ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
26 ta' Marzu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 252/2009 tal-25 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 253/2009 tal-25 ta’ Marzu 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 254/2009 tal-25 Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 12 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportar Finanzjarju (IFRIC) ( 1 )

5

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/295/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2009 dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008, l-1 ta’ Marzu 2008, l-1 ta’ April 2008, l-1 ta’ Mejju 2008 u l-1 ta’ Ġunju 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

14

 

 

2009/296/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2032)

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

26.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 252/2009

tal-25 ta’ Marzu 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

82,5

JO

73,2

MA

62,5

TN

134,4

TR

103,9

ZZ

91,3

0707 00 05

JO

167,2

MA

69,5

TR

170,8

ZZ

135,8

0709 90 70

MA

52,1

TR

96,8

ZZ

74,5

0709 90 80

EG

60,4

ZZ

60,4

0805 10 20

EG

41,1

IL

55,3

MA

47,0

TN

59,0

TR

73,6

ZZ

55,2

0805 50 10

TR

56,6

ZZ

56,6

0808 10 80

AR

87,1

BR

75,0

CA

63,9

CL

81,9

CN

67,5

MK

21,2

US

109,5

UY

68,8

ZA

79,1

ZZ

72,7

0808 20 50

AR

76,7

CL

90,6

CN

48,8

ZA

90,2

ZZ

76,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 253/2009

tal-25 ta’ Marzu 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 47, 18.2.2009, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Marzu 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

24,57

4,01

1701 11 90  (1)

24,57

9,25

1701 12 10  (1)

24,57

3,82

1701 12 90  (1)

24,57

8,82

1701 91 00  (2)

29,52

10,47

1701 99 10  (2)

29,52

5,95

1701 99 90  (2)

29,52

5,95

1702 90 95  (3)

0,30

0,35


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


26.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 254/2009

tal-25 Marzu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 12 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportar Finanzjarju (IFRIC)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni 12 tal-IFRIC Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz, minn hawn ’il quddiem l-“IFRC 12”. L-IFRIC 12 hija interpretazzjoni li tipprovdi kjarifika dwar kif jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) diġà adottati mill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti għall-konċessjoni ta' servizz. L-IFRIC 12 tikkjarifika kif għandhom jiġu rrikonoxxuti fil-kontijiet tal-operatur tal-konċessjoni l-infrastruttura soġġetta għall-arranġament għall-konċessjoni ta' servizz. Tikkjarifika wkoll id-distinzjoni bejn il-fażijiet differenti ta' arranġament għall-konċessjoni ta' servizz (fażijiet ta' kostruzzjoni/operattivi) u kif d-dħul u l-infiq għandhom jiġu rrikonoxxuti f'kull każ. Tiddistingwi bejn żewġ modi ta' rikonoxximent tal-infrastruttura kif ukoll ta' dħul u nfiq relatat (“il-mudelli” tal-assi finanzjarju u l-assi intanġibbli) skont l-iskopertura tal-operatur tal-konċessjoni għall-inċertezza fid-dħul futur tiegħu.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 12 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u ta l-parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

L-adozzjoni tal-IFRIC 12 timplika, b'konsegwenza, emendi għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRIC 4 u l-Interpretazzjoni 29 tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjoni (SIC) sabiex tiġi ggarantita konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(5)

Huwa b’dan mifhum li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jew ikomplu japplikaw l-IFRIC 12.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Interpretazzjoni 12 tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz, qed tiddaħħal kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRIC 4 u l-Interpretazzjoni 29 tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjoni (SIC) huma emendati skont l-Appendiċi B tal-IFRIC 12 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 12, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament..

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRIC 12

IFRIC Interpretazzjoni 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet eżistenti kollha huma rriservati lil hinn miż-ŻEE, għajr għad-dritt tar-riproduzzjoni għall-finijiet ta’ użu persunali jew użu ġust ieħor. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fis-sit www.iasb.org

INTERPRETAZZJONI IFRIC 12

Arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz

REFERENZI

Qafas għat-Tħejjija u l-Preżentazzjoni ta' Rendikonti Finanzjarji

L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju

L-IFRS 7. Strumenti Finanzjarji: Żvelar

L-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

L-IAS 11 Kuntratti ta’ kostruzzjoni

L-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir

L-IAS 17 Kirjiet

L-IAS 18 Dħul

L-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika.

L-IAS 23 L-Ispejjeż tas-self

L-IAS 32. Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

L-IAS 36 Deterjorament tal-Assi

L-IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

L-IAS 38 Assi mhux tanġibbli

L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Għarfien u Kejl

L-IFRIC 4 Determinazzjoni dwar jekk Arranġament fihx Kirja

Is-SIC-29 Żvelar—Arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz

SFOND

1   F’bosta pajjiżi, l-infrastruttura għas-servizzi pubbliċi—bħat-toroq, pontijiet, mini, ħabsijiet, ajruporti, faċilitajiet għad-distribuzzjoni tal-ilma, il-forniment tal-enerġija u n-netwerks tat-telekomunikazzjoni—tradizzjonalment ġew mibnija, mħaddma u mantenuti mis-settur pubbliku u ffinanzjati permezz ta’ approprijazzjoni tal-baġit pubbliku.

2   F’ċerti pajjiżi, il-gvernijiet introduċew arranġamenti ta’ servizz kuntrattwali biex jiġbdu l-parteċipazzjoni tas-settur privat lejn l-iżvilupp, il-finanzjament, il-tħaddim u l-manteniment ta’ infrastruttura bħal din. Din l-infrastruttura għandha mnejn diġà teżisti, jew tista’ tkun mibnija waqt il-perijodu tal-arranġament tas-servizz. Arranġament fi ħdan l-ambitu ta' din l-Interpretazzjoni ġeneralment jinvolvi entità tas-settur privat (operatur) li jibni l-infrastruttura li tintuża biex tforni s-servizz pubbliku jew taġġornah (pereżempju, billi żżid il-kapaċità) u t-tħaddim u l-manteniment ta’ dik l-infrastruttura għal perijodu ta’ żmien speċifiku. L-operatur jitħallas għas-servizzi tiegħu matul il-perijodu tal-arranġament. L-arranġament huwa mmexxi permezz ta’ kuntratt li jistabbilixxi l-istandards ta’ rendiment, mekkaniżmi għall-aġġustament tal-prezzijiet, u arranġamenti għall-arbitraġġ tat-tilwim. Arranġament bħal dan ta' sikwit huwa deskritt bħala arranġament għall-konċessjoni ta’ servizz ta’“ibni-ħaddem-ittrasferixxi”, “irrejabilita-ħaddem-ittrasferixxi” jew “mill-pubbliku-għall-privat”.

3   Waħda mill-karatteristiċi ta’ dawn l-arranġamenti ta’ servizz hija x-xejra ta’ servizz pubbliku tal-obbligu meħud mill-operatur. Il-politika pubblika tapplika għas-servizzi marbuta mal-infrastratruttura li jridu jiġu forniti lill-pubbliku, irrispettivament mill-identità tal-parti li topera s-servizzi. L-arranġament tas-servizz jobbliga kuntrattwalment l-operatur jipprovdi s-servizzi lill-pubbliku f’isem l-entità tas-settur pubbliku. Xi karatteristiċi komuni oħrajn huma:

(a)

il-parti li tagħti l-arranġament tas-servizz (il-konċessjonant) hija entita’ tas-settur pubbliku, inkluża entità tal-gvern, jew entità tas-settur privat li ngħatat ir-responsabbiltà għas-servizz.

(b)

l-operatur huwa responsabbli għal talanqas ftit mill-ġestjoni tas-servizzi tal-infrastruttura u servizzi relatati u ma jaġixxix biss bħala aġent f’isem il-konċessjonant.

(c)

il-kuntratt jistabbilixxi l-prezzijiet inizjali li għandhom jinġabru mill-operatur u jirregola r-reviżjonijiet tal-prezzijiet matul il-perijodu tal-arranġment tas-servizz.

(d)

L-operatur huwa obbligat li jittrasferixxi l-infrastruttura lill-konċessjonant f'kundizzjoni determinata fl-aħħar tal-perijodu tal-arranġament, għal ftit jew l-ebda korrispettiv inkrementali, indipendentement mil-liema parti ġiet iffinanzjata inizjalment l-infrastruttura .

AMBITU

4   Din l-Interpretazzjoni toffri gwida għall-operaturi ta’ kontabilità dwar l-arranġamenti għall-konċessjoni tas-servizzi pubbliċi għall-privat.

5   Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-arranġamenti għall-konċessjoni ta' servizzi pubbliku għall-privat jekk:

(a)

Il-konċessjonant jikkontrolla jew jirregola liema servizzi għandu jipprovdi l-operatur mal-infrastruttura, lil min għandhom jiġu pprovduti, u għal liema prezz; u kif ukoll

(b)

il-konċessjonant jikkontrolla—permezz ta’ proprjetà, dritt benefiċjarju jew inkella—kwalnkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura fit-tmiem l-arranġament.

6   L-infrastruttura li tintuża fl-arranġament għall-konċessjoni ta’servizz pubbliku għall-privat għall-ħajja utli kollha tagħha (il-ħajja kollha tal-assi) taqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 5(a). Il-paragrafi AG1-AG8 jipprovdu gwida fuq id-determinazzjoni dwar jekk, u sakemm, l-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizzi pubbliċi għall-privat jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni.

7   Din l-Interpretazzjoni tapplika għat-tnejn:

(a)

l-infrastruttura li l-operatur jibni jew jixtri minn parti terza għall-għan tal-arranġament tas-servizz; u kif ukoll

(b)

l-infrastruttura eżistenti li għaliha l-konċessjonant jagħti aċċess lill-operatur għall-għan tal-arranġament tas-servizz.

8   Din l-Interpretazzjoni ma tispeċifikax lil-kontabilità għall-infrastruttura li inżammet u ġiet rikonoxxuta bħala proprjetà, impjant jew makkinarju mill-operatur qabel ma daħal għall-arranġament tas-servizz. Ir-rekwiżiti ta’ eliminazzjoni tal-IFRSs (stabbiliti fl-IAS 16) japplikaw għal infrastruttura bħal din.

9   Din l-Interpretazzjoni ma tispeċifikax il-kontabilità min-naħa tal-konċessjonanti.

IL-KWISTJONIJIET

10   Din l-Interpretazzjoni tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ obbligi u drittijiet relatati fl-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizzi. Rekwiżiti għal żvelar ta’ tagħrif dwar l-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizzi jinsabu fis-SIC-29 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizzi: Żvelar. Il-kwistjonijiet indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:

(a)

it-trattament tad-drittijiet tal-operatur dwar l-infrastruttura;

(b)

ir-rikonoxximent u l-valutazzjoni tal-korrispettiv tal-arranġament;

(c)

is-servizzi ta' kostruzzjoni jew miljorament;

(d)

servizzi ta’ operat;

(e)

l-ispejjeż tas-self;

(f)

it-trattament ta' kontabilità sussegwenti ta' assi finanzjarju u assi mhux tanġibbli; u kif ukoll

(g)

oġġetti pprovduti mill-konċessjonant lill-operatur.

KONSENSUS

It-trattament tad-drittijiet tal-operatur dwar l-infrastruttura;

11   L-infrastruttura fi ħdan din l-Interpretazzjoni m’għandhiex tiġi rikonoxxuta bħala proprjetà, impjant jew makkinarju tal-operatur minħabba li l-arranġament tas-servizz kuntrattwali ma jagħtix id-dritt għall-kontroll tal-użu tal-infrastruttura tas-servizz pubbliku lill-operatur. L-operatur għandu l-aċċess biex jopera l-infrastruttura biex iforni s-servizz pubbliku f’isem il-konċessjonant f'konformità mat-termini speċifikati fil-kuntratt.

Ir-Rikonoxximent u l-valutazzjoni tal-korrispettiv tal-arranġament;

12   Skont it-termini tal-arranġamenti kuntrattwali fi ħdan l-iskop ta' din l-Interpretazzjoni, l-operatur jaġixxi bħala fornitur ta' servizzi. L-operatur jibni u jtejjeb l-infrastruttura (servizzi ta' kostruzzjoni jew miljorament) li tintuża biex tipprovdi servizz pubbliku u jħaddem u jimmantjeni dik l-infrastruttura (servizzi ta’ operat) għal perijodu ta’ żmien speċifikat.

13   L-operatur għandu jagħraf u jivvaluta d-dħul għas-servizzi li jagħti fi qbil mal-IAS 11 u 18 . Jekk l-operatur jagħti iktar minn servizz wieħed (i.e. servizzi ta’ kostruzzjoni u titjib u servizzi fl-operat) taħt kuntratt jew arranġament wieħed, il-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed jista’ jiġi allokat b’referenza għal valuri tas-servizzi mogħtija, meta l-ammonti huma identifikabbli separatament. In-natura tal-korrispettiv jiddetermina it-trattament sussegwenti ta’ kontabilità. Il-kontabilità sussegwenti għall-korrispettiv meħud bħala assi finanzjarju u bħala assi mhux tanġibbli hija deskritta fil-paragrafi 23-26 hawn taħt.

Is-servizzi ta' kostruzzjoni jew miljorament

14   L-operatur għandu jieħu kont tad-dħul u l-ispejjeż marbuta mas-servizzi ta’ kostruzzjoni jew miljorament fi qbil ma l-IAS 11.

Korrispettiv mogħti mill-konċessjonarju għall-operatur

15   Jekk l-operatur jipprovdi servizzi ta’ kostruzzjoni jew miljorament, il-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed mill-operatur għandu jiġi rikonoxxut fil-valur ekwu tiegħu. Il-korrispettiv jista’ jikkonsisti minn drittijiet għal:

(a)

assi finanzjarju, jew

(b)

assi mhux tanġibbli.

16   L-operatur għandu jirrikonoxxi assi finanzjarju sakemm għandu dritt kuntrattwali mhux kundizzjonat biex jirċievi flus jew assi finanzjarju ieħor minn jew fid-direzzjoni tal-konċessjonant għas-servizzi ta’ kostruzzjoni; il-konċessjonant għandu ftit, jekk xejn, diskrezzjoni biex jevità li jħallas, ġeneralment minħabba li l-fethim huwa infurzabbli bil-liġi. L-operatur għandu dritt mhux kundizzjonat li jirċievi kontanti jekk il-konċessjonant b'kuntratt jiftiehem li jħallas l-operatur (a) ammonti speċifikati jew determinabbli jew (b) in-nuqqas, jekk xejn, bejn l-ammonti meħuda mill-utenti tas-servizz pubbliku u ammonti speċifikati jew determinabbli, anke jekk il-pagament huwa kontinġenti fuq l-operatur u jiżgura li l-infrastruttura tilħaq rekwiżiti speċifikati ta’ kwalità jew effiċjenza.

17   L-operatur għandu jirrikonoxxi assi mhux tanġibbli sakemm jirċievi dritt (liċenzja) biex jitlob pagament mill-utenti tas-servizz pubbliku. Id-dritt li l-utenti tas-servizz pubbliku jintalbu li jħallsu mhuwiex dritt bla kundizzjoni għat-teħid tal-kontanti minħabba li l-ammonti huma kontinġenti sakemm il-pubbliku juża s-servizz.

18   Jekk l-operatur jitħallas għas-servizzi ta’ kostruzzjoni parzjalment permezz ta’ assi finanzjarju u parzjalment minn assi mhux tanġibbli ikun neċessarju li kull komponent mill-korrispettiv tal-operatur jitqies separatament. Il-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed għaż-żewġ komponenti għandu jiġi rikonoxxut inizjalment fil-valur ekwu tal-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed.

19   In-natura tal-korrispettiv mogħti mill-konċessjonant lill-operatur għandu jiġi determinat bir-referenza għat-termini tal-kuntratt u, meta dan jeżisti, il-liġi tal-kuntratt rilevanti.

Servizzi ta’ ġestjoni

20   L-operatur għandu jieħu kont tad-dħul u l-ispejjeż marbuta mas-servizzi ta’ operat fi qbil mal-IAS 18.

Obbligi kuntrattwali biex l-infrastruttura terġa’ lura għal-livell speċifikat ta’ funzjonalità

21   L-operatur jista jkollu obbligi kuntrattwali li għandu jilħaq bħala kundizzjoni tal-liċenzja tiegħu (a) biex iżomm l-infrastruttura f'livell speċifikat ta’ funzjonalità jew (b) biex l-infrastruttura terġa’ lura għal kundizzjoni speċifikata qabel ma tiġi trasferita lill-konċessjonant fit-tmiem tal-arranġament tas-servizz. L-obbligi kuntrattwali biex tiġi mantnuta jew restawrata l-infrastruttura, ħlief għal kwalunkwe element ta’ miljorament (ara l-paragrafu 14), għandu jiġi rikonoxxut u mkejjel fi qbil mal-IAS 37, jiġifieri, fl-aħjar stima tan-nefqa li jkun meħtieġ biex jitħallas l-obbligu preżenti fid-data tal-karta tal-bilanċ.

L-ispejjeż tas-self imġarrba mill-operatur

22   Fi qbil mal-IAS 23, l-ispejjez tas-self li jistgħu jiġu attribwiti għall-arranġament għandhom jiġu rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu meta jinġarrbu sakemm l-operatur ikollu d-dritt kuntrattwali li jirċievi assi mhux tanġibbli (dritt li jitlob pagament mill-utenti tas-servizz pubbliku). F’dan il-każ l-ispejjeż tas-self li jistgħu jiġu attribwiti għall-arranġament għandhom jiġu kkapitaliżżati waqt il-fażi ta’ kostruzzjoni tal-arranġament fi qbil mat-trattament alternattiv permess skont dak l-Istandard.

Assi finanzjarju

23   L-IASs 32 u 39 u l-IFRS 7 japplikaw għall-assi finanzjarju rikonoxxut skont il-paragrafi 16 u 18.

24   L-ammont dovut mill-konċessjonant jew fid-direzzjoni tiegħu għandu jiġi kkuntjat skont l-IAS 39 bħala:

(a)

self jew kreditu;

(b)

assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ; jew

(c)

Jekk jiġi deċiż hekk malli jiġi rikonoxxut, l-assi finanzjarju fil-valur ekwu permezz ta' profitt jew telf, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal dik il-klassifikazzjoni.

25   Jekk l-ammont dovut mill-konċessjonant jiġi kkuntjat jew bħala self jew bħala kreditu jew bħala assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ, l-IAS 39 jistipula imgħax ikkalkulat bil-metodu ta’ imgħax effettiv li għandu jiġi rikonoxxut f'gwadann jew f'telf.

Assi mhux tanġibbli

26   L-IAS 38 tapplika għall-assi mhux tanġibbli rikonoxxut skont il-paragrafi 17 u 18. Il-paragrafi 45–47 tal-IAS 38 jipprovdu gwida għall-kejl tal-assi mhux tanġbbli miksuba bi skambju għal assi jew assi mhux-monetarju/i jew taħlita ta’ assi monetarji u mhux-monetarji.

Oġġetti pprovduti mill-konċessjonant lill-operatur.

27   Skont il-paragrafu 11, l-oġġetti ta’ infrastruttura li għalihom il-konċessjonant jagħti aċċess lill-operatur għall-għanijiet tal-arranġament tas-servizz mhumiex rikonoxxuti bħala proprjetà, impjant, u makkinarju tal-operatur. Il-konċessjonant jista’ jipprovdi wkoll oġġetti oħra li l-operatur jista’ jżomm jew jitratta kif jixtieq. Jekk assi bħal dawn jiffurmaw parti mill-korrispettiv pagabbli mill-konċessjonant għas-servizzi, dawn mhumiex għotjiet tal-gvern kif definiti fl-IAS 20. Huma meqjusa bħala assi tal-operatur, mkejla fil-valur ekwu fuq rikonoxximent inizjali. L-operatur għandu jirrikonoxxi r-riskju fir-rigward tal-obbligi mhux milħuqa li jkun assuma bi skambju għall-assi.

DATA EFFETTIVA

28   Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2008. Hija permessal-applikazzjoni qabel iż-żmien. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għall-perijodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2008, għandha tiżvela dan il-fatt.

TRANŻIŻŻJONI

29   Soġġett għall-paragrafu 30, il-bidliet fil-politiki tal-kontijiet huma meqjusa skont l-IAS 8, jiġifieri retrospettivament.

30   Jekk, għal kwalunkwe arranġament ta’ servizz partikolari huwa imprattikabbli għal operatur li japplika din l-Interpretazzjoni retrospettivament fil-bidu tal-iktar perijodu bikri ppreżentat, huwa għandu:

(a)

Jagħraf l-assi finanzjarji u l-assi mhux tanġibbli li kienu jeżistu fil-perijodu l-iktar bikri ppreżentat;

(b)

juża l-valuri kontabbli preċedenti ta’ dawk l-assi finanzjarji u mhux tanġibbli (jew kif kienu kklassifikati qabel) kif kienu l-valuri aġġustabbli f’dik id-data. kif ukoll

(c)

jevalwa l-assi finanzjarji u mhux tanġibbli rikonoxxuti f’dik id-data għal deterjorament, sakemm dan mhuwiex prattikabbli, li fil-każ l-ammonti għandhom jiġu ttestjati għal deterjorament kif kienu fil-bidu tal-perijodu attwali.

Appendiċi A

GWIDA TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-Interpretazzjoni.

AMBITU (il-paragrafu 5)

AG1   Il-paragrafu 5 ta’ din l-Interpretazzjoni jispeċifika li l-infrastruttura hija fi ħdan l-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni meta japplikaw l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konċessjonant jikkontrolla jew jirregola liema servizzi għandu jipprovdi l-operatur mal-infrastruttura, lil min għandhom jiġu pprovduti, u għal liema prezz; kif ukoll

(b)

il-konċessjonant jikkontrolla—permezz ta’ proprjetà, dritt benefiċjarju jew xort’oħra—kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura fi tmiem l-arranġament.

AG2   Il-kontroll jew regolament imsemmi fil-kundizzjoni (a) jista jsir permezz ta’ kuntratt jew xort’oħra (pereżempju permezz ta’ regolatur), u jinkludi ċirkostanzi fejn il-konċessjonant jixtri l-output kollu kif ukoll ċirkostanzi fejn xi ftit jew l-output kollu ikun inxtra minn utenti oħra. Fl-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, il-konċessjonant u kwalunkwe partijiet relatati għandhom jiġu kkunsidrati flimkien. Jekk il-konċessjonant huwa entità tas-settur pubbliku, is-settur pubbliku kollu flimkien ma kwalunkwe regolaturi li qed jaġixxu fl-interess tal-pubbliku, għandhom jitqiesu bħala marbuta mal-konċessjonant għall-għanijiet ta’ din l-Interpretazzjoni.

AG3   Għall-finijiet ta’ din il-kundizzjoni (a) il-konċessjonant m’għandux għalfejn ikollu kontroll sħiħ tal-prezz: huwa biżżejjed biex il-prezz ikun regolat mill-konċessjonant, il-kuntratt jew ir-regolatur, pereżempju permezz ta' mekkaniżmu li jimponi limitu. Madankollu, il-kundizzjoni għandha tiġi applikata għas-sustanza tal-ftehim. Fatturi mhux sostantivi, bħal limitu li japplika biss f’ċirkostanzi rari, għandhom jiġu injorati. Min-naħa l-oħra, jekk pereżempju kuntratt jagħti l-operatur il-libertà biex jistabbilixxi prezzijiet, iżda kwalunkwe gwadann żejjed jirritorna għall-konċessjonant, jitqiegħed limitu fuq id-dħul tal-konċessjonant u jintlaħaq l-element ta’ prezz tat-test tal-kontroll.

AG4   Għall-finijiet tal-kundizzjoni (b) il-kontroll tal-konċessjonant fuq kwaunkwe interess residwu sinifikanti għandu jirrestrinġi kemm l-abbiltà prattika tal-operatur biex ibigħ jew iwiegħed l-infrastruttura kif ukoll jagħti l-konċessonant dritt ta’ użu kontinwu matul il-perijodu ta’ arranġament. L-interess residwu fl-infrastruttura huwa l-valur kif stmat attwalment tal-infrastruttura bħallikieku kien diġà fl-età u l-kundizzjoni mistennija fl-aħħar tal-perijodu tal-arranġament.

AG5   Il-kontroll għandu jkun distint mit-tmexxija. Jekk il-konċessjonant iżomm kemm il-grad ta’ kontroll deskritt fil-paragrafu 5(a) u kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura, l-operatur ikun qed imexxi biss l-infrastruttura f’isem il-konċessjonant—anke jekk, f’ħafna każijiet, ikollu diskrezzjoni wiesgħa fit-tmexxija.

AG6   Kundizzjonijiet (a) u (b) flimkien jidentifikaw meta l-infrastruttura, inkluż xi tibdil meħtieġ (ara il-paragrafu 21) tiġi kkontrollata mill-konċessjonant matul il-ħajja ekonomika tagħha kollha. Pereżempju, jekk l-operatur ikollu jibdel parti minn element tal-infrastruttura waqt il-perijodu tal-arranġament (eż. s-saff ta’ fuq nett ta’ xi triq jew il-bejt ta’ xi bini), l-element ta’ infratruttura għandu jiġi kkunsidrat sħiħ. Għalhekk tintlaħaq il-kundizzjoni (b) għall-infrastruttura sħiħa, inkluża l-parti li tinbidel, jekk il-konċessjonant jikkontrolla kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-aħħar sostituzzjoni ta’ dik il-parti.

AG7   Xi kultant l-użu tal-infrastruttura hija regolata parzjalment fil-mod deskritt fil-paragrafu 5(a) u parzjalment mhux regolata. Madankollu, dawn l-arranġamenti jieħdu diversi għamliet:

(a)

kwalunkwe infrastruttura li hija separabbli fiżikament u kapaċi titħaddem b’mod indipendenti u tilħaq id-definizzjoni ta’ unità li tiġġenera kontanti kif definit fl-IAS 36 għandha tiġi analizzata għaliha jekk tintuża totalment għal għanijiet mhux regolati. Pereżempju, dan jista’ japplika għal parti privata ta’ sptar, fejn il-bqija tal-isptar jintuża mill-konċessjonant għat-trattament ta' pazjenti pubbliċi.

(b)

meta attivitajiet purament anċillari (bħal ħanut ġewwa sptar) ma jkunux regolati, it-testijiet tal-kontroll għandhom japplikaw daqslikieku dawk is-servizzi ma kinux jeżistu, minħabba li fil-każijiet fejn il-konċessjonant jikkontrolla s-servizzi fil-mod deskritt fil-paragrafu 5, l-eżistenza tal-attivitajiet anċillari ma tnaqqasx il-kontroll tal-infrastruttura tal-konċessjonant.

AG8   L-operatur jista’ jkollu d-dritt li juża l-infrastruttura separabbli deskritta fil-paragrafu AG7(a), jew il-faċilitajiet użati biex jipprovdu servizzi anċillari mhux regolati deskritti fil-paragrafu AG7(b). Fiż-żewġ każi, jista fis-sustanza jkun hemm kirja mill-konċessjonant għall-operatur; jekk dan ikun il-każ, din għandha titqies skont l-IAS 17.

Appendiċi B

EMENDI GĦALL–IFRS 1 U GĦAL INTERPRETAZZJONIJIET OĦRA

L-emendi f’dan l-appendiċi għandu japplika għal perijodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2008. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal xi peirjodu aktar bikri, dawn l-emendi japplikaw għal dak il-perijodu aktar bikri.

B1   L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju huwa emendat kif deskritt hawn taħt. It-test il-ġdid huwa sottolinjat u t-test mħassar huwa ingassat.

Il-paragrafu 9 huwa emendat kif ġej:

9

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji f'IFRSs oħra japplikaw għal bidliet fil-politika dwar il-kontabilità magħmula minn entità li diġa' tuża l-IFRSs; dawn ma japplikawx għat-tranżizzjoni għall-IFRSs ta' min jadottahom għall-ewwel darba, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 25D, 25H, 34A u 34B.

Fil-paragrafi 12(a), ir-referenza għall-paragrafi 13-25G tinbidel għal 13-25H.

Fil-paragrafu 13, is-subparagrafi (k) u (l) huma emendati, u s-subparagrafu (m) jiddaħħal, kif ġej:

(k)

kirjiet (paragrafu 25F); u kif ukoll

(l)

Il-kejl tal-valur ekwu tal-assi finanzjarji jew ir-riskji finanzjarji fl-ewwel rikonoxximent (paragrafu 25G). ; u kif ukoll

(m)

assi finanzjarju jew assi mhux tanġibbli meqjus skont l-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz (paragrafu 25H)..

Wara l-paragrafu 25G, intestatura ġdida u l-paragrafu 25H jiddaħħlu kif ġej:

Arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz

25H   Dak li qed jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika dispożizzjonijiet tranzitorji fl-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz.

B2   L-IFRIC 4 Determiazzjoni dwar jekk Arranġament Fihx Kirja hija emendata kif deskritt hawn taħt.

Il-Paragrafu 4 huwa emendat kif ġej (it-test ġdid huwa sottolinjat):

4   Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal arranġamenti li:

(a)

Huma jew fihom, kirjiet esklużu mill-ambitu tal-IAS 17; or

(b)

huma arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz mill-pubbliku għall-privat fi ħdan l-ambitu ta l-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz..

B3   Is-SIC–29 Żvelar—Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz huwa emendat kif deskritt hawn taħt (f’paragrafi emendati t-test il-ġdid huwa sottolinjat).

It-titolu huwa emendat għal Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz: Żvelar.

Fil-paragrafi 1-6 ir-referenzi għall-“Operatur għall-konċessjoni” jinbidlu għal “operatur”, u referenzi għal “Dak li jipprovdi l-Konċessjoni” jinbidlu għal “konċessjonant”.

Fil-paragrafu 6, is-subparagrafu (d) huwa emendat, u s-subparagrafu (e) jiddaħħal, kif ġej:

(d)

bidliet fl-arranġament li sar waqt il-perijodu. ; u kif ukoll

(e)

kif ġie kklassifikat l-arranġament tas-servizz.

Wara l-paragrafu 6, paragrafu ġdid 6A jiddaħħal, kif ġej:

6A

Operatur għandu jiżvela l-ammont ta’ dħul jew il-gwadann jew it-telf rikonoxxuti fil-perijodu tal-iskambju tas-servizzi ta’ kostruzzjoni għal assi finanzjarju jew assi mhux tanġibbli.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

26.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Marzu 2009

dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008, l-1 ta’ Marzu 2008, l-1 ta’ April 2008, l-1 ta’ Mejju 2008 u l-1 ta’ Ġunju 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

(2009/295/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg applikabbli għall-aġenti oħrajn ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod speċjali l-Artikolu 13(2), tal-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 624/2008 (2), bl-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1), tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, ġew stabbiliti l-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw ir-remunerazzjonijiet imħallsa, mill-1 ta’ Lulju 2007, fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, lill-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi.

(2)

Jeħtieġ li jiġu adattati, f’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Frar 2008, l-1 ta’ Marzu 2008, l-1 ta’ April 2008, l-1 ta’ Mejju 2008 u l-1 ta’ Ġunju 2008, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li minn statistika li għandha l-Kummissjoni, joħroġ fid-deher li f’ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skont il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, qabżet il-5 % minn meta ġiet stabbilita jew adattata l-aħħar,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi, imħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, huma adattati għal ċerti pajjiżi, indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi ħames tabelli ta’ kull xahar li jindikaw il-pajjiżi kkonċernati kif ukoll id-dati suċċessivi għall-applikazzjoni f’kull pajjiż (l-1 ta’ Frar 2008, l-1 ta’ Marzu 2008, l-1 ta’ April 2008, l-1 ta’ Mejju 2008 u l-1 ta’ Ġunju 2008).

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Volum 0, p. 5.

(2)  ĠU L 172, 2.7.2008, p. 1.


ANNESS

FRAR 2008

Pajjiż assenjat

Paritajiet ekonomiċi

Frar 2008

Rata tal-kambju

Frar 2008 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Frar 2008 (**)

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (1)

41,78

61,451

68,0

L-Għarabja Sawdita

4,505

5,5288

81,5

L-Arġentina

2,504

4,6491

53,9

Il-Kosta Rika

542,1

736,035

73,7

L-Indja

32,24

58,1618

55,4

Il-Libanu

1 835

2 232,61

82,2

In-Niġerja

162,7

171,243

95,0

Is-Serbja (Belgrad) (1)

56,74

81,476

69,6

Is-Sierra Leone

3 222

4 380,09

73,6

Is-Sri Lanka (2)

87,73

159,65

55,0

Is-Sirja (1)

44,27

70,5

62,8

It-Tanzanija (3)

1 109

1 664,73

66,6

L-Ukraina

7,794

7,45128

104,6

Il-Venezwela (1)

2,186

3,18415

68,7


MARZU 2008

Pajjiż assenjat

Paritajiet ekonomiċi

Marzu 2008

Rata tal-kambju

Marzu 2008 (***)

Koeffiċjenti korrettivi

Marzu 2008 (****)

Il-Belarus

1 945

3 181,1

61,1

Il-Bolivja

5,432

11,4012

47,6

Il-Bulgarija

1,688

1,9558

86,3

Il-Gżejjer Solomon (4)

9,905

11,4748

86,3

Il-Kirgistan (4)

48

55,0253

87,2

Il-Laos

10 277

13 450

76,4

Is-Sri Lanka (5)

92,37

160,023

57,7

It-Tanzanija (6)

1 046

1 693,89

61,8


APRIL 2008

Pajjiż assenjat

Paritajiet ekonomiċi

April 2008

Rata tal-kambju

April 2008 (*****)

Koeffiċjenti korrettivi

April 2008 (******)

Il-Kamerun

713,8

655,957

108,8

Il-Kanada

1,234

1,608

76,7

Il-Gambja (7)

21,26

30,75

69,1

Il-Ginea (Conakry)

3 799

6 851,17

55,5

Il-Ginea-Bissaw

760,7

655,957

116,0

L-Indoneżja (Banda Aceh)

6 925

14 540,2

47,6

Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali

728,4

655,957

111,0

Il-Vanwatu

155,8

148,98

104,6


MEJJU 2008

Pajjiż assenjat

Paritajiet ekonomiċi

Mejju 2008

Rata tal-kambju

Mejju 2008 (*******)

Koeffiċjenti korrettivi

Mejju 2008 (********)

L-Armenja

331,6

482,2

68,8

L-Eġittu (8)

2,708

8,60965

31,5

Il-Ħaiti (8)

63,31

61,9632

102,2

Il-Lesoto

6,059

11,8167

51,3

Il-Madagaskar

2 125

2 621,33

81,1

Il-Perù

3,132

4,34275

72,1

Il-Filippini

42,21

65,686

64,3

Is-Surinam

1,743

4,2939

40,6


ĠUNJU 2008

Pajjiż assenjat

Paritajiet ekonomiċi

Ġunju 2008

Rata tal-kambju

Ġunju 2008 (*********)

Koeffiċjenti korrettivi

Ġunju 2008 (**********)

l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (9)

45,35

61,3871

73,9

L-Eġittu (10)

2,913

8,44855

34,5

L-Etjopja

12,12

15,2245

79,6

Il-Gambja (11)

22,41

32,7

68,5

Il-Ħaiti (10)

66,63

62,9246

105,9

Il-Gżejjer Fiġi

1,695

2,33508

72,6

Il-Gżejjer Solomon (12)

10,81

12,0152

90,0

Il-Ġamajka

93,22

110,025

84,7

Il-Kirgistan (12)

50,99

56,6834

90,0

Il-Kaledonja Ġdida

172,6

119,332

144,6

L-Uganda

1 835

2 563,8

71,6

Il-Pakistan

44,72

107,615

41,6

Is-Samoa

2,642

3,89332

67,9

Is-Serbja (Belgrad) (9)

61,51

80,7545

76,2

Is-Sudan (Khartoum)

1,685

3,1984

52,7

Is-Sirja (9)

46,93

72,09

65,1

It-Tanzanija (13)

1 165

1 873,39

62,2

It-Turkija

1,567

1,9039

82,3

Il-Venezwela (9)

2,075

3,34347

62,1

Il-Jemen

182,6

310,909

58,7


(*)  EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(**)  Brussell = 100 %

(1)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar u Ġunju.

(2)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar u Marzu.

(3)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Frar, Marzu u Ġunju.

(***)  EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD)

(****)  Brussell = 100 %

(4)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Marzu u Ġunju.

(5)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar u Marzu.

(6)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Frar, Marzu u Ġunju.

(*****)  EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(******)  Brussell = 100 %.

(7)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal April u Ġunju.

(*******)  EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(********)  Brussell = 100 %

(8)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Mejju u Ġunju.

(*********)  EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(**********)  Brussell = 100 %.

(9)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar u Ġunju.

(10)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Mejju u Ġunju.

(11)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal April u Ġunju.

(12)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Marzu u Ġunju.

(13)  Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Frar, Marzu u Ġunju.


26.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Marzu 2009

li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2032)

(2009/296/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika tas-Sajd Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 34c(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 adottat pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (Rakkomandazzjoni 06-05), li daħlet fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2007. Dak il-Pjan ta’ Rkupru ġie traspost fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea (KE) fuq bażi temporanja permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 643/2007 (2) u fuq bażi permanenti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 (3)

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni 08-05 tal-ICCAT adottata fl-24 ta’ Novembru 2008 u li temenda r-Rakkomadazzjoni 06-05 biex jiġi stabbilit pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran fiha tibdiliet importanti. Dawn it-tibdiliet ġew imdaħħla fil-proposta għat-traspożizzjoni tar-Rakkomandazzjoni 08-05 fil-liġi Komunitarja, li tressqet mill-Kummissjoni quddiem il-Kunsill u l-Parlament.

(3)

Sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-pjan multiannwali tal-irkupru, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni li jinvolvi lill-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall, bil-għan li jiġi ggarantit livell xieraq ta’ implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd b’rabta mal-irkupru tal-istokkijiet tat-tonn.

(4)

Dak il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkun stabbilit għall-perjodu mill-15 ta’ Marzu 2009 sal-15 ta’ Marzu 2011. Ir-riżultati miksuba bl-applikazzjoni tal-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni għandhom jiġu evalwati perjodikament f’kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.

(5)

Sabiex jiġu armonizzati l-kontroll u l-ispezzjoni tas-sajd tat-tonn fuq il-livell Komunitarju, huwa xieraq li jitħejjew regoli komuni għall-attivitajiet tal-kontroll u l-ispezzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u li l-Istati Membri jadottaw programmi nazzjonali ta’ kontroll ekwivalenti għal dawn ir-regoli komuni. Għal dak il-għan, għandhom jiġu stabbiliti punti ta’ riferiment għall-intensità tal-attivitajiet tal-kontroll u l-ispezzjoni, kif ukoll il-prijoritajiet u l-proċeduri għall-kontroll u l-ispezzjoni.

(6)

Sabiex jiġi żgurat is-segwiment tal-ksur skont l-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (4), għandu jitwaqqaf qafas li fi ħdanu l-awtoritajiet kollha kkonċernati jistgħu jitolbu għajnuna reċiproka u jaqsmu informazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 34a u 34b tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(7)

Għandhom jitwettqu attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza skont il-pjanijiet ta’ mobbilizzazzjoni konġunta stabbiliti mill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (5).

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni ġew stabbiliti flimkien mal-Istati Membri kkonċernati.

(9)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali tal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran adottat mill-ICCAT fl-24 ta’ Novembru 2008.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Il-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni marbut mat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Baħar Mediterran għandu jkopri:

(a)

l-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti, in-nases u l-farms;

(b)

l-operazzjonijiet kollha tal-qbid, il-ħatt, it-trasferimenti, it-trażbord u t-tqegħid fil-gaġeġ;

(ċ)

l-attivitajiet kollha relatati tal-farms u l-impriżi involuti fiż-żamma fil-gaġeġ, it-tismin, l-produzzjoni jew l-ipproċessar tat-tonn u/jew il-kummerċ ta’ prodotti tat-tonn, fosthom l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid, it-trasport u l-ħażna;

(d)

l-implimentazzjoni tal-pjanijiet multiannwali tas-sajd;

(e)

l-probizzjoni tal-użu ta’ inġenji tal-arju u ħelikopters tat-tiftix;

(f)

is-sajd sportiv u rikreazzjonali;

(g)

l-implimentazzjoni tal-Iskema tal-ICCAT dwar l-Ispezzjonijiet Internazzjonali Konġunti;

(h)

il-monitoraġġ u s-segwitu tal-operazzjoni konġunti tas-sajd;

(i)

l-implimentazzjoni tal-miżuri dwar il-kapaċitajiet tas-sajd u l-produzzjoni;

(j)

l-implimentazzjoni tal-programmi tal-osservazzjoni mill-Istati Membri u l-programm tal-ICCAT tal-osservazzjoni reġjonali;

(k)

l-implimentazzjoni tar-regoli dwar ir-resiġistrazzjoni tal-bastimenti tal-qbid awtorizzati u ta’ bastimenti tas-sajd oħra.

2.   Il-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni għandu japplika mill-15 ta’ Marzu 2009 sal-15 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 3

Programmi nazzjonali tal-kontroll

1.   Il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali tal-kontroll, skont ir-regoli komuni stabbiliti fl-Anness I, fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2.

2.   L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Marzu 2009 u 2010 il-programmi nazzjonali tal-kontroll u l-iskedi annwali tal-implimentazzjoni tagħhom.

3.   Il-programmi nazzjonali tal-kontroll għandhom ikun fihom id-dejta kollha elenkata fl-Anness II. L-iskedi tal-implimentazzjoni annwali għandhom jinkludu d-dettalji fir-rigward tar-riżorsi umani u l-materjali allokati u ż-żoni fejn ser jintużaw dawk ir-riżorsi.

Artikolu 4

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri kollha għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 3(1) għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni.

Artikolu 5

Spezzjonijiet mill-Kummissjoni

1.   L-ispetturi Komunitarji jistgħu jwettqu spezzjonijiet mingħajr l-għajnuna ta’ spetturi mill-Istati Membri kkonċernati, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tipprovdi lill-ispetturi tal-Kummissjoni l-għajnuna meħtieġa biex iwettqu l-ispezzjonijiet previsti fil-paragrafu 1.

3.   L-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom jivverifikaw is-sejbiet tagħhom mal-ispetturi tal-Istat Membru kkonċernat. Għal dak il-għan, għandhom jiltaqgħu wara kull waħda miż-żjarat tagħhom ta’ spezzjoni mal-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex jinfurmawhom dwar is-sejbiet li jkunu għamlu.

Artikolu 6

Attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza

1.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom iwettqu attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza skont il-Pjan ta’ Eżerċizzju Konġunt stabbilit mill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005. It-twettiq ta’ spezzjoni għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 08-05 tal-Iskema tal-Ispezzjonijiet Internazzjonali Konġunti u l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Għal dak il-għan, l-Istat Membru kkonċernat għandu:

(a)

jiżgura li l-ispetturi minn Stati Membri oħra kkonċernati jkunu mistiedna jieħdu sehem fi spezzjonijiet konġunti u attivitajiet ta’ sorveljanza;

(b)

jistabbilixxi proċeduri operattivi konġunti applikabbli għall-inġenji tagħhom ta’ sorveljanza.

Artikolu 7

Attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni mill-Istati Membri

Stat Membru li jkun bi ħsiebu jissorvelja u jispezzjona bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor, fil-qafas tal-Pjan ta’ Eżerċizzju Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-punt ta’ kuntatt tal-Istat Membru kostali kkonċernat, imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1042/2006 (6), u lill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd. Din in-notifika għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip, l-isem u l-kodiċi tar-radju tal-bastimenti tal-ispezzjoni u tal-inġenji tal-ajru tal-ispezzjoni skont il-lista msemmija fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

iż-żoni, kif imsemmija fl-Artikolu 1, fejn ikunu ser jitwettqu s-sorveljanza u l-ispezzjoni;

(ċ)

it-tul taż-żmien tal-attivitajiet tas-sorveljanza u l-ispezzjoni.

Artikolu 8

Ksur

1.   L-Istati Membri li l-ispetturi tagħhom jiskopru kwalunkwe ksur waqt spezzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2, għandhom jinfurmaw lill-Istati li ġejjin dwar id-data tal-ispezzjoni u d-dettalji tal-ksur:

(a)

l-Istat Membru tal-bandiera rilevanti u/jew il-Parti Kontraenti tal-ICCAT u, fejn xieraq;

(b)

l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-istallazzjoni tal-farm jew l-impriża involuta fl-ipproċessar u/jew il-kummerċ tal-prodotti tat-tonn.

2.   Meta l-Istat Membru li l-ispetturi tiegħu skoprew il-ksur ma jiħux azzjoni ulterjuri, l-Istati Membri mgħarrfa skont il-paragrafu 1 għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-pront biex jilqgħu u jikkunsidraw il-provi tal-ksur. Għandhom iwettqu kwalunkwe investigazzjoni ulterjuri kif meħtieġ biex jiġi segwit il-ksur.

3.   L-Istati Membri li l-ispetturi tagħhom josservaw attività jew kundizzjoni li tista’ tikkostitwixxi ksur serju, kif definit fir-Rakkomandazzjoni 08-05, għandhom minnufih jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, direttament kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-ICCAT u l-Kummissjoni.

4.   F’każ li ksur serju, kif definit fir-Rakkomandazzjoni 08-05, jiġi skopert abbord bastiment tas-sajd Komunitarju, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni, il-bastiment tas-sajd bil-bandiera tiegħu jieqaf mill-attivitajiet kollha tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd biex jipproċedi immedjatament lejn port deżinjat mill-Istat Membru u fejn għandha tinbeda investigazzjoni. Jekk il-bastiment tas-sajd ma jissejjaħx fil-port, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħti ġustifikazzjoni xierqa lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, li għandu jpoġġiha għad-dispożizzjoni tal-Partijiet Kontraenti l-oħra.

5.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li, jekk il-prosekuzzjoni ta’ ksur tiġi trasferita lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, is-sigurtà u l-kontinwità ta’ kwalunkwe evidenza tal-ksur ċċitat mill-ispetturi tiegħu tkun garantita f’kull każ.

Artikolu 9

Informazzjoni

1.   L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa tmiem kull xahar, l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ dak ix-xahar:

(a)

l-attivitajiet ta’ spezzjoni u kontroll imwettqa;

(b)

il-ksur kollu, fosthom għal kull ksur, l-identifikazzjoni ta’:

(i)

il-bastiment tas-sajd (isem, bandiera u kodiċi ta’ identifikazzjoni esterna), in-nassa, il-farm jew l-impriża involuta fl-ipproċessar u/jew il-kummerċ tal-prodotti tat-tonn ikkonċernati,

(ii)

id-data, il-ħin u l-post tal-ispezzjoni u

(iii)

in-natura tal-ksur;

(ċ)

il-qagħda attwali tas-segwiment tal-ksur li nstab;

(d)

kwalunkwe azzjoni rilevanti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

2.   Ksur għandu jibqa’ jitniżżel fuq kull rapport sussegwenti sakemm l-azzjoni tiġi konkluża skont il-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Kull rapport sussegwenti għandu:

(a)

jindika l-istatus attwali tal-każ (eż. kawża pendenti, taħt appell, għadu jiġi investigat) u

(b)

deskrizzjoni f’termini speċifiċi ta’ kwalunkwe penali imposta (eż. livelli ta’ multi, valur tal-ħut u/jew irkaptu kkonfiskat, jekk twasslitx twissija bil-miktub).

3.   Jekk spettur tal-Kummissjoni jsib ksur abbord ta’ bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jinfurmaw mingħajr dawmien lil dak l-ispettur tal-Kummisjoni bis-segwitu li ngħata lill-ksur.

4.   Ir-rapporti għandhom jinkludu spjegazzjoni jekk ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni.

Artikolu 10

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ darba fis-sena, fil-bidu ta’ Settembru laqgħa tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura biex tiġi evalwata l-konformità ma’ u r-riżultati tal-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni bi ħsieb li jiġi mħejji r-rapport li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tippreżenta lis-Segretarjat tal-ICCAT fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

Artikolu 11

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 8.

(4)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(5)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1; MT: ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 36.

(6)  ĠU L 187, 8.7.2006, p. 14.


ANNESS I

REGOLI KOMUNI GĦALL-PROGRAMMI NAZZJONALI TAL-KONTROLL, KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 (1)

Għanijiet

1

L-għan ġenerali tal-programmi nazzjonali tal-kontroll għandu jkun il-verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli li tirrigwarda:

(a)

il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ li jseħħu fl-ilmijiet Komunitarji;

(b)

monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonjiet tat-trasferiment;

(ċ)

monitoraġġ sħiħ tal-operazzjonijiet konġunti tas-sajd;

(d)

restrizzjonijiet kwantitattivi dwar il-qabdiet u kwalunkwe kundizzjoni speċifika assoċjata magħhom, inkluż il-monitoraġġ tal-użu tal-kwota;

(e)

pjanijiet annwali tas-sajd;

(f)

id-dokumenti kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tonn, b’mod partikolari li jivverifikaw l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata;

(g)

miżuri speċifiċi tekniċi u kundizzjonijiet għas-sajd għat-tonn kif ipprovdut fir-Rakkomandazzjoni 08-05, speċifikament l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-daqs minimu u l-kundizzjonijiet assoċjati;

2

L-għan speċifiku tal-programmi nazzjonali tal-kontroll għandu ikun l-ksib tal-implimentazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet kollha tal-pjan tal-irkupru għat-tonn stabbilit bir-Rakkomadazzjoni 08-05.

Strateġija

Il-programm tal-kontroll nazzjonali għandu jikkonċentra fuq il-kontroll u l-ispezzjoni tas-sajd u tal-attivitajiet kollha relatati minn kwalunkwe bastiment tas-sajd, nassa, farm u impriża involuti fl-ipproċessar u/jew kummerċ fil-prodotti tat-tonn.

L-ispezzjonijiet tat-trasport u tal-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu komplementari ta’ kontroverifika biex tiġi ttestjata l-effiċjenza tal-kontroll u tal-ispezzjoni.

1.1.   Prijoritajiet

Kategoriji ta’ rkaptu differenti għandhom ikunu soġġetti għal livelli differenti ta’ prijoritizzazzjoni, skont il-pjan annwali tas-sajd. Minħabba f’hekk, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi.

1.2.   Punti ta’ referenza fil-mira

Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-iskedi tagħhom tal-ispezzjoni li jqisu l-punti ta’ referenza li ġejjin:

Post ta’ Spezzjoni

Punt ta’ referenza

Attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ (inkluż il-qbid)

Kwalunkwe operazzjoni ta’ trasferiment f’farm għandha tkun awtorizzata mill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid.

L-operazzjonijiet kollha ta’ tqegħid fil-gaġeġ u l-proċessi ta’ qbid għandhom jiġu spezzjonati.

L-operazzjonijiet kollha ta’ tqegħid fil-gaġeġ għandhom jiġi rreġistrati fuq vidjow.

Spezzjoni fuq il-baħar

Punt ta’ referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f’kull żona. Il-punti ta’ referenza għandhom jirreferu għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa fuq il-baħar fiż-żona speċifika għall-irkupru tat-tonn u għandhom jirreferu wkoll għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa b’indikazzjoni tal-istaġun tas-sajd u t-tip ta’ attività tas-sajd fil-mira.

Operazzjoni ta’ trasferiment

L-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment għandhom ikunu ġew awtorizzati minn qabel mill-Istat Membru tal-bandiera abbażi ta’ notifika minn qabel.

Dikjarazzjoni ta’ trasferiment għandha tintbagħat wara kull operazzjoni ta’ trasferiment.

L-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment għandhom jiġu rreġistrati fuq vidjow.

Trażbord

Il-bastimenti kollha tas-sajd li jidħlu f’port deżinjat bil-għan li jwettqu operazzjonijiet ta’ trażbord li jinvolvu t-tonn għandhom jiġu kkontrollati. Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux deżinjati.

Il-bastiment kollha tal-ipproċessar għandhom jiġi spezzjonati mal-wasla qabel jibdew l-operazzjonijiet ta’ trażbord, kif ukoll qabel it-tluq wara l-operazzjonijiet tat-trażbord.

Operazzjonijiet konġunti tas-sajd

L-operazzjonjiet konġunti kollha tas-sajd għandhom ikunu ġew awtorizzati minn qabel mill-Istati tal-bandiera.

L-Istati Membri għandhom imbagħad jistabbilixxu u jżommu reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti kollha tas-sajd awtorizzati minnhom.

Sorveljanza mill-ajru

Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd imwettqa f’kull żona, filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-Istati Membri.

Ħatt

Il-bastimenti kollha li jidħlu f’port deżinjat bil-għan li jħottu t-tonn għandhom jiġu spezzjonati.

Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux deżinjati.

Kummerċjalizzazzjoni

Punt ta’ referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività ta’ kummerċjalizzazzjoni li twettqet.

Sajd sportiv u rikreattiv

Punt ta’ referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd sportiv u rikreattiv li twettqu.

Kompiti ta’ spezzjoni

1.3.   Kompiti ġenerali ta’ spezzjoni

Għandu jitħejja rapport ta’ spezzjoni għal kull kontroll u spezzjoni, fil-format mehmuż ma’ dan l-anness. L-ispetturi għandhom, fi kwalunkwe każ, jivverifikaw u jirreġistraw fir-rapport tagħhom l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji tal-identità tal-persuni responsabbli, kif ukoll dawk tal-bastiment, persunal tal-farm, eċċ. involuti fl-attivitajiet spezzjonati;

(b)

l-awtorizzazzjonijiet, il-liċenzji u l-permessi speċjali tas-sajd;

(ċ)

dokumentazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti, bħal ġurnali ta’ abbord, dikjarazzjonijiet ta’ trasferiment u trażbord, T2M, dokumenti tal-ICCAT dwar l-qabda tan-tonn, ċertifikati tal-esportazzjoni mill-ġdid u dokumentazzjoni oħra eżaminata għall-iskopijiet ta’ kontroll u spezzjoni;

(d)

osservazzjoni dettaljata tad-daqsijiet ta’ tonn maqbuda, maqbud b’nases, ittrasferiti, ittrażbordati, imħatta l-art, ittrasportati, prodotti, ipproċessati jew ikkummerċjalizzati fil-kuntest tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-pjan tal-irkupru;

(e)

il-qabdiet inċidentali tat-tonn li jinżammu abbord il-bastimenti li ma jkunux attivament qed jistadu għat-tonn.

L-informazzjoni dwar is-sejbiet rilevanti kollha mill-ispezzjoni fuq il-baħar, mis-sorveljanza mill-ajru, f’portijiet, f’nases, farms jew f’kwalunkwe impriza oħra kkonċernata għandha titniżżel fir-rapporti tal-ispezzjoni.

Dawk is-sejbiet għandhom jitqabblu mal-informazzjoni magħmula disponibbli għall-ispetturi minn awtoritajiet kompetenti oħra, fosthom l-informazzjoni u l-listi tal-bastimenti awtorizzati mis-Sistema ta’ Sorveljanza tal-Bastimenti (SSB), ir-rapporti tal-osservaturi u r-reġistrazzjonijiet fuq il-vidjow.

1.4.   Kompiti ta’ spezzjoni għas-sorveljanza mill-ajru

L-ispetturi għandhom jirrappurtaw dwar id-dejta tas-sorveljanza għal finijiet ta’ kontroverifika, u b’mod partikolari jivverifikaw avvistamenti ta’ bastimenti tas-sajd mal-listi tal-VMS u tal-bastimenti awtorizzati;

L-ispetturi għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar l-attivitajiet ta’ sajd IUU u dwar l-użu ta’ inġenjij tal-ajru jew ħelikopters tat-tiftix;

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal żoni magħluqa, għall-perjodi tal-istaġuni tas-sajd u għall-attivitajiet tal-flotot li għalihom japplikaw xi derogi.

1.5.   Kompiti ta’ spezzjoni fuq il-baħar

Meta ħut mejjet jittella’ abbord il-bastiment tal-qbid, inkella jkun preżenti fuq bastiment tal-ipproċessar jew tat-trasport, l-ispetturi għandhom dejjem jivverifikaw il-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord u jqabbluhom mal-kwantitajiet irreġistrati fid-dokumentazzjoni rilevanti miżmuma abbord;

Meta ħut ħaj ikun qed jiġi ttrasferit minn bastimenti tal-qbid għal bastimenti tal-gaġeġ/tal-irmonk jew minn bastimenti tal-gaġeġ/tal-irmonk lejn stallazzjonijiet tal-farms, l-ispetturi għandhom jippruvaw jidentifikaw il-mezzi użati mill-partijiet involuti biex jistmaw il-kwantitajiet ta’ tonn ħaj ittrasferit. Meta jkun disponibbli vidjow, l-ispetturi għandhom jingħataw aċċess għalih u jivverifikaw il-kwantitajiet ittrasferiti, kif osservat fil-vidjow;

L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:

(a)

li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (immarkar, identità, liċenzja, permessi speċjali, awtorizzazjoni u listi tal-ICCAT),

(b)

li l-informazzjoni rilevanti tkun preżenti abbord u kkompletata kif xieraq u rraportata (ġurnali ta’ abbord, dokumenti tal-qbid tat-tonn, dikjarazzjoni ICCAT tat-trasferiment u dikjarazzjoni tat-trażbord),

(ċ)

li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) li tkun taħdem,

(d)

li l-bastimenti tas-sajd mhumiex joperaw f’żoni magħluqa u qed jirrispettaw l-għeluq tal-istaġun tas-sajd,

(e)

ir-rispett tal-limitazzjonijiet tal-kwoti u tal-qabdiet inċidentali,

(f)

il-kompożizzjoni tal-qabdiet f’termini tad-daqs tat-tonn abbord,

(g)

il-kwantitajiet fiżiċi ta’ tonn abbord u l-preżentazzjoni tagħhom,

(h)

l-irkaptu tas-sajd abbord;

(i)

il-preżenza ta’ osservatur fejn rilevanti.

L-ispetturi għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar attivitajiet ta’ sajd IUU, u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters ta’ tiftix.

1.6.   Kompiti ta’ spezzjoni waqt operazzjonijiet ta’ trasferiment

L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:

(a)

li l-kaptan tal-bastiment tal-qbid bagħat notifika minn qabel, iffirmata mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord, lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera;

(b)

il-kaptan tal-bastiment tal-qbid irċieva awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tiegħu;

(ċ)

li l-kaptani tal-bastimenti tal-qbid lestew u ttrażmettew lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tagħhom id-dikjarazzjoni ICCAT tat-trasferiment kif mehmuż (l-Anness 3) mar-Rakkomdazzjoni 08-05;

(d)

id-dikjarazzjoni tat-trasferiment ġiet ivverifikata mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tal-qbid u trażmessa lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk (tug);

(e)

li il-kaptan tal-bastiment tat-tug żgura l-monitoraġġ tal-attivitajiet kollha tat-trasferiment b’kamera tal-vidjow fl-ilma.

1.7.   Kompiti ta’ spezzjoni waqt operazzjonijiet konġunti tas-sajd

L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:

(a)

li l-informazzjoni rilevanti dwar l-operazzjonijiet konġunti tas-sajd tiġi rrapurtata kif xieraq fil-ġurnal tas-sajd;

(b)

li l-bastimenti tas-sajd tkun ingħatatilhom awtorizzazzjoni għall-operazzjoni konġunta tas-sajd mill-Istat tal-bandiera tagħhom bl-użu tal-mudell fl-Anness 6 għar-Rakkomandazzjoni 08-05;

(ċ)

il-preżenza ta’ osservatur matul l-operazzjoni konġunta tas-sajd.

1.8.   Kompiti ta’ spezzjoni mal-ħatt l-art

L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:

(a)

li l-bastimenti tas-sajd jkunu awtorizzati joperaw (immarkar, identità, liċenzja, permessi speċjali, awtorizzazzjoni u listi tal-ICCAT);

(b)

li l-prenotifika tal-wasla għall-ħatt l-art tkun intbagħtet u li kien fiha l-informazzjoni korretta dwar il-qabda abbord;

(ċ)

li l-bastimenti tas-sajd jkunu mgħammra b’Sistema ta’ Sorveljanza tal-Bastimenti (VMS);

(d)

għal bastimenti tas-sajd, li l-informazzjoni rilevanti tkun preżenti abbord u kkompletata kif xieraq u rraportata (ġurnali ta’ abbord, dokumenti tal-qbid tat-tonn, ċertifikat tal-esportazzjoni mill-ġdid, dikjarazzjoni ICCAT tat-trasferiment u dikjarazzjoni tat-trażbord);

(e)

il-kwantitajiet fiżiċi ta’ tonn abbord, u l-preżentazzjoni tagħhom;

(f)

il-kompożizzjoni tal-qabdiet f’termini ta’ daqs ta’ tonn abbord (qbid inċidentali u r-regoli dwar id-daqs minimu);

(g)

l-irkaptu tas-sajd abbord;

(h)

fil-każ ta’ ħatt l-art ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż gross ekwivalenti tat-tonn ipproċessat;

(i)

li t-tonn offert għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, mill-bastimenti tas-sajd fil-Lvant tal-Atlantiku, jkun immarkat jew ittikkettat korettament;

(j)

li t-tonn li jinħatt l-art mill-dgħajjes tas-sajd bil-qasba fil-Lvant tal-Atlantiku jkunu ttegjati korrettament minn denbhom.

1.9.   Kompiti ta’ spezzjoni matul it-trażbord

L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:

(a)

li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (immarkar, identità, liċenzja, permessi speċjali, awtorizzazzjoni u listi tal-ICCAT);

(b)

li l-prenotifika tal-wasla fil-port tkun intbagħtet u kien fiha l-informazzjoni korretta dwar it-trażbord;

(ċ)

li l-bastimenti tal-qbid li jixtiequ jittrażbordaw ikunu rċevew awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat tal-bandiera tagħhom;

(d)

li l-kwantitajiet prenotifikati għat-trażbord huma vverifikati;

(e)

li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun abbord u kkompletata kif jixraq, fosthom id-dikjarazzjoni tat-trażbord, id-dokumenti rilevanti T2M u tal-ICCAT tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikat tal-esportazzjoni mill-ġdid;

(f)

fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi tal-ICCAT ta’ konverżjoni biex jiġi kkalkolat il-piż gross ekwivalenti tat-tonn ipproċessat.

1.10.   Kompiti ta’ spezzjoni fuq installazzjonijiet tal-farms

L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:

(a)

li d-dokumentazzjoni hija preżenti u kkompletata u rraportata kif xieraq u rraportata (dokumenti tal-qbid tat-tonn, ċertifikat tal-esportazzjoni mill-ġdidi, dikjarazzjoni tat-trasferiment, dikjarazzjoni tal-qbid mill-gaġeġ u dikjarazzjoni tat-trażbord);

(b)

li l-operazzjoni tat-trasferiment kienet awtorizzata minn qabel mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid;

(ċ)

li osservatur kien dejjem preżenti matul it-trasferimenti u l-qabdiet mill-gaġeġ tat-tonn, u vvalida d-dikjarazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ;

(d)

li l-attivitajiet kollha tat-trasferimenti mill-gaġeġ għall-farm ġew is-sorveljati minn vidjow kamera fl-ilma, sakemm il-gaġeġ ma jkunux direttament imwaħħla mas-sistema tal-irmiġġ.

1.11.   Kompiti ta’ spezzjoni marbuta mat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni

L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:

(a)

fir-rigward tat-trasport, b’mod partikolari d-dokumenti rilevanti ta’ akkumpanjament u jivverifikawhom mal-kwantitajiet fiżiċi ttrasportati;

(b)

fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun preżenti u kkompletata kif jixraq, inklużi d-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikati tal-esportazzjoni mill-ġdid.

Rapport tal-Ispezzjoni

1.   Spettur

1.1.

Isem …

1.2.

Nazzjonalità …

1.3.

Numru tal-Karta tal-Identità tal-Ispettur/tip (ICCAT) …

2.   Tip ta’ Spezzjoni

Bastiment fil-baħar

Trażbord

Farm: trasferiti fi/qbid mill-gaġeġ

Nassa

Mal-ħatt

Sorveljanza mill-ajru

Trasport lejn l-art

Kummerċalizzazzjoni

3.   Bastiment li jġorr l-ispettur (fejn xieraq)

3.1.

Isem u Reġistrazzjoni …

3.2.

Bandiera …

4.   Bastiment/Farm/Nassa spezzjonat(a)

4.1.

Isem u Reġistrazzjoni …

4.2.

Bandiera/Stat Membru …

4.3.

Kaptan/Maniġer tal-Farm (Isem) …

4.4.

Sid/Kumpanija (Isem u indirizz) …

4.5.

Numru ICCAT tar-Reġistrazzjoni. …

5.   Pożizzjoni

5.1.

Kif iddeterminata mill-ispettur: Lat. Long.

5.2.

Iddeterminata mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd: Lat. Long.

5.3.

Ħin (GMT) meta ġiet irreġistrata l-pożizzjoni:

6.   Data …

7.   Ħin

7.1.

Mal-wasla …

7.2.

Mat-tluq …

8.   Irkaptu tas-sajd abbord

Purse Seine

Qasab u xlief (Dgħajjes tas-sajd)

Bil-konz

Xolfa tat-trejjix

Oħrajn (speċifika)

9.   Speċijiet osservati abbord

10.   Dikjarazzjoni tar-ritratti meħuda b’deskrizzjoni tas-suġġetti

11.   Lista ta’ dokumenti spezzjonati u kkummenti

12.   Riżultati tal-ispezzjoni tal-ħut abbord

Speċijiet

 

 

 

 

Qabda totali (kg)

 

 

 

 

Tip ta’ prodott

 

 

 

 

Kampjun spezzjonat

 

 

 

 

% Taħt id-daqs minimu

 

 

 

 

13.   Kummenti tal-ispettur

14.   Kummenti tal-osservatur


ANNESS II

KONTENUTI TAL-PROGRAMMI NAZZJONALI TAL-KONTROLL KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Il-programmi nazzjonali tal-kontroll għandhom, fost l-oħrajn, jispeċifikaw:

Mezzi ta’ kontroll

—   Mezzi umani

L-għadd ta’ spetturi fuq l-art u fuq il-baħar u l-perjodi u ż-żoni minn fejn jistgħu jissejħu.

—   Mezzi tekniċi

L-għadd ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru tas-sorveljanza, u l-perjodi u ż-żoni minn fejn jistgħu jissejħu.

—   Mezzi finanzjarji

L-allokazzjoni baġitarja għall-użu tar-riżorzi umani, il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tas-sorveljanza.

Għażla ta’ portijiet

Il-lista tal-portijiet u l-ħinijiet magħżula kif meħtieġ skont ir-Rakkomandazzjoni.

Pjanijiet annwali tas-sajd

Id-dettalji ta’ kwalunkwe sistema eżistenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, sorveljanza kontroll tal-pjan tas-sajd.

Protokolli għal spezzjoni

Protokolli Dettaljati għall-attivitajiet kollha ta’ spezzjoni.

Linji gwida

Linji gwida tal-ispjegazzjoni għall-ispetturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u s-sajjieda.

Protokolli għal komunikazzjoni

Protokolli għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati mill-Istati Membri oħra biex ikunu responsabbli għall-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni tat-tonn.