ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
17 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/2008 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1579/2007 li jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1258/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkati fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bleu d'Auvergne (DPO)]

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2008 ta' l-10 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skond l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 23 ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1261/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 2 ( 1 )

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 13 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 14 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) ( 1 )

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li tiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2009 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward l-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi determinat id-dħul tal-oqsma agrikoli

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2172/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

37

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1268/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (Titolu Uffiċjali)

39

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1269/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju f’VI; l-ilmijiet tal-KE ta’ Vb; l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

46

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1270/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-mazzola griża fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

48

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1271/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Diċembru 2008

50

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

 

 

2008/951/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2008 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tat-18 ta’ Novembru 2008 dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi lis-Somalja mill-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

53

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/952/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7294)  ( 1 )

55

 

 

2008/953/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2008 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajls li tressqu għall-eżaminar iddettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-Aureobasidium pullulans u d-disodium phosphonate fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7709)  ( 1 )

62

 

 

2008/954/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċizjoni 2006/133/KE li titlob lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri addizzjonali temporanji kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (nematodu tal-injam tal-arżnu) fir-rigward ta’ żoni fil-Portugall, minbarra dawk li fihom huwa magħruf li ma jinstabx (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8298)

64

 

 

2008/955/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, ikunu disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-infiq mill-FAEG

67

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/956/Euratom

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-kriterji għall-esportazzjoni ta' skart radjoattiv u fjuwil użat lejn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7570)

69

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

 

 

2008/957/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2008 tal-Kumitat Konġunt tal-KE/Danimarka-Gżejjer Faroe ta’ l-20 ta’ Novembru 2008 li temenda t-Tabelli I u II ta’ l-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra

72

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/958/PESK tas-16 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

75

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/959 /PESK tas-16 ta’ Diċembru 2008 li timmodifika l-Pożizzjoni Komuni 2008/586/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

77

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/72/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-ispeċi Galega orientalis Lam. ( ĠU L 329, 14.12.2007 )

79

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1257/2008

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1579/2007 li jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għat-tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1579/2007 (3) jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut.

(2)

Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1579/2007 jipprovdi li l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika għall-kwota tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed għall-2008, il-qagħda kurrenti tal-istokk tal-barbun imperjali tista’ tippermetti tali applikazzjoni.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1579/2007 għaldaqstant għandu jkun emendat skond dan.

(4)

Fid-dawl tal-urġenza tal-kwistjoni, u fil-qies tal-fatt li s-sena tal-kwota 2008 dalwaqt sejra tasal għal tmiemha, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Fid-dawl tal-urġenza tal-kwistjoni, huwa importanti wkoll li tingħata eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I (3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1579/2007

Fl-entrata “Barbun imperjali” fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1579/2007, il-kliem “l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika” għandhom jinbidlu bil-kliem “l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008

Għall-Kunsill

Il-President

N. KOSCIUSKO-MORIZET


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(3)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 1.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1258/2008

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

82,8

TR

81,9

ZZ

82,4

0707 00 05

JO

167,2

MA

55,5

TR

116,0

ZZ

112,9

0709 90 70

MA

111,5

TR

133,8

ZZ

122,7

0805 10 20

AR

17,0

BR

44,6

CL

52,1

MA

75,7

TR

84,2

ZA

43,7

ZZ

52,9

0805 20 10

MA

73,5

TR

72,0

ZZ

72,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

54,7

HR

54,2

IL

75,7

TR

54,1

ZZ

59,7

0805 50 10

MA

64,0

TR

63,8

ZZ

63,9

0808 10 80

CA

82,7

CN

71,3

MK

34,6

US

100,1

ZZ

72,2

0808 20 50

CN

45,6

TR

104,0

US

114,4

ZZ

88,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1259/2008

tas-16 ta' Diċembru 2008

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkati fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bleu d'Auvergne (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skond l-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu d'Auvergne”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ trattamenti u addittivi għall-ħalib u fil-produzzjoni tal-“Bleu d'Auvergne”. Dawn il-prattiki jiżguraw iż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tad-denominazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

(4)

F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (3) u skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jkun ippubblikat sommarju tal-ispeċifikazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu d'Auvergne” hija b'dan emendata skond l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sommarju konsolidat bl-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.


ANNESS I

B'dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu d'Auvergne”:

“Metodu ta' produzzjoni”

Il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni rigward id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni huwa kkompletat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(…) L-operazzjoni tat-tibqit tal-ħalib għandha ssir esklussivament bit-tames.

Il-konċentrazzjoni tal-ħalib bl-eliminazzjoni parzjali tal-parti ilmija qabel il-koagolazzjoni hija pprojbita.

Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew prodotti sekondarji jew addittivi awtorizzati fil-ħalib u waqt il-produzzjoni huma t-tames, il-kulturi innoffensivi tal-batterji, il-ħmira, il-moffa, il-klorur tal-kalċju u l-melħ.

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk (fromage frais).

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’atmosfera mmodifikata tal-ġobniet friski jew tal-ġobniet li għaddejjin mill-maturazzjoni.”


ANNESS II

SOMMARJU

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“BLEU D'AUVERGNE”

Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0107/29.3.2006

DPO (X) IĠP ( )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru:

Isem

:

Institut National de l’Origine et de la Qualité

Indirizz

:

51 rue d'Anjou – F-75008 Paris

Tel.

:

+ 33 (0)1 53 89 80 00

Feks

:

+ 33 (0)1 53 89 80 60

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp:

Isem

:

Syndicat Interprofessionnel Régional du Bleu d'Auvergne

Indirizz

:

Mairie – 15400 Riom-ès-Montagnes

Tel.

:

+33 (0)4 71 78 11 98

Feks

:

+33 (0)4 71 78 11 98

Posta elettronika

:

bleudauvergne@wanadoo.fr

Kompożizzjoni

:

Produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3. —

Ġobnijiet

4.   Speċifikazzjoni: (sommarju tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Bleu d'Auvergne”

4.2.   Deskrizzjoni:

Ġobon mill-ħalib tal-baqar, tat-tursina, fil-forma ta’ ċilindru ċatt b’qoxra naturali bil-moffa. Format kbir b'piż ta' madwar 2 sa 3 kg b’dijametru ta’ madwar 20 ċm. Format żgħir ta’ 1 kg, b’piż ta’ 500 g jew 350 g.

Il-kontenut ta’ xaħam huwa tal-anqas 50 %, u dak ta’ materja niexfa mhux anqas inn 52 %.

4.3.   Żona ġeografika:

Il-qalba tal-Massif Central, magħmula mit-territorji tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

 

Id-Dipartiment tal-Puy-de-Dôme; il-muniċipalitajiet kollha

 

Id-Dipartiment tal-Cantal: il-muniċipalitajiet kollha

 

Id-Dipartiment tal-Haute-Loiree:

Id-distrett ta' Brioude: il-muniċipalitajiet kollha

 

Id-Dipartiment tal-Aveyron

Id-distretti ta’ Mur-de-Barrez u Sainte-Geneviève-sur-Argence: il-muniċipalitajiet kollha

 

Id-Departiment tal-Corrèze:

Id-distretti ta’ Argentat, Beaulieu-sur-Dordogne, Bort-les-Orgues, Eygurande, Lapleau, la Roche-Canillac, Mercoeur, Meyssac, Neuvic, Saint-Privat, Ussel-Est u Ussel-Ouest: il-muniċipalitajiet kollha

 

Id-Dipartiment tal-Lot:

 

Id-distretti ta’ Bretenoux, Figeac-Est, Figeac-Ouest, Gramat, Lacapelle-Marival, Latronquière, Martel, Saint-Céré, Sousceyrac u Vayrac: il-muniċipalitajiet kollha

 

Id-Distrett ta' Livernon: il-muniċipalitajiet ta’ Assier, Issepts, Reyrevignes, Saint-Simon u Sonac

 

Id-Distrett ta' Souillac: il-muniċipalitajiet ta’ Lacave, Mayrac, Meyronne, Pinsac u Saint-Sozy

 

Id-Dipartiment tal-Lozère:

Id-distretti ta’ Aumont-Aubrac, Fournels, Grandieu, Langogne, Le Malzieu, Nasbinals, Saint-Alban-sur-Limagnole, Saint-Amans-la-Lozère u Saint-Chély-d′Apcher: il-muniċipalitajiet kollha.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull lok tal-iproċessar u kull lok tal-maturazzjoni jeħtiġilhom jimlew “dikjarazzjoni ta' kapaċità” irreġistrata mis-servizzi tal-I.N.A.O. u li tippermetti lil dan tal-aħħar li jidentifika l-operaturi kollha. Dawn għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-I.N.A.O. r-reġistri kif ukoll kull dokument meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.

Fil-qafas tal-kontroll li jsir fuq il-karatteristiċi tal-prodott b’denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jassigura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Il-produzzjoni tal-ħalib, u l-produzzjoni u l-manifattura tal-ġobniet iridu jsiru fiż-żona ġeografika.

Il-produzzjoni għadha tinvolvi l-istess proċessi bħal dari: it-tqattir tal-baqta, it-tqegħid fil-forom, żewġ fażijiet ta’ tmelliħ bl-id, bil-melħ oħxon u b’bosta taqlib, imbagħad it-titqib b’labar twal, b’tali mod li fil-ġobna tifforma l-moffa penicillum glaucum. Wara dan, il-maturazzjoni fl-kantini, għal tal-anqas 4 ġimgħat għall-formati l-kbar u ġimagħtejn għal dawk żgħar.

4.6.   Rabta:

L-oriġini ta' dan il-ġobon imur lura għall-bidu tas-seklu XIX, meta kien prodott fl-artijiet vulkaniċi fl-għoli tal-Massif Central. Il-fama tiegħu malajr waslet sa Pariġi, fejn fl-1879 il-kantant Francisque Bethol faħħar it-tjieba tiegħu. Il-Bleu d’Auvergne kiseb id-Denominazzjoni tal-Oriġini f’Marzu 975, wara li kien applika għaliha fl-1972.

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-Bleu d'Auvergne tikkostitwixxi insjiem oriġinali kkaratterizzat minn ġeoloġija vulkanika u granitika, għani fl-oligoelementi, bi klima ħarxa li tiddetermina moffa partikolari ħafna li tagħti kontribut għall-ispeċifiċità tal-Bleu d’Auvergne. It-tipiċità ta’ dan tal-aħħar tissaħħaħ bl-utilizzazzjoni ta’ tipi speċifiċi ta’ penicilillium, żviluppati u prodotti fiż-żona tad-DPO Bleu d’Auvergne. Il-metodi ta’ tqattir tal-baqta kif ukoll tat-tmelliħ bl-id lill-Bleu d’Auvergne jagħtuh tursina fina ħafna, imqassma uniformement fil-ġobna, ħaġa li tiddiffe renzjah mill-ġobnijiet tat-tursina l-oħra.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem

:

Institut National de l’Origine et de la Qualité (INAO)

Indirizz

:

51 rue d'Anjou 75008 PARIS

Tel.

:

01.53.89.80.00

Feks

:

01.53.89.80.60

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

L-Institut National de lOrigine et de la Qualité huwa entità pubblika ta' natura amministrattiva, b'personalità ċivili, u jaqa′ taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura.

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni li għandhom denominazzjoni tal-oriġini qiegħed f’idejn l-INAO.

Isem

:

Direction Générale de la Concurrence, de la Consommation et de la Répression des Fraudes (DGCCRF)

Indirizz

:

59, Boulevard Vincent Auriol 75703 PARIS Cedex 13

Tel.

:

01.44.87.17.17

Feks

:

01.44.97.30.37

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Industrija u tal-Impjiegi.

4.8.   Tikkettar:

Il-ġobniet jeħtiġilhom ikunu mgeżwra fil-karta miksija bl-aluminju.

Huwa obbligatorju li l-ġobniet iġibu isem id-denominazzjoni.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1260/2008

ta' l-10 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skond l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 23

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fid-29 ta’ Marzu 2007, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 23 Kosti tas-Self, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “IAS 23 rivedut”. L-IAS 23 rivedut jelimina l-fakultà fl-IAS 23 li l-kosti tas-self jiġu rikonoxxuti immedjatament bħala spiża sa kemm jiġu direttament attribwibbli għall-akkwiżizzjoni, kostruzzjoni jew produzzjoni ta’ assi kwalifikattiv. Il-kosti tas-self bħal dawn kollha għandhom jiġu kapitalizzati u jiffurmaw parti mill-kost tal-assi. Kosti oħrajn tas-self għandhom jiġu rikonoxxuti bħala spiża. L-IAS 23 rivedut jissostitwixxi l-IAS 23 Kosti tas-Self rivedut fl-1993.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-IAS 23 rivedut jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) [il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju] (3), il-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea li din hija bbilanċjata b'mod tajjeb kif ukoll oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 23 (rivedut fl-1993) Kosti tas-Self huwa sostitwit bl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 23 Kosti tas-Self (rivedut fl-2007) kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IAS 23 (rivedut fl-2007), kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, talanqas, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta' Diċembru 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IAS 23

IAS 23 Kosti tas-Self (rivedut fl-2007)

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 23

Il-kosti tas-self

PRINĊIPJU ĊENTRALI

1

Il-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta’ assi li jikkwalifika, jiffurmaw parti mill-kost ta' dak l-assi. Kosti oħrajn tas-self huma rikonoxxuti bħala spiża.

AMBITU

2

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għall-kontabilità tal-kosti tas-self.

3

L-Istandard ma jirrigwardax il-kost reali jew imputat tal-ekwità, inkluż il-kapital privileġġjat mhux ikklassifikat bħala obbligazzjoni.

4

Entità mhijiex meħtieġa li tapplika l-Istandard għall-kosti tas-self li huma direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta':

(a)

assi li jikkwalifika mkejjel bil-valur ġust, pereżempju assi bijoloġiku; jew

(b)

inventarji li jkunu mmanifatturati, jew prodotti b'xi mod ieħor, fi kwantitajiet kbar fuq bażi ripetittiva.

DEFINIZZJONIJIET

5

Dan l-Istandard juża t-termini li ġejjin bit-tifsiriet speċifikati:

Il-kosti tas-self huma mgħax u kosti oħrajn li entità ġġarrab b'konnessjoni mas-self ta’ fondi.

Assi li jikkwalifika hu assi li neċessarjament jieħu perjodu sostanzjali ta’ żmien biex jitlesta għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu.

6

Il-kosti tas-self jistgħu jinkludu:

(a)

mgħax fuq self kurrenti tal-bank u fuq self għal żmien qasir u fit-tul;

(b)

amortizzament ta' skonti jew primjums relatati mas-self;

(c)

amortizzament ta' kosti anċillari mġarrba b'konnessjoni mal-arranġament tas-self;

(d)

tariffi finanzjarji fir-rigward ta' kuntratti ta’ kera finanzjarja, rikonoxxuti b'konformità mal-IAS 17 Kuntratti ta’ Kera; u

(e)

differenzi fil-kambju li jinħolqu minn self f'munita barranija, sal-punt li huma meqjusa bħala aġġustament għall-kosti tal-imgħax.

7

Skond iċ-ċirkustanzi, dawn li ġejjin kollha jistgħu jkunu assi li jikkwalifikaw:

(a)

inventarji

(b)

impjanti tal-manifattura

(c)

faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

(d)

assi intanġibbli

(e)

proprjetajiet ta’ investiment.

Assi finanzjarji, u inventarji li jkunu mmanifatturati, jew prodotti b'xi mod ieħor, fuq perjodu qasir ta' żmien, ma humiex assi li jikkwalifikaw. Assi li jkunu lesti għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tagħhom meta jkunu akkwistati mhumiex assi li jikkwalifikaw.

RIKONOXXIMENT

8

Entità għandha tikkapitalizza l-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta’ assi li jikkwalifika, bħala parti mill-kost ta’ dak l-assi. Entità għandha tirrikonoxxi kosti oħrajn tas-self bħala spiża fil-perjodu li fih iġġarrabhom.

9

Il-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta' assi li jikkwalifika, huma inklużi fil-kost ta' dak l-assi. Dawn il-kosti tas-self huma kkapitalizzati bħala parti mill-kost tal-assi meta jkun probabbli li huma ser jirriżultaw f'benefiċċji ekomoniċi futuri għall-entità u l-kosti jistgħu jitkejlu b'mod affidabbli. Meta entità tapplika l-IAS 29 Ir-Rappurtaġġ Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji tirrikonoxxi bħala spiża, dik il-parti tal-kosti tas-self li tikkumpensa għall-inflazzjoni matul l-istess perjodu, b'konformità mal-paragrafu 21 ta' dak l-Istandard.

Il-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni

10

Il-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta' assi li jikkwalifika huma dawk il-kosti tas-self li kienu jiġu evitati li kieku l-infiq fuq l-assi li jikkwalifika ma jkunx sar. Meta entità tissellef fondi għall-għan speċifiku li tikseb assi partikulari li jikkwalifika, il-kosti tas-self li huma relatati direttament ma' dak l-assi li jikkwalifika jistgħu jkunu identifikati fil-pront.

11

Jista' jkun diffiċli li tidentifika relazzjoni diretta bejn self partikulari u assi li jikkwalifika, u biex tiddetermina s-self li seta’ kieku jkun evitat. Diffikultà bħal din isseħħ, pereżempju, meta l-attivitajiet li jiffinanzjaw l-entità jkunu kkoordinati b'mod ċentrali. Id-diffikultajiet jinħolqu wkoll meta grupp juża medda ta' strumenti tad-dejn biex jissellef fondi li jkollhom rati varji ta' mgħax, u jsellef dawk il-fondi fuq bażijiet diversi lil entitajiet oħrajn fil-grupp. Kumplikazzjonijiet oħrajn jinħolqu mill-użu ta' self denominat f’muniti barranin jew marbut magħhom, meta l-grupp jopera f'ekonomiji li għandhom inflazzjoni għolja, u minn ċaqliq fir-rati tal-kambju. Bħala riżultat, id-determinazzjoni tal-ammont tal-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist ta' assi li jikkwalifika hi diffiċli biex issir, u hu meħtieġ l-eżerċizzju tal-ġudizzju.

12

Sal-punt li entità tissellef fondi speċifikament għall-iskop li tikseb assi li jikkwalifika, l-entità għandha tiddetermina l-ammont tal-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni bħala l-kosti tas-self reali mġarrba fuq dak is-self matul il-perjodu, wara li tnaqqas kwalunkwe dħul mill-investiment temporanju ta’ dak is-self.

13

L-arranġamenti ta' finanzjament għal assi li jikkwalifika jistgħu jirriżultaw f'li entità tikseb fondi b’self, u ġġarrab spejjeż tas-self relatati, qabel ma xi parti mill-fondi jew il-fondi kollha jintużaw għall-infiq fuq l-assi li jikkwalifika. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-fondi ta' spiss ikunu investiti temporanjament sakemm jintefqu fuq l-assi li jikkwalifika. Fid-determinazzjoni tal-ammont tal-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni matul perjodu, kwalunkwe dħul li jsir mill-investiment ta’ dawn il-fondi, jitnaqqas mill-ispejjeż tas-self imġarrba.

14

Sal-punt li entità tissellef fondi b’mod ġenerali u tużahom għall-iskop biex tikseb assi li jikkwalifika, l-entità għandha tiddetermina l-ammont tal-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni billi tapplika rata ta’ kapitalizzazzjoni għall-infiq fuq dak l-assi. Ir-rata tal-kapitalizzazzjoni għandha tkun il-medja ppiżata tal-kosti tas-self applikabbli għas-self tal-entità li jkun pendenti matul il-perjodu, eskluż self li jsir speċifikament għall-iskop tal-kisba ta’ assi li jikkwalifika. L-ammont tal-kosti tas-self li entità tikkapitalizza matul perjodu ma għandux jaqbeż l-ammont tal-kosti tas-self li l-entità tkun ġarrbet matul dak il-perjodu.

15

F'xi ċirkustanzi, ikun xieraq li tinkludi s-self kollu tal-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha meta tikkalkula l-medja ppiżata tal-kosti tas-self; f'ċirkustanzi oħrajn, ikun xieraq għal kull sussidjarja li tuża medja ppiżata tal-kosti tas-self applikabbli għas-self tagħha biss.

L-eċċess tal-ammont miżmum tal-assi li jikkwalifika fuq l-ammont li jista’ jkun irkuprat

16

Meta l-ammont miżmum jew il-kost finali mistenni tal-assi li jikkwalifika, jaqbeż l-ammont li jista' jkun irkuprat jew il-valur realizzabbli nett tiegħu, l-ammont miżmum jitniżżel jew jitħassar b'konformità ma' Standards oħrajn. F'ċerti ċirkustanzi, l-ammont tat-tniżżil jew tħassir jerġa' jiġi rrestawrat b'konformità ma' dawk l-Istandards l-oħrajn.

Il-bidu tal-kapitalizzazzjoni

17

Entità għandha tibda tikkapitalizza l-kosti tas-self bħala parti mill-kost ta’ assi li jikkwalifika fid-data tal-bidu. Id-data tal-bidu għall-kapitalizzazzjoni hi l-ewwel data li fiha l-entità tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

iġġarrab infiq għall-assi;

(b)

iġġarrab spejjeż tas-self; u

(c)

twettaq attivitajiet li huma meħtieġa biex tipprepara l-assi għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu.

18

L-infiq fuq assi li jikkwalifika jinkludi biss dak l-infiq li jkun irriżulta fi ħlasijiet ta' flus, trasferimenti ta' assi oħrajn jew l-inkarigu ta' obbligazzjonijiet li fihom l-imgħax. L-infiq jitnaqqsu minnu kwalunkwe ħlasijiet progressivi u għotjiet riċevuti b'konnessjoni mal-assi (ara l-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta’ Assistenza Pubblika). Il-medja tal-ammont miżmum tal-assi matul xi perjodu, inklużi l-kosti tas-self li kienu kkapitalizzati qabel, normalment hi approssimazzjoni raġonevoli tal-infiq li għalih ir-rata tal-kapitalizzazzjoni tkun applikata f'dak il-perjodu.

19

L-attivitajiet meħtieġa biex l-assi jkun ippreparat għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu jinkludu aktar mill-kostruzzjoni fiżika tal-assi. Dawn jinkludu xogħol tekniku u amministrattiv qabel il-bidu tal-kostruzzjoni fiżika, bħal attivitajiet marbuta mal-ksib ta' permessi qabel ma tibda l-kostruzzjoni fiżika. Madankollu, dawn l-attivitajiet jeskludu ż-żamma ta' assi fejn l-ebda produzzjoni jew żvilupp li jibdel il-kundizzjoni tal-assi ma jkunu qed iseħħu. Pereżempju, il-kosti tas-self imġarrba waqt li art tkun qed tiġi żviluppata jkunu kkapitalizzati matul il-perjodu li fih ikunu qed isiru attivitajiet relatati mal-iżvilupp. Imma l-kosti tas-self imġarrba waqt li l-art akkwistata għal skopijiet ta' bini tkun qed tinżamm mingħajr l-ebda attività ta' żvilupp assoċjat magħha, ma jikkwalifikawx għall-kapitalizzazzjoni.

Sospensjoni tal-kapitalizzazzjoni

20

Entità għandha tissospendi l-kapitalizzazzjoni tal-kosti tas-self matul perjodi twal li fihom tissospendi l-iżvilupp attiv ta' assi li jikkwalifika.

21

Entità tista' ġġarrab spejjeż ta’ self matul perjodu twil li fih tissospendi l-attivitajiet meħtieġa biex tipprepara assi għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu. Spejjeż bħal dawn huma spejjeż imġarrba biex iżżomm f’idejha assi parzjalment kompleti u ma jikkwalifikawx għall-kapitalizzazzjoni. Madankollu, entità normalment ma tissospendix il-kapitalizzazzjoni ta’ spejjeż ta’ self matul perjodu li fih twettaq xogħol sostanzjali tekniku u amministrattiv. Entità wkoll ma tissospendix il-kapitalizzazzjoni ta’ spejjeż ta’ self meta dewmien temporanju jkun parti neċessarja mill-proċess li bih assi jitlesta għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu. Pereżempju, il-kapitalizzazzjoni tkompli matul il-perjodu twil li fih il-livelli għolja tal-ilma jittardjaw il-kostruzzjoni ta' pont, jekk dawn il-livelli għolja tal-ilma jkunu komuni matul il-perjodu ta' kostruzzjoni fir-reġjun ġeografiku involut.

Waqfien tal-kapitalizzazzjoni

22

Entità għandha twaqqaf il-kapitalizzazzjoni tal-kosti tas-self meta, sostanzjalment, l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jippreparaw lill-assi li jikkwalifika għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu, jitlestew.

23

Assi normalment ikun lest għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu meta l-kostruzzjoni fiżika tal-assi titlesta, anki jekk jagħti l-każ li xi xogħol amministrattiv ta' rutina jkun għadu għaddej. Jekk tibdil żgħir, bħad-dekorazzjoni ta' proprjetà skond l-ispeċifikazzjonijiet tax-xerrej, jew tal-utent, hu dak kollu li għadu pendenti, dan jindika li, b'mod sostanzjali, l-attivitajiet kollha tlestew.

24

Meta entità tlesti l-kostruzzjoni ta’ assi li jikkwalifika biċċa biċċa, u kull biċċa tkun tista’ tintuża waqt li l-kostruzzjoni tkompli għaddejja fuq partijiet oħrajn, l-entità għandha tieqaf tikkapitalizza l-kosti tas-self meta tlesti, b'mod sostanzjali, l-attivitajiet kollha meħtieġa biex tipprepara dik il-parti għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tagħha.

25

“Business park” li jinkludi diversi binjiet, u li kull binja minnu tista' tintuża individwalment, hu eżempju ta' assi li jikkwalifika li kull parti minnu tista' tintuża waqt li l-kostruzzjoni tkompli għaddejja fuq partijiet oħrajn. Eżempju ta' assi li jikkwalifika li jeħtieġ li jitlesta kollu qabel ma xi parti minnu tkun tista' tintuża hu impjant industrijali li jinvolvi diversi proċessi li jitwettqu wara xulxin f'partijiet differenti tal-impjant fl-istess sit, bħal pereżempju, impjant fejn jinħadem l-azzar.

ŻVELAR FIR-RAPPORTI FINANZJARJI

26

Entità għandha tippubblika:

(a)

l-ammont tal-kosti tas-self ikkapitalizzati matul il-perjodu; u

(b)

ir-rata tal-kapitalizzazzjoni użata biex tiddetermina l-ammont tal-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

27

Meta l-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard tikkostitwixxi bidla fil-politika tal-kontabilità, entità għandha tapplika l-Istandard għall-kosti tas-self relatati ma’ assi li jikkwalifikaw li għalihom id-data tal-bidu tal-kapitalizzazzjoni hi d-data effettiva ta’ dan l-Istandard jew wara.

28

Madankollu, entità tista’ tispeċifika kwalunkwe data qabel id-data effettiva u tapplika l-Istandard għall-kosti tas-self relatati mal-assi kollha li jikkwalifikaw li għalihom id-data tal-bidu tal-kapitalizzazzjoni hi dik id-data jew wara.

DATA EFFETTIVA

29

Entità għandha tapplika l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika l-Istandard minn data qabel l-1 ta’ Jannar 2009, għandha tiżvela dak il-fatt.

IRTIRAR TAL-IAS 23 (RIVEDUT FL-1993)

30

Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 23 Il-Kosti tas-Self rivedut fl-1993.

Appendiċi

Emendi għal dikjarazzjonijiet oħrajn

L-emendi f'din l-appendiċi għandhom ikunu applikati għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu iktar bikri, l-emendi f'din l-appendiċi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu iktar bikri. Fil-paragrafi emendati, it-test il-ġdid huwa sottolineat, u t-test imħassar hu ingassat.

A1   IFRS 1 L-Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju hu emendat kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafi 9, 12 u 13 huma emendati; wara l-paragrafu 25H jiddaħħlu intestatura u l-paragrafu 25I; u jiżdied l-paragrafu 47G kif ġej:

“9

Il-dispożizzjonijiet transitorji f'IFRSs oħrajn japplikaw għat-tibdiliet fil-politika tal-kontabilità magħmulin minn entità li diġà tuża l-IFRSs; ma japplikawx għat-transizzjoni ta' min jaddotta l-IFRSs għall-ewwel darba ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 25D, 25H, 25I, 34A u 34B.

12

Dan l-IFRS jistabbilixxi żewġ kategoriji ta' eċċezzjonijiet għall-prinċipju li l-ewwel karta' tal-bilanċ IFRS ta' entità għandha tkun konformi ma' kull IFRS:

(a)

il-paragrafi 13–25I u 36A–36C jagħtu eżenzjonijiet minn xi rekwiżiti ta' IFRSs oħrajn.

(b)

il-paragrafi 26–34B jipprojbixxu l-applikazzjoni retrospettiva ta' xi aspetti ta' IFRSs oħrajn.

13

Entità tista' tagħżel li tagħmel użu minn waħda jew aktar mill-eżenzjonijiet li ġejjin:

(a)

(l)

il-kejl tal-valur ġust ta' assi finanzjarji jew ta' obbligazzjonijiet finanzjarji skond kif rikonoxxuti inizjalment (il-paragrafu 25G);

(m)

assi finanzjarju jew assi intanġibbli li kien meqjus b'konformità ma' IFRIC 12 Arranġamenti ta’ Konċessjoni ta’ Servizz (il-paragrafu 25H); u

(n)

il-kosti tas-self (il-paragrafu 25I).

Entità ma għandhiex tapplika dawn l-eżenzjonijiet b'analoġija ma' elementi oħrajn.

Kosti tas-self

25I

Min jaddotta l-IFRS’s għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet transitorji deskritti fil-paragrafi 27 u 28 tal-IAS 23 L-Ispejjeż tas-Self, kif riveduti fl-2007. F'dawk il-paragrafi, referenzi għad-data effettiva għandhom ikunu interpretati bħala l-1 ta' Jannar 2009, jew id-data ta' transizzjoni għall-IFRSs, liema minnhom tiġi l-aħħar.

47G

Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 13(n) u 25I għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 23 għal perjodu iktar bikri, dawn l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu iktar bikri.”

A2   Fl-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji l-aħħar sentenza tal-paragrafu 110 hi mħassra.

A3   Fl-IAS 7 Dikjarazzjonijiet tal-Likwidità l-paragrafu 32 hu emendat kif ġej:

“32

L-ammont totali ta' mgħax imħallas matul perjodu għandu jidher fid-dikjarazzjoni tal-likwidità, sew jekk kien rikonoxxut bħala spiża fid-dikjarazzjoni tad-dħul kemm ikkapitalizzat b'konformità mal-IAS 23 Il-Kosti tas-Self.”

A4   Fl-IAS 11 Kuntratti tal-Kostruzzjoni l-aħħar sentenza tal-paragrafu 18 hi emendata kif ġej:

“18

Il-kosti li jistgħu jkunu attribwibbli għal attività fuq kuntratti in ġenerali, u li jistgħu jkunu allokati għal kuntratti speċifiċi, jinkludu wkoll il-kosti tas-self.”

A5   Fl-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir il-paragrafu 23 hu emendat kif ġej:

“23

L-ispiża ta' oġġett ta' proprjetà, impjant jew tagħmir hi l-ekwivalenti tal-prezz fi flus fid-data tar-rikonoxximent. Jekk il-ħlas ikun differit lil hemm mit-termini normali tal-kreditu, id-differenza bejn l-ekwivalenti tal-prezz fi flus u l-ħlas totali tkun rikonoxxuta bħala mgħax fuq il-perjodu tal-kreditu sakemm dan l-imgħax ma jkunx ikkapitalizzat b'konformità mal-IAS 23.”

A6   Fl-IAS 38 Assi Intanġibbli, il-paragrafu 32 hu emendat kif ġej:

“32

Jekk il-ħlas għal assi intanġibbli jkun differit lil hemm mit-termini normali tal-kreditu, il-kost tiegħu jkun l-ekwivalenti tal-prezz fi flus. Id-differenza bejn dan l-ammont u l-pagamenti totali hi rikonoxxuta bħala spiża tal-imgħax fuq il-perjodu tal-kreditu, sakemm ma tkunx ikkapitalizzata b'konformità mal-IAS 23 L-Ispejjeż tas-Self.”

A7   Fl-IFRIC Interpretazzjoni 1 Tibdil fl-Obbligi Eżistenti tad-Dekummissjonament, Restawrazzjoni u Obbligi Simili, il-paragrafu 8 hu emendat kif ġej:

“8

L-inverżjoni perjodika tal-iskont permezz ta' transazzjoni ta' kumpens għandha tkun rikonoxxuta fi qligħ jew telf bħala kost finanzjarju hekk kif isseħħ. Il-kapitalizzazzjoni skond l-IAS 23 mhijiex permessa.”


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1261/2008

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 2

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali tal-kontabilità li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fis-17 ta’ Jannar 2008, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 2 Share-based Payment (“Pagament Ibbażat fuq l-Ishma”) [traduzzjoni mhux uffiċjali], minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “emenda għall-IFRS 2”. L-emenda għall-IFRS 2 tipprovdi kjarifika dwar x'inhuma kondizzjonijiet ta’ intitolament, kif wieħed għandu jqis il-kondizzjonijiet ta’ intitolament, u kif jitqies it-tħassir ta’ arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma mill-entità jew mill-kontropartit.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emenda għall-IFRS 2 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) [il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju] (3), il-Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità qies li l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea li din hija bbilanċjata b'mod tajjeb kif ukoll oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma huwa emendat skond l-Emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “emenda għall-IFRS 2”, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRS 2, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRS 2

Emendi għall-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

Emendi għal IFRS 2

Pagament Ibbażat fuq l-Ishma

Dan id-dokument jippreżenta l-emendi għall-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma. L-emendi jiffinalizzaw il-proposti li kienu jinsabu fl-abbozz għad-diskussjoni ta’ emendi proposti għall-IFRS 2—Kundizzjonijiet tal-Vestiment u Kanċellamenti ppubblikat fi Frar 2006.

L-entitajiet għandhom japplikaw dawn l-emendi għall-pagamenti kollha bbażati fuq ishma li jaqgħu fl-ambitu ta’ IFRS 2 għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

KUNDIZZJONIJIET LI MA JOĦOLQUX VESTIMENT

Fl-Istandard, wara l-paragrafu 21, għandhom jiddaħħlu intestatura u l-paragrafu 21A skond kif ġej:

“Trattament ta’ kundizzjonijiet li ma joħolqux vestiment

21A

Bl-istess mod, entità għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet kollha li ma joħolqux vestiment meta tistma l-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija. Għalhekk, għal għotjiet ta' strumenti azzjonarji b'kundizzjonijiet li ma joħolqux vestiment, l-entità għandha tirrikonoxxi l-prodotti jew servizzi rċevuti minn kontraparti li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-vestiment li mhumiex kundizzjonijiet tas-suq (eż. servizzi rċevuti minn impjegat li jibqa' fis-servizz ta’ dik l-entità għall-perjodu speċifikat tas-servizz), irrispettivament minn jekk dawk il-kundizzjonijiet li ma joħolqux vestiment ikunux issodisfati.”

KANĊELLAMENTI

Fl-Istandard, il-paragrafu 28 hu emendat kif ġej:

“28

Jekk għotja ta’ strumenti azzjonarji tiġi kkanċellata jew saldata matul il-perjodu tal-vestiment (minbarra għotja kkanċellata minħabba telf ta' dritt meta l-kundizzjonijiet tal-vestiment ma jiġux issodisfati)…”

Fl-Istandard, il-paragrafu 28(b) hu emendat kif ġej:

“28

(b)

… Kwalunkwe eċċess bħal dan għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża. Madankollu, jekk l-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq ishma kien jinkludi komponenti ta’ obbligazzjoni, l-entità għandha tkejjel mill-ġdid il-valur ġust ta-obbligazzjoni fid-data tal-kanċellament jew saldu. Kull pagament li jsir għas-saldu tal-komponent tal-obbligazzjoni għandu jiġi kontabilizzat bħala tħassir tal-obbligazzjoni.”

Fl-Istandard, wara l-paragrafu 28, għandu jiddaħħal il-paragrafu 28A skond kif ġej:

“28A

Jekk entità jew kontroparti tista’ tagħżel jekk tissodisfax kundizzjoni li ma toħloqx vestiment, l-entità għandha tittratta n-nuqqas tal-entità jew tal-kontroparti li tissodisfa, matul il-perjodu tal-vestiment, dik il-kundizzjoni li ma toħloqx vestiment, bħala kanċellazzjoni.”

DATA EFFETTIVA

Fl-Istandard, il-paragrafu 62 hu miżjud kif ġej:

“62

Entità għandha tapplika l-emendi li ġejjin retrospettivament għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara.

(a)

ir-rekwiżiti fil-paragrafu 21A fir-rigward tat-trattament ta’ kundizzjonijiet li ma joħloqux vestiment;

(b)

id-definizzjonijiet riveduti ta’ “vesta” u “kundizzjonijiet tal-vestiment” fl-Appendiċi A;

(c)

l-emendi fil-paragrafi 28 u 28A fir-rigward tal-kanċellamenti.

Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt.”

DEFINIZZJONIJIET

Fl-Appendiċi A, id-definizzjoni ta' “vesta” u “kundizzjonijiet tal-vestiment” huma emendati kif ġej:

“kundizzjonijiet tal-vestiment

Il-kundizzjonijiet li jiddeterminaw jekk l-entità tirċevix is-servizzi li jintitolaw lill-kontroparti biex tirċievi flus, assi oħra jew strumenti azzjonarji tal-entità, taħt arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma. Il-kundizzjonijiet tal-vestiment jistgħu jkunu jew kundizzjonijiet ta’ servizz jew kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni. Kundizzjonijiet ta’ servizz jeħtieġu li l-kontroparti ttemm perjodu speċifikat ta’ servizz. Kundizzjonijet ta’ prestazzjoni jeħtieġu li l-kontroparti ttemm perjodu speċifikat ta' servizz u li jintlaħqu miri speċifikati ta’ prestazzjoni (bħal żieda speċifikata fil-profitt ta' l-entità fuq perjodu speċifikat ta' żmien). Kundizzjoni ta’ prestazzjoni tista’ tinkludi kundizzjoni tas-suq.

vesta

Sar dritt. Taħt arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, id-dritt tal-kontroparti li tirċievi flus, assi oħra, jew strumenti azzjonarji tal-entità jiġi vestit meta l-intitolament tal-kontroparti ma jkunx għadu dipendenti fuq li jiġu ssodisfati xi kundizzjonijiet tal-vestiment.”


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1262/2008

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 13 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew addottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali tal-kontabilità li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fil-5 ta’ Lulju 2007, il-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni IFRIC 13 Customer Loyalty Programmes (Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti) [traduzzjoni mhux uffiċjali], minn issa ’l quddiem imsejħa l-“IFRC 13”. L-IFRIC 13 telimina l-inkonsistenzi li hemm fil-prattika bħalissa fir-rigward tat-trattament fil-kontabilità ta’ prodotti jew servizzi b’xejn jew bi skont li jinbiegħu lill-klijenti taħt programmi ta’ lealtà tal-klijent li l-kumpaniji jużaw biex jippremjaw lill-klijenti tagħhom permezz ta’ punti, air miles jew krediti oħra mal-bejgħ ta’ prodott jew servizz

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (European Financial Reporting Advisory Group - EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 13 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) (3), il-Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea li din hija bbilanċjata b’mod tajjeb kif ukoll oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008: L-Interpretazzjoni 13 Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC), tiddaħħal kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 13 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TA’ RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU

IFRIC 13

L-Interpretazzjoni IFRIC 13 Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti

“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org”

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 13

Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti

REFERENZI

IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

IAS 18 Dħul

IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

SFOND

1

Il-programmi ta’ lealtà tal-klijenti jintużaw minn entitajiet biex jipprovdu lill-klijenti b’inċentivi biex jixtru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom. Jekk klijent jixtri prodotti jew servizzi, l-entità tagħti lill-klijent krediti ta’ premju (ta’ spiss deskritti bħala “punti”). Il-klijent jista’ jsarraf il-krediti ta’ premju fi premjijiet bħal prodotti jew servizzi b’xejn jew bi skont.

2

Il-programmi jaħdmu b’diversi modi. Il-klijenti jistgħu jkunu meħtieġa li jakkumulaw numru jew valur minimu speċifiku ta’ krediti ta’ premju qabel ma jkunu jistgħu jsarrfuhom. Il-krediti ta’ premju jistgħu jkunu marbuta ma’ xirjiet individwali jew gruppi ta’ xirjiet, jew ma’ xiri kontinwu fuq perjodu speċifiku ta’ żmien. L-entità tista’ tħaddem il-programm ta’ lealtà tal-klijenti hi nfisha jew tipparteċipa fi programm imħaddem minn terzi. Il-premjijiet offruti jistgħu jinkludu prodotti jew servizzi fornuti mill-entità nnifisha u/jew drittijiet li jiġu kklejmjati prodotti jew servizzi minn terzi.

AMBITU

3

Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-krediti ta’ premju għal-lealtà tal-klijenti li:

(a)

entità tagħti lill-klijenti tagħha bħala parti minn transazzjoni ta’ bejgħ, jiġilieri bejgħ ta’ prodotti, għoti ta’ servizzi jew użu minn klijent ta’ assi ta’ l-entità; u

(b)

sakemm jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni oħra li tkun tapplika, il-klijenti jistgħu jsarrfuhom fil-futur fi prodotti jew servizzi b’xejn jew bi skont.

L-Interpretazzjoni tindirizza l-kontabilità mill-entità li tagħti krediti ta’ premju lill-klijenti tagħha.

TEMI

4

It-temi indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:

(a)

jekk l-obbligu tal-entità li tipprovdi prodotti jew servizzi b’xejn jew bi skont (“premjijiet”) fil-futur għandhiex tkun rikonoxxuta u mkejla billi:

(i)

tkun allokata parti mill-valur riċevut jew riċevibbli mit-transazzjoni tal-bejgħ għall-krediti ta’ premju u billi jkun differit ir-rikonoxximent tad-dħul (billi jiġi applikat il-paragrafu 13 ta’ l-IAS 18); jew

(ii)

isir provvediment għall-ispejjeż stmati futuri tal-forniment tal-premjijiet (billi jiġi applikat il-paragrafu 19 ta’ l-IAS 18); u

(b)

jekk jiġi allokat valur għall-krediti ta’ premju:

(i)

kemm għandu jiġi allokat għalihom;

(ii)

meta għandu jkun rikonoxxut id-dħul; u

(iii)

jekk il-premjijiet jiġu minn terz, kif għandu jiġi mkejjel id-dħul.

KUNSENS

5

Entità għandha tapplika l-paragrafu 13 tal-IAS 18 u tirrapporta l-krediti ta’ premju bħala komponent identifikabbli separatament mit-transazzjoni(jiet) tal-bejgħ li fihom huma jingħataw (il-“bejgħ inizjali”). Il-valur ġust tal-valur riċevut jew riċevibbli fir-rigward tal-bejgħ inizjali għandu jkun allokat bejn il-krediti ta’ premju u l-komponenti l-oħrajn tal-bejgħ.

6

Il-valur allokat lill-krediti ta’ premju għandhu titkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom, jiġilieri l-ammont li għalih il-krediti ta’ premju jistgħu jinbiegħu separatament.

7

Jekk l-entità tforni l-premjijiet hi nnifisha, hi għandha tirrikonoxxi l-valur allokat għall-krediti ta’ premju bħala dħul meta l-krediti ta’ premju jissarrfu u hi tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha li tforni l-premjijiet. L-ammont ta’ dħul rikonoxxut għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta’ krediti ta’ premju li jkunu ssarrfu bi skambju ma’ premjijiet, imqabbel man-numru totali li jkun mistenni li jissarraf.

8

Jekk il-premjijiet ifornuhom terzi, l-entità għandha tevalwa jekk hix tiġbor il-valur allokat lill-krediti ta’ premju għan-nom tagħha stess (jiġilieri bħala s-sid fit-transazzjoni) jew għan-nom tat-terzi (jiġilieri bħala aġent għat-terzi).

(a)

Jekk l-entità qed tiġbor il-valur għan-nom tat-terzi, hi għandha:

(i)

tkejjel id-dħul tagħha bħala l-ammont nett miżmum f’isimha, jiġilieri id-differenza bejn il-valur allokat lill-krediti ta’ premju u l-ammont pagabbli lit-terzi biex ifornu l-premjijiet; u

(ii)

tirrikonoxxi dan l-ammont nett bħala dħul meta t-terzi jsiru obbligati li jfornu l-premjijiet u jkunu intitolati li jirċievu l-valur għalihom. Dawn l-avvenimenti jistgħu jseħħu hekk kif il-krediti ta’ premju jingħataw. Alternattivament, jekk il-klijent jista’ jagħżel li jikklejmja l-premjijiet jew mingħand l-entità jew mingħand terzi, dawn l-avvenimenti jistgħu jseħħu biss meta l-klijent jagħżel li jikklejmja l-premjijiet mingħand it-terzi.

(b)

Jekk l-entità qed tiġbor il-valur għaliha stess, għandha tkejjel id-dħul tagħha bħala l-valur gross allokat lill-krediti ta’ premju u tirrikonoxxi d-dħul meta tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-premjijiet.

9

Jekk fi kwalunkwe ħin l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu evitati biex jitħallsu l-obbligazzjonijiet għall-forniment tal-premjijiet ikunu mistennija li jaqbżu l-valur riċevut u riċevibbli għalihom (jiġilieri il-valur allokat lill-krediti ta’ premju fil-ħin tal-bejgħ inizjali li jkun għadu ma ġiex rikonoxxut bħala dħul, flimkien ma’ kwalunkwe valur ieħor riċevibbli meta l-klijent isarraf il-krediti ta’ premju), l-entità jkollha kuntratti onerużi. Għandha tkun rikonoxxuta obbligazzjoni għall-eċċess b’konformità mal-IAS 37. Il-ħtieġa li din l-obbligazzjoni tiġi rikonoxxuta tista’ tinħoloq jekk l-ispejjeż mistennija tal-forniment tal-premjijiet jiżdiedu, pereżempju jekk l-entità tirrevedi l-aspettattivi tagħha dwar in-numru ta’ krediti ta’ premju li ser jissarrfu.

DATA EFFETTIVA U TRANSIZZJONI

10

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2008 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Lulju 2008, għandha tiddikjara dak il-fatt.

11

Tibdil fil-politika tal-kontabilità għandu jkun irrappurtat b’konformità mal-IAS 8.

Appendiċi

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-appendiċi hu parti integrali tal-Interpretazzjoni.

Kif jitkejjel il-valur ġust tal-krediti ta’ premju

AG1

Il-Paragrafu 6 tal-kunsens jeħtieġ li l-valur allokat lill-krediti ta’ premju jitkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom, jiġilieri l-ammont li għalih il-krediti ta’ premju jistgħu jinbiegħu separatament. Jekk il-valur ġust ma jkunx jista’ jiġi osservat direttament, dan għandu jiġi stmat.

AG2

Entità tista’ tagħmel stima tal-valur ġust tal-krediti ta’ premju billi tagħmel referenza għall-valur ġust tal-premjijiet li fihom jistgħu jissarrfu. Il-valur ġust ta’ dawn il-premjijiet jitnaqqas billi jiġu meqjusa:

(a)

il-valur ġust tal-premjijiet li jistgħu jkunu offruti lill-klijenti li ma jkunux qalgħu krediti ta’ premju minn bejgħ inizjali; u

(b)

il-proporzjon tal-krediti ta’ premju li ma jkunux mistennija li jissarfu mill-klijenti.

Fejn il-klijenti jistgħu jagħżlu minn medda ta’ premjijiet differenti, il-valur ġust tal-krediti ta’ premju ser jirrifletti l-valuri ġusti fil-firxa ta’ premjijiet disponibbli, li jkunu ppiżati fi proporzjon mal-frekwenza li biha kull premju jkun mistenni li jintgħażel.

AG3

F’xi ċirkustanzi, jistgħu jkunu disponibbli metodi oħrajn ta’ stima. Pereżempju, fejn il-premjijiet jiġu fornuti minn terzi u l-entità tħallas lit-terzi għal kull kreditu ta’ premju li tagħti, tkun tista’ tagħmel stima tal-valur ġust tal-krediti ta’ premju b’referenza għall-ammont li hi tħallas lit-terzi, biż-żieda ta’ marġni ta’ qligħ raġonevoli. Jeħtieġ ġudizzju għaqli biex tintagħżel u tiġi applikata t-teknika ta’ stima li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-paragrafu 6 tal-kunsens u li tkun l-aktar waħda adattata fiċ-ċirkustanzi.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1263/2008

tas-16 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 14 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabbilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu fis-seħħ fl-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fil-5 ta' Lulju 2007, il-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) ippubblika Interpretazzjoni tal-IFRIC 14 IAS 19 – Il-Limitu fuq Assi ta' Benefiċċju Definit, ir-Rekwiżiti ta’ Finanzjament Minimu u l-Interazzjoni tagħhom, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “IFRIC 14”. L-IFRIC 14 jikkjarifika d-dispożizzjonijiet tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbilità (IAS) 19 rigward il-kejl ta' assi ta' benefiċċju definit fil-kuntest ta' pjanijiet ta' benefiċċju definit għal wara l-irtirar, meta jkun hemm rekwiżit ta' finanzjament minimu. Assi ta' benefiċċju definit huwa l-ammont żejjed tal-valur ġust ta' l-assi tal-pjan fuq il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit. Il-kejl fl-IAS 19 huwa ristrett għall-valur preżenti tal-benefiċċji ekonomiċi disponibbli fil-forma ta' refużjonijiet mill-pjan jew ta' tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri għall-pjan, li jistgħu jiġu affettwati minn rekwiżiti ta' finanzjament minimu.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (European Financial Reporting Advisory Group -EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 14 jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabbilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) [il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju] (3), il-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabbilità qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea li din hija bbilanċjata b'mod tajjeb kif ukoll oġġettiva

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Interpretazzjoni tal-IFRIC 14 IAS 19 – Il-Limitu fuq Assi ta' Benefiċċju Definit, ir-Rekwiżiti ta’ Finanzjament Minimu u l-Interazzjoni tagħho tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) hija mdaħħla kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 14 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta' Diċembru 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TA' RAPPORTAĠĠ FINANZJARJU

IFRIC 14

L-Interpretazzjoni ta' l-IFRIC 14 IAS 19 – Il-Limitu fuq Assi ta' Benefiċċju Definit, ir-Rekwiżiti ta’ Finanzjament Minimu u l-Interazzjoni tagħhom

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

INTERPRETAZZJONI TA' L-IFRIC 14

IAS 19—Il-Limitu fuq Assi ta' Benefiċċju Definit, ir-Rekwiżiti ta’ Finanzjament Minimu u l-Interazzjoni tagħhom

REFERENZI

IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji

IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

IAS 19 Benefiċċji ta' l-Impjegati

IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

SFOND

1

Il-Paragrafu 58 ta' l-IAS 19 jillimita l-kejl ta' assi ta' benefiċċju definit għall-“valur preżenti ta' benefiċċji ekonomiċi disponibbli bħala rifużjonijiet mill-pjan jew tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri għall-pjan” flimkien ma' qligħ jew telf mhux rikonoxxuti. Saru mistoqsijiet dwar meta r-rifużjonijiet jew it-tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri għandhom jitqiesu li huma disponibbli, partikolarment fejn ikun hemm rekwiżit ta' finanzjament minimu.

2

Ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jeżisti f'ħafna pajjiżi biex tittejjeb is-sigurtà tal-wegħda tal-benefiċċju ta' wara l-impjieg li tkun saret lil membri fi pjan ta' benefiċċji ta' l-impjegati. Dawn ir-rekwiżiti normalment jistipulaw l-ammont jew livell minimu ta' kontribuzzjonijiet li jridu jsiru lill-pjan fuq ċertu perjodu. Għaldaqstant, ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' jillimita l-kapaċità ta' l-entità li tnaqqas il-kontribuzzjonijiet futuri.

3

Barra dan, il-limitu fuq il-kejl ta' assi ta' benefiċċju definit jista' jikkawża li rekwiżit ta’ finanzjament minimu jkun oneruż. Normalment, rekwiżit biex isiru kontribuzzjonijiet għall-pjan ma jaffettwax il-kejl ta' l-assi jew ta’ l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit. Dan għaliex il-kontribuzzjonijiet, ġaladarba mħallsin, isiru assi tal-pjan u għalhekk l-obbligazzjoni netta addizzjonali hija żero. Madankollu, ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' joħloq obbligazzjoni jekk il-kontribuzzjonijiet meħtieġa ma jkunux disponibbli għall-entità ġaladarba jkunu tħallsu.

AMBITU

4

Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-benefiċċji definiti kollha ta' wara l-impjieg u benefiċċji oħra definiti fit-tul ta' l-impjegati.

5

Għall-finijiet ta' din l-Interpretazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ finanzjament minimu huma kwalunkwe rekwiżit biex ikun iffinanzjat pjan ta' benefiċċji definiti ta' wara l-impjieg jew pjan ieħor ta' benefiċċji definiti fit-tul.

TEMI

6

It-temi indirizzati f'din l-Interpretazzjoni huma:

(a)

meta rifużjonijiet jew tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri għandhom jitqiesu bħala disponibbli b'konformità mal-paragrafu 58 ta' l-IAS 19.

(b)

kif ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' jaffettwa d-disponibilità ta' tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri.

(ċ)

fejn ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' joħloq obbligazzjoni.

KUNSENS

Disponibilità ta' rifużjoni jew tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri

7

Entità għandha tiddetermina d-disponibilità ta' rifużjoni jew tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri b'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjan u kwalunkwe rekwiżit statutorju fil-ġurisdizzjoni tal-pjan.

8

Benefiċċju ekonomiku, fis-sura ta' rifużjoni jew tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri, hu disponibbli jekk l-entità tista' tirrealizzah f'xi punt matul il-ħajja tal-pjan jew meta l-obbligazzjonijiet tal-pjan ikunu ssetiljati. B'mod partikulari, tali benefiċċju ekonomiku jista' jkun disponibbli ukoll jekk ma jkunx realizzabbli immedjatament fid-data tal-karta tal-bilanċ.

9

Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli ma jiddependix fuq kif l-entità għandha l-intenzjoni li tuża l-bilanċ favorevoli. Entità għandha tiddetermina l-benefiċċju ekonomiku massimu li jkun disponibbli mir-rifużjonijiet, mit-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri jew għaqda tat-tnejn. Entità m'għandhiex tirrikonoxxi benefiċċji ekonomiċi minn tagħqid ta' rifużjonijiet u tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri bbażati fuq suppożizzjonijiet li jeskludu lil xulxin.

10

B'konformità ma' l-IAS 1, l-entità għandha tiddikjara informazzjoni dwar is-sorsi prinċipali ta' l-inċertezza fl-istimi magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ, li jkollhom riskju sinifikanti li jikkawżaw aġġustamenti materjali fl-ammont rikonoxxut ta' l-assi jew obbligazzjonijiet netti fil-karta tal-bilanċ. Dan jista' jinkludi żvelar ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq ir-realizzabilità attwali tal-bilanċ favorevoli jew żvelar tal-bażi użata biex jiġi determinat l-ammont tal-benefiċċju ekonomiku disponibbli.

Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala rifużjoni.

Id-dritt għal rifużjoni

11

Rifużjoni tkun disponibbli għal entità biss jekk l-entità jkollha dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rifużjoni:

(a)

matul il-ħajja tal-pjan, mingħajr ma wieħed jassumi li l-obbligazzjonijiet tal-pjan iridu jkunu ssetiljati biex tinkiseb ir-rifużjoni (eż. f'xi ġurisdizzjonijiet, l-entità jista' jkollha dritt għal rifużjoni matul il-ħajja tal-pjan, irrispettivament minn jekk l-obbligazzjonijiet tal-pjan ikunux issetiljati); jew

(b)

jekk wieħed jassumi l-issetiljar gradwali ta’ l-obbligazzjonijiet tal-pjan matul iż-żmien sakemm il-membri kollha jkunu ħarġu mill-pjan; jew

(ċ)

jekk wieħed jassumi l-issetiljar sħiħ ta’ l-obbligazzjonijiet tal-pjan f'avveniment wieħed (i.e. bħall-istralċjar tal-pjan).

Dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rifużjoni jista' jeżisti ikun x'ikun il-livell ta' finanzjament tal-pjan fid-data tal-karta tal-bilanċ.

12

Jekk id-dritt ta' l-entità għal rifużjoni ta' bilanċ favorevoli jiddependi fuq l-okkorrenza jew in-non-okkorrenza ta' xi avveniment jew avvenimenti inċerti fil-futur li ma jkunux għal kollox taħt il-kontroll tagħha, l-entità ma jkollhiex dritt mingħajr kundizzjonijiet u m'għandhiex tirrikonoxxi assi.

13

Entità għandha tkejjel il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala rifużjoni, bħala l-ammont tal-bilanċ favorevoli fid-data tal-karta tal-bilanċ (li jkun il-valur ġust ta' l-assi tal-pjan, nieqes il-valur attwali ta' l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit) li l-entità jkollha dritt li tirċievi bħala rifużjoni, nieqes kwalunkwe spejjeż marbuta miegħu. Pereżempju, jekk rifużjoni tkun suġġetta għal taxxa barra t-taxxa fuq id-dħul, l-entità għandha tkejjel l-ammont tar-rifużjoni netta wara t-taxxa.

14

Meta entità tkejjel l-ammont ta' rifużjoni disponibbli ladarba l-pjan ikun stralċjat (il-paragrafu 11(ċ)), għandha tinkludi kemm l-ammont ta' l-ispejjeż li jiswew lill-pjan biex tissetilja l-obbligazzjonijiet tal-pjan u kemm biex tagħmel ir-rifużjoni. Pereżempju, entità għandha tnaqqas id-drittijiet professjonali jekk dawn jitħallsu mill-pjan u mhux mill-entità, u l-ispejjeż ta' kwalunkwe primjums ta' l-assigurazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa biex jassiguraw l-obbligazzjoni meta jsir l-istralċjar.

15

Jekk l-ammont ta' rifużjoni jkun determinat bħala l-ammont sħiħ jew proporzjon tal-bilanċ favorevoli, u mhux bħala ammont fiss, entità m'għandha tagħmel l-ebda aġġustament għall-effett taż-żmien fuq il-valur tal-flus, ukoll jekk ir-rifużjoni tkun realizzabbli biss f'data fil-futur.

Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjoni

16

Jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit ta' finanzjament minimu, entità għandha tiddetermina l-benefiċċju ekonomiku disponibbli ta' tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri bħala l-iktar baxx minn

(a)

il-bilanċ favorevoli fil-pjan jew

(b)

il-valur attwali ta' l-ispiża tas-servizz fil-futur lill-entità, i.e. li jeskludi kwalunkwe parti ta' l-ispiża fil-futur li ser tinġarr mill-impjegati, għal kull sena fuq l-inqas perjodu ta' żmien bejn il-ħajja mistennija tal-pjan u l-ħajja mistennija ta' l-entità.

17

Entità għandha tiddetermina l-ispejjeż tas-servizz futur billi tuża suppożizzjonijiet konsistenti ma' dawk użati biex tiddetermina l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit u mas-sitwazzjoni li teżisti fid-data tal-karta tal-bilanċ kif stabbilit fl-IAS 19. Għalhekk, entità m'għandha tassumi l-ebda tibdil fil-benefiċċji li għandhom jiġu pprovduti minn pjan fil-futur sakemm il-pjan ma jkunx emendat, u għandha tassumi element stabbli ta' ħaddiema fil-futur, sakemm, fid-data tal-karta tal-bilanċ, l-entità ma tkunx impenjata b'mod li jidher biex tnaqqas in-numru ta' impjegati li jkunu koperti mill-pjan. Fil-każ ta' l-aħħar, is-suppożizzjoni dwar il-ħaddiema fil-futur għandha tinkludi t-tnaqqis. Entità għandha tiddetermina l-valur preżenti ta' l-ispiża tas-servizz futur billi tuża l-istess rata ta' skont bħal dik użata fil-kalkolu ta' l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit fid-data tal-karta tal-bilanċ.

L-effett tar-rekwiżit ta' finanzjament minimu fuq il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri

18

Entità għandha tanalizza kwalunkwe rekwiżit ta' finanzjament minimu f'data speċifika f'kontribuzzjonijiet li jkunu meħtieġa biex ikopru (a) kwalunkwe nuqqas eżistenti għal servizz fil-passat fuq il-bażi ta' finanzjament minimu u (b) l-akkumulazzjoni fil-ġejjieni tal-benefiċċji.

19

Kontribuzzjonijiet biex ikopru xi nuqqas eżistenti fuq il-bażi ta' finanzjament minimu fir-rigward ta' servizzi diġà riċevuti ma jaffettwawx il-kontribuzzjonijiet futuri għal servizz fil-futur. Dawn jistgħu joħolqu obbligazzjoni b'konformità mal-paragrafi 23–26.

20

Jekk ikun hemm rekwiżit ta' finanzjament minimu għal kontribuzzjonijiet marbuta ma' akkumulazzjoni fil-ġejjieni ta' benefiċċji, entità għandha tiddetermina l-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri bħala l-valur attwali ta':

(a)

l-istima ta' l-ispiża tas-servizz futur ta' kull sena b'konformità mal-paragrafi 16 u 17 nieqes

(b)

l-istima tal-kontribuzzjonijiet minimi ta' finanzjament meħtieġa fir-rigward ta' l-akkumulazzjoni fil-ġejjieni ta' benefiċċji f'dik is-sena.

21

Entità għandha tikkalkola il-kontribuzzjonijiet minimi futuri meħtieġa fir-rigward ta' l-akkumulazzjoni fil-ġejjieni tal-benefiċċji, billi jitqies l-effett ta' kwalunkwe bilanċ favorevoli eżistenti fuq il-bażi tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu. Entità għandha tuża s-suppożizzjonijiet meħtieġa bir-rekwiżit ta' finanzjament minimu u, għal kwalunkwe fattur mhux speċifikat bir-rekwiżit ta' finanzjament minimu, suppożizzjonijiet konsistenti ma' dawk użati biex tiddetermina l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit u mas-sitwazzjoni li teżisti fid-data tal-karta tal-bilanċ kif determinata mill-IAS 19. Il-kalkolu għandu jinkludi kwalunkwe tibdil mistenni li jirriżulta meta l-entità tħallas il-kontribuzzjonijiet minimi dovuti. Madankollu, il-kalkolu m'għandux jinkludi l-effett tat-tibdil mistenni li jkun hemm fit-termini u l-kundizzjonijiet tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu li ma jkunux ippromulgati sostantivament jew miftiehma kuntrattwalment fid-data tal-karta tal-bilanċ.

22

Jekk il-kontribuzzjoni minima fil-futur ta' finanzjament meħtieġa fir-rigward ta' l-akkumulazzjoni fil-ġejjieni ta' benefiċċji taqbeż l-ispiża tas-servizz fil-futur ta' l-IAS 19 fi kwalunkwe sena, il-valur attwali ta' dak l-eċċess inaqqas l-ammont ta' l-assi disponibbli bħala tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri fid-data tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, l-ammont ta' l-assi disponibbli bħala tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri ma jista' jkun qatt inqas minn żero.

Meta r-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' joħloq obbligazzjoni

23

Jekk entità jkollha obbligu taħt rekwiżit ta’ finanzjament minimu biex tħallas kontribuzzjonijiet biex tkopri nuqqas eżistenti fuq il-bażi ta' finanzjament minimu fir-rigward ta' servizzi diġà riċevuti, l-entità għandha tiddetermina jekk il-kontribuzzjonijiet pagabbli humiex ser ikunu disponibbli bħala rifużjoni jew bħala tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri wara li jitħallsu fil-pjan.

24

Sal-limitu fejn il-kontribuzzjonijiet pagabbli ma jkunux disponibbli wara li jitħallsu fil-pjan, l-entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni meta jinħoloq l-obbligu. L-obbligazzjoni għandha tnaqqas l-assi ta' benefiċċju definit jew iżżid l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit biex b'hekk l-ebda qligħ jew telf ma jkun mistenni li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 58 ta' l-IAS 19 meta l-kontribuzzjonijiet jitħallsu.

25

Entità għandha tapplika l-paragrafu 58A ta' l-IAS 19 qabel tiddetermina l-obbligazzjoni b'konformità mal-paragrafu 24.

26

L-obbligazzjoni fir-rigward tar-rekwiżit ta' finanzjament minimu u kwalunkwe kejl mill-ġdid sussegwenti ta' dik l-obbligazzjoni għandhom ikunu rikonoxxuti immedjatament b'konformità mal-politika adottata mill-entità għar-rikonoxximent ta' l-effett tal-limitu fil-paragrafu 58 ta' l-IAS 19 dwar il-kejl ta' l-assi ta' benefiċċju definit. B’mod partikulari:

(a)

entità li tirrikonoxxi l-effett tal-limitu fil-paragrafu 58 fi qligħ jew telf, b'konformità mal-paragrafu 61(g) ta' l-IAS 19, għandha tirrikonoxxi l-aġġustament immedjatament fi qligħ jew telf.

(b)

entità li tirrikonoxxi l-effett tal-limitu fil-paragrafu 58 fid-dikjarazzjoni ta' dħul u nfiq rikonoxxuti, b'konformità mal-paragrafu 93C ta' l-IAS 19, għandha tirrikonoxxi immedjatament l-aġġustament fid-dikjarazzjoni ta' dħul u nfiq rikonoxxuti.

DATA EFFETTIVA

27

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2008 jew wara. Applikazzjoni iktar kmieni hija permessa.

TRANŻIZZJONI

28

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni mill-bidu ta' l-ewwel perjodu ppreżentat fl-ewwel dikjarazzjonijiet finanzjarji li għalihom tapplika l-Interpretazzjoni. Entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe aġġustament inizjali li jinħoloq mill-applikazzjoni ta' din l-Interpretazzjoni bħala qligħ imfaddal fil-bidu ta' dak il-perjodu.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1264/2008

tas-16 ta' Diċembru 2008

li tiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabilità 2009 tan-netwerk tad-dejta tal-kontabilità agrikola

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta’ Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ ażjendi agrikoli (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 jipprovdi illi ħlas fiss għandu jitħallas mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għal kull prospett debitament kompletat dwar razzett mibgħut lilha fil-perjodu preskritt fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2007 (3) stabbilixxa l-ammont tal-ħlas standard għas-sena tal-kontabilità 2008 għal EUR 151 għal kull prospett tal-biedja. Ix-xejra fl-ispejjeż u l-effetti tagħha fuq kemm tqum it-tlestija ta’ prospett tal-biedja jiġġustifikaw reviżjoni tal-ħlas.

(3)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju dwar in-Netwerk ta’ Informazzjoni dwar il-Kontabilità tal-Farms,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-ħlas standard provdut fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 għandu jkun EUR 155.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859.

(2)  ĠU L 190, 14.7.1983, p. 25.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 68.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1265/2008

tas-16 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward l-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi determinat id-dħul tal-oqsma agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ dejta tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ oqsma [azjendi] agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 (2) jistipula, għal kull Stat Membru, il-limitu tad-daqs ekonomiku tal-kontijiet li jaqgħu taħt il-qasam tal-istħarriġ tan-netwerk ta’ dejta tal-kontabbiltà tal-irziezet.

(2)

Fil-każ ta’ Spanja, bidliet strutturali wasslu għal nuqqas fl-għadd ta’ azjendi iżgħar u fil-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-produzzjoni agrikola totali. L-azjendi b’daqs ekonomiku iżgħar minn 4 ESU (435 307 azjendi) jirrappreżentaw biss 4.04 % tal-marġini gross standard totali. L-aktar parti rilevanti tal-attività agrikola tista’ għaldaqstant tiġi koperta bil-limitu li jeskludi l-azjendi iżgħar. Il-limitu stipulat ta’ 2 ESU għandu konsegwentement jitla’ għal 4 ESU.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk ta’ Dejta tal-Kontabbiltà tal-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2008 (perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi li jibda bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-1 ta’ Lulju 2008) u għas-snin finanzjarji sussegwenti, il-limitu kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament 79/65/KEE fl-ESU għandu jkun kif ġej:

Il-Belġju: 16 ESU

Il-Bulgarija: 1 ESU

Ir-Repubblika Ċeka: 4 ESU

Id-Danimarka: 8 ESU

Il-Ġermanja: 16 ESU

L-Estonja: 2 ESU

L-Irlanda: 2 ESU

Il-Greċja: 2 ESU

Spanja: 4 ESU

Franza: 8 ESU

L-Italja: 4 ESU

Ċipru: 2 ESU

Il-Latvja: 2 ESU

Il-Litwanja: 2 ESU

Il-Lussemburgu: 8 ESU

L-Ungerija: 2 ESU

Malta: 8 ESU

L-Olanda: 16 ESU

L-Awstrija: 8 ESU

Il-Polonja: 2 ESU

Il-Portugall: 2 ESU

Ir-Rumanija: 1 ESU

Is-Slovenja: 2 ESU

Is-Slovakkja: 8 ESU

Il-Finlandja: 8 ESU

L-Iżvezja: 8 ESU

Ir-Renju Unit (bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq): 16 ESU

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq biss) 8 ESU.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena finanzjarja 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859.

(2)  ĠU L 205, 13.7.1982, p. 5.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1266/2008

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(c), (j), (k), (l), (m) u (n), (n)a) u (p) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (2) jintroduċi b’mod partikolari l-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni, il-ħsad bikri u l-qlugħ tad-dwieli fis-settur tal-inbid. Fl-istess waqt jistabbilixxi li bdiewa li jirċievu pagamenti skont dawk il-miżuri jridu jikkonformaw mal-obbligi tal-konformità [kundizzjonalità] msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għaldaqstant, ir-regoli dettaljati li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità pprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (3) għandhom japplikaw għal dawk il-bdiewa. Konsegwentement, it-titolu ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi emendat.

(2)

L-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jintroduċu l-obbligi tal-konformità [kundizzjonalità] għall-appoġġ fis-settur tal-inbid li għandhom japplikaw matul perjodu definit minn meta jsir il-pagament. Għandu jiġi ċċarat il-punt tal-bidu ta’ dawn l-obbligi.

(3)

Għall-applikazzjoni tal-obbligi tal-kundizzjonalità, il-bidwi għandu jiddikjara l-erja kollha tal-azjenda. Għalhekk, il-bdiewa li japplikaw biss għal miżuri ta’ appoġġ koperti bil-kundizzjonalità skont l-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u l-ebda pagament dirett ieħor, għandhom jiġu obbligati jiddikjaraw buq bażi annwali l-erja agrikola kollha tagħhom tal-azjenda fuq formola unika tal-applikazzjoni, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkollhomx diġà dan it-tagħrif.

(4)

Id-dispożizzjonijiet li jeżistu għall-bdiewa li jirċievu pagamenti diretti rigward in-nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-erjas agrikoli kollha tagħhom u li jibagħtu l-applikazzjonijiet tard ma japplikawx għall-bdiewa li japplikaw għal miżuri ta’ appoġġ skont ir-riforma tal-inbid. Hemm bżonn li jiġu implimentati dispożizzjonijiet li għandhom iġiegħlu lill-bdiewa li japplikaw għall-miżuri ta’ appoġġ taħt ir-riforma tal-inbid biex jissottomettu formola unika tal-applikazzjoni u biex jiddikjaraw l-erjas agrikoli kollha tagħhom. Għalhekk, jekk benefiċjarju taħt ir-riforma tal-inbid jinjora d-dispożizzjoni biex jibgħat formola unika ta’ applikazzjoni jew ma jiddikjarax l-erjas agrikoli kollha tiegħu, il-pagamenti għandhom jitnaqqsulu.

(5)

Ir-rata minima ta’ kontroll għall-ħarsien tal-obbligi tal-kundizzjonalità għandha tiġi stabbilita għall-bdiewa soġġetti għall-kundizzjonalità fis-settur tal-inbid skont l-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008. Skont ir-regoli attwali taħt il-kundizzjonalità, dik ir-rata ta’ kontroll għandha tiġi ffissata għal 1 % tal-bdiewa konċernati.

(6)

L-għażla tal-kampjun ta’ kontroll għall-obbligi tal-kundizzjonalità pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 796/2004, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandha ssir mill-popolazzjoni tal-bdiewa soġġetti għal dawn l-Artikoli, biex ikun żġurat kontroll adegwat.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiċċara r-regoli dwar l-obbligu taħt il-kundizzjonalità, partikolarment fil-każ ta’ trasferiment ta’ art matul is-sena kalendarja konċernata. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-bdiewa li jibagħtu applikazzjoni għall-appoġġ skont l-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, fuq bażi annwali.

(8)

Ir-regoli għal tnaqqis fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità għandhom japplikaw ukoll għall-pagamenti kif iddefinit fl-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 fis-sena kalendarja ta’ meta jinsabu. Fil-każ li l-miżuri ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid ma jingħatawx fuq bażi annwali, għandu jkun hemm dispożizzjoni speċifika għall-kalkolu tal-ammont li jrid jitnaqqas. Din trid tqis l-għadd ta’ snin li fihom japplikaw l-obbligi tal-kundizzjonalità.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema tal-amministrazzjoni integrata u l-kontroll provduti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità provduta taħt ir-Regolament (KE) Nru 479/2008.”.

(2)

L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-konformità, il-modulazzjoni u s-sistema tal-amministrazzjoni integrata u l-kontroll (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘is-sistema integrata’) stabbiliti bit-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (*). Għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fir-Regolamenti li jkopru l-iskemi individwali ta’ għajnuna.

(*)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.”"

(3)

Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-ewwel paragrafu, bħala t-tieni paragrafu:

“Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-obbligi tal-kundizzjonalità skont it-tifsira tal-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, “mill-pagament” għandha tfisser mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara s-sena kalendarja li fiha kien ingħata l-ewwel pagament.”

(4)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Bidwi li japplika għall-għajnuna skont kwalunkwe skema ta’ għajnuna relatata mal-erja jista’ jagħmel biss applikazzjoni unika fis-sena.

Bidwi li ma japplikax għall-għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta’ għajnuna relatati mal-erja iżda japplika għall-għajnuna taħt xi skema oħra ta’ għajnuna elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew għall-appoġġ skont l-Artikolui 11, 12 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għandu jippreżenta formola unika ta’ applikazzjoni jekk għandu għad-disponiment tiegħu erja agrikola kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 li fiha għandu jelenka dawk l-erjas skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.

Bidwi li huwa soġġett biss għall-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandu jippreżenta formola unika tal-applikazzjoni f’kull sena kalendarja li fiha japplikaw dawk l-obbligi.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw bdiewa mill-obbligi pprovduti fit-tieni u t-tielet subparagrafi meta t-tagħrif konċernat ikun ingħata lill-awtoritajiet kompetenti fil-qafas ta’ sistemi oħra tal-amministrazzjoni u l-kontroll li jiggarantixxu kompatibbiltà mas-sistema integrata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

(5)

Fl-Artikolu 14(1a), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ewwel subparagrafu għandu wkoll japplika, meta l-bidwi huwa soġġett għall-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, għall-pagamenti pprovduti skont l-Artikoli 11, 12 u 98 ta’ dak ir-Regolament. Il-perċentwal tat-tnaqqis għandu japplika għall-ammont totali li għandu jitħallas diviż bl-għadd ta’ snin imsemmija fl-Artikoli 20 u 103 tal-istess Regolament.”

(6)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1), għandha tiżdied it-tieni sentenza li ġejja:

“L-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha wkoll tagħmel verifiki, rigward il-ħtiġijiet tal-istandards li għalihom hija responsabbli, fuq tal-anqas 1 % tal-bdiewa kollha soġġetti għall-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 fis-sena kalendarja konċernata u li għaliha l-awtorità kompetenti ta’ kontroll konċernata hija responsabbli.”

(7)

L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44(1) Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jagħżel bdiewa li jirċievu pagamenti diretti u bdiewa soġġetti għall-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 taħt l-istess analiżi ta’ riskju.”

(b)

Fil-paragrafu 2, għandha tiżdied it-tieni sentenza li ġejja:

“Madankollu, il-kampjun imsemmi fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(1) għandu jintgħażel minn bdiewa soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għas-sena kalendarja konċernata.”

(ċ)

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   B’deroga mill-paragrafu 2, il-kampjuni ta’ bdiewa li se jiġu vverifikati skont l-Artikolu 44 jistgħu jintgħażlu mill-popolazzjoni ta’ bdiewa li japplikaw għall-għajnuna taħt skemi ta’ appoġġ għall-pagamenti diretti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u minn fost bdiewa soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u li għandhom l-obbligu li jirrispettaw il-ħtiġijiet jew l-istandards rilevanti.”

(8)

L-Artikolu 65 huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Għall-għan tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-bdiewa li huma soġġetti għall-kundizzjonalità skont l-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tfisser il-preżentazzjoni annwali tal-formola unika tal-applikazzjoni.”

(b)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Meta bidwi huwa soġġett għall-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikoli 20 u 103 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ma jibgħatx il-formola unika tal-applikazzjoni fil-limitu ta’ żmien ipprovdut fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika tnaqqis ta’ 1 % għal kull ġurnata ta’ xogħol, ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri u ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 72. It-tnaqqis massimu għandu jkun limitat għal 25 %. It-tnaqqis għandu japplika għall-ammont totali li se jitħallas skont il-pagamenti pprovduti fl-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, diviż bl-għadd ta’ snin imsemmija fl-Artikoli 20 u 103 tal-istess Regolament.”

(9)

Fl-Artikolu 66(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-applikazzjoni tat-tnaqqis għall-pagamenti pprovduti fl-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-perċentwal tat-tnaqqis japplika għall-ammont totali li se jitħallas, diviż bl-għadd ta’ snin imsemmija fl-Artikoli 20 u 103 ta’ dak ir-Regolament.”

(10)

Fl-Artikolu 67(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-applikazzjoni tat-tnaqqis għall-pagamenti pprovduti fl-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, il-perċentwal tat-tnaqqis japplika għall-ammont totali li se jitħallas, diviż bl-għadd ta’ snin imsemmija fl-Artikoli 20 u 103 ta’ dak ir-Regolament.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1267/2008

tat-12 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2172/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi,

(1)

L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2172/2005 (2) jipprovdi li r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (3) japplika għar-Regolament (KE) Nru 2172/2005, għajr fejn ipprovdut mod ieħor.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2172/200, fejn applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni jaqbżu l-5 % tal-kwantità disponibbli skont il-kwota, iż-żejjed ma għandux jitqies. Huwa f’loku li dik id-dispożizzjoni titħassar biex id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 jinġiebu konformi ma’ dawk tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(3)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005 jipprovdi li, wara li l-Istati Membri jinnotifikaw il-kwantitajiet li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mill-aktar fis possibbli safejn jistgħu jintlaqgħu dawk l-applikazzjonijiet. L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007 jipprovdi li koeffiċjent ta’ allokazzjoni għandu jkun iffissat biss f’każijiet meta l-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1301/2006 huwa wieħed orizzontali, id-dispożizzjoni kurrenti tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005 għaldaqstant għandha titħassar. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun stipulat il-perjodu ta’ żmien li fih jistgħu jingħataw drittijiet tal-importazzjoni.

(4)

Għall-każijiet fejn ma jkunx ġie ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni tali, jeħtieġ li jkun speċifikat li l-garanziji ddepożitati flimkien mal-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 għandhom imbagħad jiġu rrilaxxati proporzjonalment.

(5)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005 jipprovdi li kull ħruġ ta’ liċenzja tal-importazzjoni jeħtiġilha tirriżulta fi tnaqqis korrispondenti tad-drittijiet tal-importazzjoni miksuba. Huwa f’loku li jkun speċifikat li, meta tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni, il-garanzija ddepożitata flimkien mal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha mbagħad tiġi rrilaxxata proporzjonalment.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri ipprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) huwa mħassar.

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jingħataw mis-seba’ ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mis-sittax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(5).”

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 twassal biex ikunu allokati anqas drittijiet tal-importazzjoni mill-kwantità li għaliha tressqu applikazzjonijiet, il-garanzija ddepożitata skont l-Artikolu 5(1) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.”

(3)

Fl-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Kull ħruġ ta’ liċenzja tal-importazzjoni għandu jwassal għal tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni miksuba, u l-garanzija ddepożitata skont l-Artikolu 5(1) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 346, 29.12.2005, p. 10.

(3)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1268/2008

tat-12 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (Titolu Uffiċjali)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 ta’ l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (Titolu Uffiċjali) (1), u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-laqgħa Plenarja tal-Kimberley Process (KP) irrevediet il-lista tal-Parteċipanti li għandhom ir-rekwiżiti minimi għall-Iskema ta’ Ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process.

(2)

L-indirizzi tal-awtoritajiet tal-KP ta’ wħud mill-Parteċipanti għandhom ikunu aġġornati.

(3)

L-Anness II għandu jiġi emendat skond dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jinbidel bl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.


ANNESS I

“ANNESS II

Il-lista tal-parteċipanti fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, maħtura kif xieraq, kif hemm imniżżel fl-Artikoli 2, 3, 8, 9, 12, 17, 18, 19 u 20

L-ANGOLA

Ministry of Geology and Mines

Rua Hochi Min

C.P # 1260

Luanda

Angola

L-ARMENJA

Department of Gemstones and Jewellery

Ministry of Trade and Economic Development

M. Mkrtchyan 5

Yerevan

Armenia

L-AWSTRALJA

Department of Foreign Affairs and Trade

Trade Development Division

R.G. Casey Building

John McEwen Crescent

Barton ACT 0221

Australia

IL-BANGLADEXX

Export Promotion Bureau

TCB Bhaban

1, Karwan Bazaar

Dhaka

Bangladesh

IL-BELARUS

Ministry of Finance

Department for Precious Metals and Precious Stones

Sovetskaja Str., 7

220010 Minsk

Republic of Belarus

IL-BOTSWANA

Ministry of Minerals, Energy & Water Resources

PI Bag 0018

Gaborone

Botswana

IL-BRAŻIL

Ministry of Mines and Energy

Esplanada dos Ministérios — Bloco ‘U’ — 4o andar

70065 — 900 Brasilia — DF

Brazil

IL-KANADA

 

International:

Department of Foreign Affairs and International Trade

Peace Building and Human Security Division

Lester B Pearson Tower B - Room: B4-120

125 Sussex Drive Ottawa, Ontario K1A 0G2

Canada

 

General Enquiries:

Kimberley Process Office

Minerals and Metals Sector (MMS)

Natural Resources Canada (NRCan)

580 Booth Street, 9th floor

Ottawa, Ontario

Canada K1A 0E4

IR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA ĊENTRALI

Secrétariat Permanent du Processus de Kimberley

BP 26

Bangui

Central African Republic

IĊ-ĊINA (Ir-Repubblika Popolari ta’)

Department of Inspection and Quarantine Clearance

General Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine (AQSIQ)

9 Madiandonglu

Haidian District, Beijing 100088

People's Republic of China

ĦONG KONG, Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Department of Trade and Industry

Hong Kong Special Administrative Region

Peoples Republic of China

Room 703, Trade and Industry Tower

700 Nathan Road

Kowloon

Hong Kong

China

IL-KONGO (Ir-Repubblika Demokratika ta')

Centre d'Evaluation, d'Expertise et de Certification (CEEC)

17th floor, BCDC Tower

30th June Avenue

Kinshasa

Democratic Republic of Congo

IL-CONGO (Ir-Repubblika ta')

Bureau d'expertise, d'évaluation et de certification (BEEC)

Ministère des Mines, des Industries Minières et de la Géologie

BP 2474

Brazzaville

Republic of Congo

IL-KROAZJA

Ministry of Economy, Labour and Entrepreneurship of the Republic of Croatia

Ulica grada Vukovara 78

10000 Zagreb

Croatia

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

European Commission

DG External Relations/A/2

170, rue de la Loi

B-1049 Brussels

Belgium

IL-GANA

Precious Minerals Marketing Company (Ltd.)

Diamond House,

Kinbu Road,

P.O. Box M. 108

Accra

Ghana

IL-GINEA

Ministry of Mines and Geology

BP 2696

Conakry

Guinea

IL-GIJANA

Geology and Mines Commission

P O Box 1028

Upper Brickdam

Stabroek

Georgetown

Guyana

L-INDJA

The Gem & Jewellery Export Promotion Council

Diamond Plaza, 5th Floor 391-A

Mumbai 400004

India

L-INDONEŻJA

Directorate-General of Foreign Trade

Ministry of Trade

JI M.I. Ridwan Rais No. 5

Blok I Iantai 4

Jakarta Pusat Kotak Pos. 10110

Jakarta

Indonesia

L-IŻRAEL

Ministry of Industry, Trade and Labor

Office of the Diamond Controller

3 Jabotinsky Road

Ramat Gan 52520

Israel

IL-ĠAPPUN

United Nations Policy Division

Foreign Policy Bureau

Ministry of Foreign Affairs

2-2-1 Kasumigaseki, Chiyoda-ku

100-8919 Tokyo, Japan

Japan

IL-KOREA (Ir-Repubblika ta')

Export Control Policy Division

Ministry of Knowledge Economy

Government Complex

Jungang-dong 1, Gwacheon-si

Gyeonggi-do 427-723

Seoul

Korea

LAOS, (Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’)

Department of Import and Export

Ministry of Industry and Commerce

Vientiane

Laos

IL-LIBANU

Ministry of Economy and Trade

Lazariah Building

Down Town

Beirut

Lebanon

IL-LESOTO

Department of Mines and Geology

P.O. Box 750

Maseru 100

Lesotho

IL-LIBERJA

Government Diamond Office

Ministry of Lands, Mines and Energy

Capitol Hill

P.O. Box 10-9024

1000 Monrovia 10

Liberia

IL-MALAŻJA

Ministry of International Trade and Industry

Trade Cooperation and Industry Coordination Section

Blok 10

Komplek Kerajaan Jalan Duta

50622 Kuala Lumpur

Malaysia

IL-MAWRIZJU

Import Division

Ministry of Industry, Small & Medium Enterprises, Commerce & Cooperatives

4th Floor, Anglo Mauritius Building

Intendance Street

Port Louis

Mauritius

IL-MESSIKU

Secretaría de Economía

Dirección General de Política Comercial

Alfonso Reyes No 30, Colonia Hipódromo Condesa, Piso 16.

Delegación Cuactemoc, Código Postal: 06140 México, D.F.

México

IN-NAMIBJA

Diamond Commission

Ministry of Mines and Energy

Private Bag 13297

Windhoek

Namibia

IN-NEW ZEALAND

 

Certificate Issuing Authority:

Middle East and Africa Division

Ministry of Foreign Affairs and Trade

Private Bag 18901

Wellington

New Zealand

 

Import and Export Authority:

New Zealand Customs Service

PO Box 2218

Wellington

New Zealand

IN-NORVEĠJA

Section for Public International Law

Department for Legal Affairs

Royal Ministry of Foreign Affairs

P.O. Box 8114

0032 Oslo

Norway

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

Gokhran of Russia

14, 1812 Goda St.

121170 Moscow

Russia

IS-SJERRA LEONE

Ministry of Mineral Resources

Gold and Diamond Office (GDO)

Youyi Building

Brookfields

Freetown

Sierra Leone

SINGAPOR

Ministry of Trade and Industry

100 High Street

#0901, The Treasury,

Singapore 179434

L-AFRIKA T'ISFEL

South African Diamond and Precious Metals Regulator

SA Diamond Centre

240 Commissioner Street

Johannesburg 2000

South Africa

IS-SRI LANKA

National Gem and Jewellery Authority

25, Galleface Terrace

Colombo 03

Sri Lanka

L-IŻVIZZERA

State Secretariat for Economic Affairs (SECO)

Task Force Sanctions

Effingerstrasse 27

3003 Berne

Switzerland

IT-TAJWAN, PENGU, KINMEN U MATSU, TERRITORJU DOGANALI SEPARAT

Export/Import Administration Division

Bureau of Foreign Trade

Ministry of Economic Affairs

1, Hu Kou Street

Taipei, 100

Taiwan

IT-TANŻANIJA

Commission for Minerals

Ministry of Energy and Minerals

PO Box 2000

Dar es Salaam

Tanzania

IT-TAJLANDJA

Department of Foreign Trade

Ministry of Commerce

44/100 Nonthaburi 1 Road

Muang District, Nonthaburi 11000

Thailand

IT-TOGO

Ministry of Mine, Energy and Water

Head Office of Mines and Geology

B.P. 356

216, Avenue Sarakawa

Lomé

Togo

IT-TURKIJA

 

Foreign Exchange Department

Undersecretariat of Treasury

T.C. Bașbakanlık Hazine

Müsteșarlığı İnönü Bulvarı No:36

06510 Emek — Ankara

Turkey

 

Import and Export Authority:

Istanbul Gold Exchange

Rıhtım Cad. No:81

34425 Karaköy — İstanbul

Turkey

L-UKRAINA

Ministry of Finance

State Gemological Center

Degtyarivska St. 38-44

Kiev 04119

Ukraine

L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

U.A.E Kimberley Process Office

Dubai Multi Commodities Center

Dubai Airport Free Zone

Emirates Security Building

Block B, 2nd Floor, Office # 20

Dubai

United Arab Emirates

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

United States Kimberley Process Authority

11 West 47 Street 11th floor

New York, NY 10036

United States of America

U.S. Department of State

Room 4843 EB/ESC

2201 C Street, NW

Washington D.C. 20520

United States of America

IL-VJETNAM

Ministry of Industry and Trade

Import Export Management Department

54 Hai Ba Trung

Hanoi

Vietnam

ŻIMBABWE

Principal Minerals Development Office

Ministry of Mines and Mining Development

Private Bag 7709, Causeway

Harare

Zimbabwe”


ANNESS II

“ANNESS III

Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 2 u 19

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Dienst Vergunningen / Service Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie, Service Licence,

Italiëlei 124, bus 71

B-2000 Antwerpen

Tel. (32-3) 206 94 72

Faks (32-3) 206 94 90

E-mail: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be

Fil-Belġju, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet tad-djamanti mhux maħduma rikjesti mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss minn:

The Diamond Office,

Hovenierstraat 22

B-2018 Antwerpen

IL-BULGARIJA

Ministry of Finance,

External Finance Directorate

102, G. Rakovski str.

Sofia, 1040

Bulgaria

Tel. (359.2) 985.924.01/985.924.10/985.924.15

Faks: (359.2).981.2498

E-mail: feedback@minfin.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet tad-djamanti mhux maħduma rikjesti mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss minn:

Generální ředitelství cel

Budějovická 7

140 96 Praha 4

Česká republika

Tel. (420-2) 61 33 38 41, (420-2) 61 33 38 59, cell (420-737) 213 793

Faks (420-2) 61 33 38 70

E-mail: diamond@cs.mfcr.cz

IL-ĠERMANJA

Fil-Ġermanja, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet tad-djamanti mhux maħduma rikjesti mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikati Komunitarji, jsiru biss mill-awtorità kompetenti li ġejja:

Hauptzollamt Koblenz

Zollamt Idar-Oberstein

Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten

Hauptstraße 197

D-55743 Idar-Oberstein

Tel. (49-6781) 56 27-31

Faks (49-6781) 56 27-19

E-mail: poststelle@zabir.bfinv.de

Għall-iskop tal-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta' dan ir-Regolament, partikolarment fir-rigward tal-obbligi ta' rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti Ġermaniża:

Bundesfinanzdirektion Südost

Krelingstraβe 50

D-90408 Nürnberg

Tel.: (49-911) 376-3429, 376-3586, 376-3582

Faks: (49-911) 376-2270

E-mail: diamond.cert@ofdn.bfinv.de

IR-RUMANIJA

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

(National Authority for Consumer Protection)

Precious Metals and Precious Stones Department

24 Gral Berthelot, Sect. 1

010164, Bucharest

Tel. (40-21) 318 46 35/312 98 90/312 12 75

Faks (40-21) 318 46 35/314 34 62

www.anpc.ro

IR-RENJU UNIT

Government Diamond Office

Global Business Group

Room W 3.111.B

Foreign and Commonwealth Office

King Charles Street

London SW1A 2AH

Tel. (44-207) 008 6903

Faks (44-207) 008 3905

GDO@gtnet.gov.uk”


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1269/2008

tal-15 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju f’VI; l-ilmijiet tal-KE ta’ Vb; l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

65/T&Q

Stat Membru

ESP

Stokk

POK/561214

Speċi

Pollakkju (Pollachius virens)

Żona

VI; l-ilmijiet tal-KE ta’ Vb; l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ XII u XIV

Data

13.10.2008


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/48


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1270/2008

tal-15 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-mazzola griża fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

66/T&Q

Stat Membru

ESP

Stokk

DGS/15X14

Speċi

Mazzola Griża (Squalus acanthias)

Żona

L-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV

Data

25.10.2008


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1271/2008

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Diċembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1255/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1255/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1255/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-17 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 83.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-17 ta’ Diċembru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

51,69

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

27,51

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

27,51

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

51,69


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.12.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

179,80

109,35

Prezz FOB USA

233,65

223,65

203,65

98,82

Tariffa fuq il-Golf

12,17

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

26,95

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

9,44  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

7,96  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/53


DEĊIŻJONI Nru 2/2008 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE

tat-18 ta’ Novembru 2008

dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi lis-Somalja mill-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

(2008/951/KE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 93(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2001 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE (2), ammont ta’ EUR 149 miljun ġie allokat għall-kooperazzjoni finanzjarja għall-iżvilupp mas-Somalja għall-perijodu sal-aħħar tal-2007 mit-tmien u d-disa’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) skond l-Artikolu 93(6) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. Dik id-dispożizzjoni tippermetti li l-Kunsill tal-Ministri AKP-KE jagħti appoġġ speċjali lill-Istati AKP li huma parti għall-Konvenzjonijiet preċedenti AKP-KE li, fin-nuqqas ta’ istituzzjonijiet governattivi stabbiliti b’mod normali, ma kinux f’pożizzjoni li jiffirmaw jew jirratifikaw il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2007 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-25 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni Nru 3/2001 (3), din l-allokazzjoni ta’ riżorsi lis-Somalja żdiedet b’EUR 36 144 798 mid-disa’ EDF.

(3)

Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE rivedut, inkluż il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2008 sa 2013 li jinsab fl-Anness Ib (4) tiegħu, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008. L-Artikolu 93(6) tiegħu għadu japplika għas-Somalja.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-appoġġ għall-popolazzjoni tas-Somalja, huwa opportun li jiġu allokati riżorsi għal dan l-għan mill-għaxar EDF li ser ikopri l-perijodu 2008 sa 2013.

(5)

Is-Somalja għandha tibbenefika minn allokazzjonijiet mill-għaxar EDF li huma komparabbli ma’ dawk riċevuti minn pajjiżi mill-grupp AKP li rratifikaw il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. Kieku s-Somalja kienet inkluża fil-mudell tal-allokazzjoni tal-għajnuna tal-għaxar FEŻ, li hu bbażat fuq il-kriterji tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, l-allokazzjoni li tirriżulta għandha tammonta għal EUR 212-il miljun biex tkopri l-appoġġ makroekonomiku, il-linji politiċi settorjali, il-programmi u l-proġetti b’appoġġ għaż-żoni prijoritarji jew mhux prijoritarji għall-assistenza Komunitarja u EUR 3,8 miljuni biex tkopri l-ħtiġijiet mhux previsti kif definiti fl-istess Artikolu. Għalhekk ammonti ekwivalenti għandhom ikunu provduti għal appoġġ speċjali.

(6)

Il-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-25 ta’ Mejju 2007 qabel li jiddelega lill-Kumitat Kunġunt tal-Ambaxxaturi l-poter tiegħu li jlesti x-xogħol tar-reviżjoni tal-appoġġ speċjali għas-Somalja taħt l-għaxar EDF,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Ammont ta’ EUR 215,8 miljuni għandu jittieħed mir-riżerva tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-kooperazzjoni nazzjonali u reġjonali għall-appoġġ speċjali favur is-Somalja skond l-Artikolu 93(6) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. Minn dan l-ammont:

(a)

EUR 212-il miljun għandhom jiġu użat għall-bini ta’ istituzzjonijiet u l-attivitajiet ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali, waqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-ħtiġijiet tas-sezzjonijiet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. Din l-allokazzjoni għandha tiġi pprogrammata taħt strateġija ta’ assistenza speċjali;

(b)

EUR 3,8 miljuni għandhom jiġu użati biex ikopru ħtiġijiet mhux previsti bħall-assistenza ta’ emerġenza fejn tali appoġġ ma jistax jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-UE.

2.   Il-Kummissjoni għandha tassumi l-funzjonijiet tal-Uffiċjal Nazzjonali tal-Awtoritazzjoni għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta’ din l-allokazzjoni skond Artikolu 4(5) tal-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni Ewropea hija mitluba li tieħu l-miżuri neċessarji biex tagħti effett lil din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat tal-Ambaxzxaturi AKP-KE b’delega, f’isem il-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

P. SELLAL


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(2)  ĠU L 56, 27.2.2002, p. 23.

(3)  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 36.

(4)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22.


Kummissjoni

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Novembru 2008

li tistabbilixxi linji ta’ gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7294)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/952/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/42/KEE (1), u b’mod partikolari l-punt (e) tal-Anness II tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/8/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ garanziji tal-oriġini għall-elettriċità prodotta permezz tal-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja.

(2)

Din l-elettriċità għandha tkun iġġenerata fi proċess relatat mal-produzzjoni ta’ sħana utli u kkalkolat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness II għad-Direttiva 2004/8/KE.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni fil-metodoloġija li tintuża għall-kalkolazzjoni tal-elettriċità prodotta permezz tal-koġenerazzjoni, jeħtieġ li jiġu adottati Linji ta’ Gwida li jiċċaraw il-proċeduri u d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 2004/8/KE.

(4)

Barra minn hekk, dawn il-Linji ta’ Gwida għandhom jippermettu li l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrasponu b’mod sħiħ partijiet kruċjali tad-Direttiva 2004/8/KE, bħal ma huma l-garanziji tal-oriġini u l-istabbiliment ta’ skemi ta’ għajnuna għall-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja. Għandhom jipprovdu aktar ċertezza legali għas-suq tal-enerġija fil-Komunità u b’hekk jikkontribwixxu biex jitneħħew l-ostakoli għal investimenti ġodda. Għandhom jgħinu wkoll biex jipprovdu kriterji ċari għall-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal għajnuna mill-istat u appoġġ finanzjarju għall-koġenerazzjoni minn fondi tal-Komunità.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2004/8/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji ta’ gwida dettaljati li jiċċaraw il-proċeduri u d-definizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-metodoloġija biex tiġi kkalkolata l-elettriċità prodotta permezz tal-koġenerazzjoni, stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 2004/8/KE, huma stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Il-linji ta’ gwida għandhom jistabbilixxu metodoloġija armonizzata biex jiġi kkalkolat dan l-ammont ta’ elettriċità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.


ANNESS

Linji ta’ gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-anness ii għad-Direttiva 2004/8/KE

I.   Kalkolazzjoni tal-elettriċità prodotta permezz tal-koġenerazzjoni

1.   Impjant ta’ koġenerazzjoni li jopera bl-akbar irkupru ta’ sħana teknikament possibbli mill-impjant ta’ koġenerazzjoni nnifsu jingħad li jkun qed jopera fi stat ta’ koġenerazzjoni totali. Is-sħana għandha tiġi prodotta fil-livelli ta’ pressjoni u temperatura fis-sit li huma meħtieġa għad-domanda speċifika jew għas-suq speċifiku ta’ sħana utli. Fil-każ tal-istat ta’ koġenerazzjoni totali, l-elettriċità kollha titqies bħala elettriċità CHP (combined heat and power – sħana u enerġija flimkien) (ara l-Grafika 1).

2.   Fil-każijiet fejn l-impjant normalment ma joperax fl-istat ta’ koġenerazzjoni totali, ikun meħtieġ li jiġu identifikati l-elettriċità u s-sħana li ma jkunux prodotti fl-istat ta’ koġenerazzjoni, u li dawn jiġu distinti mill-produzzjoni CHP. Dan għandu jsir abbażi tal-prinċipji li jiddefinixxu l-konfini tas-CHP deskritti fit-Taqsima II. L-input u l-output ta’ enerġija ta’ bojlers li jiġġeneraw l-enerġija fil-forma ta’ sħana biss (bojlers top-up, back-up) li f’ħafna każijiet ikunu parti mill-istallazzjonijiet tekniċi fis-sit għandhom jiġu esklużi, kif muri fil-Grafika 1. Il-vleġeġ li jidhru fil-kwadru tal-“Impjant ta’ Koġenerazzjoni” juru l-fluss tal-enerġija fil-konfini tas-sistema.

Grafika 1

Il-parti CHP, il-parti mhux CHP u bojlers li jiġġeneraw l-enerġija fil-forma ta’ sħana biss

Image

3.   Fil-każ tal-impjanti ta’ mikrokoġenerazzjoni, il-valuri ċertifikati għandhom jinħarġu, jiġu approvati jew sorveljati mill-awtorità nazzjonali jew mill-entità kompetenti maħtura minn kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/8/KE.

4.   L-elettriċità prodotta permezz tal-koġenerazzjoni tiġi kkalkolata bi proċedura li tinkludi dawn il-ħames “passi”:

5.   Pass Nru. 1

5.1.

Sabiex isir magħruf liema parti tal-elettriċità prodotta ma titqiesx bħala elettriċità prodotta permezz tal-koġenerazzjoni, jeħtieġ li l-ewwel tiġi kkalkolata l-effiċjenza globali tal-impjant ta’ koġenerazzjoni.

5.2.

L-effiċjenza globali ta’ impjant ta’ koġenerazzjoni tiġi kkalkolata b’dan il-mod: l-output ta’ enerġija tal-impjant CHP (elettriċità, enerġija mekkanika (1) u sħana utli) tul perjodu definit ta’ rappurtar jiġi diviż bl-input tal-fjuwil lill-impjant ta’ koġenerazzjoni tul l-istess perjodu ta’ rappurtar, jiġifieri

Effiċjenza globali = (output ta’ enerġija)/(input tal-fjuwil)

5.3.

Il-kalkolu tal-effiċjenza globali għandu jkun ibbażat fuq id-dejta reali tal-operat li tittieħed mill-valuri mkejla realment/irreġistrati tal-impjant speċifiku ta’ koġenerazzjoni, li jinġabru tul il-perjodu ta’ rappurtar. Il-valuri ġeneriċi jew iċċertifikati li jingħataw mill-manifattur (skond it-teknoloġija speċifika) ma jistgħux jintużaw (2).

5.4.

Il-perjodu ta’ rappurtar tfisser il-perjodu li matulu l-impjant ta’ koġenerazzjoni jiġi operat u li għalih meħtieġ jiġi stabbilit l-output ta’ elettriċità. Normalment, ir-rappurtar isir fuq bażi annwali. Madankollu, jista’ jsir għal perjodi iqsar. Il-perjodu massimu hu ta’ sena, filwaqt li dak minimu hu ta’ siegħa. Il-perjodi ta’ rappurtar jistgħu jvarjaw mill-frekwenza tal-kejl tal-valuri.

5.5.

L-output ta’ enerġija tfisser l-enerġija elettrika totali (CHP u mhux CHP) u s-sħana utli (HCHP) iġġenerati fl-impjant CHP tul perjodu ta’ rappurtar.

5.6.

Skond id-definizzjonijiet fl-Artikoli 3(b) u 3(c) tad-Direttiva 2004/8/KE, dawn it-tipi ta’ sħana jistgħu jitqiesu bħala sħana utli (HCHP): sħana li tintuża għat-tisħin fi proċessi jew għat-tisħin ta’ spazji u/jew li tingħata għal skopijiet ta’ tkessiħ sussegwenti; sħana li tingħata lil netwerks ta’ tisħin/tkessiħ ta’ distretti; gassijiet tal-egżost minn proċessi ta’ koġenerazzjoni, liema gassijiet jintużaw għal skopijiet ta’ tisħin u tnixxif dirett.

5.7.

Dawn huma eżempji ta’ sħaniet li mhumiex sħaniet utli: sħana li tintrema fl-ambjent mingħajr użu ta’ ġid (3); sħana li tintilef minn ċmieni jew egżosts; sħana li tintrema minn tagħmir bħall-kondensaturi jew radjaturi li jarmu s-sħana; Sħana li tintuża internament għat-tneħħija tal-arja, għat-tisħin tal-kondensat, għat-tisħin ta’ ilma għar-riforniment u ta’ ilma tal-bojlers li jintuża fit-tħaddim ta’ bojlers fil-konfini tal-impjant ta’ koġenerazzjoni, bħal ma huma bojlers li jirkupraw lura s-sħana minn proċessi oħra (heat recovery boilers). Il-kontenut ta’ sħana tal-kondensat li jerġa’ lura għall-impjant ta’ koġenerazzjoni (eż., wara li jintuża għat-tisħin ta’ distrett jew f’xi proċess industrijali) ma jitqiesx bħala sħana utli u jista’ jitnaqqas mill-fluss ta’ sħana assoċjat mal-produzzjoni ta’ stim, f’konsistenza mal-prattiċi fl-Istati Membri.

5.8.

Is-sħana esportata li tintuża fil-ġenerazzjoni tal-enerġija f’sit ieħor ma tikkwalifikax bħala sħana utli, iżda titqies bħala parti mit-trasferiment intern tas-sħana fl-impjant ta’ koġenerazzjoni. F’dan il-każ, l-elettriċità ġġenerata minn din is-sħana esportata hi inkluża fl-output totali tal-elettriċità (ara l-Grafika 4).

5.9.

Elettriċità mhux CHP tfisser l-enerġija elettrika ġġenerata permezz ta’ impjant ta’ koġenerazzjoni matul perjodu ta’ rappurtar waqt li tkun qed isseħħ xi waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet: ebda sħana relatata ma tkun prodotta permezz tal-proċess ta’ koġenerazzjoni jew parti mis-sħana prodotta ma tistax titqies bħala sħana utli.

5.10.

Il-ġenerazzjoni ta’ elettriċità mhux CHP tista’ sseħħ f’dawn il-każijiet:

(a)

fi proċessi li ma jkollhomx biżżejjed domanda għal sħana utli jew li ma jkollhom ebda ġenerazzjoni ta’ enerġija mis-sħana utli (eż., turbini tal-gass, magni b’kombustjoni interna u ċelloli tal-fjuwil li ma jużaw l-ebda sħana jew ftit wisq);

(b)

fi proċessi li jkollhom faċilitajiet ta’ tneħħija ta’ sħana (eż., fil-parti tal-kondensazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija bl-użu ta’ stim u impjanti tal-enerġija bl-użu ta’ ċikli kombinati li jkollhom turbini tal-estrazzjoni/kondensazzjoni ta’ stim).

5.11.

L-input tal-fjuwil tfisser l-enerġija totali mill-fjuwil (CHP u mhux CHP) abbażi tal-lower heating value meħtieġ biex tiġi ġġenerata l-enerġija elettrika (CHP u mhux CHP) u s-sħana prodotta fil-proċess ta’ koġenerazzjoni tul il-perjodu ta’ rappurtar. Fost l-eżempji ta’ inputs ta’ fjuwil insibu s-sustanzi kombustibbli, stim u aġenti oħra tas-sħana, u s-sħana bla użu minn proċessi li tintuża fl-impjanti ta’ koġenerazzjoni għall-ġenerazzjoni tal-elettriċità (4). Il-kondensat li jerġa’ lura mill-impjant ta’ koġenerazzjoni (fil-każ ta’ output ta’ stim) ma jitqiesx bħala input tal-fjuwil.

5.12.

Enerġija tal-fjuwil CHP tfisser l-enerġija tal-fjuwil abbażi l-lower heating value meħtieġa mill-proċess ta’ koġenerazzjoni biex tiġi koġenerata l-enerġija elettrika CHP u l-enerġija mis-sħana utli tul perjodu ta’ rappurtar (ara l-Grafika 1).

5.13.

Enerġija tal-fjuwil mhux CHP tfisser l-enerġija tal-fjuwil, abbażi l-lower heating value, meħtieġa minn impjant tas-CHP għall-produzzjoni ta’ sħana li ma titqiesx bħala sħana utli u/jew enerġija elettrika mhux CHP tul perjodu ta’ rappurtar (ara l-Grafika 1).

6.   Pass Nru. 2

6.1.

L-output kollu tal-enerġija elettrika mkejjel flimkien mal-output kollu tas-sħana utli mkejjel jistgħu jitqiesu fl-applikazzjoni tal-metodoloġija li tintuża biex tiġi kkalkolata l-effiċjenza tal-proċess ta’ koġenerazzjoni jekk l-effiċjenza globali tal-impjant ta’ koġenerazzjoni tkun daqs jew ogħla minn

(a)

80 % fil-każ ta’ “Turbini tal-gass b’ċiklu kombinat u bl-irkupru tas-sħana” u “Impjanti li jkollhom turbini tal-kondensazzjoni tal-istim”, u

(b)

75 % fil-każ ta’ tipi oħra ta’ impjanti ta’ koġenerazzjoni,

kif indikat fl-Anness II għad-Direttiva,

6.2.

Għal impjanti ta’ mikrokoġenerazzjoni (sa 50 kWe) li verament joperaw fl-istat ta’ koġenerazzjoni, l-effiċjenza globali li tiġi kkalkolata (skond il-Pass Nru. 1) tista’ tiġi pparagunata mal-valuri ċċertifikati li jingħataw mill-manifattur sakemm it-tfaddil ta’ enerġija primarja (PES – primary energy savings), kif definit fl-Anness III punt (b) għad-Direttiva 2004/8/KE, ikun aktar minn żero.

7.   Pass Nru. 3

7.1.

Jekk l-effiċjenza globali tal-impjant ta’ koġenerazzjoni tkun inqas mill-valuri ta’ limitu (75 %-80 %), tista’ sseħħ ġenerazzjoni ta’ elettriċità mhux CHP u l-impjant jista’ jitqies maqsum f’żewġ partijiet virtwali, il-parti CHP u l-parti mhux CHP.

7.2.

Għall-parti CHP, l-operatur tal-impjant għandu jikkontrolla l-għamla tat-tagħbija (id-domanda għas-sħana utli) u jevalwa jekk l-impjant ikunx qed jopera fi stat ta’ koġenerazzjoni totali f’ċerti perjodi. Jekk dan ikun il-każ, l-operatur tal-impjant għandu jkejjel l-output attwali ta’ enerġija termali u ta’ enerġija elettrika mill-impjant tal-koġenerazzjoni f’din is-sitwazzjoni u matul dawn il-perjodi. Din id-dejta għandha tgħinu biex jikkalkola il-“proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali” reali (Cactual) (5).

7.3.

Permezz ta’ dan il-“proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali” reali, l-operatur ikun jista’ jikkalkola liema parti tal-elettriċità mkejla tul il-perjodu ta’ rappurtar għandha titqies bħala elettriċità CHP, skond il-formola ECHP = HCHP * Cactual.

7.4.

Fil-każ ta’ impjanti ta’ koġenerazzjoni li jkunu għadhom fil-fażi ta’ żvilupp jew fl-ewwel sena ta’ tħaddim, meta ma tkunx tista’ tiġi stabbilita dejta mkejla, jista’ jintuża l-“proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali” tal-fażi tad-disinn (Cdesign). L-elettriċità CHP tiġi kkalkolata skond il-formola ECHP = HCHP * Cdesign.

8.   Pass Nru. 4

8.1.

Jekk il-“proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali” reali tal-impjant ta’ koġenerazzjoni ma jkunx magħruf, l-operatur tal-impjant jista’ juża l-“proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali” kontumaċja (Cdefault), kif speċifikat fl-Anness II tad-Direttiva 2004/8/KE, biex jikkalkola l-elettriċità CHP. L-elettriċità CHP tiġi kkalkolata skond il-formola ECHP = HCHP * Cdefault.

8.2.

Madankollu, f’dan il-każ, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali jew lill-entità kompetenti li tinħatar minn kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, bir-raġunijiet għalfejn ma għandux “proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali” reali magħruf, il-perjodu li għalih ma hemmx dejta u l-miżuri li ttieħdu biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

9.   Pass Nru. 5

9.1.

Imbagħad, l-elettriċità kkalkolata fil-Pass Nru. 3 u fil-Pass Nru. 4 għandha titqies fl-applikazzjoni tal-metodoloġija li tintuża biex tiġi kkalkolata l-effiċjenza tal-proċess ta’ koġenerazzjoni, inkluż il-kalkolu tat-tfaddil ta’ enerġija primarja (PES) tal-proċess ta’ koġenerazzjoni.

9.2.

Sabiex jiġi kkalkolat it-tfaddil ta’ enerġija primarja, jeħtieġ li jiġi kkalkolat il-konsum tal-fjuwil mhux CHP. Il-konsum tal-fjuwil mhux CHP jiġi kkalkolat bħala l-ammont ta’ “produzzjoni ta’ elettriċità mhux CHP” diviża bil-“valur tal-effiċjenza speċifika tal-impjant għall-produzzjoni tal-elettriċità”.

II.   Konfini tas-sistema ta’ koġenerazzjoni

1.   Il-konfini ta’ sistema ta’ koġenerazzjoni għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċess ta’ koġenerazzjoni nnifsu. Għandu jkun hemm miters disponibbli għall-monitoraġġ u dawn għandhom jitqiegħdu f’dawn il-konfini biex jiġi indikat l-input u l-output.

2.   Impjant ta’ koġenerazzjoni jwassal prodotti tal-enerġija f’żona ta’ konsum. Iż-żona ta’ konsum mhix proprjetà tal-impjant ta’ koġenerazzjoni, iżda tuża l-outputs tal-enerġija ġġenerati mill-impjant ta’ koġenerazzjoni. Iż-żewġ żoni mhumiex neċessarjament żoni ġeografiċi differenti fl-istess sit, iżda, aktar huma żoni li jistgħu jiġu indikati kif jidher hawn taħt. Iż-żona ta’ konsum tista’ tkun proċess industrijali, konsumatur individwali ta’ enerġija termali jew elettrika, sistema ta’ tisħin/tkessiħ ta’ distrett, u/jew netwerk tal-elettriku. Fil-każijiet kollha, iż-żona ta’ konsum tuża l-outputs tal-enerġija li jiġu prodotti mill-impjant ta’ koġenerazzjoni (ara l-Grafika 2).

Grafika 2

Iż-żona tal-impjant ta’ koġenerazzjoni

Image

3.   L-output tal-elettriċità CHP għandu jiġi mkejjel fil-punt tat-terminals tal-ġeneratur, u minnu ma għandu jitnaqqas ebda konsum intern għat-tħaddim tal-impjant ta’ koġenerazzjoni. L-output tal-enerġija ma għandux jitnaqqas bl-enerġija elettrika li tintuża internament.

4.   Tagħmir ieħor li jipproduċi s-sħana jew l-elettriċità, bħal bojlers li jiġġeneraw l-enerġija fil-forma ta’ sħana biss u impjanti tal-enerġija li jipproduċu enerġija elettrika biss u li ma jikkontribbwixxux għal proċess ta’ koġenerazzjoni, ma għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-impjant ta’ koġenerazzjoni kif muri fil-Grafika 3.

Grafika 3

Għażla tal-konfini tas-sistema korretti fil-każ ta’ bojlers awżiljarji/standby (GT: Turbini tal-gass; G: Ġeneratur; FB: Bojler tal-fjuwil; HRB: Bojler li jirkupra s-sħana)

ŻBALJATI

KORRETTI

Image

Image

5.   It-turbini tal-istim sekondarji (ara l-Grafika 4) għandhom jiġu inklużi bħala parti mill-impjant ta’ koġenerazzjoni. L-output tal-enerġija elettrika tat-turbini tal-istim sekondarji jifforma parti mill-outputs tal-enerġija mill-impjant ta’ koġenerazzjoni. L-enerġija termali meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dawn l-outputs addizzjonali tal-enerġija elettrika għandha tiġi eskluża mill-output tas-sħana utli tal-impjant ta’ koġenerazzjoni globali.

Grafika 4

Għażla tal-konfini tas-sistema korretti fil-każ ta’ turbini tal-istim sekondarji (ST: Turbina tal-istim)

ŻBALJATI

KORRETTI

Image

Image

6.   Meta l-prime movers (jiġifieri l-magna jew it-turbina) ikunu konnessi in series (fejn is-sħana li toħroġ minn prime mover tintuża għall-produzzjoni ta’ stim għat-turbina tal-istim), il-prime movers ma jistgħux jitqiesu separatament, anke jekk it-turbina tal-istim tkun f’sit differenti (ara l-Grafika 5)

Grafika 5

Konfini tal-impjant ta’ koġenerazzjoni għal prime movers konnessi ma’ xulxin.

Image

7.   Meta l-ewwel prime mover ma jkunx qed jipproduċi enerġija elettrika jew mekkanika, il-konfini tal-impjant ta’ koġenerazzjoni għandhom ikunu madwar it-tieni prime mover. L-input tal-fjuwil għal dan it-tieni prime mover huwa l-output tas-sħana tal-ewwel prime mover.


(1)  L-enerġija mekkanika titqies bħala termodinamikament ekwivalenti għall-elettriċità b’fattur ta’ 1.

(2)  Għajr għall-impjanti ta’ mikrokoġenerazzjoni, ara l-Pass 2 (§6.2).

(3)  Inkluż it-telf ta’ enerġija termali li ma jistax jiġi evitat u sħana prodotta mill-impjant ta’ koġenerazzjoni “għal domanda ta’ enerġija li mhix ekonomikament ġustifikabbli”.

(4)  L-inputs tal-fjuwil għandhom jitkejlu f’unitajiet ekwivalenti b’referenza għall-fjuwil ewlieni li jintuża biex jiġu prodotti dawn l-inputs tal-fjuwil.

(5)  Il-proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali li jintuża biex tiġi kkalkolata l-elettriċità CHP jista’ jintuża wkoll biex tiġi kkalkolata l-kapaċità elettrika CHP f’każ li l-impjant ma jkunx jista’ jiġi operat fl-istat ta’ koġenerazzjoni totali, kif ġej: PCHP = QCHP* C fejn PCHP hija l-kapaċità elettrika CHP, QCHP hija l-kapaċità ta’ sħana CHP u C hija l-proporzjon bejn il-potenza u s-sħana.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' Diċembru 2008

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajls li tressqu għall-eżaminar iddettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-Aureobasidium pullulans u d-disodium phosphonate fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7709)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/953/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tistipula l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(2)

Fajl għas-sustanza attiva Aureobasidium pullulans ġie sottomess minn bio-ferm GmbH lill-awtoritajiet tal-Awstrija fis-17 ta’ April 2008 b’applikazzjoni sabiex tinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Għad-disodium phosphonate tressaq fajl minn ISK Biosciences Europe S.A lill-awtoritajiet ta’ Franza fil-21 ta’ Mejju 2008 flimkien ma’ applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tal-Awstrija u Franza indikaw lill-Kummissjoni li, minn eżaminar preliminarju, il-fajls għas-sustanzi attivi ikkonċernati dehru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati f’Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajls imressqa jidhru li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti f’Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. B’konformità mal-Artiklu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajls ġew sottomessi mill-applikanti rispettivi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u kienu riferiti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fil-livell Komunitarju li l-fajls għandhom jitqiesu konformi fil-prinċipju mal-kundizzjonijiet dwar id-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II u, għal tal-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkun ta’ preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jressaq dejta jew tagħrif ulterjuri sabiex jiċċara ċerti punti fil-fajl.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajls li jikkonċernaw s-sustanzi attivi identifikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li ġew imressqa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dawn is-sustanzi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Il-fajls jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih s-sustanza attiva, fid-dawl tal-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istati Membri relaturi għandhom jeżaminaw fid-dettall il-fajls imsemmija fl-Artiklu 1 u għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżamijiet tagħhom flimkien ma’ rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni għal din l-inklużjoni malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


ANNESS

SUSTANZI ATTIVI KONĊERNATI F’DIN ID-DEĊIŻJONI

Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data tal-applikazzjoni

Stat Membru Relatur

Aureobasidium pullulans

Nru-CIPAC: mhux applikabbli

bio-ferm GmbH

17 ta’ April 2008

AT

Disodium phosphonate

Nru-CIPAC: 808

ISK Biosciences Europa S.A.

fil-21 ta’ Mejju 2008

FR


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Diċembru 2008

li temenda d-Deċizjoni 2006/133/KE li titlob lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri addizzjonali temporanji kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (nematodu tal-injam tal-arżnu) fir-rigward ta’ żoni fil-Portugall, minbarra dawk li fihom huwa magħruf li ma jinstabx

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8298)

(2008/954/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITJAIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul u t-tixrid fil-Komunità (1) ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE (2) il-Portugall qed jimplementa pjan kontra t-tixrid tan-nematodu tal-injam tal-arżnu (NIA) fit-territorju tiegħu u fi Stati Membri oħra.

(2)

Bejn Awwissu u Ottubru tal-2008 l-Iżvezja u l-Finlandja għarrfu lill-Kummissjoni dwar l-iskoperti ta' ħafna każi ta' injam infestat bl-NIA f'konsenji ta' injam Portugiż. Minnħabba f'dawn il-każi, fit-18 ta' Settembru 2008 l-Iżvezja għarrfet lill-Kummissjoni bil-miżuri żejda li kienet qiegħda tieħu biex tevita d-dħul u t-tixrid tal-NIA fit-territorju tagħha.

(3)

Fit-12, fl-14 u fit-18 ta' Novembru 2008, Spanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iskoperta ta' każi fejn l-injam u l-prodotti tal-injam, inkluż xi materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam li kienu suxxettibbli għall-NIA kienu ntbagħtu mill-Portugall lejn Spanja mingħajr ma ġew irrispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2006/133/KE. F'xi każi nstab li l-injam kien infettat bl-NIA.

(4)

Il-Portugall addotta digriet ministerjali Portaria nru 1339-A/2008 fl-20 ta' Novembru 2008 li jinkludi l-applikazzjoni tal-miżuri fl-Istandard Internazzjonali FAO tal-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar il-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-injam li joriġina mill-Portugall kontinentali u li hu destinat għall-kummerċ intrakomunitarju jew għall-esportazzjoni.

(5)

Minħabba din l-informazzjoni, jeħtieġ li l-injam suxxettibbli kollu li joriġina miż-żoni demarkati, u mhux dak biss li hu prodott mill-ġdid, ikun ittrattat u mmarkat qabel ma jinħareġ miż-żona demarkata; dan jinkludi: l-injam użat għall-kontenituri, il-kaxxi, iċ-ċestuni, it-tankijiet, u oġġetti simili tal-ippakkjar, pjattaformi tal-ġarr, pjattaformi forma ta' kaxxa u twavel tat-tagħbija, kullari għall-pjattaformi, bċejjeċ tal-injam li jintużaw għat-tagħbija u għall-ippakkjar, u anki dak l-injam li ma għadx għandu l-wiċċ tond naturali tiegħu.

(6)

Din l-informazzjoni tindika ukoll li mhumiex implimentati fis-sħiħ il-kundizzjonijiet eżistenti għall-ġarr ta' kull tip ta' injam suxxettibbli, mhux biss dak imsemmi fil-premessa 5, li joriġina fiż-żona demarkata. F’dawn iċ-ċirkostanzi huwa xieraq li tkun introdotta projbizzjoni ġenerali għall-ġarr ta’ dan it-tip ta’ injam 'il barra miż-żoni demarkati. Għandhom ikunu pprovduti l-eċċezzjonijiet għal din il-projbizzjoni ġenerali fir-rigward tal-ġarr ta’ injam suxxettibbli mill-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati. Dawn l-impjanti għandhom jiġu awtorizzati u spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli biex ikun żgurat li qegħdin jeżegwixxu trattament effettiv. Għandhom jiġu inklużi f’lista stabbilita u aġġornata mill-Kummissjoni. It-traċċabilità għandha tkun garantita bil-mezz ta’ passaport tal-pjanti jew ta’ marka kif stabbilit fl-Istandard tal-FAO applikabbli.

(7)

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jieħdu l-miżuri biex jaċċertaw rwieħhom li l-injam suxxettibbli, il-qxur tas-siġar jew il-pjanti li jinġarru miż-żoni demarkati għal ġot-territorju tagħhom ikunu ħielsa mill-NIA.

(8)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/133/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2006/133/KE jinbidel għal dan li ġej:

“L-Artikolu 3

L-Istati Membri destinatarji minbarra l-Portugall jistgħu:

(a)

jissottomettu l-konsenji ta' injam, qxur tas-siġar u pjanti suxxettibbli, li jinġarru mill-Portugall għat-territorju tagħhom, biex jiġu ttestjati għall-preżenza tal-NIA;

(b)

jieħdu iktar passi xierqa biex iwettqu monitoraġġ uffiċjali fir-rigward ta' dawn il-konsenji, biex jaċċertaw li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet relevanti speċifikati fl-Anness. Jekk ikun hemm każi kkonfermati ta' nuqqas ta' konformità, jittieħdu l-miżuri xierqa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE.”

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/133/KE għandu jkun emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u, jekk hemm bżonn, jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw biex jipproteġu lilhom infushom kontra d-dħul u t-tixrid tal-NIA b’mod li dawn il-miżuri jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34.


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/133/KE il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet msemmija fil-punt 2, fil-każ tal-ġarr minn żoni demarkati lejn żoni mhux demarkati fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi, kif ukoll fil-każ tal-ġarr minn partijiet taż-żoni demarkati fejn hu magħruf li hemm l-NIA lejn il-parti taż-żoni demarkati indikata bħala żona buffer, ta':

(a)

pjanti suxxettibbli, dawn il-pjanti għandhom ikunu, lejn destinazzjonijiet fil-Komunità, akkumpanjati b’passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (*), wara li:

l-pjanti jkunu ġew uffiċjalment spezzjonati u misjuba ħielsa minn sinjali jew sintomi tal-NIA, u

l-ebda sintomu tal-NIA ma jkun ġie osservat fil-post tal-produzzjoni jew fil-viċinanzi immedjati mill-bidu tal-aħħar ċiklu komplut tal-veġetazzjoni;

(b)

l-injam suxxetibbli u l-qoxra tas-siġar waħedha, minbarra l-injam fl-għamla ta':

bċejjeċ, partikoli, fdal jew skart tal-injam miksub kollu kemm hu jew f’parti minnu minn dawn il-koniferi,

kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet u kontenituri simili,

pjattaformi, kullari għall-pjattaformi, pjattaformi għamla ta' kaxxa jew twavel tat-tagħbija oħra,

bċejjeċ tal-injam li jintużaw għat-tagħbija u għall-ippakkjar,

inkluż dak li ma għadx għandu l-wiċċ tond naturali tiegħu, dan l-injam kollu, u l-qoxra tas-siġar imqaxxra minn maz-zokk, ma jitħalliex joħroġ miż-żona demarkata, il-korp uffiċjali responsabbli jista' jagħmel eċċezzjoni għal din il-projbizzjoni fil-każ tal-injam, jew il-qoxra tiegħu waħedha, li għandhom passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (a), u li huma destinati għal xi pajjiż fi ħdan il-Komunità, wara li dawn ikunu ttrattati bis-sħana sakemm il-qalba tasal għat-temperatura ta' 56oC u jinżammu f'din it-temperatura għal 30 minuta biex ikun aċċertat li ma fihomx l-NIA ħaj;

(ċ)

injam suxxettibbli magħmul minn bċejjeċ, partikoli, fdalijiet jew skart miksub kollu kemm hu jew f’parti minnu minn dawn il-koniferi, dan l-injam ma jitħalliex jinħareġ miż-żona demarkata; il-korp uffiċjali responsabbli jista' jagħmel eċċezzjoni għal din il-projbizzjoni fil-każ tal-injam li għandu passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (a), u li hu destinat għal xi pajjiż fi ħdan il-Komunità, wara li dan ikun ġie ttrattat bil-fumigazzjoni xierqa biex ikun aċċertat li ma fihx l-NIA ħaj;

(d)

l-injam suxxettibbli oriġinat miż-żoni demarkati magħmul forma ta' bċejjeċ tal-injam li jintużaw għat-tagħbija u għall-ippakkjar, inkluż dak li ma għadx għandu l-wiċċ tond naturali tiegħu, kif ukoll dak l-injam għamla ta' kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet u kontenituri simili, pjattaformi, pjattaformi għamla ta' kaxxa jew twavel tat-tagħbija oħra, u kullari għall-pjattaformi; dan l-injam, kemm jekk qed jintuża għat-trasport ta' oġġetti, kif ukoll jekk le, ma jitħalliex joħroġ miż-żona demarkata; il-korp uffiċjali responsabbli jista' jagħmel eċċezzjoni minn din il-projbizzjoni jekk l-injam ikun ittrattat b'wieħed mit-trattamenti approvati kif speċifikat fl-Anness I tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar il-Linjigwida għar-regolazzjoni tal-materjali għall-ippakkjar magħmulin mill-injam u użati fil-kummerċ internazzjonali u jkun immarkat skont l-Anness II tal-Istandard imsemmi.

Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jawtorizza l-impjanti tal-ipproċessar li jagħmlu t-trattamenti imsemmijin taħt il-punti (b), (c) u (d), u li joħorġu l-passaporti tal-pjanti msemmijin fil-punt (a) għall-injam suxxettibbli skont il-punti (b) u (c), jew li jimmarkaw dan l-injam skont il-punt (d) tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15. Għandhom isiru spezzjonijiet uffiċjali kontinwi fuq dawn l-impjanti tal-ipproċessar biex ikunu aċċertati kemm l-effikaċja tat-trattament kif ukoll it-traċċabilità tal-injam.

Il-Kummissjoni għandha tiġbor lista tal-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati mill-korp uffiċjali responsabbli u tibgħat dik il-lista lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti u lill-Istati Membri. Din il-lista għandha tiġi aġġornata skont ir-riżultati tal-ispezzjonijiet uffiċjali li jsiru biex jaċċertaw l-effikaċja tat-trattament u t-traċċabilità tal-injam u skont is-sejbiet innotifikati taħt l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE.

Il-Portugall għandu jiżgura li l-impjanti tal-ipproċessar li huma inklużi ma' din il-lista biss ikunu awtorizzati li joħorġu l-passaporti msemmijin fil-punt (a) għall-injam suxxettibbli skont il-punti (b) u (c), jew, taħt il-punt (d), jimmarkaw l-injam suxxettibbli skont l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għal Miżuri Fitosanitarji Nru 15.

Il-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (a) jew il-marka skont l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 għandu/ha jkun/tkun imwaħħal/la mill-impjant awtorizzat ma’ kull unità tal-injam, qoxra tas-siġar, u pjanti suxxettibbli li jkunu nġarru.



17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/67


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, ikunu disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-infiq mill-FAEG

(2008/955/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (2) tistipula l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3), l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (4) li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (5), isiru disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll il-bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG.

(2)

L-ammonti għat-trasferiment finanzjarju minn programmi tal-appoġġ tal-inbid għall-iżvilupp rurali stipulati fl-Artikolu 23(2) u fl-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ġew emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1246/2008 (6).

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/410/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/410/KE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(6)  GU L 335, 13.12.2008, p. 32.


ANNESS

“ANNESS

(EUR miljuni):

Sena tal-baġit

Ammonti disponibbli għall-FAEŻR

Bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG

Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Artikolu 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007

Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008

2007

984

22

 

 

 

44 753

2008

1 241

22

 

362

 

44 592

2009

1 305,7

22

 

424

40,66

44 886,64

2010

1 310,8

22

 

506

82,11

45 225,09

2011

1 290,8

22

484

516,3

122,61

45 181,29

2012

1 292,3

22

484

522,4

122,61

45 649,69

2013

1 293

22

484

522,4

122,61

46 129,99 ”


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/69


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta' Diċembru 2008

dwar il-kriterji għall-esportazzjoni ta' skart radjoattiv u fjuwil użat lejn pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7570)

(2008/956/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 33, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 124, it-tieni inċiż, tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-sorveljanza u l-kontroll tal-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 16 (2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-prinċipji tal-ħarsien mir-radjazzjoni maqbula fil-livell internazzjonali jiffurmaw il-bażi ta' miżuri ta' protezzjoni kontra l-periklu ta' radjazzjoni jonizzanti li joħroġ minn skart radjoattiv u fjuwil użat;

(2)

Biex prinċipji tali jkollhom effett, għandhom jagħmlu parti minn sistema regolatorja nazzjonali;

(3)

Skond il-kultura ta' sikurezza li teżisti fil-Komunità rigward l-attivitajiet li jinvolvu sustanzi radjoattivi jeħtieġ indipendenza effettiva tar-rwoli bejn l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi biex tiġi żgurata ġestjoni xierqa ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat;

(4)

Id-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' ġarr ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat lejn pajjiżi terzi hi r-responsabiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qed jesporta;

(5)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li qed jesportaw għandhom jiffurmaw opinjoni, f'konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 16(1)(c) tad-Direttiva 2006/117/Euratom, dwar il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-pajjiżi terzi għas-sikurezza fil-ġestjoni ta' skart radjoattiv u fjuwil użat, kif ukoll l-adegwatezza tal-istrutturi regolatorji tagħhom;

(6)

Fl-implimetazzjoni ta' dawk il-kriterji, l-Istati Membri għandhom japplikaw prinċipju ta' ġerarkija fosthom;

(7)

Il-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni ta' Fjuwil Użat u dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni ta' Skart Radjoattiv hija l-istrument legali rilevanti internazzjonali u fundamentali li jindirizza s-sikurezza ta' fjuwil użat u l-ġestjoni ta' skart radjoattiv;

(8)

Barra mill-konformità mas-sett ta' kriterji, għall-awtorizzazzjoni ta' ġarr ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat lejn pajjiżi terzi, jistgħu jiġu kkunsidrati kwistjonijiet oħra, bħalkwistjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali, etiċi, xjentifiċi u kwistjonijiet ta' sikurezza pubblika;

(9)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/117/Euratom jittratta d-dritt li għandu Stat Membru jew impriża fl-Istat Membru li se jaslilhom skart radjoattiv biex jiġi pproċċessat jew se jaslilhom materjal ieħor bl-iskop tal-irkupru ta’ materjal mill-iskart radjoattiv, biex wara t-trattament jintbagħat lura lejn il-pajjiż tal-oriġini. Jipprovdi wkoll li d-Direttiva 2006/117/Euratom ma taffettwax id-dritt ta' Stat Membru jew impriża f'dak l-Istat Membru li fih se jintbagħat fjuwil użat biex jiġi pproċessat mill-ġdid, li tibgħat skart radjoattiv irkuprat mill-operazzjoni tar-riproċessar lejn il-pajjiż tal-oriġini;

(10)

Il-kriterji stabbiliti minn din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv stabbilit skondt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2006/117/Euratom;

B'DAN TIRRAKKOMANDA:

(1)

Ir-rekwiżiti ewlenin relatati mal-esportazzjoni ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat f'pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 16(1)(c) tad-Direttiva 2006/117/Euratom għandhom ikunu kif ġej:

(a)

għandhom jiġu stabbiliti u nfurzati provvedimenti nazzjonali xierqa għall-protezzjoni radjoloġika għall-ħaddiema u għall-pubbliku ġenerali għandhom ikunu konsistenti mal-istandards internazzjonali approvati rilevanti dwar il-ħarsien mir-radjazzjoni;

(b)

għandu jiġi stabbilit qafas leġislattiv koerenti għar-regolazzjoni ta' attivitajiet li jinvolvu periklu minn sustanzi radjoattivi, fosthom skart radjoattiv u fjuwil użat;

(c)

awtoritajiet regolatorji indipendenti u effikaċi għandhom jiġu stabbiliti bil-kompetenza li joħorġu l-liċenzji, li jagħmlulhom reviżjoni, li jivvalutaw it-talbiet, li jkunu inkarigati bil-funzjonijiet ta' infurzar u ta' spezzjoni u li jkollhom riżorsi adegwati;

(d)

għandha tkun provduta allokazzjoni ċara ta' responsabilitajiet tal-korpi involuti fil-passi ta' ġestjoni ta' fjuwil użat u ta' skart radjoattiv, partikolarment bejn l-operaturi u l-awtoritajiet regolatorji;

(e)

għall-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat, sistema ta' rappurtra lil awtoritajiet bħal dawn, inkella ta’ awtorizzazzjoni mingħandhom;

(f)

l-assigurazzjoni li r-responsabiltà prinċipali għas-sikurezza fil-ġestjoni ta' fjuwil użat jew ta' skart radjoattiv taqa' fuq id-detentur tal-liċenzja rilevanti u li kull detentur ta' liċenzja tali jissodisfa r-responsabilitajiet tiegħu;

(g)

id-disponibbiltà ta' personal ikkwalifikat kif meħtieġ għall-attivitajiet relatati ma' sikurezza waqt il-ħajja operattiva ta' faċililtà għall-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjoattiv; u ta' riżorsi finanzjarji adegwati biex is-sikurezza tal-faċilitajiet għall-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjoattiv waqt il-ħajja operattiva tagħhom u għad-dekommissjonar jiġu appoġġjati;

(h)

l-istabbiliment u l-infurzar ta' reġim nazzjonali xieraq għar-responsabiltà legali lejn partijiet terzi;

(i)

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' kwalità xierqa li jikkonċernaw is-sikurezza fil-ġestjoni ta' fjuwil użat u skart radjoattiv;

(j)

miżuri protettivi u korrettivi adegwati, li jinkludu l-għoti ta' informazzjoni lill-gruppi ta' popolazzjoni kkonċernati u l-preparazzjoni u l-ittestjar tal-pjanijiet ta' emerġenza, li japplikaw fil-każ ta' emerġenza radjoloġika sabiex jikkontrollaw ir-rilaxx u li jtaffu l-effetti tiegħu.

(2)

Sabiex issir evalwazzjoni dwar jekk intlaħqux jew le r-rekwiżiti msemmijin hawn fuq għall-esportazzjonijiet ta' skart radjoattiv u fjuwil użat lejn pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-konformità tal-pajjiżi terzi ma' dawn il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-kriterji prinċipali:

is-sħubija fl-IAEA u l-aderenza suċċessiva mal-istandards ta' sikurezza relevanti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika;

l-iffirmar u r-ratifikar tal-Konvenżjoni Konġunta dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni tal-Iskart Radjoattiv u s-Sikurezza fil-Ġestjoni tal-Fjuwil Użat, u l-konformità magħha, li permezz ta' hekk tintwera r-rieda li jiġu sodisfatti l-obbligi li ġejjin mill-Konvenzjoni Konġunta u li juru konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti li jindirizzaw is-sikurezza fil-ġestjoni ta' fjuwil użat u tal-iskart radjoattiv;

l-iffirmar u r-ratifika tal-Konvenżjoni dwar il-Ħarsien Fiżiku tal-Materjal Nukleari u l-emendi tagħha bħala espressjoni tal-obbligu, flimkien mal-prevenzjoni, ir-rilevament u s-sanzjonijiet relatati mar-reati marbutin ma' materjal nukleari

l-iffirmar u r-ratifika tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (CNS) u l-konformità magħha bħala l-aktar strument importanti fil-qasam tas-sikurezza nukleari li fih ukoll dispożizzjonijiet importanti dwar l-istat ta' preparazzjoni għall-emerġenza u l-ħarsien mir-radjazzjoni;

is-sottomissjoni tal-faċilitajiet ta' fjuwil użat għall-ftehim ta' salvagwardji IAEA b'konnessjoni mal-iffirmar u r-ratifika tat-Trattat ta' Nonproliferazzjoni (TNP) u l-protokolli relatati li juru li l-fjuwil nukleari mhux qed jintuża bl-ebda b'mod ieħor ħlief għall-użu b'intenzjonijiet paċifiċi;

l-iffirmar u r-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara Nukleari, il-Protokoll li Jamenda il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar Responsabiltà Ċivili għal Ħsara Nukleari, il-Konvenzjoni dwar Kumpens Supplementari għall-Ħsara Nukleari jew il-Konvenzjoni dwar Resposabiltà lejn Partijiet Terzi fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari tad-29 ta' Lulju 1960, kif emendatata mill-Protokol Addizzjonali tat-28 ta' Jannar 1964 u mill-Protokoll tas-16 ta' Novembru 1982 (il-Konvenzjoni ta' Pariġi) jew il-konformità ma' xi att minnhom, sabiex jintwera li d-detentur tal-liċenzja jġorr ir-responsabilitajiet prinċipali fil-każ ta' ħsara nukleari.

(b)

Kriterji addizzjonali:

l-iffirmar u r-ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza f'Każ ta' Aċċident Nukleari u Emerġenza Radjoloġika (AC), u l-Konvenzjoni dwar in-Notifikar Bikri ta' Aċċidenti Nukleari (ENC) u l-konformità magħhom, biex jintwera li f'każ ta' emerġenza radjoloġika tingħata informazzjoni xierqa lill-popolazzjoni affettwata u li jiġu applikati miżuri protettivi u korrettivi adegwati li jikkontrollaw ir-rilaxx u jtaffu l-effetti tiegħu;

il-konformità mal-istrumenti internazzjonali li jikkonċernaw is-sikurezza fit-trasport ta' oġġetti perikolużi, partikolarment is-SOLAS u l-Konvenzjonijiet ta' Chicago, biex tintwera li effettivament qed isiru verifiki effikaċi rigward it-trasport bil-baħar u bl-ajru ta' oġġetti perikolużi.

(3)

Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jawtorizzawx jew le konsenji ta' skart radjoattiv jew fjuwil użat lejn pajjiżi terzi, jistgħu jqisu punti oħra, bħalma huma kwistjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali, etiċi, xjentifiċi u affarijiet ta' sigurtà pubblika.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri se jikooperaw bil-għan li jsir skambju ta' informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 337, 05.12.2006, p. 21.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/72


DEĊIŻJONI Nru 2/2008 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KE/DANIMARKA-GŻEJJER FAROE

ta’ l-20 ta’ Novembru 2008

li temenda t-Tabelli I u II ta’ l-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra

(2008/957/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (1), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim” u b’mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim jispeċifika d-dazji doganali u kundizzjonijiet oħra li jridu jiġu applikati fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fi u li ġejjin mill-Gżejjer Faroe.

(2)

Taħt dan l-Anness, il-Komunità għamlet konċessjonijiet għal għadd ta’ prodotti tal-ħut, mill-Gżejjer Faroe.

(3)

L-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe talbu li l-merlangu mmellaħ u mnixxef (Pollachius virens), il-bronja komuni (Buccinum undatum) u l-granċ (Geryon affinis) jiżdiedu mal-lista, fit-Tabella 1 ta’ l-Anness tal-Protokoll 1, ta’ prodotti tal-ħut li jistgħu jiġu importati fil-Komunità mingħajr dazju.

(4)

Ikun raġjonevoli li jiġu inklużi dawn il-prodotti tal-ħut f’din it-tabella. Dawn għandhom madankollu jkunu soġġetti għal kwota tariffarja li għandha tiżdied mat-Tabella II ta’ l-Anness tal-Protokoll 1,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Tabella I ta’ l-Anness tal-Portokoll 1 tal-Ftehim għandha tiġi emendata bl-inklużjoni tar-ringieli li ġejjin:

“0305

Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, ħut affumikat, sew jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess ta’ iffumikazzjoni sew jekk le; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub tal-ħut, tajjeb għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Ħut imnixxef, immellaħ jew mhux imma mhux affumikat:

 

 

0305 59

– – Oħrajn:

 

 

0305 59 80

– – – Oħrajn:

 

 

ex 0305 59 80

– – – – Merlangu (Pollachius virens)

0

KT Nru 5

0306

Krustaċji, fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajra fuq il-fwar jew mgħollija fl-ilma, imkessħa jew mhumiex, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Iffriżati:

 

 

0306 14

– – Granċijiet:

 

 

0306 14 90

– – – Oħrajn:

 

 

ex 0306 14 90

– – – – Granċijiet ta’ l-ispeċi Geryon affinis

0

KT Nru 6

0307

Molluski, fil-qoxra jew mhumiex, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi oħra minbarra l-krustaċji u l-molluski, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Oħrajn, inklużi dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

0307 91 00

– – Ħajjin, friski jew imkessħa:

 

 

ex 0307 91 00

– – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7

0307 99

– – Oħrajn:

 

 

– – – Iffriżati:

 

 

0307 99 18

– – – – Oħrajn:

 

 

ex 0307 99 18

– – – – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7

1605

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, ippreparati jew ippreservati:

 

 

1605 90

– Oħrajn

 

 

– – Molluski:

 

 

1605 90 30

– – – Oħrajn:

 

 

ex 1605 90 30

– – – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7”

Artikolu 2

It-Tabella II ta’ l-Anness tal-Portokoll 1 tal-Ftehim għandha tiġi emendata bl-inklużjoni tar-ringieli li ġejjin:

“0305

Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, ħut affumikat, sew jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess ta’ iffumikazzjoni sew jekk le; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub tal-ħut, tajjeb għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Ħut imnixxef, immellaħ jew mhux imma mhux affumikat:

 

 

0305 59

– – Oħrajn:

 

 

0305 59 80

– – – Oħrajn:

 

 

ex 0305 59 80

– – – – Merlangu (Pollachius virens)

0

KT Nru 5 (2)

750

0306

Krustaċji, fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajra fuq il-fwar jew mgħollija fl-ilma, imkessħa jew mhumiex, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Iffriżati:

 

 

0306 14

– – Granċijiet:

 

 

0306 14 90

– – – Oħrajn:

 

 

ex 0306 14 90

– – – – Granċijiet ta’ l-ispeċi Geryon affinis

0

KT Nru 6 (2)

750

0307

Molluski, fil-qoxra jew mhumiex, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Oħrajn, inklużi dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

0307 91 00

– – Ħajjin, friski jew imkessħa:

 

 

ex 0307 91 00

– – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7 (2)

1 200

0307 99

– – Oħrajn:

 

 

– – – Iffriżati:

 

 

0307 99 18

– – – – Oħrajn:

 

 

ex 0307 99 18

– – – – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7 (2)

1 200

1605

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, ippreparati jew ippreservati:

 

 

1605 90

– Oħrajn

 

 

– – Molluski:

 

 

1605 90 30

– – – Oħrajn:

 

 

ex 1605 90 30

– – – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7 (2)

1 200

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ l-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2008.

Magħmula fi Tórshavn, 5 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Herluf SIGVALDSSON


(1)  ĠU L 53, 22.2.1997, p. 2.

(2)  Għas-sena 2008 il-volumi tal-kwoti tariffarji għandhom jiġu kkalkolati pro rata mal-volumi bażiċi proporzjonalment mal-parti ta’ dik is-sena li tkun għaddiet qabel ma japplikaw il-kwoti tariffarji.”.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/75


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/958/PESK

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1) għal perijodu ta’ tliet snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta’ Jannar 2006.

(2)

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-14 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008 huwa ta’ EUR 14 900 000 miljun.

(3)

Jeħtieġ li l-mandat ta’ EUPOL COPPS jiġi estiż għal perijodu ta’ sentejn u li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(4)

Jeħtieġ ukoll li fl-istruttura tal-missjoni jittieħed kont ta’ azzjoni msaħħa fil-qasam tal-istat tad-dritt,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 3

It-tul taż-żmien

Din il-missjoni ser iddum ħames snin.”;

(2)

Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 5:

“5.

Taqsima ‘Stat tad-dritt’.”;

(3)

L-Artikolu 14(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ammonti ta’ referenza maħsuba biex ikopru n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-2006, 2007, 2008, 2009 u l-2010 għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq bażi annwali.”;

(4)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.”.

Artikolu 2

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 huwa ta’ EUR 6 200 000.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BACHELOT-NARQUIN


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.


17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/77


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/959 /PESK

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li timmodifika l-Pożizzjoni Komuni 2008/586/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 34 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fil-15 ta' Lulju 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/586/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

Il-Kunsill innota li ċertu numru ta' persuni oħra kienu implikati f'atti ta' terroriżmu fit-tifsira tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-imsemmija pożizzjoni komuni (minn issa 'l quddiem “il-lista”), konformament għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1(4) tagħha.

(4)

Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jeħtieġ li tiġi kkompletata l-intestatura rigward grupp fil-lista.

(5)

B’konsegwenza, il-lista għandha għalhekk tkun aġġornata,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-persuni li jinsabu fl-Anness għandhom jiġu miżjuda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

Artikolu 2

Il-punt 2, intestatura 13 għall-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2008/586/PESK, għandu jinbidel b’dan li ġej:

“13.

Euskadi Ta Askatasuna/Tierra Vasca y Libertad/Pays basque et liberté (ETA) (l-organizzazzjonijiet li ġejjin jagħmlu parti mill-grupp terroristiku ETA: K.a.s., Xaki; Ekin, Jarrai-Haika-Segi, Gestoras pro-amnistía, Askatasuna, Batasuna (alias Herri Batasuna, alias Euskal Herritarrok), Acción Nacionalista Vasca/Euskal Abertzale Ekintza (ANV/EAE), Partido Comunista de las Tierras Vascas/Euskal Herrialdeetako Alderdi Komunista (PCTV/EHAK))”.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

R. BACHELOT-NARQUIN


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 188, 16.7.2008, p. 71.


ANNESS

Lista ta’ persuni li jirreferi għalihom l-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

* ALEGRÍA LOINAZ, Xavier, imwieled fis-26 ta' November 1958 f'San Sebastián (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 15.239.620 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tal-“K.a.s.”/“Ekin”

2.

* ASPIAZU RUBINA, Miguel de Garikoitz, imwieled fis-6 ta' Lulju 1973 f'Bilbao (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 14.257.455 - attivist tal-“E.T.A.”

3.

* BELOQUI RESA, María Elena, imwielda fit-12 ta' Ġunju 1961 f'Areta (Álava), Nru tal-karta tal-identità 14.956.327 - attivista tal-“E.T.A.” membru tax-“Xaki”

4.

* CAMPOS ALONSO, Miriam, imwielda fit-2 ta' Settembru 1971 f'Bilbao (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 30.652.316 - attivista tal-“E.T.A.”, membru tax-“Xaki”

5.

* CORTA CARRION, Mikel, imwieled fil-15 ta' Mejju 1959 f'Villafranca de Ordicia (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 08.902.967 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tax-“Xaki”

6.

* EGUIBAR MICHELENA, Mikel, imwieled fl-14 ta' Novembru 1963 f'San Sebastián (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 44.151.825 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tax-“Xaki”

7.

* IRIONDO YARZA, Aitzol, imwieled fit-8 ta' Marzu 1977 f'San Sebastián (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 72.467.565 - attivist tal-“E.T.A.”

8.

* MARTITEGUI LIZASO, Jurdan, imwieled fl-10 ta' Mejju 1980 f'Durango (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 45.626.584 - attivist tal-“E.T.A.”

9.

* OLANO OLANO, Juan Mariá, imwieled fil-25 ta' Marzu 1955 f'Gainza (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 15.919.168 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tal-“Gestoras Pro-amnistía”/“Askatasuna”

10.

* OLARRA AGUIRIANO, José María, imwieled fis-27 ta' Lulju 1957 f'Tolosa (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 72.428.996 - attivist tal-“E.T.A.” membru tax-“Xaki”

11.

* RETA DE FRUTOS, José Ignacio, imwieled fit-3 ta' Lulju 1959 f'Elorrio (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 72.253.056 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tal-“Gestoras Pro-amnistía”/“Askatasuna”

12.

* TXAPARTEGI NIEVES, Nekane, imwieled fit-8 ta' Jannar 1973 f'Asteasu (Guipúzcoa), Nru tal-karta tal-identità 44.140.578 - attivist tal-“E.T.A.”, membru tax-“Xaki”

13.

* URRUTICOECHEA BENGOECHEA, José Antonio, imwieled fl-24 ta' Diċembru 1950 f'Miravalles (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 14.884.849 - attivist tal-“E.T.A.”


Corrigendum

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/79


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/72/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-ispeċi Galega orientalis Lam.

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 329, 14 ta' Diċembru 2007 )

F'paġna 38, fl-Anness, fil-punt 1(a), fil-kolonna 14:

minflok:

“10 (e)”;

aqra:

“10 (n)”.

F'paġna 39, fl-Anness, fil-punt 1(b), fil-kolonna 7:

minflok:

“(e)”;

aqra:

“0 (e)”.