ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2009/14/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/15/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/16/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/17/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/18/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2008 dwar il-konformità tal-istandard EN 1273:2005 fir-rigward ta’ oqfsa tal-mixi għat-trabi mar-rekwiżit tas-sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard fil-Ġurnal Uffiċjali (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8616) ( 1 ) |
|
|
|
2009/19/KE |
|
|
* |
|
|
Corrigendum |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 17/2009
tat-12 ta’ Jannar 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fit-13 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
52,1 |
TN |
134,4 |
|
TR |
125,7 |
|
ZZ |
104,1 |
|
0707 00 05 |
JO |
167,2 |
MA |
110,0 |
|
TR |
151,4 |
|
ZZ |
142,9 |
|
0709 90 70 |
MA |
87,6 |
TR |
113,3 |
|
ZZ |
100,5 |
|
0805 10 20 |
EG |
53,0 |
IL |
55,0 |
|
MA |
62,8 |
|
TR |
77,9 |
|
ZA |
44,1 |
|
ZZ |
58,6 |
|
0805 20 10 |
MA |
65,7 |
ZZ |
65,7 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
55,3 |
IL |
70,0 |
|
TR |
52,7 |
|
ZZ |
59,3 |
|
0805 50 10 |
EG |
47,1 |
MA |
57,3 |
|
TR |
56,4 |
|
ZZ |
53,6 |
|
0808 10 80 |
CA |
87,4 |
CN |
95,7 |
|
MK |
35,0 |
|
US |
114,6 |
|
ZZ |
83,2 |
|
0808 20 50 |
CN |
57,4 |
US |
115,7 |
|
ZZ |
86,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DIRETTIVI
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/3 |
DIRETTIVA 2008/101/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Novembru 2008
li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (4) stabbiliet skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità sabiex jiġi promoss it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod kost-effettiv u ekonomikament effiċjenti. |
(2) |
L-objettiv finali tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE (5), huwa li jiġu stabilizzati l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera fuq livell li jimpedixxi interferenza antropoġenika perikoluża fis-sistema tal-klima. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew mlaqqa’ fi Brussell fit-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 ssottolinja l-importanza vitali li jinkiseb l-objettiv strateġiku li ż-żieda tat-temperatura globali medja tiġi limitata għal mhux aktar minn 2 °C ‘il fuq mil-livelli pre-industrijali. L-aħħar sejbiet xjentifiċi rrappurtati mill-Panel Intergovernamentali dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) fir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni tiegħu juru aktar biċ-ċar li l-impatti negattivi tal-bibdil fil-klima qedgħin dejjem aktar jimponu riskju serju għall-ekosistemi, il-produzzjoni tal-ikel u l-kisba ta’ żvilupp sostenibbli u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju, kif ukoll għas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem. Biex l-objettiv ta’ 2 °C ikun jista’ jintlaħaq jeħtieġ stabilizzazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’konformità ma’ madwar 450 ppmv ekwivalenti ta’ CO2, li teħtieġ li l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra jilħqu l-massimu fl-10 sa 15-il sena li ġejjin u sa l-2050 it-tnaqqis sostanzjali ta’ emissjonijiet globali sa tal-anqas 50 % taħt il-livelli tal-1990. |
(4) |
Il-Kunsill Ewropew enfasizza li l-Unjoni Ewropea hija impenjata li tittrasforma lill-Ewropa f’ekonomija ferm effiċjenti fl-enerġija u b’emissjonijiet baxxi tal-gassijiet serra u, sakemm jiġi konkluż qbil globali u komprensiv post-2012, għamel impenn sod indipendenti biex l-UE sa l-2020 tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha b’ tal-anqas 20 % taħt il-livelli tal-1990. Il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni hi kontribut essenzjali fil-perspettiva ta’ dan l-impenn. |
(5) |
Il-Kunsill Ewropew enfasizza li l-UE hi impenjata fi ftehim globali u komprensiv għat-tnaqqis f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra lil hinn mill-2012, fejn tipprovdi rispons effettiv, effikaċi u ekwitabbli dwar l-iskala meħtieġa biex tiffaċċa l-isfidi tat-bibdil fil-klima. Huwa endorsja tnaqqis ta’ 30 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE taħt il-livelli tal-1990 sa l-2020 bħala l-kontribut tagħha għal ftehim globali u komprensiv għall-perijodu lil hinn mill-2012, bil-kondizzjoni li pajjiżi żviluppati oħrajn jikkommettu ruħhom għal tnaqqis komparabbli fl-emissjonijiet u pajjiżi li qed jiżviluppaw aktar avvanzati ekonomikament li jikkontribwixxu adegwatament skond ir-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom. L-UE qed tkompli tmexxi fin-negozjati ta’ ftehim internazzjonali ambizzjuż li ser jikseb l-objettiv li ż-żieda fit-temperatura globali tiġi limitata għal 2 °C u hi inkoraġġuta bil-progress li sar lejn dan l-objettiv fit-13-il Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC f’Bali f’Diċembru 2007. L-UE ser tfittex li tiżgura li tali ftehim globali jinkludi miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni u, f’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra liema emendi għal din id-Direttiva li tapplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru huma meħtieġa. |
(6) |
Fl-14 ta’ Frar 2007 l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-bidla fil-klima (6) li fiha rrefera għall-objettiv li ż-żieda fit-temperatura medja globali tkun limitata għal 2 °C ‘il fuq mill-livelli ta’ qabel l-industrijalizzazzjoni, u li fiha huwa ħeġġeġ lill-UE sabiex iżżomm ir-rwol mexxej tagħha fin-negozjati bl-għan li jiġi stabbilit qafas internazzjonali għat-tibdil fil-klima post-2012 u biex jinżamm livell għoli ta’ ambizzjoni fid-diskussjonijiet futuri mal-imsieħba internazzjonali tagħha, u enfasizza wkoll il-ħtieġa li fil-pajjiżi industrijalizzati kollha jitnaqqsu l-emissjonijiet globali bi 30 % sa l-2020 meta mqabbla mal-livelli tal-emissjonijiet tal-1990, bl-għan li jinkiseb tnaqqis ta’ madwar 60 sa 80 % sa l-2050. |
(7) |
Il-UNFCCC tesiġi li l-partijiiet jifformulaw u jimplimentaw programmi nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali li fihom miżuri biex jitnaqqas it-tibdil fil-klima. |
(8) |
Il-Protokoll ta’ Kyoto għall-UNFCCC, li kien approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (7), jeħtieġ li l-pajjiżi żviluppati jsegwu l-limitazzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni mhux ikkontrollati bil-Protokoll ta’ Montreal, li jopera permezz tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO). |
(9) |
Filwaqt li l-Komunità mhijiex Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”), l-Istati Membri kollha huma Partijiet Kontraenti għal dik il-Konvenzjoni u membri tal-ICAO. L-Istati Membri jkomplu jappoġġaw il-ħidma ma’ Stati oħrajn fl-ICAO dwar l-iżvilupp ta’ miżuri, inklużi strumenti bbażati fuq is-suq, biex jiġu indirizzati l-impatti tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima. Fis-sitt laqgħa tal-Kumitat ICAO dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent mill-Avjazzjoni fl-2004, ġie miftiehem li sistema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet speċifiċi għall-avjazzjoni bbażata fuq strument legali ġdid taħt il-patroċinju tal-ICAO ma deherx biżżejjed attraenti biex imbagħad jiġi segwit aktar. Konsegwentement, ir-Riżoluzzjoni A35-5 tal-35 Assemblea tal-ICAO li saret f’Settembru 2004 ma pproponietx strument ġdid legali iżda minflok endorsjat skambju miftuħ ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u l-possibbiltà li l-Istati jinkorporaw emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali fl-iskemi tagħhom ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. L-Appendiċi L għar-Riżoluzzjoni A36-22 tas-36 Assemblea tal-ICAO li saret f’Settembru 2007 tħeġġeġ lill-Istati Kontraenti biex ma jimplimentawx sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet fir-rigward ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru ta’ Stati Kontraenti oħrajn ħlief abbażi ta’ ftehim reċiproku bejn dawk l-Istati. Filwaqt li fakkru li l-Konvenzjoni ta’ Chicago tirrikonoxxi espressament id-dritt ta’ kull Parti Kontraenti biex fuq bażi non-diskriminatorja tapplika l-liġijiet u r-regolamenti dwar l-ajru proprji għall-inġenji tal-ajru tal-Istati kollha, l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u ħmistax-il Stat Ewropew oħra qegħdu riżerva fuq din ir-riżoluzzjoni u rriżervaw id-dritt taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago biex fuq bażi non-diskriminatorja jwettqu u japplikaw miżuri bbażati fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru kollha tal-Istati kollha li jippovdu servizzi lejn, minn jew fit-territorju tagħhom. |
(10) |
Is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali stabbilit bid-Deċiżjoni 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) ippreveda biex il-Komunità tidentifika u twettaq azzjonijiet speċifiċi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni jekk l-ebda azzjoni tali ma tkun ġiet miftiehma fl-ICAO sa l-2002. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ottubru 2002, Diċembru 2003 u Ottubru 2004, il-Kunsill ripetutament appella lill-Kummissjoni sabiex tipproponi azzjoni biex jitnaqqas l-impatt tat-tibdil fil-klima mit-trasport internazzjonali bl-ajru. |
(11) |
Il-linji politiċi u l-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-Istati Membri u tal-Komunità fis-setturi kollha tal-ekonomija Komunitarja sabiex jiġi ġġenerat it-tnaqqis sostanzjali meħtieġ fl-emissjonijiet. Jekk l-impatt tas-settur tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima jkompli jikber bir-rata attwali, dan ifixkel sinifikament it-tnaqqis mwettaq minn setturi oħrajn fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. |
(12) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Settembru 2005 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, intitolata “Tnaqqis tal-Impatt tal-l-Avjazzjoni fuq it-Tibdil fil-Klima”, il-Kummissjoni elaborat strateġija dwar it-tnaqqis tal-impatt tal-avjazzjoni fuq il-klima. Bħala parti minn pakkett komprensiv ta’ miżuri, l-istrateġija ppproponiet l-inklużjoni tal-avjazzjoni fl-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u pprevediet il-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma magħmul minn bosta partijiet interessati dwar l-avjazzjoni bħala parti mit-tieni fażi tal-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima biex jiġu kkunsidrati mezzi biex l-avjazzjoni tiġi inkluża fl-iskema Komunitarja. Fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill irrikonoxxa li, mil-lat ekonomiku u ambjentali, l-inklużjoni tas-settur tal-avjazzjoni fl-iskema Komunitarja kienet tidher li hi l-aħjar soluzzjoni u talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva sa tmiem l-2006. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2006 dwar l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima (9), il-Parlament Ewropew għaraf li l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu rwol potenzjali bħala parti minn pakkett komprensiv ta’ miżuri li jindirizzaw l-impatt tal-avjazzjoni fuq il-klima, bil-kondizzjoni li dan jitfassal b’mod adattat. |
(13) |
Pakkett komprensiv ta’ miżuri għandu jinkludi wkoll miżuri operazzjonali u teknoloġiċi. It-titjib tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru taħt il-programmi tal-Ajru Uniku Ewropew u ta’ SESAR jista’ jgħin biex tiżdied l-effiċjenza ġenerali tal-karburant sa 12 %. Ir-riċerka f’teknoloġiji ġodda, inklużi metodi għat-titjib tal-effiċjenza tal-karburant, tista’ tkompli tnaqqas l-emmissjonijiet mill-avjazzjoni. |
(14) |
L-objettiv tal-emendi ghad-Direttiva 2003/87/KE b’din id-Direttiva huwa li jitnaqqas l-impatt tat-bibdil fil-klima dovut għall-avjazzjoni billi jiġu inklużi l-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema Komunitarja. |
(15) |
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom l-aktar kontroll dirett fuq it-tip ta’ inġenji tal-ajru operati u fuq il-mod kif jittajru u għalhekk għandhom ikunu responsabbli li jikkonformaw mal-obbligi imposti b’din id-Direttiva inkluż l-obbligu li jitħejja pjan ta’ monitoraġġ u li l-emissjonijiet jiġu monitorati u rrappurtati skond dak il-pjan. Operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jiġi identifikat permezz tal-użu ta’ indikatur tal-ICAO jew ta’ kwalunkwe indikatur rikonoxxut u utilizzat fl-identifikazzjoni tat-titjira. Jekk l-identità tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma tkunx magħrufa, is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jiġi kkunsidrat bħala l-operatur tal-inġenji tal-ajru kemm-il darba ma jurix li l-operatur tal-inġenji tal-ajru kienet persuna oħra. |
(16) |
Sabiex jiġi evitat id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u biex titjieb l-effettività ambjentali, l-emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaslu fi jew li jitilqu minn ajrudromi Komunitarji għandhom jiġu inklużi mill-2012. |
(17) |
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom ikomplu jfittxu li jilħqu ftehim dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra mill-avjazzjoni. L-iskema Komunitarja tista’ sservi bħala mudell għall-użu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet fuq livell dinji. Il-Komunità u l-Istat Membri tagħha għandhom ikomplu bil-kuntatt tagħhom ma’ partijiet terzi matul l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom ikomplu jħeġġu lill-pajjiżi terzi biex jieħdu miżuri ekwivalenti. Jekk pajjiż terz jadotta miżuri, li jkollhom effett ambjentali tal-inqas ekwivalenti għal dak ta’ din id-Direttiva, biex jitnaqqas l-impatt fuq il-klima tat-titijiriet lejn il-Komunità, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-għażliet disponibbli sabiex tipprovdi għal interazzjoni ottimali bejn l-iskema Komunitarja u l-miżuri ta’ dak il-pajjiż, wara li tkun ikkunsultat ma’ dak il-pajjiż. L-iskemi ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emmissjonijiet li qed jiġu żviluppati f’pajjiżi terzi qed jibdew jipprovdu interazzjoni ottimali mal-iskema Komunitarja fir-rigward tal-kopertura tagħhom tal-avjazzjoni. L-arranġamenti bilaterali dwar l-irbit tal-iskema Komunitarja ma’ skemi ta’ skambju oħrajn biex tiġi ffurmata skema komuni jew li jikkunsidraw miżuri ekwivalenti biex jiġu evitati regolamenti doppji jistgħu jikkostitwixxu pass lejn ftehim globali. Meta jsiru dawn il-ftehim bilaterali, il-Kummissjoni tista’ temenda t-tipi ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni inklużi fl-iskema Komunitarja, inklużi aġġustamenti konsegwenzjali għall-kwantità totali ta’ kwoti li jinħarġu għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. |
(18) |
F’konformità mal-prinċipju ta’ regolamentazzjoni aħjar, ċerti titjiriet għandhom ikunu eżenti mill-iskema Komunitarja. Biex jiġu evitati aktar piżijiet amministrattivi disproporzjonati, operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru li għal tliet perijodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur joperaw anqas minn 243 titjira f’kull perijodu għandhom ikunu eżenti mill-iskema Komunitarja. Dan għandu jkun ta’ benefiċċju għal-linji tal-ajru li joperaw servizzi limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema Komunitarja inklużi l-linji tal-ajru minn pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
(19) |
L-avjazzjoni għandha impatt fuq il-klima globali minħabba rilaxx tad-dijossidu tal-karbonju, l-ossidi tan-nitroġenu, il-fwar tal-ilma u s-sulfat u l-partiċelli tan-nugrufun. L-IPCC ikkalkulat li l-impatt totali fuq il-klima mill-avjazzjoni huwa attwalment darbtejn sa erba’ darbiet ogħla mill-effetti tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju tiegħu weħedhom fil-passat. Ir-riċerka Komunitarja reċenti tindika li l-impatt totali fuq il-klima mill-avjazzjoni jista’ tkun ta’ madwar darbtejn ogħla mill-impatt mid-dijossidu tal-karbonju waħdu. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn il-kalkoli ma jqis l-effetti li huma ferm inċerti tas-sħab tat-tip ċirru. F’konformità mal-Artikolu 174(2) tat-Trattat, il-politika Komunitarja dwar l-ambjent għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni. Sakemm isir progress xjentifiku, l-impatti kollha tal-avjazzjoni għandhom jiġu indirizzat safejn hu possibbli. L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ser jiġu indirizzati f’leġislazzjoni oħra li għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni fl-2008. Għandha tiġi promossa r-riċerka dwar il-formazzjoni ta’ traċċi ta’ kondensazzjoni u ta’ sħab tat-tip ċirru u dwar miżuri effettivi ta’ mitigazzjoni, inklużi miżuri operazzjonali u tekniċi. |
(20) |
Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, għandha tiġi speċifikata metodoloġija ta’ allokazzjoni armonizzata biex tiġi ddeterminata l-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jinħarġu u biex jitqassmu kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Proporzjon tal-kwoti ser jiġi allokat bl-irkant skond ir-regoli li ser jiġu żviluppati mill-Kummissjoni. Għandha tiġi merfugħa riżerva speċjali ta’ kwoti biex tiżgura aċċess għas-suq għall-operaturi ġodda tal-inġenji tal-ajru u biex tassisti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jżiedu malajr in-numru ta’ tunellati-kilometri li jwettqu. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jieqfu mill-operat għandhom jibqgħu jiġu allokati kwoti sa tmiem il-perijodu li għalih kienu diġà ġew allokati l-kwoti bla ħlas. |
(21) |
Armonizzazzjoni sħiħa tal-proporzjon tal-kwoti maħruġa mingħajr ħlas lill-operaturi tal-linji tal-ajru kollha li qed jipparteċipaw fl-iskema Komunitarja hija adatta sabiex tkun żgurata l-ugwaljanza bejnl-operaturi tal-inġenji tal-ajru, peress li kull linja tal-ajru ser tkun regolata minn Stat Membru uniku fir-rigward tal-operazzjonijiet kollha tagħhom lejn, minn u fl-UE u bid-dispożizzjonijiet non-diskriminatorji ta’ Strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar Servizzi tal-Ajru ma’ pajjiżi terzi. |
(22) |
L-avjazzjoni tikkontribwixxi għall-impatt ġenerali tal-attivitajiet tal-bniedem fuq it-tibdil fil-klima u l-impatt ambjentali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn inġenji tal-ajru jista’ jitnaqqas permezz ta’ miżuri li jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament inklużi b’mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru. Id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet tan-nefqa pubblika nazzjonali, huma responsabbiltà tal-Istati Membri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidarjetà. Mingħajr preġudizzju għal dik il-pożizzjoni, id-dħul iġġenerat mill-irkant ta’ kwoti, jew ammont ekwivalenti fejn meħtieġ minn prinċipji baġitarji prevalenti tal-Istati Membri, bħall-unità u l-universalità, għandhom jintużaw għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għall-adattament mal-impatti tal-bidliet fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, għall-finanzjament tar-riċerka u tal-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament u biex ikopru l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-iskema Komunitarja. Id-dħul iġġenerat mill-irkant għandu jintuża wkoll għat-trasport b’emmissjonijiet baxxi. Id-dħul mill-irkant għandu jintuża b’mod partikolari sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-diforestazzjoni u biex jiġi faċilitat l-adattament fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva relatati mal-użu tad-dħul m’għandhom jippreġudikaw l-ebda deċiżjoni dwar l-użu li jsir minn dħul iġġenerat mill-bejgħ bl-irkant ta’ kwoti fil-kuntest usa’ tar-reviżjoni ġenerali tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(23) |
Id-dispożizzjonijiet għall-użu tal-fondi mill-bejgħ bl-irkant għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni. Tali notifika ma teżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu stabbilit skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat li jagħtu notifika dwar ċerti miżuri nazzjonali. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-riżultat ta’ kwalunkwe proċedura futura dwar l-għajnuna mill-Istat li tista’ tittieħed skond l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat. |
(24) |
Sabiex tiżdied il-kost-effettività tal-iskema Komunitarja, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom ikunu jistgħu jużaw tnaqqis f’emissjonijet ċertifikati (“CERs”) u unitajiet ta’ tnaqqis f’emissjonijet (“ERUs”) mill-attivitajiet ta’ proġetti biex jissodisfaw l-obbligi li jċedu l-kwoti sa limitu armonizzat. L-użu ta’ CERs u ERUs għandu jkun konsistenti mal-krierji għall-aċċetazzjoni għall-użu fl-iskema ta’ skambju stabbilita f’din id-Direttiva. Il-medja tal-persentaġġi speċifikati mill-Istati Membri għall-użu ta’ CERs u ERUS waqt l-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto hija ta’ madwar 15 %. |
(25) |
Fil-Konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill Ewropew imlaqqa’ fi Brussell fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2008 rrikonoxxa li f’kuntest globali ta’ swieq kompetittivi r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-karbonju huwa ta’ tħassib li jeħtieġ jiġi analizzat u indirizzat b’mod urġenti fid-Direttiva l-ġdida dwar Sistema ta’ Skambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa jekk in-negozjati internazzjonali jfallu. Ftehim internazzjonali jibqal-aqwa mod kif tiġi indirizzata din il-kwistjoni. |
(26) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, Stat Membru wieħed għandu jkun responsabbli għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru. L-Istati Membri għandhom jintalbu jiżguraw li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li għalihom inħarġet liċenzja operattiva f’dak l-Istat Membru, jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru mingħajr liċenzja operattiva jew li ġejjin minn pajjiżi terzi u li l-emissjonijiet tagħhom f’sena bażi huma dovuti l-aktar lil dak l-Istat Membru, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Fil-każ li operatur tal-inġenji tal-ajru jonqos li jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u miżuri ta’ rinfurzar oħrajn mill-Istat Membru amministrattiv ikunu naqsu li jiżguraw il-konformità, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f’solidarjetà. L-Istat Membru amminitrattiv għandu għalhekk ikun jista’ jitlob lill-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni operattiva fil-livell Komunitarju fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru konċernat, bħala l-aħħar għażla. |
(27) |
Biex tinżamm l-integrità tas-sistema tal-kontabbiltà tal-iskema Komunitarja minħabba l-fatt li l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali għad mhumiex integrati fl-impenji tal-Istati Membri skond il-Protokoll ta’ Kyoto, il-kwoti allokati għas-settur tal-avjazzjoni għandhom jiġu użati biss biex jilħqu l-obbligi tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex iċedu l-kwoti taħt din id-Direttiva. |
(28) |
Sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-Istati Membri għandhom isegwu regoli armonizzati għall-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma responsabbli għalihom, skond linji gwida speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni. |
(29) |
Biex tinżamm l-integrità ambjentali ta’ din l-iskema Komunitarja, l-unitajiet imċeda minn operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jgħoddu biss għal miri tat-tnaqqis tal-gassijiet serra li jieħdu kont ta’ dawn l-emissjonijiet. |
(30) |
L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol) jista’ jkollha informazzjoni li tista’ tgħin lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-obbligi tagħhom imposti b’din id-Direttiva. |
(31) |
Id-dispożizzjonijiet tal-iskema Komunitarja relatati mas-sorveljanza, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet u mal-penali applikabbli għall-operaturi għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru. |
(32) |
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni fid-dawl tal-esperjenza tal-applikazzjoni tagħha u wara għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(33) |
Ir-reviżjoni tal-funzjonament tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni għandha tikkunsidra d-dipendenza strutturali fuq l-avjazzjoni ta’ pajjiżi li m’għandhomx mezzi alternattivi ta’ trasport adegwati u komparabbli u li għalhekk huma dipendenti ħafna fuq it-trasport bl-ajru u li fihom is-settur tat-turiżmu jipprovdi kontribut għoli lill-prodott gross domestiku ta’ dawk il-pajjiżi. Għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali biex titrażżan jew saħansitra titneħħa kwalunkwe problema ta’ aċċessibbiltà u kompetittività li tirriżulta għar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità, kif speċifikat fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u problemi għal obbligi tas-servizz pubbliku in konnessjoni mal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(34) |
Id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta’ Ġibiltà, miftiehma f’Cordoba fit-18 ta’ Settembru 2006, matul l-ewwel laqgħa Ministerjali tal-Forum ta’ Djalogu dwar Ġibiltà, ser tissostitwixxi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Ajruport magħmula f’Londra fit-2 ta’ Diċembru 1987, u konformità sħiħa ma’ dik l-Istqarrija Ministerjali ser tiġi meqjusa bħala li tikkostitwixxi konformità mad-Dikjarazzjoni tal-1987. |
(35) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall- eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (10). |
(36) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri għall-bejgħ bl-irkant ta’ kwoti mhux meħtieġa li jinħarġu mingħajr ħlas; biex jiġu adottati regoli dwar l-operat tar-riżerva speċjali għall-ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru u dwar il-proċeduri relatati ma’ talbiet biex il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni operattiva fuq operatur tal-inġenji tal-ajru; u biex jiġu emendati l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I fejn pajjiż terz jintroduċi miżuri biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentaw din id-Direttiva b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(37) |
Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għalhekk jista’, minħabba fl-iskala u fl-effetti tal-azzjoni proposta, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(38) |
Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġislazzjoni aħjar (11), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi. |
(39) |
Id-Direttiva 2003/87/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2003/87/KE
Id-Direttiva 2003/87/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
it-titolu li ġej għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 1: “KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI”; |
(2) |
il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 2: “3. L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-ajruport ta’ Ġibiltà hija mifhuma li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit rigward it-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.”; |
(3) |
l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
il-Kapitolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 3: “KAPITOLU II AVJAZZJONI Artikolu 3a Kamp ta’ Applikazzjoni Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I. Artikolu 3b Attivitajiet tal-avjazzjoni Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura regolatorja imsemmija fl-Artikolu 23(2), tiżviluppa linji gwida dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I; Artikolu 3c Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni 1. Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 97 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni. 2. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 11(2) li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013, u, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe emenda wara r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 30(4), għal kull perijodu sussegwenti, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 95 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni mmultiplikati bin-numru ta’ snin f’dak il-perijodu. Dan il-persentaġġ jista’ jkun rivedut bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva. 3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 30(4). 4. Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni, abbażi tal-aqwa data disponibbli, inklużi stimi bbażati fuq informazzjoni attwali dwar it-traffiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1). Artikolu 3d Metodu għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz ta’ bejgħ bl-irkant 1. Fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), 15 % ta’ kwoti għandhom ikunu rkantati. 2. Mill-1 ta’ Jannar 2013, 15 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati. Dan il-persentaġġ jista’ jiġi miżjud, bħala parti mill-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva. 3. Għandu jiġi adottat Regolament li jkun fih dispożizzjonijiet dettaljati għall-bejgħ bl-irkant mill-Istati Membri tal-kwoti mhux meħtieġa li jinħarġu mingħajr ħlas skond il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f(8). In-numru tal-kwoti li għandhom jinbiegħu bl-irkant f’kull perijodu minn kull Stat Membru għandu jkun f’proporzjon mas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet dovuti mill-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta’ referenza rrappurtata skond l-Artikolu 14(3) u verifikati skond l-Artikolu 15. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta’ referenza għandha tkun l-2010 u għal kull perijodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c is-sena ta’ referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu li għalih jirreferi l-irkant. Dak ir-Regolament, imfassal biex jemenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentaha, għandu jiġi adottat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3). 4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta’ kwoti tal-avjazzjoni. Dak id-dħul għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b’mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta’ mezzi tat-trasport b’emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar azzjonijiet meħuda skond dan il-paragrafu. 5. It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni skond din id-Direttiva ma jeżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika stabbilit mill-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Artikolu 3e Allokazzjoni u ħruġ tal-kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru 1. Għal kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c, kull operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ japplika għal allokazzjoni ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas. Applikazzjoni tista’ ssir permezz ta’ preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru amministrattiv ta’ data ivverifikata f’tunnellati-kilometru għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li twettqu minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul is-sena ta’ monitoraġġ. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sena ta’ monitoraġġ għandha tkun is-sena kalendarja li tintemm 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat magħha skond l-Annessi IV u V jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), l-2010. Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir mill-anqas 21 xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat magħha jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sal-31 ta’ Marzu 2011. 2. Mill-inqas tmintax-il xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat mal-applikazzjoni jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sat-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet li jkunu rċevew taħt il-paragrafu 1. 3. Mill-inqas ħmistax-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sat-30 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni għandha tikkalkula u taddotta deċiżjoni li tistabbilixxi:
Il-punt ta’ referenza msemmi fil-punt (e), espress bħala kwoti kull tunnellata-kilometru, għandu jiġi kkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti msemmija fil-punt (d) bit-total tad-data f’tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2. 4. Fi żmien tliet xhur mid-data minn meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 3, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:
5. Sat-28 ta’ Frar 2012 u sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru amministrattiv għandha toħroġ għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru n-numru ta’ kwoti allokati għal dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru għal dik is-sena taħt dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f. Artikolu 3f Riżerva speċjali għal ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru 1. F’kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2), 3 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu allokati għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru:
u li l-attività tagħhom taħt il-punt (a), jew attività addizzjonali taħt il-punt (b), m’hijiex fl-intier tagħha jew parzjalment kontinwazzjoni ta’ attività tal-avjazzjoni li qabel kienet imwettqa minn operatur ieħor tal-inġenji tal-ajru. 2. Operatur tal-inġenji tal-ajru li huwa eliġibbli taħt il-paragrafu 1 jista’ japplika għal allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti mir-riżerva speċjali billi jagħmel applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru amministrattiv tiegħu. Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir sat-30 ta’ Ġunju fit-tielet sena tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li tirreferi għalih. Allokazzjoni lil operatur ta’ linja tal-ajru taħt il-paragrafu 1(b) m’għandhiex tkun aktar minn 1 000 000 kwota. 3. Applikazzjoni taħt il-paragrafu 2 għandha:
4. Mhux aktar tard minn 6 xhur mill-iskadenza biex issir applikazzjoni taħt il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni applikazzjonijiet irċevuti taħt dak il-paragrafu. 5. Mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-iskadenza biex issir applikazzjoni taħt il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-punt ta’ referenza li għandu jintuża sabiex jiġu allokati kwoti mingħajr ħlas lil operaturi tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4. Soġġett għall-paragrafu 6, il-punt ta’ referenza għandu jkun ikkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti fir-riżerva speċjali bis-somma ta’:
6. Il-punt ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 5 m’għandux jirriżulta f’allokazzjoni annwali għal kull tunnellata-kilometru ikbar mill-allokazzjoni annwali għal kull tunnellata-kilometru għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt l-Artikolu 3e(4). 7. Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 5, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:
8. Kwalunkwe kwota mhux allokata fir-riżerva speċjali għandha tiġi rkantata mill-Istati Membri. 9. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operazzjoni tar-riżerva speċjali taħt dan l-Artikolu, inkluża l-evalwazzjoni ta’ konformità mal-kriterja ta’ eliġibbiltà taħt il-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3). Artikolu 3g Pjanijiet ta’ monitoraġġ u rapportar L-Istat Membru li jkun qed jamministra għandu jiżgura li kull operatur tal-inġenji tal-ajru jippreżenta lill-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru pjan ta’ monitoraġġ li jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emmissjonijiet u data f’tunnellati-kilometru għall-fini ta’ applikazzjoni taħt l-Artikolu 3e u li tali pjanijiet ikunu approvati mill-awtorità kompetenti skond il-linji gwida adottati skond l-Artikolu 14.”; |
(5) |
it-titolu u l-Artikolu li ġejjin għandhom jiddaħħlu: “KAPITOLU III INTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI Artikolu 3h Kamp ta’ applikazzjoni Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-permessi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I minbarra l-attivitajiet tal-avjazzjoni.”; |
(6) |
il-punt (e) tal-Artikolu 6(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
(7) |
it-titolu li ġej għandu jiddaħħal qabel l-Artikolu 11: “KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET TAL-AVJAZZJONI U DAWK STAZZJONARJI”; |
(8) |
fl-Artikolu 11a għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jużaw s-CERs u l-ERUs, sa 15 % tan-numru ta’ kwoti li huma meħtieġa jċedu skond l-Artikolu 12(2a). Għal perijodi sussegwenti, il-persentaġġ ta’ CERs u ERUs li jistgħu jintużaw fir-rigward ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni għandhom jiġu riveduti, bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva u b’kont meħud tal-iżvilupp tar-reġim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan il-persentaġġ mill-anqas sitt xhur qabel il-bidu ta’ kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c.”; |
(9) |
fl-Artikolu 11b(2), il-kelma “installazzjonijiet” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “attivitajiet”; |
(10) |
l-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(11) |
fl-Artikolu 13(3), il-kliem “l-Artikolu 12(3)” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 12(2a) jew (3)”; |
(12) |
l-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(13) |
l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Verifika L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti ppreżentati mill-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) jiġu vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu, u li l-awtorità kompetenti tkun infurmata b’dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li r-rapport tiegħu ma jkunx ġie vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena ghall-emissjonijiet matul is-sena preċedenti ma jistax jagħmel trasferimenti ulterjuri ta’ kwoti sakemm ir-rapport ta’ dak l-operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti. Il-Kummissjoni tista’ tadotta dispożizzjonijiet dettaljati għall-verifika tar-rapporti ppreżentati minn operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) u l-applikazzjonijiet taħt l-Artikoli 3e u 3f inklużi l-proċeduri ta’ verifika li jridu jintużaw mill-verifikaturi, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2).”; |
(14) |
l-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(15) |
għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 18a Stat Membru Amministrattiv 1. L-Istat Membru amministrattiv fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun:
2. Meta fl-ewwel sentejn ta’ kwalunkwe perijodu msemmi fl-Artikolu 3c, l-ebda mill-emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni minn titjiriet imwettqin minn operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqa’ fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma huma attribwiti lill-Istat Membru amministrattiv tiegħu, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi trasferit lejn Stat Membru amministrattiv ieħor fir-rigward tal-perijodu li jmiss. L-Istat Membru amministrattiv il-ġdid għandu jkun l-Istat Membru bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati minn titjiriet imwettqin minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul l-ewwel sentejn tal-perijodu ta’ qabel. 3. Abbażi tal-aqwa informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha:
4. Il-Kummisjoni tista’, b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), tiżviluppa linji gwida marbuta mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt din id-Direttiva mill-Istati Membri amministrattivi. 5. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, “sena ta’ bażi” tfisser, fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li beda jopera fil-Komunità wara l-1 ta’ Jannar 2006, l-ewwel sena kalendarja tal-operat, u fil-każijiet l-oħrajn kollha, is-sena kalendarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2006. Artikolu 18b Assistenza mill-Eurocontrol Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħha skond l-Artikoli 3c(4) u 18a, il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza tal-Eurocontrol jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u tista’ tikkonkludi għal dak l-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet. |
(16) |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(17) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”; |
(18) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 25a Miżuri ta’ pajjiżi terzi biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima 1. Meta pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż li jinżlu fil-Komunità, il-Kummissjoni wara li tkun ikkonsultat mal-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tipprovdi għall-aħjar interazzjoni bejn l-iskema tal-Komunità u l-miżuri ta’ dak il-pajjiż. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ taddotta emendi biex jipprovdu għal tijiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat sabiex dawn jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex jipprovdu għal kwalunkwe emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li huma meħtieġa minn ftehim skond ir-raba’ subparagrafu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3). Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill emendi oħra għal din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista’ wkoll, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 300(1) tat-Trattat biex tiftaħ negozjati bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat. 2. Il-Komunità u l-Istat Membri tagħha għandhom ikomplu jfittxu ftehim dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni. Fid-dawl ta’ tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex meħtieġa l-emendi għal din id-Direttiva kif tapplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.”; |
(19) |
l-Artikolu 28 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(20) |
il-paragrafu segwenti għandu jiżdied mal-Artikolu 30: “4. Sa l-1 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ monitoraġġ u esperjenza tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Anness I u tista’ tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 251 tat-Trattat kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tagħti konsiderazzjoni b’mod partikolari għal:
Il-Kummissjoni għandha mbagħad tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(21) |
it-titolu li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-Artikolu 30: “KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI”; |
(22) |
l-Annessi I, IV u V għandhom jiġu emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-2 ta’ Frar 2010. Dawn għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b’dan.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J.-P. JOUYET
(1) ĠU C 175, 27.7.2007, p. 47.
(2) ĠU C 305, 15.12.2007, p. 15.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Novembru 2007 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2008 (ĠU C 122 E, 20.5.2008, p. 19) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2008 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2008.
(4) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(6) ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 344.
(7) ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.
(8) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(9) ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 119.
(10) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(11) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I, IV u V għad-Diretiva 2003/87/KE huma b’dan emendati kif ġej:
1. |
l-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
l-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:
|
3. |
L-Anness V għandu jiġi emendat kif ġej:
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2000/636/KE li tistipula t-tqassim annwali għal kull Stat Membru tal-ammont tal-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8370)
(2009/14/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE tal-24 ta’ Mejju 2006 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (2) u li tiddefinixxi għall-iskopijiet tal-baġit 2007-2013 l-ammonti totali tat-trasferimenti magħmula mill-FAEG lejn l-FAEŻR, waqt li tikkonforma mal-Artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (3) u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (4), li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kienet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/955/KE (5). |
(2) |
Minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/955/KE, jeħtieġ li l-ammonti disponibbli għall-FAEŻR jiġu adattati u li jiżdiedu mat-tqassim annwali relattiv għall-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE (6) għandha għalhekk tiġi emendata skond dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/636/KE għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-sena tal-baġit 2009.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1
(5) ĠU L 338, 17.12.2008, p. 67.
(6) ĠU L 261, 22.9.2006, p. 32.
ANNESS
Tqassim skond l-Istat Membru ta’ l-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2007-2013
(prezz kurrenti f’EUR) |
|||||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total 2007-2013 |
Ammont minimu għar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-Objettiv ta’ “Konverġenza” (Total) |
Il-Belġju |
63 991 299 |
63 957 784 |
60 238 083 |
59 783 509 |
59 367 519 |
57 095 480 |
54 576 632 |
419 010 306 |
40 744 223 |
Il-Bulgarija (*) |
244 055 793 |
337 144 772 |
437 343 751 |
399 098 664 |
398 058 913 |
397 696 922 |
395 699 781 |
2 609 098 596 |
692 192 783 |
Ir-Repubblika Ċeka |
396 623 321 |
392 638 892 |
388 036 387 |
400 932 774 |
406 640 636 |
412 672 094 |
417 962 250 |
2 815 506 354 |
1 635 417 906 |
Id-Danimarka |
62 592 573 |
66 344 571 |
65 671 254 |
66 234 762 |
65 331 467 |
64 497 618 |
63 488 551 |
454 160 796 |
0 |
Il-Ġermanja |
1 184 995 564 |
1 186 941 705 |
1 152 525 574 |
1 161 018 553 |
1 164 459 200 |
1 151 761 509 |
1 136 214 950 |
8 137 917 055 |
3 174 037 771 |
L-Estonja |
95 608 462 |
95 569 377 |
95 696 594 |
100 929 353 |
104 639 066 |
108 913 401 |
113 302 602 |
714 658 855 |
387 221 654 |
L-Irlanda |
373 683 516 |
355 014 220 |
331 071 422 |
335 372 252 |
326 098 528 |
318 171 063 |
308 803 589 |
2 348 214 590 |
0 |
Il-Greċja |
461 376 206 |
463 470 078 |
457 393 090 |
456 018 509 |
636 568 186 |
630 830 398 |
624 447 957 |
3 730 104 424 |
1 905 697 195 |
Spanja |
286 654 092 |
1 277 647 305 |
1 275 950 901 |
1 298 574 047 |
1 120 313 000 |
1 114 078 191 |
1 105 464 263 |
7 478 681 799 |
3 178 127 204 |
Franza |
931 041 833 |
942 359 146 |
911 821 939 |
934 088 155 |
971 090 147 |
958 717 557 |
943 394 332 |
6 592 513 109 |
568 263 981 |
L-Italja |
1 142 143 461 |
1 135 428 298 |
1 127 350 921 |
1 155 713 236 |
1 325 406 589 |
1 320 949 382 |
1 313 305 996 |
8 520 297 883 |
3 341 091 825 |
Ċipru |
26 704 860 |
24 772 842 |
22 749 762 |
23 071 507 |
22 402 714 |
21 783 947 |
21 037 942 |
162 523 574 |
0 |
Il-Latvja |
152 867 493 |
147 768 241 |
142 542 483 |
147 766 381 |
148 781 700 |
150 188 774 |
151 198 432 |
1 041 113 504 |
327 682 815 |
Il-Litwanja |
260 974 835 |
248 836 020 |
236 928 998 |
244 741 536 |
248 002 433 |
250 278 098 |
253 598 173 |
1 743 360 093 |
679 189 192 |
Il-Lussemburgu |
14 421 997 |
13 661 411 |
12 655 487 |
12 818 190 |
12 487 289 |
12 181 368 |
11 812 084 |
90 037 826 |
0 |
L-Ungerija |
570 811 818 |
537 525 661 |
498 635 432 |
509 252 494 |
547 603 625 |
563 304 619 |
578 709 743 |
3 805 843 392 |
2 496 094 593 |
Malta |
12 434 359 |
11 527 788 |
10 656 597 |
10 544 212 |
10 347 884 |
10 459 190 |
10 663 325 |
76 633 355 |
18 077 067 |
L-Olanda |
70 536 869 |
72 638 338 |
71 391 337 |
72 215 293 |
70 606 648 |
69 682 449 |
68 550 233 |
495 621 167 |
0 |
L-Awstrija |
628 154 610 |
594 709 669 |
553 552 057 |
560 657 505 |
545 170 574 |
531 468 629 |
514 856 948 |
3 928 569 992 |
31 938 190 |
Il-Polonja |
1 989 717 841 |
1 932 933 351 |
1 872 739 817 |
1 866 782 838 |
1 860 573 543 |
1 857 244 519 |
1 850 046 247 |
13 230 038 156 |
6 997 976 121 |
Il-Portugall |
560 524 173 |
562 491 944 |
557 240 154 |
606 561 895 |
611 642 601 |
611 692 105 |
610 872 156 |
4 121 025 028 |
2 180 735 857 |
Ir-Rumanija (**) |
0 |
1 146 687 683 |
1 442 871 530 |
1 359 770 651 |
1 357 854 634 |
1 359 146 997 |
1 356 173 250 |
8 022 504 745 |
1 995 991 720 |
Is-Slovenja |
149 549 387 |
139 868 094 |
129 728 049 |
129 354 946 |
124 076 091 |
118 858 866 |
113 031 296 |
904 466 729 |
287 815 759 |
Is-Slovakkja |
303 163 265 |
286 531 906 |
268 049 256 |
256 310 239 |
263 028 387 |
275 025 447 |
317 309 578 |
1 969 418 078 |
1 106 011 592 |
Il-Finlandja |
335 121 543 |
316 143 440 |
293 685 407 |
297 667 134 |
289 390 092 |
282 108 238 |
273 317 053 |
2 087 432 907 |
0 |
L-Iżvezja |
292 133 703 |
277 225 207 |
258 396 031 |
261 797 463 |
254 575 513 |
248 360 755 |
240 859 282 |
1 833 347 954 |
0 |
Ir-Renju Unit |
263 996 373 |
645 001 582 |
698 742 271 |
741 160 084 |
748 994 332 |
752 455 626 |
749 224 152 |
4 599 574 420 |
188 337 515 |
Total |
10 873 879 246 |
13 274 839 325 |
13 373 664 584 |
13 468 236 182 |
13 693 511 311 |
13 649 623 242 |
13 597 920 797 |
91 931 674 687 |
31 232 644 963 |
(*) Għas-snin 2007, 2008 u 2009, il-ħlasijiet tat-taqsima tal-“Garanziji” tal-FAEG jiżdiedu għal EUR 193 715 561, EUR 263 453 163 u EUR 337 004 104 rispettivament.
(**) Għas-snin 2007, 2008 u 2009, il-ħlasijiet tat-taqsima tal-“Garanziji” tal-FAEG jiżdiedu għal EUR 610 786 223, EUR 831 389 081 u EUR 1 058 369 098 rispettivament.
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' Diċembru 2008
li tirrifjuta applikazzjoni għall-introduzzjoni ta’ denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijet ġeografiċi protetti pprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (Džiugas) (IĠP)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8423)
(it-test bil-Litwan biss huwa awtentiku)
(2009/15/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u f’konformità mal-Artikolu 17(2) tiegħu, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Džiugas” bħala indikazzjoni ġeografika protetta għal ġobna, imressqa mil-Litwanja u li waslet fil-15 ta’ Ġunju 2005. |
(2) |
B’risposta għal talbiet mill-Kummissjoni, il-Litwanja pprovdiet verżjoni ġdida tal-ispeċifikazzjoni flimkien ma’ sommarju kif ukoll tagħrif addizzjonali, li waslu fit-3 ta’ Lulju 2006, il-5 ta’ Diċembru 2006 u t-3 ta’ Settembru 2008. |
(3) |
Il-Kummissjoni talbet, inter alia, għal kjarifiki rigward in-natura tar-rabta bejn il-karatteristiċi tal-prodott li għalih kienet qed tintalab ir-reġistrazzjoni u l-oriġini ġeografika speċifika tiegħu. |
(4) |
Wara li eżaminat il-materjal imressaq fl-applikazzjoni mil-Litwanja, il-Kummissjoni nnutat li l-kwalità speċifika jew il-karatteristiċi tal-ġobna huma kkawżati mill-meotdu tal-produzzjoni tagħha, u ma jistgħux ikunu attribwiti għall-oriġini ġeografika tagħha. L-ispeċifikazzjoni tistqarr li r-rabta bejn il-ġobna “Džiugas” u ż-żona tagħha hija espressa bil-meotdu speċifiku tal-produzzjoni tagħha, li jagħtiha karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi li ma jinstabux f’ġobnijiet oħra. Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjoni tasserixxi li l-metodu ta’ produzzjoni tal-ġobna “Džiugas” jiddetermina l-kontenut ogħla ta’ manjeżju u kalċju fiha, u li l-karatteristiċi organolettiċi partikolari tal-ġobna “Džiugas”, il-kulur kemmxejn safrani b’laqtiet griżi u t-togħma friska tagħha, huma riżultat tal-metodu tal-produzzjoni tagħha. Fin-nuqqas ta’ rabta bejn dawn it-tliet fatturi u l-oriġini ġeografika, l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kriterji bażiċi għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika protetta. |
(5) |
Għaldaqstant ma ntweriex li hemm rabta fit-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-applikazzjoni biex id-denominazzjoni “Džiugas” tkun irreġistrata bħala indikazzjoni ġeografika protetta għandha tkun irrifjutata. |
(7) |
Il-miżura pprovduta f’din id-Deċiżjoni hija konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-applikazzjoni biex id-denominazzjoni “Džiugas” tkun irreġistrata hija b’dan irrifjutata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' Diċembru 2008
li tirrifjuta applikazzjoni għall-introduzzjoni ta’ denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijet ġeografiċi protetti pprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (Germantas) (IĠP)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8430)
(it-test bil-Litwan biss huwa awtentiku)
(2009/16/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u f’konformità mal-Artikolu 17(2) tiegħu, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Germantas” bħala indikazzjoni ġeografika protetta għal ġobna, imressqa mil-Litwanja u li waslet fil-15 ta’ Ġunju 2005. |
(2) |
B’risposta għal talbiet mill-Kummissjoni, il-Litwanja pprovdiet verżjoni ġdida tal-ispeċifikazzjoni flimkien ma’ sommarju kif ukoll tagħrif addizzjonali, li waslu fit-3 ta’ Lulju 2006, il-5 ta’ Diċembru 2006 u t-3 ta’ Settembru 2008. |
(3) |
Il-Kummissjoni talbet, inter alia, għal kjarifiki rigward in-natura tar-rabta bejn il-karatteristiċi tal-prodott li għalih kienet qed tintalab ir-reġistrazzjoni u l-oriġini ġeografika speċifika tiegħu. |
(4) |
Wara li eżaminat il-materjal imressaq fl-applikazzjoni mil-Litwanja, il-Kummissjoni nnutat li l-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobna huma kkawżati mill-meotdu tal-produzzjoni tagħha, u ma jistgħux ikunu attribwiti għall-oriġini ġeografika tagħha. L-ispeċifikazzjoni tistqarr li r-rabta bejn il-ġobna “Germantas” u ż-żona tagħha hija espressa bil-meotdu speċifiku tal-produzzjoni tagħha, li jagħtiha karatteristiċi organolettiċi speċifiċi li jagħmluha differenti minn ġobnijiet oħra. L-ispeċifikazzjoni tasserixxi li l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi għall-ġobna “Germantas”, il-kulur kemmxejn safrani b’laqtiet mill-aħdar għall-griż, aroma ħafifa ta’ ħalib aċidifikat, xorrox u ħalib ippasturizzat, flimkien ma’ togħma daqsxejn qarsa ta’ ħalib ippasturizzat f’temperatura għolja, ilkoll huma relatati mal-metodu tal-produzzjoni tagħha. L-ispeċifikazzjoni barra minn hekk tispjega li l-kulur tipiku tal-ġobna “Germantas” huwa kkawżat mill-maturazzjoni tagħha f’kisja rqiqa trasparenti jew kulurita li fid-dawl tnaqqas id-dekompożizzjoni tal-komposti fotosensittivi. Fin-nuqqas ta’ rabta bejn dawn it-tliet fatturi u l-oriġini ġeografika, l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kriterji bażiċi għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika protetta. |
(5) |
Għaldaqstant ma ntweriex li hemm rabta fit-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-applikazzjoni biex id-denominazzjoni “Germantas” tkun irreġistrata bħala indikazzjoni ġeografika protetta għandha tkun irrifjutata. |
(7) |
Il-miżura pprovduta f’din id-Deċiżjoni hija konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-applikazzjoni biex id-denominazzjoni “Germantas” tkun irreġistrata hija b’dan irrifjutata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Diċembru 2008
dwar it-twaqqif tal-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema
(2009/17/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, timponi obbligi ċari fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, u titfa’ r-responsabbiltà li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal kooperazzjoni bħal din fuq l-Istati Membri. Barra minn hekk, din id-Direttiva tistabbilixxi obbligu ċar għall-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri xierqa ħalli t-tagħrif dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg ikun ġeneralment disponibbli, mhux biss lill-fornituri tas-servizzi barranin, iżda wkoll lill-ħaddiema stazzjonati kkonċernati. |
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “L-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas tal-għoti ta’ servizzi: li jiġu massimizzati l-benefiċċji u l-potenzjal tagħha filwaqt li tiggarantixxi l-protezzjoni tal-ħaddiema” (2) tat-13 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha biex tistabbilixxi Kumitat ta’ livell għoli sabiex ikun ta’ appoġġ u jassisti lill-Istati Membri biex jidentifikaw u jiskambjaw prassi tajba, biex jiġi istituzzjonalizzat il-Grupp informali attwali ta’ Esperti tal-Gvern u biex jinvolvi b’mod formali l-imsieħba soċjali b’mod regolari. |
(3) |
Fir-Rakkomandazzjoni tagħha tat-3 ta’ April 2008 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva msaħħa fil-kuntest tal-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (3), il-Kummissjoni wriet li l-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b’mod attiv fi proċess sistematiku u formali ta’ identifikazzjoni u skambju ta’ prassi tajba fil-qasam tal-impjieg ta’ ħaddiema permezz ta’ kwalunkwe forum ta’ kooperazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni għal dak il-għan. |
(4) |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2008 stiednu lill-Kummissjoni biex tistituzzjonalizza l-grupp informali dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema billi twaqqaf kumitat ta’ esperti. |
(5) |
Il-Kumitat li se jitwaqqaf għandu, skont l-istess deċiżjonijiet tal-Kunsill, jinvolvi ruħu mal-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għal kontroll, bħal spettorati tal-impjiegi, kif ukoll, f’livelli xierqa u f’konformità mal-liġi u l-prassi nazzjonali, jinvolvi l-imsieħba soċjali b’mod formali u regolari, b’mod partikolari rappreżentanti tal-imsieħba soċjali fis-setturi b’inċidenza għolja ta’ rikors għall-ħaddiema stazzjonati. |
(6) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf Kumitat ta’ esperti fil-qasam tal-istazzjonar tal-ħaddiema u li jiġu definiti l-ħidmiet tiegħu, ir-responsabbiltajiet u l-istruttura. |
(7) |
Il-Kumitat ta’ esperti għandu, inter alia, jagħti appoġġ u jassisti lill-Istati Membri biex jidentifikaw u jiskambjaw prassi tajba, jippromwovi skambju ta’ informazzjoni rilevanti, jeżamina kwalunkwe mistoqsija u diffikultà li tista’ tinqala’ fl-applikazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni tal-istazzjonar tal-ħaddiema, kif ukoll l-infurzar tiegħu fil-prattika, u jsegwi mill-qrib il-progress miksub fit-titjib kemm tal-aċċess għal informazzjoni u tal-kooperazzjoni amministrattiva, inkluż l-iżvilupp ta’ sistema possibbli elettronika ta’ skambju ta’ informazzjoni. |
(8) |
Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn esperti li jirrappreżentaw l-awtoritajiet nazzjonali, li f’kull Stat Membru huma responsabbli għal, inkarigati jew involuti fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tar-regoli applikabbli għall-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi. Esperti bħal dawn għandhom ikunu kapaċi jirriflettu l-firxa sħiħa ta’ għarfien, kompetenzi u esperjenza madwar l-oqsma ta’ politika differenti kkonċernati. Skont il-liġi u l-prassi nazzjonali, awtoritajiet speċjalizzati responsabbli għall-kontroll ta’ leġiżlazzjoni, bħal spettorati tal-impjiegi, kif ukoll imsieħba soċjali, jistgħu jkunu rappreżentati fil-Kumitat. |
(9) |
Il-Kumitat għandu jinvolvi wkoll b’mod formali u regolari lill-imsieħba soċjali f’livell Ewropew, b’mod partikolari dawk li jirrappreżentaw setturi b’inċidenza ogħla ta’ rikors ta’ ħaddiema stazzjonati, bħal xogħol ta’ kostruzzjoni, xogħol temporanju f’aġenzija, xogħol ta’ forniment tal-ikel, agrikoltura u trasport. Il-Kumitat għandu jkun kapaċi wkoll joqgħod fuq il-kompetenza ta’ professjonisti b’kompetenzi speċifiċi dwar kwistjoni partikolari inkluża bħala suġġett tal-aġenda tiegħu. |
(10) |
Ir-Rappreżentanti tal-Istati EEA/EFTA, l-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-pajjiżi ta’ adeżjoni u dawk kandidati u l-Iżvizzera għandu jkollhom permess biex jipparteċipaw bħala osservaturi. |
(11) |
Ir-regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni mill-membri għandhom jiġu pprovduti, bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (4). |
(12) |
Id-dejta personali relatata mal-membri għandha tkun ipproċessata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (5). |
(13) |
L-ispejjeż maħruġa għandhom jiġu ffinanzjati skont id-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (6), |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kumitat espert imsemmi “Il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema”, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”, hu b’dan imwaqqaf.
Artikolu 2
Ħidmiet
Ix-xogħol tal-Kumitat għandu jkun li:
(1) |
jagħti appoġġ u jassisti lill-Istati Membri biex jidentifikaw u jippromwovu l-iskambju ta’ esperjenza u prassi tajba; |
(2) |
jippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, inkluża l-informazzjoni dwar il-forom eżistenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva (bilaterali) bejn l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali; |
(3) |
jeżamina kwalunkwe mistoqsija, diffikultà u kwistjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika tad-Direttiva 96/71/KE jew il-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni, kif ukoll l-infurzar tagħhom fil-prattika; |
(4) |
jeżamina kwalunkwe diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-Artikolu 3 (10) tad-Direttiva 96/71/KE; |
(5) |
jagħmel monitoraġġ tal-progress miksub fit-titjib kemm ta’ informazzjoni u ta’ kooperazzjoni amministrattiva, u f’dak il-kuntest, inter alia, jevalwa l-għażliet differenti għal appoġġ tekniku xieraq għall-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva, inkluża s-sistema elettronika ta’ skambju ta’ informazzjoni; |
(6) |
jeżamina possibbiltajiet biex tiżdied il-konformità effettiva ma’, u l-infurzar tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-ħarsien tal-pożizzjoni tagħhom, jekk meħtieġ; |
(7) |
jinvolvi ruħu f’eżami fil-fond ta’ problemi prattiċi ta’ infurzar transkonfinali, sabiex isolvi problemi eżistenti, itejjeb l-applikazzjoni prattika ta’ strumenti legali eżistenti kif ukoll itejjeb l-għajnuna reċiproka bejn l-Istati Membri, jekk meħtieġ. |
Artikolu 3
Sħubija – Ħatra
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar żewġ rappreżentanti lill-Kumitat. Jistgħu jaħtru wkoll żewġ sostituti.
Waqt li jaħtru r-rappreżentanti tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinvolvu lill-awtoritajiet pubbliċi, bħal spettorati tal-impjiegi, responsabbli għall-kontroll tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati. Dawn jistgħu wkoll, f’konformità mal-liġi u/jew prassi nazzjonali, jinvolvu l-imsieħba soċjali.
2. Rappreżentanti taż-żewġ naħat tal-industrija f’livell Komunitarju, kif ukoll rappreżentanti tal-imsieħba soċjali fis-setturi b’inċidenza għolja ta’ rikors għall-ħaddiema stazzjonati, jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi, skont il-proċeduri stabbiliti mill-organizzazzjonijiet u l-Kummissjoni.
Ir-rappreżentanti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-imsieħba soċjali rilevanti fuq il-livell Komunitarju jew settorali.
Dan il-grupp ta’ osservaturi għandu jiġbor fih massimu ta’ 20 membru magħmul kif ġej:
— |
ħames membri li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem fuq il-livell Komuntarju, |
— |
ħames membri li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fuq il-livell Komuntarju, |
— |
massimu ta’ 10 rappreżentanti tal-imsieħba soċjali (maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u l-ħaddiema) f’setturi b’inċidenza għolja ta’ rikors għall-ħaddiema stazzjonati. |
3. Ir-Rappreżentanti tal-Istati EEA/EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-pajjiżi tal-adeżjoni u dawk kandidati u l-Iżvizzera jistgħu jattendu l-laqgħat b’mod ugwali tal-Kumitat bħala osservaturi.
4. L-ismijiet tal-membri jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 4
Il-ħidma
1. Il-Kummissjoni jkollha l-presidenza tal-Kumitat.
2. Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi skont it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-Kumitat. Kif jintemm il-mandat tagħhom, it-tali sottogruppi għandhom jiġu xolti.
3. Bi ftehim mal-Kummissjoni, esperti, li jistgħu jinkludu rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali b’kompetenza speċifika f’suġġett li jkun qed jiġi diskuss, jistgħu jkunu mistiedna fuq bażi ta’ każ b’każ biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-Kumitat jew tas-sottogrupp jekk dan ikun utli u/jew neċessarju.
4. Il-Kumitat u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skont il-proċeduri u l-iskeda stabbilita. Dan jista’ jintalab biex jiltaqa’ f’postijiet oħra, b’mod partikolari fuq proposta minn Stat Membru li jixtieq jilqa’ lill-Kumitat jew lil wieħed mis-sottogruppi tiegħu b’konnessjoni ma’ avveniment ta’ interess partikolari għall-Kumitat, is-sottogrupp(i) tiegħu jew dak l-Istat Membru.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess speċifiku fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat u s-sottogruppi tiegħu.
5. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċeduri adottati mill-Kummissjoni.
6. L-informazzjoni miksuba permezz tal-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet tal-Kumitat jew ta’ sottogrupp għandha tinżamm mistura jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-informazzjoni tittratta kwistjonijiet kunfidenzjali.
7. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika fuq l-Internet, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull sommarju, konklużjoni jew konklużjoni parzjali jew dokument ta’ ħidma tal-Kumitat.
Artikolu 5
Rimborż tal-ispejjeż
L-ispejjeż tal-vjaġġ u, fejn meħtieġ, tal-għajxien imħallsa għall-membri, l-osservaturi u l-esperti mistiedna b’konnessjoni mal-attivitajiet tal-Kumitat għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għal esperti esterni.
Il-membri, l-osservaturi u l-esperti mistiedna mhumiex se jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.
Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom jiġu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tista’ tingħata lid-Direttorat Ġenerali ta’ immaniġġjar fil-qafas tal-proċedura ta’ allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Vladimír ŠPIDLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) COM(2007) 304 finali.
(4) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.
(6) ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1.
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Diċembru 2008
dwar il-konformità tal-istandard EN 1273:2005 fir-rigward ta’ oqfsa tal-mixi għat-trabi mar-rekwiżit tas-sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard fil-Ġurnal Uffiċjali
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8616)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/18/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodott (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti imwaqqaf skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment ta’ tagħrif fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jobbliga lill-produtturi li jqiegħdu biss prodotti siguri fis-suq. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies li mhux perikoluż, safejn għandhom x’jaqsmu r-riskji u l-kategoriji ta’ riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi għalihom għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva. |
(3) |
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, l-istandards Ewropej għandhom jiġu stabbiliti minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni skont mandati stipulati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta’ standards bħal dawn. |
(4) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva jistipula proċedura għall-pubblikazzjoni ta’ referenzi ta’ standards li ġew adottati minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni qabel ma daħlet fis-seħħ id-Direttiva. Jekk dawk l-istandards jassiguraw il-konformità mal-kriterju ġenerali ta’ sigurtà, il-Kummissjoni se tiddeċiedi li tippubblika r-referenzi tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ Stat Membru, tiddeċiedi, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tad-Direttiva, jekk l-istandard ikkonċernat jissodisfax il-kriterju ġenerali ta’ sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard wara li tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha. |
(5) |
L-oqfsa tal-mixi għat-trabi huma mezzi li jgħinu lit-tfal qabel ma jkunu tgħallmu jimxu biex jispustaw rwieħhom waħedhom. Madankollu, id-dejta tal-emerġenza tal-isptarijiet, kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Istati Uniti tal-Amerika matul dawn l-aħħar għoxrin sena turi b’mod konsistenti li l-oqfsa tal-mixi għat-trabi huma ta’ riskju li wieħed jaqa’, minħabba li jżidu l-mobilità u l-veloċità tat-tfal li għadhom ma jafux joqogħdu bil-wieqfa jew jimxu waħedhom. |
(6) |
L-inċidenti li jinqalgħu bl-użu tal-oqfsa tal-mixi għat-trabi jseħħu l-aktar minħabba li t-tfal jaqgħu it-taraġ jew jegħlbu, speċjalment meta t-tfal jipprovaw jgħaddu fuq uċuħ tal-art li mhumiex lixxi, bħat-taraġ tal-bibien jew trufijiet ta’ twapet. Il-ħsara li sseħħ minħabba inċidenti bħal dawn hija serja ħafna, minħabba li, fil-maġġoranza tal-każijiet, dawn jaffettwaw ir-ras tat-tarbija. |
(7) |
F’Settembru 1997, il-Kummissjoni ħarġet mandat (3) lis-CEN (il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni) biex tindirizza r-riskji speċifiċi tas-sigurtà minħabba fiż-żieda fil-mobilità u l-veloċità possibbli bl-għajnuna ta’ dawn l-oqfsa tal-mixi għat-trabi għal tfal li jkunu għadhom ma tgħallmux jimxu, fl-istandard rilevanti li s-CEN kienet qed tiżviluppa dak iż-żmien. |
(8) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ewwel verżjoni tal-istandard EN 1273 adottat mis-CEN fl-2001 ma kienx sodisfaċenti, billi l-istandard ma kienx jindirizza r-riskji speċifiċi deskritti fil-mandat. |
(9) |
Il-verżjoni rreveduta tal-EN standard 1273 ta’ Mejju 2005, madankollu, tistipula testijiet ta’ stabilità u rekwiżiti ta’ disinn bl-għan li tnaqqas il-ħsara kkawżata meta trabi jaqgħu it-taraġ jew jegħlbu, kif rekwiżit fil-mandat tal-Kummissjoni. |
(10) |
L-EN 1273:2005 jintuża b’mod wiesa’ mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, kif ikkonfermat minn bosta notifiki tar-RAPEX li jirreferu għal dan l-istandard. Barra minn hekk, xi Stati Membri jirreferu għal dan l-istandard fil-leġiżlazzjoni tagħhom dwar is-sigurtà tal-oġġetti għall-kura tat-tfal (4). |
(11) |
Is-sigurtà mtejba li tagħmel tajjeb għal meta wieħed jaqa’ t-taraġ jew jegħleb, ipprovduta permezz tal-istandard EN 1273:2005 iżżid il-ħarsien passiv mill-inċidenti li jistgħu jinqalgħu bl-użu tal-oqfsa tal-mixi għat-trabi. |
(12) |
Il-Kummissjoni tqis li l-EN 1273:2005 jikkonforma mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali. Billi l-istandard ġie adottat skont mandat maħruġ qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/95/KE, ir-referenza ta’ EN 1273:2005 għandha tiġi ppubblikata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu. |
(13) |
Din id-Deċiżjoni dwar il-konformità, tal-EN istandard 1273:2005, mal-kriterju ġenerali ta’ sigurtà qed tittieħed fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tad-Direttiva 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-EN standard 1273:2005 “Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal – Oqfsa għall-mixi tat-trabi – Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar” jilħaq ir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskji li jkopri.
Artikolu 2
Ir-referenzi tal-EN istandard 1273:2005 għandha tiġi ppubblikata fil-taqsima C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Meglena KUNEVA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(3) Il-Mandat M/253 tal-14 ta’ Settembru 1997.
(4) Franza: Avis relatif à l’application du décret no 91-1292 du 20 décembre 1991 relatif à la prévention des risques résultant de l’usage des articles de puériculture (JO du 8 avril 2008).
L-Awstrija: Kinderlaufhilfenverordnung 2007, il-Ġurnal Uffiċjali Awstrijak, is-7 ta’ Awwissu 2008.
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Jannar 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2008/655/KE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8966)
(It-testi bil-Franċiż, bid-Daniż, biċ-Ċek, bl-Olandiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bil-Portugiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2009/19/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-punt (5) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 li tapprova l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008 (3) approvat il-pjanijiet ta’ tilqim tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, tal-Ġermanja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Lussemburgu, tal-Olanda u tal-Portugall u stabbilixxiet l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. |
(2) |
Fit-tieni semestru tal-2008 faqqgħet il-marda tal-bluetongue f’diversi Stati Membri. B’mod partikolari, fl-2008, għall-ewwel darba kien hemm tifqigħat ta’ bluetongue tas-serotip 8 fl-Awstrija u l-Iżvezja. Tifqigħ ġdid ta’ bluetongue tas-serotip 8 ġie identifikat fid-Danimarka u Spanja. Barra minn hekk, il-bluetongue tas-serotip 1 kompla jinfirex fi Franza, Spanja u l-Portugall. |
(3) |
Peress li t-tifqigħ fl-Awstrija u fl-Iżvezja seħħ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/655 (KE), dawn iż-żewġ Stati Membri ressqu l-pjanijiet ta’ tilqim tagħhom tard wisq biex jilħqu d-data tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-deċiżjoni. Għalhekk dispożizzjonijiet relatati mar-rapporti intermedji, inkluż dawk dwar it-tnaqqis tal-kontribuzzjoni mill-Komunità ma għandhomx jiġu applikati għal dawk l-Istati Membri. |
(4) |
L-Istati Membri għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar it-tifqigħ tal-marda. L-Istati Membri ppreżentaw il-pjanijiet ġodda jew emendati tagħhom għat-tilqim ta’ emerġenza u fihom indikaw in-numru approssimattiv ta’ dożi ta’ tilqim li għandhom jintużaw fl-2007 u fl-2008 u stima tal-ispejjeż biex isir dan it-tilqim. Il-Kummissjoni evalwat il-pjanijiet il-ġodda imressqa mill-Awstrija u l-Iżvezja u l-pjanijiet emendati mressqa mid-Danimarka, Spanja, Franza, l-Olanda u l-Portugall, kemm mill-aspett veterinarju u kif ukoll minn dak finanzjarju, u kkonkludiet li l-pjanijiet huma konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja relevanti tal-Komunità. It-tilqim tal-annimali kontra l-bluetongue fl-Istati Membri kkonċernati għandhu għalhekk jiġi approvat skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2000/75/KE. |
(5) |
L-eliġibbltà tan-nefqa hija bħalissa ristretta għal spejjeż imħallsa fil-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2008. Madankollu, l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza jibqgħu sejrin sal-aħħar tal-2008. Għalhekk, l-avveniment operattiv biex isseħħ it-tilqim għandu jiddetermina l-eliġibbiltà tan-nefqa. Miżuri b’avveniment operattiv li jaqgħu fil-perijodu imsemmi hawn fuq huma eleġibbli għal kofinanzjament. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2008/655/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/655/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Il-pjanijiet għat-tilqim, magħmula minn dispożizzjonijiet tekniċi u finanzjarji, ippreżentati mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mil-Lussemburgu, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Portugall u mill-Iżvezja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2008.” |
(2) |
Fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda kontra l-bluetongue fl-2007 u l-2008, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, l-Portugall u l-Iżvezja se jkunu intitolati għal kontribut speċifiku mill-Komunità għall-pjanijiet ta’ tilqima ta’ emerġenza kontra l-bluetongue imsemmi fl-Artikolu 1 li jammonta għal:” |
(3) |
Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, l-ittra (d) tinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied: “Madankollu, il-paragrafu 1(a) u (b) u l-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw għall-pjanijiet imressqa mill-Awstrija u l-Iżvezja”. |
Artikolu 2
Id-destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża u lir-Renju tal-Iżvezja.
Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
(3) ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.
Corrigendum
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/33 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 157, 17 ta' Ġunju 2008 )
— |
F'paġni 66 u 67 it-tabella fl-Anness IV għandha tinbidel b'dan li ġej: |
“ANNESS IV
L-Artikolu 11(1) — Modi ta’ trobbija
|
bg |
es |
cs |
da |
de |
et |
el |
en |
fr |
it |
lv |
a) |
Хранен с … % … гъска, хранена с овес |
Alimentado con … % de … Oca engordada con avena |
Krmena z … % (čím) … Husa krmená ovsem |
Fodret med … % … Havrefodret gås |
Gefüttert mit … % … Hafermastgans |
Söödetud …, mis sisaldab … % … Kaeraga toidetud hani |
Έχει τραφεί με … % … Χήνα που παχαίνεται με βρώμη |
Fed with … % of … Oats fed goose |
Alimenté avec … % de … Oie nourrie à l'avoine |
Alimentato con il … % di … Oca ingrassata con avena |
Baroti ar … % … ar auzām barotas zosis |
b) |
Екстензивно закрито (отгледан на закрито) |
Sistema extensivo en gallinero |
Extenzivní v hale |
Ekstensivt staldopdræt (skrabe …) |
Extensive Bodenhaltung |
Ekstensiivne seespidamine (lindlas pidamine) |
Εκτατικής εκτροφής |
Extensive indoor (barnreared) |
Élevé à l'intérieur: système extensif |
Estensivo al coperto |
Turēšana galvenokārt telpās (“Audzēti kūtī”) |
c) |
Свободен начин на отглеждане |
Gallinero con salida libre |
Volný výběh |
Fritgående |
Freilandhaltung |
Vabapidamine |
Ελεύθερης βοσκής |
Free range |
Sortant à l'extérieur |
All'aperto |
Brīvā turēšana |
d) |
Традиционен свободен начин на отглеждане |
Granja al aire libre |
Tradiční volný výběh |
Frilands … |
Bäuerliche Freilandhaltung |
Traditsiooniline vabapidamine |
Παραδοσιακής ελεύθερης βοσκής |
Traditional free range |
Fermier-élevé en plein air |
Rurale all'aperto |
Tradicionālā brīvā turēšana |
e) |
Свободен начин на отглеждане – пълна свобода |
Granja de cría en libertad |
Volný výběh – úplná volnost |
Frilands … opdrættet i fuld frihed |
Bäuerliche Freilandhaltung Unbegrenzter Auslauf |
Täieliku liikumisvabadusega traditsiooniline vabapidamine |
Απεριόριστης ελεύθερης βοσκής |
Free-range — total freedom |
Fermier-élevé en liberté |
Rurale in libertà |
Brīvā turēšana – pilnīgā brīvībā |
|
lt |
hu |
mt |
nl |
pl |
pt |
ro |
sk |
sl |
fi |
sv |
a) |
Lesinta … % … Avižomis penėtos žąsys |
… %-ban …-val/vel etetve Zabbal etetett liba |
Mitmugħa bi … % ta’ … Wiżża mitmugħa bil-ħafur |
Gevoed met … % … Met haver vetgemeste gans |
Żywione z udziałem … % … tucz owsiany (gęsi) |
Alimentado com … % de … Ganso engordado com aveia |
Furajate cu … % de … Gâște furajate cu ovăz |
Kŕmené … % … husi kŕmené ovsom |
Krmljeno z … % gos, krmljena z ovsom |
Ruokittu rehulla, joka sisältää … % Kauralla ruokittu hanhi |
Utfodrad med … % … Havreutfodrad gås |
b) |
Ekstensyvus paukščių auginimas patalpose (tvartuose) |
Istállóban külterjesen tartott |
Imrobbija ġewwa: sistema estensiva |
Scharrel … binnengehouden |
Ekstensywny chów ściółkowy |
Produção extensiva em interior |
Crescute în spații închise – sistem extensiv |
Chované na hlbokej podstielke (chov v hale) |
Ekstenzivna zaprta reja |
Laajaperäinen sisäkasvatus |
Extensivt uppfödd inomhus |
c) |
Laisvai auginami paukščiai |
Szabadtartás |
Trobbija fil-beraħ (free range) |
Scharrel … met uitloop |
Chów wybiegowy |
Produção em semiliberdade |
Creștere liberă |
Výbehový chov (chov v exteriéri) |
Prosta reja |
Vapaa laidun |
Tillgång till utomhusvistelse |
d) |
Tradiciškai laisvai auginami paukščiai |
Hagyományos szabadtartás |
Trobbija fil-beraħ tradizzjonali |
Boerenscharrel … met uitloop Hoeve … met uitloop |
Tradycyjny chów wybiegowy |
Produção ao ar livre |
Creștere liberă tradițională |
Chované navol'no |
Tradicionalna prosta reja |
Vapaa laidun – perinteinen kasvatustapa |
Traditionell utomhusvistelse |
e) |
Visiškoje laisvėje auginami paukščiai |
Teljes szabadtartás |
Trobbija fil-beraħ – libertà totali |
Boerenscharrel … met vrije uitloop Hoeve … met vrije uitloop |
Chów wybiegowy bez ograniczeń |
Produção em liberdade |
Creștere liberă totală |
Úplne vol'ný chov |
Prosta reja – neomejen izpust |
Vapaa laidun – täydellinen liikkumavapaus |
Uppfödd i full frihet” |
— |
F'paġina 82, fl-Anness XI: |
flok:
“Germany
Bundesforschungsanstalt für Ernährung und Lebensmittel |
Standort Kulmbach |
E.C.-Baumann-Straße 20 |
D-95326 Kulmbach […] |
Italy
Ministero Politiche Agricole e Forestali |
Ispettorato centrale per il controllo della qualità dei prodotti agroalimentari |
Laboratorio di Modena |
Via Jacopo Cavedone n. 29 |
I-41100 Modena […] |
Hungary
Országos Élelmiszervizsgáló Intézet |
Budapest 94. Pf. 1740 |
Mester u. 81. |
HU-1465”, |
aqra:
“Germany
Max Rubner-Institut |
Bundesforschungsinstitut für Ernährung und Lebensmittel |
(Federal Research Institute of Nutrition and Food) |
- Institut für Sicherheit und Qualität bei Fleisch - |
(Department of Safety and Quality of Meat) |
E.-C.-Baumann-Str. 20 |
D-95326 Kulmbach […] |
Italy
Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali |
Ispettorato centrale per il controllo della qualità dei prodotti agroalimentari |
Laboratorio di Modena |
Via Jacopo Cavedone N. 29 |
IT – 41100 Modena […] |
Hungary
Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ Élelmiszer- és Takarmánybiztonsági Igazgatóság |
(Central Agricultural Office Food and Feed Safety Directorate) |
Budapest 94. Pf. 1740 |
Mester u. 81 |
HU-1465.” |
13.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 8/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.