ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
20 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2008 tad-19 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1149/2008 tad-19 ta’ Novembru 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1150/2008 tad-19 Novembru 2008 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2009, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

5

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2008/874/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2008 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament BĊE/2008/11 tat-23 ta’ Ottubru 2008 dwar tibidliet temporanji għar-regoli relatati ma’ l-eliġibbilta' tal-garanziji (BĊE/2008/15)

8

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni)tal-Ftehim taż-ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim ŻEE

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar koperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

39

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi ta' taħlil għall-użu fl-ikel ( ĠU L 226, 22.9.1995 . Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 13 Volum 015 p. 218 – 262)

41

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1148/2008

tad-19 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,7

MA

60,9

TR

73,4

ZZ

53,3

0707 00 05

JO

167,2

MA

46,2

TR

85,9

ZZ

99,8

0709 90 70

MA

60,6

TR

121,2

ZZ

90,9

0805 20 10

MA

65,6

ZZ

65,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

57,6

HR

50,0

IL

69,8

MA

82,1

TR

66,3

ZZ

65,2

0805 50 10

MA

65,5

TR

71,0

ZA

60,1

ZZ

65,5

0806 10 10

BR

212,8

TR

128,6

US

272,9

ZA

108,3

ZZ

180,7

0808 10 80

CA

87,1

CL

67,1

CN

55,8

MK

33,4

US

102,5

ZA

90,5

ZZ

72,7

0808 20 50

CL

58,0

CN

46,9

KR

112,1

TR

103,0

ZZ

80,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1149/2008

tad-19 ta’ Novembru 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1133/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 306, 15.11.2008, p. 61.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-20 ta’ Novembru 2008

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

24,58

4,01

1701 11 90  (1)

24,58

9,24

1701 12 10  (1)

24,58

3,82

1701 12 90  (1)

24,58

8,81

1701 91 00  (2)

25,79

12,35

1701 99 10  (2)

25,79

7,82

1701 99 90  (2)

25,79

7,82

1702 90 95  (3)

0,26

0,39


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1150/2008

tad-19 Novembru 2008

li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2009, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Kwoti tariffarji Komunitarji għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għall-2009. Id-dazji u l-kwantitajiet għandhom ikunu ffissati skond il-ftehimiet internazzjonali rispettivi li jkunu fis-seħħ fis-sena 2009.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra (2) stipula kwota tariffarja bilaterali addizzjonali ta’ 2 000 tunnellata b’żieda ta’ 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta’ Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra mal-kwota tal-GATT/WTO għaċ-Ċile u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jintużaw bl-istess mod matul l-2009.

(3)

Ċerti kwoti huma ddefiniti għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Billi l-importazzjonjiet skond dan ir-Regolament għandhom ikunu mmexxija fuq bażi ta’ sena kalendarja, il-kwantitajiet rispettivi li se jkunu ffisati għas-sena kalendarja 2009 fir-rigward tal-kwoti kkonċernati huma t-total ta’ nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010.

(4)

Jeħtieġ li jiġi ffissat ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Komunità.

(5)

B’deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (3), il-kwoti għal prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandhom ikunu ġestiti f’konformità mal-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skond l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

(6)

Il-kwoti tariffarji skond dan ir-Regolament inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu minn sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jċedu r-rekwiżit tas-sigurtà għal oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skond l-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolaritajiet tat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni waħda għall-oħra, l-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament m’għandux japplika.

(7)

Għandu jiġi ċċarat liema tip ta’ prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skond is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

(8)

Meta operaturi jippreżentaw prodotti tal-laħam tan-nagħaġ lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, ikun diffiċli għal dawk l-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn nagħaġ domestiċi jew minn nagħaġ oħra, differenza li tiddetermina l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-prova tal-oriġini tikkjarifika dan.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji Komunitarji tal-importazzjoni għal nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ, u laħam tal-mogħoż għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, il-Kodiċi tan-NM, il-pajjiżi tal-oriġini, elenkati skond il-grupp tal-pajjiż, u n-numri tas-serje jintwerew fl-Anness.

Artikolu 3

1.   Il-kwantitajiet, espressi f’ekwivalenza għall-piż ta’ karkassi, għall-importazzjoni ta’ prodotti skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u l-mogħoż għandu jkun immultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

(a)

għal annimali ħajjin: 0.47;

(b)

għal ħaruf bla għadam u laħam tal-gidi bla għadam: 1.67;

(ċ)

għal laħam bla għadam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1.81;

(d)

għal prodotti tal-laħam bil-għadam: 1.00.

“Gidi” għandha tfisser ferħ ta’ mogħża li ma għandux aktar minn sena.

Artikolu 4

B’deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti fuq bażi ta’ “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma għandux japplika. M’hemmx bżonn ta’ liċenzji tal-importazzjoni.

Artikolu 5

1.   Biex dak li jkun jibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, għandhom jitressqu lill-awtoritajiet doganali tal-Komunità prova valida tal-oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat kif ukoll dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-oġġetti kkonċernati.

L-oriġini ta’ prodotti suġġetti għal kwoti tariffarji barra dawk li jirriżultaw minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali għandha tiġi deteminata skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità.

2.   Il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova tal-oriġini kif stipulata fil-ftehim;

(b)

fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skond l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien mal-elementi pprovduti f’dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:

il-kodiċi NM (tal-anqas l-ewwel erba’ ċifri),

in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja kkonċernata,

il-piż nett totali għal kull kategorija ta’ koeffiċjenti kif stipulat fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tiegħu taqa’ taħt il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a).

Fejn il-prova tal-oriġini msemmija fil-punt (b) hija preżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru tas-serje wieħed.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi) KWOTI TARIFFARJI KOMUNITARJI GĦALL-2009

Nru tal-Grupp tal-Pajjiż

Kodiċijiet NM

Dazju “Ad valorem”

%

Dazju speċifiku

EUR/100 kg

Numru tas-serje skont “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”

Oriġini

Volum fis-sena f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi

Annimali ħajjin

(Koeffiċjent = 0,47)

Ħaruf mingħajr għadam (1)

(Koeffiċjent = 1,67)

Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadma (2)

(Koeffiċjent = 1,81)

Karkassa u laħam bil-għadma

(Koeffiċjent = 1,00)

1

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

L-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

L-Awstralja

18 786

09.2109

09.2110

09.2013

New Zealand

227 854

09.2111

09.2112

09.2014

L-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

Iċ-Ċili

6 200

09.2121

09.2122

09.0781

In-Norveġja

300

09.2125

09.2126

09.0693

Greenland

100

09.2129

09.2130

09.0690

Il-Gżejjer Faroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

It-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Oħrajn (3)

200

2

0204 , 0210 99 21 , 0210 99 29 , 0210 99 60

Żero

Żero

09.2119

09.2120

09.0790

L-Iżlanda

1 850

3

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10  %

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes  (4)

92


(1)  U laħam tal-gidi.

(2)  U laħam tal-mogħoż barra dak tal-gidi.

(3)  “Oħrajn” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha, għajr il-pajjiżi l-oħra msemmija f’din it-tabella.

(4)  “Erga omnes” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha, inklużi l-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/8


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

ta’ l-14 ta’ Novembru 2008

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament BĊE/2008/11 tat-23 ta’ Ottubru 2008 dwar tibidliet temporanji għar-regoli relatati ma’ l-eliġibbilta' tal-garanziji

(BĊE/2008/15)

(2008/874/KE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea u b’mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 105(2) u ta’ l-Artikolu 110,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 34.1, flimkien ma’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tar-Regolament BĊE/2008/11 tat-23 t’Ottubru 2008 dwar tibdiliet temporanji għar-regoli dwar l-eliġibbilta' tal-garanziji,

Billi:

(1)

Fil-15 t’Ottubru 2008, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda biex jaċċetta temporanjament klejms ta’ kreditu li jqumu f’self sindakat irregolat bil-liġijiet ta’ l-Ingilterra u Wales bħala garanziji eliġibbli għall-finijiet ta’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema. Fit-23 t’Ottubru 2008, il-Kunsill Governattiv ta effett lid-Deċiżjoni tiegħu billi adotta r-Regolament BĊE/2008/11 (1).

(2)

Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament BĊE/2008/11, għal self sindakat irregolat bil-liġijiet ta’ l-Ingilterra u Wales, in-numru totali ta’ liġijiet governanti li japplikaw għall-mobilizzazzjoni ta’ dan is-self ma jistax jaqbeż tlieta. Il-kumplessitajiet legali inerenti fil-mobilizzazzjoni ta’ self sindakat, meta jistgħu japplikaw sa tliet liġijiet differenti governanti, jeħtieġu li jitwettqu valutazzjonijiet legali u ta’ riskju mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa l quddiem “il-BĊNi”) meta dawn jipprovdu likwidita' kontra dawn it-tip ta’ garanziji.

(3)

Il-kumplessita' legali involuta fil-mobilizzazzjoni tas-self t’hawn fuq teħtieġ l-adozzjoni tal-kriterji ta’ implimentazzjoni relatati ma’ l-aċċettazzjoni, bħala garanzija eliġibbli, ta’ self sindakat irregolat bil-liġijiet ta’ l-Ingilterra u Wales,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

“Dokumentazzjoni Ġenerali” tfisser l-Anness I mal-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (2);

“self sindakat” tfisser klejms ta’ kreditu rrappreżentati b’ishma ta’ istituzzjonijiet membri tas-sindakat f’self sindakat, kif deskritti fil-Kapitolu 6.2.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali u rregolati bil-liġijiet ta’ l-Ingilterra u Wales.

Artikolu 2

Teknikalitajiet ta’ mobilizzazzjoni għal self sindakat

1.   BĊN għandu jimmobilizza self sindakat direttament mill-kontroparti rilevanti tiegħu skond il-proċeduri domestiċi rispettivi tiegħu għal klejms ta’ kreditu. Il-ftehim ta’ mobilizzazzjoni għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ Stat Membru li jappartjeni għaż-żona ta’ l-euro.

2.   Il-Kapitolu 6.6 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali m’għandux japplika għall-mobilizzazzjoni ta’ self sindakat.

Artikolu 3

Trasferibbilta’ tas-self

Għandu jkun eliġibbli biss self sindakat trasferibbli għal kollox. Għall-finijiet tar-raba’ inċiż ta’ l-Appendiċi 7 ta’ l-Anness I mad-Dokumentazzjoni Ġenerali, is-self sindakat m’għandux jitqies li huwa trasferibbli għal kollox u li jista’ jiġi mmobilizzat mingħajr restrizzjoni bħala garanzija għall-operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema, sakemm il-ftehim ta’ self jippermetti bla ebda kundizzjoni li:

(i)

min jislef jippeża (to charge), jassenja jew inkella joħloq interess f’titoli (security interest) fi jew fuq id-drittijiet tiegħu biex jiżgura l-obbligi tiegħu lil BĊN; u

(ii)

il-BĊN rilevanti jinforza l-interess tiegħu f’titoli fuq dan is-self billi jiġbor ħlasijiet relatati mas-self, direttament jew indirettament mid-debitur, u billi jassenja jew jittrasferixxi s-self lil bank jew istituzzjoni finanzjarja jew lil trust fund jew entita' oħra li hija ngaġġata b’mod regolari fi, jew hija stabbilita għall-finijiet li tagħmel, tixtri jew tinvesti f’self, titoli jew assi finanzjarji oħra.

Artikolu 4

Notifika lid-debitur

1.   Il-kontroparti għandu jinħtieġ jinnotifika lid-debitur fi ftehim ta’ self sindakat dwar il-mobilizzazzjoni ta’ dan is-self sindakat bħala garanzija qabel jew immedjatament wara l-mobilizzazzjoni ta’ dan is-self. Din in-notifika għandha tingħata skond il-proċeduri applikabbli kif speċifikati fil-ftehim tas-self sindakat.

2.   Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊN rilevanti biex jinnotifika lid-debitur.

Artikolu 5

Reġistrazzjoni taċ-ċertifikat

Il-kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-BĊN rilevanti kopja tal-konferma li jkunu rċevew mir-Registrar of Companies of England and Wales li l-mobilizzazzjoni tas-self sindakat tkun ġiet irreġistrata f’Companies House.

Artikolu 6

Sottomissjoni mill-kontroparti ta’ ittra ta’ parir (diligence letter) minn konsulent legali estern

Qabel il-mobilizzazzjoni ta’ self sindakat, il-kontropartijiet għandhom jibagħtu lill-BĊN rilevanti ittra ta’ parir (diligence letter) minn konsulent legali estern li tindirizza, f’manjiera u f’forma sodisfaċenti għall-Eurosistema, ċerti kwistjonijiet ta’ diliġenza (diligence), billi dawn ikunu jistgħu jiġu elaborati minn żmien għal żmien mill-BĊE u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tiegħu.

Artikolu 7

Vetturi bi skop speċjali bħala debituri

1.   Vettura bi skop speċjali (SPV) għandha tkun biss debitur eliġibbli f’self sindakat jekk (i) il-SPV hija l-benefiċjarju ta’ garanzija li tinħareġ minn korporazzjoni mhux finanzjarja eliġibbli bħala garanti fit-tifsira tal-Kapitolu 6.2.2. tad-Dokumentazzjoni Ġenerali; (ii) il-garanzija tikkonforma ma’ l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu 6.3.3. tad-Dokumentazzjoni Ġenerali; u (iii) il-BĊN rilevanti huwa ntitolat legalment jinforza l-garanzija wara l-mobilizzazzjoni tas-self sindakat.

2.   Klejms ta’ kreditu li jqumu f’self sindakat b’SPVs bħala debituri għandhom ikunu biss garanziji eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema jekk il-SPV u l-garanti huma stabbiliti fiż-żona ta’ l-euro.

3.   L-obbligu biex tingħata konferma legali, kif stabbilit fil-Kapitolu 6.3.3 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, għandu japplika wkoll fejn id-debitur huwa SPV li tibbenefika minn garanzija skond il-paragrafu 1.

Artikolu 8

Valuta tad-denominazzjoni

Għall-finijiet tal-Kapitolu 6.2.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, self sindakat għandu jitqies biss li huwa ddenominat fl-euro sakemm il-ftehim rilevanti tas-self ma jħallix lid-debitur jew lill-aġent tad-debitur, f’ismu, biex ivarja l-valuta li fiha s-self sindakat ikun iddenominat, jew pagabbli f’kull ħin qabel il-maturita’ ta’ l-operazzjoni ta’ kreditu rilevanti ta’ l-Eurosistema.

Artikolu 9

L-ebda set-off jew kontrotalba

Self sindakat għandu jikkostitwixxi biss garanzija eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema jekk il-ftehim rilevanti tas-self sindakat jinkludi dispożizzjoni ċara liema skond il-ħlasijiet kollha li għandhom isiru mid-debitur isiru ħielsa minn kull tnaqqis għal set-off jew kontrotalba.

Artikolu 10

Restrizzjonijiet dwar il-likwidita' tal-garanziji

1.   Self sindakat li jinkludi dispożizzjonijiet kuntrattwali u li jeħtieġu maġġoranza ta’ persuni li jsellfu biex jadottaw deċiżjonijiet dwar is-sindikat fir-rigward tad-debitur, għandu jkun garanzija eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema.

2.   Ftehim ta’ self sindakat li jinkludu dispożizzjonijiet kuntrattwali li jawtorizzaw ċerti termini tal-ftehim rilevanti tas-self sindakat biex jiġu emendati jew irrinunzjati bil-kunsens ta’ maġġoranza ta’ persuni li jsellfu, għandhom ikunu garanziji eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema; bil-kundizzjoni li l-ftehim tas-self għal dan it-tip ta’ self ma jipprovdix li jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet b’maġġoranza fir-rigward ta’: (i) estensjoni sad-data tal-ħlas ta’ kull ammont dovut skond il-ftehim; jew (ii) tnaqqis fil-marġni jew fl-ammont ta’ kull ħlas ta’ kapital jew imgħax; jew (iii) bidla fil-prinċipju li l-obbligi ta’ kull persuna li ssellef skond il-ftehim huma diversi.

3.   Self sindakat li jinvolvi aġent tal-faċilita’ għall-ġbir u d-distribuzzjoni tal-ħlasijiet għandu jkun biss garanzija eliġibbli għal operazzjonjiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema meta l-aġent tal-faċilita’ huwa istituzzjoni ta’ kreditu b’rating minimu għal żmien twil ta’ “A-” minn Fitch jew Standard & Poor’s, “A3” minn Moody’s jew ta’ “AL” minn DBRS.

Artikolu 11

Sostituzzjoni ta’ klawsoli dwar min isellef

Self sindakat li jinkludi dispożizzjonijiet kuntrattwali li jippermettu lid-debitur biex jissostitwixxi lil min isellef bi skambju għal self dovut (outstanding loan), għandu biss jikkostitwixxi garanzija eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema fejn, qabel il-mobilizzazzjoni, il-kontroparti tipprovdi lill-BĊN rilevanti b’interess f’titoli nfurzabbli fi jew fuq id-dritt tal-kontroparti li tirċievi flus kontanti fir-rigward ta’ dan l-iskambju.

Artikolu 12

Żvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali

Self sindakat għandu jikkostitwixxi biss garanzija eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema jekk il-ftehim tas-self sindakat jippermetti lil min isellef biex jiżvela informazzjoni kunfidenzjali lil bank ċentrali ta’ l-Eurosistema, b’konnessjoni ma’ kull piż (charge), ċessjoni jew interess f’titoli maħluqa minn min isellef fi jew fuq id-drittijiet tiegħu skond il-ftehim, biex jiżgura l-obbligi tiegħu lil bank ċentrali ta’ l-Eurosistema.

Artikolu 13

Tassazzjoni u Indennizz

1.   Self sindakat għandu jkunu biss garanzija eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema jekk il-kontroparti jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-kontroparti għandha tagħti konferma minn konsulent tat-taxxa tar-Renju Unit sabiex jew: (a) id-debitur ma jintalabx iżomm it-taxxa minn ras il-għajn tar-Renju Unit b’riżultat ta’ kull trasferiment, jew taħt il-liġi Ingliża jew taħt kull liġi oħra, tal-beneficial ownership ta’ l-attiv tas-self lill-BĊN; jew (b) id-debitur jintalab iżomm it-taxxa minn ras il-għajn tar-Renju Unit b’riżultat ta’ dan it-trasferiment tal-beneficial ownership lill-BĊN, imma li l-BĊN għandu jkun eliġibbli biex jibbenefika mit-trattat tat-taxxa bejn ir-Renju Unit u l-ġurisdizzjoni tal-BĊN, tali li ladarba tkun ingħatat direzzjoni minn Her Majesty’s Revenue & Customs (HMRC) skond it-trattat rilevanti, id-debitur jkun intitolat jagħmel ħlasijiet ta’ imgħax lill-BĊN mingħajr ma jżomm taxxa tar-Renju Unit u l-BĊN jkun intitolat jirkupra taxxa miżmuma qabel; jew (ċ) id-debitur jintalab iżomm it-taxxa minn ras il-għajn tar-Renju Unit b’riżultat ta’ dan it-trasferiment ta’ beneficial ownership lill-BĊN u l-BĊN ma jkunx eliġibbli biex jibbenefika mit-trattat tat-taxxa bejn ir-Renju Unit u l-ġurisdizzjoni tal-BĊN, jew kull eżenzjoni oħra.

3.   Meta l-konsulent tat-taxxa tar-Renju Unit jikkonferma li t-trasferiment tal-beneficial ownership ta’ l-attiv tas-self lill-BĊN jaqa’ taħt kategorija (b) jew (ċ) fil-paragrafu 2 hawn fuq, il-kontroparti jinħtieġ jidħol fi ftehim biex jindennizza lill-BĊN għal kull taxxa minn ras il-għajn tar-Renju Unit li tinżamm mid-debitur (u mhux ikkalkulata gross skond il-ftehim tas-self sindakat), u għall-konsegwenzi kollha ħżiena li jsegwu l-fluss tal-flus kontanti ta’ kull taxxa minn ras il-għajn tar-Renju Unit, liema taxxa l-ewwel tinżamm minn, u mbagħad tingħata lura lill-BĊN.

4.   Il-kontroparti għandha tassumi kull responsabbilta’ u r-responsabbilta’ sħiħa biex tinnotifika lid-debitur dwar kull trasferiment tal-beneficial ownership ta’ l-attiv tas-self lill-BĊN, li jirriżulta fid-debitur jintalab iżomm taxxa tar-Renju Unit (jew iżomm taxxa tar-Renju Unit b’rata differenti).

5.   Il-kontroparti għandha tħallas l-ispiża sħiħa ta’ kull bolla tar-Renju Unit (UK stamp duty) (kif ukoll kull penali u imgħax fuqha) li titħallas b’riżultat ta’ xi trasferiment, skond il-liġi Ingliża jew kull liġi oħra, tal-beneficial ownership ta’ l-attiv tas-self, u li l-BĊN jikkunsidra b’mod raġonevoli li jkollha titħallas sabiex il-BĊN jkun jista’ jippreżenta l-attiv tas-self bħala evidenza f’qorti Ingliża jew juża l-attiv tas-self għal xi fini oħra fir-Renju Unit. Il-kontroparti għandha tħallas ukoll l-ispiża sħiħa ta’ kull taxxa tar-riżerva tal-bolla tar-Renju Unit (UK stamp duty reserve tax) pagabbli bħala riżultat ta’ trasferiment ta’ dan it-tip, jekk applikabbli.

6.   Il-kontroparti għandha tipprovdi konferma minn konsulent xieraq tat-taxxa f’dawk il-ġurisdizzjonijiet li l-kontroparti tikkunsidra xierqa, sabiex id-debitur ma jkunx jinħtieġ iżomm taxxa minn ras il-għajn li ma tappartjenix għall-Ingilterra b’riżultat ta’ xi trasferiment, skond il-liġi Ingliża jew kull liġi oħra, tal-beneficial ownership ta’ l-attiv tas-self lill-BĊN, u li kull trasferiment ta’ dan it-tip ma jwassalx biex tkun dovuta xi bolla li ma tappartjenix għar-Renju Unit (non-UK stamp) jew boll tat-trasferiment.

7.   Il-kontroparti għandu jindennizza bis-sħiħ lill-BĊN rilevanti fir-rigward ta’ kull onorarji dovuti lill-aġent tal-faċilita’ jew dak li jħallas, jew kull onorarji jew spejjeż oħra relatati ma’ l-amministrazzjoni tas-self.

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Novembru 2008.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-14 ta’ Novembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 282, 25.10.2008, p. 17.

(2)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 95/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 688/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jemenda l-Annessi III u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu u materjal tal-annimali bovini ta’ riskju speċifiku fl-Iżvezja (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 722/2007 tal-25 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 tas-26 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi I, III, VII u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/667/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza l-użu tal-annimali bovini ta’ riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom fil-Ġermanja wara konferma uffiċjali tal-preżenza tal-BSE (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness I.

(8)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitolu I ta’ Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“—

32006 R 0688: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 688/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 (ĠU L 120, 5.5.2006, p. 10),

32007 R 0722: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 722/2007 tal-25 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7),

32007 R 0727: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 tal-26 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8),

32007 R 1275: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8).”

(2)

It-test tal-adattament A li ġej għandu jiżdied fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“Fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, għandu jiżdied dan li ġej:

2.3.

In-Norveġja tista’ tiddeċiedi li teżamina biss kampjun każwali billi wieħed jidderoga mill-punt 2.2 u għal dak li għandu x’jaqsam ma’ annimali bovini li twieldu, kienu mrobbija u maqtula fit-territorju tagħha. Il-kampjun għandu jikkonsisti minn tal-anqas 10 000 annimali fis-sena.”

(3)

L-inċiż li ġej tal-adattament C fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1 għandu jitħassar:

(4)

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT”, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 41 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/411/KE) fil-Parti 7.2:

“41a.

32007 D 0667: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/667/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza l-użu tal-annimali bovini ta’ riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom fil-Ġermanja wara konferma uffiċjali tal-preżenza tal-BSE (ĠU L 271, 16.10.2007, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KE) Nri 688/2006, 722/2007, 727/2007 u 1275/2007 u d-Deċiżjoni 2007/667/KE, fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 120, 5.5.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7.

(4)  ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8.

(5)  ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8.

(6)  ĠU L 271, 16.10.2007, p. 16.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 96/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2008 tal-1 ta’ Frar 2008 (1).

(2)

Il-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni 2007/C 68/04 dwar il-proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-vetturi li qabel kienu f’xi Stat Membru ieħor (2) għandha tiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 1977 (3) u n-notifika tal-Kummissjoni C/281/88/p.9 (4) skadew u għandhom jitħassru mill-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

(1)

It-testi tal-punti 46 (Ir-Resoluzzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 1977) u 47 (In-notifika tal-Kummissjoni C/281/88/p.9) għandhom jitħassru.

(2)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 47.

“48.

52007 SC 0169: Il-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni 2007/C 68/04 dwar il-proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-vetturi li qabel kienu f’xi Stat Membru ieħor (ĠU C 68, 24.3.2007, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2007/C 68/04 fil-lingwi Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 7.

(2)  ĠU C 68, 24.3.2007, p. 15.

(3)  ĠU C 177, 26.7.1977, p. 1.

(4)  ĠU C 281, 4.11.1988, p. 9.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 97/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni)tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2008/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2008/2/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 74/347/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk għandha titħassar skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/347/KEE) għandu jkun imħassar.

(2)

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 29 (id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“30.

32008 L 0002: Id-Direttiva 2008/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 30).”

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2008/2/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 30.

(3)  ĠU L 191, 15.7.1974, p. 5.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 98/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 109/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/17/KE tad-19 ta’ Frar 2008 li temenda ċerti Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi għall-acephate, acetamiprid, acibenzolar-S-methyl, aldrin, benalaxyl, benomyl, carbendazim, chlormequat, chlorothalonil, chlorpyrifos, clofentezine, cyfluthrin, cypermethrin, cyromazine, dieldrin, dimethoate, dithiocarbamates, esfenvalerate, famoxadone, fenhexamid, fenitrothion, fenvalerate, glyphosate, indoxacarb, lambda-cyhalothrin, mepanipyrim, metalaxyl-M, methidathion, methoxyfenozide, pymetrozine, pyraclostrobin pyrimethanil, spiroxamine, thiacloprid, thiophanate-methyl u trifloxystrobin (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud ma' punti 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

“—

32008 L 0017: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/17/KE tad-19 ta' Frar 2008 (ĠU L 50, 23.2.2008, p. 17).”

(2)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 54zzzt (Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat b'li ġej:

32008 R 0109: Ir-Regolament (KE) Nru 109/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 (ĠU L 39, 13.2.2008. p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 109/2008 u d-Direttiva 2008/17/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 23.

(2)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 14.

(3)  ĠU L 50, 23.2.2008, p. 17.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 99/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 61/2008 tal-24 ta' Jannar 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel li joriġina mill-annimali, fir-rigward ta’ dinoprostone  (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 14 (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32008 R 0061: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 61/2008 tal-24 ta' Jannar 2008 (ĠU L 22, 25.1.2008, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 61/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 25

(2)  ĠU L 22, 25.1.2008, p. 8.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 100/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-istipular ta' regoli fir-rigward tal-kwalifiki tal-membri tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

(1)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 7zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat b'li ġej:

32007 R 1354: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1).”

(2)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“12zca.

32007 R 1238: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-istipular ta' regoli fir-rigward tal-kwalifiki tal-membri tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1238/2007 u 1354/2007 bl-ilsien Iżlandiż u b’dak Norveġiż, ippubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 43.

(2)  ĠU L 280, 24.10.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 101/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2008 tal-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (2) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 26 (id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV għall-Ftehim:

“27.

32005 R 1775: Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-Artikolu 16 tar-Regolament jipprovdi għal deroga mir-Regolament għas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali li jinsabu fl-Istati Membri għat-tul ta’ żmien tad-derogi konċessi skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2003/55/KE. In-Norveġja kisbet l-istatus ta’ suq emerġenti, f’konformità mal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2003/55/KE. Konsegwentement, ir-Regolament m’għandux japplika għan-Norveġja qabel ma jkun skada t-tul ta’ żmien ta’ dawn id-derogi.

(b)

L-Istati EFTA kkonċernati għandhom jiġu mistiedna jibagħtu osservaturi għal-laqgħa tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 14. Ir-rappreżentanti ta' l-Istati EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat, iżda ma jkollhomx id-dritt li jivvutaw.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu l-lingwi awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 19.

(2)  ĠU L 289, 3.11.2005, p. 1.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Dikjarazzjoni konġunta mill-partijiet kontraenti għad-deċiżjoni Nru 101/2008 dwar l-implimentazzjoni fil-ftehim ŻEE tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks tat-trasmissjoni tal-gass naturali

Skond l-istruttura msejsa fuq żewġ pilastru tal-Ftehim ŻEE (l-Art. 93(2)), leġislazzjoni Komunitarja ġdida trid tiġi addottata b’Deċiżjoni tal-Kumiatat Konġunt. l-Linji Gwida skond ir-Regolament dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trasmissjoni tal-gass naturali huma legalment vinkolanti għall-Istati Membri kollha. Linji gwida ġodda jew emendi għal-linji gwida eżistenti jridu għalhekk jiġu kkunsidrati bħala leġislazzjoni Komunitarja ġdida li hija meħtieġa li tiġi addottata mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 102/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim ġie emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2005 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 629/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (3) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ C-299/05, li tannulla ċerti żidiet fir-Regolament (KE) Nru 647/2005, u s-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-każ E-5/06 għandhom jiġu kkunsidrati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjudin fil-punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71):

“—

32005 R 0647: Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 1),

32006 R 0629: Regolament (KE) Nru 629/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 (ĠU L 114, 27.4.2006. p. 1).”

(2)

It-test tal-adattament (m) tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

“(i)

L-Anness IIa għandu jkun emendat kif ġej:

Il-punt (b) taħt l-intestatura ‘Y. FINLANDJA’ il-punt (c) taħt l-intestatura ‘Z SVEZJA’ u l-punti (d) sa (f) taħt l-intestatura ‘AA. RENJU UNIT m’ għandhomx japplikaw fir-rigward tal-Istati EFTA.

Madankollu, l-effetti tal-inklużjoni ta' Allowance għal Ħajja b’Diżabilità fil-punt (d) taħt l-intestatura “AA. RENJU UNIT” jitħallew fir-rigward waħdieni tal-parti dwar ‘mobbiltà’ ta' dik l-allowance.

(ii)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness IIa:

ZA.   ISLANDA

Xejn.

ZB.   IL-LIECHTENSTEIN

(a)

Allowances għal persuni neqsin mid-dawl (Liġi dwar l-għotja ta' allowances għal persuni neqsin mid-dawl tas-17 ta' Diċembru 1970).

(b)

Allowances tal-maternità (Liġi dwar l-għotja ta' allowances tal-maternità tal-25 ta' Novembru 1981).

(c)

Benefiċċji supplimentari għas-sigurtà lill-anzjani, dawk li salvaw u għall-invalidità (Liġi dwar benefiċċji supplimentari għas-sigurtà lill-anzjani, dawk li salvaw u għall-invalidità tal-10 ta' Diċembru 1965 kif riveduta fit-12 ta' Novembru 1992).

ZC.   NORVEĠJA

(a)

Pensjoni minima supplimentari garantita għal persuni li jitwieldu b'diżabilità jew li jsiru diżabbli f'età żgħira skond l-Artikoli 7-3 u 8-4 tal-Att Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tas-17 ta' Ġunju 1966 Nru 12.

(b)

Benefiċċji speċjali skond l-Att tad-29 ta' April 2005 Nru 21 dwar l-allowance supplimentari lil persuni għal perijodi qosra ta' residenza fin-Norvegja.”

(3)

It-test tal-adattament (n) tal-punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

“Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness III(A):

36.   ISLANDA – DANIMARKA

L-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tal-15 ta’ Ġunju 1992, dwar il-kopertura ta’ spejjeż żejda tal-ivvjaġġar f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.

37.   ISLANDA – FINLANDJA

L-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tal-15 ta’ Ġunju 1992, li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż żejda tal-ivvjaġġar f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.

38.   L-ISLANDA – L-ISVEZJA

L-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tal-15 ta’ Ġunju 1992, li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż żejda tal-ivvjaġġar f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.

39.   ISLANDA – NORVEĠJA

L-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tal-15 ta’ Ġunju 1992, li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż żejda tal-ivvjaġġar f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.

40.   NORVEĠJA – DANIMARKA

L-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tal-15 ta’ Ġunju 1992, li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż żejda tal-ivvjaġġar f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.

41.   NORVEĠJA – FINLANDJA

L-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tal-15 ta’ Ġunju 1992, li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż żejda tal-ivvjaġġar f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.

42.   NORVEĠJA – SVEZJA

L-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tal-15 ta’ Ġunju 1992, li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.”

(4)

It-test tal-adattament (o) tal-punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71) għandu jitħassar:

(5)

It-test tal-paragrafu 1 taħt l-intestatura “ZB. Il-LIECHTENSTEIN” fl-adattament (t) tal-punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71) għandu jitħassar.

(6)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72):

“—

32005 R 0647: Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 1),

32006 R 0629: Regolament (KE) Nru 629/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 (ĠU L 114, 27.4.2006. p. 1).”

(7)

It-test tal-adattament (n) tal-punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72) għandu jitneħħa:

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 647/2005 u 629/2006 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, ippubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2008, bil-kondizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 24.

(2)  ĠU L 117, 4.5.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 1.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-ħaddiema Migranti Nru 207 tas-7 ta' April 2006 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 76 u l-Artikolu 79 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar id-duplikazzjoni tal-benefiċċji u allowances tal-familji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 3.81 (id-Deċiżjoni Nru 205) tal-Anness VI tal-Ftehim:

“3.82.

32006 D 0442: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-ħaddiema Migranti Nru 207 tas-7 ta' April 2006 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 76 u l-Artikolu 79(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar id-duplikazzjoni tal-benefiċċji u allowances tal-familji (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 83).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 207 fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 24.

(2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 83.

(*)  M’huma ndikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 104/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 715/2008 tal-24 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti li joperaw (2) fil-Komunità għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32008 R 0715: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 715/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 197, 25.7.2008, p. 36).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 715/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 23.

(2)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 36.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 105/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2008 tal-14 ta' Marzu 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-Direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/447/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, bil-ħsieb li jiġu simplifikati u razzjonalizzati r-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Dan l-inċiż se jiġi miżjud f'punti 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 83/477/ŻEE u 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE):

“—

32007 L 0030: Id-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).”

(2)

Dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mal-punti 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE), 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE), 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE), 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE), 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE), 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE), 16a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE), 16b (id-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE), 16c (id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE), 16d (id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE), 16e (id-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE), 16f (id-Direttiva tal-Kunsill 92/104/KEE), 16g (id-Direttiva tal-Kunsill 93/103/KE), 16h (id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE), 16i (id-Direttiva 1999/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 16ja (id-Direttiva 2002/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 16jb (id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 16jc (id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 16je (id-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 29 (id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE):

“, kif emendat b'li ġej:

32007 L 0030: Id-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/30/KE fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 30.

(2)  ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 106/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/276/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/338/KE sabiex tiġi estiża l-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni tal-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz għal post ta’ kampeġġ (2) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/277/KE tas-26 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/405/KE sabiex tiġi estiża l-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni tal-eko-tikketta Komunitarja lill-prodotti tal-karta fina (3) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej irid jkun miżjud mal-punt 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE):

“—

32008 D 0277: Ir-Regolament tal-Kummissjoni 2008/277/KE tas-26 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 14).”

(2)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 2p (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE):

“, kif emendat b’li ġej:

32008 D 0276: Ir-Regolament tal-Kummissjoni 2008/276/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/276/KE u 2008/277/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 27.

(2)  ĠU L 87, 29.3.2008, p. 12.

(3)  ĠU L 87, 29.3.2008, p. 14.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 107/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (3) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 4b (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93) tal-Anness XXI tal-Ftehim għandu jinbidel b’li ġej:

32008 R 0177: Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Varjabli 1.7a. fl-Anness m’għandux japplika għal-Liechtenstein.

(b)

Il-Liechtenstein għandu jattwa l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ma’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2010”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 32.

(2)  ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.

(3)  ĠU L 196, 5.8.1993, p. 1.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 108/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2008 ta’-4 ta’ Lulju 2008 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistika tal-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri (2) għandu jiġi mdaħħal fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 19x (ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI għall-Ftehim:

“19xa.

32008 R 0364: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistika tal-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri (ĠU L 112, 24.4.2008, p.14).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness III ‘DEROGI’:

‘Stat Membru

Modulu tal-istatistika interna dwar l-affiljati barranin

Modulu tal-istatistika interna dwar l-affiljati barranin

In-Norveġja

Eżenzjoni mit-tqassim tal-attività Ir-Rev. 1 tan-NACE Taqsima J għas-snin ta’ referenza 2007-2010

Deroga sħiħa għas-snin ta’ referenza 2007-2008’”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 364/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 32.

(2)  ĠU L 112, 24.4.2008, p. 14.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 109/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar koperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2006 tal-10 ta’ Marzu 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim sabiex tiġi inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE tat-12 ta’ Diċembru 2007 li tikkonċerna l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif tas-Suq Intern (STSI) fir-rigward l-protezzjoni tad-dejta personali (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi għalhekk emendat sabiex jippermetti li din il-koperazzjoni estiża sseħħ.

(4)

Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3) ma ġiex inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Is-subinċiż li ġej għandu jiżdied fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 17(5)(b) (Deċiżjoni Nru 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“—

32008 D 0049: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE tat-12 ta’ Diċembru 2007 li tikkonċerna l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif tas-Suq Intern (STSI) fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali (ĠU L 13, 16.1.2008, p. 18).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 147, 1.6.2006, p. 64.

(2)  ĠU L 13, 16.1.2008, p. 18.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


Corrigendum

20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/41


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi ta' taħlil għall-użu fl-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 226, 22 ta' Settembru 1995 . Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 13 Volum 015 p. 218 – 262)

Ir-Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE ippubblikata fil-ĠU L 303, 14.11.2008 p. 25 hija kkunsidrata nulla u battala.


20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.