ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
18 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1273/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija ( 1 )

45

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra

53

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini

76

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jaddotta miżuri għall-appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat fl-Irlanda

78

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għall-importazzjoni ta’ zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

82

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1280/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 għal-laħam tal-majjal

83

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1281/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 812/2007 għal-laħam tal-majjal

84

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal

85

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal

86

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-8 sa tat-12 ta’ Diċembru 2008 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

88

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2008 tal-5 ta' Novembru 2008 li temenda l-Protokoll 32 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-modalitajiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 82

93

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

98

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

100

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

102

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) u l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) mal-Ftehim taż-ŻEE

103

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

105

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

106

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

108

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

109

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

110

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

111

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 121/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

113

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

114

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

115

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

117

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

118

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

119

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1273/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

CR

110,3

MA

83,1

TR

72,4

ZZ

88,6

0707 00 05

JO

167,2

MA

51,5

TR

133,9

ZZ

117,5

0709 90 70

MA

112,5

TR

140,3

ZZ

126,4

0805 10 20

AR

17,0

BR

44,6

CL

52,1

EG

51,1

MA

72,8

TR

46,9

UY

30,6

ZA

42,3

ZZ

44,7

0805 20 10

MA

72,5

TR

64,0

ZZ

68,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

49,3

HR

54,2

IL

75,7

TR

52,3

ZZ

57,9

0805 50 10

MA

64,0

TR

53,6

ZZ

58,8

0808 10 80

CA

82,7

CN

84,2

MK

34,6

US

103,1

ZA

118,0

ZZ

84,5

0808 20 50

CN

61,6

TR

104,0

US

122,0

ZZ

95,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/3


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1274/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fis-6 ta’ Settembru 2007, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “IAS 1 rivedut”. L-IAS 1 rivedut jemenda wħud mir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji u jeħtieġ xi informazzjoni addizzjonali f’ċerti ċirkostanzi; jemenda wkoll xi standards oħra tal-kontabilità. L-IAS 1 rivedut jissostitwixxi l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji rivedut fl-2003, kif emendat fl-2005.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-IAS 1 rivedut jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) [il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju] (3), il-Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea li din hija bbilanċjata b’mod tajjeb kif ukoll oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (rivedut fl-2003), kif emendat fl-2005, huwa sostitwit bl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (rivedut fl-2007) fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007), kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IAS 1

IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (rivedut fl-2007)

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 1

Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

GĦAN

1

Dan l-Istandard jiddefinixxi l-bażi għall-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji għal skopijiet ġenerali, biex jassigura l-komparabilità kemm mar-rapporti finanzjarji ta’ perjodi preċedenti ta’ l-entità kif ukoll ma’ rapporti finanzjarji ta’ entitajiet oħra. Jiddefinixxi r-rekwiżiti ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji, linji gwida għall-istruttura tagħhom u r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tagħhom.

AMBITU

2

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji għal skopijiet ġenerali b'konformità mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs).

3

IFRSs oħrajn jiddefinixxu r-rekwiżiti ta’ rikonoxximent, kejl u żvelar għal tranżazzjonijiet speċifiċi u avvenimenti oħrajn.

4

Dan l-Istandard ma japplikax għall-istruttura u l-kontenut ta’ rapporti finanzjarji interim fil-qosor imħejjija skond l-IAS 34 Rappurtar Finanzjarju Interim. Madankollu, il-paragrafi 15–35 japplikaw għal rapporti finanzjarji bħal dawn. Dan l-Istandard japplika bl-istess mod għall-entitajiet kollha, inklużi dawk li jippreżentaw rapporti finanzjarji konsolidati u dawk li jippreżentaw rapporti finanzjarji separati kif definit fl-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati.

5

Dan l-Istandard juża terminoloġija li hi xierqa għal entitajiet li għandhom l-għan li jagħmlu l-profitt, inklużi entitajiet kummerċjali fis-settur pubbliku. Jekk entitajiet b’attivitajiet mhux għal profitt fis-settur privat jew fis-settur pubbliku jużaw dan l-Istandard, jista’ jkollhom jemendaw id-deskrizzjonijiet użati għal entrati f’linja partikolari fir-rapporti finanzjarji jew għar-rapporti finanzjarji nfushom.

6

B’mod simili, entitajiet li m’għandhomx ekwità kif definit fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni (eż. xi fondi ta’ benefiċċju komuni) u entitajiet li l-kapital azzjonarju tagħhom mhuwiex ekwità (eż. xi entitajiet koperattivi) jista’ jkollhom jadattaw il-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-interessi tal-membri jew ta’ detenturi ta’ unitajiet.

DEFINIZZJONIJIET

7

It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Rapporti finanzjarji għal skopijiet ġenerali (imsejħa ‘rapporti finanzjarji’) huma dawk li huma intenzjonati li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' utenti li mhumiex f'pożizzjoni li jeżiġu li entità tipprepara rapporti mfassla għall-ħtiġijiet ta’ informazzjoni partikulari tagħhom.

Imprattikabbli: L-applikazzjoni ta' rekwiżit hi imprattikabbli meta entità ma tkunx tista' tapplikah wara li tkun għamlet kull sforz raġonevoli biex tagħmel hekk.

Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs) huma Standards u Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB). Dawn jinkludu:

(a)

Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju;

(b)

Standards Internazzjonali tal-Kontabilità; u

(c)

Interpretazzjonijiet żviluppati mill-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) jew dak li kien il-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC).

Materjali: Omissjonijiet jew dikjarazzjonijiet żbaljati ta’ xi entrati huma materjali jekk huma jistgħu, individwalment jew kollettivament, jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji. Il-materjalità tiddependi mid-daqs u n-natura tal-omissjoni jew tad-dikjarazzjoni żbaljata kif meqjusa fiċ-ċirkustanzi li huma marbuta magħhom. Id-daqs jew in-natura tal-entrata, jew it-tnejn li huma flimkien, jistgħu jkunu l-fattur determinanti.

L-evalwazzjoni ta’ jekk omissjoni jew dikjarazzjoni żbaljata tistax tinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti, u għalhekk tkunx materjali, teħtieġ li jiġu kkonsidrati l-karatteristiċi ta’ dawk l-utenti. Il-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji jgħid fil-paragrafu 25 li ‘l-utenti huma preżunti li għandhom għarfien raġonevoli tal-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi u tal-kontabilità u rieda li jistudjaw it-tagħrif b'diliġenza raġonevoli.’ Għalhekk, l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra kif l-utenti b’dawn il-karatteristiċi jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jiġu influwenzati fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi.

Noti fihom informazzjoni addizzjonali għal dik ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, fir-rapport tad-dħul komplessiv, fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità u fir-rapport tal-flussi ta’ flus. In-noti jipprovdu deskrizzjonijiet narrativi jew diżaggregazzjonijiet ta’ entrati ppreżentati f’dawk ir-rapporti u informazzjoni dwar entrati li ma jikkwalifikawx għar-rikonoxximent f’dawk ir-rapporti.

Dħul ieħor komplessiv jinkludi entrati ta' dħul u spiża (inklużi aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni) li ma jkunux rikonoxxuti fi profitt jew telf kif meħtieġ jew permess minn IFRSs oħrajn.

Il-komponenti ta’ dħul ieħor komplessiv jinkludu:

(a)

tibdil fil-bilanċ mir-rivalutazzjoni (ara l-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir u l-IAS 38 Assi Intanġibbli);

(b)

qligħ u telf attwarju fuq pjani ta' benefiċċju definit rikonoxxuti skond il-paragrafu 93A tal-IAS 19 Benifiċċji tal-Impjegati;

(c)

qligħ jew telf li jirriżulta mal-qlib tar-rapporti finanzjarji ta' operazzjoni barranija (ara l-IAS 21 L-Effetti ta' Tibdil Fir-Rati tal-Kambju);

(d)

qligħ u telf fuq il-kejl mill-ġdid ta' assi finanzjarji li huma lesti għall-bejgħ (ara l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl);

(e)

il-porzjon effettiv ta' qligħ u telf fuq strumenti ta' hedging f'hedge għall-flussi ta’ flus (ara l-IAS 39).

Sidien huma detenturi ta' strumenti kklassifikati bħala ekwità.

Profitt jew telf hu t-total tad-dħul wara li jitnaqqsu l-ispejjeż, esklużi l-komponenti ta' dħul ieħor komplessiv.

Aġġustamenti tar-Riklassifikazzjoni huma ammonti riklassifikati bħala profitt jew telf fil-perjodu kurrenti li kienu rikonoxxuti bħala dħul ieħor komplessiv fil-perjodu kurrenti jew dawk ta' qabel.

Dħul totali komplessiv hu t-tibdil fil-ekwità matul perjodu li jirriżulta minn tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn, minbarra dak it-tibdil li jirriżulta minn tranżazzjonijiet mas-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien.

Id-dħul totali komplessiv jiġbor fih il-komponenti kollha ta' ‘profitt jew telf’ u ta' ‘dħul ieħor komplessiv’.

8

Għalkemm dan l-Istandard juża t-termini ‘dħul ieħor komplessiv’, ‘profitt jew telf’ u ‘dħul totali komplessiv’, entità tista' tuża termini oħrajn biex tiddeskrivi t-totali sakemm it-tifsira tkun ċara. Pereżempju, entità tista' tuża t-terminu ‘dħul nett’ biex tiddeskrivi profitt jew telf.

RAPPORTI FINANZJARJI

Għan tar-rapporti finanzjarji

9

Ir-rapporti finanzjarji huma rappreżentazzjoni strutturata tal-pożizzjoni finanzjarja u tar-riżultati finanzjarji ta’ entità. L-għan tar-rapporti finanzjarji hu biex tingħata informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarji u l-flussi ta' flus ta’ entità li tkun utli għal firxa wiesgħa ta’ utenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi tagħhom. Ir-rapporti finanzjarji juru wkoll ir-riżultati tal-amministrazzjoni tar-riżorsi li tħallew f’idejn il-maniġment. Biex jintlaħaq dan il-għan, ir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni dwar dawn l-elementi tal-entità:

(a)

l-assi;

(b)

l-obbligazzjonijiet;

(c)

l-ekwità;

(d)

id-dħul u l-ispejjeż, inklużi l-qligħ u t-telf;

(e)

il-kontribuzzjonijiet mis-sidien, u d-distribuzzjonijiet lilhom, fil-kapaċità tagħhom bħala sidien; u

(f)

il-flussi ta' flus.

Din l-informazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni oħra fin-noti, tgħin lil dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji biex jagħmlu previżjoni tal-flussi futuri tal-flus għall-entità, u b’mod partikolari, taż-żmien u ċ-ċertezza li dawn iseħħu.

Sett komplet ta' rapporti finanzjarji

10

Sett komplet ta’ rapporti finanzjarji jkun fih:

(a)

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fit-tmiem tal-perjodu;

(b)

rapport tad-dħul komplessiv għall-perjodu;

(c)

rapport tat-tibdil fl-ekwità għall-perjodu;

(d)

rapport tal-flussi ta’ flus għall-perjodu;

(e)

noti, li fihom sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u tagħrif ieħor ta’ spjegazzjoni; u

(f)

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-iktar perjodu komparattiv bikri li fih entità tapplika xi politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv, jew tiddikjara mill-ġdid xi entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha b’mod retrospettiv, jew meta tirriklassifika entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha.

Entità tista' tuża titoli għar-rapporti differenti minn dawk li jintużaw f'dan l-Istandard.

11

Entità għandha tippreżenta bi prominenza ugwali r-rapporti finanzjarji kollha f’sett komplet ta' rapporti finanzjarji.

12

Kif permess mill-paragrafu 81, entità tista' tippreżenta l-komponenti ta' profitt jew telf jew bħala parti minn rapport wieħed ta' dħul komplessiv jew f'rapport separat tad-dħul. Meta jkun ippreżentat rapport tad-dħul, dan ikun parti minn sett komplet ta' rapporti finanzjarji u għandu jintwera immedjatament qabel ir-rapport tad-dħul komplessiv.

13

Diversi entitajiet jippreżentaw, barra r-rapporti finanzjarji, analiżi finanzjarja mill-maniġment li tiddeskrivi u tispjega l-fatturi ewlenin tar-riżultati finanzjarji u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u tal-inċertezzi ewlenin li tkun qed tiffaċċja. Rapport bħal dan jista’ jinkludi analiżi ta’:

(a)

il-fatturi prinċipali u l-influwenzi li jiddeterminaw ir-riżultati finanzjarji, inkluż it-tibdil fl-ambjent li fih topera l-entità, ir-reazzjoni tal-entità għal dak it-tibdil u għall-effetti tiegħu, u l-politika ta’ l-entità dwar l-investiment biex iżżomm u ssaħħaħ il-prestazzjoni finanzjarja, inkluża l-politika tagħha dwar id-dividendi;

(b)

is-sorsi tal-entità għall-finanzjament u l-proporzjon li qed timmira għalih tal-obbligazzjonijiet fil-konfront tal-ekwità; u

(c)

ir-riżorsi tal-entità mhux rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ b'konformità mal-IFRSs.

14

Ħafna entitajiet jippreżentaw ukoll, barra r-rapporti finanzjarji, rapporti u rendikonti bħal rapporti ambjentali u rapporti dwar il-valur miżjud, partikularment f’industriji fejn il-fatturi ambjentali huma sinifikanti jew fejn l-impjegati huma meqjusa bħala grupp ta’ utenti importanti. Rapporti u rendikonti ppreżentati barra r-rapporti finanzjarji huma barra l-ambitu tal-IFRSs.

Karatteristiċi ġenerali

Preżentazzjoni ġusta u konformità mal-IFRSs

15

Ir-rapporti finanzjarji għandhom jippreżentaw b’mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarji u l-flussi ta’ flus tal-entità. Preżentazzjoni ġusta teħtieġ rappreżentazzjoni leali tal-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet oħra skond id-definizzjonijiet u l-kriterji tar-rikonoxximent għall-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħul u l-ispejjeż imniżżla fil-Qafas. Hu mistenni li l-applikazzjoni tal-IFRSs, b'informazzjoni addizzjonali żvelata fejn meħtieġ, għandha tirriżulta f’rapporti finanzjarji li jagħtu preżentazzjoni ġusta.

16

Entità li r-rapporti finanzjarji tagħha huma konformi mal-IFRSs għandha tagħmel dikjarazzjoni espliċita u mingħajr riżervi dwar din il-konformità fin-noti. Entità m'għandhiex tiddeskrivi r-rapporti finanzjarji bħala li huma konformi mal-IFRSs sakemm ma jkunux konformi mar-rekwiżiti kollha ta’ l-IFRSs.

17

Fi kważi ċ-ċirkustanzi kollha, entità tikseb preżentazzjoni ġusta meta tkun konformi mal-IFRSs applikabbli. Preżentazzjoni ġusta teħtieġ ukoll li entità:

(a)

tagħżel u tapplika politika tal-kontabilità b'konformità mal-IAS 8 Politika dwar il-Kontabilità, Tibdil fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji. L-IAS 8 jippreżenta ġerarkija ta’ gwida awtoritattiva għall-maniġment biex jikkunsidraha fl-assenza ta’ IFRS li speċifikament japplika għal xi entrata.

(b)

tippreżenta informazzjoni, inkluża l-politika tal-kontabilità, b’mod li tingħata informazzjoni rilevanti, affidabbli, komparabbli u li tinftiehem sew.

(c)

tiżvela informazzjoni addizzjonali fejn il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta l-IFRSs mhijiex biżżejjed biex tippermetti lill-utenti li jifhmu l-impatt ta tranżazzjonijiet partikolari, jew ta avvenimenti u kundizzjonijiet oħrajn, fuq il-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultati finanzjarji ta’ l-entità.

18

Entità ma tistax tirrettifika politika tal-kontabilità mhux xierqa billi tiżvela l-politika tal-kontabilità użata jew permezz ta’ noti jew materjal ta’ spjegazzjoni.

19

Fiċ-ċirkustanzi estremament rari fejn il-maniġment jikkonkludi li l-konformità ma’ rekwiżit ta’ IFRS tista’ tkun tant ta’ diżgwid li tmur kontra l-għan tar-rapporti finanzjarji kif imniżżel fil-Qafas, l-entità għandha tidderoga minn tali rekwiżit bil-mod kif stipulat fil-paragrafu 20 jekk il-qafas regolatorju rilevanti jitlob, jew jekk b'xi mod ieħor ma jipprojbixxix, tali deroga.

20

Meta entità ma tissodisfax rekwiżit ta' IFRS skond il-paragrafu 19, għandha tiżvela:

(a)

li l-maniġment ikkonkluda li r-rapporti finanzjarji jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarj u l-flussi tal-flus tal-entità;

(b)

li l-entità kienet konformi mal-IFRSs applikabbli, ħlief li dderogat minn rekwiżit partikolari biex tagħti preżentazzjoni ġusta;

(c)

it-titlu tal-IFRS li minnu l-entità tkun idderogat, in-natura tad-deroga, inkluż it-trattament li l-IFRS ikun jeħtieġ, ir-raġuni għaliex it-trattament jista’ jkun tant ta’ diżgwid fiċ-ċirkustanzi li jkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji kif imniżżel fil-Qafas, u t-trattament adottat; u

(d)

għal kull perjodu ppreżentat, l-effett finanzjarju ta’ dik id-deroga fuq kull entrata fir-rapporti finanzjarji li kieku kienet tiġi rrapportata b’mod konformi mar-rekwiżit.

21

Meta entità tkun idderogat minn rekwiżit ta’ IFRS f'perjodu preċedenti, u dik id-deroga taffettwa l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji għall-perjodu kurrenti, għandha tiżvela l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 20(c) u (d).

22

Il-paragrafu 21 japplika, pereżempju, meta entità tkun idderogat f’xi perjodu preċedenti minn rekwiżit ta’ IFRS għall-kejl tal-assi jew l-obbligazzjonijiet u dik id-deroga tkun taffettwa l-kejl tat-tibdil fl-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu kurrenti.

23

F'ċirkustanzi estremament rari fejn il-maniġment jikkonkludi li l-konformità ma’ rekwiżit ta’ IFRS tista’ tkun tant ta’ diżgwid li tmur kontra l-għan tar-rapporti finanzjarji kif imniżżel fil-Qafas, iżda l-qafas regolatorju rilevanti ma jippermettix deroga mir-rekwiżit, l-entità għandha, sal-massimu possibbli, tnaqqas l-aspetti tal-konformità li huma meqjusa ta’ diżgwid billi tiżvela:

(a)

it-titlu tal-IFRS rilevanti, in-natura tar-rekwiżit, u r-raġuni għaliex il-maniġment ikkonkluda li l-konformità ma’ dak ir-rekwiżit tista’ tkun tant ta’ diżgwid fiċ-ċirkustanzi li tkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji kif stipulati fil-Qafas; u

(b)

għal kull perjodu ppreżentat, l-aġġustamenti f’kull entrata fir-rapporti finanzjarji li l-maniġment ikkonkluda li huma meħtieġa biex tinkiseb preżentazzjoni ġusta.

24

Għall-iskop tal-paragrafi 19-23, entrata ta’ informazzjoni tkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji meta din ma tirrappreżentax lealment it-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet oħra li tgħid li tirrappreżenta, jew li jkun raġonevolment mistenni li tirrappreżenta, u konsegwentement, x'aktarx li tista’ tinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi meħuda minn dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji. Meta jevalwa jekk il-konformità ma’ rekwiżit speċifiku ta’ IFRS tistax tkun tant ta’ diżgwid li tkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji kif stipulat fil-Qafas, il-maniġment għandu jikkunsidra:

(a)

għaliex l-objettiv tar-rapporti finanzjarji ma jinkisibx fiċ-ċirkustanzi partikolari; u

(b)

kif iċ-ċirkustanzi tal-entità huma differenti minn dawk ta’ entitajiet oħrajn li jikkonformaw ma’ dak ir-rekwiżit. Jekk entitajiet oħrajn f’ċirkustanzi simili jikkonformaw ma’ dak ir-rekwiżit, ikun hemm preżunzjoni konfutabbli li l-konformità tal-entità ma’ dak ir-rekwiżit ma tkunx tant ta’ diżgwid li tkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji kif stipulat fil-Qafas.

Negozju avvjat

25

Meta jħejji r-rapporti finanzjarji, il-maniġment għandu jevalwa l-kapaċità ta’ entità li tkompli bħala negozju avvjat. Entità għandha tipprepara rapporti finanzjarji fuq bażi ta' negozju avvjat ħlief jekk il-maniġment jew għandu l-intenzjoni li jillikwida l-entità jew li jwaqqaf in-negozju, jew m'għandu l-ebda alternattiva realistika ħlief li jagħmel hekk. Fejn il-maniġment ikun konxju, meta jkun qed jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu, ta' inċertezzi materjali marbuta ma' avvenimenti jew kundizzjonijiet li jistgħu jixħtu dubji sinifikanti fuq il-ħila tal-entità li tkompli bħala negozju avvjat, l-entità għandha tiżvela dawk l-inċertezzi. Meta entità ma tippreparax ir-rapporti finanzjarji fuq bażi ta' negozju avvjat, għandha tiżvela dak il-fatt, flimkien mal-bażi li fuqha ppreparat ir-rapporti finanzjarji u r-raġuni għaliex l-entità ma tkunx meqjusa bħala negozju avvjat.

26

Fl-evalwazzjoni ta’ jekk is-suppożizzjoni ta’ negozju avvjat hix xierqa, il-maniġment jikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-futur, li jkun tal-inqas, iżda mhux limitat għal, tnax-il xahar mit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. Il-livell ta' konsiderazzjoni jiddependi fuq il-fatti f'kull każ. Meta entità jkollha storja ta’ operazzjonijiet li jkunu ħallew profitt u aċċess immedjat għal riżorsi finanzjarji, l-entità tista' tasal għal konklużjoni li l-kontabilità fuq il-bażi ta’ negozju avvjat hi adattata, mingħajr ma tidħol f’analiżi dettaljata. F’każijiet oħra, il-maniġment jista’ jkollu jikkunsidra medda wiesgħa ta' fatturi marbuta mal-profitabilità kurrenti u mistennija, l-iskedi ta’ ħlas lura ta’ djun u sorsi potenzjali ta’ sostituzzjoni tal-finanzjament qabel ma jkun jista’ jikkonvinċi ruħu li l-bażi tan-negozju avvjat hi xierqa.

Kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti

27

Entità għandha tħejji r-rapporti finanzjarji tagħha, ħlief għall-informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus, billi tuża kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti.

28

Meta tintuża l-kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti, entità tirrikonoxxi l-entrati bħala assi, obbligazzjonijiet, ekwità, dħul u spejjeż (l-elementi tar-rapporti finanzjarji) meta dawn jissodisfaw id-definizzjonijiet u l-kriterji tar-rikonoxximent għal dawk l-elementi li hemm fil-Qafas.

Materjalità u aggregazzjoni

29

Entità għandha tippreżenta separatament kull klassi materjali ta' entrati simili. Entità għandha tippreżenta separatament entrati ta' natura jew funzjoni mhux simili, ħlief jekk huma immaterjali.

30

Ir-rapporti finanzjarji jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ numru kbir ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra li jinġabru fi klassijiet skond in-natura jew il-funzjoni tagħhom. Il-fażi finali fil-proċess ta' aggregazzjoni u klassifikazzjoni hi l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fil-qosor u kklassifikata, li tifforma l-entrati linja b’linja fir-rapporti finanzjarji. Jekk entrata f’linja waħda ma tkunx individwalment materjali, din tkun aggregata ma’ entrati oħra jew f'dawk ir-rapporti jew fin-noti. Oġġett li mhuwiex materjali biżżejjed biex jiġġustifika preżentazzjoni separata f'dawk ir-rapporti jista' jiġġustifika preżentazzjoni separata fin-noti.

31

Entità m'għandhiex għalfejn tiżvela informazzjoni speċifika meħtieġa minn IFRS jekk din ma tkunx materjali.

Tpaċija

32

Entità m'għandhiex tpaċi assi u obbligazzjonijiet jew dħul u spejjeż, ħlief jekk meħtieġ jew permess minn IFRS.

33

Entità tirrapporta separatament sew assi u obbligazzjonijiet, kemm dħul u spejjeż. Meta ssir tpaċija fir-rapport tad-dħul komplessiv jew f’dak tal-pożizzjoni finanzjarja, jew fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), ħlief meta t-tpaċija tirrifletti s-sustanza tat-tranżazzjoni jew avveniment ieħor, din ittellef mill-kapaċità ta’ l-utenti kemm biex jifhmu t-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn li seħħew, kif ukoll biex jevalwaw il-flussi futuri tal-flus ta’ l-entità. Meta l-kejl tal-assi jsir nett minn provvedimenti ta’ valutazzjoni — pereżempju, provvedimenti għall-ħruġ mill-użu ta’ inventarji u provvedimenti għal ammonti dubbjużi ta’ djun riċevibbli – dan mhux meqjus bħala tpaċija.

34

L-IAS 18 Dħul jiddefinixxi d-dħul u jirrikjedi li entità tkejlu fil-valur ġust tal-korrispettiv riċevut jew riċevibbli, wara li tqis l-ammont ta’ kwalunkwe skonti kummerċjali jew roħs fuq il-kwantità permessi mill-entità. Matul il-kors tal-attivitajiet normali tagħha, entità tagħmel tranżazzjonijiet oħrajn li ma jiġġenerawx dħul iżda huma inċidentali għall-attivitajiet prinċipali ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul. Entità tippreżenta r-riżultati ta’ tranżazzjonijiet bħal dawn, meta din il-preżentazzjoni tirrifletti s-sustanza tat-tranżazzjoni jew avveniment ieħor, billi tnaqqas mid-dħul dawk l-ispejjeż marbuta mal-istess tranżazzjoni. Pereżempju:

(a)

entità tippreżenta l-qligħ jew telf fuq id-disponiment ta’ assi mhux kurrenti, inklużi investimenti u assi operattivi, billi tnaqqas mir-rikavat tad-disponiment l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u l-ispejjeż relatati mal-bejgħ; u

(b)

entità tista' tnaqqas l-ispejjeż marbuta ma’ provvediment li hu rikonoxxut taħt l-IAS 37 Provedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti u mħallas lura skond arranġament kuntrattwali ma’ terzi (pereżempju, ftehim ta’ garanzija ma’ fornitur), billi taqtgħu kontra l-ħlas lura relatat.

35

Barra minn dan, entità tippreżenta fuq bażi netta l-qligħ u t-telf li joriġina minn grupp ta’ tranżazzjonijiet simili, pereżempju, qligħ u telf mill-kambju jew qligħ u telf minn strumenti finanzjarji miżmuma għan-negozju. Madankollu, entità tippreżenta dan il-qligħ u telf separatament jekk ikun materjali.

Frekwenza tar-rappurtar

36

Entità għandha tippreżenta sett komplet ta' rapporti finanzjarji (inkluża informazzjoni komparattiva) mill-inqas darba f'sena. Meta entità tibdel it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar u tippreżenta rapporti finanzjarji għal perjodu itwal jew iqsar minn sena, l-entità għandha, barra li tiżvela l-perjodu kopert mir-rapporti finanzjarji, tiżvela wkoll:

(a)

ir-raġuni għaliex intuża perjodu itwal jew iqsar; u

(b)

il-fatt li l-ammonti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji mhumiex komparabbli għal kollox.

37

Normalment, entità tipprepara rapporti finanzjarji konsistentement għal perjodu ta' sena. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi, xi entitajiet jippreferu jirrappurtaw, pereżempju, għal perjodu ta’ 52 gimgħa. Dan l-Istandard ma jipprekludix din il-prattika.

Informazzjoni komparattiva

38

Ħlief meta l-IFRSs jippermettu jew jeħtieġu mod ieħor, entità għandha tirrapporta l-informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu ta' qabel għall-ammonti kollha rrappurtati fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu kurrenti. Entità għandha tinkludi informazzjoni komparattiva ukoll għall-informazzjoni narrattiva u deskrittiva meta din tkun rilevanti biex wieħed jifhem ir-rapporti finanzjarji tal-perjodu kurrenti.

39

Entità li tirrapporta informazzjoni komparattiva għandha tippreżenta, bħala minimu, żewġ rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja, tnejn minn kull wieħed mir-rapporti l-oħrajn, u n-noti relatati. Meta entità tapplika politika ta' kontabilità b'mod retrospettiv jew tagħmel rapport mill-ġdid retrospettiv ta' entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, jew meta tirriklassifika entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, għandha tippreżenta, bħala minimu, tliet rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja, tnejn minn kull wieħed mir-rapporti l-oħrajn, u n-noti relatati. Entità tippreżenta rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja skond kif tkun:

(a)

fit-tmiem tal-perjodu kurrenti,

(b)

fit-tmiem tal-perjodu ta' qabel (li hu l-istess bħall-bidu tal-perjodu kurrenti), u

(c)

fil-bidu tal-perjodu komparattiv l-iktar bikri.

40

F’ċerti każijiet, l-informazzjoni narrattiva pprovduta fir-rapporti finanzjarji għall-perjodu/i preċedenti tibqa’ rilevanti fil-perjodu kurrenti. Pereżempju, entità tiżvela, fil-perjodu kurrenti, dettalji dwar tilwima legali li l-eżitu tagħha kien inċert fit-tmiem tal-perjodu immedjatament preċedenti għall-perjodu tar-rappurtar, u li għad trid tkun riżolta. L-utenti jibbenefikaw minn informazzjoni li l-inċertezza kienet teżisti fit-tmiem tal-perjodu immedjatament preċedenti għall-perjodu tar-rappurtar, u dwar il-passi li ttieħdu matul dak il-perjodu biex tiġi riżolta dik l-inċertezza.

41

Meta l-entità tibdel il-preżentazzjoni jew il-klassifikazzjoni ta' entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, l-entità għandha tirriklassifika l-ammonti komparattivi ħlief jekk ir-riklassifikazzjoni ma tkunx prattikabbli. Meta l-entità tirriklassifika l-ammonti komparattivi, l-entità għandha tiżvela:

(a)

in-natura tar-riklassifikazzjoni;

(b)

l-ammont ta’ kull entrata jew klassi ta’ entrati li huma rriklassifikati; u

(c)

ir-raġuni għar-riklassifikazzjoni.

42

Meta ma jkunx prattikabbli li ssir riklassifikazzjoni ta’ ammonti komparattivi, entità għandha tiżvela:

(a)

ir-raġuni għaliex ma għamlitx riklassifikazzjoni tal-ammonti; u

(b)

in-natura tal-aġġustamenti li kienu jsiru li kieku l-ammonti ġew irriklassifikati.

43

Il-preżentazzjoni aħjar ta’ informazzjoni komparattiva bejn perjodu u ieħor, tgħin lill-utenti biex jagħmlu deċiżjonijiet ekonomiċi, speċjalment billi tippermettilhom li jevalwaw ix-xejriet fl-informazzjoni finanzjarja għal skopijiet ta’ previżjoni. F’ċerti każijiet, mhux prattikabbli li l-informazzjoni komparattiva tkun irriklassifikata għal perjodu preċedenti partikulari biex tinkiseb komparabilità mal-perjodu kurrenti. Pereżempju, entità tista' ma tkunx ġabret id-data fil-perjodu/i preċedenti b’mod li jippermetti r-riklassifikazzjoni, u jista' ma jkunx prattikabbli li l-informazzjoni terġa’ tinħoloq.

44

L-IAS 8 jiddeskrivi l-aġġustamenti meħtieġa għall-informazzjoni komparattiva meta entità tibdel xi politika tal-kontabilità jew tikkoreġi xi żball.

Konsistenza tal-preżentazzjoni

45

Entità għandha żżomm il-preżentazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji minn perjodu għall-ieħor ħlief jekk:

(a)

ikun evidenti, wara bidla sinifikanti fin-natura tal-operat tal-entità jew wara reviżjoni tar-rapporti finanzjarji tagħha, li preżentazzjoni jew klassifikazzjoni oħra tkun aktar xierqa, fir-rigward tal-kriterji għall-għażla u l-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità fl-IAS 8; jew

(b)

hemm IFRS li jeħtieġ bidla fil-preżentazzjoni.

46

Pereżempju, akkwiżizzjoni jew disponiment sinifikanti, jew reviżjoni tal-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji, jistgħu jissuġġerixxu li r-rapporti finanzjarji jeħtieġu li jkunu ppreżentati b’mod differenti. Entità tibdel il-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji tagħha biss jekk il-preżentazzjoni l-ġdida tipprovdi informazzjoni affidabbli u li hi aktar rilevanti għall-utenti tar-rapporti finanzjarji, u jekk l-istruttura riveduta aktarx li ser titkompla, biex b'hekk il-komparabilità ma tkunx indebolita. Meta tagħmel tibdil bħal dan fil-preżentazzjoni, entità tirriklassifika l-informazzjoni komparattiva tagħha skond il-paragrafi 41 u 42.

STRUTTURA U KONTENUT

Introduzzjoni

47

Dan l-Istandard jirrikjedi li tkun żvelata informazzjoni partikulari fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew dak tad-dħul komplessiv, fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), jew fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità, u jirrikjedi li entrati oħrajn linja b’linja jkunu żvelati jew f'dawk ir-rapporti jew fin-noti. L-IAS 7 Rapport tal-Flussi ta' Flus jiddeskrivi r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus.

48

Dan l-Istandard xi kultant juża t-terminu ‘żvelar’ f'sens wiesa’, li jiġbor fih entrati ppreżentati fir-rapporti finanzjarji. L-iżvelar ta’ informazzjoni huwa meħtieġ ukoll minn IFRSs oħrajn. Ħlief jekk speċifikat bil-kontra x'imkien ieħor f'dan l-Istandard jew f'IFRS ieħor, dan l-iżvelar jista’ jsir fir-rapporti finanzjarji.

Identifikazzjoni tar-rapporti finanzjarji

49

Entità għandha tidentifika b'mod ċar ir-rapporti finanzjarji u tiddistingwihom minn informazzjoni oħra fl-istess dokument ippubblikat.

50

L-IFRSs japplikaw biss għar-rapporti finanzjarji, u mhux neċessarjament għal informazzjoni oħra ppreżentata f’rapport annwali, f'sottomissjoni regolatorja, jew f’dokument ieħor. Għalhekk, hu importanti li l-utenti jkunu jistgħu jiddistingwu l-informazzjoni li titħejja bl-użu tal-IFRSs minn informazzjoni oħra li tista’ tkun utli għall-utenti iżda li mhix is-suġġett ta’ dawk ir-rekwiżiti.

51

Entità għandha tidentifika b'mod ċar kull rapport finanzjarju u n-noti. Barra minn hekk, entità għandha turi b'mod prominenti l-informazzjoni mniżżla hawn taħt, u tirrepetiha meta jkun meħtieġ biex l-informazzjoni ppreżentata tkun tiftiehem:

(a)

l-isem tal-entità li qed tirrapporta jew mezzi oħra ta’ identifikazzjoni, u kull bidla f’dik l-informazzjoni mit-tmiem tal-perjodu preċedenti tar-rappurtar;

(b)

jekk ir-rapporti finanzjarji humiex ta' entità individwali jew ta' grupp ta' entitajiet;

(c)

id-data tat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar jew il-perjodu kopert mis-sett ta' rapporti finanzjarji jew in-noti;

(d)

il-munita tal-preżentazzjoni, kif definita fl-IAS 21; u

(e)

il-livell ta’ arrotondament użat fil-preżentazzjoni tal-ammonti fir-rapporti finanzjarji.

52

Entità tissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 51 billi tippreżenta intestaturi adattati għall-paġni, rapporti, noti, kolonni u affarijiet simili. Hemm bżonn ta' ġudizzju għaqli biex ikun determinat l-aħjar mod ta’ kif tiġi ppreżentata informazzjoni bħal din. Pereżempju, meta entità tippreżenta r-rapporti finanzjarji elettronikament, mhux dejjem jintużaw paġni separati; entità għalhekk tippreżenta l-entrati hawn fuq imsemmija biex tiżgura li l-informazzjoni inkluża fir-rapporti finanzjarji tista’ tinftiehem sew.

53

Entità ta’ spiss tagħmel ir-rapporti finanzjarji jinftiehmu aħjar billi tippreżenta l-informazzjoni f'unitajiet ta’ eluf jew miljuni tal-munita tal-preżentazzjoni. Dan hu aċċettabbli sakemm l-entità tirrapporta l-livell ta' arrotondament u ma tħallix barra informazzjoni materjali.

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

54

Bħala minimu, ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għandu jinkludi entrati linja b’linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin:

(a)

proprjetà, impjant u tagħmir;

(b)

proprjetà ta’ investiment;

(c)

assi intanġibbli;

(d)

assi finanzjarji (esklużi l-ammonti murija taħt (e), (h) u (i));

(e)

investimenti li l-kontabilità tagħhom issir skond il-metodu tal-ekwità;

(f)

assi bijoloġiċi;

(g)

inventarji;

(h)

ammonti riċevibbli tan-negozju u ammonti riċevibbli oħrajn;

(i)

flus u ekwivalenti ta’ flus;

(j)

it-total ta' assi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ u assi inklużi fi gruppi ta’ disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ skond l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx;

(k)

ammonti pagabbli tan-negozju u ammonti pagabbli oħrajn:

(l)

provedimenti;

(m)

obbligazzjonijiet finanzjarji (esklużi l-ammonti murija taħt (k) u (l));

(n)

obbligazzjonijiet u assi għat-taxxa kurrenti, kif definiti fl-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul;

(o)

obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u assi ta’ taxxa differita, kif definiti fl-IAS 12;

(p)

obbligazzjonijiet inklużi fi gruppi ta’ disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ skond l-IFRS 5;

(q)

interess minoritarju, ippreżentat fi ħdan l-ekwità; u

(r)

kapital maħruġ u riżervi attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali,

55

Entità għandha tippreżenta entrati addizzjonali, intestaturi u sottototali fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja meta preżentazzjoni bħal din tkun rilevanti biex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

56

Meta entità tippreżenta assi kurrenti u mhux kurrenti, u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti, bħala klassifikazzjonijiet separati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, m’għandhiex tikklassifika assi/obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita bħala assi/obbligazzjonijiet kurrenti.

57

Dan l-Istandard ma jistipulax l-ordni jew il-format li bihom entità tippreżenta l-entrati. Il-paragrafu 54 sempliċement jelenka entrati li huma differenti biżżejjed fin-natura jew fil-funzjoni li jiġġustifikaw preżentazzjoni separata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Barra minn dan:

(a)

entrati huma inklużi f’linja għalihom meta d-daqs, in-natura jew il-funzjoni ta’ entrata jew tal-aggregazzjoni ta’ entrati simili huma tali li preżentazzjoni separata hi rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità; u

(b)

id-deskrizzjonijiet użati u l-ordni tal-entrati jew ta’ aggregazzjoni ta’ entrati simili jistgħu jiġu emendati skond in-natura tal-entità u tat-tranżazzjonijiet tagħha, biex jipprovdu informazzjoni li hi rilevanti biex tiftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. Pereżempju, istituzzjoni finanzjarja tista' temenda d-deskrizzjonijiet t'hawn fuq biex tipprovdi informazzjoni li hi rilevanti għall-operazzjonijiet ta' istituzzjoni finanzjarja.

58

Entità tiġġudika jekk tippreżentax entrati addizzjonali separatament fuq il-bażi ta' evalwazzjoni ta':

(a)

in-natura u l-likwidità tal-assi;

(b)

il-funzjoni tal-assi fi ħdan l-entità; u

(c)

l-ammonti u n-natura tal-obbligazzjonijiet u ż-żmien li fih iseħħu.

59

L-użu ta’ bażi differenti għall-kejl ta’ klassijiet differenti ta’ assi jissuġġerixxi li n-natura u l-funzjoni tagħhom hi differenti, u għalhekk entità tippreżentahom bħala entrati f’linji separati. Pereżempju, klassijiet differenti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jistgħu jinżammu fil-kotba bil-valur ta’ kemm swew jew f'ammonti rivalutati b'konformità mal-IAS 16.

Distinzjoni bejn kurrenti u mhux kurrenti

60

Entità għandha tippreżenta l-assi kurrenti u mhux kurrenti, u l-obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti, bħala klassifikazzjonijiet separati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja b'konformità mal-paragrafi 66-76 ħlief meta preżentazzjoni bbażata fuq il-likwidità tipprovdi informazzjoni affidabbli u iktar rilevanti. Meta tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, entità għandha tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha skond l-ordni tal-likwidità.

61

Irrispettivament mill-metodu ta' preżentazzjoni adottat, entità għandha tiżvela l-ammont mistenni li jkun irkuprat jew saldat wara iktar minn tnax-il xahar għal kull entrata linja b’linja ta’ assi u obbligazzjonijiet li tikkombina l-ammonti mistennija li jkunu rkuprati jew saldati kif ġej:

(a)

mhux iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar, u

(b)

iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

62

Meta entità tipprovdi prodotti u servizzi f’ċiklu operattiv li hu identifikabbli b’mod ċar, il-klassifikazzjoni separata ta’ assi u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tipprovdi tagħrif utli billi tagħmel distinzjoni bejn l-assi netti li jiċċirkolaw kontinwament bħala kapital li jdur u dawk użati f’operazzjonijiet fit-tul ta’ l-entità. Turi biċ-ċar ukoll liema huma dawk l-assi li huma mistennija li jkunu realizzati matul iċ-ċiklu operattiv kurrenti, u dawk l-obbligazzjonijiet li mistennija li jkunu saldati matul l-istess perjodu.

63

Għal xi entitajiet, bħal istituzzjonijiet finanzjarji, il-preżentazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet f’ordni tiela’ jew nieżla tal-likwidità, tipprovdi informazzjoni li hija affidabbli u iktar rilevanti milli hi l-preżentazzjoni kurrenti/mhux kurrenti minħabba li l-entità ma tkunx tipprovdi prodotti jew servizzi matul ċiklu operattiv li hu identifikabbli b’mod ċar.

64

Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 60, entità għandha permess li tippreżenta x'uħud mill-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha billi tuża klassifikazzjoni kurrenti/mhux kurrenti u oħrajn f’ordni ta’ likwidità, meta dan jipprovdi informazzjoni affidabbli u iktar rilevanti. Il-bżonn ta’ bażi mħallta ta’ preżentazzjoni jista’ jinqala’ meta entità jkollha operazzjonijiet differenti.

65

Informazzjoni dwar id-dati mistennija tar-realizzazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet hi utli fl-evalwazzjoni tal-likwidità u tas-solvenza tal-entità. L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar ta’ Informazzjoni jirrikjedi l-iżvelar tad-dati tal-maturità ta’ assi finanzjarji u ta' obbligazzjonijiet finanzjarji. L-assi finanzjarji jinkludu ammonti riċevibbli tan-negozju u ammonti riċevibbli oħrajn, u l-obbligazzjonijiet finanzjarji jinkludu ammonti pagabbli tan-negozju u ammonti pagabbli oħrajn. Informazzjoni dwar id-data mistennija tal-irkuprar ta' assi mhux monetarji bħal ma huma inventarji, u d-data mistennija tas-saldu ta' obbligazzjonijiet bħal ma huma provedimenti, hi utli wkoll, sew jekk l-assi u l-obbligazzjonijiet ikunu kklassifikati bħala kurrenti kemm bħala mhux kurrenti. Pereżempju, entità tiżvela l-ammont ta’ inventarji li huma mistennija li jkunu rkuprati iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

Assi kurrenti

66

Entità għandha tikklassifika assi bħala kurrenti meta:

(a)

tistenna li ser tirrealizza l-assi, jew għandha l-intenzjoni li tbigħu jew tikkonsmah, fiċ-ċiklu normali tal-operat tagħha;

(b)

iżżomm l-assi primarjament bl-iskop li tinnegozjah;

(c)

tistenna li tirrealizza l-assi fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar; jew

(d)

l-assi hu flus kontanti jew assi ekwivalenti għal flus kontanti (kif definit fl-IAS 7), ħlief jekk l-assi jkun ristrett milli jkun skambjat jew użat biex tiġi saldata obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

Entità għandha tikklassifika l-assi l-oħrajn kollha bħala mhux kurrenti.

67

Dan l-Istandard juża t-terminu ‘mhux kurrenti’ biex jinkludi assi tanġibbli, intanġibbli jew finanzjarji li n-natura tagħhom tkun fit-tul. Dan ma jipprojbixxix l-użu ta' deskrizzjonijiet alternattivi sakemm is-sinifikat ikun ċar.

68

Iċ-ċiklu operattiv ta’ entità hu ż-żmien bejn l-akkwiżizzjoni ta’ assi għall-ipproċessar u r-realizzazzjoni tagħhom fi flus jew ekwivalenti ta’ flus. Meta ċ-ċiklu operattiv normali tal-entità ma jkunx identifikabbli b’mod ċar, is-suppożizzjoni hi li t-tul tiegħu hu ta' tnax-il xahar. L-assi kurrenti jinkludu assi (bħal inventarji u ammonti riċevibbli tan-negozju) li jinbiegħu jew ikunu kkonsmati jew realizzati bħala parti miċ-ċiklu operattiv normali, anki meta ma jkunux mistennija li ser jiġu realizzati sa tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar. L-assi kurrenti jinkludu wkoll assi miżmuma primarjament għal skopijiet ta' negozju (l-assi finanzjarji f'din il-kategorija huma kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju b'konformità ma’ l-IAS 39) u l-porzjon kurrenti tal-assi finanzjarji mhux kurrenti.

Obbligazzjonijiet kurrenti

69

Entità għandha tikklassifika obbligazzjoni bħala kurrenti meta:

(a)

tistenna li tiġi saldata l-obbligazzjoni fiċ-ċiklu normali tal-operat tagħha;

(b)

iżżomm l-obbligazzjoni primarjament bl-iskop li tinnegozjaha;

(c)

l-obbligazzjoni tkun dovuta li tiġi saldata fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar; jew

(d)

l-entità m’għandhiex dritt mhux kondizzjonali li tipposponi s-saldu tal-obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

Entità għandha tikklassifika l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha bħala mhux kurrenti.

70

Ċerti obbligazzjonijiet kurrenti, bħal kredituri kummerċjali u xi ammonti dovuti għall-kosti tal-impjegati jew kosti operattivi oħra, huma parti mill-kapital li jdur li jintuża fiċ-ċiklu operattiv normali tal-entità. Entità tikklassifika dawn l-entrati operattivi bħala obbligazzjonijiet kurrenti, anki jekk huma dovuti li jiġu saldati iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar. L-istess ċiklu operattiv normali japplika għall-klassifikazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità. Meta ċ-ċiklu operattiv normali tal-entità ma jkunx identifikabbli b’mod ċar, is-suppożizzjoni hi li t-tul tiegħu hu ta' tnax-il xahar.

71

Obbligazzjonijiet kurrenti oħra ma jiġux saldati bħala parti miċ-ċiklu operattiv normali, iżda huma dovuti li jiġu saldati sa tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar jew li jinżammu primarjament bi skop ta' negozju. Eżempji huma l-obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati li huma miżmuma għan-negozju b'konformità mal-IAS 39, self kurrenti minn banek, u l-porzjon kurrenti tal-obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti, dividendi li jridu jitħallsu, taxxi fuq id-dħul u kredituri oħra mhux kummerċjali. Obbligazzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament għat-tul (i.e. mhumiex parti mill-kapital li jdur użat fiċ-ċiklu operattiv normali tal-entità) u li mhumiex dovuti li jiġu saldati sa tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar, huma obbligazzjonijiet mhux kurrenti, suġġetti għall-paragrafi 74 u 75.

72

Entità tikklassifika l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħha bħala kurrenti meta dawn iridu jiġu saldati sa tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar, anki jekk:

(a)

it-terminu oriġinali kien ta’ perjodu itwal minn tnax-il xahar; u

(b)

ikun intlaħaq ftehim għal finanzjament mill-ġdid, jew biex il-ħlasijiet ikunu skedati mill-ġdid, fuq bażi fit-tul, wara l-perjodu tar-rappurtar u qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ.

73

Jekk entità tistenna, u għandha d-diskrezzjoni, li tiffinanzja mill-ġdid jew li tipposponi obbligu għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar taħt faċilità ta’ self eżistenti, din tikklassifika l-obbligu bħala mhux kurrenti, anki li kieku l-ħlas kien se jkun dovut f'perjodu iqsar. Madankollu, meta l-finanzjament mill-ġdid jew il-posponiment tal-obbligu ma jkunx fid-diskrezzjoni tal-entità (pereżempju, m’hemm l-ebda arranġament għal finanzjament mill-ġdid), l-entità ma tikkunsidrax il-potenzjal li tiffinanzja l-obbligu mill-ġdid u tikklassifika l-obbligu bħala kurrenti.

74

Meta entità tikser provediment ta’ arranġament ta' self fiss fit-tul matul jew qabel it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar bil-konsegwenza li l-obbligazzjoni tiġi pagabbli malli tintalab, l-entità tikklassifika l-obbligazzjoni bħala kurrenti, anki jekk min sellef ikun aċċetta, wara l-perjodu tar-rappurtar u qabel l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ tar-rapporti finanzjarji, li ma jitlobx ħlas bħala konsegwenza tal-ksur. Entità tikklassifika l-obbligazzjoni bħala kurrenti minħabba li, fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ma jkollhiex dritt mhux kondizzjonali li tipposponi s-saldu għal mill-inqas tnax-il xahar wara dik id-data.

75

Madankollu, entità tikklassifika l-obbigazzjoni bħala mhux kurrenti jekk minn sellef ikun aċċetta, sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, li jipprovdi perjodu ta’ grazzja li jintemm mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar, li fih l-entità tkun tista’ tirrettifika l-ksur u li matulu, min sellef ma jistax jitlob ħlas lura immedjat.

76

F'dak li jirrigwarda self fiss ikklassifikat bħala obbligazzjonijiet kurrenti, jekk dawn l-avvenimenti li ġejjin iseħħu bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar u d-data li fiha r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, dawk l-avvenimenti jkunu żvelati bħala avvenimenti li ma jirrikjedux aġġustament b'konformità mal-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtar:

(a)

finanzjament mill-ġdid fuq bażi fit-tul;

(b)

rettifika tal-ksur ta’ arranġament ta’ self għat-tul; u

(c)

l-għoti minn min sellef ta’ perjodu ta’ grazzja sabiex jiġi rettifikat il-ksur ta’ ftehim ta’ self fiss għat-tul, liema perjodu jintemm mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti

77

Entità għandha tiżvela, jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti, sottoklassifikazzjonijiet addizzjonali tal-entrati ppreżentati linja b’linja, ikklassifikati b’mod adattat għall-operazzjonijiet tal-entità.

78

Id-dettal ipprovdut fis-sottoklassifikazzjonijiet jiddependi mir-rekwiżiti tal-IFRSs u mid-daqs, in-natura u l-funzjoni tal-ammonti involuti. Entità tuża wkoll il-fatturi deskritti fil-paragrafu 58 biex tiddeċiedi l-bażi ta' sottoklassifikazzjoni. L-informazzjoni li għandha tkun żvelata tvarja għal kull entrata, pereżempju:

(a)

entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir huma mifruda fi klassijiet b'konformità mal-IAS 16;

(b)

l-ammonti riċevibbli huma mifruda minn xulxin f’ammonti riċevibbli minn klijenti kummerċjali, ammonti riċevibbli minn partijiet relatati, ħlasijiet bil-quddiem u ammonti oħra;

(c)

l-inventarji huma mifruda minn xulxin, b'konformità mal-IAS 2 Inventarji, fi klassifikazzjonijiet bħal ma huma merkanzija, provvisti tal-produzzjoni, materjali, xogħol fl-idejn u prodotti lesti;

(d)

il-provedimenti huma diżaggregati fi provedimenti għall-benefiċċji tal-impjegati u entrati oħra; u

(e)

il-kapital u r-riżervi tal-ekwità huma mifruda minn xulxin fi klassijiet differenti bħal ma huma kapital imħallas, primjum fuq l-ishma u riżervi.

79

Entità għandha tirrapporta dawn li ġejjin, jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità, jew fin-noti:

(a)

għal kull klassi ta’ kapital azzjonarju:

(i)

in-numru ta’ ishma awtorizzati;

(ii)

in-numru ta’ ishma maħruġa u mħallsa b'mod komplet, u dawk maħruġa iżda mhux imħallsa b'mod komplet;

(iii)

valur pari kull sehem, jew li l-ishma m’għandhomx valur pari;

(iv)

tqabbil bejn in-numru ta’ ishma pendenti fil-bidu u dawk fit-tmiem tal-perjodu;

(v)

id-drittijiet, privileġġi u restrizzjonijiet marbuta ma’ dik il-klassi, inklużi r-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjoni ta’ dividendi u l-ħlas lura ta’ kapital;

(vi)

ishma fl-entità miżmuma mill-entità jew mill-kumpaniji sussidjarji jew assoċjati tagħha; u

(vii)

ishma riżervati għall-ħruġ taħt opzjonijiet jew kuntratti għall-bejgħ ta’ ishma, inklużi t-termini u l-ammonti tagħhom; u

(b)

deskrizzjoni tan-natura u l-iskop ta’ kull riżerva fi ħdan l-ekwità.

80

Entità mingħajr kapital azzjonarju, bħal soċjetà kummerċjali jew trust, għandha tiżvela informazzjoni ekwivalenti għal dik meħtieġa mill-paragrafu 79(a), li turi t-tibdil matul il-perjodu f’kull kategorija ta’ interess azzjonarju, u d-drittijiet, privileġġi u restrizzjonijiet marbuta ma’ kull kategorija ta’ interess azzjonarju.

Rapport tad-dħul komplessiv

81

Entità għandha tippreżenta l-entrati kollha ta' dħul u spiża rikonoxxuti f'perjodu:

(a)

f'rapport wieħed tad-dħul komplessiv, jew

(b)

f’żewġ rapporti: rapport li juri l-komponenti ta' profitt jew telf (rapport separat tad-dħul) u t-tieni rapport li jibda bil-profitt jew telf u li juri l-komponenti ta' dħul ieħor komplessiv (rapport tad-dħul komplessiv).

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fir-rapport tad-dħul komplessiv

82

Bħala minimu, ir-rapport tad-dħul komplessiv għandu jinkludi entrati linja b’linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin għall-perjodu:

(a)

id-dħul;

(b)

il-kosti tal-finanzjament;

(c)

il-porzjon tal-profitt jew telf ta’ kumpaniji assoċjati u ta’ impriżi konġunti maħduma skond il-metodu tal-ekwità;

(d)

l-ispiża tat-taxxa;

(e)

ammont wieħed li jiġbor fih it-total ta':

(i)

il-profitt jew telf wara t-taxxa ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx u

(ii)

il-qligħ jew telf rikonoxxut wara t-taxxa meta l-assi jew grupp/i tad-disponiment li jikkostitwixxu operazzjoni li ma tkomplietx jitkejlu skond il-valur ġust nieqes l-ispejjeż meħtieġa tal-bejgħ, jew meta jsir disponiment minnhom;

(f)

il-profitt jew telf;

(g)

kull komponent ta' dħul ieħor komplessiv ikklassifikat skond in-natura (esklużi l-ammonti f'(h));

(h)

il-porzjon tad-dħul ieħor komplessiv ta’ kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti maħdum skond il-metodu tal-ekwità; u

(i)

id-dħul totali komplessiv.

83

Entità għandha tiżvela l-entrati li ġejjin fir-rapport tad-dħul komplessiv bħala allokazzjonijiet ta' profitt jew telf għall-perjodu:

(a)

il-profitt jew telf għall-perjodu attribwibbli għal:

(i)

interess minoritarju, u

(ii)

sidien tal-kumpanija prinċipali.

(b)

id-dħul totali komplessiv għall-perjodu attribwibbli għal:

(i)

interess minoritarju, u

(ii)

sidien tal-kumpanija prinċipali.

84

Entità tista' tippreżenta f'rapport separat tad-dħul (ara l-paragrafu 81) l-entrati linja b’linja fil-paragrafu 82(a)-(f) u l-informazzjoni li għandha tkun żvelata skond il-paragrafu 83(a).

85

Entità għandha tippreżenta entrati addizzjonali linja b’linja, intestaturi u sottototali addizzjonali fir-rapport tad-dħul komplessiv u r-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), meta din il-preżentazzjoni tkun rilevanti biex jinftiehmu r-riżultati finanzjarji tal-entità.

86

Minħabba li l-effetti tal-attivitajiet, tranżazzjonijiet u avvenimenti oħra varji ta’ entità jvarjaw fil-frekwenza, fil-potenzjal għall-qligħ jew telf u fil-prevedibilità tagħhom, l-iżvelar tal-komponenti tar-riżultati finanzjarji jgħin biex l-utenti jifhmu r-riżultati finanzjarji miksuba u biex jbassru kif tista’ tkun il-prestazzjoni finanzjarja futura. Entità tinkludi entrati addizzjonali fir-rapport tad-dħul komplessiv u fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), u temenda d-deskrizzjonijiet użati u l-ordni ta' entrati meta dan ikun meħtieġ biex jispjega l-elementi tar-riżultati finanzjarji. Entità tikkunsidra fatturi li jinkludu l-materjalità u n-natura u l-funzjoni ta' entrati ta' dħul u spiża. Pereżempju, istituzzjoni finanzjarja tista' temenda d-deskrizzjonijiet biex tipprovdi informazzjoni li hi rilevanti għall-operazzjonijiet ta' istituzzjoni finanzjarja. Entità ma tpaċix entrati ta' dħul u spiża ħlief jekk il-kriterji fil-paragrafu 32 ikunu ssodisfati.

87

Entità m'għandha tippreżenta ebda entrata ta' dħul jew spiża bħala entrata straordinarja, fir-rapport tad-dħul komplessiv jew fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), jew fin-noti.

Profitt jew telf għall-perjodu

88

Entità għandha tirrikonoxxi l-entrati kollha ta' dħul u spiża f'perjodu fi profitt jew telf ħlief jekk hemm IFRS li jirrikjedi jew jippermetti mod ieħor.

89

Ċerti IFRSs jispeċifikaw ċirkustanzi meta entità tirrikonoxxi entrati partikulari 'l barra mill-profitt jew telf fil-perjodu kurrenti. L-IAS 8 jispeċifika żewġ ċirkustanzi ta’ dan it-tip: il-korrezzjoni ta' żbalji u l-effett tat-tibdil fil-politika tal-kontabilità. IFRSs oħrajn jirrikjedu jew jippermettu komponenti ta' dħul ieħor komplessiv, li jissodisfaw id-definizzjoni ta' dħul jew spiża li hemm fil-Qafas li jkunu esklużi mill-profitt jew telf (ara l-paragrafu 7).

Dħul ieħor komplessiv għall-perjodu

90

Entità għandha tiżvela l-ammont ta' taxxa fuq id-dħul, relatat ma' kull komponent ta' dħul komplessiv ieħor, inklużi aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni, jew fir-rapport tad-dħul komplessiv jew fin-noti.

91

Entità tista' tippreżenta komponenti ta' dħul ieħor komplessiv:

(a)

jew netti mill-effetti relatati tat-taxxa,

(b)

jew qabel l-effetti relatati tat-taxxa, u turi ammont wieħed għat-total tat-taxxa fuq id-dħul relatata ma' dawk il-komponenti.

92

Entità għandha tiżvela l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni relatati ma' komponenti ta' dħul ieħor komplessiv.

93

IFRSs oħrajn jispeċifikaw jekk ammonti li qabel kienu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv ikunux irriklassifikati fi profitt jew telf, u meta. F'dan l-Istandard dawn ir-riklassifikazzjonijiet jissejħu aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni. Aġġustament tar-riklassifikazzjoni jiġi inkluż mal-komponent relatat tad-dħul ieħor komplessiv fil-perjodu li fih l-aġġustament ikun irriklassifikat fi profitt jew telf. Pereżempju, qligħ realizzat fuq id-disponiment ta' assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ huwa inkluż fil-profitt jew telf tal-perjodu kurrenti. Dawn l-ammonti setgħu kienu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv bħala qligħ mhux realizzat fil-perjodu kurrenti jew fil-perjodi ta' qabel. Dak il-qligħ mhux realizzat irid jitnaqqas mid-dħul ieħor komplessiv fil-perjodu li fih il-qligħ realizzat ikun irriklassifikat fi profitt jew telf biex ikun evitat li jkun inkluż darbtejn fid-dħul totali komplessiv.

94

Entità tista' tippreżenta aġġustamenti ta' riklassifikazzjoni fir-rapport tad-dħul komplessiv jew fin-noti. Entità li tkun qed tippreżenta l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni fin-noti, tippreżenta l-komponenti tad-dħul ieħor komplessiv wara kwalunkwe aġġustament relatat tar-riklassifikazzjoni.

95

Aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni jinħolqu, pereżempju, mad-disponiment ta' operazzjoni barranija (ara l-IAS 21), mal-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarji li jkunu disponibbli għall-bejgħ (ara l-IAS 39) u meta tranżazzjoni mbassra li tkun hedged taffettwa l-profitt jew telf (ara l-paragrafu 100 tal-IAS 39 fir-rigward ta' hedges ta' flussi ta' flus).

96

Aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni ma jinħolqux minn tibdiliet fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni rikonoxxut skond l-IAS 16 jew l-IAS 38 jew fuq qligħ jew telf attwarju fuq pjani ta' benefiċċju definit rikonoxxuti skond il-paragrafu 93A tal-IAS 19. Dawn il-komponenti huma rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv u mhumiex irriklassifikati bħala profitt jew telf f’perjodi sussegwenti. Tibdiliet fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni jistgħu jkunu ttrasferiti fil-qligħ imfaddal f'perjodi sussegwenti hekk kif l-assi jintuża jew meta ma jibqax rikonoxxut (ara l-IAS 16 u l-IAS 38). Qligħ jew telf attwarju huma rrappurtati fil-qligħ imfaddal fil-perjodu li fih ikunu rikonoxxuti bħala dħul ieħor komplessiv (ara l-IAS 19).

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fir-rapport tad-dħul komplessiv jew fin-noti

97

Meta entrati ta' dħul jew spiża huma materjali, entità għandha tiżvela n-natura u l-ammonti tagħhom separatament.

98

Ċirkostanzi li jistgħu jagħtu lok għall-iżvelar separat ta' entrati ta’ dħul jew spiża jinkludu:

(a)

tniżżil tal-valur ta’ inventarji għall-valur nett li jġibu, jew ta’ proprjetà, impjant u tagħmir għall-ammont li jista’ jiġi rkuprat, kif ukoll it-treġġigħ lura ta’ tniżżil bħal dan;

(b)

ristrutturar tal-attivitajiet ta’ entità u treġġigħ lura ta’ kwalunkwe provedimenti għall-ispejjeż tar-ristrutturar;

(c)

disponimenti ta’ oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir;

(d)

disponimenti ta’ investimenti;

(e)

operazzjonijiet li ma tkomplewx;

(f)

ftehim fuq tilwim legali; u

(g)

treġġigħ lura ta’ provedimenti oħrajn.

99

Entità għandha tippreżenta analiżi ta’ l-ispejjeż rikonoxxuti fi profitt jew telf billi tuża sistema ta’ klassifikazzjoni bbażata jew fuq in-natura tagħhom jew fuq il-funzjoni tagħhom fl-entità, skond liema minnhom tipprovdi informazzjoni li hi l-aktar ta’ min joqgħod fuqha u l-aktar rilevanti.

100

L-entitajiet huma inkoraġġiti biex jippreżentaw l-analiżi fil-paragrafu 99 fir-rapport tad-dħul komplessiv jew fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat).

101

L-ispejjeż huma sottoklassfikati biex jenfasizzaw il-komponenti tar-rapporti finanzjarji li jistgħu jvarjaw f’termini ta’ frekwenza, potenzjal għall-qligħ jew telf u prevedibilità. Din l-analiżi tingħata f’waħda minn żewġ forom.

102

L-ewwel forma ta’ analiżi hi l-metodu tan-“natura tal-ispiża”. Entità tiġbor l-ispejjeż fi profitt jew telf skond in-natura tagħhom (pereżempju, deprezzament, xiri ta' materjali, spejjeż tat-trasport, benefiċċji tal-impjegati u spejjeż tar-reklamar), u ma tallokahomx mill-ġdid fost il-funzjonijiet fi ħdan l-entità. Dan il-metodu jista’ jkun sempliċi biex jiġi applikat għax m’hemm bżonn tal-ebda allokazzjoni ta’ spejjeż għal klassifikazzjonijiet funzjonali. Eżempju ta’ klassifikazzjoni bl-użu tal-metodu tan-natura tal-ispiża hu kif ġej:

Dħul

 

X

Dħul ieħor

 

X

Tibdil fl-inventarji ta’ prodotti lesti u xogħol fl-idejn

X

 

Materja prima u prodotti konsumabbli użati

X

 

Spiża tal-benefiċċji tal-impjegati

X

 

Spejjeż ta’ deprezzament jew ammortizzament

X

 

Spejjeż oħra

X

 

Spejjeż totali

 

(X)

Profitt qabel it-taxxa

 

X

103

It-tieni forma ta’ analiżi hi l-metodu tal-‘funzjoni tal-ispiża’ jew ‘kost tal-bejgħ’ li jikklassifika l-ispejjeż skond il-funzjoni tagħhom bħala parti mill-kost tal-bejgħ jew, pereżempju, il-kosti tad-distribuzzjoni jew ta’ attivitajiet amministrattivi. Bħala minimu, entità tiżvela l-kost tal-bejgħ skond dan il-metodu b’mod separat minn kosti oħrajn. Dan il-metodu jista’ jipprovdi informazzjoni iktar rilevanti lill-utenti milli l-klassifikazzjoni tal-ispejjeż skond in-natura, iżda l-allokazzjoni ta’ spejjeż lill-funzjonijiet tista’ tkun teħtieġ allokazzjonijiet arbitrarji u tinvolvi eżerċizzju konsiderevoli ta’ ġudizzju għaqli. Eżempju ta’ klassifikazzjoni bl-użu tal-metodu tal-funzjoni tal-ispiża hu kif ġej:

Dħul

X

 

Kost tal-bejgħ

(X)

 

Profitt gross

X

 

Dħul ieħor

X

 

Spejjeż tad-distribuzzjoni

(X)

 

Spejjeż tal-amministrazzjoni

(X)

 

Spejjeż oħra

(X)

 

Profitt qabel it-taxxa

X

 

104

Entità li tikklassifika l-ispejjeż skond il-funzjoni għandha tiżvela informazzjoni addizzjonali dwar in-natura tal-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tad-deprezzament u l-amortizzament u spejjeż ta’ benefiċċji tal-impjegati.

105

L-għażla bejn il-metodu tal-funzjoni tal-ispiża u dak tan-natura tal-ispiża tiddependi fuq fatturi storiċi u tal-industrija u fuq in-natura tal-entità. Iż-żewġ metodi jipprovdu indikazzjoni ta’ dawk il-kosti li jistgħu jvarjaw, direttament jew indirettament, mal-livell tal-bejgħ jew tal-produzzjoni tal-entità. Minħabba li l-metodi ta’ preżentazzjoni t-tnejn għandhom mertu għal tipi differenti ta’ entitajiet, dan l-Istandard jitlob li l-maniġment jagħżel l-aktar preżentazzjoni rilevanti u ta’ min joqgħod fuqha. Madankollu, minħabba li informazzjoni dwar in-natura tal-ispejjeż hi utli fil-previżjoni ta’ flussi futuri ta' flus, hu meħtieġ li tkun żvelata informazzjoni addizzjonali meta tintuża l-klassifikazzjoni skond il-funzjoni tal-ispiża. Fil-paragrafu 104, ‘benefiċċji tal-impjegati’ għandha l-istess sinifikat bħal dak fl-IAS 19.

Rapport tat-tibdil fl-ekwità

106

Entità għandha tippreżenta rapport tat-tibdil fl-ekwità li juri dan li ġej:

(a)

id-dħul totali komplessiv għall-perjodu, li juri separatament l-ammonti totali attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interess minoritarju;

(b)

għal kull komponent tal-ekwità, l-effetti ta' applikazzjoni retrospettiva jew ta’ rappurtar mill-ġdid retrospettiv rikonoxxut b'konformità mal-IAS 8;

(c)

l-ammonti ta' tranżazzjonijiet mis-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien, li juri separatament il-kontribuzzjonijiet mis-sidien u d-distribuzzjonijiet lilhom; u

(d)

għal kull komponent tal-ekwità, tqabbil bejn l-ammonti miżmuma fil-kotba fil-bidu u dawk fit-tmiem tal-perjodu, li juri separatament kull bidla.

107

Entità għandha tippreżenta, jew fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità jew fin-noti, l-ammont ta' dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lis-sidien matul il-perjodu, u l-ammont relatat għal kull sehem.

108

Fil-paragrafu 106, il-komponenti tal-ekwità jinkludu, pereżempju, kull klassi ta' ekwità kkontribwita, il-bilanċ akkumulat ta' kull klassi ta' dħul ieħor komplessiv u l-qligħ imfaddal.

109

It-tibdil fl-ekwità ta' entità bejn il-bidu u t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar jirrifletti ż-żieda jew it-tnaqqis fl-assi netti tagħha matul il-perjodu. Ħlief għal tibdil li jirriżulta minn tranżazzjonijiet mas-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien (bħal ma huma kontribuzzjonijiet ta' ekwità, akkwisti mill-ġdid tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess, u dividendi) u spejjeż tat-tranżazzjoni li huma relatati direttament ma' tranżazzjonijiet bħal dawn, il-bidla totali fl-ekwità matul perjodu tirrappreżenta l-ammont totali ta' dħul u spiża, inkluż qligħ u telf, iġġenerat mill-attivitajiet tal-entità matul dak il-perjodu.

110

L-IAS 8 jirrikjedi aġġustamenti retrospettivi biex isir tibdil fil-politika tal-kontabilità, sakemm ikun prattikabbli, ħlief meta d-dispożizzjonijiet tranżitorji f'IFRS ieħor ikunu jitolbu mod ieħor. L-IAS 8 jirrikjedi wkoll illi dikjarazzjonijiet mill-ġdid biex jikkoreġu żbalji jsiru retrospettivament, sakemm ikun prattikabbli. Aġġustamenti retrospettivi u dikjarazzjonijiet mill-ġdid retrospettivi mhumiex tibdil fl-ekwità iżda huma aġġustamenti fil-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal, ħlief meta IFRS jitlob aġġustament retrospettiv ta' komponent ieħor tal-ekwità. Il-paragrafu 106(b) jirrikjedi li jkun żvelat fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità l-aġġustament totali għal kull komponent tal-ekwità li jirriżulta minn tibdil fil-politika tal-kontabilità u, separatament, minn korrezzjoni ta' żbalji. Dawn l-aġġustamenti jkunu żvelati għal kull perjodu ta' qabel u għall-bidu tal-perjodu.

Rapport tal-flussi ta’ flus

111

L-informazzjoni dwar il-flussi ta' flus tipprovdi lill-utenti tar-rapporti finanzjarji bażi biex jevalwaw il-kapaċità tal-entità li tigġenera l-flus u l-ekwivalenti ta’ flus, u l-bżonnijiet tal-entità biex tuża dawk il-flussi ta’ flus. L-IAS 7 jistipula r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni u l-iżvelar ta' informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus.

Noti

Struttura

112

In-noti għandhom:

(a)

jippreżentaw informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u tal-politika speċifiċa tal-kontabilità użata b'konformità mal-paragrafi 117-124;

(b)

jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa mill-IFRSs li ma tkunx ippreżentata x'imkien ieħor fir-rapporti finanzjarji; u

(c)

jipprovdu informazzjoni li ma tkunx ippreżentata x'imkien ieħor fir-rapporti finanzjarji, iżda li tkun rilevanti biex wieħed jifhem xi rapport minnhom.

113

Entità għandha, sa fejn ikun prattikabbli, tippreżenta n-noti b’mod sistematiku. Entità għandha timmarka kull entrata fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja u tad-dħul komplessiv, fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), u fir-rapporti tat-tibdil fl-ekwità u tal-flussi ta' flus, b’referenza għal kwalunkwe informazzjoni relatata fin-noti.

114

Entità normalment tippreżenta noti fl-ordni li ġejja, biex tgħin lill-utenti jifhmu r-rapporti finanzjarji u biex iqabbluhom mar-rapporti finanzjarji ta' entitajiet oħrajn:

(a)

rapport ta’ konformità mal-IFRSs (ara l-paragrafu 16);

(b)

sommarju tal-politika sinifikanti li ġiet applikata fil-kontabilità (ara l-paragrafu 117);

(c)

informazzjoni li ssaħħaħ l-entrati ppreżentati fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja u tad-dħul komplessiv, fir-rapport separat tad-dħul (jekk ikun ippreżentat), u fir-rapporti tat-tibdil fl-ekwità u tal-flussi ta' flus, fl-ordni li fiha kull rapport u kull entrata linja b’linja jkunu ppreżentati; u

(d)

informazzjoni oħra li tinkludi:

(i)

l-obbligazzjonijiet kontinġenti (ara l-IAS 37) u impenji kuntrattwali mhux rikonoxxuti; u

(ii)

informazzjoni mhux finanzjarja, eż. l-għanijiet u l-politika tal-immaniġġjar tar-riskju finanzjarju tal-entità (ara l-IFRS 7).

115

F’ċerti ċirkustanzi, jista’ jkun hemm bżonn jew ikun mixtieq li l-ordni tal-punti speċifiċi fin-noti tvarja. Pereżempju, entità tista' tikkombina informazzjoni dwar it-tibdil fil-valur ġust rikonoxxut fi profitt jew telf ma' informazzjoni fuq il-maturitajiet ta’ strumenti finanzjarji, għalkemm l-iżvelar tal-ewwel jirrigwarda r-rapport tad-dħul komplessiv jew ir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat) u dak tal-aħħar jirrigwarda r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Madankollu, entità żżomm struttura sistematika għan-noti sakemm dan ikun prattikabbli.

116

Entità tista' tippreżenta noti li jipprovdu informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u dwar il-politika speċifika tal-kontabilità bħala sezzjoni separata tar-rapporti finanzjarji.

L-iżvelar tal-politika tal-kontabilità

117

Entità għandha tiżvela fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità:

(a)

il-bażi (jew bażijiet) ta’ kejl użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji; u

(b)

il-politika l-oħra tal-kontabilità użata li hi rilevanti biex jinftiehmu r-rapporti finanzjarji.

118

Hu importanti għal entità li tinforma lill-utenti dwar il-bażi jew bażijiet tal-kejl użati fir-rapporti finanzjarji (pereżempju, il-kost storiku, il-kost kurrenti, il-valur nett li jinġab, il-valur ġust jew l-ammont li jista’ jiġi rkuprat) minħabba li l-bażi li fuqha entità tħejji r-rapporti finanzjarji taffettwa b'mod sinifikanti l-analiżi tal-utenti. Meta entità tuża aktar minn bażi waħda ta’ kejl fir-rapporti finanzjarji, pereżempju, meta klassijiet partikolari ta’ assi huma vvalutati mill-ġdid, hu biżżejjed li tkun ipprovduta indikazzjoni tal-kategoriji tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għalihom kull bażi ta’ kejl tkun ġiet applikata.

119

Fid-deċiżjoni dwar jekk politika partikolari tal-kontabilità għandhiex tkun żvelata jew le, il-maniġment jikkunsidra jekk l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni jgħinx lill-utenti biex jifhmu kif it-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn huma riflessi fir-riżultati finanzjarji u fil-pożizzjoni finanzjarja li ġew irrappurtati. L-iżvelar tal-politika partikulari tal-kontabilità hi utli għall-utenti b’mod partikulari meta dik il-politika tintgħażel minn alternattivi permessi fl-IFRSs. Eżempju hu l-iżvelar ta’ jekk imprenditur jirrikonoxxix l-interess tiegħu f’entità b’kontroll konġunt bl-użu tal-konsolidazzjoni proporzjonata jew bil-metodu tal-ekwità (ara l-IAS 31 Interessi fImpriżi konġunti). Xi IFRSs jitolbu speċifikament l-iżvelar ta’ tipi partikolari ta’ politika ta’ kontabilità, inklużi dawk l-għazliet li jsiru mill-maniġment bejn tipi ta’ politika differenti li huma jippermettu. Pereżempju, l-IAS 16 jitlob l-iżvelar tal-bażi ta’ kejl użati fil-klassijiet tal-proprjetà, impjanti u tagħmir.

120

Kull entità għandha tikkunsidra n-natura tal-operazzjonijiet tagħha u l-politika li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jistennew li tkun żvelata għal dik it-tip ta’ entità. Pereżempju, l-utenti jistennew li entità soġġetta għal taxxa fuq id-dħul tirrapporta l-politika tal-kontabilità tagħha dwar it-taxxa fuq id-dħul, inkluża dik applikabbli għal obbligazzjonijiet u assi ta’ taxxa differita. Meta entità jkollha operazzjonijiet jew tranżazzjonijiet sinfikanti barra l-pajjiż f’muniti barranin, l-utenti jistennew li tiżvela l-politika tal-kontabilità għar-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf mill-kambju.

121

Politika tal-kontabilità tista’ tkun sinifikanti minħabba n-natura tal-operazzjonijiet tal-entità anki jekk l-ammonti għall-perjodi kurrenti u preċedenti mhumiex materjali. Hu xieraq ukoll li entità tiżvela kull politika sinifikanti tal-kontabilità li mhix meħtieġa speċifikament mill-IFRSs iżda li l-entità tagħżel u tapplika skond l-IAS 8.

122

Entità għandha tiżvela, fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u f’noti oħra, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi (ara l-paragrafu 125), li l-maniġment ikun għamel waqt il-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità, li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

123

Fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità, il-maniġment jagħmel diversi ġudizzji, apparti minn dawk li jinvolvu stimi, li jistgħu jħallu effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji. Pereżempju, il-maniġment jagħmel ġudizzji fid-determinazzjoni ta’:

(a)

jekk assi finanzjarji humiex investimenti li jinżammu sal-maturità;

(b)

meta sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti kollha tal-pussess ta’ assi finanzjarji u assi ta’ kiri huma ttrasferiti għal entitajiet oħra;

(c)

jekk, fis-sustanza, bejgħ partikolari ta’ prodotti humiex arranġamenti ta’ finanzjament u għalhekk ma jirriżultawx fi dħul; u

(d)

jekk is-sustanza tar-relazzjoni bejn l-entità u entità bi skop speċjali tindikax li l-entità tikkontrolla lill-entità bi skop speċjali.

124

X'uħud mill-ħwejjeġ żvelati skond il-paragrafu 122 huma meħtieġa minn IFRSs oħrajn. Pereżempju, l-IAS 27 jirrikjedi li entità tiżvela r-raġunijiet għaliex l-interess azzjonarju tal-entità ma jikkostitwixxix kontroll, fir-rigward ta’ entità oħra li qed isir l-investiment fiha, li mhix sussidjarja, anki jekk aktar minn nofs is-setgħa tal-vot, jew setgħa potenzjali tal-vot, hi proprjetà tagħha direttament jew indirettament permezz tas-sussidjarji. L-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment jirrikjedi l-iżvelar tal-kriterji żviluppati mill-entità biex tagħmel distinzjoni bejn proprjetà għall-investiment u proprjetà okkupata mis-sid jew proprjetà miżmuma għall-bejgħ matul il-kors normali tan-negozju, meta l-klassifikazzjoni tal-proprjetà tkun diffiċli.

Sorsi ta’ inċertezza fl-istimi

125

Entità għandha tiżvela informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet li tagħmel dwar il-futur, u sorsi oħrajn ewlenin ta’ inċertezza fl-istimi fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, li għandhom riskju sinifikanti li jirriżultaw f'aġġustament materjali fl-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet fis-sena finanzjarja ta’ wara. Fir-rigward ta’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet, in-noti għandhom jinkludu dettalji dwar:

(a)

in-natura tagħhom; u

(b)

l-ammont tagħhom miżmum fil-kotba fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar.

126

Id-determinazzjoni tal-ammonti miżmuma fil-kotba ta’ xi assi u obbligazzjonijiet teħtieġ stima tal-effetti ta’ avvenimenti futuri inċerti fuq dawk l-assi u obbligazzjonijiet fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. Pereżempju, fl-assenza ta’ prezzijiet tas-suq osservati riċentement, ikun meħtieġ li jsiru stimi orjentati lejn il-futur biex jitkejjel l-ammont li jista’ jiġi rkuprat ta’ klassijiet ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, l-effett fuq l-inventarji ta’ teknoloġiji li jkunu qed joħorġu mill-użu, provedimenti suġġetti għar-riżultat futur ta’ kawżi li jinsabu pendenti, u obbligazzjonijiet fit-tul marbuta mal-benefiċċji tal-impjegati, bħal ma huma obbligazzjonijiet tal-pensjoni. Dawn l-istimi jinvolvu suppożizzjonijiet dwar affarijiet bħal ma huma l-aġġustament tar-riskju għall-flussi ta’ flus jew għar-rati ta’ skont, tibdil futur fis-salarji u tibdil futur fil-prezzijiet li jaffettwaw kosti oħra.

127

Is-suppożizzjonijiet u sorsi oħrajn ta’ inċertezza fl-istimi żvelati skond il-paragrafu 125 huma marbuta mal-istimi li jeħtieġu l-aktar deċiżjonijiet diffiċli, suġġettivi u kumplessi min-naħa tal-maniġment. Hekk kif in-numru ta’ fatturi varjabbli u suppożizzjonijiet li jaffettwaw il-mod kif jistgħu jiġu riżolti l-inċertezzi fil-futur jiżdied, dawk id-deċiżjonijiet isiru aktar suġġettivi u kumplessi u l-potenzjal għall-aġġustament materjali konsegwenzjali fuq l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet normalment jiżdied proporzjalment.

128

L-iżvelar fil-paragrafu 125 mhuwiex meħtieġ għal assi u obbligazzjonijiet b'riskju sinifikanti li l-ammonti tagħhom miżmuma fil-kotba jistgħu jinbidlu materjalment fis-sena finanzjarja li jmiss jekk, fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ikunu mkejla fil-valur ġust ibbażat fuq prezzijiet osservati riċentement fis-suq. Dawn il-valuri ġusti jista’ jkun li jinbidlu materjalment fis-sena finanzjarja li jmiss iżda dan it-tibdil ma jkunx qed jirriżulta minn suppożizzjonijiet jew sorsi oħrajn ta’ inċertezza fl-istimi fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar.

129

Entità tippreżenta l-informazzjoni żvelata skond il-paragrafu 125 b'tali mod li jgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jifhmu l-ġudizzji li jagħmel il-maniġment dwar il-futur u dwar sorsi oħrajn ta’ inċertezza fl-istimi. In-natura u l-firxa tal-informazzjoni pprovduta jvarjaw skond in-natura tas-suppożizzjoni u ċirkustanzi oħra. Eżempji tat-tipi ta’ informazzjoni li entità tiżvela huma:

(a)

in-natura tas-suppożizzjoni jew ta’ inċertezza oħra fl-istimi;

(b)

is-sensittività tal-ammonti miżmuma fil-kotba għall-metodi, suppożizzjonijiet u stimi li fuqhom sar il-kalkolu tagħhom, inklużi r-raġunijiet għas-sensittività;

(c)

ir-riżoluzzjoni mistennija ta’ inċertezza u l-firxa ta’ riżultati li jistgħu jseħħu b'mod raġonevoli fil-kors tas-sena finanzjarja li jkun imiss fir-rigward tal-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet affettwati; u

(d)

spjegazzjoni tat-tibdil li jkun sar fuq is-suppożizzjonijiet tal-passat li jirrigwardaw dawk l-assi u obbligazzjonijiet, jekk l-inċertezza tibqa’ ma tkunx riżolta.

130

Dan l-Istandard ma jitlobx li entità tiżvela informazzjoni jew tbassir mill-baġit tagħha meta tiżvela informazzjoni mitluba mill-paragrafu 125.

131

Xi drabi ma jkunx prattikabbli li jintwera kemm jista’ jkollhom effett suppożizzjoni jew sors ieħor ta’ inċertezza fl-istimi fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. F'każijiet bħal dawn, l-entità tiddikjara li hu possibbli b'mod raġonevoli, fuq il-bażi ta’ dak li hu magħruf, li dawk ir-riżultati fis-sena finanzjarja li jmiss li huma differenti mis-suppożizzjoni jistgħu jkunu jeħtieġu aġġustament materjali fl-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew tal-obbligazzjoni affettwati. Fil-każijiet kollha, l-entità tiżvela n-natura u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjoni speċifiċi (jew tal-klassi tal-assi jew l-obbligazzjonijiet) affettwati mis-suppożizzjoni.

132

L-iżvelar fil-paragrafu 122 ta’ ġudizzji partikulari li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità, m’għandux x’jaqsam mal-iżvelar tas-sorsi ta’ inċertezza fl-istimi fil-paragrafu 125.

133

IFRSs oħrajn jeħtieġu l-iżvelar ta’ wħud mill-preżunzjonijiet li altrimenti kienu jkunu meħtieġa skond il-paragrafu 125. Pereżempju, L-IAS 37 jeħtieġ l-iżvelar, f’ċirkustanzi speċifikati, ta’ suppożizzjonijiet ewlenin rigward avvenimenti futuri li jaffettwaw klassijiet ta’ provedimenti. L-IFRS 7 jirrikjedi l-iżvelar ta’ suppożizzjonijiet sinifikanti li l-entità tuża fl-istima tal-valuri ġusti ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji li jinżammu fil-kotba fil-valur ġust. L-IAS 16 jirrikjedi l-iżvelar ta’ suppożizzjonijiet sinifikanti li l-entità tuża fl-istima tal-valuri ġusti ta’ entrati ta’ proprjetà, impjant u tagħmir li jkunu ġew rivalutati.

Kapital

134

Entità għandha tiżvela informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw l-għanijiet, il-politika u l-proċessi tal-entità fl-immaniġġjar tal-kapital.

135

Biex tkun konformi mal-paragrafu 134, l-entità tiżvela dan li ġej:

(a)

informazzjoni kwalitattiva dwar l-għanijiet, il-politika u l-proċessi tal-entità fl-immaniġġjar tal-kapital, li tinkludi:

(i)

deskrizzjoni ta’ x'timmaniġġja bħala kapital;

(ii)

meta entità hi suġġetta għal rekwiżiti ta’ kapital imposti esternament, in-natura ta’ dawk ir-rekwiżiti u kif dawk ir-rekwiżiti huma inkorporati fl-immaniġġjar tal-kapital; u

(iii)

kif qed tilħaq l-għanijiet tagħha fl-immaniġġjar tal-kapital.

(b)

informazzjoni kwantitattiva fil-qosor dwar x'timmaniġġja bħala kapital. Xi entitajiet iqisu ċerti obbligazzjonijiet finanzjarji (eż. ċerti forom ta’ dejn subordinat) bħala parti mill-kapital. Entitajiet oħrajn iqisu l-kapital bħala li jeskludi ċerti komponenti ta’ ekwità (eż. komponenti li jirriżultaw minn hedges ta’ fluss ta’ flus).

(c)

kwalunkwe tibdil f'(a) u (b) mill-perjodu ta’ qabel.

(d)

jekk matul il-perjodu hija kkonformatx ma’ kwalunkwe rekwiżiti ta’ kapital imposti esternament li għalihom hi soġġetta.

(e)

meta l-entità ma tkunx konformi ma' tali rekwiżiti ta’ kapital imposti esternament, il-konsegwenzi ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità.

L-entità tibbaża dan l-iżvelar fuq l-informazzjoni pprovduta internament lill-membri kruċjali tal-maniġment.

136

Entità tista' timmaniġġja l-kapital b'numru ta’ modi u tkun suġġetta għal numru ta’ rekwiżiti differenti dwar il-kapital. Pereżempju, konglomerat jista' jinkludi entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ assigurazzjoni u bankarji, u dawk l-entitajiet jistgħu joperaw f'diversi ġurisdizzjonijiet. Meta l-iżvelar aggregat tar-rekwiżiti tal-kapital u ta’ kif il-kapital hu mmaniġġjat ma jkunx ser jipprovdi informazzjoni utli, jew ikun ser jgħawweġ l-għarfien li l-utent tar-rapport finanzjarju jkollu tar-riżorsi kapitali tal-entità, l-entità għandha tiżvela informazzjoni separata għal kull rekwiżit ta’ kapital li għalih l-entità hi suġġetta.

Żvelar ta’ informazzjoni oħra

137

Entità għandha tiżvela fin-noti:

(a)

l-ammont ta’ dividendi proposti jew iddikjarati qabel ma r-rapporti finanzjarji kienu awtorizzati għall-ħruġ iżda mhux rikonoxxuti bħala distribuzzjoni lis-sidien matul il-perjodu, u l-ammonti relatati għal kull sehem; u

(b)

l-ammont ta’ dividendi privileġġati kumulattivi mhux rikonoxxuti.

138

Entità għandha tiżvela dan li ġej, sakemm dan ma jkunx żvelat x'imkien ieħor f’informazzjoni ppubblikata mar-rapporti finanzjarji:

(a)

id-domiċilju u l-forma legali tal-entità, il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tagħha u l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tagħha (jew il-post prinċipali tan-negozju, jekk ikun differenti mill-uffiċċju rreġistrat);

(b)

deskrizzjoni tan-natura tal-operazzjonijiet u tal-attivitajiet prinċipali tal-entità; u

(c)

l-isem tal-kumpanija prinċipali u tal-kumpanija prinċipali finali tal-grupp.

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

139

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew qabel. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu iktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt.

IRTIRAR TAL-IAS 1 (RIVEDUT 2003)

140

Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji rivedut fl-2003, kif emendat fl-2005.

Appendiċi

Emendi għal dikjarazzjonijiet oħrajn

Entità għandha tapplika l-emendi f’din l-appendiċi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

A1   [Emenda mhux applikabbli għal Standards bare u nnumerati]

A2   [Emenda mhux applikabbli għal Standards bare u nnumerati]

A3   Fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (inklużi l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità u l-Interpretazzjonijiet), u fl-introduzzjonijiet għall-IFRSs, ir-referenzi li ġejjin huma emendati kif deskritt hawn taħt, ħlief jekk ikun iddikjarat mod ieħor f'din l-appendiċi.

“fuq il-wiċċ ta’ ” hi emendata għal “fi”.

“rapport tal-qligħ” hi emendata għal “rapport tad-dħul komplessiv”.

“karta tal-bilanċ” hi emendata għal “rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

“rendikonti tal-flussi ta’ flus” hi emendata għal “rapport tal-flussi ta’ flus”.

“data tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “tmiem tal-perjodu tar-rappurtar”.

“data tal-karta tal-bilanċ sussegwenti” hi emendata għal “tmiem tal-perjodu sussegwenti tar-rappurtar”.

“kull data tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “it-tmiem ta’ kull perjodu tar-rappurtar”.

“wara d-data tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “wara l-perjodu tar-rappurtar”.

“data tar-rappurtar” hi emendata għal “tmiem tal-perjodu tar-rappurtar”.

“kull data tar-rappurtar” hi emendata għal “it-tmiem ta’ kull perjodu tar-rappurtar”.

“l-aħħar data tar-rappurtar annwali” hi emendata għal “tmiem tal-aħħar perjodu tar-rappurtar annwali”.

“detenturi tal-ekwità” hi emendata għal “sidien” (ħlief fl-IAS 33 Qligħ Sehem b'Sehem).

“imneħħi minn ekwità u rikonoxxut fi profitt jew telf” u “imneħħi minn ekwità u inkluż fi profitt jew telf” huma emendati għal “irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni”.

“Standard jew Interpretazzjoni” hi emendata għal “IFRS”.

“Standard jew Interpretazzjoni” hi emendata għal “IFRS”.

“Standards u Interpretazzjonijiet” hija emendata għal “IFRSs” (ħlief fil-paragrafu 5 tal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji).

Referenzi għall-verżjoni kurrenti tal-IAS 7 Rendikonti tal-Flussi ta’ Flus huma emendati għall-IAS 7 Rapport tal-Flussi ta’ Flus.

Referenzi għall-verżjoni kurrenti tal-IAS 10 Avvenimenti wara d-Data tal-Karta tal-Bilanċ huma emendati għall-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtar.

L-IFRS 1   Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

A4   L-IFRS 1 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafi 6 u 7 huma emendati kif ġej:

“6

Entità għandha tipprepara u tippreżenta rapport tal-ftuħ tal-pożizzjoni finanzjarja skond l-IFRSs fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Dan hu l-punt tal-bidu għall-kontabilità tagħha taħt l-IFRSs.

7

Entità … Dik il-politika tal-kontabilità għandha tkun konformi ma' kull IFRS li jkun fis-seħħ fit-tmiem tal-ewwel perjodu tar-rappurtar tagħha taħt l-IFRSs, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 13–34B u 37.”

L-eżempju wara l-paragrafu 8 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Referenzi għas-snin “2003” sa “2005” huma emendati għal “20X3” sa “20X5” rispettivament.

Il-paragrafi Sfond u Applikazzjoni tar-rekwiżiti huma emendati kif ġej:

“Sfond

It-tmiem tal-ewwel perjodu tar-rappurtar taħt l-IFRSs tal-entità A hu l-31 ta’ Diċembru, 20X5. L-entità A tiddeċiedi li tippreżenta informazzjoni komparattiva f'dawk ir-rapporti finanzjarji għal sena waħda biss (ara l-paragrafu 36) …

Applikazzjoni tar-rekwiżiti

Entità A … fil-:

(a)

preparazzjoni u l-preżentazzjoni tar-rapport tal-ftuħ tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja fl-1 ta' Jannar 20X4 skond l-IFRSs; u …”

Il-paragrafi 10, 12(a) u 21 huma emendati, kif ġej:

“10

Ħlief kif deskritt fil-paragrafi 13-34B, entità għandha, fir-rapport tal-ftuħ tagħha tal-IFRS dwar il-pożizzjoni finanzjarja: …

12

Dan l-IFRS jistabbilixxi żewġ kategoriji ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju li l-ewwel rapport tal-ftuħ ta’ entità taħt l-IFRSs għandu jkun konformi ma' kull IFRS:

(a)

il-paragrafi 13–25I jagħtu eżenzjonijiet minn xi rekwiżiti ta’ IFRSs oħrajn.

21

L-IAS 21 L-Effetti ta’ Tibdil Fir-Rati tal-Kambju jirrikjedi li entità:

(a)

tirrikonoxxi xi differenzi tal-qlib fi dħul ieħor komplessiv u takkumulahom f'komponent separat tal-ekwità; u

(b)

mad-disponiment ta’ operazzjoni barranija, tirriklassifika id-differenza kumulattiva tal-qlib għal dik l-operazzjoni barranija (inkluż, jekk ikun applikabbli, qligħ jew telf fuq hedges relatati) minn ekwità għal profitt jew telf bħala parti mill-qligħ jew telf mid-disponiment.”

Fil-paragrafu 32, referenzi għas-snin “2003” u “2004” huma emendati għal “20X4” u “20X5” rispettivament.

Il-paragrafi 32, 35 u 36 huma emendati, kif ġej:

“32

Entità … Minflok, l-entità għandha tirrifletti dik l-informazzjoni l-ġdida fi profitt jew telf (jew, jekk ikun xieraq, fi dħul ieħor komplessiv) għas-sena li tkun intemmet fil-31 ta’ Diċembru, 20X4.

35

Ħlief kif deskritt fil-paragrafu 37, dan l-IFRS ma jipprovdix eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni u żvelar f'IFRSs oħrajn.

36

Biex tkun konformi mal-IAS 1, l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità taħt l-IFRSs għandhom jinkludu mill-inqas tliet rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja, żewġ rapporti tad-dħul komplessiv, żewġ rapporti separati tad-dħul (jekk ippreżentati), żewġ rapporti tal-flussi ta’ flus u żewġ rapporti tat-tibdil fl-ekwità u noti relatati, inkluża informazzjoni komparattiva.”

Il-paragrafi 36A–36C u l-intestaturi ta’ fuqhom huma mħassra.

Il-paragrafi 39 u 45(a) huma emendati kif ġej:

“39

Biex ikunu konformi mal-paragrafu 38, l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjijin skond l-IFRS għandhom jinkludu:

(a)

(ii)

it-tmiem … taħt il-GAAP ta’ qabel.

(b)

tqabbil mad-dħul totali komplessiv tagħha taħt l-IFRSs għall-aħħar perjodu fir-rapporti finanzjarji annwali l-iktar riċenti tal-entità. Il-punt tal-bidu għal dak it-tqabbil għandu jkun id-dħul totali komplessiv taħt il-GAAP ta’ qabel għall-istess perjodu jew, jekk entità ma tkunx irrappurtat dak it-total, il-profitt jew telf taħt il-GAAP ta’ qabel.

(c)

45

Biex tkun konformi ma' …

(a)

Kull rapport finanzjarju interim bħal dan għandu, jekk l-entità tkun ippreżentat rapport finanzjarju interim għall-perjodu interim komparabbli tas-sena finanzjarja ta’ qabel, jinkludi:

(i)

tqabbil bejn l-ekwità tagħha taħt il-GAAP ta’ qabel fit-tmiem ta’ dak il-perjodu interim komparabbli u l-ekwità tagħha taħt l-IFRSs f'dik id-data; u

(ii)

tqabbil mad-dħul totali komplessiv tagħha taħt l-IFRSs għal dak il-perjodu interim komparabbli (kurrenti u tas-sena sal-aħħar tal-perjodu). Il-punt tal-bidu għal dik ir-rikonċiljazzjoni għandu jkun id-dħul totali komplessiv taħt il-GAAP ta’ qabel għal dak il-perjodu jew, jekk entità ma tkunx irrappurtat dak it-total, il-profitt jew telf taħt il-GAAP ta’ qabel.”

Il-paragrafu 47C hu mħassar.

Il-paragrafu 47H hu miżjud kif ġej:

“47H

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 6, 7, 8 (Eżempju), 10, 12(a), 21, 32, 35, 36, 39(b) u 45(a), l-Appendiċi A u l-paragrafu B2(i) fl-Appendiċi B, u ħassar il-paragrafi 36A–36C u 47C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

Fl-Appendiċi A, it-termini definiti huma emendati kif ġej:

“l-ewwel perjodu tar-rappurtar taħt l-IFRSs

L-aħħar perjodu tar-rappurtar kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji tal-entità taħt l-IFRSs.

Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs)

Standards u Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB). Dawn jinkludu:

(a)

(b)

(c)

Interpretazzjonijiet żviluppati mill-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) jew dak li kien il-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC).”

Fl-Appendiċi A, id-definizzjoni tal-“karta tal-bilanċ tal-bidu mħejjija skont l-IFRS” hija emendata kif ġej:

“rapport tal-ftuħ tal-pożizzjoni finanzjarja skont l-IFRSs

Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.”

Fl-Appendiċi A, id-definizzjoni tad-“data ta' rappurtar” titħassar.

Fl-appendiċi B, il-paragrafu B2(i) hu emendat kif ġej:

“B2

Jekk min jadotta għall-ewwel darba …

(i)

Jekk min jadotta għall-ewwel darba jkun irrikonoxxa l-avvjament taħt il-GAAP ta’ qabel bħala tnaqqis mill-ekwità:

(i)

m'għandux jirrikonoxxi dak il-valur tal-avvjament fir-rapport tal-ftuħ tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu taħt l-IFRS. Barra minn dan, m'għandux jirriklassifika dak il-valur tal-avvjament fi profitt jew telf jekk jiddisponi mill-kumpanija sussidjarja jew jekk l-investiment fil-kumpanija sussidjarja jiġi indebolit.”

L-IFRS 4   Kuntratti tal-Assigurazzjoni

A5   Fl-IFRS 4, il-paragrafi 30 u 39A(a) huma emendati kif ġej:

“30

F'xi mudelli tal-kontabilità … L-aġġustament relatat mal-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni (jew kosti differiti tal-akkwiżizzjoni jew assi intanġibbli) jiġi rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv jekk, u biss jekk, il-qligħ jew telf mhux irrealizzat ikun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv. Din il-prattika …

39A

Biex tkun konformi ma' …

(a)

analiżi tas-sensittività li turi kif il-profitt jew telf u l-ekwità kienu jkunu affettwati li kieku seħħew bidliet fil-varjabbli relevanti tar-riskju li setgħu b'mod raġonevoli jseħħu fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar; il-metodi u s-suppożizzjonijiet użati fil-preparazzjoni tal-analiżi ta’ sensittività; u l-bidliet li jista’ jkun hemm mill-perjodu ta’ qabel fil-metodi u s-suppożizzjonijiet użati. Madankollu …”

Il-paragrafu 41B hu miżjud kif ġej:

“41B

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 30. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IFRS 5   Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx

A6   L-IFRS5 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 3, “(kif rivedut fl-2003)” hi mħassra.

Fil-paragrafu 28, “fl-istess caption tar-rapport tad-dħul” hi emendata għal “fl-istess caption fir-rapport tad-dħul komplessiv”.

Il-paragrafu 33A hu miżjud kif ġej:

“33A

Jekk entità tippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf f'rapport separat tad-dħul kif deskritt fil-paragrafu 81 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007), għandha tkun ippreżentata f'dak ir-rapport separat sezzjoni identifikata bħala li tirreferi għal operazzjonijiet li ma tkomplewx.”

Fil-paragrafu 38, “rikonoxxut direttament fl-ekwità” hi emendata għal “rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv”.

Il-paragrafu 44A hu miżjud kif ġej:

“44A

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan emenda l-paragrafi 3 u 38, u żied il-paragrafu 33A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

Fl-Appendiċi A, id-definizzjoni ta’ assi kurrenti hi emendata kif ġej:

“Entità għandha tikklassifika assi bħala kurrenti meta:

(a)

tistenna li ser tirrealizza l-assi, jew għandha l-intenzjoni li tbigħu jew tikkonsmah, fiċ-ċiklu normali tal-operat tagħha;

(b)

iżżomm l-assi primarjament bl-iskop li tinnegozjah;

(c)

tistenna li tirrealizza l-assi fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar; jew

(d)

l-assi hu flus kontanti jew assi ekwivalenti għal flus kontanti (kif definit fl-IAS 7), ħlief jekk l-assi jkun ristrett milli jkun skambjat jew użat biex issalda obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.”

L-IFRS 7   Strumenti Finanzjarji: Żvelar ta’ Informazzjoni

A7   L-IFRS7 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

L-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 20 hi emendata kif ġej:

“Rapport tad-dħul komplessiv”

Il-paragrafu 20 hu emendat kif ġej:

“20

Entità għandha tirrapporta l-entrati li ġejjin ta’ dħul, spiża, qligħ jew telf jew fir-rapport tad-dħul komplessiv jew fin-noti:

(a)

qligħ nett jew telf nett fuq:

(i)

(ii)

assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, b’mod li jintwerew separatament l-ammont ta’ profitt jew telf rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv matul il-perjodu u l-ammont irriklassifikat minn ekwità għal qligħ jew telf għall-perjodu;

(iii)

…”

Il-paragrafu 21 hu emendat kif ġej:

“21

B'konformità mal-paragrafu 117 tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007), entità tiżvela, fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità, il-bażi (jew bażijiet) tal-kejl li jintużaw fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u politika oħra tal-kontabilità li tintuża u li tkun rilevanti sabiex jinftiehmu r-rapporti finanzjarji.”

Il-paragrafu 23(c) u (d) hu emendat kif ġej:

“23

Għal hedges tal-fluss ta’ flus, entità għandha tiżvela: …

(c)

l-ammont li kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv matul il-perjodu;

(d)

l-ammont li kien irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf għall-perjodu, b’mod li jintwera l-ammont inkluż f'kull entrata linja b’linja fir-rapport tad-dħul komplessiv; u …”

Fil-paragrafu 27(c), “fl-ekwità” hi emendata għal “fi dħul ieħor komplessiv”.

Il-paragrafu 44A hu miżjud kif ġej:

“44A

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 20, 21, 23(c) u (d), 27(c) u B5 tal-Appendiċi B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

Il-Paragrafu B5 hu emendat kif ġej:

“B5

… Il-paragrafu 122 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jirrikjedi ukoll li l-entitajiet jiżvelaw, fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità jew f'noti oħrajn, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi, li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.”

Fil-paragrafu B14 tal-Appendiċi B, “ammont fil-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “ammont fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

L-IFRS 8   Segmenti tal-Operat

A8   Fl-IFRS 8, il-paragrafi 21 u 23(f) huma emendati kif ġej:

“21

Biex tagħti … Tqabbiliet tal-ammonti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal segmenti li għandhom ikunu rrappurtati mal-ammonti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità għandhom isiru għal kull data li fiha jkun ippreżentat rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Informazzjoni għal perjodi fil-passat għandha tkun iddikjarata mill-ġdid kif deskritt fil-paragrafi 29 u 30.

23

Entità għandha …

(f)

entrati materjali ta’ dħul u spiża żvelati skond il-paragrafu 97 tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007);”

Il-paragrafu 36A hu miżjud kif ġej:

“36A

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 23(f). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 7   Rapport tal-Flussi ta’ Flus

A9   L-IAS 7 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

It-titlu hu emendat għal “Rapport tal-Flussi ta’ Flus”.

It-titolu (kif emendat) fuq l-Għan għandu din in-nota f’qiegħ il-paġna: “F'Settembru 2007, l-IAS B emenda t-titlu tal-IAS 7 minn Rendikonti tal-Flussi ta' Flus għal Rapport tal-Flussi ta' Flus bħala konsegwenza tar-reviżjoni tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji fl-2007.”

Fil-paragrafu 32, “ir-rapport tad-dħul” hi emendata għal “profitt jew telf”.

L-IAS 8   Politika dwar il-Kontabilità, Tibdil fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji

A10   L-IAS 8 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafu 5 hu emendat kif ġej:

fid-definizzjoni ta’ Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs), “oriġinati” hi emendata għal “żviluppati”.

fid-definizzjoni ta’ Materjali, “ta’ utenti meħudin” hi emendata għal “li l-utenti jagħmlu”.

L-IAS 10   Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtar

A11   L-IAS 10 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

It-titlu hu emendat għal “Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtar”.

Fil-paragrafu 21, “ta’ utenti meħudin” hi emendata għal “li l-utenti jagħmlu”.

L-IAS 11   Kuntratti ta’ Kostruzzjoni

A12   Fl-IAS 11, fil-paragrafi 26, 28 u 38, “ir-rapport tad-dħul” hi emendata għal “profitt jew telf”.

L-IAS 12   Taxxi fuq id-Dħul

A13   L-IAS 12 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

It-tielet paragrafu tal-“Għan” fl-IAS 12 hu emendat kif ġej:

“… Għal tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti ‘il barra mill-profitt jew telf (jew fi dħul ieħor komplessiv jew direttament fl-ekwità), kwalunkwe effetti marbuta mat-taxxa huma wkoll rikonoxxuti ‘il barra mill-qligħ jew telf (jew fi dħul ieħor komplessiv jew direttament fl-ekwità, rispettivament).”

Fil-paragrafi 22(b), 59, 60 u 65, “ir-rapport tad-dħul” hi emendata għal “profitt jew telf”, u fil-paragrafu 81(g)(ii) “ir-rapport tad-dħul” hi emendata għal “profitt jew telf”.

Il-paragrafu 23 hu emendat kif ġej:

“23

… B'konformità mal-paragrafu 61A, it-taxxa differita hija ddebitata direttament għall-ammont miżmum fil-kotba tal-komponent tal-ekwità. B'konformità mal-paragrafu 58, tibdil sussegwenti fl-obbligazzjoni tat-taxxa differita hu rikonoxxut fi profitt jew telf bħala spiża (dħul) tat-taxxa differita.”

Fil-paragrafu 52, fin-noti fl-aħħar ta’ Eżempju B u Eżempju C, “il-paragrafu 61” hi emendata għal “il-paragrafu 61A” u “iddebitat direttament għal ekwità” hi emendata għal “rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv”.

L-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 58 u l-paragrafu 58 huma emendati kif ġej:

“Entrati rikonoxxuti fi profitt jew telf

58

Taxxa kurrenti u differita għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dħul jew spiża u inklużi fi profitt jew telf għall-perjodu, ħlief sal-punt li t-taxxa tirriżulta minn:

(a)

tranżazzjoni jew avveniment li hu rikonoxxut, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti, ‘il barra minn profitt jew telf, jew fi dħul ieħor komplessiv jew direttament f’ekwità (ara l-paragrafi 61A sa 65); …”

Fil-paragrafu 60, “iddebitat jew ikkreditat għal l-ekwità” hi emendata għal “rikonoxxut ‘il barra minn profitt jew telf”.

Fl-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 61, “ikkreditat jew iddebitat direttament għal ekwità” hu emendat għal “rikonoxxut ‘il barra minn profitt jew telf”.

Il-paragrafu 61 hu mħassar u l-paragrafu 61A hu miżjud kif ġej:

“61A

Taxxa kurrenti u taxxa differita għandhom ikunu rikonoxxuti ‘l barra minn profitt jew telf jekk it-taxxa tirrigwarda entrati li jkunu rikonoxxuti, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti, ‘il barra minn profitt jew telf. Għalhekk, taxxa kurrenti u taxxa differita li jirrigwardaw entrati li jkunu rikonoxxuti, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti:

(a)

fi dħul ieħor komplessiv, għandhom ikunu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv (ara l-paragrafu 62).

(b)

direttament fl-ekwità, għandhom ikunu rikonoxxuti direttament fl-ekwità (ara l-paragrafu 62A).”

Il-paragrafi 62 u 63 huma emendati u l-paragrafu 62A hu miżjud kif ġej:

“62

L-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju jeħtieġu jew jippermettu li ċerti entrati jkunu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv. Eżempji ta’ entrati bħal dawn huma:

(a)

bidla fl-ammont miżmum fil-kotba li jirriżulta mir-rivalutazzjoni ta’ proprjetà, impjant u tagħmir (ara l-IAS 16); u

(b)

[imħassar];

(c)

differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji ta’ operazzjoni barranija (ara l-IAS 21).

(d)

[imħassar];

62A

L-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju jeħtieġu jew jippermettu li ċerti entrati jkunu kkreditati jew iddebitati direttament fl-ekwità. Eżempji ta’ entrati bħal dawn huma:

(a)

aġġustament fil-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal li jirriżulta jew minn bidla fil-politika tal-kontabilità li tkun applikata b'mod retrospettiv jew minn korrezzjoni ta’ żball (ara l-IAS 8 Politika ta’ Kontabilità, Tibdil fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji); u

(b)

ammonti li jirriżultaw mar-rikonoxximent inizjali ta’ komponent tal-ekwità fi strument finanzjarju kompost (ara l-paragrafu 23).

63

F'ċirkustanzi eċċezzjonali jista' jkun diffiċli biex wieħed jiddetermina l-ammont ta’ taxxa kurrenti u taxxa differita li tirrigwarda entrati rikonoxxuti ‘l barra minn profitt jew telf (jew fi dħul ieħor komplessiv jew direttament fl-ekwità). Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, meta:

(a)

(b)

bidla fir-rata tat-taxxa … għal oġġett li qabel kien rikonoxxut ‘il barra minn profitt jew telf; jew

(c)

entità … u l-assi ta’ taxxa differita jirrigwarda (kollu jew parti minnu) entrata li qabel kienet rikonoxxuta ‘l barra minn profitt jew telf.

F'każijiet bħal dawn, it-taxxa kurrenti u t-taxxa differita relatati ma' entrati li jkunu rikonoxxuti ‘l barra minn profitt jew telf ikunu bbażati fuq allokazzjoni raġonevoli pro rata tat-taxxa kurrenti u t-taxxa differita tal-entità fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa kkonċernata, jew fuq metodu ieħor li jwassal għal allokazzjoni iktar adattata fiċ-ċirkustanzi.”

Fil-paragrafu 65, “ikkreditat jew iddebitat fl-ekwità” hi emendata għal “rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv”.

Il-paragrafu 68C hu emendat kif ġej:

“68C

Kif innotat … (a) tranżazzjoni jew avveniment li hija rikonoxxuta, fl-istess perjodu jew f’wieħed differenti, ‘il barra minn profitt jew telf, jew (b) kombinament ta’ negozji. …”

Il-paragrafu 77 hu emendat u l-paragrafu 77A hu miżjud kif ġej:

“77

L-ispiża/id-dħul tat-taxxa marbuta mal-profitt jew telf mill-attivitajiet ordinarji għandha tkun ippreżentata fir-rapport tad-dħul komplessiv.

77A

Jekk entità tippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf f'rapport separat tad-dħul kif deskritt fil-paragrafu 81 tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007), hi tippreżenta l-ispiża/id-dħul tat-taxxa marbuta mal-profitt jew telf mill-attivitajiet ordinarji f'dak ir-rapport separat.”

Il-paragrafu 81 hu emendat kif ġej:

“81

Dawn li ġejjin għandhom ikunu wkoll iddikjarati separatament:

(a)

l-ammonti komplessivi ta’ taxxa kurrenti u differita li jirreferu għal entrati li huma ddebitati jew ikkreditati direttament f’ekwità (ara l-paragrafu 62A);

(ab)

l-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul li jirreferi għal kull komponent ta’ dħul ieħor komplessiv (ara l-paragrafu 62 u l-IAS 1 (kif rivedut fl-2007));

(b)

[imħassar]; …”

Il-paragrafu 92 hu miżjud kif ġej:

“92

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 23, 52, 58, 60, 62, 63, 65, 68C, 77 u 81, ħassar il-paragrafu 61 u żied il-paragrafi 61A, 62A u 77A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 14   Rappurtar tas-segmenti

A14   L-IAS 14 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafi 2, 52A u 54 huma emendati, kif ġej:

“2

Sett komplet ta’ rapporti finanzjarji jinkludi rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, rapport tad-dħul komplessiv, rapport tal-flussi ta’ flus, rapport tat-tibdil fl-ekwità, u noti, kif stipulat fl-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007). Meta jkun ippreżentat rapport separat tad-dħul b'konformità mal-IAS 1, dan ikun parti minn dak is-sett komplet.

52A

Entità … l-operazzjonijiet kollha li kienu ġew ikklassifikati bħala li ma tkomplewx sat-tmiem tal-aħħar perjodu ta’ rapportaġġ ippreżentat.

54

Eżempju ta’ kejl ta’ prestazzjoni ta’ segment ogħla mir-riżultat tas-segment fir-rapport tad-dħul komplessiv hu l-marġni gross fuq il-bejgħ. Eżempji ta’ kejl ta’ prestazzjoni ta’ segment taħt ir-riżultat tas-segment fir-rapport tad-dħul komplessiv huma l-profitt jew telf minn attivitajiet ordinarji (jew qabel jew wara t-taxxa fuq id-dħul) u l-profitt jew telf.”

Il-paragrafu 85 hu miżjud kif ġej:

“85

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 2. Entità għandha tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 16   Proprjetà, Impjant u Tagħmir

A15   L-IAS 16 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafi 39 u 40 huma emendati kif ġej:

“39

Jekk l-ammont ta’ assi kif miżmum fil-kotba jiżdied b'riżultat ta’ rivalutazzjoni, iż-żieda għandha tkun rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u akkumulata fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ bilanċ fuq rivalutazzjoni. Madankollu …

40

Jekk l- … ta’ assi … Madankollu, it-tnaqqis għandu jkun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv sal-punt ta’ kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu li jkun hemm fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni fir-rigward ta’ dak l-assi. It-tnaqqis rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv inaqqas l-ammont akkumulat fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ bilanċ fuq rivalutazzjoni.”

Fil-paragrafu 73(e)(iv), “rikonoxxut jew imreġġa’ lura direttament fl-ekwità” hi emendata għal “rikonoxxut jew imreġġa’ lura fi dħul ieħor komplessiv”.

Il-paragrafu 81B hu miżjud kif ġej:

“81B

L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 39, 40 u 73(e)(iv). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 19   Benefiċċji tal-Impjegati

A16   L-IAS 19 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 69, “f'kull data suċċessiva tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “fit-tmiem ta’ kull perjodu suċċessiv tar-rappurtar”.

Il-paragrafi 93A–93D huma emendati kif ġej:

“93A

Jekk, kif permess mill-paragrafu 93, entità tadotta politika li tirrikonoxxi qligħ jew telf attwarju fil-perjodu li fih iseħħ, tista' tirrikonoxxih fi dħul ieħor komplessiv, b'konformità mal-paragrafi 93B-93D, sakemm …

93B

Qligħ u telf attwarju rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv kif permess mill-paragrafu 93A għandu jkun ippreżentat fir-rapport tad-dħul komplessiv.

93C

Entità li tirrikonoxxi qligħ u telf attwarju b'konformità mal-paragrafu 93A għandha tirrikonoxxi wkoll kwalunkwe aġġustamenti li jirriżultaw mil-limitu fil-paragrafu 58(b) fi dħul ieħor komplessiv.

93D

Qligħ jew telf attwarju u aġġustamenti li jirriżultaw mil-limitu fil-paragrafu 58(b) li kienu ġew rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv għandhom ikunu rikonoxxuti minnufih fi qligħ imfaddal. M'għandhomx ikunu rriklassifikati fi profitt jew telf f’perjodu sussegwenti.”

Fil-paragrafu 105 u fit-tielet paragrafu tal-Eżempju mogħti mal-paragrafu 106, “ir-rapport tad-dħul” hi emendata għal “profitt jew telf”.

Il-paragrafu 120A hu emendat kif ġej:

“120A

Entità għandha tiżvela l-informazzjoni li ġejja dwar il-pjani ta’ benefiċċju definit: …

(h)

l-ammont totali rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv għal kull waħda minn dawn li ġejjin: …

(i)

għal entitajiet li jirrikonoxxu qligħ jew telf attwarju fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 93A, l-ammont kumulattiv ta’ qligħ jew telf attwarju rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv.”

Il-paragrafu 161 hu miżjud kif ġej:

“161

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 93A–93D, 106 (Eżempju) u 120A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 20   Kontabilità għal Għotjiet tal-Gvern u Żvelar ta’ Informazzjoni dwar Għajnuna tal-Gvern

A17   L-IAS 20 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafi 14 u 15, “ir-rapport tad-dħul” hi emendata għal “profitt jew telf”.

Fil-paragrafu 28, “għall-għan tal-preżentazzjoni fil-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “għall-għan tal-preżentazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Il-paragrafu 29A hu miżjud kif ġej:

“29A

Jekk entità tippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf f'rapport separat tad-dħul kif deskritt fil-paragrafu 81 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007), hi tippreżenta l-għotjiet relatati mad-dħul, hekk kif meħtieġ fil-paragrafu 29, f'dak ir-rapport separat.”

Il-paragrafu 42 hu miżjud kif ġej:

“42

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, żied il-paragrafu 29A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 21   L-Effetti ta’ Tibdil Fir-Rati tal-Kambju

A18   L-IAS 21 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 7, “… rapporti ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw … ” hija emendata għal “… rapport tal-flussi ta’ flus li jirriżultaw …”

Fl-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 23, “Rappurtar f'dati sussegwenti tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “Rappurtar fit-tmiem ta’ perjodi sussegwenti ta’ rappurtar”.

Fil-paragrafu 27, “rrappurtat inizjalment fl-ekwità” hi emendata għal “rikonoxxut inizjalment fi dħul ieħor komplessiv”.

Fil-paragrafi 30 u 31, “rikonoxxut direttament f’ekwità” u “rikonoxxut fl-ekwità” huma emendati għal “rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv”.

Fil-paragrafu 32, “rikonoxxut inizjalment f'komponent separat tal-ekwità u rikonoxxut fi profitt jew telf” hi emendata għal “rikonoxxut inizjalment fi dħul ieħor komplessiv u rriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf”.

Fil-paragrafu 33, “irriklassifikat għall-komponent separat tal-ekwità” hi emendata għal “rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv”.

Il-paragrafu 37 hu emendat kif ġej:

“37

L-effett … Differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib ta’ operazzjoni barranija u li kienu rikonoxxuti qabel fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafi 32 u 39(c) ma jkunux irriklassifikati minn ekwità fi profitt jew telf sakemm isir id-disponiment tal-operazzjoni.”

Fil-paragrafu 39(a), “bir-rata tal-għeluq fid-data tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “bir-rata tal-għeluq fid-data ta’ dak ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Fil-paragrafu 39(b), “kull rapport tad-dħul” hi emendata għal “kull rapport tad-dħul komplessiv jew rapport separat tad-dħul ippreżentat”.

Fil-paragrafu 39(c), “bħala komponent separat tal-ekwità” hi emendata għal “fi dħul ieħor komplessiv”.

Il-paragrafi 41, 45, 46, 48 u 52 huma emendati kif ġej:

“41

Id-differenzi fil-kambju li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 39(c) jirriżultaw minn:

(a)

qlib ta’ dħul u spejjeż bir-rati tal-kambju fid-dati tat-tranżazzjonijiet u ta’ assi u obbligazzjonijiet bir-rata tal-għeluq.

Dawn id-differenzi fil-kambju mhumiex rikonoxxuti fi profitt jew telf minħabba li t-tibdil fir-rati tal-kambju għandu ftit jew l-ebda effett dirett fuq il-flussi preżenti u futuri ta’ flus minn operazzjonijiet. L-ammont kumulattiv tad-differenzi fil-kambju huma ppreżentati f'komponent separat tal-ekwità sad-disponiment tal-operazzjoni barranija. Meta d-differenzi fil-kambju jirrigwardaw operazzjoni barranija li hi konsolidata iżda mhijiex kollha kemm hi proprjetà tal-entità, …

45

L-inkorporazzjoni … Għaldaqstant, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità li tkun qed tirrapporta, tali differenza fil-kambju tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf jew, jekk tirriżulta miċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 32, tkun rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u akkumulata f'komponent separat tal-ekwità sakemm isir id-disponiment tal-operazzjoni barranija.

46

Meta … l-IAS 27 jippermetti l-użu ta' data differenti sakemm id-differenza ma tkunx aktar minn tliet xhur u jsiru aġġustamenti għall-effetti ta' kwalunkwe tranżazzjonijiet sinifikanti jew avvenimenti oħra li jseħħu bejn id-dati differenti. …

48

Malli jsir id-disponiment ta’ operazzjoni barranija, l-ammont kumulattiv tad-differenzi fil-kambju relatati ma' dik l-operazzjoni barranija, rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv u akkumulati f'komponent separat tal-ekwità, għandhom ikunu rriklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament ta’ riklassifikazzjoni) meta jkun rikonoxxut il-qligħ jew telf mid-disponiment (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)).

52

Entità għandha tiżvela:

(b)

id-differenzi netti fil-kambju rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv u akkumulati f'komponent separat tal-ekwità, u t-tqabbil tal-ammont ta’ differenzi fil-kambju bħal dawn fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu.”

Il-paragrafu 60A hu miżjud kif ġej:

“60A

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 27, 30–33, 37, 39, 41, 45, 48 u 52. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 24   Żvelar ta’ Informazzjoni fuq Partijiet Relatati

A19   Fl-IAS 24, fil-paragrafu 19, “fuq il-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

L-IAS 27   Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati

A20   L-IAS 27 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 4, fid-definizzjoni tal-metodu tal-kost, “qligħ akkumulat” hi emendata għal “qligħ imfaddal”.

Il-paragrafi 26, 27, 30 u 40(e) huma emendati kif ġej:

“26

Ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji tagħha użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom ikunu ppreparati sal-istess data. Meta t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar tal-kumpanija prinċipali hu differenti minn dak ta’ kumpanija sussidjarja, il-kumpanija sussidjarja tħejji, għal għanijiet ta’ konsolidament, rapporti finanzjarji addizzjonali ppreparati sal-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan.

27

Meta … ir-rapporti finanzjarji ta’ kumpanija sussidjarja użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati jiġu mħejjija sa data differenti minn dik tal-kumpanija prinċipali, għandhom isiru aġġustamenti għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti sinifikanti li jseħħu bejn dik id-data u d-data tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar tal-kumpanija sussidjarja u dik tal-kumpanija prinċipali m'għandhiex tkun ta’ iktar minn tliet xhur. It-tul tal-perjodi tar-rappurtar u kwalunkwe differenza bejn it-tmiem tal-perjodi tar-rappurtar għandhom ikunu l-istess minn perjodu għall-ieħor.

30

Id-dħul … rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-IAS 21 L-Effetti ta’ Tibdil fir-Rati tal-Kambju, jiġi rriklassifikat fi profitt jew telf konsolidat bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni fil-qligħ jew telf mid-disponiment tal-kumpanija sussidjarja.

40

L-iżvelar tal-informazzjoni li ġejja …

(e)

it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar tar-rapporti finanzjarji ta’ kumpanija sussidjarja meta rapporti finanzjarji bħal dawn jintużaw biex ikunu ppreparati rapporti finanzjarji konsolidati u huma sa data jew għal perjodu li hu differenti minn dawk tal-kumpanija prinċipali, u r-raġuni għaliex intużaw data jew perjodu differenti; …”

Il-paragrafu 43A hu miżjud kif ġej:

“43A

L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 30. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 28   Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati

A21   L-IAS 28 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafi 11, 24, 25, 37(e) u 39 huma emendati kif ġej:

“11

Taħt il-metodu tal-ekwità … Aġġustamenti lill-ammont miżmum fil-kotba jistgħu jkunu meħtieġa wkoll għal tibdil fl-interess proporzjonali tal-investitur fl-entità li fiha jkun qed isir l-investiment, liema tibdil jinħoloq minn tibdil fid-dħul ieħor komplessiv tal-entità li fiha jkun qed isir l-investiment. Tibdil bħal dan jinkludi dak li jirriżulta minn rivalutazzjoni tal-proprjetà, impjant u tagħmir u minn differenzi fil-qlib tal-kambju. Il-porzjon tal-investitur ta’ dak it-tibdil ikun rikonoxxut fid-dħul ieħor komplessiv tal-investitur (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)).

24

L-aktar riċenti … Meta t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar tal-investitur hu differenti minn dak tal-kumpanija assoċjata, il-kumpanija assoċjata tipprepara, għall-użu tal-investitur, rapporti finanzjarji sal-istess data bħal dik tar-rapporti finanzjarji tal-investitur ħlief jekk ma jkunx prattikabbli li tagħmel hekk.

25

Meta … ir-rapporti finanzjarji ta’ kumpanija assoċjata użati fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità jkunu ppreparati sa data differenti minn dik tal-investitur … Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar tal-kumpanija assoċjata u dak tal-investitur m'għandhiex tkun ta’ iktar minn tliet xhur. It-tul tal-perjodi tar-rappurtar u kwalunkwe differenza bejn it-tmiem tal-perjodi tar-rappurtar għandhom ikunu l-istess minn perjodu għall-ieħor.

37

L-iżvelar tal-informazzjoni li ġejja …

(e)

it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar tar-rapporti finanzjarji ta’ kumpanija assoċjata, meta rapporti finanzjarji bħal dawn jintużaw biex ikun applikat il-metodu tal-ekwità u huma sa data jew għal perjodu li huma differenti minn dawk tal-investitur, u r-raġuni għaliex intużaw data jew perjodu differenti;

39

Il-porzjon tal-investitur tat-tibdil rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv mill-kumpanija assoċjata għandu jkun rikonoxxut mill-investitur fi dħul ieħor komplessiv.”

Il-paragrafu 41A hu miżjud kif ġej:

“41A

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 11 u 39. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 29   Rappurtar Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji

A22   L-IAS 29 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 27, “entrati fir-rapport tad-dħul” hi emendata għal “entrati fir-rapport tad-dħul komplessiv”.

Fil-paragrafu 28, “entrati fir-rapport tad-dħul” hi emendata għal “entrati ta’ dħul u spiża”.

Fil-paragrafu 36, “dati tar-rappurtar” hi emendata għal “it-tmiem tal-perjodi tar-rappurtar”.

L-IAS 32   Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

A23   L-IAS 32 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 18, “fil-karta tal-bilanċ tal-entità” hi emendata għal “fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità”.

Fil-paragrafu 29, l-aħħar sentenza, “fil-karta tal-bilanċ tagħha” hi emendata għal “fir-rapport tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Fil-paragrafu 40, “rapport tad-dħul” hi emendata għal “rapport tad-dħul komplessiv jew rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat)” (darbtejn).

Il-paragrafu 97A hu miżjud kif ġej:

“97A

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 40. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

Il-Gwida għall-Applikazzjoni hi emendata kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu AG31, “fil-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Fil-paragrafu AG39, “fil-karta tal-bilanċ ta’ entità” hi emendata għal “fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità”.

L-IAS 33   Qligħ Sehem b'Sehem

A24   L-IAS 33 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 4, “fuq il-wiċċ tar-rapport separat tad-dħul tagħha” hi emendata għal “fir-rapport tad-dħul komplessiv tagħha”.

Il-paragrafu 4A hu miżjud kif ġej:

“4A

Jekk entità tippreżenta l-komponenti ta’ profitt jew telf f'rapport separat tad-dħul kif deskritt fil-paragrafu 81 tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007), hi tippreżenta l-qligħ sehem b’sehem f'dak ir-rapport separat biss.”

Fil-paragrafu 13, “Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji” hi mħassra.

Il-paragrafu 67 hu emendat skond kif ġej: “… preżentazzjoni doppja tista' titwettaq f'linja waħda fir-rapport tad-dħul komplessiv.”

Il-paragrafi 67A, 68A 73A u 74A huma miżjuda kif ġej:

“67A

Jekk entità tippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf f'rapport separat tad-dħul kif deskritt fil-paragrafu 81 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007), hi tippreżenta l-qligħ bażiku u dak dilwit sehem b’sehem, kif meħtieġ fil-paragrafi 66 u 67, f'dak ir-rapport separat.

68A

Jekk entità tippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf f'rapport separat tad-dħul kif deskritt fil-paragrafu 81 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007), hi tippreżenta l-qligħ bażiku u dak dilwit sehem b’sehem għall-operazzjoni li ma tkomplietx, kif meħtieġ fil-paragrafu 68, f’dak ir-rapport separat jew fin-noti.

73A

Il-paragrafu 73 japplika wkoll għal entità li, barra mill-qligħ bażiku u dak dilwit sehem b’sehem, tiżvela ammonti sehem b’sehem billi tuża komponent rapportat tar-rapport separat tad-dħul (kif deskritt fil-paragrafu 81 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007)), minbarra wieħed mitlub minn dan l-Istandard.

74A

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, żied il-paragrafi 4A, 67A, 68A u 73A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 34   Rappurtar Finanzjarju Interim

A25   L-IAS 34 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafi 4, 5 u 8 huma emendati, kif ġej:

“4

Rapport finanzjarju interim ifisser rapport finanzjarju li fih jew sett komplet ta’ rapporti finanzjarji (kif deskritt fl-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)) jew sett ta’ rapporti finanzjarji mqassra (kif deskritt f'dan l-Istandard) għal perjodu interim.

5

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jiddefinixxi sett komplet ta’ rapporti finanzjarji bħala li jinkludu l-komponenti li ġejjin:

(a)

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fit-tmiem tal-perjodu;

(b)

rapport tad-dħul komplessiv għall-perjodu;

(c)

rapport tat-tibdil fl-ekwità għall-perjodu;

(d)

rapport tal-flussi ta’ flus għall-perjodu;

(e)

noti, li fihom sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u tagħrif ieħor ta’ spjegazzjoni; u

(f)

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-iktar perjodu komparattiv bikri li fih entità tapplika xi politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv, jew tiddikjara mill-ġdid xi entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha b’mod retrospettiv, jew meta tirriklassifika entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha.

8

Rapport finanzjarju interim għandu jinkludi …

(a)

rapport imqassar tal-pożizzjoni finanzjarja;

(b)

rapport imqassar tad-dħul komplessiv, ippreżentat jew bħala:

(i)

rapport imqassar wieħed; jew

(ii)

rapport imqassar separat tad-dħul u rapport imqassar tad-dħul komplessiv;

(c)

rapport imqassar tat-tibdil fl-ekwità;

(d)

rapport imqassar tal-flussi ta’ flus; u

(e)

noti magħżulin ta’ spjegazzjoni.”

Il-paragrafu 8A hu miżjud kif ġej:

“8A

Jekk entità tippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf f'rapport separat tad-dħul kif deskritt fil-paragrafu 81 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007), hi tippreżenta informazzjoni interim imqassra minn dak ir-rapport separat.”

Il-paragrafu 11 hu emendat kif ġej:

“11

Fir-rapport li jippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf għal perjodu interim, entità għandha tippreżenta l-qligħ bażiku u dak dilwit sehem b’sehem għal dak il-perjodu.”

Il-paragrafu 11A hu miżjud kif ġej:

“11A

Jekk entità tippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf f'rapport separat tad-dħul kif deskritt fil-paragrafu 81 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007), hi tippreżenta l-qligħ bażiku u dak dilwit sehem b’sehem f'dak ir-rapport separat.”

Il-paragrafu 12 hu emendat kif ġej:

“12

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jipprovdi gwida fuq l-istruttura tar-rapporti finanzjarji. …”

Il-paragrafu 13 hu mħassar.

Fil-paragrafu 16(j), “l-aħħar data tal-karta tal-bilanċ annwali” hi emendata għal “it-tmiem tal-aħħar perjodu annwali tar-rappurtar”.

Il-paragrafu 20 hu emendat kif ġej:

“20

Rapporti interim għandhom …

(a)

… sena finanzjarja.

(b)

rapporti tad-dħul komplessiv għall-perjodu kurrenti interim u kumulattivament għas-sena finanzjarja kurrenti sal-aħħar tal-perjodu, b'rapporti komparattivi tad-dħul komplessiv għall-perjodi komparabbli interim (kurrenti u tas-sena sal-aħħar tal-perjodu) tas-sena finanzjarja ta’ qabel. Kif permess mill-IAS 1 (kif rivedut fl-2007), rapport interim jista' jippreżenta għal kull perjodu jew rapport wieħed tad-dħul komplessiv, jew rapport li juri l-komponenti tal-profitt jew telf (rapport separat tad-dħul) u rapport ieħor li jibda bil-profitt jew telf u li juri l-komponenti tad-dħul ieħor komplessiv (rapport tad-dħul komplessiv).

(c)

rapport tat-tibdil fl-ekwità … is-sena finanzjarja ta’ qabel.

(d)

…”

Fil-paragrafu 21, “li jispiċċa fid-data tar-rappurtar interim” hi emendata għal “sat-tmiem tal-perjodu interim”.

Fil-paragrafu 30(b), “fil-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Fil-paragrafu 31, “sew fid-data tar-rappurtar finanzjarju annwali kemm f’dik interim” hi emendata għal “fit-tmiem sew tal-perjodu tar-rappurtar finanzjarju annwali kemm ta’ dak interim”.

Fil-paragrafu 32, “f’data ta’ rappurtar interim” hi emendata għal “fit-tmiem ta’ perjodu ta’ rappurtar interim” u “f’data ta’ rappurtar annwali” hi emendata għal “fit-tmiem ta’ perjodu ta’ rappurtar annwali”.

Il-paragrafu 47 hu miżjud kif ġej:

“47

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 4, 5, 8, 11, 12 u 20, ħassar il-paragrafu 13 u żied il-paragrafi 8A u 11A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 36   Indeboliment ta’ Assi

A26   L-IAS 36 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafi 61 u 120 huma emendati kif ġej:

“61

Telf minn indeboliment fuq assi mhux stmat mill-ġdid hu rikonoxxut fi profitt jew telf. Madankollu, telf minn indeboliment fuq assi stmat mill-ġdid hu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv sal-punt li t-telf mill-indeboliment ma jaqbiżx l-ammont fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni għal dak l-istess assi. Telf minn indeboliment bħal dan fuq assi stmat mill-ġdid inaqqas il-bilanċ fuq rivalutazzjoni għal dak l-assi.

120

It-treġġigħ lura ta’ telf minn indeboliment fuq assi stmat mill-ġdid hu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv u jżid il-bilanċ fuq rivalutazzjoni għal dak l-assi. Madankollu, …”

Fil-paragrafi 126 u 129, “direttament fl-ekwità” hi emendata għal “fi dħul ieħor komplessiv”.

Il-paragrafu 140A hu miżjud kif ġej:

“140A

L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 61, 120, 126 u 129. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 37   Provedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

A27   L-IAS 37 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 25, “entrati fil-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “entrati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Fil-paragrafu 75, “ta’ utenti meħudin” hi emendata għal “li l-utenti jagħmlu”.

L-IAS 38   Assi Intanġibbli

A28   L-IAS 38 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafi 85 u 86 huma emendati kif ġej:

“85

Jekk l-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi jiżdied b'riżultat ta’ rivalutazzjoni, iż-żieda għandha tkun rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u akkumulata fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ bilanċ fuq rivalutazzjoni. Madankollu, …

86

Jekk … intanġibbli … Madankollu, it-tnaqqis għandu jkun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv sal-punt ta’ kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu eżistenti fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni fir-rigward ta’ dak l-assi. It-tnaqqis rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv inaqqas l-ammont akkumulat fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ bilanċ fuq rivalutazzjoni.”

Fil-paragrafu 87, “permezz tar-rapport tad-dħul” hi emendata għal “permezz tal-profitt jew telf”.

Fil-paragrafu 118(e)(iii), “direttament fl-ekwità” hi emendata għal “fi dħul ieħor komplessiv”.

Il-paragrafu 130B hu miżjud kif ġej:

“130B

L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 85, 86 u 118(e)(iii). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 39   Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

A29   L-IAS 39 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Referenzi għal:

“rikonoxxut fl-ekwità” u “rikonoxxut direttament fl-ekwità” huma emendati għal “rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv”.

“entrata f’linja separata fil-karta tal-bilanċ” huma emendati għal “entrata f’linja separata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 11, “fuq il-wiċċ tar-rapporti finanzjarji” hi emendata għal “fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Fil-paragrafu 12, “f'data sussegwenti ta’ rappurtar finanzjarju” hi emendata għal “fit-tmiem ta’ perjodu sussegwenti ta’ rappurtar finanzjarju”.

Fil-paragrafu 14, “fuq il-karta tal-bilanċ tagħha” hi emendata għal “fir-rapport tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Il-paragrafi 54 u 55 huma emendati kif ġej:

“54

Jekk, bħala riżultat … Kull qligħ jew telf ta’ qabel minn dak l-assi li ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 55(b), għandu jkun irrappurtat kif ġej:

(a)

Fil-każ … Jekk l-assi finanzjarju jkun sussegwentement indebolit, kwalunkwe qligħ jew telf li kien ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, ikun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 67.

(b)

Fil-każ ta’ assi finanzjarju li m'għandux maturità fissa, il-qligħ jew telf għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf meta l-assi finanzjarju jinbiegħ jew isir disponiment minnu b'mod ieħor. Jekk l-assi finanzjarju jkun sussegwentement indebolit, kwalunkwe qligħ jew telf ta’ qabel li kien ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, ikun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 67.

55

Qligħ jew telf … għandu jkun rikonoxxuti kif ġej.

(a)

(b)

Qligħ jew telf fuq assi finanzjarju li hu disponibbli għall-bejgħ għandu jkun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, ħlief għal telf minn indeboliment (ara l-paragrafi 67–70) u qligħ jew telf mill-kambju (ara l-Appendiċi A, il-paragrafu AG83), sakemm ikun irtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju. F'dak il-ħin, il-qligħ jew telf kumulattiv li qabel kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, għandu jkun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)). Madankollu, …”

Fil-paragrafu 68, “imneħħi minn ekwità u rikonoxxut fi profitt jew telf” hi emendata għal “irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf”.

Fil-paragrafu 95(a), “rikonoxxut direttament fl-ekwità permezz tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità (ara l-IAS 1)” hi emendata għal “rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv”.

Fil-paragrafu 97, “irriklassifikat fi profitt jew telf” hi emendata għal “irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (kif rivedut fl-2007)).”

Il-paragrafi 98 u 100 huma emendati kif ġej:

“98

jekk hedge

(a)

Għandha tirriklassifika il-profitt jew telf assoċjat li kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 95 fi qligħ jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (rivedut fl-2007)) fl-istess perjodu jew perjodi li fihom l-assi miksub jew l-obbligazzjoni merfugħa jaffettwaw il-profitt jew telf (bħal f'perjodi li fihom l-ispiża tad-deprezzament jew il-kost tal-bejgħ ikunu rikonoxxuti). Madankollu, jekk entità tistenna li t-telf kollu jew parti minnu li kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv mhux ser ikun irkuprat f'xi perjodu jew perjodi fil-futur, għandha tirriklassifika minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni dak l-ammont li mhux mistenni li jkun irkuprat.

(b)

Hi tneħħi l-qligħ jew telf assoċjati li kienu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 95 …

100

Għal hedges ta’ flussi ta’ flus ħlief dawk koperti mill-paragrafi 97 u 98, ammonti li kienu rikonoxxuti direttament fi dħul ieħor komplessiv, għandhom ikunu rriklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (rivedut fl-2007)) fl-istess perjodu jew perjodi li fihom it-tranżazzjoni mbassra li tkun hedged taffettwa l-profitt jew telf (pereżempju, meta tranżazzjoni mbassra ta’ bejgħ isseħħ).”

Fil-paragrafu 101, “jibqa' rikonoxxut direttament fl-ekwità” hi emendata għal “ġie ikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv”, “għandu jibqa' rikonoxxut separatament fl-ekwità” hi emendata għal “għandu jibqa' separatament fl-ekwità” u “għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf” hi emendata għal “għandu jkun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni”.

Il-paragrafu 102 hu emendat kif ġej:

“102

Hedges ta’ investiment nett …

(a)

il-porzjon tal-qligħ jew telf fuq l-istrument tal-hedging li jkun stabbilit li hu hedge effettiv (ara l-paragrafu 88) għandu jkun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv; u

(b)

dak il-porzjon li mhux effettiv għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf.

Il-qligħ jew telf fuq l-istrument tal-hedging li jirrigwarda l-porzjon effettiv tal-hedge li ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv għandu jkun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (rivedut 2007)) mad-disponiment tal-operazzjoni barranija.”

Il-paragrafu 103C hu miżjud kif ġej:

“103C

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 26, 27, 34, 54, 55, 57, 67, 68, 95(a), 97, 98, 100, 102, 105, 108, AG4D, AG4E(d)(i), AG56, AG67, AG83 u AG99B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

Il-paragrafi 105 u 108 huma emendati kif ġej:

“105

Meta … Għal kwalunkwe assi finanzjarju bħal dan, l-entità għandha tirrikonoxxi t-tibdil kumulattiv kollu fil-valur ġust f'komponent separat tal-ekwità sa meta jkun hemm l-irtirar tar-rikonoxximent jew indeboliment sussegwenti, meta mbagħad l-entità għandha tirriklassifika dak il-qligħ jew telf kumulattiv minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (rivedut fl-2007)). L-entità …

108

Entità m'għandhiex taġġusta l-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi mhux finanzjarji u obbligazzjonijiet mhux finanzjarji b’mod li jiġi eskluż qligħ jew telf relatat ma' hedges ta’ flussi ta’ flus li kien inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba qabel il-bidu tas-sena finanzjarja li fiha dan l-Istandard ikun applikat għall-ewwel darba. Fil-bidu tal-perjodu finanzjarju li fih dan l-Istandard ikun applikat għall-ewwel darba, kull ammont rikonoxxut ‘il barra minn profitt jew telf (fi dħul ieħor komplessiv jew direttament fil-ekwità) għal hedge ta’ impenn sod li fil-kontabilità tiegħu taħt dan l-Istandard hu kkunsidrat bħala hedge fuq il-valur ġust, għandu jiġi rriklassifikat bħala assi jew obbligazzjoni, ħlief għal hedge ta’ riskju fuq valuta barranija li jibqa’ jiġi ttrattat bħala hedge tal-flussi ta’ flus.”

Appendiċi A Gwida għall-applikazzjoni hi emendata kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu AG4E(d)(i), “tibdil irrappurtat fl-ekwità” hi emendata għal “tibdil rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv”.

Fil-paragrafu AG25, “kull data sussegwenti tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “it-tmiem ta’ kull perjodu sussegwenti tar-rappurtar”.

Fil-paragrafu AG51(a), “fil-karta tal-bilanċ tagħha” hi emendata għal “fir-rapport tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja”.

Fil-paragrafu AG67, “Id-data tar-rappurtar finanzjarju li jmiss” hi emendata għal “It-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar”.

Il-paragrafu AG99B hu emendat kif ġej:

“AG99B

Jekk hedge tranżazzjoni mbassra intragrupp tikkwalifika għall-kontabilità tal-hedging, kwalunkwe qligħ jew telf li hu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 95(a) għandu jkun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni fl-istess perjodu jew perjodi li matulhom ir-riskju tal-valuta barranija tat-tranżazzjoni li tkun hedged taffettwa l-profitt jew telf konsolidat.”

Fil-paragrafu AG129, “fil-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja”.

L-IAS 40   Proprjetà għall-Investiment

A30   Fl-IAS 40, il-paragrafu 62 hu emendat kif ġej:

“62

Sad-data … fi kliem ieħor:

(a)

kull tnaqqis li jirriżulta fl-ammont tal-proprjetà miżmum fil-kotba hu rikonoxxut bħala profitt jew telf. Madankollu, sal-punt li ammont hu inkluż fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni għal dik il-proprjetà, it-tnaqqis hu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv u jnaqqas il-bilanċ favorevoli tar-rivalutazzjoni fl-ekwità.

(b)

kull tnaqqis li jirriżulta fl-ammont miżmum fil-kotba jiġi ttrattat kif ġej:

(i)

(ii)

kwalunkwe parti taż-żieda li jibqa’ hi rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u żżid il-bilanċ fuq rivalutazzjoni li hemm fl-ekwità. Fuq … sussegwenti …”

Il-paragrafu 85A hu miżjud kif ġej:

“85A

L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 62. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

L-IAS 41   Agrikoltura

A31   Fil-paragrafu 24(a) tal-IAS 41, “data tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “it-tmiem ta’ perjodu tar-rappurtar”.

IFRIC 1   Tibdil fl-Obbligazzjonijiet Eżistenti tad-Dekummissjonament, Restawrazzjoni u Obbligazzjonijiet Simili

A32   L-IFRIC 1 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fis-sezzjoni “Referenzi”, “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2003)” hi emendata għal “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)”.

Il-paragrafu 6 hu emendat kif ġej:

“6

Jekk l-assi relatat jitkejjel b'konformità mal-mudell tar-rivalutazzjoni:

(a)

tibdil fl-obbligazzjoni … hekk li:

(i)

tnaqqis fl-obbligazzjoni għandu (suġġett għal (b)) ikun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv u jżid il-bilanċ fuq rivalutazzjoni fl-ekwità, …;

(ii)

żieda fl-obbligazzjoni għandha tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf, ħlief li għandha tkun rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u tnaqqas il-bilanċ fuq rivalutazzjoni fl-ekwità sal-punt li …

(b)

(c)

bidla … Kwalunkwe rivalutazzjoni bħal din għandha tiġi kkunsidrata fid-determinazzjoni tal-ammonti li jridu jkunu rikonoxxuti fi profitt jew telf jew fi dħul ieħor komplessiv taħt (a). Jekk ikun hemm bżonn ta’ rivalutazzjoni, l-assi kollha ta’ dik il-klassi għandhom jiġu rivalutati.

(d)

L-IAS 1 jirrikjedi l-iżvelar fir-rapport tad-dħul komplessiv ta’ kull komponent ta’ dħul jew spiża fi dħul ieħor komplessiv. Biex tkun konformi ma’ dan ir-rekwiżit, il-bidla fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni li toriġina minn bidla fl-obbligazzjoni għandha tkun identifikata separatament u żvelata bħala tali.”

Il-paragrafu 9A hu miżjud kif ġej:

“9A

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

IFRIC 7   Kif Tapplika l-Metodu tar-Rappurtar mill-Ġdid taħt l-IAS 29 Rappurtar Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji

A33   L-IFRIC7 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 3, “data tal-għeluq tal-karta tal-bilanċ tal-perjodu tar-rappurtar” hi emendata għal “tmiem tal-perjodu tar-rappurtar”.

Fil-paragrafu 4, “data tal-għeluq tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “tmiem tal-perjodu tar-rappurtar” u “data tal-għeluq tal-karta tal-bilanċ ta’ dak il-perjodu” hi emendata għal “tmiem ta’ dak il-perjodu tar-rappurtar”.

IFRIC 10   Rappurtar Finanzjarju Interim u Indeboliment

A34   L-IFRIC 10 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 1, “kull data tar-rappurtar” hi emendata għal “it-tmiem ta’ kull perjodu tar-rappurtar”, “kull data tal-karta tal-bilanċ” hi emendata għal “it-tmiem ta’ kull perjodu tar-rappurtar” u “data tar-rappurtar jew tal-karta tal-bilanċ sussegwenti” hi emendata għal “it-tmiem ta’ perjodu sussegwenti tar-rappurtar”.

Fil-paragrafu 7, “data tal-karta tal-bilanċ sussegwenti” hi emendata għal “fit-tmiem ta’ perjodu sussegwenti tar-rappurtar”.

IFRIC 14   L-IAS 19—Il-Limitu fuq Assi ta' Benefiċċju Definit, Rekwiżiti ta' Finanzjament Minimu u l-Interazzjoni Tagħhom

A34A   L-IFRIC 14 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fil-paragrafu 10, “assi jew obbligazzjoni netta fuq il-karta tal-bilanċ” hija emendata għal “assi jew obbligazzjoni netta rikonoxxuta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja” .

Fil-paragrafu 26(b), “ir-rapport ta’ dħul u spiża rikonoxxuta” hija emendata għal “dħul ieħor komplessiv”.

Il-paragrafu 27A hu miżjud kif ġej:

“27A

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 26. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

IS-SIC-7   Introduzzjoni tal-euro

A35   Is-SIC-7 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fis-sezzjoni “Referenzi”, jiżdied “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)”.

Il-paragrafu 4(b) hu emendat kif ġej:

“4

Dan ifisser li, b'mod partikolari:

(a)

(b)

id-differenzi kumulattivi fil-kambju relatati mal-qlib tar-rapporti finanzjarji ta’ operazzjonijiet barranin, rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv, għandhom ikunu akkumulati fl-ekwità u għandhom ikunu rriklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf biss malli jsir id-disponiment tal-investiment nett fl-operazzjoni barranija; u …”

Taħt l-intestatura “Data Effettiva”, wara “IAS 8” jiżdied paragrafu ġdid kif ġej:

“L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

IS-SIC-10   Għajnuna tal-Gvern—L-Ebda Relazzjoni Speċifika mal-Attivitajiet tal-Operat

A36   Fis-SIC-10, fil-paragrafu 3, “ekwità” hi emendata għal “interessi tal-azzjonisti”.

IS-SIC-13   Entitajiet Ikkontrollati b'Mod Konġunt—Kontribuzzjonijiet Mhux Monetarji minn Intraprendituri.

A37   Fis-SIC-13, fil-paragrafu 3(a), “ir-rapport tad-dħul” hi emendata għal “profitt jew telf”.

IS-SIC-15   Kiri Operattiv —Inċentivi

A38   Fis-SIC-15, fis-sezzjoni “Referenzi”, “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2003)” hi emendata għal “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)”.

IS-SIC-25   Taxxi fuq id-Dħul—Tibdil fl-Istat tat-Taxxa ta’ Entità jew l-Azzjonisti Tagħha

A39   Is-SIC-25 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fis-sezzjoni “Referenzi”, jiżdied “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)”.

Il-paragrafu 4 hu emendat kif ġej:

“4

Tibdil fl-istat tat-taxxa ta’ entità jew tal-azzjonisti tagħha ma jikkawżax żieda jew tnaqqis fl-ammonti rikonoxxuti ‘l barra minn profitt jew telf. Il-konsegwenzi fit-taxxa kurrenti u dik differita ta’ bidla fl-istat tat-taxxa għandhom ikunu inklużi fi profitt jew telf għall-perjodu, ħlief jekk dawk il-konsegwenzi jirrigwardaw tranżazzjonijiet u avvenimenti li jirriżultaw, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti, fi kreditu jew debitu dirett fl-ammont rikonoxxut ta’ ekwità jew fl-ammonti rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv. Dawk il-konsegwenzi fit-taxxa li jirrigwardaw tibdil fl-ammont rikonoxxut ta’ ekwità, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti (mhux inklużi fi profitt jew telf), għandhom ikunu ddebitati jew ikkreditati direttament lill-ekwità. Dawk il-konsegwenzi fit-taxxa li jirrigwardaw ammonti rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv, għandhom ikunu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv.”

Taħt l-intestatura “Data Effettiva”, wara “IAS 8” jiżdied paragrafu ġdid kif ġej:

“L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”

IS-SIC-29   Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz: Żvelar ta’ Informazzjoni

A40   Fis-SIC-29, fis-sezzjoni “Referenzi”, “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2003)” hi emendata għal “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)”.

IS-SIC-32   Assi Intanġibbli—Spejjeż tas-Siti fuq l-Internet

A41   Is-SIC-32 hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Fis-sezzjoni “Referenzi”, “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2003)” hi emendata għal “L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)”.

Il-paragrafu 5 hu emendat kif ġej:

“5

Din l-Interpretazzjoni … Barra minn dan, meta entità ġġarrab spiża fuq fornitur tas-servizz tal-Internet li jkun qed jospita s-sit tal-entità fuq l-internet, l-ispiża tkun rikonoxxuta bħala spiża taħt l-IAS 1.88. u l-Qafas meta s-servizzi jkunu rċevuti.”

Taħt l-intestatura “Data Effettiva”, jiżdied paragrafu ieħor kif ġej:

“L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.”


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1275/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal prodotti li jaħdmu bl-elettriku u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Wara li li kkonsultat mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2005/32/KE ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni għal prodotti li jaħdmu bl-elettriku li jirrappreżentaw volumi kbar ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali qawwi u li jippreżentaw potenzjal kbir għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2), it-tieni inċiż tad-Direttiva 2005/32/KE, jipprovdi li skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li kkonsultat mal-Forum ta’ Konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif jidhrilha li huwa xieraq, miżura ta’ implimentazzjoni separata biex titnaqqas il-ħela mill-konsum bil-modalità standby għal grupp ta’ prodotti.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju preparatorju li analizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-ħela mill-konsum bil-modalità standby u l-modalità mitfija. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u pajjiżi terzi, u r-riżultati saru disponibbli għall-pubbliku.

(4)

Fl-istudju preparatorju, ġie ddikjarat li l-ħela mill-konsum bil-funzjonalitajiet standby u bil-modalità mitfija sseħħ fil-każ tal-maġġoranza tal-prodotti tal-elettriku u elettroniċi tad-dar u tal-uffiċċju li jinbiegħu fil-Komunità, filwaqt li l-konsum tal-elettriku annwali marbut mal-ħela mill-konsum bil-funzjonalitajiet standby u l-modalità mitfija ġie stmat li fl-2005 laħħaq 47 TWh, li jikkorrespondu għal 19 Mt CO2 ta’ emissjonijiet. Jekk ma jittieħdux miżuri speċifiċi, huwa mbassar li sal-2020, il-konsum sejjer jiżdied għal 49 TWh. Ġie konkluż li l-konsum tal-elettriku dovut għall-ħela ta’ enerġija mill-funzjonalitajiet standby u l-modalità mitfija jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti.

(5)

It-titjib fil-konsum tal-elettriku dovut għall-ħela ta’ enerġija mill-funzjonalitajiet standby u l-modalità mitfija għandu jinkiseb billi jiġu applikati teknoloġiji eżistenti li huma effikaċi mil-lat finanzjarju u li ma jappartjenux għal ebda proprjetarju partikolari, li jwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż għax-xiri tat-tagħmir u l-ispejjeż għat-tħaddim tiegħu flimkien.

(6)

Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għall-konsum tal-elettriku fil-modalità standby u l-modalità mitfija ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju għandhom jiġu ffissati bil-għan li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta’ ekodisinn għall-modalità standby u l-modalità mitfija madwar il-Komunità kollha u li jkunu ta’ kontribut għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti affettwati.

(7)

Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn ma għandux ikollhom impatt negattiv fuq il-funzjonalità tal-prodott u ma għandhomx jaffettwaw lis-saħħa, lis-sikurezza u lill-ambjent b’mod negattiv. B’mod partikolari, il-benefiċċji mit-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku matul il-fażi tal-użu għandhom jikkumpensaw tajjeb ħafna l-impatti ambjentali potenzjali addizzjonali matul il-fażi ta’ produzzjoni ta’ tagħmir li għandu l-funzjonalitajiet standby u/jew il-modalità mitfija.

(8)

L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun limitata għall-prodotti ta’ tagħmir tad-dar u tal-uffiċċji maħsuba għal użu f’ambjent domestiku, li, fil-każ ta’ tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni, jikkorrespondi għat-tagħmir tal-klassi B kif stabbilit fl-EN 55022:2006. L-iskop għandu jkun definit b’tali mod li tagħmir li ma jkunx għadu disponibbli fis-suq, iżda li jkollu funzjonalitajiet simili għal dawk il-prodotti msemmija espliċitament f’dan ir-Regolament ikun iddisinjat b’mod li jissodisfa r-rekwiżiti. Meta jkun xieraq, emenda għal dan ir-Regolament tista’ tikkomplimenta l-lista ta’ prodotti.

(9)

Modalitajiet ta’ tħaddim mhux koperti b’dan ir-Regolament, bħall-modalità ACPI S3 tal-kompjuters, għandhom jiġu kkunsidrati f’miżuri implimentattivi speċifiċi għall-prodott skond id-Direttiva 2005/32/KE.

(10)

Bħala regola ġenerali, rekwiżiti dwar il-modalità standby u mitfija stabbiliti f’miżuri implimentattivi speċifiċi għall-prodott skond id-Direttiva 2005/32/KE ma għandhomx ikunu inqas ambizzjużi minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(11)

Sabiex jimpedixxu telf ta’ enerġija bla bżonn, idealment il-prodotti għandhom jidħlu fi stat ta’ konsum “0-Watt” meta ma jkunu qegħdin jaqdu ebda funzjoni. Il-fattibbiltà teknika u kemm dan ikun xieraq għandhom jiġu kkunsidrati fuq il-bażi ta’ “prodott, prodott,” fil-miżura implimentattiva rilevanti skond id-Direttiva 2005/32/KE.

(12)

Id-dħul fis-seħħ f’żewġ stadji tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għandu jipprovdi lill-manifatturi bi skadenzi xierqa biex jiddisinjaw il-prodotti mill-ġdid fejn għandha x’taqsam il-ħela tal-elettriku mill-funzjonalitajiet standby u l-modalità mitfija. Il-waqt meta ż-żewġ fażijiet jidħlu fis-seħħ għandu jiġi stabbilit b’tali mod li jiġu evitati l-impatti negattivi marbuta mal-funzjonalitajiet tat-tagħmir fis-suq u għandhom ukoll jitqiesu l-ispejjeż involuti għall-manifatturi, speċjalment għall-SMEs filwaqt li jiġi żgurat l-ilħuq f’waqtu tal-għanijiet tal-politika. Il-kejl tal-konsum tal-elettriku għandu jsir waqt li tiġi kkunsidrata l-aħħar u l-aħjar teknoloġija li tkun rikonoxxuta b’mod ġenerali; il-manifatturi jistgħu japplikaw l-istandards armonizzati b’mod konformi mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2005/32/KE.

(13)

Dan ir-Regolament għandu jżid il-penetrazzjoni fis-suq tat-teknoloġiji li jipproduċu effiċjenza mtejba fl-użu tal-enerġija fir-rigward tal-ħela tal-elettriku mill-funzjonalitajiet standby u l-modalità mitfija, li huwa stmat li jsarraf fi ffrankar ta’ elettriku li jlaħħaq 35 TWh sal-2020 meta mqabbel ma’ xenarju ta’ “operat bħas-soltu”.

(14)

Skond l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika li l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli huma s-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV u s-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V tad-Direttiva 2005/32/KE.

(15)

Sabiex jiffaċilitaw il-kontroll tal-konformità, il-manifatturi għandhom jintalbu jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/32/KE dwar il-kundizzjonijiet operattivi soġġetti għad-definizzjonijiet tal-modalità standby u l-modalità mitfija, u l-livelli ta’ konsum ta’ elettriku li jikkorrispondu magħhom.

(16)

Għandhom jiġu identifikati termini ta’ riferiment għat-teknoloġiji attwalment disponibbli b’konsum ta’ elettriku baxx fil-modalità standby u l-modalità nitfija. Dan jgħin biex jiġu żgurati kemm disponibbiltà kbira kif ukoll aċċess faċli għall-informazzjoni, speċjalment għall-SMEs u d-ditti li huma żgħar ħafna. Dan ikompli jiffaċilita l-integrazzjoni tat-teknoloġiji tal-aħjar disinn għat-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku fil-każ tal-modalità standby u l-modalità mitfija.

(17)

Il-kejl previst f’dan ir-Regolament sar skond l-opinjoni tal-Kumitat maħluq mill-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE.

ADOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ:

Artikolu 1

Materja u skop tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta’ ekodisinn marbuta mal-konsum tal-elettriku fil-modalità standby u l-modalità mitfija. Dan ir-Regolament japplika għat-tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2005/32/KE. Għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju” (minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalih bħala “tagħmir”), ifisser kwalunkwe prodott li jaħdem bl-elettriku li

(a)

huwa disponibbli kummerċjalment bħala unità funzjonali unika u huwa maħsub għall-utent aħħari;

(b)

jaqa’ taħt il-lista ta’ prodotti li jaħdmu bl-elettriku li tidher fl-Anness I;

(c)

huwa dipendenti fuq il-konsum tal-enerġija mill-mejn biex jaħdem kif suppost; u

(d)

huwa ddisinjat għall-użu b’rata ta’ vultaġġ nominali ta’ 250 V jew inqas,

ukoll meta mqiegħed fis-suq għal użu mhux fid-dar jew fl-uffiċċju,

(2)

“modalità/modalitajiet standby” tfisser kundizzjoni li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn u biex jaħdem kif suppost ikun dipendenti fuq il-konsum tal-enerġija mill-mejn, u jkun jipprovdi biss dawn il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit:

funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni biss ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni operattiva, u/jew

indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat.

(3)

“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra nkluża l-modalità attiva, permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, inklużi l-kontroll bir-rimowt, senser intern, l-issettjar tal-ħin (timer) għal kundizzjoni li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, inkluża l-funzjoni ewlenija;

(4)

“indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat” tfisser funzjoni kontinwa li turi fuq indikatur jew fuq wiċċ ta’ arloġġ tagħrif jew indikazzjoni tal-istatus li jkun jinsab fih it-tagħmir;

(5)

“modalità/modalitajiet attiva/i)” tfisser kundizzjoni li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn u mill-inqas waħda mill-funzjonijiet ewlenin li tipprovdi s-servizz maħsub tat-tagħmir tkun attivata;

(6)

“modalità mitfija” tfisser kundizzjoni li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni; dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin huma wkoll meqjusa bħala modalità mitfija:

(a)

kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ modalità mitfija,

(b)

kundizzjonijiet li jipprovdu biss funzjonalitajiet maħsuba biex jiżguraw kompatibbiltà elettromanjetika skond id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(7)

“tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni” tfisser tagħmir li l-funzjoni primarja tiegħu hija jew id-dħul, il-ħżin, il-wiri, l-irkupru it-trasmissjoni, l-ipproċessar, l-iswiċċjar jew il-kontroll tad-dejta u ta’ messaġġi tat-telekomunikazzjoni, jew kombinazzjoni ta’ dawn il-funzjonijiet u jkun mgħammar b’port terminali wieħed jew aktar li tipikament jitħaddem jew jitħaddmu għat-trasferiment tal-informazzjoni.

(8)

“ambjent domestiku” tfisser ambjent fejn jista’ jkun mistenni użu ta’ riċevituri ta’ xandir bir-radju jew bit-televiżjoni fil-limiti ta’ distanza ta’ 10 m mill-apparat ikkonċernat.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ ekodisinn

Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn marbuta mal-konsum tal-elettriku fil-modalità standby u l-modalità mitfija huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV tad-Direttiva 2005/32/KE u s-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V tad-Direttiva 2005/32/KE.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifikazzjoni għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Il-kontroll tas-sorveljanza għandu jitwettaq skond il-proċedura ta’ verifikazzjoni stabbilita fl-Anness III.

Artikolu 6

Termini ta’ riferiment

It-termini ta’ riferiment indikattivi għall-prodotti u t-teknoloġija tal-aħjar prestazzjoni li huma attwalment disponibbli fis-suq huma identifikati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Reviżjoni

Mhux aktar tard minn 6 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fil-kuntest tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Punt 1 tal-Anness II għandu jibda japplika minn sena wara d-data msemmija fl-ewwel paragrafu.

Il-Punt 2 tal-Anness II għandu jibda japplika minn erba’ snin wara d-data msemmija fl-ewwel paragrafu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(2)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.


ANNESS I

Lista ta’ prodotti li jaħdmu bl-elettriku koperti b’dan ir-Regolament

1.

Apparat domestiku

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ

Magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ

Magni għall-ħasil tal-platti

Tisjir:

Fran tal-elettriku

Hot plates tal-elettriku

Fran li jaħdmu bil-microwaves (Microwaves)

Towsters

Twaġen għall-qali tal-ikel

Magni tat-tħin, magni tal-kafé u tagħmir għall-ftuħ u l-issiġillar tal-kontenituri jew l-imballaġġ

Skieken tal-elettriku

Apparat ieħor għat-tisjir u għal ipproċessar ieħor tal-ikel, tindif u manutenzjoni tal-ħwejjeġ.

Apparat għall-qtugħ tax-xagħar, għat-tnixxif tax-xagħar, għall-għarik tas-snien, għat-tqaxxir tal-leħja, għall-massaġġi u apparat ieħor tal-kura tal-ġisem

Mwieżen

2.

Tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni maħsub primarjament għall-użu fl-ambjent domestiku

3.

Tagħmir ta’ konsum

Settijiet tar-radju

Settijiet tat-televiżjoni

Vidjow kameras

Vidjow rikorders

Rikorders Hi-fi

Amplifikaturi tal-awdjo

Sistemi tat-tip “home theatre”

Strumenti mużikali

U tagħmir ieħor biex jirrikordja jew jirriproduċi l-ħoss jew l-istampa, inklużi s-sinjali jew teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħoss u l-istampa għajr permezz tat-telekomunikazzjoni

4.

Ġugarelli, tagħmir sportiv u ta’ rikreazzjoni

Ferroviji tal-elettriku jew settijiet tat-tlielaq tal-karozzi

Konsowls tal-logħob bil-kompjuter li jinżammu fl-idejn

Tagħmir sportiv b’komponenti tal-elettriku jew elettroniċi

Ġugarelli, tagħmir tad-divertiment u sportiv oħrajn


ANNESS II

Rekwiżiti ta’ ekodisinn

1.

Sena wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament:

(a)

Konsum tal-elettriku fil-“Modalità mitfija”:

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni “Modalità mitfija” ma għandux jaqbeż 1.00 W.

(b)

Konsum tal-elettriku fil-“Modalità (modalitajiet) Standby”:

Il-konsum tal-elettriku fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċi indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni operattiva, ma għandux jaqbeż 1.00 W.

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat, jew li tipprovdi biss kombinazzjoni tal-funzjoni ta’ riattivazzjoni u tal-indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat, ma għandux jaqbeż 2.00 W.

(c)

Disponibbiltà tal-modalità Mitfija u/jew il-modalità Standby

It-tagħmir għandu jipprovdi, għajr fejn dan ma jkunx jixraq għall-użu maħsub, il-modalità Mitfija u/jew il-modalità Standby, u/jew xi kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u l-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn.

2.

Erba’ snin wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ:

(a)

Il-konsum tal-elettriku fil-“modalità Mitfija”:

Il-konsum tal-elettriku tat-tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni b’modalità mitfija ma għandux jaqbeż 0.50 W.

(b)

Konsum tal-elettriku fil-“Modalità (modalitajiet) Standby”:

Il-konsum tal-elettriku fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċi indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni operattiva, ma għandux jaqbeż 0.50 W.

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat, jew li tipprovdi biss kombinazzjoni tal-funzjoni ta’ riattivazzjoni u tal-indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat, ma għandux jaqbeż 1.00 W.

(c)

Disponibbiltà tal-modalità Mitfija u/jew il-modalità Standby

It-tagħmir għandu jipprovdi, għajr fejn dan ma jkunx jixraq għall-użu maħsub, il-modalità Mitfija u/jew il-modalità Standby, u/jew xi kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u l-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn.

(d)

Ġestjoni tal-enerġija

Meta tagħmir ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni ewlenija tiegħu, jew meta ma jkunx hemm prodott(i) ieħor/oħra li jaħdem jew jaħdmu bl-elettriku jiddependi/u mill-funzjonijiet tiegħu jew tagħhom, dan għandu joffri, sakemm ikun jixraq skond l-użu maħsub, funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, li wara l-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli xieraq għall-użu maħsub tal-apparat, tiswiċċjah awtomatikament għal

Modalità Standby, jew

Modalità Mitfija, jew

Kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u/jew il-modalità standby meta l-apparat ikun imqabbad mal-mejn. Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija għandha tiġi attivata qabel il-kunsinna tal-prodott.

3.

Kejl

Il-konsum tal-elettriku msemmi fil-Punti 1.a), 1.b), 2.a) u 2.b) għandu jiġi ffissat bi proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-possibbiltajiet teknoloġiċi l-aktar riċenti rikonoxxuti b’mod ġenerali.

Il-kejl ta’ enerġija ta’ 0.50 W jew iktar għandu jsir b’fattur ta’ inċertezza ta’ inqas minn jew ugwali għal 2 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Il-kejl ta’ enerġija ta’ inqas minn 0.50 W għandu jsir b’fattur ta’ inċertezza ta’ inqas minn jew ugwali għal 0.01 W b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

4.

Informazzjoni li trid tingħata mill-manifatturi

Għall-għanijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità skond l-Artikolu 4, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

Għal kull modalità standby u/jew modalità mitfija

Id-dejta dwar il-konsum tal-elettriku f’Watts imqarrba għat-tieni punt deċimali

Il-metodu ta’ kejl li ġie applikat

Deskrizzjoni ta’ kif intagħżlet jew kif ġiet ipprogrammata l-modalità tal-apparat

Is-sekwenza tal-passi li għandhom jiġu segwiti biex tasal għall-modalità li fiha l-apparat jibdel għal modalitajiet oħra awtomatikament

Kwalunkwe noti dwar kif jaħdem l-apparat

(b)

Il-parametri tal-ittestjar għall-kejl

It-temperatura tal-ambjent

Il-vultaġġ tat-test f’V u l-frekwenza f’Hz

Id-distorzjoni armonika totali tas-sistema tal-provvista tal-elettriku

Informazzjoni u dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, il-muntatura u ċ-ċirkuwiti użati għall-ittestjar tal-elettriku

(c)

Il-karatteristiċi tat-tagħmir rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Punt 1.ċ), jew ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Punti 2.ċ) u/jew 2.d), kif applikabbli, inkluż il-ħin li jittieħed biex tintlaħaq awtomatikament il-modalità standby, jew il-modalità Mitfija, jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità standby jew għall-modalità Mitfija.

B’mod partikolari, jekk applikabbi, għandha tingħata ġustifikazzjoni teknika għaliex ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Punt 1.ċ), jew ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Punti 2.ċ) u/jew 2.d), ma jixirqux għall-użu maħsub tal-apparat.


ANNESS III

Proċedura ta’ verifikazzjoni

Meta titwettaq il-verifikazzjoni tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fid-Direttiva 2005/32/KE, l-Artikolu 3 (2), l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifikazzjoni li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, il-Punti 1.a) u 1.b), jew il-Punti 2.a) u 2.b), kif applikabbli.

Għar-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku ikbar minn 1,00 W: L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità unika waħda.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, il-Punti 1.a) u 1.b), jew il-Punti 2.a) u 2.b), kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament jekk ir-riżultati għall-kundizzjonijiet modalità mitfija u modalità standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri tal-limitu b’aktar minn 10 %.

Jekk dan ma jkunx il-każ, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-Regolament jekk il-medja tar-riżultati ta’ dawn it-tliet testijiet tal-aħħar għall-kundizzjonijiet modalità mitfija u modalità standby, kif applikabbli, ma taqbiżx il-valuri tal-limitu b’aktar minn 10 %.

Għar-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku inqas minn jew ugwali għal 1,00 W: L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità unika waħda.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, il-Punti 1.a) u 1.b), jew il-Punti 2.a) u 2.b), kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament jekk ir-riżultati għall-kundizzjonijiet modalità mitfija u/jew modalità standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri tal-limitu b’aktar minn 0.10 W.

Jekk dan ma jkunx il-każ, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-Regolament jekk il-medja tar-riżultati ta’ dawn it-tliet testijiet tal-aħħar għall-kundizzjonijiet modalità mitfija u/jew modalità standby, kif applikabbli, ma taqbiżx il-valuri tal-limitu b’aktar minn 0,10 W.

Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mudell jitqies li ma huwiex konformi.


ANNESS IV

Termini ta’ Riferiment

It-termini ta’ riferiment li ġejjin qegħdin jiġu identifikati għall-iskop tal-Anness I, parti 3, il-punt 2, tad-Direttiva 2005/32/KE:

Modalità mitfija: 0 W-0.3 W bl-iswiċċ għad-diżattivazzjoni (hard-off switch) fuq in-naħa prinċipali, u dan jiddependi, inter alia, mill-karatteristiċi marbuta mal-kompatibbiltà elettromanjetika skond id-Direttiva 2004/108/KE.

Modalità standby – funzjoni ta’ riattivazzjoni: 0,1 W

Modalità standby – indikatur: indikaturi sempliċi u LEDs ta’ qawwa baxxa ta’ 0,1 W, indikaturi akbar (eż. għall-arloġġi) jeħtieġu qawwa akbar.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1276/2008

tas-17 ta' Diċembru 2008

dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 170(c) u 194, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2), l-Istati Membri, fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni, għandhom jaddottaw kull dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja u amministrattiva u jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Komunità, u partikularment sabiex tiġi aċċertata l-ġenwinità u l-konformità tal-operazzjoni iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) biex jipprevjeni u jsegwi l-irregolaritajiet u sabiex jirkupra somom mitlufa bħala riżultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza.

(2)

L-Artikolu 201(1)(f) tar-Regolament Nru 1234/2007 jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta’ Frar 1990 dwar il-monitoraġġ li jitwettaq fil-mument ta’ esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra (3) waqt li l-Artikolu 194(a) ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi lill-Kummissjoni tiddetermina r-regoli dwar il-verifiki amministrattivi u fiżiċi li għandhom ikunu mwettqa mill-Istati Membri fir-rigward tar-rispett tal-obbligi li jiġu mill-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/2002 tas-26 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta’ Frar 1990 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikulturali li jikkwalifikaw għar-rifużjoni (4) ġie emendat sostanzjalment. Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza u l-effiċjenza amministrattiva, ir-Regolament (KE) Nru 2090/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3122/94 tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxu kriterji ta’ analiżi tar-riskju rigward il-prodotti agrikoli li jirċievu r-rifużjonijiet (5) għandhom ikunu revokati u sostitwiti minn sensiela ta’ regoli koerenti.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 7932/2006 tat-12 ta’ April 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura għar-reġjuni l-aktar imbegħda tal-Unjoni (6), (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 fir-rigward tal-produzzjoni taz-zokkor iktar mill-kwota (7), u (KE) 1914/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer Eġew iż-żgħar (8) jirreferu għall-applikazzjoni ta’ verfiċi fiżiċi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 waqt li mhumiex involuti rifużjonijiet ta’ esportazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li jkun speċifikat li l-verifiċi fiżiċi fuq operazzjonijiet li jinvolvu ammonti oħra u relatati ma miżuri finanzjarji taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jistgħu jitwettqu skond dan is-sett ta’ regoli koerenti ġdid.

(4)

Il-miżuri ta’ verifiki attwali għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni, b’mod partikolari dawk introdotti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (9) u (KE) Nru 2298/2001 tas-26 ta’ Novembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-esportazzjoni ta’ prodotti forniti bħala għajnuna alimentari (10).

(5)

Sistema ta’ monitoraġġ Komunitarja għandha titħaddem biex jitjiebu u jiġu armonizzati l-miżuri meħuda mill-Istati Membri, ibbażata b’mod partikolari fuq verifiki fiżiċi fuq il-post tal-prodotti fil-mument tal-esportazzjoni, inklużi prodotti esportati permeżż tal-proċedura simplifikata, u dwar l-iskrutinju tal-fajls tal-applikazzjonijiet għall-ħlas mill-aġenziji li jħallsu.

(6)

Biex jiġi miġġieled ir-riskju tas-sostituzzjoni fil-każ ta’ dikjarazzjonjijiet tal-esportazzjoni aċċettati minn uffiċċju tad-dwana intern fi Stat Membru, numru minimu ta’ “verifiki ta” sostituzzjoni’ għandhom isiru mill-uffiċċju tad-dwana tat-tluq mill-Komunità. Wara li jiġi kkunsidrat il-post fejn dawn il-verifiki ta’ sostituzzjoni jitwettqu, dawn għandhom jieħdu l-forma ta’ verifiki ssimplifikati.

(7)

Sabiex tiġi deċiża jekk humiex meħtieġa l-kontrolli ta’ sostituzzjoni jew inkella kontrolli ta’ sostituzzjoni speċifiċi l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq għandu b’mod attiv jivverfika li s-siġilli twaħħlu u mhumiex miksura.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-uffiċċji tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċji fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 jimxu bl-istess prattika, u sabiex dubji dwar l-identitá tal-prodotti jkunu evitati, li hija kundizzjoni minn qabel għall-għotja tar-rifużjonijiet, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal verifika ta’ sostituzzjoni speċifika fil-każijiet fejn dawn l-uffiċċji tad-dwana sabu li s-siġilli mwaħħla fil-ħin tat-tluq tneħħew mingħajr is-sorveljanza tad-dwana jew tkissru jew li l-ebda permess ma kien ingħata għas-siġillar. Peress illi f’dawk il-każijiet hemm suspett ċar ta’ sostituzzjoni, il-verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi jeħtieġu iktar attenzjoni li jistgħu jinkludu, meta jkun xieraq, verifiki fiżiċi fuq il-prodotti.

(9)

In-numru ta’ verifiki fiżiċi għandu jkun proporżjonat man-numru tad-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni tad-dwana kull sena. L-esperjenza turi li l-verifiki fiżiċi fuq minimu ta’ 5 % mid-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni huwa livell effettiv, proporzjonat u dissważiv, waqt li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju, jekk jattribwixxux in-norma minima ta’ 5 % għal kull settur ta’ prodotti jew għas-setturi kollha b’minimu ta’ 2 % kull settur ta’ prodotti. Biex tiġi żgurata kopertura kompleta tal-iskema, l-uffiċċji tad-dwana b’numru żgħir ħafna ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni għal kull settur ta’ prodotti għandu xorta waħda jiżgura li kull settur ta’ prodotti jkun soġġett għal mill-inqas verifika waħda. Is-sehem ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni allokati għall-prodotti mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat ma jirrappreżentax livell għoli ta’ riskju, waqt li n-numru ta’ dikjarazzjonijiet f’dan is-settur huwa għoli. Biex il-meżżi ta’ verifika jintużaw aħjar, ir-rata minima ta’ verifiki għall-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat għandu b’hekk jiġi mnaqqas. Għall-istess raġuni, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilltà li jiskartaw dikjarazzjonijiet ta’ esporazzjoni relatati ma’ kwantitajiet żgħar jew ammont ta’ rifużjoni limitat għal EWR 1 000.

(10)

L-esperjenza turi li livell minimu ta’ 10 % ta’ verifiki fuq is-siġilli huwa effettiv, proporzjonat u dissważiv.

(11)

In-numru ta’ verifiki ta’ sostituzzjoni u verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi mill-uffiċċji tad-dwana tat-tluq għandhom ikunu proporzjonati man-numru ta’ dokumenti ta’ gwida tad-dwana fis-sena. L-esperjenza turi li livell minimu ta’ 8 % ta’ dokumenti ta’ gwida tad-dwana huwa effettiv, proporzjonat u dissważiv.

(12)

Skond l-Artikolu 4f tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (11), l-awtoritajiet tad-dwana għandhom iwettqu ġestjoni ta’ riskju biex jagħmlu distinzjoni bejn il-livelli ta’ riskju assoċjati mal-prodotti li tkun qed issirilhom il-verifika jew is-superviżjoni tad-dwana biex ikunu stabbiliti jekk il-prodotti hux se jkunu soġġetti għal verifiki tad-dwana speċifiċi u jekk dan isir, fejn għandu jsir. Il-ġestjoni tar-riskju jinkludi l-analiżi tar-riskji kif iddefinit mill-Artikolu 4(26) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Skond l-Artikolu 592e tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 l-uffiċċju tad-dwana kompetenti, meta jirċievi d-dikjarazzjoni tad-dwana, għandu jwettaq analiżi tar-riskju u verifiki tad-dwana xierqa, qabel ma jirrilaxxa l-prodott għall-esportazzjoni. Il-ġestjoni tar-riskju għandu japplika b’mod obbligatorju mill-1 ta’ Lulju 2009 permezz ta’ mezzi elettroniċi skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/82 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (12). B’konsegwenza, il-verfiki tad-dwana fuq id-dikjarazzjoijiet tal-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandu jkun soġġett għall-analiżi tar-riskju minn dik id-data.

(13)

L-analiżi tar-riskju bħala strument ta’ kontroll mhux obbligatorju għall-verifiki fiżiċi fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni kien introdott fl-1994 mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 386/90, u għall-verifiki ta’ sostituzzjoni fl-1995 mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2221/95 tal-20 ta’ Settembru 1995 li jistabbillixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 fir-rigward ta’ verifiki fiżiċi mwettqa fil-waqt tal-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet (13). Għażla ta’ kriterji li kellhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni kienet stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 3122/94. L-applikazzjoni tal-analiżi tar-riskju hija soġġetta għall-protezzjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

(14)

L-esperjenza speċifika akkumulata permezz tal-applikazzjoni tal-analiżi tar-riskju fil-qafas ta’ verifiki dwar ir-rifużjonijet tal-esportazzjoni għandhom jinżammu wara introduzzjoni ġeneralizzata tal-ġestjoni tar-riskju.

(15)

L-organizzazzjoni li, fil-prinċipju, toffri l-aqwa salvagwardji mingħajr ma toħloq restrizzjonijiet ekonomiċi u spejjeż amministrattivi li jkunu akbar mill-qligħ prospettiv għall-finanzi Komunitarji tkun waħda li tgħaqqad il-verifiki fiżiki tal-esportazzjoni mal-verifika tal-kontijiet. Għal din ir-raguni l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-verifiki fiżiċi mal-verifika li għandha ssir ex post facto fl-impriżi kkonċernati mill-korpi kompetenti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri, tat-tranżazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta’ finanzjament mill-Fond ta’ Garanzija Agrikola Ewropew (14).

(16)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 159/2008 tal-21 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 800/199 u (KE) Nru 2090/2002 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjoni (15) jissostitwixxi ċerti limiti ta’ verifiki u rappurtaġġ ta’ EWR 200 b’EWR 1 000. Huwa xieraq li EWR 1 000 isir il-limitu għal kull bżonn tal-verifika u r-rappurtaġġ relevanti.

(17)

Biex tkun ivvalutata l-effettività tal-analiżi tar-riskju tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri huma mitluba jagħmlu rapporti tal-verifiki u jissottomettu valutazzjoni annwali dwar l-implimentazzjoni u l-effettività tal-verifiki mwettqa skond dan ir-Regolament u tal-proċeduri applikati għall-prodotti magħżula suġġetti għall-verifiki fiżiċi. Minħabba l-progress reġistrat fit-Teknoloġija tal-Informatika, il-bżonn li r-rapport annwali għandu jkun sottomess fuq CD-ROM kompatibbli mal-ISO 9660 jew mezz tad-dejta ekwivalenti, għandu jkun riformulat bħala mezz elettroniku li ma jippermettix l-ikkupjar tad-dejta.

(18)

L-applikazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju se tkun obbligatorja skond il-Kodiċi Doganali mill-1 ta’ Lulju 2009 izda xi Stati Membri jistgħu japplikawha qabel. Fejn hemm ġestjoni tar-riskju xierqa, huwa ġustifikat li tiġi aċċettata l-applikazzjoni ta’ normi ta’ verifika flessibbli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw normi ta’ verifika flessibbli malli japplikaw ġestjoni tar-riskju xierqa u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan.

(19)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq Agrikoli,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ INTRODUZZJONI

Artikolu 1

It-tema u l-ambitu

Dan ir-Regoment jistabbilixxi ċerti proċeduri għall-montoraġġ dwar jekk jitwettqux l-operazzjonijiet li jagħtu d-dritt għall-ħlas ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni u għal kull ammont ieħor kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) jekk ikunux ġew fil-fatt imwettqa b’mod korrett.

Dan l-Anness japplika bla ħsara għad-dispożizzjonjiet fir-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Dan ir-Regolament m’għandux japplika fir-rigward ta’ esportazzjonijiet li jinvolvu għajnuna Komunitarja jew nazzjonali dwar ikel koperti mir-Regolament (KE) Nru 2298/2001.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“ammonti oħra” tfisser operazzjonijiet relatati ma’ miżuri finanzjarji taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jistgħu jitwettqu skond ir-Regolamenti (KE) Nru 793/2006, (KE) Nru 967/2006 u (KE) Nru 1914/2006.

(b)

“prodotti” tfisser prodotti kif definiti fl-Artikolu 2(1)(a) l-ewwel inċiż tar-Regolament (KE) Nru 800/1999;

(c)

“uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni” tfisser l-uffiċċju tad-dwana msemmi fl-Artikolu 5(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999;

(d)

“uffiċċju tad-dwana tat-tluq” tfisser l-uffiċċju tad-dwana msemmi fl-Artikolu 793(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

(e)

“l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat kopja tal-verifika T5” tfisser l-uffiċċju tad-dwana tad-destinazzjoni msemmi fl-Artikolu 912c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 inkluż l-uffiċċju tad-dwana fejn jintbagħat dokument ekwivalenti;

(f)

“verifiki fiżiċi” tfisser il-verifika li d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew għal ammonti oħra, dokumenti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 793/2006, (KE) Nru 967/2006 u (KE) Nru 1914/2006, inklużi d-dokumenti sottomessi biex isostnuha tikkorispondi mal-prodotti fir-rigward tal-kwalità, in-natura u l-karatteristiċi skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5;

(g)

“verifika sostituttiva” tfisser verifika mwettqa permezz ta’ verifika viżiva, li l-prodotti jikkorrispondu mad-dokument li kellhom magħhom mill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni sal-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja tal-verifika T5 skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8;

(h)

“verifika sostituttiva speċifika” tfisser verifika sostituttiva li tista’ tvarja bejn verifika viżwali u verifika fiżika, u għandha titwettaq meta jkun hemm id-dubji dwar l-integrità tas-siġill tal-prodotti esportati skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9;

(i)

“verifika viżiva” tfisser verifika permezz tal-perċezzjoni sensorjali inklużi verifiki li jużaw tagħmir tekniku;

(j)

“dokument” tfisser kitba, jew mezz elettroniku approvat skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 291/92, (KE) Nru 885/2006 (16) jew (KE) Nru 450/2008 (17), li għandu tagħrif relevanti fil-qafas ta’ dan ir-Regolament;

(k)

“dokument ekwivalenti”, fir-rigward tal-kopja tal-verifika T5, tfisser id-dokument nazzjonali msemmi fl-Artikoli 8, 8a u 9 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, użat fejn tkun applikata proċedura nazzjonali skond l-Artikolu 912a(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

(l)

“setturi ta’ prodotti” huma setturi stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bl-eċċezzjoni taċ-ċereali u r-ross koperti mill-Partijiet I u II tal-Anness għal dak ir-regolament li għandu jkun meqjus bħala settur ta’ prodott uniku, u prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, li għandhom ikunu meqjusa bħala settur ta’ prodott uniku.

Artikolu 3

It-tipi tal-verifiki

L-Istati Membri għandhom iwettqu:

(a)

kontrolli fiżiċi fuq il-prodotti skond l-Artikolu 4, fil-waqt li jitlestew il-formalitajiet tad-dwana dwar l-esportazzjoni u qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni sabiex l-oġġetti kkonċernati jiġu esportati, fuq il-bażi tad-dokumenti sottomessi b’appoġġ għad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni;

(b)

verifiki dwar l-integrità tas-siġilli skond l-Artikolu 7;

(c)

verifiki sostituttivi skond l-Artikolu 8;

(d)

verifiki sostituttivi speċifiċi skond l-Artikolu 9; u

(e)

l-iskrutinju tad-dokumenti fil-fajl tal-applikazzjonijiet għall-ħlas skond l-Artikolu 12.

Għal ammonti oħra, l-applikazzjoni tal-verifiċi fiżiċi hija ddeterminata mir-Regolament (KE) Nru 793/2006, (KE) Nru 967/2006 and (KE) Nru 1914/2006.

KAPITOLU II

VERIFIKI FIŻIĊI

Artikolu 4

Il-forma u l-waqt tal-verifiki

1.   Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tkun teħtieġ verifiki iktar estensivi, il-verifiki fiżiċi għandhom jieħdu forma ta’ verifiki fuq il-post magħmula frekwentament u mingħjar avviż minn qabel.

2.   Verifiki fiżiċi li dwarhom l-esportatur ikun irċieva avviż espress jew taċitu minn qabel ma jgħoddux bħala verifiki. Dan il-paragrafu m’għandux japplika fejn il-kontijiet ta’ impriża jiġu vverifikati skond il-punt 3 tal-Anness I.

3.   L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jkun hemm varjazzjonijiet fil-bidu tal-verifika fiżika fl-istabbiliment tal-esportatur billi jqabblu l-ħin indikat għall-bidu tat-tagħbija kif imsemmi fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 5

Metodi dettaljati tal-verifiki

1.   Fil-każi fejn verifika fiżika ma jirnexxilhiex tistabbilixxi li l-prodotti jikkorrispondu għad-deskrizzjoni mogħtija fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, u fejn il-klassifika jew il-kwalità tal-prodotti jeħtieġu tagħrif preċiż ħafna dwar l-ingredjenti tagħhom, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jivverifika d-deskrizzjoni skond in-natura tal-prodott.

2.   L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jagħmel testijiet minn laboratorji b’tagħmir speċjalizzat u akkreditat jew approvat uffiċjalment għal dak il-għan, fejn iqis li huwa meħtieġ, u jiddikjara għal liema raġuni saru dawn it-testijiet. Fejn ir-rata tar-rifużjoni jew somom oħra tiddependi fuq il-livell ta’ komponent partikolari, bħala parti mill-verifika fiżika l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi sabiex il-kompożizzjoni tiġi analiżżata minn laboratorju akkreditat jew uffiċjalment approvat.

Fejn l-istess esportatur regolarment jesporta prodott bl-istess kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjoni tal-esportazzjoni jew kodiċi Nomenklatura Maqgħuda u r-rata ta’ rifużjoni tiddependi fuq il-livell ta’ komponent partikolari, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni jista’ jieħu kampjun rappreżentattiv b’50 % biss tal-verifiki viżivi fuq dak l-esportatur sakemm it-testijiet tal-laboratorju fl-aħħar sitt xhur ma wrew ebda nuqqas ta’ konformità li għandha konsegwenzi finanzjarji ta’ iktar minn EWR 1 000 tal-ammont gross tar-rifużjoni fir-rigward ta’ dak l-esportatur. Jekk it-testijiet tal-laboratorju jsibu nuqqas ta’ konformità b’konsegwenzi finanzjarji akbar minn EWR 1 000 fuq l-ammont gross tar-rifużjoni fir-rigward ta’ dak l-esportatur, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jieħu kampjuni għall-verifiki fiżiċi kollha fuq dak l-esportatur għas-sitt xhur li jkun imiss.

3.   Il-kontrolli msemmija f’dan l-Artikolu għandhom isiru bla ħsara għal ebda miżura illi l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jieħdu sabiex jiżguraw illi l-oġġetti jħallu t-territorju tad-dwana fl-istess stat illi kienu fih meta kienet ingħatat l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni.

4.   L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jaċċerta l-konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (KEE) Nru 800/1999. Fejn hemm raġunijiet speċifiċi għal suspett dwar il-kwalità ġenwina, tajba u negozjabbli tal-prodott, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Komunità, partikolarment dawk marbuta mas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali.

5.   Verifiki fiżiċi fuq prodotti ta’ kwantità, fuq prodotti ippakkjati u fuq prodotti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, għandhom isiru b’konsiderazzjoni tal-metodi stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Ir-rati ta’ verifika

1.   Bla ħsara għall-paragrafi 2 sa 7, il-verifiki fiżiċi għandhom ikunu ta’ għażla rappreżentattiva ta’ mhux inqas minn 5 % tad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 li fir-rigward tagħhom huma sottomessi l-applikazzjonijiet għar-rifużjonijiet u l-somom msemmija fl-Artikolu 1.

Ir-rata għandha tapplika:

(a)

għal kull uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni;

(b)

għal kull sena kalendarja, u

(ċ)

għal kull settur ta’ prodotti.

2.   Madanakollu, Stat Membru jista’ jagħżel li:

(a)

jibdel ir-rata ta’ 5 % għal kull settur ta’ prodotti bir-rata ta’ 5 % li tkopri is-settur ta’ prodotti kollha, u f’dan il-każ, ir-rata minima ta’ 2 % għandha tkun obbligatorja għal kull settur ta’ prodotti;

(b)

ibiddel ir-rata ta’ 5 % għal kull uffiċċju tad-dwana bir-rata ta’ 5 % għat-territorju kollu tiegħu u dik ta’ 5 % għal kull settur ta’ prodotti bir-rata ta’ 5 % għas-settur ta’ prodotti kollha b’rata minima ta’ 2 % għal kull settur ta’ prodotti.

3.   Kil każ tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2(a), fejn uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni jaċċetta inqas minn 20 dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 kull sena għal kull settur ta’ prodotti, almenu dikjarazzjoni tal-esportazzjoni waħda fis-sena għal kull settur għandha tiġi soġġetta għal verifika fiżika.

Dan ir-rekwiżit m’għandux japplika jekk l-uffiċċju tad-dwana ma jkunx ivverifika l-ewwel żewġ dikjarazzjonijiet skond ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju tagħhom, kif stabbilit mill-Artikolu 11 u ma jkunux saru iktar esportazzjonijiet wara dan f’dak is-settur ta’ prodott.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2:

(a)

rata minima ta’ 0,5 % għal kull uffiċċju tad-dwana jew 0,5 % għat-territorju kollu tal-Istat Membru għandha tapplika għall-prodotti li mhumiex koperti mill-Anness għat-Trattat. Il-perċentwal tal-verifiki fiżiċi mwettqa fuq dawk il-prodotti m’għandhomx jitqiesu meta tkun ikkalkulata r-rata ta’ 5 % għal kull settur ta’ prodott jew ir-rata kumplessiva ta’ 5 % li tkopri s-settur ta’ prodotti kollha;

(b)

għall-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni fejn firxa ta’ prodotti minn mhux aktar minn żewġ setturi tal-prodott hija ppreżentata għall-esportazzjoni minn mhux aktar minn ħames esportaturi, il-verifiki fiżiċi jistgħu jitnaqqsu għar-rata minima ta’ 2 % għal kull settur ta’ prodott. Setturi b’inqas minn 20 dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni kull sena għal kull uffiċċju tad-dwana m’għandhomx jitqiesu meta n-numru ta’ setturi tal-prodott jiġi ddeterminat. L-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni jistgħu japplikaw dawn ir-regoli għal sena kalendarja sħiħa, bbażat fuq l-istatistika għas-sena ta’ qabel, anki fejn isiru dikjarazzjonijiet dwar l-esportazzjoni minn esportaturi addizzjonali jew għal setturi ta’ prodotti addizzjonali matul is-sena.

5.   Bla ħsara għall-miżuri ta’ spezzjoni msemmija fl-Artikolu 36(4), l-Artikolu 37(4) u l-Artikolu 44(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-verifiki fiżiċi u ta’ sostituzzjoni stabbiliti b’dan ir-Regolament dwar kunsinni msemmija fl-Artikoli 36 u 44 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

6.   Meta jikkalkulaw ir-rati minimi ta’ verifiki li għandhom jitwettqu skond dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jinjoraw id-dikjarazzjonijiet ta’ verifiki fiżiċi li jinvolvu:

(a)

jew kwantitajiet li ma jeċċedux:

(i)

il-25 000 kg fil-każ ta’ ċereali u ross,

(ii)

il-5 000 kg fil-każ ta’ prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat,

(iii)

l-2 500 kg fil-każ ta’ prodotti oħrajn;

(b)

jew somom ta’ rifużjoni ta’ inqas minn EWR 1 000.

7.   Meta jiġu implimentati l-paragrafi 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jaddottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jipprevjenu l-frodi u l-abbużi. Il-verifiki li jsiru għal dan l-iskop jistgħu jingħaddu sabiex tinħadem il-konformità mar-rati minimi tal-verifiki kif stabbiliti f’dan l-Artikolu.

KAPITOLU III

VERIFIKI TAS-SIĠILLI

Artikolu 7

Il-Verifiki tal-obbligi u r-rati

1.   L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jiċċekkja s-siġilli.

2.   In-numru ta’ verifiki tas-siġilli m’għandux ikun anqas minn 10 % tan-numru totali tal-kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti minbarra dawk magħżula għal verifika ta’ sostituzzjoni skond l-Artikolu 8.

KAPITOLU IV

VERIFIKI TA’ SOSTITUZZJONI

Artikolu 8

Il-post u l-metodi dettaljati tal-verifiki

1.   Fejn id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni ġiet aċċettata mill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni li mhux l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5, u jekk l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni m’għamilx verifika fiżika, l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq għandu jagħmel verifika ta’ sostituzzjoni skond dan l-Artikolu u bla ħsara għall-verifiki magħmula skond dispożizzjonijiet oħra.

Jekk l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq mhuwiex l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5, il-verifika tas-sostituzzjoni għandha ssir minn dan tal-aħħar.

2.   Jekk verifika viżiva bħal din dwar il-konsenja sħiħa ma tkunx biżżejjed biex is-sostituzzjoni tiġi kkontrollata, għandhom jintużaw mezzi oħrajn ta’ verifika fiżika msemmija fl-Artikolu 5, inkluż, fejn ikun meħtieġ, tagħbija parzjali.

Għandu jittieħed kampjun għall-ittestjar biss f’każijiet fejn l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq ma jkunx jista’ jivverifika, viżwalment u permezz tal-użu tat-tagħrif dwar l-imballaġġ u fid-dokumentazzjoni, jekk il-prodotti jkunux konformi mad-dokument li jakkumpanjahom.

3.   Meta, minbarra siġill tad-dwana jkun ġie applikat siġill veterinarju b’konformità mal-ħtiġijiet ta’ pajjiż terz destinatarju, verifika ta’ sostituzzjoni hija meħtieġa biss jekk ikun hemm suspett ta’ frodi.

Artikolu 9

Verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi

1.   L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jagħmel verifika ta’ sostituzzjoni speċifika jekk isib li:

(a)

is-siġill magħmul fil-mument tat-tluq ikun tneħħa mingħajr is-supervizjoni tad-dwana,

(b)

is-siġilli magħmula fil-mument tat-tluq ikunu tkissru,

(c)

l-eżenzjoni mis-siġillar skond l-Artikolu 357(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma jkunx ingħata.

2.   L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jiddeċiedi, fid-dawl tal-analiżi tar-riskju msemmi fl-Artikolu 11, jekk il-verifika ta’ sostituzzjoni speċifika għandhiex tikkonsisti minn verifika ta’ sostituzzjoni biss jew tinkludi wkoll verifika fiżika.

Artikolu 10

Ir-rati ta’ verifika

1.   It-total tan-numru minimu ta’ verfiki ta’ sostituzzjoni msemmija fl-Artikolu 8 u verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9 magħmula kull sena kalendarja mill-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 li minnu l-prodotti jħallu it-territorju tad-dwana tal-Komunità għandu jkun ta’ mhux inqas minn 8 % tan-numru tal-kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li jkopru l-prodotti li għalihom hemm talba ta’ rifużjoni.

2.   Meta jikkalkulaw ir-rati minimi ta’ verifiki li għandhom jitwettqu skond dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jinjoraw il-kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti għall-verifiki ta’ sostituzzjoni li jinvolvu:

(a)

jew kwantitajiet li ma jeċċedux:

(i)

il-25 000 kg fil-każ ta’ ċereali u ross,

(ii)

il-5 000 kg fil-każ ta’ prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat,

(iii)

l-2 500 kg fil-każ ta’ prodotti oħrajn;

(b)

jew somom ta’ rifużjoni ta’ inqas minn EWR 1 000.

3.   Meta jiġi implimentat il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jaddottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jipprevjenu l-frodi u l-abbużi. Il-verifiki li jsiru għal dan l-iskop jistgħu jingħaddu sabiex tinħadem il-konformità mar-rati minimi tal-verifiki kif stabbiliti f’dan l-Artikolu.

KAPITOLU V

AMMINISTRAZZJONI TAR-RISKJU

Artikolu 11

Analiżi tar-riskju

1.   L-għażliet għall-verifiki fiżiċi u għall-verifiki ta’ sostituzzjoni għandhom ikunu bbażati fuq sistema ta’ amministrazzjoni tar-riskju.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu analiżi tar-riskju biex jippermettu li l-verifiki fiżiċi jkunu immirati lejn dawk il-prodotti, individwi u entitajiet legali u setturi tal-prodotti fejn hemm l-ikbar riskju li l-operazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1 ma jsirux sew.

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 592e tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-analiżi tar-riskju tagħhom b’kunsiderazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-kriterji stabbiliti fl-Anness II kif ikun xieraq.

4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom flimkien iwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà u r-relevanza tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II fuq il-bażi tal-esperjenza akkwiżita sabiex ikunu jistgħu jagħmlu, f’każi ta’ ħtieġa, aġġustamenti fis-sistema u l-għażla tal-parametri biex iwettqu l-kontrolli fiżiċi aktar effettivi u li ttejjeb il-mira tagħhom.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

bil-miżuri meħuda, inklużi l-istruzzjonijiet lid-dipartimenti nazzjonali, biex japplikaw is-sistema ta’ għażla fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju fid-dawl tal-kriterji msemmija fil-punt 1 tal-Anness II;

(b)

bir-rata ta’ verifika li se tkun applikata kif stabbilit mill-Artikolu 6;

(c)

b’każi individwali li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Istati Membri l-oħrajn.

L-Istati Membri li għalihom japplika l-punt (a) tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 18 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2009.

KAPITOLU VI

KOORDINAZZJONI U RAPPORTI AMMINISTRATTIVI

TAQSIMA 1

Koordinazzjoni

Artikolu 12

L-iskrutinju tal-aġenzija tal-ħlas

L-aġenziji tal-ħlas għandhom jagħmlu skrutinju, fuq il-bażi tal-fajls tal-applikazzjonijiet għall-ħlas u ta’ tagħrif ieħor disponibbli, b’mod partikolari fuq il-bażi tad-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-esportazzjoni u mal-kummenti tas-servizzi tad-dwana, tax-xhieda kollha f’dawn il-fajls ippreżentata sabiex tiġġustifika l-ħlas tas-somom fil-kwistjoni.

Artikolu 13

Il-koordinazzjoni tal-analiżi tar-riskju u l-verifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jkun hemm korp uniku li jikkoordina informazzjoni dwar l-analiżi tar-riskju.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu passi sabiex jikkoordinaw il-verifiki imposti fuq operaturi individwali u jikkombinaw il-verifiki stabbiliti fl-Artikoli 5, 8 u 9 u l-verifiki huma stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 485/2008.

Għandhom isiru verifiki kkoordinati, fuq l-inizjattiva jew fuq it-talba tal-Kummissjoni jew tal-awtoritajiet tad-dwana li jagħmlu l-kontrolli fiżiċi jew tal-aġenziji tal-ħlas li jagħmlu l-iskrutinju tal-fajls tal-applikazzjonijiet għall-ħlas jew tal-awtoritajiet kompetenti li jivverifikaw il-kontijiet.

TAQSIMA 2

Ir-rapport amministrattivi

Artikolu 14

Rapport dwar verifiki fiżiċi

1.   Kull uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji biex jaċcerta li l-konformità mar-rata ta’ verifiki fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tiġi vverifikata f’kull ħin.

Dawk l-arranġamenti għandhom juru, għal kull settur ta’ prodott

(a)

in-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni kkunsidrati għall-verifiki fiżiċi;

(b)

in-numru ta’ verifiki fiżiċi li twettqu.

2.   L-uffiċjal tad-dwana kompetenti għandu jipproduċi rapport dettaljat dwar l-ispezzjoni għal kull verifika fiżika li tkun twettqet.

Ir-rapporti tal-ispezzjoni għandhom jinkludu almenu dettalji relevanti dwar:

(a)

il-post, id-data u l-ħin tal-wasla, il-ħin li tlestiet il-verifika fiżika, il-mezz ta’ trasport għall-prodotti, jekk il-mezzi ta’ trasport kinux vojta, mgħobbija parzjalment jew kompletament fil-bidu tal-proċedura ta’ verfika, in-numru ta’ kampjuni meħuda għall-analiżi fil-laboratorju u l-isem u l-firma tal-uffiċjal kompetenti; u

(b)

id-data u l-ħin tal-wasla tat-tagħrif kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, il-ħin indikat għall-bidu tat-tagħbija u t-tlestija tat-tagħbija tal-prodotti fil-mezzi tat-trasport.

Bla ħsara għall-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, ir-rapporti tal-ispezzjoni u d-dokumenti li jsemmu r-raġuni li ntgħażlet id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni għall-verifika fiżika għandhom jinżammu aċċessibbli għall-konsultazzjoni għal tliet snin mis-sena ta’ esportazzjoni fl-uffiċċju tad-dwana li wettaq il-verifika fiżika, jew f’post wieħed fl-Istat Membru.

Artikolu 15

Kopja tal-kontroll T5

1.   L-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jikteb fuq il-kopja ta’ kontroll T5 jew dokument ekwivalenti li jakkumpanja lill-prodotti, fil-kaxxa D:

(a)

Waħda mill-entrati elenkati fl-Anness III jekk tkun wettqet verfika fiżika;

(b)

Waħda mill-entrati msemmija fl-Anness IV fil-każ tal-esportazzjoni ta’ għajnuna tal-ikel.

2.   Kull uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jieħu passi biex ikollu disponibbli għall-Kummissjoni f’kull ħin, dettalji tan-numru ta’:

(a)

il-kopji tal-kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li ġew meħuda f’kunsiderazzjoni għall-għanijiet tal-verifiki fuq l-integrità tas-siġilli msemmija fl-Artikolu 7, għall-għanijiet tal-verifiki ta’ sostituzzjoni msemmija fl-Artikolu 8, u l-verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9;

(b)

il-verifika mwettqa fuq l-integrità tas-siġilli msemmija fl-Artikolu 7;

(ċ)

il-verifiki ta’ sostituzzjonji mwettqa msemmija fl-Artikolu 8;

(d)

il-verifiki ta’ sostituzzjonji speċifiċi mwettqa msemmija fl-Artikolu 9;

Jekk l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 ikun ħa kampjun, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness V għandħa tkun miktuba fuq il-kopja ta’ kontroll T5 jew dokument ekwivalenti li għandu jintbagħat lura lill-awtoritajiet kompetenti.

Kopja tad-dokument għandha tibqa’ fl-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana li lilu tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 jew dokument ekwivalenti, skond il-każ, u din għandha tkun aċċessibbli għal konsultazzjoni skond il-paragrafu 3.

3.   Kull verifika ta’ sostituzzjoni u verifika ta’ sostituzzjoni speċifika msemmija fl-Artikoli 8 u 9 għandha tkun is-suġġett ta’ rapport imfassal mill-uffiċjal kompetenti li jwettaqha. Ir-rapport għandu jippermetti l-monitoraġġ tal-kontrolli mwettqa u għandu jkollu d-data u l-isem tal-uffiċjal tad-dwana. Bla ħsara għall-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, għandu jkun aċċessibbli għal konsultazzjoni għal tliet snin mis-sena ta’ esportazzjoni fl-uffiċċji tad-dwana li jkun wettaq il-verifika jew f’post wieħed fl-Istat Membru.

Il-kontrolli fuq l-integrità tas-siġilli msemmija fl-Artikolu 7, u l-każijiet ta’ tneħħija jew ta’ ksur ta’ siġilli għandhom jiġu rreġistrati skond l-Artikolu 912c(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

4.   L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 912a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2454/93 bil-miktub, billi juża kopja tal-kopja tal-kontroll T5 jew dokument ekwivalenti, bir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju, u jirrapporta:

(a)

jew waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness VI;

(b)

jew ir-riżultati tat-testijiet jekk hemm diskrepanza bejn ir-riżultati u l-prodott iddikjarat.

5.   Fejn verifika ta’ sostituzzjoni tiżvela li jista’ jkun li ma nżammitx konformità mar-regola relevanti dwar ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana li lilu tintbagħat il-kopja ta’ kontroll T5 għandu jindika waħda mill-entrati elenkati fl-Anness VII fuq il-kopja ta’ kontroll T5 jew dokument ekwivalenti li għandha tintbagħat lura lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 912a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2454/93. L-aġenzija tal-ħlas għandha tinforma lill-uffiċċju tad-dwana b’azzjoni meħuda b’riżultat tal-konklużjonijiet.

Artikolu 16

Rapport annwali

Qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport li jevalwa l-implimentazzjoni u l-effettività tal-verifiki mwettqa taħt dan ir-Regolament u l-proċeduri applikati ghall-għażla tal-prodotti soġġetti għall-verifiki fiżiċi. Ir-rapport għandu jinkludi l-elementi elenkati fl-Anness VIII li jkopru d-dikjarazzjonijiet ta’ esportazzjoni aċċettati bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-rapporti lill-Kummissjoni fuq mezz elettroniku li jipprekludi l-kitba mill-ġdid tad-dejta fuq karta, jew fejn ikun applikabbli, b’mezz elettroniku bl-użu tal-formola li l-Kummissjoni tkun poġġiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Tħassir

Ir-regolmenti (KE) Nru 3122/94 u (KE) Nru 2090/2002 huma mħassra.

Referenzi għal Regolamenti mħassra u għal Regolament (KEE) Nru 386/90 għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Madanakollu, il-Kapitolu V fir-rigward tal-verfiċi fiżiċi u t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(2), it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(3), u l-Artikolu 6(4), għandhom japplikaw:

(a)

għal dawk l-Istati Membri li bagħtu n-notifika tagħhom lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3122/94 mill-1 ta’ Jannar 2009;

(b)

għal Stati Membri oħra mid-data li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jinnotifika lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Lulju 2009, liema minnhom tkun l-ewwel.

Il-Kapitolu V fir-rigward tal-verifiki ta’ sostituzzjoni għandu japplika mid-data li kull Stat Membru se jistabbilixxi u jinnotifika lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Lulju 2009, liema minnhom tkun l-ewwel.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 42, 16.2.1990, p. 6.

(4)  ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4.

(5)  ĠU L 330, 21.12.1994, p. 31.

(6)  ĠU L 145, 31.5.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

(8)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 64.

(9)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.

(10)  ĠU L 308, 27.11.2001, p. 16.

(11)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(12)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.

(13)  ĠU L 224, 21.9.1995, p. 13.

(14)  ĠU L 143, 3.6.2008, p. 1.

(15)  ĠU L 48, 22.2.2008, p. 19.

(16)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

(17)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.


ANNESS I

METODI LI GĦANDHOM IKUNU SEGWITI GĦALL-VERIFIKI FIŻIĊI

1.   Prodotti bl-ingrossa

1.1.

Meta esportatur juża faċilitajiet issigillati għat-tagħbija awtomatika u l-użin awtomatiku kalibrat tal-prodotti bl-ingrossa, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jispezzjona li l-prodotti jaqblu mad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni billi tikejjel il-kwantità bl-użu tat-tagħrif tal-użin awtomatiku kalibrat, u għandu jispezzjona n-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti permezz ta’ kampjun rappreżentattiv.

L-uffiċċju tad-dwana tal-esporatazzjoni għandu wkoll jispezzjona permezz ta’ kampjuni li:

(i)

is-sistemi tal-użin u tat-tagħbija ma jħallux li prodotti jerġgħu jitqiegħdu fiċ-ċirwikiti issiġġillati tagħhom jew bi kwalunkwe manipulazzjoni oħra,

(ii)

il-limitu taż-żmien speċifikat għat-tagħmir tal-użin kalibrat ma skadiex u li s-siġilli huma sħaħ fejn intużaw sistemi ta’ użin issiġillat,

(iii)

il-kunsinni mwieżna huma mgħobbija fuq il-mezz ta’ trasport speċifikat,

(iv)

id-dejta mdaħħla fir-reġistri jew iċ-ċertifikati tal-użin jaqblu mad-dejta fid-dokument ta’ tagħbija.

1.2.

Fil-każi rari fejn il-kwantità tal-prodotti bl-ingrossa mhux irreġistrat minn sistema ta’ użin awtomatiku kalibrat, l-uffiċċju tad-dwana għandu juża kull mezz ieħor ta’ verifika li huma sodisfaċenti mill-lat kummerċjali.

1.3.

Meta dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tkopri biss parti mill-konsenja tal-bastiment, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jaċċerta s-superviżjoni tat-tluq fiżiku tal-konsenja sħiħa. Għal dan il-għan, meta jitlesta l-proċess ta’ tagħbija, l-uffiċċju tad-dwana għandu jivverifika l-piż totali tal-konsenja li tgħabbiet bl-użu tat-tagħrif taħt il-punt 1.1 jew 1.2, flimkien ma’, fejn ikun xieraq, it-tagħrif fid-dokumenti kummerċjali.;

2.   Prodotti bil-biċċiet

2.1.

Meta esportatur ikun iddikjara l-prodotti ippakkjati bl-użu ta’ sistemi awtomatiċi ta’ tqegħid ġo boroż, fil-bottijet, fil-fliexken eċċ, u tagħmir ta’ użin/kejl awtomatiku kalibrat, jew imqiegħda f’pakketti jew fliexken skont id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE (1), 75/107/KEE (2) u 76/211/KEE (3), in-numru totali ta’ boroż, bottijiet, fliexken eċċ, għandu jingħadd u n-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti għandhom ikunu iċċekkjati fuq il-bażi ta’ selezzjoni rappreżentattiva magħmula mill-uffiċjal tad-dwana. Il-piż jew il-volum għandu jkun iddetterminat permezz ta’ użin/kejl awtomatiku kalibrat jew permezz tal-pakketti jew fliexken, skont id-Direttivi ta’ hawn fuq. L-uffiċjal tad-dwana tal-esportazzjoni jista’ jiżen jew ikejjel borża, bott jew flixkun wieħed.

2.2.

Jekk it-tagħmir għandu kontatur awtomatiku kalibrat, ir-rekords tal-kontatur awtomatiku jista’ jiġi kkunsidrat għall-verifiki fiżiċi fuq il-kwantità. Il-Punt 1.1 għandu japplika mutatis mutandis.

2.3.

Fejn esportatur juża pallets mgħobbija bil-kartuni, bottijiet eċċ, l-uffiċjal tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jagħżel pallets rappreżentattivi biex jiċċekkja jekk in-numru ta’ kartun, bottijiet eċċ iddikjarati humiex preżenti. Għandu jagħżel numru rappreżentattiv ta’ kartun, bottijiet eċċ minn dawn il-pallets, u jiċċekkja jekk in-numru ta’ bottijiet, unitajiet eċċ humiex preżenti.

2.4.

Fejn esportatur ma jużax il-faċilitajiet msemmija fil-punti 2.1 u 2.2, l-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jgħodd in-numru ta’ boroż, bottijiet eċċ. In-natura, il-karatteristiċi u l-użin/volum għandu jkun iċċekkjat fuq il-bażi ta’ selezzjoni rappreżentattiva. Il-Punt 2.3 għandu japplika mutatis mutandis.

2.5.

Fejn fil-każ tal-punti 2.1 u 2.2, il-kontenut u l-piż eżatt huma indikati fuq l-ippakkjar ta’ barra tal-prodotti, dak it-tagħrif għandu jkun iċċekkjat biss f’50 % tal-verifiki fiżiċi jekk il-prodotti huma ppakkjati f’kontenituri jew pakketti maħsuba għall-bejgħ bl-ingrossa, u l-prodotti huma esportati regolarment mill-istess esportatur u ebda nuqqas ta’ konformità b’konsegwenza finanzjarja ta’ iktar minn EUR 1 000 ma jkunu nstabu fis-sitt xhur ta’ qabel.

3.   Prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

3.1.

Fil-każ ta’ prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat li huma ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut jew soġġetti għall-immarkar xieraq bid-dettalji tal-kontenut u l-piż fuq l-ippakkjar ta’ barra u li jew jilħqu r-rekwiżiti tat-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (4) jew li għalihom il-kwantitajiet tal-prodotti użat huma dawk stabbiliti fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jibda jiċċekkja l-piż u l-kontenut tal-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat imqiegħda f’ippakkjar ta’ barra mad-dettalji fuq l-ippakkjar ta’ barra. Jista’ jiżen unità mingħajr l-ippakkjar. Għandu jgħodd u/jew jiżen – fil-prinċipju – il-kwantità totali tal-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat fl-ippakkjar ta’ barra.

Il-Punti 2.1 sa 2.5 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.2.

L-uffiċjal tad-dwana jista’ jieħu kampjun biex jiċċekkja li ma saret ebda sostituzzjoni.

3.3.

L-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni jista’ jassumi li l-kwantità ta’ prodotti wżati fil-produzzjoni tal-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat hija korretta jekk id-deskrizzjoni u l-kontenut indikat fuq l-ippakkettar ta’ barra huwa konsistenti mad-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew il-formola ta’ manifattura reġistrata.

Jekk il-formola ta’ manifattura għandha ma ġietx iċċekkjata mill-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jistaqsi lill-awditur tal-awtoritajiet kompetenti biex jiċċekkja wara l-formola u l-identità tal-prodotti.

Għall-għanijiet ta’ dan il-metodu ta’ verifika tal-kompożizzjoni tal-prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jintroduċu bil-quddiem proċedura fejn:

(i)

il-kompożizzjoni ta’ prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, jistgħu jkunu ċċekkajti permezz tal-kontijiet u d-dokumenti speċifiċi relatati mal-produzzjoni,

(ii)

ikun ivverifikat, permezz tad-dokumenti ta’ produzzjoni tal-impriża, li l-oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat prodotti huma l-istess bħal dawk koperti mid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u l-formola ta’ manifattura u l-prodotti li għandhom ikunu esportati, u

(iii)

l-awditur tal-awtoritajiet kompetenti jista’ jiċċekkja ex-post li l-prodotti esportati jaqblu mad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni kkonċernata, il-formola ta’ manifattura u l-oġġetti prodotti.

3.4.

Fil-każi fejn il-proċedura stabbilita mill-punti 3.1 sa 3.3 ma tapplikax, l-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjoni għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi, bla ħsara għall-Artikoli 49 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005.


(1)  ĠU L 42, 15.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU L 42, 15.2.1975, p. 14.

(3)  ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1.

(4)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.


ANNESS II

IL-KRITERJI GĦALL-ANALIŻI TAR-RISKJU MSEMMIJA FL-ARIKOLU 11

1.

Il-kriterji marbuta mal-prodotti:

(a)

l-oriġini tagħhom,

(b)

in-natura tagħhom,

(c)

il-karatteristiċi tagħhom skont in-nomenklatura tar-rifużjoni,

(d)

il-valur tagħhom,

(e)

l-istat doganali tagħhom,

(f)

ir-riskju ta’ kodiċi ta’ tariffa mhux korretta,

(g)

l-ammont tar-rifużjoni fit-termini ta’ karatteristiċi tekniċi u l-preżentazzjoni tal-prodotti (xaħam, ilma, laħam, kontenut ta’ rmied, ippakkjar eċċ.),

(h)

il-fatt li jsiru eliġibli għall-rifużjoni,

(i)

il-kwantità,

(j)

l-analiżi ta’ kampjuni preċedenti,

(k)

l-informazzjoni fuq tariffi li jorbtu (BTI/ITJ);

2.

Il-kriterji relatati mal-kummerċ:

(a)

il-frekwenza tagħhom,

(b)

id-dehra tal-kummerċ insolitu u/jew l-iżvilupp ta’ kummerċ ġdid,

(c)

id-devjazzjonijiet tal-kummerċ;

3.

Il-kriterji relatati man–nomenklatura tar-rifużjonijiet:

(a)

ir-rata tar-rifużjoni,

(b)

in-nomenklaturi fir-rigward tal-ħlas tal-aktar rifużjonijiet tal-esportazzjoni,

(c)

ir-riskji ta’ rati tar-rifużjoni mhux korretti fit-termini ta’ karatteristici tekniċi u l-preżentazzjoni tal-prodotti (xaħam, ilma, laħam, kontenut ta’ rmied, ippakkjar eċċ.),

4.

Il-kriterji relatati mal-esportaturi:

(a)

l-istatus tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tad-dwana (pereżempju l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat),

(b)

ir-reputazzjoni u l-affidabbilità tagħhom,

(c)

il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom,

(d)

id-dehra ta’ esportaturi ġodda,

(e)

l-esportazzjoni mingħajr ebda ġustifikazzjoni ekonomika li hi immedjatament apparenti,

(f)

diżgwid preċedenti, partikolarment f’każi ta’ frodi;

5.

Il-kriterji relatati mal-irregolaritajiet: li jinstabu jew ikunu suspettati f’ċerti setturi produttivi;

6.

Il-kriterji relatati mal-arraġamenti tad-dwana wżati:

(a)

il-proċedura normali tad-dikjarazzjoni,

(b)

il-proċedura simplifikata tad-dikjarazzjoni,

(c)

l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 790 u 791 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93;

7.

Kriterji relatati mal-arranġamenti għall-għoti tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni:

(a)

l-esportazzjoni diretta,

(b)

il-kunsinna tal-ikel;

8.

Kriterji b’mod partikolari relatati mal-verifiki ta’ sostituzzjoni:

(a)

id-destinazzjoni tal-esportazzjoni,

(b)

l-evidenza loġistika tal-uffiċċji tad-dwana tat-tluq: Itinerarji jew traffiku ġdid jew mhux tas-soltu, prodotti imċaqalqa minn uffiċċju ieħor tat-tluq,

(c)

tul tal-vjaġġ eċċessiv mill-uffiċċji tal-esportazzjoni,

(d)

il-wasla barra mix-xejra normali tal-port/fruntiera,

(e)

in-numru tas-siġill huwa differenti minn dak iddikjarat,

(f)

il-kodiċi u d-deskrizzjoni tal-oġġetti essenzjali ma jaqblux,

(g)

il-piż iddikjarat jidher li mhux korrett,

(h)

il-mezz ta’ trasport mhux xieraq għall-prodotti,

(i)

ir-rata tar-rifużjoni.


ANNESS III

Entrati msemmija fl-artikolu 15(1)(a)

:

Bil-Bulgaru

:

Физическа проверка Регламент (ЕО) № 1276/2008

:

Bl-Ispanjol

:

Control físico — Reglamento (CE) no 1276/2008

:

Biċ-Ċek

:

fyzická kontrola nařízení (ES) č. 1276/2008

:

Bid-Daniż

:

fysisk kontrol forordning (EF) nr. 1276/2008

:

Bil-Ġermaniż

:

Warenkontrolle Verordnung (EG) Nr. 1276/2008

:

Bl-Estonjan

:

füüsiline kontroll Määrus (EÜ) nr 1276/2008

:

Bil-Grieg

:

φυσικός έλεγχος — κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1276/2008

:

Bl-Ingliż

:

physical check Regulation (EC) No 1276/2008

:

Bil-Franċiż

:

contrôle physique règlement (CE) no 1276/2008

:

Bit-Taljan

:

controllo fisico regolamento (CE) n. 1276/2008

:

Bil-Latvjan

:

fiziska pārbaude, Regula (EK) Nr. 1276/2008

:

Bil-Litwan

:

fizinė patikra, Reglamentas (EB) Nr. 1276/2008

:

Bl-Ungeriż

:

fizikai ellenőrzés 1276/2008/EK rendelet

:

Bil-Malti

:

spezzjoni fiżika Regolament (KE) Nru 1276/2008

:

Bl-Olandiż

:

fysieke controle Verordening (EG) nr. 1276/2008

:

Bil-Pollakk

:

kontrola bezpośrednia – rozporządzenie (WE) nr 1276/2008

:

Bil-Portugiż

:

controlo físico Regulamento (CE) n.o 1276/2008

:

Bir-Rumen

:

control fizic Regulamentul (CE) nr. 1276/2008

:

Bis-Slovakk

:

fyzická kontrola – nariadenie (ES) č. 1276/2008

:

Bis-Sloven

:

fizični pregled Uredba (ES) št. 1276/2008

:

Bil-Finlandiż

:

fyysinen tarkastus – Asetus (EY) N:o 1276/2008

:

Bl-Iżvediż

:

Fysisk kontroll förordning (EG) nr 1276/2008


ANNESS IV

Entrati msemmija fl-artikolu 15(1)(b)

:

Bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 2298/2001

:

Bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 2298/2001

:

Biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 2298/2001

:

Bid-Daniż

:

Nařízení (ES) č. 2298/2001

:

Bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 2298/2001

:

Bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 2298/2001

:

Bil-Grieg

:

Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 2298/2001

:

Bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 2298/2001

:

Bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 2298/2001

:

Bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 2298/2001

:

Bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 2298/2001

:

Bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 2298/2001

:

Bl-Ungeriż

:

2298/2001/EK rendelet

:

Bil-Malti

:

Regolament (KE) Nru 2298/2001

:

Bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 2298/2001

:

Bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 2298/2001

:

Bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 2298/2001

:

Bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 2298/2001

:

Bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 2298/2001

:

Bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 2298/2001

:

Bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 2298/2001

:

Bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 2298/2001


ANNESS V

Entrati msemmija fit-tieni sub paragrafu tal-artikolu 15(2)

:

Bil-Bulgaru

:

Взета проба

:

Bl-Ispanjol

:

Muestra recogida

:

Biċ-Ċek

:

odebraný vzorek

:

Bid-Daniż

:

udtaget prøve

:

Bil-Ġermaniż

:

Probe gezogen

:

Bl-Estonjan

:

võetud proov

:

Bil-Grieg

:

ελήφθη δείγμα

:

Bl-Ingliż

:

Sample taken

:

Bil-Franċiż

:

échantillon prélevé

:

Bit-Taljan

:

campione prelevato

:

Bil-Latvjan

:

paraugs paņemts

:

Bil-Litwan

:

Mėginys paimtas

:

Bl-Ungeriż

:

ellenőrzési mintavétel megtörtént

:

Bil-Malti

:

kampjun meħud

:

Bl-Olandiż

:

monster genomen

:

Bil-Pollakk

:

pobrana próbka

:

Bil-Portugiż

:

Amostra colhida

:

Bir-Rumen

:

Eșantion prelevat

:

Bis-Slovakk

:

odobratá vzorka

:

Bis-Sloven

:

vzorec odvzet

:

Bil-Finlandiż

:

näyte otettu

:

Bl-Iżvediż

:

varuprov har tagits


ANNESS VI

Entrati msemmija fl-artikolu 15(4)(a)

:

Bil-Bulgaru

:

Съответствие на резултатите от тестовете

:

Bl-Ispanjol

:

Resultado del análisis conforme

:

Biċ-Ċek

:

výsledek analýzy je v souladu

:

Bid-Daniż

:

analyseresultat i orden

:

Bil-Ġermaniż

:

konformes Analyseergebnis

:

Bl-Estonjan

:

vastav analüüsitulemus

:

Bil-Grieg

:

αποτέλεσμα της ανάλυσης σύμφωνο

:

Bl-Ingliż

:

Results of tests conform

:

Bil-Franċiż

:

résultat d’analyse conforme

:

Bit-Taljan

:

risultato di analisi conforme

:

Bil-Latvjan

:

analīzes rezultāti atbilst

:

Bil-Litwan

:

Tyrimų rezultatai atitinka eksporto deklaraciją

:

Bl-Ungeriż

:

ellenőrzési eredmény megfelelő

:

Bil-Malti

:

riżultat tal-analiżi konformi

:

Bl-Olandiż

:

analyseresultaat conform

:

Bil-Pollakk

:

wynik analizy zgodny

:

Bil-Portugiż

:

Resultado da análise conforme

:

Bir-Rumen

:

Rezultatul analizelor – conform

:

Bis-Slovakk

:

výsledok testu je v súlade

:

Bis-Sloven

:

rezultat analize je v skladu z/s

:

Bil-Finlandiż

:

analyysin tulos yhtäpitävä

:

Bl-Iżvediż

:

Analysresultatet överensstämmer med exportdeklarationen


ANNESS VII

Entarti msemmija fl-artikolu 15(5)

:

Bil-Bulgaru

:

Искане за прилагане на член 15, параграф 5 от Регламент (ЕО) № 1276/2008. Идентификация на изходното митническо учреждение или митническото учреждение на получаване на контролното копие Т5:

:

Bl-Ispanjol

:

Solicitud de aplicación del artículo 15, apartado 5, del Reglamento (CE) no 1276/2008. Aduana de salida o de destino del T5: …

:

Biċ-Ċek

:

Žádost o použití čl. 15 odst. 5 nařízení (ES) č. 1276/2008. Identifikace celního úřadu výstupu nebo celního úřadu určení T 5:

:

Bid-Daniż

:

Anmodning om anvendelse af artikel 15, stk. 5, i forordning (EF) nr. 1276/2008. Identifikation af udgangstoldstedet eller bestemmelsestoldstedet for T5: …

:

Bil-Ġermaniż

:

Antrag auf Anwendung von Artikel 15 Absatz 5 der Verordnung (EG) Nr. 1276/2008. Identifizierung der Ausgangszollstelle oder der Bestimmungsstelle des Kontrollexemplars T5: …

:

Bl-Estonjan

:

Määruse (EÜ) nr 1276/2008 artikli 15 lõike 5 kohaldamise taotlus. Väljumistolliasutus või tolliasutus, kuhu saadetakse kontrolleksemplar T5: …

:

Bil-Grieg

:

Αίτηση εφαρμογής του άρθρου 15 παράγραφος 5 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1276/2008. Προσδιορισμός του τελωνείου εξόδου ή του τελωνείου προορισμού του αντιτύπου ελέγχου T5: …

:

Bl-Ingliż

:

Request for application of Article 15(5) of Regulation (EC) No 1276/2008. Identity of the customs office of exit or customs office receiving the control copy T5: …

:

Bil-Franċiż

:

Demande d’application de l’article 15, paragraphe 5, du règlement (CE) no 1276/2008. Identification du bureau de douane de sortie ou de destination du T5: …

:

Bit-Taljan

:

Domanda di applicazione dell’articolo 15, paragrafo 5, del regolamento (CE) n. 1276/2008. Identificazione dell’ufficio doganale di uscita o di destinazione del T5: …

:

Bil-Latvjan

:

Pieprasījums piemērot Regulas (EK) Nr. 1276/2008 15. panta 5. punktu. Izvešanas muitas punkta vai muitas punkta, kas saņem T5 kontroleksemplāru, identitāte: …

:

Bil-Litwan

:

Prašymas taikyti Reglamento (EB) Nr. 1276/2008 15 straipsnio 5 dalį. Išvykimo muitinės įstaiga arba įstaiga, kuriai išsiunčiamas T5 kontrolinis egzempliorius: …

:

Bl-Ungeriż

:

Az 1276/2008/EK rendelet 15. cikke (5) bekezdésének alkalmazására irányuló kérelem. A kilépési vámhivatal vagy a T5 ellenőrző példányt átvevő hivatal azonosítója:

:

Bil-Malti

:

Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15, paragrafu 5, tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008. Identifikazzjoni tal-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew tal-wasla tat-T5: …

:

Bl-Olandiż

:

Verzoek om toepassing van artikel 15, lid 5 van Verordening (EG) nr. 1276/2008 Identificatie van het kantoor van uitgang of van bestemming van de T5: …

:

Bil-Pollakk

:

Wniosek o stosowanie art. 15 ust. 5 rozporzadzenia (WE) nr 1276/2008. Identyfikacja urzędu celnego wyprowadzenia lub urzędu celnego otrzymującego egzemplarz kontrolny T5: …

:

Bil-Portugiż

:

Pedido de aplicação do n.o 5 do artigo 15.o do Regulamento (CE) n.o 1276/2008. Identificação da estância aduaneira de saída ou de destino do T5: …

:

Bir-Rumen

:

Cerere de aplicare a articolului 15 alineatul (5) din Regulamentul (CE) nr. 1276/2008. Identitatea biroului vamal de ieșire sau a biroului vamal de destinație a exemplarului de control T5: …

:

Bis-Slovakk

:

Žiadost’ o uplatňovanie článku 15 ods. 5 nariadenia (ES) č. 1276/2008. Identifikácia colného úradu výstupu alebo colného úradu určenia T5: …

:

Bis-Sloven

:

Zahteva se uporaba člena 15, odstavka 5, Uredbe (ES) št. 1276/2008. Identifikacija carinskega urada izstopa ali carinskega urada, ki mu je poslan kontrolni izvod T5:

:

Bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 1276/2008 15 artiklan 5 kohdan soveltamista koskeva pyyntö. Poistumistullitoimipaikan tai toimipaikan, johon T5-valvontakappale toimitetaan, tunnistustiedot: …

:

Bl-Iżvediż

:

Begäran om tillämpning av artikel 15.5 i förordning (EG) nr 1276/2008. Uppgift om utfartstullkontor eller bestämmelsetullkontor enligt kontrollexemplaret T5:


ANNESS VIII

Elementi tar-rapport annwali skont l-artikolu 16

1.   Verifiki fl-uffiċċji tad-dwana tal-esportazzjoni

1.1.

In-numru ta’ dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni għal kull prodott għal kull uffiċċju tad-dwana mhux eskluż taħt l-Artikolu 6(6) meta tiġi kkalkolata r-rata minima ta’ kontrolli. Fil-każ li l-Istat Membru japplika l-Artikolu 6(2)(b) ir-rapport għandu jsemmi in-numru totali ta’ dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni għal kull settur ta’ prodotti fit-territorju tiegħu mhux esklużi skont l-Artikolu 6(6) għall-kalkolu tar-rata minima tal-kontrolli.

1.2.

In-numru u l-perċentwali ta’ verifiki fiżiċi li twettqu f’kull settur ta’ prodotti u f’kull uffiċċju tad-dwana. Jekk l-Istat Membru japplika l-Artikolu 6(2)(b), ir-rapport għandu jsemmi n-numru totali u l-perċentwali tal-verifiki fiżiċi mwettqa għal kull settur ta’ prodotti fit-territorju tiegħu.

1.3.

Jekk ikun applikabbli, lista tal-uffiċċji tad-dwana li japplikaw rati mnaqqsa ta’ verifiki skont l-Artikolu 6(4)(b). Fil-każ li l-Istat Membru japplika l-Artikolu 6(2)(b), u jekk japplika l-Artikolu 6(4), ir-rapport għandu jsemmi in-numru u l-perċentwali ta’ verifiki fiżiċi li twettqu għal kull settur u għal kull uffiċċju tad-dwana ddefinit f’dak l-Artikolu.

1.4.

In-numru ta’ verifiki skont is-settur ta’ prodotti li wassal għas-sejba tal-irregolaritajiet, l-inċidenza finanzjarja tal-irregolaritajiet misjuba ‘il fuq mill-valur tar-rifużjoni ta’ EUR 1 000 inkluż, fejn ikun applikabbli, in-numru ta’ referenza wżat għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1848/2006 (1).

1.5.

Jekk ikun applikabbli, l-aġġornament tan-numru ta’ irregolaritajiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1848/2006 li kien ikkomunikat lill-Kummissjoni fir-rapporti annwali preċedenti.

1.6.

Il-valur tar-rifużjonijiet rikjesti għal kull settur ta’ prodotti ta’ dikjarazzjonijiet soġġetti għall-verifiki fiżiċi.

2.   Verifiki ta’ sostituzzjoni fl-uffiċċji tad-dwana tat-tluq

2.1.

In-numru ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti f’kull uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew fl-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 fejn il-prodotti li għalihom saret talba għad-dritt ta’ rifużjoni jitilqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità, jitniżżel skont:

(a)

in-numru ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li jkopri l-esportazzjonijiet li kienu vverifikati fiżikament skont l-Artikolu 3(a);

(b)

in-numru ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li jkopri l-esportazzjonijiet li ma kinux verifikati fiżikament skont l-Artikolu 3(a);

(ċ)

in-numru totali ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti.

2.2.

In-numru u l-perċentwali ta’ verifiki dwar l-integrità tas-siġilli msemmija fl-Artikolu 7, imwettqa għal kull uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 fejn il-prodotti li għalihom saret talba għad-dritt ta’ rifużjoni jitilqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità.

2.3.

In-numru u l-perċentwali ta’ verifiki, maqsuma f’verifiki ta’ sostituzzjoni u verifiki ta’ sostituzzjoni speċifika msemmija fl-Artikoli 8 u 9, mwettqa għal kull uffiċċju tad-dwana tat-tluq jew uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 fejn il-prodotti li għalihom saret talba għad-dritt ta’ rifużjoni jitilqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità.

2.4.

In-numru ta’ kopji ta’ kontroll T5 u dokumenti ekwivalenti li minnhom tneħħew is-siġilli li kienu twaħħlu mat-tluq għajr taħt is-superviżjoni tal-uffiċċju tad-dwana, jew fejn is-siġilli nkisru jew inkella ma ngħatatx l-eżenzjoni mis-siġillar skont l-Artikolu 357(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2.5.

In-numru ta’ verifiki ta’ sostituzzjoni msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolamenti li wasslu li jinstabu irregolaritajiet, l-inċidenza finanzjarja tal-irregolaritajiet misjuba ‘il fuq mill-valur tar-rifużjoni ta’ EUR 1 000 inkluż, fejn applikabbli, in-numru ta’ referenza użat għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1848/2006.

In-numru ta’ verifiki ta’ sostituzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dawn ir-Regolamenti li wasslu li jinstabu irregolaritajiet, l-inċidenza finanzjarja tal-irregolaritajiet misjuba ‘il fuq mill-valur tar-rifużjoni ta’ EUR 1 000 inkluż, fejn applikabbli, in-numru ta’ referenza wżat għall-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1848/2006.

2.6.

Jekk ikun applikabbli, l-aġġornament tain-numru ta’ irregolaritajiet li kienu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1848/2006 fir-rapporti annwali preċedenti.

2.7.

Sa fejn l-uffiċċji tad-dwana tat-tluq jew l-uffiċċju tad-dwana fejn tintbagħat il-kopja tal-kontroll T5 applikaw l-Artikolu 15(5) u liema tagħrif ġie mogħti mill-aġenzija ta’ ħlas ikkonċernata.

3.   Il-proċeduri għall-għażla tal-kunsinni għall-verifiki fiżiċi

3.1.

Deskrizzjoni tal-proċeduri għall-għażla tal-kunsinni għal verifiki fiżiċi, għal verifiki ta’ sostituzzjoni u għal verifiki ta’ sostituzzjoni speċifiċi u l-effikaċja tagħhom.

4.   Tibdil fis-sistema tal-analiżi tar-riskju jew fl-istrateġija

4.1.

Deskrizzjoni ta’ kull tibdil tal-miżuri notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(3).

5.   Tagħrif dettaljat fuq is-sistema tal-għażla u fuq is-sistema tal-analiżi tar-riskju

It-tagħrif fil-punti 5.1 sa 5.4 għandhom ikunu mibgħuta biss jekk sar xi tibdil mill-aħħar rapport.

It-Tagħrif fil-punt 5.5 huwa rikjest mill-Istati Membri għall-perjodu fl-2009 qabel in-notifika ta’ applikazzjoni tal-analiżi tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 11.

5.1.

Deskrizzjoni tas-sistema uniformi, jekk teżisti, tar-reġistrazzjoni tal-ipprezzar tar-rata ta’ riskju assoċjata ma’ kull kunsinna.

5.2.

Deskrizzjoni tal-intervalli tal-evalwazzjoni u reviżjoni perjodika tar-riskji vvalutati.

5.3.

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u komunikazzjoni tar-riżultati biex ikun żgurat li l-verifiki mmirati qegħdin jitwettqu jew li hemm raġunijiet sodisfaċenti għaliex dan mhux isir.

5.4.

Jekk ma tkun saret l-ebda revizjoni tal-evalwazzjoni tar-riskju (ara l-punt 5.2) għall-perjodi ta’ rappurtaġġ l-aktar riċenti, spjega għaliex l-evalwazzjoni eżistenti tibqa’ l-aktar mezz xieraq biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-verifiki fiżiċi.

5.5.

Jekk ma tkunx applikata analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 11, spjega għaliex is-sistema ta’ verifiki eżistenti tibqa’ l-mezz xieraq biex tiżgura l-effikaċja tal-verifiki fiżiċi.

6.   Koordinazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 485/2008

6.1.

Deskrizzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament li saru biex titjieb il-koordinazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 485/2008.

7.   Diffikultajiet fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

7.1.

Deskrizzjoni tad-diffikultajiet li qamu fl-applikazzjoni tar-Regolament, u l-miżuri meħuda biex jiġu megħluba jew proposti għal dan il-għan.

8.   Evalwazzjoni tal-verifiki mwettqa

8.1.

Evalwazzjoni ta’ jekk il-verifiki twettqux b’mod sodisfaċenti.

8.2.

Irrapporta dwar jekk il-korp li jiċċertifika msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 għamilx xi dikjarazzjoni dwar it-twettiq tal-verifiki fiżiċi u ta’ sostituzzjoni fl-aħħar rapport tiegħu skont l-Artikolu 5(4) ta’ dak ir-Regolament u indika l-post rispettiv fir-rapport (kapitlu, paġna eċċ). Jekk ir-rapport fih rikomandazzjonijiet dwar it-titjib tas-sistema tal-verifiki fiżiċi u sostituttivi, indika liema miżuri ġew implimentati biex titjieb is-sistema.

8.3.

L-Istati Membri li jkunu għadhom ma mplimentawx il-miżuri skont il-punt 8.2 meta jkunu qed iħejju r-rapport annwali għandhom jibagħtu dan it-tagħrif sal-31 ta’ Lulju tas-sena li fih ikun mibgħut ir-rapport annwali.

9.   Suġġerimenti għal titjib

9.1.

Fejn ikun xieraq, suġġerimenti għat-titjib, kemm dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll dwar ir-Regolament innifsu.


(1)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56.


ANNESS IX

Regolament (KEE) Nru 386/90

Regolament (KE) Nru 3122/94

Regolament (KE) Nru 2090/2002

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 1

 

 

Artikoli 1(3), 5(1), 3 u 10(4)

Artikolu 2

Artikolu 2

 

 

Artikolu 3

L-Artikolu 3(1) u 3(2)

 

 

Artikolu 4(1)

 

 

Artikolu 5(2)

L-Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 3(3)

 

 

Artikolu 5(1)

 

 

Artikoli 5(b) u 6(b)

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(4)

 

 

Artikolu 5(3)

 

 

Artikolu 5(1)

L-Artikolu 5(4) u (5)

Artikolu 3(1)(b) sa 3(2) l-ewwel sottoparagrafu

 

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(2) it-tieni sottoparagrafu

 

 

L-Artikolu 6(2)(a)

Artikolu 3(2), it-tielet sottoparagrafu

 

 

L-Artikolu 6(2)(b)

 

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(3)

 

 

L-Artikolu 6(a) u (c)

Artikolu 6(4)

 

 

Artikolu 2(1)

Artikolu 6(5)

 

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 6(6)

 

 

Artikolu 2(3)

Artikolu 6(7)

 

 

L-Artikolu 10(2a)

Artikolu 7

Artikolu 3a

 

L-Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 8(1)

 

 

Artikolu 10(4)

Artikolu 8(2)

 

 

Artikolu 10(3)

Artikolu 8(3)

 

 

L-Artikolu 10(2a)

Artikolu 9(1)

 

 

L-Artikolu 10(4a)

Artikolu 9(2)

 

 

Artikolu 10(2)

Artikolu 10(1)

 

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 10(2)

 

 

Artikolu 2(3)

Artikolu 10(3)

Artikolu 3(2)

Artikolu 1

Artikolu 10(2)

Artikolu 11(1),(2) u (3)

 

Artikolu 2 (1)

 

 

Artikolu 3(1)

 

Artikolu 11(4)

 

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 11(5)

Artikolu 4

 

 

Artikolu 12

 

Artikolu 3(3)

 

Artikolu 13(1)

Artikolu 5

 

 

Artikolu 13(2)

 

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 14(1)

 

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 14(2)

 

 

Artikolu 8(3)

Artikolu 15(1)

 

 

Artikolu 10(5)(a) u 10(5a) it-tieni sottoparagrafu (2)

Artikolu 15(2)

 

 

Artikolu 10(5a) l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 15(3)

 

 

Artikolu 10(6)

Artikolu 15(4)

 

 

Artikolu 10(7), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 15(5)

 

 

Artikolu 11

Artikolu 16

 

 

Artikolu 12

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 18

 

 

Anness I (3)

Anness I

 

Artikolu 1

 

L-Anness II

 

 

L-Artikolu 8(3)(a)

L-Anness III

 

 

L-Artikolu 8(3)(b)

L-Anness IV

 

 

Anness Ia

L-Anness V

 

 

Anness Ib

L-Anness VI

 

 

Anness Ic

L-Anness VII

 

 

L-Anness III

L-Anness VIII

 

 

 

L-Anness IX


(1)  Is-segretezza professjonali hija koperta mill-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2008.

(2)  l-Artikolu 10(5a) it-tieni sottoparagrafu hu kopert mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006.

(3)  Il-punt 3(b) huwa kopert mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 485/2008.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/76


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1277/2008

tas-17 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [(Ir-Regolament dwar l-OKS Unika)] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien ma’ l-Artikolu 4,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula sorveljanza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje ta’ l-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl ta’ l-aħħar dejta disponibbli għall-2005, l-2006 u l-2007, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tal-lanġas, tal-lumi, tat-tuffieħ u taz-zukkini għandhom jiġu aġġustati.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikattiva biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu ta’ l-iskattar

Livell ta’ l-iskattar

(tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

594 495

78.0020

l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

108 775

78.0065

0707 00 05

Ħjar

l-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

8 632

78.0075

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

15 259

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

16 421

78.0100

0709 90 70

Zukkini

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

65 893

78.0110

0805 10 20

Larinġ

l-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

700 277

78.0120

0805 20 10

Klementin

l-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

385 569

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

l-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

95 620

78.0155

0805 50 10

Lumi

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

335 735

78.0160

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

64 586

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

il-21 ta’ Lulju sa l-20 ta’ Novembru

89 754

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

876 665

78.0180

l-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

106 465

78.0220

0808 20 50

Lanġas

l-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

257 327

78.0235

l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

37 316

78.0250

0809 10 00

Berquq

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

4 199

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

il-21 ta’ Mejju sa l-10 ta’ Awwissu

151 059

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

39 144

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

7 658 ”


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/78


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1278/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li jaddotta miżuri għall-appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat fl-Irlanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37(43)(a) u (d), 191, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li meta l-prezz medju tas-suq Komunitarju għall-karkassi tal-ħanżir kif stabbilit b'referenza għall-prezzijiet reġistrati f'kull Stat Membru fuq is-swieq rappreżentattivi tal-Komunità u ppiżati permezz ta' koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-ħnieżer f'kull Stat Membru, ikun, u x'aktarx jibqa', inqas minn 103 % tal-prezz ta' referenza, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħżin privat.

(2)

Il-prezzijiet tas-suq waqgħu taħt dak il-livell u, minħabba tendenzi staġjonali u ċikliċi, din is-sitwazzjoni tista’ tippersisti.

(3)

Meta wieħed jikkunsidra s-sejbiet riċenti tal-livelli elevati ta’ bifenili poliklorinati (PCBs) fil-majjal li joriġina fl-Irlanda, is-sitwazzjoni tas-suq tal-majjal fl-Irlanda hija partikolarment kritika. L-awtoritajiet kompetenti ħadu diversi miżuri biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni.

(4)

Għalf ikkontaminat tal-annimali kien ikkonsenjat fl-irziezet tal-ħnieżer fl-Irlanda. L-irziezet tal-ħnieżer affetwati jikkostitwixxi 7 % tal-produzzjoni totali tal-ħnieżer fl-Irlanda. L-għalf ikkontaminat jikkostitwixxi porzjon kbir ħafna tad-dieta tal-ħnieżer u jirriżulta f’livell għoli ta’ dijossini fil-laħam mill-ħnieżer mill-irziezet affetwati. Minħabba d-diffikultajiet biex jittraċċaw lura l-majjal fl-irziezet u minħabba l-livelli għoljin ta’ dijossin li nstab fil-majjal affetwat, l-awtoritajiet Irlandiżi ddeċidew li bħala miżura ta’ prekawzjoni jiġbru lura l-majjal kollu u l-prodotti tal-majjal mis-suq.

(5)

L-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri qed toħloq disturbi serji ħafna tas-suq tal-majjal fl-Irlanda. Minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali u d-diffikultajiet prattiċi li qed jesperjenza s-suq tal-majjal fl-Irlanda, huwa għalhekk xieraq li jiġu ppovduti miżuri ta’ appoġġ ta’ emerġenza għas-suq billi tingħata għajnuna għall-ħżin privat fl-Irlanda, għal perjodu limitat u relatat għal ammont limitat ta' prodotti.

(6)

L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li għajnuna għall-ħżin privat tista’ tingħata għall-majjal u dik l-għajnuna għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni minn qabel jew permezz ta' proċedura ta' sejħiet għall-offerti.

(7)

Minħabba li s-sitwazzjoni tas-suq tal-majjal fl-Irlanda jeħtiġilha azzjoni prattika fi ftit żmien, l-aktar proċedura xierqa biex tingħata għajnuna għall-ħżin privat tkun li titranġa minn qabel.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti prodotti agrikoli (2) stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni ta’ skema privata tal-għajnuna għall-ħżin.

(9)

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, għandha tingħata għajnuna stabbilita minn qabel skond ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati kif ipprovduti fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament.

(10)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari, jeħtieġ li jkun hemm rekwiżit li l-prodotti li se jitpoġġew fil-ħżin ikunu ġejjin minn ħnieżer li trabbew fi rziezet li huwa aċċertat li ma kinux affetwati mill-għalf ikkontaminat. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi pprovdut li l-prodotti konċernati joriġinaw minn ħnieżer imrobbijin u maqtulin fl-Irlanda.

(11)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-miżura, il-prodotti tal-majjal huma kklassifikati skond ix-xebħ fir-rigward tal-livell tal-ispiża tal-ħżin.

(12)

Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta' kontroll rigward il-konklużjoni ta' kuntratti, għandhom jiġu stabbiliti kwantitajiet minimi ta’ prodotti li għandu jipprovdi kull applikant.

(13)

Għandha tiġi stabbilita garanzija sabiex tiżgura li l-operaturi jwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom u li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fis-suq.

(14)

L-esportaturi tal-majjal jikkontribwixxu biex jerġa' jintlaħaq il-bilanc fis-suq. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandhom japplikaw meta l-perjodu ta' ħżin jiqsar fejn prodotti mneħħija mill-ħżin ikunu maħsuba għall-esportazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti ta’ kuljum li se jiġu applikati għat-tnaqqis tal-ammont tal-għajnuna kif imsemmi f’dak l-Artikolu.

(15)

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 u għar-raġuni ta’ konsistenza u ċarezza għall-operaturi, jeħtieġ li l-perjodu ta’ xahrejn imsemmi hemmhekk jiġi espress fi ġranet.

(16)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

1.   L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata fir-rigward ta’ prodotti tal-majjal li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

ġejjin minn ħnieżer li kienu mrobbijin fl-Irlanda mill-inqas għall-aħħar xahrejn qabel ma nqatlu;

(b)

huma ta’ kwalità ġenwina, ġusta u tajba għall-kummerċ u ġejjin minn ħnieżer imrobbijin fi rziezet li huwa stabbilit li ma użawx għalf ikkontaminat mil-livelli elevati ta’ bifenili poliklorinati (PCBs)

2.   Il-lista tal-kategoriji tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti rilevanti huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Regoli applikabbli

Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

1.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, applikazzjonijiet għall-għajnuna ta’ ħżin privat għall-kategoriji tal-prodotti tal-majjal eleġibbli għall-għajnuna skond l-Artikolu 1 jistgħu jiġu allokati fl-Irlanda.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom jirrigwardjaw perjodu ta’ ħżin ta’ 90, 120, 150 jew 180 jum.

3.   L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu għal waħda biss mill-kategoriji tal-prodotti mniżżlin fl-Anness, li tindika l-kodiċi tan-NM rilevanti fi ħdan il-kategorija.

4.   L-awtoritajiet Irlandiżi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 1(1).

Artikolu 4

Kwantitajiet minimi

Il-kwantitajiet minimi għal kull applikazzjoni għandhom ikunu:

(a)

10 tunnellati għal prodotti disussati;

(b)

15-il tunnellata għal prodotti oħrajn.

Artikolu 5

Garanziji

L-applikazzjonijiet għandu jkollhom garanzija li tammonta għal 20 % tal-ammonti tal-għajnuna stabbilita fil-kolonni minn 3 sa 6 tal-Anness.

Artikolu 6

Kwantità totali

Il-kwantità totali li għaliha jistgħu jiġu konklużi l-kuntratti, skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, ma għandhiex taqbeż it-30 000 tunnellata piż tal-prodott.

Artikolu 7

It-tneħħija mill-ħżin tal-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni

1.   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandha jkun hemm rekwiżit tal-iskadenza ta’ perjodu minimu ta’ ħżin ta’ 60 jum.

2.   Għall-fini tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, l-ammonti ta’ kuljum huma stabbiliti fil-kolonna 7 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.


ANNESS

Il-kategoriji tal-prodotti

Il-prodotti li għalihom qed tingħata l-għajnuna

L-ammont ta’ għajnuna għal perjodu ta' ħżin ta'

(EUR/tunnellata)

Tnaqqis

90 jum

120 jum

150 jum

180 jum

Kull jum

1

2

3

4

5

6

7

Kategorija 1

ex 0203 11 10

In-nofs karkassi mingħajr is-sieq ta' quddiem, id-denb, il-kliewi, il-falda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar (1)

278

315

352

389

1,24

Kategorija 2

ex 0203 12 11

Il-prieżet

337

379

421

463

1,41

ex 0203 12 19

L-ispallejn

ex 0203 19 11

It-trufijiet ta' quddiem

ex 0203 19 13

Il-ġenbejn, bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha (2)  (3)

ex 0203 19 55

Ir-riġlejn, l-ispallejn, it-truf ta' quddiem, il-ġenbejn bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha, diżussati (2)  (3)

Kategorija 3

ex 0203 19 15

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari

164

197

230

263

1,09

ex 0203 19 55

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari, mingħajr il-ġilda ta' barra u l-kustilji

Kategorija 4

ex 0203 19 55

Il-qatgħat li jikkorrespondu man-“nofisjiet”, bil-ġilda ta' barra jew bix-xaħam jew mingħajrhom, diżussati (4)

255

290

325

360

1,17


(1)  L-għajnuna tista' tingħata wkoll għan-nofs karkassi ppreżentati bħala Wiltshire sides, jiġifieri mingħajr ir-ras, il-ħadd, ix-xedaq, is-saqajn, id-denb, il-grass tas-simna, il-kliewi, it-tenderloin, l-għadma tal-ispalla, l-isternu, is-sinsla, l-għadma pelvika u d-dijaframma.

(2)  Il-ġenbejn u t-truf tal-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta' magħha ma għandux jaqbeż fond ta' 25 mm.

(3)  Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull taħlita tal-prodotti msemmijin.

(4)  L-istess preżentazzjoni bħall-prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0210 19 20.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/82


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1279/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għall-importazzjoni ta’ zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1399/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaz-zalzett u għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' zalzett u ċerti prodotti tal-laħam.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Marzu 2009 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4180 skond ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2009, huma ta' 469 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 29.11.2007, p. 7.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/83


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1280/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1382/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda r-reġim ta’ importazzjoni tal-laħam tal-majjal (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2009 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4046 skond ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2009, huma ta' 1 365 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 28.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/84


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1281/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 812/2007 għal-laħam tal-majjal

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 812/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 jinvolvu kwantitajiet li huma anqas minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4170 skont ir-Regolament (KE) Nru 812/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2009, huma 2 611 500 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 182, 12.7.2007, p. 7.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/85


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1282/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2007 tal-21 ta’ Awwissu 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 979/2007 fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2009 jinvolvu kwantitajiet li huma anqas minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4204 skont ir-Regolament (KE) Nru 979/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2009, huma 3 468 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 217, 22.8.2007, p. 12.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/86


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1283/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2007 tal-10 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 806/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 806/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April 2009 sal-30 ta' Ġunju 2009, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fit-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 181, 11.7.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu 1.1.2009-31.3.2009

(f'%)

Kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu 1.4.2009-30.6.2009

(f'kg)

G2

09.4038

 (2)

9 643 903

G3

09.4039

 (1)

2 798 000

G4

09.4071

 (1)

2 251 500

G5

09.4072

 (1)

4 620 750

G6

09.4073

 (1)

11 300 250

G7

09.4074

 (1)

3 887 250


(1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/88


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1284/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-8 sa tat-12 ta’ Diċembru 2008 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tat-8 sa tat-12 ta’ Diċembru 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4337 (Lulju-Settembru 2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tat-8 sa tat-12 ta’ Diċembru 2008 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 8.12.2008-12.12.2008

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 8.12.2008-12.12.2008

Limitu

09.4331

Il-Barbados

 

09.4332

Il-Beliż

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

 

09.4335

Il-Fiġi

 

09.4336

Il-Ġeorġja

 

09.4337

L-Indja

100

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

 

09.4339

Il-Kenja

 

09.4340

Il-Madagaskar

 

09.4341

Il-Malawi

 

09.4342

Il-Mawrizju

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

 

09.4347

It-Tanzanija

 

09.4348

Trinidad u Tobago

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

 


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 8.12.2008-12.12.2008

Limitu

09.4315

L-Indja

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 8.12.2008-12.12.2008

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 8.12.2008-12.12.2008

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 8.12.2008-12.12.2008

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 8.12.2008-12.12.2008

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 8.12.2008-12.12.2008

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/93


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 110/2008

tal-5 ta' Novembru 2008

li temenda l-Protokoll 32 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-modalitajiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 82

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 32 tal-Ftehim ma kienx ġie emendat qabel mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-25 ta' Ġunju 2002 adotta r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, li kien emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (2) u bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (3).

(3)

Il-Protokoll 32 għandu jirrifletti l-proċeduri l-ġodda msemmija fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

(4)

Il-proċedura stabbilita fil-Protokoll 32 għandha tkun speċifikata f'aktar dettall, inklużi l-iskadenzi applikabbli fi ħdan din il-proċedura.

(5)

Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati tal-EFTA m'għandhomx ikunu mħallsa aktar f'żewġ stadji.

(6)

Id-dispożizzjonijiet li żmienhom għadda għandhom jitħassru mill-Protokoll 32.

(7)

Il-Protokoll 32 tal-Ftehim għalhekk għandu jiġi emendat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll 32 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


ANNESS

It-test tal-Protokoll 32 tal-Ftehim għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Proċedura għad-determinazzjoni tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Istati tal-EFTA għal kull sena finanzjarja (n)

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena (n-1), il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA id-dokument tal-ipprogrammar finanzjarju li jkopri l-attivitajiet li għandhom jiġu implimentati għall-perjodu li fadal mill-Qafas Finanzjarju Multi-Annwali rilevanti u tagħti l-impenji għall-approprjazzjonijiet indikattivi previsti għal dawn l-attivitajiet.

2.   Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA għandu jikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar tas-sena (n-1), lista ta' attivitajiet tal-Komunità li l-Istati tal-EFTA jixtiequ, għall-ewwel darba, li jinkludu fl-Anness taż-ŻEE mal-abbozz ta' baġit preliminari tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja (n). Il-lista għandha tkun mingħajr ħsara għall-proposti ġodda li jkunu introdotti mill-Komunità matul is-sena (n-1) u mingħajr ħsara għall-pożizzjoni finali adottata mill-Istati tal-EFTA fir-rigward tas-sehem tagħhom f'dawn l-attivitajiet.

3.   Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju ta' kull sena (n-1), il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA l-pożizzjoni tagħha rigward it-talbiet tal-Istati tal-EFTA għal parteċipazzjoni fl-attivitajiet matul is-sena finanzjarja (n), flimkien mal-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammonti indikattivi mdaħħlin ‘għall-informazzjoni’ bħala approprjazzjonijiet ta' impenjin u ta' pagamenti, fid-dikjarazzjoni tal-infiq tal-abbozz ta' baġit preliminari tal-Unjoni Ewropea għall-attivitajiet li l-Istati tal-EFTA qed jieħdu sehem fihom jew urew ix-xewqa li jieħdu sehem fihom u kkalkulati skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 tal-Ftehim;

(b)

l-ammonti stmati li jikkorrispondu għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati tal-EFTA, mdaħħlin ‘għall-informazzjoni’ fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-abbozz ta' baġit preliminari.

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għandha tkun bla ħsara għall-possibbiltà ta' tkomplija ta' diskussjonijiet dwar l-attivtajiet li ma tkunx aċċettat is-sehem tal-Istati tal-EFTA fihom.

4.   Fil-każ li l-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 tal-Ftehim, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA jista' jitlob korrezzjonijiet qabel l-1 ta' Lulju tas-sena (n-1).

5.   L-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu aġġustati wara l-adozzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, bir-rigward dovut lejn id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 tal-Ftehim. Dawn l-ammonti aġġustati għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA mingħajr dewmien.

6.   Fi żmien perjodu ta' 30 jum wara l-pubblikazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Presidenti tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandhom jikkonfermaw, permezz ta' skambju ta' ittri mibdija mill-Kummisjoni Ewropea, li l-ammonti mdaħħla fl-Anness taż-ŻEE tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 tal-Ftehim.

7.   Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja (n), il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA għandhom jikkonumikaw lill-Kummissjoni Ewropea it-tqassim finali tal-kontribuzzjoni ta' kull Stat tal-EFTA. Dan it-tqassim għandu jkun vonkolanti.

Fil-każ li din l-informazzjoni ma tkunx provduta sa l-1 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja (n), il-persentaġġi tat-tqassim implimentat matul is-sena (n-1) għandu japplika fuq bażi proviżorja. L-aġġustament għandu jkun maħdum skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4.

8.   Jekk sa mhux aktar tard mill-10 ta' Lulju tas-sena finanzjarja (n), sakemm ma jintlaħaqx ftehim fuq data aktar tard f'ċirkostanzi eċċezzjonali, deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tistabbilixxi l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f'attività inkluża fl-Anness taż-ŻEE mal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja (n) ma tkunx adottata, jew jekk is-sodisfazzjon tar-rekwiżiti kostituzzjonali ta' tali deċiżjoni, jekk ikun hemm, ma jkunx notifikat sa mhux aktar tard minn dik id-data, is-sehem tal-Istati tal-EFTA fl-attività in kwistjoni għandha tkun differita għas-sena (n+1), sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor.

9.   Ladarba s-sehem tal-Istati tal-EFTA f'attività tkun stabilita għal sena finanzjarja (n), il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istati tal-EFTA għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet kollha li jsiru skond il-linji tal-baġit rilevanti f'dik is-sena finanzjarja, jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor.

Artikolu 2

Sabiex il-kontribuzzjonijiet tal-Istati tal-EFTA jsiru disponibbli

1.   Fuq il-bażi tal-Anness taż-ŻEE għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, iffinalizzat skond l-Artikoli 1(6) u 1(7), il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi, għal kull Stat tal-EFTA, sejħa għall-fondi kkalkulata fuq il-bażi tal-approprjazzjonijiet ta' pagamenti u b'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regolament Finanzjarju (1).

2.   Din is-sejħa għall-fondi għandha tasal fl-Istati tal-EFTA mhux aktar tard mill-15 ta' Awwissu tas-sena (n) u għandha titlob il-ħlas minn kull Stat tal-EFTA tal-kontribuzzjoni tiegħu sa mhux aktar tard mill-31 t'Awwissu tas-sena (n).

Jekk il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma jkunx adottat qabel l-10 ta' Lulju tas-sena finanzjarja (n) jew id-data li fuqha kien hemm qbil skond l-Artikolu 1(8) f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-pagament għandu jintalab fuq il-bażi tal-ammont indikattiv previst fl-abbozz ta' baġit preliminari. L-aġġustament għandu jkun maħdum skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4.

3.   Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu espressi u mħallsin f'EUR.

4.   Għal dan il-għan, kull Stat tal-EFTA għandu jiftaħ mat-Teżor tiegħu, jew il-korp li hu jaħtar għal dan il-għan, kont f'EUR f'isem il-Kummissjoni Ewropea.

5.   Kwalunkwe dewmien fid-dħul fil-kont imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jġib miegħu il-ħlas tal-interessi mill-Istat tal-EFTA kkonċernat bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin tiegħu għall-finanzjament mill-ġdid f'EUR, b'żieda ta' wieħed punt ħamsa punti perċentwali. Ir-rata ta' referenza għandha tkun ir-rata li tkun fis-seħħ fl-1 ta' Lulju ta' dik is-sena, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni

1.   L-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet li jsiru permezz tas-sehem tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu skond id-Dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Fir-rigward tal-proċeduri tal-offerti, is-sejħiet għall-offerti għandhom ikunu miftuħa għall-Istati Membri kollha tal-KE kif ukoll għall-Istati tal-EFTA safejn jinvolvu l-iffinanzjar fuq il-linji baġetarji li l-Istati tal-EFTA jkunu qed jieħdu sehem fihom.

Artikolu 4

Regolarizzazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-EFTA fid-dawl tal-implimentazzjoni

1.   Il-kontribuzzjoni tal-Istati tal-EFTA, iddeterminati għal kull linja baġitarja kkonċernata, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 tal-Ftehim, għandhom jibqgħu l-istess matul is-sena finanzjarja (n) in kwistjoni.

2.   Wara l-għeluq tal-kontijiet relatati ma' kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni Ewropea għandha, fi ħdan il-qafas tal-istabbiliment tal-kontijiet annwali fis-sena (n+1), tikkakula r-riżultat tal-baġit tal-Istati tal-EFTA, waqt li tqis:

(a)

l-ammont tal-kontribuzzjonijiet li tħallsu mill-Istati tal-EFTA skond l-Artikolu 2,

(b)

l-ammont tas-sehem tal-Istati tal-EFTA fil-figuri ta' implimentazzjoni totali tal-approprjazzjonijiet tal-baġit fuq il-linji tal-baġit li fuqhom kienet miftehma l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA, u

(c)

kwalunkwe somma li tkopri spiża relatata mal-Komunità li l-Istati tal-EFTA jkopru individwalment jew pagamenti magħmula mill-Istati tal-EFTA (per eżempju appoġġ amministrattiv).

3.   Is-somom kollha rkuprati minn partijiet terzi taħt kull linja tal-baġit li fuqhom kienet miftehma l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu meqjusa bħala dħul assenjat fi ħdan l-istess linja baġetarja skond l-Artikolu 18(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju.

4.   Ir-regolarizzazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Istati tal-EFTA għas-sena finanzjarja (n), ibbażata fuq ir-riżultat tal-baġit, għandha ssir fi ħdan il-qafas tas-sejħa għall-fondi għas-sena finanzjarja (n+2) u tkun ibbażata fuq it-tqassim finali bejn l-Istati tal-EFTA fis-sena (n).

5.   Ir-regoli kumplimentari għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 4 għandhom ikunu adottati bħala meħtieġa mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Dan għandu japplika b'mod partikolari għan-nefqa tal-Komunità li kellha tintrefa′ minn kull Stat tal-EFTA individwalment jew għall-kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji tagħhom.

Artikolu 5

Informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, fl-aħħar ta' kull tliet xhur, b'estratt mill-kontijiet tagħha li juri, kemm fir-rigward tad-dħul u tal-infiq, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi u azzjonijiet oħra li fihom jipparteċipaw finanzjarjament l-Istati tal-EFTA.

2.   Wara l-għeluq tas-sena finanzjarja (n), il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA d-data rigward il-programmi u azzjonijiet oħra li jipparteċipaw finanzjarjament fihom l-Istati tal-EFTA, li jidhru fil-volum rilevanti tal-kontijiet annwali li nħadmu b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 126 u 127 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA bl-informazzjoni finanzjarja l-oħra li dawn tal-aħħar jistgħu raġonevolment jitolbu fir-rigward tal-programmi u azzjonijiet oħra li fihom jipparteċipaw finanzjarjament.

Artikolu 6

Kontroll

1.   Il-kontroll tad-determinazzjoni u tad-disponibbiltà tad-dħul kollu kif ukoll il-kontroll tal-impenn u tal-iskedar tal-infiq kollu li jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA għandu jsir b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tar-Regolament Finanzjarju u tar-regolamenti applikabbli fl-oqsma msemmija fl-Artikoli 76 u 78 tal-Ftehim.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti adatti bejn l-awtoritajiet tal-verifika tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati tal-EFTA sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll tad-dħul u n-nefqa li jikkorrispondu mal-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet tal-Komunità skond il-paragrafu 1.

Artikolu 7

Il-figura tal-PGD li għandha tiġi kkunsidrata biex jiġi kkalkultat il-fattur tal-proporzjonalità

Id-data tal-PGD għall-prezzijiet tas-suq msemmija fl-Artikolu 82 tal-Ftehim għandha tkun dik ippubblikata bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 76 tal-Ftehim.”


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p.1).


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/98


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 111/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Paragrafu 6(b) tal-parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I jiddikjara li mingħajr preġudizzju għall-implikazzjonijiet finanzjarji, ir-riżervi Komunitarji għat-tilqim tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għandhom kunu r-riżervi għall-Partijiet Kontraenti kollha.

(3)

Paragrafu 6(b) tal-parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I jipprevedi li konsultazzjonijiet għandhom isiru bejn il-Partijiet Kontraenti sabiex jissolvew il-problemi kollha, b'mod partikolari, kundizzjonijiet tax-xogħol, kwistjonijiet finanzjarji, is-sostituzzjoni tal-antiġeni, l-użu possibbli tal-antiġeni u spezzjonijiet fuq il-post.

(4)

Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (2) hi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

L-arranġamenti rigward l-aċċess tan-Norveġja għall-antiġen u l-bank tal-vaċċinazzjoni Komunitarja tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) għandhom ikunu spejgati fl-Artikolu 83 tad-Direttiva 2003/85/KE.

(6)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandhu jissosstitwixxi it-test ta' adattament fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

L-Artikolu 83 għandu japplika b’dawn l-adattamenti li ġejjin:

(1)

Il-Kummissjoni se żżomm lill-Istati Membri u lin-Norveġja infurmati dwar il-kwantitajiet u l-kwalitajiet tal-istokks tal-antiġen li huma disponibbli fil-bank tal-antiġen Komunitarju fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali.

(2)

Fejn il-miżuri ta' kontroll FMD għandhom jiġu assistiti mill-vaċċinazzjoni tal-emerġenza, l-awtorità kompetenti ċentrali tan-Norveġja tista' tissottometti rikjesta dettaljata għall-formulazzjoni u l-kunsinnja tal-vaċċinazzjoni prodotta mill-istokks tal-antiġen mill-bank tal-antiġen Komunitarju, waqt li tispeċifika t-tip, l-ammont u l-preżentazzjoni tat-tilqim meħtieġ f'ċertu perjodu ta' żmien.

(3)

Il-Kummissjoni, skont il-limiti tar-riżervi Komunitarji tal-antiġens u tat-tilqim u waqt li tikkonsidra s-sitwazzjoni epidemoloġika fil-Komunità u fin-Norveġja, se tirranġa għall-formulazzjoni immedjata jew urġenti tal-antiġen xieraq u tal-produzzjoni, ibbottiljar u kunsinna tal-vaċċinazzjoni, skont it-termini tal-kuntratti eżistenti diġà mal-manifattur tal-antiġeni.

(4)

Fejn ir-rikjesta tan-Norveġja teċċedi l-500 000 doża jew il-50 % tal-istokks ta' antiġen wieħed jew aktar, liema minnhom hu l-aktar, il-kwistjoni tista', fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemoloġika, tkun diferita għall-konsultazzjoni mal-Istati Membri tal-KE fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali.

(5)

In-Norveġja se twiegħed li tħallas l-ispejjeż għall-azzjonijiet li ġejjin:

it-trasferiment tal-antiġeni mill-post tal-ħażna għall-istabbiliment tal-manifattur fejn il-formulazzjoni u t-tkomplija tat-tilqim għandhu jsir;

il-formulazzjoni u l-produzzjoni tat-tilqim, inklużi kwalunkwe testijiet addizzjonali li jistgħu ikunu meħtieġa jew rikjesti mir-reċipjent;

l-ibbottiljar u t-tikkettjar tat-tilqim u t-trasport tagħhom fil-post tat-tqassim indikat fir-rikjesta;

is-sostituzzjoni mingħajr dewmien ta' kwalunkwe kwantita' ta' antiġen użata minn antiġens tal-istess speċifikazzjoni (serotip, topotip, Seed Master Strain) u mill-anqas l-istess kwalita' (purifikazzjoni, qawwa eċċ.) u oriġini (manifattur, awtorizzazzjoni ta' bejgħ).

Il-fattura għandha tintbagħat mill-manifattur lill-awtorità Norveġiża kompetenti rispettiva. Din għandha turi fid-dettall l-ispejjeż għal kull oġġett speċifikat aktar 'l fuq. Kopja ta' din il-fatturagħandha tintbgħat lill-Kumissjoni sabiex tiġi verifikata u jiġi assigurat li hemm konformità mat-termini tal-kuntratti eżistenti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lin-Norveġja dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha.

(b)

F′Anness XI Parti A l-kelma ‘Norveġja’ għandha tiġi miżjuda mal-lista tal-Istati Membri li jużaw is-servizzi tal-Istitut Veterinarju tad-Danimarka, Dipartiment tal-Viroloġija, Lindholm fid-Danimarka′.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 12.

(2)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali m'hu indikat.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/100


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 112/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2008 tal-14 ta' Marzu 2008 (1).

(2)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (2).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar gassijiet serra fluworinati (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 9a (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/205/KE) fil-Kapitolu XVII tal-Anness II għall-Ftehim:

“9b.

32006 R 0842: Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar gassijiet serra fluworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Artikolu 6 ma għandux jgħodd”.

Artikolu 2

Dan il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 21ap (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“21aq.

32006 R 0842: Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar gassijiet serra fluworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Artikolu 6 ma għandux jgħodd'.”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu Pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta' u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 15.

(2)  ĠU L 309, 20.11.2008, p.33.

(3)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/102


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 113/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 101/2008 tal-4 ta' Frar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (2), hekk kif korretta bil-ĠU L 56, 29.2.2008, p. 65, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jinżdied f'punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72) tal-Anness VI tal-Ftehim:

“—

32008 R 0101: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 101/2008 tal-4 ta' Frar 2008 (ĠU L 31, 5.2.2008, p. 15), kif korrett bil-ĠU L 56, 29.2.2008, p. 65,”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 101/2008, kif ikkorreġuti bil-ĠU L 56, 29.2.2008, p. 65, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 29.

(2)  ĠU L 31, 5.2.2008, p. 15.

(*)  M′huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/103


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 114/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) u l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 (1).

(2)

l-Anness XIX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 (2).

(3)

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (Titolu Uffiċjali) (3) għandha tkun inkorporatha fil-Ftheim

(4)

Id-Direttiva 2007/64/EC tħassar, b'effett mill-1 ta' Novembru 2009, id-Direttiva 97/5/EC (4), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentament għandha tkun mħassra taħt il-Ftehim b'effett mill-1 ta' Novembru 2009,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 16d (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE) ta' l-Anness IX għall-Ftehim:

“16e.

32007 L 0064: Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).”

(2)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 23b (id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat b'li ġej:

32007 L 0064: Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).”

(3)

L-inċiż li jmiss għandu jiżdied fil-punti 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31e (id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 L 0064: id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-13 ta' Novembru 2007 (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).”

(4)

It-test tal-punt 16a (Direttiva 97/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b'seħħ mill-1 ta' Novembru 2009.

Artikolu 2

L-Anness XIX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 3a (id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 L 0064: Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).”

(2)

It-test tal-punt 7c (Direttiva 97/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b'seħħ mill-1 ta' Novembru 2009.

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2007/64/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 03(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 12.

(2)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 25.

(3)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 25.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni Nru 114/2008 li tinkorpora d-Direttiva 2007/64/KE fil-Ftehim

“Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu s-sitwazzjoni speċifika tal-Liechtenstein, b'mod partikolari dak li l-Liechtenstein u l-Iżvizzera kkonkludew Trattat Monetarju fl-1980 li bih il-Liechtenstein hu inkluż fiż-żona monetarja tal-Iżvizzera. It-tranżizzjonijiet tal-ħlas huma minn dak in-nhar ipproċessati permezz is-Sistemi Żvizzeri ta' Ħlas. Dan il-qafas ġenerali għandu jkun ikkonsidrat kif xieraq.”


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/105


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 115/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/286/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati (2), għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5cy (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/176/KE) fl-Anness XI mal-Ftehim:

“, kif emendat b'li ġej:

32008 D 0286: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/286/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 93, 4.4.2008, p. 24).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/286/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 18.

(2)  ĠU L 93, 4.4.2008, p. 24.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/106


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 116/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 324/2008 tad-9 ta’ April 2008 li jistabbilixxi proċeduri riveduti għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 324/2008 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 884/2005 (3), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 56r (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2005) ta’ l-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32008 R 0324: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 324/2008 tad-9 ta’ April 2008 li jistabbilixxi proċeduri riveduti għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 5)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 5(3):

‘Fl-ispezzjonijiet rispettivi, il-Kummissjoni tista' ssejjaħ lill-ispetturi nazzjonali elenkati mill-Istati EFTA u l-Awtorità tas-Sorveljanza għall-EFTA tista' ssejjaħ lill-ispetturi nazzjonali elenkati mill-Istati Membri tal-UE.

Fl-ispezzjonijiet rispettivi, il-Kummissjoni u l-Awtorità tas-Sorveljanza għall-EFTA jistgħu jistiednu lil xulxin biex jipparteċipaw bħala osservaturi.’ ”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 324/2008 fil-lingwi Islandiċi u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta’ Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 30.

(2)  ĠU L 98, 10.4.2008, p. 5.

(3)  ĠU L 148, 11.6.2005, p. 25.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/108


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 117/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) fi ħdan il-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 56u (ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32008 R 0540: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 540/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 30.

(2)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 15.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/109


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 118/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2004 tas-26 ta' April 2004 (3) b'adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2008 tat-22 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003) tal-Anness XIII għall-Ftehim:

“—

32008 R 0358: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2008 tat-22 ta’ April 2008 (ĠU L 111, 23.4.2008, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 358/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 30.

(2)  ĠU L 277, 26.8.2004, p. 175.

(3)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 111, 23.4.2008, p. 5.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/110


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 119/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008 tat-28 ta' Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftheim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 66p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“66pa.

32008 R 0287: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008 tat-28 ta' Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 287/2008 fil-lingwi Islandiċi u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 30.

(2)  ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/111


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 120/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XV għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) (2) għandu jiġi inkorporat fi-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 800/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1628/2006 (3), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim.

(4)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 68/2001 (4), 70/2001 (5), 2204/2002 (6), li huma inkorporati fil-Ftehim, skadew u allura għandhom jiġu kkanċellati mill-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XV għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-testi tal-punti 1d (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001), 1f (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001), 1g (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002) u 1i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006), inklużi l-intestaturi relatati, għandhom jiġu kkanċellati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006):

“Għajnuna lill-intrapriżi żgħar u medji, riċerka, żvilupp, innovazzjoni, ħarsien ambjentali, investimenti reġjonali, intraprenditorija femminili, impjieg u taħriġ

1j.

32008 R 0800: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kliem ‘l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE’;

(b)

Il-kliem ‘l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat KE’ għandu jaqra ‘l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE’;

(c)

Il-kliem ‘l-Artikolu 87 (3) tat-Trattat’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE’;

(d)

il-kliem ‘l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż- ŻEE’;

(e)

il-kliem ‘l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż- ŻEE’;

(f)

Fir-rigward tal-Istati EFTA, il-kliem ‘l-Artikolu 88(3) tat-Trattat’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 1(3) ta’ Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti’;

(g)

Il-kliem ‘kompatibbli mas-suq komuni’ għandu jinqara ‘kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE’;

(h)

Il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti kif definita fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE’;

(i)

It-terminu ‘reġistri Komunitarji’ għandu jinqara ‘reġistri fit-territorju kopert mill-Ftehim ŻEE’;

(j)

Il-kliem ‘l-Anness I tat-Trattat’ għandu jinqara ‘elenkat fl-Appendiċi ma’ dan l-Anness u kopert bl-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE’;

(k)

Il-kliem ‘finanzjament tal-Komunità’ għandu jinqara ‘finanzjament tal-Komunita jew taż-ŻEE’;

(l)

Referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità ma jimplikawx li l-Istati EFTA huma obbligati li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja meta tali leġiżlazzjoni ma ġietx inkorporata fil-Ftehim.”

(3)

Fl-intestatura tal-Appendiċi, il-kliem “1f(g)” għandu jiġi ssostitwit b’“1j(j)”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, bil-kundizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 15.

(2)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29.

(4)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.

(5)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33.

(6)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/113


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 121/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2077/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ aġenti tal-ipproċessar (2) għandu jkun inkorporat fil-ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 21aa (ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:

“—

32004 R 2077: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2077/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 (ĠU L 359, 4.12.2004, p. 28).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2077/2004 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu l-lingwi awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar t-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 359, 4.12.2004, p. 28.

(*)  M′huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/114


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 122/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1379/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Annessi IA, IB, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart, sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-bidliet miftiehma skont il-Konvenzjoni ta’ Basel (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Punt 32c (Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:

“, kif emendat b'li ġej:

32007 R 1379: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1379/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1379/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 7.

(*)  Indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/115


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 123/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid) (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 (3), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 1 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Eurotom) Nru 58/97) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

32008 R 0295: Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid) (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Il-Liechtenstein hu eżentat milli jiġbor id-dejta meħtieġa minn dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-modulu ddettaljat tal-istatistika strutturali dwar id-demografija tan-negozju skont l-Artikolu 3(2)(i).

Għandu jipprovdi d-dejta meħtieġa għall-ewwel darba għas-sena 2009.”

2.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 20c (Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat b'li ġej:

32008 R 0295: Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 (ĠU L 97, 9.4.2008. p. 13).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 37.

(2)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13.

(3)  ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/117


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 124/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tlett xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18ub (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2008) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“18v.

32008 R 0453: Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tlett xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 234).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan ir-Regolament m'għandux ikun applikabbli għal Liechtenstein.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu l-lingwi awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 37.

(2)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 234.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/118


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 125/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18v (Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“18w.

32008 R 0452: Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Liechtenstein hi eżentata milli tiġbor id-data mitluba minn dan ir-Regolament, ħlief għad-data dwar il-livell primarju u dak sekondarju inferjuri.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 37.

(2)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227.

(*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali m'hu indikat.


18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/119


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 126/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 472/2008 tad-29 ta' Mejju 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tal-ewwel sena bażi li għandha tiġi applikata għas-serje ta' żmien fin-NACE Reviżjoni 2 u, għas-serje ta' żmien qabel l-2009 li għandha tiġi trażmessa skont in-NACE Reviżjoni 2, il-livell ta' dettall, il-forma, l-ewwel perjodu ta' referenza, u l-perjodu ta' referenza (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, rigward l-aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Regolament (KE) Nru 451/2008 iħassar, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (5), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 20b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93) għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

32008 R 0451: Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (OJ L 145, 4.6.2008, p. 65).”

(2)

Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-punt 2c (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006):

“x2d.

32008 R 0472: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 472/2008 tad-29 ta' Mejju 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward ta’ l-ewwel sena bażi li għandha tiġi applikata għas-serje ta' perjodi fin-NACE Reviżjoni 2 u, għas-serje ta' perjodi qabel l-2009 li għandha tiġi trażmessa skont in-NACE Reviżjoni 2, il-livell ta' dettall, il-forma, l-ewwel perjodu ta' referenza, u l-perjodu ta' referenza (ĠU L 140, 30.5.2008, p. 5).”

(3)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 17b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002):

“—

32008 R 0606: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 166, 27.6.2008, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 451/2008, 472/2008 u 606/2008 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 37.

(2)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65.

(3)  ĠU L 140, 30.5.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 166, 27.6.2008, p. 16.

(5)  ĠU L 342, 31.12.1993, p. 1.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.