ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
29 ta' Ottubru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1061/2008 tat-28 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1062/2008 tat-28 ta' Ottubru 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala fil-Komunità, fir-rigward ta’ proċeduri ta’ aġġustament staġjonali u rapporti dwar il-kwalità ( 1 )

3

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/100/KE tat-28 ta' Ottubru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE dwar l-ittikkettjar b’tagħrif fuq il-valur nutrittiv ta’oġġetti ta’ l-ikel rigward il-kwantitajiet li għandhom jittieħdu kuljum, il-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-valur enerġetiku, u definizzjonijiet ( 1 )

9

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Parlament Ewropew u Kunsill

 

 

2008/818/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skond il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod

13

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/819/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Ottubru 2008 dwar l-esklużjoni tal-butralin mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6066)  ( 1 )

15

 

 

2008/820/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2008 dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Sważiland fir-rigward tal-ħjut tal-qalba mibrumin (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6133)

17

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/821/PESK

 

*

Deċiżjoni EUPOL AFGHANISTAN/1/2008 tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

20

 

*

Regolament tal-Kunsill 2008/822/PESK tas-27 ta' Ottubru 2008 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani

21

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK tas-7 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ( ĠU L 213, 8.8.2008 )

22

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1061/2008

tat-28 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

106,4

MA

38,3

MK

22,0

TR

70,0

ZZ

59,2

0707 00 05

JO

168,2

TR

132,6

ZZ

150,4

0709 90 70

MA

110,6

TR

133,4

ZZ

122,0

0805 50 10

AR

82,3

MA

95,3

TR

87,3

ZA

84,7

ZZ

87,4

0806 10 10

BR

241,0

TR

127,3

US

240,8

ZZ

203,0

0808 10 80

CA

96,2

CN

90,8

MK

37,6

NZ

75,4

US

144,3

ZA

86,8

ZZ

88,5

0808 20 50

CN

60,8

TR

125,5

ZA

94,6

ZZ

93,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1062/2008

tat-28 ta' Ottubru 2008

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala fil-Komunità, fir-rigward ta’ proċeduri ta’ aġġustament staġjonali u rapporti dwar il-kwalità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) u 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala fil-Komunità.

(2)

L-aġġustament staġjonali huwa parti essenzjali mill-ġbir ta’ statistika għal terminu qasir. Sensiliet aġġustati jiffaċilitaw it-tqabbil u l-interpretazzjoni tar-riżultati matul iż-żmien. It-trażmissjoni ta’ sensiliet aġġustati żżid il-koerenza bejn id-dejta mqassma fuq livell nazzjonali u dak internazzjonali.

(3)

Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ kwalità stipulati fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 453/2008, il-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti dwar il-kwalità li għandhom jingħataw mill-Istati Membri għandhom jiġu definiti.

(4)

Il-Bank Ċentrali Ewropew ġie kkonsultat.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Proċeduri ta’ aġġustament staġjonali

Għall-għan ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 453/2008, it-trażmissjoni tad-dejta aġġustata b’mod staġjonali għandha tibda mhux aktar tard minn meta jkunu disponibbli sensiliet ta’ żmien b’16-il perjodu osservat fil-livell ta’ aggregazzjoni ta’ NACE Rev. 2 speċifikat fl-Anness 1. L-għadd ta’ perjodi għandhom jingħaddu mill-ewwel dejta mhux aġġustata b’mod staġjonali meħtieġa skond ir-Regolament (KE) Nru 453/2008.

Artikolu 2

Rapporti dwar il-kwalità

1.   Il-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti dwar il-kwalità stipulati mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 għandhom jiġu stipulati fl-Anness 2.

2.   Ir-rapporti dwar il-kwalità għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu kull sena u għandhom jirrelataw għas-sena kalendarja ta’ qabel. L-ewwel rapport dwar il-kwalità għandu jiġi trażmess sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2011.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 234.


ANNESS 1

NACE Rev. 2 livell ta’ aggregazzjoni

NACE Rev. 2 taqsimiet

Deskrizzjoni

A

Agrikoltura, forestrija u sajd

B, C, D u E

Minjieri u barrieri; manifattura; provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata; provvista ta’ l-ilma, drenaġġ, immaniġġjar ta’ l-iskart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni

F

Bini

G, H u I

Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; trasportazzjoni u ħażna; attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz ta’ ikel

J

Tagħrif u komunikazzjoni

K

Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

L

Attivitajiet marbuta ma proprjetà immobbli

M u N

Attivitajiet prrofessjonali, xjentifiċi u tekniċi; attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ appoġġ

O, P, u Q

Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; edukazzjoni; attivitajiet ta’ xogħol għas-saħħa tal-bniedem u soċjali

R u S

Arti, divertiment, rikreazzjoni u attivitajiet ta’ servizz oħrajn


ANNESS 2

Modalitajiet u struttura tar-rapporti dwar il-kwalità li għandhom jingħataw mill-Istati Membri

PREAMBOLU

Is-Sistema Statistika Ewropea (SSE), fl-isforzi tagħha biex tkompli ttejjeb il-kwalità tal-prodotti u s-servizzi tagħha, adottat definizzjoni ġenerali tal-kwalità bħala “it-totalità tal-fatturi u l-karatteristiċi ta’ prodott jew servizz li tiddependi fuq il-kapaċità tiegħu li jissodisfa bżonnijiet iddikjarati jew implikati”. Sabiex din id-definizzjoni ssir operazzjonali, ġew identifikati sitt dimensjonijiet li jiffurmaw il-kwalità tal-prodotti u s-servizzi ta’ l-istatistika:

1.

rilevanza;

2.

eżattezza;

3.

iż-żamma tal-ħin u puntwalità;

4.

aċċessibbiltà u ċarezza;

5.

komparabbiltà;

6.

koerenza.

Ir-rapporti dwar il-kwalità huma għodda xierqa għall-ġbir ta’ tagħrif dwar il-kwalità ta’ prodotti u servizzi differenti, b’mod armonizzat. Dawn għandhom jinkludu tagħrif dwar is-sitt dimensjonijiet kollha tad-definizzjoni tal-kwalita tas-SSE, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn il-ġbir tad-dejta nazzjonali dwar impjiegi battala. It-tagħrif għandu jiġi ppreżentat skond l-istruttura li ġejja:

DESKRIZZJONI ĠENERALI

Id-deskrizzjoni ġenerali għandha tinkludi l-elementi li ġejjin, fejn xieraq:

A.   Għejun, kopertura u perjodiċità

Identifikazzjoni ta’ l-għajn tad-dejta,

Kopertura (ġeografika, NACE, daqs ta’ l-intrapriża),

Dati ta’ referenza,

Perjodiċità tal-pubblikazzjoni nazzjonali,

Definizzjoni ta’ l-unità statistika.

B.   Stħarriġ b’kampjun

B.1.   Tfassil tat-teħid tal-kampjuni

Bażi użata għall-kampjun,

Tfassil tat-teħid tal-kampjuni,

Żamma/tiġdid ta’ unitajiet ta’ teħid ta’ kampjuni,

Daqs tal-kampjun,

Stratifikazzjoni.

B.2.   Differenzazzjoni

Deskrizzjoni qasira tal-metodu ta’ differenzazzjoni,

Dimensjonijiet ta’ differenzazzjoni.

B.3.   Ġbir ta’ dejta

Deskrizzjoni qasira tal-metodu/i ta’ ġbir ta’ dejta.

C.   Għejun oħrajn

Deskrizzjoni fil-qosor ta’ l-għajn/għejun inkluż:

Aġenzija ta’ manutenzjoni,

Frekwenza ta’ aġġornar,

Regoli għar-rimi (ta’ tagħrif mhux aġġornat),

Rappurtaġġ u sanzjonijiet volontarji/obbligatorji.

D.   Regoli ta’ żvelar

Deskrizzjoni fil-qosor ta’ meta d-dejta trid titħassar għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

E.   Aġġustament staġjonali

Deskrizzjoni fil-qosor ta’ proċeduri ta’ aġġustament staġjonali, b’mod partikolari rigward il-linji ta’ gwida tas-Sistema Statistika Ewropea dwar l-aġġustament staġjonali li ġie approvat u appoġġjat mill-KPS.

1.   RILEVANZA

“Rilevanza” tirreferi għal jekk l-istatistiċi kollha meħtieġa humiex prodotti u sa liema punt il-kunċetti użati (definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet eċċ.) jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ l-utent.

Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jinkludi

deskrizzjoni ta’ varjabbli nieqsa u ta’ analiżijiet nieqsa tal-varjabbli,

rapport ta’ progress dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala tar-Regolament (KE) Nru 453/2008, flimkien ma’ pjan dettaljat u skeda ta’ żmien għat-tkomplija ta’ l-implimentazzjoni, u sommarju tad-devjazzjonijiet li jibqa’ mill-kunċetti ta’ l-UE.

Barra minn hekk, jista’ jinkludi

taqsira li jkun fiha deskrizzjoni ta’ l-utenti nazzjonali, il-ħtiġijiet ewlenin tagħhom u kemm qed jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom.

2.   EŻATTEZZA

“Eżattezza”, fis-sens statistiku ġenerali, tirreferi għal kemm l-estimi huma qrib il-valuri veri u mhux magħrufa tal-fattur varjabbli meqjus.

2.1.   Żbalji fit-teħid ta’ kampjuni

Bħala indikazzjoni ta’ l-eżattezza, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni li qed iqis it-tfassil tat-teħid tal-kampjuni għandu jiġi kkalkulat u trażmess għall-għadd ta’ impjiegi battala għall-aħħar verżjoni tan-NACE fil-livell ta’ taqsima u mqassam skond il-klassi tad-daqs (1-9/10 + impjegati).

Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni ma jistax jiġi kkalkulat, għandhu minflok jingħata l-iżball stmat fit-teħid tal-kampjuni f’termini ta’ għadd assolut ta’ impjiegi battala.

2.2.   Żbalji fin-nuqqas ta’ teħid ta’ kampjuni

2.2.1.   Żbalji fil-kopertura

Ir-rapporti dwar il-kwalità għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej dwar il-kopertura, fejn xieraq:

Tabella li turi l-għadd ta’ unitajiet ta’ negozju tal-kampjun u l-perċentwali ta’ l-unitajiet ta’ negozju rrappreżentati fil-kampjun/i rreġistrat/i, imqassma skond il-klassi tad-daqs (strata),

Deskrizzjoni ta’ kull differenza bejn il-popolazzjoni ta’ referenza u l-popolazzjoni ta’ studju,

Deskrizzjoni ta’ l-iżbalji ta’ klassifikazzjoni,

Deskrizzjoni ta’ kull differenza bejn id-dati ta’ referenza u t-tliet xhur ta’ referenza,

Kull tagħrif rilevanti ieħor.

Nota: Fejn tintuża dejta amministrattiva individwali, għandha tingħata analiżi simili, imsejsa fuq il-fajl ta’ referenza amministrattiv, inklużi żbalji ta’ rappurtaġġ u tat-tneħħija tar-reġistrazzjoni.

2.2.2.   Żbalji ta’ kejl u pproċessar

Ir-rapporti dwar il-kwalità għandhom jinkludu

Tagħrif dwar varjabbli b’kejl mhux negliġibbli u żbalji ta’ pproċessar,

Tagħrif dwar għejun ewlenin ta’ kejl (mhux negliġibbli) u żbalji ta’ pproċessar u, fejn disponibbli, dwar metodi applikati għall-korrezzjoni.

2.2.3.   Żbalji ta’ nuqqas ta’ tweġiba

Ir-rapporti dwar il-kwalità għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej dwar żbalji ta’ nuqqas ta’ tweġiba, fejn xieraq:

Rata ta’ tweġiba ta’ l-unità,

Ir-rata u l-metodi ta’ l-imputazzjoni ta’ punt ta’ tagħrif u, fejn possibbli, l-effett ta’ l-imputazzjoni fuq l-estimi għall-varjabbli trażmessi.

Nota: Meta tintuża dejta individwali amministrattiva, in-nuqqas ta’ disponibbiltà tar-reġistru amministrattiv jew ta’ punt ta’ tagħrif jieħu post in-nuqqas ta’ tweġiba.

2.2.4.   Żbalji fl-għażla ta’ mudell

Jekk jintuża l-immudellar, ir-rapporti dwar il-kwalità għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-mudell użat. Għandha tingħata enfasi partikolari lill-mudelli għall-korrezzjoni ta’ żbalji ta’ nuqqas ta’ teħid ta’ kampjuni, bħal unitajiet ta’ kopertura tal-klassijiet tad-daqs kollha mitluba jew tat-tqassim NACE, l-imputazzjoni jew l-ingrossar għall-korrezzjoni tan-nuqqas ta’ tweġiba ta’ l-unità.

Nota: Meta tintuża dejta individwali amministrattiva, għandu jkun hemm kummenti dwar il-korrispondenza bejn il-kunċetti amministrattivi u l-kunċetti teoretiċi ta’ l-istatistika. Kull tibdil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jwassal għal tibdil fid-definizzjonijiet applikati u, fejn possibbli, l-impatt fuq ir-riżultati, għandhom jiġu rrapurtati.

2.2.5.   Reviżjonijiet

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu storja tar-reviżjoni, inklużi r-reviżjonijiet fl-għadd ippubblikat ta’ impjiegi battala u taqsira tar-raġunijiet għar-reviżjonijiet.

2.2.6.   Stima tal-preġudizzju

Stima ta’ l-iżbalji ta’ nuqqas ta’ teħid ta’ kampjuni, f’termini ta’ għadd assolut ta’ postijiet battala, għandha tiġi trażmessa għall-għadd totali ta’ impjiegi battala u, fejn possibbli, għal-livell ta’ aggregazzjoni ta’ NACE Rev. 2 speċifikat fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament u l-klassijiet tad-daqs (1-9, 10 + impjegati).

3.   IŻ-ŻAMMA TAL-ĦIN U PUNTWALITÀ

3.1.   Iż-żamma tal-ħin

“Iż-żamma tal-ħin” għat-tagħrif jirrifletti t-tul ta’ żmien bejn id-disponibbiltà tiegħu u l-avveniment jew il-fenomenu deskritt.

Ir-rapporti dwar il-kwalità għandu jkun fihom tagħrif dwar il-medda ta’ żmien bejn ir-rilaxx ta’ dejta fil-livell nazzjonali u l-perjodu ta’ referenza tad-dejta.

3.2.   Puntwalità

“Puntwalità” tirreferi għall-intervall ta’ żmien bejn id-data tar-rilaxx ta’ dejta u d-data ta’ meta kellha titwassal, per eżempju b’referenza għad-dati mħabbra fil-kalendarji uffiċjali tal-pubblikazzjoni, stabbiliti mir-Regolament jew li qabel kien hemm qbil dwarhom bejn l-imsieħba.

Sabiex wieħed jifhem u jelimina problemi relatati mal-puntwalità, għandu jingħata tagħrif dwar il-proċess ta’ implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ fuq livell nazzjonali għall-aħħar erba’ kwarti tas-sena, b’enfasi speċjali fuq il-korrispondenza bejn id-dati skedati u dawk attwali:

Limiti ta’żmien għal dawk li jwieġbu biex iwieġbu, li jkopru wkoll sejħiet mill-ġdid u insegwimenti,

Perjodu tax-xogħol,

Perjodu ta’ l-ipproċessar tad-dejta,

Dati tal-pubblikazzjoni ta’ l-ewwel riżultati.

4.   AĊĊESSIBBILTÀ U ĊAREZZA

4.1.   Aċċessibbiltà

“Aċċessibbiltà” tirreferi għall-kundizzjonijiet fiżiċi li fihom l-utenti jistgħu jiksbu dejta dwar li ġej: fejn tmur, kif tikseb aċċess, żmien biex jitwasslu, kundizzjonijiet konvenjenti tat-tqegħid fis-suq (dritt ta’ l-awtur, eċċ.), disponibbiltà tad-dejta mikro jew makro, formati varji u mezzi kif tinġarr id-dejta (karta, fajls, CD-ROM/DVD, Internet …), eċċ.

Ir-rapporti dwar il-kwalità għandu jkun fihom it-tagħrif li ġej dwar il-metodi ta’ tqassim tar-riżultati:

Skema ta’ tqassim, inkluż lil min intbagħtu r-riżultati,

Referenzi għall-pubblikazzjonijiet tar-riżultati ewlenin, inklużi dawk b’kummentarju fil-forma ta’ test, grafiċi, mapep, eċċ,

Tagħrif dwar liema riżultati, jekk hemm, intbagħtu lill-unitajiet ta’ rappurtaġġ fil-kampjun.

4.2.   Ċarezza

“Ċarezza” tirreferi għall-grad ta’ kemm tinftiehem, inkluż tagħrif dwar l-ambjent tat-tagħrif tad-dejta, jiġifieri jekk id-dejta kinitx akkumpanjata minn metadejta adatta, illustrazzjonijiet bħal grafiċi u mapep, jekk it-tagħrif dwar il-kwalità tagħhom hix disponibbli (inkluża l-limitazzjoni fl-użu) u kemm tista’ tingħata għajnuna addizzjonali.

Ir-rapporti dwar il-kwalità għandu jkun fihom it-tagħrif li ġej dwar kemm jinftiehmu r-riżultati u d-disponibbiltà tal-metadata:

Deskrizzjoni ta’ u referenzi għall-metadejta pprovduta,

Referenzi għad-dokumenti metodoloġiċi ewlenin li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istatistika pprovduta,

Deskrizzjoni ta’ l-azzjonijiet ewlenin imwettqa mis-servizzi nazzjonali ta’ l-istatistika biex jinfurmaw lill-utenti dwar id-dejta.

5.   KOMPARABBILTÀ

5.1.   Komparabbiltà ġeografika

Ir-rapporti dwar il-kwalità għandu jkun fihom tagħrif dwar id-differenzi bejn il-kunċetti nazzjonali u Ewropej, u - sakemm ikun possibbli - l-effetti tagħhom fuq l-istima.

5.2.   Komparabbiltà tul iż-żmien

Ir-rapporti ta’ kwalità għandu jkun fihom tagħrif dwar it-tibdil fid-definizzjonijiet, kopertura u metodi fi kwalunkwe żewġ kwarti tas-sena konsekuttivi, u l-effett tagħhom fuq l-istima.

6.   KOERENZA

“Il-Koerenza” ta’ l-istatistika tirreferi għall-adegwatezza tagħha li, b’mod ta’ min joqgħod fuqu, tingħaqad b’modi differenti u għal utenti varji. Madankollu, ġeneralment huwa aktar faċli li turi każi ta’ inkoerenza milli tagħti prova ta’ koerenza.

Ir-rapporti dwar il-kwalità għandu jkun fihom tqabbil ta’ dejta dwar l-għadd ta’ impjiegi battala minn għejun rilevanti oħrajn fejn disponibbli, f’total u mqassma min-NACE f’livell ta’ taqsima fejn rilevanti, u għandhom jindikaw ir-raġunijiet jekk il-valuri jvarjaw b’mod konsiderevoli.

L-ewwel rapport dwar il-kwalità għandu jinkludi wkoll il-punti li ġejjin għad-dejta b’lura:

Deskrizzjoni ta’ l-għejun użati għad-dejta b’lura u l-metodoloġija użata,

Deskrizzjoni ta’ kull differenza bejn il-kopertura (attivitajiet ekonomiċi, impjegati, varjabbli) tad-dejta b’lura u dik tad-dejta attwali,

Deskrizzjoni tal-komparabbiltà tad-dejta b’lura u tad-dejta attwali.


DIRETTIVI

29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/9


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/100/KE

tat-28 ta' Ottubru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE dwar l-ittikkettjar b’tagħrif fuq il-valur nutrittiv ta’oġġetti ta’ l-ikel rigward il-kwantitajiet li għandhom jittieħdu kuljum, il-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-valur enerġetiku, u definizzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar l-ittikkettjar b’tagħrif fuq il-valur nutrittiv għal oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(4)(a) u (j) u l-Artikolu 5(2) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 90/496/KEE tispeċifika li l-fibra għandha tiġi definita.

(2)

Il-kundizzjonijiet għal indikazzjonijiet ta’ nutrizzjoni bħal “sors ta’ fibra” jew “fibra għolja” ġew stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (2).

(3)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u koerenza ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tirreferi għal dan il-kunċett, huwa meħtieġ li tingħata definizzjoni ta’ “fibra”.

(4)

Id-definizzjoni ta’ fibra għandha tqis xogħol rilevanti mill-Codex Alimentarius u l-istqarrija relatata mal-fibra tad-dieta, espressa fis-6 ta’ Lulju 2007, mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel; il-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti Dietetiċi, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji.

(5)

Il-fibra tradizzjonalment tiġi kkonsmata bħala materjal mill-pjanti u għandha numru ta’ effetti fiżjoloġiċi ta’ġid bħal: tnaqqas il-ħin tat-tranżitu intestinali, iżżid l-ammont ta’ ippurgar, hija fermentabbli minn mikroflora fil-musrana, tnaqqas il-kolesterol totali fid-demm, tnaqqas il-livell ta’ kolesterol LDL fid-demm, tnaqqas il-glukożju fid-demm wara l-ikel, jew tnaqqas il-livelli ta’ l-insulina fid-demm. Evidenza xjentifika riċenti wriet li effetti fiżjoloġiċi ta’ġid simili jistgħu jinkisbu minn polimeri tal-karboidrati oħrajn li mhumiex diġestibbli u li ma jinstabux b’mod naturali fl-ikel kif jittiekel. Għalhekk huwa xieraq li d-definizzjoni ta’ fibra għandha tinkludi polimeri tal-karboidrati b’effett/i fiżjoloġiku/fiżjoliġiċi ta’ġid.

(6)

Il-polimeri tal-karboidrati ta’ oriġini mill-pjanti li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ fibra jistgħu jkunu assoċjati mill-qrib mal-lignin jew komponenti oħrajn mhux karboidrati fil-pjanta bħal komposti fenoliċi, xemgħat, saponini, phytates, cutin, phytosterols. Dawn is-sustanzi meta assoċjati mill-qrib ma’ polimeri tal-karboidrati ta’ oriġini mill-pjanti u estratti bil-polimeri tal-karboidrati għall-analiżi tal-fibra jistgħu jitqiesu bħala fibra. Madankollu, meta jiġu sseparati mill-polimeri tal-karboidrati u miżjuda ma’ l-ikel, dawn is-sustanzi ma għandhomx jitqiesu bħala fibra.

(7)

Sabiex jiġu meqjusa l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda, jeħtieġ li l-lista ta’ fatturi ta’ konverżjoni ta’ l-enerġija tiġi emendata.

(8)

Ir-rapport tal-FAO dwar workshop tekniku dwar l-Enerġija fl-ikel – metodi ta’ analiżi u fatturi ta’ konverżjoni, jindika li 70 fil-mija tal-fibra f’ikel tradizzjonali huwa meqjus bħala fermentabbli. Għalhekk huwa xieraq li l-valur ta’ l-enerġija medju għall-fibra għandu jkun ta’ 8 kJ/g (2 kcal/g).

(9)

L-eritritol jista’ jintuża f’varjetà wiesgħa ta’ ikel u l-użu tiegħu huwa, fost oħrajn, sostitut għal nutrijenti bħaz-zokkor meta jkun mixtieq valur ta’ enerġija baxx.

(10)

L-eritritol huwa polyol, u skond ir-regoli attwali kif previsti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/496/KEE, l-enerġija tiegħu għandha tiġi kkalkulata billi jintuża l-fattur ta’ konverżjoni għall-polyols, jiġifieri 10 kJ/g (2,4 kcal/g). L-użu ta’ dan il-fattur ta’ konverżjoni ta’ l-enerġija ma jgħarrafx kompletament lill-konsumatur dwar il-valur ta’ enerġija mnaqqas ta’ prodott miksub mill-użu ta’ eritritol fil-manifattura tiegħu. Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fl-opinjoni tiegħu dwar l-eritritol, espressa fil-5 ta’ Marzu 2003, semma li l-enerġija pprovduta mill-eritritol hija anqas minn 0,9 kJ/g (anqas minn 0,2 kcal/g). Għalhekk huwa xieraq li jiġi adottat fattur ta’ konverżjoni ta’ l-enerġija xieraq għall-eritritol.

(11)

L-Anness tad-Direttiva 90/496/KEE jelenka l-vitamini u l-minerali li jistgħu jiġu ddikjarati bħala parti mill-ittikkettjar b’tagħrif fuq il-valur nutrittiv, jispeċifika l-kwantitajiet li għandhom jittieħdu kuljum (RDAs) u jiddefinixxi regola dwar x’jikkostitwixxi ammont sinifikanti. L-għan ta’ din il-lista ta’ RDA huwa li tipprovdi valuri ta’ ttikkettjar b’tagħrif fuq il-valur nutrittiv u l-kalkolu ta’ x’jikkostitwixxi ammont sinifikanti.

(12)

Ir-regola dwar ammont sinifikanti kif definita fl-Anness tad-Direttiva 90/496/KEE tikkostitwixxi referenza f’leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, b’mod partikolari fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-supplimenti ta’ l-ikel (3), fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (4).

(13)

L-RDAs elenkati fl-Anness tad-Direttiva 90/496/KEE huma msejsa fuq ir-rakkomandazzjoni tal-laqgħa ta’ konsultazzjoni esperta FAO/WHO f’Ħelsinki fl-1988.

(14)

Sabiex tkun żgurata koerenza ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, il-lista attwali ta’ vitamini u minerali u l-RDAs tagħhom għandha tiġi aġġornata fid-dawl ta’ l-iżviluppi xjentifiċi sa mill-1988.

(15)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fl-opinjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni tal-valuri ta’ referenza għall-ittikkettjar ta’ nutrizzjoni, espressa fil-5 ta’ Marzu 2003, inkluda valuri ta’ referenza għall-ittikkettjar għall-adulti. Din l-opinjoni tkopri l-vitamini u l-minerali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2002/46/KE u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

(16)

L-Anness tad-Direttiva 90/496/KEE għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(17)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 90/496/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(4)(j), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Id-definizzjoni tal-materjal u, jekk hu meħtieġ, il-metodi ta’ l-analiżi għandhom jiġu inklużi fl-Anness II;”

(2)

Iż-żewġ inċiżi li ġejjin jiżdiedu fl-Artikolu 5(1):

“—

fibra 2 kcal/g – 8 kJ/g

eritritol 0 kcal/g – 0 kJ/g.”

(3)

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

(4)

Jiżdied it-test fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jaderixxu ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’tali mod li jipprojbixxu, b’effett mill-31 ta' Ottubru 2012, il-kummerċ ta’ prodotti li ma jaderixxux mad-Direttiva 90/496/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.

(2)  ĠU L 12, 18.1.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(4)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.


ANNESS I

L-Anness tad-Direttiva 90/496/KEE jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

Vitamini u minerali li jistgħu jiġu ddikjarati u l-kwantitajiet li għandhom jittieħdu kuljum (RDAs)

Vitamina A (μg)

800

Vitamina D (μg)

5

Vitamina E (mg)

12

Vitamina K (μg)

75

Vitamina Ċ (mg)

80

Anewrina (mg)

1,1

Riboflavin (mg)

1,4

Niaċina (mg)

16

Vitamina B6 (mg)

1,4

Aċidu Foliku (μg)

200

Vitamina B12 (μg)

2,5

Biotin (μg)

50

Aċidu pantoteniku (mg)

6

Potassju (mg)

2 000

Kloridu (mg)

800

Kalċju (mg)

800

Fosfru (mg)

700

Manjeżju (mg)

375

Ħadid (mg)

14

Żingu (mg)

10

Ram (mg)

1

Manganiż (mg)

2

Fluworidu (mg)

3,5

Selenju (μg)

55

Kromju (μg)

40

Molibdenu (μg)

50

Jodju (μg)

150

Bħala regola, 15 % tal-kwantità rakkomandata speċifikata f’dan l-Anness ipprovduta minn 100 g jew 100 ml jew kull pakkett jekk il-pakkett ikun fih biss porzjon wieħed għandha titqies fid-deċiżjoni dwar x’jikkostitwixxi ammont sinifikanti.”


ANNESS II

L-Anness II li ġej jiżdied mad-Direttiva 90/496/KEE:

“ANNESS II

Definizzjoni tal-materjal li fih il-fibra u l-metodi ta’ analiżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(4)(j)

Definizzjoni tal-materjal li fih l-fibra

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva ‘fibra’ tfisser polimeri tal-karboidrati bi tliet, jew aktar, unitajiet monomeriċi, li la jiġu diġestiti u lanqas assorbiti fl-intestin iż-żgħir tal-bniedem u li jiffurmaw parti mill-kategoriji li ġejjin:

polimeri tal-karboidrati li jistgħu jittieklu li jinstabu b’mod naturali fl-ikel kif jittiekel;

polimeri tal-karboidrati li jistgħu jittieklu li nkisbu minn materja prima ta’ l-ikel permezz ta’ mezzi fiżiċi, enżimatiċi jew kimiċi u li għandhom effett fiżjoloġiku benefiċjarju muri minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali;

polimeri tal-karboidrati sintetiċi li jistgħu jittieklu li għandhom effett fiżjoloġiku benefiċjarju muri minn evidenza xjentifika aċċettata b’mod ġenerali.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Parlament Ewropew u Kunsill

29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/13


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ottubru 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skond il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod

(2008/818/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (“il-Fond”) inħoloq biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jsofru l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija, u sabiex jgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond taħt il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(3)

Fis-6 ta’ Frar 2008 Spanja ppreżentat applikazzjoni biex jintuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-vetturi, speċifikament għall-ħaddiema li ġew issensjati minn Delphi Automotive Systems España, S.L.U. L-applikazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(4)

Fit-8 ta’ Mejju 2008 il-Litwanja ppreżentat applikazzjoni biex jintuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tat-tessuti, speċifikament għall-ħaddiema li ġew issensjati minn Alytaus Tekstile. L-applikazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(5)

Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju fir-rigward tal-applikazzjonijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 10 770 772 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 22 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Kummissjoni

29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Ottubru 2008

dwar l-esklużjoni tal-butralin mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6066)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/819/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprevedi li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jkunu diġà qegħdin fis-suq sentejn wara n-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi qed jiġu investigati b’mod gradwali fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-butralin.

(3)

Għall-butralin l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew evalwati skont id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Rigward il-butralin l-Istat Membru relatur kien Franza u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fl-20 ta’ Frar 2006.

(4)

Il-Kummissjoni investigat il-butralin skont l-Artikolu 11a tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Abbozz tar-reviżjoni tar-rapport għal dik is-sustanza ġie rrivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fl-20 ta’ Mejju 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Matul l-investigazzjoni ta’ din is-sustanza attiva mill-Kumitat, ġie konkluż, b’kunsiderazzjoni tal-kummenti li waslu mingħand l-Istati Membri, li hemm indikazzjoni ċara li jista’ jiġi mistenni li għandha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u b’mod partikolari fuq l-operaturi, minħabba li l-espożizzjoni hija ogħla minn 100 % tal-Livell(i) Aċċettabbli ta’ Espożizzjoni għall-Operaturi - LAEO. Barra minn dan, tħassib ieħor li ġie identifikat mill-Istat Membru relatur fir-rapport ta’ valutazzjoni tiegħu huwa inkluż fir-rapport ta’ reviżjoni għas-sustanza.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar l-investigazzjoni tal-butralin u dwar jekk kienx biħsiebu jappoġġja jew ma jappoġġjax aktar is-sustanza. In-notifikant ippreżenta l-kummenti tiegħu li ġew investigati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-valutazzjonijiet li saru fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat ma wrewx li jista’ jiġi mistenni li, fil-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk il-butralin ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin jiġu rtirati f’perjodu ta’ żmien preskritt u li ma jiġġeddux, u li ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida lill-prodotti bħal dawn.

(9)

Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin għandu jkun limitat għal 12-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun wieħed ieħor ta’ tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin jistgħu jibqgħu disponibbli 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-butralin skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (4), bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-butralin ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin se jiġu rtirati sal-20 ta’ April 2009;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-butralin mhija se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-20 ta’ April 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Ottubru 2008

dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Sważiland fir-rigward tal-ħjut tal-qalba mibrumin

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6133)

(2008/820/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Jannar 2006, il-Kumitat tal-Kooperazzjoni Doganali tal-AKP-KE adotta d-Deċiżjoni Nru 3/2005 li tidderoga mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” sabiex tqis is-sitwazzjoni speċjali tar-Renju tas-Sważiland fir-rigward tal-manifattura tiegħu ta’ ħjut tal-qalba mibrumin (“core spun yarns”) (2). Skont dik id-Deċiżjoni, b’deroga mid-dispożizzjonijiet speċjali elenkati fl-Anness II għall-Protokoll Nru 1 tal-Anness V għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-AKP u l-KE (3), is-Sważiland ingħata kwantità annwali ta’ 1 300 tunnellata ta’ ħajt tal-qalba mibrum għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ April 2006 u l-31 ta’ Diċembru 2007.

(2)

Wara li fil-31 ta’ Diċembru 2007 skada l-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-AKP u l-KE, fl-24 ta’ April 2008, is-Sważiland talab deroga mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness għal perjodu ta’ ħames snin, skont l-Artikolu 36 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007. Fil-25 ta’ Ġunju 2008, is-Sważiland issottometta tagħrif addizzjonali għat-talba li għamel. It-talba tkopri kwantità annwali totali ta’ 1 300 tunnellata ta’ ħajt tal-qalba mibrum tal-intestaturi tas-Sistema Armonizzata bin-numri 5206 22, 5206 42, 5402 52 u 5402 62.

(3)

Is-Sważiland huwa pajjiż żgħir, imdawwar b’pajjiżi oħra, li għadu qed jiżviluppa. Skont it-tagħrif mogħti mis-Sważiland, l-ekonomija tiegħu tiddependi bil-kbir fuq il-kummerċ u diġà hemm rata għolja ta’ qgħad. Jekk tiġi applikata r-regola tal-oriġini attwali, dan jaffettwa b’mod serju l-abbiltà li jibqa’ jesporta lejn il-Komunità. Is-Sważiland jeħtieġlu juża materja prima li toriġina minn pajjiżi oħra għall-manifattura tal-prodott aħħari, u b’hekk ma jistax jissodisfa r-regoli dwar il-kumulazzjoni tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 bħalissa. B’hekk il-prodott aħħari mhuwiex konformi mar-regoli stipulati f’dak l-Anness. Madanakollu, is-Sważiland investa b’mod sinifikanti sabiex ikun jista’ jkollu aċċess għas-suq Komunitarju, l-aktar permezz tal-kumulazzjoni mal-Afrika t’Isfel, u b’hekk neħħa d-dipendenza fuq deroga temporanja. Huwa għalhekk li t-talba għal deroga temporanja hija ġġustifikata skont l-Artikolu 36(1)(b) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li s-Sważiland ikun jista’ jkompli l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità wara li fil-31 ta’ Diċembru 2007 skadiet id-deroga mogħtija mid-Deċiżjoni Nru 3/2005 tal-Kumitat tal-Kooperazzjoni Doganali tal-AKP-KE, għandha tingħata deroga ġdida.

(5)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla problemi mill-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-AKP u l-KE għall-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika ta’ bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Istati tas-SADC (il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika) u l-EPA (il-Ftehim għas-Sħubija Ekonomika), fuq in-naħa l-oħra (il-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u s-SADC), għandha tingħata deroga ġdida b’seħħ retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2008.

(6)

Deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 m’għandhiex tikkawża ħsara serja fl-industrija Komunitarja stabbilita meta wieħed iqis l-importazzjonijiet ikkonċernati, dejjem jekk jitħarsu ċerti kundizzjonijiet relatati mal-kwantitajiet, is-sorveljanza u t-tul ta’ żmien.

(7)

Għalhekk huwa ġġustifikat li tingħata deroga temporanja skont l-Artikolu 36(1)(b) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007.

(8)

Is-Sważiland se jkun jista’ jagħmel talbiet għal deroga mir-regoli tal-oriġini skont l-Artikolu 39 tal-Protokoll tal-Oriġini mehmuż mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u s-SADC, meta jidħol fis-seħħ dak il-Ftehim jew inkella meta dan jiġi applikat b’mod proviżorju fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(9)

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għal dak ir-Regolament u d-derogi minnhom għandhom jinbidlu bir-regoli tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u s-SADC, li d-dħul fis-seħħ tiegħu jew l-applikazzjoni proviżorja tiegħu mistennija li jseħħu fl-2008. Għalhekk id-deroga ma għandhiex tingħata għall-perjodu mitlub ta’ ħames snin, iżda għandha tingħata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(10)

B’hekk, għandha tingħata deroga lis-Sważiland għal 1 300 tunnellata ta’ ħajt tal-qalba mibrum għal perjodu ta’ sena.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4) jistipula r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti mwettqa b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tas-Sważiland, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija b’din id-Deċiżjoni.

(12)

Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tas-Sważiland għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni b’mod regolari d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ moviment tal-EUR.1 maħruġin.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(b) ta’ dak l-Anness, il-ħjut tal-qalba mibrumin tal-intestaturi tas-Sistema Armonizzata bin-numri 5206 22, 5206 42, 5402 52 u 5402 62 magħmulin minn materja prima li ma toriġinax fis-Sważiland għandhom jitqiesu li oriġinaw fis-Sważiland skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 6 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga pprovduta fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa ġewwa l-Komunità mis-Sważiland matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali tas-Sważiland għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jitwettqu l-kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Iċ-ċertifikati kollha ta’ moviment tal-EUR.1 li joħorġu għal dawk il-prodotti għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tas-Sważiland għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta’ moviment tal-EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-kaxxa nru 7 taċ-ċertifikati ta’ moviment tal-EUR.1 maħruġin skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi dan li ġej:

“Derogation — Decision 2008/820/EC”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Għandha tapplika sakemm ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jinbidlu b’dawk mehmużin ma’ kwalunkwe ftehim mas-Sważiland meta dan il-ftehim jew ikun applikat proviżorjament, jew jidħol fis-seħħ, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel, iżda fi kwalunkwe każ din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 26, 31.1.2006, p. 14.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 94.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

In-Nru tal-Ordni

Il-Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Il-perjodu

Il-kwantitajiet

09.1698

5206 22 , 5206 42 , 5402 52 , 5402 62

Ħajt tal-qalba mibrum

1.1.2008 sal-31.12.2008

1 300 tunnellata


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/20


DEĊIŻJONI EUPOL AFGHANISTAN/1/2008 tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà

tat-3 ta’ Ottubru 2008

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

(2008/821/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, jipprevedi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat politiku u ta’ sigurtà, skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni EUPOL AFGHANISTAN, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Premezz ta’ l-ittra tiegħu ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008, il-Kap tal-Missjoni attwali informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jittermina il-kuntratt tiegħu fit-30 ta’ Settembru 2008.

(3)

Is-segretarju ġenerali/rappreżentant għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Kai VITTRUP bħala Kap tal-Missjoni EUPOL AFGHANISTAN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Kai VITTRUP huwa maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) mis-16 ta' Ottubru 2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. ROGER


(1)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.


29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/21


REGOLAMENT TAL-KUNSILL 2008/822/PESK

tas-27 ta' Ottubru 2008

dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/705/PESK dwar l-akkoljenza temporanja mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1) ta’ ċerti Palestinjani, li tipprovdi għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju ta’ l-Istati Membri msemmija fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(2)

Abbażi ta’ evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija skond l-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’ din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 285, 31.10.2007, p. 54.

(2)  ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33.


Corrigendum

29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/22


Rettifika għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK tas-7 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 213, 8 ta' Awwissu 2008 )

F'Paġna 58, Premessa 10:

minflok:

“(10)

Għandhom jittieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li ma jingħata l-ebda kumpens lill-Gvern ta’ l-Iran jew lil kwalunkwe persuna jew entità fl-Iran, jew lil persuni jew entitajiet nominati jew lil kwalunkwe persuna li taġixxi permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità …”;

aqra:

“(10)

Għandhom jittieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li ma jingħata l-ebda kumpens lill-Gvern ta’ l-Iran jew lil kwalunkwe persuna jew entità fl-Iran, jew lil persuni jew entitajiet nominati jew lil kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità …”.

F'Paġna 60, Artikolu 1, punt 4, dħul ta’ Artikolu 3c(3) ġdid:

minflok:

“3.   Inġenji ta’ l-ajru tal-merkanzija u bastimenti kummerċjali proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn Iran Air Cargo and Islamic Republic of Iran Shipping Line …”,

aqra:

“3.   Inġenji ta’ l-ajru tal-merkanzija u bastimenti kummerċjali proprjetà ta’ jew imħaddma minn Iran Air Cargo and Islamic Republic of Iran Shipping Line …”.


29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 285/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.