ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
Paġna |
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/107/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistemi tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (notifikata bid-dokument Nru C(2009) 38) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kummissjoni
14.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Jannar 2009
li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistemi tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea
(notifikata bid-dokument Nru C(2009) 38)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2009/107/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Riformulazzjoni) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji dwar ir-reviżjoni tat-TSI-ERA-03-2008-REC) għall-vaguni tal-merkanzija tas-27 ta' Ottubru 2008,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) għandha tiżgura illi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (“TSIs”) jiġu addattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali u tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta' qafas lill-Aġenzija biex twettaq ċerti attivitajiet taħt id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini ta' dan il-mandat ta' qafas, l-Aġenzija ntalbet twettaq ir-reviżjoni tat-TSI Rolling Stock – Freight wagon, adottata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE tat-28 ta' Lulju 2006 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistema tal-vettura ferrovjarja [dokument mhux disponibbli bil-Malti] (5), kif ukoll biex tipprovdi opinjonijiet tekniċi dwar żbalji kritiċi u tippubblika lista ta' żbalji minuri nnutati. |
(3) |
Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni l-ġdida dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tal-1999 fl-1 ta' Lulju 2006 daħħal regoli ġodda li jirregolaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-vaguni. Il-Ftehim RIV li kien hemm qabel bejn l-impriżi ferrovjarji ġie parzjalment sostitwit minn ftehim ġdid privat u volontarju, il-Kuntratt Ġenerali tal-Użu (General Contract of Use) (GCU) (6) bejn l-impriżi ferrovjarji u s-sidien tal-vaguni, kif ukoll mid-Deċiżjoni 2006/81/KE. |
(4) |
Filwaqt li l-vaguni rreġistrati taħt il-ftehim RIV ħtieġu biss awtorizzazzjoni waħda mill-Impriza Ferrovjarja reġistranti, id-Direttiva 2001/16/KE ħtieġet awtorizzazzjoni għal kull Stat Membru. Din il-problema ġiet proviżorjament solvuta mit-taqsima 7.6 tal-Annnes għad-Deċiżjoni 2006/81/KE li tipprovdi li darba li ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz jingħataw għall-vaġuni fi grupp fi Stat Membru wieħed, iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni trid tkun rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri kollha sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-verifiki tas-sikurezza u tal-interoperabilità mill-Awtoritajiet tas-Sikurezza. Tipprovdi wkoll li safejn id-Deċiżjoni 2006/861/KE fiha punti miftuħa, l-awtorizzazzjonijiet għas-servizz se jiġu reċiprokament aċċettati, ħlief kif indikat fl-Anness JJ għal dik id-Deċiżjoni. Madankollu, safejn l-Anness JJ ma jidentifikax b'mod ċar il-kundizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vagun fi Stat Membru wieħed għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament fi Stati Membri oħra, l-applikazzjoni tat-taqsima 7.6 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2006/861/KE wasslet għal interpretazzjonijiet li jvarjaw. Dan irriżulta f'inċertezza ġuridika u diffikultajiet għall-industrija li sejħet għal azzjoni immedjata mill-Kummissjoni. |
(5) |
Il-problema issa tista' tiġi solvuta billi l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi li vetturi li jkunu konformi b'mod sħiħ mat-TSIs li jkopru l-aspetti kollha tas-sotto-sistemi rilevanti mingħajr każijiet speċifiċi u mingħajr kwistjonijiet pendenti marbuta strettament mal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u n-netwerk, m'għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tqegħid fis-servizz, sakemm jaħdmu fuq netwerks konformi mat-TSIs fl-Istati Membri l-oħra jew bil-kundizzjonijiet speċifikati fit-TSIs korrispondenti. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2006/861/KE fiha għadd ta' punti miftuħa u żbalji tekniċi. Filwaqt li r-Regoli Tekniċi Nazzjonali jistgħu japplikaw sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali marbuta mal-punti miftuħa, mhemmx ċertezza ġuridika li dawn is-soluzzjonijiet nazzjonali jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/57/KE, il-proċedura x-xierqa fil-każ ta' żbalji kbar jew kritiċi hija li l-ispeċifikazzjonijiet TSi rilevanti jiġu emendati minnufih. |
(7) |
Sabiex terġa' tiddaħħal l-interoperabilità sħiħa tal-vaguni tal-merkanzija għat-trasport internazzjonali, hija meħtieġa reviżjoni immedjata tad-Deċiżjoni 2006/861/KE sabiex jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vagun konformi mat-TSI għandha tkun valida fl-Istati Membri l-oħra kollha. |
(8) |
Il-vaguni li ġew awtorizzati jitqiegħdu fis-servizz skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/57/KE u li huma pprovduti b'awtorizzazzjoni valida fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu mmarkati b'marki alfabetiċi li jkunu ċari u li jintgħarfu faċilment. Jeħtieġ għalhekk li jiġi emendat l-Anness P. 5 għat-TSI marbut mas-sottosistema Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea adottata taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE (7). |
(9) |
Id-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni 2006/861/KE
Id-Deċiżjoni 2006/861/KE hija emendata kif ġej:
(a) |
L-Artikolu segwenti qed jiġi miżjud: “Artikolu 1a Dokumenti Tekniċi 1. L-Aġenzija Ewropew tal-Ferroviji (ERA) għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-kontenut tal-Anness LL bħala Dokument Tekniku tal-ERA. 2. L-ERA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-lista tal-brake-blocks ta' materjal kompost approvati bis-sħiħ għat-trasport internazzjonali msemmija fl-Annessi P u JJ bħala Dokument Tekniku tal-ERA. 3. L-Aġenzija għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali marbuta mad-draw gear imsemmi fl-Anness JJ bħala Dokument Tekniku tal-ERA. 4. Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornati d-Dokumenti Tekniċi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 u tgħarraf lill-Kummissjoni b'kull verżjoni riveduta. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE. Jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru jqisu li Dokument Tekniku ma jilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/57/KE jew ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, il-kwistjoni tiġi diskussa fil-Kumitat. Abbażi tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat u fuq talba tal-Kummissjoni, id-Dokumenti Tekniċi għandhom jiġu rtirati jew immodifikati mill-Aġenzija.” |
(b) |
L-Annessi huma emendati kif stipulat fl-Anness I. |
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni 2006/920/KE
L-Anness P. 5 għad-Deċiżjoni 2006/920/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 3
Jekk il-marka “TEN” tal-vaguni tal-merkanzija li tqiegħdu fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux konformi mat-tifsira speċifikata fl-Anness II, dik il-marka għandha titneħħa sal-31 ta' Diċembru 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Lulju 2009.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.
(3) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.
(4) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.
(5) ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.
(6) Il-websajt tal-GCU: http://www.gcubureau.org
(7) ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1.
ANNESS I
L-Annessi tad-Deċizjoni 2006/861/KE huma emendati kif ġej:
1) |
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
2) |
L-Anness B huwa emendat kif ġej:
|
3. |
Fl-Anness L, punt L.1.4.2.1, l-aħħar sentenza tiġi mibdula b'dan li ġej: “Meta roti monoblokk jiġu armati fuq vaguni li huma 100 % tread braked, għandhom jitqiesu l-parametri li ġejjin:
Nota: Għal tipi speċifiċi ta' trasport tal-merkanzija, il-valuri għall-qawwa u/jew il-ħin tal-applikazzjoni u/jew il-veloċità tal-ġiri u/jew it-tagħbijiet tal-fus u/jew id-dijametri tar-roti jistgħu jiġu mmodifikati fuq l-imġiba termomekkanika ta' dawn ir-roti fil-kuntest ta' utilizzazzjoni limitata.” |
4. |
Fl-Anness P, il-punt P.1.10 “Brake Blocks” jiġi mibdul b'dan li ġej: “P.1.10 Brake Blocks Il-proċedura tat-test għall-valutazzjoni tad-disinn li għandha tintuża brake blocks li huma Komponenti tal-Interoperabilità għandha ssir skont l-ispeċifikazzjoni fl-Anness I taqsima I.10.2. Din l-ispeċifikazzjoni għadha punt miftuħ għall-brake blocks ta' materjal kompost. Brake blocks ta' materjal kompost li ġa qed jintużaw għaddew mill-valutazzjoni skont p. 2.10. Il-lista tal-brake blocks ta' materjal kompost approvati bis-sħiħ għat-trasport internazzjonali qiegħda mniżżla f'Dokument Tekniku li għandu jiġi ppubblikat mill-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji fuq il-websajt tagħha.” |
5. |
L-Anness JJ għandu jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS JJ JJ.1. LISTA TA’ PUNTI MIFTUĦA It-tabella hawn taħt tagħti fil-qosor il-punti miftuħa ta’ din it-TSI u tikklassifika kull waħda minnhom jekk relatati (il-kolonna ‘IVA’) jew le (il-kolonna ‘LE’) mal-kompatibilità teknika bejn l-infrastruttura u l-vetturi.
JJ.2. SOLUZZJONI TAL-PUNTI MIFTUĦA U SPEĊIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI FIL-KAŻ TAL-VAGUNI MSEMMIJA FIT-TAQSIMA 7.6.4 1. Għeluq ta’ punti miftuħa Għall-vaguni identifikati fit-taqsima 7.6 ta’ din it-TSI, il-punti miftuħa identifikati fil-kolonna ‘IVA’ tal-Anness JJ-1 huma magħluqa f’din it-taqsima. 1.1. Lokalizzazzjoni tal-Hot Axle Box Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsima 4.2.3.3.2 ta’ din it-TSI huwa magħluq jekk il-vagun jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tad-Dokument Tekniku tal-ERA relatat. 1.2. Irjieħ trasversali Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsimiet 4.2.6.3 u 6.2.3.4.3 ta’ din it-TSI huwa magħluq mingħajr ebda dispożizzjoni obbligatorja dwar disinn tal-vagun. Jistgħu japplikaw xi miżuri operattivi. 1.3. Valutazzjoni tal-ġonot tal-iwweldjar Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsimiet 6.1.2.2 u 6.2.21 ta’ din it-TSI huwa magħluq bl-applikazzjoni ta’ EN 15085-5 ta’ Ottubru 2007. 1.4. Valutazzjoni tal-manutenzjoni Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness D ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: Kull pjan ta’ manutenzjoni
u li wkoll jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI huwa validu. Il-prestazzjonijiet waqt is-servizz huma meqjusa bħala sodisfaċenti. 1.5. L-uċuħ tar-roti Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness E ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: id-difetti fuq wiċċ ir-rota se jitqiesu fl-ambitu tal-manutenzjoni. 1.6. Roti tal-azzar fondut Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness L ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: ir-roti tal-azzar fondut mhumiex awtorizzati sakemm jiġi ppublikat standard Ewropew. 1.7. Disinn u Valutazzjoni tal-brake blocks ta’ materjal kompost Il-punt miftuħ identifikat fl-Annessi p. 1.10 u p. 2.10 ta’ din it-TSI huwa magħluq bid-dokument tekniku relatat li huwa ppubblikat fuq il-websjat tal-ERA. 2. Speċifikazzjonijiet addizzjonali L-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali li ġejjin huma wkoll meħtieġa għall-vaguni identifikati fit-taqsima 7.6.4. 2.1. Inġizzi u draw gears
It-testijiet tat-tip dinamiku għandhom isiru fuq tliet draw gears mingħajr mezz elastiku. It-tliet kampjuni għandhom jgħaddu mit-testijiet mingħajr ma juru ebda ħsara. M’għandhomx juru xquq, u l-forza tensili ma tistax tinżel taħt l-1 000 kN. 2.2. Is-saħħa tal-istruttura ewlenija tal-vettura Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.3.1 ta’ din it-TSI, huwa wkoll meħtieġ li:
2.3. Iġġakkjar Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.3.2.4 ta’ din it-TSI, il-konformità tal-iġġakkjar mal-grafika ta’ hawn taħt hija meħtieġa wkoll: Grafika Relevage sur la voie / Rerailing 2.4. Fus Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 5.4.2.4 u l-Anness M 1.4 ta’ din it-TSI, l-istandards li ġejjin japplikaw għall-istressijiet massimi permissibbli: EN 13103 taqsima 7, EN 13260 taqsima 3.2.2 u EN 13261 taqsima 3.2.3 2.5. L-imġiba dinamika tal-vettura Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li għall-każi partikolari tal-bogies mhux elenkati fl-Anness Y, japplikaw EN 14363 jew il-fuljett UIC 432. Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4.2.4 ta’ din it-TSI dwar is-sikurezza kontra l-iżvijjar waqt il-ġiri fuq binarji mgħawġa:
2.6. Forza kompressiva lonġitudinali Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.5 u l-Anness R ta’ din it-TSI, hija meħtieġa wkoll il-konformità mat-taqsima 3.2 tal-fuljett UIC 530-2, għajr għar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni ma’ u biex jiġi rċevut il-ftehim mill-Grupp ta’ Studju UIC (SG) 2. 2.7. Ibbrejkjar 2.7.1. Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.4.1.2.4 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li l-ħżin tal-enerġija jkun iddisinjat b’tali mod li wara applikazzjoni tal-brejk (bil-pressjoni massimu taċ-ċilindru tal-brejk u t-tefgħa massima possibbli taċ-ċilindru tal-vagun fi kwalunkwe stat ta’ tagħbija), il-pressjoni fir-reservoir awżiljari għandha tkun ≥ 0,3 bar mill-pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk mingħajr iż-żieda ta’ aktar enerġija. 2.8. Vaguni b’żewġ fusien Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4.2.4 ta’ din it-TSI, l-applikazzjoni tal-fuljett UIC 517 hija obbligatorja għall-kalkolu tas-sospensjoni tal-vaguni b’żewġ fusien. 2.9. Interferenza elettrika jew elettromanjetika Il-vaguni armati b’sors ta’ enerġija li jista’ jikkawża l-interferenza elettrika għandhom jiġu eżaminati skont il-fuljetti UIC 550-2 u 550-3. Il-firma elettromanjetika tal-kompożizzjonijiet ferrovjarji massimi trid tiġi vvalidata. 2.10. Tipi speċjali ta’ vaguni Għal kull wieħed mit-tipi ta’ vaguni li ġejjin, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali relatati:
2.11. Vaguni deħlin fir-Renju Unit Il-vaguni deħlin fir-Renju Unit għandhom ukoll jikkonformaw mal-fuljett UIC 503 relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tar-Renju Unit.” |
6. |
L-Anness ġdid li ġej jiddaħħal wara l-Anness KK: “ANNESS LL DOKUMENT TA' REFERENZA GĦAL-LOKALIZZAZZJONI TAL-HOT AXLE BOX Nota: dan l-Anness huwa wkoll ippubblikat bħala Dokument Tekniku tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u se jkompli jinżamm skont l-Artikolu 1a(4). 1. TERMINI U DEFINIZZJONIJIET Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, it-termini u t-tifsiriet li ġejjin japplikaw: Bearing tal-fus: bearing jew assemblaġġ ta' bearing fuq fus ta' vettura ferrovjarja li jittrażmetti proporzjon tal-piż tal-vettura ferrovjarja direttament għal fuq is-sett tar-rota. Axle box: l-istruttura, li tkun tinkludi pereżemoju cartridge bearing adaptor, li fih ikollu, jew ikun f'kuntatt mal-axle journal bearing u jipprovdi konnessjoni bejn l-arranġemaent tal-bogie jew tas-sospensjonijiet. Lokalizzatur tat-tisħin fil-kaxxa tal-fus (HABD): Żona fil-mira: żona definita fuq qiegħ tal-kaxxa tal-fus li ddisinjata sabiex ikollha t-temperatura tagħha mmonitorjata minn HABD Erja fil-mira: il-qisien skont il-pjan XY taż-żona fil-mira Żona projbittiva: żona fejn l-għejun tas-sħana, bħall-egżosts, li jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba ta' HABD, huma esklużi jew għandhom ilqugħ mis-sħana. Koordinati tal-vetturi ferrovjarji: il-koordinati tal-vetturi ferrovjarji, grafika 1, huma bbażati fuq is-sistema tal-koordinati Karteżjani skont ir-regola tal-id tal-lemin, fejn l-assi-X pożittiva (loġitudinali) jgħaddi tul il-vettur fid-direzzjoni tal-moviment, l-assi-Z jitla”“l fuq vertikalment, u l-oriġini qiegħed fiċ-ċentru tal-fus tas-sett tar-roti. L-assi-Y huwa l-assi laterali. Grafika 1 Koordinati tal-Vetturi Ferrovjarji Is-sett tar-roti unità li tinkludi: fus, żewġ roti u l-axle bearings tagħhom, jew par roti indipendenti li jkunu fl-istes pożizzjoni lonġitudinali u l-bearings tagħhom. Sors tas-sħana: parti mill-vetturi ferrovarji li jista' jkollha temperatura ogħla mit-temperatura tal-operazzjoni ma' qiegħ il-kaxxa tal-fus, bħal tagħbija sħuna jew pajp tal-egżost. 2. SIMBOLI U TAQSIRIET Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, it-termini u t-tifsiriet li ġejjin japplikaw:
3. REKWIŻITI GĦALL-VETTURI FERROVJARJI Din it-taqsima fiha r-rekwiżiti għan-naħa tal-vetturi ferrovjarji tal-interfaċċa HABD. 3.1. Żona fil-mira Iż-żona fil-mira hija żona fuq il-wiċċ ta' qiegħ il-kaxxa tal-fus deskritta mill-intersezzjoni tal-kaxxa tal-fus ma' kubojde virtwali li għandu erja orizzontali meta maqsum minn tulu mogħtija mill-qisien XTA u YTA bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji. L-erja orizzontali meta maqsum minn tulu tal-kubojde virtwali hija għalhekk kongruwenti mal-erja tal-pjan (i.e. il-pjan XY) taż-żona fil-mira, hawnhekk imsemmija l-erja fil-mira. 3.2. Erja fil-mira: L-erja fil-mira għandha postha fl-ispazju fir-rigward tal-qisien tal-fus, u tiddefinixxi erja li fiha HABD tista' tiffoka biex timmonitorja t-temperatura ta' axle box. Il-grafika 2 turi l-pożizzjoni u l-qisien minimi tal-erja fil-mira bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji. Grafika 2 Qisien u pożizzjoni tal-erja fil-mira (TA) fil-pjan XY (kif tarah minn taħt) 3.3. Qisien tal-Erja fil-Mira Jekk jitqiesu t-tolleranzi mekkaniċi, l-erja fil-mira għandha:
3.4. Il-Pożizzjoni tal-Erja fil-Mira fil-pjan XY Fil-pjan XY, iċ-ċentru tal-erja fil-mira għandu jkun ippożizzjonat distanza laterali, YTA, relattiva għaċ-ċentru tal-fus (jew iċ-ċentru ta' par roti fl-istess pożizzjoni), fejn 1 065 mm huwa inqas jew daqs il-YTA u l-YTA hija inqas jew daqs 1 095 mm. Fl-assi loġitudinali, iċ-ċentru tal-erja fil-mira għandu jkun kongruwenti mal-linja taċ-ċentru tal-fus. 3.5. Rekwiżiti tal-viżibilità għall-Erja fil-Mira Il-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu ddisinjati mingħajr ebda ostruzzjoni bejn iż-żona fil-mira u l-HABD li tista' xxekkel jew iżżomm lill-HABD milli jiffoka fuq iż-żona fil-mira u b'hekk jonqos milli jkun hemm kejl tar-radjazzjoni termali tiegħu.
4. REKWIŻITI OĦRA TAD-DISINN MEKKANIKU Sabiex jitnaqqas iċ-ċans li HABD jikkalkula temperatura minn sors tas-sħana li mhuwiex il-kaxxa tal-fus, il-vetturi ferrovjarji jridu jiġu ddisinjati b'mod li sorsi oħra tas-sħana, perżempju merkanzija sħuna jew egżost, ma jkunux eżatt maġenb jew direttament fuq il-pożizzjoni tal-erja fil-mira. Sabiex jiġi ffaċilitat dan, ebda sors tas-sħana m'għandu jkun mqiegħed fiż-żona projbittiva definuta f'dan id-dokumentt.
4.1. Żona projbittiva: Iż-żona projbita hija definita minn erja rettangolari, li tinkludi l-erja fil-mira, u li hija estiża vertikalment biex tifforma kubojde vertikali. Il-qisien tal-kubojde huma LPZ u WPZ fil-pjan XY u HPZ fil-assi vertikali. Il-grafika 3 turi pożizzjoni possibbli tal-erja fil-mira fiż-żona projbittiva bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji. Il-qisien tal-kubojde taż-żona projbittiva, filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi mekkaniċi, għandhom ikunu:
Il-pożizzjoni taċ-ċentru taż-żona projbittiva fil-pjan X-Y għandu jkun:
Figura 3 Qisien taż-żona projbittiva (PZ) fil-pjan XY (kif tarah minn taħt) li juri pożizzjoni possibbli taż-żona fil-mira. 5. TABELLA TA' KORRELAZZJONI Għall-għanijiet tat-traċċabbiltà, hija inkluża tabella ta' korrelazzjoni marbuta ma' dan id-dokument bil-prEN 15437 oriġinali.
|
ANNEX II
L-Anness 5 tad-Deċiżjoni Nru 2006/920/KE hu mibdul b'dan li ġej:
“ANNESS P. 5
IMMARKAR ALFABETIKU TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTEROPERABILITÀ
‘TEN’ |
: |
Vettura li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||
‘PPV/PPW’ |
: |
Vagun li jikkonforma mal-ftehim PPV/PPV (ġewwa Stati OSJD) (oriġinali: ППВ (Правила пользования вагонами в международном сообщении) |
Noti:
(a) |
Vetturi mmarkati TEN jikkorrispondu għall-kodaġġ 0 sa 3 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness P6. |
(b) |
Vetturi li mhumiex awtorizzati għall-operazzjoni fl-Istati Membri kollha jeħtieġu marka li tindika l-Istati Membri fejn ġew awtorizzati. Il-lista ta' Stati Membri li jawtorizzaw għandhom ikunu mmarkati skont waħda mit-tpinġijiet li ġejjin, fejn D tfisser l-Istat Membru li ħareġ l-ewwel awtorizzazzjoni (fl-eżempju mogħti, il-Ġermanja) u F tfisser it-tieni Stat Membru li jawtorizza (fl-eżempju mogħti, Franza). L-Istati Membri huma kkodifikati skont l-Anness P4. Dawn jistgħu jkopru vetturi li huma jew mhumiex konformi mat-TSI. Dawn il-vetturi jikkorrispondu għall-kodaġġ 4 sa 8 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness P6. |
”
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI
14.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/17 |
It-testi oriġinali tal-UN/ECE biss għandhom effett legali fid-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu verifikati skont l-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tal- UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 100 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi elettriċi mħaddma b’batteriji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rekwiżiti speċifiċi għall-kostruzzjoni, għas-sigurtà fil-funzjoni u għall-emissjoni ta’ idroġenu
Reviżjoni 2
Tinkorpora t-test validu kollu sa:
Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: 21 ta’ Frar 2002
KONTENUT
REGOLAMENT
1. |
Ambitu ta’ applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Speċifikazzjonijiet u testijiet |
6. |
Modifika u estensjoni ta’ tipi ta’ approvazzjonijiet għal tipi ta’ vetturi |
7. |
Konformità tal-produzzjoni |
8. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
9. |
Produzzjoni mwaqqfa definitivament |
10. |
Ismijiet u indirizzi ta’ servizzi tekniċi responsabbli li jmexxu testijiet għall-approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi |
ANNESSI
Anness 1 – |
Komunikazzjoni |
Anness 2 – |
Arranġamenti għal marki ta’ approvazzjoni |
Anness 3 – |
Protezzjoni minn kuntatti diretti ta’ partijiet li minnhom għaddej vultaġġ |
Anness 4 – |
Kejl tar-reżistenza tal-iżolament bl-użu ta’ batteriji għall-forza tal-ġbid |
Anness 5 – |
Simbolu għall-indikazzjoni ta’ vultaġġ |
Anness 6 – |
Karatteristiċi essenzjali għal vetturi |
Anness 7 – |
Determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda |
1. AMBITU TA’ APPLIKAZZJONI
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għar-rekwiżiti marbuta mas-sigurtà għal vetturi elettriċi kollha tat-triq mħaddma b’batterija tal-kategoriji M u N, disinjati għall-veloċità massima ta’ aktar minn 25 kilometru fis-siegħa.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ din il-proposta:
2.1. |
“Vettura elettrika tat-triq mħaddma b’batterija” tfisser vettura bil-bini tal-bodi tagħha intenzjonat għall-użu fit-triq, imħaddma esklussivament minn mutur elettriku li l-enerġija tal-ġbid tiegħu tkun ġejja minn batterija ta’ trazzjoni installata fil-vettura. |
2.2. |
“Tip ta’ vettura” tfisser vetturi elettriċi tat-triq mħaddma b’batterija li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:
|
2.3. |
“Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura elettrika tat-triq mħaddma b’batterija” tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura elettrika f’dak li għandu x’jaqsam mal-kostruzzjoni u mar-rekwiżiti funzjonali għas-sigurtà speċifikament għall-użu ta’ enerġija elettrika. |
2.4. |
“Batterija ta’ trazzjoni” tfisser it-tgħaqqid tal-moduli tal-batterija kollha li huma konnessi elettrikament, għall-provvista ta’ enerġija għaċ-ċirkwit tat-tħaddim. |
2.5. |
“Modulu tal-batterija” tfisser l-iżgħar ħażna individwali ta’ enerġija magħmula minn ċellula waħda jew minn grupp ta’ ċelluli, konnessi elettrikament f’serje jew b’mod parallel, imqiegħda f’kontenitur u konnessi b’mod mekkaniku. |
2.6. |
“Sett ta’ batteriji” tfisser grupp mekkaniku individwali li jinkludi moduli ta’ batteriji u oqfsa jew trejs għaż-żamma tagħhom. Il-vettura jista’ jkollha sett wieħed, diversi settijiet jew ma jkollhiex sett ta’ batteriji. |
2.7. |
“Batterija awżiljarja” tfisser l-unità ta’ batteriji, li r-riserva ta’ enerġija tagħha tintuża biss għall-forniment tan-netwerk awżiljarju. |
2.8. |
“Netwerk awżiljarju” jfisser il-grupp ta’ tagħmir elettriku awżiljarju b’funzjonijiet simili għal dak użat f’vetturi mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna. |
2.9. |
“Tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura” tfisser konvertitur elettroniku tal-enerġija konness permezz tal-kostruzzjoni tiegħu fuq il-vettura u użat għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda minn provvista esterna ta’ elettriċità (network tal-kurrenti elettriċi). |
2.10. |
“Sistema ta’ kapling” tfisser il-partijiet kollha użati biex il-vettura tiġi konnessa ma’ provvista esterna ta’ elettriċità (provvista ta’ kurrrenti li jalternaw jew kurrenti diretti). |
2.11. |
“Power train” tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi:
|
2.12. |
“Drive train” tfisser komponenti speċifiċi tal-power train: muturi tal-forza tal-ġbid, kontroll elettroniku tal-muturi tal-forza tal-ġbid, it-tagħmir għall-irbit ta’ wajers u konnetturi għalihom. |
2.13. |
“Konvertitur elettroniku” tfisser apparat li jippermetti l-kontroll u/jew it-trasferiment ta’ enerġija elettrika. |
2.14. |
“Kompartamenti għall-passiġġieri u għal tagħbijiet” tfisser l-ispazju fil-vettura għall-akkomodazzjoni tal-okkupant u limitat mis-saqaf, l-art, il-ġnub, ħġieġ ta’ barra, id-diviżjoni ta’ quddiem u l-wiċċ tas-sistema għaż-żamma tas-sedili ta’ wara u għalhekk il-partizzjoni bejnha u bejn il-kompartament(i) li fihom il-batterija jew il-moduli tal-batterija. |
2.15. |
“Unità għall-kontroll tad-direzzjoni tas-sewqan” tfisser tagħmir speċifiku fiżikament attivat mix-xufier sabiex tiġi magħżula d-direzzjoni tas-sewqan ('il quddiem jew lura), li l-vettura s-suq lejha jekk jiġi azzjonat l-aċċeleratur. |
2.16. |
“Kuntatt dirett” tfisser il-kuntatt ta’ persuni jew bhejjem ma’ partijiet li għaddej l-elettriku minnhom. |
2.17. |
“Partijiet li għaddej l-elettriku minnhom” tfisser kull konduttur jew parti(jiet) konduttiva/i intenzjonati li jimtlew b’enerġija permezz tal-elettriċità waqt l-użu normali tagħhom. |
2.18. |
“Kuntatt indirett” tfisser il-kuntatt ta’ persuni jew bhejjem ma’ partijiet konduttivi esposti. |
2.19. |
“Partijiet konduttivi esposti” tfisser kull parti konduttiva li tista’ tintmess u li normalment ma tkunx iċċarġjata, iżda li tista’ tiġi ċċarġjata f’każ ta’ difett. |
2.20. |
“Ċirkwit elettriku” jfisser grupp ta’ partijiet li għaddej l-elettriku minnhom konnessi, disinjati biex jgħaddi kurrent elettriku minnhom waqt it-tħaddim tagħhom f’kundizzjonijiet normali; |
2.21. |
“Il-modalità li tippermetti sewqan attiv” tfisser il-modalità ta’ vettura meta tiġi applikata pressjoni fuq il-pedala tal-aċċeleratur (jew l-attivazzjoni ta’ kontroll ekwivalenti) li iġġiegħel lid-drive train iċaqlaq il-vettura. |
2.22. |
“Vultaġġ nominali” tfisser l-għerq kwadrat tal-medja tal-valur tal-vultaġġ speċifikat mill-produttur, u li għalih ikun ġie ddisinjat iċ-ċirkwit elettriku u l-karatteristiċi tiegħu li għalihom qed issir referenza; |
2.23. |
“Il-vultaġġ imħaddem” tfisser l-ogħla għerq kwadrat tal-medju tal-valur tal-vultaġġ ta’ ċirkwit elettriku, kif speċifikat mill-produttur, li jista’ jitfaċċa f’kull tip ta’ iżolament fil-kundizzjonijiet ta’ ċirkwit miftuħa jew taħt il-kundizzjonijiet normali għat-tħaddim. |
2.24. |
“Xażi elettriku” tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi elettrikament konnessi, u l-partijiet konduttivi l-oħra kollha elettrikament konnessi magħhom, li l-potenzjal tagħhom jitqies bħala referenza. |
2.25. |
“Ċavetta” tfisser kull tagħmir iddisinjat u magħmul biex jipprovdi metodu għall-operat ta’ sistemi li jsakkru li huma ddisinjati u magħmula biex jiġu mħaddma biss b’dak it-tagħmir. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti speċifiċi għall-kostruzzjoni u mas-sigurtà waqt il-funzjoni ta’ vetturi elettriċi tat-triq imħaddma b’batterija għandhom jiġu sottomessi mill-produttur tal-vettura jew minn rappreżentant mogħti l-kredenzjali minnu. |
3.2. |
Flimkien magħha għandu jkun hemm tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u id-dettalji li ġejjin: |
3.2.1. |
Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura elettrika tat-triq imħaddma b’batterija f’dak li għandu x’jaqsam mal-forma tal-bodi, mad-drive train elettriku (muturi u kontrollaturi), mal-batterija tal-ġibda (tip, kapaċità, ġestjoni tal-batterija). |
3.3. |
Għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet għall-approvazzjoni vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat. |
3.4. |
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex tiżgura l-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni għat-tip ta’ vettura. |
4. APPROVAZZJONI
4.1. |
Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 t’hawn taħt u tal-annessi 3, 4, 5 u 7 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ din it-tip ta’ vettura għandha tingħata. |
4.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (preżentament 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti li tikkuntratta m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura. |
4.3. |
Notifika tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew tar-revoka tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni definittivament imwaqqfa tat-tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi komunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
4.4. |
Fuq kull vettura konformi ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament għandha tiġi mwaħħla marka tal-approvazzjoni internazzjonali b’mod kospikwu u f’post fejn jintlaħaq malajr speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, liema marka hija magħmula minn: |
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” bin-numru li jiddentifika l-pajjiż minn fejn ġiet mogħtija l-approvazzjoni warajh (1). |
4.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, warajh l-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
4.5. |
Jekk il-vettura tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi ma’ dan il-Ftehim fil-pajjiż fejn tkun ingħatat l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 m’għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dan il-każ ir-Regolament u numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont huma ngħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq jew qrib tal-plakka li turi d-dejta dwar il-vettura mwaħla mill-produttur. |
4.8. |
L-anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni. |
5. SPECIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET
5.1. |
Rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-vettura |
5.1.1. |
Batterija tal-ġibda |
5.1.1.1. |
L-installazzjoni tal-batterija tal-ġibda fil-vettura m’għandhiex tippermetti akkumulazzjoni potenzjali ta’ irqajja’ vojta fil-gass li jistgħu jkunu perikolużi. |
5.1.1.2. |
Kumpartimenti tal-batterija li fihom moduli tal-batterija li jistgħu jipproduċu gassijiet perikolużi għandu jkollhom ventilazzjoni għas-sigurtà. |
5.1.1.3. |
Il-batterija tal-ġibda u l-power train għandhom jkunu protetti permezz ta’ fjusis fi gradi appropjati jew circuit breakers. Il-produttur għandu jforni dejta lil-laboratorju li tippermetti li jiġi verifikat, jekk ikun meħtieġ, li l-kalibrazzjoni tagħhom tiggarantixxi l-ftuħ; |
5.1.2. |
Protezzjoni minn xokkijiet elettriċi |
5.1.2.1. |
Protezzjoni minn kuntatt dirett ma’ partijiet li għaddej kurrent elettriku minnhom tal-power train: |
5.1.2.1.1. |
Jekk il-vultaġġ imħaddem taċ-ċirkwit elettriku huwa inqas minn 60 volt DC jew 25 volt AC, l-ebda rekwiżiti m’huma meħtieġa; |
5.1.2.1.2. |
Kuntatt dirett ma’ partijiet li għaddej kurrent elettriku minnhom tal-power train li l-vultaġġ massimu tagħhom huwa mill-inqas 60 volt DC u 25 volt AC għandu jiġi impedit jew permezz ta’ iżolament jew bl-użu ta’ għata, grilji protettivi, fuljetti tal-metall imtaqqba eċċ. Dawn is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom jkunu ssiġillati b’mod kredibbli u għandhom jkunu mekkanikament reżistenti. Huma ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu miftuħa, żarmati jew imneħħija mingħajr l-użu ta’ għodda. |
5.1.2.1.3. |
F’kumpartimenti tal-passiġġeri jew ta’ tagħbijiet, partijiet li għaddej kurrent elettriku minhomm għandhom jkollhom protezzjoni f’kull każ permezz ta’ sistemi ta’ għeluq li għandhom grad ta’ protezzjoni ta’ mill-inqas IPXXD. |
5.1.2.1.4. |
Sistemi ta’ għeluq f’żoni oħra tal-vettura għandu jkollhom grad ta’ protezzjoni ta’ mill-inqas IPXXB. |
5.1.2.1.5. |
Fil-kumpartiment tal-magni l-aċċess għal partijiet li għaddej kurrent elettriku minnhom għandu jkun possibbli biss permezz ta’ azzjoni volontarja. |
5.1.2.1.6. |
Wara l-ftuħ tal-għata, l-aċċess għal partijiet tas-sistema tal-akkopjar għandu jkun protett permezz ta’ protezzjoni IPXXB. |
5.1.2.1.7. |
Il-gradi ta’ protezzjoni IPXXB u IPXXD huma relatati rispettivament mal-kuntatt ta’ jointed test finger u wajer tal-ittestjar b’partijiet perikolużi (anness 3). |
5.1.2.1.8. |
Immarkar fuq il-vettura L-għata għall-protezzjoni ta’ partijiet li għaddej kurrent elettriku minnhom deskritti fil-paragrafu 5.1.2.1.2 għandhom jiġu mmarkati b’simbolu kif deskritt fl-anness 5. |
5.1.2.2. |
Protezzjoni minn kuntatti indiretti ma’ partijiet konduttivi tal-power train. |
5.1.2.2.1. |
Jekk il-vultaġġ imħaddem taċ-ċirkwit elettriku huwa inqas minn 60 volt DC jew 25 volt AC, l-ebda rekwiżiti m’huma meħtieġa; |
5.1.2.2.2. |
Id-disinn, l-installazzjoni u l-manifattura tal-materjal elettriku għandhom ikunu b’tali mod li difetti fl-iżolament jiġu evitati; |
5.1.2.2.3. |
Protezzjoni minn kuntatti indiretti għandha tiġi garantita bl-użu ta’ iżolament u barra dan il-partijiet konduttivi esposti tat-tagħmir fuq il-vettura għandhom jiġu konnessi galvanikament. Dan it-tibdil potenzjali f’daqqa fil-kurrent jista’ isir tajjeb għalih billi l-partijiet konduttivi esposti jiġu konnessi jew permezz ta’ kunduttur protettiv, pereżempju wajer, ground truss, jew billi jiġu konnessi direttament permezz tax-xasijiet mettalliċi tal-vettura. Żewġ partijiet konduttivi esposti iwweldjati flimkien huma kkunsidrati li m’għandhomx punti fejn titwaqqaf il-kontinwità. Jekk ikun hemm xi twaqqif fil-kontinwità, dan il-punt għandu jiġi evitat permezz ta’ sistema li tagħmel tajjeb għal tibdil f’daqqa fil-kurrent. |
5.1.2.3. |
Reżistenza tal-iżolament |
5.1.2.3.1. |
Il-kejl tar-reżistenza tal-iżolament isir wara li l-vettura tinżamm għal ħin ta’ 8 siegħat għad-determinazzjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
5.1.2.3.2. |
Jekk jintuża vultaġġ DC għall-kejl ugwali għall-vultaġġ nominali tal-batterija tal-ġibda, ir-reżistenzi ta’ iżolament bejn kull parti konduttiva esposta u kull waħda mill-polaritrajiet tal-batterija għandu jkollhom valur minimu ta’ 500 Ω/V tal-vultaġġ nominali (l-anness 4 fih eżempju ta’ kif dan it-test jista’ isir). |
5.1.2.3.3. |
Reżistenza tal-kunduttur protettiv: Ir-reżistenza potenzjali f’sistema li tagħmel tajjeb għal tibdil f’daqqa fil-kurrent bejn żewġ partijiet konduttivi esposti għandha tkun inqas minn 0,1 Ω. Dan it-test għandu jsir b’kurrent ta’ mill-inqas 0,2 A. |
5.1.2.4. |
Konnessjoni tal-vettura ma’ netwerk tal-kurrenti elettriċi: |
5.1.2.4.1. |
Il-vettura ma tista’ fl-ebda każ tiċċaqlaq waħedha meta tkun galvanikament konnessa ma’ netwerk għall-provvista ta’ enerġija elettrika jew ma’ tagħmir għall-iċċarġjar mhux fuq il-vettura; |
5.1.2.4.2. |
Il-komponenti użati meta tiġi iċċarġjata batterija minn sors estern għandhom jippermettu li l-kurrent li qed jiċċarġja jinqata’ mingħajr ma jagħmel ħsara fiżika f’każ li jiġi diskoness; |
5.1.2.4.3. |
Partijiet f’sistemi tal-konnessjoni li aktarx għaddej kurrent elettriku minnhom għandhom jiġu protettti minn kull kuntatt dirett fil-kundizzjonijiet kollha waqt l-operat; |
5.1.2.4.4. |
Il-partijiet konduttivi esposti kollha għandhom ikunu elettrikament konnessi permezz ta’ wajer konduttiv ertjat waqt l-iċċarġjar. |
5.2. |
Rekwiżiti għas-sigurtà waqt it-tħaddim |
5.2.1. |
Kurrenti għat-tħaddim waqt proċeduri: |
5.2.1.1. |
Il-kurrenti għat-tħaddim waqt proċeduri għandhom jiġu applikati permezz ta’ swiċċ biċ-ċavetta. |
5.2.1.2. |
M’għandux ikun possibbli li din iċ-ċavetta tinqala minn posta f’kull pożizzjoni li timla bl-enerġija lid-drive train u tagħmel possibbli sewqan attiv. |
5.2.2. |
Kundizzjonijiet għall-ġiri u l-waqfien: |
5.2.2.1. |
Mill-inqas għandha tingħata indikazzjoni momentarja lix-xufier jew:
|
5.2.2.2. |
Meta l-istat ta’ ċarġ fil-batterija jilħaq l-istat minimu tal-valur ta’ ċarġ kif definit mill-produttur, l-utent għandu jiġi avżat biex jaħseb għal din is-sitwazzjoni b’mod mgħaġġel biżżejjed biex isuq il-vettura bl-enerġija tagħha stess għall-inqas miż-żona tat-traffiku. |
5.2.2.3. |
Aċċelerazzjoni, tnaqqis fil-veloċità u sewqan b’lura tad-drive train mhux intenzjonati għandhom jiġu evitati. Partikolarment, difett (pereżempju fil-power train) m’għandux jikkawża aktar minn moviment ta’ 0,1 m ta’ vettura wieqfa mhux brejkjata. |
5.2.2.4. |
Waqt li ħiereġ mill-vettura ix-xufier għandu jiġi infurmat permezz ta’ sinjal ovvju (pereżempju sinjal ottiku jew smugħi), jekk id-drive train ikun għadu fil-modalità li tagħmel possibbli sewqan attiv. |
5.2.3. |
Sewqan b’lura |
5.2.3.1. |
Sewqan b’lura għandu jkun biss possibbli permezz tal-operat ta’ kontroll speċifiku. Din l-azzjoni teħtieġ jew:
|
5.2.3.2. |
L-istat tal-unità għall-kontroll tad-direzzjoni tas-sewqan għandu jiġi identifikat mill-ewwel lix-xufier. |
5.2.4. |
Tnaqqis fil-kurrent għat-tħaddim f’każ ta’ emerġenza |
5.2.4.1. |
Jekk il-vettura tkun mgħammra b’tagħmir li jillimita l-effiċjenza f’każ ta’ emerġenza (per eżempju jekk komponent jisħon iżżejjed) l-utent għandu jiġi infurmat permezz ta’ sinjal ovvju. |
5.3. |
Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu |
5.3.1. |
Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi elettriċi kollha tat-triq imħaddma b’batterija msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan ir-regolament. Vetturi tat-triq mgħammra b’batteriji elettroliti mingħajr ilma jew b’batteriji ssiġillati tal-gass rikombinanti huma esklużi. |
5.3.2. |
It-testijiet għandhom isiru skont il-metodu deskritt fl-anness 7 tar-Regolament preżenti. It-teħid ta’ kampjuni ta’ idroġenu u l-analiżi għandhom jkunu dawk preskritti. Metodi oħra ta’ analiżi jistgħu jiġu approvati jew jiġi ppruvat li huma jagħtu riżultati ekwivalenti. |
5.3.3. |
Waqt proċedura normali għall-iċċarġjar fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-anness 7, emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 125 g tul 5 sigħat, jew inqas minn 25 × t2 g tul t2 (f’siegħa). |
5.3.4. |
Waqt l-iċċarġjar li jsir minn tagħmir għall-iċċarġjar fuq vettura li għandu difett (kundizzjonijiet mogħtija fl-anness 7), emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 42 g. Barra minn hekk dan it-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura għandu jillimita dan id-difett possibbilment għal 30 minuta. |
5.3.5. |
L-operazzjonijiet kollha marbuta mal-iċċarġjar tal-batterija huma kkontrollati b’mod awtomatiku, inkluż il-waqfa għall-iċċarġjar. |
5.3.6. |
M’għandux ikun possibbli li wieħed jieħu l-kontroll manwali ta’ fażijiet tal-iċċarġjar. |
5.3.7. |
Operazzjonijiet normali ta’ konnessjoni u qtugħ tal-konnessjoni mit-tagħmir għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi jew qtugħ ta’ enerġija ma jaffettwawx is-sistema tal-kontroll tal-fażijiet għall-iċċarġjar. |
5.3.8. |
Ħsarat importanti waqt l-iċċarġjar għandhom ikunu permanentament sinjalati lix-xufier. Ħsara importanti hija ħsara li tista’ twassal biex it-tagħmir tal-iċċarġajr fuq il-vettura jaħdem ħażin waqt l-iċċarġjar aktar 'il quddiem. |
5.3.9. |
Fil-manwali tal-użu għas-sid, il-produttur għandu jindika l-konformità tal-vettura ma’ dawn ir-rekwiżiti. |
5.3.10. |
L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet tal-idroġenu tista’ tiġi estiża għal tipi differenti ta’ vetturi tal-istess familja, skont id-definizzjoni tal-familja mogħtija fl-anness 7, appendiċi 2. |
6. MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦAL TIPI TA’ VETTURI
6.1. |
Kull modifika fuq it-tip ta’ vettura għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad jista’ jew: |
6.1.1. |
jikkunsidra li l-modifiki magħmula ma jidhrux li ser jkollhom effett negattiv apprezzabbli u li l-vettura xorta waħda hija konformi mar-rekwiżiti jew |
6.1.2. |
jitlob rapport ieħor dwar l-ittestjar mis-servizz tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet. |
6.2. |
Konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjoni għandha tiġi komunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 t’hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament. |
6.3. |
L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal din it-tip ta’ estensjoni u tinforma dwar dan permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw ir-Regolament. |
7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
7.1. |
Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tiġi manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 5 t’hawn fuq. |
7.2. |
Sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1 ġew sodisfatti, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni. |
7.3. |
Il-possessur tal-approvazzjoni għandu b’mod partikolari: |
7.3.1. |
jiggarantixxi l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-vetturi; |
7.3.2. |
jkollu aċċess għat-tagħmir tal-ittestjar meħtieġ biex tiġi iċċekjata l-konformità ta’ kull tip approvat; |
7.3.3. |
jiggarantixxi li d-dejta dwar riżultati ta’ testijiet tiġi reġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu determinat bi ftehim mad-dipartiment amministrattiv; |
7.3.4. |
janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex tiġi verifikata u garantita l-konsistenza tal-karatteristiċi tal-vetturi, waqt li jżomm f’moħħu varjazzjonijiet permessi fil-produzzjoni industrijali; |
7.3.5. |
jiggarantixxi li tal-anqas ikunu saru t-testijiet preskritti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament għal kull tip ta’ vettura; |
7.3.6. |
jiggarantixxi li kull sett ta’ kampjuni jew biċċiet għall-ittestjar li jiġi ppruvat li mhumiex konformi mat-tip ta’ test in kwistjoni jwasslu għal aktar teħid ta’ kampjuni u testijiet. L-istadji kollha meħtieġa għandhom isiru biex tiġi stabbilita mill-ġdid l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti. |
7.4. |
L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull ħin tivverifika l-metodi għall-kontroll tal-konformità applikati f’kull stazzjon tal-produzzjoni. |
7.4.1. |
Waqt kull spezzjoni, id-dokumenti dwar l-ittestjar u d-dokumenti dwar il-produzzjoni għandhom ikunu preżentati lill-ispettur li jżur. |
7.4.2. |
L-ispettur jista’ jieħu kampjuni fortuwiti biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-produttur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-kontrolli tal-produttur stess. |
7.4.3. |
Jekk il-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li huwa meħtieġ li ssir verifika tal-validità tat-testijiet li saru meta ġie applikat il-paragrafu 7.4.2, l-ispettur jista’ jagħżel kampjuni biex jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun mexxa t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip. |
7.4.4. |
L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel kull test preskritt f’dan ir-Regolament. |
7.4.5. |
Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti għandha tkun waħda ta’ kull sena. Iżda jekk jiġu reġistrati riżultati mhux sodisfaċenti waqt waħda miż-żjarat, l-awtorità kompetenti għandha tiggarantixxi li l-passi kollha meħtieġa jittieħdu biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni kemm jista’ ikun malajr. |
8. PENALI GĦAN-NUQAAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
8.1. |
L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata jekk ir-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafu 7 ma jiġux sodisfati, jew jekk il-vettura jew il-komponenti tagħha ma jgħaddux mit-testijiet li saru disposiżżjonijiet dwarhom fil-paragrafu 7.3.5 t’hawn fuq. |
8.2. |
Jekk Parti li kkuntrattat fil-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirrevoka l-approvazzjoni li hija tkun tat qabel, minnufih hija għandha tinnotifika lill-Partijiet l-oħra li kkuntrattaw li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
9. PRODUZZJONI IMWAQQFA DEFINITTIVAMENT
Jekk min għandu l-approvazzjoni jwaqqaf kompletament il-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Kif tirċievi l-komunikazzjoni relevanti, l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
10. ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI LI JMEXXU TESTIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jmexxu testijiet għall-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu approvazzjonijiet, li għalihom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew ir-revoka ta’ approvazzjonijiet jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa, maħruġa minn pajjiżi oħra.
(1) 1 għall-Ġermanja, 2 għall-Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għall-Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja u Herzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbaijan, 40 għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Kommunità Ewropeja (approvazzjonijiet huma mogħtija mill-Istati Membri tagħha bl-użu tal-ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajina, 47 għall-Afrika t’Isfel u 48 għan-Nova Żelanda. Numri sussegwenti jiġu assenjati lil pajjiżi oħra bl-ordni kronoloġika li fiha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu jiġu mqiegħda fuq u/jew użati fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet u għalhekk in-numri assenjati għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet li jikkuntrattaw fil-Ftehim.
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI GĦALL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
Mudell A
(ara paragrafu 4.4. ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni t“hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ikkonċernat ta' vettura elettrika tat-triq imħaddma b'batterija ġie approvat fl-Olanda (E4), skont ir-Regolament Nru 100, u bin-numru tal-approvazzjoni 002492. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ġiet mogħtija b'konformità mar-Regolament Nru 100 fil-forma oriġinali tiegħu.
Mudell B
(ara paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni t”hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ikkonċernat ta' vettura elettrika tat-triq imħaddma b'batterija ġie approvat fl-Olanda (E4), skont ir-Regolamenti Nri 100 u 42 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-data ta' meta l-approvazzjonijiet rispettivi ġew mogħtija, iż-żewġ Regolamenti Nri 100 u 42 kienu fil-forma oriġinali tagħhom.
(1) In-numru tal-aħħar huwa mogħti biss bħala eżempju.
ANNESS 3
PROTEZZJONI MINN KUNTATTI DIRETTI MA’ PARTIJIET B’VULTAĠĠ
Estratt mill-istandard IEC 529 (1989)
1. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan l-istandard għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
1.1. |
Għata Parti li tipprovdi protezzjoni tat-tagħmir minn ċerti influwenzi esterni u protezzjoni minn kuntatt dirett f’kull direzzjoni (IEV 826-03-12).
|
1.2. |
Kuntatt dirett Kuntatt ta’ persuni (jew bhejjem) ma’ partijiet li għaddej l-elettriku minnhom (IEV 826-03-05).
|
1.3. |
Grad ta’ protezzjoni Il-grad ta’ protezzjoni provdut mill-għata kontra aċċess għal partijiet perikolużi, kontra dħul ta’ oġġetti solidi barranin u/jew kontra dħul ta’ ilma u verifikat permezz ta’ metodi standardizzati għall-ittestjar. |
1.4. |
Kodiċi IP Sistema ta’ kodifikazzjoni sabiex tindika l-grad ta’ protezzjoni provdut mill-għata kontra aċċess għal partijiet perikolużi, dħul ta’ oġġetti solidi barranin, dħul ta’ ilma u sabiex tagħti informazzjoni addizzjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ din it-tip ta’ protezzjoni. |
1.5. |
Partijiet perikolużi Parti li hija perikoluża meta wieħed jersaq viċin tagħha jew imissha. |
1.5.1. |
Parti perikoluża li għaddej l-elettriku minnha Parti li għaddej l-elettriku minnha, li taħt ċerti kundizzjonijiet ta’ influwenzi esterni, tista’ tagħti xokk elettriku [ara IEC 536, preżentament Dokument 64(CO)196]. |
1.5.2. |
Parti mekkanika perikoluża Parti li tiċċaqlaq, li mhix xaft rototarju li jdur bil-mod, li hija perikoluża jekk wieħed imissha. |
1.6. |
Protezzjoni provduta minn sistema magħluqa kontra aċċess għal partijiet perikolużi. Il-protezzjoni ta’ persuni minn:
|
1.7. |
Spazju ħieles suffiċjenti għall-protezzjoni kontra aċċess għal partijiet perikolużi Distanza biex tevita l-kuntatt jew it-tqarrib ta’ sondi għall-aċċess ta’ partijiet perikolużi. |
1.8. |
Sonda għall-aċċess Sonda għall-ittestjar li tissimula b’mod konvenzjonali parti ta’ persuna jew ta’ biċċa għodda, jew simili, miżmuma minn persuna biex jiġi verifikat l-ispazju ħieles suffiċjenti minn partijiet perikolużi. |
1.9. |
Sonda tal-oġġetti Sonda għall-ittestjar li tissimula oġġett solidu barrani sabiex tiġi verifikata l-possibilità tad-dħul f’sistema magħluqa. |
1.10. |
Fetħiet Spazju jew fetħa f’sistema magħluqa li teżisti jew li tista’ tiġi ffurmata permezz tal-applikazzjoni ta’ sonda għall-ittestjar b’forza speċifikata |
2. TESTIJIET GĦALL-PROTEZZJONI MINN AĊĊESS GĦAL PARTIJIET PERIKOLUŻI INDIKATI PERMEZZ TA’ ITTRA ADDIZZJONALI
2.1. |
Sondi għall-aċċess Sondi għall-aċċess biex tiġi verifikata il-protezzjoni ta’ persuni minn aċċess għal partijiet perikolużi jidhru fil-figura 1. |
2.2. |
Kundizzjonijiet għall-ittestjar Is-sonda għall-aċċess tiġi mbuttata f’kull fetħa tas-sistema magħluqa b’forza speċifikata fil-figura 1. Jekk hi tidħol parzjalment jew kollha kemm hi, hija titqiegħed f’kull pożizzjoni possibli, iżda fl-ebda każ l-is-stop face m’għandu jidħol kollu kemm hu mill-fetħa. Barrieri interni huma meqjusa bħala parti mis-sistema magħluqa kif definita fil-paragrafu 1.1. Għal testijiet fuq tagħmir b’vultaġġ baxx, provvista ta’ vultaġġ baxx (ta’mhux inqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) konnessa f’serje ma’ bozza adegwata għandha tiġi konnessa bejn is-sonda u l-parti perikoluża ġewwa s-sistema għall-għeluq. Partijiet perikolużi li għaddej l-elettriku minnhom miksija biss b’verniċ jew żebgħa jew protetti permezz ta’ ossidazzjoni jew ta’ proċess simili, jiġu miksija b’fojl tal-metall elettrikament konness ma’ dawn il-partijiet li normalment jgħaddi l-elettriku minnhom waqt l-operat tagħhom. Il-metodu ta’ ċirkwit u li jagħti sinjali għandu jiġi applikat għal partijiet perikolużi li jiċċaqalqu ta’ tagħmir b’vultaġġ għoli. Partijiet inerni li jiċċaqalqu jistgħu jiġu mħaddma bil-mod, meta dan huwa possibbli. |
2.3. |
Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni Il-protezzjoni tkun sodisfaċenti jekk ikun hemm spazju vojt suffiċjenti bejn is-sonda għall-aċċess u l-partijiet perikolużi. Fil-każ tat-test għall-ittra addizzjonali B, il-jointed test finger jista’ jidħol sa 80 mm tat-tul tiegħu, iżda l-is-stop face (Ø 50 mm x 20 mm) m’għandux jgħaddi minn ġol-fetħa. Jekk tibda’ mill-pożizzjoni dritta, iż-żewġ ġonot tat-test finger għandhom jkunu suċċessivament mgħawwġa permezz ta’ angolu sa 90o f’dak li għandu x’jaqsam mal-assi tal-parti tal-finger li tmiss u għandha tiġi mqiegħda f’kull pożizzjoni possibbli. Fil-każ tat-testijit għall-ittra addizzjonali D, is-sonda għall-aċċess tista’ tidħol bit-tul kollu tagħha, iżda l-is-stop face ma jistax jidħol kollu kemm hu mill-fetħa. Ara l-anness A għal aktar spjegazzjoni. Il-kundizzjonijiet għall-verifika ta’ spazju vojt suffiċjenti huma identiċi għal dawk imniżżla fil-paragrafu 2.3.1. |
2.3.1. |
Għal tagħmir b’vultaġġ baxx (ir-rati tal-vultaġġ ma jaqbżux 1 000 V AC u 1 500 V DC): Is-sonda għall-aċċess m’għandiex tmiss partijiet perikolużi li għaddej elettriku minnhom. Jekk spazju vojt suffiċjenti jiġi verifikat permezz ta’ ċirkwit tas-sinjalar bejn is-sonda u l-partijiet perikolużi, il-bozza ma tixgħelx. |
Figura 1
Sondi għall-aċċess għat-testijiet għall-protezzjoni ta’ persuni mill-aċċess għal partijiet perikolużi
L-ewwel figura |
Ittra addizzjonali |
Sonda tal-aċċess |
Forza tal-ittestjar |
2 |
B |
Jointed test finger Ara illustrazzjoni 1 għad-dimensjonijiet sħaħ
|
10 N ± 10 % |
4, 5, 6 |
D |
Wajer għall-ittestjar dijametru 1 0 mm tul 100 mm
|
1 N ± 10 % |
Illustrazzjoni 1
Jointed test finger
Materjal: metall, ħlief meta speċifikat mod ieħor
Dimensjonijiet lineari f’millimetri
Toleranza għad-dimensjonijiet mingħajr toleranza speċifika:
|
Għal angoli 0/- 10o |
|
Għal dimensjonijiet lineari: |
|
sa 25mm: 0/-0,05 |
|
aktar minn 25 mm: ±0,2 |
Iż-żewġ ġonot għandhom jippermettu movimenti fl-istess livell u fl-istess direzzjoni permezz ta’ angolu ta’ 90o b’tolerenza ta’ 0 sa + 10o.
ANNESS 4
KEJL TAR-REŻISTENZA TAL-IŻOLAMENT BL-UŻU TAL-BATTERIJA TAL-ĠIBDA
1. DESKRIZZJONI TAL-METODU GĦALL-ITTESTJAR
Il-batterija tal-ġibda għandha tkun iċċarġjata kollha kemm hi
Il-voltmetru użat f’dan it-test għandu jkejjel valuri DC u għandu jkollu reżistenza interna ta’ aktar minn 10 ΜΩ.
Il-kejl għandu jsir f’żewġ stadji:
L-ewwel stadju:
It-tieni stadju:
It-tielet stadju:
fejn Ro hija reżistenza ta’ 500 Ω/Volt
Il-valur tar-reżistenza tal-iżolament Ri jiġi kkalkulat permezz ta’ waħda mill-formuli:
jew
ANNESS 5
SIMBOLU GĦALL-INDIKAR TA' VULTAĠĠ
(Referenza għall-istandards ISO 3864 u IEC 417k)
ANNESS 6
KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-VETTURA
1. DESKRIZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA
1.1. |
Isem jew trejdmark tal-vettura: … |
1.2. |
Tip ta' vettura: … |
1.3. |
L-isem u l-indirizz tal-produttur: … |
1.4. |
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-produttur: … |
1.5. |
Deskrizzjoni qasira tal-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit u għall-forniment ta' enerġija jew disinji/stampi li juru l-lok għall-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit u għall-forniment ta' enerġija: … |
1.6. |
Stampa skematika tal-funzjonijiet elettriċi kollha inklużi fiċ-ċirkwit u għall-forniment ta' enerġija: … |
1.7. |
Vultaġġ imħaddem: … V |
1.8. |
Disinn u/jew ritratt tal-vettura: |
2. DESKRIZZJONI TAL-MUTUR(I)
2.1. |
Għamla: … |
2.2. |
Tip: … |
2.3. |
Prinċipju għat-tħaddim: … |
2.3.1. |
Kurrent dirett/kurrent li jalterna/numru ta' fażijiet (1) |
2.3.2. |
Excitation: separata/imdawwra/f'serje/komposta (1) |
2.3.3. |
Sinkronizzazzjoni/asinkroniżmu (1) |
2.3.4. |
Sistema għat-tkessiħ: arja/likwidu (1) |
3. DESKRIZZJONI TAT-TRANSMIXIN
3.1. |
Tip: manwali/awtomatika/xejn/oħrajn (speċifika): (1): … |
3.2. |
Proporzjonijiet tat-transmixin: … |
3.3. |
Dimensjoni tat-tajers: … |
4. IL-BATTERIJA TAL-ĠIBDA
4.1. |
Isem u trejdmark tal-batterija: … |
4.2. |
Indikazzjoni tat-tipi kollha ta' kapils elettro-kimiċi użati: … … |
4.2.1. |
Vultaġġ nominali: … V |
4.2.2. |
Numru ta' ċelluli tal-batterija |
4.2.3. |
Numru ta' moduli tal-batterija Rata ta' gass imħallat (f'perċentwal) |
4.3. |
Tip(i) ta' ventilazzjoni għal modulu/sett għall-batterija: (1): … |
4.4. |
Deskrizzjoni tas-sistema tat-tkessiħ (jekk ikun hemm): … |
4.5. |
Deskrizzjoni qasira ta' proċeduri għall-manutenzjoni (jekk ikun hemm): … |
4.6. |
Enerġija tal-batterija: … kW.h |
4.7. |
Il-valur tal-vultaġġ fl-aħħar tad-disċarġ: … V |
5. KONVERTITURI ELETTRONIĊI GĦALL-POWER TRAIN U TAGĦMIR AWŻILARJU GĦALL-FORNIMENT TA' ENERĠIJA
5.1. |
Deskrizzjoni qasira ta' kull konvertitur elettroniku u tagħmir awżiljarju: … |
5.2. |
Għamla tal-grupp ta' konvertituri elettroniċi: … |
5.3. |
Tip tal-grupp ta' konvertituri elettroniċi: … |
5.4. |
Għamla ta' kull tagħmir awżiljarju: … |
5.5. |
Tip ta' kull tagħmir awżiljarju: |
5.6. |
Tagħmir għall-iċċarġjar: fuq il-vettura/estern (1): … |
5.6.1. |
Għamla u tip ta' partijiet differenti tat-tagħmir għall-iċċarġjar (2): |
5.6.2. |
Deskrizzjoni permezz ta' disinn tat-tagħmir għall-iċċarġjar (2): Forniment nominali ta' enerġija maħruġa (kW) (2): Vultaġġ massimu għall-iċċarġjar (V) (2): |
5.6.5. |
Intensità massima għall-iċċarġjar (A) (2): Għamla u tip tal-unità għall-kontroll (jekk ikun hemm) (2): |
5.6.7. |
Stampa dwar l-operat, il-kontroll u s-sigurtà (2): |
5.6.8. |
Deskrizzjoni u karatteristiċi tal-perjodi għall-iċċarġjar (2): |
5.7. |
Speċifikazzjoni tat-tagħmir għall-provvista ta' kurrenti elettriċi: |
5.7.1. |
Tip tat-tagħmir għall-provvista ta' kurrenti elettriċi: single phase/three phase (1)1: |
5.7.2. |
Vultaġġ: … V |
6. FJUS U/JEW CIRCUIT BREAKER
6.1. |
Tip: … |
6.2. |
Stampa li turi l-limiti funzjonali: … |
7. SISTEMA GĦALL-IRBIT TA' WAJERS GĦALL-FORNIMENT TA' ENERĠIJA
7.1. |
Tip: … |
— |
Aqta' dak li ma japplikax. |
— |
Għal vetturi mgħammar b'tagħmir għall-iċċaġjar fuq il-vettura. |
ANNESS 7
DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU WAQT IL-PROĊEDURI GĦALL-IĊĊARĠJAR TAL-BATTERIJA TAL-ĠIBDA
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jiddeskrivi il-proċedura għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda tal-vetturi kollha tat-triq elettriċi mħaddma b’batterija, skont il-paragrafu 5.3 ta’ dan ir-Regolament.
2. DESKRIZZJONI TAT-TEST
It-test għall-emissjoni ta’ idroġenu (illustrazzjoni 7.1) isir sabiex jiġu determinati l-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura. It-test jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:
(a) |
preparazzjoni tal-vettura; |
(b) |
iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda; |
(ċ) |
determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali; |
(d) |
determinazzjoni ta’ emissjoniet ta’ idroġenu b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara. |
3. VETTURA
3.1. |
Il-vettura għandha tkun f’kundizzjoni mekkanika tajba u tkun ġiet misjuqa mill-inqas għal 300 km waqt is-sebat ijiem qabel it-test. Waqt dan il-perjodu, il-vettura għandha tkum mgħammra bil-batterija tal-ġibda soġġetta għat-test għal emissjonijiet ta’ idroġenu. |
3.2. |
Jekk il-batterija tintuża b’temperatura ogħla mit-temperatura tal-arja, l-operatur għandu jsegwi l-proċeduri tal-produttur sabiex it-temperatura tal-batterija tal-ġibda tinżamm fil-limitu ta’ dik waqt funzjoni normali. Ir-rappreżentant tal-produttur għandu jkollu l-kapaċità li jiċċertifika li s-sistema għall-ikkondizzjonar tat-temperatura tal-batterija tal-ġibda la għandha l-ħsara u lanqas mhi turi xi difettt fil-kapaċità. |
Illustrazzjoni 7.1
Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar ta’ batterija tal-ġibda
4. TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR GĦAL TESTIJIET GĦAL EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU
4.1. Dinamometru tax-xażi
Id-dinamometru tax-xazi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi tal-05 fir-Regolament Nru 83.
4.2. Sistema magħluqa għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu
Is-sistema magħluqa għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu għandha tkun kamra tal-kejl mitbuqa biex ma jgħaddix gass li fiha toqgħod il-vettura li qed tiġi ttestjata. Il-vettura għandha tkun aċċessibbli min-naħat kollha u meta s-sistema magħluqa tiġi ssiġġilata din għandha tiġi mitbuqa biex ma jgħaddix gass skont l-appendiċi 1 ta’ dan l-anness. Il-wiċċ ta’ ġewwa għandu jkun impermeabbli u ma juri l-ebda reazzjoni għall-idroġenu. Is-sistema għall-ikkondizzjonar tat-temperatura għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura tal-arja interna ġewwa s-sistema magħluqa b’tali mod li tkun issegwi t-tempertura preskritta waqt it-test, b’toleranza medja ta’ ± 2 K waqt id-dewma tat-test.
Għall-addattament ta’ tibdil fil-volum minħabba l-emissjonijiet ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa, jista’ jintuża tagħmir b’volum varjabbli jew tagħmir ieħor tal-ittestjar. Is-sistema magħluqa b’volum varjabbli tespandi u tiċkien skont l-emissjonijiet ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa. Żewġ mezzi potenzjali għall-addattament ta’ tibdiliet interni fil-volum huma pannelli li jiċċaqalqu, jew disinn fil-forma ta’ minfaħ, fejn boroż impermeabbli ġewwa s-sistema magħluqa jespandu u jiċkienu skont it-tibdil tal-pressjoni interna billi tinbidel l-arja li ġejja minn barra s-sistema magħluqa. Kull disinn għall-addattament tal-volum għandu jżomm l-integrità tas-sistema magħluqa kif speċifikat fl-appendiċi 1 ta’ dan l-anness.
Kull metodu għall-addattament tal-volum għandu jillimita d-divrenzjali bejn il-pressjoni interna tas-sistema magħluqa u l-pressjoni barometrika għall-valur massimu ta’ ± 5 hPa.
Is-sistema magħluqa għandha tkun kapaċi li tingħalaq b’volum fiss. Sistema magħluqa b’volum varjabbli għandha tkun kapaċi li taddatta għall-bidla mill-“volum nominali” tagħha (ara anness 7, appendiċi 1, paragrafu 2.1.1), biex jiġu kkunsidrati l-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt l-ittestjar.
4.3. Sistemi analitiċi
4.3.1. |
Analizzatur tal-idroġenu |
4.3.1.1. |
L-atmosfera fil-kamra tiġi sorveljata permezz ta’ analizzatur tal-idroġenu (tat-tip ta’ diteketer elettrokimiku) jew kromatografu li jidditektja konduttività termali. Kampjun ta’ gass għandu jittieħed min-nofs ta’ wieħed mill-ħitan tal-ġnub jew mis-saqaf tal-kamra u kull gass li ġie by-passed għandu jiġi rritornat fis-sistema magħluqa, preferibbilment lejn lok fid-direzzjoni tal-fann għat-taħlit. |
4.3.1.2. |
L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkollu ħin tar-reazzjoni ta’ inqas minn 10 sekondi għal 90 fil-mija tal-aħħar qari. L-istabbilità tiegħu għandha tkun aktar minn 2 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta’ 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha, fuq perjodu ta’ 15 –il minuta għal-limiti operattivi kollha. |
4.3.1.3. |
L-abilità tar-ripetizzjoni tal-analizzatur espressa bħala devjazzjoni standard waħda għandha tkun ta’ aktar minn 1 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta’ 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha għal-limiti kollha użati. |
4.3.1.4. |
Il-limiti operattivi tal-annalizzatur għandhom jagħtu l-aħjar l-iżgħar riżultat għall-proċeduri tal-kejl, tal-kalibrar u tal-iċċekjar ta’ likiġis. |
4.3.2. |
Sistemi għar-reġistrazzjoni ta’ dejta minn analizzaturi tal-idroġenu L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkun mgħammar b’tagħmir li jirreġistra ħruġ ta’ sinjali elettriċi, bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. Is-sistema tar-reġistrazzjoni għandu jkollha karatteristiċi operattivi għall-inqas ekwivalenti għas-sinjal li jkun qiegħed jiġi reġistrat u għandha tipprovdi reġistrazzjoni permanenti tar-riżultati. Ir-reġistrazzjoni għandha tindika b’mod ċar il-bidu u t-tmiem tat-test b’iċċarġjar normali u ta’ operazzjoni bi ħsara waqt l-iċċarġjar. |
4.4. Reġistrazzjoni tat-temperatura
4.4.1. |
Il-temperatura fil-kamra tiġi reġistrata f’żewġ lokazzjonijiet permezz ta’ sensers tat-temperatura, li huma konnessi b’tali mod biex juru l-valur medju. Il-lokazzjonijiet tal-kejl fis-sistema magħluqa huma estiżi approssimattivament b’0,1 m mil-linja ċentrali vertikali ta’ kull ħajt tal-ġenb f’għoli ta’ 0,9 ±0,2 m. |
4.4.2. |
It-temperaturi tal-moduli tal-batterija huma reġistrati permezz ta’ sensers. |
4.4.3. |
Waqt il-kejlijiet tal-emissjoni ta’ idroġenu, it-temperaturi għandhom jiġu reġistrati bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. |
4.4.4. |
Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni ta’ temperaturi għandha tkun fil-limitu ta’ ±1,0 K u t-temperatura tkun tista’ tiġi riżoluta għal ±0,1 K. |
4.4.5. |
Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15 –il sekonda. |
4.5. Reġistrazzjoni tal-pressjoni
4.5.1. |
Waqt il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, id-differenza Δp bejn il-pressjoni barometrika fiż-żona tal-ittestjar u l-pressjoni interna fis-sistema magħluqa għandha tkun reġistrata bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. |
4.5.2. |
Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni ta’ pressjoni għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 hPa u l-pressjoni tkun tista tiġi riżolvuta għal ±0,2 hPa. |
4.5.3. |
Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15–il sekonda. |
4.6. Reġistrazzjoni tal-vultaġġ u tal-intensità tal-kurrent
4.6.1. |
Waqt il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, l-intensità tal-vultaġġ u l-kurrent tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura (batterija) għandha tkun reġistrata bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. |
4.6.2. |
Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-vultaġġ għandu tkun fil-limitu ta’ ± 1 V u l-vultaġġ ikun jista jiġi riżolut għal ±0,1 V. |
4.6.3. |
Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-intensità tal-kurrent għandha tkun fil-limitu ta’ ±0,5 A u l-intensità tal-kurrent tkun tista tiġi riżoluta għal ±0,05 A. |
4.6.4. |
Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15–il sekonda. |
4.7. Fannijiet
Il-kamra għandha tkun mgħammra b’fann jew blower wieħed jew aktar minn wieħed b’ċirkolazzjoni possibbli ta’ 0,1 sa 0,5 m3/sekonda sabiex l-atmosfera fis-sistema magħluqa tiġi kompletament imħallta. Waqt il-kejl għandu jkun possibbli li fil-kamra jintlaħqu temperatura u konċentrazzjoni ta’ idroġenu omoġenji. Il-vettura fis-sistema magħluqa m’għandiex tkun soġġetta għal fluss dirett ta’ arja mill-fannijiet jew blowers.
4.8. Gassijiet
4.8.1. |
Il-gassijiet puri li ġejjin għandhom jkunu disponibbli għall-kalibrar u l-operat: Arja sintetika purifikata (purità < 1 ppm C1 ekwivalenti; < 1 ppm CO; < 400 ppm CO2; < 0,1 ppm NO); kontenut tal-ossiġnu bejn 18 u 21 fil-mija tal-volum, idroġenu (H2), 99,5 fil-mija purità minima. |
4.8.2. |
Il-gassijiet għall-kalibrar u l-kejl għandu jkun fihom taħlitiet ta’ idroġenu (H2) u arja sintetika purifikata. Il-konċentrazzjonijiet propji ta’ gass għall-kalibrar għandhom jkunu fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valuri nominali. Il-preċiżjoni tal-gassijiet dilwiti akkwistati meta jintuża separatur tal-gassijiet għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valur nominali. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati fl-appendiċi 1 jistgħu jiġu akkwistati permezz ta’ separatur tal-gassijiet li juża arja sintetika bħala gass li jiddilwixxi. |
5. PROĊEDURI GĦALL-ITTESTJAR
It-test jikkonsisti fil-ħames stadji li ġejjin:
(i) |
Preparazzjoni tal-vettura, |
(ii) |
Iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda, |
(iii) |
Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali, |
(iv) |
Iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda, |
(v) |
Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara. |
Jekk jeħtieġ li l-vettura tiġi mċaqalqa bejn żewġ stadji, hi għandha tiġi mmbuttata lejn iż-żona tal-ittestjar li jmiss.
5.1. Preparazzjoni tal-vettura
Iż-żmien tal-batterija tal-ġibda għandu jiġi iċċekkjat, sabiex jiġi ppruvat li l-vettura għamlet mill-inqas 300 km waqt is-sebat ijiem ta’ qabel it-test. Waqt dan il-perjodu, il-vettura għandha tiġi mgħammra b’batterija tal-ġibda sottomessa għal test għall-emissjoni ta’ idroġenu. Jekk dan ma jistax jiġi muri, il-proċedura li ġejja għandha tiġi applikata.
5.1.1. |
Iddisċarġjar u iċċarġjar inizjali tal-batterija Il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda tal-vettura waqt li tiġi misjuqa għal 30 minuta fuq korsa tal-ittestjar jew fuq dinamometru tax-xasijiet b’veloċità stabbli ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura. |
5.1.2. |
Iċċarġjar inizzjali tal-batterija L-iċċarġjar isir:
Il-proċedura teskludi kull tip ta’ iċċarġjar estern. It-tmiem tal-kriterji għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda jikkorrispondi għall-waqfien awtomatiku tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura. Din il-proċedura tinkludi kull tip ta’ iċċarġjar speċjali li jista’ jiġi mibdi b’mod awtomatiku jew manwali, pereżempju equalisation charges jew servicing charges. |
5.1.3. |
Il-proċedura minn paragrafu 5.1.1 sal-paragrafu 5.1.2 għandha tiġi ripetuta darbtejn. |
5.2. Iddisċarġjar tal-batterija
Il-batterija tal-ġibda tiġi iddisċarġjata waqt is-sewqan fuq il-korsa għall-ittestjar jew fuq dinamometru tax-xasijiet b’veloċita standard ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura waqt it-tletin minuta.
Twaqqif tal-iddisċarġjar isir:
(a) |
meta tingħata indikazzjoni lix-xufier permezz tal-istrumenti standard ta’ fuq il-vettura biex iwaqqaf il-vettura, jew |
(b) |
meta l-veloċità massima tal-vettura tkun inqas minn 20 km/h. |
5.3. Soaking
Fi żmien ħmistax –il minuta mill-kompletar tal-operazzjoni għall-iddisċarġjar tal-batterija fil-paragrafu 5.2, il-vettura tiġi ipparkjata fiż-żona għas-soaking. Il-vettura tiġi ipparkjata għal minimu ta’ 12 –il siegħa u għal massimu ta’ 36 siegħa, bejn it-tmiem tal-iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda u l-bidu tat-test għall-emissjoni ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali. Għal dan il-perjodu l-vettura għandha tiġi soaked b’temperatura ta’ 293 K ± 2 K.
5.4. Test għall-emissjoni ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali
5.4.1. |
Qabel il-kompletar tal-perjodu tas-soaking, il-kamra għall-kejl għandha tiġi mnaddfa għal diversi minuti sa ma jiġi akkwistat sfond ta’idroġenu stabbli. F’dan il-ħin il-fann(ijiet) tat-taħlit fis-sistema magħluqa għandhom jiġu mqabbda. |
5.4.2. |
L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test. |
5.4.3. |
Fl-aħħar tas-soaking, il-vettura għall-ittestjar bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-bagoll tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqalqa lejn il-kamra għall-kejl. |
5.4.4. |
Il-vettura tiġi konnessa mas-sistema għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi. Il-batterija tiġi iċċarġjata skont il-proċedura normali tal-iċċarġjar kif speċfikat fil-paragrafu 5.4.7 aktar l-isfel. |
5.4.5. |
Il-bibien tas-sistema magħluqa jiġu magħluqa u ssiġġilati biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar normali. |
5.4.6. |
Il-bidu ta’ iċċarġjar normali għall-perjodu tal-ittestjar għall-emmisjoni ta’idorġenu jibda meta l-kamra tiġi ssiġillata. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test bl-iċċarġjar normali. Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni ta’ idroġenu (paragrafu 6). Waqt il-perjodu ta’ iċċarġjar normali, it-temperatura tal-arja fis-sistema magħluqa T m’għandiex tkun inqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K. |
5.4.7. |
Proċedura għall-iċċarġjar normali L-iċċarġjar normali jsir permezz ta’ tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:
It-tmiem tal-kriterji għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda jikkorrispondi għall-waqfien awtomatiku tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura għal ħin tal-iċċarġjar ta’ t1 + t2. Dan il-ħin tal-iċċarġjar huwa limitat għal t1 + 5 s, anke jekk tingħata indikazzjoni ċara lix-xufier permezz ta’ strumenti standard li l-batterija għad mhix totalment iċċarġjata. |
5.4.8. |
L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u imkejjel qabel it-test. |
5.4.9. |
It-tmiem tal-perjodu għat-teħid ta’ kampjuni ta’ emissjonijiet isir t1 + t2 or t1 + 5 s wara l-bidu tat-teħid inizjali ta’ kampjuni kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.6. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu reġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għal testijiet bl-iċċarġjar normali, użati għall-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 6. |
5.5. Testijiet għall-emissjoni ta’ idroġenu b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara
5.5.1. |
Fi żmien massimu ta’ sebat ijiem minn wara l-ikkompletar tat-test ta’ qabel, il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda tal-vettura skont il-paragrafu 5.2. |
5.5.2. |
L-istadji tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.3 għandhom jiġu ripetuti. |
5.5.3. |
Qabel l-ikkompletar tal-perjodu tas-soaking, il-kamra għall-kejl għandha tiġi mnaddfa għal diversi minuti sa ma jiġi akkwistat sfond ta’ idroġenu stabbli. F’dan il-ħin il-fann(ijiet) tat-taħlit fis-sistema magħluqa għandhom jiġu mqabbda. |
5.5.4. |
L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u imkejjel qabel it-test. |
5.5.5. |
Fl-aħħar tas-soaking, il-vettura għall-ittestjar bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-bagoll tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqalqa lejn il-kamra għall-kejl. |
5.5.6. |
Il-vettura tiġi konnessa mas-sistema għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi. Il-batterija tiġi iċċarġjata skont il-proċedura kif speċfikat fil-paragrafu 5.5.9 aktar l-isfel. |
5.5.7. |
Il-bibien tas-sistema magħluqa jiġu magħluqa u ssiġillati biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar b’difett. |
5.5.8. |
Il-bidu ta’ iċċarġjar b’difett għall-perjodu tal-ittestjar għall-emissjoni ta’idroġenu jibda meta l-kamra tiġi ssiġillata. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla biex jingħata l-qari inizzjali CH2i, Ti u Pi għat-test bl-iċċarġjar b’difett. Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni ta’ idroġenu (paragrafu 6). Waqt il-perjodu ta’ iċċarġjar b’difett, it-temperatura tal-arja fis-sistema magħluqa T m’għandiex tkun inqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K. |
5.5.9. |
Proċeduri għall-iċċarġjar b’difett L-iċċarġjar b’difett isir b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:
|
5.5.10. |
L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u imkejjel qabel it-test. |
5.5.11. |
It-tmiem tal-perjodu tal-ittestjar ikun t1 + 30 minuta wara l-bidu tat-teħid inizjali ta’ kampjuni, kif speċifikat fil-paragrafu 5.8.8. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu reġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għal testijiet bi ħsara waqt l-iċċarġjar, użati għall-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 6. |
6. KALKULAZZJONI
It-testijiet għall-emissjoni ta’ idroġenu deskritti fil-paragrafu 5 jippermettu l-kalkulazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu minn iċċarġjar normali u minn fażijiet ta’ iċċarġjar b’difett. Emissjonijiet tal-idroġenu minn kull wieħed minn dawn il-fażijiet jiġu kkalkulati bl-użu tal-konċentrazzjonijiet inizjali u finali tal-idroġenu, temperaturi u pressjoni fis-sistema magħluqa flimkien mal-volum nett fis-sistema magħluqa.
Il-formula t’hawn taħt tiġi użata:
fejn:
MH2 |
= |
il-kwantità ta’ idroġenu, fi grammi |
CH2 |
= |
il-konċentrazzjoni tal-idroġenu mkejjla fis-sistema magħluqa fil-volum ppm |
V |
= |
il-volum nett fis-sistema magħluqa f’metri kubi (m3) ikkoreġut għall-volum tal-vettura bit-twieqi u l-bagoll miftuħ. Jekk il-volum tal-vettura mhuwiex determinat jiġi mnaqqas volum ta’ 1,42 m3. |
Vout |
= |
volum għall-kumpens f’m3, għat-temepratura tal-ittestjar u l-pressjoni |
T |
= |
it-temperatura tal-arja fil-kamra, f’K |
P |
= |
il-pressjoni assoluta fis-sistema magħluqa, f’kPa |
k |
= |
2,42 |
fejn |
: |
i huwa l-qari inizjali f huwa l-qari finali |
6.2. Riżultati tat-test
Il-kwantità ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu għall-vettura huma:
MN |
= |
il-kwantità ta’ emissjoni ta’ idroġenu għat-test b’iċċarġjar normali, fi grammi |
MD |
= |
il-kwantità ta’ emissjoni ta’ idroġenu għat-test b’iċċarġjar b’difett, fi grammi. |
Appendiċi 1
KALIBRAR TA' TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR GĦAL EMISSJONIJIET TA' IDROĠENU
1. FREKWENZA TAL-KALIBRAR U METODI
It-tagħmir kollu għandu jiġi kalibrat qabel l-ewwel użu tiegħu u wara jiġi kalibrat kull darba li dan ikun meħtieġ u f'kull każ fix-xahar ta' qabel l-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip. Il-metodi tal-kalibrar li għandhom jintużaw huma deskritti f'dan l-appendiċi.
2. KALIBRAR TAS-SISTEMA MAGĦLUQA
2.1. |
Determinazzjoni inizjali tal-volum intern tas-sistema magħluqa |
2.1.1. |
Qabel l-ewwel użu tagħha, il-volum intern tal-kamra għandu jiġi determinat kif ġej. Id-dimensjonijiet interni tal-kamra għandhom jiġu mkejjla b'attenzjoni, fil-waqt li jiġu kkunsidrati l-irregolaritajiet kollha bħal puntali għall-inforzar. Il-volum intern tal-kamra jiġi determinat minn dan il-kejl. Is-sistema magħluqa tinżamm b'volum fiss, meta s-sistema magħluqa jkollha temperatura tal-arja ta' 293 K. Il-volum nominali għandu jiġi ripetut fil-limitu ta' ±0,5 fil-mija tal-valur irrapportat. |
2.1.2. |
Il-volum intern nett jiġi determinat billi jiġu mnaqqsa 1,42 m3 mill-volum intern tal-kamra. Alternattivament il-volum tal-vettura għall-ittestjar bil-bagoll u t-twieqi miftuħin jista' jintuża minflok il-1,42 m3. |
2.1.3. |
Il-kamra għandha tiġi iċċekjata kif spjegat fil-paragrafu 2.3. Jekk il-kwantità ta' idroġenu ma taqbilx mal-kwantità injettata fil-limitu ta' ± 2 fil-mija, hija meħtieġ azzjoni korrettiva. |
2.2. |
Determinazzjoni ta' emissjonijiet fl-isfond tal-kamra Din l-operazzjoni tiddermina li l-kamra ma fihiex materjali li jħallu ammonti sinifikanti ta' idroġenu. Din l-ispezzjoni għandha issir waqt l-introduzzjoni tas-sistema magħluqa għall-użu fis-servizz, wara kull operazzjoni fis-sistema magħluqa li tista' taffettwa emissjonijiet fl-isfond bi frekwenza ta' mill-inqas darba f'sena. |
2.2.1. |
Sistemi magħluqa b'volum varjabbli jistgħu jiġu mħaddma jew fil-konfigurazzjoni bil-volum miżmum jew fil-konfiugurazzjoni bil-volum mhux miżmum, kif deskritt fil-paragrafu 2.1.1. Waqt il-perjodu ta' 4 sigħat imsemmi aktar l-isfel, it-temperatura tal-arja għandha tinżamm għal 293 K ± 2 K. |
2.2.2. |
Is-sistema magħluqa tista' tiġi ssiġillata u l-fann tat-taħlit jiġi mħaddem għal perjodu sa 12 –il siegħa qabel ma jibda’ l-perjodu ta' erba' sigħat ta' teħid ta' kampjuni mill-isfond. |
2.2.3. |
L-analizzattur (jekk meħtieġ) għandu jiġi kalibrat, wara issettjat għaż-żero u mkejjel. |
2.2.4. |
Is-sistema magħluqa għandha tiġi mnaddfa sa ma jiġi akkwistat qari stabbli tal-idroġenu, u l-fann għat-taħlit jiġi mqabbad, jekk ma jkunx diġà mqabbad. |
2.2.5. |
Wara l-kamra tiġi ssiġillata u l-konċentrazzjoni ta' idroġenu fl-isfond, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla. Dawn huma l-qari inizjali ta' CH2i, Ti u Pi użati fil-kalkulazjoni għall-isfond tas-sistema magħluqa. |
2.2.6. |
Is-sistema magħluqa titħalla kif tkun bi-fann għat-taħlit mixgħul għall-perjodu ta' erba' sigħat. |
2.2.7. |
Fl-aħħar ta' dan il-ħin l-istess analizzatur jintuża biex titkejjel il-konċentrazzjoni tal-idroġenu fil-kamra. It-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla ukoll. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf. |
2.2.8. |
Waqt il-ħin tat-test il-bidla tal-kwantità ta' idroġenu fis-sistema magħluqa għandha tiġi kalkulata skont il-paragrafu 2.4 u m'għandiex taqbeż il-0,5 g. |
2.3. |
It-test tal-kalibrazzjoni u ż-żamma ta' idroġenu fil-kamra It-test tal-kalibrazzjoni u ż-żamma ta' idroġenu fil-kamra huwa mod ta' iċċekjar tal-volum ikkalkulat (paragrafu 2.1) u jkejjel ukoll ir-rata ta' kull telf minħabba likiġis. Ir-rata tat-telf minħabba likiġis tas-sistema magħluqa għandha tiġi determinata waqt l-introduzzjoni tas-sistema magħluqa għall-użu fis-servizz, wara kull operazzjoni fis-sistema magħluqa li tista' taffettwa l-integrità tas-sistema magħluqa u wara dan mill-inqas darba f'xahar. Jekk jiġu kompletati b'suċċess sitt spezzjonijiet konsekuttivi kull xahar għall-iċċekjar taż-żamma mingħajr azzjoni korrettiva, wara dan, ir-rata ta' telf minn likiġis tas-sistema magħluqa tista' tiġi determinata erba' darbiet f'sena sakemm ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni korrettiva. |
2.3.1. |
Is-sistema magħluqa għandha tiġi mnaddfa sa ma tinkiseb konċentrazzjoni stabbli ta' idroġenu. Il-fann għat-taħlit jiġi mqabbad, jekk ma jkunx diġà mqabbad. L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero, kalibrat (jekk meħtieġ) u mkejjel. |
2.3.2. |
Is-sistema magħluqa għandha tinżamm fil-pożizzjoni tal-volum nominali. |
2.3.3. |
Imbagħad is-sistema għall-kontroll tat-temperatura tal-arja tiġi mqabbda (jekk ma tkunx diġà mqabbda) u aġġustata għal temperatura inizjali ta' 293 K. |
2.3.4. |
Meta t-temperatura tas-sistema magħluqa tistabbilizza ruħha għal 293 K ± 2 K, is-sistema magħluqa tiġi ssiġillata u l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla. Dan huwa l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi użat għall-kalibrar tas-sistema magħluqa. |
2.3.5. |
Is-sistema magħluqa ma tinżammx bil-volum nominali. |
2.3.6. |
Kwantità ta' bejn wieħed u ieħor 100 g ta' idroġenu tiġi injettata fis-sistema magħluqa. Il-preċiżjoni fil-kejl tal-kwantità ta' idroġenu għandha tkun fil-limitu ta' ± 2 fil-mija tal-valur imkejjel. |
2.3.7. |
Is-sustanzi li jinsabu fil-kamra għandhom jitħallew jitħalltu għal ħames minuti u wara l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf għall-kalibrar tas-sistema magħluqa kif ukoll il-qari inizjali CH2i, Ti u Pi tal-ispezzjoni taż-żamma. |
2.3.8. |
Il-kwantità ta' idroġenu fis-sistema magħluqa tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.4 u 2.3.7 u l-formula fil-paragrafu 2.4. Dan għandu jkun fil-limitu ta' ± 2 fil-mija tal-kwantità ta' idroġenu mkejjel fil-paragrafu 2.3.6. |
2.3.9. |
Is-sustanzi li jinsabu fil-kompartiment għandhom jitħallew jitħalltu għal minimu ta' 10 sigħat. Kif jiġi kompletat dan il-perjodu l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika finali jiġu mkejjla u reġistrati. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf tal-ispezzjoni taż-żamma. |
2.3.10. |
Wara l-kwantità ta' idroġenu tiġi kkalkulata mill-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.7 u 2.3.9 bl-użu tal-formula fil-paragrafu 2.4. Il-kwantità ma tistax tvarja b'aktar minn 5 fil-mija mill-kwantità ta' idroġenu kkalkulata fil-paragrafu 2.3.8. |
2.4. |
Kalkulazzjoni Il-kalkulazzjoni tal-bidla netta fil-kwantità ta' idroġenu fis-sistema magħluqa tintuża biex jiġi determinat l-isfond ta' idrokarbon tal-kompartiment u r-rata ta' telf minn likiġis. Il-qari inizjali u finali tal-konċentrazzjoni tal-idroġenu, tat-temperatura u tal-pressjoni barometrika jintużaw fil-formula li ġejja biex tiġi kkalkulata l-bidla fil-kwantità.
fejn:
|
3. KALIBRAR TAL-ANALIZZATUR TAL-IDROĠENU
L-analizzatur għandu jiġi kalibrat bl-użu ta' idroġenu fl-arja u ta' arja sintetika purifikata. Ara l-paragrafu 4.8.2 tal-anness 7.
L-iskali kollha tal-operat normalment użati għandhom jiġu kalibrati permezz tal-proċedura li ġejja.
3.1. |
Stabbilixxi l-kurva tal-kalibrar mill-inqas permezz ta' ħames punti tal-kalibrar bi spazji ugwali kemm jista' jkun, fuq l-iskala tal-operat. Il-konċentrazzjoni nominali tal-gass tal-kalibrar bl-ogħla konċentrazzjonijiet ikun mill-inqas 80 fil-mija tal-iskala kollha. |
3.2. |
Ikkalkula l-kurva tal-kalibrar bil-metodu tal-least squares. Jekk il-grad polinominali li jirriżulta huwa akbar minn 3, in-numru ta' punti tal-kalibrar għandu mill-inqas ikun in-numru tal-grad polinominali miżjud bi 2. |
3.3. |
Il-kurva tal-kalibrar m'għandiex tvarja b'aktar minn 2 fil-mija mill-valur nominali ta' kull gass tal-kalibrar. |
3.4. |
Tabella li turi l-qari mill-analizzatur kontra l-konċentrazzjonijiet propji għandha tiġi ifformolata bl-użu tal-koeffiċjenti tal-polinominali maħruġa mill-proċedura tal-paragrafu 3.2 t’hawn fuq, bi skali ta' mhux aktar minn 1 fil-mija tal-iskala sħiħa. Dan għandu jsir għal kull serje ta' analizzaturi kalibrati. Il-figura għandha tinkludi ukoll dejta oħra relevanti bħal: Data tal-kalibrar Qari ta' ċifri minn potenzjometri mkejjla u ssettjat għaż-żero (jekk applikabbli) Skala nominali Dejta ta' referenza dwar kull gass tal-kalibrar użat Il-valur propju u dak indikat ta' kull gass tal-kalibrar użat flimkien mad-differenzi fil-perċentwali Pressjoni tal-kalibrar tal-analizzatur |
3.5. |
Metodi alternattivi (pereżempju kompjuter, range switch ikkontrollat b'mod elettroniku) jistgħu jintużaw jekk jiġi ppruvat lis-servizzi tekniċi li dawn il-metodi jagħtu riżultati preċiżi ekwivalenti. |
Appendiċi 2
KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-FAMILJA TAL-VETTURA
1. PARAMETRI LI JIDDEFINIXXU L-FAMILJA F'DAK LI GĦANDU X'JAQSAM MAL-EMISSJONIJIET TA' IDROĠENU
Il-familja tista' tiġi definita permezz ta' parametri bażiċi fid-disinn li għandhom ikunu komuni għal vetturi fl-istess familja. F'ċerti każijiet jista' jkun hemm interazzjoni tal-parametri. Dawn l-effetti għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġi żgurat li vetturi b'karatteristiċi simili għall-emmisjoni ta' idroġenu biss jiġu inklużi fl-istess familja.
2. |
Għal dan il-għan, dawk ti-tipi ta' vetturi biss li l-parametri tagħhom deskritti hawn taħt huma identiċi huma kkunsidrati li jagħmlu parti mill-istess emissjonijiet ta' idroġenu. Il-batterija tal-ġibda:
Tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura:
|
14.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.