ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.100.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 100

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
18 ta' April 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2009 tas-17 ta’ April 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2009 tas-17 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 317/2009 tas-17 ta' April 2009 li jibdel l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2009 tas-17 ta' April 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1914/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer Eġej iżgħar

8

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2009/328/KE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2009/5)

10

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/329/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2009 dwar linji gwida għall-protezzjoni tad-dejta għas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2041)  ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 315/2009

tas-17 ta’ April 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

93,2

MA

80,1

TN

139,0

TR

108,7

ZZ

105,3

0707 00 05

JO

155,5

MA

55,7

TR

135,4

ZZ

115,5

0709 90 70

JO

220,7

MA

28,1

TR

104,8

ZZ

117,9

0805 10 20

EG

43,1

IL

58,1

MA

49,6

TN

64,9

TR

65,2

ZZ

56,2

0805 50 10

TR

57,2

ZA

73,4

ZZ

65,3

0808 10 80

AR

84,2

BR

75,3

CA

124,7

CL

80,2

CN

77,8

MK

22,6

NZ

111,3

US

129,3

UY

58,8

ZA

84,2

ZZ

84,8

0808 20 50

AR

74,6

CL

87,8

CN

64,3

ZA

96,7

ZZ

80,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 316/2009

tas-17 ta’ April 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 142(c) u (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 irrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (2) sabiex tkompli l-integrazzjoni progressiva ta’ aktar setturi fl-iskema ta’ pagament uniku u l-estensjoni tad-diżakkoppjament. B’konsegwenza, ċerti skemi ta’ għajnuna ma baqgħux jeżistu u għalhekk ir-regoli korrispondenti tal-implimentazzjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (3) ma għadhomx meħtieġa.

(2)

Fi Franza kontinentali u fl-Italja riċentament iddaħħlu tekniki ġodda tal-koltivazzjoni tar-ross li jeħtieġu ċertu tidwim fiż-żrigħ. Għalhekk huwa xieraq li tiġi posposta l-iskadenza għaż-żrigħ sabiex ir-ross fl-Italja u fi Franza jkun eleġibbli għall-pagament skont l-uċuħ speċifiċi.

(3)

Skont l-eks-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw skema ta’ pagament uniku wara perjodu tranżitorju li skada fil-31 ta’ Diċembru 2006 l-aktar tard. Bħala konsegwenza, ċerti pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella stipulati fil-Kapitolu 12 ta’ dak ir-Regolament, li l-Istati Membri kellhom permess jimplimentaw biss matul dan il-perjodu tranżitorju, ma għadhomx aktar applikabbli. Id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jsemmu dawk il-pagamenti għandhom għalhekk jitħassru.

(4)

Mill-2009, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (4), li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità [kundizzjonalità], modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll ġie emendat biex japplika direttament għall-iskema ta’ pagament uniku għall-medda. Id-dispożizzjonijiet li jorbtu mal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għall-iskema ta’ pagament uniku għall-medda għandhom għalhekk jitħassru mir-Regolament (KE) Nru 1973/2004.

(5)

Il-kofinanzjament tal-pagamenti diretti komplementari nazzjonali huwa relevanti biss għall-Bulgarija u r-Rumanija fl-2009. Għalhekk ir-regoli dwar il-kontroll u s-sanzjonijiet f’każ ta’ kofinanzjament għandhom jiġu aġġornati.

(6)

L-iskema għal art imwarrba tapplika biss fil-forma ta’ art imwarrba volontarjament f’dak li qabel kien l-Artikolu 107 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-bdiewa fl-Istati Membri li qed japplikaw il-pagament għall-medded għall-uċuħ skont l-Artikolu 66 ta’ dak ir-Regolament. F’ġieħ is-simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni tal-hekk imsejħa skema “prodotti mhux tal-ikel fuq art imwarrba” stabbilita fil-Kapitolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004, huwa xieraq li tiġi eskluża minn din l-iskema art agrikola użata għall-koltivazzjoni ta’ prodotti eleġibbli għall-pagament skont il-meded tal-uċuħ.

(7)

L-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 jistipula li l-medja ta' produzzjoni tal-ħalib li għandha tintuża biex jiġi stabbilit l-għadd eleġibbli ta' baqar li jreddgħu b'applikazzjoni tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-medja tal-produzzjonijiet stabbilita fl-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004. Dak l-Anness jiffissa l-medja ta' produzzjoni tal-ħalib għal Spanja għal 4 650 kilogramma. Spanja talbet l-aġġornar ta' dik il-medja ta' produzzjoni tal-ħalib. Fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-settur tal-ħalib fi Spanja, li esperjenza tkabbir kontinwu fil-produzzjonijiet tal-merħla tal-ħalib b'riżultat ta' proċess ta' ristrutturazzjoni li affettwa kemm l-għadd kif ukoll id-daqs tal-impriżi, huwa xieraq li dak l-Anness jiġi aġġornat.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)1439 tad-29 ta’ April 2004 ġiet emendata biex tistabbilixxi l-medda agrikola taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont il-medda fir-Repubblika Slovakka mill-2009 għal 1 880 elf etteru. Dak l-ammont għandu jiġi rifless fl-Anness XXI tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, jitħassar il-punt “(h)”;

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi ta’ paragrafu 1, jitħassru r-referenzi għall-Artikolu 1(h);

(b)

fl-ewwel sottoparagrafu ta’ paragrafu 2, titħassar r-referenza għall-Artikolu 1(h);

(3)

Fl-Artikolu 4, titħassar ir-referenza għall-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(4)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Dati għaż-żrigħ

Biex wieħed ikun eleġibbli għall-pagament tal-wiċċ speċifiku għar-ross, il-medda ddikjarata għandha tinżera’ sa mhux aktar tard minn:

(a)

it-30 ta’ Ġunju li jiġi qabel il-ħsad inkwistjoni, għal Spanja, Franza, l-Italja u l-Portugall;

(b)

il-31 ta’ Mejju għal Stati Membri produtturi l-oħra msemmija fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

(5)

Kapitolu 9 “Għajnuna reġjonali speċifika għall-uċuħ” jitħassar;

(6)

Fil-Kapitolu 13, it-Taqsima 2 “primjum għad-destaġunalizzazzjoni” (l-Artikoli 96, 97 u 98), l-Artikolu 117, is-Sottotaqsima 2 “Skema ta” pagament għall-estensifikazzjoni’ tat-Taqsima 4 (l-Artikoli 118 sa 119), it-Taqsima 6 “Pagamenti Addizzjonali” (l-Artikolu 125) u l-Artikolu 133 jitħassru;

(7)

L-Artikolu 126 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-tielet sottoparagrafu jitħassar;

(ii)

ir-raba’ sottoparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Il-ħlas minn quddiem ma jistax jitħallas qabel is-16 ta’ Ottubru tas-sena tal-kalendarju li fiha tkun saret applikazzjoni għall-premjum.;”

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-ħlas definittiv tal-premjum għandu jkun l-istess ammont tad-differenza bejn il-pagament tal-avvanz u l-ammont tal-premjum li għalih ikun intitolat il-bidwi.;”

(8)

Fl-Artikolu 127(1), l-ewwel sottoparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għandha tikkostitwixxi l-okkażjoni operattiva sabiex tiġi stabbilita s-sena li għaliha l-bhejjem koperti bil-premjum speċjali u l-iskemi tal-premjum għall-baqar li jreddgħu jiġu allokati u l-għadd ta’ UBijiet li għandhom jintużaw għall-kalkolazzjoni tad-densità tal-bhejjem.;”

(9)

L-Artikolu 130 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 130

Determinar tal-kwoti individwali għall-ħalib

Sa tmien is-seba’ perjodu stipulat fl-Artikolu 66 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*), permezz ta’ deroga mill-Artikolu 102(1)(a) ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jista’ jiddeciedi li fil-każ ta’ bdiewa tal-ħalib li jitilqu jew jakkwistaw kwantitajiet individwali ta’ referenza, sħaħ jew f’parti, b’effett mill-31 ta’ Marzu jew l-1 ta’ April rispettivament, skont l-Artikolu 65(i) u (k) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew skont dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 73,74 u 75 ta’ dak ir-Regolament, il-kwantità individwali ta’ referenza massima ta’ ħalib disponibbli biex jikkwalifika għall-premjum tal-baqar li jreddgħu u l-għadd massimu ta’ baqar li jreddgħu għandhom jiġu stabbiliti fl-1 ta’ April.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”;"

(10)

Fl-Artikolu 131, jitħassar il-paragrafu 6;

(11)

Fil-Kapitolu 14, jitħassru l-Artikoli 136, 137 u 138;

(12)

Fl-Artikolu 140, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-2009, ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika għall-pagamenti diretti komplementari nazzjonali kkofinanzjati fil-Bulgarija u r-Rumanija skont it-Taqsima I punt E tal-Anness VIII għall-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.”;

(13)

Fl-Artikolu 143, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Art imwarrba fil-kuntest tal-Artikolu 107 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tista’ tintuża skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 107(3) tiegħu, għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifuttura fil-Komunità ta’ prodotti li mhumiex primarjament intenzjonati għall-konsum mill-bniedem jew mill-bhejjem, skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-Kapitolu”.;

(14)

Fl-Artikolu 145(1), l-ewwel sottoparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kwalunkwe materja prima agrikola, minbarra l-uċuħ elenkati fl-Anness IX għar-Regolament Nru 1782/2003, jistgħu jitkabbru fuq medded imserrħa skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 107(3) ta’ dak ir-Regolament.”;

(15)

Fl-Artikolu 146 (1)(a), il-kliem tal-introduzzjoni huma sostitwiti b’dan li ġej:

“jużaw materja prima agrikola definita, minbarra l-uċuħ elenkati fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, sakemm il-miżuri ta’ kontroll kollha xierqa jiġu sodisfatti:”;

(16)

Fl-Artikolu 147, jitħassar il-paragrafu 5;

(17)

L-Artikolu 149 jitħassar;

(18)

Fl-Artikolu 158, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Perċentwali tas-sigurtà għandha tiġi rrilaxxata għal kull materja prima bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti tal-kollettur jew l-ewwel proċessur konċernati jkollhom prova li l-kwantità tal-materja prima involuta kienet ipproċessata skont l-użi msemmija fl-Artikolu 147(2)(f), billi jitqiesu, fejn meħtieġ, kwalunkwe tibdiliet skont l-Artikolu 152.”;

(19)

Fl-Artikolu 159, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-obbligu biex il-materja prima tiġi pproċessata prinċipalment fil-prodotti finali speċifikati fil-kuntratt u li l-materja prima għandha tiġi pproċessata sal-31 ta’ Lulju tat-tieni sena wara dik tal-ħsab għandu jikkostitwixxi r-rekwiżiti primarji fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.”;

(20)

Fl-Anness XVI, il-figura għal Spanja hija sostitwita b’ “6 500”;

(21)

Fl-Anness XVIII, punti 2 “Primjum għad-destaġunalizzazzjoni”, 4 “Pagament għall-estensifikazzjoni” u 5 “Premjum eżentat mill-fattur tad-densità” jitħassru;

(22)

Fl-Anness XXI, il-figura msemmija għall-medda agrikola taħt l-iskema ta’ pagament uniku għal medda għas-Slovakkja hija sostitwita b’ “1 880”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna b’rabta mas-sena li tibda fl-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.


18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 317/2009

tas-17 ta' April 2009

li jibdel l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konsegwenza tal-falliment min-naħa tal-Istati Uniti biex iġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet tad-WTO, ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta' 15 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika mill-1 ta’ Mejju 2005. Bi qbil mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tissospendi l-applikazzjoni ta’ konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni kull sena għandha tirranġa l-livell ta’ sospensjoni għal-livell ta' tixjin jew ħsara kkawżat mis-CDSOA lill-Komunità f’dak il-waqt.

(2)

Il-ħlasijiet tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm dejta disponibbli għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni ta' dazji kontra d-dumping u ta' kontrobilanċ miġbura matul is-Sena Fiskali 2008 (mill-1 ta' Ottubru 2007 sat-30 ta' Settembru 2008). Abbażi tad-dejta ppubblikata mid-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta' tixjin jew ħsara kkawżat lill-Komunità huwa kkalkulat li jammonta għal USD 16,31 miljun.

(3)

Billi l-livell ta’ tixjin jew ta’ ħsara u għaldaqstant dak ta’ sospensjoni naqas, il-prodotti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 673/2005 li kienu miżjuda fl-2006 u l-2007 mal-lista fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandhom jitneħħew l-ewwel mil-lista fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Erba' prodotti tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandhom imbagħad jitneħħew mill-Anness I għal dak ir-Regolament b'segwiment tal-ordni ta' dik il-lista.

(4)

L-effett ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ 15 % ad valorem fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I emendat jirrappreżenta, fuq tul ta' sena, valur ta’ kummerċ li ma jisboqx is-USD 16,31 miljun.

(5)

Biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda dewmien fl-iżdoganar ta' merkanzija mneħħija mill-ambitu ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ 15 % ad valorem, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(6)

Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tar-ritaljazzjoni kummerċjali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma identifikati permezz tal-kodiċi NM tagħhom bi tmien numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċi tista' tinstab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (2).

4820 10 50

6204 63 11

6204 69 18

6204 63 90

6104 63 00

6203 43 11

6103 43 00

6204 63 18

6203 43 19

6204 69 90

6203 43 90

0710 40 00

9003 19 30

8705 10 00


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1.”


18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 318/2009

tas-17 ta' April 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1914/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer Eġej iżgħar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 tat-18 ta’ Settembru 2006 li jistipula miżuri speċifiċi fil-qasam tal-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Baħar Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-applikazzjoni tal-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1914/2006 (2), jeħtieġ li jkunu ppreċiżati l-proċeduri tal-emendar tal-programm provduti f'dak l-Artikolu. Jeħtieġ li tinġieb ’il quddiem l-aħħar data għat-tressiq tat-talbiet annwali għall-emendar tal-programm biex ikun evitat li deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni jiġu adottati tard. Minħabba r-regoli baġitarji, l-emendi approvati għandhom ikunu implimentati mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara dik li fiha tkun tressqet it-talba għall-emendar. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkunu ppreċiżati aktar ċerti regoli dwar l-emendi minuri li ma jeħtiġilhomx ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni għajr għal finijiet ta’ informazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1914/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1914/2006 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 34

Emendar tal-programm

1.   L-emendi għall-programm approvat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandhom jitressqu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u jkunu motivati kif xieraq, partikolarment billi jippreċiżaw:

a)

ir-raġunijiet u kwalunkwe diffikultà ta' implimentazzjoni li jiġġustifikaw emenda tal-programm;

b)

l-effetti mistennija tal-emenda;

ċ)

il-konsegwenzi fuq il-finanzjament u l-kontroll tal-impenji.

Għajr fil-każ ta’ force majeure jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Greċja għandha tressaq talbiet għall-emendar darba biss għal kull sena kalendarja u għal kull programm. Dawn it-talbiet għall-emendar jeħtiġilhom jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena.

Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni, il-Greċja għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara dik li fiha tkun tressqet it-talba għall-emendar.

Huwa possibbli li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ aktar kmieni, jekk il-Kummissjoni tinforma lill-Greċja bil-miktub, qabel id-data ppreċiżata fit-tielet suparagrafu, li l-emenda notifikata tikkonforma mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Jekk l-emenda notifikata ma tikkonformax mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Greċja b’dan u l-emenda ma tidħolx fis-seħħ sa meta l-Kummissjoni tirċievi emenda li tista’ tiġi ddikjarata konformi.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għall-emendi li ġejjin, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti tal-Greċja u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom sa mhux aktar minn erba′ xhur mit-tressiq tagħhom, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006:

a)

l-introduzzjoni ta’ miżuri, azzjonijiet, prodotti jew skemi ta’ għajnuna ġodda fil-programm, u

b)

iż-żieda tal-livell bażiku ta' appoġġ diġà approvat għal kull miżura, azzjonijiet, prodotti jew skemi ta’ għajnuna eżistenti b’aktar minn 50 % tal-ammont applikabbli fiż-żmien meta titressaq t-talba għall-emenda.

L-emendi hekk approvati japplikaw mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara dik li fiha jkunu ġew notifikati.

3.   Il-Greċja għandha tkun awtorizzata tagħmel l-emendi li ġejjin mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fil-paragrafu 1, dejjem sakemm l-emendi jkunu notifikati lill-Kummissjoni:

a)

f’dak li jirrigwarda l-bilanċi tal-provvista mbassrin, l-emendar tal-kwantitajiet tal-prodotti eliġibbli għas-sistema tal-provvista u, konsegwentement, l-ammont globali tal-għajnuna allokata favur kull firxa ta’ prodotti,

b)

fir-rigward tal-għajnuna għall-produzzjoni lokali, l-emendar, sa limitu ta’ 20 %, tal-allokazzjoni finanzjarja maħsuba għal kull miżura: u

ċ)

l-emendi li jsegwu emendi għall-kodiċijiet u d-deżinjazzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (*) u li jservu biex jidentifikaw il-prodotti li jibbenefikaw minn għajnuna, dejjem sakemm dawn l-emendi ma jinvolvux bidla tal-prodotti nfushom.

L-emendi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel id-data li fiha jaslu għand il-Kummissjoni. Jeħtieġ li jkunu spjegati u ġustifikati kif suppost, u ma jistgħux ikunu implimentati ħlief darba kull sena, għajr fil-każijiet li ġejjin:

a)

force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali,

b)

emendi tal-kwantitajiet ta’ prodotti eliġibbli għall-iskema ta’ provvista,

c)

emenda tan-nomenklatura statistika u l-kodiċijiet tat-tariffa doganali komuni f’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87,

d)

trasferimenti baġitarji fi ħdan il-miżuri ta’ appoġġ għall-produzzjoni. Dawn l-aħħar emendi, madankollu, jeħtiġilhom ikunu notifikati sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April tas-sena kalendarja li għaliha tirreferi l-allokazzjoni finanzjarja emendata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 64.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/10


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Marzu 2009

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2009/5)

(2009/328/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa “l quddiem imsejjaħ l-Istatut”) u partikolarment l-Artikolu 10.2 u l-Artikolu 12.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Mal-adozzjoni tal-ewro mis-Slovakja n-numru tal-membri tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qabeż il-21. L-Artikolu 10.2 tal-Istatut tal-SEBĊ jipprovdi li mid-data li fiha n-numru tal-membri tal-Kunsill Governattiv jaqbeż il-21, kull membru tal-Bord Eżekuttiv għandu jkollu vot wieħed u n-numru ta’ gvernaturi bid-dritt tal-vot għandu jkun ta’ 15. Jispeċifika wkoll ir-regoli dwar ir-rotazzjoni tad-drittijiet tal-vot. Skont is-sitt subinċiż tal-Artikolu 10.2 il-Kunsill Governattiv, li jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, jista’ jiddeċiedi li jipposponi l-bidu tas-sistema ta’ rotazzjoni sad-data li fiha n-numru tal-gvernaturi jaqbeż it-18. F’Diċembru 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jipposponi l-bidu tas-sistema ta’ rotazzjoni sa dik d-data (1).

(2)

Skont is-sitt subinċiż tal-Artikolu 10.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv, waqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha tiegħu, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ rotazzjoni. Dawn il-miżuri jkopru: (i) ir-rata ta’ rotazzjoni: in-numru ta’ gvernaturi li jitilfu jew jiksbu drittijiet tal-vot fl-istess ħin; (ii) il-perijodu ta’ rotazzjoni: it-tul tal-perijodu li matulu l-kompożizzjoni tal-gvernaturi li jivvutaw ma tinbidilx; (iii) f’liema ordni jitqiegħdu l-gvernaturi ġewwa l-gruppi tagħhom; u (iv) it-transizzjoni minn sistema ta’ grupp ta’ tnejn għal sistema ta’ grupp ta’ tlieta. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jieħu dawn il-miżuri, li għalihom jeħtieġ issir emenda fid-Deċiżjoni tal-BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċdura tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), biex jiġu applikati mid-data meta n-numru tal-gvernaturi jaqbeż it-18.

(3)

L-implimentazzjoni tas-sistema ta’ rotazzjoni tirrispetta l-prinċipji tat-trattament ugwali tal-gvernaturi, it-trasparenza u s-sempliċità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emendi għar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew

Id-Deċiżjoni BĊE/2004/2 hi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3a li ġej hu mdaħħal:

“L-Artikolu 3a

Sistema ta’ rotazzjoni

1.   Il-gvernaturi għandhom jiġu allokati fi gruppi kif jidher fl-ewwel u fit-tieni subinċiżi tal-Artikolu 10.2 tal-Istatut.

2.   Il-Gvernaturi għandhom jiġu ordnati f’kull grupp, skont il-konvenzjoni UE, skont lista tal-banek ċentrali tagħhom li ssegwi l-ordni alfabetiku tal-ismijiet tal-Istati Membri bil-lingwi nazzjonali. Ir-rotazzjoni tad-drittijiet tal-vot ġewwa kull grupp għandha ssegwi din l-ordni. Ir-rotazzjoni għandha tibda f’punt każwali fil-lista.

3.   Id-drittijiet tal-vot ġewwa kull grupp għandhom iduru kull xahar, u jibdew fl-ewwel jum tal-ewwel xahar tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ rotazzjoni.

4.   Għall-ewwel grupp, in-numru ta’ drittijiet tal-vot li jduru f’kull perijodu ta’ xahar għandu jkun wieħed; għat-tieni u t-tielet grupp, in-numru ta’ drittijiet tal-vot li jduru f’kull perijodu ta’ xahar għandu jkun daqs id-differenza bejn in-numru tal-gvernaturi allokati lill-grupp u n-numru ta’ drittijiet tal-vot li jingħatawlu, tneħħi tnejn.

5.   Kull meta l-kompożizzjoni tal-gruppi tiġi aġġustata skont il-ħames subinċiż tal-Artikolu 10.2 tal-Istatut, ir-rotazzjoni tad-drittijiet tal-vot ġewwa kull grupp għandha tkompli ssegwi l-lista msemmija fil-paragrafu 2. Mid-data meta n-numru tal-gvernaturi jilħaq 22, ir-rotazzjoni ġewwa t-tielet grupp għandha tibda f’punt każwali fil-lista. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jibdel l-ordni ta’ rotazzjoni għat-tieni u t-tielet grupp biex jevita s-sitwazzjoni li ċerti gvernaturi jkunu dejjem mingħajr dritt tal-vot fl-istess perijodi tas-sena.

6.   Il-BĊE għandu jippubblika bil-quddiem lista tal-membri tal-Kunsill Governattiv bi dritt tal-vot fil-website tal-BĊE.

7.   Is-sehem tal-Istat Membru ta’ kull bank ċentrali nazzjonali fil-karta tal-bilanċ aggregata totali tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-medja annwali tad-dejta medja ta’ kull xahar matul is-sena kalendarja l-iktar reċenti li għaliha hemm dejta disponibbli. Kull meta l-prodott domestiku gross aggregat bil-prezzijiet tas-suq jiġi aġġustat skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut jew kull meta pajjiż isir Stat Membru u l-bank ċentrali nazzjonali tiegħu jsir parti mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-karta tal-bilanċ aggregata totali tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji tal-Istati Membri li adottaw l-ewro għandha terġa’ tiġi kkalkolata abbażi tad-dejta li tirrigwarda l-iktar sena kalendarja reċenti li għaliha hemm dejta disponibbli.”

(2)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 4.1 hi ssostitwita b’dan li ġej:

“Biex il-Kunsill Governattiv jivvota, għandu jkun hemm kworum ta’ żewġ terzi tal-membri bi dritt tal-vot”

(3)

Is-sentenza li ġejja tiżdied mal-Artikolu 4.7:

“Id-Deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu bil-proċedura bil-miktub għandhom jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill Governattiv bid-dritt tal-vot meta tingħata l-approvazzjoni.”

(4)

Ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 5.1 hi ssostitwita b’dan li ġej:

“Punt għandu jitneħħa mill-aġenda fuq it-talba ta’ mill-anqas tlieta mill-membri tal-Kunsill Governattiv bi dritt tal-vot jekk id-dokumenti relatati ma jkunux ġew ippreżentati lill-membri tal-Kunsill Governattiv fil-ħin.”

(5)

L-Artikolu 5.2 hu ssostitwit b’dan li ġej:

“Il-minuti tal-proċedimenti tal-Kunsill Governattiv għandhom jiġu approvati fil-laqgħa ta’ wara (jew jekk ikun meħtieġ iktar kmieni bi proċedura bil-miktub) mill-membri tal-Kunsill Governattiv li kellhom dritt tal-vot fil-laqgħa li għaliha jirreferu l-minuti, u għandhom jiġu ffirmati mill-President.”

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta n-numru tal-gvernaturi fil-Kunsill Governattiv tal-BĊE jaqbeż it-18.

Magħmula fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Marzu 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Id-Deċiżjoni tal-BĊE/2008/29 tat-18 ta’ Diċembru 2008 biex tipposponi l-bidu tas-sistema ta’ rotazzjoni fil-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 3, 7.1.2009, p. 4).

(2)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kummissjoni

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/12


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Marzu 2009

dwar linji gwida għall-protezzjoni tad-dejta għas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2041)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/329/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 211 tiegħu,

Wara li kkonsultat lis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi ta’ eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet publiċi, negozji u ċittadini (IDABC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, tipprovdi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni, sabiex ikun possibbli l-skambju effiċjenti, effikaċi u sigur tal-informazzjoni fost l-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha xierqa, kif ukoll fost tali amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet Komunitarju jew entitajiet oħra kif xieraq.

(2)

Fis-17 ta’ Marzu 2006, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat Konsultattiv tas-Suq Intern (2) approvaw il-Pjan Globali ta’ Implimentazzjoni għas-Sistema tal-Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), hawn taħt imsejħa: “IMI”, u l-iżvilupp tagħha mmirat lejn it-titjib tal-komunikazzjoni fost l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri.

(3)

Barra din l-approvazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet dwar il-finanzjament u t-twaqqif tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern bħala proġett ta’ interess komuni permezz tad-Deċiżjonijiet C(2006) 3606 tal-14 ta’ Awissu 2006, C(2007) 3514 tal-25 ta’ Lulju 2007 u C(2008) 1881 tal-14 ta’ Mejju 2008.

(4)

L-għan tal-IMI huwa li tappoġġa atti leġiżlattivi Komunitarji rilevanti li jeħtieġu l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, inkluż id-Direttiva 2005/36 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (3) u d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (4).

(5)

L-iskambju tal-informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jikkonforma mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (5) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (6).

(6)

Id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta huwa rikonoxxut mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 8 tagħha; sistemi tal-informazzjoni bħall-IMI għandhom jiżguraw li r-responsabbiltajiet u l-obbligi differenti kondiviżi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta u li l-individwi soġġetti tad-dejta jingħataw mekkaniżmi sempliċi u faċilment disponibbli biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2008/49/KE) tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif tas-Suq Intern (IMI) fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali (7) stipulat il-funzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi tal-atturi tal-IMI u l-utenti tal-IMI. Din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni kkunsidrat l-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (8).

(8)

Barra l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, is-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta (EDPS) adotta opinjoni (9) fejn appella għall-adozzjoni ta’ strument legali, preferibbilment fil-forma ta’ Regolament tal-Kunsill u l-Parlament fid-dawl li l-IMI hija mistennija li gradwalment twessa’ l-ambitu tagħha għal oqsma addizzjonali ta’ leġiżlazzjoni tas-suq intern b’aktar kumplessità u għadd eskalenti ta’ awtoritajiet parteċipanti u skambji tad-dejta. F’bosta laqgħat u fi skambju ta’ ittri bejn l-EDPS u s-servizzi tal-Kummissjoni (10), intlaħaq qbil li jinżamm approċċ gradwali li jibda bl-adozzjoni ta’ linji gwida tal-protezzjoni tad-dejta, li għandu jitfassal b’konsultazzjoni mill-qrib mal-EDPS.

(9)

Dawn il-linji gwida jikkomplementaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE u jikkunsidraw kemm ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Artikolu 29 kif ukoll l-EDPS.

BIL-PREŻENTI TIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM:

(1)

Jieħdu passi biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-linji gwida li jinsab fl-Anness fost l-atturi u l-utenti tal-IMI.

(2)

Iħeġġu l-koordinaturi nazzjonali tal-IMI biex jagħmlu kuntatti mal-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Protezzjoni tad-Dejta tagħhom għall-gwida u l-assistenza dwar l-aħjar mod tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida skont il-liġi nazzjonali.

(3)

Jagħtu r-reazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida li jinsabu fl-Anness, sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-adozzjoni ta’ dawn ir-Rakkomandazzjonijiet u bl-assistenza tal-koordinaturi nazzjonali tal-IMI. Din ir-reazzjoni għandha tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni Ewropea f’rapport li ser jitfassal mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni li fih tivvaluta s-sitwazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta fl-IMI kif ukoll tal-kontenut u l-ħtieġa f’waqtha ta’ kwalunkwe miżuri futuri inkluż l-possibbiltà tal-adozzjoni ta’ strument legali.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 144, 30.4.2004, p. 62.

(2)  Maħluq bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/72/KEE (ĠU L 26, 3.2.1993, p. 18).

(3)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(4)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(5)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(7)  ĠU L 13, 16.1.2008, p. 18.

(8)  L-Opinjoni 01911/07/EN, WP 140.

(9)  L-Opinjoni tas-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data tat-22 ta’ Frar 2008, dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif [(Informazzjoni)] tas-Suq Intern (IMI) fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 1).

(10)  http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/site/mySite/pid/87


ANNESS

LINJI GWIDA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLI TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA FL-IMI

1.   IMI - GĦODDA GĦALL-KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

L-IMI hija programm softwer aċċessibbli permezz tal-Internet imfassal mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni mal-Istati Membri. L-għan ewlieni tagħha huwa li jassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tipprovdi għal assistenza reċiproka u kooperazzjoni amministrattiva. L-IMI mhix bażi dejta mmirata lejn il-ħżin tal-informazzjoni għall-perjodi twal imma pjuttost mekkaniżmu ċentralizzat li jippermetti l-amministrazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri taż-ŻEE biex jiskambjaw l-informazzjoni, għall-perjodi limitati għaż-żamma tad-dejta

Il-paġna biex tilloggja fl-IMI

Image

Attwalment l-IMI tappoġġa l-iskambji tal-informazzjoni taħt id-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali u ser tappoġġa wkoll skambji tal-informazzjoni taħt id-Direttiva tas-Servizzi minn tmiem l-2009. Fil-futur tista' tappoġġa l-iskambji tal-informazzjoni f'oqsma leġiżlattivi addizzjonali tas-Suq Intern. F'kull waqt wieħed ikun jista' jsib lista aġġornata ta' dawn l-oqsma leġiżlattivi fl-anness tad-Deċiżjoni 2008/49/KE. Dan l-anness ser jiġi emendat minn żmien għal żmien. L-IMI ma tistax tintuża għal skambji tal-informazzjoni f'oqsma leġiżlattivi mhux elenkati speċifikamenti f'dan l-anness.

Xempju-iskrins tal-applikazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti li jittrattaw ma' kwalifiki professjonali

Image

Il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet hija vitali sabiex is-Suq Intern jaħdem tajjeb. Iċ-ċittadini Ewropej ma jistgħux jibbenefikaw minn drittijiet bażiċi tas-suq intern bħal libertà tal-istabbilment fi Stat Membru ieħor jew il-libertà tal-forniment transkonfinali tas-servizzi mingħajr ma jkun hemm arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni amministrattiva.

Xi eżempji

Tabiba Ġermaniża residenta f'Berlin tiżżewweġ Franċiż u tiddeċiedi li tibda ħajja ġdida ġewwa Pariġi. It-tabiba Ġermaniża tkun trid teżerċita l-professjoni tagħha fi Franza u għalhekk tippreżenta t-titli u d-diplomi lill-Ordni tat-Tobba ġewwa Franza. Il-persuna li tittratta mal-fajl ikollha dubji dwar l-awtentiċità ta' waħda mid-diplomi u tuża l-IMI biex tiċċekkja mal-awtorità kompetenti f'Berlin.

Kumpanija Franċiża tat-tindif industrijali li topera fi Franza tipprovdi wkoll servizzi transkonfinali tat-tindif fir-reġjun Katalan (fi Spanja). NGO Spanjola tressaq ilment quddiem id-dipartiment ambjentali Katalan fejn tallega li l-kumpanija Franċiża ma għandhiex il-persunal speċjalizzat meħtieġ biex tuża ċerti sustanzi tat-tindif. L-awtorità kompetenti Katalana tuża l-IMI biex issib jekk il-kumpanija tat-tindif hix qed topera illegalment fi Franza.

Il-kooperazzjoni amministrattiva fl-UE mhux kompitu ħafif. Hemm l-ostakli tal-lingwa (l-UE għandha 23 lingwa uffiċjali), in-nuqqas ta' proċeduri għall-kooperazzjoni transkonfinali, strutturi u kulturi amministrattivi differenti u nuqqas ta' sieħba identifikati b'mod ċar fl-Istati Membri l-oħra.

Minkejja li huwa l-kompitu tal-Istati Membri li jiżgura li l-liġijiet tas-Suq Intern jiffunzjona b'mod effettiv fit-territorji tagħhom, il-Kummissjoni temmen li l-Istati Membri jeħtieġu l-għodda biex jaħdmu flimkien. L-IMI ġiet iddisinjata b'dan il-ħsieb: li tidentifika l-awtorità kompetenti proprja fi Stat Membru ieħor (funzjoni ta' tfittxija), li timmaniġġja l-iskambji tal-informazzjoni fuq bażi ta' proċeduri sempliċi u integrati u biex jitneħħew l-ostakli tal-lingwa b'bażi ta' ġabriet ta' mistoqsijiet definiti u tradotti minn qabel.

Skrins li juru mistoqsijiet fil-lingwi ta' żewġ awtoritajiet kompetenti involuti fi skambju tal-informazzjoni

Image Image

2.   L-AMBITU U L-GĦAN TA' DAWN IL-LINJI GWIDA

L-utenti tal-IMI huma esperti fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom, kemm fejn jidħlu r-regoli li jirregolaw professjoni jew inkella fejn jidħlu r-regolamenti fis-seħħ għall-forniment tas-servizzi. Madankollu, mhumiex esperti tal-protezzjoni tad-dejta u mhux bilfors dejjem ikunu konxji biżżejjed mir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom stess tal-protezzjoni tad-dejta.

Għalhekk huwa rakkomandabbli li l-utenti tal-IMI jitfornew b'linji gwida li fihom jitfisser it-tħaddim tal-IMI mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta kif ukoll tas-salvagwardji mibnija fis-sistema u r-riskji possibbli marbuta mal-użu tagħha (1).

Dawn il-linji gwida ma humiex maħsuba li jkunu xi analiżi komprensiva tal-kwistjonijiet kollha tal-protezzjoni tad-dejta b'rabta mal-IMI, imma bħala spjegazzjoni faċli biex tintuża, qafas ta' konformità li l-utenti kollha tal-IMI jistgħu jifhmu. Fejn ikun meħtieġ, l-utenti tal-IMI dejjem ikunu jistgħu jiksbu aktar gwida u assistenza mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri. Lista ta' dawn l-awtoritajiet bid-dettalji tal-kuntatt u s-sit web jinstabu hawnhekk:

http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/nationalcomm/index_en.htm

3.   AMBJENT FAVOREVOLI GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA

L-IMI ġiet żviluppata skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta u hija favorevoli għall-protezzjoni tad-dejta sa minn meta nħasbet għall-ewwel darba.

L-utenti tal-IMI jistgħu jiġu żgurati li l-IMI hija programm softwer affidabbli mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta u xi eżempji sempliċi jistgħu faċilment jillustraw dan il-punt:

a)

l-IMI tintuża biss mill-awtoritajiet kompetenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Istati Membri tal-UE flimkien man-Norveġja, l-Iżlanda u l-Lichtenstein) u ma jkun hemm l-ebda trasferimenti ta' dejta personali barra ż-ŻEE;

b)

il-Kummissjoni Ewropea u l-koordinaturi tal-IMI (2) ma għandhom l-ebda aċċess għad-dejta personali ta' professjonisti jew fornituri tas-servizzi skambjati fis-sistema;

ċ)

l-awtoritajiet kompetenti biss involuti f'talba għall-informazzjoni jitħallew jaraw id-dejta personali tal-fornitur tas-servizz (3). Fil-fatt, il-protezzjoni twassal biex tipprojbixxi li d-destinatarju ta' talba jara l-informazzjoni personali dwar fornitur tas-servizzi sakemm id-destinatarju jkun aċċettaha formalment;

Xempju ta' skrin b'talba qabel l-aċċettazzjoni mid-destinatarju

Image

d)

id-dejta personali kollha relatata mat-talbiet titħassar awtomatikament mis-sistema fi żmien sitt xhur wara l-għeluq ta' talba, jew saħansitra qabel, fejn jintalab hekk mill-awtorità kompetenti involuta (għal aktar dettalji, ara l-kapitolu 12 dwar il-perjodu taż-żamma).

4.   MIN HU MIN FIL-IMI? IL-KWISTJONI TA' KONTROLL KONĠUNT

L-IMI hija eżempju ċar ta' operazzjonijiet ta' pproċessar konġunti u kontroll konġunt. Pereżempju, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti biss fl-Istati Membri jiskambjaw id-dejta personali, il-ħżin ta' din id-dejta fuq is-servers tal-Kummissjoni huwa fir-responsabbiltà tagħha. Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea mhix permessa tara din id-dejta personali, hija l-operatur tas-sistema li fiżikament tipproċessa t-tħassir u r-rettifika tad-dejta.

Fi kliem ieħor u b'riżultat tal-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet differenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri:

a)

kull awtorità kompetenti u kull koordinatur tal-IMI huwa kontrollur fir-rigward tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta tiegħu stess,

b)

il-Kummissjoni mhix utent, iżda l-operatur tas-sistema, u hija responsabbli, primarjament, għaż-żamma u s-sigurtà tas-sistema (4);

ċ)

l-atturi tal-IMI jaqsmu r-responsabbiltà fir-rigward tal-forniment tan-notifiki u d-drittijiet tal-aċċess, l-oġġezzjoni u r-rettifika.

F'xenarji kumplessi ta' kontroll konġunt bħall-IMI, jidher li mill-perspettiva ta' konformità l-aktar li huwa effiċjenti jkun li l-protezzjoni tad-dejta tinfirex fis-sistema sa mill-bidu (ara t-taqsima: “Xogħol li qed isir” fil-kapitolu 13: “Kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta u l-EDPS”) u li jiġi ddefinit qafas ta' konformità kif provdut f'dawn il-linji gwida. Il-konformità mal-qafas hija fir-responsabbiltà tal-atturi u l-utenti kollha tal-IMI.

5.   L-ATTURI U L-UTENTI TAL-IMI

L-atturi kollha li jużaw l-IMI jiġu vvalidati mill-koordinaturi tal-IMI. L-atturi u l-utenti kif ukoll il-funzjonijiet id-drittijiet u l-obbligi tagħhom huma deskritti fid-dettall fl-Artikoli 6 sa 12 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE. Għalhekk ma hemmx għalfejn li dawn il-linji gwida jirrepetuhom.

Huwa importanti li jinftiehem li l-IMI hija sistema flessibbli ħafna fejn l-Istati Membri jistgħu jallokaw ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti u l-koordinaturi b'bosta modi differenti sabiex jakkomodaw l-istrutturi amministrattivi partikolari tagħhom u l-oqsma leġiżlattivi li għandhom jiġu koperti mill-kooperazzjoni amministrattiva.

Huwa wkoll importanti li ma jintesiex li l-utenti tal-IMI fl-Istati Membri huma responsabbli għal ħafna operazzjonijiet oħra. Il-konformità mal-protezzjoni tad-dejta fl-IMI ma teħtieġx li tkun kumplikata bla bżonn jew li tkun ta' piż amministrattiv eċċessiv. U lanqas ma għandha tkun l-istess għas-sistema kollha.

F'bosta każijiet l-awtoritajiet kompetenti sempliċiment jeħtieġu li jwettqu l-operazzjonijiet tal-ipproċessar fl-IMI skont l-istess regoli u prattiki tajba li normalment ikollhom fis-seħħ bħala kontrolluri tad-dejta skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom u l-liġijiet tal-protezzjoni tad-dejta tal-Istat Membru tagħhom.

Għandhom jisfruttaw l-ambjent favorevoli għall-protezzjoni tad-dejta fi ħdan l-IMI. Pereżempju, qed jitħeġġu biex jitolbu li d-dejta personali skambjata titħassar mill-IMI anki qabel ma jgħaddu s-sitt xhur taż-żamma tad-dejta, jekk ma jkollhomx aktar bżonn li jżommu l-informazzjoni skambjata fl-IMI.

6.   RAĠUNIJIET LEGALI GĦALL-ISKAMBJI TA' INFORMAZZJONI PERSONALI FL-IMI

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/49/KE li tistipula l-funzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi tal-atturi tal-IMI u l-utenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-IMI fejn tidħol il-protezzjoni tad-dejta personali.

Mhux l-informazzjoni kollha skambjata fil-IMI hija dejta personali. Pereżempju, l-informazzjoni skambjata tista' tikkonċerna persuni legali (5) jew il-mistoqsija u t-tweġiba ma jkunux jirrelataw ma’ xi individwu partikolari (eż. mistoqsija ġenerali dwar jekk professjoni tkunx irregolata fi Stat Membru partikolari).

Ħafna drabi, madankollu, l-iskambji tal-informazzjoni ma jikkonċernax individwi u għalhekk irid ikun hemm raġunijiet legali għall-ipproċessar ta' dejta personali. L-użu tal-IMI spiss ikun fl-interess tal-individwu soġġett tad-dejta. Madankollu, anki jekk l-iskambju tal-informazzjoni ma jkunx neċessarjament fl-interess tal-individwu soġġett tad-dejta, jista' jiġi skambjat bl-użu tal-IMI mill-awtoritajiet kompetenti, sakemm tali skambju jkun rekwiżit minn bażi legali speċifika.

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE jelenka r-raġunijiet legali għall-ipproċessar tad-dejta personali. Minn dawn, l-Artikolu 7(c) u l-Artikolu 7(e) huma l-aktar rilevanti għall-iskambju tad-dejta fi ħdan l-IMI.

I)   Konformità ma' obbligu legali (l-Artikolu 7(c))

Bħala prinċipju ġenerali, l-Istati Membri tal-UE għandhom d-dmir li jikkooperaw ma' xulxin u mal-Istituzzjonijiet Komunitarji. Id-dmir ta' kooperazzjoni amministrattiva huwa espliċitu u speċifiku fid-Direttiva 2005/36/KE (id-Direttiva tar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali) u d-Direttiva 2006/123/KE (id-Direttiva tas-Servizzi).

L-Artikolu 56 (1) u (2) tad-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali jipprovdi li ġej:

‘1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-Istat Membru tal-oriġini għandhom jaħdmu f'kollaborazzjoni stretta u għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jassiguraw [(jiżguraw)] il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini u ospitanti għandhom jiskambjaw informazzjoni rigward azzjoni dixxiplinarja jew sanzjonijiet kriminali meħuda jew kull ċirkostanza speċifika serja oħra li jista' jkollhom konsegwenzi għall-eżerċizzju ta' attivitajiet taħt din id-Direttiva, filwaqt li tkun irrispettata l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pprovduta fid-Direttivi 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u l-moviment liberu ta' tali dejta u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika). * [ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37].’

L-Artikolu 28 (1) u (6) tad-Direttiva tas-Servizzi jipprovdi li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka, u għandhom jistabbilixxu l-miżuri għall-kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin, biex b’hekk jiżguraw is-superviżjoni tal-fornituri u s-servizzi li jfornu …”.

“6.   L-Istati Membri għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħrajn jew mill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi u fl-iqsar perjodu taż-żmien possibbli.”

L-Artikolu 34 tad-Direttiva tas-Servizzi jipprevedi li ġej:

‘1.   Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema elettronika għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, b'kont meħud tas-sistemi eżistenti ta' informazzjoni’.

II)   L-eżekuzzjoni ta' kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali vestita fil-kontrollur (l-Artikolu 7(e)).

L-atturi u l-utenti IMI jwettqu kompiti fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali vestita fihom. Ir-reġistrazzjonijiet kollha fl-IMI huma vvalidati mill-Koordinatur tal-IMI wara li jiżgura li l-awtorità kompetenti inkwistjoni ma twettaqx kompiti fl-interess pubbliku (eż. korpi tat-tobba jew veterinarji li jiżguraw li l-membri tagħhom jikkonformaw mar-regoli etiċi jew sanitarji) jew inkella fl-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali vestita fihom (eż. Ministeri tal-Edukazzjoni li jiżguraw li l-għalliema tal-edukazzjoni sekondarja jkollhom l-kwalifiki meħtieġa).

Abbażi ta' dan, l-IMI tista' tintuża biex tiġi skambjata dejta personali taħt id-Direttivi tal-Kwalifiki Professjonali u tas-Servizzi għall-għanijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħhom. Informazzjoni b'rabta ma' leġiżlazzjoni oħra tas-suq intern ma tistax tiġi skambjata fl-IMI. Jekk l-ambitu tal-IMI jkun fi kwalunkwe stadju mwessa' biex jinkludi leġiżlazzjoni oħra, tiżdied referenza xierqa għall-atti Komunitarji rilevanti fl-anness tad-Deċiżjoni 2008/49/KE.

7.   IL-KWISTJONI TAL-LIĠI APPLIKABBLI U S-SUPERVIŻJONI MEĦTIEĠA

Il-liġi applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta tiddependi fuq min ikun l-attur jew l-utent tal-IMI. Għall-Kummissjoni Ewropea, pereżempju, japplika r-Regolament tal-Protezzjoni tad-Dejta (KE) Nru 2001/45/KE. Għal utent nazzjonali (eż. awtorità kompetenti) il-liġi applikabbli tkun il-liġi nazzjonali tiegħu tal-protezzjoni tad-dejta li għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 95/46/KE (id-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta).

L-Unjoni Ewropea għandha qafas legali solidu tal-protezzjoni tad-dejta pprovdut minn din id-Direttiva u mir-Regolament (KE) Nru 2001/45 (6). Id-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta tippermetti ftit flessibbiltà għall-Istati Membri. Qed jiġi rrakkomandat li għalhekk il-koordinaturi nazzjonali tal-IMI jiddiskutu dawn il-linji gwida mal-awtoritajiet tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta, pereżempju, fir-rigward tad-dettalji tal-informazzjoni li trid tingħata lill-individwi (ara l-kapitolu 9 dwar din il-kwistjoni) jew id-dmir li jiġu nnotifikati ċerti operazzjonijiet ta' pproċessar tad-dejta lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Id-Direttiva 95/46/KE hija Direttiva tas-Suq Intern li għandha għan doppju. L-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta hija maħsuba kemm biex tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta kif ukoll biex tħares id-drittijiet fundamentali tal-individwi u għalhekk tippermettilhom il-fluss ħieles tad-dejta personali bejn fl-Istati Membri. Għaldaqstant, l-ispeċifiċitajiet nazzjonali ma għandux ikollhom xi impatt prattiku jew sinifikanti fuq l-użu tal-IMI u l-iskambji tal-informazzjoni meħtieġ minn atti oħra Komunitarji.

Wieħed mill-aktar elementi sinifikanti tal-qafas legali tal-UE tal-protezzjoni tad-dejta huwa s-superviżjoni tiegħu minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti tal-protezzjoni tad-dejta. B'riżultat ta' dan, iċ-ċittadini jistgħu jressqu ilmenti quddiem dawn l-awtoritajiet sabiex jiġu ttrattati minnufih il-problemi tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta barra l-qrati. L-ipproċessar tad-dejta personali fil-livell nazzjonali huwa ssupervizzat mill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta u l-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istituzzjonijiet Ewropej huwa ssupervizzat mis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta (EDPS). Għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea hija soġġetta għas-superviżjoni tal-EDPS u l-utenti l-oħra tal-IMI għas-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta involuti. Għal aktar dettalji dwar kif jiġu ttrattati l-ilmenti jew it-talbiet tal-individwi soġġetti tad-dejta, ara l-kapitolu 10 dwar id-drittijiet ta' aċċess u rettifika u l-kapitolu 13 dwar il-kwisjoni ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta u l-EDPS.

8.   IL-PRINĊIPJI TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA APPLIKABBLI GĦALL-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI

L-ipproċessar tad-dejta personali skont il-Liġi tal-KE jista' jseħħ biss skont ċerti kundizzjonijiet (ara l-kapitolu 6: “Raġunijiet legali għall-iskambji ta' informazzjoni personali fl-IMI”) u skont xi prinċipji li d-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta ssejjaħ “prinċipji dwar il-kwalità tad-dejta” (ara l-Artikolu 6 tagħha).

Il-kontrolluri tad-dejta għandhom jiġbru dejta personali biss għal għanijiet leġittimi u speċifiċi u ma jipproċessawhiex għal għanijiet oħra inkompatibbli ma' dawk iddikjarati meta tkun qed tinġabar. Eżempju klassiku ta' għanijiet inkompatibbli huwa meta awtorità kompetenti li tbiegħ lil kumpaniji privati b'għanijiet ta' kummerċjalizzazzjoni d-dejta tal-indirizzi li tkun ġabret b'għanijiet tat-trattament tal-każ ta' professjonisti migranti skont id-Direttiva tas-Servizzi.

Barra minn hekk, l-ipproċessar tad-dejta personali jeħtieġ li jkun proporzjonat (adegwat, rilevanti u mhux eċċessiv) għall-għanijiet tal-ġbir u l-kontrollur irid jieħu wkoll passi responsabbli biex jiżgura li d-dejta tinżamm aġġornata u li tinqered jew tinġieb anonima ladarba l-identifikazzjoni tal-individwu soġġett tad-dejta ma tkunx aktar neċessarja. Il-prinċipji tal-kwalità tad-dejta huma prinċipji ta' mmaniġġjar tajjeb tal-informazzjoni għaliex sistema informatika tajba mhix waħda li żżomm gigabytes ta' dejta għall-ebda raġuni partikolari u li wara ftit ma tibqax aġġornata u affidabbli. Sistema informatika elettronika tajba għandha tiġbor biss id-dejta li tkun neċessarja għall-għanijiet stipulati minn qabel u din id-dejta għandha tinżamm aġġornata sabiex tkun totalment affidabbli.

L-applikar ta' dawn il-prinċipji tal-kwalità tad-dejta għall-funzjonament tal-IMI jwassal għar-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-użu tal-IMI għandu jkun limitat strettament għall-għanijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli (eż. fejn ikun hemm dubju ġustifikat jew għal kwalunkwe raġuni stipulata fil-leġiżlazzjoni applikabbli). Għalhekk, filwaqt li huwa mistenni li l-IMI ssir ir-rutina għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, irid ikun assolutament ċar li l-IMI ma għandhiex tintuża sistematikament biex jitwettqu verifiki minn wara dwar il-professjonisti jew fornituri tas-servizzi migranti.

(2)

L-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tipprovdi biss id-dejta personali li l-awtorità rikjesta tkun teħtieġ biex tkun tista' tidentifika mingħajr dubbji l-persuna inkwistjoni jew biex tkun tista' twieġeb il-mistoqsijiet. Pereżempju, jekk professjonist migrant ikun jista' jiġi identifikat minn ismu u n-numru tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-professjonisti, ma għandux jinħtieġ ukoll li jitforna n-numru tal-identità personali.

(3)

L-utenti tal-IMI għandhom jagħżlu bir-reqqa l-mistoqsijiet u ma jistaqsux aktar milli jkun assolutament neċessarju. Din mhix biss kwistjoni ta' ħarsien tal-prinċipji tal-kwalità tad-dejta, imma wkoll kwistjoni ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv. Għall-għanijiet ta' trasparenza, il-ġabriet ta' mistoqsijiet definiti minn qabel huma ppubblikati fuq is-sit web tal-IMI (7).

Xi tkun dejta sensittiva  (8) ?

Hija dejta li tiżvela l-oriġini razjali jew etniku, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija f'trade union, u tagħrif dwar is-saħħa, il-ħajja sesswali, kundanni kriminali jew miżuri ta' sigurtà. Xi Stati Membri jistgħu wkoll iqisu sensittiva informazzjoni dwar sanzjonijiet jew sentenzi amministrattivi.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti jridu jkunu partikolarment viġilanti fejn l-iskambju tal-informazzjoni jikkonċerna dejta sensittivia. L-iskambju ta' dejta sensittiva huwa biss possibbli f'ċirkustanzi limitati ħafna. Ir-rekwiżiti l-aktar rilevanti għall-ipproċessar ta' dejta sensittiva fl-IMI huma li ġejjin:

(a)

L-ipproċessar ta' dejta sensittiva huwa neċessajru għall-istabbilment, eżerċitar u d-difiża ta' pretensjonijiet legali (ara l-Artikolu 8 (2) (e) tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-liġi nazzjonali).

Dan jista' japplika għal dawk l-iskambji tad-dejta fl-IMI fejn professjonist migrant jew fornitur tas-servizzi jkun qed isostni d-dritt tiegħu li jeżerċita l-professjoni tiegħu jew li jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti, f'kull każ, iridu jivvalutaw bir-reqqa jekk l-użu tad-dejta sensittiva jkunx tassew assolutament neċessarju biex jistabbilixxu dak id-dritt..

Fir-rigward ta' ċerta dejta sensittiva speċifika skambjata fl-IMI, l-Istati Membri adottaw dispożizzjonijiet speċifiċi fid-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali u d-Direttiva tas-Servizzi:

1)

L-Artikolu 56.2 tad-Direttiva tal-Kwalifiki Professjonali jistipula li ‘[L]-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini u ospitanti għandhom jiskambjaw informazzjoni rigward azzjoni dixxiplinarja jew sanzjonijiet kriminali meħuda jew kull ċirkostanza speċifika serja oħra li jista' jkollhom konsegwenzi għall-eżerċizzju ta' attivitajiet taħt din id-Direttiva, filwaqt li tkun rispettata l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ta' dejta …’.

2)

L-Artikolu 33 tad-Direttiva tas-Servizzi jipprevedi regoli speċifiċi għall-iskambju tal-informazzjoni rigward ir-reputazzjoni tajba tal-fornitur tas-servizzi migrant: ‘L-Istati Membri għandhom, fuq it-talba ta’ awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor, jissupplixxu informazzjoni, bi qbil mal-liġi nazzjonali tagħhom, fuq azzjonijiet dixxiplinarji jew amministrattivi jew sanzjonijiet u deċiżjonijiet kriminali li jkkonċernaw insolvenza jew falliment (…)’.

(b)

L-individwu soġġett tad-dejta jikkonsenta espliċitament. Jekk il-kooperazzjoni amministrattiva tkun fl-interess tal-individwu soġġett tad-dejta, ma għandux ikun diffiċli biex jinkiseb il-kunsens espliċitu tal-individwu soġġett tad-dejta għall-ipproċessar tad-dejta personali.

(5)

Il-prekawzjoni għandha tkun estrema fir-rigward ta' informazzjoni dwar rekords kriminali li l-preċiżjoni u l-istatus aġġornat tagħhom ikunu fundamentali. Għalhekk, apparti l-konformità ma' prinċipji oħra tad-Direttiva u r-Regolament tal-Protezzjoni tad-Dejta msemmija f'din ir-Rakkomandazzjoni (9) din il-kategorija tal-informazzjoni għandha tintalab biss meta tkun awtorizzata fl-ambitu tal-atti Komunitarji rilevanti u din il-kategorija tal-informazzjoni għandha tintalab biss meta tkun awtorizzata fl-ambitu tal-atti Komunitarji rilevanti u huwa assolutament neċessarju li titħalla li ssir deċiżjoni fil-każ partikolari li jkun direttament marbut mat-talba. Fi kliem ieħor, l-ipproċessar irid ikun direttament relatat mal-eżerċitar tal-attività professjonista jew il-forniment ta' servizz u neċessarju għall-fini tal-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva rilevanti. L-utenti tal-IMI dejjem għandhom iżommu f'moħħhom li f'bosta każijiet, l-informazzjoni neċessarja biex tittieħed deċiżjoni ma teħtieġx li tirreferi speċifikament għar-rekord kriminali tal-professjonist jew il-fornitur tas-servizzi migrant.

Fil-fatt, hemm biss ftit mistoqsijiet fil-gabra ta' mistoqsijiet tal-IMI li jikkonċernaw ir-rekords kriminali jew dejta sensittiva oħra (10). Għajr f'dawn il-każijiet biss, l-iskambju ta' dejta sensittiva għandu jokkorri biss f'dawk il-każijiet eċċezzjonali fejn iċ-ċirkostanzi konkreti tal-każ ikunu tali li d-dejta sensittiva tkun direttament relatata mal-eżerċitar tal-attività inkwistjoni u jkun assolutament neċessarju għall-istabbilment tal-pretensjonijiet legali.

L-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jużaw l-IMI għall-verifiki ta' rutina tal-istorja kriminali tal-professjonisti migranti minħabba li dan ma jkunx konformi mal-għan li għalih twaqqfet l-IMI. Kwalunkwe indaġni dwar ksur jew miżuri dixxiplinarji jrid ikunu wkoll relatati mal-professjoni jew is-servizz konċernat u mhux ma kwalunkwe ksur jew miżura dixxiplinarja li l-professjonist migrant jista' jkun wettaq fil-pajjiż tal-oriġini. Pereżempju, sabiex jiġi ddeterminat jekk tabib ikunx legalment reġistrat u għandu reputazzjoni tajba mal-ordni tat-tobba, l-awtorità rikjedenti kompetenti ma teħtiġx tkun taf jekk it-tabib għandux xi reat tat-traffiku tat-triq fir-rekord kriminali tiegħu, minħabba li tali reat ma jwaqqfux milli jaħdem bħala tabib fil-pajjiż ta' domiċilju tiegħu.

Il-kwistjoni ta' pproċessar u ħżin ulterjuri barra l-IMI

L-użu tal-IMI spiss ser ikun assoċjat mal-kontribut għal operazzjoni oħra tal-ipproċessar li sseħħ fl-Istat Membru (pereżempju, biex tiġi ttrattata applikazzjoni biex jitwettaq servizz jew biex tinħareġ liċenzja għal attività partikolari). Għalhekk huwa normali li l-awtoritajiet kompetenti jipproċessaw aktar id-dejta miksuba għal dawn l-għanijiet. Meta d-dejta tkun inkisbet permezz tal-IMI u tkun ipproċessata ulterjorment barra mis-sistema, tibqa' applikabbli l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta. Għalhekk irid jiġi żgurat li:

dan l-ipproċessar ulterjuri ma jkunx inkompatibbli mal-għanijiet tal-ġbir u l-iskambju li jkun seħħ fl-IMI;

dan l-ipproċessar ulterjuri jkun neċessarju u proporzjonat (xieraq, rilevanti u mhux eċċessiv) mal-għanijiet ewwiela tal-ġbir li jkun seħħ fl-IMI;

jittieħdu passi raġonevoli biex id-dejta tinżamm aġġornata u titħassar hekk kif ma tkun meħtieġa aktar;

meta d-dejta tinsilet mill-IMI għall-iżvelar lil parti terza, l-individwu soġġett tad-dejta jeħtieġ li jitgħarraf dwar din iċ-ċirkustanza biex jiġi ggarantit ipproċessar ġust, sakemm ikun impossibli jew jinvolvi sforz sproporzjonat jew jekk l-iżvelar ikun epressament stipulat fil-liġi (ara l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta 95/46/KE). Meta jitqies li l-iżvelar jista' jinħtieġ mil-liġijiet ta' wieħed mill-Istati Membri involuti, u għalhekk, jista' ma jkunx magħruf sew bnadi oħra, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li jsiru sforzi biex titforna l-informazzjoni anki fejn l-iżvelar ikun stipulat bil-liġi.

9.   IL-FORNIMENT TAL-INFORMAZZJONI LILL-INDIVIDWI SOĠĠETTI TAD-DEJTA

Wieħed mill-pilastri ta' kwalunkwe skema tal-protezzjoni tad-dejta huwa li l-kontrolluri tad-dejta jfornu informazzjoni lill-individwi soġġetti tad-dejta dwar l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li jkun fi ħsiebhom iwettqu fuq id-dejta personali tagħhom.

L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta jipprovdi li fil-waqt tal-ġbir l-individwu soġġett tad-dejta jrid jitforna tal-anqas bl-informazzjoni dwar l-identità tal-kontrollur, l-għanijiet tal-ipproċessar, id-destinatarji jew il-kategoriji tad-destinatarji tad-dejta, jekk it-tweġibiet għall-mistoqsijiet ikunux obbligatorji u l-konsegwenzi possibbli fin-nuqqas tat-tweġib, kif ukoll id-dritt tal-aċċess u r-rettifika.

Għalhekk, meta tinġabar id-dejta personali minn individwu, l-awtorità kompetenti trid tinforma lill-individwi soġġetti tad-dejta li d-dejta tista' tiddaħħal fl-IMI sabiex tikkorrispondi ma’ amministrazzjonijiet pubbliċi oħra fi Stati Membri oħra għall-għanijiet tat-talba tiegħu u li, fejn meħtieġ, jista' jitlob aċċess jew rettifika tad-dejta li tkun qed tiġi skambjata minn kwalunkwe awtorità kompetenti involuta fit-talba (għal aktar dettalji f'dan ir-rigward, ara l-kapitolu 10 dwar id-dritt għall-aċċess u r-rettifika).

Kull awtorità kompetenti tiddeċiedi hi kif twassal din l-informazzjoni lill-individwi soġġetti tad-dejta. Billi bosta (jekk mhux kollha) mill-awtoritajiet kompetenti ser iwettqu l-operazzjonijiet tal-ipproċessar apparti l-iskambju tal-informazzjoni fl-IMI, il-mod li bih jinformaw l-individwi jista', fejn xieraq, ikun l-istess wieħed magħżul biex tingħadda informazzjoni simili għal operazzjonijiet tal-ipproċessar oħra taħt il-liġi nazzjonali (eż. b'sinjali, fil-korripsondenza mal-individwi soġġetti tad-dejta u/jew fuq is-siti web).

Il-forniment tal-informazzjoni skont id-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta

L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta fih lista ta' ġabra minima ta' informazzjoni li teħtieġ li tiġi pprovduta lill-individwu, ħlief meta diġà tkun għandhom:

a)

l-identità tal-kontrollur jew kontrolluri (l-awtorità kompetenti tal-ġbir tad-dejta u awtoritajiet simili fi Stati Membri oħra);

b)

l-fini għall-ipproċessar (korrispondenza ma' awtoritajiet oħra b'rabta mat-talba tal-professjonist jew fornitur tas-servizzi migrant);

c)

kwlaunkwe informazzjoni oħra safejn tali informazzjoni tkun neċessarja biex jiġi ggarantit ipproċessar ġust jew fejn il-forniment ta' aktar informazzjoni jkun rekwiżit mil-liġi nazzjonali bħal:

c.1)

ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri;

c.2)

l-eżistenza għad-dritt tal-aċċess għal, jew id-dritt ta' rettifika, tad-dejta li tikkonċernahom, kif dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati fil-prattika u kwalunkwe eċċezzjoni għal dawn id-drittijiet skont il-liġi nazzjonali;

c.3)

id-dritt ta' rimedju (eż. aċċess għall-Qrati jew id-dritt li jintalab kumpens għall-ħsarat);

c.4)

il-perjodu tal-ħżin u ż-żamma;

c.5)

il-miżuri ta' sigurtà;

c.6)

il-links għad-dokumenti u siti web rilevanti, inkluż is-sit web tal-IMI tal-Kummissjoni.

Id-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta tipprevedi żewġ każijiet li fihom l-informazzjoni trid tiġi pprovduta lill-individwi soġġetti tad-dejta: meta d-dejta tinġabar direttament minnhom jew meta d-dejta tkun inkisbet mingħand xi ħadd ieħor. F'dan l-aħħar każ, madankollu, l-Artikolu 11 tad-Direttiva fih regola tar-raġunament li bih il-forniment ta' tali informazzjoni ma jkunx neċessarju jekk dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat jew jekk l-irregistrar u l-iżvelar ikun espressament stipulat fil-liġi (bħal fil-każ tal-iskambji tal-informazzjoni fl-IMI) minkejja li d-Direttiva tistipula li f'dawn il-każijiet, “[l-I]stati Membri għandhom jipprovdu protezzjoni xierqa”.

Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li jirfinaw il-forniment tal-informazzjoni lill-individwi soġġetti tad-dejta abbażi tal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta, possibbilment b'konsultazzjoni mal-koordinaturi nazzjonali tal-IMI u l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta. Huwa rrakkomandat li jissegwa approċċ stratifikat, bil-forniment tal-informazzjoni bażika fil-waqt tal-ġbir (eż. fil-formoli tal-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti), flimkien ma' indikazzjoni ta' minn fejn l-individwi soġġetti tad-dejta jistgħu jiksbu informazzjoni aktar komprensiva jekk ikunu interessati.

Għat-tieni waħda msemmija, livell ta' informazzjoni aktar dettaljata, mod effiċjenti li titforna informazzjoni lill-individwi soġġetti tad-dejta huwa permezz ta' politiki ta' privatezza jew stqarrijiet ta' privatezza fuq is-siti web.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti diġà għandhom dawn l-istqarrijjiet ta' privatezza, għandhom jaġġornawhom jew jikkomplementawhom biex jirreferu speċifikament għall-iskambju tad-dejta personali fl-IMI. Fejn dan ma jkunx il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk l-użu tal-IMI u l-ammont ta' ġbir ta' dejta personali jiġġustifikax l-abbozzar ta' stqarrija elettronika ta' privatezza.

F'dawk il-każijiet fejn l-użu tal-IMI jkun sporadiku ħafna, jista' jkun biżżejjed li l-individwi jiġu informati dwar l-IMI biss fil-qosor waqt il-ġbir kif ukoll aktar tard meta jkun meħtieġ. F'dawn il-każijiet, fejn ma jitforna l-ebda stqarrija speċifika ta' privatezza dwar l-IMI lill-individwu soġġett tad-dejta mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha b'mod ċar tindika minn fejn l-individwi soġġetti tad-dejta jkunu jistgħu jiksbu aktar informazzjoni komprensiva, pereżempju, fuq is-sit web tal-koordinatur nazzjonali tal-IMI, u s-sit web tal-IMI tal-Kummissjoni.

It-taqsima tal-protezzjoni tad-dejta fuq is-sit web tal-IMI tal-Kummissjoni (11) fiha l-istqarrija ta' privatezza tal-IMI tal-Kummissjoni. Fiha wkoll informazzjoni addizzjonali għall-individwi soġġetti tad-dejta dwar kif jiġu eżerċitati d-drittijiet tagħhom u kif tinkiseb l-assistenza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta fejn meħtieġ:

“Jekk taħseb li d-dejta personali tiegħek hija fl-IMI u tkun tixtieq li jkollok aċċess għaliha jew li titħassar jew tiġi rrettifikata, tista' tikkuntattja l-amministrazzjoni jew il-korp professjonist li miegħu kellek kuntatt jew kwalunkwe utent ieħor li kien involut fit-talba. Jekk ma kontx sodisfatt bit-tweġiba li rċivejt, tista' jew tikkuntattja utent tal-IMI ieħor involut jew tressaq ilment mal-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta ta' wieħed mill-utenti tal-IMI involuti fit-talba li jkun jista' jassistik mingħajr ebda ħlas. Lista tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta hija disponibbli fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/nationalcomm/index_en.htm

Jekk jogħġbok kun af li f'xi każijiet, il-liġi nazzjonali tista' tinkludi eċċezzjonijiet għad-dritt tiegħek għall-aċċess għad-dejta personali tiegħek.”

Huwa rrakkomandat ħafna li l-atturi importanti fl-IMI li jittrattaw volum għoli ta' talbiet jippubblikaw il-politiki tagħhom ta' privatezza fuq is-siti web tagħhom. Dawn il-politiki ta' privatezza għandu jkollhom link għall-paġna tal-protezzjoni tad-dejta fis-sit web tal-IMI tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet kompetenti oħra li jittrattaw b'volum baxx ta' talbiet jistgħu qabel xejn jużaw link għas-sit web tal-IMI tal-Kummissjoni.

Il-koordinaturi nazzjonali tal-IMI għandhom jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti. Dan jista' jinkludi assistenza fl-abbozzar ta' kampjuni ta' notifiki ta' privatezza li jkunu jistgħu jintużaw bħala mudell mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Alternattivament, notifika nazzjonali komuni ta' privatezza tista' tiġi abozzata u ppubblikata fuq l-internet mill-koordinatur nazzjonali, u kull awtorità kompetenti tista' sempliċiment tforni l-link għal din in-notifika meta titratta ma' individwi soġġetti tad-dejta (eż. fil-formoli tal-applikazzjoni jiew kwalunkwe dokument fornut lill-individwi soġġetti tad-dejta).

L-ISTQARRIJA TA' PRIVATEZZA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA

Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern - IMI

1.   Il-mira u l-atturi tal-IMI

L-għan tal-IMI huwa li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka fost l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern u l-moviment liberu tal-persuni u s-servizzi. Dan tagħmlu billi tipprovdi għodda għall-iskambju tal-informazzjoni (inkluż ċerta dejta personali) bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri taż-ŻEE.

Din l-istqarrija ta' privatezza tkopri l-parti tal-IMI li għaliha l-Kummissjoni hija responsabbli, i.e. il-ġbir, ir-reġistrazzjoni, il-ħżin u t-tħassir tad-dejta personali tal-ewwel utenti fil-Koordinaturi Nazzjonali tal-IMI u l-ħżin u t-tħassir, imma mhux il-ġbir, is-sejbien mill-ġdid jew il-wiri, tad-dejta personali ta' utenti oħra tal-IMI u ta' persuni li huma s-suġġett ta' skambju tal-informazzjoni. B'hekk ma tikkonċernax dawk l-għemejjel tal-ipproċessar tad-dejta li huma fir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

2.   Liema hi l-liġi applikabbli?

L-għemejjel kollha tal-ipproċessar fir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea huma rregolati mir-Regolament 2001/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali hija wkoll applikabbli

3.   Liema dejta hija pproċessata mill-Kummissjoni fl-IMI?

Il-Kummissjoni tiġbor id-dettalji tal-kuntatt neċessarji għall-ewwel utenti fil-Koordinaturi Nazzjonali tal-IMI bħall-isem, numri tat-telefon, faks u l-indirizz tal-posta elettronika professjonali. Din id-dejta personali kif ukoll dik ta' utenti fil-Koordinaturi Delegati tal-IMI u fl-Awtoritajiet Kompetenti tinħażen fuq is-server tal-Kummissjoni.

Id-dejta personali tal-persuni li jkunu s-suġġett ta' skambju tal-informazzjoni għal raġunijiet tekniċi ser tinħażen fuq is-server tal-Kummissjoni.

4.   X'inhu l-għan tal-ipproċessar tad-dejta fl-IMI?

Id-dettalji tal-kuntatt tal-Koordinaturi Nazzjonali tal-IMI huma essenzjali sabiex titwaqqaf u titħaddem l-IMI. Il-Kummissjoni teħtieġ ikollha aċċess għal din id-dejta sabiex tikkoopera effikaċement mal-Istati Membri dwar l-immaniġġjar tal-IMI.

Fir-rigward tal-ħżin temporanju tad-dejta personali ta' persuni li huma s-suġġett ta' skambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-għan tal-ipproċessar tad-dejta fl-IMI huwa li tittejjeb u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri abbażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja adottata biex jintlaħaq is-Suq Intern fil-każijiet fejn tinħtieġ informazzjoni addizzjonali minn Stat Membru ieħor b'rabta mal-forniment ta' servizzi jew l-istabbilment ta' fornitur tas-servizzi fi Stat Membru ieħor.

5.   Min għandu aċċess għad-dejta?

Fil-limiti tal-Artikolu 12(7) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif [(Informazzjoni)] tas-Suq Intern (IMI) fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, l-amministraturi lokali tad-dejta tal-Kummissjoni għandhom aċċess għad-dejta personali tal-amministraturi lokali tad-dejta tal-Koordinaturi Nazzjonali tal-IMI. Fl-ebda każ il-persunal tal-Kummissjoni ma jista' jaċċessa d-dejta personali tal-persuna li tkun is-suġġett ta' skambju tal-informazzjoni.

6.   Għal kemm zmien ser tinħażen id-dejta tiegħek?

Id-dejta personali tal-utenti fl-Awtoritajiet Kompetenti u l-Koordinaturi ser tinħażen sakemm dawn ikunu utenti tal-IMI.

Id-dejta personali kollha skambjata bejn l-Awtoritajiet Kompetenti u pproċessata fl-IMI ser titħassar awtomatikament mill-Kummissjoni wara 6 xhur mill-għeluq formali ta' skambju tal-informazzjoni. Għall-raġunijiet statistiċi l-iskambju tal-informazzjoni jitkompla jinżamm fl-IMI, imma d-dejta personali kollha ssir anonima. Awtorità Kompetenti involuta fi skambju speċifiku tal-informazzjoni tista' fi kwalunkwe ħin wara l-għeluq tal-iskambju tal-informazzjoni tordna lill-Kummissjoni sabiex tħassar dejta personali speċifika. Il-Kummissjoni tħares kwalunkwe tali talba fi żmien 10 ijiem tax-xogħol soġġett għall-qbil mal-Awtorità Kompetenti l-oħra involuta.

7.   Liema miżuri ta' sigurtà jinsabu fis-seħħ kontra aċċess mhux awtorizzat?

L-IMI hija protetta minn għadd ta' miżuri tekniċi. Livelli differenti ta' aċċess għall-bażi dejta huma ssigurati permezz ta' sistema normali ta' password u kodiċi digitali addizzjonali simili għal dak użat f'ċerti sistemi bankarji personali tal-kompjuter. Aċċess għad-dejta personali fl-IMI hija permessa għal grupp ristrett kif deskritt hawn fuq taħt il-punt 5 “Min għandu aċċess għad-dejta?” Is-sistema hija wkoll protetta minn https, protokoll speċjali u sigur tal-internet.

8.   . L-aċċess għad-dejta personali tiegħek

L-aċċess għad-dejta personali tiegħek bħala Koordinatur Nazzjonali tal-IMI huwa possibbli permezz tal-indirizz tal-kuntatt hawn taħt, fil-punt 10.

9.   Informazzjoni addizzjonali

Barra dawn l-Istqarrijjiet ta' Privatezza tapplika “in-notifika legali importanti”

(http://europa.eu/geninfo/legal_notices_mt.htm).

10.   Kuntatt

L-IMI hija mmaniġġjata mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Suq Intern u s-Servizzi tal-Kummissjoni Ewropea, l-unità E.3. Il-persuna inkarigata (il-kontrollur) huwa s-Sur Nicholas Leapman, il-Kap tal-Unità. L-indirizz tal-kuntatt tal-IMI huwa:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern u s-Servizzi

L-Unità E.3:

B-1049 Brussell

markt-imi-dataprotection@ec.europa.eu

Jekk trid tressaq ilment kontra kwalunkwe għemil tal-ipproċessar tad-dejta mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, tista' tikkuntattja s-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta:

Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta (EDPS)

60, Rue Wiertz (MO 63)

B-1047 Brussell

Tel. +32 2 283 19 00

Fax: +32 2 283 19 50

edps@edps.europa.eu

10.   DRITTIJIET TA' AĊĊESS U RETTIFIKA

It-trasparenza mal-individwu soġġett tad-dejta hija fundamentali. Din tintlaħaq billi l-ewwel jitforna bl-informazzjoni diskussa fil-kapitolu preċedenti u t-tieni billi jingħata d-dritt tal-aċċess għad-dejta personali tiegħu u, fejn xieraq, id-dritt tiegħu li titħassar jew tiġi rretifikata jew ibblukkata jekk din ma tkunx preċiża jew tkun ġiet ipproċessata illegalment.

Il-kumplessità tas-sistema tal-IMI b'ħafna atturi u utenti involuti f'ipproċessar konġunt u operazzjonijiet ta' kontroll konġunt teħtieġ approċċ ċar fir-rigward tal-individwu soġġett tad-dejta. L-individwi soġġetti tad-dejta mhumiex familjari mat-teknikalitajiet ta' operazzjonijiet konġunti tal-ipproċessar jew il-funzjonament tal-IMI u ma jeħtiġux ikunu.

Għalhekk jinħtieġ li jkun hemm approċċ ċar u sempliċi: bħala regola ġenerali, soġġett biss għal eċċezzjonijiet ġustifikati miftiehma bejn l-individwu soġġett tad-dejta u l-partijiet l-oħra kollha konċernati, l-individwi soġġetti tad-dejta ser ikunu f'pożizzjoni li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' aċċess, ta' rettifika u tħassir billi jindirizzaw lil kwalunkwe awtorità kompetenti involuta f'talba. L-ebda awtorità kompetenti ma għandha tiċħad l-aċċess, rettifika jew tħassir abbażi li ma kinitx hi li daħħlet id-dejta fis-sistema jew li l-individwu soġġett tad-dejta għandu jikkuntattja awtorità kompetenti oħra. L-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba ser teżaminaha u tapprovaha jew tiċħadha skont il-merti tat-talba u d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tagħha tal-protezzjoni tad-dejta. Fejn neċessarju u xieraq, l-awtorità kompetenti tista' tikkuntattja awtoritajiet kompetenti oħra qabel ma tieħu deċiżjoni. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jinvolvu l-awtoritajiet rispettivi tal-protezzjoni tad-dejta biex jintlaħaq qbil mingħajr dewmien u b'mod effiċjenti.

Jekk l-individwu soġġett tad-dejta ma jkunx kuntent bid-deċiżjoni meħuda, hu jista' jikkuntattja awtorità kompetenti oħra involuta fl-iskambju tal-informazzjoni jew jikkuntattja l-awtorità nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta ta' waħda minn dawn l-awtoritajiet kompetenti li jkun l-aħjar konvenjenti għalih: pereżempju, l-awtorità ta' pajjiż fejn ikun stabbilit, jew l-awtorità nazzjonali tiegħu tal-protezzjoni tad-dejta, jew l-awtorità tal-pajjiż fejn ikun qed jaħdem. Fejn ikun neċessarju u xieraq, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkooperaw bejniethom biex jittrattaw l-ilment (ara l-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta).

Irid jinsaħaq li l-individwu soġġett tad-dejta dejjem għandhom id-dritt li jiftħu fi kwalunkwe ħin proċedimenti legali u jiksbu rimedju fejn xieraq (ara l-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta u dispożizzjonijiet korrispondenti fil-liġijiet nazzjonali).

L-Artikolu 12(c) tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta tipprovdi li l-kontrollur jinnotifika kwalunke rettifika, tħassir jew ibblokkar lill-partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata d-dejta, sakemm dan ma jkunx impossibli jew ma jinvolvix sforz sproporzjonat. Dan japplika wkoll għal informazzjoni li tkun ġiet ipproċessata ulterjorment barra l-IMI.

Barra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u l-EDP, bħalissa l-Kummissjoni qed taħdem fuq element fi ħdan is-sistema tal-IMI (fl-istess linja tal-proċedura diġà fis-seħħ għat-tħassir bikri tad-dejta fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti, ara l-kapitolu 12) li tippermetti r-rettifiki tad-dejta elettronikament u b'notifiki awtomatiċi għal dawk l-awtoritajiet kompetenti involuti. Dan iġorr miegħu xi kumplessità teknika, għalhekk qed jiġi propost li sakemm il-funzjonalità tkun tista' tiġi implimentata, jekk ikun hemm il-ħtieġa tar-rettifika tad-dejta personali, l-awtorità kompetenti għandha tindirizza tali talba għal rettifika direttament lill-kontrollatur tad-dejta tal-IMI tal-Kummissjoni Ewropea (ara t-taqsima preċedenti “L-Istqarrija ta' Privatezza tal-Kummissjoni Ewropea”).

Id-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta u l-liġijiet nazzjonali li jimplimentawha jagħtu wkoll lill-individwi soġġetti tad-dejta d-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-dejta relatata magħhom u li jwaqqfu l-ipproċessar meta jkun hemm oġġezzjoni ġustifikata. Jekk tkun ikkuntattjat minn individwu soġġett tad-dejta li joġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta relata miegħu, jekk jogħġbok ikkuntattja l-awtorità nazzjonali tiegħek tal-protezzjoni tad-dejta biex tikseb aktar informazzjoni dwar kif jiffunzjona dan id-dritt tal-oġġezzjoni fl-Istati Membri tiegħek.

11.   IS-SIGURTÀ TAD-DEJTA

Qed jintużaw għadd ta' miżuri organizzattivi u tekniċi, simili għal dawk użati f'xi sistemi bankarji personali tal-kompjuter biex jiżguraw is-sigurtà tal-IMI. Il-Komunikazzjoni mal-IMI fuq l-Internet hija protetta minn https, protokoll speċjali u sigur tal-Internet. Il-miżuri tekniċi biex tiġi protetta l-IMI jridu jkunu interoperabbli madwar l-Unjoni Ewropea. Il-protezzjoni teknika tas-sistema ser tkun żviluppata aktar fir-rigward tal-aqwa prestazzjoni u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni (ara l-Artikolu 17 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2001/41/KE).

Biex tikseb aktar tagħrif dwar ir-regoli li jikkonċernaw is-sigurtà tas-sistemi informatiċi użati mill-Kummissjoni Ewropea, jekk jogħġbok ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 disponibbli fit-taqsima tal-protezzjoni tad-dejta fuq is-sit web tal-IMI:

http://ec.europa.eu/internal_market/imi-net/data_protection_en.html

12.   IL-PERJODU TAŻ-ŻMIEN

Ir-regoli fir-rigward tal-perjodu taż-żamma tad-dejta huma stipulati fl-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2008/49/KE.

Bħala regola ġenerali, id-dejta personali kollha miżmuma fl-iskambji tal-informazzjoni titħassar awtomatikament sitt xhur wara l-għeluq formali ta' skambju tal-informazzjoni. Bħalissa l-Kummissjoni qed timplimenta xi bidliet fis-sistema (tfakkiriet u listi ta' urġenzi) immirati li jintlaħaq l-għeluq formali tat-talbiet mill-aktar fis possibbli.

Hemm ukoll il-possibbiltà li awtorità kompetenti titlob it-tħassir tad-dejta personali qabel tmiem il-perjodu ta' sitt xhur. Sakemm l-awtorità kompetenti l-oħra taqbel, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni fuq tali talba fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu konxji li t-talbiet għat-tħassir ta' dejta personali jistgħu jsiru elettronikament sempliċiment billi jaċċessaw it-talba magħluqa xierqa u jikklikkjaw fuq il-buttuna “Request removal of personal data”.

Skrins li juru awtorità kompetenti titlob it-tneħħija bikrija tad-dejta personali

Image

Skrins li juru awtorità kompetenti tiġi kkonsultata dwar tneħħija bikrija tad-dejta personali

Image

Il-Kummissjoni ser timplimenta wkoll xi titjibiet fis-sistema, bħal tfakkiriet awtomatiċi biex jiġu aċċettati tweġibiet jew biex formalment jingħalqu talbiet fil-każijiet fejn kien hemm tweġiba sodisfaċenti.

Huwa wkoll importanti li jitfakkar li r-regoli nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta japplikaw fuq il-ħżin tad-dejta personali barra l-IMI mill-awtoritajiet kompetenti.

13.   KOOPERAZZJONI MAL-AWTORITAJIET NAZZJONALI TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA U L-EDPS

In-netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta u l-EDPS huwa wieħed mill-garanziji l-aktar sodi tal-funzjonament tajjeb tas-sistema tagħna tal-protezzjoni tad-dejta. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistrieħu fuqhom biex jikkonsultawhom fi kwalunkwe waqt li jiffaċċjaw kwistjoni diffiċli li ma tkunx koperta b'dawn il-linji gwida. Il-koordinaturi nazzjonali tal-IMI qed jitħeġġu biex ikollhom rwol sinifikanti f'dan ir-rigward. Lista ta' kuntatti fl-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta hija disponibbli fit-taqsima tal-protezzjoni tad-dejta fuq is-sit web tal-IMI.

L-awtoritajiet kompetenti jridu wkoll ikunu konxji li jista' jkunu meħtieġa li jinnotifikaw lill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi tal-protezzjoni tad-dejta qabel ma jipparteċipaw fl-IMI. F'xi Stati Membri tista' tkun neċessarja awtorizzazzjoni minn qabel. Il-koordinaturi tal-IMI għandu jkollhom rwol attiv ta' koordinazzjoni fil-kuntatti mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta, fejn ikun meħtieġ.

Xogħol li qed isir

It-titjib favorevoli għall-protezzjoni tad-dejta li ġejjin ser jiġu inklużi f'verżjoni futura tal-IMI matul l-2009:

a)

Fejn l-iskambji tal-informazzjoni tikkonċerna dejta sensittiva (eż. dejta dwar is-saħħa jew rekords kriminali jew miżuri dixxiplinarji), ser ikun hemm tfakkira li l-informazzjoni skambjata hija sensittiva u li l-amministratur tal-każ għandu jitlob biss din l-informazzjoni jekk assolutament tkun neċessarja u direttament relatata mal-eżerċitar tal-attività professjonali jew it-twettiq ta' servizz partikolari.

b)

Ser ikun hemm tfakkiriet awtomizzati u listi tal-urġenzi biex tiġi aċċettata tweġiba sabiex it-talbiet ma jibqgħux miftuħa aktar milli meħtieġ.

c)

Ser ikun hemm tfakkiriet awtomizzati u listi tal-urġenzi biex tiġi aċċettata tweġiba sabiex it-talbiet ma jibqgħux miftuħa aktar milli meħtieġ.

d)

Miżuri xierqa biex jiġu ttrattati flussi ġodda ta' informazzjoni skont id-Direttiva tas-Servizzi - li hija l-mekkaniżmu ta' twissija u d-derogi każ każ. Bħala regola ġenerali, dawn il-miżuri ser isegwu l-istess approċċ imfassal għall-iskambji ġenerali ta' informazzjoni, pereżempju: tfakkiriet dwar in-natura sensittiva ta' dawn il-flussi ta' informazzjoni, tfakkiriet biex jingħalqu twissijiet hekk kif ikun fattibbli u modi possibbli biex jiġu informati l-individwi dwar l-iskambji tal-informazzjoni u d-drittijiet tagħhom dwar l-aċċess għad-dejta u, fejn xieraq, biex din tiġi bblukkata, mħassra jew rettifikata. Huwa possibbli li s-salvagwardji addizzjonali tal-protezzjoni tad-dejta jkunu neċessarji. Dawn ser jitfasslu b'konsultazzjoni mal-EDPS.

14.   KLAWŻOLA TA’ EŻAMI MILL-ĠDID

L-IMI hija sistema informatika pijuniera u għadha qed tiġi żviluppata. Il-Kummissjoni kontinwament qed tiġbor kontribut mill-koordinaturi u l-awtoritajiet kompetenti biex ittejjeb is-sistema u għalhekk x'aktarx li jiġu implimentati bidliet fix-xhur li ġejjin. Uħud minnhom mhux bilfors ikollhom konsegwenzi għall-protezzjoni tad-dejta - filwaqt li oħrajn ikollhom.

Dawn il-linji gwida, għalhekk, mhumiex definittivi u jkunu jeħtieġu li jiġu aġġornati abbażi tal-esperjenza ta' kuljum fit-tħaddim tal-IMI. Mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni ser tfassal rapport li fih tivvaluta s-sitwazzjoni, inkluż il-possibbiltà tal-adozzjoni ta' miżura legali oħra.


(1)  L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jinkludu informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-azzjonijiet tagħhom ta' taħriġ dwar l-IMI.

(2)  Ara l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/49/KE.

(3)  L-awtoritajiet kompetenti jista' jkollhom awtoritajiet oħra “marbuta” mas-superviżjoni (eż. awtorità reġjonali torbot ma' awtorità federali). Dawn “l-awtoritajiet marbuta” jistgħu f'dan is-sens jitgħarrfu bl-għadd u t-tip tat-talbiet imma ma jkollhomx aċċess għad-dejta personali tal-fornituri tas-servizz jew il-professjonisti migranti.

(4)  Kif previst fl-Artikolu 10 (3) tad-Deċiżjoni 2008/49/KE, il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fi skambji tal-informazzjoni f’każijiet speċifiċi biss fejn l-att Komunitarju rilevanti jipprevedi li tiġi skambjata informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. F'dawn il-każijiet il-Kummissjoni għanda obbligi simili daqs li kieku kienet awtorità kompetenti. Pereżempju, teħtieġ li tipprovdi notifika xierqa lill-individwi soġġetti tad-dejta kif ukoll aċċess għad-dejta tagħhom fejn dawn jitolbu.

(5)  Minkejja li f'xi Stati Membri, bħall-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija u d-Danimarka, l-ambitu tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta jkopri partijiet ġuridiċi sa ċertu punt.

(6)  Id-Direttiva 95/46/KE tapplika għall-Istati Membri filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 2001/45 japplika għall-Istituzzjonijiet Ewropej.

(7)  http://ec.europa.eu/internal_market/imi-net/docs/questions_and_data_fields_en.pdf

(8)  Għal definizzjoni legali ara l-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 10 tar-Regolament 45/2001/KE.

(9)  i.e. informazzjoni xierqa għandha titforna lill-individwi soġġetti tad-dejta, l-ipproċessar għandu jkun proporzjonat, u d-dejta ma għandhiex tiġi pproċessata aktar għal għanijiet inkompatibbli mal-ġbir tagħha.

(10)  Lista speċifika ta' dawn il-mistoqsijiet hija disponibbli fuq is-sit web tal-IMI.

http://ec.europa.eu/internal_market/imi-net/docs/questions_and_data_fields_en.pdf

(11)  It-taqsima tal-protezzjoni tad-dejta fis-sit web tal-IMI fiha d-dokumenti speċifiċi kollha tal-IMI tal-protezzjoni tad-dejta kif ukoll link għal lista tad-dokumenti leġiżlattivi kollha dwar il-protezzjoni tad-dejta fil-livell tal-UE:

http://ec.europa.eu/internal_market/imi-net/data_protection_en.html