabbli għall-każ inkwistjoni.

(36)

Rigward id-derogi previsti fl-Artikolu 87(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li peress li l-għan tal-għajnuna mhuwiex reġjonali u peress li d-deroga tal-punt b) tal-paragrafu msemmi żgur mhuwiex applikabbli, id-deroga stabbilita fil-punt c) biss tapplika. Din tipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-għajnuniet mill-Istat li għandhom l-iskop li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi, meta dawn ma jbiddlux il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod kontra l-interess komuni. F’dan il-kuntest, huwa kostanti li l-għajnuniet ġew allokati bl-iskop li terġa’ tiġi stabbilita l-vijabilità fuq żmien twil ta’ impriża f’diffikultà. Il-Kummissjoni wriet kif tevalwa l-kumpatibbiltà ta’ għajnuniet bħal dawn fil-linji gwida għar-ristrutturar. Għalhekk huma dawn tal-aħħar li ser jintużaw bħala bażi ġuridika għall-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni taħseb li ma jista’ japplika ebda qafas Komunitarju ieħor għall-każ inkwistjoni. Fil-fatt Franza ma invokat ebda deroga oħra tat-Trattat. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kkritikat l-għażla ta’ din il-bażi ġuridika, li diġà kienet imħabbra fid-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura.

6.3.   L-eliġibilità tal-impriża għall-għajnuniet għar-ristrutturar

(37)

Sabiex tibbenefika minn għajnuniet għar-ristrutturar, l-impriża għandha, l-ewwel nett, tkun tista’ tiġi kkunsidrata bħala impriża f’diffikultà, kif stabbilit fit-taqsima 2.1 tal-linji gwida għar-ristrutturar.

(38)

Fil-paragrafu 24 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, il-Kummissjoni indikat li l-impriża tidher li hija f’diffikultà skont il-paragrafu 11 tal-linji gwida għar-ristrutturar. Fil-paragrafu 27 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, il-Kummissjoni indikat ukoll li, b’mod konformi mal-paragrafu 13 tal-linji gwida għar-ristrutturar, id-diffikultajiet tal-impriża saru serji wisq biex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati mill-azzjonist Spanjol tagħha. B’mod kontrarju għal dan l-evalwazzjoni preliminari, il-kompetitur li talab li jibqa’ anonimu jemmen li FagorBrandt jista’ jikseb minn Fagor u l-MCC l-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex jiffaċċja d-diffikultajiet tiegħu. Għalhekk għandu jiġi analizzat jekk l-evalwazzjoni preliminari li saret fid-deċiżjoni tal-fluħ ta’ proċedura għandhiex tiġi emendata. Il-Kummissjoni tosserva li l-kompetitur jibbaża l-affermazzjoni tiegħu fuq artiklu li deher fl-istampa (8) li donnu jindika li Fagor jista’ faċilment jiġġenera xi fondi mis-swieq finanzjarji. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li dan l-artiklu kien miktub f’April 2005 u li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Fagor marret ħafna għall-agħar wara. L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru rigward dan li d-debiti finanzjarji ta’ Fagor (eskluż il-konsolidazzjoni tad-debiti ta’ FagorBrandt) […] (9) fl-2005, b’mod partikolari wara l-akkwist tat-titoli ta’ FagorBrandt u wara investimenti industrijali kbar f’Fagor. Barra minn hekk, Fagor investiet EUR 26,9 miljun ta’ kapital f’FagorBrandt fl-2006. Dawn l-elementi kollha kważi ħlew il-kapaċità tad-debiti tal-kooperattiva, li għandha proporzjoni tad-debiti li qabżu sew il-limiti li ġeneralment huma awtorizzati. Il-Kummissjoni għalhekk temmen li mhux meħtieġ li tiġi riveduta l-evalwazzjoni li saret fid-deċiżjoni tal-fluħ dwar l-eliġibilità tal-impriża fuq il-bażi tal-paragrafu 11 u 13 tal-linji gwida għar-ristrutturar.

(39)

Rigward l-eliġibilità tal-impriża fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 2.1 tal-linji gwida għar-ristrutturar, id-deċiżjoni tal-fluħ twassal għal dubju wieħed biss, li huwa evażjoni possibbli tal-projbizzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar għall-impriżi ġodda (ara il-punt 3, hawn fuq, “Ir-raġunijiet li wasslu għall-ftuħ tal-proċedura”).

(40)

Il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża, li hija spjegata fit-Tabella Nru 1 hawn taħt. Jidher b’mod ċar li, matul l-ewwel tliet snin ta’ eżistenza tagħha, l-impriża, minkejja li kienet ħallset lura l-għajnuna 44f, ma kinitx tissodisfa l-kriterji previsti fil-paragrafi 10 u 11 tal-linji gwida għar-ristrutturar sabiex tiġi kkunsidrata f’diffikultà: rigward il-paragrafu 10 tal-linji gwida għar-ristrutturar, jidher li, minkejja li l-impriża kienet ħallset lura l-għajnuna ta’ EUR 22,5 miljun mill-2004 (jiġifieri fix-xhur wara id-Deċiżjoni finali negattiva tal-Kummissjoni), hija kienet għadha ma tilfitx nofs il-fondi proprji tagħha fl-2004. Rigward il-paragrafu 11 tal-linji gwida għar-ristrutturar, minkejja li l-impriża kienet ħallset lura l-għajnuna ta’ EUR 22,5 miljun mill-2004, hija kellha biss sena waħda li fiha sar telf (2004), u dan mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi kkunsidrata f’diffikultà fuq il-bażi ta’ dan il-paragrafu. Għalhekk għandu jiġi osservat li d-diffikultajiet finanzjarji tal-grupp FagorBrandt marru għall-agħar mis-sena 2005, b’mod li l-impriża tista’ tiġi kkunsidrata bħala impriża f’diffikultà skont il-linji gwida għar-ristrutturar (jiġifieri, impriża li, “fin-nuqqas ta’ intervent estern mill-awtoritajiet pubbliċi” qiegħda timxi “lejn mewta ekonomika kważi ċerta fuq żmien qasir jew medju”) mingħajr dubju mis-sena ta’ wara (filwaqt li jiġi kkunsidrat l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna 44f) u ċertament fl-2007.

Tabella 1

[(f’miljun ta’ EUR)

 

2002

2003

2004

2005

2006

2007

Fatturat

847,1

857,6

813,2

743,6

779,7

903,0

Marġini gross

205,2

215,1

207,0

[…]

[…]

[…]

Riżultat nett

15,5

13,8

(3,6 )

[…]

[…]

[…]

Fondi proprji

69,8

83,4

79,8

[…]

[…]

[…]

(41)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li matul l-ewwel semestru tas-sena 2005, il-grupp Fagor ħa d-deċiżjoni li jixtri 90 % tal-ishma tal-impriża bi prezz ta’ EUR [150-200] miljun. Dan juri li s-suq ma kienx jikkunsidra li l-impriża kienet f’diffikultà skont il-linji gwida għar-ristrutturar, jiġifieri impriża li, fin-nuqqas ta’ intervent estern tal-awtoritajiet pubbliċi, qiegħda timxi lejn mewta ekonomika kważi ċerta fuq żmien qasir jew medju.

(42)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li l-impriża, li twaqqfet f’Jannar 2002, ma setgħetx tiġi kkunsidrata f’diffikultà matul l-ewwel tliet snin tal-eżistenza tagħha, anke jekk kienet ħallset lura l-għajnuna 44f minnufih. Għalhekk, hija temmen li l-ittardjar min-naħa ta’ Franza tal-irkupru tal-għajnuniet 44f sa Jannar tal-2005 – jiġifieri tliet snin wara t-twaqqif ta’ FagorBrandt – ma kellux effett li jżomm imrpiża ħajja b’mod artifiċjali, li, fin-nuqqas, kienet toħroġ mis-suq. Hija temmen ukoll li matul dan il-perijodu, l-impriża ma kellhiex raġuni li titlob għajnuna għar-ristrutturar. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li l-ittardjar min-naħa ta’ Franza fl-irkupru tal-għajnuniet 44f sa’ Jannar tal-2005 mhuwiex evażjoni tal-projbizzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar favur l-impriżi ġodda skont il-paragrafu 12 tal-linji gwida għar-ristrutturar.

(43)

B’konklużjoni, id-dubji dwar l-eliġibilità tal-impriża twarrbu u l-Kummissjoni temmen li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fit-taqsima 2.1 tal-linji gwida għar-ristrutturar.

6.4.   Id-dispożizzjonijiet relatati mal-benefiċjarji ta’ għajnuniet illegali fil-passat

(44)

Fuq il-bażi tal-paragrafu 23 tal-linji gwida għar-ristrutturar u mill-fatt li l-għajnuna nnotifikata tidher li fil-biċċa l-kbira tintuża biex tiffinanzja l-ħlas lura tal-għajnuna 44f, il-paragrafu 30 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura jwarrab id-dubji li l-għajnuna nnotifikata hija evażjoni mill-obbligu ta’ ħlas lura u tneħħi s-sustanza u l-effett utli ta’ dan tal-aħħar.

(45)

Fl-evalwazzjoni tagħha ta’ din il-kwistjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat l-elementi li ġejjin.

(46)

L-ewwel nett, skont ġurisprudenza kostanti, il-ħlas lura ta’ għajnuniet inkompatibbli bl-imgħax jippermetti li terga’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel ma saret l-allokazzjoni tal-għajnuna u għalhekk tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li din tikkawża. Għalhekk, f’dan il-każ, il-ħlas lura tal-għajnuna 44f bl-imgħax – li taffettwa l-ħlas tal-għajnuna l-ġdida – għandu jerġa’ jistabbilixxi s-sitwazzjoni li kien hemm qabel l-allokazzjoni tagħha.

(47)

It-tieni nett, l-impriża hija eliġibbli għal għajnuniet għar-ristrutturar. Fil-fatt, l-ewwel nett, id-diffikultajiet finanzjarji tal-impriża mhumiex ġejjin prinċipalment mill-ħlas lura tal-għajnuna inkompatibbli. Dawn ġejjin minn sorsi oħra, li huma l-kawża tat-telf li sar mill-2004 (ara it-Tabella 1 hawn fuq). Il-ħlas lura fil-futur tal-għajnuna inkompatibbli tista’ biss taggrava dawn id-diffikultajiet sal-punt fejn l-impriża ma tkunx tista’ tiffaċċjahom aktar mingħajr l-għajnuna mill-Istat. It-tieni nett, ġie implimentat pjan għar-ristrutturar tal-attivitajiet li l-ispiża tiegħu kienet ta’ EUR [50-90] miljun. Dan juri li r-ristrutturar operazzjonali meħtieġ sabiex jerġa’ jiġi stabbilit r-rendiment tal-attivitajiet jikkawża spejjeż kbar ħafna, akbar mill-ħlas lura tal-għajnuna 44f li hija ta’ EUR 22,5 miljun, imgħaxijiet mhux inklużi. Dawn l-elementi juru li FagorBrandt hija impriża f’diffikultà li l-eżistenza tagħha tinsab fil-periklu. Għalhekk tista’, bħal kull impriża f’sitwazzjoni bħal din, tibbenefika minn għajnuniet għar-ristrutturar jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra previsti fil-linji gwida għar-ristrutturar.

(48)

It-tielet nett, fid-Deċiżjoni tagħha tal-1991 dwar il-każ Deggendorf (10), li tosserva li “L-għajnuniet allokati b’mod illegali li Deggendorf ilha tirrifjuta li tħallas lura mill-1986 u l-għajnuniet ġodda[…] għandhom bħala effett akkumulat li jagħtu lil din il-kumpanija vantaġġ eċċessiv u indebitu li jbiddel il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod kuntrarju għall-interess komuni”, il-Kummissjoni kkunsidrat l-għajnuniet ġodda huma kompatibbli bil-kundizzjoni li “l-awtoritajiet […] huma obbligati li jwaqqfu l-ħlas tal-għajnuniet […] lill-kumpanija Deggendorf sakemm ikunu għadhom ma pproċedewx għall-irkupru tal-għajnuniet inkompatibbli […]”. Fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Mejju 1997 (11), il-Qorti tal-Ġustizzja approvat l-approċċ adottat mill-Kummissjoni. Minn dak iż-żmien, il-Kummissjoni adottat bosta deċiżjonijiet li fihom tuża l-istess approċċ, jiġifieri, tikkunsidra li għajnuna ġdida hija kompatibbli filwaqt li tobbliga t-twaqqif tal-ħlas tagħha sakemm titħallas lura l-għajnuna illegali (12). Il-Kummissjoni tosserva li f’dan il-każ, sakemm l-għajnuna ġdida tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-linji gwida għar-ristrutturar, ma jidher li hemm ebda element li jopponi l-applikazzjoni tal-approċċ Deggendorf, jiġifieri, li l-għajnuna ġdida tiġi kkunsidrata kompatibbli bil-kundizzjoni li l-ħlas tagħha jkun sospiż sal-irkupru tal-għajnuna 44f.

(49)

Fuq il-bażi tal-konsiderazzjonijiet imsemmijin qabel, id-dubji tal-Kummissjoni twarrbu.

(50)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tixtieq tippreċiża dan li ġej. Il-paragrafu 23 tal-linji gwida għar-ristrutturar jobbliga lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-investigazzjoni ta’ għajnuna għar-ristrutturar, li “tikkunsidra, l-ewwel nett, l-effett akkumulat tal-għajnuna li ngħatat qabel u tal-għajnuna l-ġdida, it-tieni nett, il-fatt li l-għajnuna li ngħatat qabel ma tħallsitx lura.” Kif tindika n-nota f’qiegħ il-paġna rispettiva tal-linji gwida għar-ristrutturar, din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq is-sentenza Deggendorf imsemmija hawn fuq. F’dan il-każ, Franza impenjat ruħha li tirkupra l-għajnuna 44f qabel ma tipproċedi għall-ħlas tal-għajnuna l-ġdida. F’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha l-obbligu, skont il-ġurisprudenza Deggendorf imsemmija qabel, li tbiddel dan l-impenn f’kundizzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna nnotifikata. B’hekk hija tkun qiegħda tiżgura li ma jkunx hemm akkumulazzjoni tal-għajnuna ta’ qabel mal-għajnuna l-ġdida u li l-għajnuna ta’ qabel titħallas lura. B’dan il-mod, ma jkunx aktar meħtieġ li jiġi kkunsidrat l-effett akkumulat tal-għajnuniet u lanqas in-nuqqas ta’ ħlas lura fil-bqija tal-evalwazzjoni tal-għajnuna l-ġdida.

6.5.   Ritorn għall-vijabilità tal-impriża

6.5.1.   Perspettivi tas-suq u kredibbiltà tat-tbassir inklużi fil-pjan għar-ristrutturar

(51)

Fit-taqsima 2.2 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, il-Kummissjoni ddeskriviet il-miżuri prinċipali tal-pjan għar-ristrutturar (13). Fit-taqsima 3.3.3 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, il-Kummissjoni stmat li dan il-pjan jidher li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti fil-paragrafi 35 sa 37 tal-linji gwida għar-ristrutturar. Fi kliem ieħor, il-pjan għar-ristrutturar jidher li jippermetti li tiġi stabbilita mill-ġdid il-vijabilità tal-impriża fuq żmien twil. Fil-qafas tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali mitmuma b’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni analizzat aktar fid-dettall l-elementi li fuqhom huwa bbażat il-pjan sabiex tkun tista’ tivvalida jew le din l-evalwazzjoni inizjali.

(52)

Il-Kummissjoni evalwat it-tbassir li rriżulta mill-pjan għar-ristrutturar, b’mod partikolari l-perspettivi ta’ tkabbir. Hija qabblithom mat-tendenzi reċenti.

(53)

Skont is-CECED (14), l-iżviluppi fis-suq Ewropew f’termini ta’ volum bejn l-2005 u l-2007 juru żieda moderata fl-Ewropa tal-Punent (madwar 2 % kull sena) u stabbli fl-Ewropa tal-Lvant (madwar 7 % kull sena). Madankollu, din l-aħħar rata ta’ żieda hija fortuwita, għaliex tiddependi fuq il-varjazzjonijiet tal-ekonomija, fejn żieda b’2 ċifri u nuqqas b’2 ċifri wkoll jistgħu jalternaw wara xulxin.

(54)

Fuq żmien twil tista’ ssir konverġenza tal-imġieba tax-xiri tal-Ewropa tal-Lvant mal-Ewropa tal-Punent, iżda s-saħħa tax-xiri dgħajfa f’dawn il-pajjiżi twassal għal konċentrazzjoni tad-domanda fuq il-prodotti essenzjali (magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ jew fridges) u ta’ kwalità baxxa. Madankollu, huwa f’dawn is-swieq li daħlu l-kompetituri Torok u Ażjatiċi.

(55)

Is-swieq li għandhom potenzjal għal FagorBrandt għalhekk huma fl-Ewropa tal-Punent, għaliex huma akbar f’termini ta’ valur, iżda wkoll ta’ ammonti, u jikkonċentraw inqas fuq il-prodotti rħas, li bihom FagorBrandt ma jistax aktar ikun kompetittiv u li huma r-raġuni tat-tkabbir kbir fl-Ewropa tal-Lvant.

(56)

B’mod aktar partikolari, is-suq ta’ referenza ta’ FagorBrandt huwa s-suq Franċiż fejn il-grupp jagħmel [50-80]% tal-bejgħ tiegħu, jipproduċi [75-100] % tal-ammonti tiegħu u jħaddem [75-100]% tal-impjegati tal-grupp. Skont il-GIFAM (15), fi Franza, is-suq tal-apparat domestiku kbir żdied fl-2007, b’1 % meta mqabbel mal-2006, kemm fil-volum kif ukoll fil-valur. B’mod aktar speċifiku, is-suq tal-apparat […] li fuqu jixtieq jikkonċentra FagorBrandt żdied b’ […] % meta mqabbel mal-2006 filwaqt li għall-apparat […], il-bejgħ naqas b’ […] %.

(57)

L-iżviluppi għal kull tip ta’ prodott juru li s-swieq li għandhom potenzjal li qegħdin jiżviluppaw fl-Ewropa u b’mod partikolari fi Franza huma essenzjalment dawk tal-prodotti […]. It-tkabbir tal-prodotti […] huwa sinifikanti, filwaqt li s-settur tat-tkessiħ hwa kważi wieqaf kif turi t-tabella li ġejja meħuda mill-istudju GIFAM:

[…]

(58)

Għalhekk, l-għażla ta’ FagorBrandt, minn naħa, li jikkonċentra, b’mod partikolari fuq […] u, min-naħa l-oħra, li jiżviluppa […], tidher koerenti mal-iżviluppi tas-segmenti u prodotti differenti.

(59)

Il-Kummissjoni, wara li analizzat l-elementi fondamentali l-oħra tal-pjan għar-ristrutturar li għandhom l-iskop li jiġġustifikaw ir-rilevanza tat-tbassir rigward ir-rendiment operazzjonali ta’ FagorBrandt fiż-żmien, temmen li dan it-tbassir huwa realistiku. Għalhekk, il-bqija tal-analiżi ser tillimita ruħha għaż-żewġ dubji preċiżi dwar in-natura realistika u suffiċjenti tal-pjan għar-ristrutturar li tqajmu fid-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura.

(60)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni talbet spjegazzjonijiet dwar iż-żieda mistennija ta’ 20 % tal-fatturat fl-2007. L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-medda ta’ attività ta’ FagorBrandt tbiddlet fl-2006 bit-trasferiment minn Fagor għal FagorBrandt tad-distribuzzjoni tal-marka Fagor fuq is-swieq Ingliżi u Franċiżi, u mbagħad tal-attivitajiet Franċiżi kollha ta’ Fagor (16). Il-fatturat ta’ dawn l-attivitajiet ġie stmat għal EUR [50-100] miljun għall-2007 u ġie inkluż fil-fatturat ta’ FagorBrandt għas-sena 2007. Fuq medda kostanti, iż-żieda prevista tal-fatturat kienet biss [5-10] %. Minn dak iż-żmien, Franza tat lill-Kummissjoni l-fatturat li sar realment fl-2007. Dan kien ta’ EUR 903 miljun mqabbel ma’ EUR 779,7 miljun fl-2006, jiġifieri żieda ta’ madwar 16 % minn sena għall-oħra.

(61)

It-tieni nett, il-Kummissjoni osservat li l-pjan għar-ristrutturar ma kienx jindika kif FagorBrandt kien ser jagħmel biex jiffaċċja l-ħlas lura tal-għajnuna inkompatibbli li ngħatat lis-sussidjarja Taljana tiegħu u li għalhekk b’dan il-mod nħoloq riskju għar-ritorn għall-vijabilità tal-impriża. L-awtoritajiet Franċiżi speċifikaw li l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli mill-awtoritajiet Taljani għandu jsir mingħajr impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp. Fil-fatt, il-prezz ta’ xiri tal-attivitajiet tal-apparat domestiku ta’ Ocean SpA minn Brandt Italia ġie miżjud bl-ammont stmat tal-għajnuna li għandha tirċievi Brandt Italia, jiġifieri EUR [5-10] miljun (għal ammont effettiv ta’ għajnuna li rċieviet Brandt Italia ta’ EUR [5-10 miljun]). Għalhek, l-awtoritajiet Franċiżi josservaw li l-benefiċċju tal-għajnuna illegali kien ittrasferit kważi totalment lill-bejjiegħ Ocean SpA (b’bilanċ ta’ EUR [< 1 miljun]). L-awtoritajiet Franċiżi jgħidu wkoll li din l-allegazzjoni hija kkonfermata minn deċiżjoni tal-Qorti ta’ Brescia fil-5 ta’ Lulju 2004 li, wara li Brandt Italia ressaq kawża quddiemha wara d-deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-iskema ta’ għajnuniet Taljana, ordnat li tiġi ssekwestrata l-aħħar parti tal-ħlas tal-prezz tax-xiri mħallas minn Brandt Italia jiġifieri EUR [5-10] miljun. Għalhekk, il-ħlas lura tal-għajnuna Taljana minn Brandt Italia għandu jkun probabbilment inqas minn EUR [< 1 miljun].

(62)

Fuq il-bażi tal-konsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubji dwar ir-ritorn għall-vijabilità li tqajmu fid-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura huma mwarrba.

6.5.2.   Dubji dwar ir-ritorn għall-vijabilità mqajmin minn parti interessata

(63)

Kif ġie indikat qabel, il-kompetitur li talab li jibqa’ anonimu jikkontesta l-fatt li r-ristrutturar jista’ jerġa’ jistabbilixxi l-vijabilità tal-impriża fuq żmien twil. L-ewwel nett, huwa jaħseb li l-impriża kellha ċċaqlaq parti mill-produzzjoni tagħha lejn iż-żoni ta’ produzzjoni rħas, fejn tkun tista’ tibbenefika minn ekonomiji ta’ skala. It-tieni nett, l-impriża mhux ser tkun tista’ tiffaċċja l-investimenti meħtieġa sabiex ittejjeb il-prodotti tagħha f’industrija li kull sena tirrikjedi investimenti kbar fl-għodda industrijali, id-disinn, ir-riċerka u l-iżvilupp. Fl-aħħar nett, huwa jenfasizza li l-impriża għadha żgħira wisq meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. Fil-paragrafi li ġejjin, il-Kummissjoni ser tagħmel mezz li tivverifika jekk dawn l-osservazzjonijiet tal-kompetitur li talab li jibqa’ anonimu jqajmux dubju dwar il-konklużjonijiet dwar ir-ritorn għall-vijabilità.

(64)

Rigward il-ħtieġa li ċċaqlaq parti mill-produzzjoni f’pajjiżi rħas, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Franċiżi taw risposta preċiża għal dan il-punt. Huma jfakkru li l-iżvilupp immirat minn FagorBrandt (prodotti b’valur miżjud għoli u innovattivi), kif ukoll dak ta’ xi wħud mill-kompetituri strettament Ewropej tiegħu, ma jaqbilx ma’ sistematizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom fil-pajjiżi rħas. […]. Għall-impriżi ewlenin, l-istabbiliment ta’ unitajiet ta’ produzzjoni fil-pajjiżi rħas huwa wkoll pass għar-rieda li jiġi żviluppat il-bejgħ hemmhekk.

(65)

Rigward l-affermazzjonijiet tal-kompetitur li talab li jibqa’ anonimu dwar l-impossibbiltà għal FagorBrandt li jiffaċċja l-investimenti kbar meħtieġa sabiex jibqa’ kompetittiv u dwar id-daqs żgħir wisq tal-impriża meta mqabbla mal-impriżi ewlenin, il-Kummissjoni tosserva li hija stess indikat fil-paragrafu 8 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura li dawn l-elementi kkontribwixxew għad-diffikultajiet tal-impriża. Madankollu hija tosserva li l-pjan għar-ristrutturar jidher li jilqa’ dawn l-isfidi. Fil-fatt, l-impriża qed taħseb biex […]. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li ċerti impriżi tas-settur, minkejja d-daqs żgħir tagħhom meta mqabbla mal-impriżi ewlenin u l-produzzjoni kbira tagħhom fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent, jirnexxilhom jibqgħu kompetittivi billi jikkonċentraw fuq ċerti prodotti u segmenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-integrazzjoni aktar u aktar avvanzata ta’ FagorBrandt fil-grupp Fagor tikkontribwixxi wkoll biex jiġu solvuti dawn il-problemi relatati mad-daqs. Fil-qosor, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-punti msemmija mill-kompetitur huma sfidi għal FagorBrandt iżda temmen li l-pjan għar-ristrutturar huwa ta’ tali natura li jiffaċċahom u għandu probabbiltà suffiċjenti ta’ ritorn għall-vijabilità.

(66)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li l-kummenti mogħtija mill-kompetitur li talab li jibqa’ anonimu ma jitfgħux dubju fuq l-evalwazzjoni li l-pjan għar-ristrutturar jippermetti li terġa’ tiġi stabbilita l-vijabilità ta’ FagorBrandt fuq żmien twil.

6.5.3.   L-effett tal-miżuri kompensatorji addizzjonali fuq ir-ritorn għall-vijabilità

(67)

Fl-aħħar nett, dejjem rigward ir-ritorn għall-vijabilità fuq żmien twil, il-Kummissjoni, kif previst fl-aħħar frażi tal-paragrafu 38 tal-linji gwida għar-ristrutturar, għandha tivverifika jekk il-miżuri kompensatorji previsti jpoġġux fil-periklu l-vijabilità tal-impriża. Kif ser jiġi analizzat iktar 'il quddiem, l-awtoritajiet Franċiżi, wara l-ftuħ tal-proċedura, ipproponew xi miżuri kompensatorji addizzjonali li għalhekk ma kinux inklużi fit-tbassir finanzjarju mehmuż man-notifika. Peress li l-Kummissjoni ħasbet li dawn il-miżuri kienu meħtieġa, dawn għandhom ikunu implimentati. Rigward dawn il-miżuri – il-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tkessiħ, tat-tisjir u dishwasher tal-marka Vedette għal żmien ta’ ħames snin – li jwasslu għal deterjorazzjoni tar-riżultati finanzjarji tal-impriża, għandu jiġi żgurat li l-impriża tista’ tiflaħ għalihom.

(68)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, iż-żewġ tabelli li ġejjin jindikaw ir-riżultati finanzjarji tal-impriżi, filwaqt li jikkunsidraw l-implimentazzjoni tal-miżuri kompensatorji addizzjonali deskritti hawn fuq. L-ewwel tabella tiddeskrivi xenarju ottimist u t-tieni, xenarju pessimist.

[(f’miljuni ta’ EUR)

Il-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tkessiħ, tat-tisjir u dishwasher tal-marka Vedette

Xenarju ottimist

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Fatturat

903,0

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġini gross

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ mill-produzzjoni qabel l-elementi mhux rikorrenti

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ mill-produzzjoni (EBIT)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ qabel it-taxxa

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ nett

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Likwidità Ħielsa

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Likwidità Ħielsa akkumulata

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]


[(f’miljuni ta’ EUR)

Il-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tkessiħ, tat-tisjir u dishwasher tal-marka Vedette

Xenarju pessimist

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Fatturat

903,0

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġini gross

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ mill-produzzjoni qabel l-elementi mhux rikorrenti

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ mill-produzzjoni (EBIT)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ qabel it-taxxa

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Qligħ nett

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Likwidità Ħielsa

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Likwidità Ħielsa akkumulata

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(69)

Dawn it-tabelli huma bbażati fuq l-ipoteżijiet li ġejjin dwar it-telf fil-fatturat li ser iwassal għall-irtirar ta’ bosta familji ta’ prodotti kkummerċjalizzati taħt il-marka Vedette. Irtirar bħal dan jista’ jwassal għal:

(a)

tnaqqis tal-bejgħ fil-familja tal-prodotti tal-marka Vedette li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom hija sospiża;

(b)

tnaqqis tal-bejgħ fil-familji l-oħra ta’ prodotti kkummerċjalizzati taħt il-marka Vedette (17) (l-effett negattiv tal-marka (brand effect) fuq il-prodotti tal-marka Vedette);

(c)

tnaqqis tal-bejgħ tal-marki l-oħra (l-effett ta’ portafoll negattiv fuq il-marki kollha tal-grupp FagorBrandt).

(70)

Ix-xenarju ottimist jikkunsidra biss l-effetti (a) u (b) imsemmijin qabel u t-telf relatat mat-twaqqif tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li ser jirrappreżenta telf ta’ [60-90]% tal-fatturat tal-familja ta’ prodotti mwaqqfa […] u ta’ [20-30] % tal-fatturat tal-prodotti l-oħra kkummerċjalizzati taħt il-marka Vedette. Ix-xenarju pessimist jikkunsidra l-element (c) imsemmi qabel filwaqt li jippreżumi rata ta’ telf ta’ [110-140] % għall-familja tal-prodott mwaqqfa (it-telf mhux biss jista’ jaffettwa […] u ta’ […]. L-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li ipoteżi pessimista bħal din tikkorrispondi għal esperjenza magħrufa mill-impriża: fl-2003 hija kienet iddeċidiet li tabbanduna […] fi Franza sabiex tkun tista’ tikkonċentra fuq […] li kien jibbenefika minn forza ta’ bejgħ speċifika. Dan it-twaqqif kellu effett sekondarju negattiv ħafna, għaliex mhux biss il-fatturat kollu magħmul […] intilef iżda t-telf laħaq ukoll […] (telf totali fuq dawn iż-żewġ marki ta’ apparati […] f’sentejn fuq bejgħ inizjali ta’ […] unitajiet, fosthom […] […], jiġifieri telf ta’ [120-140] % tal-ammonti abbandunati) (18).

(71)

Fuq il-bażi tal-analiżi tal-istatistiċi inklużi fiż-żewġ tabelli preċedenti u statistiċi oħra pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tosserva li l-miżuri kompensatorji magħżula ser jagħmlu l-impriża aktar dgħajfa, għaliex ser iwasslu għal deterjorazzjoni tal-qligħ tal-impriża mill-2009, is-sena li fiha jiġu implimentati. Madankollu, l-impriża jerġa’ jkollha qligħ nett pożittiv mill-2010, li jiżdied fis-snin ta’ wara. Il-Kummissjoni għalhekk temmen li l-miżuri kompensatorji, anke jekk jagħmlu l-impriża aktar dgħajfa, mhux ser jimpedixxu r-ritorn għall-vijabilità.

6.6.   Prevenzjoni ta’ kull distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni

6.6.1.   Analiżi tal-ħtieġa ta’ miżuri kompensatorji

(72)

Il-paragrafu 38 tal-linji gwida għar-ristrutturar jipprevedi li, sabiex l-għajnuniet għar-ristrutturar jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, għandhom jittieħdu xi miżuri kompensatorji biex itaffu l-effetti negattivi tal-għajnuniet fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ. Jekk ma jsirx dan, l-għajnuniet għandhom jiġu kkunsidrati bħala “kontra l-interess komuni” u jiġu ddikjarati inkompatibbli mas-suq komuni. Din il-kundizzjoni bosta drabi tirriżulta f’limitazzjoni tal-preżenza li l-impriża jista’ jkollha fuq is-suq jew swieq tagħha wara l-perijodu għar-ristrutturar.

(73)

Fin-notifika tagħha, Franza affermat li jidher li mhumiex meħtieġa miżuri kompensatorji f’dan il-każ, b’mod partikolari għaliex l-għajnuna m’għandhiex effetti ta’ distorsjoni eċċessivi. Fil-paragrafi 37, 38 u 40 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, il-Kummissjoni tispjega b’mod konċiż għaliex irrifjutat din l-affermazzjoni.

(74)

Fil-paragrafi li ġejjin, il-Kummissjoni tispjega aktar fid-dettall għaliex hija temmen li l-għajnuna twassal għal distorsjoni u għaliex l-implimentazzjoni ta’ miżuri kompensatorji hija meħtieġa, kontra l-affermazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi.

(75)

Kif diġà ntqal, FagorBrandt huwa preżenti fis-settur tal-fabbrikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni mad-distributuri (b’oppożizzjoni għad-distribuzzjoni u l-bejgħ lill-individwi) ta’ apparat domestiku kbir. Rigward id-dimensjoni ġeografika tas-suq tal-apparat domestiku kbir, il-Kummissjoni emmnet fil-passat li din kienet għallinqas Komunitarja, minħabba, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ ostakoli għad-dħul, l-armonizzazzjoni teknika u spejjeż ta’ trasport relattivament baxxi (19). L-informazzjoni pprovduta minn FagorBrandt u miż-żewġ kompetituri li taw xi kummenti tikkonferma li s-suq huwa ta’ dimensjoni Komunitarja.

(76)

Il-Kummissjoni taħseb li għajnuna għar-ristrutturar toħloq awtomatikament distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tfixkel il-ħruġ tal-benefiċjarju mis-suq u billi twaqqaf b’hekk l-iżvilupp tal-impriżi kompetituri. Għalhekk hija tmur kontra l-irtirar tal-impriżi l-inqas effikaċi, li “huwa fatt normali ta’ kif jaħdem is-suq”, kif jindika il-paragrafu 4 tal-linji gwida għar-ristrutturar. L-għajnuna nnotifikata favur FagorBrandt għalhekk twassal għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni msemmija qabel. Il-Kummissjoni għaldaqstant tosserva li l-elementi li ġejjin għandhom it-tendenza li jillimitaw il-konsegwenzi negattivi ta’ din id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. L-ewwel nett, fis-suq Ewropew tal-apparat domestiku kbir, FagorBrandt għandu sehem fis-suq ta’ ammont massimu ta’ 5 % (20). It-tieni nett, hemm erba’ kompetituri f’dan is-suq b’ishma fis-suq ta’ 10 % jew aktar (Indesit, Whirlpool, BSH u Electrolux) (21). Il-kompetitur li talab li jibqa’ anonimu fil-fatt ammetta li FagorBrandt huwa attur relativament żgħir fis-suq Ewropew (ara hawn fuq id-dubji espressi minn dan il-kompetitur dwar ir-ritorn għall-vijabilità tal-impriża u relatati mad-daqs żgħir tagħha), li l-ishma tiegħu fis-suq qegħdin jonqsu (22). It-tielet nett, l-ammont tal-għajnuna hija limitata meta mqabbla mal-fatturat Ewropew ta’ FagorBrandt (l-għajnuna tirrappreżenta inqas minn 4 % tal-fatturat tal-2007), u aktar u aktar meta mqabbla ma’ dak tal-erba’ atturi ewlenin tas-suq li għandhom fatturat aktar għoli minn dak ta’ FagorBrandt (23).

(77)

Filwaqt li l-paragrafu preċedenti janalizza d-distorsjoni ta’ kompetizzjoni maħluqa mill-għajnuna, għandha tiġi analizzata wkoll l-estensjoni tal-“effetti sfavorevoli fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ” bejn l-Istati Membri, kif indikat fil-paragrafu 38 tal-linji gwida għar-ristrutturar li jirrifletti l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat,. Kif kien diġà osservat fil-paragrafu 38 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, l-għajnuna tfixkel il-lokalizzazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi bejn l-Istati Membri, u għalhekk il-kummerċ bejniethom. FagorBrandt hija impriża li għandha l-maġġoranza tal-attivitajiet ta’ produzzjoni u tal-impjegati tagħha fi Franza ([75-100]% tal-ammonti prodotti mill-impriża huma magħmula fi Franza). Mingħajr l-għajnuna tal-Istat Franċiż, FagorBrandt malajr ikollu joħroġ mis-suq. Madankollu, il-prodotti ffabbrikati fis-siti ta’ produzzjoni ta’ FagorBrandt huma f’kompetizzjoni prinċipalment ma’ prodotti li jipproduċu il-kompetituri fl-Istati Membri l-oħra (24). Għalhekk, l-għejba ta’ FagorBrandt kienet tippermetti lill-kompetituri Ewropej iżidu ħafna l-bejgħ tagħhom u għalhekk il-produzzjoni tagħhom. L-għajnuna għandha l-effett li żżomm fi Franza attivitajiet ta’ produzzjoni li kieku parti minnhom kienu jmorru lejn Stati Membri oħra. Għalhekk hija għandha effett sfavorevoli fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ, billi tnaqqas il-possibbiltajiet ta’ esportazzjoni tal-kompetituri li qegħdin fi Stati Membri oħra lejn Franza (25). L-għajnuna tnaqqas ukoll il-possibbiltajiet ta’ bejgħ lejn il-pajjiżi fejn FagorBrandt ser ikompli jesporta l-prodotti tiegħu. Meta jiġi kkunsidrat l-ammont tal-bejgħ ta’ FagorBrandt u n-numru ta’ postijiet tax-xogħol rispettiv, dawn l-effetti sfavorevoli fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ mhumiex negliġibbli.

(78)

Fuq il-bażi tal-analiżi preċedenti, il-Kummissjoni temmen li huma meħtieġa miżuri kompensatorji reali (jiġifieri mhux negliġibbli) iżda għaldaqstant ta’ daqs limitat.

6.6.2.   Analiżi tal-miżuri li diġà ġew implimentati

(79)

Fil-paragrafu 39 tad-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet xi dubji dwar jekk il-miżuri nnotifikati mill-awtoritajiet Franċiżi jistgħux jiġu kkunsidrati bħala miżuri kompensatorji, peress li l-paragrafu 40 tal-linji gwida għar-ristrutturar jindika li “It-tpaċija tal-kontijiet u l-waqfien ta’ attivitajiet b’telf li xorta ser ikunu meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-vijabilità mhux ser jiġu kkunsidrati bħala tnaqqis tal-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kontropartijiet.” Jidher li l-miżuri kollha deskritti mill-awtoritajiet Franċiżi jaqgħu fl-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ din l-esklużjoni. Fil-qafas tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, Franza tenniet li hija kkunsidrat li l-waqfien tal-fabbrikazzjoni taċ-chest freezers u ta’ free-standing microwaves, u anke l-bejgħ ta’ Brandt Components, kienu tliet miżuri kompensatorji validi. Għalhekk il-Kummissjoni bdiet analiżi fid-dettall ta’ dawn il-miżuri u waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin.

(80)

Rigward l-għeluq tal-fabbrika għall-fabbrikazzjoni taċ-chest freezers fl-2005 (is-sit ta’ Lesquin) Franza tindika, fin-notifika tagħha tas-6 ta’ Awwissu 2007 li dan is-sit “li kien jiffabbrika chest freezers u kantini tal-inbejjed għall-grupp FagorBrandt kollu, kien laħaq daqs … li ma ppermettilux aktar ikopri la l-ispejjeż li jvarjaw u lanqas l-ispejjeż fissi tiegħu u kien iġġenera EUR [5-10] miljun telf ta’ produzzjoni fl-2004.” Għalhekk m’hemm ebda dubju li fil-każ inkwistjoni dan huwa għeluq ta’ attività b’defiċit li huwa meħtieġ sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-vijabilità (26) u b’applikazzjoni tal-paragrafu 40 tal-linji gwida għar-ristrutturar, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala miżura kompensatorja.

(81)

Rigward il-waqfien ta’ produzzjoni ta’ free-standing microwaves fis-sit ta’ Azenay, dan kien ukoll għeluq ta’ attività b’defiċit meħtieġ sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-vijabilità, u li l-awtoritajiet Franċiżi fil-fatt irrikonoxxew b’mod espliċitu fit- sottomissjonijiet tagħhom (27). In-nuqqas ta’ rendiment ta’ din l-attività mhijiex sorpriża peress li l-free-standing microwaves huma wieħed mis-segmenti tas-suq fejn daħlu l-aktar il-prodotti li ġejjin mill-pajjiżi rħas (28). Barra minn hekk, il-fabbrika ta’ Azenay kienet tilfet xi kuntratti kbar ta’ produzzjoni ta’ microwaves għal gruppi oħra (29). B’konklużjoni, fuq il-bażi tal-paragrafu 40 tal-linji gwida għar-ristrutturar, din il-miżura għalhekk ma tistax tiġi kkunsidrata bħala miżura kompensatorja.

(82)

Bil-kontra, f’Marzu 2004, l-impriża biegħet is-sussidjarja tagħha Brandt Components (fabbrika ta’ Nevers) lill-grupp Awstrijakk ATB għal somma ta’ EUR [2-5] miljun. Għalhekk dan mhux tpaċija tal-kontijiet (30) u lanqas waqfien tal-attività. Għaldaqstant din il-miżura mhijiex eskluża mid-dispożizzjoni msemmija qabel tal-paragrafu 40 tal-linji gwida għar-ristrutturar. L-attività mibjugħa f’Marzu 2004 (31) kellha fatturat ta’ EUR [25-45] miljun fl-2003 – ekwivalenti għal [2-5]% tal-fatturat fl-2003 tal-impriża – u kienet tħaddem [250-500] impjegat – ekwivalenti għal [5-10]% tal-ħaddiema tal-impriża. Hija kienet involuta fid-disinn, l-iżvilupp, il-fabbrikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-muturi tal-elettriku għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ. Għalhekk dan il-bejgħ wassal għat-tnaqqis tal-preżenza tal-impriża fis-suq tal-komponenti tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ.

(83)

Filwaqt li taċċetta li din il-miżura hija miżura kompensatorja, il-Kummissjoni temmen li weħidha din ma tistax tpatti għall-effetti sfavorevoli tal-għajnuna deskritta qabel. Il-Kummissjoni tosserva b’mod partikolari li din il-miżura ma tnaqqasx il-preżenza ta’ FagorBrandt fis-suq tal-apparat domestiku kbir (32), li huwa s-suq ewlieni li fih ser jibqa’ preżenti FagorBrandt.

6.6.3.   Miżuri kompensatorji addizzjonali proposti mill-awtoritajiet Franċiżi

(84)

Bħala risposta għad-dubji mqajma fid-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura dwar l-insuffiċjenza tal-miżuri kompensatorji nnotifikati, l-awtoritajiet jipproponu l-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tkessiħ u tal-prodotti tat-tisjir Vedette għal ħames snin. Barra minn hekk, huma jipproponu l-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tad-dishwahsers Vedette, jew il-waqfien tal-marka […].

(85)

Kif kien indikat qabel, FagorBrandt jagħmel [50-80] % tal-bejgħ tiegħu fis-suq Franċiż, fejn fl-2006 l-impriża kellha sehem fis-suq ta’ [10-20] % fil-valur u ta’ [10-20] % fl-ammont. Dan ifisser li kieku FagorBrandt waqqaf l-attivitajiet tiegħu, kienu jibbenefikaw minn dan b’mod partikolari l-kompetituri tiegħu fis-suq Franċiż billi jżidu l-bejgħ tagħhom. Għalhekk huma dawn l-impriżi li huma affettwati l-aktar mis-sopravivenza ta’ FagorBrandt li setgħet tkun possibbli bl-għajnuna. Bil-kontra, il-bejgħ ta’ FagorBrandt fis-suq Taljan huwa limitat ħafna. Bħala miżura kompensatorja, il-Kummissjoni għalhekk tippreferi l-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tad-dishwashers taħt il-marka Vedette milli l-waqfien tal-marka […], peress li l-prodotti tal-marka Vedette (33) huma kkummerċjalizzati esklużivament fis-suq Franċiż filwaqt li l-prodotti […] jinbiegħu prinċipalment […].

(86)

Għalhekk għandha tiġi analizzata l-estensjoni ta’ dawn il-miżuri kompensatorji addizzjonali, sabiex jiġi stabbilit jekk humiex biżżejjed.

Il-prodotti tat-tkessiħ

(87)

Il-bejgħ tal-prodotti tat-tkessiħ (fridges u freezers) tal-marka Vedette kien jirrappreżenta, fl-2007, EUR [10-20] miljun, jiġifieri [1-3] % tal-fatturat tal-grupp FagorBrandt.

(88)

Il-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tkessiħ għal żmien ta’ ħames snin ser jippermetti lill-kompetituri preżenti fis-suq Franċiż isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fuq il-prodotti tat-tkessiħ. Skont l-istudju GfK tal-2007, il-kompetituri ewlenin ta’ FagorBrandt – li għandhom sehem fis-suq għall-valur ta’ […] % - fis-suq tal-fridges fi Franza huma Whirlpool ([…] %), Indesit ([…] %) u Electrolux ([…] %). Fis-suq tal-freezers, il-kompetituri ewlenin ta’ FagorBrandt ([…] %) huma Whirlpool ([…] %), Liebherr ([…] %) u Electrolux ([…] %).

Il-prodotti tat-tisjir

(89)

Il-bejgħ ta’ prodotti tat-tisjir tal-marka Vedette kienu jirrappreżentaw, fl-2007, EUR [5-10] miljun, jiġifieri [0,5-1,5] % tal-fatturat tal-grupp FagorBrandt.

(90)

Il-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tisjir għal żmien ta’ ħames snin ser jippermetti, għalhekk, lill-kompetituri jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tal-cookers. Skont l-istudju GfK tal-2007, il-kompetituri ewlenin ta’ FagorBrandt (li għandhom sehem fis-suq għall-valur ta’ […] %) fis-suq tal-cookers fi Franza huma Indesit ([…] %), Electrolux ([…] %) u Candy ([…] %).

Id-dishwashers

(91)

Il-bejgħ ta’ dishwashers tal-marka Vedette kienu jirrappreżentaw, fl-2007, EUR [5-10] miljun, jiġifieri [0,5-1,5] % tal-fatturat tal-grupp FagorBrandt.

(92)

Skont l-istudju GfK tal-2007, il-kompetituri ewlenin ta’ FagorBrandt (li għandhom sehem fis-suq għall-valur ta’ […] %) fis-suq tad-dishwashers fi Franza huma BSH ([…] %), Whirlpool ([…] %) u Electrolux ([…] %). Għalhekk, il-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tad-dishwashers taħt il-marka Vedette ser jippermetti lill-kompetituri jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq.

Konklużjoni dwar il-miżuri kompensatorji addizzjonali

(93)

Fil-qosor, il-prodotti Vedette li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom ser titwaqqaf jirrappreżentaw [3-5] % tal-fatturat tal-grupp (34). L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li dan ser jeħtieġ aġġustamenti sinifikattivi fi ħdan l-impriża […].

6.6.4.   Konklużjoni dwar il-miżuri kompensatorji kollha

(94)

Il-miżuri kompensatorji huma l-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni għal żmien ta’ ħames snin ta’ ċerti prodotti (it-tisjir, it-tkessiħ u d-dishwashers) tal-marka Vedette (35) u l-bejgħ ta’ Brandt Components. Dan huwa tnaqqis tal-preżenza fis-suq reali (jiġifieri mhux negliġibbli) iżda ta’ daqs limitat. Dan it-tnaqqis huwa proporzjonat mal-estensjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, kif kienet analizzata qabel.

(95)

Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li dawn il-miżuri jippermettu li jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni eċċessivi skont il-paragrafi 38 sa 40 tal-linji gwida għar-ristrutturar.

6.7.   Il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu: kontribuzzjoni reali, eżenta minn għajnuna

(96)

Sabiex l-għajnuna tkun tista’ tiġi awtorizzata, b’applikazzjoni tal-paragrafi 43 sa 45 tal-linji gwida għar-ristrutturar, l-ammont u l-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu limitati strettament għall-minimu meħtieġ sabiex jippermettu li jsir ir-ristrutturar skont id-disponibilitajiet finanzjarji tal-impriża, tal-azzjonisti tagħha jew tal-grupp li hija parti minnu. Il-benefiċjarji tal-għajnuna għandhom jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-pjan għar-ristrutturar mir-riżorsi proprji tagħhom, inkluż bil-bejgħ ta’ assi li mhumiex indispensabbli għas-sopravivenza tal-impriża, jew minn finanzjament estern miksub bil-kundizzjonijiet tas-suq.

(97)

Kif huwa indikat fil-paragrafu 43 tad-deċiżjoni tal-fluħ, l-ispejjeż għar-ristrutturar, bħal m’huma deskritti fin-notifika tal-awtoritajiet Franċiżi, huma ta’ EUR [50-90] miljun. Huma ffinanzjati kif ġej (36):

 

EUR Miljun

%

Spejjeż għar-ristrutturar

[50-90]

100

Iffinanzjati minn:

L-isforz proprju tal-benefiċjarju

[0-10]

[…]

Il-provvista tal-azzjonist

26,9

[…]

L-għajnuna mill-Istat

31

[40-50]

(98)

Fil-paragrafu 44 tad-deċiżjoni tal-fluħ, il-Kummissjoni tqajjem żewġ dubji dwar dawn l-istatistiċi. Minn naħa, il-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet Franċiżi biex jiġġustifikaw għaliex ma inkludewx il-ħlas lura tal-għajnuna fl-ispejjeż għar-ristrutturar. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni titlob spjegazzjoni tan-natura tal-“isforz proprju tal-benefiċjarju”.

(99)

L-awtoritajiet Franċiżi taw risposta għat-tieni dubju u indikaw li l-“isforz proprju tal-benefiċjarju” huwa self mill-bank li tneħħa minn FagorBrandt minn fuq is-suq. Huma jispeċifikaw li l-impriża fl-2006 ħadet xi self mill-bank ta’ ammont ta’ EUR [25-30] miljun li sar EUR [30-35] miljun fl-2007 (37). Dan ġie ggarantit minn stokks ta’ prodotti lesti. Il-Kummissjoni tosserva li dan huwa “finanzjament estern miksub bil-kundizzjonijiet tas-suq” bħal m’huwa stabbilit fil-paragrafu 43 tal-linji gwida għar-ristrutturar u għalhekk huwa kontribuzzjoni valida.

(100)

Rigward l-ewwel dubju li tqajjem mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-ħlas lura ta’ għajnuna inkompatibbli ma jistax ikun, a priori, ikkwalifikat bħala spiża għar-ristrutturar (u lanqas bħala sforz proprju tal-impriża benefiċjarja skont il-paragrafi 43 u 44 tal-linji gwida għar-ristrutturar). Huwa għal din ir-raġuni li ma għaddewhx mal-ispejjeż għar-ristrutturar. Madankollu, huma jindikaw li, ovvjament, dan il-ħlas lura, ikkalkulat għal madwar EUR [25-30] miljun (inklużi l-imgħaxijiet), huwa integrat fil-pjan kummerċjali mehmuż man-notifika bħal kull spiża finanzjarja oħra normali. Il-Kummissjoni taħseb li huwa indispensabbli li l-ħlas lura jiġi kkunsidrat fil-pjan kummerċjali, li huwa l-każ hawnhekk (38). Rigward il-kwistjoni jekk dan il-ħlas lura għandux jiġi kkunsidrat uffiċjalment bħala spiża għar-ristrutturar skont il-paragrafu 43 tal-linji gwida għar-ristrutturar, il-Kummissjoni tosserva li anke jekk huwa l-każ, dan il-fatt mhux ser ikollu bħala effett li jnaqqas il-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju sa taħt il-50 % rikjesti mill-paragrafu 44 tal-linji gwida għar-ristrutturar. Fil-fatt, anke jekk il-ħlas lura tal-għajnuna bl-imgħax kien inkluż bħala spiża għar-ristrutturar - li fil-fatt jammontaw għal madwar EUR [75-100] miljun -, l-effett ta’ dan ikun li jonqos aktar is-sehem tal-ispejjeż għar-ristrutturar iffinanzjat mill-għajnuna u jiżdied is-sehem ta’ dawn l-ispejjeż iffinanzjat mill-benefiċjarju (39) u l-azzjonisti tiegħu. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li l-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha dwar din il-kwistjoni.

(101)

Id-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-fluħ tal-proċedura għalhekk twarrbu u l-Kummissjoni tikkonkludi li l-“isforz proprju tal-benefiċjarju” u tal-azzjonist tiegħu huwa aktar minn 50 % tal-ispejjeż għar-ristrutturar, bħal m’huwa mitlub għall-impriżi kbar mill-paragrafu 44 tal-linji gwida għar-ristrutturar.

(102)

Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-kompetitur li talab li jibqa’ anonimu li l-għajnuna mhijiex limitata għall-minimu għaliex FagorBrandt jista’ jikseb xi finanzjamenti mill-azzjonist tiegħu u mill-grupp li jagħmel parti minnu, il-Kummissjoni diġà tat risposta għaliha qabel fl-analiżi tal-eliġibilità tal-impriża.

(103)

Fl-aħħar nett, minbarra l-verifika tal-ħarsien tal-kriterju formali ta’ kontribuzzjoni proprja ta’ aktar minn 50 %, il-Kummissjoni evalwat ukoll jekk l-għajnuna kinitx limitata għall-minimu, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 45 tal-linji gwida għar-ristrutturar. Il-Kummissjoni temmen li dan huwa l-każ u li l-ammont tal-għajnuna ma jippermettix lill-impriża li jkollha “assi likwidi aktar minn dawk li hija tista’ tiddedika għal attivitajiet aggressivi li jistgħu jipprovokaw distorsjonijiet fuq is-suq li ma jkunux relatati mal-proċess tar-ristrutturar.” Il-Kummissjoni tosserva li wara l-allokazzjoni tal-għajnuna u wara t-tmiem tar-ristrutturar, il-grupp xorta jkun jibqagħlu djun sinifikattivi.

6.8.   L-implimentazzjoni kompluta tal-pjan

(104)

Il-pjan għar-ristrutturar ta’ FagorBrandt, inklużi l-impenji kollha ta’ Franza, għandu jkun eżegwit b’mod sħiħ (40). Il-Kumissjoni titlob li tiġi infurmata bl-iżvilupp tal-implimentazzjoni tal-pjan kif ukoll bl-impenji relatati miegħu.

7.   KONKLUŻJONI

(105)

L-għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni jekk il-kundizzjonijiet kollha imposti jkunu ssodisfati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna li Franza qed tippjana li timplimenta favur l-impriża FagorBrandt ta’ ammont ta’ EUR 31 miljun hija kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

1.   L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jissosspendu l-ħlas tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni lill-impriża FagorBrandt sakemm ma jsirx l-irkupru minn FagorBrandt tal-għajnuna inkompatibbli msemmija fid-Deċiżjoni 2004/343/KE.

2.   Il-pjan għar-ristrutturar ta’ FagorBrandt, bħal ma kien ippreżentat lill-Kummissjoni minn Franza fis-6 ta’ Awwissu 2006 (41), għandu jkun eżegwit b’mod sħiħ.

3.   FagorBrandt għandu jwaqqaf il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tkessiħ, tat-tisjir u tad-dishwashers tal-marka Vedette għal żmien ta’ ħames snin, li għandu jibda l-aktar tard seba’ xhur wara d-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

4.   Sabiex jiġi żgurat li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu, Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni, permezz ta’ rapporti annwali, fuq is-sitwazzjoni tal-iżvilupp tar-ristrutturar ta’ FagorBrandt, fuq l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli deskritta fil-paragrafu 1, fuq il-ħlas tal-għajnuna kompatibbli, u fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri kompensatorji.

Artikolu 3

Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li ttieħdu sabiex tkun konformi magħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 275, 16.11.2007, p. 18.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna numru 1.

(3)  Il-parti interessata inkwistjoni kienet talbet għall-estensjoni taż-żmien għal xahar biex tissottometti kummenti bit-telefon u b’ittra tas-16 ta’ Diċembru 2007, u l-Kummissjoni ma opponietx għal dan.

(4)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/343/KE tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuniet mill-Istat implimentata minn Franza għall-akkwist ta’ impriżi f’diffikultà, ĠU L 108, 16.4.2004, p. 38.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/941/KE tal-1 ta’ Diċembru 2004 dwar l-għajnuna li Franza qed tippjana li timplimenta favur il-kumpanija Bull, ĠU L 342, 24.12.2005, p. 81, punti 55 sa 63.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/747/KE tas-26 ta’ April 2006 dwar l-għajnuna mill-Istat li Franza qed tippjana li timplimenta favur Euromoteurs (C 1/2005 (ex N 426/2004)), ĠU L 307, 7.11.2006, p. 213, punti 30 sa 31 u 42.

(*)  Informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali.

(8)  Gazzetta “La Tribune” tal-14 ta’ April 2005.

(9)  Aqra “żdiedu b’mod sinifikanti”.

(10)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/391/KEE tas-26 ta’ Marzu 1991 dwar l-għajnuniet allokati mill-gvern Ġermaniż lill-kumpanija Deggendorf GmbH (ĠU L 215, 2.8.1991, p. 16).

(11)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Mejju 1997 fil-kawża C-355/95 P TWD vs Il-Kummissjoni, Ġabra I-2549, par. 25-26 (is-sentenza “Deggendorf”). Din is-sentenza tikkonferma l-validità tas-sentenza tat-13 ta’ Settembru 1995 tal-Qorti tal-Prim’Istanza, TWD vs Il-Kummissjoni, T-244/93 u T-486/93, Ġabra, II-2265.

(12)  F’dan ir-rigward, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri jirkupraw l-għajnuniet mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq komuni” (ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4) tindika li “il-Kummissjoni … bdiet tapplika l-ġurisprudenza ‘Deggendorf’ … b’mod aktar sistematiku. Skont din il-ġurisprudenza, meta jkunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tordna lil Stat Membru jissospendi l-ħlas ta’ għajnuna ġdida kompatibbli mas-suq komuni lil impriża sakemm din tal-aħħar tkun ħallset lura l-għajnuna l-qadima illegali u inkompatibbli mas-suq komuni li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ irkupru”.

(13)  Il-pjan għar-ristrutturar kien jipprevedi, essenzjalment, ċentralizzazzjoni mill-ġdid u żvilupp immirat fuq il-prodotti ta’ valur miżjud għoli u innovattivi, razzjonalizzazzjoni tal-politika tax-xiri u politika ta’ sourcing (prodotti ffabbrikati minn terzi għal FagorBrandt). FagorBrandt ħa tliet kategoriji ta’ miżuri għar-ristrutturar: a) it-twaqqif ta’ attivitajiet u l-għeluq ta’ siti; b) it-tnaqqis ta’ impjegati; c) miżuri bl-iskop li jsaħħu s-sostenibbiltà tal-impriża.

(14)  CECED: Kunsill Ewropew għall-Kostruzzjoni ta’ Apparat Domestiku (Conseil Européen de la Construction d’appareils Domestiques), organizzazzjoni li tħaddan 15-il fabbrikant li ta’ mill-inqas għandhom dimensjoni Ewropea u 26 assoċjazzjoni tas-settur preżenti f’bosta pajjiżi Ewropej (membri jew le tal-Unjoni Ewropea).

(15)  GIFAM: Grupp Interprofessjonali tal-Fabbrikanti ta’ Tagħmir Domestiku (Groupement interprofessionnel des fabricants d’appareils d’équipements ménagers) li jiġbor madwar ħamsin impriża preżenti fis-swieq tat-tagħmir domestiku.

(16)  Il-Kummissjoni analizzat jekk din l-integrazzjoni avvanzata ta’ FagorBrandt f’Fagor titfax dubju fuq il-konklużjonijiet li ttieħdu fil-paragrafu 27 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura dwar l-eġibilità ta’ FagorBrandt. Hija kkonkludiet li dan ma kienx il-każ għaliex il-maġġoranza tal-elementi msemmija f’dan il-paragrafu għadhom validi.

(17)  Dan it-tnaqqis jirriżulta mill-effetti li nħolqu mill-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti preċedenti fuq il-viżibilità tal-marka Vedette għad-distributuri.

(18)  Il-Kummissjoni temmen, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtortajiet Franċiżi, li hemm probabbiltà żgħira li jseħħ ix-xenarju pessimist. Fil-fatt, l-awtoritajiet Franċiżi jibbażaw fuq l-esperjenza tal-microwaves Vedette. Madankollu, kif ser ikun indikat, dan huwa prodott li bih FagorBrandt ma kienx kompetittiv aktar (ir-raġuni għaliex huwa ddeċieda li jwaqqaf il-produzzjoni internament) u li għalih hemm dħul kbir fis-suq tal-produtturi mill-pajjiżi rħas. L-ipoteżi magħżula mill-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri, li jiġi attribwit it-tnaqqis kollu tal-bejgħ tal-microwaves osservat matul dawn is-sentejn biss għad-deċiżjoni li titwaqqaf il-kummerċjalizzazzjoni tal-microwaves taħt il-marka Vedette, għalhekk tidher li hija ipoteżi estrema.

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 1994, Electrolux/AEG (ĠU C 187, 9.7.1994) tikkonkludi li d-dimensjoni ġeografika tas-swieq tal-apparat domestiku kbir kienet l-Ewropa tal-Punent. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/475/KE tal-24 ta’ Jannar 1999 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kaz IV.F.1/36.718.CEDE) (ĠU L 187, 26.7.2000, p. 47) tikkonkludi li d-dimensjoni ġeografika hija z-ŻEE. Dan il-każ tal-aħħar kien jikkonċerna is-settur tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ.

(20)  Is-sehem tas-suq ikkombinat ta’ FagorBrandt u ta’ Fagor Electrodomesticos huwa massimu ta’ 8 %.

(21)  Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument mogħti minn Franza skont liema ż-żamma tal-preżenza fis-suq ta’ FagorBrandt għandha effett pożittiv għax tevita l-ħolqien ta’ sitwazzjoni oligopolistika. L-awtoritajiet Franċiżi ma ġġustifikawx l-affermazzjoni tagħhom b’mod preċiż. Barra minn hekk, din l-affermazzjoni hija kontradittorja meta mqabbla man-notifika tagħhom li kienet tiddeskrivi suq kompetittiv ħafna, b’kompetizzjoni multipla, b’mod partikolari minn marki distributuri. Fl-aħħar nett, il-paragrafu 39 tal-linji gwida għar-ristrutturar jindika li ser jiġu kkunsidrati s-sitwazzjonijiet “ta’ monopolju jew ta’ oligopolju strett”, li mhuwiex il-każ hawnhekk peress li jekk nikkunsidraw biss l-impriżi ewlenin, in-numru ta’ kompetituri diġà jilħaq erbgħa.

(22)  […]

(23)  Jekk l-analiżi ssir fuq livell dinji, id-differenza hija akbar għaliex il-gruppi bħal Electrolux u Whirlpool għandhom attivitajiet kbar ħafna 'l barra mill-Ewropa. Bħala eżempju, fl-2005, il-fatturat ikkombinat ta’ FagorBrandt u ta’ Fagor Electrodomesticos kien inqas minn EUR 2 biljun, filwaqt li l-fatturat dinji fis-settur tal-apparat domestiku kbir ta’ Whirlpool, Electrolux, BSH u Indesit espress f’EUR kien rispettivament 11,8 biljun, 10,8 biljun, 7,3 biljun u 3,1 biljun.

(24)  […]

(25)  [50-80] % tal-bejgħ ta’ FagorBrandt fil-fatt isir fis-suq Franċiż. Rigward dan, il-Qorti indikat kemm-il darba li “meta Stat Membru jalloka għajnuna lil impriża, il-produzzjoni interna tista’ tinżamm stabbli jew tiżdied, bil-konsegwenza li l-possibbiltajiet tal-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn is-suq ta’ dan l-Istat Membru jonqsu”. Sentenza tat-13 ta’ Lulju 1988, Franza vs Il-Kummissjoni (C-102/87, Ġabra p. 04067) (cf. al. 19); Sentenza tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja vs Il-Kummissjoni (C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Ġabra p. I-4103) (ara l-punt 40); Sentenza tas-7 ta’ Marzu 2002, L-Italja vs Il-Kummissjoni (C-310/99, Ġabra p. I-2289) (ara l-punti 84-86); Sentenza tal-11 ta’ Lulju 2002, HAMSA vs Il-Kummissjoni (T-152/99, Ġabra p. II-3049) (ara l-punti 220-221).

(26)  L-istampa Franċiża kienet semmiet ħafna n-nuqqas ta’ qligħ tal-attività tal-“freezers”. Artiklu f’Ouest France tat-8 ta’ Lulju 2004 kien jindika pereżempju: “ElcoBrandt, il-grupp Franċiż tal-apparat domestiku, fl-2005 ser jagħlaq il-fabbrika tiegħu ta’ Lesquin (Nord), li hija speċjalizzata fil-fabbrikazzjoni tal-freezers, għax din ‘mhux qiegħda tagħmel qligħ aktar’. Elco kien xtara l-istabbiliment minn Brandt, sentejn ilu. Is-600 impjegat kienu aċċettaw pjan soċjali li kien jipprevedi ż-żamma ta’ 150 post tax-xogħol, li issa tneħħew.” B’mod aktar preċiż, xi persuni mid-direttorat ta’ Brandt indikaw fil-gazzetta “Les Echos” f’artiklu li ġie ppubblikat fis-7 ta’ Lulju 2004 li “Minkejja l-isforzi kbar ta’ kompetizzjoni, ix-xiri ta’ 35 % tal-komponenti miċ-Ċina jew it-titjib tal-kwalità u l-produttività, it-tnaqqis tal-ispejjeż tas-suq għaġġel aktar minna” u li “Iż-żamma ta’ attività ta’ produzzjoni ta’ chest freezers ma tagħmilx aktar sens ekonomikament fi ħdan il-grupp ElcoBrandt. Fil-fatt, kull darba li nbiegħu wieħed minn dawn il-prodotti nkunu qegħdin nagħmlu telf ta’ 25 %.”

(27)  Fin-notifika, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li wieħed mill-objettivi tal-pjan għar-ristrutturar huwa “ir-razzjonalizzazzjoni tal-produzzjoni, bl-abbandun ta’ ċerti segmenti bi prezz baxx li sar għandhom defiċit strutturali, sabiex nillimitaw it-telf relatat mal-akkwist tal-ishma fis-suq minn fabbrikanti ta’ pajjiżi rħas (free-standing microwaves, freezers u fridges żgħar)”. Fl-ittra tagħhom tal-15 ta’ Frar 2008 fejn ikkumentaw fuq l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw: “L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li … d-diversi miżuri li diġà ttieħdu l-ewwel nett għandhom l-għan li jwaqqfu t-telf (l-għeluq ta’ sit ta’ produzzjoni b’defiċit, Lesquin, u l-abbandun ta’ ċerti fabbrikazzjonijiet li ma jiġġenerawx qligħ, free-standing microwaves).” Dawn iż-żewġ siltiet jikkonfermaw ukoll il-konklużjonijiet preċedenti dwar l-għeluq tal-fabbrika ta’ Lesquin.

(28)  Dan il-fatt kien enfasizzat mill-awtoritajiet Franċiżi, b’mod partikolari fl-Anness 7 tan-notifika.

(29)  Ara pereżempju l-artiklu “Brandt: fin du contrat Miele confirmée. Après le retrait d’Électrolux, autre coup dur à Aizenay(Brandt:“it-tmiem tal-kuntratt Miele kkonfermat. Wara l-irtirar ta’ Électrolux, daqqa ta’ ħarta oħra f’Aizenay”) ippubblikat f’Ouest France tat-3 ta’ Marzu 2005.

(30)  U dan, inqas u inqas għax l-impriża għamlet qligħ tal-kapital mill-bejgħ ta’ EUR [0-1 miljun].

(31)  Kif indikat fit-taqsima 2.2 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, FagorBrandt beda jirristruttura ruħu mill-2004, meta dehru n-nuqqas ta’ kompetittività u l-ewwel diffikultajiet finanzjarji. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li dan il-bejgħ “huwa part mir-ristrutturar stess” bħal m’huwa meħtieġ mill-paragrafu 40 tal-linji gwida għar-ristrutturar.

(32)  L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-attività ta’ Brandt Components kienet tippermetti lill-impriża tibbenefika minn integrazzjoni qawwija fil-produzzjoni tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jinfetħu minn fuq, li hija storikament pożizzjoni b’saħħitha tal-grupp FagorBrandt. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din it-tip ta’ integrazzjoni hija b’mod partikolari mmirata għall-prodotti innovattivi jew li jeħtieġu għarfien speċifiku u hija pprattikata mill-atturi ewlenin tas-settur (pereżempju BSH jew Miele). Madankollu l-Kummissjoni tosserva li, minbarra l-affermazzjonijiet preċedenti, l-awtoritajiet Franċiżi m’għandhomx elementi li jippermettulha tistabbilixxi mingħajr dubju – u inqas biex tikkwantifika dan l-effett – li l-bejgħ ta’ Brandt Components ser inaqqas il-possibbiltà għal FagorBrandt li tiżviluppa magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ kompetittivi u għalhekk ser inaqqas il-preżenza ta’ FagorBrandt fis-suq tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ. Għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-bejgħ ta’ Brandt Components għandu effett reali fis-suq tal-apparat domestiku kbir.

(33)  Fis-suq Franċiż, Vedette hija marka li għandha l-post tagħha fuq l-ogħla punt tat-tieni livell u fit-tielet livell tas-suq tal-prodotti free-standing. Il-miżuri proposti għalhekk ma jnaqqsux il-preżenza ta’ FagorBrandt fis-suq tal-prodotti integrati. Madankollu l-maġġoranza l-kbira tal-gruppi li huma kompetituri ta’ FagorBrandt għall-prodotti integrati għandhom ukoll marki li huma kompetituri ta’ Vedette fis-suq tal-prodotti free-standing. Għalhekk jibbenefikaw mill-irtirar tal-prodotti Vedette deskritti hawn fuq.

(34)  Fl-2007, dawn kienu jirrappreżentaw [30-40]% tal-fatturat tal-marka Vedette u [4-6]% tal-bejgħ ta’ FagorBrandt ta’ apparat domestiku kbir fis-suq Franċiż.

(35)  L-iskop ta’ din il-miżura huwa l-irtirar tas-suq tal-prodotti Vedette kkonċernati. Għalhekk huwa ċar li l-effett tal-miżura jisparixxi jekk FagorBrandt jalloka liċenzja għall-produzzjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti taħt il-marka Vedette lil impriża oħra.

(36)  Id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura kienet tindika b’mod żbaljat li l-“isforz proprju tal-benefiċjarju” kien jammonta għal 4.6 % meta n-notifika kienet tindika b’mod ċar EUR 4,6 miljun.

(37)  Ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tal-15 ta’ Frar 2008.

(38)  Fid-Deċiżjoni tagħha 2006/747/KE, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li l-pjan għar-ristrutturar sottomess ma kienx jinkludi l-ħlas lura ta’ għajnuna inkompatibbli li rċeviet l-impriża jikkonferma l-konklużjoni li dan il-pjan ma jippermettix li terġa’ tiġi stabbilita il-vijabilità tal-impriża fuq żmien twil.

(39)  Is-self mill-bank kollu msemmi qabel ta’ [30-35] miljun f’dan il-każ ikun meqjus bħala kontribuzzjoni proprja.

(40)  Bħal ma kien indikat qabel, il-pjan għar-ristrutturar beda fl-2004 u l-maġġoranza tal-miżuri għar-ristrutturar diġà kienu implimentati.

(41)  Żball materjali: aqra “2007” minflok “2006”.


23.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/27


DECIZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ġunju 2009

dwar ix-xiri ta’ antiġeni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer

(2009/486/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u tammenda d-Direttiva 92/46/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċedura li tirregola l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu l-kampanja kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Dik id-Deċiżjoni tipprovdi li tista’ tingħata għajnuna Komunitarja biex tiġi stabbilita riserva Komunitarja ta’ vaċċini kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer u teħtieġ li jkun iddeterminat il-livell ta’ parteċipazzjoni Komunitarja u l-kundizzjonijiet ta’ din il-parteċipazzjoni.

(2)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 91/666/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1991 li tistabbilixxi r-riservi tal-Komunità fuq it-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer (3), ġew stabbiliti ħażniet ta’ antiġeni għall-formulazzjoni espressa tal-vaċċini kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(3)

Skont id-Direttiva 2003/85/KE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riservi Komunitarji tal-antiġeni inattivati kkonċentrati għall-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jinżammu fl-istabbilimenti tal-bank Komunitarju tal-antiġeni u l-vaċċini. Dawk ir-riservi jinżammu għal raġunijiet ta’ sigurtà f’siti nominati fl-istabbilimenti tal-manifattur.

(4)

L-għadd ta’ dożi u d-diversità tal-varjetajiet u s-sottotipi ta’ antiġeni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer maħżuna fil-bank Komunitarju tal-antiġeni u l-vaċċini għandhom jiġu deċiżi billi jitqiesu l-ħtiġijiet kif stmati fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ kontinġenza stipulati f’dik id-Direttiva u s-sitwazzjoni epidemjoloġika, fejn hu xieraq wara konsultazzjoni mal-Laboratorju Komunitarju tar-Referenzi għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(5)

Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’ċerti partijiet tad-dinja jitlob li ċerti ħażniet ta’ antiġeni jkunu ssuplimentati urġentement, minħabba r-riskji għas-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-Komunità u l-pajjiżi ġirien.

(6)

Meta jsiru d-deċiżjonijiet dwar ix-xiri ta’ kwantitajiet u sottotipi addizzjonali tal-antiġeni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, trid titqies il-kwantità eżistenti ta’ dawn l-antiġeni, tal-kompatibilità meħtieġa għall-kumbinazzjoni f’vaċċini polivalenti u tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li jkollu l-manifattur tal-antiġeni f’tal-inqas wieħed mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju fir-rigward tal-prodotti mediċinali veterinarji (4).

(7)

Għandu jitqies ukoll ir-rapport tal-Laboratorju ta’ Referenza Dinji tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) għall-Marda tal-Ilsien u Dwiefer, li huwa wkoll il-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer nominat b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/393/KE (5), dwar lista ta’ antiġeni prijoritarji li huma rrakkomandati għall-banek tal-antiġeni, li kienet sostnuta mill-Kumitat Tekniku (6) f’Ottubru 2008 u sas-77 Laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv f’Diċembru 2008 (7) tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kontroll tal-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer (EuFMD) fil-FAO.

(8)

Fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-proċeduri ta’ akkwist, għandu jitqies il-fatt li meta jkun fl-interess tal-Komunità, il-vaċċini jistgħu jkunu fornuti lil pajjiżi b’sitwazzjoni endemika b’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 83(3) tad-Direttiva 2003/85/KE. Għal din ir-raġuni l-antiġeni jridu jkunu mill-istess produttur sabiex ikunu kkombinati f’vaċċini polivalenti ta’ kompożizzjonijiet li jvarjaw rilevanti għas-sitwazzjoni fil-pajjiż fil-mira. Għalhekk hemm bżonn li tintuża l-proċedura ta’ negozju stipulata fil-punti (b) u (g)(i) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 126 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8),

(9)

B’konformità mal-Artikolu 80(4) tad-Direttiva 2003/85/KE, il-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u jinżammu r-riservi Komunitarji tal-antiġeni u l-vaċċini awtorizzati fil-bini tal-istabbilimenti tal-manifattura għandhom ikunu stipulati f’kuntratti konklużi bejn il-Kummissjoni u l-istabbilimenti tal-manifattura.

(10)

Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula li l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet u s-sottotipi ta’ antiġeni jew vaċċini awtorizzati maħżuna fil-bank Komunitarju tal-antiġeni u l-vaċċini għandha tiġi ttrattata bħala informazzjoni klassifikata. L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni rigward il-kwantitajiet u s-sottotipi tal-antiġeni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li jridu jinxtraw, għalhekk ma għandhomx jiġu ppubblikati.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Kummissjoni għandha tixtri l-antiġeni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer ikkonċentrati u inattivati sal-31 ta’ Diċembru 2009 fi kwantitajiet u sottotipi stabbiliti fl-Anness.

2.   Il-Kummissjoni għandha taċċerta sal-31 ta’ Diċembru 2009 li l-antiġeni msemmija fil-paragrafu 1 jitqassmu u jinħażnu fiż-żewġ siti nominati tal-istabbiliment tal-manifattur kif stabbiliti fl-Anness.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll il-formulazzjoni, it-tlestija, l-ibbottiljar, l-ittikkettjar u l-kunsinna ta’ vaċċini rikostitwiti minn dawk l-antiġeni.

4.   Il-miżuri stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-istabbiliment tal-manifattura tal-antiġeni rilevanti li huma diġà maħżuna fil-bank tal-antiġeni u l-vaċċini Komunitarju.

Artikolu 2

1.   Il-kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-miżuri stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 1 għandhom ikunu b’rata ta’ 100 % tal-ispejjeż imġarrba, u ma għandhomx jaqbżu l-EUR 4 706 950.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi kuntratt dwar ix-xiri tal-antiġeni msemmija fl-Artikolu 1(1) u l-kunsinna u l-ħażna tagħhom fl-antiġenu Komunitarju u l-bank tal-vaċċini, u kuntratt ieħor dwar il-miżuri marbuta mal-formulazzjoni, it-tlestija, l-ibbottiljar, l-ittikkettjar u l-kunsinna tal-vaċċini rikostitwiti minn dawn l-antiġeni.

3.   Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur huwa awtorizzat li jiffirma l-kuntratti stipulati fil-paragrafu 2 f’isem il-Kummissjoni.

Artikolu 3

B’konformità mal-Artikolu 80(3) tad-Direttiva 2003/85/KE l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni ma għandux jiġi ppubblikat.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 368, 31.12.1991, p. 21.

(4)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 838.

(5)  ĠU L 152, 7.6.2006, p. 31.

(6)  http://www.fao.org/ag/againfo/commissions/en/documents/reports/erice/APPENDIX_05.pdf

(7)  http://www.fao.org/ag/againfo/commissions/docs/excom77/App05.pdf

(8)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.